ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CE2013.033.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 33E |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011 |
|
2013/C 033E/01 |
||
2013/C 033E/02 |
||
2013/C 033E/03 |
||
2013/C 033E/04 |
||
2013/C 033E/05 |
||
2013/C 033E/06 |
||
2013/C 033E/07 |
||
2013/C 033E/08 |
||
|
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011 |
|
2013/C 033E/09 |
||
2013/C 033E/10 |
||
2013/C 033E/11 |
||
2013/C 033E/12 |
||
2013/C 033E/13 |
||
2013/C 033E/14 |
||
2013/C 033E/15 |
||
|
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011 |
|
2013/C 033E/16 |
||
2013/C 033E/17 |
||
2013/C 033E/18 |
||
2013/C 033E/19 |
||
2013/C 033E/20 |
||
2013/C 033E/21 |
||
2013/C 033E/22 |
||
2013/C 033E/23 |
||
2013/C 033E/24 |
||
2013/C 033E/25 |
||
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐. Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║. |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2011–2012 Dati tas-seduti: 5–7 ta’ Lulju 2011 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 291 E, 4.10.2011. TESTI ADOTTATI
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/1 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Is-servizz universali u n-numru ta' emerġenza ‧112‧
P7_TA(2011)0306
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar is-servizz universali u n-numru ta' emerġenza ‧112‧ (2010/2274(INI))
2013/C 33 E/01
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva tas-Servizz Universali) (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva Qafas) (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva tal-Aċċess) (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi u faċilitajiet assoċjati u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (8), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-ħarsien tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (9), |
— |
wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika tat-2 ta' Marzu 2010 mill-Kummissjoni dwar prinċipji universali, futuri ta' servizz fil-qasam ta' networks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-20 ta' Settembru 2010 bit-titolu ‧Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment‧ (COM(2010)0472), |
— |
wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (COM(2010)0471), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2010 dwar aċċess regolat għan-Netwerks ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kumitat tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‧Aċċess għall-broadband fl-UE: is-sitwazzjoni fl-1 ta' Lulju 2010‧, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Awwissu 2010 intitolata ‘Rapport tal-Progress dwar is-Suq Waħdieni Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-2009 (il-15-il rapport) SEC(2010)0630’ (COM(2010)0253), |
— |
wara li kkunsidra r-raba' edizzjoni tat-‘Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur - biex il-Konsumaturi jkollhom iktar għażla’ ppubblikata f'Ottubru 2010, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/396/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-introduzzjoni tan-numru uniku Ewropew għall-emerġenza (10), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar minn fejn tkun qed issir sejħa fin-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika bil-għan li jkun hawn servizzi tas-sejħiet ta' emerġenza li jkunu mtejba bl-għarfien tal-post minn fejn tkun qed issir is-sejħa, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE (11), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità ("il-Konvenzjoni"), adottata nhar it-23 ta' Diċembru 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u speċjalment l-Artikoli 2 (Id-Dritt għall-ħajja), 3 (Id-Dritt għall-integrità tal-persuna), 6 (Id-Dritt għal-libertà u s-sigurtà), 26 (L-Integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltajiet) u 35 (Il-Kura tas-saħħa) |
— |
wara li kkunsidra l-istħarriġ intitolat ‧In-Numru Ewropew ta‧ Emerġenza 112’ (Flash Eurobarometer 314), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-‘Implimentazzjoni tan-numru Ewropew tal-emerġenza 112 - Riżultati tar-raba' sensiela ta' ġbir ta' data’ (10 ta' Frar 2011), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2007 dwar in-Numru Ewropew ta' Emerġenza 112 (12), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u Protezzjoni tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0220/2011), |
A. |
billi d-Direttiva dwar is-Servizz Universali (DSU) tipprevjeni l-esklużjoni soċjali billi tiżgura li ċ-ċittadini f'żoni rurali u remoti jew il-familji bi dħul baxx ikollhom aċċess għal servizzi bażiċi u servizzi essenzjali tat-telekomunikazzjonijiet, |
B. |
billi għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-gruppi vulnerabbli ma jitħallewx lura u għandhom dejjem jiġu implimentati miżuri effettivi speċjali biex jiġu ggarantiti l-inklużjoni soċjali tagħhom u l-aċċess tagħhom għal servizzi fuq l-istess livell bħaċ-ċittadini l-oħra kollha, |
C. |
billi t-teknoloġija li qiegħda tevolvi, speċjalment it-telefonija mobbli bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd tikkontribwixxi biex tipprovdi aċċess għas-servizzi bażiċi tat-telekomunikazzjonijiet lill-maġġoranza taċ-ċittadini, |
D. |
billi s-servizz universali huwa definit bħala ‘s-sett minimu ta' servizzi ta' kwalità speċifikata li għaliha l-utenti kollha għandhom aċċess bi prezz li jista' jintlaħaq fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni’, |
E. |
billi s-servizz universali għandu jipprovdi aċċess għas-servizzi li huma essenzali għaċ-ċittadini għall-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà, f'każ li l-forzi tas-suq waħedhom mhumiex kapaċi jagħmlu dan, |
F. |
billi l-kopertura bażika tal-broadband għall-100 % taċ-ċittadini tal-UE sal-2013 hija waħda mill-miri tal-prestazzjoni ewlenin tal-Aġenda Diġitali; billi madankollu, fejn konnessjonijiet broadband huma diġà disponibbli, l-użu medju huwa ta' madwar 50% tad-djar, |
G. |
billi għadu mhuwiex possibbli li tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tad-Direttiva reveduta dwar is-Servizzi Universali u d-Drittijiet tal-Utenti, minħabba li l-iskadenza tat-traspożizzjoni hija l-25 ta' Mejju 2011 u l-perijodu ta' tliet snin li huwa meħtieġ qabel ma tkun evalwata l-implimentazzjoni korretta u komprensiva tad-dispożizzjonijiet kollha fid-Direttiva jkun għadu kif beda, |
H. |
billi minkejja li l-leġiżlazzjoni attwali tagħti riżultati pożittivi għaċ-ċittadini, din mhijiex għan fiha nnifisha u huwa wkoll neċessarju li jiġu massimizzati l-benefiċċji li jiġu minn miżuri ġodda permezz ta' monitoraġġ kontinwu mill-Istati Membri, u sforzi biex itejbu l-kwalità, il-kompletezza u l-viżibbiltà tal-informazzjoni, |
I. |
billi s-Suq Uniku qatt ma jista' jkun ikkunsidrat verament bħala komplut u għandu kontinwament jiġi assessjat mill-ġdid skont il-garanziji ta' protezzjoni soċjali, il-bżonnijiet soċjali, il-progress teknoloġiku u t-tfaċċar ta' soluzzjonijiet innovattivi; filwaqt li barra minn hekk, miżuri biex jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi huma essenzjali sabiex jiġi żgurat li s-Suq Uniku u s-Suq Diġitali Uniku għandhom jiġu abilitati u realizzati mingħajr dewmien, għall-ġid taċ-ċittadini Ewropej, il-konsumaturi u n-negozji, |
J. |
billi l-istinkar għall-progress jikkostitwixxi l-forza motriċi u huwa vettura ta' kunsinna għall-viżjoni u l-objettivi stabbiliti mil-leġiżlaturi Ewropej; billi l-proposti għal leġiżlazzjoni ġdida jew li temenda għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-esperjenzi reali u l-kapaċitajiet implimentattivi; billi l-adattamenti leġiżlattivi għandhom jibbenefikaw minn appoġġ politiku ċar li hu sostenut ukoll minn valutazzjoni oġġettiva tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji u valutazzjoni soċjoekonomika bħala l-fattur deċiżiv; |
K. |
billi n-numru tal-emerġenza Ewropew 112, maħluq fl-1991 b’deċiżjoni tal-Kunsill biex iċ-ċittadini jkunu jista' jkollhom aċċessgħas-servizzi ta' emerġenza kollha (servizzi tat-tifi tan-nar, servizzi tal-pulizija u servizzi mediċi), huwa l-uniku numru li hemm aċċess għalih fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, u filwaqt li maġġoranza kbira ta' Ewropej għadhom ma jafux bih, mingħajr ma ġie osservat l-ebda progress mill-2000, |
L. |
billi d-Dikjarazzjoni bil-Miktub tal-11 ta' Marzu 2008 dwar twissija kmieni għaċ-ċittadini waqt emerġenzi kbar (13) ġiet iffirmata minn 432 MEPs, |
M. |
billi għad hemm il-ħtieġa li jsiru sforzi biex tiġi vvalutata u żgurata l-kwalità tas-servizz meta persuna ċċempel 112, kemm rigward il-prestazzjoni tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi ta' emerġenza u kemm rigward l-aspetti ta' koordinamentli jiddependu minn fatturi multipli, u billi għadha ma saritx valutazzjoni komprensiva u dettaljata tal-istat reali tal-implimentazzjoni tas-servizz 112 fl-UE kif esperjenzata miċ-ċittadini, partikolarment li tevalwa l-aċċessibilità, l-interoperabilità u l-ħinijiet għal intervent, |
N. |
billi diversi diżastri ta' dan l-aħħar urew li t-twissija bikrija u l-allert taċ-ċittadini f'każ ta' emerġenzi u diżastri maġġuri imminenti jew li qed jiżviluppaw huma meħtieġa jekk għandhom jitnaqqsu t-tbatija u t-telf ta' ħajjiet; |
Is-servizz universali u l-kuntest ta' żviluppi ġodda
1. |
Jissottolinja l-importanza tal-Obbligi tas-Servizz Universali (OSU) bħala sistema ta' sigurtà għall-inklużjoni soċjali fejn il-forzi tas-suq waħidhom naqsu milli jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini u n-negozji; |
2. |
Jappoġġa r-rievalwazzjoni regolari, bħala parti mid-Direttiva dwar is-Servizzi Universali u d-Drittijiet tal-Utenti, dwar kemm id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi attwali tal-UE huma adattati għas-servizz universali fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi sabiex jiġu identifikati u introdotti definizzjonijiet adegwati li jirriflettu l-bżonnijiet reali u t-talbiet taċ-ċittadini li qed jevolvu u li jtejbu l-kwalità tas-servizzi; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida dwar l-aħjar mof kif tiġi implimentata u infurzata d-DSU reveduta, filwaqt li tevita distorsjonijiet tas-suq u fl-istess ħin tippermetti lill-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet li huma l-aktar adattati għaċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom; |
4. |
Jappoġġa l-objettivi tal-Aġenda Diġitali ‧Broadband għal kulħadd‧ u huwa konvint li l-aċċess universali għall-broadband jgħin liċ-ċittadini u n-negozji jieħdu l-benefiċċji massimi tas-Suq Diġitali Uniku, partikolarment billi jtejbu l-inklużjoni soċjali, joħolqu opportunitajiet ġodda għal negozji innovattivi mill-aspett soċjali u minn dak ambjentali biex tingħata spinta lill-impjiegi, it-tkabbir u iktar opportunitajiet għall-kummerċ transkonfinali; jappoġġa, għal dan il-għan, il-promozzjoni tal-kompetenza diġitali; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar appoġġ finanzjarju lill-proġetti lokali li jipprovdu aċċess diġitali u lill-komunitajiet kollha li jgħinu lill-gruppi żvantaġġati jkollhom aċċess għal apparat teknoloġiku billi jipprovdu konnessjonijiet f’binjiet pubbliċi li joffru aċċess għall-Internet mingħajr ħlas; |
6. |
Jissottolinja li kombinazzjoni ta' politiki u teknoloġiji (bħalma huma n-netwerks li jużaw wajers, kejbil, fibra, netwerks mobbli, u satellitari) tista' tħeġġeġ l-iżvilupp ta' servizzi u applikazzjonijiet onlajn ġodda minn negozji u korpi pubbliċi bħalma huma s-servizzi elettroniċi tal-governanza, is-saħħa u l-edukazzjoni, filwaqt li żżid id-domanda għal konnessjonijiet tal-Internet iktar mgħaġġla, filwaqt li tagħmel l-investimenti iktar profittabbli, biex tinkoraġġixxi sħubijiet pubbliċi-privati u tiżviluppa s-suq uniku diġitali filwaqt li ttejjeb l-inklużjoni ta' ċittadini marġinalizzati; |
7. |
Jenfasizza l-importanza tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u jqis li hu tal-akbar importanza li, fil-kuntest tar-rieżami wiesa’ ta’ dawn ir-regoli, kemm l-awtoritajiet lokali u kemm l-awtoritajiet reġjonali jibbenefikaw minn miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-investimenti tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, u fl-akkwist prekummerċjali (bħala għodda biex il-benefiċċji tar-riċerka jinġiebu fis-suq) u li l-akkwist elettroniku jiġi introdott u jinfirex ħafna; |
8. |
Jitlob traspożizzjoni effikaċi tal-qafas tat-telekomunikazzjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar in-newtralità tal-Internet, b’tali mod li l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jkollhom aċċess għas-servizzi u l-kontenut, u jħaddmu l-applikazzjonijiet tal-għażla tagħhom fuq l-Internet; |
9. |
Jenfasizza li s-servizz universali mhuwiex l-uniku mutur u lanqas ma huwa l-mutur prinċipali biex jintlaħaq l-objettiv ta' ‧broadband għal kulħadd‧, minħabba l-ispejjeż għolja tal-investiment li huma meħtieġa, mingħajr ma jkun neċessarjament kapaċi jipprovdi servizzi sinifikament imtejba lill-konsumaturi; jinnota, iżda, li l-Artikolu 15 tad-DSU jiddikjara li għandu jkun hemm rieżami perjodiku tal-ambitu tas-servizz universali u jenfasizza li dan ir-rieżami għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u r-riżultati tal-istima tal-impatt li qed issir bħalissa, partikolarment rigward sa kemm ġew implimentati innetwerks bil-broadband u l-adozzjoni reali fid-djar; |
10. |
Jikkunsidra li l-impożizzjoni ta' obbligu fuq id-disponibilità tal-broadband mhix se tirriżulta awtomatikament f’adozzjoni akbar; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri biex jagħtu spinta lid-domanda u jistimulaw l-adozzjoni, aktar milli sempliċement jiżguraw li jkun hemm konnessjoni; barra minn hekk iqis li l-obbligi tas-servizz universali jistgħu eventwalment, possibilment bħala mira fuq żmien medju, isiru inċentiv addizzjonali għall-iżvilupp tal-broadband, imma li programmi nazzjonali ddisinjati kif għandu jkun għandhom jilħqu l-objettivi tal-broadband universali; |
11. |
Iqis li politika effiċjenti tal-ispettru tar-radju, li tagħmel possibbli l-użu armonizzat tad-‘dividend diġitali’, u regolamentazzjoni li tippromwovi l-investiment huma wkoll strumenti importanti biex tiżdied il-kopertura tal-broadband; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tlesti l-valutazzjoni tal-impatt li qed isir bħalissa u tipprovdi lil-leġiżlaturi b'data soda dwar l-adozzjoni eżistenti, id-domanda mistennija u t-titjib tal-OSU permezz tal-broadband, u finalment, analiżi tal-mekkaniżmu tal-finanzjament l-iktar effettiv għall-Istati Membri, il-konsumaturi u l-impriżi, għat-tnedija tal-OSU filwaqt li jiġu evitati spejjeż ineffiċjenti u piżijiet eċċessivi; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni, b'mod parallel u f'kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (ARN), timmonitorja s-swieq b'attenzjoni biex tiżgura li dawk l-Istati Membri li diġà jistgħu jew li jixtiequ jipprovdu OSU matul il-firxa kollha tat-teknoloġiji u l-veloċitajiet broadband, ikunu jistgħu jagħmlu dan f'każ ta' falliment tas-suq mingħajr ma jikkawżaw distorsjonijiet fis-suq; |
14. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħmel studju dettaljat dwar il-provvista tas-servizz tal-Internet wara l-pubblikazzjoni tar-Raba' Tabella tal-Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bil-kontribut tal-ARN jeżaminaw l-għażliet għal applikazzjoni uniformi tal-OSU u dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-utenti li jistgħu jiżguraw aċċessibilità għal gruppi vulnerabbli, u speċjalment għal persuni b'diżabilità, mhux biss permezz tal-introduzzjoni ta' tagħmir terminali speċjali u tariffi għall-but ta' kulħadd, iżda wkoll permezz tal-provvista ta' informazzjoni adegwata u għażla reali tal-konsumaturi tas-servizzi disponibbli u s-servizzi ta' wara l-bejgħ; |
16. |
Iqis madankollu li d-dispożizzjoni bażika għall-finanzjament tas-servizz universali, filwaqt li jiġi żgurat li tiġi ttrattata b’manjiera nondiskriminatorja u trasparenti, għandha tibqa’ fil-leġiżlazzjoni tal-UE u għandha tiġi estiża biex tkopri l-obbligi għas-servizzi tad-data kif ukoll tal-leħen; |
In-Numru tal-Emerġenza Ewropew 112
17. |
Jenfasizza li n-numru tal-emerġenza Ewropew 112 jista' jkun numru li jsalva l-ħajjiet u jżid il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE, billi jservi bħala sistema maġġuri ta' appoġġ għaċ-ċittadini u l-konsumaturi li jgħixu fi ħdan is-Suq Uniku; jenfasizza kemm hu importanti li jiġi żgurat li n-numru 112 jopera mingħajr xkiel fl-Unjoni kollha; iqis li l-Kummissjoni għandha tiżgura li kull taqsima tas-soċjetà jkollha aċċess għal dan is-servizz, inklużi l-persuni b’diżabilità (problemi biex jisimgħu, biex jitkellmu, eċċ.) u gruppi vulnerabbli oħra; |
18. |
Jiddispjaċih iżda li n-numru tal-emerġenza Ewropew 112 għadu l-bogħod milli jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu; jikkunsidra għaldaqstant li għad iridu jsiru passi bażiċi rigward l-għarfien tiegħu miċ-ċittadini, flimkien ma’ kwistjonijiet oħra li jirrigwardaw it-teknoloġija u l-koordinament aħjar; |
19. |
Jindika li, skont l-istħarriġ ta' Eurobarometer, ippubblikat fi Frar 2011,26% biss taċ-ċittadini tal-UE jistgħu jidentifikaw b'mod spontanju lill-112 bħala n-numru li jċemplu għas-servizzi ta' emerġenza fl-UE u li 58% taċ-ċittadini Ewropej għadhom ma jaqblux mad-dikjarazzjoni li n-nies f'pajjiżhom huma informati b'mod xieraq dwar l-eżistenza tan-numru ta' emerġenza 112 (14); |
20. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex iżidu l-għarfien pubbliku dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru 112, jiġifieri permezz tal-iżvilupp ta' strateġija b’miri speċifiċi u b’effett mifrux ħafna li tindirizza l-preokkupazzjonijiet u l-mistoqsijiet li għandhom iċ-ċittadini fir-rigward ta' kif taħdem is-sistema; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jintensifikaw il-ħidma ta' informazzjoni tagħhom, sabiex in-numru ta' emerġenza 112 jasal għand iċ-ċittadini u l-vjaġġaturi Ewropej kollha permezz tal-midja, partikolarment il-midja stampata u awdjoviżiva, permezz ta' kampanji informattivi bħala n-numru ta' emerġenza ‘għall-UE kollha kemm hi’, u jorganizzaw u jappoġġaw attivitajiet promozzjonali biex iżidu l-għarfien publiku u l-attivitajiet li jsiru kull sena fil-11 ta' Frar, li ġie stabbilit bħala ‘Il-Jum Ewropew tal-112’; jinnota li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-informazzjoni prattika bħall-fatt li jiġi enfasizzat li n-numru 112 huwa n-numru ta' emerġenza Ewropew, u li wieħed jista' jċempel dan in-numru mit-telefowns fissi u mill-mowbajls bla ħlas, ikun fejn ikun fl-UE; |
22. |
Jinnota li hemm disparitajiet konsiderevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-għarfien dwar in-numru ta' emerġenza Ewropew 112, u jistieden lill-Istati Membri jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jiskambjaw l-aħjar prattiki sabiex, sal-2020, tal-anqas 80% taċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jidentifikaw b'mod spontanju lin-numru ta' emerġenza 112 bħala n-numru li għandu jintuża biex jċemplu s-servizzi ta' emerġenza jkunu fejn ikunu fl-Unjoni Ewropea; |
23. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-aħjar punti għat-tixrid tat-tagħrif dwar in-numru tal-emerġenza 112 li permezz tagħhom għadd kbir ta' djar jistgħu jiġu infurmati faċilment, b’mod partikolari l-kliniċi tat-tobba u l-ispiżeriji, l-isptarijiet u l-kliniċi, l-istabbilimenti edukattivi bħall-iskejjel u l-universitajiet, u l-ajruporti, il-portijiet u l-istazzjonijiet tal-ferrovija, peress li n-numru 112 huwa partikolarment utli għall-vjaġġaturi, kif ukoll il-portali tat-tagħrif tas-servizzi tal-emerġenza nazzjonali; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu wkoll in-numru 112 bħala n-numru ta' emerġenza fl-Ewropa kollha onlajn u fuq ir-radju, tnejn miż-żewġ mezzi l-aktar popolari maż-żgħażagħ u l-persuni li jivvjaġġaw spiss; jenfasizza l-fatt li 16% biss tal-persuni li jafu bin-numru 112 semgħu bih mir-radju u 11% semgħu bih mill-Internet; |
25. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-numru 112 jintwera b'mod prominenti fuq il-vetturi ta' emerġenza kollha fosthom il-karrozzi tal-pulizija, l-ambulanzi, il-vetturi tat-tifi tan-nar u l-vetturi li jagħmlu parti minn servizzi oħra; |
26. |
Jinnota madankollu li l-Istati Membri għandhom numri tal-emerġenza eżistenti u li ilhom jintużaw żmien twil u jenfasizza li, fejn huma bi ħsiebhom iżommu dawn in-numri nazzjonali tagħhom, huwa importanti li ma jiġix kompromess l-għarfien jew tiġi kkawżata konfużjoni dwar liema numru wieħed għandu jċempel; |
27. |
Jiddispjaċih li l-Istati Membri għadhom mhumiex jiżguraw li jiġi pprovdut tagħrif ta' lokalizzazzjoni f'waqtu, eżatt u affidabbli lis-servizzi tal-112; jitlob lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ittejjeb b’mod sinifikanti u mill-aktar fis possibli l-eżattezza u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar minn fejn persuna tkun qed iċċempel skont ir-regoli ġodda tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE u taġġorna t-teknoloġija bl-għan finali tal-lokalizzazzjoni awtomatika mandatorja għat–telefonati kollha lill-112, inklużi dawk minn klijenti roaming, fi żmien ftit sekondi bil-għan li min jibgħat l-għajnuna u lil gruppi tal-ewwel intervent jingħata din l-informazzjoni kruċjali, biex b'hekk tirriżulta imprezzabbli għaċ-ċittadini; jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi l-possibilità li tieħu azzjoni kontra Stati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom f'dan ir-rigward; |
28. |
Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jintroduċu miżuri li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament bħala appoġġ għall-proġetti ta' riċerka sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp tal-aħjar teknoloġiji possibli biex jidentifikaw minn fejn tkun qed issir telefonata, inkluż permezz tal-VoIP, u f’dan is-sens jappoġġa l-iżvilupp ta' standards u regolamenti tal-ġenerazzjoni li jmiss jitlob biex il-fondi tal-ICT-PSP (Programm ta' Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni) indikati fil-Baġits tal-UE tal-2009, 2010 u 2011 bil-għan li jiġu appoġġati l-ittestjar u l-implimentazzjoni ta' servizzi innovattivi (ibbażati fuq il-VoIP u l-aċċess tal-IP għall-112) li jistgħu jitniedu permezz ta' applikazzjonijiet indipendenti min-netwerks b'antiċipazzjoni tal-istabbiliment ta' sistema tal-Ġenerazzjoni li Jmiss għall-112 fl-UE. jistieden lill-Kummissjoni teżamina wkoll l-implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss għall-112 bħalma huma l-messaġġi testwali, il-vidjo u n-netwerks soċjali u kif tali applikazzjonijiet, li bħalissa huma disponibbli għaċ-ċittadini, jistgħu jiġu implimentati fil-komunikazzjonijiet ta' emerġenza biex jittejjeb l-aċċess għall-112 kif ukoll biex isaħħu r-reazzjoni għall-emerġenzi mibdija miċ-ċittadini; |
29. |
Jemmen li permezz ta' regolamentazzjoni, is-servizz "eCall" għandu jiġi implimentat bħala servizz mandatorju; |
30. |
Jenfasizza l-importanza ta' koordinament aħjar bejn il-korpi tal-emerġenza kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll f’dak transkonfinali/tal-Unjoni Ewropea biex jinkiseb l-ogħla livell ta' effikaċità u, għal dan il-għan, jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u tikkoordina magħhom biex tesplora modi kif tista' tittejjeb l-interoperabilità bejn is-sistemi tagħhom; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabilixxi mill-aktar fis possibli, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, rekwiżiti ta' affidabilità u ta' kwalità għall-katina tas-servizzi kollha tal-112, u tistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni u linji gwida relatati mal-kwalità tas-servizz 112 kif inhu esperjenzat miċ-ċittadini, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta' aċċessibilità, għall-interoperabilità bejn is-servizzi ta' emerġenza, għall-multilingwiżmu u għall-interventi f’waqthom u kwalitattivi mis-servizzi ta' emerġenza; |
32. |
Jirrakomanda, bil-ħsieb li tittejjeb l-effiċjenza tas-servizz tal-emerġenza 112 fl-UE, l-istabbiliment ta' programm ta' azzjoni biex jappoġġa l-qsim tal-esperjenzi u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Aġenziji Regolatorji Nazzjonali, is-servizzi ta' emerġenza u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Istati Membri, filwaqt li dan l-iskambju jiġi estiż għall-organizzazzjonijiet li hemm fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi ġirien tal-UE, jissuġġerixxi li, għal dan il-għan, jista' jiġi stabbilit network ta' esperti; jirrakkomanda b’mod speċifiku l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-immaniġġjar tat-telefonati lill-112, partikolarment dwar it-taħriġ tal-operaturi, l-użu ta' operatur uniku biex jimmaniġġa telefonata u l-użu ta' servizzi onlajn u ta' interpretazzjoni li jkunu jistgħu jgħinu lil dawk li ma jitkellmux il-lingwa tal-pajjiż fejn ikunu qed jużaw is-servizzi tal-emerġenza; |
33. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri li hemm bżonn sabiex jitnaqqas in-numru ta' tentattivi ta' telefonati ta' emerġenza li ma jirnexxux, jitnaqqas il-ħin biex wieħed jaqbad u jingħata rispons u jitnaqqas in-numru ta' telefonati biċ-ċajt u foloz; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki rigward l-imblukkar ta' telefonati minn mowbajls bla SIM; |
34. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ggarantita l-aċċessibilità tan-numru 112 għall-persuni b'diversi tipi ta' diżabbiltà u gruppi vulnerabbli, u jħeġġeġ biex l-aċċessibilità għall-112 tiġi standardizzata għal dawn il-gruppi partikolari, possibilment permezz tal-forniment ta' apparati terminali għall-utenti bi problemi biex jisimgħu jew jaraw, servizzi ta' trażmissjoni testwali jew ta' lingwa tas-sinjali, jew tagħmir speċifiku ieħor; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex iżidu l-għarfien tan-numru 112 fost dawn in-nies permezz tal-użu ta' mezzi tal-komunikazzjoni li jkunu speċjalment adattati għall-ħtiġijiet tagħhom; |
35. |
Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel studju dwar il-prestazzjonijiet tas-servizzi tan-numru ta' emerġenza 112 s'issa u dwar il-kooperazzjoni bejn il-korpi relevanti bl-għan li ttejjeb is-servizz, u dwar il-miżuri individwali li ttieħdu s’issa mill-Istati Membri; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni tqis il-possibilità li s-servizz tal-112 jiġi estiż mit-telefonati vokali għall-SMS ħalli meta dak li jkun jibgħat messaġġ testwali ‘112’ dan il-messaġġ mill-ewwel iqanqal reazzjoni ta' emerġenza; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, permezz ta' korpi indipendenti u sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena 2012, l-istat reali tal-implimentazzjoni tan-numru 112 fl-UE kollha kif hi esperjenzata miċ-ċittadini, filwaqt li tivvaluta b’mod partikolari l-aċċessibilità, l-interoperabilità u l-ħinijiet għal intervent. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni mistiedna wkoll tipprovdi sa l-istess data, ħarsa ġenerali tal-ħinijiet ta' intervent vinkolanti legalment u implimentati fil-prattika fl-UE, kif ukoll testendi l-istudju tal-impatt imħejji fil-qafas tal-eCall għall-konsegwenzi umani u finanzjarji tal-funzjonament tan-numru 112; |
37. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, minħabba li t-teknoloġija diġà teżisti, jippromwovu l-istabbiliment ta' ‘sistema tal-112 bil-maqlub’, jiġifieri sistema interkonnessa li tkun mifruxa mal-UE kollha, universali, multilingwi, aċċessibbli, semplifikata u effiċjenti biex twissi u tallerta liċ-ċittadini fil-każ ta' emerġenzi u diżastri maġġuri naturali u/jew ikkawżati mill-bniedem, imminenti jew li jkunu qed jiżviluppaw, ta' kwalunkwe tip; iqis li tali sistema għandha tiġi implimentata mingħajr ma xxekkel il-privatezza u f'kombinazzjoni ma’ kampanji xierqa ta' tagħrif u taħriġ għaċ-ċittadini; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-fattibilità ta' servizz simili tan-numru 116 bħas-servizz tan-numru 112 għaċ-ċittadini li jkollhom problemi emottivi, li jbatu bid-depressjoni jew bi problemi oħra ta' saħħa mentali; |
*
* *
39. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51
(3) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11
(4) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33
(6) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21
(7) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37
(8) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(9) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(10) ĠU L 217, 6.8.1991, p. 31.
(11) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32.
(12) ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 92.
(13) ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 6.
(14) In-Numru Ewropew ta' Emerġenza - 112, Stħarriġ Flash għall-Eurobarometer, Kummissjoni Ewropea 2011, http://ec.europa.eu/information_society/activities/112/docs/report_2011.pdf
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/9 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar ġust
P7_TA(2011)0307
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar ġust (2010/2109(INI))
2013/C 33 E/02
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumissjoni tal-5 ta’ Lulju 2010 intitolat “Eżerċizzju ta’ sorveljanza tas-suq tal-konsumaturi u d-distribuzzjoni – Lejn suq intern tal-konsumaturi u d-distribuzzjoni iktar effikaċi u ġust sal-2020” (COM(2010)0355), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar is-Servizzi fis-Suq Intern (SEC(2010)0807), |
— |
wara li kkunsidra r-reazzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar ir-rapport ta’ monitoraġġ tas-suq tal-konsumaturi (li sar mill-5 ta’ Lulju sal-10 ta’ Settembru 2010), |
— |
wara li kkunsidra r-Roundtable dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u ġust għall-kumpanniji u għall-konsumaturi mwaqqaf mill-Kumitat tiegħu għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur fil-25 ta’ Jannar 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2011 dwar l-“Eżerċizzju ta’ sorveljanza tas-suq tal-konsumaturi u d-distribuzzjoni – Lejn suq intern tal-konsumaturi u d-distribuzzjoni iktar effikaċi u ġust sal-2020”, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2011 intitolata “L-Att dwar is-Suq Uniku - Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja - ‧Flimkien għal tkabbir ġdid‧ ”(COM(2011)0206), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010 intitolata ”Lejn Att dwar is-Suq Uniku – Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna: 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma’ xulxin” (COM(2010)0608), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Monti tad-9 ta’ Mejju 2010 intitolat “Strateġija Ġdida għas-Suq Uniku”, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar l-Att dwar is-Suq Uniku, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar “Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0543), |
— |
wara li kkunsidra r-raba' edizzjoni tat-“Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur – biex il-Konsumaturi jkollhom iktar għażla” (edizzjoni tal-ħarifa– Ottubru 2010), u l-ħames edizzjoni tat-“Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur – Konsumaturi f'posthom fis-suq uniku” (edizzjoni tar-rebbiegħa – Marzu 2011), |
— |
wara li kkunsidra l-21 edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern ippubblikata fit-23 ta’ Settembru 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar (COM(2009)0591), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 intitolata “ ‘Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir’ – ‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ ” għall-Ewropa (COM(2008)0394), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern (5), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet konsumatur (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2011 dwar il-governanza u s-sħubija fis-suq uniku (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2011 dwar suq uniku għall-impriżi u t-tkabbir (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2011 dwar suq uniku għall-Ewropej (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-futur tal-istandardizzazzjoni Ewropea (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku (11), |
— |
wara l-kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar dħul ġust għall-bdiewa: katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar (12), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (13), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (14), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern (15), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar is-SOLVIT (16), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2008 dwar l-investigazzjoni u r-rimedji tal-abbuż ta’ poter min-negozji kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea (17), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0217/2011), |
A. |
billi x-xejra lejn il-protezzjoniżmu fl-Ewropa hi allarmanti, |
B. |
billi l-ekonomija reali jeħtieġ li terġa' titqiegħed fiċ-ċentru tal-aġenda politika biex tillibera l-potenzjal kollu tas-Suq Uniku, |
C. |
billi s-suq tal-konsumaturi hu komponent kruċjali tal-impenn tagħna li nerġgħu nvaraw is-Suq Uniku, |
D. |
billi s-suq tal-konsumaturi, billi hu wieħed minn dawk li l-aktar jużaw l-enerġija u jipproduċu l-iskart, jista' jagħmel kontribut fundamentali lis-sostenibbiltà, inklużi l-miri tal-enerġija UE 20-20-20, |
E. |
billi l-potenzjal kummerċjali għall-kummerċ transkonfinali onlajn mhux qiegħed jirnexxilu jinħareġ biżżejjed minħabba diversi ostakoli, bħal, ngħidu aħna, l-ostakli tal-lingwi, in-nuqqas ta’ sigurtà fis-sistema, informazzjoni inadegwata u insuffiċjenti u n-nuqqas ta’ koordinament u kooperazzjoni fil-kamp amministrattiv, li minħabba fihom il-konsumaturi qegħdin joqogħdu lura milli jixtru onlajn minn bejjiegħa fi Stati Membri oħra u l-bejjiegħa qegħdin joqogħdu lura milli jbigħu onlajn lil hinn barra pajjiżhom, |
Viżjoni għal aktar kompetittività, tkabbir u impjiegi
1. |
Jisħaq li s-settur tal-konsumaturi hu forza motriċi għal tkabbir, kompetittività u impjiegi fl-Ewropa u għandu rwol importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija tal-UE2020; |
2. |
Jissottolinja li l-bejjiegħa qed joffru modi diversi u moderni kif jixtru u jbigħu l-prodotti u s-servizzi u jikkontribwixxu għall-għażla usa’ tal-konsumatur u opportunitajiet ta’ impjieg flessibbli u diċenti, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ; |
3. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħtu l-ogħla prominenza politika lis-settur tal-bejgħ lill-konsumaturi bħala pilastru tal-Att dwar is-Suq Uniku u mezz li jġedded il-fiduċja tal-pubbliku fis-suq uniku; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tinforza koordinazzjoni ta’ politika trażversali u tieħu approċċ olistiku u fit-tul lejn is-settur tal-bejgħ lill-konsumaturi; |
5. |
Jiddispjaċih li ostakli serji għadhom ixekklu s-settur tal-bejgħ lill-konsumaturi milli jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu onlajn u offlajn; jisħaq il-bżonn li jindirizzahom mingħajr dewmien; |
6. |
Jissottolinja li l-bejjiegħa u l-fornituri għandhom responsabbilità konġunta biex jintlaħaq suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti, trasparenti u ġust. |
7. |
Jikkunsidra li l-mira prinċipali trid tkun fuq l-infurzar effettiv tal-prinċipji tat-Trattati, ir-regolamenti u l-istrumenti eżistenti tas-suq intern, u awtoregolazzjoni, qabel jikkunsidra approċċ regolatorju, jekk dan ikun f’loku; |
Tneħħija ta’ ostakli għall-moviment ħieles ta’ prodotti u servizzi
8. |
Huwa mħasseb li regoli nazzjonali restrittivi, interpretazzjonijiet diverġenti u infurzar inadegwat jfixklu l-moviment ħieles ta’ prodotti u servizzi fl-UE; jisħaq li r-rekwiżiti għal testijiet u reġistrazzjonijiet addizzjonali, in-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ ċertifikati u standards, restrizzjonijiet territorjali fuq il-provvista u miżuri simili joħolqu spejjeż żejda għall-konsumaturi u bejjiegħa, b'mod partikolari lill-SMEs, u b'hekk jillimitaw l-utilità potenzjali tas-suq uniku għaċ-ċittadini Ewropej u għad-dinja tan-negozju; |
9. |
Jirrikonoxxi l-bżonn li l-Kummissjoni tanalizza ulterjurment ir-raġunijiet tad-differenza fil-prezzijiet fl-UE, abbażi ta’ għodod adekwati tal-istatistika, sabiex tiżgura iktar trasparenza u l-komparabbiltà fil-prezz lill-konsumatur, mingħajr preġudizzju lejn ir-regoli Ewropej u nazzjonali fiskali u tas-suq tal-ħaddiema, u b’hekk tippromwovi għażliet aktar informati u aktar fiduċja fil-kummerċ transkonfinali; ifakkar fil-bżonn ta’ kooperazzjoni attiva bejn l-aġenziji nazzjonali tal-istatistika għal dan il-għan; |
10. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod sħiħ u korrett ir-regoli u l-leġiżlazzjoni tas-suq intern, partikolarment il-Pakkett dwar l-Oġġetti, id-Direttiva dwar is-Servizzi, id-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard, id-Direttiva tal-Kummerċ elettroniku u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar u d-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali; jitlob ukoll lill-Istati Membri biex jeliminaw id-dupplikazzjoni u jnaqqsu l-piżijiet alternattivi u l-ostakli regolatorji li jistgħu jillimitaw it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; |
11. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-Istati Membri iktar mill-qrib sabiex tnaqqas id-defiċit ta’ traspożizzjoni u tiżgura rikonoxximent reċiproku effettiv ta’ prodotti u servizzi; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura wkoll is-simplifikazzjoni ta’ regoli eżistenti; |
12. |
Jinnota d-diffiklutajiet li jaffaċċjaw il-bejjiegħa bl-imnut indipendenti tal-Ewropa, u jqis li l-leġiżlazzjoni tas-suq tal-konsumaturi għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza b'mod aktar komprensiv, partikolarment rigward il-bżonn li jkun eżaminat u mifhum adegwatament l-impatt tal-leġiżlazzjoni fuq in-negozji ż-żgħar; |
13. |
Jinkoraġġixxi federazzjonijiet kummerċjali u assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, megħjuna mill-Kummissjoni, biex jipprovdu iktar informazzjoni, taħriġ u pariri legali lill-partijiet interessati dwar id-drittijiet tagħhom u l-istrumenti li jsolvu l-problemi għad-dispożizzjoni tagħhom, bħas-SOLVIT, u jappoġġaw l-iskambju tal-aħjar prattiki bejniethom; |
14. |
Jisħaq li sistema ta’ ħlasijiet frammentata hija ostaklu għall-kummerċ; jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb is-SEPA sabiex tiżviluppa mezz bażiku tal-ħlas disponibbli għall-kards kollha, trawwem il-kompetizzjoni bejn il-mezzi tal-ħlas billi tneħħi l-ostakli, iżżid it-trasparenza fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u tneħħi t-tariffi tal-interkambju mhux ġustifikati; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tiżgura trasferimenti bankarja aktar rapidi fi ħdan l-UE; jinnota, barra minn hekk, li s-SEPA tista' titqies bħala strument utli li jista' jintuża biex jiġġieled l-ekonomija informali; |
Il-ftuħ tal-aċċess għas-suq lil kumpaniji u konsumaturi
15. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn it-tħassib espress minn partijiet mis-soċjetà ċivili u l-SMEs dwar iż-żieda fl-għadd ta’ ċentri kummerċjali u t-tnaqqis f’dak tal-ħwienet u s-swieq lokali f'żoni remoti u fiċ-ċentri tal-bliet; |
16. |
Jenfasizza li l-ippjanar kummerċjali għandu jipprovdi qafas strutturali għall-kumpanniji biex jikkompetu, isaħħu l-libertà tal-għażla tal-konsumaturi u jippermettu l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, speċjalment f’reġjuni inqas aċċessibbli u bi ftit nies jew meta titnaqqas il-mobilità tal-konsumaturi; Jisħaq, barra minn hekk, fuq ir-rwol soċjali, kulturali u ambjentali tal-ħwienet u s-swieq lokali biex jerġgħu jaħju ż-żoni rurali u urbani; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Istati Membri jinkuraġġixxu komunitajiet lokali sostenibbli billi jrawmu l-innovazzjoni u t-tkabbir tal-SMEs; |
17. |
Jenfasizza li l-SMEs jikkostitwixxu s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u għandhom rwol uniku x'jaqdu fil-ħolqien tal-impjiegi, partikularment fiż-żoni rurali, kif ukoll fit-trawwim tal-innovazzjoni u tal-żvilupp fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fil-komunitajiet lokali madwar l-UE; |
18. |
Jikkunsidra li l-aċċessibilità trid tiġi indirizzata fir-rispett sħiħ tas-sussidjarjetà; |
19. |
Jirrikonoxxi li l-Istati Membri huma responsabbli għall-politiki dwar fejn għandhom jiġu lokalizzati l-ħwienet tagħhom u li s-sostenibilità, il-mobilità, l-ippjanar reġjonali u l-konsolidazzjoni tal-qalba huma fatturi ewlenin li għandhom jitqiesu fid-deċiżjoni dwar l-ammissibilità ta’ siti ġodda għall-ħwienet; |
20. |
Huwa tal-fehma li l-inċentivi għat-tiġdid tal-patrimonju tal-bini urban, anki bl-użu tal-Fondi Strutturali, ikunu jistgħu jippermettu tnaqqis fil-kera (sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat) u jkunu jistgħu jiffaċilitaw ir-ritorn tan-negozji, partikolarment dawk lokali, li huma strumentali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tfassal stħarriġ fuq l-impatt u l-konsegwenzi possibbli tal-ħolqien ta’ hypermarkets jew ċentri kummerċjali rigward is-suq tal-impjiegi, l-SMEs u l-konsumaturi; |
22. |
Jinnota t-tħassib li għandhom il-bejjiegħa tat-toroq li m'għandhomx post fiss u li jaħdmu f'żoni pubbliċi rigward il-possibbiltà li d-Direttiva 2006/123/KE tiġi infurzata fl-Istati Membri, fejn testendi l-kunċett ta’ ‧riżorsi naturali‧ anki għall-art pubblika, u li r-riżultat tagħha jkun li l-konċessjonijiet kummerċjali f'żoni pubbliċi jingħataw għal żmien limitat; din ikollha effetti negattivi għall-impjiegi, għal-libertà tal-għażla tal-konsumaturi u għall-eżistenza proprja tas-swieq tradizzjonali lokali tat-triq; |
23. |
Jenfasizza li l-kummerċ elettroniku jikkumplimenta b'mod importanti n-negozju offlajn u azzjoni xierqa trid tittieħed biex tiżviluppa l-potenzjal kollu tiegħu inkluż it-titjib tal-aċċess għall-Internet fiż-żoni l-aktar remoti tal-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-komunikazzjoni dwar il-kummerċ elettroniku li ġejja miżuri li jsaħħu l-kunfidenza, b'mod partikolari billi tissimplifika r-reġistrazzjoni ta’ dominji transkonfinali, ittejjeb il-ħlas sikur onlajn, l-iffaċilitar tal-irkupru transkonfinali tad-djun, u ttejjeb l-informazzjoni għall-konsumaturi dwar drittijiethom, partikolarment dawk li għandhom x'jaqsmu mal-kanċellazzjonijiet u mal-opportunitajiet għall-appell; |
24. |
Jiddispjaċih dwar l-għadd sinifikanti ta’ ostakli għal-libertà ta’ stabbiliment tan-negozjanti bl-imnut fl-UE; hu mħasseb, b'mod partikolari, minħabba ċerti liġijiet nazzjonali dwar il-kummerċ u t-taxxa, li għandhom effett diskriminatorju de facto kontra bejjiegħa barranin; |
25. |
Jitlob lill-Kummissjoni taġixxi b'aktar saħħa kontra kwalunkwe Stat Membru li jikser il-prinċipji interni tas-suq, tħaffef il-proċeduri ta’ ksur permezz ta’ ‧approċċ rapidu‧ u tirrapporta lill-Parlament Ewropew kull sena dwar każi riżolti fil-qasam tal-bejgħ lill-konsumaturi; |
Indirizzar ta’ prattiki kuntrattwali u kummerċjali f'relazzjonijiet bejn in-negozji
26. |
Jafferma mill-ġdid li l-kompetizzjoni ħielsa u ġusta, il-libertà kuntrattwali u l-infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni relevanti huma fundamentali għal suq tal-konsumaturi li jaħdem tajjeb; |
27. |
Jirrikonoxxi li l-kumpaniji għandhom saħħa differenti fis-suq, li jeħtiġilhom jaġixxu b'mod ekonomikament xieraq u li l-UE għandha bżonn kampjuni ekonomiċi biex tikkompeti globalment; |
28. |
Jenfasizza, madankollu, li hemm tħassib mifrux dwar dominazzjoni tas-suq minn parteċipanti ikbar, spiss ikkunsidrati li jimponu termini inġusti fuq fornituri, bejjiegħa bl-imnut u negozjanti aktar dgħajfa, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmi mhux ġustifikati ta’ distribuzzjoni selettiva, prattiki ristrettivi, segmentazzjoni ġeografika, kontroll tal-prezzijiet u tneħħija mil-listi bla preavviż, u prattiki oħra ristrettivi li għaldaqstant ixattru l-kompetizzjoni; jissottolinja li l-katina kollha tal-provvista għall-bejgħ bl-imnut tiġi affettwata min tali prattiki; jikkundanna l-prattiki li jabbużaw mill-iżbilanċ fil-poter bejn l-aġenti ekonomiċi u jaffettwaw il-libertà kuntrattwali ta’ vera; jenfasizza li t-tkattir tal-għarfien tal-aġenti kollha dwar id-drittijiet kuntrattwali tagħhom, speċjalment l-SMEs, jikkontribwixxi biex jipprevjeni dawn il-prattiki; |
29. |
Jirrikonoxxi li l-franchising huwa formula tajba biex il-bejjiegħa bl-imnut indipendenti jissopravvivu f'ambjent b'kompetizzjoni għolja; jinnota bi tħassib li l-kuntratti biex bejjiegħa bl-imnut ikunu parti minn franchise qed isiru aktar u aktar rigorużi; |
30. |
Jenfasizza li l-marki privati għandhom jiġu żviluppati b’tali mod li jipprovdu għażla mtejba tal-konsumatur, partikolarment f’dak li għandhom x’jaqsmu t-trasparenza, il-kwalità tal-informazzjoni u d-diversità, u biex jipprovdu opportunitajiet tajbin lill-SMEs biex jiġġeddu u jespandu; |
31. |
Jikkunsidra li ‧kkupjar parassitiku‧, li fost l-oħrajn jista' jirriżulta mir-rwol doppju tal-bejjiegħ bl-imnut bħala fl-istess waqt konsumatur u kompetitur ma’ ditti tal-manufattura, hu prattika inaċċettabbli li għandha tiġi indirizzata mingħajr dewmien; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tagħmel analiżi bil-għan li tiċċara iktar l-oqfsa u l-prattiki legali rigward is-sigirieti kummerċjali u l-‧ikkupjar parassitiku‧ fi ħdan is-27 Stat Membru tal-UE; |
32. |
Jirrikonoxxi l-bżonn ta’ relazzjonijiet ibbilanċjati u trasparenza fil-katina tal-forniment tal-bejgħ lill-konsumaturi; jisħaq fuq il-bżonn li ngħaddu mill-konfrontazzjoni għad-djalogu bbażat fuq il-fatti, sabiex tiġi restawrata l-kunfidenza u jiġi permess negozjar aktar ġust u bl-istess kundizzjonijiet għal kulħadd, bir-riżultat li l-parteċipanti ekonomiċi kollha fi ħdan il-katini tal-provvista jibbenefikaw mill-valur miżjud tal-prodotti tagħhom u jaħsdu l-benefiċċji totali mis-Suq Uniku; |
33. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissodisfaw u jinfurzaw b'mod koerenti l-liġi dwar il-kompetizzjoni u, fejn hu applikabbli fil-livell nazzjonali, il-liġijiet dwar il-kompetizzjoni inġusta u kontra l-monopolju; |
34. |
Jenfasizza li, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa tar-regoli tal-kompetizzjoni u biex ma jitħalliex l-abbuż ta’ xi ħadd li għandu pożizzjoni dominanti, huwa l-ewwel nett meħtieġ li jissaħħu l-awtoritajiet li jgħassu l-kompetizzjoni lokali u li jiġu żgurati wkoll linji ta’ komunikazzjoni kontinwi u bla interruzzjonijiet u ta’ kooperazzjoni bejniethom u d-Direttorat Ġeneral tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni; |
35. |
Isostni x-xogħol tajjeb tal-Pjattaforma tal-Esperti dwar il-prattiki kuntrattwali B2B tal-Forum ta’ Livell Għoli dwar it-Titjib fil-Funzjonament tal-Katina ta’ Provvista tal-Ikel, b'mod partikolari biex jiddefinixxu, jelenkaw u jivvalutaw x'jikkostitwixxi prattika kummerċjali inġusta, ibbażata fuq dejta u eżempji konkreti; jitlob appoġġ qawwi ta’ inizjattivi għad-djalogu bejn il-partjiet fuq din il-kwistjoni; huwa mħasseb li l-Parlament Ewropew mhuwiex involut formalment fix-xogħol tal-Pjattaforma u fil-Forum ta’ Livell Għoli; iqis li l-Parlament għandu jindirizza urġentement din il-kwistjoni u għandu jipparteċipa attivament fix-xogħol tal-Forum; |
36. |
Jappoġġa l-bżonn espress minn xi partijiet interessati biex jittieħed approċċ usa' u orizzontali, li jestendi l-iskop lil hinn mill-industrija agroalimentari. jitlob lill-Kummissjoni u l-federazzjonijiet industrijali, bi tkomplija fuq ix-xogħol li qed jitwettaq fil-Pjattaforma tal-Esperti, biex jesploraw il-possibilitajiet li jinħoloq forum miftuħ ġdid li jiffoka fuq il-bejgħ lill-konsumaturi fl-intier tiegħu; |
37. |
Jappoġġa bil-qawwa, fl-istess ħin, ix-xogħol intensiv li qed jitwettaq mill-federazzjonijiet tal-bejjiegħa u tal-fornituri biex jistabbilixxu djalogu informali u mekkaniżmi għall-konsultazzjoni regolari fir-rigward tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. jilqa' l-inizjattiva volontarja li jaqblu fuq dikjarazzjoni dwar prinċipji komuni għal prattiki tajbin ta’ negozjar fil-katina tal-forniment għall-bejgħ lill-konsumaturi; |
38. |
Jilqa' wkoll l-istrument Ewropew tal-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-prezzijiet tal-ikel (European Food Prices Monitoring tool) kif ukoll inizjattivi simili meħuda minn Stati Membri li jippermettu dħul finanzjarju ġust tul il-katina tal-provvista alimentari b'analiżi fuq l-ispejjeż, il-proċessi, il-valur miżjud, il-volumi, il-prezzijiet u l-marġini fit-taqsimiet kollha tal-katina tal-provvista alimentari; |
39. |
Jinnota bi tħassib li strumenti legali eżistenti mhux qed jintużaw kif suppost, speċjalment mill-SMEs biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom, minħabba dipendenza ekonomika u tħassib dwar telf ta’ kummerċ; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u l-federazzjonijiet tan-negozju biex jidentifikaw modi sabiex tiġi restawrata l-kunfidenza u jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-sistemi ġuridiċi, inkluża l-possibilità ta’ lmenti anonimi u l-ħatra ta’ Ombudsman tal-UE f'dan il-qasam; huwa konvint, barra minn hekk, li huwa neċessarju wkoll li l-qafas kunċettwali jiġu żviluppat biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fir-rerlazzjonijiet kemm vertikali kif ukoll orizzontali bejn in-negozji, bir-riżultat li twitti t-triq għal ambjent bl-istess kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni għan-negozji kollha; |
40. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika, sa tmiem l-2011, komunikazzjoni bil-liġijiet nazzjonali u għodod disponibbli biex jintużaw fil-prattika kummerċjali u relazzjonijiet kuntrattwali, u biex tivvaluta bir-reqqa jekk dawn ir-regoli humiex qed jiġu infurzati kif suppost u jekk jeħtieġx azzjoni ulterjuri; |
41. |
Jikkunsidra li għandhom jiġu esplorati mekkaniżmi alternattivi u informali tar-riżoluzzjoni tal-kontroversji u ta’ rimedju, u tiġi valutata l-effikaċja tagħhom, peress li jistgħu jkunu mezz ta’ riżoluzzjoni tal-kontroversji għall-bejjiegħa bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri dwar is-soluzzjoni alternattiva tal-kontroversji sa tmiem l-2011 sabiex issaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji; |
42. |
Jitlob lill-Kummissjoni u operaturi fil-katina tal-forniment tal-bejgħ lill-konsumaturi biex jirrappurtaw lill-Parlament kull sena dwar il-progress li jsir fil-pjattaformi eżistenti u dwar mekkaniżmi ta’ djalogu informali; jissuġġerixxi li r-riżultati għandhom jiġu diskussi waqt Laqgħa ta’ Diskussjoni dwar is-Suq tal-Konsumaturi organizzata ta’ kull sena mill-Kumitat tiegħu għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur; |
Tisħiħ tal-effiċjenza u tal-konsum sostenibbli – prattiki innovattivi
43. |
Jenfasizza r-responsabbiltà tas-settur tal-bejgħ bl-imnut rigward is-sostenibbiltà; jilqa' l-fatt li l-bejjiegħa u l-fornituri kienu minn ta’ quddiem rigward ir-r-responsabbilità ħadra, partikolarment rigward l-iskart, l-użu tal-enerġija, it-trasport u t-tnaqqis tad-CO2; jappoġġa l-impenji li diġà ħadu favur konsum sostenibbli, imma jqis li hemm bżonn aktar sforzi; iqis li r-responsabbiltà korporattiva għandha tagħti attenzjoni akbar lill-kwistjonijiet soċjali u ambjentali; |
44. |
Jenfasizza li l-bejjiegħa u l-fornituri jġibu 'l quddiem l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp; jenfasizza li s-settur sħiħ jeħtieġ ikompli jġib 'il quddiem l-livell ta’ investiment f'teknoloġiji u prattiki innovattivi biex itejbu aktar il-kompetittività matul il-katina tal-provvista, li jkunu jkopru l-loġisitika u t-trasport, l-effiċjenza enerġetika, l-imballaġġ, ir-rimi ta’ skart u r-riċiklaġġ tal-prodotti, u biex jiskambjaw bejniethom il-prattiki tajbin; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema komuni ta’ valutazzjoni u ttikkettar, kif indikat fir-riżoluzzjoni tagħha dwar suq uniku għall-impriżi u t-tkabbir, ibbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodott, partikolarment sabiex tissimplifika, tarmonizza u tegħleb l-ispiża tal-frammentazzjoni għan-negozju u l-konsumaturi; |
46. |
Jitlob lill-partijiet interessati biex jieħdu inizjattivi ulterjuri biex jiġġieldu l-ħela tal-ikel; |
47. |
Jilqa' l-ftehim konġunt tal-EuroCommerce u UNI-Europa, li juri li d-djalogu soċjali qed jaħdem tajjeb fil-kummerċ; jirrikonoxxi li hemm bżonn isir iktar biex tiżdied l-informazzjoni lill-konsumatur dwar ir-responsabbilità soċjali tal-bejjiegħa, biex l-investimenti f'teknoloġiji ġodda u l-kapital uman ikunu paralleli, partikolarment permezz tal-iżvilupp tal-kompetenza, kif ukoll fil-ġlieda kontra l-ekonomija informali; |
48. |
Ifakkar fl-importanza ta’ implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol eżistenti; jiddispjaċih bl-eżistenza ta’ grad għoli ta’ impjiegi mhux dikjarati, li jinvolvu livell għoli ta’ evażjoni tat-taxxa u ma jippermettux ambjent bl-istess kundizzjonijiet bejn l-operaturi fis-suq intern; |
49. |
Jindika li t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ġlieda kontra l-ekonomija informali u ż-żamma tal-livelli tal-impjiegi u l-kompetittività billi l-bżonnijiet tal-bejjiegħa bl-imnut jitqabblu b'mod aħjar ma’ dawk tal-ħiliet tal-ħaddiema huma fost l-isfidi ewlenin f'dan is-settur; jenfasizza, għaldaqstant, il-bżonn ta’ investiment fil-bini tat-taħriġ u tal-kompetenza billi dan jgħin lis-settur jadatta malajr għat-teknoloġiji ġodda; |
It-Triq 'il quddiem
50. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprepara, b'konsultazzjoni mas-settur tal-bejgħ bl-imnut, Pjan Ewropew ta’ Azzjoni komprensiv dwar il-Bejgħ bl-Imnut ħalli tfassal strateġija, tibni fuq il-kisbiet u tindirizza l-kwistjonijiet li fadal, b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għas-settur; jilqa' l-fatt li l-Parlament appoġġa din l-inizjattiva fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar suq uniku għall-impriżi u t-tkabbir; |
51. |
Jenfasizza li dan il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jinkludi l-inizjattivi diġà żviluppati mill-Kummissjoni, bħall-Forum ta’ Livell Għoli dwar it-Titjib fil-Funzjonament tal-Katina ta’ Provvista Alimentari, inizjattivi dwar is-sostenibbiltà u t-tibdil fil-klima, u proposti relevanti tal-Att tas-Suq Uniku; |
52. |
Jipproponi li s-segwitu tal-azzjonijiet rakkomandati fil-Pjan ta’ Azzjoni, inkluż il-progress li sar fid-djalogu fost il-partijiet interessati, ikun ippreżentat u diskuss fl-ewwel Laqgħa ta’ Diskussjoni tas-Suq tal-Konsumaturi; |
53. |
Jistenna li l-ottimizzazzjoni ulterjuri tal-proċessi tax-xiri u tal-bejgħ tul il-katina tal-provvista tal-bejgħ bl-imnut, mir-riċerka tas-suq u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott sar-relazzjonijiet mal-fornituri, il-loġistika u l-ġestjoni tal-ħażniet, kif ukoll l-immaniġġjar ta’ oġġetti difettużi, ilmenti minn konsumaturi u ħarsien tal-konsumatur, se ttejjeb il-kompetittività fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, tbaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi u ttejjeb il-kwalità tas-servizz; |
54. |
Jinkuraġġixxi bejjiegħa u fornituri biex jieħdu sehem b'mod attiv fi djalogu miftuħ, kostruttiv u kontinwu ħalli jintlaħqu soluzzjonijiet pragmatiċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Istituzzjonijiet tal-UE biex isostnu dan il-proċess b'mod attiv; |
*
* *
55. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(2) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21.
(3) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(4) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
(5) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(6) Testi adottati, P7_TA(2011)0293.
(7) Testi adottati, P7_TA(2011)0144.
(8) Testi adottati, P7_TA(2011)0146.
(9) Testi adottati, P7_TA(2011)0145.
(10) Testi adottati, P7_TA(2010)0384.
(11) Testi adottati, P7_TA(2010)0320.
(12) Testi adottati, P7_TA(2010)0302.
(13) ĠU C 161E, 31.5.2011, p. 84.
(14) ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 1.
(15) ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 25.
(16) ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 10.
