|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.042.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 042/01 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2013/C 042/02 |
||
|
2013/C 042/03 |
||
|
2013/C 042/04 |
Festi pubbliċi fl-2013: Stati tal-EFTA fiż-ŻEE u Istituzzjonijiet taż-ŻEE |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 042/05 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 042/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6809 – Daimler/Mercedes-Benz Österreich Vertriebsgesellschaft/Mercedes-Benz Financial Services Austria/Mercedes-Benz Hungaria) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
Rettifika |
|
|
2013/C 042/07 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta’ Frar 2013
2013/C 42/01
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3480 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,95 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4616 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86600 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,4768 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2365 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,3710 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,423 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
289,10 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6997 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1718 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3868 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3788 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3036 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3518 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,4550 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6022 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6696 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 464,91 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,9221 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,4014 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5840 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 001,89 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1659 |
|
PHP |
Peso Filippin |
54,820 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,4920 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,197 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,6569 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,0794 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,5480 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/2 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa))
2013/C 42/02
PARTI I
|
Għajnuna Nru |
GBER 13/12/REG |
|||||||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|||||||
|
Reġjun |
Il-Muniċipalità ta' Meløy (Il-kontea Nordland) |
|
||||||
|
L-awtorità li tagħti l-għajnuna |
Il-Muniċipalità ta' Meløy |
Bord tal-proċess ta' ristrutturazzjoni |
||||||
|
L-indirizz |
|
|||||||
|
Paġna fuq l-internet |
http://www.meloy.kommune.no |
|||||||
|
Titolu tal-miżura ta’ għajnuna |
Appoġġ finanzjarju għar-ristrutturar tal-industrija fil-muniċipalità ta' Meløy |
|||||||
|
Bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti) |
Riżoluzzjonijiet tal-Parlament, St. prp. 111 S (2011-2012) Deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Kontea, Każ – 166/12 |
|||||||
|
Link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna |
http://www.meloy.kommune.no/Demokrati/Omstilling-i-Meloy/ |
|||||||
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
Iva |
||||||
|
Tul ta' żmien |
Skema |
1.8.2012-31.12.2017 |
||||||
|
Settur(i) ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
Iva |
||||||
|
Limitata għal setturi speċifiċi – Jekk jogħġbok speċifika skont in-NACE Rev. 2. |
Le |
|||||||
|
Tip ta' benefiċjarju |
SME |
Iva |
||||||
|
Impriżi kbar |
Iva |
|||||||
|
Baġit Baġit totali għal 6 snin: NOK 100 miljun |