(17) ĠU C 184E, 6.8.2009, p. 23.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/17 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Il-Kostituzzjoni Ungeriża Riveduta
P7_TA(2011)0315
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-Kostituzzjoni Ungeriża Riveduta
2013/C 33 E/03
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 49, 56, 114, 167 u 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), li jittrattaw ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħhom, |
— |
wara li kkunsidra l-Liġi Bażika tal-Ungerija, adottata fit-18 ta’ April 2011 mill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Ungeriża li se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012 (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘il-Kostituzzjoni l-ġdida’), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjonijiet Nru CDL(2011)016, CDL(2011)001 tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-Kummissjoni ta’ Venezja) dwar il-kostituzzjoni Ungeriża l-ġdida u t-tliet kwestjonijiet legali li joħorġu mill-proċess tat-tfassil tal-Kostituzzjoni Ungeriża l-ġdida, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni Nru 12490 dwar ostakli serji fl-oqsma tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ungerija mressqa fil-25 ta’ Jannar 2011 fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni Nru 30141/04 of the tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Schalk u Kopf vs. Awstrija), u b'mod partikulari l-obiter dicta tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet Orali mressqa fil-Parlament Ewropew dwar il-Kostituzzjoni Ungeriża l-ġdida u l-istqarrijiet tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kostituzzjoni Ungeriża riveduta u wara d-dibattitu segwenti li nżamm fit-8 ta’ Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq il-valuri tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif stipulat fl-Artikolu 2 TUE, fuq ir-rispett ċar għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, kif hemm imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-KEDB, u fuq l-għarfien tal-valur legali tal-imsemmija drittijiet, libertajiet u prinċipji, li huwa affermat ulterjorment bis-sħubija li se sseħħ dalwaqt tal-UE fil-KEDB, |
B. |
billi l-Ungerija ffirmat il-KEDB, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u strumenti legali internazzjonali oħra li jobbligawha tirrispetta u timplimenta l-prinċipji li jikkonċernaw is-separazzjoni tas-setgħat, l-implimentazzjoni ta’ kontrolli u bilanċi istituzzjonali u l-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, |
C. |
Billi, filwaqt li l-abbozzar u l-adozzjoni ta’ kostituzzjoni ġdida jaqa' fl-ambitu tal-kompetenzi tal-Istati Membri, l-Istati Membri, dawk attwali u dawk applikanti, u l-UE, għandhom id-dmir li jiżguraw li l-kontenut u l-proċessi huma konformi mal-valuri tal-UE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-KEDB, u li l-forma u s-sustanza tal-kostituzzjonijiet adottati ma jikkontradixxux dawn il-valuri u strumenti; billi dan jintwera biċ-ċar mill-fatt li għadd ta’ Stati Membri attwali tal-UE kellhom jeżaminaw mill-ġdid u jemendaw il-kostituzzjoni tagħhom biex jiżguraw l-adeżjoni mal-UE jew jadattaw il-kostituzzjoni tagħhom għal rekwiżiti tat-Trattati tal-UE sussegwenti, b’mod notevoli fuq talba tal-Kummissjoni, |
D. |
billi l-proċess tat-tiswir tal-kostituzzjoni kien nieqes mit-trasparenza u l-abbozzar u l-adozzjoni tal-Kostituzzjoni l-ġdida ġie mmexxi f'kalendarju eċċezzjonalment qasir li ma ppermettiex żmien biżżejjed biex isir dibattitu pubbliku komplut u sostanzjali dwar l-abbozz tat-test; u billi kostituzzjoni li tkun suċċess u leġittima għandha tkun ibbażata fuq l-akbar kunsens possibbli, |
E. |
billi l-Kostituzzjoni ġiet ikkritikata ħafna minn NGOs u organizzazzjonijiet nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, mill-Kummissjoni ta’ Venezja u minn rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, u ġiet adottata esklussivament bil-voti tal-Membri Parlamentari tal-partiti li hemm fil-gvern, b’mod li ma ntlaħaq l-ebda kunsens politiku jew soċjali, |
F. |
billi l-Parlament Ewropew għandu l-istess tħassib espress mill-Kummissjoni ta’ Venezja, b’mod partikolari rigward it-trasparenza, l-istat fil-miftuħ u l-inklussività tal-proċess tal-adozzjoni u l-kalendarju għal din l-adozzjoni, u dwar l-indeboliment tas-sistema ta’ kontrolli u bilanċi, b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet rigward il-Qorti Kostituzzjonali u l-qrati u l-imħallfin li jistgħu jpoġġu l-indipendenza tal-ġudikatura Ungeriża f’riskju, |
G. |
billi l-Kostituzzjoni l-ġdida tonqos milli tistabbilixxi għadd ta’ prinċipji li l-Ungerija, minħabba l-obbligi tagħha li huma internazzjonalment vinkolanti, hija obbligata li tirrispetta u tippromwovi, bħalma huma l-projbizzjoni tal-piena tal-mewt u tal-għomor il-ħabs mingħajr libertà kondizzjonali, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u s-sospensjoni jew ir-restrizzjoni tad-drittijiet fundamentali permezz ta’ ordnijiet ġuridiċi speċjali, |
H. |
billi l-Kostituzzjoni l-ġdida, permezz tal-valuri mnaqqxa fiha u l-ifformular tal-kliem mhux ċar tagħha meta tiddefinixxi kunċetti bażiċi bħal ‧familja‧ u d-dritt għall-ħajja mill-mument tal-konċepiment, toħloq ir-riskju ta’ diskriminazzjoni kontra ċerti gruppi fis-soċjetà, jiġifieri l-minoritajiet etniċi, reliġjużi u sesswali, il-familji b'ġenitur wieħed, in-nies li jgħixi f'unjoni ċivili u n-nisa, |
I. |
billi l-ifformular tal-kliem mhux ċar tal-preambolu, b'mod partikulari l-partijiet rigward l-obbligi tal-istat Ungeriż lejn l-Ungeriżi etniċi li jgħixu barra l-pajjiż, jista’ joħloq bażi legali għal azzjonijiet li pajjiżi ġirien ikunu jqisuhom bħala ndħil mingħajr dritt fl-affarijiet interni tagħhom, sitwazzjoni li tista’ twassal għal tensjonijiet fir-reġjun, |
J. |
billi l-Kostituzzjoni l-ġdida tistipula li l-preambolu tagħha għandu saħħa ġuridika, ħaġa li jista’ jkollha implikazzjonijiet legali u politiċi u tista’ twassal għall-inċertezza legali, |
K. |
billi l-inkorporazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-Kostituzzjoni l-ġdida tista’ tikkawża ddupplikar fil-kompetenzi bejn il-qrati Ungeriżi u dawk internazzjonali, kif hemm irrimarkat fl-opinjoni maħruġa mill-Kummissjoni ta’ Venezja, |
L. |
billi l-Kostituzzjoni l-ġdida tipprevedi l-użu estensiv ta’ liġijiet kardinali, li l-adozzjoni tagħhom hija wkoll soġġetta għal maġġoranza ta’ żewġ terzi, li se jkopru firxa wiesgħa ta’ kwestjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistema istituzzjonali tal-Ungerija, l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali u arranġamenti speċjali fis-soċjetà; billi fil-prattika din il-ħaġa tagħmel l-adozzjoni tagħhom parti mill-proċess kostituzzjonali l-ġdid tal-Ungerija, |
M. |
billi, taħt il-Kostituzzjoni l-ġdida, għadd ta’ kwestjonijiet, bħalma huma aspetti speċifiċi tal-liġi tal-familja u s-sistema tat-taxxi u dik tal-pensjonijiet, li normalment jaqgħu fl-isfera tal-kompetenza tal-gvern jew huma koperti mis-setgħat regolari tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-leġiżlatura, ukoll se jkollhom jiġu regolati mil-liġijiet kardinali, li jfisser li l-elezzjonijiet futuri se jkollhom inqas sinifikat u se jinħoloq ambitu akbar biex gvern b'maġġoranza ta’ żewġ terzi jikkonsolida l-preferenzi politiċi tiegħu; billi l-proċess tal-promulgazzjoni ta’ regoli speċifiċi u dettaljati permezz ta’ liġijiet kardinali jista’ b’hekk iqiegħed il-prinċipju tad-demokrazija f’riskju, |
N. |
billi, kif issottolinjat mill-Kummisjoni ta’ Venezja, il-politiki kulturali, reliġjużi, soċjoekonomiċi u finanzjarji ma għandhomx jiġu ffissati darba għal dejjem permezz ta’ liġijiet kardinali, |
O. |
billi korp mhux parlamentari, il-Kunsill tal-Baġit, bil-leġittimità demokratika limitata tiegħu, se jkollu s-setgħa ta’ veto fuq l-adozzjoni tal-baġit ġenerali, f'liema każ il-Kap ta’ Stat jista' jxolji l-Assemblea Nazzjonali, u b'hekk jiġi severament ristrett l-ambitu għall-azzjoni tal-legislatura li tkun ġiet eletta b'mod demokratiku, |
P. |
billi s-sistema effikaċi ta’ erba' kummissarji parlamentari se titnaqqas għal wieħed li jkun jikkonsisti f’ombudsman ġenerali u żewġ deputati, li jista' jkun li ma jipprovdix l-istess livell ta’ ħarsien tad-drittijiet u li s-setgħat tiegħu mhux se jinkludi dawk is-setgħat ta’ dak li qabel kien il-Kummissarju għad-Dejta Personali u għal-Libertà tal-Informazzjoni; billi s-setgħat ta’ dan tal-aħħar se jiġu ttrasferiti lil awtorità li l- modus operandi tagħha mhuwiex speċifikata, |
Q. |
billi b’mod paralell mal-adozzjoni tal-Kostituzzjoni l-ġdida, il-gvern Ungeriż u l-partiti li jinsabu fil-gvern għamlu ħafna ħatriet ġodda għal pożizzjonijiet ewlenin, bħalma huma Avukat Ġenerali l-ġdid, President tal-Uffiċju tal-Verifika tal-Istat u President tal-Kunsill tal-Baġit; billi aktar riċenti l-Parlament Ungeriż ħatar l-imħallfin li se jkunu membri tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża l-ġdida, kif mitlub mill-Kostituzzjoni l-ġdida; billi l-proċedura tan-nominazzjoni u l-elezzjoni ma kinux ibbażati fuq kunsens politiku, |
R. |
billi l-Kostituzzjoni l-ġdida tistabbilixxi regoli ġenerali ħafna li jirregolaw is-sistema ġudizzjarja, u ma tagħmilhiex ċara dwar jekk il-Qorti Suprema, taħt l-isem ġdid tagħha, hix se tkompli bil-president attwali tagħha, |
S. |
billi l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa ddeċidiet li tħejji rapport dwar il-Kostituzzjoni Ungeriża l-ġdida, fuq il-bażi tal-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja, |
T. |
billi l-abbozzar u l-adozzjoni tal-kostituzzjoni l-ġdida ma kienx imsemmi fil-manifest elettorali tal-partiti li hemm fil-gvern, |
U. |
billi s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki-moon, stqarr li kien ‘japprezza kieku l-Gvern Ungeriż kellu jfittex parir u rakkomandazzjonijiet minn ġewwa l-pajjiż u mill-Kunsill tal-Ewropa jew min-Nazzjonijiet Uniti’ u hu tal-fehma li l-Ungerija, bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, għandha titlob lill-istituzzjonijiet Ewropej jagħtu parir u jeżaminaw mill-ġdid il-Kostituzzjoni l-ġdida, |
1. |
Jistieden lill-awtoritajiet Ungeriżi jindirizzaw il-kwestjonijiet u l-preokkupazzjonijiet imqajma mill-Kummissjoni ta’ Venezja u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, jew billi jemendaw il-Kostituzzjoni l-ġdida jew permezz ta’ liġijiet kardinali u ordinarji futuri, b’mod notevoli sabiex:
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi rieżami u analiżi bir-reqqa tal-Kostituzzjoni l-ġdida u tal-liġijiet kardinali li mistennija jiġu adottati fil-ġejjieni bil-għan li tivverifika li huma konsistenti mal-acquis communautaire, b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u mal-forma u s-sustanza tat-Trattati; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-kumitati relevanti biex isegwu l-affari, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni ta’ Venezja u l-Kunsill tal-Ewropa, u biex jivvalutaw jekk ir-rakkomandazzjonijiet ġewx implimentati u kif ġew implimentati; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, lill-OSKE u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU. |
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/21 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Il-5 Rapport ta’ Koeżjoni u l-Istrateġija għall-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2013
P7_TA(2011)0316
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-Ħames Rapport ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni u l-istrateġija għall-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2013 (2011/2035(INI))
2013/C 33 E/04
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 intitolata “Konklużjonijiet tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta’ koeżjoni” (COM(2010)0642) (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konklużjonijiet”), |
— |
wara li kkunsidra l-ħames rapport tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali intitolat “Ninvestu fil-futur tal-Ewropa” (minn hawn 'l quddiem “il-Ħames Rapport ta’ Koeżjoni”), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari Parti III, Titolu XVIII tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar ir-raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) (3). |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1906/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2007 dwar l-impatt tat-tkabbir tal-ġejjieni fuq l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni (8), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni (9), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona (10), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni muntanjużi, tal-gżejjer u ta’ żoni li fihom ma tantx jgħixu nies (11), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-politika reġjonali u ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea wara l-2013 (12), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-futur tal-Fond Soċjali Ewropew (13), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali u s-sinerġiji futuri għal effikaċja akbar bejn il-FEŻR u Fondi Strutturali oħra (14), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2004 intitolata "Sħubija aktar b'saħħitha għar-reġjuni l-aktar imbiegħda" (COM(2004)0343) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2008 intitolata "Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda: vantaġġ għall-Ewropa" (COM(2008)0642), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: “Europa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020’ (COM(2010)0553), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 bit-titolu ‘Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020’ (COM(2011)0017), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2011 dwar il-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (06762/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ April 2011 dwar il-Ħames Rapport dwar il-Koeżjoni (15), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0222/2011), |
A. |
billi l-politika tal-UE dwar il-koeżjoni tat kontribut sinifikanti biex waqt il-perjodu ta’ finanzjament preċedenti kif ukoll dak attwali ntlaħqet żieda fil-produttività fir-reġjuni kollha tal-UE; u partikolarment billi, barra minn dan, il-valutazzjonijiet ex post urew ukoll tnaqqis sinifikanti tad-differenzi ekonomiċi, soċjali u reġjonali; billi dawn l-iżviluppi qed ikollhom effetti daqstant pożittivi anki fuq is-sigurtà soċjali u fuq l-investimenti fil-ħarsien ambjentali, |
B. |
billi l-politika ta’ koeżjoni kienet maħsuba biex tkun kontroparti għas-suq uniku u biex tippromwovi l-żvilupp ta’ Ewropa innovattiva u protettiva bbażata fuq is-solidarjetà quddiem l-isfidi assoċjati mal-globalizzazzjoni, it-tibdil demografiku u l-preservazzjoni tar-riżorsi, u billi l-potenzjal intrinsiku tar-reġjuni kollha għandu jiġi sfruttat biex jagħti spinta lit-tkabbir u lill-koeżjoni reġjonali u soċjali, |
C. |
billi l-politika ta’ koeżjoni hija kwistjoni ġenwina ta’ relevanza għaċ-ċittadini, li ġġib l-Ewropa fil-ħajja ta’ kuljum tal-persuni u tagħmilha tanġibbli u viżibbli fl-UE kollha, |
D. |
billi l-politiki ta’ koeżjoni u strutturali taw prova ta’ flessibilità f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi u taw kontribut kruċjali għal programmi nazzjonali differenti ta’ rilanċ ekonomiku u ta’ taħriġ, u billi huwa importanti li tinżamm din il-flessibilità, |
E. |
billi l-politika strutturali Ewropea qed tagħti kontribut kbir biex tingħeleb il-kriżi ekonomika u finanzjarja, peress li għandha t-tendenza li tkun orjentata lejn l-innovazzjoni u t-tneħħija tad-disparitajiet, b'mod li tinkoraġġixxi b'mod qawwi lir-reġjuni jtejbu l-infrastruttura tagħhom, iżidu l-potenzjal ta’ innovazzjoni reġjonali u jagħtu spinta lill-iżvilupp ambjentalment sostenibbli, |
F. |
billi l-orjentament tal-Fondi Strutturali lejn il-miri tal-Istrateġija ta’ Lisbona ta prova ta’ effikaċja, u xhieda ta’ dan huwa r-rati impressjonanti ta’ impenn fir-rigward tal-objettivi tal-Konverġenza u tal-Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi, u billi 20 % tal-proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea huma konformi mal-miri ta’ Lisbona, |
G. |
billi l-kooperazzjoni territorjali għandha l-għan li tgħin lit-territorji u lir-reġjuni jaħdmu flimkien fl-indirizzar tal-isfidi komuni tagħhom, inaqqsu l-ostakoli fiżiċi, amministrattivi u regolatorji għal din il-kooperazzjoni u jnaqqsu "l-effett tal-fruntieri", |
H. |
billi l-falliment parzjali tal-Istrateġija ta’ Lisbona ma ġiex ikkawżat mill-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-politika ta’ koeżjoni, iżda pjuttost min-nuqqas ta’ governanza b'ħafna livelli u ta’ sjieda ta’ din l-istrateġija mil-livelli reġjonali u lokali, l-effetti tal-kriżi finanzjarja u n-nuqqasijiet waqt l-implimentazzjoni tas-suq intern, id-dixxiplina baġitarja insuffiċjenti kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ qafas makroekonomiċi mhux sodisfaċenti f'xi wħud mill-Istati Membri; |
I. |
billi waqt dawn l-aħħar perjodi tnaqqsu b'mod sinifikanti r-rati ta’ żbalji u ta’ abbuż mill-fondi ta’ sostenn; billi ta’ min jiddispjaċih, madankollu, li l-politika strutturali għadha qasam b'livell għoli ta’ irregolaritajiet f'dan ir-rigward, u li xi wħud mill-Istati Membri anki sal-lum m'għandhomx mekkaniżmi effettivi kontra l-abbuż mill-fondi u għall-irkupru ta’ flejjes imħallsa ħażin; billi l-irregolaritajiet jista' jkun li ma jiġux irrappurtati, jew bi traskuraġni jew apposta u billi għandu jiġi nnutat li parti sinifikanti tal-iżbalji fl-isfera tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jiġu attribwiti lir-rekwiżiti leġiżlattivi lil hinn mill-politika ta’ koeżjoni, bħall-akkwist pubbliku, l-ambjent u l-għajnuniet mill-istat, |
J. |
billi b'mod ġenerali, kienet ta’ suċċess is-sistema ta’ objettivi eżistenti tal-politika ta’ koeżjoni u strutturali (Konverġenza, Kompetittività Reġjonali u Impjiegi, u Kooperazzjoni Territorjali Ewropea), ikkombinata ma’ approċċ ta’ governanza fuq diversi livelli u sikurezza tal-ippjanar bis-saħħa ta’ riżorsi finanzjarji ta’ min jorbot fuqhom u perjodu ta’ ppjanar miftiehem (seba' snin), iżda billi kien hemm dewmien kunsiderevoli fl-ippjanar tal-programmi kkawżat mit-tul żejjed tan-negozjati finanzjarji u leġiżlattivi fil-proċess ta’ teħed ta’ deċiżjoni tal-UE u bidliet sostanzjali fir-regoli li japplikaw għall-politika ta’ koeżjoni, |
K. |
billi l-appoġġ sostnut lir-reġjuni ta’ konverġenza u l-iżvilupp tagħhom iħallu impatt pożittiv fuq id-domanda għal oġġetti u servizzi fis-swieq tagħhom u b'hekk għandu wkoll effetti benefiċjarji dimostrabbli għall-Istati Membri relattivament għonja tal-UE, |
L. |
billi politika ta’ koeżjoni tal-UE komprensiva u ffinanzjata tajjeb fir-reġjuni kollha Ewropej tibqa' essenzjali, meta jitqiesu l-iżbilanċi bejn l-ekonomiji reġjonali u f'termini soċjali u l-iżvantaġġi ġeografiċi ta’ ċerti reġjuni (b'mod partikolari r-reġjuni l-aktar imbiegħda), kif ukoll il-problemi strutturali speċifiċi u l-ħtieġa li wieħed jadatta ruħu għal sfidi ġodda; billi anki t-Trattat ta’ Lisbona jeżiġi dan, |
M. |
billi, meta titqies l-importanza strateġika tagħha għall-ġejjieni, il-politika ta’ koeżjoni ma għandhiex issir fattur varjabbli ta’ aġġustament f'negozjati baġitarji futuri, |
Il-valur miżjud tal-politika ta’ koeżjoni u l-prijoritajiet tal-investiment
1. |
Jitlob li l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u strutturali jenfasizzaw aktar il-valur miżjud Ewropew; iqis li dan il-valur miżjud jinkiseb meta l-proġetti tal-UE jġibu titjib sostenibbli fis-sitwazzjoni ekonomika, infrastrutturali, soċjali u/jew ambjentali ta’ reġjuni żvantaġġati u inqas żviluppati, u fejn dan it-titjib ma setax jitwettaq mingħajr l-istimolu Ewropew; |
2. |
Jirrikonoxxi wkoll li l-iffinanzjar Ewropew iżid valur fejn il-proġetti appoġġjati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali jikkontribwixxu biex jintlaħqu għanijiet pan-Ewropej fl-oqsma tal-integrazzjoni Ewropea, it-tkabbir ekonomiku, ir-riċerka, il-ħarsien ambjentali, il-kultura, il-ġestjoni tar-riżorsi, l-isport, it-tibdil demografiku, is-sostenibilità tal-provvista ta’ enerġija, il-koeżjoni soċjali jew l-iżvilupp transkonfinali, u dan ma kienx jinkiseb mingħajr l-istimolu Ewropew; |
3. |
Jara l-kisba ta’ għanijiet Ewropej bi qbil ma’ approċċ deċentralizzat u l-prinċipju tal-governanza f'aktar livelli u tal-amministrazzjoni maqsuma bħala vantaġġ kbir tal-politika ta’ koeżjoni u b'hekk anki bħala forma ta’ valur miżjud fiha nnifisha; iqis il-governanza f'aktar livelli bi strutturi u responsabilitajiet definiti b'mod ċar bħala r-realizzazzjoni konkreta tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif ukoll rikonoxximent dovut tal-importanza tal-awtoritajiet reġjonali fl-implimentazzjni tal-politika ta’ koeżjoni; jitlob li dan il-prinċipju ta’ sħubija u s-sens ta’ sjieda tal-parteċipanti involuti jissaħħu iktar bl-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti dettaljati f'Patt Territorjali li għandu jiġi deċiż f'kull Stat Membru, sabiex jiġu żgurati aktar ppjanar orjentat lejn ir-riżultati u implimentazzjoni akbar; |
4. |
Jikkunsidra li t-trasparenza rigward il-politika ta’ koeżjoni u ċ-ċiklu ta’ programmar tagħha, l-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-aċċess għal informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali ta’ Fondi Strutturali huma prerekwiżiti bażiċi biex jinkisbu l-objettivi ġenerali tal-politika ta’ koeżjoni, u li t-trasparenza għalhekk għandha tiġi introdotta bħala prinċipju ta’ gwida transsettorjali fil-proċessi ta’ pprogrammar tal-koeżjoni u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-perjodu ta’ ffinanzjar li jmiss; jenfasizza li l-iżvelar tal-lista ta’ benefiċjarji għandu jissokta, l-aktar online, billi huwa mezz effikaċi għat-titjib tat-trasparenza; |
5. |
Iqis li d-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza (l-obbligu ta’ żvelar tal-benefiċjarju finali) huma strument meħtieġ għall-esperti, il-pubbliku u dawk li jfasslu l-politika, biex jevalwaw jekk l-iffinanzjar strutturali ntużax b'konformità mal-objettivi stabbiliti u b'mod legali; jitlob li d-deskrizzjoni tiġi pprovduta mhux biss fil-lingwa nazzjonali rilevanti iżda wkoll f'waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma (l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż) u jirrakkomanda aktar armonizzazzjoni tal-informazzjoni rikjesta; |
6. |
Jenfasizza li, minkejja x-xejra ta’ tnaqqis fid-disparitajiet reġjonali, għadhom jeżistu żbilanċi kbar – li saħansitra jiżdiedu fost/f'xi Stati Membri, inter alia bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja – u li għaldaqstant, il-politika ta’ koeżjoni għandha tibqa' tiffoka fuq it-tnaqqis tad-differenzi u l-implimentazzjoni armonjuża u l-iżvilupp sostenibbli għar-reġjuni kollha, irrispettivament mill-Istat Membru li jkunu jinsabu fih; |
7. |
Jirrikonoxxi l-bżonnijiet speċjali tar-reġjuni partikolarment żvantaġġati minħabba l-pożizzjoni ġeografika jew il-kundizzjonijiet naturali tagħhom; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex ikomplu japplikaw forom speċjali ta’ preferenza – sakemm dawn ikunu effettivi u jġibu valur miżjud Ewropew – fir-rigward tat-tipi ta’ reġjuni partikolarment żvantaġġati li jissemmew fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-aktar reġjuni mbiegħda, ir-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni muntanjużi u reġjuni transkonfinali); |
8. |
Jirrikonoxxi l-istatus speċjali ta’ ċerti reġjuni li joriġina mis-sitwazzjoni ġeografika tagħhom, it-tibdil demografiku jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi, bħall-ambjent naturali tagħhom, filwaqt li jagħti attenzjoni wkoll lill-potenzjal tagħhom; itenni t-talba tiegħu biex ikomplu japplikaw forom speċjali ta’ preferenza fir-rigward tat-tipi ta’ reġjuni, u partikolarment dawk imsemmija fl-Artikoli 349 u 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li huma partikolarment żvantaġġjati (bħar-reġjuni l-aktar imbiegħda, inklużi ż-żoni rurali l-aktar imbiegħda, ir-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, li jsofru minħabba distanzi twal u kundizzjonijiet nordiċi u reġjuni insulari, reġjuni muntanjużi u reġjuni transkonfinali), b'termini aktar favorevoli pprovduti għall-investiment f'dawn ir-reġjuni, permezz ta’ assistenza diretta jew eżenzjonijiet fit-taxxa; jitlob ukoll li jsiru studji dwar il-preservazzjoni jew il-ħolqien ta’ ċerti preferenzi għal dawn it-tipi ta’ reġjuni, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-użu ta’ strumenti tal-politika ta’ koeżjoni jiġi adattat għall-ekonomiji tagħhom, fir-rispett dovut tal-importanza tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju tagħhom u l-bżonn ta’ kompetittività u opportunitajiet ugwali sabiex isiru parti integrali mis-suq intern tal-UE; |
9. |
Jenfasizza li l-Unjoni tista' tkun kompetittiva quddiem il-kompetizzjoni dinjija biss jekk il-politika ta’ koeżjoni tagħha tista' tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta’ żvilupp tar-reġjuni kollha, iż-żoni urbani u l-ibliet u tippermetti li jingħata rispons reġjonali flessibbli biżżejjed għall-isfidi u l-imblokki identifikati mill-istrateġija Ewropa 2020; jissottolinja f'dan ir-rigward li l-immirar tar-riżorsi tal-Fond Strutturali b'approċċ territorjali wiesa' għandu jservi wkoll biex jikkumpensa għad-dgħufijiet strutturali fir-reġjuni iktar b'saħħithom ukoll; jenfasizza, madankollu, li l-politika ta’ koeżjoni mhijiex sempliċement għodda ta’ implimentazzjoni għal Ewropa 2020 u li enfażi kontinwu fuq il-prinċipji fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni se jkollu l-valur miżjud li jappoġġja l-kisbiet tal-Ewropa 2020 anke wara li l-istrateġija tkun spiċċat; |
10. |
Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni għandha tibqa' taħdem favur il-koeżjoni territorjali u jinnota li t-Trattat ta’ Lisbona, mal-objettivi tal-koeżjoni ekonomika u soċjali żied il-koeżjoni territorjali; jafferma li dan l-għan jibqa' intimament marbut mal-isfidi tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u jsaħħaħ il-valur miżjud Ewropew tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza li “l-koeżjoni territorjali” hija wkoll rilevanti fil-livell subreġjonali, partikolarment fiż-żoni urbani (id-distretti urbani li jiffaċċjaw diffikultajiet, estensjoni mhux kontrollata taż-żoni urbani), anke f'reġjuni meqjusa li huma sinjuri; |
11. |
Jidhirlu li l-istrateġiji makroreġjonali – sakemm l-awtoritajiet reġjonali jkunu involuti fil-governanza tagħhom – jippermettu opportunità kbira biex jinkiseb kontroll foq forom ta’ potenzjal sopranazzjonali, titjieb il-kooperazzjoni bejn il-livelli differenti ta’ governanza u jiġu indirizzati b'mod konġunt l-isfidi komuni bħall-ħarsien ambjentali jew l-użu ta’ riżorsi u ta’ kapaċitajiet għall-iżvilupp, u b'hekk tingħata possibilità għal żvilupp aktar effiċjenti, ibbilanċjat u sostenibbli; jenfasizza l-bżonn li l-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali jintrabtu b'mod iktar effettiv mal-istrateġiji territorjali (bħall-pjanijiet għall-iżvilupp reġjonali, l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali u l-pjanijiet għall-iżvilupp lokali); iqis li koordinazzjoni aħjar ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ eżistenti tista' toħloq perspettiva biex il-Fondi Strutturali tal-UE jiġu utilizzati b'mod immirat aħjar, mingħajr ma dan jinvolvi żieda fl-allokazzjoni tar-riżorsi dedikati għal dawn l-oqsma tal-kooperazzjoni interreġjonali; huwa tal fehma, barra minn hekk, li ma għandhom jinħolqu ebda strumenti, riżorsi finanzjarji jew strutturi implimentattivi ġodda għal dawn l-istrateġiji u li l-appoġġ finanzjarju provdut lir-reġjuni għall-proġetti ta’ żvilupp fuq skala iżgħar ma għandux jiġi effettwat; iqis li l-approċċ makroreġjonali jista' jintuża biex jissaħħu r-rabtiet bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-politika tal-viċinat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex, f'dan il-kuntest, iqisu iktar id-dimensjoni territorjali tal-FSE, partikolarment fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi; |
12. |
Jiddubita jekk programmi operattivi għal unitajiet ġeografiċi funzjonali bħall-gruppi tal-awtoritajiet li jinkludu żoni lokali jew baċini tal-baħar jew tax-xmajjar joffrux benefiċċji addizzjonali, partikolarment f'każi fejn ma jkunx hemm awtoritajiet politiċi (inklużi awtoritajiet eletti demokratikament) b'responsabilità suffiċjenti fil-kompiti tagħhom għall-implimentazzjoni tal-programmi; jitlob, minflok, koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-istrateġiji makroreġjonali, metropolitani, reġjonali jew ambjentali/ġeografiċi f'livelli intergovernattivi u jitlob li jitqiesu kif xieraq dawn l-entitajiet ġeografiċi funzjonali fi ħdan il-programmi operattivi nazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-fondi tal-UE għall-proġetti ta’ żvilupp interreġjonali; iqis li l-programmi operattivi speċifiċi għandhom ikunu opzjoni għall-implimentazzjoni f'dawk ir-reġjuni fejn l-implimentazzjoni subreġjonali tipprovdi valur miżjud fir-rigward tal-programmi nazzjonali u reġjonali u fejn ġew iffurmati sħubiji minn korpi politiċi għal skopijiet ta’ implimentazzjoni; jistieden biex ir-raggruppamenti transkonfinali jiġu involuti fit-tħejjija tal-programmi operattivi għall-programmi transkonfinali, fuq il-bażi tar-Regolament tar-REKT; |
13. |
Jenfasizza r-rwol prinċipali taż-żoni urbani – inklużi l-bliet kapitali u r-reġjuni tagħhom – għall-ilħuq tal-miri ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020; jappoġġja l-proċess dinamiku imniedi matul il-perjodu preċedenti ta’ programmar għall-Programmi Urbani Integrati u jenfasizza l-importanza tal-esperimenti li qed isiru bħalissa; jitlob l-appoġġ għall-ideat u l-proġetti li jistgħu jservu bħala mudelli, kif ukoll proġetti abbażi ta’ pjanijiet integrati ta’ żvilupp, u għal titjib ta’ benefiċċju reċiproku bejn l-ibliet żgħar u kbar u ż-żoni rurali li huma marbuta magħhom b'mod funzjonali; iqis li koeżjoni akbar bejn dawn iż-żoni hija ta’ importanza speċjali biex jiġu indirizzati l-problemi taż-żoni b'komunitajiet żvantaġġati; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-akbar differenzi soċjoekonomiċi spiss jeżistu fl-ibliet u li l-ibliet b'żoni deprivati u b'oqsma ta’ faqar jinsabu wkoll fir-reġjuni sinjuri; |
14. |
Jenfasizza li l-ibliet żgħar u kbar jistgħu jagħtu kontribut prinċipali, bħala ċentri ta’ tkabbir u muturi tat-tkabbir, għal reġjun speċifiku; fl-istess ħin, jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li l-komunitajiet rurali jipparteċipaw f'soluzzjonijiet integrati għal entità ġeografika funzjonali partikolari permezz tal-promozzjoni ta’ sħubiji u netwerks; jenfasizza li ċentri urbani ikbar iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi speċifiċi minħabba l-kumplessità tal-kompiti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tagħhom; jara, f'dan il-kuntest, li l-potenzjal endoġenu taż-żoni rurali u periurbani joffri opportunità għall-iżvilupp, għalkemm mhux biss madwar l-agglomerazzjonijiet u l-ibliet il-kbar; jinnota, barra minn hekk, l-opportunità għall-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni partikolarment żvantaġġjati permezz tal-isfruttament xieraq tal-potenzjal endoġenu taż-żoni rurali u l-appoġġ għalih, inklużi l-assi ambjentali u kulturali tagħhom; iqis ukoll, fil-kuntest tal-politika strutturali u ta’ koeżjoni, is-sħubijiet ta’ reġjuni rurali u żoni urbani iktar bħala li jipprovdu ż-żoni rurali bl-istess kundizzjonijiet għal żvilupp u bi kwalità tal-ħajja fir-rigward tal-fatturi soċjali u ekonomiċi; jistieden lill-Istati Membri, fid-dawl tal-influwenza dinamika tal-bliet fuq l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni u fl-istimulazzjoni tal-ekonomija fiż-żoni rurali ta’ madwar, biex jiggarantixxu r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġetti urbani u suburbani meħtieġa; |
15. |
Jesprimi ruħu kontra l-kwoti obbligatorji, partikolarment għal allokazzjonijiet nazzjonali fil-qafas tal-programmi FSE/FEŻR, għall-iżvilupp lokali u urban, għaż-żoni rurali u għal tipi oħra ta’ agglomerazzjonijiet spazjali jew żoni funzjonali, peress li dan jista' jiżgura massa kritika ikbar ta’ interventi; iqis li r-rekwiżit li jiġi speċifikat fil-livell ta’ programm operattiv liema żoni urbani jew oħrajn huma eleġibbli għall-appoġġ hija għażla li għandha tingħata prijorità kulfejn dan il-metodu jiżgura valur miżjud u konċentrazzjoni ta’ intensità tal-għajnuna, u li dan għandu jiġi negozjat fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ governanza fuq ħafna livelli; huwa tal-fehma li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jingħataw iktar responsabilità biex jorganizzaw proċeduri ta’ għażla kompetittivi u bbażati fuq ir-rendiment anki f'dan ir-rispett; |
16. |
Jenfasizza li l-politika strutturali u ta’ koeżjoni m'għandhiex twassal għall-preferenza żbilanċjata ta’ ċerti tipi ta’ reġjuni; jitlob li s-sħubijiet ta’ reġjuni rurali u żoni urbani jkunu eżaminati aktar f'kuntesti ta’ spazji soċjali, ekonomiċi u ambjentali; |
17. |
Jenfasizza li l-iffinanzjar strutturali u ta’ koeżjoni għandu jqis ukoll l-isfidi edukattivi, kulturali u soċjopolitiċi tal-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jibqa' konformi mal-objettiv ġenerali tal-UE ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fit-Trattat u fir-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà; huwa tal-fehma, madankollu, li diġà għal raġunijiet finanzjarji biss, l-“Ewropeizzazzjoni” totali tal-oqsma politiċi rilevanti ma tistax tkun ta’ suċċess; għaldaqstant, jitlob li jiġu introdotti approċċi għall-iżvilupp lokali, ibbażati fuq il-lokalità, li jistgħu jservu bħala mudelli, filwaqt li jisseddqu l-kompetenzi tal-livelli nazzjonali u reġjonali; |
18. |
Jenfasizza, bl-istess mod, li l-politika ta’ koeżjoni ma tistax ssir vettura jew strument għas-servizz ta’ kwestjonijiet settorali bħall-politiki dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni industrijali u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, peress li dan ifisser li l-objettiv ewlieni tiegħu jitlef mill-essenza tiegħu u li jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-użu tiegħu għall-promozzjoni tal-potenzjal tal-iżvilupp tar-reġjuni, li huwa essenzjali sabiex l-aktar reġjuni żvantaġġjati joqorbu dawk l-aktar żviluppati; |
19. |
Jitlob, fid-dawl tal-bidla meħtieġa lejn riżorsi rinnovabbli fil-qasam tal-enerġija kif ukoll tad-diskussjoni dwar il-klima, li l-politika ta’ koeżjoni tikkontribwixxi aktar lejn żvilupp rapidu tat-teknoloġija ambjentali u l-enerġiji li jiġġeddu; iqis li dan għandu jkun wieħed mill-prijoritajiet jekk ammonti suffiċjenti jkunu disponibbli fil-programmi u konċentrazzjoni fuq l-enerġiji li jiġġeddu tipprovdi valur miżjud għall-UE, abbazi ta’ pjanijiet favur kunċetti ddeċentralizzati dwar l-enerġija li jinvolvu teknoloġiji effikaċi ta’ ħżin fir-reġjuni; huwa favur l-isfruttament tal-potenzjal tal-ekonomija reġjonali f'dan il-qasam; |
20. |
Jidhirlu li hemm possibilitajiet biex il-Fondi Strutturali jappoġġjaw investimenti f'infrastruttura speċifika tal-enerġija, għalkemm tali appoġġ għandu jkun disponibbli biss f'reġjuni fejn restrizzjonijiet politiċi u ġeografiċi jxekklu b'mod sinifikanti l-kapaċità tas-suq li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-provvista ta’ enerġija; barra minn hekk, jitlob li s-sostenn mill-Fondi Strutturali jkun marbut dejjem mat-tisħiħ tas-suq intern tal-enerġija u mas-sikurezza tal-provvista, kif ukoll mal-prinċipju ta’ governanza f'diversi livelli fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi; |
21. |
Iqis ukoll li l-politika ta’ koeżjoni għandha r-responsabbiltà li tagħmel dak meħtieġ biex tqerreb id-distakki u tneħħi l-imblokki f'netwerk tal-qalba TEN tar-rotot prinċipali sinifikanti għall-Ewropa, b'mod partikolari f'dawk ir-reġjuni tal-konfini li s'issa ġew traskurati b'mod partikolari f'dan ir-rigward; |
22. |
Jenfasizza li n-netwerks tat-trasport Trans-Ewropej għandhom rwol deċiżiv rigward il-koeżjoni tar-reġjuni Ewropej u li, għaldaqstant, għandu jissaħħaħ l-iżvilupp tal-infrastruttura TEN, tal-Awtostradi tal-Baħar u tat-toroq Ewropej ikklassifikati u jtejjeb l-aċċess għalihom, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntieri u r-reġjuni l-aktar imbiegħda; jitlob li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti u tiġi garantita l-implimentazzjoni f'waqtha tal-proġetti ta’ prijorità TEN-T; jissuġġerixxi li ċerta “infrastruttura” traskonfinali titqies bħala proġetti ta’ prijorità eliġibbli għal fondi tal-Objettiv 1, 2 u 3 u jitlob għal dritt obligatorju biex issir l-ewwel proposta f'livell reġjonali għal dan it-tip ta’ azzjoni u għal parteċipazzjoni ugwali tar-reġjuni tal-konfini u tal-awtoritajiet lokali fil-proċess ta’ ppjanar; |
23. |
Iħeġġeġ l-applikazzjoni tar-riżorsi nazzjonali, fid-dawl tal-valur miżjud ta’ tali miżuri fit-tisħiħ tal-konverġenza reġjonali, il-koeżjoni territorjali u l-attivitajiet ta’ żvilupp bħat-turiżmu, li huma importanti għal reġjuni remoti, bħal reġjuni insulari; |
24. |
Jappoġġja l-iżvilupp ekonomiku u l-impjieg fl-SMEs u fil-mikroimpriżi; għalhekk jitlob li l-prinċipji fundamentali tal-Att dwar in-Negozji Żgħar għall-Ewropa (SBAE) – jiġifieri “l-ewwel aħseb fiż-żgħir” u “darba biss” – jitqiesu bħala waħda mill-bażijiet tal-politika ta’ koeżjoni, u jqis li dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri u mir-reġjuni fid-definizzjoni tal-programmi operattivi tagħhom; |
Sistema tal-objettivi u l-qafas għall-ippjanar tal-programmi
25. |
Jenfasizza li l-elementi prinċipali tal-Istrateġija Ewropa 2020 (innovazzjoni, edukazzjoni u taħriġ, enerġija, ambjent, impjiegi, kompetittività, kwalifiki, ġlieda kontra l-faqar) diġà qed jiffurmaw parti integrali mill-politika ta’ koeżjoni u strutturali; huwa tal-fehma li l-isfidi tal-istrateġija Ewropa 2020 jistgħu jkunu integrati b'mod faċli ħafna fis-sistema ta’ tliet objettivi (Konverġenza, Kompetittività Reġjonali u Impjiegi, u Kooperazzjoni Territorjali Ewropea), li tat prova tas-suċċess tagħha; |
26. |
Jenfasizza li l-investiment fl-innovazzjoni u l-edukazzjoni jista' jippromwovi t-tkabbir; jinnota, madanakollu, li l-infrastruttura rilevanti (trasport, broadband internet, enerġija) u l-istituzzjonijiet xierqa (taħlita bbilanċjata ta’ investiment pubbliku u konsolidazzjoni tal-politika fiskali b'miżuri makroekonomiċi, servizzi tal-gvern elettroniku u tagħlim transkonfinali) għandhom jipprovdu sostenn effettiv; |
27. |
Huwa tal-opinjoni li l-iżvilupp ta’ infrastruttura bażika għandu jitqies ukoll bħala kumpatibbli mal-Ewropa 2020, peress li huwa biss bl-eżistenza ta’ netwerks kompetittivi tat-trasport, l-enerġija u l-komunikazzjoni kif ukoll ta’ infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart, li r-reġjuni ta’ konverġenza jistgħu jkunu f'pożizzjoni li jagħtu l-kontribut tagħhom għall-kisba tal-objettivi tal-Ewropa 2020, li huwa preċiżament għaliex ir-reġjuni l-inqas b'saħħithom u l-aktar fil-bżonn għandhom jingħataw ċerta flessibilità fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dawn l-objettivi; |
28. |
Jenfasizza li l-FSE huwa l-aktar strument importanti għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 u li l-fond jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu sodisfatti l-prijoritajiet ċentrali ta’ dik l-istrateġija, jiġifieri l-impjiegi, it-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli, it-tnaqqis tar-rata ta’ studenti li jabbandunaw l-iskola, il-ġlieda kontra l-faqar, id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali u s-sejba ta’ soluzzjonijiet għas-sitwazzjonijiet soċjali differenti li l-persuni jaqgħu fihom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li flimkien mal-PGD, indikaturi soċjali addizzjonali jkunu utli fl-analiżi SWOT; |
29. |
Iqis li l-FSE huwa ta’ importanza kruċjali għall-politika ta’ koeżjoni u li għandu l-potenzjal li jsaħħaħ il-kontribut tagħha lejn il-kisba tal-objettivi tal-Ewropa 2020, fosthom fil-qasam tat-tkabbir sostenibbli permezz tal-għoti ta’ sostenn lill-SMEs għall-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi; |
30. |
Iqis il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, sew jekk relatata mal-ġeneru, l-orjentament sesswali, l-etniċità, l-età, id-diżabilità jew il-post ta’ residenza, bħala kruċjali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza ġenwina tal-opportunità; josserva li kulma jmur ir-rata ta’ impjieg tan-nisa hija kruċjali biex tintlaħaq il-mira relatata mal-impjiegi tal-Ewropa 2020 u li għaldaqstant għandhom jiġu indirizzati bis-sħiħ l-ostakli għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; |
31. |
Iqis li l-PGD għandu jinżamm bħala l-kriterju ċentrali fid-definizzjoni taż-żoni eliġibbli għall-appoġġ massimu (dawk li l-PGD per capita huwa taħt il-75 % tal-medju tal-UE) u, jekk meħtieġ, tal-istati bi ħtiġijiet ta’ koeżjoni (ING per capita taħt id-90 % tal-medja tal-UE); iqis li l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali kompetenti għandhom jingħataw id-diskrezzjoni biex f'livell adegwat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, għal kull objettiv u b'mod li jirrefletti konċentrazzjonijiet ġeografiċi, jagħmlu użu anki minn indikaturi addizzjonali, li għandu jsir qbil fuqhom fil-kuntratti ta’ sħubija għall-iżvilupp u l-investiment, li bihom jiġu evalwati l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ambjentali, demografiċi u ġeografiċi li jiffaċċjaw; |
32. |
Jitlob li, f'konformità mat-Trattat ta’ Lisbona, il-politika ta’ koeżjoni tibqa' timmira primarjament lejn ir-reġjuni li baqgħu l-iktar lura; jenfasizza li r-reġjuni l-aktar fil-bżonn għandhom jingħataw sehem xieraq – fi proporzjon mas-serjetà tal-problemi ta’ żvilupp tagħhom – mill-iffinanzjar disponibbli fil-qafas tal-Objettiv 1 (Konverġenza); |
33. |
Jitlob li jitpoġġa limitu fuq il-perjodi ta’ eliġibilità għal reġjuni li ma jistgħu juru ebda titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali tagħhom wara bosta perjodi ta’ programmar, minkejja appoġġ massimu; |
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għat-tul tal-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss, li tiżgura l-provvista ta’ assistenza tranżitorja aġġustabbli, robusta u proporzjonata għar-reġjuni li ma jaqgħux aktar taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza, sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tagħhom, u għar-reġjuni bi PGD per capita bejn 75 % u 90 % tal-medja tal-UE, fil-forma ta’ kategorija immedjata, sabiex jiġi evitat trattament inugwali tar-reġjuni minkejja s-sitwazzjoni simili tagħhom; iqis li dan l-arranġament speċifiku għandu jieħu post it-tneħħija gradwali u l-introduzzjoni gradwali tas-sistemi, u b'hekk tinħoloq sistema ġusta li tindirizza aħjar l-impatti negattivi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq ir-reġjuni, filwaqt li jissaħħu l-ġustizzja u s-solidarjetà, li huma valuri fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza li dawn il-miżuri tranżizzjonali għall-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss ma għandhomx jiġu stabbiliti għad-detriment tar-reġjuni attwali tal-Konverġenza (Objettiv 1) u l-Kompetittività (Objettiv 2) jew l-Objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Objettiv 3); |
35. |
Jitlob għat-tisħiħ tal-Objettiv 2 (Kompetittività Reġjonali u Impjiegi) permezz tan-natura orizzontali tiegħu biex jinkisbu riżultati fuq numru limitat ta’ prijoritajiet tal-UE, bħall-appoġġ għall-SMEs, innovazzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiji lokali, edukazzjoni u taħriġ, infrastruttura, mobilità sostenibbli, enerġiji rinnovabbli u provvista ta’ enerġija, effiċjenza fir-riżorsi u inklużjoni soċjali; jenfasizza li s-sistema stabbilita b'suċċes, li tiżgura li aktar reġjuni żviluppati jkunu kapaċi jneħħu nuqqasijiet strutturali reġjonali, inaqqsu d-disparitajiet territorjali, jikkontribwixxu għal objettivi Ewropej komuni u jissodisfaw sfidi futuri meta jużaw strutturi li jistgħu jirrispondu b'mod flessibbli fil-konfront ta’ ċirkostanzi li dejjem qegħdin jinbidlu, inklużi, inter alia, klusters ta’ innovazzjoni u ta’ kompetizzjoni għall-għoti ta’ fondi f'dawn ir-reġjuni, għandha tinżamm u tkun żviluppata aktar; jitlob miżuri addizzjonali għal żoni li ġew affettwati sew minħabba tibdil strutturali, li jistgħu jikkontribwixxu għal titjib soċjoekonomiku u infrastrutturali; jinnota li f'dan il-kuntest l-istrateġiji għandhom jitfasslu bi flessibbiltà suffiċenti sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-problemi u mal-partikularitajiet ta’ kull reġjun individwali; |
36. |
Jitlob azzjoni biex jiġi żgurat li r-reġjuni żviluppati aktar ikunu kapaċi jimmodernizzaw il-kapital soċjali u ekonomiku tagħhom u jindirizzaw żoni speċifiċi ta’ deprivazzjoni u żvilupp ekonomiku insuffiċjenti; |
37. |
Iqis li bla dubju ta’ xejn l-isforzi fil-qafas tal-Objettiv 3 (Kooperazzjoni Territorjali Ewropea) għandhom jissaħħu fil-fruntieri interni kollha tal-UE u fit-tliet livelli kollha ta’ tali kooperazzjoni (transkonfinali, interreġjonali, tranżnazzjonali), u jitlob li s-sehem rilevanti tal-Fond Strutturali jiżdied għal 7 %; jitlob li l-allokazzjoni ta’ finanzjament għal kull programm ta’ kooperazzjoni territorjali tkun ibbażata fuq kriterji armonizzati, sabiex tiġi pprovduta reazzjoni strateġika u integrata għall-bżonnijiet u l-partikolaritajiet tat-territorji u ż-żoni ġeografiċi kollha kkonċernati; jenfasizza l-importanza tar-reġjuni tal-fruntieri għall-kisba tal-objettivi tal-Ewropa 2020; iqis li hemm il-ħtieġa li tittejjeb il-koordinazzjoni bejn in-Netwerks Trans-Ewropej, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw it-trasport u l-enerġija, u l-infrastruttura transkonfinali, u jitlob żieda korrispondenti fl-iffinanzjar għar-reġjuni konfinali kollha; jitlob is-simplifikazzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni li jirregolaw il-programmi tal-Objettiv 3, abbażi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll l-iżvilupp ta’ sett ta’ regoli komuni ta’ eliġibilità, li kollha huma prekondizzjonijiet għal dawn il-programmi biex isiru iktar effettivi u iktar viżibbli; jenfasizza l-ħtieġa li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali jiġu involuti aktar mill-qrib, minħabba l-fatt li l-programmi jistgħu jitlaħħmu biss jekk dan ikun iggarantit; |
38. |
Jikkunsidra li r-REKTs jirrappreżentaw strument ta’ governanza territorjali uniku u ta’ valur kbir, li jindirizza l-ħtiġijiet ta’ kooperazzjoni strutturata, u għandu jiġi promoss bħala mezz biex jiġu stabbiliti sistemi ta’ governanza transkonfinali, filwaqt li tiġi żgurata s-sjieda tal-politiki differenti fil-livell reġjonali u dak lokali; |
39. |
Jirrifjuta b'mod assolut il-proposti kollha biex il-politika ta’ koeżjoni tiġi nazzjonalizzata jew settorjalizzata; iqis li fondi tematiċi ġodda (għall-klima, l-enerġija u t-trasport) idgħajfu l-prinċipju li diġà ta prova ta’ suċċess ta’ responsabilità maqsuma u ta’ programmi ta’ żvilupp integrati u jipperikolaw id-disponibilità ta’ sinerġiji u l-effikaċja tal-interventi, u għalhekk il-kontribut tar-reġjun biex jinkisbu l-objettivi tal-Ewropa 2020; |
40. |
Jinsisti li l-Fond Soċjali Ewropew għandu jibqa' parti mill-politika ta’ koeżjoni, peress li b'dan il-mod biss strateġiji integrati għas-soluzzjoni tal-probemi ekonomiċi u soċjali jistgħu jiġu żviluppati u implimentati; |
41. |
Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-għan tagħha li tiżgura FSE akbtar b'saħħtu, effiċjenti u viżibbli; jitlob, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jilħqu ftehim fin-negozjati tagħhom dwar l-ammont neċessarju ta’ kontribut tal-FSE fi ħdan il-Fondi Strutturali; |
42. |
Huwa tal-fehma li l-miżuri intiżi li jtejbu l-effikaċja tal-FSE għandhom l-ewwel u qabel kollox ikunu bbażati fuq inċentivi aktar milli fuq sanzjonijiet; |
43. |
Jenfasizza li l-kriżi ekonomika għamlet saħansitra aktar urġenti l-bżonn ta’ miżuri fis-setturi koperti mill-FSE, b'mod partikolari għall-promozzjoni tal-impjiegi, ir-riallokazzjoni professjonali, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar; |
44. |
Jenfasizza l-fatt li l-FSE jipprovdi sostenn kruċjali għall-politiki tas-suq tax-xogħol partikolarment għall-politiki ta’ prevenzjoni u l-politiki lokali kif ukoll dawk immirati biex jgħinu liż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u li jikkombattu l-qgħad;jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri għandhom jużaw il-FSE għall-investiment f'ħiliet ġodda, fl-edukazzjoni (inkluża l-edukazzjoni tat-tfulija bikrija), it-tagħlim tul il-ħajja, l-attivitajiet ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ riallokazzjoni professjonali, u jissottolinja li l-fond għandu rwol importanti biex jagħti spinta lid-dimensjoni tal-inklużjoni soċjali għall-gruppi l-aktar żvantaġġjati u vulnerabbli; |
45. |
Jitlob lill-Kummissjoni żżid l-azzjoni FSE immirata lejn il-promozzjoni tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu fit-tfal minn età bikrija ħafna permezz tal-edukazzjoni u aktar tard iwaqqfu gwida fl-iskola msejsa fuq l-opportunitajiet lokali u reġjonali ta’ xogħol u taħriġ għal matul il-ħajja ħalli jgħinu lill-ħaddiema jadattaw ħiliethom għall-ħtiġiet tas-suq tax-xogħol, filwaqt li jimplimenta l-miżuri għat-taqbida kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u jkun trattat il-fenomenu tal-‘foqra li jaħdmu’ u jitwaqqfu programmi mfasslin apposta għalbiex tingħata l-assistenza lill-gruppi żvantaġġjati u vulnerabbli bħalma huma r-Roma, il-migranti, il-persuni b'diżabilità u dawk li ma jkomplux l-iskola, għall-fini tal-promozzjoni tat-tkabbir effettiv u inklussiv u ekonomija msejsa fuq l-għarfien fl-Ewropa; |
46. |
Jitlob azzjonijiet immirati aħjar u aktar appoġġ tekniku għal dawk l-entitajiet milquta minn faqar kbir u spiss minn koeżistenza diffiċli bejn kulturi ta’ maġġoranza u minoranza fil-livelli subreġjonali; iqis li tali entitajiet subreġjonali jistgħu faċilment jibqgħu gruppi ta’ fqar ħafna li jħabbtu wiċċhom mas-segregazzjoni saħansitra fir-reġjuni li mhux neċessarjament għadhom lura meta mqabbla mal-medji statistiċi; josserva li għandhom isiru sforzi konċentrati fuq l-iżvilupp ta’ entitajiet subreġjonali; |
47. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ġew stabbiliti wkoll programmi operattivi (OPs) li jkopru s-setturi kollha tal-objettivi għall-ewwel darba għall-FSE f'xi Stati Membri għall-perjodu ta’ finanzjament 2007-2013; |
48. |
Jenfasizza l-fatt li l-esperjenza imprezzabbli miksuba bl-inizjattiva Komunitarja EQUAL hija rilevanti, speċjalment fir-rigward tal-kombinazzjoni tal-miżuri lokali u reġjonali u l-iskambu fuq livell tal-UE tal-aħjar prattiki; |
49. |
Jiġbed l-attenzjoni għas-sinerġiji li jistgħu jinkisbu mill-approċċi integrattivi lokali u reġjonali, b'mod partikolari permezz tat-tgħaqqid tal-FSE mal-FEŻR, u jitlob li jkun hemm regoli komuni ta’ eliġibilità u li jiżdied u jiġi ffaċilitat l-użu tal-għażla tal-finanzjament trasversali bejn dawn il-fondi – l-aktar għal dak li għandu x'jaqsam mal-ippjanar tal-iżvilupp integrattiv; jappoġġja l-introduzzjoni ta’ possibilità ta’ programmi operazzjonali ffinanzjati minn fondi differenti li tkompli tiffaċilita l-approċċi integrati; jitlob, barra minn hekk, sinerġiji aħjar bejn l-FSE u l-FEŻR; |
50. |
Jitlob, għall-iskop taż-żieda fis-sinerġiji, li jkun hemm integrazzjoni akbar tal-politiki settorjali (it-trasport, l-enerġija, ir-riċerka, l-ambjent, l-edukazzjoni) skont il-politiki ta’ koeżjoni u strutturali, ħalli jkun hemm effikaċja akbar u koordinament aħjar bejn il-Fondi Strutturali, iċ-CIP u l-Programmi Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp; jissuġġerixxi li l-ipprogrammar multi-fond ikun jista' jikkontribwixxi għal approċċ aktar integrattiv u jkun jista' jkabbar l-effikaċja tal-interazzjoni bejn il-finanzjamenti differenti; jikkunsidra s-sħubiji ta’ żvilupp nazzjonali / reġjonali bħala strument xieraq biex jinġiebu flimkien l-istrumenti varji; f'dan ir-rigward jenfasizza l-bżonn li jiġu stabbiliti objettivi ċari u li jiġi evalwat jekk intlaħqux l-għanijiet fl-Istati Membri; |
51. |
Jipproponi li l-politiki ta’ żvilupp u riċerka jiġu territorjalizzati; jisħaq, għalhekk, dwar l-importanza tal-adattament tal-politika ta’ koeżjoni u tal-politiki ta’ riċerka u innovazzjoni għall-ħtiġijiet speċifiċi tat-territorji, billi l-involviment aktar mill-qrib tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tifsil u l-implimentazzjoni tal-fondi ta’ żvilupp reġjonali u tal-programmi ta’ innovazzjoni huwa ta’ importanza kruċjali minħabba fl-impossibilità tal-applikazzjoni tal-istess strateġija ta’ żvilupp fir-reġjuni kollha; |
52. |
Jitlob qafas strateġiku komuni għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Programmi Qafas, il-FAEŻR, u l-FES għall-perjodu ta’ finanzjament ta’ wara l-2013; iqis li l-mudell tal-approċċ regolatorju armonizzat (amministrazzjoni, eleġibilità, verifika, rekwiżiti ta’ rrapportar) għandu jissaħħaħ aktar permezz ta’ regolament ta’ qafas komuni; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta’ fondi differenti li jaħdmu flimkien bla xkiel sabiex jinkisbu r-riżultati; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel aġġustamenti skont dawn il-kriterji sabiex il-fondi rilevanti, meta jkun possibbli, jikkompletaw lil xulxin; |
53. |
Jitlob li jiġi adottat Qafas Strateġiku Komuni mill-Kunsill u mill-Parlament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja abbażi tal-Artikolu 177 tat-TFUE; |
54. |
Huwa tal-fehma li dan il-Fond Soċjali Ewropew jeħtieġ li jiġi inkluż fil-qafas strateġiku komuni, mingħajr, iżda, ma jbiddel ir-regoli u d-dispożizzjonijiet ta’ funzjonament tiegħu u billi jiżgura l-għoti ta’ riżorsi adegwati; jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tal-FSE, tgħollilu l-profil u tissemplifikalu l-arranġamenti ta’ kontroll baġitarju billi jsiru proċeduri ta’ kooperazzjoni sempliċi u effettivi bejn l-awtoritajiet ġestriċi u d-dipartimenti ta’ kontroll baġitarju; |
55. |
Iħeġġeġ l-eżami tar-reintegrazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR relatati mar-reġjuni (l-assijiet ta’ sostenn eżistenti 3 u 4) f'dan il-qafas; jopponi, madankollu, li dan jista' jwassal għal tnaqqis fil-baġits tal-FEŻR u l-FAEŻR; jitlob rekwiżiti mandatorji għall-Istati Membri u r-reġjuni bil-għan li jinħolqu strutturi amministrattivi armonizzati għall-Fondi Strutturali tal-UE u l-programmi reġjonali tal-iżvilupp rurali; |
56. |
Jitlob li jkun hemm reviżjoni tar-regolament dwar il-koperazzjoni bejn il-fruntieri fil-fruntieri esterni u tal-ENPI kurrenti, ħalli jkunu integrati l-fondi relevanti fl-Objettiv 3 (Kooperazzjoni Territorjali Ewropea); |
57. |
Jilqa' l-għanijiet tal-kuntratti tas-Sħubija għall-Iżvilupp u l-Investiment bejn l-UE u l-Istati Membri proposti mill-Kummissjoni flok il-pjanijiet ta’ qafas strateġiċi nazzjonali ta’ qabel li kienu mħejjijin għall-Istati Membri individwali; jitlob li f'dan il-qafas jiġu stabbiliti prijoritajiet ta’ investiment ewlenin għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u ta’ għanijiet oħra tal-politika ta’ koeżjoni; iqis neċessarju li jiġi ċċarat mill-aktar fis it-tqassim tal-kompetenzi konkreti bejn il-livelli involuti kemm jista' jkun malajr u jitlob li jisseddqu l-kompetenzi nazzjonali, reġjonali u lokali kif stabbiliti mill-prinċipju ta’ sussidjarjetà; jitlob impenn ċar favur involiment xieraq tas-sħab fil-kuntratti ta’ sħubija ta’ żvilupp u investiment; |
58. |
Jitlob li jinżammu l-Programmi Operattivi bħala strument importanti għat-traspożizzjoni tal-karti strateġiċi fi prijoritajiet ta’ investiment konkreti; f'dan ir-rigward, jitlob miri ċari u li jistgħu jitkejlu; |
59. |
Jitlob li jkun hemm il-koinvolġiment obbligatorju tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, skont is-sistemi kostituzzjonali u istituzzjonali tal-Istati Membri individwali, fil-fażijiet kollha tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni (pjanar strateġiku, tfassil u negozjar tal-ftehimiet ta’ sħubija u programmi operattivi għall-iżvilupp u l-investiment, monitoraġġ u valutazzjoni), b'mod strutturat u sistematiku; iqis assolutament neċessarji formulazzjonijiet adegwati fir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali; |
60. |
Jaħseb li kull strateġija futura ta’ użu tal-FSE se tkun iktar effikaċi jekk tinvolvi l-livelli reġjonali u lokali tal-governanza, kapaċi li jiddeklinaw l-objettivi strateġiċi fuq l-ispeċifiċitajiet territorjali anki permezz ta’ djalogu strutturat mal-partijiet interessati kollha; |
61. |
Jappoġġja s-sistema tal-prijoritajiet tematiċi proposta mill-Kummissjoni; jindika li, aktar ma jkun baxx il-livell ta’ żvilupp ta’ Stat Membru jew reġjun, aktar għandha tkun wiesgħa l-lista ta’ prijoritajiet filwaqt li għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet reġjonali speċifiċi ta’ żvilupp u filwaqt li jiġi żgurat li dan l-approċċ tematiku għall-programmazzjoni tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni ma jkunx jista' jiġi implimentat għad-detriment tal-approċċ integrat ibbażat fuq il-post; |
62. |
Jitlob li l-Istati Membri, fil-każ li ċerti prijoritajiet vinkolanti jiġu imposti għall-Istati Membri kollha, li jinkludi fost il-prijoritajiet tagħhom l-innovazzjoni, l-infrastruttura, it-trasport u l-ġestjoni tar-riżorsi, imma iqis li għandu jkun hemm ċertu marġini għall-manuvrar li għandu jqis l-iskala tal-programmi, ix-xenarju baseline f'kull reġjun u r-riżultati li għandhom jinkisbu, ħalli dawn il-prijoritajiet ikunu mfasslin għall-ħtiġiet partikolari ta’ kull reġjun; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-innovazzjoni għandha tingħata interpretazzjoni wiesgħa b'konformità mal-inizjattiva ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni”; jinnota li l-SMEs huma s-sors prinċipali tal-impjiegi fl-UE u jagħtu lok għal ideat kummerċjali; jisħaq fuq il-fatt li l-appoġġ għall-SMEs għandu jkun kontinwat u msaħħaħ fid-dawl tar-rwol kjavi li għandhom fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020; jisħaq li, f'dak li għandu x'jaqsma mal-Unjoni tal-Innovazzjoni, jeħtieġ li jkun applikat kunċett wiesa' ta’ ‘innovazzjoni’ filwaqt li l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi għandu jissokta jkun iffaċilitat; jenfasizza li għandu jkun possibbli għall-prijoritajiet addizzjonali li jkunu proposti u implimentati fuq bażi volontarja u konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà; jitlob li l-oqsma proposti ta’ prijorità jkunu jinkludu l-enerġija, l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-azzjoni kontra l-faqar; |
63. |
Jitlob li jiġi evitat id-dewmien fit-tnedija tal-programmi u li bħala kwestjoni ta’ prinċipju jitnaqqas iż-żmien tal-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ valutazzjoni; jenfasizza li dan huwa importanti ħafna, partikolarment għal impriżi ta’ daqs żgħir u medju; jitlob ukoll li jitjieb it-tagħmir tekniku disponibbli għall-awtoritajiet amministrattivi rilevanti u għal dawk l-awtoritajiet li għandhom ikunu aktar interkonnessi mill-qrib, li jkunu ridotti r-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni, u li t-termini għas-sejħiet għall-offerti u l-applikazzjoni jitqassru b'mod sinifikattiv; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk jistgħux jiġu stabbiliti oqsma pilota sabiex jiġu ttestjati r-regolamenti l-ġodda fuq skala iżgħar qabel jiġu applikabbli għall-kumplament tar-reġjuni sabiex jiġu identifikati problemi possibbli fl-implimentazzjoni; |
Inċentivi, kundizzjonalità, orjentament lejn ir-riżultati, kofinanzjament, għażliet rigward il-finanzjament
64. |
Jitlob li l-finanzjament fuq is-sħubijiet għall-iżvilupp u l-investiment ikun soġġett għal ċerti impenji speċifiċi predeterminati fi djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; huwa tal-fehma li dawk il-kondizzjonijiet predeterminati għandhom jirrikjedu li l-Istati Membri jwettqu r-riformi ħalli jiżguraw li l-fondi jintużaw b'mod effikaċi fl-oqsma direttament marbutin mal-politika ta’ koeżjoni li, fejn ikun nċessarju, l-Istati Membri għandhom jissejħu ħalli jagħmlu dan, u li l-fondi għandhom ikunu jiddependu minn tali kondizzjonijiet; jitlob li jkun possibbli li l-atturi mdaħħlin fil-ġestjoni tal-programmi operattivi jinfluwenzaw il-kondizzjonalitajiet; iqis ġust l-irbit, b'mod partikolari, mat-traspożizzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni diġà adottata tal-UE (ipprezzar, akkwist pubbliku, trasport, ambjent, saħħa eċċ.) sabiex ikunu evitati irregolaritajiet u biex tkun iggarantita l-effikaċja; madankollu, jiċħad tali rekwiżiti li jitolbu lill-Istati Membri jwettqu riformi soċjali u ekonomiċi fundamentali; il-kundizzjonijiet kollha għandhom b'mod sħiħ jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarità u tas-sħubija; |
65. |
Huwa tal-fehma li kondizzjonalità ġdida m'għandhiex tirriżulta f'piżijiet amministrattivi żejda għall-atturi involuti; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ sistemi konsistenti, standard ta’ kondizzjonalità kemm għall-FEŻR u għall-FSE li għandhom ikunu tali li jistgħu jiġu valutati oġġettivament; |
66. |
Jikkunsidra lill-Kummissjoni responsabbli għall-formolazzjoni tal- kundizzjonalitajiet u biex tissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom, u jipproponi pjanijiet rispettivi ta’ azzjoni għall-Istati Membri u r-reġjuni; |
67. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tagħmel politika ta’ koeżjoni aktar orjentata lejn ir-riżultati permezz tal-istabbiliment ex ante ta’ objettivi u indikaturi adegwati; jenfasizza li dawk l-indikaturi għandhom ikunu ftit, iddefiniti b'mod ċar, li jistgħu jitkejlu, li jinsabu f'interazzjoni diretta mas-sostenn u li jkollhom jiftiehmu b'mod konġunt mir-reġjuni/l-Istati Membri; jikkunsidra, madankollu, li l-istrumenti u l-kriterji kollha proposti biex ikejlu l-prestazzjoni għandhom jibqgħu msejsin fuq approċċ kwalitattiv tal-programmi; |
68. |
Jikkunsidra li l-indikaturi li jiddeterminaw sussidji reġjonali mill-fondi strutturali u mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom ikunu abbażi tad-data statistika l-aktar reċenti, sabiex jikkunsidraw l-impatt tal-kriżi fuq ir-reġjuni f'termini ekonomiċi u soċjali; |
69. |
Jitlob li l-effikaċja u t-trasparenza tal-FSE titqawwa permezz ta’ azzjonijiet orjentati aktar lejn ir-riżultati u jqis li, għal dan il-għan, jeħtieġ li jkun hemm definizzjoni ex ante ta’ objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu u indikaturi tar-riżultati marbuta direttament mal-iskop tal-iffinanzjar, li jkejlu, partikolarment, is-suċċess fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-integrazzjoni f'impjiegi ta’ kwalità; iqis li dawk interessati li jinsabu fil-livelli kollha ta’ governanza għandhom ikunu mdaħħlin fit-twaqqif ta’ dawn il-miri u indikaturi u li dawn tal-aħħar għandhom ikunu definiti b'mod ċar ferm qabel l-għoti tal-finanzjament, ħalli kemm l-Istati Membri kemm il-Kummissjoni jkunu jistgħu jivvalutaw ir-riżultati miksubin u jużaw l-esperjenza matul il-fażi li jmiss tal-ippjanar; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tagħmel l-allokazzjoni tal-flus mill-FSE dipendenti minn kundizzjonalità ex ante, inkluża prekundizzjoni dwar it-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-objettivi tal-UE li huma indispensabbli għas-suċċess tal-miżuri tal-FSE kif ukoll tal-fondi strutturali u tal-kapaċitajiet adegwati fl-amministrazzjonijiet; jenfasizza li l-orjentament lejn ir-riżultati ma għandux iwassal biex il-benefiċjarji ż-żgħar jiġu żvantaġġjati jew esposti għal ostakli ġodda għall-aċċess jew għal riskji; |
70. |
Iqis il-kofinanzjament pubbliku u privat bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni; jitlob eżami tas-sehem massimu tal-UE, li jkollu jirrifletti aktar il-livell tal-iżvilupp reġjonali, il-valur miżjud Ewropew u t-tipi ta’ miżuri u jkollu jiżdied jew jitnaqqas skont dawn il-kriterji; |
71. |
Jitlob lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex iħarsu 'l quddiem meta jipprogrammaw il-kofinanzjament tal-approprjazzjonijiet u jippromovuhom permezz tal-inġinerija finanzjarja; |
72. |
Jitlob li, fir-rigward tas-sussidji diretti lill-impriżi, jitqies li l-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni, aktar milli jinfluwenza d-deċiżjoni mill-kumpaniji – u b'mod partikolari mill-kumpaniji l-kbar – li jiftħu impjant f'post partikolari, dawn itendu li jidħlu fil-but tal-kumpaniji li jkunu ġa ħadu tali deċiżjonijiet (effett deadweight) u jitlob, għalhekk, li jingħata appoġġ lil impriżi kbar u privati ħalli jiffokaw fuq l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp jew li jingħata, aktar spiss milli hu l-każ bħalissa, indirettament permezz tal-finanzjament għall-infrastruttura; barra minn hekk, jitlob regoli ċari fir-regolament ġenerali dwar il-Fondi Strutturali li jeskludu l-provvista ta’ kull ħlas ta’ fondi tal-UE għal rilokazzjonijiet ta’ kumpaniji barra mill-UE, kif ukoll tnaqqis fil-limitu ta’ verifika għall-eżami ta’ tali investimenti, li jeskludu impriżi kbar mis-sussidji diretti u t-tqegħid ta’ limitu ta’ 10 snin fuq id-durata tal-operazzjonijiet; |
73. |
Jirrikonoxxi l-effett ta’ lieva u l-potenzjal ta’ mobbilizzazzjoni ta’ strumenti ġodda ta’ finanzjament, ġeneralment jiffavorixxi l-idea li jintuża aktar is-self bħala mezz ta’ finanzjament, u jitlob l-estensjoni tal-istrumenti finanzjarji bbażati fuq ir-rotazzjoni għal dawk iż-żoni eliġibbli għall-iffinanzjar li jagħtu prova li huma xierqa; jitlob li l-proċeduri jkunu ssemplifikati għal dak il-fini u li jkun hemm grad akbar ta’ ċertezza legali matul il-perjodu kollu tal-finanzjament, kif ukoll għat-twaqqif ta’ reġistru tal-UE li juri liema proġetti ngħatalhom is-self u liema s-sussidji; jitlob biex l-istrumenti jkunu adattabbli biex jiġi żgurat li huma vijabbli u fattibbli għar-reġjuni u l-ibliet kollha; iqis li l-aktar tard wara perjodu ta’ finanzjament wieħed, ir-responsabilità għall-użu tal-fondi għandha tgħaddi għal-livell nazzjonali jew dak tal-proġetti individwali; jinnota li matul il-perjodu kurrenti, mhux l-Istati Membri kollha adottaw approċċ deċentralizzat biex jindirizzaw strumenti finanzjarji bħal JESSICA; jenfasizza l-ħtieġa għal aċċess dirett għall-ibliet; |
74. |
Jenfasizza li s-sostenn permezz ta’ għotjiet għandu jibqa' dejjem il-mezz ippreferut u li r-responsabilità għall-għażla tat-taħlita adattata skont il-ħtiġijiet reġjonali għal kull każ individwali għandha titħalla f'idejn l-atturi lokali; |
75. |
Iqis li l-BEI għandu jkollu rwol aktar b'saħħtu fil-finanzjament ta’ infrastrutturi TEN; jitlob aktar approċċi bbażati fuq soluzzjonijiet fil-qafas ta’ sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat li jipprovdu awtonomija finanzjarja; ġeneralment, huwa tal-idea li l-Parlament Ewropew għandu jingħata responsabilità importanti għall-iżgurar tat-trasparenza meħtieġa kif ukoll għal kompiti relatati mat-teħid ta’ deċiżjonijiet u s-sorveljanza; |
76. |
Jilqa' l-kooperazzjoni effettiva bejn il-BEI u l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tat-tliet inizjattivi konġunti – JESSICA, JEREMIE u JASMINE – li għandhom iżidu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-politika ta’ koeżjoni u jtejbu l-iffunzjonar tal-Fondi Strutturali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tadotta attivament l-inizjattivi konġunti mal-BEI, partikolarment fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni u tiżgura appoġġ finanzjarju lill-SMEs; |
77. |
Jara l-għotjiet globali fil-livell ta’ taħt dak tar-reġjuni bħala strument adattat għal strateġiji ta’ innovazzjoni bbażati fuq l-awtodeterminazzjoni, b'konformità mal-għanijiet tal-politika reġjonali Ewropea; |
78. |
Jiċħad il-kwoti jew l-obbligi għal għotjiet globali, madankollu, peress li jistgħu jmorru kontra l-iffissar ta’ prijoritajiet predominanti mfassla preċiżament għall-ħtiġijiet tar-reġjuni; |
Baġit, proċessi finanzjarji, tnaqqis tal-burokrazija, dixxiplina baġitarja, kontroll finanzjarju
79. |
Iqis li l-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ seba' snin ta prova tal-valur tiegħu fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni u għandu jisseddaq mill-inqas sa tmiem il-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss (2020); madankollu, jitlob sistema għar-rivalutazzjoni strateġika aktar rapida tal-kundizzjonijiet bażiċi biex wieħed ikun jista' jirreaġixxi saħansitra aktar malajr u b'mod aktar flessibbli għal ġrajjiet partikolari (kriżi finanzjarja, kriżi tal-enerġija, diżastri naturali); |
80. |
Jenfasizza, b'danakollu, li l-baġit tal-UE kif inhu strutturat bħalissa u l-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni, u bir-regolamenti bażiċi dwar il-Fondi, ta prova ta’ effikaċja proprju għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u strutturali, jiġifieri jinħtieġu tibdiliet biss fejn xi proċeduri ma wrewx ruħhom ta’ ġid jew fejn hemm kontradizzjonijiet mar-Regolament Baġitarju attwali; jappoġġja, f'dan il-kuntest, il-proposti tal-Kummissjoni għall-armonizzazzjoni tar-regoli li jiggvernaw il-fondi kollha disponibbli għall-iżvilupp reġjonali; jitlob, iżda, li kwalunkwe tibdila, tkun kemm tkun żgħira, fl-istrutturi stabbiliti u appruvati jkollha ssir bl-ikbar attenzjoni, sabiex jiġi evitat li jiżdiedu l-burokrazija, id-difetti fil-funzjonament u l-inċertezza għall-entitajiet amministrattivi nazzjonali u reġjonali u oneru akbar għall-benefiċjarji, l-aktar dawk bi strutturi żgħar u kapaċità limitata; |
81. |
Iqis ferm possibbli l-integrazzjoni tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 fl-istrutturi eżistenti ta’ objettivi u fondi u b'hekk anki fil-linji baġitarji; jiċħad il-qsim tal-baġit tal-UE permezz tat-termini teoretiċi li jiddeskrivu t-tkabbir bħala “intelliġenti”, “inklussiv” jew “sostenibbli”, kif ukoll kull frammentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni f'bosta intestaturi baġitarji; iqis li din il-politika għandu jkollha l-intestatura tagħha fil-baġit tal-UE; |
82. |
Iqis il-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2013 bħala kapaċi li tagħti kontribut saħansitra akbar għal aktar żvilupp sostenibbli tar-reġjuni tal-UE u għal politika deċiżiva għall-implimentazzjoni intrasettorjali tal-istrateġija Ewropa 2020, u għalhekk jitlob li jkunulha allokati mill-anqas l-istess approprijazzjonijiet baġitarji; |
83. |
Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrappurtat għal ħafna snin li pagamenti fl-ambitu tal-koeżjoni huma milqutin minn rata ta’ żball li taqbeż il-5 %, minkejja li tinnota li din ir-rata niżlet minn 11 % fl-aħħar proċedura ta’ kwittanza, kif juri r-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u li s-sistemi tas-superviżjoni u tal-kontroll huma effikaċi parzjalment biss; barra minn hekk jitlob għal kjarifika dwar il-metodu ta’ kif jiġu kkalkulati l-iżbalji, minħabba li diskrepanzi fil-figuri li jkunu pprovduti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-Kummissjoni iwasslu għal konfużjoni u nuqqas ta’ fiduċja fiċ-ċifri uffiċjali; |
84. |
Jitlob li jkunu adottati regoli aktar stretti għall-monitoraġġ tal-irregolaritajiet fl-użu tal-Fondi Strutturali vis-à-vis l-Istati Membri li għandhom livell għoli ta’ irregolaritajiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-flejjes mill-Fondi Strutturali u dwar proċedura għall-interruzzjoni sistematika u s-sospensjoni tal-pagamenti hekk kif l-evidenza tkun tissuġġerixxi defiċjenza fil-funzjonament tal-awtoritajiet akkreditati; jitlob, fl-istess ħin, li jitneħħew kontrolli mhux meħtieġa f'dawk l-Istati Membri li għandhom sistema ta’ mmaniġġjar soddisfaċenti tal-fond; jikkunsidra li l-prinċipji ta’ ‘kuntratt ta’ fiduċja’ u l-‘verifika unika’ għandhom jiġu implimentati fejn ikun possibbli; |
85. |
Jitlob li l-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jinnominaw awtoritajiet jew entitajiet li jkollhom ir-responsabilità esklussiva għall-amministrazzjoni konformi mal-liġi tar-riżorsi mill-Fondi Strutturali; |
86. |
Iqis id-dikjarazzjonijiet annwali ta’ mmaniġġjar ittestjati fil-livell ta’ kap tal-uffiċċju li jamministra l-fondi (uffiċċju tal-ħlasijiet / awtorità amministrattiva) bħala mezz xieraq ta’ tisħiħ tal-katina tar-rappurtar u l-kontroll, u jenfasizza l-bżonn assolut li dawn id-dikjarazzjonijiet ikunu preċiżi f'termini ta’ kontenut; jitlob, għalhekk, li jkun hemm sistema ta’ penali li għandha tapplika għal dikjarazzjonijiet foloz; jibqa' javalla l-iskop tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ assikurazzjoni; |
87. |
Jitlob li l-Kummissjoni, mill-bidu tal-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss, ikollha responsabilità ikbar għat-titjib tal-proċeduri amministrattivi nazzjonali; iqisu, f'dan il-kuntest, li hemm ħtieġa urġenti għas-semplifikazzjoni u l-kjarifika tal-amministrazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ, b'mod partikolari fil-qasam tal-implimentazzjoni finanzjarja u l-kontroll finanzjarju; għaldaqstant, iqis li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex twettaq proċeduri ta’ akkredizzjoni għall-amministrazzjonijiet u uffiċċji ta’ verifika nazzjonali jew federali; iqis li l-intitolament għal rapportaġġ semplifikat u anqas frekwenti għandu jkun marbut mal-akkreditament b'suċċess u riduzzjoni fir-rata tal-iżbalji; |
88. |
Barra minn hekk, jitlob biex jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni billi jiddaħħlu l-interruzzjoni u s-sospensjoni awtomatika tal-pagamenti hekk kif evidenza qawwija sew tkun turi nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tal-awtoritajiet akkreditati; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjanijiet aktar robusti biex tiżdied ir-rata tal-irkupru ta’ pagamenti żbaljati; |
89. |
Jitlob li s-sistema ta’ ispezzjoni tiġi ssimplifikata u n-numru ta’ livelli ta’ ispezzjoni jitnaqqas u sabiex ir-responsabilitajiet rispettivi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġu ċċarati; jitlob l–użu ta’ proċedura ta’ ispezzjoni b'livell wieħed, li fil-qafas tagħha l-Istati Membri jispezzjonaw proġetti u l-Kummissjoni tispezzjona s-sistema ta’ ispezzjoni tal-Istati Membri; |
90. |
Huwa tal-fehma li sabiex titjieb l-effettività tal-programmi operazzjonali għandu jsir użu akbar tal-proċeduri kompetittivi għall-għażla tal-proġetti fi ħdan ir-reġjuni; |
91. |
Bil-għan li tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni, jitlob l-estensjoni ta’ proċeduri standardizzati, b'unitajiet ta’ spejjeż standardizzati ogħla u dikjarazzjoni ta’ spejjeż ġenerali fuq bażi ta’ rata fissa fejn din is-sistema tkun xierqa; jitlob li jitqies aktar il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jiġifieri li għall-implimentazzjoni ta’ programmi iżgħar jintalbu sinifikantement inqas obbligi ta’ rapportar u ta’ verifika; |
92. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżomm ta’ kull sena u pubblikament “skeda ta’ nuqqasijiet” fir-rigward tar-rispett ta’ rappurtar u żvelar tar-rekwiżiti jew in-nuqqas li dan isir fiż-żmien rikjest u dwar irregolaritajiet, abbuż u frodi fl-użu ta’ flejjes mill-Fondi Strutturali; jitlob li din l-informazzjoni tinqasam skont l-Istat Membru u skont il-Fond; |
93. |
Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-burokrazija qed tostakola lill-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet iż-żgħar milli jkollhom aċċess għall-iffinanzjar strutturali; jitlob li r-regoli relevanti u d-dokumentazzjoni teknika tkun ċara kemm jista' jkun; |
94. |
Jitlob li jiġu stabbiliti proċeduri annwali ta’ approvazzjoni tal-kontijiet għall-perjodu ta’ pprogrammar il-ġdid, li jkopru wkoll programmi pluriennali; |
95. |
Iqis is-soluzzjonijiet aktar effiċjenti tal-gvern elettroniku (forom armonizzati) bħala neċessarji għas-sistema sħiħa ta’ implimentzzjoni u monitoraġġ; jitlob l-iskambju ta’ esperjenzi bejn l-Istati Membri, ikkoordinat mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni kkoordinata permezz ta’ raggruppamenti ta’ awtoritajiet amministrattivi u entitajiet ta’ verifika; |
96. |
Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-kumpens għall-infiq għandu jitħallas lill-awtoritajiet nazzjonali biss wara li jkun tħallas lill-benefiċjarju l-kontribut korrispondenti tal-UE; iqis li dan se jaċċelera l-ħlasijiet u se jikkostitwixxi l-inċentiv deċiżiv favur kontrolli nazzjonali stretti; jinnota, iżda, li xi drabi jistgħu jinqalgħu problemi ta’ likwidità fil-livell ta’ Stati Membri u f'dak reġjonali u li jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet li jipprovdulhom sigurtà; |
97. |
Iqis li t-talba tal-Kummissjoni li l-pagamenti jkunu marbutin aktar mill-qrib mar-riżultati hija illoġika, billi r-riżultati jinkisbu biss u qabel xejn bil-finanzjament tal-proġetti; huwa mħasseb li l-monitoraġġ x'aktarx se jkun burokratiku ħafna, illi jqis li huma konċepibbli r-rekwiżiti li jagħmlu l-pagamenti kontinġenti fuq konsistenza ppruvati bejn il-proġetti u, ngħidu aħna, l-istrateġija Ewropa 2020; |
98. |
Iqis li, filwaqt li r-rimborż għandu jasal wara li l-iffinanzjar tal-UE jkun tqassam fil-proġetti, l-ebda piż ulterjuri ma għandu jitpoġġa fuq il-benefiċjarji f'termini ta’ rati ta’ interess li ma jirreflettux il-fattur ta’ riskju baxx ta’ tali self minn kwalunkwe bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra; |
99. |
Jitlob id-diversifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ penali, inkluża, fost aspetti oħra, sistema ta’ bonus għal dawk l-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ implimentazzjoni, partikolarment permezz ta’ konċessjonijiet amministrattivi; |
100. |
Ifakkar li għall-kuntrarju tal-fondi strutturali l-oħrajn, l-ispeċifiċità tal-FSE tirreferi għall-fatt li hija marbuta mill-qrib mal-gruppi fil-mira li ssostni u li għandu jissawwar b'tali mod li jippermetti bosta proġetti fuq skala żgħira bbażati lokalment; jitlob li l-Istati Membri jkun rikjest minnhom li jgħaddu l-fondi immedjatament lill-proġetti ħalli jiskansaw il-problemi għall-benefiċjarji ż-żgħar; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu li jkun hemm flessibilità fl-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi, ħalli jittieħdu kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħin u l-isforzi u l-kontribut finanzjarju meta jiġu ffissati l-obbligi ta’ kontroll u verifika, u ħalli jiġu ssemplifikati l-proċeduri u ridotti l-kostijiet amministrattivi eċċessivi u l-ostakli kollha għall-benefiċċju tal-proġetti u l-benefiċjarji potenzjali tagħhom, u b'hekk l-FSE jkun f'qagħda aħjar li jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-UE għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jitlob lill-Kummissjoni żżid ix-xelta għall-awtoritajiet ġestriċi u l-benefiċjarji f'dak li għandu x'jaqsam ma’ għażliet ta’ finanzjament u li tipproponi l-possibilità ta’ għażliet standard tal-kostijiet flimkien mal-kontabilità tradizzjonali; |
101. |
Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li r-regoli N+2 u N+3 għandhom, f'ċerti sitwazzjonijiet, jiġu applikati sistematikament, jekk jista' jkun f'livell ta’ allokazzjoni tal-Istati Membri, ħalli tingħata flessibilità akbar, ħlief fl-ewwel sena tal-finanzjament u ħlief għal programmi ta’ bejn il-fruntieri, u li kull deroga oħra mir-regola tar-rilaxx awtoamtiku għandha tirrifletti biss adattament għall-oneri amministrattivi imposti mid-dispożizzjonijiet il-ġodda marbutin mal-ipprogrammar strateġiku, l-orjentazzjoni msejsa fuq ir-riżultati u l-kondizzjonalità ex ante; jappoġġa l-applikazzjoni tar-regola n+3 fil-każ ta’ programmi transkonfinali, sabiex jiġu kkunsidrati l-proċessi amministrattivi li jimxu aktar bil-mod minħabba l-isfidi lingwistiċi u kulturali li jiffaċċjaw; iqis li dan jiggarantixxi bilanċ xieraq bejn investimenti ta’ kwalità għolja u l-implimentazzjoni bla tfixkil u rapida tal-programmi; |
Politiki tal-viċinat u t-tkabbir
102. |
Jenfasizza l-importanza fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) għall-koperazzjoni transkonfinali ma’ stati barra l-Unjoni Ewropea; jieħu nota tal-problemi kurrenti bl-implimentazzjoni tal-programm; huwa konvint li fl-aħħar mill-aħħar se jkun neċessarju li l-programmi ta’ koperazzjoni bejn il-fruntieri tal-ENPI jkunu inkorporati mill-ġdid fil-politika ta’ koeżjoni; iqis li proprju l-konnessjoni infrastrutturali (trasport, enerġija u ambjent) tal-pajjiżi ġirien ikollha effetti pożittivi anki fuq ir-reġjuni mal-fruntiera Ewropea; jitlob li r-riżorsi tal-ENPI jkunu kkonċentrati aktar fuq ħtiġijiet strateġiċi tal-provvista tal-enerġija u tal-infrastrutturi tat-trasport; jenfasizza r-rwol li jista' jkollhom il-makroreġjuni f'dan il-kuntest; jistieden lill-Kummissjoni tħares lejn il-fattibilità tal-ħolqien ta’ sinerġiji aħjar bejn l-inizjattivi tal-FEŻR, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); jitlob li l-Kummissjoni, barra minn dan kollu, tivvaluta jekk l-istrutturi li ġa qed jintużaw fl-isfera tal-politika reġjonali jistgħu wkoll jiġu applikati għall-amministrazzjoni tal-ENPI; |
103. |
Barra minn dan, jenfasizza r-rilevanza għall-koeżjoni tal-proċess tat-tkabbir tal-UE bis-saħħa tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA), li fost l-oħrajn jgħin lill-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni biex iħejju strutturi ta’ koeżjoni mil-lat tal-kontenut u minn dak organizzattiv; jiġbed l-attenzjoni lejn il-problemi ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri; ifakkar fl-iskop oriġinali tal-istrument IPA, speċjalment dawk immirati lejn il-finanzjament tal-bini ta’ kapaċitajiet u l-bini ta’ istituzzjonijiet u l-appoġġ tat-tħejjijiet tal-pajjiż għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, sabiex jippreparaw il-pajjiżi kandidati għal implimentazzjoni sħiħa tal-acquis tal-Komunità fil-mument ta’ adeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-problemi fil-funzjonament attwali tal-istrument IPA; |
104. |
Jitlob għal darba oħra li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jkun involut, b'mod li jingħata responsabilità, fl-iżvilupp futur ta’ dawn l-istrumenti; |
*
* *
105. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Presidenti tar-Reġjuni u l-Länder tal-UE. |
(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.
(4) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(5) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79.
(6) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(7) ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1
(8) ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 275.
(9) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 65.
(10) ĠU C 161 E. 31.5.2011, p. 120.
(11) Testi adottati, P7_TA(2010)0341.
(12) Testi adottati, P7_TA(2010)0356.
(13) Testi adottati, P7_TA(2010)0357.
(14) Testi adottati, P7_TA(2011)0286.
(15) ĠU C 166, 7.6.2011, p. 35.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/38 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
L-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi li qed jiżviluppaw
P7_TA(2011)0317
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi li qed jiżviluppaw (2010/2300(INI))
2013/C 33 E/05
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-impenji fir-rigward tal-volum ta’ għajnuna, tal-għajnuna lill-Afrika tas-Sub-Saħara, u tal-kwalità tal-għajnuna, li ttieħdu mill-G8 fis-Samit ta’ Gleneagles u fil-laqgħat kollha sussegwenti tal-G8 u l-G20, |
— |
wara li qies id-dikjarazzjoni tal-Millennju adottata min-Nazzjonijiet Uniti fit-8 ta’ Settembru 2000, |
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp (1) u l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar il-Komplementarjetà u d-Diviżjoni tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta’ Akkra għal Azzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE li jistipola li “L-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x’aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (3) ("Strument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp" (DCI)), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 61(2) tal-Ftehim ta’ Cotonou, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2006 dwar l-effettività tal-għajnuna u l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba’, it-Tmien, id-Disa’ u l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008 (5), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 11/2010 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-ġestjoni mill-Kummissjoni tas-Sostenn Baġitarju Ġenerali fil-pajjiżi AKP, tal-Amerika Latina u tal-Asja", |
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi terzi" (COM(2010)0586 finali), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni tal-2007 bit-titolu "Guidelines on the Programming, Design & Management of General Budget Support", |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2008 bit-titolu "Appoġġ baġitarju: Il-mod effikaċi għall-finanzjament tal-iżvilupp?", |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ tal-Assemblea Parlamentari konġunta ACP-UE, dwar l-appoġġ baġitarju bħala mezz ta’ għoti ta’ assistenza pubblika għall-iżvilupp (APD) lill-pajjiżi ACP, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0206/2011), |
A. |
billi r-riduzzjoni tal-faqar u, fl-aħħar, l-eradikazzjoni tagħha jikkostitwixxu l-għan prinċipali tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattat ta’ Lisbona, |
B. |
billi l-appoġġ baġitarju sar wieħed mit-termini l-aktar importanti ta’ għajnuna, |
C. |
billi għal numru ta’ donaturi l-appoġġ baġitarju ġenerali u settorjali huwa mezz sabiex tiġi promossa s-sjieda mill-pajjiżi sħab ta’ politiki ta’ żvilupp u proċessi sostenibbli ta’ riforma, biex jissaħħu l-istituzzjonijiet u s-sistemi nazzjonali ta’ responsabbiltà, u jiġu ffaċilitati t-tkabbir, it-tnaqqis tal-faqar u l-ksib tal-objettivi fil-qasam tal-iżvilupp, |
D. |
billi l-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali hija meħtieġa, anke biss biex jinħolqu, għall-ewwel, il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet imsejsin fuq programmi - inkluż l-appoġġ baġitarju jew mudelli oħrajn, |
E. |
billi l-appoġġ baġitarju jippermetti li jixxejnu ċerti nuqqasijiet tal-approċċ tradizzjonali bbażat fuq il-proġetti (kosti għoljin ta’ tranżazzjoni, sistemi paralleli fframmentati) u b’hekk jissaħħu l-koerenza u l-effettività tal-miżuri tal-Unjoni, li sar enfasi fuqhom fit-Trattat ta’ Lisbona, |
F. |
billi l-appoġġ għall-baġit għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità u l-effettività tal-għajnuna, partikolarment rigward il-prinċipji ta’ appartenenza u armonizzazzjoni, peress li permezz ta’ djalogu politiku bejn donaturi u benefiċjarji huwa possibbli li jkunu aġġustati l-kontribuzzjonijiet għall-prijoritajiet stabbiliti mll-pajjiżi fil-qafas tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom għal tnaqqis tal-faqar, |
G. |
billi, minkejja r-riskji msemmija mill-Qorti tal-Awdituri Ewropea fir-rapporti tagħha dwar l-AB, l-"approċċ dinamiku" fil-kundizzjonalità ġenerali tal-AB jibqa' strument importanti ferm ta’ djalogu politiku; billi, minkejja dan, l-AB fl-ebda każ ma jista' jiġi kkunsidrat bħala "ċekk inbjank", |
H. |
billi l-impenji kollha meħuda mill-pajjiżi benefiċjarji fil-konfronti tas-sħab tagħhom kollha jistgħu fiż-żmien jagħmlu diffiċli l-użu tagħhom peress li l-kundizzjonalitajiet tad-donaturi xi drabi jirriżultaw kontradittorji, |
I. |
billi, s'issa, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem (imsejħa tal-ewwel ġenerazzjoni) ġie invokat aktar ta’ spiss mill-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sħubija iktar milli l-ksur tad-drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali (imsejħa tat-tieni ġenerazzjoni), |
J. |
billi d-donaturi kollha għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin ħalli tiġi evitata kull inkoerenza fil-livell tal-kundizzjonalità, |
K. |
billi, skont it-termini tal-artikolu 2, paragrafu 3, tat-Trattat ta’ Lisbona, wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li tippromwovi ekonomija tas-suq soċjali sostenibbli u li dan l-approċċ japplika wkoll għall-politika għall-iżvilupp u l-politika tal-viċinat, |
L. |
billi r-responsabbiltà tal-gvern sieħeb fil-qasam tal-ġestjoni baġitarja fir-rigward taċ-ċittadini tiegħu tikkostitwixxi fattur essenzjali fil-proċess tal-bini tal-kapaċità permezz tal-kontroll eżerċitat mill-parlament u l-informazzjoni tas-soċjetà ċivili tiegħu fil-qasam tal-finanzi pubbliċi, |
1. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni ddefinita permezz tal-Green Paper dwar l-AB li għandha l-għan, l-ewwel nett, li tippromwovi l-iżvilupp endoġeniku tal-pajjiżi sħab, u jitlob li jiġu ċċarati l-kriterji ta’ eleġibilità għall-appoġġ baġitarju b’mod li jkun evitat ir-riskju ta’ żbalji eventwali jew ta’ użu ħażin ta’ dan it-tip ta’ għajnuna, filwaqt li jitqiesu elementi bħall-indiċi tal-korruzzjoni tal-pajjiżi konċernati, |
2. |
Jilqa' l-proċess ta’ konsultazzjoni fil-livell Ewropew; jittama li l-prattika tal-għoti ta’ appoġġ baġitarju tiġi analizzata b'mod oġġettiv u mtejba sabiex tiżdied l-effikaċja tagħha; |
3. |
Ifakkar li, skont it-Trattat ta’ Lisbona, it-tnaqqis u l-eliminazzjoni tal-faqar hu l-objettiv primarju tal-politika tal-iżvilupp tal-UE; jenfasizza li l-faqar għandu dimensjonijiet differenti bħal pereżempju d-dimensjoni umana, ekonomika, soċjokulturali, tas-sessi, ambjentali u politika, li kollha jeħtieġ li jkunu indirizzati mill-politika tal-iżvilupp tal-UE; |
4. |
Huwa tal-opinjoni li l-għajnuna tal-UE għandha tiġġenera bidla reali fil-kwalità fil-pajjiżi sħab u jirrikonoxxi li l-appoġġ baġitarju huwa għodda effikaċi biex jintlaħaq dan l-għan, sakemm, apparti li jissarraf f'kundizzjonalità, jintuża flimkien ma’ djalogu politiku u ta’ politika effikaċi; |
5. |
Jenfasizza r-rwol kruċjali u obbligatorju tal-koerenza politika fl-implimentazzjoni ta’ politika tal-iżvilupp b’impatt għoli; barra minn hekk jistieden lill-politika estera u tas-sigurtà tal-UE biex tiffoka fuq il-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi u s-sigurtà, li huma kollha prekundizzjonijet ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli; jitlob għal sforzi iktar sistematiċi għall-integrazzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri; |
6. |
Huwa tal-fehma li t-tassazzjoni tiggarantixxi għajn indipendenti ta’ finanzjament għal żvilupp sostenibbli u tipprovdi rabta importanti bejn il-gvernijiet u ċ-ċittadini tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jappella biex tiġi żviluppata amministrazzjoni fiskali fattibbli u sabiex infrastruttura fiskali komprensiva ssir wieħed mill-ogħla prijoritajiet tal-appoġġ baġitarju; jirrakkomanda li l-politika ta’ appoġġ baġitarju għandha tinkludi miżuri kontra r-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħarba illegali tal-kapital; |
7. |
Jissottolinja l-ħtieġa li, jekk ikun il-każ, jintuża l-appoġġ baġitarju settorjali ħalli jiġi żgurat li s-setturi soċjali bażiċi inklużi s-saħħa, l-edukazzjoni, u l-assistenza għall-gruppi l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari l-persuni b’diżabilità, ikunu aktar fil-mira; |
8. |
Jenfasizza li l-appoġġ baġitarju ma għandux jintuża biex isaħħaħ l-interessi ekonomiċi u strateġiċi partikolari tal-UE, imma ħalli jintlaħqu l-objettivi ta’ żvilupp tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u biex dawn jiġu megħjuna jilħquhom, l-aktar biex jinqerdu l-faqar u l-ġuħ; |
9. |
Ifakkar ir-rwol innovattiv tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-AB u l-valur miżjud li l-Kummissjoni Ewropea ġġib frott tal-għarfien tagħha f’din il-materja; |
10. |
Jinnota li l-appoġġ baġitarju jista’ jtejjeb mhux biss ir-responsabilità politika tal-gvernijiet imma wkoll il-koordinament tad-donaturi bis-saħħa tad-djalogu meħtieġ f'dak li għandu x'jaqsam ma’ kwestjonijiet baġitarji; jisħaq li dan hu mod possibbli ta’ kif jista’ jittejjeb il-koordinament mad-donaturi emerġenti; |
11. |
Jisħaq li l-Unjoni għandha responsabilità li tgħaddi l-esperjenza tagħha lill-partijiet interessati istituzzjonali l-oħrajn, b’mod partikolari fil-Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna ta’ Busan; |
12. |
Jenfasizza li l-approċċ dinamiku, adottat mill-Kummissjoni kif ukoll mill-maġġoranza tal-fornituri tal-AB, fih għadd ta’ riskji li għandhom jitqiesu b'mod xieraq; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet f’livell nazzjonali tar-riskji u benefiċċji li huma possibbli f'dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ baġitarju fil-pajjiżi sħab; |
13. |
Jitlob lill-UE tamministra l-appoġġ baġitarju b'mod li tieħu vantaġġ sħiħ mill-komplimentarjetà tiegħu ma’ forom oħrajn ta’ assistenza; |
14. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu kemm il-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-Kummissjoni kif ukoll il-kontroll parlamentari u l-għoti ta’ tagħrif lis-soċjetà ċivili tal-pajjiżi benefiċjarji tal-AB; jenfasizza wkoll li l-implimentazzjoni ta’ kontroll ottimali tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi benefiċjarji għandha tikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel għal kull ħruġ ta’ fondi; |
15. |
Ifakkar li huwa esenzjali li jkun hemm indikaturi definiti b'mod ċar, appoġġati b'mod wiesa' u ssorveljati mill-qrib biex jintwerew l-effetti konkreti tal-appoġġ baġitarju f'pajjiżi terzi, u li l-awtoritajiet baġitarji rilevanti għandhom jiġu aġġornati regolarment dwar l-indikaturi u l-linji gwida li jsawru l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-appoġġ baġitarju; jenfasizza li dawn l-indikaturi jridu jkunu adattati aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi sħab biex jiġi evitat l-approċċ "qies wieħed għal kulħadd" li ħadet il-Kummissjoni, li potenzjalment huwa kontroproduttiv; |
16. |
Jappella biex l-appoġġ baġitarju jsir b’kundizzjoni li jkun hemm skrutinju parlamentari demokratiku tal-baġit fil-pajjiżi riċevituri; jappella għal parteċipazzjoni wiesgħa tal-parlamenti u sabiex ikun hemm konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab, ħalli jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-fondi tal-appoġġ baġitarju jittieħdu demokratikament; |
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, qabel ma tingħata l-għajnuna baġitarja, li l-miri ta’ intervent jkunu jiffurmaw parti mill-programmi nazzjonali tal-pajjiz riċevitur u li l-prinċipji ta’ koordinament, komplimentarjetà u koerenza f'rabta ma’ donaturi oħrajn, kif ukoll l-addizzjonalità għar-riżorsi allokati mill-pajjiż riċevitur, jiġu rispettati; |
18. |
bil-għan li tiġi żgurata r-rilevanza tal-għajnuna baġitarja tal-UE, jistieden lill-Kummissjoni tallinja l-ipprogrammar tagħha billi ttejjeb it-tħejjija u d-dokumentazzjoni tad-deċiżjonijiet għat-tnedija ta’ operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju u meta jitqiesu r-restrizzjonijiet fuq ir-riżorsi fid-Delegazzjonijiet, li spiss jillimitaw il-kapaċità tagħha li twettaq ċerti attivitajiet, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi persunal kwalifikat biżżejjed għall-proċess ta’ implimentazzjoni, peress li l-appoġġ baġitarju jeħtieġ ħiliet analitiċi differenti minn dawk għall-finanzjament ta’ proġetti u programmi; |
19. |
Jinsisti dwar ir-rwol ewlieni li l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-awtoritajiet lokali, għandu jkollhom billi huma qegħdin fl-aħjar qagħda ħalli jidentifikaw is-setturi prijoritarji, jippreparaw id-dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiż u jikkontrollaw l-allokazzjonijiet baġitarji; jitlob li l-parlamenti nazzjonali jadottaw id-dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiż u l-baġit pluriennali wara li jkunu kkonsultaw mas-soċjetà ċivili, qabel ma jsir id-djalogu politiku mad-donaturi f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ baġitarju, ħalli jsaħħu l-kontroll parlamentari; |
20. |
Jenfasizza l-importanza tal-effettività tal-għajnuna tal-iżvilupp tal-UE; jitlob li jiġu żviluppati sistemi ta’ valutazzjoni indipendenti fil-livell tal-UE u mekkaniżmu għall-ilmenti miftuħ għal dawk affettwati mill-għajnuna tal-UE, kif ukoll appoġġ fil-pajjiż innifsu tal-mekkaniżmi ta’ responsabilità diretta; |
21. |
Jitlob lill-Kummissjoni tagħti analiżi finanzjarja globali tal-għajnuna baġitarja ġenerali u settorjali mogħtija lill-gvern lokali, u li tistudja l-opportunità u r-riskji marbutin mad-deċentralizzazzjoni ta’ parti tal-appoġġ baġitarju ħalli jkun hemm sjieda tabilħaqq mill-atturi tal-gvern lokali; |
22. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea tirrispetta u tippromwovi sjieda vera tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw tal-istrateġija tagħhom tal-iżvilupp, u li tevita li ġġenneb lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi nazzjonali permezz ta’ djalogu politiku dwar l-appoġġ baġitarju, li jimmina r-responsabilità demokratika u jikkontribwixxi għad-depolitiċizzazzjoni tar-realitajiet politiċi domestiċi; |
23. |
Iqis li l-appoġġ baġitarju għandu jiffoka bħala prijorità fuq id-dipartimenti tal-gvern li għandhom l-akbar impatt fuq ir-riduzzjoni tal-faqar, b'mod partikolari l-ministeri tas-saħħa u tal-edukazzjoni; |
24. |
Iqis, barra minn hekk, li hemm ħtieġa li l-perspettiva tal-ġens tkun integrata fl-appoġġ baġitarju, billi tingħata attenzjoni għal kwestjonijiet marbutin mal-ġens fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju, billi jitħeġġeġ id-djalogu mal-għaqdiet tan-nisa u billi jiddaħħlu indikaturi differenzjati għall-ġens; |
25. |
Jemmen li biex tissaħħaħ ir-responsabilità reċiproka, il-Kummissjoni Ewropea għandha ssaħħaħ ir-rwol tagħha ta’ faċilititatur bejn il-gvern, il-parlamentari u s-soċjetà ċivili u tqis għal dan il-fini li perċentwal tal-AB, riżervat għall-assistenza teknika għat-tisħiħ tal-ministeri settorjali, tista’ tintuża wkoll għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-parlamenti u tas-soċjetà ċivili ħalli jkunu jistgħu jeżerċitaw fis-sħiħ ir-rwol tagħhom ta’ kontroll tal-AB; |
26. |
Jisħaq fuq ir-rwol prominenti tal-organizzazzjonijiet donatriċi fl-appoġġ mogħti lill-pajjiżi sħab għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom u l-influwenza pożittiva tal-għajnuna għall-proġetti lokali fuq it-tnaqqis tal-faqar, il-promozzjoni tat-tkabbir inklussiv u l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab; |
27. |
Huwa mħasseb dwar l-effetti ta’ distabilizzazzjoni markoekonomika u l-impatt fuq il-popolazzjoni l-aktar vulnerabbli li jistgħu jirriżultaw minn waqfien f'daqqa tal-AB; jipproponi, fil-qafas ta’ azzjoni kkoordinata mid-donaturi tal-fondi u wara konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-parlament tal-pajjiż sieħeb, li jitwaqqaf mekkaniżmu għat-tnaqqis progressiv tal-ħlasijiet tal-AB li jkun jista' jnaqqas dawn l-impatti, jiffavorixxi d-djalogu politiku u jippermetti li jinstabu soluzzjonijiet ikkoordinati għad-diffikultajiet affaċċjati; |
28. |
Jemmen li l-appoġġ baġitarju, l-istess bħall-għajnuna programmata, għandu jitqies bħala strument ta’ tranżizzjoni u m’għandux ifixkel l-isforzi ħalli jissaħħu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi li jiffinanzjaw lilhom infushom permezz tar-riżorsi proprji, bħat-taxxi, biex ma jibqgħux dipendenti fuq donazzjonijiet minn pajjiżi terzi; |
29. |
Jitlob lill-pajjiżi donaturi jsaħħu l-kordinazzjoni u l-prevedibilità tal-appoġġ baġitarju, u jinsisti fuq il-fatt li d-donaturi għandhom ikunu mħejjijin jieħdu impenn fit-tul fejn jidħlu l-pajjiżi sħab; |
30. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea tieħu l-miżuri kollha neċessarji ħalli l-pajjiżi terzi jintrabtu li jinvestu f’mekkaniżmu li jippromwovi l-istabbilità finanzjarja tagħhom; |
31. |
Jinsisti li jiġi implimentat b’mod effettiv ir-rekwiżit tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (Regolament DCI), li jistipula li: "Il-Kummissjoni għandha konsistentement tuża approċċ ibbażat fuq riżultati u indikaturi tar-rendiment u għandha tiddefinixxi u timmonitorja b'mod ċar il-kondizzjonalità tiegħu u tappoġġa sforzi ta’ pajjiżi msieħba sabiex jiżviluppaw kontroll parlamentari u kapaċitajiet ta’ verifika u sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni"; u jħeġġeġ lill-Kummissjoni testendi dawn id-dispożizzjonijiet b’mod li tinkludi l-appoġġ baġitarju lill-pajjiżi benefiċarji tal-Fond Ewropew ta’ Żvilupp (il-pajjiżi tal-AKP) li s'issa, għalihom, kienu japplikaw biss il-kriterji l-aktar tekniċi tal-Artikolu 61(2) tal-Ftehim ta’ Cotonou; |
32. |
Iqis illi, ladarba l-użu tal-appoġġ baġitarju huwa deċiżjoni strateġika importanti fir-relazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab tagħha, l-Artikolu 290 tat-TFUE (atti delegati) għandu japplika għad-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibilità għal din il-modalità ta’ għajnuna, li jagħti lill-Kunsill u l-Parlament, bħala koleġiżlaturi, is-setgħat sħaħ ta’ kodeċiżjoni fir-rigward tal-adozzjoni tiegħu, inkluż, jekk ikun meħtieġ, id-dritt ta’ revoka tal-att delegat; |
33. |
Ifakkar li nuqqasijiet sinifikattivi fir-rigward tal-kapaċità, u b'mod partikolari l-governanza dgħajfa, jistgħu jċaħdu numru ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw mill-AB; |
34. |
Huwa tal-fehma li d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament rigward l-appoġġ baġitarju jridu jiġu xprunati mhux biss mill-benefiċċji mistennija iżda wkoll mir-riskji fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju preżenti kemm fil-pajjiżi donaturi kif ukoll f'dawk sħab; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali tagħha (7), taqbel għalkollox ma’ din il-valutazzjoni billi jiġi enfasizzat li għad irid jiġi żviluppat u implimentat qafas sod ta’ ġestjoni tar-riskji; |
35. |
Jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri (‘il-Qorti’) fir-rapport Annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2009, sabet li l-ħlasijiet ta’ appoġġ baġitarju kienu ġew affettwati minn frekwenza għolja ta’ żbalji mhux kwantifikabbli kaġun tan-nuqqas ta’ turija ta’ konformità formalizzata u strutturata mal-kundizzjonijiet ta’ ħlas; fl-istess waqt jieħu nota u jilqa' t-titjib sostanzjali fit-turija tal-eliġibilità osservata mill-Qorti fl-ambitu tal-10 FEŻ bis-saħħa tal-oqsfa ta’ valutazzjoni aktar ċari li attwalment qegħdin jintużaw regolarment; |
36. |
Ifakkar li l-investimenti pubbliċi fil-beni pubbliċi, bħalma huma l-edukazzjoni, is-sigurtà soċjali, l-infrastrutturi u l-kapaċitajiet produttivi, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-azjendi agrikoli żgħar u l-appoġġ għas-swieq lokali, huma kruċjali għas-suċċess ta’ strateġiji ta’ żvilupp; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kundizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni ta’ porzjonijiet varjabbli jispeċifikaw b’mod ċar l-indikaturi, l-objettivi, il-metodi ta’ kalkolu u s-sorsi ta’ verifika u li r-rapporti tad-Delegazzjonijiet jagħtu turija strutturata u formalizzata tal-progress tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi billi jistabbilixxu biċ-ċar il-kriterji li magħhom għandu jiġi vvalutat il-progress, il-progress magħmul u r-raġunijiet l-għala l-programm ta’ riforma seta’ ma ġiex implimentat skont il-pjan; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji kollha kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi riċevituri, inkluż, jekk ikun meħtieġ, is-sospensjoni tal-ħlasijiet; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni twettaq djalogu mill-qrib u regolari mal-gvernijiet sħab dwar il-kwistjonijiet ta’ korruzzjoni u tagħti attenzjoni biżżejjed fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ bini ta’ kapaċità ta’ pajjiżi riċevituri partikolari f'termini ta’ mekkaniżmi ta’ għoti ta’ rendikont u kontra l-korruzzjoni; |
39. |
Iqis il-prevedibilità tal-flussi ta’ għajnuna bħala wieħed mill-aktar fatturi importanti biex tkun żgurata l-kwalità tal-infiq, peress li tippermetti lill-pajjiżi sħab iwettqu ppjanar ta’ nfiq fuq medda twila ta’ żmien u jsostnu titjib fil-politiki settorjali; jippromwovi t-tisħiħ ta’ dan l-approċċ permezz tal-politiki fiskali tal-pajjiżi sħab u l-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku li, fuq perjodu twil ta’ żmien, għandu jnaqqas id-dipendenza fuq l-għajnuna; |
40. |
Ifakkar li nuqqas ta’ progress fil-livell tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi jċaħħad ukoll numru sinifikattiv ta’ pajjiżi mill-AB; |
41. |
Huwa l-fehma li l-appoġġ baġitarju għandu jiddaħħal ftit ftit fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, billi jibda b’ammont limitat, li jikber hekk kif il-pajjiżi sħab jibnu l-kapaċità; |
42. |
Itenni li l-appoġġ baġitarju għandu jintefaq sabiex jitnaqqas il-faqar, inkluż li jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u l-prinċipji bħas-sħubija, l-effikaċja tal-għajnuna u l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-inċentivi bbażati fuq ir-riżultati iżda jenfasizza li differenzi fl-iżborżament għandhom ikunu prevedibbli kemm jista' jkun sabiex ma jħallux impatt negattiv fuq l-ippjanar baġitarju; itenni li l-appoġġ baġitarju għandu jingħata biss lill-pajjiżi li jissodisfaw u jsostnu l-istandards minimi tal-governanza u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-kundizzjonijiet marbuta mar-riformi makroekonomiċi għandhom ikunu kompatibbli mal-iżvilupp uman u soċjali; |
43. |
Jinkoraġġixxi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-Kummissjoni jippromwovu l-iżvilupp parteċipatorju f'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehim ta’ Cotonou, u skont l-artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-promozzjoni u mal-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
44. |
Jenfasizza li waqt l-għoti tal-AB lill-pajjiżi AKP fornituri tal-banana, li jibbenefikaw minn miżuri ta’ akkumpanjament f'dan is-settur, huwa importanti li jiġu inklużi fil-parti varjabbli, fuq bażi ta’ indikaturi ta’ governanza, il-kundizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 17a l-ġdid li l-Parlament qed jipproponi li jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 (Regolament ICD), f’konformità mall-emenda fil-pożizzjoni msemmija hawn fuq tat-3 ta’ Frar 2011; |
45. |
Jesiġi li l-Kummissjoni tippubblika l-ftehimiet mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-qasam tal-AB kif ukoll il-kuntratti tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju; |
46. |
Jenfasizza li appoġġ baġitarju settorjali taħt ċerti ċirkostanzi jista’ jikkostitwixxi għażla intermedjarja utli li tagħti lill-gvernijiet u l-parlamenti kkonċernati aktar sjieda fuq fondi ta’ għajnuna filwaqt li jallokawhom għall-MDGs; |
47. |
Iqis li l-pajjiżi għonja fiż-żejt u l-minerali għandhom il-potenzjal li jiffinanzjaw l-iżvilupp tagħhom stess u jissieltu kontra l-faqar permezz ta’ sistemi ta’ ġbir trasparenti tat-taxxi u ridistribuzzjoni ġusta tal-ġid; |
48. |
Huwa tal-fehma li, fil-prinċipju, l-kuntratti MDG huma eżempju ta’ appoġġ baġitarju ta’ kwalità għolja u orjentat lejn ir-riżultati (fuq żmien fit-tul, prevedibbli, konċentrat fuq is-setturi soċjali, eċċ); jitlob għalhekk lill-Kummissjoni Ewropea tippubblika fl-2011 valutazzjoni tal-kuntratti MDG u tivvaluta l-possibilità li testendihom għal għadd akbar ta’ pajjiżi; |
49. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippubblika wkoll il-kundizzjonalitajiet kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-kuntest tad-"dokumenti ta’ strateġija skont il-pajjiż" waqt ir-rieżami ta’ nofs it-terminu; huwa tal-fehma li l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-appoġġ baġitarju għandhom ikunu stabbiliti f’termini tar-realizzazzjoni tal-objettivi tar-riduzzjoni tal-faqar u tal-MDGs; |
50. |
Itenni s-sejħiet preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex ikun hemm ċaqliqa mill-kontroll fuq l-inputs għall-verifika tar-riżultati meta mqabbla mal-indikaturi, billi ttejjeb is-sistema ta’ rrappurtar tagħha sabiex tkun ikkonċentrata fuq l-effikaċjà tal-programmi; |
51. |
Jiddikjara li l-effikaċja tal-miżuri dwar l-iżvilupp tal-politika fil-pajjiżi sħab trid tikkunsidra, b'mod sħiħ, il-kundizzjonijiet lokali u tirrispetta l-valuri tal-UE kif dikjarati fit-Trattat inklużi l-prinċipju tal-istat tad-dritt u d-demokrazija; jenfasizza li l-bżonnijiet għandhom jibqgħu kriterju determinanti għall-allokazzjoni tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp; |
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri joħolqu reġistru pubbliku li fih jiġu elenkati b'mod trasparenti il-ftehimiet dwar l-appoġġ baġitarju, proċeduri u indikaturi tal-iżvilupp, bil-għan li jissaħħew l-istituzzjonijiet demokratiċi nazzjonali u biex tiġi żgurata responsabbiltà reċiproka; |
53. |
Jistieden lill-Istati Membri juru aktar koerenza fuq il-livell nazzjonali u dak Komunitarju fil-qasam tal-politika ta’ għajnuna għall-iżvilupp; jitlob lill-Istati Membri jirrikorru għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ħalli jsaħħu l-koordinament tagħhom mal-Kummissjoni għal dak li jikkonċerna l-AB sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-inkoerenzi; |
54. |
Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li għandhom jarmonizzaw il-koperazzjoni tagħhom għall-iżvilupp u jtejbu l-obbligu li din għandha li jagħtu rendikonti, li jorbot lill-partijiet kollha; |
55. |
Huwa konvint ferm li analiżi dettaljata tal-futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi terzi għandha tindirizza l-kwistjoni tal-inklużjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit; huwa konxju dwar il-kuntest storiku u istituzzjonali tas-sitwazzjoni attwali, iżda jemmen li wasal iż-żmien li l-Kunsill, l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-AKP jirrikonoxxu li din is-sitwazzjoni hija ta’ ħsara għall-effiċjenza, għat-trasparenza u għar-responsabilità tal-appoġġ baġitarju tal-UE; jenfasizza, madankollu, li l-integrazzjoni fil-baġit ma għandhiex tinvolvi tnaqqis fil-pakkett finanzjarju globali għall-politiki ta’ żvilupp; |
56. |
jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), bi qbil mal-prattika stabbilita f'oqsma politiċi oħra, biex itejbu l-koordinament tal-appoġġ baġitarju rispettiv tagħhom lil pajjiżi terzi biex jiġu evitati u/jew eliminati xogħol doppju, inkonsistenzi u każijiet ta’ nuqqas ta’ koerenza; jiddeplora l-evalwazzjonijiet li jindikaw li, fil-livell settorjali, politiki, istituzzjonijiet u sistemi ta’ prestazzjoni tas-servizzi dgħajfa wasslu lid-donaturi biex jużaw is-sistemi tagħhom stess biex jimplimentaw proġetti, u biex jadottaw imġiba bilaterali flok koordinata, sitwazzjoni li hija aktar u aktar inaċċetabbli fil-kuntest ta’ finanzjament skars u li tagħmilha wkoll diffiċli ħafna għall-UE li twettaq li wiegħdet biex l-għajnuna ssir aktar prevedibbli; jisħaq li enfasi fuq oqsma speċifiċi li joffru l-akbar valur miżjud għandha tixpruna l-appoġġ baġitarju tal-UE fil-fażijiet kollha tat-tħejjija u tal-għoti; |
57. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid it-tagħrif dwar ir-riskji inerenti għall-prattika tal-AB billi tiżvela l-impatt pożittiv tal-AB fil-qasam tal-emanċipazzjoni tas-sħab; |
58. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jissoktaw bil-promozzjoni u l-preservazzjoni tal-appoġġ finanzjarju tagħhom, u fl-istess waqt jagħtu appoġġ fil-forma ta’ pariri f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni teknokratika tal-finanzi pubbliċi; |
59. |
Jenfasizza li l-għanijiet ta’ koordinament imtejjeb huma li tittejjeb kemm jista' jkun l-allokazzjoni tar-riżorsi, jittejjeb l-iskambju tal-aħjar prattiki u tingħata spinta lill-effiċjenza tal-appoġġ baġitarju; |
60. |
Iqis li l-Unjoni għandha tirrikonoxxi u tuża l-valur miżjud iġġenerat mill-piż politiku enormi tagħha u mill-ambitu potenzjalment wiesa' tal-azzjoni tagħha, b'mod li tiżgura influwenza politika proporzjonata mal-appoġġ finanzjarju mogħti; |
61. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(2) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2007 (09558/2007).
(3) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(4) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 316.
(5) ĠU L 252, 25.9.2010, p. 109.
(6) Testi Adottati, P7_TA(2011)0030.
(7) Rapport Speċjali Nru 11/2010 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: "Il-ġestjoni mill-Kummissjoni tas-Sostenn Baġitarju Ġenerali fil-pajjiżi AKP, tal-Amerika Latina u tal-Asja".
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/46 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Il-prijoritajiet għall-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u lil hinn
P7_TA(2011)0318
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-prijoritajiet għall-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u lil hinn (2011/2034(INI))
2013/C 33 E/06
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat (COM(2010)0677), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar stima tal-impatt fuq il-"Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat (SEC(2010)1395), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‧Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv‧, (COM(2010)0639), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ‘Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "L-enerġija rinnovabbli: nimxu lejn il-miri għall-2020" (COM(2011)0031), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Analiżi tal-alternattivi biex isir progress lil hinn mit-tnaqqis ta’ 20 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra u l-valutazzjoni tar-riskju ta’ rilaxx tal-karbonju" (COM(2010)0265), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‧Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050‧, COM(2011)0112), |
— |
wara li kkunsidra t-tielet pakkett leġiżlattiv dwar is-suq intern fil-qasam tal-enerġija bit-titolu "Enerġija għall-Ewropa: Suq reali bi provvista żgura" (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020" (COM(2011)0021), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta-6 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għal netwerks tal-enerġija trans-Ewropej u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 96/391/KE u d-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (5), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tan-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija fil-perjodu 2007-2009 (COM(2010)0203), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b'livell baxx ta’ karbonju (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew bit-titolu ‘Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa’ (COM(2007)0001), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu ‘Pjan ta’ Interkonnessjoni ta’ Prijorità’ (COM(2006)0846), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (7), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 bit-titolu ‘Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020’ (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 (11) dwar Ewropa 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 170 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skontu l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fl-oqsma ta’ infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0226/2011), |
A. |
billi l-isfidi maġġuri tagħna fil-qasam tal-enerġija huma li niffaċċjaw it-tibdil fil-klima, it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-awtonomija tal-enerġija u tnaqqis fl-użu ġenerali tal-enerġija kif ukoll l-importazzjonijiet u d-dipendenza fuq il-fjuwils fossils, id-diversifikazzjoni tal-fornituri u tas-sorsi tal-enerġija, il-kisba ta’ suq intern kompetittiv tal-enerġija u l-iżgurar ta’ aċċess universali għal enerġija sostenibbli, bi prezz li jintlaħaq, sikura u effiċjenti, |
B. |
billi l-politika komuni dwar l-enerġija fil-livell tal-UE tfasslet madwar l-objettiv komuni li tiġi żgurata d-disponibilità fiżika mingħajr ebda interuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi tal-enerġija fis-suq, bi prezzijiet li jlaħħqu magħhom il-konsumaturi kollha (domestiċi u industrijali), |
C. |
billi jeħtieġ li tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista u l-konsolidazzjoni tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri f’sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jkun qed iħabbat wiċċu ma’ kriżi enerġetika, |
D. |
billi t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi bażi legali speċifika għall-iżvilupp ta’ politika enerġetika tal-UE li tippromwovi l-interkonnessjoni b’suċċess tan-netwerks tal-enerġija bejn l-Istati Membri indipendentement mill-fruntieri nazzjonali u reġjonali, li hi meħtieġa għall-kisba ta’ objettivi oħra tal-politika tal-enerġija u tas-solidarjetà tal-UE (il-funzjonament tas-suq tal-enerġija, l-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, is-sigurtà tal-provvista u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u tal-forom tal-provvista), |
E. |
billi n-nuqqas ta’ modernizzazzjoni, titjib, interkonnessjoni u aġġustament f'waqthom tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni għal mudell aktar sostenibbli u aktar effiċjenti tal- produzzjoni, it-trażmissjoni u l-konsum tal-enerġija jista' jfixkel il-kapaċità tagħha li tikseb l-objettivi tal-enerġija u l-klima għall-2020 – speċjalment l-objettivi relatati mal-integrazzjoni u mat-tkabbir tas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli – u jikkomprometti l-objettiv fit-tul tal-2050 li l-emissjonijiet ta’ gass b'effett serra (GHG) jitnaqqsu bi 80 % sa 95 %, |
F. |
billi l-ippjanar tal-investiment fl-infrastruttura u d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu b’assoċjazzjoni ma’ dan jeħtieġu l-appoġġ ta’ xenarju fuq żmien fit-tul li jqis il-kisbiet mistennija u l-ħtiġijiet ta’ żviluppi tekniċi addizzjonali, |
G. |
billi l-integrazzjoni ulterjuri tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli tirrikjedi xi adattamenti tal-infrastruttura Ewropea tal-enerġija kemm fil-livell ta’ trażmissjoni, kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni, |
H. |
billi suq tal-enerġija tal-UE li jkun miftuħ, trasparenti, integrat u kompetittiv huwa meħtieġ sabiex jinkisbu prezzijiet kompetittivi, sigurtà u sostenibbiltà tal-provvista u użu effiċjenti u fuq skala kbira ta’ enerġija rinnovabbli, u billi t-tlestija ta’ tali suq għadha sfida importanti għall-Istati Membri kollha, |
I. |
filwaqt li jfakkar l-importanza kruċjali ta’ implimentazzjoni f'waqtha u sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż ix-xogħol regolatorju meħtieġ mit-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija u n-notifika xierqa tal-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija, fl-istennija tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (12), sabiex tingħata ħarsa ġenerali lejn xi nuqqasijiet li jista’ jkun hemm fid-domanda u fil-provvista, kif ukoll l-ostakoli għall-investiment, |
J. |
billi l-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, jew saħansitra d-disponibilità ta’ interkonnessjoni, għadha insuffiċjenti f’terz tal-Unjoni, skont l-objettiv ta’ interkonnessjoni ta’ 10 % stabbilit fil-Kunsill Ewropew tal-2002, u billi ċerti Stati Membri u reġjuni għadhom iżolati u dipendenti fuq fornitur wieħed, u dan ma jippermettix l-integrazzjoni reali tas-swieq, il-likwidità u l-flussi tal-enerġija, |
K. |
billi, għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali tal-gżejjer u tar-reġjuni ultraperiferiċi bħall-Gżejjer Kanarji, Madeira, l-Ażores u r-Reġjuni Ultraperiferiċi Franċiżi f’termini ta’ infrastrutturi tal-enerġija, |
L. |
billi fix-Xlokk tal-Ewropa n-netwerk tat-trażmissjoni tal-enerġija mhix daqstant folta daqs dik tal-bqija tal-kontinent, |
M. |
billi rotot alternattivi tal-provvista u ta’ tranżitu, kif ukoll interkonessjonijiet ġodda, huma importanti ħalli jiġi żgurat li s-solidarjetà bejn l-Istati Membri tkun operattiva, |
N. |
billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti li għadhom mhux finalizzati li ġew magħżula mill-UE bħala proġetti ta’ prijorità skont id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għal netwerks tal-enerġija trans-Ewropej u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 96/391/KE u d-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE, |
O. |
billi t-tielet pakkett tal-enerġija ħoloq qafas legali li għandu jtejjeb il-kompetittività fis-suq tal-enerġija, |
P. |
billi l-infrastrutturi tal-enerġija ppjanati llum għandhom ikunu konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq u mal-objettivi fit-tul tal-UE fil-qasam tal-klima u l-enerġija u l-implimentazzjoni tagħhom fid-diversi politiki nazzjonali relatati mal-enerġija, filwaqt li tingħata prijorità li dawk is-sorsi tal-enerġija li m’għandhom impatt negattiv għas-soċjetà jew għall-ambjent, |
Q. |
billi, rigward il-gass u l-elettriku, jinħtieġ tisħiħ tal-investiment fil-kapaċità tat-trażmissjoni filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-enerġija 20-20-20 tal-UE u l-ambjent enerġetiku l-ġdid b’livell imnaqqas ta’ karbonju wara l-2020, |
R. |
billi l-bini ta’ infrastruttura tal-enerġija huwa ta’ importanza strateġika għall-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan SET (Strategic Energy Technology Plan), |
S. |
billi l-effiċjenza enerġetika tirrappreżenta strument b'saħħtu u kost-effettiv għal futur b’enerġija sostenibbli: billi jekk titnaqqas id-domanda għall-enerġija, tista’ tonqos ukoll id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet u r-rikolazzjoni tal-impjanti minħabba żieda fl-ispejjeż, u permezz ta’ investimenti intelliġenti fl-infrastrutturi eżistenti u ġodda, tista’ tonqos il-ħtieġa ta’ investiment pubbliku u privat fl-infrastruttura tal-enerġija, |
T. |
billi l-grilji intelliġenti jipprovdu opportunità importanti ħalli tiġi stabbilita relazzjoni effiċjenti bejn il-produzzjoni tal-enerġija, it-trażmissjoni tal-enerġija, id-distribuzzjoni tal-enerġija u l-utenti, filwaqt li jingħata lok għal konsum enerġetiku razzjonali u żieda fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija, |
U. |
billi t-tisħiħ tal-kapaċità ta’ interkonnesjoni bejn is-sistemi tal-gass tul l-assi tal-Lbiċ fil-kuritur tat-Tramuntana-Nofsinhar ser jippermetti lill-kapaċità ta’ importazzjoni tal-LNG u lill-kapaċità ta’ ħażna taħt l-art tal-Peniżola Iberika jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-UE, filwaqt li jsir pass importanti lejn suq intern tal-enerġija verament integrat, |
V. |
billi l-proċeduri twal ta’ awtorizzazzjoni u n-nuqqas ta’ koordinament bejn l-entitajiet amministrattivi jistgħu jirriżultaw f'dewmien kbir u spejjeż addizzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta’ proġetti transkonfinali, |
W. |
billi l-proċeduri twal għall-għoti tal-permessi u n-nuqqas ta’ metodoloġiji għall-allokazzjoni tal-ispejjeż u n-nuqqas ta’ strumenti biex jinqasmu l-benefiċċji u l-ispejjeż tal-proġetti infrastrutturali transkonfinali tal-enerġija huma ostakoli ewlenin għall-iżvilupp tagħhom, |
X. |
billi għandu jkun iggarantit dibattitu pubbliku ta’ livell għoli, filwaqt li l-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea trid titqies b'mod xieraq, |
Y. |
billi r-regolaturi għandhom rwol importanti fil-ħolqien ta’ suq intern tal-enerġija li jkun orjentat għall-konsumatur, li jkun integrat u kompetittiv, |
Z. |
billi, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat’, fl-għaxar snin li ġejjin se jkunu meħtieġa EUR 200 biljun sabiex jiġu ffinanzjati l-ħtiġijiet tal-infrastruttura tal-enerġija, u billi nofs dan l-ammont irid jiġi pprovdut mill-Istati Membri, |
AA. |
billi l-istrumenti bbażati fuq is-suq u l-prinċipju li l-utent iħallas għadhom il-bażi għall-finanzjament tal-infrastruttura enerġetika, u billi, b’mod trasparenti u b’kunsiderazzjoni individwali ta’ kull każ, se jkun meħtieġ ammont limitat ta’ finanzjament pubbliku għall-finanzjament ta’ ċerti proġetti ta’ interess Ewropew, li filwaqt li mhumiex vijabbli minn aspett strettament kummerċjali, jiddefendu kundizzjonijiet indaqs is-suq tal-enerġija intern Ewropew, filwaqt li tkun garantita s-sigurtà tal-provvista, jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi promossa l-integrazzjoni effiċjenti tal-enerġija rinnovabbli, |
AB. |
billi jeħtieġ isir investiment fuq skala kbira mill-aktar fis possibbli, |
AC. |
billi l-awtoritajiet reġjonali għandhom rwol kruċjali bħala atturi ewlenin fi kwistjonijiet ta’ enerġija, minħabba r-responsabilitajiet tagħhom f’għadd ta’ attivitajiet li jirrigwardaw l-ippjanar u l-ġestjoni reġjonali, l-għoti tal-permessi, l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal proġetti ewlenin ta’ infrastruttura, l-investimenti, l-akkwist pubbliku, il-produzzjoni u l-fatt li huma qrib il-konsumaturi, |
L-ippjanar strateġiku tal-infrastruttura tal-enerġija
1. |
Jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ir-responsabilità ġenerali li jaqdu l-interess pubbliku billi jwettqu l-għanijiet tas-soċjetà u ambjentali, iżda r-responsabilità ewlenija għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija għandha tkun f’idejn suq regolat tajjeb; |
2. |
Jenfasizza l-importanza kruċjali ta’ implimentazzjoni f'waqtha, korretta u sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż ix-xogħol regolatorju meħtieġ mit-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija, sabiex sa mhux aktar tard mill-2014 jitwettaq suq intern Ewropew integrat u kompetittiv; |
3. |
Jenfasizza l-ħtieġa tal-implimentazzjoni tal-politiki u r-regolamenti attwali sabiex l-infrastruttura tal-enerġija eżistenti tintuża aħjar għall-benefiċċju tal-konsumatur Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni u lill-ACER sabiex jissorveljaw b'mod iktar strett l-implimentazzjoni nazzjonali ta’ regoli bħal dawk relatati mal-prinċipju ‘tużah jew titilfu’; |
4. |
Jemmen li approċċ tal-UE – żviluppat b’kooperazzjoni mal-partijiet konċernati kollha – hu meħtieġ biex jiġu sfruttati b’mod sħiħ il-benefiċċji ta’ infrastruttura ġdida, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat metodu armonizzat kumplimentari, skont ir-regoli tas-suq intern, għall-għażla tal-proġetti infrastrutturali; jemmen li dan il-metodu għandu jqis il-perspettivi Ewropej u reġjonali sabiex jitneħħew id-differenzi u jkunu ottimizzati l-effetti soċjoekonomiċi u ambjentali; |
5. |
Jenfasizza li l-ippjanar ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mal-prinċipju prekawzjonarju; il-pjanijiet ta’ azzjoni għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjonijiet bir-reqqa tal-impatt ambjentali li jsiru każ każ, u li jqisu l-kundizzjonijiet ambjentali lokali u reġjonali; |
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat livell adegwat ta’ sigurtà tal-provvista enerġetika għall-UE, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet favorevoli ma’ pajjiżi mhux fl-UE li jipprovdu l-enerġija u ma’ pajjiżi ta’ tranżitu permezz tal-kooperazzjoni fir-rigward tas-sistemi reġjonali u globali tat-trasport tal-provvista tal-enerġija; |
7. |
Jenfasizza li x-xenarju ta’ referenza użat għall-valutazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 għandu jkun trasparenti u konsistenti mal-objettivi ġenerali tal-politika enerġetika mħaddna fl-Artikolu 194 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-pjan direzzjonali tal-UE għall-2050, u ma’ politiki oħra tal-UE (bħala pereżempju t-trasport, il-bini u l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet (ETS)), mal-politiki tal-effiċjenza tal-enerġija (b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-pjan għall-effiċjenza enerġetika (EEP) li ġej), mal-impatt potenzjali tal-avvanzi fit-teknoloġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli u r-rwol dejjem jikber ta’ vetturi elettriċi, u mal-użu ta’ griljiintelliġenti u l-inizjattivi ‘bliet u reġjuni intelliġenti’; |
8. |
Jappoġġa t-tnedija fil-pront tas-sħubija għall-innovazzjoni bl-isem ‘Bliet intelliġenti’, u jistieden lill-imsieħba relevanti involuti fil-proċessi tal-ippjanar għal żvilupp urban sostenibbli sabiex jippromwovu aħjar u jisiltu aktar profitt mill-benefiċċji li jistgħu jipprovdu l-inizjattivi JESSICA u ELENA għal investimenti fl-enerġija sostenibbli fil-livell lokali, bil-għan li jgħinu lill-bliet u lir-reġjuni jibdew proġetti ta’ investiment vijabbli fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, sorsi ta’ enerġija li jinħarqu b'mod nadif u li jkunu rinnovabbli, u trasport urban sostenibbli; jindika barra minn hekk il-potenzjal ta’ finanzjament transkonfinali mal-pajjiżi ġirien fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI); |
9. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi identifikat, skont il-ġerarkija ta’ importanza u fl-interess tal-kost-effettività, meta l-infrastruttura tkun tista' tiġi minimizzata permezz ta’ politiki ta’ effiċjenza enerġetika, meta l-infrastruttura eżistenti nazzjonali jew transkonfinali tista' tittejjeb jew tiġi modernizzata u meta tkun meħtieġa infrastruttura ġdida li tista' tinbena qrib infrastruttura eżistenti tal-enerġija jew tat-trasport; |
10. |
Jikkunsidra li t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u fl-emissjonijiet li jniġġsu, u effiċjenza enerġetika mtejba jistgħu jinkisbu permezz ta’ programmi implimentattivi għal iktar effiċjenza enerġetika fis-setturi tal-bini u tat-trasport; |
11. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati nuqqasijiet futuri potenzjali fid-domanda u fil-provvista ta’ enerġija, kif ukoll defiċjenzi futuri potenzjali fl-infrastruttura tal-produzzjoni u tat-trażmissjoni; |
12. |
Jissottolinja l-importanza tal-armonizzazzjoni tad-disinn tas-suq tal-UE u tal-iżvilupp ta’ skemi infrastrutturali komuni Ewropej sabiex ikunu żgurati l-ġestjoni tal-interkonnessjonijiet Ewropej interni u l-interkonnessjonijiet ma’ terzi pajjiżi; |
13. |
Iqis li l-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-elettriku bejn l-UE u pajjiżi terzi, u f'xi każijiet l-infrastruttura tal-elettriku eżistenti, jistgħu joħolqu riskju ta’ rilaxx (leakage) ta’ karbonju, jew inkella jżidu dan ir-riskju fejn dan ikun preżenti diġà; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa din il-possibbiltà u tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, miżuri li permezz tagħhom l-UE tkun tista' tindirizza dan b'mod effikaċi, billi pereżempju titlob li jkun hemm konformità mad-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli; |
14. |
Jistieden lill-operaturi tan-netwerks, l-awtoritajiet regolatorji, inkluż l-ACER, u l-Kummissjoni biex joħolqu, f'kooperazzjoni ma’ operaturi ta’ netwerks u awtoritajiet f'pajjiżi terzi, il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi żgurata l-kompatibilità u l-istabilità bejn l-infrastruttura tal-elettriku tal-UE u dik ta’ pajjiżi terzi, bl-għan li titjieb is-sigurtà tal-enerġija tal-Istati Membri; |
15. |
Jenfasizza li għandu jkun hemm attenzjoni mhux biss fuq proġetti transkonfinali imma wkoll fuq sistemi tat-trażmissjoni interni, li huma kruċjali sabiex jiġu integrati s-swieq tal-enerġija, il-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u s-sigurtà tas-sistemi, jintemmu l-gżejjer tal-enerġija u jittaffew il-konġestjonijiet interni li għandhom impatt fuq is-sistema enerġetika Ewropea b'mod ġenerali; jenfasizza l-importanza li jkun garantit li reġjuni remoti u l-ħtiġijiet lokali tagħhom jitqiesu kif jixraq; |
16. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ infrastruttura ġdida li twassal għal tmiem il-gżejjer tal-enerġija u d-dipendenza fuq fornitur wieħed u li ttejjeb is-sigurtà tal-provvista; |
17. |
Jenfasizza li l-ebda reġjun tal-Istati Membri tal-UE, inklużi r-reġjuni gżejjer, m’għandu jibqa’ iżolat min-netwerks Ewropej tal-gass u tal-elettriku wara l-2015, jew ikollu s-sigurtà tal-enerġija tiegħu mhedda minħabba n-nuqqas ta’ konnessjonijiet xierqa; |
18. |
Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali u jitlob li tingħata aktar gwida fuq tali inizjattivi reġjonali; |
19. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-opportunitajiet li joffru l-ftehimiet ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti tal-UE għall-iżvilupp u għall-intensifikazzjoni ta’ proġetti transkonfinali tal-infrastruttura enerġetika, partikolarment dawk relatati mal-enerġija rinnovabbli, u jħeġġeġ li l-istrumenti ta’ kooperazzjoni reġjonali (Euregios, EGTCs) jintużaw għal dan il-għan; |
20. |
Huwa tal-opinjoni li l-inizjattivi reġjonali għandhom jiġu estiżi u jkomplu jiġu żviluppati, peress li huma marbuta l-aktar mill-qrib mal-mod ta’ kif topera s-sistema tal-enerġija f'reġjuni individwali (pereżempju l-istruttura tas-sorsi reġjonali tal-produzzjoni, l-enerġija mir-riħ, il-limitazzjonijiet tal-grids u d-disponibbiltà tas-sorsi tal-enerġija); |
21. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni fost il-muniċipalitajiet u r-reġjuni fil-livell nazzjonali u Ewropew tikkontribwixxi sabiex jitneħħew il-gżejjer tal-enerġija, jitlesta s-suq intern tal-enerġija u jiġu implimentati proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija; huwa tal-fehma li l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll l-istrateġiji makroreġjonali, jistgħu jżidu l-opportunitajiet ta’ kooperazzjoni għal proġetti transkonfinali bl-għan li jinkisbu interkonnessjonijiet effiċjenti u intelliġenti bejn sorsi ta’ enerġija lokali u reġjonali mhux konvenzjonali u grilji kbar tal-enerġija; jenfasizza l-fatt li l-koordinament xieraq tal-proġetti infrastrutturali jista' jiggarantixxi l-aħjar proporzjon possibbli bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji u jimmassimizza l-effiċjenza tal-fondi tal-UE; iqis, f'dan il-kuntest, li l-kooperazzjoni reġjonali għandha tittejjeb, b’mod partikolari sabiex tkun żgurata konnessjoni xierqa bejn il-prijoritajiet stabbiliti u r-reġjuni Ewropej; |
22. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabilixxu miżuri li jiżguraw li TSOs huma inċentivati biżżejjed biex jeżaminaw interkonnetturi possibli minn perspettiva reġjonali jew Ewropea u li l-pjanijiet tal-investiment tagħhom huma bbażati fuq l-effetti soċjoekonomiċi tal-interkonnetturi tal-enerġija aktar milli sempliċiment fuq l-ekonomija tal-proġetti, biex jiġi evitat is-sottoinvestiment fil-kapaċità tat-trażmissjoni; |
23. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex sa tmiem l-2011, tressaq is-soluzzjonijiet proposti għall-kompromessi (trade-offs) deskritti mill-koordinatur Ewropew Georg Wilhelm Adamowitsch fit-tielet rapport annwali tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2010, bħal pereżempju l-kompromess bejn il-ħtieġa urġenti għal infrastruttura ġdida u r-regoli riġidi ta’ protezzjoni ambjentali; |
24. |
Jitlob li jittieħdu passi sabiex tkun żgurata konformità mal-ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni Espoo qabel il-bidu jew l-iżvilupp ulterjuri ta’ proġetti transkonfinali, u jiġbed l-attenzjoni, fil-kuntest tal-espansjoni tan-netwerks tal-enerġija, għall-ħtieġa li tisseddaq kooperazzjoni eqreb, b’mod partikolari bejn ir-Russja u l-Bjelorussja u l-Istati Baltiċi, u f’dan ir-rigward, sabiex jiġi żviluppat djalogu dwar l-enerġija bejn l-UE u r-Russja, b’mod partikolari sabiex jintlaħaq l-objettiv tas-sigurtà tal-enerġija għall-Istati Membri u għar-reġjuni tal-UE; |
25. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tintroduċi ‘testijiet tal-istress’ għal impjanti tal-enerġija nukleari tal-Ewropa; jikkunsidra inizjattivi leġiżlattivi futuri huma essenzjali biex jiġi stabbilit qafas komuni għas-sigurtà nukleari, sabiex ikomplu jittejbu l-istandards tas-sikurezza fl-Ewropa; |
26. |
Jinnota li l-infrastruttura tal-enerġija ġġib magħha riskji sinjifikanti inklużi riskji operattivi (pereżempju konġestjonijiet u diskontinwità tal-provvista), riskji naturali (eż. terremoti, għargħar), riskji ambjentali (eż. tniġġis, telf ta’ ħabitats u ta’ bijodiversità) u riskji antropoġeniċi/politiċi (eż. riskji għas-sikurezza u t-terroriżmu); għalhekk jitlob li jiġu implimentati deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ grilji intelliġenti, kif previst fid-Direttiva KE 2008/114/KE dwar l-infrastrutturi kritiċi; jissuġġerixxi li l-Istati Membri jfasslu mappa tar-riskji bħala għodda għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-monitoraġġ tar-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ grilji intelliġenti sabiex titjieb l-interkonnettività tal-grilji; |
27. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li fil-prijoritajiet infrastrutturali tal-enerġija tinkludi proġetti li jtejbu s-sikurezza u s-sigurtà ta’ infrastrutturi enerġetiċi maġġuri eżistenti fl-Ewropa (pipelines tal-gass u taż-żejt, grilji tal-elettriku, impjanti tal-enerġija nukleari, terminals tal-LNG eċċ.) għal kontra l-inċidenti u d-diżastri naturali jew id-diżastri kkawżati mill-bniedem; |
Xenarju komprensiv tal-infrastruttura tal-iżvilupp
28. |
Iqis li l-Pjan ta’ Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk (Ten-Year Network Development Plan (TYNDP)) jidentifika l-proġetti relevanti tal-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass u għandu jagħti kontribut għall-istipular tal-prijoritajiet għall-għażla tal-proġetti ta’ interess Ewropew li għandhom jiġu żviluppati sabiex jintlaħqu l-miri tal-UE fil-qasam tal-enerġija u tal-klima, mingħajr ma jinterferixxu mal-funzjonament tas-suq intern; hu tal-fehma, f'dan ir-rigward, li l-kapaċità ta’ interkonnessjoni għandha tiġi kkunsidrata fl-istess livell bħall-objettivi 20-20-20, u li, għaldaqstant, it-TYNDP għandu jiftiehem bħala l-istrument li jissorvelja l-konformità mal-objettiv ta’ interkonnessjoni ta’ 10 %; |
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex bil-għan li tiżgura governanza aħjar tal-ippjanar futur tal-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass tal-UE, tippreżenta proposta konkreta ta’ titjib fit-trasparenza u fil-parteċipazzjoni pubblika fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE, fl-ambitu ta’ proċess ta’ parteċipazzjoni usa’ tal-partijiet interessati (li jkun jinkludi, pereżempju, is-settur tal-enerġija, esperti indipendenti, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u NGOs; jikkunsidra li l-pubblikazzjoni ta’ data teknika dwar l-ippjanar hi kruċjali biex tiġi żgurata din il-parteċipazzjoni; |
30. |
Jikkunsidra li għandna noqogħdu attenti minn infrastrutturi enerġetiċi tal-UE li jkunu jappartjenu għal kumpaniji barranin jew is-sussidjarji tagħhom u li ma jkollhomx struttura ta’ ġestjoni trasparenti u li jkunu suġġetti għal pressjoni mhux xierqa minn gvernijiet barranin; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposti li jistabbilixxu salvagwardji legali u istituzzjonali adegwati f'dan ir-rigward, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għal finanzjament pubbliku tal-UE; |
31. |
Iqis li t-TYNDP jagħti kontribut lill-programm li jimxi minn sena għal oħra għall-iżvilupp ta’ infrastruttura Ewropea tat-trasport tal-gass u tat-trażmissjoni tal-elettriku fi ħdan perspettiva Ewropea ta’ ppjanar fit-tul u taħt is-sorveljanza tal-ACER u tal-Kummissjoni, bil-qies xieraq għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern; |
32. |
Jenfasizza l-fatt li dan l-approċċ minn isfel għal fuq għandu jiġi kumplementat minn approċċ minn fuq għal isfel li jkun strutturat tajjeb b'perspettiva Ewropea; |
33. |
Jenfasizza li t-trawwim tal-bini ta’ infrastruttura għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni għall-integrazzjoni effiċjenti u intelliġenti tal-enerġija rinnovabbli u għall-użi ġodda għall-elettriku (bħall-vetturi tal-elettriku jew ibridi) hu kruċjali għall-kisba b’suċċess tal-objettivi ġenerali tal-enerġija; jilqa’ l-prijorità mogħtija lill-supergrid Ewropew futur u lill-proġetti pilota approvati mill-Forum ta’ Firenze; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-partijiet interessati kollha ħalli tħaffef il-proċess tal-identifikazzjoni ta’ awtostradi tal-elettriku bħala infrastruttura ta’ grilja integrata bbażata fuq ċentri ewlenin (hubs) sabiex jiġu ottimizzati l-konnettività, is-saħħa tas-sistema u l-flessibilità operattiva u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, mingħajr ma jiġi eskluż xi territorju ġeografiku usa’ Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-punti prinċipali lill-Parlament Ewropew sa nofs is-sena 2014, liema punti għandhom jindirizzaw b’mod komplut kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet speċifiċi li jirriżultaw mit-trażmissjoni ta’ enerġiji rinnovabbli; |
34. |
Jirrimarka li, minħabba l-lok fejn jinsabu, il-gżejjer u ż-żoni muntanjużi għandhom ostakli ġeografiċi li jagħmilha diffiċli ħafna li dawn jiġu integrati fin-netwerk tal-enerġija tal-UE; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tqis iċ-ċirkostanzi differenti tar-reġjuni u tiffoka espressament fuq reġjuni b’karatteristiċi ġeografiċi u demografiċi speċifiċi bħal gżejjer, reġjuni muntanjużi u reġjuni b’livell baxx ta’ popolazzjoni, biex tinkiseb diversifikazzjoni akbar tas-sorsi tal-enerġija u tkun promossa l-enerġija rinnovabbli biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-enerġija importata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi fost il-prijoritajiet tagħha għall-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 is-sitwazzjoni speċjali tas-sistemi tal-enerġija tal-gżejjer; |
35. |
Jenfasizza li hemm bżonn ta’ koerenza trasversali tal-politiki fir-rigward tal-infrastrutturi tal-enerġija u r-relazzjoni tagħhom mal-qafas tal-ippjanar tal-ispazji marittimi, u li dan jista’ jkun utli wkoll biex proġetti kbar ta’ parks offshore għall-enerġija mir-riħ jiddaħħlu fi strateġija globali; |
36. |
Ifakkar lill-Kummissjoni, madankollu, li kull Stat Membru għandu jingħata wkoll appoġġ biex ikun produttur, u mhux biss konsumatur, tal-enerġija sostenibbli, kemm għal raġunijiet ta’ sigurtà kif ukoll għal raġunijiet ekonomiċi; |
37. |
Isostni li l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni reġjonali tal-enerġija huwa mezz importanti biex tiġi garantita l-awtosuffiċjenza fl-enerġija fid-diversi partijiet tal-Ewropa, speċjalment fir-reġjun Baltiku, li għadu iżolat u dipendenti fuq sors ta’ provvista uniku; jinnota l-fatt li r-reġjuni għandhom firxa wiesgħa ta’ riżorsi x’jisfruttaw, inklużi l-possibilitajiet li joffru r-riżorsi naturali, u li fil-futur l-għan għandu jkun li dawn jiġu sfruttati bis-sħiħ sabiex tiġi diversifikata l-produzzjoni tal-enerġija; |
38. |
Japprova l-importanza ta’ infrastruttura tal-gass effiċjenti għat-tisħiħ tad-diversifikazzjoni u tas-sigurtà tal-provvista, biex jingħata kontribut lill-funzjonament aħjar tas-suq intern tal-enerġija, u biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-enerġija, filwaqt li jiġi rispettat il-bżonn li jitnaqqsu drastikament l-emissjonijiet mis-settur tal-enerġija sal-2050; jenfasizza l-bżonn ta’ aktar rekwiżiti ta’ flessibilità fl-infrastrutturi tal-gass, u li dawn jiġu implimentati b’mod korrett, b'mod partikolari ħalli jiġu żgurati l-flussi fid-direzzjoni opposta u l-interkonnessjonijiet, u jenfasizza li l-infrastrutturi tal-gass għandhom jiġu żviluppati, b’qies sħiħ għall-kontribut tat-terminals tal-LNG u tas-CNG, il-vapuri tat-trasport u l-faċilitajiet tal-ħżin, u għall-iżvilupp tal-bijomassa gassifikata u tal-bijogass; |
39. |
Jilqa’ l-istqarrija tal-Kummissjoni li l-gass naturali se jkollu rwol importanti bħala fjuwil ta’ riżerva; madankollu jenfasizza li xi forom oħra tal-enerġija kif ukoll faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija se jkollhom jaċċettaw dan ir-rwol ukoll, biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista; jenfasizza l-fatt li taħlita wiesgħa tal-enerġija se tibqa’ tkun il-bażi għal provvista tal-enerġija sikura u kost-effettiva; |
40. |
Jinnota li, f’kuntrast mal-investimenti l-oħrajn kollha tal-infrastruttura li l-UE biħsiebha tinċentivizza, l-interkonnessjonijiet u l-ħżin tal-gass huma infrastrutturi obbligatorji fl-ambitu tar-Regolament tal-2009 dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa jekk hux meħtieġ xi finanzjament tal-UE għat-titjib tal-infrastruttura li hu meħtieġ fl-ambitu tar-regolament tal-2009; |
41. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevalwa sorsi ta’ gass mhux konvenzjonali, filwaqt li tqis il-kwistjonijiet legali, l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, ir-riżervi disponibbli, l-impatt ambjentali u l-vijabilità ekonomika; jitlob lill-Kummissjoni biex fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ trattament indaqs tas- sorsi primarji tal-enerġija, twettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċji u r-riskji potenzjali tal-użu ta’ sorsi tal-gass mhux konvenzjonali fl-UE; |
42. |
Iqis li, għalkemm id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija se twassal għal tnaqqis progressiv fl-użu tal-enerġija minn fjuwils fossili, iż-żejt se jibqa’ parti sinifikanti mill-provvista tal-enerġija tal-UE għal ħafna snin, u għalhekk, jeħtieġ li tul it-tranżizzjoni tinżamm infrastruttura kompetittiva tat-trasport u tal-irfinar taż-żejt sabiex tiġi żgurata provvista tal-prodotti sikura u bi prezz li jintlaħaq għall-konsumaturi tal-UE; |
43. |
Jenfasizza l-importanza ta’ ppjanar integrat tal-infrastruttura tal-enerġija għal sorsi ta’ enerġija agrikoli u rurali fuq skala żgħira, ħalli jiġu promossi l-produzzjoni tal-enerġija deċentralizzata, il-parteċipazzjoni fis-suq u l-iżvilupp rurali; jisħaq fuq l-importanza ta’ aċċess ta’ prijorità għall-grilja għall-enerġija rinnovabbli, kif stipulat fid-Direttiva 2009/28/KE; |
44. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-grilji jiġu ppreparati u adattati għall-produzzjoni ta’ forom ta’ enerġija bħall-elettriku u l-bijogass minn sorsi agrikoli u tal-foresti, bħala riżultat ta’ PAK riformata; |
45. |
Iqis li għandha tingħata attenzjoni lil soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda għall-użu ta’ enerġija mill-iskart tal-industrija, jiġifieri l-gass maħruq, is-sħana mitlufa, eċċ.; |
46. |
Jenfasizza l-importanza tal-infrastruttura fil-livell tad-distribuzzjoni u r-rwol importanti tal-produtturi-konsumaturi (prosumers) u tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (DSOs) fl-integrazzjoni fis-sistema ta’ prodotti tal-enerġija deċentralizzati u miżuri tal-effiċjenza min-naħa tad-domanda; Jindika li jekk tingħata prijorità ogħla lill-ġestjoni u lill-ġenerazzjoni tal-enerġija min-naħa tad-domanda, l-integrazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija deċentralizzati se tissaħħaħ sew, u dan itejjeb l-ilħuq tal-objettivi globali tal-politika tal-enerġija; jemmen li dan japplika wkoll għal proġetti tal-infrastruttura nazzjonali li għandhom impatt pożittivi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali f’termini ta’ provvista jew ta’ interkonnessjoni tas-suq intern tal-enerġija; |
47. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex sal-2012 tippreżenta inizjattivi konkreti għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet tal-ħżin tal-enerġija (inklużi l-faċilitajiet b’diversi użi tal-gass/idroġenu, batteriji intelliġenti bi flussi bidirezzjonali għall-vetturi elettriċi, impjanti tal-ħżin tal-ippumpjar tal-idroenerġija, ħżin diċentralizzat tal-bijogass, istallazzjonijiet solari b'temperatura għolja, faċilitajiet tal-ħżin tal-arja kompressata u teknoloġiji oħra innovattivi); jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tivvaluta inizjattivi ulterjuri għall-ħżin tal-enerġija biex timmassimizza l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli; |
48. |
Jikkunsidra li l-immodernizzar u t-titjib tal-effiċjenza ta’ netwerks urbani tat-tisħin u t-tkessiħ għandhom ikunu priorità għall-UE u għandhom jiġu riflessi u appoġġati f'dak li jirrigwarda kemm ir-rieżami tal-qafas finanzjarju eżistenti kif ukoll il-perspettiva finanzjarja futura; |
49. |
Jilqa’ l-proġetti ta’ qbid, trasport u ħżin ta’ CO2 żviluppati s’issa; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal, bħala kwistjoni ta’ urġenza, rapport ta’ nofs it-terminu, anke mill-perspettiva teknika u ekonomika, li jivvaluta r-riżultati miksuba mill-użu ta’ teknoloġiji sperimentali ssussidjati mill-UE għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS) għal impjanti tal-elettriku li jaħdmu bil-faħam; |
50. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b’kooperazzjoni mal-partijiet konċernati kollha, inklużi l-operaturi relevanti tan-netwerks u tas-suq, tevalwa b'mod kritiku u tirrevedi, fejn ikun meħtieġ, il-figuri dwar il-ħtiġijiet ta’ investimenti pprovduti fil-komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija, partikolarment fir-rigward tat-tnaqqis fid-domanda permezz ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika, u jitlobha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-investimenti li aktarx se jkunu meħtieġa; |
51. |
Jinnota li minbarra l-ispejjeż kapitali u operattivi, il-kostruzzjoni, l-operat u d-dekummissjonar tal-proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija joħolqu spejjeż ambjentali sinifikanti; jenfasizza l-importanza li jingħata rendikont ta’ dawn l-ispejjeż ambjentali fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja; |
52. |
Iqis li t-TSOs għandhom ikunu meħtieġa li jqiegħdu l-linji ta’ trażmissjoni kollha għad-dispożizzjoni sħiħa tas-suq, b’hekk jiġi evitat li l-kapaċità ta’ trażmissjoni tkun irriżervata għall-ibbilanċjar transkonfinali eċċ … u li dan ir-rekwiżit jeħtieġ jiġi stabbilit f’leġiżlazzjoni vinkolanti bbażata fuq il-linji gwida tal-prattika tajba attwali tal-ERGEG; |
53. |
Jappoġġa kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri għall-ħolqien ta’ awtoritajiet regolatorji reġjonali għal għadd ta’ Stati Membri; jilqa’ inizjattivi simili biex jinħolqu TSOs reġjonali uniċi; |
54. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-ACER biex ifittxu li jaħdmu favur il-ħolqien ta’ suq ‘tal-istess jum’ (intraday) komuni Ewropew sal-2014, għax dan ikun jippermetti l-iskambju ħieles tal-enerġija għall-interkonnetturi kollha tat-trażmissjoni bejn il-pajjiżi u/jew żoni bi prezzijiet differenti; |
Grilji intelliġenti
55. |
Jemmen li l-infrastruttura tal-enerġija għandha tkun orjentat aktar lejn l-utent finali, b'fokus aktar qawwi fuq l-interazzjoni bejn il-kapaċitajiet tas-sistemi tad-distribuzzjoni u l-konsum, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ flussi bidirezzjonali tal-enerġija u tal-informazzjoni fil-ħin reali; jirrimarka fuq il-benefiċċji ta’ sistema tal-elettriku ġdida li tinkludi teknoloġiji, tagħmir u servizzi effiċjenti bħal miters intelliġenti, grilji intelliġenti u servizzi tal-ġestjoni tal-enerġija min-naħa tal-provvista u min-naħa tal-konsum li jkunu interoperabbli u joperaw permezz tal-ICT, sistema li tinvolvi l-iżvilupp ta’ formuli innovattivi u dinamiċi għall-istipular tal-prezzijiet u sistemi ta’ rispons għad-domanda għall-benefiċċju tal-konsumaturi; |
56. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun promoss l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jiffavorixxu l-utenti u ġestjoni min-naħa tad-domanda sabiex ikun żgurat l-użu ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti u sistemi ta’ rispons għad-domanda u sabiex jinkiseb il-benefiċċju sħiħ tal-grilji intelliġenti għall-partijiet interessati kollha; |