Ammont totali annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema |
|
||||||
|
Strument tal-għajnuna (Art. 5) |
Għotja |
x |
||||||
|
Self |
x |
|||||||
PARTI II
|
L-Għanijiet Ġenerali (lista) |
Għanijiet (lista) |
L-intensità massima tal-għajnuna f'% jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK |
SME – bonusijiet f'% |
|
Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjieg |
Skema |
In-negozji ż-żgħar; 35 % Negozji medji; 25 % Impriżi kbar; 15 % |
|
|
L-għajnuna għall-impriżi ż-żgħar li għadhom kemm inħolqu (Art. 14) |
|
25 % tal-ispejjeż eliġibbli l-ewwel 3 snin u 15 % għas-sentejn ta' wara. Madankollu l-ammont totali tal-għajnuna kollha għall-ħames snin huwa massimu ta' EUR 1 miljun, u EUR 330 000 li jistgħu jitħallsu kull sena bħala massimu |
n.a. |
|
Għajnuna għall-impriżi żgħar li għadhom kemm jinħolqu minn intraprendituri nisa (Art. 16) |
|
15 % Madankollu l-ammont totali tal-għajnuna huwa ta’ massimu ta’ EUR 1 miljun, u EUR 330 000 jistgħu jitħallsu kull sena bħala massimu. |
|
|
Għajnuna għall-konsulenza favur l-SMEs u l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-fieri (l-Artikoli 26-27) |
Għajnuniet għal SMEs għall-konsulenza (Art. 26) |
50 % |
|
|
Għajnuna għal SMEs biex jieħdu sehem f'fieri (Art. 27) |
50 % |
|
|
|
Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Art. 30-37) |
Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b)) |
Impriżi kbar 50 %, 65 % jekk kollaborazzjoni jew tixrid ta' riżultati (15-il punt perċentwali bonus). |
Impriżi żgħar 70 % Impriżi ta’ daqs medju 60 %. 80 % u 75 % jekk kollaborazzjoni jew tixrid ta' riżultati (15-il punt perċentwali bonus, l-intensità massima tal-għajnuna ta' 80 %). |
|
Żvilupp sperimentali: (Art. 31(2)(c)) |
Impriżi kbar 25 %, 40 % jekk f'kollaborazzjoni jew tixrid tar-riżultati. (15-il punt perċentwali bonus). |
Impriżi żgħar 45 % Impriżi ta’ daqs medju 35 % 60 % u 50 % jekk kollaborazzjoni jew tixrid ta' riżultati (15-il punt perċentwali bonus). |
|
|
Għajnuna għal studji tekniċi ta' vijabilità (Art. 32) |
Impriżi kbar: 40 % għal studji ta’ preparazzjoni għal attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali u 65 % għal studji ta’ preparazzjoni għal attivitajiet ta’ riċerka industrijali. |
Impriżi żgħar u ta’ daqs medju: 50 % għal studji ta’ preparazzjoni għal attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali u 75 % għal studji ta’ preparazzjoni għal attivitajiet ta’ riċerka industrijali. |
|
|
Għajnuna għal spejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs (Art. 33) |
L-istess bħal għall-Art. 31(2)(b) u (c). |
|
|
|
Għajnuna lill-impriżi innovattivi li m'ilhomx li bdew (Art. 35) |
EUR 1,25 miljun |
|
|
|
Għajnuna għal servizzi ta' konsulenza tal-innovazzjoni u għal servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni (Art. 36) |
EUR 200 000 |
|
|
|
Għajnuna għas-self ta’ persuna bi kwalifiki għolja (Art. 37) |
50 % għal massimu ta’ 3 snin. |
|
|
|
Għajnuna għat-taħriġ (Art. 38-39) |
Taħriġ speċifiku (Art. 38(1)) |
25 % 10 punti perċentwali bonus jekk għal ħaddiema b’diżabilità/żvantaġġjati. |
Impriżi żgħar: 20 punti perċentwali bonus, impriżi ta' daqs medju: 10 punti perċentwali bonus. |
|
Taħriġ ġenerali (Art. 38(2)) |
60 % 10 punti perċentwali bonus jekk għal ħaddiema b’diżabilità/żvantaġġjati. |
Impriżi żgħar: 20 punt perċentwali bonus, impriżi ta' daqs medju: 10 punti perċentwali bonus. |
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/5 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa))
2013/C 42/03
PARTI I
|
Għajnuna Nru |
GBER 14/12 R&D |
|||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|||
|
L-awtorità li tagħti l-għajnuna |
Isem |
Il-Kunsill tar-Riċerka tan-Norveġja |
||
|
Indirizz |
|
|||
|
Il-paġna tal-internet |
http://www.forskningsradet.no |
|||
|
Titolu tal-miżura ta’ għajnuna |
Il-programm FORNY2020 |
|||
|
Bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti) |