57. |
Jenfasizza li l-iplimentazzjoni ta’ grilji intelliġenti għandha tkun waħda mill-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija bil-għan li jinkisbu l-objettivi tal-UE għall-enerġija u l-klima, għax dan jgħin l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli tad-distribuzzjoni u l-karozzi elettriċi, it-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-iżvilupp tal-flessibilità u tal-kapaċità tas-sistemi tal-elettriku; jemmen li l-grilji intelliġenti joffru opportunità unika biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, lill-ħolqien tal-impjiegi u lill-kompetittività tal-industrija Ewropea, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-SMEs; |
58. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita t-twettiq urġenti ta’ proġetti kbar ta’ dimostrazzjoni ta’ grilji intelliġenti, bħala l-aħjar mod biex jitqabblu l-ispejjeż mal-benefiċċji għas-soċjetà Ewropea; jinnota li sabiex jinqasam ir-riskju tal-investiment meħtieġ għal dawn il-proġetti, jinħtieġ finanzjament pubbliku, f'qafas ta’ sħubija pubblika-privata, bħal dik offruta b’mod effettiv mill-Inizjattiva Ewropea għall-Grilji tal-Elettriku (European Electric Grid Initiative (EEGI)); |
59. |
Jinnota li l-grilji intelliġenti huma riżultat tal-konverġenza bejn it-teknoloġiji tal-elettriku u dawk tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, u li konsegwentament jeħtieġ tingħata attenzjoni speċjali lill-kooperazzjoni bejn iż-żewġ setturi, bħal pereżempju rigward l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju fl-Ewropa kollha kemm hi u li jiġu mifhuma l-funzjonijiet tal-enerġija intelliġenti fl-ippjanar tal-‘Internet tal-Affarijiet’ tal-ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta’ kooperazzjoni bejn l-unitajiet differenti involuti (DĠ Research, DĠ Energy, DĠ INFSO, eċċ.) sabiex ikun żgurat l-aktar mod koerenti u effiċjenti b'mod ġenerali biex jingħata kontribut għall-użu u għall-operat tal-grilji intelliġenti, bħala bażi fundamentali għall-attivitajiet tal-politika enerġetika; |
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk humiex meħtieġa xi inizjattivi leġiżlattivi oħra għall-implimentazzjoni tal-grilji intelliġenti skont ir-regoli tat-tielet pakkett dwar is-suq intern tal-enerġija; iqis li l-valutazzjoni trid tqis l-objettivi li ġejjin: i) li jkun żgurat b'mod xieraq l-aċċess liberu għall-informazzjoni operattiva u l-qsim tal-istess informazzjoni bejn l-operaturi u l-punti ta’ interazzjoni fiżiċi tagħhom; ii) il-ħolqien ta’ suq tas-servizzi tal-enerġija li jiffunzjona sew; u iii) l-għoti ta’ inċentivi xierqa biex l-operaturi tal-grilji jinvestu f'teknoloġiji intelliġenti għal grilji intelliġenti; |
61. |
Jitlob li jkun hemm fokus aktar qawwi fuq l-interazzjoni bejn il-kapaċitajiet tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-konsum, li jinvolvi strateġija Ewropea komuni għall-grilji intelliġenti, u jinnota li, kif enfasizzat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011, standards tekniċi għall-grilji intelliġenti għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn tmiem l-2012; |
62. |
Jenfasizza li l-grilji għandhom jiġu adattati għal entranti ġodda, sabiex jiġu ffaċilitati sorsi ġodda ta’ produzzjoni fuq skala żgħira, bħad-djar u l-SMEs; |
63. |
Iqis li fis-7 u fit-8 Programmi Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp għandu jinħoloq ambitu, bħala kwistjoni ta’ prijorità, għat-teknoloġija ta’ grilji intelliġenti fir-rigward ta’ infrastruttura privata tal-iċċarġjar tal-batteriji għall-karozzi elettriċi, bil-ħsieb li b’ħeffa tiġi implimentata netwerk deċentralizzata u bidirezzjonali f'dan il-qasam; |
64. |
Jinnota l-ħtieġa li jinħoloq qafas regolatorju stabbli sabiex jiġi promoss l-investiment kbir ħafna meħtieġ fl-Ewropa biex jiġu stabbiliti grilji intelliġenti; |
65. |
Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità tal-grilji intelliġenti għandhom ikunu prijorità; iħeġġeġ lill-Istati Membri, flimkien mal-entitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali u l-industrija, biex iħaffu x-xogħol fuq l-istandards tekniċi u ta’ sikurezza għall-vetturi elettriċi, l-infrastruttura tal-iċċarġjar tal-batteriji, grilji intelliġenti u miters intelliġenti, sabiex dan jitlesta sa tmiem l-2012; jenfasizza li t-teknoloġiji għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali miftuħa biex tkun żgurata l-kost-effettività tagħhom, li se jtejjeb l-interoperabilità tas-sistemi u jipprovdi lill-konsumaturi b’għażla ta’ soluzzjonijiet; |
66. |
Jirrikonoxxi li l-ħidma ta’ standardizzazzjoni għall-miters intelliġenti miexja. Il-Mandat ta’ standardizzazzjoni M/441 inħareġ mill-Kummissjoni Ewropea lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni (CEN, CENELEC u ETSI), u jenfasizza li l-istandards tekniċi għall-miters intelliġenti għandhom iqisu l-funzjonalitajiet addizzjonali identifikati fir-rapport finali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Miters Intelliġenti (SM-CG) tas-CEN/CENELEC/ETSI, jiġifieri:
|
67. |
Jilqa' l-ħidma mwettqa mill-Inizjattiva Ewropea għall-Grilji tal-Elettriku (EEGI) u mit-Task Force tal-Kummissjoni dwar il-Grids Intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni tqis bis-sħiħ il-konklużjonijiet tagħhom dwar il-leġiżlazzjoni speċifika għal grilji intelliġenti skedata għall-semestru tal-2011; |
68. |
Jenfasizza li l-objettiv tal-miters intelliġenti huwa li l-konsumaturi jkunu jistgħu jimmonitorjaw u jikkontrollaw b'mod effettiv il-konsum tagħhom ta’ enerġija; |
69. |
Jirrimarka li l-Istati Membri diġà għandhom l-obbligu, suġġett għall-valutazzjoni pożittiva, li jiddistribwixxu l-miters intelliġenti għal tal-anqas 80 % tal-konsumaturi finali tagħhom sal-2020, u jfakkar fil-mira interim ta’ 50 % tad-djar li jkollhom il-miters intelliġenti sal-2015, kif miftiehem fl-Aġenda Diġitali l-ġdida għall-Ewropa; |
70. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jappoġġaw numru sinjifikanti ta’ proġetti pilota għall-konsumaturi residenzjali sabiex itejbu l-aċċettazzjoni pubblika u jagħtu spinta lill-proċess ta’ innovazzjoni, kif ipprovdut fit-tielet pakkett tas-suq tal-enerġija; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni mitluba fit-tielet pakkett tal-enerġija, miżuri ulterjuri sabiex jiġi żgurat l-użu ta’ miters intelliġenti għall-konsumaturi kollha mhux residenzjali sal-2014, filwaqt li temporanjament teskludi l-mikrointrapriżi; jitlob li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar is-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data skont il-liġi tal-UE fis-seħħ; |
71. |
Tenfasizza li l-użu ta’ tagħmir tal-ġestjoni tal-enerġija, b’mod speċjali meta jiġu stallati miters intelliġenti għall-użu ta’ konsumaturi domestiċi, jeħtieġ li l-ewwel nett ikun ta’ benefiċċju tanġibbli b’mod ċar għall-konsumaturi finali; jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-konsum tagħhom tal-enerġija, sabiex jiġu involuti b’mod attiv fl-isforz għall-iffrankar tal-enerġija, filwaqt li hu meħtieġ fokus speċjali fuq il-ħolqien ta’ kampanji ta’ qawmien tal-kuxjenza, jiġi provdut taħriġ, kontijiet ċari, tiġi żgurata l-kost-effettività u promoss l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jiffavorixxu lill-utent; |
72. |
Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza fundamentali ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, li għandu jkun sostnut minn politika attiva ta’ finanzjament, inkluż l-użu ta’ strumenti innovattivi li għad iridu jiġu żviluppati, bħal fond Ewropew għall-finanzjament tal-innovazzjoni jew fond Ewropew għall-privattivi; |
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu favur l-għażla ta’ frekwenza tal-ispettru tar-radju standardizzata u awtorizzata għall-miters u l-grilji intelliġenti; |
74. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali ta’ protezzjoni tad-data, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ atturi differenti fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, l-aċċess, is-sjieda, il-pussess u l-ġestjoni tad-data u tad-drittijiet ta’ qari u ta’ modifika, u jekk ikun meħtieġ, tħejji proposti u/jew linji gwida regolatorji xierqa; |
Id-definizzjoni ta’ kriterji ċari u trasparenti għall-proġetti ta’ prijorità
75. |
Jilqa' l-kurituri ta’ prijorità identifikati mill-Kummissjoni u jaqbel fuq il-bżonn li jiġu ottomizzati l-fondi limitati; itenni li filwaqt li r-responsabilità tal-ippjanar u tal-iżvilupp tal-proġetti ta’ infrastruttura prinċipalment huma tas-suq, l-UE għandha rwol fil-promozzjoni ta’ ċerti proġetti permezz tal-għoti tal-istatus ta’ ‘proġett ta’ interess Ewropew’ u billi tipprovdi l-finanzjament pubbliku għal uħud minnhom; |
76. |
Jitlob li jkun hemm metodoloġija ċara u trasparenti li twassal għall-għażla ta’ proġetti ta’ prijorità li jissodisfaw il-bżonnijiet urġenti Ewropej; jenfasizza li l-għażla tal-proġetti ta’ interess Ewropew (PEIs) għandha ssir skont kriterji oġġettivi u trasparenti u bl-involviment tal-partijiet interessati kollha; |
77. |
Jenfasizza li l-PEIs kollha għandhom jikkontribwixxu għall-ksib ta’ objettivi ta’ politika tal-enerġija tal-UE – it-twettiq tas-suq intern, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli u titjib fis-sigurtà tal-provvista – u għandhom ikunu kapaċi jagħtu kontribut sostanzjali:
|
78. |
Iqis li, sabiex tiġi ġġustifikata l-prijoritizzazzjoni tal-proġetti, għandhom jitqiesu l-kriterji li ġejjin:
|
79. |
Huwa tal-opinjoni li, biex jingħata lok għal aktar prijoritizzazzjoni tal-proġetti, il-kriterji li għandhom jitqiesu għandhom ikunu:
|
80. |
Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-prijoritajiet stabbiliti u fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ investiment u proġetti speċifiċi; jemmen li l-istrateġiji eżistenti għall-makroreġjuni (bħall-Baltiku u r-reġjun tad-Danubju) jistgħu jservu wkoll bħala mudelli għal pjattaformi ta’ kooperazzjoni meta jiġu miftiehma u implimentati proġetti rigward l-enerġija; |
81. |
Jindika l-fatt li jeħtieġ titkompla l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija bil-promozzjoni, b’mod partikolari, ta’ proġetti li jiżguraw li l-pajjiżi ġirien ikollhom taħlita nazzjonali tal-enerġija li tkun ibbilanċjata tajjeb; |
82. |
Jenfasizza li jeħtieġ li jitneħħew l-ostakoli għall-kompetizzjoni u għall-iżvilupp immexxi mis-suq tal-infrastrutturi kollha tal-enerġija, inkluż it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali; |
83. |
Itenni li l-ostakoli ġeografiċi inerenti tal-qagħda ġeografika ta’ territorji gżejjer jagħmlu l-integrazzjoni fin-netwerk tal-enerġija tal-Unjoni diffiċli ħafna, u li dawn għandhom jingħataw faċilitajiet speċjali biex inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-enerġija, jew billi jiżviluppaw il-potenzjal endoġenu tagħhom f'sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew billi jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija; |
84. |
Jenfasizza li t-trasparenza għandha tissaħħaħ billi l-pubbliku jiġi informat b'mod ċar dwar l-iskop ta’ kull proġett, u jingħata data dwar l-ippjanar tekniku tiegħu; jitlob li l-provi ta’ konformità mal-kriterji jkunu vverifikati fil-kuntest ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi; |
85. |
Iqis li mhux proġetti infrastrutturali kbar biss għandhom jingħataw appoġġ, iżda wkoll proġetti iżgħar li jista’ jkollhom valur miżur kbir u jitlestew aktar malajr; |
86. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li proġetti li jingħataw l-istatus ta’ proġett ta’ interess Ewropew (PEI), wara li jiġu approvati, jibqgħu jissodisfaw il-kriterji ta’ hawn fuq; jemmen li, fil-każ ta’ xi tibdil ewlieni fi proġett, l-istatus tiegħu ta’ PEI għandu jiġi eżaminat mill-ġdid; |
Proċeduri rapidi u trasparenti għall-għoti tal-permessi
87. |
Jaqbel dwar il-bżonn li tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha tal-PEIs u jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu simplifikati l-proċeduri għall-għoti tal-permessi, filwaqt li jissaħħaħ il-koordinament tagħhom u jitjiebu u jitħaffew – sakemm jiġi rispettat il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u tal-kompetenza nazzjonali fir-rigward tal-għoti tal-permessi – sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi eżistenti f’dawn l-oqsma ma jżommx lill-investituri privati milli jkunu innovattivi; |
88. |
Jilqa' t-twaqqif ta’ awtorità ta’ kuntatt nazzjonali (‘one stop shop’) għal kull proġett ta’ interess Ewropew bħala punt ta’ interazzjoni (interface) amministrattiv uniku bejn l-iżviluppaturi u d-diversi awtoritajiet involuti fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni; hu tal-fehma li, fir-rigward ta’ proġetti transkonfinali, għandhom jiġu żgurati koordinament ulterjuri bejn il-'one stop shops' nazzjonali u rwol akbar għall-Kummissjoni f'dan it-tip ta’ koordinament; jindika li qabel il-ħolqien ta’ ‧one stop shops‧, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali jridu jagħmlu użu sħiħ mill-istituzzjonijiet eżistenti; |
89. |
Jisħaq li kwalunkwe entità ta’ kuntatt nazzjonali trid tkun indipendenti u ħielsa mill-influenza politika jew ekonomika; jemmen li l-proġetti ta’ interess Ewropew iridu jiġu pproċessati fl-ordni ta’ meta jiġu sottomessi u fil-limitu taż-żmien stipulat fil-proposta ġejjiena tal-Kummissjoni; |
90. |
Jenfasizza l-importanza li l-proġetti jintemmu f’waqthom u li jkun hemm djalogu ta’ livell għoli mal-partijiet konċernati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprevedi sistema ta’ twissijiet li jvarjaw minn tiwssijiet ħfief sa twissijiet serji fil-każ li Stat Membru ma jirnexxilux jipproċessa applikazzjoni għal permessi fi żmien perjodu raġonevoli, u tissorvelja mill-qrib jekk il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jiżgurawx l-implimentazzjoni korretta u rapida tal-proġetti ta’ interess Ewropew; jilqa’, fejn jinqalgħu id-diffikultajiet, l-introduzzjoni ta’ limiti ta’ żmien indikattivi sa meta l-awtoritajiet kompetenti relevanti jridu jilħqu deċiżjoni finali; fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ dan it-tip, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga jekk tali dewmien jistax jinftiehem bħala xkiel biex l-Istat Membru jimplimenta b’mod korrett u rapidu s-suq intern tal-enerġija tal-UE; |
91. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, filwaqt li tqis il-firxa varjata ta’ speċifiċitajiet tal-proġetti u l-karatteristiki territorjali tagħhom, jekk jistgħux jitwaqqfu proċeduri konġunti jew koordinati għall-istabbiliment ta’ miżuri ewlenin konkreti ad hoc u tal-aħjar prattiki (skambji regolari ta’ informazzjoni, komunikazzjoni f'waqtha tad-deċiżjonijiet, mekkaniżmi konġunti għas-sejba ta’ soluzzjonijiet għall-problemi, eċċ.), u tivvaluta kemm ikun xieraq li jintużaw proċeduri ta’ arbitraġġ bħala għodda għat-teħid tad-deċiżjoni finali; |
92. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ aktar parteċipatorju, u jirrikonoxxi li l-iżgurar ta’ aċċettazzjoni akbar tal-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija min-nies tal-post jimxi id f'id mal-għoti ta’ informazzjoni adegwata dwar l-iskop tal-proġetti, u l-involviment lokali fl-iżvilupp ta’ dawn il-proġetti mill-iktar stadju bikri possibbli; jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni, fil-livelli kollha tas-soċjetà ċivili, tal-NGOs, l-industrija, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-proċess ta’ konsultazzjoni għall-proġetti ta’ interess Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf sistema ta’ konsultazzjoni u valutazzjoni sabiex tidentifika u tferrex l-aħjar prattiki u l-għarfien fir-rigward tal-aċċettazzjoni pubblika tal-infrastruttura; |
93. |
Jenfasizza l-ħtieġa – minħabba l-importanza tal-istrateġiji għall-enerġija sostenibbli tar-reġjuni għall-iżvilupp potenzjali tagħhom – li tiġi stabbilita pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki miksuba fir-reġjuni, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-eżempji li rnexxew tal-muniċipalitajiet u tar-reġjuni li speċjalizzaw fl-enerġiji rinnovabbli, l-iffrankar enerġetiku u l-effiċjenza enerġetika; f’dan ir-rigward, jitlob li jkun hemm sistema ta’ konsultazzjoni u evalwazzjoni biex fejn ikun possibbli, jiġu identifikati, mqassma u kkupjati l-aħjar prattiki u l-għarfien dwar l-aċċettazzjoni pubblika tal-infrastruttura; |
94. |
Jenfasizza li l-akbar sfida hi li tinkiseb l-aċċettazzjoni pubblika lokali għal proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija; huwa konvint li l-aċċettazzjoni u l-fiduċja tal-pubbliku u ta’ min jieħu d-deċiżjonijiet tista' tinkiseb biss billi jkun hemm diskussjonijiet miftuha u trasparenti qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija; |
95. |
Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk l-immodernizzar u l-aġġornar tal-kurituri tal-enerġija eżistenti humiex preferibbli għal ħolqien ta’ kurituri ġodda fir-rigward tal-kost-effiċjenza u tal-aċċettazzjoni pubblika; |
96. |
Jargumenta favur l-għoti ta’ aktar informazzjoni dwar l-importanza tan-netwerks tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li tmexxi kampanja ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar in-netwerks tal-enerġija tal-UE mfassla speċifikament għall-udjenzi nazzjonali u lokali; |
L-istrumenti ta’ finanzjament
97. |
Jinnota li l-investimenti fil-grilji huma ċikliċi u għandhom jitqiesu mill-prospettiva storika; jindika li ħafna mill-infrastruttura mibnija fid-deċennji riċenti għall-interkonnessjoni ta’ impjanti tal-elettriku ċentralizzati qed tiqdiem; jindika li s-soċjetà se tistenna li l-ispejjeż għall-manutenzjoni tal-infrastruttura eżistenti u għall-użu ta’ infrastruttura ġdida jiġu ottimizzati permezz ta’ sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u l-iżvilupp ta’ strumenti ta’ finanzjament innovattivi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu aċċertati b'mod preċiż ir-rekwiżiti infrastrutturali u jiġi evitat il-lock in għall-kapaċità żejda billi jitqies kompletament il-potenzjal tal-effiċjenza tal-enerġija mil-lat ta’ kost-effettività; |
98. |
Jisħaq li l-funzjonament effettiv tas-suq għandu jipprovdi l-parti l-kbira tal-ispejjeż tal-investimenti infrastrutturali meħtieġa, fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż, trasparenza, nondiskriminazzjoni u kost-effettività, kif ukoll konformità mal-prinċipju li ‘iħallas l-utent’; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta fejn l-inċentivi regolatorji eżistenti huma biżżejjed biex jintbagħtu s-sinjali meħtieġa lis-suq, u liema miżuri kumplimentarji huma meħtieġa, inklużi dawk li jtejbu r-regoli tal-allokazzjoni tal-ispejjeż; |
99. |
Hu tal-opinjoni li fejn ma jkun hemm ebda alternattiva regolatorja disponibbli u s-suq waħdu ma jistax ikopri l-investiment meħtieġa, jista’ jkun meħtieġ finanzjament tal-UE biex ikun finanzjati xi PEIs limitati li l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jagħmluhom mhux kummerċjalment vijabbli, iżda li l-iżvilupp tagħhom hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-enerġija tal-UE; iqis li l-finanzjament pubbliku jista’ jintuża bħala lieva għall-investiment privat billi titwaqqaf taħlita innovattiva ta’ strumenti finanzjarji, sakemm dan ma jagħwiġx il-kompetizzjoni; |
100. |
Jinnota li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jagħti kontribut kbir ħafna għall-iffinanzjar ta’ proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija – u proġetti infrastrutturali oħra – u jindika r-rwol sinifikanti tal-Politika ta’ Koeżjoni fil-livell lokali u reġjonali sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u sabiex jinkisbu l-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli; |
101. |
Jisħaq li l-fondi ta’ koeżjoni u l-fondi strutturali għandhom ikomplu jkunu ċentrali għall-proġetti infrastrutturali tagħna; jemmen li kwalunkwe tentattiv biex jinħolqu fondi strutturali ġodda mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni huwa żbaljat; |
102. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-investimenti infrastrutturali jkun ibbażat fuq is-suq biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ħolqien ta’ inċentivi foloz għall-investiment, u biex iċ-ċaqliq mhux ġustifikat bejn l-Istati Membri jiġi evitat sakemm l-interess pubbliku – speċjalment fil-livell lokali u reġjonali u f'territorji b'karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi bħall-gżejjer, ir-reġjuni muntanjużi u reġjuni b'densità baxxa ħafna ta’ popolazzjoni – ikun salvagwardjat ukoll permezz ta’ ammont limitat ta’ finanzjament pubbliku li jirriżulta f'taħlita innovattiva ta’ strumenti finanzjarji li jistimolaw l-investiment privat; |
103. |
Jikkunsidra li l-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja proġetti li ma jkunux kummerċjalment attraenti u li mhumiex kapaċi jiġbdu lill-investituri privati li jkunu essenzjali, fir-rigward tal-enerġija, għall-interkonnessjoni ta’ reġjuni iżolati tal-UE mal-grilji Ewropej tal-enerġija u l-gass, bħala parti integrali tal-ħolqien tas-suq tal-enerġija unifikat fl-Unjoni Ewropea; |
104. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippermetti finanzjament pubbliku esklussivament għal dawk l-Istati Membri li implimentaw kompletament u japplikaw korrettament il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, inklużi d-dispożizzjonijiet regolatorji stabbiliti fit-tielet pakkett dwar is-suq intern; |
105. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa' teżamina r-regoli dwar l-għajnuna statali fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija u, jekk ikun neċessarju, tressaq proposti biex dawn ir-regoli jiġu emendati sabiex l-istati jkunu jistgħu jinkoraġġixxu l-immodernizzar tal-infrastruttura; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ, fl-istess waqt, dokument ġdid b'linji gwida dwar il-finanzjament pubbliku tal-proġetti u l-leġiżlazzjoni attwali dwar l-għajnuna statali, filwaqt li jistipula kriterji ċari għall-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-enerġija; jisħaq fuq il-fatt li dan id-dokument irid jiġi żviluppat b'mod konġunt mid-DĠ Enerġija, id-DĠ Kompetizzjoni u d-DĠ Żvilupp Reġjonali sabiex titneħħa kwalunkwe inkonsistenza fir-regoli tal-Kummissjoni; |
106. |
Jitlob, fuq il-bażi tal-objettivi strateġiċi, li l-prinċipju ġeografiku jitqies fil-każ ta’ sussidji futuri għall-enerġija fl-oqsma tal-infrastruttura u tar-riċerka u l-iżvilupp; jinsisti, barra minn hekk, li r-reġjuni żviluppati għandhom jirċievu sussidji ulterjuri għar-riċerka u l-iżvilupp biss jekk l-attività titwettaq b'mod konġunt mar-reġjuni anqas żviluppati; |
107. |
Jenfasizza li qafas regolatorju stabbli, prevedibbli u xieraq, li jinkludi rata xierqa ta’ renditu u inċentivi għal infrastrutturi ġodda, hu kruċjali għall-promozzjoni tal-investiment fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni; jisħaq li r-regolaturi għandhom jiffavorixxu l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda permezz ta’ inċentivi tas-suq u ta’ proġetti pilota; |
108. |
Jemmen li l-finanzjament privat jista' jiffaċilita l-kostruzzjoni f'waqtha tal-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa, peress li l-isfida infrastrutturali tant hi kbira li hemm bżonn li l-mezzi privati jiġu żblokkati kif suppost; jikkunsidra li, hekk kif l-investituri privati jħaddnu l-isfida infrastrutturali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida ċari għall-involviment tal-atturi tas-suq u tal-investituri privati f’dik li tissejjaħ ‘linja merkantili’; jemmen li t-tħassib dwar l-impatt possibbli fuq il-funzjonament tas-suq jistgħu jingħelbu jekk il-linji merkantili jkunu obbligati jroddu l-kapaċità sħiħa tagħhom lis-suq; |
109. |
Jisħaq li għandu jsir l-akbar użu possibbli tal-għodda bbażati fuq is-suq, inkluż titjib tar-regoli dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż, il-bonds tal-proġetti, fondi rinnobbli (revolving funds), fondi ta’ ekwità għall-enerġija rinnovabbli, il-garanziji tas-self, il-faċilitajiet għall-kondiviżjoni tar-riskji, inċentivi għall-finanzjament tas-sħubiji bejn is-settur pubbliku u dak privat, is-sħubiji mal-BEI – permezz ta’ titjib tal-kapaċità ta’ intervenzjoni u tar-riżorsi disponibbli tiegħu – u l-użu tad-dħul mill-irkanti tal-ETS, għall-proġetti relatati ma’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u mal-effiċjenza fl-enerġija, kif ukoll, fejn ikun xieraq, strumenti oħra innovattivi ta’ finanzjament; jitlob lill-Kummissjoni tqis il-kapaċitajiet finanzjarji u l-kundizzjonijiet tas-suq tal-Istati Membri anqas żviluppati; |
110. |
Jenfasizza l-importanza ta’ kollaborazzjoni eqreb u aktar effettiva mas-settur privat u l-istituzzjonijiet finanzjarji – speċjalment il-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp – għall-promozzjoni tal-finanzjament meħtieġ, b’mod partikolari għall-proġetti transkonfinali prijoritarji; jistieden lill-Kummissjoni tesplora strumenti finanzjarji innovattivi oħrajn u tgħin fil-promozzjoni tal-istabbiliment ta’ sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat li għalihom l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali jipprovdu inċentivi u l-qafas leġiżlattiv u politika ta’ appoġġ neċessarji; jenfasizza f'dan il-kuntest il-bżonn tal-iżvilupp ta’ assistenza teknika u inġinerija finanzjarja fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jingħata appoġġ lill-atturi lokali biex jibdew proġetti relatati mal-effiċjenza enerġetika – pereżempju, bl-użu tal-faċilità ta’ assistenza teknika ELENA tal-BEI u l-esperjenza tal-ESCO f’każijiet li jirrigwardaw l-infrastruttura tal-effiċjenza enerġetika; |
111. |
Jappoġġa l-idea li jinħarġu bonds komuni Ewropej tal-proġetti għall-finanzjament tal-bżonnijiet infrastrutturali sinjifikanti u l-proġetti strutturali fil-qafas tal-aġenda UE 2020, inkluża l-Istrateġija l-ġdida dwar l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Enerġija; jemmen li l-bonds tal-proġetti tal-UE jkunu jiggarantixxu l-investiment meħtieġ u joħolqu biżżejjed fiduċja biex jingħata lok li l-proġetti ta’ investiment ewlieni jiġbdu l-appoġġ li jeħtieġu, u b'hekk isiru mekkaniżmu importanti li jeżerċita l-effett ta’ lieva massimu ta’ appoġġ pubbliku; jindika li, biex l-Ewropa titqiegħed f'qagħda sostenibbli, dawn il-proġetti jridu jikkontribwixxu wkoll għat-trasformazzjoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna; |
112. |
Iqis, b'mod partikulari, li l-bonds tal-proġetti tal-UE jistgħu jsiru strument finanzjarju fundamentali għall-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa fl-Ewropa, filwaqt li jgħinu lill-kumpaniji privati li jkunu qed jieħdu ħsieb proġetti biex jiġbdu finanzjament mis-suq kapitali mingħand l-investituri; jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi malajr proposta leġiżlattiva dwar il-bonds tal-proġetti tal-UE; |
113. |
Jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata metodoloġija komuni mir-regolaturi għall-allokazzjoni tal-ispejjeż fi proġetti infrastrutturali transkonfinali, peress li tali inċentivi għall-infrastruttura tan-netwerks huma kkaratterizzati minn diversi nuqqasijiet tas-suq, prinċipalment minħabba monopolju naturali u nuqqas ta’ kompetizzjoni; |
114. |
Jenfasizza l-importanza ta’ tariffi trasparenti, proporzjonati, ġusti u mhux diskriminatorji, bl-għan li tiġi żgurata allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż għall-investimenti fl-infrastruttura tat-trażmissjoni transkonfinali u interna, b’impatti transkonfinali li jagħtu kontribut sinjifikanti għall-kisba tal-għanijiet tal-politiki tal-UE, prezzijiet ġusti għall-konsumatur u aktar kompetittività; Iħeġġeġ lill-Istati Membri jonqsu milli japplikaw tariffi regolati eċċessivament baxxi; jilqa’ l-proposta REMIT tal-Kummissjoni; |
115. |
Ifakkar li t-tielet pakkett joħloq obbligu għar-regolaturi, fl-istipular tat-tariffi, li jevalwaw l-investimenti mhux biss skont il-benefiċċji fl-Istat Membru tagħhom, imma wkoll skont il-benefiċċji għall-UE kollha kemm hi; iħeġġeġ lill-ACER tiżgura li l-membri tagħha josservaw dan l-obbligu; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tevalwa, fejn l-ispejjeż u l-benefiċċji ma jkunux jistgħu jiġu allokati b’mod ġust permezz tal-iffissar ta’ tariff, jekk mekkaniżmi kompensatorji, ibbażati fuq trasparenza stretta jistgħux ikunu utli għall-approvazzjoni tal-proġetti transkonfinali jew ta’ proġetti interni relevanti meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-enerġija tal-UE; |
116. |
Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-kapaċità ta’ interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija fil-livell transkonfinali, u jindika l-importanza li jkun provdut il-finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati, inkluża l-koeżjoni territorjali; |
117. |
Jitlob li jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji tal-UE mtejba biex jappoġġaw l-awtoritajeit reġjonali u lokali meta dawn ifittxu li jinvestu fil-produzzjoni enerġetika sostenibbli; |
118. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li fl-2011 tippreżenta proposta li tindirizza l-kwistjoni tal-allokazzjoni tal-ispejjeż fi proġetti teknoloġikament kumplessi jew transkonfinali, peress li din hi kkunsidrata bħala wieħed mill-ostakli ewlenin għall-iżvilupp ta’ infrastruttura transkonfinali u ta’ strument finanzjarju ġdid biex jappoġġa l-proġetti ta’ prijorità bejn l-2014 u l-2020; |
119. |
Jikkunsidra li hu important li fil-ġejjieni tingħata aktar attenzjoni lit-trattament tal-garanziji finanzjarji tal-investimenti, u li l-qafas finanzjarju proġettat jiġi żviluppat b'mod konġunt mal-ippjanar tal-perjodu baġitarju 2014-2020; |
Kwistjonijiet infrastrutturali oħra
120. |
Jikkunsidra li l-pajplajns esterni kollha u netwerks oħra tal-enerġija li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu regolati permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi trasparenti u suġġetti għar-regoli ts-suq intern, inklużi regoli dwar l-aċċess minn partijiet terzi, il-klawżoli dwar id-destinazzjoni, is-sorveljanza tal-ġestjoni tal-allokazzjonijiet u tal-konġestjonijiet, it-tul tal-kuntratti u l-klawżoli ‘take or pay’; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pajplajns attwali u futuri u l-ftehimiet kummerċjali jirrispettaw l-acquis Ewropew tal-enerġija u, jekk ikun hemm bżonn, tieħu azzjoni; |
121. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli trażżan l-għoti ta’ eżenzjonijiet għall-aċċess minn terzi persuni għall-infrastruttura tal-enerġija, u biex terġa' teżamina dawk li ngħataw biex tara jekk għadhomx meħtieġa; jinnota li l-għoti ta’ finanzjament jew appoġġ pubbliku għal proġetti permezz ta’ strumenti bħall-bonds tal-proġetti bl-appoġġ tal-BEI, eċċ., għandu jnaqqas jew jelimina l-bżonn li jingħataw eżenzjonijiet għall-aċċess minn terzi persuni; |
*
* *
122. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(3) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1.
(4) ĠU L 262, 22.9.2006, p. 1.
(5) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 31.
(6) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 107.
(7) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
(8) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
(9) Testi adottati, P7_TA(2010)0441.
(10) Testi adottati, P7_TA(2010)0485.
(11) Testi adottati, P7_TA(2011)0068.
(12) Każ C-490/10 Parlament Ewropew v. l-Kunsill, dwar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 617/2010 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/65 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Servizzi soċjali ta' interess ġenerali
P7_TA(2011)0319
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali (2009/2222(INI))
2013/C 33 E/07
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3( 3 ) tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 9, 14, 106, 151, 153(1)(j) u (k), 159, 160, 161 u 345 tiegħu, u l-Protokoll 26 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità li ġiet konkluża mill-Komunità Ewropea fis-26 ta’ Novembru 2009 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar u servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (3), b'mod partikulari l-Artikolu 1(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (4), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ‘L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta' Liżbona: Is-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea’ (COM(2006)0177) u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanjaha tal-istaff tal-Kummissjoni dwar is-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea (SEC(2006)0516), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ‘Servizzi ta' interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid’ (COM(2007)0725), |
— |
wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni bl-isem 'Mistoqsijiet li spiss isiru dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna Statali fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil impriżi fdati bit-tħaddim tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, u l-Qafas Komunitarju għall-għajnuna Statali fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku’ (SEC(2007)1516) u ‘Mistoqsijiet li spiss isiru dwar l-applikazzjoni tar-regoli għall-akkwisti pubbliċi għas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali’ (SEC(2007)1514), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni bit-titlu “Gwida dwar l-applikazzjoni għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, u b’mod partikolari għas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat, l-‘akkwist pubbliku’ u s-‘suq intern’ SEC(2010)1545), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu ‘Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar din il-komunikazzjoni (5), |
— |
wara li kkunsidra l-ewwel ‘Rapport Biennali dwar is-Servizzi Soċjali ta' interess ġenerali’ tal-Kummissjoni (SEC(2008)2179) u t-tieni ‘Rapport Biennali dwar is-Servizzi Soċjali ta' interess ġenerali’ (SEC(2010)1284) (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-Inklużjoni Attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (7), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju (COM(2010)0549), kif ukoll id-dokument ta’ ħidma tal-istaff li jakkumpanjaha (SEC(2010)1166), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titlu ‘Lejn Att dwar is-Suq Uniku – Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna" (COM(2010)0608), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu ‘Lejn funzjonament aħjar tas-Suq Uniku għas-servizzi - nibnu fuq ir-riżultati tal-proċess ta' evalwazzjoni reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi‧ (COM(2011)0020) u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li akkumpanjaha (SEC(2011)0102) dwar il-proċess ta’ valutazzjoni reċiproka tad-Direttiva dwar is-Servizzi, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu ‘Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi" (COM(2011)0011), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Andor dwar id-dispożizzjonijiet soċjali tat-Trattat ta’ Liżbona (8), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta’ Monti tad-9 ta’ Mejju 2010 dwar ‘Strateġija ġdida għas-Suq Uniku għas-servizz tal-Ekonomija u s-Soċjetà Ewropea’ (9), |
— |
wara li kkunsidra r-‘Rapport dwar l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji għall-SSGI’ imħejji mill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali fl-2008 (10), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport bit-titlu ‘Qafas Ewropew Volontarju għall-Kwalità għas-servizzi soċjali’ imħejji mill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali fl-2010 (11), |
— |
wara li kkunsidra r-‘Rapport konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali 2010’ imħejji mill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali fl-2010 (12), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport bit-titlu ‧Evalwazzjoni tad-Dimensjoni Socjali tal-Istrateġija Ewropa 2020‧ imħejji mill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali fl-2011 (13), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Forums għas-Servizzi Soċjali ta’ Interess Ġenerali li saru f’Liżbona f’Settembru 2007, f’Pariġi f’Ottubru 2008 u fi Brussell f’Ottubru 2010 (14), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill EPSCO tal-16 u s-17 ta’ Diċembru 2008, tat-8 u d-9 ta’ Ġunju 2009 tas-6 u s-7 ta’ Diċembru 2010 (15), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi li gejjin tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja:
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2006 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ‘L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta' Liżbona: Is-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea’ (16), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar Mudell Soċjali Ewropew għall-futur (17), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2006 dwar il-‧White Paper‧ tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali (18), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar is-servizzi soċjali ta' interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea (19), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE (20), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali (21), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (22), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi (23), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu fl-10 ta' Marzu 2011 dwar l-istabbiliment ta’ Statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet (24), |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-Istħarriġiet Eurofound dwar il-Kwalità tal-Ħajja tal-2003 u l-2007 (25), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0239/2011), |
A. |
billi l-Artikolu 3 TUE jafferma li l-objettiv tal-Istati Membri hu t-titjib kostanti tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, u l-objettiv tal-Unjoni bħala l-benessri tal-popli tagħha, li għandhom jinkisbu permezz tal-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa msejjes fuq tkabbir ekonomiku ekwilibrat, ekonomija soċjali tas-suq altament kompettittiva, orjentata fuq l-appoġġ tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u li timmira lejn l-okkupazzjoni sħiħa u l-progress soċjali, il-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, it-taqbida kontra l-esklużjoni soċjali, id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza fl-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-promozzjoni tal-ġustizzja u l-ħarsien soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tal-jeddijiet tal-minuri, |
B. |
billi l-Artikolu 9 tat-TFUE jistipola li meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti konnessi mal-promozzjoni ta’ livell għoli tal-impjiegi, il-garanzija tal-protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-eskluzjoni soċjali, u livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, |
C. |
billi l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll 26 tiegħu espliċitament jindirizzaw is-servizzi ta’ interess ġenerali (SGI) li jinkludu s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (SSGI); u billi huwa kkonfermat li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom ir-rwol essenzjali u diskrezzjoni wiesgħa fil-għoti, l-ikkummissjonar u l-organizzar tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI), u li t-Trattati ma jaffettwawx il-kompetenza tal-Istati Membri li jagħtu, jikkummissjonaw u jorganizzaw is-servizzi non-ekonomiċi ta’ interess ġenerali (SGNEI), |
D. |
billi l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ġenerali huwa dritt fundamentali inkluż mad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali rikonoxxuti fid-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
E. |
billi l-għoti ta’ SSGI universalment disponibbli, ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u li kulħadd jiflaħ iħallas għalihom kif miftiehem fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2007 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali għalhekk jista’ jitqies bħala pilastru essenzjali tal-mudell soċjali Ewropew u bħala s-sies għal kwalità tajba tal-ħajja u għall-ksib tal-objettivi dwar l-impjiegi, dawk soċjali u ekonomiċi tal-UE, |
F. |
billi s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, u b'mod partikolari l-aċċess għas-servizzi għall-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' dipendenti oħrajn, huma essenzjali biex ikun hemm parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, |
G. |
billi s-segregazzjoni bejn is-sessi fis-servizzi soċjali, kemm dik settorjali u okkupazzjonali, tħalli impatt negattiv fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-livell tal-pagi u billi x-xogħol domestiku u x-xogħol tal-kura tat-tfal u tal-anzjani mingħajr ħlas fil-parti l-kbira tiegħu jitwettaq min-nisa, |
H. |
billi l-espansjoni tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali kienet forza qawwija biex tattira aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol, |
I. |
billi l-Artikoli 4(2) u 5(3) tat-TUE jħaddnu s-sussidjarjetà f’livell lokali, jagħtu rikonoxximent formali lill-awto-gvern reġjonali u lokali u billi l-Artikolu 1 tal-Protokoll 26 tat-TFUE jirrikonoxxi r-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdu, jikkummissjonaw u jorganizzaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li jkunu l-aktar mfassla speċifikament kemm jista’ jkun possibbli għall-ħtiġijiet tal-utenti, |
Id-drittijiet fundamentali u l-universalità
1. |
Iqis li l-SSGI, l-utenti u l-fornituri tagħhom għandhom għadd ta’ karatteristiċi speċjali oltre l-karatteristiċi komuni tal-SGI; l-SSGI, kif definiti mill-Istati Membri, jħaddnu servizzi statutorji u servizzi ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali komplementari u li huma universalment disponibbli, mogħtijin direttament lill-persuna, bl-iskop li jseddqu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd; għandhom rwol preventiv, ta' koeżjoni soċjali u ta' inklużjoni u jsawru jeddijiet soċjali fundamentali kif previst fil-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; |
2. |
Jirrikonoxxi li, fil-każ tal-SSGI, jeżistu żewġ fatturi kuntrastanti li jridu jirrikonċiljaw ruħhom: fuq naħa, il-prinċipju tas-sussidjarjetà li jħares il-libertà nazzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddefinixxu, jorganizzaw u jiffinanzjaw l-SSGI kif jidhrilhom xieraq, flimkien mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u fuq in-naħa l-oħra, ir-responsabilità tal-Komunità u l-Istati Membri għall-oqsma rispettivi tagħhom ta’ kompetenza skont it-Trattat; |
3. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżommu d-disponibilità ta’ servizzi soċjali li jkunu għall-but ta’ kulħadd u ta’ kwalità għolja l-istess bħal f’matul perjodi ta’ tkabbir ekonomiku mgħaġġel, u sabiex jiggarantixxu aċċess mhux diskriminatorju u mingħajr ma jingħata kont ta' razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età, orjentament sesswali jew kundizzjonijiet ta’ xogħol; iqis li s-servizzi soċjali huma fundamentali biex tkun żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri peress li flimkien mas-servizzi tas-saħħa u l-faċilitajiet għall-kura tat-tfal, dawn jirrappreżentaw wieħed mill-elementi ewlenin fl-isforzi biex jiżdiedu r-rati ta' impjieg tan-nisa u tal-ugwaljanza b'mod ġenerali; |
4. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, kif ukoll il-prospetti ekonomiċi tal-ġejjieni ma jitħallewx jipperikolaw l-iżvilupp tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, peress li dan jista jkun ta' ħsara għat-tkabbir ekonomiku fit-tul fl-UE, għaż-żieda tal-kontribuzzjonijiet fiskali u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; |
5. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali varji u jiżguraw li l-valutazzjoni tal-attivitajiet proposti tal-UE minn perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi ssir proċess regolari u trasparenti b'riżultati li jidhru, u li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi inkluża fil-baġit għall-programmi u l-politiki kollha nazzjonali u tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tinkludi fir-rapporti ta' monitoraġġ tagħha l-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; |
6. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex fil-politiki mmirati sabiex jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, jiżguraw id-disponibilità ta' forom diversifikati ta' servizzi ta' kura tat-tfal li jkunu aċċessibbli, ta' kwalità għolja u bi prezz raġonevoli, kif deskritt fl-objettivi ta’ Barċellona, u sabiex itejbu l-provvista ta’ servizzi ta’ kura għall-anzjani u persuni dipendenti bħala pass essenzjali lejn ugwaljanza għall-irgiel u n-nisa, billi s-servizzi ta' kura tat-tfal mhux biss jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, iżda joffru wkoll opportunitajiet ta' xogħol; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni li tirrikonoxxi l-ħaddiema domestiċi u lil dawk li jipprovdu servizzi ta' kura għall-anzjani u t-tfal mingħajr ħlas, li spiss huma nisa, u li għandhom rwol importanti ħafna għas-sostenibilità tas-sistemi soċjali; |
7. |
Jisħaq li n-natura tal-interess ġenerali ta’ servizz soċjali ma tiddependix fuq il-qasam tiegħu iżda fuq il-mod kif jiġi provdut f’termimi ta’ varjetà ta’ fatturi bħalma huma l-istatus ta’ bla profitt u n-nuqqas ta’ għażla tal-benefiċjarji; |
8. |
Jenfasizza li fir-rigward tal-SSGI, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandu jipprevali fuq ir-regoli tas-suq intern; |
9. |
Jenfasizza li bi prinċipju, il-kompetenza għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar it-tfassil, il-finanzjament u l-provvista ta’ servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (SSGI) għandha tkun tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali; il-Parlament Ewropew jirrispetta u jappoġġja dan il-prinċipju u jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jimxu ma’ din l-attitudni; |
10. |
Jenfasizza li sabiex l-SSIG jwettqu r-rwol tagħhom, l-aċċess għalihom m’għandux ikun biss għal persuni żvantaġġati jew vulnerabbli, iżda għandhom ikunu aċċessibbli universalment u indipendentemet mir-rekkezzi jew dħul, filwaqt li jiżguraw aċċess ekwu għall-persuni l-aktar vulnerabbli, skont il-liġijiet u l-prattika tal-Istati Membri; |
11. |
Jenfasizza li n-natura tal-SSIĠ li hi fundamentalment waħda inklużiva u ta’ strutturar tikkontribwixxi b’mod rilevanti, utli u effikaċi għall-iżvilupp tar-reġjuni kollha billi tiffaċilita lill-Istat u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jwettqu r-rwol tagħhom bl-użu tal-finanzjament pubbliku u privat; iqis li hu ta’ importanza partikolarment importanti li jinżammu f’reġjuni rurali u vulnerabbli u jenfasizza wkoll ir-rwol kruċjali tal-SSIĠ fil-limitazzjoni tar-riskji ta’ segregazzjoni ta’ komunitajiet marġinalizzati u fratturati; |
12. |
Jenfasizza li l-SSGI fil-biċċa l-kbira huma ffinanzjati mill-Istati Membri minħabba li primarjament jaqgħu fil-kompetenza tagħhom; madankollu, iqis li l-Unjoni Ewropea tista’ taqdi rwol importanti u tgħin lill-Istati Membri fil-modernizzazzjoni u fl-aġġustament tagħhom għal kundizzjonijiet ġodda, u possibbilment tingħata vuċi lill-ħtiġijiet taċ-ċittadini fir-rigward tal-kwalità u l-ambitu tas-servizzi; |
13. |
Jenfasizza l-importanza li ssir b’urġenza evalwazzjoni tal-konsegwenzi soċjali u tal-impatt fuq il-ħajja tan-nies tal-miżuri ta’ liberalizzazzjoni f’setturi li huma essenzjali għall-progress soċjali; |
14. |
Jisħaq li huwa importanti li tiġi msaħħa d-dimensjoni soċjali tas-suq uniku u tiġi kkunsidrata aħjar in-natura speċjali tal-SSGI, b’enfasi fuq approċċ pragmatiku li permezz tiegħu l-aċċessibilità, l-universalità, l-ekwità, il-kwalità u l-effiċjenza ta’ tali servizzi jitqiesu bħala prijorità; |
15. |
Jilqa' b’sodisfazzjon ir-rakkomandazzjoni fir-rapport Monti li s-servizzi ta’ broadband internet u bankarji għandhom ikunu rikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni Ewropea bħala servizzi li l-Istati Membri jistgħu jiżguraw, ikunu disponibbi universalment u aċċessibbli għal kulħadd; |
Il-kontribut ekonomiku
16. |
Filwaqt li jenfasizza l-fatt li l-SSGI m’għandhomx ikunu definiti mill-impatt ekonomiku tagħhom, jinnota t-tieni Rapport Biennali tal-Kummissjoni u jikkonferma li l-SSGI jagħtu kontribut ekonomiku maġġuri f’termini ta’ impjiegi, attività ekonomika u kapaċità ta’ akkwist, u li s-settur tas-saħħa u tas-servizzi soċjali jammonta għal 5 % tal-produzzjoni ekonomika u jimpjega 21.4 miljun ruħ; jinnota li l-s-CEEP fir-rapport tagħha “Mapping of public services” tikkonferma wkoll li attivitajiet ta’ saħħa u attivtajiet soċjali jammontaw għal 9.6 % tal-forza tax-xogħol tal-UE u għal 9.4 % tal-PGD; jinnota li l-Istħarriġ fuq il-Forza tax-Xogħol tal-2008 juri li 79 % tal-forza tax-xogħol fis-servizzi tas-saħħa tal-bniedem, 81 % fis-servizzi ta' kura residenzjali u 83 % fl-attivitajiet ta' ħidma soċjali mhux residenzjali, kienu nisa; jinnota wkoll li korp rappreżentattiv tal-SMEs, il-UEAPME, huwa tal-fehma li l-SMEs jeħtieġu SSĠI li jkunu ta’ kwalità għolja u effiċjenti sabiex joperaw b’mod li jirnexxi; jistieden lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw ukoll prinċipji ta' ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota li l-promozzjoni ta' swieq tax-xogħol inklużivi, il-prevenzjoni u r-riabilitazzjoni, għandhom iwasslu għal iffrankar fl-infiq u jtejbu l-kwalità fir-riżultati fuq medda twila ta' żmien; |
17. |
Jenfasizza li l-SSGI jikkontribwixxu għall-eżerċitar tad-drittijiet taċ-ċittadini u għandhom l-iskop li joħolqu koeżjoni soċjali, territorjali u eknomika permezz tat-twettiq ta’ diversi forom ta’ solidarjetà kollettiva; |
18. |
Jisħaq li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom rwol fundamentali fid-definizzjoni, il-finanzjament, il-għoti u l-attribuzzjoni tal-SSGI fil-qafas tas-servizz soċjali u sistemi ta’ ħarsien soċjali ta’ Stat Membru: huwa stmat li l-gvern lokali u reġjonali jiswa 15.9 % tal-GPD tal-UE-27, waqt li l-gvern lokali waħdu jammonta għal 12.9 % u n-nefqa tiegħu fuq il-ħarsien soċjali tammonta għal 3 % tal-PGD (EUR 378.1 biljun) (26); |
19. |
Jemmen li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jestendu l-applikazzjoni ta’ Sħubiji Pubbliċi-Privati għall-qasam tal-SSIĠ sabiex tiżdied l-effiċjenza u d-disponibbiltà tagħhom; |
Il-kontribuzzjoni soċjali
20. |
Jindika li l-Istħarriġiet tal-Eurofound dwar il-Kwalità tal-Ħajja (27) vverifikaw li wieħed mill-aktar mezzi importanti ta’ kif titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, b’mod li tkun permessa l-inklużjoni sħiħa fis-soċjetà u li jkun hemm il-koeżjoni soċjali u territorjali, huwa permezz tal-għoti u l-iżvilupp tal-SGI inklużi l-SSGI; jenfasizza li s-SSGI huma pilastru kruċjali tal-mudell soċjali Ewropew, billi jagħmlu parti mill-mod kif inhuma organizzati s-soċjetajiet Ewropej u billi l-iskop tagħhom huwa li jinkisbu l-objettivi tal-politika soċjali, hekk li jagħmlu l-jeddijiet soċjali tanġibbli għall-individwi u l-gruppi, bosta drabi permezz tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru; |
21. |
Jenfasizza l-ħtieġa li issir promozzjoni favur politika ta’ progress soċjali li tiżgura l-aċċess universali għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod speċjali l-gruppi żvantaġġati, bħall-ommijiet xebbiet, in-nisa, l-anzjani, it-tfal, il-migranti u dawk li għandhom xi tip ta’ diżabilità; |
22. |
Jenfasizza li mhux xieraq li l-fondi pubbliċi allokati lill-SSGI jintużaw għal xi raġuni oħra għajr dik li jilħqu l-objettivi tas-servizz, u l-ebda parti minn tali fondi, għajr għal spejjeż tal-istaff u spejjeż ġenerali raġonevoli oħra involuti fil-provvista tas-servizz, m’għandha tmur għal xi skop ieħor; huwa tal-fehma li l-objettiv leġittimu tal-massimizzazzjoni tal-profitti jikkunfliġġi b’mod mhux aċċettabbli mal-prinċipji u l-objettivi tal-SSGI; huwa tal-fehma li fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri jagħżlu li jużaw forniment ta’ SSGI indiretti, l-interess ġenerali għandu jitħares, u li filwaqt li dawn jiżguraw il-kwalità, l-innovazzjoni, l-effiċjenza u effettività fin-nefqa, għandhom jappoġġjaw intrapriżi tal-ekonomija soċjali fejn kwalunkwe surplus jiġi investit mill-ġdid fis-servizz u fl-innovazzjoni, u jikkurraġihom sabiex joperaw bħala fornituri; |
23. |
Jenfasizza r-rwol tradizzjonali tal-istat bħala fornitur tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, madankollu jqis li l-ftuħ ta’ dan is-settur għal fornituri privati tas-servizzi jtejjeb l-aċċessibilità u l-kwalità tas-servizzi u jżid l-għażla għall-konsumaturi; |
24. |
Isostni mill-ġdid l-impenn tiegħu għal SSGI moderni u ta’ kwalità għolja, li huma mezz sabiex jiġu implimentati ħafna mill-valuri inkorporati fil-proġett Ewropew, bħall-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-dinjità umana, kif ukoll il-prinċipji ta’ aċċessibilità, is-servizz universali, l-effiċjenza, il-ġestjoni ekonomika tar-riżorsi, il-kontinwità, il-prossimità mal-utenti tas-servizz u t-trasparenza; |
Limitazzjonijiet regolatorji fil-provvista tal-SSGI
25. |
Jisħaq li l-awtoritajiet nazzjonali, regjonali u lokali mdaħħlin fil-għoti tal-SSGI jew fil-għoti tal-mandati dwarhom jeħtieġu bażi ġuridika ċara għas-servizzi u l-infiq tagħhom, u li għad li s-servizz ta’ tagħrif u kjarfiki u l-gwida ppubblikata reċentement mill-Kummissjoni huma milqugħin tajjeb ħafna, fl-istess waqt ma jipprovdux iċ-ċertezza ġuridika meħtieġa u dan għandu tendenza li jfixkel lill-fornituri ta’ SSIG fit-twettiq tal-missjoni tagħhom; |
26. |
Jenfasizza li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom ir-responsabbiltà li jiggarantixxu l-funzjonament korrett tal-SSGI, filwaqt li jinżamm livell ta’ kwalità għoli; |
27. |
Iqis li la huwa effiċjenti u lanqas demokratikament aċċettabbli li l-interpretazzjoni leġiżlattiva attwali tirriżulta filli l-QEĠ tintalab tiġġudika dwar il-limiti tar-regoli tas-suq uniku rigward SGI, inklużi SSGI, li hija indikazzjoni ċara ta’ nuqqas ta’ ċertezza legali; jindika d-djalogu bejn il-partijiet interessati dwar din il-kwistjoni li ilu għaddej ħafna, u jistieden lill-Kummissjoni biex finalment tieħu azzjoni; |
Il-politika ekonomika u baġitarja
28. |
Jisħaq li s-SSIĠ huma investiment indispensabbli għall-futur ekonomiku tal-Ewropa, u jinsabu taħt pressjoni kbira f'uħud mill-Istati Membri b'riżultat tal-kriżijiet ekonomiċi u bankarji u l-programmi ta’ awsterità governattiva, li qed iwasslu għal domanda akbar għalihom; l-SSGI kienu indispensabbli bħala stabbilizzaturi awtomatiċi soċjoekonomiċi matul dawn il-kriżijiet – speċjalment permezz tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali; |
29. |
Jenfasizza li l-ħtieġa tas-SSGI qed tikber kostantament minħabba l-klima attwali ta’ inċertezza fir-rigward tat-tkabbir u l-impjiegi, filwaqt li t-tibdil demografiku qed joħloq ħtiġijiet ġodda; jenfasizza li l-isfida ewlenija tal-mument għall-għotja tas-SSGI hi li jitħarsu l-kwalità u l-ambitu tagħhom u, minħabba l-importanza u n-neċessità assoluta tagħhom, tali servizzi hemm bżonn li jissaħħu sabiex jiġi żgurat li jwettqu r-rwol importanti tagħhom biex jilħqu l-miri soċjali u ekonomiċi tal-UE 2020 għall-impjieg u t-tnaqqis tal-faqar; |
30. |
Jindika li l-kriżi ekonomika u dik finanzjarja u l-politiki ta’ awsterità imposti mill-Istati Membri m’għandhomx jinkoraġġixxu n-nuqqas ta’ investiment fis-SSGI iżda, għall-kuntrarju, minħabba l-importanza u n-natura assoluta tagħhom, tali servizzi għandhom jiġu kkonsolidati sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tan-nies; |
31. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkomodazzjoni soċjali għal nisa fil-bżonn jew li jinsabu f'riskju ta' esklużjoni, u għal nisa li sfaw vittmi ta' vjolenza tal-ġeneru, f'kull ċirkostanza u speċjalment meta dawn ikollhom tfal dipendenti; |
32. |
Jinnota l-bżonn li jingħata rikonoxximent akbar lix-xogħol imwettaq minn persuni impjegati fis-settur tas-servizzi soċjali, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa, peress li x-xogħol tagħhom hu diffiċli u jitlob attitudni sensittiva u impenn personali qawwi u mhux soċjalment prestiġjuż ħafna; |
33. |
Iqis li l-prinċipju tas-solidarjetà u t-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea jirrikjedu li l-kriżi, bit-tkabbir li qed iġġib fil-qgħad u l-faqar, għandha tkun indirizzata permezz ta’ użu aktar effiċjenti u effikaċi tal-infiq fil-livell tal-UE u fil-livelli nazzjonali, bit-tisħiħ tal-fond strutturali u, b’mod partikolari, tal-Fond Soċjali Ewropew, u l-applikazzjoni ta' riżorsi ġodda bħalma huma l-bonds ta' proġetti; |
34. |
Jemmen li sabiex jiġi garantit l-għoti ta’ SSGI ta’ kwalità għolja hemm bżonn li l-gvernijiet tal-Istati Membri jiżguraw qafas finanzjarju għas-SSGI, li jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizzi u l-finanzjament stabbli, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol u taħriġ deċenti għal dawk impjegati jew dawk li jgħinu fl-għotja tas-servizzi; |
35. |
Jenfasizza wkoll li t-trasferimenti kollha ta’ kompetenzi fuq l-SSGI mill-Istati Membri lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jeħtieġ l-introduzzjoni ta' arranġament ta’ koordinazzjoni, biex jiġi evitat kwalunkwe differenza fil-kwalità tas-servizzi pprovduti fl-oqsma differenti, u għandu jkun akkumpanjat mit-trasferiment tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi żgurat li jibqa' jkun hemm provvista kontinwa ta' servizzi ta’ kwalità għolja, aċċessibbli universalment u li tista' twieġeb b’mod effikaċi għad-drittijiet u għall-ħtiġijiet tal-utenti; |
36. |
Iqis li, jekk mhux biss sabiex jinżamm l-għoti ta' SSGI ta’ kwalità, l-Istati Membri għandhom bżonn ta' dħul ġdid, u jistieden lill-Kummissjoni biex tipproduċi malajr studju tal-fattibilità ibbażat fuq id-deċiżjoniji tal-Kapijiet ta' Stati Ewropej tal- 11 ta' Marzu 2011 (28); |
Nuqqasijiet fil-qafas regolatorju tal-SSGI
Ġenerali
37. |
Jemmen li hemm konsenus Ewropew wiesa’ li l-SSGI huma essenzjali għall-benessri tal-popli tagħna u għal ekonomija effiċjenti u filwaqt li kien hemm xi progress fl-indirizzar tad-diffikultajiet li jaffaċjaw il-fornituri waqt l-għoti u l-iżvilupp ta’ SSGI għall-applikazzjoni tar-regoli tal-UE għal-servizzi bħal dawn, s'issa ma hemm l-ebda qbil la fil-Kummissjoni u fil-Kunsill u lanqas bejniethom dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri prattiċi ħalli jegħlbu l-ostakli identifikati mill-partijiet interessati; |
38. |
Jenfasizza li t-Trattat jikkommetti lill-Unjoni u lill-Istati membri sabiex jiżviluppaw ekonomija soċjali u tas-suq u li jinżamm il-mudell seoċjali Ewropew; jisħaq dwar il-fatt li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu kif l-SSGI għandhom ikunu ffinanzjati u mogħtijin, hux direttament jew mod ieħor, bl-użu tal-istrumenti disponibbli kollha u speċjalment alternattivi biex jintefgħu l-offerti ħalli jkun żgurat li l-objettivi soċjali tal-Unjoni ma jisfawx dgħajfin minħabba r-regoli tas-suq uniku applikati għal servizz mhux tas-suq; jenfasizza l-bżonn ta’ ambjent ta’ appoġġ li jippromwovi l-kwalità, l-aċċessibilita, l-affordabilità u l-effiċjenza tal-forniment tas-servizzi, filwaqt li jiffaċilita l-iżvilupp ta’ fornituri ta’ kapaċità ta’ inizjattiva li tippermettilhom jantiċipaw il-bżonnijiet pubbliċi; |
39. |
Jenfasizza li l-kwkalità tas-serivizzi għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni regolari u integrata tal-utenti peress li s-servizzi għandhom l-ewwel u qabel kollox iwieġbu għall-ħtiġijiet tagħhom; |
40. |
Jinnota d-Dikjarazzjoni msemmija hawn fuq tal-10 ta' Marzu 2011 dwar l-istabbiliment ta’ Statuti Ewropej għal soċjetajiet mutwi, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet u l-ħtieġa ta’ għarfien akbar għal atturi soċjali ekonomiċi, inklużi mudelli bħal koperattivi, li huma attivi fl-għoti ta’ SSGI u l-organizzazzjoni u l-funzjinament tal-ekonomija soċjali, jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa abbażi tal-valutazzjonijiet tal-impatt fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, biex tintroduċi proposti għall-istatuti Ewropej għall-assoċjazzjonijiet li jippermettulghom joperaw fuq bażi transnazzjonali; |
L-għajnuna tal-Istat
41. |
Jilqa’ r-reviżjoni tal-għajnuna Statali li l-Kummissarju Almunia wettaq u jitlob kjarfiki tal-prinċipji fundamentali dwar il-kontroll tal-għajnuna Statali sabiex tisseddaq iċ-ċertezza u t-trasparenza għal ċarezza ta’ kunċetti bħalma huma “l-att ta’ affidibilità” u “awroritajiet pubbliċi”; għall-introduzzjoni ta’ differenzazzjoni tar-regoli; għall-kalkolu tal-kumpens tal-obbligi tas-servizz pubbliku, kalkolu tal-kumpens li għandu jikkunsidra wkoll il-kriterji soċjali, tal-karatteristiċi speċifiċi tal-provvista tas-servizzi u ta’ ċertu numri ta’ aspetti esterni assoċjati mal-provvista tas-servizzi, bħall-valur soċjali miżjud u l-involviment tal-komunità; |
42. |
Jilqa’ l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-impatt tal-pakkett tal-2005 Monti Kroes; jitlob li ssir reviżjoni tal-pakkett sabiex tissaħħaħ is-sikurezza legali, jiġu simplifikati r-regoli bħalma huma dawk dwar kontroll u kumpens żejjed għall-operaturi ta’ SSGI fil-livell lokali u tittejjeb il-flessibilità fl-applikazzjoni tagħhom, u titqies l-espansjoni tal-lista ta’ derogi għal notifiki b’konformità mal-eżempji tal-isptarijiet u l-akkomodazzjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tevalwa mill-ġdid il-livell xieraq tal-minimu de minimis applikabbli għall-SSGI u biex tipproponi sistema li tikkunsidra l-PGD ta’ Stat Membru fil-kalkolu tal-minimu de minimis, sabiex ikun jista’ jiġi kkalkolat minimu de minimis għal kull Stat Membru u b’hekk jiġu evitati distrosjionijiet ta’ kompettizzjoni ikkawżati mill-eżistenza ta’ minimus madwar l-UE kollha jitlob lill-Kummissjoni li l-kontroll ta’ kumpens żejjed jintuża biss jekk ir-riskju serju tal-ksur li jagħmel ħsara lill-kompetizzjoni jiġi aċċertat; |
43. |
Jiġbed l-attenzjoni li la s-settur, l-istatus ta’ entità li twettaq servizz lanqas il-mod li bih tiġi ffinanzjata, li jiddetermina jekk l-attivitajiet tagħha humiex meqjusa ekonomiċi jew non-ekonomiċi iżda hija n-natura tal-attività nnifisha u l-effett preventiv tagħha; |
44. |
Ifakkar li l-kwistjoni kruċjali hija mhux li ssir distinzjoni bejn SGI ekonomika u non-ekonomika,inkluż SSGI, iżda aktarx il-possibilità għall-awtoritajiet pubbliċi biex jassiguraw it-twettiq aħħari ta’ kompiti partikolari mogħtija lil impriżi fdati bl-operazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; |
45. |
Fil-qafas tal-leġiżlazzjoni attwali, jitlob għal kjarifika ta’ kunċetti u l-kriterji ta’ klassifikazzjoni użati biex jiddiferenzjaw bejn SSGI ekonomiċi u mhux ekonomiċi, u għal fehim komuni ta’ SGI sabiex ikun żgurat li l-iskop intiż tagħhom jista’ jintlaħaq; |
Inizjattiva għal riforma avvanzata
46. |
Jirrikonoxxi l-valur għoli tal-iskambju reċiproku tat-tagħlim u l-prattika tajba biex tispira u tippromwovi l-modernizzazzjoni ulterjuri tal-SSGI fi Stati Membri differenti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli b’mod proattiv tagħti bidu u tappoġġja tali attivitajiet ma' awtoritajiet reġjunali u lokali, inkluż taħriġ lil dawn, fl-applikazzjoni tar-regoli tal-UE għal SSGI; jisħaq li l-problemi li l-fornituri u l-benefiċjarji tal-SSGI identifikaw jeħtieġ li jinstabulhom soluzzjonijiet minnufih bbażati fuq approċċ pragmatiku; |
47. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala segwitu għall-komunikazzjoni dwar SGI u r-reviżjoni attwali tar-regoli għall-akkwist pubbliku u l-għajnuna Statali, sabiex twettaq programm ta’ riforma, adattament u kjarifka sabiex jappoġġja u jirrikonoxxi karatteristiċi ta’ SSGI speċifiċi mhux tas-suq, sabiex tkun żgurata konformità mhux biss mad-dispożizzjonijiet tas-suq uniku iżda wkoll mal-obbligi soċjali tat-Trattati; |
48. |
Iqis li regolament ta’ qafas tal-UE dwar SSGI, li huwa permess skont l-Artikolu 14 TFEU, mhuwiex kwistjoni ċentrali attwalment; |
49. |
Iqis li l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali ta, u se jkomopli jagħti, kontribut importanti għall-komprensjoni komuni u r-rwol tal-SSGI; jinnota madankollu li il-mandat tat-Trattat tagħħa (Artikolu 160 TFEU) jispeċifika stejtus purament konsultattiv u ma jippermettix li l-membri tiegħu jitwessa’ biex jinkludi s-soċjetà ċivili, il-Parlament Ewropew, l-imsieħba soċjali jew oħrajn; |
50. |
Jipproponi t-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma ta’ multi-stakeholders ta’ livell għoli kif inhu rakkomandat mit-3et Forum SSGI, li huwa miftuħ, flessibbli u trasparenti, li huwa rappreżentattiv b’mod wiesa' tal-partijiet interessati u ffukat fuq it-twaqqif ta’ riformi bħal ma huma l-inizjattivi tal-politika identifikati f’dan ir-rapport u l-opinjonijiet tiegħu, fit-3et rakkomandazzjonijiet tal-Forum SSGI, it-tieni Rapport Biennali tal-Kummissjoni u r-rapporti SPC, kif ukoll kwalunkwe proposta relevanti oħra li jkun hemm bżonn; jipproponi li l-grupp ta’ ħidma jkun presedut b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kummissarju responsabbli għall-Affarijiet Soċjali u jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Parlament, il-Kummissarji relevanti, il-Kunsill, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw utenti u fornituri tal-SSGIs, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-awtoritajiet lokali u partijiet interessanti relevanti oħrajn, il-grupp ta’ ħidma jista’:
|
51. |
Jitlob li jkun hemm ir-4a’ Forum Ewropew dwar l-SSGI, biex ikompli l-inizjattiva tar-rapport Ferreira 2007 u jirrieżamina l-progress dwar ir-riforma; u biex il-grupp ta’ ħidma proposta tippreżenta rapport ta’ progress lir-raba’ Forum, billi lill-Forum tagħtih kontinwità, direzzjoni u sostanza; |
Il-qafas volontarju Ewropew għall-kwalità
52. |
Jilqa’ l-VQF u jisħaq li l-applikazzjoni tal-prinċipji għandha tkun applikata u monitorjata bl-użu tal-kriterji ta’ kwalità proposti, f’proċess ta’ Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, li fih, il-partijiet interessati jridu jkunu inklużi; |
53. |
Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea, fl-Inizjattivi Ewlenin annessi mal-Komunikazzjoni dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, tipproponi biex jiġi żviluppat, f’livell settorjali, il-Qafas Volontarju Ewropew għall-Kwalità dwar is-servizzi soċjali inkluż fil-qasam tal-kura fit-tul u tal-persuni mingħajr dar; jirrakkomanda li tindirizza wkoll l-oqsma tal-kura għat-tfal, id-diżabilità u l-akkomodazzjoni soċjali, u li tuża l-opportunitajiet ugwali bħala indikatur; |
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiċċara l-konnessjoni bejn il-qafas ta’ kwalità deskritt fil-qosor fil-VQF u l-programm Promotheus biex tiġi evitata d-duplikazzjoni; Iħeġġeġ li l-Istati Membri jużaw il-VQF ħalli jfasslu jew itejbu sistemi eżistenti ta’ monitoraġġ u akkreditazzjoni tal-kwalità kif inhu xieraq għal kull Stat Membru; huwa tal-opinjoni li t-tħaddim tal-VQF għandu jiġi evalwat mill-Istati Membri b’referenza għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Protokoll 26 tat-TFUE; |
55. |
Jisħaq li kondizzjonijiet tax-xogħol deċenti, għan-nisa u l-irġiel, li huma stabbli u konformi mal-liġi u l-prattika tal-Istati Membri, flimkien ma’ taħriġ ta’ kwalità regolari u l-parteċipazzjoni tal-utenti u s-setgħa li għandhom, filwaqt li jitqiesu l-perspettivi tas-sessi, huma essenzjali għall-għoti ta’ servizzi soċjali ta’ kwalità; jenfasizza li l-volontarjat għandu rwol importanti fis-settur tal-SSGI, iżda m’għandux jissostitwixxi l-preżenza ta’ numru adegwat ta’ speċjalisti mħarrġa b’mod professjonali bħal ma huma l-ħaddiema soċjali u l-istaff ġenerali; |
56. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jinkuraġġixxu l-ħolqien tal-impjiegi u l-potenzjal ta’ tkabbir tas-settur tas-servizzi soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni billi joffru lill-migranti u liċ-ċittadini tal-UE kondizzjonijiet diċenti tax-xogħol u aċċess għas-sistemi komprensivi ta’ protezzjoni soċjali; |
57. |
Jikkunsidra li, fost il-kompiti mwettqa mill-ħaddiema soċjali, għandha tingħata importanza partikolari lil attivitajiet immirati biex tiżdied il-motivazzjoni biex titwettaq attività tax-xogħol, tal-edukazzjoni jew ekonomika bil-għan li jsiru indipendenti u awtosuffiċjenti; |
58. |
Iqis li l-prinċipji tal-VQF jistgħu jintużaw ħalli jgħinu fid-definizzjoni tal-kriterji ta' kwalità tas-servizzi li jiġu applikati għar-regoli riveduti tal-akkwist pubbliku għas-sejħiet għal offerti u l-kuntratti, inklużi s-subkuntratti; |
59. |
Jipproponi li titjib ulterjuri tal-VQF għandu jinkludi referenza għall-qagħda tal-iffinanzjar u l-fornitur tas-servizz; |
*
* *
60. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, u lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(4) ĠU L 298, 07.11.2008, p. 20.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0223.
(6) Dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil COM(2008)0418 - Rapport Biennali dwar is-Servizzi Soċjali ta' interess ġenerali.
(7) ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.
(8) Dibattiti fil-plenarja, l-Erbgħa 6 ta’ Ottubru 2010 – Brussell, punt 13, Dispożizzjonijiet Soċjali tat-Trattat ta’ Lisbona (dibattitu), dikjarazzjoni ta’ László Andor, Membru tal-Kummissjoni.
(9) Rapport lill-President tal-Kummissjoni Ewropea minn Mario Monti, 9 ta' Mejju 2010.
(10) Dokument tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2008 (16062/2008, ADD1).
(11) SPC/2010/10/8 finali.
(12) Dokument tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2010 (06500/2010).
(13) Dokument tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2011 (06624/2011).
(14) L-Ewwel Forum dwar is-Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali, 17 ta' Settembru 2007, Lisbona, Presidenza Portugiża; it-Tieni Forum dwar is-Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali (SSGI), 28 u 29 ta' Ottubru 2008, Presidenza Franċiża; it-Tielet Forum dwar is-Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali (SSGI), 26 u 27 ta' Ottubru, Brussell, Presidenza Belġjana.
(15) Kunsill tal-UE, stqarrija għall-istampa (Press 358), laqgħa numru 2916 tal-Kunsill dwar l-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur, Brussell, 16-17 ta' Diċembru 2008;
Kunsill tal-UE, stqarrija għall-istampa 9721/2/09 REV 2 (Press 124), laqgħa numru 2974 tal-Kunsill dwar l-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Lussemburgu, 8-9 ta' Ġunju 2009;
Kunsill tal-UE, stqarrija għall-istampa 17323/1/10 REV (Press 331 PR CO 43), laqgħa numru 3053 tal-Kunsill dwar l-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur, Brussell, 6-7 ta' Diċembru 2010, Servizzi soċjali ta' interess ġenerali, p. 18.
(16) ĠU C 57, 10.3.2007, p. 8.
(17) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 141.
(18) ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 277.
(19) ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 140.
(20) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 11.
(21) ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 16.
(22) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(23) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 38.
(24) Testi adottati, P7_TA(2011)0101.
(25) http://www.eurofound.europa.eu/surveys/eqls/2007/index.htm.
(26) European Social Network (2010): "Managing Social Services in Times of Crisis" http://www.esn-eu.org/get-document/index.htm?id=357)
(27) Eurofound - Quality of Life Surveys http://www.eurofound.europa.eu/publications/htmlfiles/ef09108.htm.
(28) Il-Konklużjonijiet tal-Kapijiet tal-Isat jew Gvern taż-żona Ewro tal-11 ta' Marzu 2011.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/77 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
L-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-UE
P7_TA(2011)0320
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar żieda fl-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-UE (2011/2047(INI))
2013/C 33 E/08
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li "L-objettiv prinċipali tal-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp ta’ l-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar. L-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000, |
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens ta’ Monterrey, adottat fil-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret f’Monterrey, fil-Messiku, bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2002, |
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tan-Nisa fl-Iżvilupp 2010-2015 (SEC (2010) 0265) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju li japprovaw il-Pjan ta’ Azzjoni rilevanti tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (2) (‘Strument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp’ (DCI)), |
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar il-Komplementarjetà u t-Tqassim tax-Xogħol f’Politiki dwar l-Iżvilupp (3), |
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta’ Akkra għal Azzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Inizjattiva tan-NU għal Bażi ta’ Protezzjoni Soċjali, imnedija mill-Bord tal-Kapijiet Eżekuttivi tan-NU (CEB) f’April 2009, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Iżvilupp Ewropew bl-isem ‘Protezzjoni speċjali għal żvilupp inklussiv’, imniedi fis-7 ta’ Diċembru 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Xogħol Deċenti tal-ILO u l-Patt Globali dwar l-Impjiegi tal-ILO, adottat b’kunsens globali fid-19 ta’ Ġunju 2009 fil-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel, Olivier De Schutter, imsemmi "Agroecology and the Right to Food" (Agroekoloġija u d-Dritt għall-Ikel), imressaq tul is-16-il Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti [A/HRC/16/49], fit-8 ta’ Marzu 2011, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport bl-isem "L-Istat tal-Ikel u tal-Agrikoltura 2010-2011; In-Nisa fl-Agrikoltura - Innaqqsu d-differenzi bejn is-sessi għall-iżvilupp" mill-Organizzazzjoni dwar l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, Ruma 2011, |
— |
wara li kkunsidra d-‧Djalogu Strutturat – għal sħubija effiċjenti fl-Iżvilupp‧ inizjattiva mnedija mill-Kummissjoni Ewropea f'Marzu 2010 biex jinstabu mezzi prattiċi ta’ titjib tal-effikaċja tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali involuti fil-kooperazzjoni mal-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 2010 intitolata “Politika tal-żvilupp tal-UE għall-appoġġ ta’ tkabbir inklussiv u żvilupp sostenibbli: Żieda fl-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-UE’ (COM(2010)0629), |
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar il-futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi terzi, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta’ xogħol deċenti għal kulħadd (4), tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar kuntratti tal-GMD (5), tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fuq pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (6), tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Afrika Sub-Saħarjana u s-Saħħa Dinjija (7), tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp: reviżjoni intermedja bi tħejjija għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f’Settembru 2010 (8), tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima f’Cancun (COP16) (9), u tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp – Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa (10), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0205/2011), |
A. |
billi t-tnaqqis u l-qerda tal-faqar jikkostitwixxu għan ewlieni tal-politika għall-iżvilupp tal-UE, kif definita fit-Trattat ta’ Lisbona, |
B. |
billi l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE fir-rigward tal-eliminazzjoni tal-faqar u l-ilħiq tal-MDGs, u l-prinċipji bħas-sjieda u s-sħubija, l-effikaċja tal-għajnuna u l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, li għadhom kruċjali u li għandhom jiggwidaw l-isforzi biex jiżdied l-impatt tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp, |
C. |
billi l-faqar għandu bosta dimensjonijiet, mhux biss dik ekonomika, iżda wkoll umana, soċjokulturali, politika, protettiva, tas-sessi u ambjentali, li għandhom jiġu ffaċċjati permezz tal-politika tal-UE għall-iżvilupp, |
D. |
billi l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kisba tas-setgħa politika u ekonomika min-nisa u t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa huma kruċjali għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli, |
Politika tal-iżvilupp b'impatt kbir
1. |
Jilqa’ l-isforzi biex jiġu żviluppati dokumenti ta’ Strateġija Nazzjonali Ewropea biex jinkiseb titjib fil-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; jenfasizza li l-proċess tal-ipprogrammar għandu jiżgura li l-aġenda tal-effikaċja tal-għajnuna tiġi implimentata, u li d-dritt tal-Parlament li jeżerċita l-iskrutinju demokratiku, kif definit mit-Trattat ta’ Lisbona fl-Artikolu 290, jiġi rispettat; |
2. |
Itenni s-sejħa tiegħu għall-inkorporazzjoni tal-FEŻ fil-baġit tal-UE biex ikun hemm koordinament aħjar bejn il-bosta strumenti ta’ għajnuna tal-UE; jinsisti li dan m'għandux iwassal għal tnaqqis tal-finanzjament kemm tal-istrument ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp futur jew tal-FEŻ (meta mqabbel mal-livelli attwali tagħhom); |
3. |
Jenfasizza li riżultati kbar biż-żieda tal-impatt tal-għajnuna tal-UE jistgħu jinkisbu minn issa permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipji li diġà qed jiggwidaw l-azzjoni għall-iżvilupp, bħall-iffukar tal-għajnuna tal-UE fuq il-faqar, il-PCD, u l-impenji ta’ Pariġi u ta’ Akkra dwar l-effikaċja tal-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni tieħu rwol ta’ tmexxija fuq dawn il-kwistjonijiet, partikolarment fil-Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f'Busan, u biex tiżgura li dan il-proċess deċisiv jimxi skont l-għanijiet deskritti preċedentement rigward l-effikaċja tal-qafas ta’ għajnuna lejn l-2015; |
4. |
Iqis li l-proġetti u l-politiki ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għandhom ikunu evalwati regolarment biex jiġi determinat liema azzjonijiet ta’ żvilupp huma l-aktar effikaċi; jistieden, konsegwentement, lill-Kummissjoni tfassal politika ta’ valutazzjoni komprensiva bbażata fuq kriterji u indikaturi ċari, kif meħtieġ; itenni, madankollu, li din it-tfittxija għal politika b'impatt qawwi ma għandhiex twassal biex tiffavorixxi valutazzjoni tar-riżultati li hi purament kwantitattiva u fuq perjodu ta’ żmien qasir; |
5. |
Jemmen li l-kuntratti MDG jipprovdu mudell pożittiv ta’ għajnuna prevedibbli u bbażata fuq ir-riżultati, li għandha tiġi żviluppata aktar mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri; |
6. |
Ifakkar, permezz tal-Kunsens dwar l-Iżvilupp, li l-governanza parteċipatorja responsabbli hi strument fost l-aktar li jiffaċilitaw l-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar il-prattiki ta’ governanza fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-titjib tal-ġestjoni finanzjarja pubblika, it-tisħiħ tat-trasparenza u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jappoġġa l-proposti tal-Kummissjoni għat-titjib tal-promozzjoni ta’ governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'pajjiżi benefiċjarji; jenfasizza, madankollu, li l-mekkaniżmi li jużaw l-għajnuna bħala inċentiv għal riformi politiċi, għandhom ikunu trasparenti, u għandhom ipoġġu enfasi partikolari fuq id-demokrazija u fuq id-drittijiet tal-bniedem u għandhom jinkludu l-partijiet interessati fl-iżvilupp nazzjonali; |
7. |
Jenfasizza li, bi qbil mal-kunċett tas-sjieda demokratika, il-parlamenti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra għandhom ikunu appoġġati fl-isforzi tagħhom li jirrealizzaw ir-rwol li suppost għandhom fid-definizzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp, biex iżommu responsabbli l-gvernijiet u jimmonitorjaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-passat u r-riżultati f'termini ta’ żvilupp; jinsisti, barra minn hekk, dwar il-fatt li l-approċċ territorjali għall-iżvilupp jippermetti sjieda aħjar mill-benefiċjarji; |
8. |
Jistieden lill-UE twettaq l-impenji ta’ Akkra tagħha billi tipprovdi finanzjament u għajnuna adegwata lill-gvernijiet sieħba sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni sinifikanti taċ-ċittadini fl-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili; |
9. |
Jenfasizza r-rwol imwettaq mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u min-netwerks tagħhom fit-tkabbir tal-impatt tal-politika Ewropea għall-iżvilupp; jirrimarka li l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi riċevituri jinsabu fl-aħjar qagħda biex iwettqu r-rwol proprju tagħhom billi jidentifikaw setturi prijoritarji, iħejju u jadottaw Karti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi u baġits multiannwali, kif ukoll jimmonitorjaw l-allokazzjonijiet tal-baġit, b'konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, qabel id-djalogu politiku mad-donaturi biex b'hekk jissaħħaħ ir-rwol tal-parlamentari fit-teħid tad-deċiżjonijiet; |
10. |
Jenfasizza r-rabta mill-qrib bejn l-iżvilupp tal-politika tal-iżvilupp b'impatt kbir u l-iżvilupp tal-kapaċità; jirrimarka li l-iżvilupp tal-kapaċità għandu jitqies bħala proċess integrat li jtejjeb il-kapaċità taċ-ċittadini, organizzazzjonijiet, gvernijiet u soċjetajiet biex ifasslu strateġiji ta’ żvilupp sostenibbli; jenfasizza li l-iżvilupp tal-kapaċità hu proċess li jirrikjedi sjieda mill-pajjiżi sieħba u spazju għall-politika tagħhom; |
11. |
Jinnota li l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċità, mhux biss permezz tal-istrument ta’ appoġġ għall-baġit iżda ukoll permezz ta’ kooperazzjoni teknika, hu essenzjali għall-għajnuna għall-iżvilupp b'impatt kbir; jirrikonoxxi li s-sjieda tal-proċessi ta’ trasformazzjoni u l-idenfikazzjoni magħhom minn naħa tal-pajjiżi sieħba jistgħu jiżdiedu biż-żmien meta dawk l-istrumenti jiġu kkonsolidati; |
12. |
Jenfasizza li l-mira għaż-żieda tal-impatt tal-għajnuna u l-kisba ta’ aktar riżultati/valur għall-flus m'għandux iwassal għal politika ta’ żvilupp li tmur kontra r-riskju u li tiffoka biss fuq il-"pajjiżi faċli"; jinsisti li l-qerda tal-faqar u l-bżonnijiet relatati għandhom jibqgħu l-kriterju kruċjali għall-allokazzjoni tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp u li l-effikaċja tal-għajnuna għandha tittejjeb billi wieħed jiffoka fuq ir-riżultati tanġibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament u jiffokaw l-għoti tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) fuq l-ifqar pajjiżi u fuq l-iktar pajjiżi vulnerabbli, u biex jilħqu l-ifqar partijiet tas-soċjetà - b'mod partikolari dawk li jiffaċċjaw l-ikbar riskji ta’ esklużjoni soċjali, bħan-nisa, it-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jqisu r-riżultati miksuba u l-impatt tal-għajnuna; jitlob biex jiġi pprogrammat perjodu ta’ tneħħija gradwali tal-allokazzjonijiet tal-ODA għall-pajjiżi emerġenti; |
13. |
Jenfasizza l-bżonn li jkun hemm distinzjoni bejn il-bżonnijiet ta’ żvilupp tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDCs) u dawk tal-Pajjiżi bi Dħul Medju (MICs), partikolarment id-donaturi emerġenti; ifakkar li 72 % tal-foqra dinjija jgħixu fil-MICs, u li għandu jibqa' jkun hemm kooperazzjoni u djalogu sabiex jiġu indirizzati l-faqar u l-inugwaljanza persistenti; itenni li l-kooperazzjoni mhux relatata mal-ODA mal-MICs u sħab strateġiċi m’għandhiex tiġi ffinanzjata minn baġit għall-iżvilupp li diġà huwa skars; |
14. |
Hu tal-fehma li l-politika tal-UE għall-iżvilupp għandha tfittex li telimina l-ostakoli għall-iżvilupp, bħar-rimi ta’ prodotti agrikoli, il-piż ta’ dejn illeġittimu, it-trasferiment ta’ kapital u l-kummerċ inġust u għandha wkoll toħloq ambjent internazzjonali li jippermetti l-ġlieda kontra l-faqar, b'garanzija ta’ dħul u għajxien deċenti u kif ukoll it-twettiq tad-drittijiet umani bażiċi, inklużi d-drittijiet soċjali u ekonomiċi; |
15. |
Itenni l-prinċipju tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bħala bażi li fuqhom għandu jissaħħaħ l-impatt tal-politika ta’ żvilupp tal-UE; |
16. |
Jenfasizza li t-trattament tal-inugwaljanza – inkluż l-inugwaljanza bejn is-sessi – isaħħaħ l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem li hu sostnut fil-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u jista' jwassal għal tnaqqis tal-faqar b'rata aktar mgħaġġla; |
17. |
Jirrikonoxxi l-problemi għall-iżvilupp riżultat tal-kunflitti u d-diżastri kif ukoll l-importanza u l-kost-effettività tal-investiment fil-prevenzjoni; |
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni, biex flimkien mal-Istati Membri interessati, jagħtu ċans lill-approċċi ta’ għajnuna innovattivi, bħall-ħlas mal-akkwist, għajnuna bbażata fuq il-produzzjoni u finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati; |
19. |
Jenfasizza li l-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) hija kruċjali għall-implimentazzjoni ta’ politika ta’ żvilupp b’impatt kbir u għat-temma tal-MDGs; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b’mod ċar ir-responsabilitajiet u t-tmexxija fl-ogħla livelli rigward it-tisħiħ tal-obbligu tal-PCD skont it-Trattat, u jitlob li jkun hemm biżżejjed riżorsi allokati għal dan l-għan fil-Kummissjoni, fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-delegazzjonijiet tal-UE; |
20. |
Jemmen li sabiex jiġi żgurat impatt kbir, il-politika għall-iżvilupp tal-UE għandu jkollha approċċ ibbażat fuq l-inċentivi msejjes fuq divrenzjar akbar billi jkunu ppremjati dawk il-pajjiżi bi prestazzjoni tajba u appoġġati dawk li jinsabu fl-ikbar diffikultà; |
21. |
Jinsisti li l-mekkaniżmi innovattivi ta’ finanzjament iffukati fuq il-ħolqien tal-ġid, id-drittijiet għall-proprjetà intellettwali u t-tnaqqis tat-trasferiment tal-kapital għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa fit-tfassil ta’ direzzjonijiet ta’ żvilupp lokalizzati, bi qbil mal-prijoritajiet speċifiċi tar-riċevituri; |
L-ilħiq tal-impenji finanzjarji
22. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li għandha tintlaħaq il-mira kollettiva li tingħata perċentwali ta’ 0.7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni (ING) lill-ODA sal-2015; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu sorsi ġodda ta’ finanzjament għall-iżvilupp bħat-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarja fil-livell dinji, finanzjament mis-settur privat u soluzzjonijiet orjentati lejn is-suq; jopponi kwalunkwe bidla jew twessigħ tad-definizzjoni ta’ ODA, kif stipulat mill-Kumitat għall-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD; |
23. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu l-impenji finanzjarji pendenti tagħhom, inkluż dawk magħmula dwar il-kura tas-saħħa materna u tat-tfal, bħala parti mill-inizjattiva tal-G8 ta’ Muskoka; |
24. |
Jenfasizza li l-għajnuna għandha tingħata b'mod prevedibbli skont il-pjanijiet u l-prijoritajiet nazzjonali, u għandha tipprovdi inċentivi għat-trasparenza u r-responsabilità akbar mill-gvernijiet donaturi, NGOs u mill-Istati sieħba; |
25. |
Huwa tal-fehma li l-valur miżjud tal-għajnuna tal-Kummissjoni għall-iżvilupp u l-iskadenzi għall-MDGs li dalwaqt magħna jiġġustifikaw żieda sinifikanti f’termini reali tal-figuri annwali għall-ODA fl-MFF (Qafas Finanzjarju Multiannwali) li jmiss; jenfasizza li m'għandux jitnaqqas is-sehem globali tal-għajnuna Ewropea diretta permezz tal-baġit tal-UE u li din għandha tibqa' ffukata fuq il-faqar; |
26. |
Ifakkar li għajnuna skont l-istrumenti futuri tal-UE ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha tkompli tintrabat mal-kriterji tal-ODA stabbiliti mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD |
27. |
Jitlob sforzi akbar fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar l-iżvilupp fl-Ewropa; jenfasizza li dawn għandhom jitqiesu mhux biss bħala mezz biex jiżdied l-appoġġ pubbliku għall-infiq għall-iżvilupp, iżda wkoll bħala mezz li jippermetti lil kull persuna fl-Ewropa tifhem it-tħassib relatat mal-iżvilupp globali; jenfasizza li t-titjib tal-għarfien pubbliku u t-tnaqqis tal-indifferenza għat-tbatija tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jistgħu jgħinu t-tisħiħ tal-politika tal-UE għall-iżvilupp; |
28. |
Jinnota li sabiex jiżdied l-għarfien pubbliku u titnaqqas l-indifferenza, għandhom isiru sforzi għat-titjib tat-trasparenza tal-infiq għall-għajnuna, għat-tisħiħ tat-tixrid tal-istudji ta’ valutazzjoni indipendenti, u għandhom jiġu applikati sanzjonijiet aktar stretti għal dawk l-atturi li jkunu nstabu li għamlu użu ħażin tal-għajnuna għall-iżvilupp; |
Il-promozzjoni tat-tkabbir fost il-foqra
29. |
Jirrikonoxxi li t-tkabbir ekonomiku hu mutur ta’ spinta kruċjali lill-iżvilupp; jenfasizza madankollu li t-tkabbir hu biss strument wieħed fost ħafna, u li l-immassimizzar tat-tkabbir ma jfissirx l-immassimizzar tal-iżvilupp; jinnota b'mod partikolari li l-impatt tat-tkabbir fuq l-eliminazzjoni tal-faqar jista' jkun ferm ogħla jekk titnaqqas l-inugwaljanza u jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem; jinsisti għalhekk li l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp tkun imfassla biex tiffavorixxi t-tkabbir favur il-foqra permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li jiffokaw speċjalment fuq il-foqra u l-marġinalizzati sabiex titrawwem żieda fil-parti tagħhom tal-ġid nazzjonali u biex ikun jistgħu jsiru l-mutur għal tkabbir ġenwinament inklużiv, bħall-mikrokreditu u l-mikrofinanzi, kif ukoll soluzzjonijiet oħrajn li joħorġu mis-suq; |
30. |
Josserva li politika bbażata biss fuq it-tkabbir ekonomiku wriet il-kapaċità limitata tagħha biex teqred il-faqar u tippromwovi l-koeżjoni soċjali kif urew il-kriżijiet finanzjarji, klimatiċi, tal-enerġija u tal-ikel reċenti; huwa favur żvilupp sostenibbli, msejjes fuq il-kummerċ ġust u l-ġustizzja soċjali, li jibbenefika l-ġenerazzjonijiet attwali mingħajr ma jipperikola d-disponibilità ta’ riżorsi għall-ġenerazzjonijiet futuri; |
31. |
Jenfasizza li l-politiki ta’ tkabbir ekonomiku ma jistgħux jirnexxu mingħajr il-promozzjoni ta’ standards soċjali u ambjentali u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni soċjali; |
32. |
Jenfasizza li l-politiki tal-UE għandhom jiffaċilitaw it-tkabbir f’oqsma tal-ekonomija fejn jaqalgħu flushom il-foqra, bħall-agrikultura, u għandhom jagħtu iktar attenzjoni lis-settur informali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jipprovdu sikurezza tal-pussess tal-art u jiffaċilitaw l-aċċess tal-foqra għall-art, is-swieq, il-krediti u servizzi finanzjarji oħra u żvilupp tal-ħiliet, mingħajr ma jkomplu jżidu l-inugwaljanzi eżistenti u mingħajr ma jsaħħu strutturi ta’ dipendenza assimetrika; |
33. |
Jappoġġa sforzi biex jiġi promoss żvilupp industrijali u żvilupp tal-infrastruttura li jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli f'rispett sħiħ tal-istandards soċjali u ambjentali; jinnota li t-tisħiħ tal-iżvilupp industrijali u tas-suq hu l-aktar mod effettiv biex jiżdied it-tkabbir u biex iċ-ċittadini jinħarġu mill-faqar; |
34. |
Jinnota li l-iżvilupp industrijali għandu potenzjal trasformattiv qawwi ħafna għall-ekonomiji nazzjonali, u għall-kuntrarju tal-esportazzjonijiet agrikoli jew l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali, li jesponu l-ekonomiji għall-kriżijiet, x'aktarx joffri possibilitajiet akbat ta’ tkabbir imsaħħaħ tal-produttività għat-tul; għalhekk jistieden lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jindirizzaw din il-kwistjoni billi jfasslu u jimplimentaw politiki ta’ industrijalizzazzjoni b'mira speċifika fuq l-ispeċjalizzazzjoni fil-manifattura u l-bini ta’ kapaċità kummerċjali; |
35. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal tkabbir industrijali effiċjenti fl-enerġija, sabiex it-tkabbir fil-PGD ikun isseparat mid-dipendenza fuq iż-żejt u fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jagħmlu kull sforz biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta’ teknoloġija effiċjenti fl-enerġija u tal-aħjar prattiki, lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; |
36. |
Iqis il-finanzjament għal esportazzjoni fuq skala kbira jew il-proġetti tal-infrastruttura, filwaqt li jibqgħu attraenti f'termini ta’ riżultati tanġibbli, mhux neċessarjament huma l-aħjar strateġija biex jingħataw benefiċċji lill-popolazzjoni inġenerali u lill-komunitajiet foqra l-aktar marġinalizzati; |
37. |
Iħeġġeġ li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw b’mod iktar sistematiku l-aġenda tax-xogħol deċenti tal-ILO fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex jiġi stimulat il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u jiġu protetti l-istandards ewlenin tax-xogħol; |
38. |
Jenfasizza li d-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u t-tnaqqis tad-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet jeħtieġu li jkunu objettivi primarji għall-politiki ta’ sostenn tat-tkabbir; |
39. |
Jenfasizza li l-proġetti tal-investiment appoġġati mill-mekkaniżmi tal-UE għat-taħlit ta’ għotjiet u self għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom u għal studji tal-impatt dwar l-istandards soċjali u ambjentali miftehma; jinsisti li l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-proġetti għandu jkun trasparenti u jiżgura l-koerenza mal-karti ta’ strateġija tal-UE, mal-prinċipju tas-sjieda tal-pajjiż u mal-impenn tal-UE li ma tibqax tagħti għajnuna b'kundizzjonijiet ta’ xiri; |
40. |
Jinsisti li t-taħlit għandu jiġġenera fondi ġodda, aktar milli jwassal għas-sostituzzjoni tal-għotjiet tal-ODA mill-UE bis-self; |
41. |
Jenfasizza li l-politika ta’ żvilupp ma tistax tkun tassew effikaċi mingħajr il-promozzjoni ta’ oqfsa legali adegwati speċjalment fl-oqsma dwar id-drittijiet għall-proprjetà u l-liġi kuntrattwali; |
42. |
Jenfasizza li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tgħin biex tibda tintuża l-kapaċità produttiva tan-nisa u b'hekk jingħata kontribut għal tkabbir sostenibbli u favur il-foqra; |
Żvilupp uman
43. |
Jenfasizza li l-faqar ma jitkejjilx biss f'termini monetarji u li fis-sens aktar wiesa' tiegħu il-faqar ifisser iċ-ċaħda ta’ drittijiet fundamentali bħall-ikel, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-libertà tal-espressjoni; |
44. |
Jenfasizza li l-provvista ta’ servizzi soċjali bażiċi hija kruċjali għat-tkabbir fost il-foqra u l-ilħuq tal-MDGs; jitlob li l-UE tiddedika 20 % mit-total tal-assistenza għas-servizzi soċjali bażiċi, kif iddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti fl-MDGs (indikatur 8.2 għall-għan 8: Żvilupp ta’ sħubija dinjija għall-iżvilupp), b’enfasi partikolari fuq l-aċċess ħieles u universali għall-kura tas-saħħa primarja u l-edukazzjoni bażika, b'kunsiderazzjoni tal-appoġġ tal-UE għall-inizjattiva "Edukazzjoni għall-kulħadd", u l-Kommunikazzjoni dwar ir-rwol tal-UE għas-saħħa globali tal-2010; itenni l-bżonn li tingħata attenzjoni speċifika lill-gruppi vulnerabbli u lil dawk b'riskju għoli ta’ esklużjoni soċjali, bħall-persuni b'diżabilità; |
45. |
Jenfasizza li l-edukazzjoni tal-bniet u l-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneru fl-edukazzjoni huma essenzjali għall-iżvilupp, u l-politiki u l-azzjonijiet li ma jindirizzawx d-diskrepanzi tal-ġeneru ser jitilfu opportunitajiet ta’ żvilupp kritiċi; jenfasizza li l-edukazzjoni tal-bniet toffri wħud mill-ogħla ritorni ta’ investiment għall-iżvilupp, bl-għoti ta’ benefiċċji privati u soċjali li jakkumulaw għall-individwi, familji u s-soċjetà in ġenerali bit-tnaqqis tar-rati ta’ fertilità tan-nisa, it-tnaqqis tar-rati ta’ maternità, il-mortalità tat-trabi u tat-tfal, il-protezzjoni kontra l-infezzjoni mill-HIV/AIDS, iż-żieda fir-rati ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol u l-ħolqien ta’ benefiċċji edukattivi interġenerazzjonali; |
46. |
Jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu d-distakki fis-sistemi tas-saħħa, minħabba prijoritajiet bħas-saħħa sesswali u riproduttiva, u jenfasizza l-importanza tal-investiment fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS u mard infettiv ieħor; |
47. |
Ifakkar li l-investiment fit-tfal u fiż-żgħażagħ hu investiment għat-tul fl-iżvilupp sostenibbli tal-bniedem; |
48. |
Jilqa’ l-inizjattiva tan-NU għal Protezzjoni Soċjali Minima; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ għal programmi nazzjonali ta’ protezzjoni soċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u biex jiżviluppaw qafas politiku komprensiv dwar din il-kwistjoni li jinkludi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-aspetti tal-emanċipazzjoni tan-nisa; |
49. |
Jilqa' l-isforzi tal-UE biex tindirizza b'mod aktar sistematiku r-rabtiet bejn id-dimensjoni esterna tal-politika ta’ migrazzjoni u tal-asil u politiki oħrajn li għandhom effett fuq il-migrazzjoni, pereżempju l-impjiegi, l-edukazzjoni, id-drittijiet u l-protezzjoni soċjali; |
50. |
Hu tal-fehma li l-introjti fiskali huma essenzjali biex pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi taċ-ċittadini tagħhom, sabiex ikunu anqas dipendenti fuq l-għajnuna barranija u biex jippromwovu r-responsabilità demokratika; itenni l-fehma tiegħu li l-UE għandha tappoġġa pajjiżi sħab biex jiżviluppaw sistemi fiskali ġusti, trasparenti u effettivi biex jiġġeneraw id-dħul meħtieġ għall-protezzjoni soċjali u politiki favur il-foqra, u għandha tkompli l-ħidma fil-livell internazzjonali għal trasparenza finanzjarja akbar u biex tiżgura li l-pajjiżi sieħba jaqsmu l-istess benefiċċji; jenfasizza li l-iskambju tal-aħjar prattika u l-qsim tal-informazzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni huma kruċjali għall-ħolqien ta’ sistemi fiskali ġusti; |
51. |
Jenfasizza l-importanza intrinsika tad-drittijiet tal-bniedem u t-toroq differenti disponibbli għall-UE biex tgħin fil-bini tal-kapaċità għar-rispett tad-drittijiet kollha tal-bniedem; |
L-involviment tas-settur privat
52. |
Jirrikonoxxi li l-iżvilupp tas-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa kruċjali biex jinħolqu opportunitajiet ta’ impjieg, jiġu pprovduti servizzi u jiżdied il-ħolqien tal-prosperità; ifakkar li 90 % tal-impjiegi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jinsabu fis-settur privat; jenfasizza li, bi qbil mal-aġenda favur il-foqra, l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp għandha tiffoka fuq il-finanzjament għal kumpaniji domestiċi, l-ispinta ta’ kapitali domestiċi u t-tħeġġiġ tal-pajjiżi riċevituri biex joħolqu ambjent li jwassal għall-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar, medi u mikro u fuq it-tneħħija ta’ ostakoli għall-formalizzazzjoni, l-aċċess għall-kapital u l-kreditu bi spiża raġonevoli u li s-servizzi u l-bini tal-ħiliet jiġu mmirati b’mod partikolari lejn intraprendituri ifqar; |
53. |
Jafferma mill-ġdid ir-rwol soċjalment u ekoloġikament responsabbli tas-settur privat fl-ispinta tal-pass tal-iżvilupp sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tappoġġa, fost l-oħrajn, l-intrapriżi soċjali-ekonomiċi li jaħdmu bi qbil mal-prinċipji etiċi u ekonomiċi; |
54. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu vvalutati biċ-ċar ir-riskji possibbli ta’ parteċipazzjoni dejjem akbar tas-settur privat, u għalhekk għandhom jiġu ddefiniti kriterji ċari għall-appoġġ ta’ proġetti fis-settur privat flimkien ma’ mekkaniżmi ta’ valutazzjoni tal-impatt b'saħħithom li għandhom jiġu żviluppati biex jiżguraw li l-investiment tas-settur privat jkun sostenibbli, bi qbil mal-għanijiet ta’ żvilupp internazzjonali miftehma, u li dan jwassalx li mmorru lura lura għall-irbit tal-għajnuna; |
55. |
Ifakkar li l-investiment pubbliku f'beni pubbliċi, infrastruttura u servizzi hu fundamentali għat-tkabbir sostenibbli u t-tnaqqis effettiv tal-inugwaljanzi; |
56. |
Jenfasizza li proġetti ta’ investiment li jinvolvu lis-settur privat li jkunu ffinanzjati mill-UE f’pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom jissodisfaw standards internazzjonali ambjentali, drittijiet tal-bniedem, soċjali u ta’ trasparenza u jkunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ żvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji; joġġezzjona għal kwalunkwe tip ta’ kooperazzjoni ma’ entitajiet privati li jikkontribwixxu direttament jew indirettament għal kull tip ta’ evażjoni fiskali jew evitar tat-taxxa; jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi l-mekkaniżmi ta’ diliġenza dovuta fl-għażla ta’ finanzjament għall-proġetti ta’ tħaffir għar-riżorsi; |
57. |
Jinsab konvint li l-investiment għandu impatt pożittiv fuq it-tkabbir u l-impjiegi, mhux biss fl-UE iżda ukoll fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jenfasizza li l-pajjiżi industrijalizzati għandhom responsabilità biex jipprovdu appoġġ akbar għall-investiment fl-impriżi indiġeni u t-trasferiment tat-teknoloġija lilhom, sabiex is-setturi emerġenti tal-ekonomija fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu jimplimentaw standards ta’ kwalità kif ukoll standards soċjali u ambjentali internazzjonali; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa sabiex il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jiġu megħjjuna jtejbu l-kapaċità istituzzjonali u regolatorja tagħhom għall-ġestjoni tal-investimenti barranin; |
58. |
Jitlob lill-UE tirrikonoxxi d-dritt tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jirregolaw l-investiment, jiffavorixxu l-investituri li jappoġġjaw l-istrateġija tal-iżvilupp tal-pajjiżi sieħba u biex jagħtu trattament preferenzjali lill-investituri domestiċi u reġjonali għall-promozzjoni tal-integrazzjoni reġjonali; |
59. |
Jistieden lill-UE tilqa' l-impenji tal-Istrateġija għall-Għajnuna tal-Kummerċ tagħha dwar l-assistenza għall-iżvilupp b'mira speċifika fuq proġetti mfassla biex jgħinu lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex dawn jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom marbutin mal-kummerċ, itejbu l-katina tal-provvista u fl-aħħar mill-aħħar jikkompetu fis-swieq reġjonali u globali; |
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva b'għan simili dwar il-liġi l-ġdida tal-Istati Uniti dwar il-"conflict minerals", biex tiġġieled l-isfruttament illegali tal-minerali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika, kunflitti li jagħtu n-nar għall-gwerer ċivili u gwerer, u biex jiżguraw it-traċċabiltà tal-importazzjonijiet tal-minerali fis-suq tal-UE; |
61. |
Jitlob li ssir analiżi u valutazzjoni tas-Sħubijiet Pubbliċi u Privati (PPP) li jinvolvu s-settur privat fl-iżvilupp, promossi mill-Kummissjoni sabiex nitgħallmi minn din l-esperjenza qabel ma ngħaddu għal kunċett ta’ politika ġdid ta’ użu ta’ flus pubbliċi biex ikun immobilizzat il-finanzjament mis-settur privat; |
62. |
Jenfasizza li l-appoġġ lis-settur privat għandu jmur id f’id mal-għajnuna lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali u l-parlamenti fil-pajjiżi benefiċjarji biex dawn ikunu jistgħu jirregolaw is-swieq b’mod effikaċi, jippromwovu t-trasparenza, jimplimentaw politiki fiskali ġusti u l-governanza tajba u jiġġieldu kontra l-korruzzjoni, kemm fl-intrapriżi u l-NGOs, kif ukoll fil-gvernijiet u l-awtoritajiet pubbliċi; |
It-tibdil fil-klima, l-enerġija, u l-iżvilupp sostenibbli
63. |
Jilqa’ l-proposta biex il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tiġi ffokata fuq l-enerġija sostenibbli u rinnovabbli; itenni li l-aċċess għall-enerġija hu prerekwiżit għat-temma tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju; jinsisti li l-provvista tal-ilma u l-aċċess għall-enerġija għall-foqra u b’rabta mal-provvista ta’ servizzi pubbliċi u l-iżvilupp lokali għandhom ikunu objettivi ewlenin ta’ proġetti appoġġati mill-UE; |
64. |
Jipprijoritizza l-appoġġ għal soluzzjonijiet tal-enerġija sostenibbli lokali u reġjonali u l-produzzjoni deċentralizzata, b'mod partikolari, sabiex il-prijoritajiet ta’ żvilupp jiġu allinjati ma’ kwestjonijiet ambjentali preokkupanti; |
65. |
Jinnota l-potenzjal kbir tal-enerġija rinnovabbli (l-enerġija solari, l-enerġija tar-riħ, l-enerġija ġeotermali u l-bijomassa) f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jimplimentaw proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni teknoloġija, għarfien espert u opportunitajiet ta’ investiment, peress li dan huwa vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, inaqqas id-dipendenza tal-pajjiżi fuq il-fjuwils fossili u jnaqqas il-vulnerabilità tagħhom inkwantu tibdil fil-prezzijiet tal-enerġija; |
66. |
Iħeġġeġ lill-UE tiżgura li l-ODA tal-UE għat-titjib tal-aċċess għall-enerġija tappoġġa l-iżvilupp tal-ekonomija lokali, l-impjiegi ambjentali u t-tnaqqis tal-faqar u li dan ma tkunx marbuta jew użata biex tissussidja l-intrapriżi tal-UE; jistieden ukoll lill-UE ma tħawwadx politiki għat-tkabbir tal-aċċess għall-enerġija għan-nies foqra mat-twettiq tal-miri tal-UE għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew mal-bżonnijiet tas-sigurtà tal-enerġija għaliha stess; |
67. |
Jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jinvestu fil-produzzjoni tal-ikel aktar milli fil-produzzjoni tal-bijokarburanti, sabiex jiżguraw il-provvista tal-ikel tagħhom; |
68. |
Itenni li l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandhom id-dover li jieħdu t-tmexxija fil-bini ta’ ekonomija globali b'livell ta’ karbonju baxx li hi meħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet kif meħtieġ; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu t-tmexxija fit-tnaqqis tal-emissjonijiet; |
69. |
Jirrikonoxxi li t-trattament tat-tibdil fil-klima u l-kisba tal-għanijiet ewlenin ta’ żvilupp huma għanijiet ta’ appoġġ reċiproku; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sforzi iktar sistematiċi għall-integrazzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima bbażati fuq l-ekosistema u miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju u l-mitigazzjoni ta’ diżastri, u jitlob għalhekk li jkun hemm approċċ olistiku li jintegra d-dimensjoni ambjentali fil-programmi u l-proġetti ta’ żvilupp, pereżempju billi jitjiebu r-regolamenti dwar it-trasferiment tal-iskart u l-qtugħ tas-siġar illegali; |
70. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-migrazzjoni tal-klima, fenomenu li xi uħud jistmaw li għandu jwassal 200 miljun ruħ iħallu djarhom sal-2050, hekk kif il-kondizzjonijiet fl-artijiet tagħhom imorru gradwalment għall-agħar, u jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi permezz tal-politika ta’ żvilupp biex tingħata assistenza u jitnaqqsu n-numru ta’ refuġjati, b'investiment fit-teknoloġiji, ir-riżorsi umani u l-għajnuna finanzjarja; |
71. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-integrazzjoni ma tistax tissostitwixxi l-provvediment ta’ riżorsi ġodda u addizzjonali li l-UE u donaturi oħra wiegħdu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ adattament tagħhom; jenfasizza li dan l-approċċ għandu jadotta approċċ lokali u/jew reġjonali biex jiġu indirizzati problemi speċifiċi ffaċċjati f'dawn l-oqsma u jfakkar li l-finanzjament għat-tibdil fil-klima - u l-beni pubbliċi b'mod ġenerali - m'għandhomx jiġu ffinanzjati mill-ODA u għandhom għalhekk ikunu ġodda u addizzjonali għall-impenji tal-Istati Membri ta’ 0.7 % tal-ING għall-ODA; |
72. |
Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni sostenibbli tal-iżvilupp urban bħala parti mill-aġenda internazzjonali kif ukoll tal-implimentazzjoni tagħha fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, li jkollu impatt benefiku fuq il-kwalità tal-ħajja tal-popli kollha tad-dinja u b'mod partikolari fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; |
73. |
Jinnota li l-iżvilupp sostenibbli jista' jinkiseb biss bit-tisħiħ tal-bini tal-kapaċità tal-pajjiżi riċevituri u bit-titjib tal-infrastruttura bażika; |
74. |
Jitlob l-inklużjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 (j) tal-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversità Bijoloġika, li hi pilastru għall-iżvilupp sostenibbli, fil-karti ta’ strateġija tal-pajjiż u reġjonali; |
75. |
Jirrikonoxxi li d-deforestazzjoni u l-importazzjoni mhux sostenibbli tal-injam fis-suq tal-UE kkontribwixxew għad-diżastri naturali u l-vulnerabilità tal-pajjiżi foqra u jitlob għalhekk lill-Kummissjoni u l-Kunsill tal-UE biex jintegraw fl-istrateġija tal-politika għall-iżvilupp il-ġdid, projbizzjoni sħiħa fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-injam illegali fl-UE; |
Sikurezza tal-ikel u agrikoltura
76. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-UE għandha tiffoka l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp fuq is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-promozzjoni ta’ produzzjoni agrikola organika sostenibbli fuq skala żgħira; jenfasizza l-bżonn li b’mod partikolari jiġi żgurat aċċess għall-bdiewa żgħar għall-mezzi ta’ produzzjoni (art, kapital protett ta’ ishma, żrieragħ, taħriġ, kreditu, konsulenza u servizzi ta’ għoti ta’ pariri), għal opportunitajiet ta’ ipproċessar u ta’ kummerċjalizzazzjoni u għal swieq lokali u transkonfinali; |
77. |
Jitlob, bi qbil mar-rapport IAASTD, għall-appoġġ għal tranżizzjoni lejn agrikoltura bijoloġika u ambjentalment sostenibbli, li tqis l-esperjenzi miksuba fil-produzzjonijiet fuq skala żgħira u li fl-istess ħin tirrappreżenta metodu effikaċi ta’ aġġustament ta’ għat-tibdil fil-klima; |
78. |
Jenfasizza l-importanza ta’ appoġġ speċifiku għan-nisa fl-agrikoltura, peress li r-riċerka turi li t-tnaqqis fid-differenzi bejn il-ġeneri fl-agrikoltura jista' jżid il-produzzjoni agrikola totali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'bejn 2.5 % u 4 %, u li n-nisa jonfqu parti kbira mid-dħul finanzjarju tagħhom fuq l-ikel, il-ħwejjeġ u l-edukazzjoni ta’ uliedhom; jitlob it-twarrib ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa u jitlob li l-politiki u l-programmi agrikoli jqisu aktar il-ġeneru; jenfasizza li n-nisa għandhom jitqiesu bħala sieħba ugwali fl-iżvilupp sostenibbli għall-iżvilupp agrikolu u s-sigurtà tal-ikel; |
79. |
Jinsisti li l-UE għandha tindirizza wkoll il-kawżi profondi tan-nuqqas ta’ sikurezza tal-ikel, inkluża responsabilità fqira rigward id-dritt għall-ikel, l-ispekulazzjoni fuq il-prezzijiet tal-ikel u l-‧ħtif tal-art‧; itenni li r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni għandha tqis l-obbligu tat-tisħiħ tal-PCD skont it-Trattat, kif ukoll il-kompetizzjoni ġusta, l-appoġġ għall-kapaċitajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-attività produttiva tagħhom stess; jitlob biex tittieħed azzjoni bl-għan li jintemm il-ħtif tal-art, l-użu mhux sostenibbli tal-art u tal-ilma, jiġu żgurati d-drittijiet għall-proprjetà ta’ proprjetarji żgħar jew bdiewa indiġeni u l-aċċess tagħhom għall-art għall-biedja, u jintemmu l-monopolji fuq iż-żrieragħ u d-dipendenza fuq pestiċidi speċjalizzati; |
80. |
Iqis li, biex wieħed jitma' popolazzjoni dinjija li hi mistennija taqbeż id-9 biljuni sal-2050, il-produzzjoni agrikola jkollha tiżdied b'70 % bejn issa u dak iż-żmien filwaqt li għandhom jintużaw inqas art, ilma u pestiċidi; jinnota li s-sigurtà globali tal-ikel hi kwistjoni urġenti ħafna għall-Unjoni Ewropea u jitlob azzjoni immedjata u konsistenti għall-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel kemm għaċ-ċittadini tal-UE u kemm fil-livell globali; |
81. |
Jenfasizza li l-iffaċjar tan-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel ifisser l-implimentazzjoni ta’ bosta azzjonijiet, minn setturi differenti, bħall-ġestjoni tar-riżorsi naturali lokali, l-infurzar mill-ġdid tal-produzzjoni u l-manifattura, it-taħriġ, l-istrutturar tal-organizzazzjonijiet professjonali, l-implimentazzjoni ta’ xibka ta’ sigurtà għal dawk l-iktar vulnerabbli, l-edukazzjoni u n-nutrizzjoni u wkoll id-diversifikazzjoni tal-impjiegi rurali lil hinn mill-agrikoltura biex jissaħħaħ id-dħul tal-familji rurali, li huma l-ewwel vittmi tal-ġuħ; |
82. |
Jinnota li l-ħtieġa tal-introduzzjoni ta’ metodi ta’ produzzjoni agrikoli mtejba, inkluż teknoloġiji li ma jiswewx ħafna flus, tal-provvediment tar-riċerka fl-agrikoltura, u t-tisħiħ tal-produttività, metya mqabbla mal-effiċjenza, fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex tissaħħaħ is-sostenibilità; |
83. |
Jitlob lill-UE u lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jippromwovu s-sjieda tal-art bħala għodda għat-tnaqqis tal-faqar, bit-tisħiħ tad-drittijiet tal-proprjetà u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kreditu għall-bdiewa, impriżi żgħar u komunitajiet lokali; |
84. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-akkwist attwali ta’ art għall-biedja mill-investituri barranin b'appoġġ tal-gvern, partikolarment fl-Afrika, li tirriskja li timmina s-sigurtà tal-ikel lokali u tikkawża skwilibriju soċjali mhux previst u wiesa', jekk dan ma jiġix ġestit b'mod adegwat; |
85. |
Jenfasizza li l-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd tal-UE (FPAs) għandhom jgħinu l-konsolidazzjoni tal-politiki dwar is-sajd tal-pajjiżi sieħba u jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex jiżguraw sajd sostenibbli fl-ilmijiet tagħhom u wkoll impjieg lokali f'dan is-settur; |
86. |
Jenfasizza li l-protezzjoni adegwata minn diżastri u mard li jittieħed marbutin mal-ilma, kif ukoll l-aċċess għal kwantitajiet suffiċjenti tal-ilma u l-kwalità tal-ilma, bi prezz raġonevoli mingħajr ma tkun kompromessa s-sostenibilità tal-ekosistemi ewlenin, sabiex ikunu ssodisfti l-ħtiġijiet bażiċi ta’ ikel, enerġija u ħtiġijiet oħrajn li huma essenzjali għal għajxien b'saħħtu u produttiv, għandha tkun aspett ewlieni tal-politika għall-iżvilupp; |
Trasparenza
87. |
Sabiex tiżdied it-trasparenza u l-aċċettazzjoni pubblika tal-proġetti ta’ żvilupp iffinanzjati bis-sħiħ jew parzjalment mill-UE jew mill-Istati Membri, jitlob li tinħoloq bażi ta’ dejta elettronika li tipprovdi informazzjoni dwar l-ODA; jemmen li din il-bażi ta’ dejta għandha tippermetti lill-utenti jsibu d-donaturi kollha tal-UE u jekk meħtieġ, proġetti u programmi tal-Aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti fil-pajjiżi rispettivi, min jiffinanzjawhom u liema organizzazzjoni timplimentahom; huwa tal-fehma li din għandha tkun faċli biex tintuża u aċċessibbli għal kulħadd permezz tal-Internet u li għandu jkollha funzjoni li tiffaċilita t-tfittxija ta’ informazzjoni speċifika permezz ta’ ġabra ta’ kriterji definiti minn qabel (donaturi, settur DAC, post, status tal-proġett, tip ta’ finanzjament u MDGs (u toffri ukoll tabelli u mapep ġeografiċi għal analiżi; jinnota li din it-tip ta’ bażi ta’ dejta hi essenzjali ukoll għall-koordinament u l-armonizzazzjoni msaħħa fost id-donaturi u l-allinjament mal-gvern tal-pajjiż riċevitur; |
*
* *
88. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(2) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(3) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2007 (09558/2007).
(4) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.
(5) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 15.
(6) ĠU C 4 E, 7.1.2011, p. 34.
(7) Testi adottati P7_TA(2010)0355.
(8) Testi adottati, P7_TA(2010)0210.
(9) Testi adottati, P7_TA(2010)0442.
(10) Testi adottati, P7_TA(2011)0082.