White paper tal-Gvern dwar ir-riċerka: “Impenn għar-riċerka”. Dokumenti baġitarji mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija. Linji gwida mill-Kunsill tar-Riċerka tan-Norveġja. |
|||
|
Link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna |
http://www.forskningsradet.no/en/Funding/FORNY2020/1253977989673/p1184150364108?progId=1253968959600&visAktive=false |
|||
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
X |
||
|
Tul ta' żmien |
Skema |
1.1.2012 sa 31.12.2020 |
||
|
Settur(i) ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
X |
||
|
Baġit |
Ammont totali annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema |
NOK 20 miljun |
||
|
Strument tal-għajnuna (Art. 5) |
Għotja |
X |
||
PARTI II
|
Għanijiet Ġenerali (lista) |
Għanijiet (lista) |
L-intensità massima tal-għajnuna f'% jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK |
SME – bonusijiet f'% |
|
Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Art. 30-37) |
Għajnuna lill-impriżi innovattivi li m'ilhomx li bdew (Art. 35) |
NOK 7,5 miljun (EUR 1 miljun) |
|
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/6 |
Festi pubbliċi fl-2013: Stati tal-EFTA fiż-ŻEE u Istituzzjonijiet taż-ŻEE
2013/C 42/04
|
|
L-Islanda |
il-Liechtenstein |
in-Norveġja |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA |
Il-Qorti tal-EFTA |
|
1 ta’ Jannar |
X |
X |
X |
|
X |
|
2 ta’ Jannar |
|
X |
|
X |
X |
|
6 ta’ Jannar |
|
X |
|
|
|
|
2 ta' Frar |
|
X |
|
|
|
|
11 ta' Frar |
|
|
|
|
X |
|
12 ta' Frar |
|
X |
|
|
|
|
19 ta' Marzu |
|
X |
|
|
|
|
28 ta' Marzu |
X |
|
X |
|
X |
|
29 ta' Marzu |
X |
X |
X |
X |
X |
|
31 ta' Marzu |
X |
X |
X |
X |
X |
|
1 ta' April |
X |
X |
X |
X |
X |
|
25 ta' April |
X |
|
|
|
|
|
1 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
|
9 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
|
10 ta' Mejju |
|
|
|
X |
X |
|
17 ta' Mejju |
|
|
X |
|
|
|
20 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
|
30 ta’ Mejju |
|
X |
|
|
|
|
17 ta' Ġunju |
X |
|
|
|
|
|
24 ta' Ġunju |
|
|
|
|
X |
|
5 ta' Awwissu |
X |
|
|
|
|
|
15 ta' Awwissu |
|
X |
|
|
X |
|
2 ta' Settembru |
|
|
|
|
X |
|
8 ta' Settembru |
|
X |
|
|
|
|
1 ta' Novembru |
|
X |
|
X |
X |
|
8 ta' Diċembru |
|
X |
|
|
|
|
24 ta’ Diċembru |
|
|
|
|
X |
|
25 ta' Diċembru |
X |
X |
X |
X |
X |
|
26 ta' Diċembru |
X |
X |
X |
X |
X |
|
27 ta' Diċembru |
|
|
|
|
X |
|
30 ta’ Diċembru |
|
|
|
|
X |
|
31 ta' Diċembru |
|
X |
|
|
X |
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/7 |
Notifika ta' bidu ta’ reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja
2013/C 42/05
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal reviżjoni
It-talba għal reviżjoni tressqet minn River Kwai International Food Industry Co., Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur mit-Tajlandja (“il-pajjiż ikkonċernat”).
It-talba hija limitata fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha għal eżami tad-dumping safejn jikkonċerna l-applikant.
2. Il-prodott rivedut
Il-prodott rivedut huwa qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) bil-qalba, ippreparat jew ippreżervat permezz tal-ħall jew tal-aċidu aċetiku, mhux iffriżat u qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) bil-qalba, ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat, għajr prodotti oħrajn tal-intestatura 2006, li fil-preżent jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 2001 90 30 u ex 2005 80 00 rispettivament u li joriġinaw fit-Tajlandja (“il-prodott rivedut”).
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 (2).
Fid-19 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni ppubblikat notifika ta' bidu ta’ reviżjoni ta' skadenza tad-dazju anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja (3). Il-miżuri jibqgħu fis-seħħ sakemm titlesta l-investigazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-iskadenza.