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/89 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment
P7_TA(2011)0322
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment (2010/2304(INI))
2013/C 33 E/09
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2010 dwar aċċess regolat għan-Netwerks ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-20 ta’ Settembru 2010 bit-titolu ‘Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment’ (COM(2010)0472), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 bit-titolu: “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Il-Broadband Ewropew: Investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment’ (TEN/434-435 - CESE 362/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2009 bit-titolu ‘Linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-faxx wiesa’ (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Awissu 2009 bit-tiolu ‘Rapport dwar il-Kompetittività Diġitali tal-Ewropa: Kisbiet ewlenin tal-istrateġija i2010 mill-2005 sal-2009” (COM(2009)0390) |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2009 bit-titlu ‘L-Internet tal-Oġġetti: Pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa’ (COM(2009)0278), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 bit-titolu "Ninvestu illum għall-Ewropa ta’ għada" (COM(2009)0036), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-20 ta’ Marzu 2006 bit-titolu ‘Bridging the Broadband Gap’ (Innaqqsu d-Distakk fir-rigward tal-Broadband) (COM(2006)0129), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ April 2006 bl-isem ‘i2010 eGovernment Action Plan: Accelerating eGovernment in Europe for the Benefit of All’ (COM(2006)0173), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2004 bit-titolu ‘e-Health - making healthcare better for European citizens: An action plan for a European e-Health Area’ (COM(2004)0356), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-Internet tal-Oġġetti (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu (5), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-internet (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar ‘Naħsdu l-benefiċċji kollha tad-dividend diġitali Ewropew’: Approċċ komuni għall-użu tal-ispettru rilaxxat mill-bidla diġitali (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2007 dwar it-tfassil ta’ politika Ewropea dwar il-Broadband (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-14 ta’ Frar 2007 ntitolata ‘Lejn politika Ewropea għall-ispettru radju-elettriku’ (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2006 dwar soċjetà ta’ l-informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2005 dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ottubru 1998 dwar il-globalizzazzjoni u s-soċjetà tal-informazzjoni: il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni internazzjonali msaħħa (12), |
— |
wara li kkunsidra l-qafas tal-UE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif emendat, b’mod partikolari d-Direttivi 2002/21/KE (Direttiva Qafas), 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), 2002/19/KE (Direttiva ta’ Aċċess), 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali), 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) u r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (Regolament BEREC), |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku COM(2008)0800, |
— |
wara li kkunsidra l-Anness III għar-Regolament emendatorju tal-Kunsill (KE) Nru 473/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 189 tat-Trattat ta’ Lisbona, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0221/2011), |
A. |
billi l-provvediment fl-UE kollha ta’ netwerks tal-broadband ta’ veloċità għolja huwa ta’ importanza vitali jekk għandhom jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija UE 2020, f’dawk li huma l-promozzjoni ta’ tkabbir ekonomiku territorjalment koeżiv li jkun intelligenti, sostenibbli, u inklussiv, it-titjib tas-sitwazzjoni tal-impjiegi, it-tisħiħ tal-kompetittività tal-Ewropa, l-iffaċilitar tar-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni u b’hekk ir-reġjuni, l-ibliet, il-muniċipalitajiet u s-setturi tas-soċjetà kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ambjent diġitali u tingħatalhom l-opportunità li jesplojtjaw teknoloġiji diġitali ġodda għas-servizzi pubbliċi, |
B. |
billi l-aċċess għall-broadband iseħħ minn ħafna pjattaformi(ram, kejbil, fibra, bla fili fiss u mobbli, satellita, eċċ.), attira utenti ta’ kull tip (bħalma huma konsumaturi, negozji, gvern, istituzzjonijiet pubbliċi u mingħajr qligħ, inklużi skejjel, libreriji, sptarijiet u aġenziji tas-sukurezza pubblika), li jużaw il-broadband għal għadd kbir ta’ servizzi (kummerċ elettroniku, twassil tal-kura tas-saħħa, komunikazzjoni bil-vuċi u bil-vidjo, divertiment, immaniġġjar ta’ flotot, servizzi governattivi, edukazzjoni, taħriġ għall-impjiegi, u ħafna aktar), u qed jippermetti l-applikazzjonijiet tat-tip minn magna għal magna (miters elettriċi intelliġenti u grilji intelliġenti, moniters tal-qalb bla fili, servizzi ta’ emerġenza, sistemi tal-allarm, telemetrija tal-vetturi, intraċċar tal-inventarju, u aktar), |
C. |
billi r-rikonoxximent u t-tħaddin ta’ diversi pjattaformi, utenti u servizzi bħala parti mill-ekosistema tal-broadband se jgħinu biex jiġi żgurat il-100 % tal-aċċess għall-broadband u se jwasslu l-ħafna benefiċċji tas-soċjetà li hemm assoċjati miegħu, li mbagħad, min-naħa tagħhom, jippromwovu l-adozzjoni tal-broadband 100 %, billi l-objettivi tal-UE għandhom jinkludu li r-reġjuni u s-setturi kollha tas-soċjetà jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ambjent diġitali, |
D. |
billi l-aċċess sostenibbli tal-infrastruttura u l-kompetizzjoni tas-servizzi, flimkien ma’ ffissar ta’ miri realistiċi, vijabbli, ‘minn fuq għal isfel’, se jagħmlu l-konnettività tal-ġenerazzjoni li jmiss disponibbli b’mod effiċjenti u konformi mad-domanda, |
E. |
billi l-politika tal-UE tal-broadband għandha tħejji t-triq għal żvilupp fejn l-UE tista’ tkun ta’ quddiem nett rigward l-aċċess għall-broadband, il-veloċitajiet, il-mobilità, il-kopertura u l-kapaċità tal-broadband; billi t-tmexxija globali fis-settur tal-ICT hija kruċjali għall-prosperità u l-kompetittività tal-UE; billi s-suq Ewropew bi kważi 500 miljun persuna konnessi mal-broadband ta’ veloċità għolja għandu jixpruna l-iżvilupp tas-suq intern, filwaqt li joħloq massa kritika globalment unika ta’ utenti, jesponi r-reġjuni kollha għal opportunitajiet ġodda u jagħti lill-utenti valur akbar u lill-UE l-kapaċità li tkun ekonomija bbażata fuq l-għarfien fuq quddiem nett fid-dinja; billi l-installazzjoni rapida tal-broadband hija essenzjali biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u lill-produttività, u biex jiġu stimolati l-SMEs ġodda u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, |
F. |
billi huwa essenzjali li jingħalaq id-distakk diġitali u jinkiseb broadband għal kulħadd fl-UE kollha għal valur miżjud Ewropew, speċjalment fir-rigward taż-żoni remoti u rurali, sabiex tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali u territorjali, |
G. |
billi l-broadband huwa importanti għall-implimentazzjoni tal-infrastrutturi teknoloġiċi l-ġodda, li huma meħtieġa għat-tmexxija xjentifika, teknoloġika u industrijali tal-UE, bħall-cloud computing, is-superkompjuters, l-internett tal-Oġġetti u l-ambjenti intelliġenti tal-kompjuters; ifakkar li l-aċċess xieraq għall-broadband u l-veloċità xierqa tal-broadband huma essenzjali għall-iżvilupp u l-użu effiċjenti ta’ tali teknoloġiji innovattivi tal-ICT; barra dan jinnota li dawn it-teknoloġiji u s-servizzi li jipprovdu huma maħsuba għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tan-negozji, inklużi l-SMEs, |
H. |
billi l-atturi pubbliċi jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-varar tal-broadband għal kulħadd u tal-Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) f’żoni li mhumiex servuti jew li mhumiex servuti biżżejjed; billi l-investiment pubbliku għandu jopera b’tali mod li jikkumplementa l-investiment privat u jsaħħaħ il-kompetizzjoni; billi l-investituri fl-NGA jridu jżommu f’idejhom inċentivi xierqa biex ikomplu jinvestu fil-broadband, |
I. |
billi s-settur privat investa mijiet ta’ biljuni ta’ euro f’faċilitajiet, servizzi, applikazzjonijiet u kontenut tal-broadband matul l-aħħar għaxar snin, iżda xorta mhux iċ-ċittadini kollha Ewropej esperjenzaw il-benefiċċji tal-broadband; billi l-promozzjoni tal-investiment privat u pubbliku għandha tkompli tkun il-mutur primarju tat-tkabbir tal-broadband fl-UE, |
J. |
fir-rigward tad-deċiżjoni meħuda mill-Konferenza Ministerjali għall-Unjoni għall-Mediterran tal-4 ta’ Novembru 2008 f’Marsilja biex jitnaqqas id-distakk diġitali bjen iż-żewġt ixtut tal-Mediterran, li rriżultat fil-proposta tal-BB-Med (il-broadband għall-Mediterran), |
Il-Broadband għal kulħadd
1. |
Jinnota li l-Komunikazzjoni tifforma parti waħda biss minn pakkett usa’, li jinkludi wkoll l-Aġenda Diġitali, l-Unjoni tal-Innovazzjoni, il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju u l-programmi ta’ finanzjament tal-UE u nazzjonali, bil-għan li tinħoloq sistema ta’ appoġġ reċiproku għal aktar żvilupp effiċjenti tan-netwerks u għall-aċċess għalihom u l-użu tagħhom, kemm jekk terrestri fissi u mobbli jew permezz tas-satellita; |
2. |
Jinnota li l-kunċett tal-broadband qiegħed jevolvi kostantament peress li l-għadd ta’ pjattaformi kiber u l-bażi ta’ konsumaturi u l-firxa ta’ utenti mmultiplikaw b’mod esponenzjali: il-broadband issa mhux biss jirrigwarda l-aċċess għall-internet, l-anqas ma huwa limitat għall-interazzjoni diretta tal-bnedmin hekk kif il-konnessjonijiet u l-applikazzjonijiet bejn makna u oħra qed jipproliferaw rapidament; |
3. |
Jinnota li t-traffiku tad-data kemm fiss u kemm mobbli qed jikber esponenzjalment u li għadd ta’ azzjonijiet, bħalma huma aktar allokazzjonijiet armonizzati għall-ispettru għall-broadband bla fili, żieda fl-effiċjenza tal-ispettru u l-varar rapidu tan-netwerks tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA), se jkunu kruċjali għall-ġestjoni ta’ din iż-żieda; |
4. |
Iqis għalhekk li l-objettiv irid ikun li tiġi stabbilita tmexxija globali min-naħa tal-UE fl-infrastruttura tal-ICT; bil-għan li jintlaħaq dan l-objettiv, 100 % tal-kopertura bażika bil-broadband għandu jitwassal lill-Ewropej kollha sas-sena 2013, fejn jingħataw servizz ta’ mill-anqas 2 Mbps lill-utenti kollha fiż-żoni rurali u veloċitajiet ħafna aktar għolja lill-utenti f’żoni oħra; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn il-fatt li, bil-għan li jiġi oppost u pprevenut distakk diġitali, il-kopertura bażika fiż-żoni rurali se jkollha bżonn tqis ir-rekwiżiti li qed dejjem jiżdiedu ta’ trasmissjoni għal servizzi tal-internet innovattivi bħalma huma l-gvern elettroniku, is-saħħa elettronika jew it-tagħlim elettroniku; hu tal-fehma li, meta jkun qed jitqies kif għandhom jiġu ffinanzjati dawn il-miri, għandha tiġi kkunsidrata bir-reqqa l-kompetizzjoni bil-għan li jiġi evitat it-tgħawwiġ tas-suq u sabiex is-suq ikun jista’ jipprovdi soluzzjonijiet mill-bidu nett; |
5. |
Jinnota li, biex inkunu fit-triq it-tajba għall-mira ta’ 100Mbps, sal-2015 madwar 15 % tal-unitajiet domestiċi tal-UE għandhom ikollhom abbonamenti b’tal-anqas dik il-veloċità; |
6. |
Ifakkar kemm hu importanti li jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali, jiġifieri li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkollhom aċċess għal veloċitajiet tal-broadband ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 u li jsir possibbli għall-UE li jkollha l-ogħla veloċitajiet u kapaċità tal-broadband possibbli; jenfasizza li, biex jintlaħqu l-miri tal-broadband tal-UE 2020, l-Aġenda Diġitali trid tistabbilixxi punti ta’ riferiment għas-snin intermedjarji 2013, 2015, u 2018, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali; |
7. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jsir l-aħjar użu tat-teknoloġiji disponibbli kollha, inklużi dawk mobbli u dawk tas-satellita, biex tinkiseb il-kopertura bil-broadband fiż-żoni rurali, fir-reġjuni muntanjużi u fil-gżejjer bl-aktar mod kosteffettiv, mingħajr piżijiet żejda fuq il-konsumaturi, ir-reġjuni tal-Istati Membri jew l-industrija; |
8. |
Jinnota li l-allokazzjoni fil-ġejjieni tal-ispettru tar-radju għandha twitti t-triq għat-tmexxija Ewropea fl-applikazzjonijiet bla fili u fis-servizzi l-ġodda; jirrimarka li l-aċċess għall-faxex ta’ frekwenza baxxa tar-radju, bil-karatteristiċi ta’ propagazzjoni tagħhom li jappoġġaw kopertura fuq żoni vasti, huwa kruċjali għall-iffaċilitar tal-kopertura bil-broadband bla fili fiż-żoni rurali, fir-reġjuni muntanjużi u l-gżejjer, u b’hekk jinfetaħ l-aċċess għas-servizzi prevedibbli kollha tal-internet; jenfasizza li l-Ewropa għandha tibqa’ fuq quddiem nett tar-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni teknoloġika fil-qasam tas-servizzi bla fili; jinnota li huwa essenzjali li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-infrastrutturi tal-broadband, inkluż it-tagħmir tal-utenti fuq il-post, sabiex jiġu assistiti l-aċċettazzjoni u x-xiri tas-servizzi tal-internet tal-broadband bis-satellita fuq bażi finanzjarjament aċċessibbli fiż-żoni rurali, fir-reġjuni muntanjużi u tal-gżejjer, u li l-utenti jiġu mgħejjuna biex ikollhom aċċess għas-servizzi tal-internet previsti kollha; |
9. |
Jirrakkomanda l-iffaċilitar tal-isfruttar fil-pront tad-‘Dividend Diġitali’ għas-servizzi ġodda tal-broadband mobbli permezz ta’ approċċ pan-Ewropew li jkun armonizzat u teknoloġikament newtrali, li jagħti ekonomiji ta’ skala u jevita l-kwistjonijiet detrimentali tal-interferenza transkonfinali, filwaqt li ma jinterferix mar-riċeviment tat-TV/HDTV Diġitali fuq il-bażi tal-istandards internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tappoġġa l-proġetti u l-esperimenti bl-‘ibliet bla fili’; |
10. |
Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-istituti tat-tagħlim u tar-riċerka jkollhom aċċess għall-infrastrutturi tal-broadband bil-għan li tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni libera tal-għarfien għall-finijiet tat-tħejjija tal-ġenerazzjonijiet iż-żgħar u biex l-UE ssir kompetittiva; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżviluppaw programmi Ewropej u nazzjonali biex jiffaċilitaw u jipprovdu l-iffinanzjar għall-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband għall-istituzzjonijiet kollha tat-tagħlim u r-riċerka sal-2015; jikkunsidra li sal-2015 l-istituzzjonijiet kollha Ewropej tar-riċerka u akkademiċi għandhom ikunu konnessi b’netwerks b’Gbps ultraveloċi, u b’hekk jinħoloq l-intranet għaż-żona tar-riċerka unika Ewropea; |
11. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu u jestendu l-konnettività ta’ aċċess miftuħ ta’ veloċità għolja għall-infrastrutturi pubbliċi importanti (skejjel, sptarijiet u istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn) li jinsabu f’żoni remoti, bħala mezz biex itejbu s-servizz pubbliku u jankraw il-konnettività b’veloċità għolja fir-reġjuni remoti, biex b’hekk inaqqsu l-ispejjeż tal-investiment għad-distribuzzjoni lokali privata; |
12. |
Jissuġġerixxi li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jimplimentaw politiki pubbliċi biex jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u li tkun promossa l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ tagħlim diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u mal-pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-UE; |
13. |
Ifakkar li t-teknoloġiji l-ġodda u l-aċċess għall-konnessjonijiet ta’ veloċità għolja għandhom impatt pożittiv fuq l-edukazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi joħolqu opportunitajiet tajba għat-tagħlim mill-bogħod b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi, għall-informazzjoni, għall-komunikazzjonijiet u għar-rikreazzjoni; |
14. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal investiment sostnut fir-riċerka fi ħdan l-UE għat-teknoloġiji futuri tal-komunikazzjoni kemm fit-telefonija fissa u f’dik tal-mowbajl; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa inizjattivi konġunti ta’ teknoloġija f’dawn l-oqsma, billi tinvolvi l-universitajiet, l-istituti ta’ riċerka, il-manifatturi tat-tagħmir u l-fornituri tas-servizz u tal-kontenut; iqis li dawn il-pjattaformi jipprovdu l-aħjar mezzi biex tiġi żviluppata u sfruttata t-teknoloġija ġdida u jipprovdu vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-UE; |
15. |
Jinnota li, ix-xandara għandhom ikunu kapaċi joffru kontenut awdjoviżiv pluralistiku ta’ standard għoli, billi jużaw pjattaformi ta’ xandir eżistenti, inklużi pjattaformi terrestri kif ukoll netwerks tal-broadband, b'mod partikolari għal servizzi fuq talba, sakemm dawn in-netwerks tal-broadband jissodisfaw l-istess rekwiżiti f'termini tal-kwalitià tas-servizz u jimmassimizzaw l-effiċjenza tal-ispettru u l-kopertura tagħhom; |
16. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, bil-għan li tinħoloq struttura koerenti, konsistenti u effettiva tal-UE li tiġbor flimkien ir-riżorsi kollha biex ikunu jistgħu jintużaw b’mod effiċjenti, tippreżenti b’mod urġenti proposta xierqa għal pjan strateġiku li jkun fih qafas uniku għall-aspetti kollha tas-sigurtà ċibernetika tal-UE, tiżgura l-ħarsien sħiħ u l-abilita ta’ rkupru tal-infrastrutturi tan-netwerks u tal-informazzjoni kritika, inklużi standards minimi ta’ sikurezza u ċertifikazzjonijiet, terminoloġija komuni, ġestjoni tal-inċidenti ċibernetiċi u pjan direzzjonali dwar is-sigurtà ċibernetika; hu tal-fehma li tali pjan għandu jiddefinixxi l-kontribuzzjonijiet rekwiżiti minn kull attur, inkluża l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-ENISA, il-Europol, il-Eurojust, l-UE u t-timijiet nazzjonali bil-kompjuter għar-reazzjoni għall-emerġenzi u korpi u awtoritajiet oħra relevanti tal-UE u nazzjonali, kif ukoll is-settur privat, u wkoll jindirizza r-rwol u r-rappreżentanza tal-UE internazzjonalment; |
17. |
Iqis li l-obbligi universali tas-servizz jistgħu eventwalment isiru inċentiv addizzjonali mal-iżvilupp tal-broadband u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex malajr teżamina mill-ġdid l-ambitu tas-servizz universali f’dan ir-rigward; |
18. |
Jistieden lill-Istati Membri biex, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha, jistabbilixxu pjanijiet tal-broadband nazzjonali u jadottaw pjanijiet operazzjonali b’miżuri konkreti biex jimplimentaw il-miri tal-2013 u l-2020 stipulati fl-Aġenda Diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tistudja dawn il-pjanijiet, tipproponi soluzzjonijiet ottimi u tikkoordina l-implimentazzjoni tagħhom mal-Istati Membri; |
Il-Broadband għat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-kompetittività globali
19. |
Iqis li huma meħtieġa netwerks u servizzi ġodda ta’ veloċità għolja biex tiġi inkoraġġita l-kompetittività internazzjonali tal-UE u biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja; |
20. |
Jemmen li l-kombinazzjoni tal-kompetizzjoni u l-miri magħżula bl-attenzjoni, kemm fl-infrastruttura kif ukoll fis-servizzi, tipprovdi l-aħjar bażi għall-investiment sostenibbli, l-innovazzjoni u l-aċċettazzjoni u x-xiri; madankollu jenfasizza li f’xi każijiet aktar kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati tista’ trawwem ukoll l-investimenti; |
21. |
Iqis li n-netwerks tal-broadband ta’ kapaċità għolja u l-fibra fin-netwerks ta’ aċċess (FTTH jew ‘il-fibra ottika sad-dar tal-utent’) huma essenzjali mill-perspettiva kemm tal-utenti finali u l-ħtiġijiet tagħhom fil-ġejjieni u kemm tal-iżvilupp ekonomiku, meta wieħed iqis l-użu dejjem aktar estensiv tal-applikazzjonijiet tal-broadband; |
22. |
Jirrakkomanda li jiġi promoss suq kompetittiv għall-investiment f’infrastruttura tal-broadband fissa kif ukoll mingħajr fili, u għall-użu tagħha; jinnota li suq kompetittiv huwa katalist għall-investiment addizzjonali u għall-innovazzjoni min-naħa tal-fornituri tal-komunikazzjonijiet, tal-applikazzjonijiet u tal-kontenut, kif ukoll pjattaforma vitali għall-ekonomija diġitali; jirrikonoxxi l-fatt li pjattaforma tal-broadband robusta se tgħaqqad il-gvern, l-utenti individwali u dawk kummerċjali f’postijiet fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, u li għalhekk l-UE u l-Istati Uniti b’mod partikolari għandhom isegwu aġendi kuraġġjużi biex jippromwovu l-broadband; |
23. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Kommunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u lill-fornituri tas-servizzi jaħdmu biex sal-2013 isibu approċċ komuni lejn it-tisħiħ tas-suq uniku għan-negozju u l-komunikazzjonijiet madwar l-UE kollha; |
24. |
Jenfasizza, bil-ħsieb li jiġu rrealizzati swieq mobbli kompetittivi, l-importanza tal-allokazzjoni kompetittiva u f’waqtha ta’ spettru għall-broadband bla fili permezz tal-Programm ta’ Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, u jistieden lill-Istati Membri biex sal-2013 jagħmlu disponibbli l-faxxa tat-800MHz, filwaqt li jirrispettaw is-servizzi eżistenti; |
25. |
Ifakkar li d-dinja diġitali u l-ICT huma muturi tal-innovazzjoni u li l-aċċess għal broadband ta’ veloċità kbira għaldaqstant huwa prekundizzjoni essenzjali fis-Sħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni (EIPs) kollha, peress li ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni miċ-ċittadini; |
26. |
Jenfasizza l-importanza tal-akkwist pubbliku prekummerċjali ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-R&D għas-setturi msemmija bħala mezz biex jiġi stimulat ċiklu virtuż ta’ żvilupp teknoloġiku u domanda għal servizzi tal-broadband ta’ veloċità għolja; |
27. |
Huwa tal-fehma li l-finanzjament pubbliku allokat għas-servizzi tal-broadband jista’ jipprovdi l-ispinta effettiva għall-kompetittività tar-reġjuni tal-UE jekk jiġi dirett għal ġol-iżvilupp ta’ infrastruttura aġġornata ta’ ġenerazzjoni ġdida b’kapaċità għolja ta’ trażmissjoni f’żoni fejn hemm nuqqas mill-akbar ta’ konnessjoni tal-broadband; jemmen li żoni bħal dawn, b’mod partikolari dawk b’bażi industrijali kbira u li għandhom densità għolja ta’ popolazzjoni, jistgħu jibbenefikaw malajr ħafna mill-potenzjal innovattiv u kreattiv tas-servizzi l-ġodda disponibbli għall-individwi u għan-negozji; |
28. |
Iqis li l-estensjoni tan-netwerks tal-broadband, prinċipalment fiż-żoni rurali, se tiffaċilita titjib fil-komunikazzjonijiet, partikolarment għal persuni b’mobilità mnaqqsa jew li jgħixu f’kundizzjonijiet iżolati, kif ukoll se ttejjeb l-aċċess għal servizzi u tħeġġeġ l-iżvilupp tas-SMEs f’żoni rurali, u b’hekk tgħin biex jinħolqu impjiegi ġodda u jiġu żviluppati servizzi ġodda f’dawn il-postijiet; |
29. |
Jiddispjaċih li l-EUR 1 biljun ta’ finanzjament imħabbar fl-2008 fil-pjan għall-irkupru ekonomiku Ewropew b’referenza għal koperutura ta’ 100 % bil-broadband sa tmiem l-2010 ma ġiex allokat u li dan l-objettiv ma ntlaħaqx; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw l-ammonti meħtieġa biex tintlaħaq il-mira li sal-2013 tiġi żgurata kopertura ta’ 100 % bil-broadband meta l-qafas finanzjarju multiannwali attwali jiġi rieżaminat; |
30. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi stabbilit suq uniku diġitali kompetittiv li jaħdem bħala xprun biex is-suq intern jinfetaħ għaċ-ċittadini kollha tal-UE; jitlob għall-istabbiliment ta’ ‘punt uniku ta’ riferiment’ fir-rigward tal-VAT f’kull Stat Membru sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ elettroniku transkonfinali għall-SMEs u l-imprendituri; |
31. |
Isostni li d-domanda għolja għall-konnettività, li simultanjament tkabbar il-profil tal-ekonomija onlajn tal-UE, tikkontribwixxi biex l-UE tkun lesta għan-netwerks u twieġeb għat-tibdil fis-soċjetà li qed iseħħ fis-suq uniku, għandha tiġi appoġġjata mill-fondi xierqa u minn infrastruttura solida ta’ kompetizzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-proġett tal-Broadband Ewropew; |
32. |
Jenfasizza li s-servizzi tal-broadband huma essenzjali għall-kompetittività tal-industrija tal-UE u jikkontribwixxu bil-kbir għat-tkabbir ekonomiku tal-UE, għall-koeżjoni soċjali u għall-impjiegi ta’ kwalità, kif ukoll għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni u l-gruppi soċjali kollha fil-ħajja diġitali fl-UE; jemmen li l-implimentazzjoni b’suċċess tal-‘Pakkett tal-Broadband’ hija kritika biex jiġi ttrattat b’mod determinat il-qgħad, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, permezz tal-provvediment ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv fl-Ewropa kif previst mill-istrateġija Ewropa 2020; |
33. |
Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ssejjaħ Assemblea Diġitali f’Ġunju tal-2011; |
L-inċentivizzar tal-investiment u l-kompetizzjoni
34. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-miżuri min-naħa tal-Istati Membri u s-settur tal-industrija li jkunu mmirati biex jipprovdu l-broadband għal kulħadd, jiġu ffukati fuq in-naħa tad-domanda u jevitaw li jgħawġu s-suq jew li joħolqu piż bla bżonn fuq is-settur; |
35. |
Jinnota li r-riskji potenzjali involuti fil-bini ta’ infrastruttura tal-broadband tal-ġenerazzjoni li jmiss li tkun tiswa ħafna huma qawwija, b’perjodi twal ta’ ħlas lura; jistqarr li r-regolamentazzjoni m’għandhiex tiskoraġġixxi l-investimenti f’din l-infrastruttura u għandha tiżgura li l-parteċipanti kollha tas-suq ikollhom inċentivi suffiċjenti biex jinvestu; |
36. |
Jisħaq li l-ispiża tal-investimenti tal-infrastruttura teħtieġ li tiġi ffinanzjata mis-suq; jinnota, madankollu, li, fejn x’aktarx li ma tiġix installata infrastruttura miftuħa permezz ta’ forzi tas-suq f'perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-qafas tal-għajnuna tal-istat għall-broadband u l-użu speċifikat tal-fondi Komunitarji, inkluż permezz tal-BEI, il-fondi strutturali u l-FAEŻR, jistgħu jkunu l-aktar mezz kumplementari progressiv biex jiġi aċċellerat il-varar tal-broadband; jistieden lill-Kummissjoni ħalli fir-rieżami tagħha tal-linji gwida tal-għajnuna tal-istat fir-rigward tal-broadband tipprovdi qafas stabbli u konsistenti li jkun jappoġġja l-kompetizzjoni u l-investiment effiċjenti fin-netwerks miftuħa u tippermetti l-allokazzjoni flessibbli ta’ fondi tal-UE fiż-żmien tal-perjodi ta’ programmar rispettivi; |
37. |
Jappoġġa l-miżuri kollha li se jgħinu biex jonqsu l-ispejjeż tal-inġinerija ċivili u jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm servizzi innovattivi biex jiġu stimulati l-aċċettazzjoni u x-xiri; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi ħiliet u kompentenzi ġodda biex jiġu pprovduti servizzi innovattivi u biex inkunu nistgħu nadattaw ruħna għall-bidla teknoloġika, u jqis li l-investiment f’netwerks ġodda, miftuħa u kompetittivi għandu jiġi sostnut minn miżuri meħuda mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali ħalli jitnaqqsu l-ispejjeż; jitlob li jiġu allokati fondi pubbliċi (nazzjonali u tal-UE) għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-komunikazzjonijiet bil-broadband fiż-żoni iżolati, li għandhom popolazzjoni baxxa u mifruxa jew li huma ultraperiferiċi li mhumiex attraenti biżżejjed għall-fornituri f’dak li jirrigwarda l-kost imqabbel mal-benefiċċji; |
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ gwida aħjar dwar l-investiment fil-broadband għall-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li jiġi inkoraġġit l-assorbiment sħiħ tal-fondi tal-UE, peress li l-figuri tal-infiq għall-Fondi Strutturali jissuġġerixxu li r-reġjuni jsibuha diffiċli biex jassorbu l-fondi disponibbli u biex jimmirawhom għal proġetti tal-broadband; jikkunsidra li l-għajnuna statali għall-investiment tal-broadband għandha tintuża f’sinerġija mal-fondi strutturali biex tistimula l-intraprenditorija lokali u l-ekonomija lokali, jinħolqu impjiegi lokali u tiġi promossa l-kompetizzjoni fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet; jemmen li biex isir użu massimu mill-fond pubbliku limitat, kemm jekk direttament mill-Istati Membri jew inkella permezz tal-UE, tali fondi jeħtieġ li jkollhom fowkus ċar fuq dawk il-proġetti fejn jista’ jkun mistenni li jkollhom l-effett massimu f’investiment privat bil-għan li jkomplu jiżdiedu l-kopertura u l-kapaċità; jenfasizza l-ħtieġa għal fondi pubbliċi jew self preferenzjali, f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna statali, li għandha tiġi mmirata lejn evidenza futura, fit-tul u infrastrutturi miftuħa li jappoġġjaw il-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur; |
39. |
Jenfasizza li azzjonijiet f’dan il-qasam jitwettqu predominantement fuq livell lokali, u jappoġġa l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżviluppa u ttejjeb mekkaniżmi li se jippermettu li l-protagonisti lokali jiksbu l-informazzjoni rilevanti sabiex inaqqsu l-ispejjeż tal-investimenti; iqis li, sabiex il-pjanijiet tal-broadband isiru operattivi għalkollox, mhux biss il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jikkooperaw, iżda l-awtoritajiet reġjonali u lokali ukoll għandhom jiġu involuti fit-tfassil tal-pjanijiet; |
40. |
Jagħraf il-fatt li ċ-ċertezza regolatorja hija meħtieġa biex jiġi promoss l-investiment u biex jiġu indirizzati l-barrieri fin-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN) jsegwu politiki prokompetittivi li jiżguraw it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni fis-suq tal-bejgħ tal-telekomunikazzjonijiet bl-ingrossa, ħaġa li tħalli lill-kompetituri kollha jkollhom aċċess ġust għall-infrastruttura; jistieden lill-Istati Membri.jikkonformaw mar-regoli tal-UE rigward it-telekomunikazzjonijiet u jistieden lill-ARN jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-NGA; jistieden lill-Kummissjoni tapplika aktar elementi li jinċentivizzaw l-investiment fil-qafas regolatorju u tipprovdi stimolu biex jintużaw sinerġiji mill-proġetti tal-infrastruttura; |
41. |
Jenfasizza l-importanza tas-swieq kompetittivi fil-kisba ta’ broadband li jkun għall-but ta’ kulħadd, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi implimentat malajr mill-Istati Membri u l-ARN il-qafas rivedut tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE u r-Rakkomandazzjoni dwar l-Aċċess tal-Ġenerazzjoni Li Jmiss; |
42. |
Jinnota l-ħtieġa għal linji gwida ċari għall-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-fondi jiġu diretti f’waqthom lejn objettivi tal-broadband ewlenin filwaqt li jiġu rispettati l-effiċjenza u l-proporzjonalità tal-ispiża tal-miżuri; |
43. |
Jitlob li jiġi stabbilit qafas li jkun jirrispetta l-investimenti għall-NGA u għall-aċċess ta’ veloċità għolja bla fili (mobbli u bis-satellita) li, inter alia, jiżgura ċ-ċertezza legali u jippromwovi l-investiment, il-kompetizzjoni u n-newtralità tat-teknoloġija, filwaqt li jħalli l-għazliet tat-teknoloġija f’idejn is-suq; |
44. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess nondiskriminatorju għax-xogħlijiet ċivili u jiffaċilitaw l-aċċess għat-tubi, u b’hekk jitbaxxa sostanzjalment il-livell ta’ limitu għall-investimenti; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni, b’appoġġ mill-Istati Membri, tagħmel mappa li turi ż-żoni li mhumiex servuti u ż-żoni li mhumiex servuti biżżejjed; |
46. |
Jinnota li bil-għan li jiġu massimizzati d-disponibilità u l-adozzjon tal-broadband, il-politika tal-UE trid tinkoraġġixxi l-installazzjoni ta’ netwerks, applikazzjonijiet, tagħmir ta’ aċċess, servizzi u kontenut li jkunu effiċjenti u finanzjarment aċċessibbli; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżviluppaw servizzi elettroniċi tal-gvern, tad-demokrazija, tat-tagħlim u tas-saħħa, li se jagħtu spinta lid-domanda għall-broadband; |
47. |
Jenfasizza li fejn il-forzi tas-swieq huma kapaċi jwasslu l-aċċess kompetittiv għall-broadband, il-politika tal-gvern għandha tippromwovi l-investiment u l-innovazzjoni min-naħa tas-settur privat billi tneħħi l-ostakoli għall-installar; |
48. |
Jappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex jittejjeb l-iffinanzjar ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi, u jenfasizza l-ħtieġa li tali finanzjar ikun dirett lejn proġetti ta’ infrastruttura miftuħa li jappoġġaw diversità ta’ servizzi; |
49. |
Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu esplorati sorsi ġodda ta’ finanzjament u strumenti tal-iffinanzjar innovattivi; għal dak il-għan jappoġġa l-ħolqien ta’ sistema ta’ bonds għall-proġetti tal-UE li, f’kollaborazzjoni mal-BEI u ggarantita mill-baġit tal-UE, se tirrispondi għal-lakuna fil-finanzjament attwali kkaġunata mir-riluttanza min-naħa tal-investituri privati u l-limitazzjonijiet serji li hemm fuq il-baġits nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex mill-aktar fis possibbli tressaq proposti leġiżlattivi konkreti għall-implimentazzjoni ta’ dan is-sors alternattiv ta’ finanzjament għal proġetti maġġuri ta’ infrastruttura li għandhom valur miżjud Ewropew; |
50. |
Ikompli jinkoraġġixxi l-investiment xieraq tas-settur pubbliku u mudelli organizzattivi, b’mod partikolari bl-involviment tal-awtoritajiet lokali, is-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u skemi ta’ inċentivi tat-taxxa għall-varar ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi; jenfasizza kemm hu importanti li l-politiki tal-gvern jiġu kkoordinati fil-livelli kollha; |
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiftiehmu dwar Patt tal-UE għall-Installar tal-Broadband bil-għan li l-programmi ta’ finanzjament nazzjonali u Ewropej u l-investiment privat jiġu koordinati b’mod aktar effettiv, skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna tal-Istat, filwaqt li jiġu speċifikati bħala mira ż-żoni rurali b’mod partikolari, u tiġi żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa b’indikaturi konsistenti tal-output fuq skala tal-UE kollha; |
52. |
Jitlob li jiġi stabbilit task force tal-UE ta’ livell għoli waħdanija b’rappreżentanza tal-partijiet interessati relevanti kollha, inklużi l-utenti u l-fornituri ta’ netwerks u servizzi elettroniċi, l-ARN u l-BEREC, biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ strateġija futura tal-infrastruttura tal-ICT; |
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssalvagwardja l-prinċipji tan-newtralità u tal-ftuħ tal-internet u tippromwovi l-abilità tal-utenti aħħarija li jidħlu għall-informazzjoni u jiddistribwuha u li joperaw applikazzjonijiet u servizzi li jagħżlu huma; jagħti istruzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk l-implimentazzjoni tal-qafas rivedut tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE għadhiex il-ħtieġa ta’ regoli ta’ gwida speċifiċi; |
54. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu liema miżuri jistgħu jittieħdu biex jiġi faċilitat il-penetrazzjoni tas-swieq min-naħa ta’ operaturi ġodda bil-għan li jitħeġġeġ ambjent kompetittiv; |
55. |
Jenfasizza li l-miżuri regolatorji meħuda mill-Istati Membri fir-rigward tal-impożizzjoni tas-separazzjoni funzjonali, għandhom jittieħdu biss bħala miżura eċċezzjonali wara analiżi tal-impatt mistenni dwar l-awtorità regolatorja, l-impriża, b’mod partikolari l-ħaddiema tagħha u l-inċentivi tagħha biex tinvesti fin-netwerk tagħha; din l-evalwazzjoni tal-impatt għandha tiġi diskussa mal-partijiet interessati kollha, inklużi r-rappreżentanti tal-ħaddiema; |
Il-benefiċċji għall-konsumatur
56. |
Jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproduċi gwida dwar l-ikkostjar u n-nondiskriminazzjoni, prinċipji ewlenin fil-qafas tal-UE, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-kompetizzjoni fin-netwerks veloċi u ultraveloċi u tippermetti lill-operaturi kollha aċċessaw ekwu għall-infrastruttura, bil-għan li tiġi żgurata għażla wiesgħa ta’ servizzi, rati ta’ aċċess ekwi għan-netwerks u prezzijiet għall-but tal-konsumaturi, u tagħti inċentivi għall-investiment effiċjenti u għall-qlib rapidu għan-netwerks veloċi u ultraveloċi; |
57. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-esklużjoni diġitali soċjali u impedimenti oħra li s’issa żammew xi popolazzjonijiet barra mis-sistema tal-internet, b'mod partikolari l-komunitajiet bi dħul baxx u l-persuni b'diżabilità, u jistedinhom jirrikjedu li l-partijiet interessati kollha jipprovdu: it-taħriġ u l-aċċess pubbliku għas-servizzi tal-broadband, l-assistenza ekonomika għall-akkwist tas-servizzi u t-tagħmir tal-broadband, u inċentivi għall-iżvilupp tat-teknoloġija u l-kontenut immirati lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti; |
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li naslu fi stat fejn ikollna servizzi interattivi fattibbli u jkun jista’ jsir il-monitoraġġ tal-miri tal-broadband, tispeċifika aktar karatteristiċi kwalitattivi tal-aċċess għall-broadband, inklużi l-veloċitajiet biex tniżżel u ttella’, il-ħinijiet ta’ stennija jew dewmien, il-veloċitajiet esperjenzati mill-utenti u l-karatteristiċi metieġa għall-prestazzjoni effiċjenti ta’ tali servizzi; jilqa’ x-xogħol tal-Kummissjoni fuq l-iżviluppar ta’ metodoloġija biex jitkejlu l-aspetti relevanti tal-esperjenza attwali tal-utenti; |
59. |
Jisħaq id-differenza bejn il-veloċitajiet teoretiċi tan-netwerk u l-esperjenza tal-utent attwali peress li l-esperjenza tal-utent hija marbuta wkoll mal-kapaċità u l-konġestjoni tal-websajt eċċ; jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-BEREC, tirfina l-qisien tagħha tal-veloċitajiet tal-broadband li jitwasslu u taġġusta l-miri tagħha skont dawn il-qisien, u jistieden lill-BEREC jiżviluppa linji gwida tal-UE biex jiżgura li l-veloċitajiet tal-broadband reklamati jirriflettu b’mod xieraq il-veloċitajiet medji għat-tligħ u t-tniżżil li l-utenti jistgħu fil-fatt jistennew u biex jiżgura informazzjoni komprensiva għall-konsumatur dwar is-servizzi offruti, bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza fuq il-benefiċċji tat-teknoloġija ġdida, tiġi promossa l-komparabilità u tittejjeb il-kompetizzjoni; jitlob lill-GRET jiżgura li, fl-interess tat-trasparenza, jkunu rreklamati b'mod ġust il-veloċitajiet tipiċi tal-broadband li jesperjenzaw il-konsumaturi u l-benefiċċji tat-teknoloġija l-ġdida għall-applowdjar u għad-dawnlowdjar mill-internet; jistieden lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jieħdu miżuri kontra l-fornituri li ma jikkonformawx mar-rakkomandazzjonijiet tal-GRET; |
60. |
Itenni l-importanza ta’ servizzi futuri b’veloċità għolja li jagħtu l-effiċjenza tal-enerġija tal-UE, l-objettivi ta’ sigurtà u kapaċitajiet oħra ta’ komunikazzjoni (pereżempju sistemi tat-trasport effiċjenti u intelliġenti, sistemi ta’ komunikazzjoni persuna għall-persuna, persuna għall-magna u magna għall-magna); |
61. |
Josserva li, meta mqabbla mat-teknoloġija tal-lum, in-netwerks ġodda tal-fibra ottika joffru lill-konsumaturi aċċess ta’ kwalità għolja b'veloċitajiet konsistentement ogħla; iqis li jagħmel sens li l-broadband abbażi tal-fibra ottika jingħata prijorita f'dawk iż-żoni fejn fit-tul jirrappreżenta l-aktar soluzzjoni ekonomika u sostenibbli; |
62. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport kull sena lill-Parlament dwar dak li hemm offrut u l-għażliet fir-rigward tal-broadband effettivament disponibbli għall-utenti fl-UE kif ukoll dwar il-progress li jsir lejn l-implimentazzjoni tal-qafas għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-rakkomandazzjoni tal-NGA; |
63. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fil-qasam tan-netwerks WiFi b’veloċità għolja fit-trasport pubbliku li jkunu aċċessibbli u bla ħlas; |
64. |
Jenfasizza li l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, flimkien mal-internet broadband, huwa opportunità kbira biex ikomplu jittejbu l-komunikazzjoni u d-djalogu bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; |
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ b’valutazzjonijiet aktar dettaljati rigward l-impatt li ċertu teknoloġiji relatati mal-broadband, b’mod partikolari s-sistemi tal-komunikazzjoni persuna lil persuna, persuna lil magna u magna lil magna, jista’ jkollhom fuq is-saħħa; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE biex tikkontrolla u tevalwa kostantement ir-riskji tas-saħħa tal-internet bla fili ħalli ċ-ċittadini ma jiġux esposti għal radjazzjoni ta’ ħsara għas-saħħa; |
Inizjattivi Elettroniċi: il-promozzjoni tad-domanda
66. |
Jitlob li jittieħdu miżuri speċifiċi biex jiġi żgurat li l-SMEs ikunu jistgħu jgawdu għalkollox il-potenzjal tal-broadband fl-oqsma tal-kummerċ elettroniku u tal-akkwist elettroniku; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel skambju tal-aħjar prattiki u tikkunsidra programm speċifiku għall-SMEs u għall-konnettività bil-broadband bħala parti mill-Aġenda Diġitali; |
67. |
Jenfasizza li, sabiex jiġu ottimizzati l-impatt u l-benefiċċji tiegħu għas-soċjetà, id-dħul tal-broadband għandu jsir flimkien ma’ programmi ta’ informazzjoni dwar l-għarfien fuq id-domanda u programmi edukattivi; |
68. |
Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi biex jindirizzaw l-iskarsezza tal-ħiliet fil-qasam elettroniku fil-livelli edukattivi kollha u permezz tal-edukazzjoni tul il-ħajja kollha għaċ-ċittadini kollha, b’fowkus speċjali fuq dawk b’ħiliet baxxi fl-IT; jindika li l-investiment fil-broadband fl-UE jista’ jkun ta’ suċċess biss jekk l-investiment tekniku jimxi id f’id mal-investiment fil-ħiliet tal-IT taċ-ċittadini; jenfasizza r-rwol li għandhom it-teknoloġiji l-ġodda fl-edukazzjoni u jinnota li l-litteriżmu teknoloġiku minn issa 'l quddiem mhux biss huwa objettiv imma wkoll għodda essenzjali biex iseħħu t-tagħlim tul il-ħajja u l-koeżjoni soċjali; |
69. |
Jistieden lill-Istati Membri u l-industrija biex jagħtu s-setgħa lill-persuni biex jiżviluppaw ħiliet ġodda permezz ta’ programmi komprensivi ta’ tagħlim ta’ ħiliet mill-ġdid u taħriġ u biex jakkumpanjaw il-bidla teknoloġika minn politiki tas-suq tax-xogħol attivi; |
70. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu widen lir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjan ta’ azzjoni tagħha dwar il-gvern elettroniku billi jużaw l-akkwist elettroniku, jadottaw strateġija miftuħa għall-aċċess għad-data tas-settur pubbliku, jippromwovu l-identità elettronika u jiżguraw l-interoperabilità tal-firem pan-Ewropea u dinjija; ifakkar li l-azzjonijiet kollha għandhom jiġu diretti lejn is-semplifikar tal-interazzjoni burokratika mal-amministrazzjonijiet pubbliċi; |
71. |
Jistieden lill-Kummissjoni taċċellera l-operazzjonijiet tal-akkwist pubbliku bl-użu ta’ riżorsi fuq l-internet u fatturazzjoni elettronika (inizjattiva tal-fattura elettronika); |
72. |
Jappoġġja inizjattivi bħalma huma s-saħħa elettronika u infrastruttura tal-informazzjoni tas-saħħa pan-Ewropea biex itejbu l-awtonomija tal-pazjenti u l-kwalità tal-ħajja tagħhom; jiddikjara li, minħabba li l-popolazzjoni tal-UE qiegħda tixjieħ, dawn is-servizzi għandhom ikunu aċċessibbli kullimkien, f’kull ħin, inkluż minn fuq apparat mobbli u fuq kollox għandhom ikunu affordabbli; jemmen li sabiex tiġi implimentata l-infrastruttura tal-informazzjoni tas-saħħa pan-Ewropea ta’ sistema tas-saħħa ċċentrata fuq il-pazjent, għandhom jiġu realizzati l-azzjonijiet li ġejjin:
|
73. |
Jappoġġa servizzi tal-broadband innovattivi diretti lejn is-settur marittimu, u jilqa’ d-diskussjoni mill-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq inizjattiva marittima elettronika ġdida li qed tinbena fuq il-proġett SafeSeaNet, li, huwa previst, se tindirizza wkoll informazzjoni relatata mal-loġistika, id-dwana, il-kontroll tal-fruntieri, l-ambjent, l-operazzjonijiet tas-sajd, il-komunikazzjonijiet kif ukoll il-kwistjonijiet tas-sigurtà u s-sikurezza; |
74. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-użu tal-aħħar ġenerazzjoni ta’ satelliti bħala użu innovattiv tal-komunikazzjonijiet tal-broadband fi proġetti ta’ valur miżjud Ewropew, inkluż l-iżvilupp tal-użu tas-sistema tal-Perikolu u s-Sigurtà Marittima Globali, u l-ġenerazzjoni l-ġdida tan-Netwerk taż-Żona Globali tal-Broadband u servizzi marittimi tal-FleetBroadband; |
75. |
Ifakkar fil-ħtieġa li l-Aġenda Diġitali tiġi konnessa mad-dispożizzjonijiet ta’ servizzi ġodda li jiġġeneraw it-tkabbir bħall-kummerċ elettroniku, is-saħħa elettronika, it-tagħlim elettroniku u s-servizzi bankarji elettroniċi; |
76. |
Jenfasizza kemm hu importanti li jkun hemm qafas robust tal-privatezza għall-UE u jilqa' r-rieżami li għadu għaddej tad-Direttiva dwar il-Privatezza; |
*
* *
77. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 251, 25.9.2010, p. 35.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0220.
(3) ĠU C 235, 30.9.2009, p. 7.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0207.
(5) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 45.
(6) ĠU C 117E, 6.5.2010, p. 206.
(7) ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 60.
(8) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 87.
(9) ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 364.
(10) ĠU C 291E, 30.11.2006, p. 133.
(11) ĠU C 133E, 8.6.2006, p. 140.
(12) ĠU C 104, 14.4.1999, p. 128.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/101 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Il-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni Ewropea
P7_TA(2011)0323
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar strateġija komprensiva dwar il-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni Ewropea (2011/2025(INI))
2013/C 33 E/10
Il-Parlament Ewropew
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari tal-Artikolu 16 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha, u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), b'mod partikolari l-Artikolu 8 dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u pubblika u l-Artikolu 13 dwar rimedju effikaċi, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108 tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali żviluppat mid-Direttiva 95/46/KE u l-protokoll addizzjonali ta’ miegħu tat-8 ta’ Novembru 2001 rigward l-awtoritajiet ta’ sorveljanza u ħruġ transkonfinali ta’ data, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjoni Nru R(87) 15 li tirregola l-użu ta’ informazzjoni personali fis-settur tal-pulizija u r-Rakkomandazzjoni CM/Rec. (2010) 13 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku tad-data personali fil-kuntest tal-profiling, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida għar-regolamentazzjoni ta’ fajls kompjuterizzati ta’ data personali maħruġa mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1990, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem "Strateġija komprensiva dwar il-ħarsien tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea" (COM(2010)0609), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill rigward il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Strateġija komprensiva dwar il-ħarsien tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea" (5), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) tal-14 ta’ Jannar 2011 bl-isem "Strateġija komprensiva dwar il-ħarsien tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea", |
— |
wara li kkunsidra l-kontribut konġunt tal-Artikolu 29 Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legali għad-dritt fundamentali tal-protezzjoni ta’ data personali bl-isem "Il-Futur tal-Privatezza" (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni 8/2010 tal-Artikolu 29 Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data rigward il-liġi applikabbli (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-protezzjoni tad-data u ir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Programm ta’ Stokkolma (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0244/2011), |
A. |
billi d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data 95/46/KE u d-Direttiva dwar il-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni tal-UE 2009/140/KE jagħmlu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-data personali fi ħdan is-suq intern possibbli, |
B. |
billi l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data fl-UE, fl-Istati Membri u lil hinn minnhom żviluppat tradizzjoni ġuridika li jeħtieġ li tinżamm u tiġi elaborata aktar, |
C. |
billi l-prinċipju ewlieni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data 95/46/KE għadu validu, iżda ġew osservati approċċi differenti fl-implimentazzjoni u l-infurzar tagħha fl-Istati Membri; billi l-UE għandha tgħammar lilha nnifisha – wara valutazzjoni tal-impatt dettaljata – b'qafas komprensiv, koerenti, modern u ta’ livell għoli li jkun kapaċi jipproteġi b'mod effikaċi d-drittijiet individwali fundamentali, b'mod partikolari l-privatezza, rigward ta’ kull tip ta’ proċessar ta’ data personali ta’ individwi fi ħdan u lil hinn mill-UE f'kull ċirkostanza, sabiex tiffaċċa sfidi numerużi għall-protezzjoni tad-data, bħal dawk kaġun tal-globalizzazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku, attività onlajn imsaħħa, użu relatat ma’ aktar u aktar attivitajiet, u tħassib dwar sigurtà (pereżempju l-ġlieda kontra t-terroriżmu); billi qafas għall-protezzjoni tad-data bħal dan jista' jżid iċ-ċertezza legali, iżomm il-piż amministrattiv f'livell minimu, jipprovdi ambjent ekwu għall-operaturi ekonomiċi, jistimola s-suq diġitali uniku u l-fiduċja fl-imġiba tal-kontrolluri tad-data u tal-awtoritajiet ta’ infurzar, |
D. |
billi l-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data jista' jwassal għal riskji serji għad-drittijiet fundamentali tal-individwi u l-valuri tal-Istati Membri, sabiex l-Unjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri effettivi kontra dan it-tip ta’ ksur; billi dan il-ksur jista' jwassal għal nuqqas ta’ fiduċja min-naħa tal-individwi li jdgħajjef l-użu espedjenti ta’ teknoloġiji ġodda, u billi l-użu ħażin u l-abbuż ta’ data personali għandhom għalhekk jiġu kkastigati kif xieraq permezz ta’ sanzjonijiet adegwati, ħorox u dissważivi, inklużi sanzjonijiet kriminali, |
E. |
billi drittijiet fundamentali oħra rilevanti li jinsabu fil-Karta, u objettivi oħra fit-Trattati tal-UE, bħad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-prinċipju tat-trasparenza, għandhom jitqiesu b'mod sħiħ, filwaqt li jiġi żgurat id-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, |
F. |
billi l-bażi legali l-ġdida stipulata fl-Artikolu 16 TFUE u r-rikonoxximent fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-Artikolu 7 tagħha dwar id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja bħala dritt awtonomu, jeħtieġu l-appoġġ sħiħ ta’ approċċ komprensiv għall-protezzjoni tad-data fl-oqsma kollha fejn tiġi pproċessata d-data personali, inkluż fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) bla ħsara għar-regoli speċifiċi stipulati fl-Artikolu 39 Trattat UE, u fl-oqsma tal-ipproċessar tad-data mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, |
G. |
billi hu assulutament importanti li jitqiesu numru ta’ elementi ewlenin fil-kunsiderazzjoni ta’ soluzzjonijiet leġiżlattivi, b'mod partikolari l-protezzjoni ġenwinament effettiva, mogħtija f'kull ċirkostanza u li tkun indipendenti mill-preferenzi politiċi f'limitu ta’ żmien partikolari; billi l-qafas għandu jkun stabbli fuq perjodu twil u l-limitazzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-dritt, fejn u jekk meħtieġ, għandhom ikunu eċċezzjonali, bi qbil mal-liġi, strettament neċessarji, proporzjonali u ġustifikati b'mod adegwat u m'għandhom qatt jaffettwaw l-elementi essenzjali tad-dritt innifsu, |
H. |
billi l-ġbir, l-analiżi, l-iskambju u l-użu ħażin ta’ data u r-riskju ta’ simulazzjoni ta’ profiling permezz ta’ żviluppi tekniċi, laħqu dimensjonijiet bla preċedent u konsegwentement jeħtieġu regoli b'saħħithom għall-protezzjoni tad-data, bħal-liġi applikabbli u d-definizzjoni tar-responsabilitajiet tal-partijiet interessati kollha f'termini ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tad-data; billi l-kards ta’ fedeltà (kards ta’ klabb, kards ta’ frankar jew kards ta’ vantaġġ eċċ) qed jintużaw aktar u aktar ta’ spiss mill-kumpaniji u fin-negozju, u huma, jew jistgħu jkunu, użati għall-profiling tal-konsumturi, |
I. |
billi ċ-ċittadini ma jixtrux onlajn bl-istess sigurtà kif jagħmlu offlajn, minħabba l-biża' ta’ serq tal-identità tagħhom u nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward ta’ kif l-informazzjoni personali tagħhom se tiġi proċessata u użata, |
J. |
billi t-teknoloġija kulma jmur qiegħda tagħmel possibbli l-ħolqien, il-bgħit u l-ipproċessar u l-ħzin tad-data personali, f'kull ħin u f'kull post f'ħafna forom differenti, u billi, f'dan il-kuntest, hu ta’ importanza kruċjali li s-soġġetti tad-data jkollhom kontroll effettiv fuq id-data personali tagħhom, |
K. |
billi d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza jinkludi l-protezzjoni tal-persuni mill-possibilità ta’ sorveljanza u abbuż tad-data tagħhom mill-istat stess, kif ukoll minn entitajiet privati, |
L. |
billi l-privatezza u s-sigurtà huma possibbli u t-tnejn li huma, huma ta’ importanza ċentrali għaċ-ċittadini, u dan ifisser li ma hemmx il-bżonn li ssir għażla bejn li tkun ħieles u li tkun sikur, |
M. |
billi t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika, minħabba li jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, tal-konsegwenzi, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali; billi ż-żgħażagħ jiżvelaw data personali fuq siti ta’ netwerks soċjali li qegħdin jinfirxu fuq l-internet b'pass mgħaġġel, |
N. |
billi l-kontroll effettiv mis-soġġett tad-data u mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data jitlob imġiba trasparenti min-naħa tal-kontrolluri tad-data, |
O. |
billi mhux il-kontrolluri kollha tad-data huma negozji onlajn, u għalhekk ir-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-data għandhom ikopru kemm is-settur onlajn kif ukoll dak offlajn filwaqt li jqisu d-differenzi possibbli bejniethom, |
P. |
billi l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data huma soġġetti għal regoli li jvarjaw ħafna fis-27 Stat Membru, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus, ir-riżorsi u s-setgħat tagħhom, |
Q. |
billi reġim għall-protezzjoni tad-data Ewropew u internazzjonali b'saħħtu jifforma l-bażi meħtieġa għall-fluss ta’ data personali bejn il-fruntieri, u billi d-differenzi attwali fil-leġiżlazzjoni u fl-infurzar tal-protezzjoni tad-data jaffettwaw l-ekonomija globali, is-suq uniku Ewropew u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet tal-individwu, is-sigurtà legali u ċ-ċarezza f'relazzjonijiet kuntrattwali, l-iżvilupp tal-kummerċ u n-negozjar ekonomiku, il-fiduċja tal-konsumatur fis-sistema, it-transazzjonijiet transkonfinali, l-ekonomija globali u s-suq uniku Ewropew; billi f'dan il-kuntest, l-iskambju tad-data huwa importanti biex ikun possibbli li jkun hemm sigurtà pubblika u biex din tiġi żgurata, fil-livell nazzjonali u internazzjonali; billi l-adegwatezza, il-proporzjonalità, il-limitazzjoni tal-iskop, is-sorveljanza u l-adegwatezza huma prekundizzjonijiet għall-iskambju, |
R. |
billi r-regoli u l-kundizzjonijiet attwali li jiggvernaw it-trasferiment ta’ data personali mill-UE lejn pajjiżi terzi wasslu għal approċċi u prattiki differenti fi Stati Membri differenti; billi hu essenzjali li d-drittijiet tas-soġġett tad-data jiġu nfurzati bis-sħiħ f'pajjiżi terzi fejn id-data personali tiġi trasferita u pproċessata, |
Parteċipazzjoni sħiħa b'approċċ komprensiv
1. |
Jilqa' u jappoġġa bil-qawwa l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ta’ "Strateġija komprensiva dwar il-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni Ewropea" u l-mira tagħha għat-tisħiħ tal-arranġamenti eżistenti, bit-tressiq ta’ prinċipji u mekkaniżmi ġodda, bl-iżgurar ta’ koerenza u bi standards għoljin għall-protezzjoni tad-data fl-ambjent ġdid wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (Artikolu 16 TFUE) u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li issa hi vinkolanti, b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha; |
2. |
Jenfasizza li l-istandards u l-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE huma l-punt tat-tluq ideali u għalhekk dawn għandhom jiġu elaborati, estiżi u infurzati aktar bħala parti minn liġi modera għall-protezzjoni tad-data; |
3. |
Jenfasizza l-importanza tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46/KE li jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu eżenzjonijiet mir-regoli tal-protezzjoni tad-data meta d-data personali tintuża biss għal skopijiet ġurnalistiċi jew għall-iskop tal-espressjoni artistika jew letterarja; f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni tiżgura t-tkomplija ta’ dawn l-eżenzjonijiet u li jsir kull sforz possibbli biex tiġi valutata l-ħtieġa għall-iżvilupp ulterjuri ta’ dawn l-eċċezzjonijiet fid-dawl ta’ kull dispożizzjoni ġdida għall-protezzjoni tal-libertà ta’ espressjoni tal-istampa; |
4. |
Jenfasizza li l-approċċ teknoloġikament newtrali tad-Direttiva 95/46/KE għandu jinżamm bħala prinċipju ta’ qafas ġdid; |
5. |
Jirrikonoxxi li l-iżviluppi teknoloġiċi minn naħa, ħolqu theddid ġdid għall-protezzjoni tad-data personali u min-naħa l-oħra wasslu għal żieda qawwija fl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni għal skopijiet ta’ kuljum u li normalment ma jagħmlux ħsara, u li dawn l-iżviluppi jirrikjedu valutazzjoni dettaljata tar-regoli attwali tal-protezzjoni tad-data biex jiġi żgurat li (i) ir-regoli jkunu għadhom jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni, (ii) ir-regoli jkunu għadhom isibu bilanċ ġust bejn id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għal-libertà tal-kelma u tal-informazzjoni, u (iii) ir-regoli ma jfixklux mingħajr bżonn l-ipproċessar ta’ kuljum tad-data personali li tipikament ma jikkawża l-ebda ħsara; |
6. |
Iqis essenzjali l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-regoli ġenerali għall-protezzjoni tad-data fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, inkluż fil-kuntest tal-ipproċessar tad-data fil-livell domestiku, filwaqt li titqies b'mod speċjali x-xejra dubjuża li terġa' tintuża fuq bażi sistematika d-data personali tas-settur privat għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, filwaqt li jiġu permessi wkoll limitazzjonijiet imfassla b'mod ristrett u armonizzati dwar ċerti drittijiet għall-protezzjoni tad-data tal-individwu, bħala eċċezzjoni u fejn strettament meħtieġ u proporzjonat f'soċjetà demokratika; |
7. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, li huwa rregolat bir-Regolament (KE) Nru 45/2001, jiġi inkluż fl-ambitu tal-qafas il-ġdid; |
8. |
Jirrikonoxxi li jistgħu jenħtieġu miżuri addizzjonali u msaħħa sabiex jiġi speċifikat kif il-prinċipji ġenerali mfassla permezz ta’ qafas komprensiv japplikaw għal attivitajiet ta’ setturi speċifiċi u ta’ ipproċessar ta’ data, kif diġà seħħ fil-każ tad-Direttiva dwar il-Privatezza elettronika, iżda jinsisti li dawn it-tip ta’ regoli speċifiċi għas-settur m'għandhom fl-ebda ċirkostanza jbaxxu l-livell ta’ protezzjoni pprovdut mill-qafas leġiżlattiv, iżda għandhom jiddeffinixxu b'mod strett id-derogi eċċezzjonali, meħtieġa, leġittimi, u mfassla b'mod ristrett għall-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-reviżjoni attwali tal-leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tad-data, tipprevedi:
|
10. |
Hu tal-fehma li reġim rivedut ta’ protezzjoni tad-data, filwaqt li japplika bis-sħiħ id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, għandu jżomm il-piżijiet burokratiċi u finanzjarji f'livell minimu u jipprovdi strumenti li jippermettu l-konglomerati meqjusa bħala entitajiet uniċi jaġixxu bħala tali minflok bħala numru ta’ entitajiet separati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt u tevalwa bir-reqqa l-ispejjeż tal-miżuri l-ġodda; |
Tisħiħ tad-drittijiet tal-individwi;
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinforza mill-ġdid l-prinċipji u l-elementi eżistenti bħat-trasparenza, l-imminimizzar tad-data u l-limitazzjoni tal-iskop, kunsens informat, minn qabel u espliċitu, notifika ta’ ksur ta’ data u tad-drittijiet tas-soġġetti tad-data, kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE, biex b'hekk titjieb l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri, b'mod partikolari rigward "l-ambjent globali onlajn"; |
12. |
Jenfasizza l-fatt l-kunsens għandu jitqies validu biss meta ma jkunx ambigwu, meta jkun informat, mogħti b'mod liberu, speċifiku u espliċitu u għandhom jiġu implimentati miżuri adegwati li jirreġistraw l-kunsens jew ir-revoka tal-kunsens tal-utenti; |
13. |
Jindika l-fatt li l-kunsens volontarju ma jistax jiġi preżunt fil-qasam tal-kuntratti tax-xogħol; |
14. |
Huwa mħasseb dwar l-abbużi li qed joħorġu minn azzjonijiet pubbliċitarji onlajn u jfakkar li, skont id-direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, jeħtieġ li l-persuna kkonċernata tagħti l-kunsens espliċitu tagħha minn qabel biex jintwerew il-cookies u biex isir monitoraġġ ulterjuri tan-navigazzjoni tagħha fuq l-internet bil-għan li jintbagħtu reklami personalizzati; |
15. |
Jappoġġa b'mod sħiħ l-introduzzjoni ta’ prinċipju ġenerali tat-trasparenza, kif ukoll l-użu ta’ teknoloġiji li jsaħħu t-trasparenza u l-iżvilupp ta’ avviżi standard dwar il-privatezza, li jagħmluha possibbli għall-individwi li jeżerċitaw kontroll fuq id-data tagħhom stess; jenfasizza li l-informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data għandha tingħata b'lingwaġġ ċar, u komuni u b'mod li jinftiehem u li jkun aċċessibbli faċilment; |
16. |
Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tat-titjib tal-mezzi ta’ eżerċitar tad-drittijiet ta’ aċċess, rettifika, tħassir u mblukkar ta’ data u wkoll kjarifika dettaljata u kkodifikar tad-"dritt li jintesew" (9) (right to be forgotten) u li jippermetti l-portabilità tad-data (10), filwaqt li jiġi żgurat li tiġi żviluppata u tibda titħaddem fattibilità teknika u organizzattiva sħiħa biex l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun possibbli; jenfasizza li l-individwi jeħtieġu kontroll suffiċenti fuq id-data onlajn tagħhom sabiex ikunu jistgħu jużaw l-internet b'mod responsabbli; |
17. |
Jenfasizza li ċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-data tagħhom, mingħajr ħlas; jistieden lill-kumpaniji biex jevitaw kull tentattiv li jżid ostakli bla bżonn li jxekklu d-dritt ta’ aċċess, ta’ emenda jew tħassir ta’ data personali; jenfasizza li s-soġġetti tad-data għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni li jkunu jafu fi kwalunkwe ħin liema data inħażnet minn min, meta, għal liema skop, għal liema perjodu ta’ żmien u kif qed tiġi proċessata; jenfasizza li s-soġġetti tad-data għandu jkunu jistgħu jħassru, jikkoreġu jew jimblukkaw id-data b'mod mhux burokratiku u li dawn għandhom jiġu informati dwar kull użu ħażin ta’ data jew ksur ta’ data; jitlob ukoll li din id-data trid tiġi żvelata fuq talba tal-persuna kkonċernata u anke titħassar sa mhux aktar tard minn meta dak li jkun jitlob dan; jenfasizza l-bżonn li s-soġġetti tad-data jkunu mgħarrfa b'mod ċar dwar il-livell tal-protezzjoni tad-data f'pajjiżi terzi; jenfasizza li d-dritt ta’ aċċess jinkludi mhux biss aċċess sħiħ għad-data proċessata tal-persuna kkonċernata, inkluż is-sors u d-destinatarju tagħha, iżda wkoll informazzjoni li tinftiehem dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe proċessar awtomatiku; jenfasizza li din tal-aħħar se ssir saħansitra aktar importanti bil-"profiling" u bl-estrazzjoni tad-data; |
18. |
Jindika li l-istudju tal-profili huwa xejra ewlenija fid-dinja diġitali, minħabba li qed tikber l-importanza tan-netwerks soċjali u tal-mudelli kummerċjali integrati tal-internet; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-profiling, filwaqt li tiddefinixxi b'mod ċar it-termini ‧profile‧ u ‧profiling‧; |
19. |
Itenni l-ħtieġa li jissaħħu l-obbligi tal-kontrolluri tad-data dwar il-provviżjoni ta’ informazzjoni tas-soġġetti tad-data u jilqa' l-attenzjoni mogħtija mill-Komunikazzjoni għal attivitajiet ta’ tqajjim ta’ kuxjenza diretti għall-pubbliku b'mod ġenerali u anke għaż-żgħażagħ b'mod aktar speċifiku; jenfasizza l-ħtieġa ta’ proċeduri speċifiċi għal persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-anzjani; jinkoraġġixxi l-atturi differenti jwettqu kampanji ta’ żieda tal-għarfien, u jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għal kofinanzjament ta’ miżuri ta’ żieda tal-għarfien dwar il-protezzjoni tad-data permezz tal-baġit tal-Unjoni; jitlob li f'kull Stat Membru jkun hemm tqassim effiċenti tal-informazzjoni rigward id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni naturali u legali rigward il-ġbir, l-ipproċessar, il-ħażna u l-għoti ta’ data personali; |
20. |
Ifakkar fil-bżonn li jiġu protetti b'mod speċifiku l-persuni vulnerabbli, u b'mod partikolari t-tfal, partikolarment bl-impożizzjoni ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tad-data bħala parametru fin-nuqqas ta’ dan u l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa u speċifiċi li jipproteġu d-data personali tagħhom; |
21. |
Jenfasizza l-importanza ta’ leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data li tirrikonoxxi l-ħtieġa li tipproteġi b'mod speċifiku lit-tfal u l-minuri – fid-dawl ta', inter alia, iż-żieda ta’ aċċess għat-tfal għall-internet u l-kontenut diġitali – u jenfasizza li l-litteriżmu tal-midja għandha ssir parti mill-edukazzjoni formali bil-għan li t-tfal u l-minuri jiġu mgħallma kif għandhom jaġixxu b'mod responsabbli fl-ambjent onlajn; Għal dan il-għan, għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-dispożizzjonijiet dwar il-ġbir u l-ipproċessar ulterjuri tad-data tat-tfal, it-tisħiħ tal-prinċipju ta’ limitazzjoni ta’ skop fir-rigward tad-data tat-tfal u ta’ kif jingħata l-kunsens tat-tfal, u dwar il-protezzjoni kontra reklamar ibbażat fuq l-imġiba (11); |
22. |
Jappoġġa l-kjarifika u t-tisħiħ ulterjuri tal-garanziji għall-ipproċessar ta’ data sensittiva u jitlob li ssir riflessjoni dwar in-neċessità li jiġu trattati kategoriji ġodda, bħad-data ġenetika, b'mod speċjali fil-kuntest tal-iżviluppi teknoloġiċi (pereżempju il-“cloud computing”) u fis-soċjetà; |
23. |
Jenfasizza li data personali dwar is-sitwazzjoni professjonali tal-utent ma għandhiex tiġi ppubblikata jew mgħoddija lil partijiet terzi mingħajr il-permess minn qabel tal-persuna kkonċernata; |
Tisħiħ ulterjuri tad-dimensjoni tas-suq intern u l-iżgurar ta’ infurzar aħjar ta’ regoli għall-protezzjoni tad-data
24. |
Jinnota li l-protezzjoni tad-data għandu jkollha rwol dejjem akbar fis-suq intern, u jenfasizza li l-protezzjoni effettiva tad-dritt għall-privatezza hi essenzjali biex tinkiseb il-fiduċja tal-individwi, li hu meħtieġ sabiex jinħeles il-potenzjal ta’ tkabbir sħiħ tas-suq uniku diġitali; ifakkar lill-Kummissjoni li prinċipji u regoli komuni kemm għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi huma prerekwiżit għal suq uniku diġitali, billi s-servizzi huma parti importanti tas-suq diġitali; |
25. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tikkjarifika r-regoli rigward il-liġi applikabbli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali; |
26. |
Iqis essenzjali li jissaħħu l-obbligi tal-kontrolluri tad-data biex jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data billi jħaddmu, inter alia, mekkaniżmi u proċeduri proattivi, u jilqa' d-direzzjonijiet l-oħra ssuġġeriti mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni; |
27. |
Ifakkar li f'dan il-kuntest għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kontrolluri tad-data li huma soġġetti għal obbligi ta’ segretezza professjonali u li għal dawn għandu jiġi kkunsidrat l-istabbiliment ta’ strutturi speċjali għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data; |
28. |
Jilqa' u jappoġġa l-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni li ddaħħal prinċipju ta’ għoti ta’ rendikont peress li huwa ta’ importanza fundamentali li jiġi żgurat li l-kontrolluri tad-data jaġixxu skont ir-responsabilità tagħhom; jistieden fl-istess ħin lill-Kummissjoni teżamina sew kif prinċipju bħal dan jista' jiġi implimentat fil-prattika u tivvaluta l-konsegwenzi tiegħu; |
29. |
Jilqa' l-possibilità li l-ħatra ta’ uffiċjali għall-protezzjoni tad-data f'organizzazzjonijiet issir obbligatorja, peress li l-esperjenza tal-Istati Membri tal-UE li diġà għandhom uffiċjali għall-protezzjoni tad-data turi li dan il-kunċett kien ta’ suċċess; jinnota, madankollu, li dan l-aspett għandu jiġi vvalutat bir-reqqa fir-rigward tal-intrapriżi żgħar u mikro u għandu jevita li jwassal għal spejjeż jew piżijiet eċċessivi fuqhom; |
30. |
Jilqa ukoll, f'dan il-kuntest, l-isforzi magħmula għas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tas-sistema ta’ notifika attwali; |
31. |
Iqis bħala essenzjali l-possibilità li l-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq il-Privatezza jsiru obbligatorji biex jiġu identifikati r-riskji għall-privatezza, jiġu previsti l-problemi u jitressqu soluzzjonijiet proattivi; |
32. |
Iqis li huwa ta’ importanza kbira ħafna li d-drittijiet tas-soġġetti tad-data jkunu infurzabbli; jinnota li jistgħu jiġu introdotti azzjonijiet legali kollettivi bħala għodda sabiex l-individwi jiddefendu b'mod kollettiv id-drittijiet tagħhom dwar id-data u jfittxu rimborż għad-danni li jkunu rriżultaw minħabba ksur tad-data; jinnota, madankollu, li kwalunkwe introduzzjoni bħal din għandha tkun soġġetta għal limiti sabiex jiġu evitati abbużi; jitlob lill-Kummissjoni tiċċara r-rabta bejn din il-komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-konsultazzjoni pubblika attwali dwar ir-rimedju kollettiv; jitlob, għalhekk, li jkun hemm mekkaniżmu ta’ rimedju kollettiv għall-ksur tar-regoli tal-protezzjoni tad-data biex is-soġġetti tad-data jkunu jistgħu jieħdu kumpens għad-danni li jsofru; |
33. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ infurzar xieraq u armonizzat madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, fil-proposta leġiżlattiva tagħha, sanzjonijiet iebsin u dissważivi, inklużi sanzjonijiet kriminali, għall-użu ħażin u għall-abbuż tad-data personali; |
34. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tintroduċi sistema ġenerali ta’ notifiki obbligatorji ta’ ksur ta’ data personali billi testendiha għal setturi oħra minbarra s-settur tat-telekomunikazzjoni filwaqt li tiżgura li (a) ma ssirx sinjalazzjoni ta’ rutina għal kull xorta ta’ ksur iżda primarjament għal dawk li jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-individwu u (b) li l-ksur kollu, mingħajr eċċezzjoni, jiġi rreġistrat u jkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jew awtoritajiet oħra għal spezzjoni u valutazzjoni, biex b'hekk jiġi żgurat ambjent ekwu u protezzjoni ugwali għal kull individwu; |
35. |
Jara, fil-kunċetti ta’ “privatezza fid-disinn” u ta’ “privacy by default” it-tisħiħ tal-protezzjoni tad-data u jappoġġa l-kunsiderazzjoni tal-possibilitajiet għall-applikazzjoni reali u għall-iżvilupp ulterjuri tagħhom, kif ukoll jirrikonoxxi l-bżonn li jiġi promoss l-użu ta’ Teknoloġiji li Jtejbu l-Privatezza; jenfasizza l-ħtieġa li kwalunkwe implimentazzjoni tal-"privatezza fid-disinn" tkun ibbażata fuq kriterji u definizzjonijiet tajbin u konkreti sabiex jiġu żgurati d-dritt għall-privatezza tal-utenti u l-protezzjoni tad-data, iċ-ċertezza legali, it-trasparenza, kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u moviment ħieles; huwa tal-fehma li l-"privatezza fid-disinn" għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, jiġifieri li l-prodotti kollha, is-servizzi u s-sistemi għandhom jinbnew b'tali mod li jiġbru, jużaw u jittrażmettu biss id-data personali li hija assolutament meħtieġa biex jiffunzjonaw; |
36. |
Jinnota li l-iżvilupp u l-użu aktar estensiv tal-cloud computing joħloq sfidi ġodda f'termini ta’ privatezza u protezzjoni tad-data personali; jitlob, għalhekk, kjarifika tal-kapaċitajiet tal-kontrolluri tad-data, il-proċessuri tad-data u l-hosts sabiex ikun hemm allokazzjoni aħjar tar-responsabilitajiet legali korrispondenti u sabiex is-soġġetti tad-data jkunu jafu fejn tkun maħżuna d-data tagħhom, min ikollu aċċess għaliha, min jiddeċiedi għal xiex se tintuża d-data personali, u x'tip ta’ proċessi ta’ riżerva u ta’ rkupru jinsabu fis-seħħ; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tqis kif dovut il-kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data relatati mal-cloud computing waqt li tkun qed tirrevedi d-Direttiva 95/46/KE u tiżgura li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data japplikaw għall-partijiet kollha interessati, inklużi l-operaturi fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u dawk li mhumiex; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-operaturi kollha tal-internet jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom rigward il-protezzjoni tad-data, u jħeġġeġ lill-aġenziji tar-reklamar u l-pubblikaturi jinformaw b'mod ċar lill-utenti tal-internet minn qabel dwar il-ħżin ta’ kwalunkwe data li tirrigwardahom; |
39. |
Jilqa' l-ftehim iffirmat reċentement dwar Qafas ta’ Valutazzjoni tal-Impatt dwar il-Privatezza u l-Protezzjoni tad-Data għal applikazzjonijiet għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID), li għandu l-għan li jiżgura l-privatezza tal-konsumaturi qabel ma jiġu introdotti f'suq partikolari t-tikketti RFID; |
40. |
Jappoġġa l-isforzi għall-promozzjoni ulterjuri ta’ inizjattivi awtoregolatorji – bħal kodiċi ta’ kondotta – u r-riflessjoni dwar it-twaqqif ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-UE, bħala passi komplementari għal miżuri leġiżlattivi, filwaqt li jsostni li l-mudell tal-protezzjoni tad-data tal-UE huwa bbażat fuq leġiżlazzjoni li tistabbilixxi garanziji ta’ livell għoli; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-inizjattivi awtoregolatorji bħala għodda għal infurzar aħjar tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data; |
41. |
Jemmen li kull tip ta’ ċertifikazzjoni jew approvazzjoni għandha tkun ta’ integrità garantita u affidabbli, teknoloġikament newtrali, rikonoxxuta globalment u għall-but ta’ kulħadd, sabiex ma jinħolqux ostakoli għad-dħul; |
42. |
Hu favur il-kjarifika, it-tisħiħ u l-armonizzazzjoni ulterjuri tal-istatus u s-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, u huwa favur mezzi li jesploraw l-iżgurar ta’ applikazzjoni aktar konsistenti tar-regoli għall-protezzjoni tad-data tal-UE fis-suq intern kollu; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li tkun żgurata l-koerenza fost il-kompetenzi tal-KEPD, l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data u l-Grupp ta’ Ħidma 29; |
43. |
Jenfasizza li f'dan il-kuntest ir-rwol u s-setgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 għandhom jissaħħu biex jittejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data tal-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-protezzjoni tad-data; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkjarifika fil-qafas legali l-ġdid, il-kunċett ewlieni ta’ indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, fis-sens ta’ nuqqas ta’ kull tip ta’ influwenza esterna (12); jenfasizza li l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data għandhom jingħataw ir-riżorsi meħtieġa u s-setgħat investigattivi u ta’ sanzjonar armonizzati; |
Tisħiħ tad-dimensjoni globali tal-ħarsien tad-data
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni tallinja u ssaħħaħ il-proċeduri attwali għat-trasferimenti internazzjonali tad-data – ftehimiet legali vinkolanti u regoli korporattivi vinkolanti – u biex tiddeffinixxi, abbażi tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data personali msemmija aktar 'il fuq, aspetti ewlenin ambizzjużi ta’ protezzjoni tad-data tal-UE li għandhom jintużaw għat-tipi kollha ta’ ftehim internazzjonali; jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet għall-protezzjoni tad-data personali li l-UE tagħmel ma’ pajjiżi terzi għandhom jagħtu liċ-ċittadini Ewropej l-istess livell ta’ protezzjoni tad-data personali bħal dak provdut fl-Unjoni Ewropea; |
46. |
Hu tal-fehma li l-proċedura ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni tista' tibbenefika minn kjarifika ulterjuri, u implimentazzjoni, infurzar u sorveljanza aktar stretti, u li l-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni tad-data f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali għandha tkun speċifikata aħjar filwaqt li jitqies it-theddid ġdid għall-privatezza u għad-data personali; |
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b'attenzjoni l-effettività u l-applikazzjoni korretta tal-Prinċipji taż-Żona ta’ Sigurtà; |
48. |
Jilqa' l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reċiproċità fil-livelli ta’ protezzjoni dwar is-soġġetti tad-data li d-data tagħhom tiġi esportata lejn, jew miżmuma, f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi deċiżivi lejn kooperazzjoni regolatorja msaħħa ma’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li tiċċara r-regoli applikabbli kif ukoll il-konverġenza tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-pajjiżi terzi dwar il-protezzjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lil dan il-punt fuq l-aġenda tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku wara li jkun tnieda mill-ġdid; |
49. |
Jappoġġa l-isforzi tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi n-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OKŻE, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni bħall-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istndardizzazzjoni (ISO), il-Konsorzju għall-World Wide Web (W3C) u l-Internet Engineering Task Force (IETF); iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali (13), filwaqt li tiġi żgurata l-koerenza fost l-inizjattivi għal standards internazzjonali u għal reviżjonijiet kurrenti fl-UE, l-OKŻE u l-Kunsill tal-Ewropa; |
*
* *
50. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(2) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
(4) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(5) It-307 laqgħatal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, fi Brussell, bejn l-24 u l-25 ta’ Frar 2011, disponibbli fuq: http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/jha/119461.pdf.