4. Raġunijiet għar-reviżjoni interim parzjali
It-talba skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku hija bbażata fuq evidenza prima facie, ippreżentata mill-applikant, li turi li fejn jidħol l-applikant u fejn għandu x'jaqsam id-dumping, iċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ikunu ġew imposti l-miżuri eżistenti jkunu nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.
L-applikant jallega li ċ-ċirkostanzi nbidlu mill-aħħar perjodu ta’ investigazzjoni u li huma ta’ natura dejjiema, u dan peress li jirrigwardaw bidliet fil-prodotti li huwa jikkumerċjalizza u li għandhom impatt dirett fuq l-ispiża tal-produzzjoni.
L-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li l-impożizzjoni kontinwata tal-miżuri fil-livell attwali tagħhom ma għadhiex meħtieġa biex tpatti għad-dumping dannuż. Tqabbil tal-prezzijiet domestiċi tiegħu ma' dawk tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-UE jindika li l-marġni ta' dumping jidher li huwa iktar baxx mil-livell attwali tal-miżuri.
Għalhekk, l-applikant jallega li l-impożizzjoni kontinwata tal-miżura fil-livell eżistenti, li kienet ibbażata fuq il-livell ta' ħsara stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex meħtieġa biex tpatti għad-dumping dannuż kif stabbilit qabel.
5. Il-proċedura biex jiġi ddeterminat id-dumping
Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali limitata għall-eżami tad-dumping, il-Kummissjoni b'dan qed tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tivvaluta l-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-applikant.
5.1. L-investigazzjoni tal-produttur esportatur
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant, bħala produttur esportatur. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.2. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din in-notifika, il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.3. Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduta dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ trid tkun ippreżentata fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.4. Struzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għaliha, għandhom ikunu mmarkati “Ristrett” (4).
Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex tkun tista’ tinftiehem b'mod raġonevoli s-sustanza tat-tagħrif ippreżentat b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Jeħtieġ li l-partijiet interessati jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jitressqu f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tressaq is-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N105 08/020 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Fax +32 22969307 |
|
Posta elettronika: trade-R567-sweetcorn-interim@ec.europa.eu |
6. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tagħtix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.
It-talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha tiġi ppreżentata talba għal smigħ fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll l-opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u li tagħmilha possibbli li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping.
Għal aktar tagħrif u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Trade: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta' dejta personali
Kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (5).
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14.
(3) ĠU C 175, 19.6.2012, p. 22.
(4) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6809 – Daimler/Mercedes-Benz Österreich Vertriebsgesellschaft/Mercedes-Benz Financial Services Austria/Mercedes-Benz Hungaria)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 42/06
|
1. |
Fis-6 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Daimler AG (“Daimler”, il-Ġermanja) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriżi Mercedes-Benz Österreich Vertriebsgesellschaft m.b.H. (“MBÖ”, l-Awstrija), Mercedes-Benz Financial Services Austria GmbH (“MBFSA”, l-Awstrija) and Mercedes-Benz Hungária Kft (“MBHu”, l-Ungerija) permezz ta' xiri ta' ishma. Bħalissa, MBÖ, MBFSA u MBHU huma kkontrollati b’mod konġunt minn Daimler u l-grupp Pappas. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6809 – Daimler/Mercedes-Benz Österreich Vertriebsgesellschaft/Mercedes-Benz Financial Services Austria/Mercedes-Benz Hungaria, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
Rettifika
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/11 |
Rettifika għas-Sejħa għal Proposti – EACEA/21/12 – MEDIA 2007 – Appoġġ għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej – l-Iskema “Selettiva” 2013
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 300 tal-5 ta’ Ottubru 2012 )
2013/C 42/07
F’paġna 6, f’punt 6:
minflok:
“L-iskadenzi biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma t-30 ta’ Novembru 2012, l-1 ta’ April 2013 u l-1 ta’ Lulju 2013.”
Aqra:
“L-iskadenzi biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma t-30 ta’ Novembru 2012, l-4 ta’ April 2013 u l-1 ta’ Lulju 2013.”