(6) 02356/09/EN WP 168.
(7) 0836/10/EN WP 179.
(8) Pereżempju: Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 dwar l-abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 138); Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2009 lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-Internet (ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 206); Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta’ Stokkolma (ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 12).
(9) Għandu jkun hemm identifikazzjoni ċara u preċiża tal-elementi rilevanti kollha li fuqu jissejjes dan id-dritt.
(10) Il-portabilità tad-data personali għandha tiffaċilita l-funzjonament bla xkiel kemm tas-suq uniku kif ukoll tal-internet, u l-ftuħ u l-interkonnettività karatteristiċi tiegħu;
(11) Għandhom jitqiesu l-limitu ta’ żmien għat-tfal taħt liema jkun meħtieġ il-kunsens tal-ġenituri u mekkaniżmi ta’ verifika tal-età;
(12) Bi qbil mal-Artikolu 16 TFUE u mal-Artikolu 8 tal-Karta.
(13) Ara l-Dikjarazzjoni ta’ Madrid: Standards Globali dwar il-Privatezza għal Dinja Globali, Ottubru 2009 u r-Riżoluzzjoni dwar l-Istandards Internazzjonali adottati mit-32 il-Konferenza Internazzjonali tal-Kummissarji ta’ Protezzjoni tad-Data u tal-Privatezza, Ġerusalemm 27-29 Ottubru 2010.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/110 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Tħejjija ta' Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2012
P7_TA(2011)0327
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2012
2013/C 33 E/11
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2011 (COM(2010)0623/2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas eżistenti dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, b'mod partikolari l-Anness 4 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tad-djalogu regolari tal-Kummissarji kollha mal-kumitati parlamentari u r-rapport ta' sinteżi tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tas-7 ta' Ġunju 2011 imressaq lill-Konferenza tal-Presidenti, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva" (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar "Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali" (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi sa tmiem l-2011 għandu jsir rieżami tal-Ftehim Qafas fid-dawl tal-esperjenza prattika, li jipprovdi wkoll opportunità biex jittejbu l-metodi ta' ħidma interna, pereżempju fir-rigward tad-djalogu regolari, it-titjib tat-trasparenza u l-integrazzjoni tal-input mill-kumitati, filwaqt li titqies għalkollox l-esperjenza disponibbli sabiex tipprovdi bażi soda għat-tħejjija tal-prijoritajiet tal-Parlament, |
B. |
billi l-kriżi finanzjarja u l-miżuri meħuda biex tiġi affrontata għadhom qed ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri u l-istabbiltà taż-żona tal-euro, |
C. |
billi l-Kummissjoni jeħtiġilha taġixxi sal-limitu aħħari tas-setgħat legali u tal-awtorità politika tagħha; billi l-Unjoni Ewropea ma tistax tiffunzjona b'mod effikaċi jekk il-Kummissjoni ma tidentifikax, ma tesprimix fil-prattika u ma tippromwovix l-interess ġenerali tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tagħha, u jekk ma taqdix b'effiċjenza dmirha li tissorvelja l-implimentazzjoni tat-Trattati u tal-liġijiet tal-UE, |
D. |
billi l-Kummissjoni għandha rwol ewlieni fit-tiswir tal-ġejjieni tal-UE u għandha tuża l-programm ta' ħidma li jmiss tagħha biex tippromwovi l-objettivi u l-valuri tal-Unjoni, issaħħaħ il-proprjetà tal-proġett tal-UE, terfa' lill-UE mill-kriżi u tiżgura li tkun rappreżentata u li żżomm il-pożizzjoni rispettata tagħha fid-dinja, |
E. |
billi waħda mill-isfidi li taffaċċja l-Kummissjoni fit-tfassil tal-programm tagħha hija li tiġġieled kontra l-approċċ settorjali tagħha stess li ilu stabbilit u li minflok toħloq sinerġiji bejn il-politiki, tiżgura l-koerenza bejn l-objettivi u l-metodi, u tintegra l-ħarsien tal-prinċipji fundamentali bħan-nondiskriminazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-ugwaljanza quddiem il-liġi fil-miżuri leġiżlattivi jew nonleġiżlattivi kollha tagħha, |
IR-RESTAWR TAT-TKABBIR GĦALL-IMPJIEGI: L-AĊĊELLERAZZJONI LEJN L-2020
1. |
Ifakkar li jeħtieġ li l-baġit tal-UE jirrifletti l-prijoritajiert politiċi tal-UE; itenni l-ħtieġa li jiddaħħlu riżorsi proprji ġodda u li jiżdied l-investiment fil-livell tal-UE bħala għajnuna biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020; |
2. |
Għalhekk, jitlob li jinbdew djalogu u kooperazzjoni miftuħa u kostruttivi fil-livell tal-UE dwar l-iskop, il-kamp ta' applikazzjoni u d-direzzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) u r-riforma tas-sistema ta' dħul tiegħu, inkluża konferenza dwar ir-riżorsi proprji li tinvolvi lill-Membri tal-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali; |
3. |
Ifakkar fil-linji gwida tiegħu għall-MFF wara l-2013, kif adottati fir-rapport tal-Kumitat Speċjali tiegħu dwar l-isfidi baġitarji u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni sostenibbli wara l-2013 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"; ifakkar li l-kunsens tal-Parlament, mogħti abbażi ta' rapport tal-Kumitat għall-Baġits, huwa obbligatorju biex il-Kunsill jadotta l-MFF; ifakkar li, skont l-Artikoli 312(5) u 324 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament Ewropew irid ikun involut kif xieraq fil-proċess ta' negozjar tal-MFF li jmiss; |
4. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkonformaw mat-Trattat ta' Lisbona u jagħmlu kull sforz biex jaslu malajr għal ftehim mal-Parlament dwar metodu ta' ħidma prattiku għall-proċess ta' negozjar tal-MFF li jmiss; ifakkar fir-rabta bejn riforma tad-dħul u riforma tal-infiq u jitlob, għalhekk, impenn sod biex fil-kuntest tan-negozjati tal-MFF li jmiss, jiġu diskussi l-proposti dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda; |
5. |
Jitlob li l-proposti dwar il-Qafas Strateġiku Komuni (CSF) li jkopri l-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) jiġu ppreżentati malajr kemm jista' jkun, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bil-bażi legali tiegħu jkun l-Artikoli 289 (1) u 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jenfasizza l-importanza li titressaq b'urġenza l-proposta rigward il-Fond Soċjali Ewropew bħala għodda prinċipali fil-ġlieda kontra l-qgħad u fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali u l-faqar permezz ta' titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; jikkunsidra li għandha ssir enfasi akbar fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ, li huwa għoli b'mod allarmanti, kif ukoll fuq il-problema tat-tfal li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissokta b'ħidmietha u l-kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill dwar it-titjib tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni; f'dan il-kuntest, jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li t-tabelli ta' korrelazzjoni jiġu inklużi sistematikament fl-atti leġiżlattivi kollha biex juru b'mod ċar kif il-liġi tal-UE qed tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali u li qed tiġi applikata b'mod effikaċi; |
8. |
Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-liġi tal-UE permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża s-setgħa eżekuttiva tagħha u, jekk ikun meħtieġ, tibda proċedimenti ta' ksur biex tiżgura t-traspożizzjoni xierqa u infurzar effikaċi; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tallinja l-acquis mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290 u 291 TFUE mill-aktar fis possibbli, skont skeda ta' żmien ċara, u għalhekk jistedinha tressaq it-testi leġiżlattivi meħtieġa; |
Ir-regolamentazzjoni tas-Suq Finanzjarju: tlestija tar-riforma
10. |
Jenfasizza li l-kriżi ekonomika għad triġ tiġi indirizzata permezz tal-iżvilupp ta' qafas ta' governanza ekonomika bis-setgħa li jinforza d-dixxiplina u l-koordinazzjoni fiskali, jistabbilizza l-unjoni monetarja u jżid il-livell tal-investiment f'impjiegi produttivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq mill-aktar fis possibbli, proposti għal mekkaniżmu ta' kriżi permanenti ġestit skont ir-regoli tal-Unjoni, studju ta' fattibilità dwar it-twaqqif ta' sistema għall-ħruġ komuni ta' bonds sovrani Ewropej abbażi ta' obbligazzjoni in solidum u proposti biex l-Istrateġija UE 2020 tiġi integrata bis-sħiħ fil-qafas ta' stabbiltà kif ukoll għal arranġament uniku ta' rappreżentanza esterna għaż-żona tal-euro; |
11. |
Jirrimarka li, f'dak li jirrigwarda r-regolazzjoni finanzjarja, flimkien mal-miżuri meħuda biex itejbu l-kapaċità ta' rkupru tas-sistema finanzjarja u l-kapaċita li tassorbi t-telf jeħtieġ li jkun hemm miżuri biex ma jitħalliex li r-riskju jinġema' u miżuri biex jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' falliment; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal sorveljanza mtejba tal-akkumulazzjoni tar-riskju min-naħa tal-banek, is-separazzjoni tal-attivitajiet bakarji u ta' funzjonijiet utilitarji, u proposti robusti biex il-fallimenti tal-banek jiġu mmaniġġjati b'mod aktar ordnat; jissottolinja, barra minn hekk, f'dan il-kuntest il-ħtieġa li jkunu rregolati l-entitajiet intimament marbuta ma' sistemi bankarji u li jipprovdu funzjonijiet simili imma li mhumiex suġġetti għall-istess regolazzjoni (“shadow banking”); |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq b'urġenza:
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2012 tippreżenta lill-Parlament:
|
14. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tibqa' ssir enfasi fuq il-ħarsien tal-investitur u fuq il-fiduċja tal-investitur; iqis li l-inizjattivi biex tinġieb lura l-fiduċja fis-sistema finanzjarja huma essenzjali u għandhom jinvolvu rieżami wiesa' tal-prattiki ta' diliġenza dovuta, tar-"riskju morali" tal-gruppi transkonfinali, is-sistema ta' inċentivi u ta' rimunerazzjoni u t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont usa' tas-sistema finanzjarja; |
15. |
Jenfasizza r-rwol sinifikanti tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fl-iżvilupp u d-deterjorament tal-kriżi tad-djun fiż-żona tal-euro u l-implikazzjonijiet għas-sistema bankarja Ewropea; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi mingħajr dewmien qafas leġiżlattiv rivedut biex issaħħaħ ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu; iqis li l-ħolqien ta' Aġenzija Ewropea ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu jintroduċi għadd kbir ta' approċċi li jintlaqa' tajjeb; |
Tkabbir intelliġenti
16. |
Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex sa tmiem din is-sena tressaq proposta leġiżlattiva għall-Programm Qafas li jmiss għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni li tippromwovi s-sħubijiet pubbliċi-privati, tnaqqas il-burokrazija, ittejjeb l-approċċ multidixxiplinari u żżid il-parteċipazzjoni ta' atturi iżgħar u impriżi innovattivi fil-proġetti; iqis li jeħtieġ li jiżdied il-baġit għar-riċerka u l-iżvilupp għall-perjodu ta' finanzjament li jmiss sabiex l-UE ma taqax aktar lura fir-rigward tal-kompetituri tagħha, meta titqies iż-żieda enormi fl-infiq għar-riċerka u l-iżvilupp f'xi reġjuni oħra fid-dinja (bħall-Istati Uniti u, speċjalment, iċ-Ċina), u sabiex ikun ta' appoġġ sħiħ għall-objettivi tal-Istrateġija UE 2020; |
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta approċċ aktar tolleranti tar-riskju u bbażat fuq il-fiduċja għall-programmi tagħha ta' riċerka u żvilupp biex tnaqqas il-burokrazija u żżid il-parteċipazzjoni ta' impriżi innovattivi fil-proġetti; |
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mobilizzat il-finanzjament għall-investimenti f'netwerks b'veloċità għolja; jenfasizza li broadband għal kulħadd huwa essenzjali biex l-Ewropa tikkompeti globalment u biex ikun żgurat li l-ebda Ewropew ma jaqa' lura; |
19. |
Jitlob li l-Kummissjoni fil-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2012 taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżgura t-traspożizzjoni tajba u f'waqtha tar-riformi tal-2009 fil-leġiżlazzjoni qafas dwar il-komunikazzjoni; jinnota, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu infurzati obbligi tal-aċċess għas-suq u benefiċċji oħra għall-konsumatur, inklużi informazzjoni mtejba dwar il-kuntratti u l-prezzijiet u miżuri għat-trasferiment tan-numri; |
20. |
Jinnota l-ħtieġa li fil-Programm ta' Ħidma għall-2012 b'reazzjoni għal żviluppi teknoloġiċi ġodda jiġu indirizzati għadd ta' oqsma, filwaqt li jittejjeb is-Suq Uniku Diġitali; dawn għandhom jinkludu l-“cloud computing”, “l-Internet tal-Oġġetti”, il-firem elettroniċi u s-sigurtà ċibernetika; |
21. |
Jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri dwar tnaqqis tar-rati għall-roaming tad-dejta jidħlu fis-seħħ għalkollox fl-2012; |
22. |
Jenfasizza l-importanza ta' strateġija ICT u li jitlesta s-Suq Uniku Diġitali Ewropew, li jipprovdu opportunitajiet ta' tkabbir enormi għall-industriji u l-SMEs fil-kummerċ transkonfinali, iqarrbu lin-nies, isawwru mill-ġdid il-mod li bih jaħdmu u jgħixu, jipprovdu għodda ġdida għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u jtejbu l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u d-data miftuħa; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ għall-ICT sabiex l-UE tista' tkun fuq quddiem fis-swieq emerġenti bħat-teknoloġiji tas-saħħa u n-netwerks tat-trasport u tal-elettriku aktar ekoloġiċi; |
23. |
Ifakkar fl-importanza dejjem ikbar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) għat-tkabbir ekonomiku u l-potenzjal kreattiv tal-Ewropa u jenfasizza li trid tiġi ggarantita l-protezzjoni adegwata ta' dawk id-drittijiet; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi segwitu malajr bi proposti ta' rieżami konkreti f'dan il-qasam; jenfasizza l-importanza tal-IPR għall-industriji kulturali u kreattivi u għall-aċċess għal prodotti u servizzi kulturali; |
Tkabbir sostenibbli
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-istrateġija tagħha dwar il-klima biex tħeġġeġ ir-rwol ewlieni tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u fl-istess ħin issaħaħ il-kompetittività tal-UE u tgħin biex jintlaħaq ftehim internazzjonali bilanċjat; |
25. |
Jitlob strateġija komprensiva tal-UE dwar l-enerġija esterna li tinkorpora kwistjonijiet dwar il-materja prima u l-elementi rari u li tagħti prijorità lis-swieq globali miftuħa; jitlob ukoll politika dwar l-enerġija tal-UE sostenibbli, kompetittiva u integrata, skont liema politika l-varjetà u s-sehem relattiv tas-sorsi ta' enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jiġu indirizzati flimkien bħala parti minn approċċ koeżiv, u jqis li t-tlestija tas-suq intern tal-enerġija hija ta' importanza fundamentali għall-kompetittività u t-tkabbir tal-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef l-iżvilupp ta' netwerk Ewropew integrat tal-enerġija billi tressaq il-proposti enfasizzati fil-pakkett tagħha dwar l-infrastruttura tal-enerġija; |
26. |
Bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv ta' suq uniku tal-enerġija fl-2014, jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-enerġija u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tadotta l-miżuri implimentattivi rilevanti mingħajr dewmien, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi kull proposta ġdida meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet; |
27. |
Jitlob li ssir reviżjoni urġenti tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Nukleari bl-għan li tissaħħaħ, partikolarment billi jitqiesu r-riżultati tat-testijiet tal-istress implimentati wara l-inċident ta' Fukushima; |
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għas-Seba' Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali u għal strateġija soda u integrata dwar il-bijodiversità; |
29. |
Iqis li r-riforma tal-PAK għandha tiżgura li l-PAK tiġi allinjata sew mal-għanijiet tal-Istrateġija UE 2020 u li s-sostenibbiltà tingħata prijorità fil-PAK sabiex tkun żgurata l-vijabbiltà fit-tul tal-produzzjoni Ewropea tal-ikel, filwaqt li jittejbu l-kompetittività u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-bdiewa, jiġi promoss l-iżvilupp rurali, tinżamm id-diversità tat-tip ta' biedja u tal-produzzjoni u tiġi evitata l-burokrazija; |
30. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-funzjonament tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u Rispons Bikri u tas-Sistema ta' Twissja Rapida għall-Ikel u l-Għalf bl-għan li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li jista' jkun hemm; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ikel li joriġina minn annimali kklonati u mill-frieħ tagħhom, u jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva ġdida dwar l-ikel il-ġdid; |
32. |
Jesprimi dispjaċir qawwi għad-dewmien tal-linji gwida dwar it-TEN-T u l-proposti tal-pakkett dwar l-ajruporti; jilqa' l-White Paper dwar il-Futur tat-Trasport u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq il-proposti leġiżlattivi previsti fiha mill-aktar fis possibbli; iqis li għad irid jintlaħaq suq ferrovjarju Ewropew integrat u interoperabbli, u jemmen li r-reviżjoni f'waqtha tal-linji gwida TEN-T għandha tingħata prijorità sabiex jiġi żviluppat netwerk komprensiv ta' trasport multimodali b'komodalità u interoperabilità effiċjenti; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tressaq proposta leġiżlattiva dwar is-settur ferrovjarju u l-estensjoni tal-kompetenzi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni u tas-sikurezza; jinsisiti li hemm ħtieġa urġenti għal finanzjament aħjar tat-TEN-Ts u għat-titjib tal-koordimanet permezz tal-finanzjament ta' koeżjoni; |
33. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni sal-2012 iddaħħal Karta Ewropea tad-drittijiet tal-passiġġieri bil-modi kollha tat-trasport; |
34. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' implimentazzjoni sħiħa tal-Ajru Uniku Ewropew, inkluż l-istabbiliment ta' Blokki ta' Spazju tal-Ajru Funzjonali u tas-SESAR sabiex jaqdu l-ħtiġijiet futuri ta' kapaċità tal-ispazju tal-ajru u ta' sikurezza; jiddeplora n-nuqqas li tiġi żgurata t-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet fuq likwidi, aerosols u ġels fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, tneħħija li għandha tibqa' prijorità għall-Kummissjoni; |
35. |
Jisħaq fuq il-bżonn ta' riforma komprensiva u ambizzjuża tal-politika komuni tas-sajd, filwaqt li jirrifjuta sejħiet għar-rinazjonalizzazzjoni, u jenfasizza li għandha tinkludi integrazzjoni ta' approċċ ekosistemiku, ir-reġjonalizzazzjoni, miżuri definiti ċar għas-sajd fuq skala żgħira, impetu ġdid għas-settur tal-akkwakultura fl-Ewropa u ġlieda serja kontra s-sajd illegali, mhux regolat u mhux rappurtat u r-rimi tal-qabdiet; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Kummissjoni tista' ma tressaqx proposta ġdida dwar miżuri tekniċi qabel l-2013, meta jiskadu l-miżuri transnazzjonali eżistenti; |
Tkabbir inklużiv
36. |
Jilqa' l-inizjattivi emblematiċi dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda u l-pjattaforma dwar il-faqar, iżda jiddispjaċih li ftit hemm proposti leġiżlattivi fil-qasam tal-impjiegi u tal-affarijiet soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tressaq strateġija soċjali ġdida allinjata mal-avvanzi ewlenin tat-Trattat ta' Lisbona, filwaqt li tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tad-djalogu soċjali fil-qasam tal-pagi u l-pensjonijiet u, bi qbil mal-Artikolu 153(5) tat-TFUE, tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali u tiżgura l-leġittimità demokratika tal-proċess permezz tal-involviment tal-Parlament Ewropew; |
37. |
Jitlob li jkun hemm politika ta' koeżjoni mal-UE kollha wara l-2013 u li t-tħejjija għal dik il-politika ta' koeżjoni futura tissimplifika l-fondi u l-programmi eżistenti, tiżgura riżorsi finanzjarji adegwati u tallinja l-politika mal-għanijiet tal-Istrateġija UE 2020, filwaqt li toħloq valur miżjud permezz ta' sinerġiji ma' politiki interni oħra; jistenna li l-Kummissjoni jkollha rwol kostruttiv ta' medjatur tul il-proċeduri kollha relatati mal-adozzjoni ta' regolamenti li jkopru l-politika ta' koeżjoni, fir-rispett tal-prinċipju tal-kodeċiżjoni, bil-għan li jintlaħaq ftehim kemm jista' jkun kmieni fil-proċedura leġiżlattiva sabiex jiġi evitat dewmien mhux mixtieq u biex jingħelbu b'mod effikaċi id-diffikultajiet inerenti tal-bidu li jistgħu jinħolqu fil-proċess ta' implimentazzjoni tal-programmi operattivi tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; |
38. |
Jappoġġa inizjattivi maħsuba biex jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol ma' dik tal-familja u jemmen li l-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi biex tindirizza titpi differenti ta' liv – jiġifieri liv tal-paternità, tal-adozzjoni u tal-ulied – u tistabbilixxi strateġija Ewropea bbażata fuq l-aqwa prattiki fl-Istati membri bil-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-ilħiq tal-miri tar-rati tal-impjieg stipulati fl-Istrateġija UE 2020; jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni biex titnaqqas id-diverġenza fil-pagi bejn is-sessi, iżda jiddispjaċih li d-diverġenza fil-pagi għadha sfida reali li għad trid tingħeleb, u jtenni t-talba tiegħu għal impenn b'saħħtu bil-għan li jindirizza l-kawżi multipli ta' diżugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel permezz ta' rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti; |
39. |
Jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-Kummissjoni għadha ma ressqitx proposta leġiżlattiva biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa fil-qafas ta' strateġija komprensiva b'approssimazzjoni adegwata tas-sanzjonijiet; |
40. |
Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar in-nuqqas ta' proposta u inizjattivi fil-qasam tas-saħħa pubblika u jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar prodotti mediċinali ta' terapiji avvanzati; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fl-2012 temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza li fatturi u dejta ġodda jindikaw il-ħtieġa ta' bidla u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-att li jemenda b'urġenza, filwaqt li tikkunsidra wkoll li tivvaluta estensjoni tal-ambitu ta' dik id-direttiva sabiex jitnaqqas ir-riskju mis-sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni u jitħarsu s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema Ewropej; |
41. |
Jenfasizza li għandhom jingħataw importanza l-programmi multiannwali ġodda fl-oqsma tal-eukazzjoni, il-kultura, il-midja awdjoviżivi, iż-żgħażagħ, l-isport u ċ-ċittadinanza, li huma essenzjali għas-suċċess tal-istrateġija UE 2020 u għaż-żamma tad-diversità multikulturali u lingwistika fl-UE, u li huma forza qawwija favur il-koeżjni u l-integrazzjoni soċjali; iqis li azzjonijiet u miżuri bbażati fuq qafas baġitarju adegwat u effiċjenti għandhom jittieħdu biex jiggarantixxu li dawn il-programmi stabbiliti jkomplu jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini Ewropej wara l-2013; |
L-isfruttar tal-potenzjal tas-Suq Uniku għat-tkabbir
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar sistematika hija u tapplika t-“test tal-SMEs”, li għadu ma ġiex applikat sewwa u b'mod konsistenti fil-proposti leġiżlattivi kollha, partikoalrment fil-livell nazzjonali; għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni tressaq standards u rekwiżiti minimi, ibbażati fuq l-aqwa prattika, biex it-test tal-SMEs jiġi applikat fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali; |
43. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Att dwar is-Suq Uniku iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta biex timmodernizza u tissimplifika l-proċeduri tal-akkwist pubbliku għall-awtoritajiet kontraenti u l-SMEs, inkluż it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol; |
44. |
Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni fil-Programm ta' Ħidma għall-2012 li tirrevedi l-politika tal-konsumatur u l-istrateġija leġiżlattiva, filwaqt li tintegra inizjattivi fis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni; jinnota, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jkun żgurat li l-konsumaturi kollha fl-Unjoni Ewropea jirċievu l-protezzjoni sħiħa offruta mil-leġiżlazzjoni ewlenija, bħalma huma d-direttivi dwar il-prattiki kummerċjali inġusti u dwar il-kreditu tal-konsumaturi; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ b'riforma ambizzjuża tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali biex tippromwovi mobilità vera tal-ħaddiem fl-UE billi tissimplifika l-proċeduri tar-rikonoxximent awtomatiku filwaqt li tirrispetta s-sikurezza tal-pazjenti, tqawwi l-mobilità ta' dawk li għadhom kemm iggradwaw u terġa' teżamina ċerti professjonijiet regolati jew ċerti setturi minnhom; |
46. |
Jitlob lill-Kummissjoni twettaq pogramm ta' "ġustizzja għat-tkabbir", li jtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja għan-negozji u l-konsumaturi, u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni tressaq b'urġenza l-proposta tagħha dwar ir-riżoluzzjoni alternattiva ta' kontroversji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, kif ġie mħabbar; |
IT-TWETTIQ TAL-AĠENDA TAĊ-ĊITTADIN: LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA
47. |
Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' proposta leġiżlattiva dwar is-solidarjetà msaħħa fi ħdan l-UE fil-qasam tal-asil, u jinnota li x-xogħol għandu jkompli fuq il-pakkett tal-asil sabiex titwaqqaf sistema Ewropea komuni għall-asil li tiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni u rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u li ma tħalix li l-liġi dwar l-asil tkun strumentalizzata għal finijiet oħra; |
48. |
Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni tajba tal-acquis eżistenti dwar l-asil (Dublin, Eurodac, il-proċedura ta' lqugħ u d-direttiva ta' kwalifika għall-protezzjoni tal-persuni li jfittxu l-asil), li jfisser li l-istandards komuni Ewropej mhumiex garantiti, u b'hekk jitnaqqar ukoll is-sens ta' solidarjetà; |
49. |
Jinnota l-pakkett tal-Kummissjoni dwar il-vittmi u jqis li huwa importanti ħafna li jissaħħu d-drittijiet tal-vittmi tat-terroriżmu u l-kriminalità fl-UE u l-appoġġ għal dawn il-vittmi; |
50. |
Jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li l-acquis ta' Schengen jiġi rrispettat bis-sħiħ u li kwalunkwe proposta mill-Kummissjoni għandha tiġi ttrattata bl-użu tal-metodu Ewropew; jirrikonoxxi l-bżonn ta' fruntieri esterni intelliġenti u n-neċessità ta' ġestjoni aħjar tal-fruntieri esterni u politika effikaċi u kredibbli dwar il-fruntieri esterni; iqis li l-kontroll tal-aċċess għat-territorju tal-UE hu wieħed mill-funzjonijiet prinċipali ta' żona mingħajr fruntier interni, li l-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni tal-UE jeħtieġlu jittejjeb kontinwament biex jirrispondi għal sfidi ġodda tal-migrazzjoni u tas-sigurtà, u huwa għalhekk li jeħtieġ li tiġi stabbilita politika bbilanċjata dwar il-viża; f'dan il-kuntest jitlob lill-Kummissjoni tlesti l-istabbiliment tas-sistema SIS II, VIS u Eurodac, kif ukoll l-aġenzija l-ġdida tal-IT; ifakkar li l-ġestjoni effikaċi u integrata tal-fruntieri esterni u interni tal-UE u ta' politika tal-viża hija marbuta b'mod strett mal-politika tal-migrazzjoni u tal-asil, u hija għodda essenzjali għal din il-politika, inklużi kwistjonijiet ta' mobilità u l-evitar tal-abbużi; jiddispjaċih li s-SIS II għadha mhix operattiva u jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex timplimenta s-sistema, u se jibqa' jissorvelja mill-qrib l-allokazzjoni tal-baġit tal-UE għal dan; |
51. |
Għandu fehma pożittiva dwar l-emendar tal-Manwal tas-Sirene, l-aġġornament tal-Manwal Prattiku Komuni għall-Gwardji tal-Fruntiera, l-iżvilupp ulterjuri ta' Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) u l-istabbiliment ta' sistema ta' Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont il-Programm ta' Stokkolma; |
52. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiċċara aktar il-kundizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet tal-Istati Membri huma intitolati jwettqu attivitajiet ta' sorveljanza tal-fruntieri, jaqsmu informazzjoni operattiva u jikkooperaw bejniethom u mal-Frontex; jaqbel mal-idea li l-Frontex se jkollha rwol maġġuri fil-ġestjoni tal-kontroll tal-fruntieri u jilqa' l-ftehim dwar il-modifikazzjoni tal-qafas legali tagħha biex iħalliha tkun iktar effikaċi mil-lat tal-kapaċità operattiva tagħha fuq il-fruntieri esterni; |
53. |
Jemmen bil-qawwa li l-proposti mistennija dwar reviżjoni tad-Direttiva 95/46/KE u u tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta għandhom ikunu ambizzjużi, b'tali mod li jmorru 'l hinn mill-protezzjoni insuffiċjenti mogħtija mid-Deċiżjoni ta' Qafas għall-protezzjoni tad-dejta f'dak li kien it-tielet pilastru; jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati kwistjonijiet ewlenin dwar is-sigurtà tal-internet fir-rigward tal-“cloud computing” u “l-Internet tal-oġġetti”; jenfasizza li l-protezzjoni tad-dejta għandha tkun ambizzjuża wkoll fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta l-protezzjoni tad-dejta tal-UE meta tinnegozja ma' pajjiżi terzi, filwaqt li jissottolinja li l-Parlament Ewropew se jeżamina bir-reqqa l-proposti kollha, inklużi PNR tal-UE u sistema tal-UE għall-estrazzjoni tad-dejta finanzjarja u kwalunkwe ftehim tal-UE dwar il-PNR ma' pajjiżi terzi (inklużi n-negozjati li għaddejjin bħalissa mal-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja) għall-konformità tagħhom mad-drittijiet fundamentali; |
L-EWROPA FID-DINJA: NAGĦTU SEHEMNA FIX-XENA GLOBALI
54. |
Jenfasizza li l-valuri, il-prinċipji u l-impenji li fuqhom hija bbażata l-UE għandhom ikunu l-prinċipji ewlenin ta' gwida ta' politika barranija magħquda; jisħaq li l-Kummissjoni jeħtiġilha tikkoopera bis-sħiħ ma—Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, mhux biss dwar it-tkabbir, l-iżvilupp, il-kummerċ u l-għajnuna umanitarja, imma wkoll rigward aspetti esterni ta' politiki interni, b'tali mod li tiżgura aktar koerenza tal-politiki fl-azzjoni tal-UE, b'mod partikolari bejn il-politika tal-kummerċ u dik industrijali, bil-għan li l-kummerċ jintuża bħala strument ġenwin għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa; jenfasizza l-importanza tar-RGħ/VP fl-istabbiliment ta' politika barranija koerenti u magħquda; |
55. |
Jitlob li jkun hemm kapaċità militari msaħħa permezz ta' aktar qsim komuni tar-riżorsi ħalli l-UE tkun aktar kapaċi tirreaġixxi bil-ħeffa u bl-effikaċja għall-kriżijiet esterni u ssaħħaħ is-sigurtà trans-Atlantika; |
Il-Politika Ewropea tal-Viċinat
56. |
Jenfasizza li r-reviżjoni tal-istrumenti tal-għajnuna finanzjarja esterna għandha titqies bħala opportunità biex tissaħħaħ il-politika esterna Ewropea, partikolarment fil-proċess attwali ta' tranżizzjoni lejn id-demokrazija fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar; jappella għal aktar flessibilità u ħeffa fl-għoti ta' assistenza finanzjarja lil pajjiżi eliġibbli f'sitwazzjonijiet ta' kriżi; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-pajjiżi benefiċjarji li jassumu l-kontroll tal-għajnuniet u, b'dan il-mod, timmassimizza l-impatt tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tibni fuq it-tagħlimiet misluta mill-ġenerazzjoni preċedenti ta' strumenti finanzjarji esterni u tindirizza t-tħassib muri mill-Qorti tal-Awdituri; |
57. |
Jilqa' r-rieżami tal-Kummissjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u jistenna proposti konkreti dwar kif għandhom jiġu żviluppati ż-żewġ dimensjonijiet multilaterali tal-PEV, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lill-pajjiżi Għarab li qed jaspiraw għad-demokrazija; jenfasizza l-ħtieġa għal impetu ġdid; jilqa' l-proposti mfissra fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Mejju 2011 dwar ir-rieżami tal-PEV u jitlob implimentazzjoni rapida tal-miżuri konkreti għal ħidma mill-ġdid mal-pajjiżi qrib tal-UE; jenfasizza li l-impenn tal-UE għal rabtiet eqreb mal-pajjiżi ġirien tagħha se jkun magħmul minn kombinazzjoni ta' assistenza finanzjarja miżjuda, appoġġ imsaħħaħ għad-demokrazija, aċċess għas-suq u mobilità mtejba; jitlob rieżami tal-Unjoni għall-Mediterran, abbażi ta' evalwazzjoni tan-nuqqasijiet kurrenti u fid-dawl ta' avvenimenti riċenti marbuta mar-Rebbiegħa Għarbija; |
It-Tkabbir tal-UE.
58. |
Jistenna li l-Kummissjoni tissokta b'ħidmitha dwar in-negozjati tal-adeżjoni; jenfasizza li, wara l-konklużjoni b'suċċess tan-negozjati mal-Kroazja, it-tħejjija tan-negozjati għandha tkompli ma' pajjiżi kandidati oħra fil-Punent tal-Balkani, filwaqt li fl-istess ħin jisħaq li dawn il-pajjiżi jeħtiġilhom jieħdu l-passi kollha biex ikunu għalkollox u rigorożament konformi mal-krietrji ta' Kopernħagen; barra minn hekk, għandhom jingħataw attenzjoni partikolari s-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina u l-Moldova kif ukoll l-isforzi biex tinstab soluzzjoni għall-kontroversja dwar l-isem ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jittama li t-taħditiet li għaddejjin f'Ċipru jwasslu għal riżoluzzjoni komprensiva, u jistenna li t-Turkija tikkontribwixxi għal dan il-proċess billi taqdi l-obbligi tagħha skont il-Protokoll ta' Ankara; |
59. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mal-Kosovo biex mill-aktar fis possibbli tistabbilixxi pjan tar-rotta għal-liberalizzazzjoni tal-viża, minħabba li l-Kosovo waħdu mill-Balkani tal-Punent għandu skema tal-viża mal-UE; jilqa' f'dan ir-rigward il-ftehim reċenti bejn is-Serbja u l-Kosovo; |
Politika tal-kummerċ komprensiva
60. |
Jappoġġa l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea fin-negozjati kummerċjali bilaterali u reġjonali kollha li għaddejin sabiex tilħaq eżitu pożittiv għal ftehimiet kummerċjali komprensivi u bbilanċjati fl-2012, li jsaħħu b'mod sinifikanti l-prospettivi kummerċjali tal-UE u l-opportunitajiet għall-kumpaniji tal-UE fid-dinja kollha; iqis, madankollu, li sforzi sostnuti tal-UE huma meħtieġa biex jiġi sfruttat iż-żmien ta' opportunità fl-2011 fin-negozjati multilaterali tar-Rawnd ta' Doha li għandhom iwittu t-triq għal stabilità ekonomika dinjija; |
61. |
Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha ssaħaħ ir-rabtiet kummerċjali tagħha mal-protagonisti ekonomiċi u politiċi l-kbar tad-dinja, b'mod partikolari l-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja, l-Indja, il-Ġappun u l-Brażil, billi tuża l-mezzi u l-istrumenti ta' kooperazzjoni eżistenti u tespandihom kull meta dan ikun possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm assoċjazzjoni msaħħa tal-Parlament fin-negozjati li għaddejjin u fid-definizzjoni ta' mandati ta' negozjati għall-ftehimiet ta' investiment; jitlob lill-Kummissjoni tikkonkludi n-negozjati dwar ftehimiet bilaterali u reġjonali dwar il-kummerċ ħieles li għaddejjin bħalissa, u tipproponi regolamenti addizzjonali u effikaċi ta' salvagwardja li jmorru magħhom; jinnota li dawn għandhom jitqiesu bħala strateġija komplimentari u mhux bħala alternattiva għall-qafas multilaterali; |
62. |
Iqis li l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-kummerċ u l-investiment fid-dinja kollha għadha kwistjoni ċentrali u element essenzjali tal-istrateġija kummerċjali dinjija tal-UE; jinnota, f'dan ir-rigward, li r-Rapport riċenti tal-Kummissjoni għall-2011 dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment juri ostakli sinifikanti u mhux ġustifikati fir-relazzjonijiet tagħna ma' sħab strateġiċi, li jillimitaw l-aċċess għas-suq lill-pajjiżi terzi maġġuri; għaldaqstant itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tkun iffukata u iebsa f'ħidmitha fuq din l-aġenda u tkompli tiġġieled kontra miżuri protezzjonisti mhux ġustifikati, filwaqt li tiżgura li l-politika tal-kummerċ tibqa' għodda għall=ħolqien tal-impjiegi sew fi ħdan l-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tagħmel ħilitha biex tidentifika u progressivament telimina ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ u l-investiment trans-Atlantiku, partikolarment fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku u l-istandardizzar, bl-aqwa użu possibbli tal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku, bħala mezz għall-ilħiq ta' suq trans-Atlantiku sal-2015; |
63. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-inklużjoni fil-ftehimiet kummerċjali kollha ta' dispożizzjonijiet vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem, standards soċjali u ambjentali kif speċifikat f'għadd ta' rapporti ta' inizjattiva proprja adottati fl-2010; |
Il-politiki tal-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja
64. |
Jitlob li l-Kummissjoni fl-2012 tressaq inizjattiva dwar il-finanzjament innovattiv tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA), sabiex taqdi impenji dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; barra minn hekk, jitlob li jitressqu proposti leġiżlattivi li jindirizzaw ulterjorment ir-rifuġji fiskali, il-flussi illegali tal-kapital u l-użu ħażin tat-trasferiment tal-prezzijiet bħala segwitu għall-Komunikazzjoni dwar “Il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa”; |
65. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta komunikazzjoni bi proposti konkreti dwar l-istabbiliment ta' rabta effiċjenti bejn l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp, li għandha tqis il-flessibilità meħtieġa biex tippermetti li f'sitwazzjonijiet ta' tranżizzjoni jkun hemm rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp (LRRD); jappoġġa l-espansjoni tal-programmi tal-ikliet fl-iskejjel biex ikopru t-tfal kollha f'postijiet fejn hemm ħafna ġuħ bl-użu ta' ikel prodott lokalment u bit-tmiem tal-ħlas mill-utenti għall-iskejjel primarji u s-servizzi tas-saħħa essenzjali, i kkumpensati b'żieda fl-għajnuna mid-donaturi skont il-bżonn; |
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq inizjattiva leġiżlattiva biex idaħħal it-trasparenza fl-industriji tal-estrazzjoni permezz ta' miżuri vinkolanti fil-livell tal-UE, sabiex tagħti aċċess lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għad-dħul iġġenerat mir-riżorsi naturali tagħhom, biex b'hekk jiġu megħjuna jerfgħu lill-komunitajiet tagħhom mill-faqar; |
*
* *
67. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0266.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0297.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0331.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/120 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Leġiżlazzjoni dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli (TSE) u dwar kontrolli relatati tal-ikel u tal-għalf
P7_TA(2011)0328
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli (TSE) u dwar kontrolli relatati tal-ikel u tal-għalf - implimentazzjoni u prospettiva (2010/2249(INI))
2013/C 33 E/12
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-16 ta’ Lulju 2010 bit-titolu “It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE: Karta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015” (COM(2010)0384), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-25 ta’ Awwissu 2010 dwar l-operazzjoni ġenerali tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri fuq is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali, u s-saħħa tal-pjanti (COM(2010)0441), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħtieġa u l-użu fil-futur ta' laħam separat b'mod mekkaniku fl-Unjoni Ewropea, inkluża l-politika ta' informazzjoni għall-konsumaturi (COM(2010)0704), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2) u r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Iġjene (COM(2009)0403), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta’ l-ikel (3), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (4) u r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament (COM(2009)0334), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sikurezza ta' l-ikel (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u ta’ l-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Reġolament (KE) Nru 1774/2002 (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar id-defiċit ta' proteini fl-UE: x'soluzzjoni għal problema li ilha teżisti? (8), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE, |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2010 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tas-16 ta’ Lulju 2010 bit-titolu “It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE: Karta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015”, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, (A7-0195/2011), |
A. |
billi l-okkorrenza tal-BSE fl-Unjoni Ewropea kienet laħqet proporzjonijiet epidemiċi f’nofs is-snin ’90 li wasslet għad-dħul ta’ serje ta’ miżuri mmirati għall-eradikazzjoni tal-BSE u TSEs oħra, |
B. |
billi l-għadd ta’ każijiet pożittivi ta’ BSE fl-UE naqas minn 2 167 każ fl-2001 għal 67 każ fl-2009; billi, fid-dawl ta’ dan il-għadd li qed jonqos ta’ każijiet, il-leġiżlazzjoni implimentata waqt dan il-perjodu tista’ titqies li tat kontribut għall-eradikazzjoni tal-BSE u TSEs oħra fl-UE u billi, id f’id ma' din it-tendenza epidemjoloġika li qiegħda tonqos, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi għandhom jiġu adattati skont is-sitwazzjoni attwali f’dak li hu riskju, |
C. |
billi, minħabba l-għadd li kontinwament qed jonqos tal-każijiet ta’ BSE, il-leġiżlazzjoni dwar it-TSEs ġiet modifikata f’dawn l-aħħar snin u setgħu jiġu kkunsidrati bidliet futuri filwaqt li jiġi żgurat u jibqa’ jinżamm livell għoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika fl-Unjoni Ewropea; billi dawn il-bidliet jistgħu jinkludu miżuri relatati mat-tneħħija tal-MRS, mar-rieżami tad-dispożizzjonijiet tal-projbizzjoni totali fuq l-għalf, mal-eradikazzjoni tal-iscrapie, mal-qtil (culling) tal-ko-orti u mas-sorveljanza, |
D. |
billi żieda fil-produzzjoni domestika tal-għelejjel tal-proteina hija indispensabbli bil-għan li titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tas-sojja u għejun oħra ta' proteina, |
Rimarki ġenerali
1. |
Jilqa’ ‘It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE: Karta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015’ tal-Kummissjoni u l-proposti tagħha għal ċerti reviżjonijiet tar-reġim attwali tal-leġiżlazzjoni tat-TSE fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza, madankollu, li ċerti dispożizzjonijiet jeħtieġu valutazzjoni bir-reqqa u se jkunu appoġġjati biss taħt ċerti kundizzjonijiet; |
2. |
Jenfasizza kemm hu importanti li jiġi żgurat li t-tnaqqis sinifikanti fil-każijiet tal-BSE fl-Unjoni Ewropea ma jwassalx għal miżuri tat-TSE anqas stretti jew għal xi tnaqqis fil-mekkaniżmi ta’ konroll u sorveljanza stretti fl-UE; jieħu nota tal-kontribut tal-leġiżlazzjoni tal-imgħoddi u dik attwali tat-TSE għall-eradikazzjoni tat-TSEs fl-UE; |
Sorveljanza tal-BSE
3. |
Jieħu nota taż-żieda fil-limiti tal-età għall-ittestjar tat-TSE tal-annimali tal-ifrat ta’ aktar minn 72 xahar fit-22 Stat Membru kif iddaħħlet mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni mmsemmija hawn fuq li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE; |
4. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-limiti tal-età fl-Stati Membri li fadal biss jekk ikun hemm l-appoġġ ta’ valutazzjonijiet sodi tar-riskji bil-għan li ma jitqiegħedx f’periklu livell għoli ta’ saħħa tal-annimali u ta’ ħarsien tal-konsumatur; |
5. |
Jenfasizza li l-mekkaniżmu ta’ sorveljanza huwa strument importanti fil-monitoraġġ tat-TSE fl-UE; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar żieda oħra fil-limiti tal-età għall-ittestjar fl-annimali tal-ifrat b'mod partikolari minħabba l-ittestjar tad-daqs tal-kampjuni li se jirregola s-sistema tal-monitoraġġ tal-BSE fl-annimali tal-ifrat minn Jannar 2013 ’il quddiem; jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament bil-progress u sejbiet ġodda fuq id-daqsijiet tal-kampjuni li għandhom jintgħażlu; |
6. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa’ żżomm kif inhu l-ittestjar tal-annimali li jinsabu f’riskju bħala element importanti tal-kontinwazzjoni tal-monitoraġġ tat-tendenza tal-każijiet tal-BSE fl-UE u tal-iżgurar tas-sejbien bikri ta’ kull riokkorrenza possibbli fil-ġejjieni; |
Reviżjoni tal-Projbizzjoni fuq l-Għalf
7. |
Jappoġġja - b’mod partikolari fid-dawl tad-defiċit eżistenti ta’ proteini fl-UE - il-proposta tal-Kummissjoni li jitneħħew id-dispożizzjonijiet li jipprojbixxu li l-annimali li ma jixtarrux jiġu mitmugħa proteini tal-annimali pproċessati, bil-kundizzjoni li dan ikun japplika biss għall-annimali mhux erbivori, u li:
|
8. |
Jenfasizza li dawn il-miżuri għandhom imorru id f’id ma’ PAK immirata li torbot bejniethom il-produzzjoni tal-għelejjel u l-produzzjoni tal-bhejjem, l-użu adegwat taż-żoni tal-bur, iż-żieda fil-produzzjoni domestika tal-proteina u l-appoġġ għas-sistemi tan-newb tal-uċuħ; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ddaħħal miżuri li jiżguraw li, jekk titneħħa l-projbizzjoni fuq l-għalf, il-possibilità ta’ transkontaminazzjoni tal-materjal tal-annimali li ma jistarrux mal-materjal tal-annimali li jixtarru permezz tal-kanali ta’ trasportazzjoni tiġi eskluża; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni separata għall-biċċeriji li fihom jiġu prodotti kemm prodotti sekondarji mill-annimali li ma jixtarrux u kemm prodotti sekondarji mill-annimali li jixtarru, ħalli jiġi żgurat li ssir separazzjoni ċara ta’ dawn il-prodotti sekondarji; |
11. |
Jirrofta l-użu tal-proteini tal-annimali pproċessati derivati minn annimali li ma jixtarrux jew minn annimali li jixtarru fil-għalf għall-annimali li jixtarru; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jiġu kkontrollati l-importazzjonijiet tal-proteini tal-annimali pproċessati bil-għan li jiġi żgurat li r-riċiklaġġ intraspeċi, l-użu tal-materjal tal-kategorija 1 u 2 u l-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-iġjene jkunu jistgħu jiġu esklużi; jenfasizza li għal dan il-għan jeħtieġ ukoll li jsiru spezzjonijiet fuq il-post regolari u għal għarrieda; |
13. |
Jesprimi ruħu favur li jiġi eżaminat b’mod kritiku l-istabbiliment ta’ livell ta’ tolleranza għal ammonti insinifikanti ta’ proteini tal-annimali li ma jixtarrux, mhux awtorizzati, fil-għalf ikkawżati minn kontaminazzjoni aċċidentali u teknikament inevitabbli, kemm-il darba hemm disponibbli metodu kif jiġi ddeterminat il-proporzjon ta’ dawn il-proteini; |
Lista tal-MRS
14. |
Jistenna li l-Kummissjoni tibqa’ żżomm l-istandards stretti li jinsabu fil-lista tal-MRS tal-UE; jenfasizza li dawn l-istandards stretti ma għandhom jiddgħajfu minn xi tentattivi tal-OIE li tallinja l-istandards tal-UE mal-lista tal-OIE; |
15. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra modifiki għal-lista tal-MRS tal-UE biss jekk ikun hemm l-appoġġ ta’ fatti xjentifiċi, skont l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, jekk ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jkunu jistgħu jiġu esklużi u jekk is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-għalf tista' tiġi ggarantita; |
Riċerka dwar it-TSEs
16. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tinkoraġġixxi aktar il-kontroll ġenetiku tal-iscrapie fin-nagħaġ permezz ta’ programmi ta’ tnissil u trobbija mmirati biex jevitaw it-tnissil konġenitali jew l-ispostament ġenetiku; |
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri biex tiġi inkoraġġita r-riċerka li dejjem għaddejja dwar ir-resistenza tal-iscrapie fil-mogħoż u dwar l-iscrapie atipika peress li din il-ħaġa tista’ tikkontribwixxi għall-eradikazzjoni tat-TSEs fl-UE; |
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi r-riċerka li dejjem għaddejja biex jiġu żviluppati testijiet ante-mortem u post-mortem rapidi li jiddijanjostikaw il-BSE; |
19. |
Jirrifjuta li jaċċetta l-proposta tal-Kummissjoni għal tnaqqis fil-finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar it-TSEs; |
Qtil (culling) tal-ko-orti
20. |
Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li jsir rieżami tal-politika attwali tal-qtil (culling) tal-ko-orti fil-każ li titfaċċa l-BSE fil-merħliet tal-ifrat; jenfasizza li, qabel ma jsir xi tibdil fil-politika tal-qtil (culling) tal-ko-orti, għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti li ġejjin bil-għan li jinżamm livell għoli tal-fiduċja tal-konsumaturi: (1) il-ħarsien tal-konsumaturi, (2) kwalunkwe riskju li jista’ jkun hemm għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u (3) it-tkomplija tal-prattika li biha l-maniġers tar-riskji u l-leġiżlaturi jitħallew li jieħdu l-azzjoni immedjata meħtieġa fil-każ li terġa’ titfaċċa l-BSE fl-UE; |
Sikurezza tal-ikel u tal-għalf
21. |
Jieħu nota tar-Rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq dwar l-operazzjoni ġenerali tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri fis-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali, u s-saħħa tal-pjanti; jirrimarka li r-rapport jiżvela ċerti nuqqasijiet fir-rigward tal-kwalità tar-rapporti ġejjin mill-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità tar-rappurtar tagħhom billi jtejbu t-tmexxija tal-verifiki nazzjonali tagħhom bil-ħsieb li jiżguraw l-issodisfar tar-rekwiżiti regolatorji, billi jagħżlu waħdiet ta’ każijiet ta' non-konformità u billi jsaħħu l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-operaturi tan-negozji tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tesegwixxi monitoraġġ effiċjenti tal-kontrolli li jsiru mill-Istati Membri; |
22. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-kontaminazzjoni tal-ikel u tal-għalf, pereżempju bid-dijossina, u jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw u japplikaw b'mod strett ħafna r-regolamenti eżistenti dwar il-kontrolli tal-ikel u tal-għalf u dwar l-immaniġġjar tar-riskji u, jekk ikun hemm bżonn, isaħħu dawk ir-regoli u jiżguraw implimentazzjoni armonizzata permezz ta' linji gwida komuni fis-suq intern kollu; |
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u fir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 142/2011 li jirrigwardaw it-trattament ta' prodotti sekondarji tal-annimali qabel ma jiġu ttrasformati f’bijogass u l-użu jew ir-rimi tar-residwi tad-diġestjoni jiġu rrispettati u li d-diverżjoni illegali għal ġol-katina tal-għalf tiġi pprevenuta; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja l-mod li bih ir-regoli attwali qed jiġu implimentati fl-Istati Membri biex tiżgura ċirkwit magħluq għal din l-attività; |
Laħam isseparat b’mod mekkaniku
24. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni attwali tal-UE fl-Istati Membri dwar il-laħam isseparat b’mod mekkaniku; |
25. |
Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid l-implimentazzjoni tagħhom tad-definizzjonijiet ta' laħam isseparat b’mod mekkaniku skont ir-regoli eżistenti; |
26. |
Jitlob li jidħol it-tikkettar obbligatorju tal-laħam isseparat b’mod mekkaniku bil-għan li l-konsumaturi jkunu infurmati aħjar ħalli jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati; |
27. |
Jitlob lill-Kummissjoni tgħarraf lill-pajjiżi terzi bi kwalunkwe tibdil li jsir lir-Regolament tat-TSEs u bil-miżuri li għandhom x’jaqsmu mat-TSEs; |
*
* *
28. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi dan ir-rapport ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.
(3) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
(4) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.
(7) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(8) Testi adottati, P7_TA(2011)0084.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/125 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Is-sigurtà tal-avjazzjoni b'enfasi partikolari fuq l-iskanners tas-sigurtà
P7_TA(2011)0329
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni b'enfasi partikolari fuq l-iskanners tas-sigurtà (2010/2154(INI))
2013/C 33 E/13
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu tal-iskanners ta’ sigurtà fl-ajruporti tal-UE (COM(2010)0311), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-impatt tal-miżuri ta' sigurtà tal-avjazzjoni u body scanners fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-privatezza, id-dinjità umana u l-protezzjoni tad-dejta (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar ir-regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (4), |
— |
wara li kkunsidra l-ħames rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (COM(2010)0725), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-5 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitu tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u s-sikurezza li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampijiet elettromanjetiċi) (it-tmintax-il direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (7), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (8) |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (10), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tat-Taqsima għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu tal-iskanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0216/2011), |
Skanners tas-sigurtà
A. |
billi skanners tas-sigurtà huwa terminu ġeneriku użat għal teknoloġija li hija kapaċi ssib oġġetti metalliċi u oġġetti mhux metalliċi li jkunu moħbija fl-ilbies; billi l-prestazzjoni tal-identifikar tinsab fil-kapaċità li għandu l-iskanner li jsib kwalunkwe oġġett projbit li l-persuna skrinjata tista' tkun qed iġġorr moħbi f'ilbiesha, |
B. |
billi l-qafas legali tal-UE għas-sigurtà tal-avjazzjoni jaħseb għal diversi metodi u teknoloġiji ta'skrinjar li huma meqjusa kapaċi jsibu oġġetti projbiti moħbija fl-ilbies, li minn fosthom l-Istati Membri jagħżlu wieħed jew aktar; billi l-iskanners tas-sigurtà bħalissa ma jidhrux f'dik il-lista, |
C. |
billi għadd ta’ Stati Membri bħalissa qed jużaw skanners tas-sigurtà fuq bażi temporanja - għal żmien massimu ta’ 30 xahar - fl-ajruporti tagħhom, u b'hekk qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jmexxu provi b'teknoloġiji ġodda (il-Kapitolu 12.8 tal-anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010). |
D. |
billi l-Istati Membri huma intitolati li japplikaw miżuri aktar stretti mill-istandards bażiċi komuni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Ewropea u għalhekk jistgħu jdaħħlu skanners tas-sigurtà fit-territorju tagħhom; billi, f'dan il-każ, huma għandhom jaġixxu fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju u b'konformità mal-liġi tal-UE. illi dawn il-miżuri għandhom ikunu relevanti, oġġettivi, mhux diskriminatorji u proporzjonati għar-riskju li jkun qed jiġi indirizzat (l-Arikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008), |
E. |
billi l-introduzzjoni ta’ skanners tas-sigurtà mill-Istati Membri f'xi wieħed mill-każijiet imsemmija hawn fuq tagħmilha impossibbli li sseħħ sigurtà ġenwina f'post wieħed biss; billi, jekk is-sitwazzjoni preżenti tkompli, il-kundizzjonijiet tal-funzjonament li japplikaw għall-Istati Membri mhumiex se jkunu uniformi u għalhekk mhumiex se jkunu ta’ ġid għall-passiġġieri, |
F. |
billi d-diskussjoni dwar l-iskanners tas-sigurtà m'għandhiex issir separatament mid-dibattitu ġenerali dwar politika tas-sigurtà integrata u komprensiva għall-ajruporti tal-Ewropa; |
G. |
billi s-saħħa hija assi li jeħtieġ li jiġi preservat u dritt li għandu jkun protett; billi l-esponiment għar-radjazzjoni jonizzanti tirrappreżenta riskju li għandu jiġi evitat; billi, għalhekk, l-iskanners li jużaw ir-radjazzjoni jonizzanti li l-effetti tagħha huma kumulattivi u li jagħmlu ħsara għas-saħħa tal-bniedem m'għandhomx ikunu permessi fl-unjoni Ewropea, |
H. |
billi kemm il-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll l-liġijiet tal-Istati Membri diġà jistabbilixxu regoli dwar il-ħarsien kontra riskji għas-saħħa li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta’ teknoloġiji li jitfgħu radjazzjoni jonizzanti u dwar il-limiti ta’ esponiment għal tali radjazzjoni; billi, għalhekk, l-iskanners li jużaw ir-radjazzjoni jonizzanti għandhom jiġu projbiti fl-Unjoni Ewropea; |
I. |
billi l-Kummissjoni kkonsultat mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mal-grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u t-tweġibiet tagħhom fihom elementi sinifikanti rigward il-kundizzjonijiet li taħthom l-użu tal-iskanners tas-sigurtà fl-ajruporti jikkonformaw mal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, |
J. |
billi it-tħassib dwar is-saħħa u d-drittijiet għall-privatezza, il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, in-nondiskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-data jeħtieġu li jiġu indirizzati fir-rigward kemm tat-teknoloġija involuta kif ukoll tal-użu tagħha qabel ma tkun tista' titqies l-introduzzjoni tal-iskanners tas-sigurtà, |
K. |
billi l-iskanners tas-sigurtà, minbarra li jiżguraw livell akbar ta’ sigurtà mit-tagħmir attwali, għandhom jgħinu biex iħaffu l-kontrolli fuq il-passiġġieri u jnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija. |
L-iffinanzjar tas-sigurtà tal-avjazzjoni
L. |
billi l-Kunsill għadu ma ddikjarax il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar id-Direttiva dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, |
Il-miżuri ta’ sigurtà għall-merkanzija
M. |
billi l-komplotti terroristiċi l-aktar riċenti li ġew żvelati mis-servizzi tal-intelliġenza kienu qed jimmiraw li jużaw merkanzija biex iwettqu attakki, |
N. |
billi mhux biss il-passiġġieri imma wkoll il-merkanzija u l-posta huma u għandhom jiġu soġġetti għall-miżuri ta'sigurtà xierqa, |
O. |
billi l-merkanzija u l-posta li jitgħabbew fuq ajruplani tal-passiġġieri jippreżentaw mira għall-attakki terroristiċi; billi, peress li l-livell ta’ sigurtà għall-merkanzija u għall-posta huwa ħafna iktar baxx minn dak għall-passiġġieri, il-miżuri ta’ sigurtà għandhom isiru aktar stretti għall-posta u l-merkanzija li jitgħabbew fuq ajruplani tal-passiġġieri; |
P. |
billi l-miżuri ta’ sigurtà jikkonċernaw mhux biss l-ajruporti imma l-katina tal-provvista kollha kemm hi, |
Q. |
billi l-operaturi postali għandhom rwol importanti fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni fil-ġestjoni tal-posta u tal-pakketti, u billi, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea, dawn investew somom sinifikanti ta’ flus u daħħlu teknoloġiji ġodda biex jiggarantixxu l-konformità mal-istandards tas-sigurtà internazzjonali u Ewropej, |
Ir-relazzjonijiet internazzjonali
R. |
billi hija meħtieġa l-koordinazzjoni internazzjonali dwar il-miżuri ta’ sigurtà tal-avjazzjoni sabiex jiġi garantit livell għoli ta’ protezzjoni, filwaqt li tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-passiġġieri jkunu suġġetti għal kontrolli suċċessivi, bir-restrizzjonijiet u l-ispejjeż addizzjonali li dawn jinvolvu, |
It-taħriġ tal-persunal tas-sigurtà
S. |
billi t-taħriġ inizjali u kontinwu tal-persunal tas-sigurtà huwa kruċjali sabiex ikun garantit livell għoli ta’ sigurtà tal-avjazzjoni, li minnha nnifisha għandha tkun kompatibbli ma’ mod ta’ kif jiġu ttrattati l-passiġġieri b'tali mod li tiġi preservata d-dinjità tagħhom bħala individwi u tiġi protetta d-data personali tagħhom, |
T. |
billi l-istandards soċjali, edukattivi u ta’ taħriġ għall-persunal tas-sigurtà għandhom jiġu integrati fir-rieżami tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (11), |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. |
Hu tal-fehma li hu meħtieġ approċċ integrat għas-sigurtà tal-avjazzjoni, b'sigurtà f'post wieħed biss ħalli l-passiġġieri, il-bagalji u l-merkanzija li jaslu f'ajruport tal-UE minn ajruport ieħor tal-UE ma jkollhomx għalfejn jiġu skrinjati għal darba oħra; |
2. |
Hu tal-fehma li xi metodi tal-iskannjar li huma effettivi u jsiru malajr għall-passiġġieri, minħabba l-ħin meħud fil-waqfiet tal-ispezzjonar, jikkostitwixxu valur miżjud fis-sigurtà tal-avjazzjoni; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka dwar l-użu ta’ tekniki oħra biex jinstabu splussivi, inkluż materjal solidu, fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw sistema integrata tal-analiżi tar-riskju għal passiġġieri li b'raġuni ġustifikata jistgħu jiġu suspettati li huma theddida għas-sigurtà u għall-kontrolli fuq il-bagalji u l-merkanzija, ibbażata fuq l-informazzjoni kollha disponibbli u affidabbli, b'mod partikolari dik provduta mill-pulizija, mis-servizzi tal-intelliġenza, id-dwana u l-impriżi tat-trasport; hu tal-fehma li s-sistema kollha kemm hi għandha tiġi infurmata bir-riċerka għall-effettività, u b'konformità sħiħa mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE dwar in-Non-diskriminazzjoni u b'konformità mal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kooperazzjoni, ġestjoni tas-sigurtà u skambju ta’ informazzjoni effettivi fost l-awtoritajiet u s-servizzi kollha involuti, u bejn l-awtoritajiet u l-impriżi tas-sigurtà u tat-trasport bl-ajru, kemm fil-livell Ewropew, kif ukoll fil-livell nazzjonali; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi regolarment il-lista tal-metodi awtorizzati tal-iskrinjar u l-kundizzjonijiet u l-istandards minimi għall-implimentazzjoni tagħhom, biex jitqiesu problemi possibbli, l-esperjenza prattika u l-progress teknoloġiku, sabiex ikun provdut livell għoli ta’ prestazzjoni tal-identifikar u ta’ protezzjoni għad-drittijiet u l-interessi tal-passiġġieri u l-ħaddiema skont dak il-progress; |
7. |
Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, li jikkostitwixxu theddidiet għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif diġà ġie identifikat fil-Programm ta’ Stokkolma, u għal dan l-iskop jappoġġa, f'dan il-kuntest biss, l-użu ta’ miżuri ta’ sigurtà mfassla biex jevitaw inċidenti terroristiċi li huma preskritti bil-liġi, effettivi, neċessarji f'soċjetà demokratika ħielsa u miftuħa, proporzjonati mal-għan imfittex u konsistenti bis-sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB); ifakkar li l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tagħhom hija essenzjali u li, għalhekk, għandu jinstab bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tkun żgurata s-sigurtà u l-salvagwardja tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; |
8. |
Jisħaq, f'din ir-rabta, li kwalunkwe miżura kontraterrorista għandha tkun konsistenti bis-sħiħ mad-drittijiet fundamentali u mal-obbligi tal-Unjoni Ewropea, li huma meħtieġa f'soċjetà demokratika, u għandha tkun proporzjonata, strettament neċessarja, preskritta mil-liġi u, b'hekk, ristretta għall-iskop speċifiku tagħha; |
L-iskanners tas-sigurtà
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li l-iskanners tas-sigurtà jiżdiedu mal-lista tal-metodi awtorizzati ta’ skrinjar, bil-kundizzjoni li din tkun akkumpanjata minn regoli xierqa u standards minimi komuni għall-użu tagħhom, kif stipulat f'din ir-riżoluzzjoni, biss jekk il-valutazjoni tal-impatt li l-Parlament Ewropew talab fl-2008 tkun twettqet biex turi li l-apparat ma jikkostitwix riskju għas-saħħa tal-passiġġieri, għad-data personali, għad-dinjità individwali u għall-privatezza tal-passiġġieri jew għall-effettività tal-iskanners; |
10. |
Jemmen li l-użu tal-iskanners tas-sigurtà għandu jkun regolat minn regoli, proċeduri u standards komuni tal-UE li, mhux biss jistabbilixxu kriterji għall-prestazzjoni tal-identifikar, imma jimponu wkoll s-salvagwardji meħtieġa biex jiġu mħarsa s-saħħa u d-drittijiet fundamentali u l-interessi tal-passiġġieri, il-ħaddiema, il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tas-sigurtà; |
11. |
Jemmen li l-iskanners tas-sigurtà għandhom iservu biex iħaffu l-pass u l-veloċità tal-kontrolli fl-ajruporti u biex titnaqqas l-inkonvenjenza għall-passiġġieri, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tqis dan l-aspett fil-leġiżlazzjoni proposta tagħha; |
12. |
Jipproponi, b'mod aktar speċifiku, li l-Kummissjoni, wara li tkun stabbiliet regoli komuni dwar l-użu tal-iskanners tas-sigurtà, għandha tirrevedi dawn ir-regoli fuq bażi regolari u meta jkun meħtieġ, tadatta d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tas-saħħa, il-privatezza, id-data personalu u d-drittijiet fundamentali għall-progress teknoloġiku; |
Il-ħtieġa u l-proporzjonalità
13. |
Jemmen li t-theddida terroristika li qiegħda teskala tfisser li l-awtoritajiet pubbliċi jridu jieħdu l-miżuri protettivi u preventivi mitluba mis-soċjetajiet demokratiċi; |
14. |
Iqis li l-prestazzjoni tal-identifikar tal-iskanners tas-sigurtà hija ogħla minn dik offruta mill-apparati kurrenti li jidentifikaw il-preżenza ta’ metalli, partikolarment fir-rigward tal-oġġetti mhux metalliċi u l-likwidi, filwaqt li t-tiftix fuq il-persuna bl-idejn x'aktarx li jikkawża aktar irritazzjoni, telf ta’ ħin u jaffaċċa iktar oppożizzjoni minn skanner; |
15. |
Hu tal-fehma li l-użu tal-iskanners tas-sigurtà, sakemm s-salvagwardji xierqa jkunu applikati, huwa preferut minn metodi oħra li jitolbu anqas li ma jkunux jiggarantixxu livell simili ta’ protezzjoni; ifakkar li, fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, l-użu tal-intelliġenza f'sens wiesa' u persunal tas-sigurtà tal-ajruport edukat sew għandhom jibqgħu l-prijoritajiet ewlenin tagħna; |
16. |
Hu tal-fehma li t-tħassib u t-talbiet insistenti rigward il-privatezza u s-saħħa jistgħu jiġu riżolti bit-teknoloġija u l-metodi disponibbli; iqis li t-teknoloġija li issa qed tiġi żviluppata hija waħda promettenti u li għandha tintuża l-aħjar teknoloġija disponibbli; |
17. |
Hu tal-fehma li l-installazzjoni tal-iskanners tas-sigurtà, jew id-deċiżjoni biex ma jiġux installati taqa' fir-responsabilità u l-libertà tad-deċiżjoni tal-Istati Membri tal-UE; iqis, madankollu, li hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni tal-użu tal-iskanners sabiex tinħoloq żona Ewropea koerenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni; |
18. |
Hu tal-fehma li meta Stati Membri tal-UE jinstallaw l-iskanners tas-sigurtà, dawn għandhom jikkonformaw mal-istandards u r-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-UE għall-Istati Membri kollha tal-UE, mingħajr ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li japplikaw miżuri aktar stretti; |
19. |
Iqis li l-Istati Membri għandhom iżidu l-punti ta’ kontroll u l-persunal tas-sigurtà sabiex jiżguraw li l-passiġġieri ma jiġux affettwati mit-tnedija tal-iskanners tas-sigurtà; |
20. |
Hu tal-fehma li l-persuni li jkun qed isirilhom kontroll għandhom jingħataw għażla jekk jintużawx l-iskanners tas-sigurtà fejn, jekk jirrifjutaw, ikunu obbligati li jissottomettu ruħhom għal metodi alternattivi ta’ skrinjar li jiggarantixxu l-istess livell ta’ effettività bħall-iskanners tas-sigurtà u rispett sħiħ tad-drittijiet u tad-dinjità tagħhom; jenfasizza li rifjut bħal dan m'għandu jqajjem ebda suspett fuq il-passiġġier; |
Is-saħħa
21. |
Jirrimarka li l-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali trid tiġi applikata bi qbil mal-prinċipju ALARA (As Low As Reasonably Achievable) b'mod partikolari; |
22. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw teknoloġija li hija l-inqas waħda li tagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem u li toffri soluzzjonijiet aċċettabbli għall-preokkupazzjoni tal-pubbliku dwar il-privatezza; |
23. |
Hu tal-fehma li l-esponiment għal dożi ta’ radjazzjoni jonizzanti kumulattiva ma tistax tkun aċċettabbli; jemmen, għalhekk, li kwalunkwe forma ta’ teknoloġija li tuża r-radjazzjoni jonizzanti għandha tiġi eskluża b'mod espliċiti mill-użu fl-iskrinjar tas-sigurtà; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibilità li, skont il-programm qafas dwar ir-riċerka li jmiss, tintuża teknoloġija li hija għal kollox bla periklu għall-membri kollha tal-pubbliku u li fl-istess ħin tiggarantixxi s-sigurtà tal-avjazzjoni; |
25. |
Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw perjodikament l-effetti fit-tul tal-esponiment għall-iskanners tas-sigurtà, filwaqt li jqisu l-iżviluppi xjentifiċi ġodda, u jikkontrollaw li l-apparat ikun ġie installat sew u jkun qiegħed jintuża u jitħaddem kif suppost; |
26. |
Jinsisti li jitqiesu kif xieraq każijiet speċifiċi u li jingħata trattament ġust u personalizzat lill-passiġġieri vulnerabbli f'dik li hi saħħa u l-abilità li jikkomunikaw, bħalma huma n-nisa tqal, it-tfal, il-persuni mdaħħla fl-età, il-persuni b'diżabilitajiet u nies li għandhom apparat mediku impjantat (eż. prosteżijiet ortopediċi u pacemakers), kif ukoll il-persuni kollha li jkollhom fuqhom il-mediċini u/jew l-apparati mediċi li għandhom bżonn biex jibqgħu f'saħħithom (eż. siringi, insulina); |
L-immaġni tal-ġisem
27. |
Jemmen li l-figuri bi stikek biss għandhom jintużaw u m'għandha tittieħed ebda immaġni tal-ġisem; |
28. |
Jenfasizza li d-data ġenerata mill-proċess tal-iskannjar m'għandhiex tintuża għal skopijiet barra dawk li jiġu identifikati oġġetti projbiti, għandha tintuża għall-ammont ta’ ħin neċessarju għall-proċess tal-iskrinjar, għandha tinqered immedjatament wara li kull persuna tkun għaddiet mill-kontroll tas-sigurtà u ma tistax tinħażen; |
Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni
29. |
Hu tal-fehma li r-regoli operattivi jridu jiżguraw li proċess każwali ta’ għażla jiġi applikat u li l-passiġġieri m'għandhomx jiġu magħżula biex jgħaddu minn ġol-iskanners tas-sigurtà fuq il-bażi ta’ kriterji diskriminatorji; |
30. |
Jisħaq li kwalunkwe forma ta’ tħejjija ta’ profil ibbażata fuq, pereżempju, is-sess, ir-razza, il-kulur, l-etniċità, karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin hija inaċċettabbli bħala parti mill-proċedura dwar l-għażla jew ir-rifjut li jsir l-iskannjar tal-ġisem; |
Il-protezzjoni tad-data
31. |
Iqis li l-iskanners tas-sigurtà kollha għandhom jużaw figura standard biex jiġu protetti l-identitajiet tal-passiġġieri u sabiex ikun żgurat li dawn ma jistgħux jiġu identifikati permezz ta’ immaġnijiet ta’ kwalunkwe parti tal-ġisem tagħhom; |
32. |
Jisħaq li t-teknoloġija użata m'għandux ikollha l-kapaċitajiet li taħżen jew terfa' d-data; |
33. |
Ifakkar li l-użu tal-iskanners tal-sigurtà għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data; |
34. |
Jenfasizza li dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw l-iskanners tas-sigurtà għandhom ikunu kapaċi, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, japplikaw standards aktar stretti minn dawk definiti mil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni taċ-ċittadini u d-data personali tagħhom; |
L-informazzjoni għall-persuni skannjati
35. |
Hu tal-fehma li n-nies li jkunu qed isirulhom kontrolli għandhom jirċievu informazzjoni komprensiva minn qabel, partikolarment rigward l-funzjonament tal-iskanner ikkonċernat, il-kundizzjonijiet fis-seħħ biex iħarsu d-drittijiet għad-dinjità, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data u l-possibilità li dak li jkun jirrifjuta li jgħaddi minn ġo skanner; |
36. |
Jitlob li l-kampanji ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru jinkludu taqsima li tagħti d-dettalji wkoll dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fir-rigward tal-iskrinjar tas-sigurtà u l-iskanners tas-sigurtà; |
It-trattament tal-persuni skannjati
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-persunal tas-sigurtà jirċievi taħriġ speċjali dwar l-użu tal-iskanners tas-sigurtà b'tali mod li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali, id-dinjità personali, il-protezzjoni tad-data u s-saħħa tal-passiġġieri; f'dan ir-rigward, iqis li kodiċi ta’ kondotta tista' tkun għodda bżonjuża ħafna għall-persunal tas-sigurtà responsabbli mill-iskanners; |
L-iffinanzjar tas-sigurtà tal-avjazzjoni
38. |
Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni; |
39. |
Hu tal-fehma li l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom ikunu trasparenti, għandhom jintużaw biss biex ikopru l-ispejjeż tas-sigurtà u li l-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw miżuri aktar stretti għandhom jiffinanzjaw l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn dawn iż-żidiet; |
40. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta immedjatament pożizzjoni dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ewwel qari, peress li l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni u l-leġiżlazzjoni dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni huma marbuta mill-qrib; |
41. |
Jirrakkomanda li kull biljett tal-passiġġiera għandu juri l-ispiża għall-miżrui ta’ sigurtà; |
Il-projbizzjoni tal-likwidi, l-aerosols u l-ġellijiet
42. |
Itenni u jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu li l-projbizzjoni fuq il-ġarr ta’ likwidi għandha tintemm fl-2013, kif stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-UE; iħeġġeġ, għalhekk, lill-partijiet kollha kkonċernati, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija jaħdmu flimkien mill-qrib biex jiżguraw li r-restrizzjonijiet fuq il-ġarr ta’ likwidi abbord l-ajruplani jitneħħew għall-benefiċċju tal-passiġġieri; |
43. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-ajruporti jieħdu l-azzjoni meħtieġa kollha biex jiżguraw li jkun hemm disponibbli teknoloġija adegwata kmieni biżżejjed ħalli tmiem il-projbizzjoni fuq il-ġarr tal-likwidi kif inhu skedat ma jkollux l-effett li jdgħajjef is-sigurtà; |
44. |
Hu tal-fehma, f'dan il-kuntest, li dawk kollha involuti għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex it-tranżizzjoni minn projbizzjoni fuq il-ġarr tal-likwidi, l-aerosols u l-ġellijiet għal kontrolli fuq dawk l-oġġetti tkun sodisfaċenti u uniformi kemm jista' jkun, filwaqt li jkunu garantiti d-drittijiet tal-passiġġieri f'kull ħin; |
Il-miżuri ta’ sigurtà għall-merkanzija
45. |
Huwa tal-fehma li, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, il-kontrolli fuq il-merkanzija u l-posta għandhom ikunu proporzjonati mat-theddid li jirriżulata mit-trasport tagħhom u li għandha tiġi garantita sigurtà xierqa, partikolarment meta l-merkanzija u l-posta tinġarr fuq ajruplani tal-passiġġieri; |
46. |
Ifakkar li l-iskannjar 100 % tal-merkanzija mhux prattikabbli; jitlob lill-Istati Membri jkomplu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 300/2008, u ir-Regolament korrispondenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010, sabiex tittejjeb is-sigurtà tul il-katina kollha tal-provvista; |
47. |
Hu tal-fehma li l-livell ta’ sigurtà għall-merkanzija għadu jvarja minn Stat Membru għal ieħor u li, bil-għan li tinkiseb sigurtà f'post wieħed biss, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri eżistenti relatati mal-merkanzija u l-posta Ewropej jiġu applikati korrettament u li l-aġenti regolati approvati minn Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti; |
48. |
Jemmen li l-miżuri ta’ sigurtà tal-Istati Membri għall-merkanzija u l-posta tal-ajru u l-ispezzjoni tal-Kummissjoni ta’ dawn il-miżuri żdiedu, u għalhekk iqisha bħala ħaġa assolutament essenzjali li jitfassal rapport tekniku bil-għan li jiġu identifikati d-dgħufijiet tas-sistema tal-merkanzija li hemm bħalissa u l-modi possibbli kif dawn jiġu rimedjati; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-iskrinjar u l-ispezzjonijiet marbuta mal-merkanzija tal-ajru, inklużi dawk marbuta mal-validazzjoni ta’ aġenti rregolati ta’ konsenjaturi magħrufa; jenfasizza l-ħtieġa, għal dan il-għan, li jkun hemm aktar spetturi disponibbli fil-livell nazzjonali; |
50. |
Jenfasizza l-potenzjal tal-informazzjoni tad-dwana għall-kalkolu tar-riskju assoċjat ma’ kunsinni speċifiċi u jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli xogħolha dwar l-użu possibbli tas-sistemi elettroniċi relatati mad-dwana għall-għanijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni b'mod partikolari billi jsir użu mis-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni tal-UE għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana; |
51. |
Jitlob lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura t-trasport sikur tal-merkanzija li toriġina f'pajjiżi terzi, mill-ajruport tal-oriġini stess, u biex tistabbilixxi kriterji għall-istabbiliment ta’ merkanzija b'riskju għoli, filwaqt li tidentifika r-responsabilità ta’ kull wieħed mid-diversi aġenti; |
52. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-programm tas-sigurtà jqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-parteċipanti kollha affettwati u jirrikonċilja l-miżuri ta’ sigurtà relatati mal-iskambju tal-posta u tal-merkanzija mal-ħtieġa li tiġi żgurata ekonomija dinamika li tkompli tinkoraġġixxi l-kummerċ, il-kwalità tas-servizzi u l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku; |
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi sistema armonizzata għat-taħriġ inizjali u ulterjuri tal-persunal tas-sigurtà fir-rigward tal-merkanzija, sabiex dan jibqa' aġġornat dwar l-aħħar żviluppi tekniċi fil-qasam tas-sigurtà; |
Ir-relazzjonijiet internazzjonali
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi fuq sistemi ta’ valutazzjoni tar-riskju u fuq sistemi ta’ intelliġenza fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu standards regolatorji globali fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali bil-għan li jiġu appoġġati l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw dawk l-istandards, jimxu lejn ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri tas-sigurtà u jsegwu l-objettiv tas-sigurtà effikaċi f'post wieħed biss; |
*
* *
56. |
Jemmen li l-proċedura ta’ komitoloġija mhix xierqa fis-settur tas-sigurtà tal-avjazzjoni, għall-inqas għall-miżuri li għandhom impatt fuq id-drittijiet taċ-ċittadini, u jistieden lill-Parlament biex jinvolvi ruħu bis-sħiħ permezz tal-kodeċiżjoni; |
57. |
Jistenna lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva matul il-leġiżlatura parlamentari kurrenti dwar l-adattament tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, filwaqt li tqis id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-kuntest tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju min-naħa tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi; |
58. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 71.
(5) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 164
(6) ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.
(7) ĠU L 184, 24.5.2004, p. 1.
(8) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 38.
(9) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(10) ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.
(11) ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/134 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
In-nisa u t-tmexxija tal-intrapriżi
P7_TA(2011)0330
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar in-nisa u t-tmexxija tal-intrapriżi (2010/2115(INI))
2013/C 33 E/14
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa li saret f’Pekin f’Settembru 1995, id-dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni adottati f’Pekin u d-dokumenti li rriżultaw minnhom adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Pekin +5, Pekin +10 u Pekin + 15 dwar aktar azzjonijiet u inizjattivi biex jimplimentaw id-dikjarazzjoni u l-programm ta’ azzjoni ta’ Pekin, adottati fid-9 ta’ Ġunju 2000, fil-11 ta’ Marzu 2005 u fit-12 ta’ Marzu 2010 rispettivament, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikulari l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5, 21 u 23 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jenfasizza valuri komuni għall-Istati Membri bħall-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jsemmi l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress fir-rigward tal-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010 intitolata ‧Lejn Att dwar is-Suq Uniku għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna: 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma’ xulxin‧ (COM(2010)0608), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2010 bl-isem ‧Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015‧ (COM(2010)0491), |
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-6 ta’ Ġunju 2010 dwar it-tmexxija korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji u l-politiki ta’ rimunerazzjoni (COM(2010)0284), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2010 bl-isem Impenn imsaħħaħ għall-ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: Karta f’Isem il-mara’ (COM(2010)0078), |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew f’Marzu 2006, u l-Patt Ewropew il-ġdid għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew fis-7 ta’ Marzu 2011, |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 96/694/KE tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni bbilanċjata tan-nisa u tal-irġiel fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, |
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa annwali tal-Forum Ekonomiku Dinji, li saret bejn is-26 u d-29 ta’ Jannar 2011 f’Davos, u l-programm bl-isem ‧Il-Mexxejja Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri‧, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar it-tmexxija korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-8 ta’ Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea - 2010 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 1995 dwar ir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f’Pekin: ‧Il-Ġlieda favur l-Ugwaljanza, l-Iżvilupp u l-Paċi‧ (3), tal-10 ta’ Marzu 2005 dwar is-segwitu tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni tar-raba’ konferenza dinjija dwar in-nisa (Pekin + 10) (4) u tal-25 ta’ Frar 2010 dwar il-Pjattaforma ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Pekin + 15) (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0210/2011), |
A. |
billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, imħaddan fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u wieħed mill-objettivi u l-kompiti tagħha, u billi l-Unjoni stipulat għaliha nnifisha l-kompitu speċifiku li tintegra l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet kollha tagħha, |
B. |
billi wieħed mill-objettivi prijoritarji tal-Unjoni Ewropea għandu jkun li tagħmilha possibbli għan-nisa kompetenti u kwalifikati li jilħqu karigi li llum huma diffiċli li jintlaħqu, billi jitneħħew l-ostakoli persistenti u l-inugwalzi bejn il-ġeneri li jżommu lin-nisa milli javvanzaw fil-karrieri tagħhom, |
C. |
billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-qasam tax-xogħol għandha tippromwovi mingħajr distinzjoni lill-irġiel u lin-nisa fi ħdan is-suq tax-xogħol u fil-karigi ta’ tmexxija fil-livelli kollha, fl-interess tal-ġustizzja soċjali biex isir użu sħiħ tal-ħiliet tan-nisa għat-tisħiħ tal-ekonomija fl-istess waqt, u għandha tiggarantixxi l-iżvilupp tan-nisa bl-istess mod bħal dak tal-irġiel, |
D. |
billi fl-2008 59,5% tal-kwalifiki universitarji mogħtija fl-UE ngħataw lin-nisa, billi l-għadd ta’ nisa fil-fakultajiet tal-negozju, tal-ġestjoni u tal-liġi huwa akbar mill-għadd ta’ rġiel, billi madankollu l-proporzjon ta’ nisa fl-ogħla korpi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-akbar intrarpiżi kkwotati fil-borża kien biss l-10,9 % fl-2009, |
E. |
billi fatturi oħra possibbli li jimpedixxu r-rappreżentanza tan-nisa jistgħu wkoll jiġu attribwiti għal taħlita ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq is-sess, imġiba sterjotipata li għandha tendenza li tippersisti fi ħdan l-intrapriżi u li tillimita l-eżistenza ta’ ggwidar professjonali għall-mexxejja nisa potenzjali, |
F. |
billi studji tal-Kummissjoni Ewropea u tas-settur privat urew korrelazzjoni bejn ir-riżultati ekonomiċi u finazjarji mtejba tal-intrapriżi u l-preżenza tan-nisa fi ħdan il-korpi ta’ teħid ta’ deċiżjoni tagħhom; billi joħroġ ċar minn dan li rappreżentanza sinifikanti tan-nisa fil-karigi ta’ tmexxija tikkostitwixxi għodda ta’ veru għar-rendiment u għall-kompetittività ekonomika, |
G. |
billi għaldaqstant huwa essenzjali li jiddaħħlu metodi bħall-istudji ta’ każi individwali u l-iskambju tal-prattiki tajbin f’dan il-qasam kif ukoll azzjonijiet affirmattivi sabiex jitlaħaq użu ottimu tar-riżorsi umani tan-nisa fil-livelli kollha tal-ħajja tal-intrapriżi, |
H. |
billi, madankollu, għalkemm b’differenzi minn pajjiż għal ieħor u bjen setturi professjonali differenti, illum in-nisa jirrappreżentaw biss 10 % mill-membri tal-bord ta’ tmexxija tal-ikbar intrapriżi elenkati fl-Unjoni Ewropea, u 3 % biss mill-presidenti ta’ dawn il-bordijiet, filwaqt li d-differenza fis-salarji skont is-sessi għadha ta’ 17,5 % fl-UE kollha kemm hi, u dan japplika wkoll għal karigi tat-tmexxija, |
I. |
billi l-għadd ta’ nisa fil-bordijiet tal-intrapriżi bħalissa qed jiżdied b’nofs perċentwal fis-sena; billi b’din ir-ratta bil-mod se jgħaddu 50 sena qabel il-bordijiet tal-intrapriżi se jkollhom mill-inqas 40 % minn kull sess, |
J. |
billi l-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sindikati u lil dawk li jimpjegaw jinsabu 'l bogħod milli jilħqu rappreżentanza bilanċjati bejn in-nisa u l-irġiel, ħaġa li tirrifletti r-rappreżentanza dgħajfa tan-nisa fil-korpi ta’ tmexxija tal-intrapriżi; billi, madankollu il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-għaqdiet tal-ħaddiema u u lil min iħaddem jistgħu jagħtu kontribut lit-tixrid u l-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan ir-rigward, |
K. |
billi hu l-kompitu ta’ dawk li jfasslu l-politiki, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri, u tal-intrapriżi li jeliminaw l-ostakli għad-dħul tan-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-korpi ta’ tmexxija b’mod partikolari, u li joffru opportunitajiet indaqs lin-nisa sabiex dawn ikun jista’ jkollhom aċċess għall-karigi ta’ responsabilità sabiex ikun garantit l-użu effikaċi tar-riżorsi eżistenti kollha, jiġi ottimizzat il-fluss tal-kompetenzi u tal-kwalitajiet femminili u sabiex ikun sfruttat kemm jista’ jkun il-potenzjal uman li l-Unjoni Ewropea tibbenefika minnu, u li jitħarsu l-valuri ewlenin tal-UE, minħabba li l-ugwaljanza hi prinċipju fundamentali, |
L. |
billi l-inizjattivi u l-miżuri proattiva li ttieħdu mis-settur privat, bl-ambizzjoni li joħolqu rappreżentanza miżjuda tan-nisa, bħal dawk bil-ħsieb ta’ valorizzazzjoni tar-riżorsi umani fi ħdan l-intrapriżi fid-dawl ta’ segwitu aħjar tal-karriera tan-nisa, jew tal-ħolqien ta’ riżorsi barra l-intrapriżi li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni u l-promozzjoni tan-nisa u l-iskambju regolari tal-prattiki tajba, irriżultaw li huma siewja u għandhom ikunu nkoraġġuti, anke jekk għadhom mhumiex biżżejjed biex tinqaleb il-folja fi ħdan l-intrapriżi, u li n-nisa għadhom sottorappreżentati fit-tmexxija tagħhom, |
M. |
billi l-Kummissjoni ħabbret li se tippreżenta miżuri leġiżlattivi sabiex tiżgura li intrapriżi kkwotati fil-borża jieħdu miżuri effettivi sabiex jiksbu rappreżentanza indaqs ta’ nisa u rġiel fil-bordijiet tagħhom, f’każ li l-awtoregolamentazzjoni tonqos milli tagħmel dan fi żmien it-12-il xahar li ġejjin, |
1. |
Jilqa’ l-miżuri mħabbra mill-Kummissjoni fl-1 ta’ Marzu 2011, u b’mod partikolari l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi leġiżlazzjoni Ewropea fl-2012 jekk l-intrapriżi ma jirnexxilhomx jiksbu permezz ta’ miżuri volontarji l-miri ta’ 30 % ta’ nisa fil-bordijiet tal-intrapriżi sal-2015 u ta’ 40 % sal-2020, |
2. |
Iħeġġe lill-intrapriżi jilħqu l-limitu minimu kritiku ta’ 30 % nisa fost il-membri tal-korpi ta’ tmexxija sal-2015 u ta’ 40 % sal-2020, |
3. |
Jinnota il-progress ċar fir-rappreżentanza tan-nisa fin-Norveġja mill-adozzjoni fl-2003 ta’ leġiżlazzjoni li timponi limitu minimu ta’ 40 % ta’ rappreżentanza ta’ kemm nisa kif ukoll irġiel fi ħdan il-bordijiet ta’ tmexxija tal-intrapriżi elenkati li jkollhom iktar minn 500 impjegat u li tiddisponi għal sanzjonijiet effettivi f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza; |
4. |
Jenfasizza li l-intrapriżi jeħtieġ jiżguraw trattament indaqs u opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fid-dinja tax-xogħol u, b’kunsiderazzjoni ta’ dan l-għan, għandhom ikunu adottati miżuri li jevitaw kull xorta ta’ diskriminazzjoni; |
5. |
Jilqa’ l-inizjattivi tal-Istati Membri bħal Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja li ffissaw limitu minimu ta’ rappreżentanza tan-nisa fi ħdan il-korpi ta’ tmexxija li għandu jiġi osservat mill-intrapriżi, u jsegwi d-dibattiti dwar ir-rappreżentanza tan-nisa fi Stati Membri oħra bħall-Belġju, il-Ġermanja u l-Italja; jinnota li l-espressjoni tal-volontà politika hija l-uniku mod biex jitħaffef il-proċess tal-adozzjoni ta’ miżuri kontraenti maħsuba biex jikkontribwixxu għal rappreżentanza indaqs tal-irġiel u tan-nisa fil-korpi ta’ tmexxija tal-intrapriżi; |
6. |
Jilqa’ l-Kodiċi ta’ Governanza tal-Korporazzjonijiet tal-Finlandja, skont liema l-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-intrapriżi jrid ikollhom kemm rappreżentanti rġiel kif ukoll nisa u jrid ikun hemm żvelar pubbliku ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità; jinnota li, minħabba l-kodiċi, il-proporzjon ta’ nisa fil-korpi tat-teħid ta’ deċiżjoni tal-intrapriżi Finlandiżi issa hu ta’ 25 % u li, minn meta tħabbret l-introduzzjoni tal-kodiċi, il-proporzjon ta’ intrapriżi kkwotati fil-borża b’nisa fil-bordijiet superviżorji jew ta’ tmexxija tagħhom tela’ minn 51 % għal madwar 70 %; |
7. |
Jinsisti li r-reklutaġġ f’karigi fil-korpi ta’ tmexxija tal-intrapriżi għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenzi mitluba fil-forma ta’ ħiliet, kwalifiki u esperjenza u li l-prinċipji ta’ trasparenza, oġġettività, inklusività, effettività, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom jiġu osservati fil-politiki korporattivi ta’ reklutaġġ; |
8. |
Hu tal-fehma li għandha titqies l-introduzzjoni ta’ regoli effettivi li jwaqqfu lill-persuna milli jkollhom karigi multipli fil-bordijiet tad-diretturi, kemm biex xi postijiet jinżammu liberi għan-nisa, kif ukoll biex jgħinu biex ikunu żgurati l-effettività u l-indipendenza tal-membri tal-bordijiet f’intrapriżi ta’ daqs medju u kbir; |
9. |
Jenfasizza li l-intrapriżi pubbliċi kkwotati fil-borża għandhom jagħtu l-eżempju billi jimplimentaw rappreżentanza bbilanċjata ta’ nisa u rġiel fil-bordijiet tagħhom u fil-karigi tat-tmexxija tagħhom fil-livelli kollha; |
10. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jimplimentaw politiki ġodda li jagħmluha possibbli li iktar nisa jinvolu ruħhom fit-tmexxija tal-intrapriżi, b’mod partikolari billi:
|
11. |
Jenfasizza l-problema tad-differenzi fis-salarji fi ħdan il-intrapriżi, u b’mod partikolari, differenzi bejn is-salarji ta’ nisa f’karigi ta’ tmexxija u s-salarji tal-kontropartijiet maskili tagħhom; Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu miżuri biex jitrattaw l-inugwaljanza fis-salarji li għadha teżisti teżisti li hi konnessa mal-isterjotipi tradizzjonali li jeffettwaw l-iżvilupp tal-karrieri u li huma parzjalment responsabbli għas-sottorappreżentanza tan-nisa fil-korpi ta’ tmexxija tal-intrapriżi; |
12. |
Iqis b’mod partikolari li l-intrarpiżi li huma mitluba jippreżentaw kontijiet dettaljati tad-dħul u tal-ħruġ għandhom jiġu mitluba jiksbu rappreżentanza bbilanċjata ta’ nisa u rġiel fil-bordijiet tagħhom f’tul ta’ żmien raġonevoli; |
13. |
Iħeġġeġ lill-intrapriżi jadottaw u jimplimentaw kodiċijiet tal-governanza korporattiva bħala mod kif jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-bordijiet tal-intrapriżi, billi jutilizzaw il-pressjoni tal-pari biex jinfluwenzaw l-organizzazzjonijiet minn ġewwa u jimplimentaw ir-regola ta’ ‘konformità jew spjegazzjoni’ li tobbliga lill-intrapriżi jikkjarifikaw għalfejn ma jkun hemm mill-inqas mara waħda fuq il-bord; |
14. |
Hu tal-fehma li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu inizjattivi mfassla biex jindirizzaw il-qsim aktar ġust tal-kura u tar-responsabilitajiet tal-familja mhux biss fi ħdan il-familja, iżda wkoll bejn il-familja u s-soċjetà, u jnaqqsu d-differenzi fis-salarji bejn in-nisa u l-irġiel għall-istess xogħol; iqis li għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi biex:
|
15. |
Iħeġġeġ lill-maniġers f’livelli għolja fil-korporazzjonijiet biex iqajmu l-kuxjenza tal-persunal fuq ix-xejriet tal-karrieri tal-irġiel u n-nisa u sabiex jinvolvu rwieħhom personalment fil-monitoraġġ tal-karrieri u fi programmi ta’ appoġġ għan-nisa f’karigi għolja fil-intrapriżi tagħhom; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni:
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan direzzjonali li jistabbilixxi miri speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u li jistgħu jintlaħqu biex tinkiseb rappreżentanza bbilanċjata fl-intrapriżi tad-daqsijiet kollha, u jistieden lill-Kummissjoni tħejji gwida speċifika għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju; |
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi websajt iddedikata għall-prattika tajba f’dan il-qasam, għat-tixrid u l-iskambju tal-aħjar prattiki; jenfasizza l-importanza li tiġi stabbilita strateġija ta’ komunikazzjoni sabiex il-pubbliku u s-sħab soċjali jkunu infurmati b’mod effettiv dwar is-sinifikat ta’ tali miżuri; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex inedu kampanji ta’ informazzjoni mmirati; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0223.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0085
(3) ĠU C 166, 3.7.1995, p. 92.
(4) ĠU C 320E, 15.12.2005, p. 247.
(5) ĠU C 348E, 21.12.2010, p. 11.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/140 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu
P7_TA(2011)0331
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (2010/2242(INI))
2013/C 33 E/15
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2009 (1) dwar it-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali ("il-Kumitat CRIS"), adottata skont l-Artikolu 184 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010 li jtawwal il-mandat tal-Kumitat CRIS sal-31 ta’ Lulju 2011 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta’ nofs il-perjodu) (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar il-finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew (4), |
— |
wara li kkunsidra l-aġenda leġiżlattiva kurrenti tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari rigward il-bidla fit-Trattat, il-governanza ekonomika, l-Att dwar is-Suq Uniku u l-politiki dwar l-enerġija, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tiegħu wara l-proposti tal-Kumitat Speċjali dwar l-Isfidi tal-Politika u r-Riżorsi tal-Baġit għal UE Sostenibbli wara l-2013 (SURE) rigward il-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid, |
— |
wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet mill-Parlamenti nazzjonali li ġejjin: il-Bundesrat tal-Awstrija, in-Nationalrat tal-Awstrija, is-Senat u l-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Belġju, l-Assemblea Nazzjonali tal-Bulgarija, is-Senat tar-Repubblika Ċeka, il-Kamra tad-Deputati tar-Repubblika Ċeka, il-Folketinget tad-Danimarka, l-Eduskunta tal-Finlandja, l-Assemblée Nationale ta’ Franza, il-Bundestag tal-Ġermanja, il-Bundesrat tal-Ġermanja, il-Vouli Ton Ellinon tal-Greċja, l-Assemblea Nazzjonali tal-Ungerija, il-Kamra tad-Deputati tal-Italja, is-Senat tar-Repubblika tal-Italja, is-Saeima tal-Latvja, is-Seimas tal-Litwanja, il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, is-Sejm tal-Polonja, is-Senat tal-Polonja, l-Assemblea tar-Repubblika tal-Portugall, il-Kamra tad-Deputati tar-Rumanija, is-Senat tar-Rumanija, il-Kunsill Nazzjonali tas-Slovakkja, l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja, ir-Riksdagen tal-Isvezja, u l-House of Lords u l-House of Commons tar-Renju Unit, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali għall-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali (A7-0228/2011), |
A. |
billi l-ispejjeż soċjali tal-kriżi huma għoljin, bil-livell tal-impjiegi fl-UE jinżel b’1,8 %, bir-riżultat ta’ 23 miljun persuna ekonomikament attiva qiegħda (9,6 % tat-total), rata ta’ qgħad taż-żgħażagħ ta’ 21 %, prospetti inċerti ta’ titjib fl-irkupru tal-livelli tal-impjiegi u 17 % taċ-ċittadini tal-UE fir-riskju tal-faqar (5), |
B. |
billi l-irvellijiet popolari fin-naħa t'isfel tal-Baħar Mediterran u fil-Lvant Nofsani jistgħu jitqiesu bħala konsegwenza ta', inter alia, nuqqasijiet ekonomiċi u soċjali, inugwaljanzi u qgħad għoli li jaffettwaw partikolarment il-ġenerazzjoni ta’ żgħażagħ mgħallma u billi dawn iservu biex ifakkruna fil-valur tad-demokrazija u jservu ta’ prova li l-globalizzazzjoni titlob tweġibiet komprensivi rigward ir-rikonoxximent u l-osservanza tad-drittijiet u l-libertajiet bażiċi u t-tneħħija tal-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u bejn il-livelli differenti tas-soċjetà f'kull pajjiż, |
C. |
billi tliet snin wara l-kollass tal-Lehman Brothers, ittieħdu ċerti miżuri sabiex tiġi miġġielda l-kriżi finanzjarja; billi, madankollu, tenħtieġ aktar ħidma għall-ħolqien ta’ settur finanzjarju sostenibbli li jkun kapaċi jlaħħaq ma’ imġiba spekulattiva eċċessiva u li jiffinanzja l-ekonomija reali, preferibbilment permezz tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta’ investiment għall-perjodu twil ta’ żmien u għall-ħolqien tal-impjiegi; billi r-riforma tal-governanza ekonomika għadha ma indirizzatx biżżejjed il-kwistjoni tal-iżbilanċi fil-livelli globali u tal-UE, |
D. |
billi l-kriżi finanzjarja wasslet għal kriżi ekonomika u soċjali li flimkien ħolqu kriżi politika f'xi pajjiżi, |
E. |
billi, sal-2013, il-Kummissjoni Ewropea qed tipprevedi li t-tkabbir tal-produzzjoni huwa mistenni jonqos b'madwar 4,8 % tal-PGD f'termini annwali medji u, matul id-deċennju li ġej, mistenni jkun ħafna iktar baxx milli tul l-aħħar 20 sena (6), |
F. |
billi l-kriżi turi nuqqas ta’ fiduċja, kunfidenza u viżjoni fi ħdan l-UE, |
G. |
billi l-bini ulterjuri ta’ ekonomija soċjali tas-suq u l-valuri tagħha hu għan ewlieni tal-Unjoni Ewropea, |
H. |
billi n-numru ta’ nies li jgħixu fi prosperità relattiva żdied, iżda fl-istess ħin kibru d-distakki ekonomiċi u soċjali, |
I. |
billi l-kriżi finanzjarja globali kellha impatt kbir fuq il-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) u b'mod partikolari l-għan li l-faqar dinji jitnaqqas bin-nofs sal-2015, |
J. |
billi mill-kriżi ħareġ ċar il-bżonn għal progress lejn il-ħolqien ta’ governanza ekonomika ġenwina tal-Unjoni, li tikkonsisti f'għadd sistematiku ta’ politiki intiżi sabiex jiżguraw it-tkabbir sostenibbli, impjiegi tajbin u stabbli, dixxiplina baġitarja, il-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, il-kompetittività u l-produttività fl-ekonomija tal-UE, u regolarizzazzjoni u sorvelanzja aktar stretti tas-swieq finanzjarji, kif ukoll mekkaniżmu adegwat sabiex tinsab soluzzjoni għall-kriżi finanzjarja, |
K. |
billi l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 bit-titolu ‧Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva‧, iddikjara b'mod ċar li minkejja t-tfaddil realizzabbli, il-baġit tal-UE, fil-livell attwali globali tiegħu ta’ 1 % tal-ING, mhuwiex kapaċi jnaqqas id-defiċit finanzjarju frott il-bżonnijiet ta’ finanzjar addizzjonali li ġejjin mit-Trattat u minn prijoritajiet u impenji tal-politika eżistenti; billi l-Parlament Ewropew huwa għalhekk konvint li għall-MFF li jmiss hemm bżonn żieda fir-riżorsi ta’ mill-inqas 5 % meta mqabbla mal-livell tal-2013; |
L. |
billi fl-istess riżoluzzjoni, il-Parlament Ewropew jinnota li l-limitu massimu tar-riżorsi proprji ma nbidilx sa mill-1993; jemmen li l-limitu massimu tar-riżorsi proprji jista' jeħtieġ xi aġġustament progressiv peress li Stati Membri jagħtu aktar kompetenzi lil, u jistabbilixxu aktar objettivi għall-Unjoni; jikkunsidra li filwaqt li l-limitu attwali tar-riżorsi proprji, li jiġi stabbilit unanimament mill-Kunsill, jipprovdi biżżejjed flessibilità baġitarja biex jilqa' l-aktar sfidi importanti tal-Unjoni iżda xorta ma jkunx biżżejjed sabiex il-Baġit tal-UE jsir għodda reali għall-governanza ekonomika Ewropea, jew biex jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-investiment fl-istrateġija tal-Ewropa 2020 fil-livell tal-UE; |
M. |
billi biex jiġi żgurat tkabbir sostenibbli fl-Unjoni u biex jinkisbu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, jenħtieġ it-tqassim mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet ta’ ħlasijiet mhux użati lejn programmi konġunti mmirati għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi, u t-tisħiħ tas-self mogħti mill-BEI u l-ħolqien ta’ proġett ta’ suq ta’ bonds li jattira investituri pubbliċi u privati u li jista' jintuża għall-finanzjament ta’ proġetti konġunti ta’ interess għall-Unjoni kollha kemm hi (bonds għal proġetti speċifiċi), |
I. Id-dejn sovran Ewropew u l-kriżi tal-euro, inkluż il-ħruġ reċiproku ta’ dejn pubbliku u l-Eurobonds
1. |
Ifakkar fit-triangolu ta’ vulnerabilitajiet interkonnessi, fejn l-iżbilanċ fil-politika fiskali ta’ xi Stati Membri amplifika d-defiċits pubbliċi ta’ qabel il-kriżi u l-kriżi finanzjarja kkontribwiet b'mod sinifikanti biex tkompli tkabbar dan id-defiċit, b'segwitu ta’ tensjonijiet fis-swieq tad-dejn sovran f'ċerti Stati Membri; |
2. |
Jenfasizza li wara l-klassifikazzjoni aktar baxxa tad-dejn sovran tal-Greċja, l-Irlanda, u l-Portugall mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kien hemm riperkussjonijiet fost il-pajjiżi taż-żona tal-euro u bidla fil-portafolli li tirrifletti imġiba spekulattiva u beżgħana mir-riskju min-naħa tal-investituri u li, bħala konsegwenza ta’ dan, il-finanzjament tas-suq b'rati sostenibbli ma baqax possibbli għall-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall, b'riżultat tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-programmi UE-FMI; |
3. |
Iqis li l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) għandha tiġi nkluża fil-programmi ta’ assistenza finanzjarja tal-FMI; |
4. |
Ifakkar li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kellhom rwol sinifikanti fit-tkattir tal-kriżi finanzjarja permezz tal-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet ħżiena għal strumenti finanzjarji strutturati, li kellhom jitniżżlu; jaqbel mal-prinċipji stabbiliti mill-Bord tal-Istabilità Finanzjarja f'Ottubru 2010 li jagħtu gwida ġenerali dwar kif titnaqqas id-dipendenza mill-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kif dovut il-konsultazzjoni pubblika li ntemmet f'Jannar 2011; |
5. |
Jitlob li ssir verifika trasparenti tad-dejn pubbliku sabiex jiġi ddeterminat l-oriġini tiegħu u tiġi aċċertata l-identità tat-titulari prinċipali tat-titoli tad-dejn u l-ammonti involuti; |
6. |
Jinnota li l-approċċi bilaterali jew multilaterali mill-Istati Membri huma ta’ theddida għall-integrazzjoni ekonomika, l-istabilità finanzjarja u l-kredibbiltà tal-euro u jilqa’ l-prinċipju tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, li għandu l-għan li jegħleb l-iżbilanċi interni eċċessivi fi ħdan l-UE; |
7. |
Jenfasizza l-fatt li l-kriżi tad-dejn sovran żvelat ir-riskji tal-iżbilanċi intra-Ewropej; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tirreaġixxi bħala entità unika, biex tiżviluppa koordinament aktar mill-qrib ta’ politika fiskali, u fejn xieraq, b'politika komuni b'baġit tal-UE suffiċjenti ffinanzjat parzjalment permezz ta’ riżorsi proprji, u biex tistabbilixxi dispożizzjonijiet adegwati għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-konverġenza ekonomika; |
8. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rrazzjonalizzat l-infiq tal-Istati Membri permezz tal-baġit tal-UE b'mod partikolari f'oqsma li fihom l-UE għandha aktar valur miżjud mill-baġits nazzjonali; |
9. |
Jenfasizza li l-perspettivi ta’ tkabbir tal-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati bħala fattur kruċjali fid-definizzjoni tal-livell relattiv tar-rati ta’ interessi marbuta ma’ dak id-dejn sovran, b'mod partikolari, fir-rigward tal-għajnuna pprovduta mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u mill-2013 mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MSE); |
10. |
Jirrikonoxxi l-isforzi meħuda mill-Istati Membri b'ħafna dejn għat-twettiq tal-konsolidazzjoni tal-baġit u tar-riformi strutturali; |
11. |
Jenfasizza li l-banek matriċi li joriġinaw fl-Istati Membri taż-żona tal-euro wkoll huma responsabbli għall-prattiki irresponsabbli ta’ self imwettqa mill-banek sussidjarji tagħhom fi Stati Membri oħra, li, pereżempju, ikkontribwixxew għal bżieżaq fil-qasam tad-djar fi Spanja, fl-Irlanda u l-Latvja, u li rriżultaw fid-diffikulatijiet baġitarji esperjenzati minn dawn l-Istati Membri attwalment; jinnota, għalhekk, li l-għotja ta’ għajnuna finanzjarja lil dawn l-Istati Membri mdejna, jekk tkun neċessarja, isservi mhux biss l-interess partikolari tagħhom, iżda wkoll l-interessi ta’ dawk l-Istati Membri fiż-żona tal-euro li l-banek parent tagħhom ma żviluppawx, qabel xejn, prattiki responsabbli ta’ self fis-sussidjarji tagħhom; |
12. |
Jenfasizza li l-Istati Membri kollha għandhom importanza sistemika; jitlob pakkett ta’ riforma komprensiv, soċjalment inklussiv u koesiv li jindirizza d-dgħjufijiet tas-sistema finanzjarja; jitlob l-iżvilupp tal-kunċett ta’ Teżor Ewropew biex jissaħħaħ il-pilastru ekonomiku tal-UEM; jitlob, barra minn hekk, miżuri biex jingħeleb in-nuqqas attwali ta’ kompetittività permezz ta’ riformi strutturali xierqa li jindirizzaw l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-kawżi ewlenin tal-kriżi tad-dejn pubbliku, fejn meħtieġ; jinnota lil-Istati Membri jeħtieġu jmorru lura għal finanzi pubbliċi u rati ta’ tkabbir sostenibbli, skont politiki sodi għal infiq pubbliku ta’ kwalità u ġbir ta’ taxxi ġust u effiċjenti; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni dwar sistema futura tal-Eurobonds, sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet li jrendu sistema bħal din vantaġġuża għall-Istati Membri parteċipanti kollha u għaż-żona tal-euro kollha kemm hi; jirrimarka li l-Eurobonds joffru alternattiva vijabbli għas-suq tal-bonds tad-dollaru tal-Istati Uniti, u jistgħu jippromwovu l-integrazzjoni tas-suq Ewropew tad-dejn sovran, inaqqsu l-ispejjeż tas-self, iżidu l-likwidità, id-dixxiplina u l-konformità baġitarja mal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir (PST), jippromwovu riformi strutturali koordinati, u jwasslu għal swieq tal-kapital aktar stabbli, li jippromwovu l-idea tal-euro bħala "żona ta’ rifuġju" globali; ifakkar li l-ħruġ komuni ta’ Eurobonds jeħtieġ mixja ulterjuri lejn politika ekonomika u fiskali komuni; |
14. |
Jenfasizza, għalhekk, li jekk jinħarġu l-Eurobonds, il-ħruġ għandu jkun limitat għal proporzjon ta’ dejn ta’ 60 % tal-PGD skont responsabilità in solidum bħala dejn sovran prijoritarju u għandu jkun marbut mal-inċentivi għat-tnaqqis tad-dejn sovran sa dan il-livell; jissuġġerixxi li l-għan ewlieni tal-Eurobonds għandu jkun it-tnaqqis tad-dejn sovran u l-prevenzjoni tal-periklu morali u l-prevenzjoni ta’ spekulazzjoni kontra l-euro; jinnota li l-aċċess għal dan it-tip ta’ Eurobonds jeħtieġ ftehim dwar, u l-implimentazzjoni ta’ programmi li jistgħu jitkejlu ta’ tnaqqis ta’ dejn; |
15. |
Jinnota li hemm qbil politiku dwar ir-rieżami tal-Artikolu 125 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex tinbidel is-sistema temporanja tal-EFSF f’Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilità (MES) permanenti sal-2013; jitlob li l-MES ikun ikkonvertit f'Aġenzija Ewropea għad-Dejn aktar tard u li l-Parlament Ewropew ikollu rwol aktar konsistenti f'din l-emenda tat-Trattat; |
16. |
Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ responsabilità soċjali murija mill-professjonisti tal-industrija għas-servizzi finanzjarji li ma ċedewx parti mill-bonus tagħhom, għal mill-anqas sena waħda, għal proġett soċjali, bħat-tnaqqis tal-qgħad taż-żgħażagħ fl-Unjoni; |
II. Żbilanċi globali u governanza
17. |
Ifakkar li kemm xi ekonomiji żviluppati u wkoll xi ekonomiji emerġenti, bħall-USA u ċ-Ċina jikkontribwixxu għall-iżbilanċi globali; jilqa' l-parteċipazzjoni attiva u l-integrazzjoni taċ-Ċina fis-sistema ta’ governanza ekonomika globali; |
18. |
Jinnota li aktar min-nofs tal-ekonomija globali tinsab barra mill-UE, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ġappun, u żvilupp reċenti u bla preċedenti li jirrappreżenta bidla totali tas-sitwazzjoni li kienet tirrenja qabel; |
19. |
Jenfasizza li biex jerġa’ jkollna bilanċ globali hemm bżonn ta’ approċċ assimetriku: pajjiżi b'bilanċi favorevoli esterni kbar (eż. iċ-Ċina) jeħtieġ li jiddiversifikaw il-muturi tat-tkabbir u jagħtu spinta lid-domanda interna, billi l-pajjiżi bi żbilanċi kbar (eż. l-Istati Uniti tal-Amerika) jeħtieġ li jżidu t-tifdil domestiku u jlestu r-riformi strutturali; |
20. |
Jenfasizza li s-swieq finanzjarji għandhom iservu l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija reali; |
21. |
Jappoġġa l-G20 fl-isforzi tiegħu biex jirregola s-swieq tad-derivattivi tal-prodotti; jitlob lill-Kummissjoni tindirizza l-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli, timplimenta l-miżuri ta’ qafas kollha miftehma fil-livell tal-G20 u tiġġieled l-ispekulazzjoni eċċessiva u dannuża, b'mod partikolari permezz tal-leġiżlazzjoni finanzjarja tas-swieq li jmiss tkun introdotta fl-UE, u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar Abbuż tas-Suq (7) u d-Direttiva dwar l-Istrumenti Finanzjarji tas-Swieq (8); |
22. |
Ifakkar fl-importanza tal-materja prima għall-Unjoni Ewropea, kif ukoll is-sigurtà tal-ikel u l-istabilità tal-prezzijiet madwar id-dinja, speċjalment għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pressjonijiet inflazzjonarji li l-iskarsità tal-ikel u l-instabilità tal-prezzijiet jikkawżaw globalment; jistieden, għalhekk lill-Unjoni Ewropea żżid l-isforzi tagħha biex tnaqqas id-dipendenza fuq il-materja prima billi tħaffef it-titjib tal-istandards ta’ effiċjenza u ukoll billi ssaħħaħ il-produzzjoni u l-użu tal-materjali rinnovabbli; jinnota li sabiex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel u l-istabilità tal-prezz tal-ikel, jeħtieġ li jiġu ġeneralizzati metodi sostenibbli ta’ produzzjoni filwaqt li jiddaħħlu mill-ġdid mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-provvista; għal dan il-għan, jitlob għal aktar trasparenza u reċiproċità kummerċjali; iwissi, barra minn hekk, kontra tendenzi protezzjonisti fil-qasam ta’ materja prima strateġika; |
23. |
Jitlob li jkun regolat aħjar it-tpartit ta’ inadempjenzi ta’ kreditu; |
24. |
Jieħu nota tat-tendenza li jkunu investiti ammonti kbar mill-investiment privat fl-ekonomiji emerġenti, bi flussi ta’ dħul ta’ kważi USD triljun mistennija fl-2011 (9); jitlob lill-FMI jiżviluppa qafas għall-prevenzjoni tal-formazzjoni ta’ bżieżaq spekulattivi permezz tas-superviżjoni tal-flussi ta’ kapital globali u jieħu miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ żviluppi dannużi; jirrikonoxxi li l-kontrolli tal-kapital mhumiex alternattiva valida għal politiki ekonomiċi adegwati u dawn għandhom jintużaw biss bħala l-aħħar rimedju; jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi jieħdu miżuri komuni kontra l-formazzjoni ta’ dawn il-bżieżaq spekulattivi; |
25. |
Jinnota r-riskji possibbli, f'termini ta’ kondizzjonijiet mhux ottimali għall-finanzjament fit-tul tal-ekonomija reali, u ta’ konċentrazzjoni kontinwa tal-atturi fis-suq finanzjarju, inklużi l-istituzzjonijiet u l-iskambji finanzjarji; b'kunsiderazzjoni ta’ dan kollu, jitlob lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku jsegwi mill-qrib l-iżvilupp ta’ kull riskju sistemiku kaġun tal-konċentrazzjoni fis-swieq finanzjarji; |
26. |
Jenfasizza l-fatt li filwaqt li l-UE għandha kont kurrenti bbilanċjat u ma tikkontribwixxix għall-iżbilanċi globali, hi tista' tintlaqat b'mod qawwi mill-korrezzjoni diżordinata tal-iżbilanċi permezz tad-deprezzament tad-dollaru Amerikan; jinnota li l-UE għandha tikkoordina l-politiki tagħha dwar il-kummerċ u l-iżbilanċi tal-munita mill-qrib mal-Istati Uniti bil-ħsieb li jkun evitat id-deprezzament rapidu tad-dollaru; iħeġġeġ lill-Istati Uniti tal-Amerika, kif ukoll lil atturi globali ewlenin, biex jiżguraw li l-ġestjoni attwali tirrappreżenta sforz multilaterali li jinkludi l-valuti dinjin ewlenin; jilqa' l-fatt li tħabbru lindikaturi għall-iżbilanċi globali u jitlob li tali indikaturi jitqiesu bis-sħiħ fit-tfassil ta’ politiki makroekonomiċi; |
27. |
Jenfasizza li l-UE teħtieġ tindirizza numru ta’ sfidi sabiex ittejjeb ir-rwol tagħha bħala attur globali, b'mod partikolari n-nuqqas ta’ kompetittività u konverġenza, stabilità finanzjarja insuffiċjenti, rati ta’ impjieg intern u ta’ tkabbir dgħajfa, żieda fl-iżbilanċi interni kaġun tal-espansjoni tas-suq intern u l-UME u n-nuqqas ta’ piż politiku fil-livell internazzjonali, minħabba inter alia, in-nuqqas ta’ koerenza tar-rappreżentazzjoni tagħha fis-swieq internazzjonali, li tista' titjieb bl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jiżguraw ir-rappreżentazzjoni internazzjonali komuni tal-euro, kif iddikjarat fit-Trattat; |
28. |
Ifakkar li l-UE għandha titkellem b'vuċi waħda, ikollu rappreżentant wieħed fuq il-bord tal-FMI fuq medda ta’ żmien medja, b’mod partikolari għaż-żona tal-euro, u fejn xieraq, tirrappreżenta l-Istati Membri u tippromwovi globalment id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, kondizzjonijiet tax-xogħol u ta’ għajxien deċenti, governanza tajba, l-iżvilupp sostenibbli, il-kummerċ ħieles u ġust u l-għanijiet klimatiċi f'konformità mal-aġenda interna tagħha, kif ukoll tiġġieled kontra l-korruzzjoni, il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni fiskali u r-rifuġji fiskali; |
29. |
Iqis li l-Ewropa għandha timmira li tikseb ftehim kummerċjali globali bbilanċjat, ħieles u ġust sabiex jitnaqqsu l-kuntrasti bejn l-ekonomiji emerġenti u dawk żviluppati; jitlob it-tneħħija tal-ostakoli kummerċjali; iqis li n-nuqqas ta’ ftehim kummerċjali globali hu żvantaġġ kbir, peress li l-ekonomiji emerġenti huma mblukkati minn dawk żviluppati fuq proġetti ta’ esportazzjoni agrikola u dawk emerġenti qegħdin jimblukkaw servizzi minn ekonomiji avvanzati; |
30. |
Jenfasizza l-ħtieġa tal-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-akkwist pubbliku, fuq bażi trasparenti u reċiproka; |
31. |
Jenfasizza l-importanza tal-ispirtu ta’ reċiproċità u ta’ benefiċji reċiproċi li jistgħu jinkisbu permezz tar-rabtiet tal-UE mas-sieħba strateġiċi ewlenin tagħha. iqis f'dan ir-rigward li l-UE għandha tikkunsidra jekk huwiex rakkomandabbli li tgħammar lilha nnifisha b'għodod li permezz tagħhom teżamina l-prattiċi ekonomiċi relatati mal-għajnuna mill-Istat ta’ pajjiżi terzi u għall-verifika ta’ kull imġiba li jista' jkollha l-għan li tittrasferixxi teknoloġiji fundamentali barra mit-territorju tal-UE; |
32. |
Jinnota li fil-preżent, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) jitlob l-ibbilanċjar konġunt tal-kontijiet fil-livell reġjonali biss; jitlob l-adozzjoni ta’ regoli aktar ċari dwar il-kontabilità, li jeħtieġu li l-impriżi u l-fondazzjonijiet kollha jżommu l-kotba skont il-pajjiż u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni fiskali internazzjonali permezz ta’ ftehimiet bejn l-awtoritajiet dwar l-iskambju tal-informazzjoni; |
33. |
Ifakkar fl-insistenza tiegħu dwar riforma wiesgħa tal-governanza ekonomika u finanzjarja globali, sabiex tkun promossa t-trasparenza u r-responsabbiltà u sabiex tkun żgurata l-koerenza bejn il-politiki tal-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali; jitlob li l-istituzzjonijiet Bretton Woods u korpi eżistenti oħra ta’ governanza ekonomika, inkluż il-G20 jiġu integrati, bħala l-ewwel pass lejn struttura ta’ governanza ekonomika globali, fis-sistema tan-NU, fejn ikunu jistgħu jipparteċipaw flimkien mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), mal-ILO u flimkien ma’ organizzazzjoni dinjija għall-klima li għad trid tinħoloq; |
34. |
Jitlob lill-pajjiżi tal-G20 jadottaw minnufih miżuri ta’ politika globali u koordinati li jikkontribwixxu għal tkabbir globali sostenibbli, b'saħħtu, stabbli u bilanċjat; jitlob il-parteċipazzjoni tal-parlamenti rispettivi għat-tkattir tal-leġittimità u r-responsabilità; jitlob, barra minn hekk, li ssir riforma tal-FMI u biex dan jingħata iktar riżorsi finanzjarji, sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u r-responsabilità u biex dan issir aktar demokratiku, filwaqt li jissaħħaħ ir-rwol tiegħu fis-sorveljanza ekonomika u finanzjarja tal-membri tiegħu, bil-għan li tkun stabbilita xibka ta’ sikurezza kredibbli għall-ġlieda kontra l-iżbilanċi globali; |
35. |
Jistieden l-introduzzjoni ta’ arranġamenti ġodda għall-għajnuna finanzjarja, kif ġej:
|
III. L-argumenti favur sistema monetarju ġdid
36. |
Ifakkar li l-ebda pajjiż jew blokk ta’ pajjiżi ma jgawdi minn gwerra tal-valuti li tista’ twassal biex jisfaw fix-xejn l-isforzi taċ-ċittadini tal-UE b’risposta għall-ħtieġa li jitnaqqas id-dejn sovran u jsiru riformi strutturali; jinnota li l-euro ppreveniet l-isplużjoni ta’ kriżi tal-valuti tat-tip li storikament hi marbuta mal-kriżijiet finanzjarji; ifakkar li r-regoli tas-sistema tal-kummerċ multilaterali (WTO) ma jkoprux flussi ta’ kapital u m'għandhomx kontroparti fil-forma ta’ sistema monetarja multilaterali; |
37. |
Ifakkar fl-għan tal-G20 tal-Korea tal-bini ta’ sistema monetarja internazzjonali (IMS) aktar stabbli u reżistenti jirrikonoxxi t-tħassib globali dwar il-funzjonament tal-IMS u jitlob li ssir qabża kbira 'l quddiem urġentement; jitlob, għalhekk, li l-IMS tiġi riformata b'tali mod li tiġi żgurata l-kooperazzjoni makroekonomika sistematika u komprensiva bi tkabbir globali sostenibbli u bbilanċjat; |
38. |
Jenfasizza li l-IMS għandha tindirizza inter alia:
|
39. |
Jitlob, barra minn hekk, li ssir riflessjoni dwar il-possibbiltà - fuq perjodu ta’ żmien twil - tal-ħolqien ta’ valuta ta’ riserva globali bbażata fuq l-iżvilupp u t-trasformazzjoni tal-SDRs u tal-FMI; |
IV. Iż-żieda fil-kompetittività u s-sostenibilità tal-UE, l-implimentazzjoni tal-istrateġija UE 2020 bit-trawwim tal-innovazzjoni u l-investiment fuq perjodu ta’ żmien twil għall-impjiegi u t-tkabbir
Kompetittività, konverġenza u l-istrateġija UE 2020
40. |
Jitlob li tingħata kunsiderazzjoni sħiħa u konsistenti għall-għanijiet tal-istrateġija UE 2020, u l-ħtieġa li jingħeleb kull żbilanċ intern tal-UE fid-definizzjoni tal-kontenut tas-Semestru Ewropew; |
41. |
Jenfasizza l-importanza ta’ politiki tal-Unjoni ta’ appoġġ reċiproku fit-twettiq tal-istrateġija tal-UE 2020 għal tkabbir u impjiegi intelliġenti, sostenibbli u inklussivi, msaħħa b'għodod differenti ta', inter alia, edukazzjoni li tħares 'il quddiem, strateġiji ambjentali, tal-klima u l-enerġija li jħarsu 'l quddiem, l-effiċjenza tar-riżorsi, politika agrikola mġedda, il-politika ta’ koeżjoni, l-istrateġiji ta’ innovazzjoni u ta’ Riċerka u Żvilupp, baġit tal-UE mġedded u baġit nazzjonali aktar allinjat b'appoġġ ta’ dawn l-għanijiet komuni; |
42. |
Jenfasizza li l-element ta’ sostenibilità tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020 jeħtieġ jiġi allinjat fost l-oqsma ta’ politika rilevanti kollha sabiex l-UE terġa' tieħu t-treġija dinjija; jenfasizza li biex l-Ewropa tibqa' kompetittiva fl-ekonomija globali għandha tmexxi t-trasformazzjoni, favur l-ambjent, lejn soċjetà b'riżorsi sostenibbli effiċjenti; jenfasizza li l-investimenti fuq skala kbira fl-infrastruttura favur l-ambjent huma mezz eċċellenti biex jistimulaw l-irkupru u l-promozzjoni tat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fuq perjodu twil ta’ żmien; |
43. |
Ifakkar li għadu ma kienx irrealizzat il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku u tenħtieġ determinazzjoni politika u azzjoni deċiża għal-liberalizazzjoni tal-potenzjal sħiħ tiegħu għas-sostenibilità u t-tkabbir u l-impjiegi soċjalment inklussivi; jenfasizza l-bżonn ta’ aktar żvilupp għas-settur tas-servizzi Ewropew u t-tisħiħ tal-kummerċ fis-servizzi; |
44. |
Jenfasizza li s-suċċess tal-istrateġija Ewropa 2020 tiddependi fuq l-impenn tal-UE kollha kemm hi u fuq is-sjieda tagħha mill-Istati Membri, il-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sieħba soċjali; ifakkar fl-importanza ta’ djalogu soċjali u negozjar kollettiv b'saħħithom fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll tal-promozzjoni ta’ djalogu soċjali Ewropew ġenwin dwar il-politiki u l-miżuri makroekonomiċi; jinnota li dawn il-miżuri għandhom jiġu segwiti sabiex jinkiseb kunsens dwar kif se nimxu 'l quddiem; |
45. |
Jieħu nota tas-setgħat u r-responsabilitajiet dejjem akbar tal-awtoritajiet reġjonali u lokali; ifakkar li żewġ terzi tal-investiment pubbliku fl-Ewropa jinsab fil-livell sub-nazzjonali; jinnota li l-għażla tal-livell li fih isir u jitwettaq l-investiment pubbliku għandu impatt sinifikanti fuq l-effiċjenza tiegħu; jenfasizza għalhekk l-importanza li jiġi żgurat investiment pubbliku fl-iktar livell effiċjenti ta’ governanza; |
46. |
Iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jaġixxu b'mod responsabbli fir-rigward tal-UE fit-teħid tad-deċiżjonijiet nazzjonali tagħhom u biex jinkludu d-dimensjoni tal-UE fid-diskussjonijiet nazzjonali tagħhom; |
47. |
Jenfasizza li l-konsolidazzjoni fiskali għandha tkun akkumpanjata minn miri għal żmien medju u twil bħal dawk identifikati mill-istrateġija Ewropa 2020, speċjalment rigward il-ħolqien tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-investiment fl-infrastruttura, l-effiċjenza tar-riżorsi, it-trasformazzjoni ekoloġika tal-ekonomija u ekonomija bbażata fuq l-għarfien, sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; jinnota li l-politiki nazzjonali u tal-UE differenti għandhom jipprovdu appoġġ koerenti għall-istrateġija u li d-dixxiplina tal-baġit, tista', jekk tkun imposta mingħajr strateġija mhux definita tajjeb, timmina l-prospetti ta’ tkabbir, tnaqqas il-kompetittività u tkun ta’ ħsara serja għall-ekonomija fuq perjodu twil ta’ żmien; ifakkar li ladarba l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni falla – l-istrateġija Ewropa 2020 għandha tinkludi miri vinkolanti mfassla mill-Kummissjoni għall-Istati Membri b'valuri massimi u minimi li għandhom jiġu applikati għal ċerti aspetti makroekonomiċi tal-ekonomiji tagħhom; |
48. |
Jitlob li ssir verifika stretta tal-Istati Membri kollha, li għandha titnieda mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Eurostat, sabiex ikun iddeterminat l-istatus finanzjarju reali tagħhom, biex b'hekk ikun iffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq il-fatti fir-rigward tal-Istrateġija Ewropa 2020 u ta’ proġetti reġjonali u ta’ koeżjoni; jitlob l-iskrutinju ta’ kull programm ta’ finanzjament fl-Unjoni Ewropea u tas-sussidji nazzjonali u reġjonali; jirrakkomanda l-intensifikar tal-proġetti u tal-programmi, li s-suċċess tagħhom hu essenzjali u wara dan il-qerda ta’ sussidji u skemi ta’ żvilupp ekonomiku ineffettivi; |
49. |
Jirrimarka li n-nisa, b'mod partikulari, huma f'riskju akbar li jesperjenzaw il-faqar; jinnota li tul il-kriżi l-faqar tat-tfal żdied f'numru ta’ Stati Membri; jenfasizza li dan mhux aċċettabbli u li t-tendenzi negattivi għandhom jitreġġgħu lura; jitlob, għalhekk, b'mod partikolari l-iżvilupp ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi f'netwerk b'saħħtu għall-qerda tal-faqar tat-tfal permezz ta’ approċċi mmirati lejn it-tfal, b'miri speċifiċi għat-tfal u b'iffukar qawwi fuq id-drittijiet tat-tfal; |
50. |
Jinnota l-importanza ta’ sistemi ta’ għajnuna soċjali b'saħħithom li jaġixxu bħala stabilizzaturi ekonomiċi fi żminijiet ta’ kriżi; jenfasizza, għalhekk, li filwaqt li jenħtieġ li l-finanzi pubbliċi jiġu kkonsolidati, jeżisti ukoll każ konvinċenti għas-salvagwardja tas-servizzi tas-settur pubbliku u għaż-żamma tal-livelli eżistenti ta’ protezzjoni soċjali fejn xieraq; jitlob għall-adozzjoni ta’ miżuri li huma mmirati għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fid-dħul, b'mod partikolari bl-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
51. |
Jenfasizza li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku m'għandux inaqqas il-progress fil-politiki ta’ rikonċiljazzjoni li jirrigwardaw il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u tad-dar, b'mod partikolari dawk li jiffaċilitaw l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol; |
52. |
Jinnota l-isfidi li jirriżultaw mill-kriżi, bi tnaqqis kbir fl-attività ekonomika, tnaqqis fir-rata tat-tkabbir ikkawżat minn żieda qawwija fil-qgħad strutturali u fit-tul, u tnaqqis fir-rati tal-investiment pubbliku u privat, kif ukoll żieda fil-kompetizzjoni minn ekonomiji emerġenti; |
53. |
Jirrikonoxxi li, biex jingħelbu l-iżbilanċi attwali ġewwa l-UE, l-approċċ ‘daqs wieħed tajjeb għal kulħadd’ mhux se jkun biżżejjed u li, sabiex tkun effettiva, il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika jeħtieġ li tqis sew il-punti tat-tluq tal-ekonomiji nazzjonali tal-UE u tal-ispeċifitajiet tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa għal koordinament ekonomiku u progress fit-treġġiegħ lura ta’ finanzi sodi; |
54. |
Jitlob kompatibilità akbar u komplementarjetà akbar bejn il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE; huwa tal-fehma li l-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss għandu jiffoka fuq l-oqsma prijoritarji ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 u għandu jiżgura l-finanzjament adegwat tal-inizjattivi ewlenin fl-oqsma fejn l-UE għandha kompetenza kondiviża mal-Istati Membri, li jistgħu jipprovdu valur miżjud Ewropew qawwi; |
55. |
Jenfasizza li kemm il-politiki agrikoli u kemm dawk ta’ koeżjoni għandu jkollhom rwol ewlieni fl-appoġġ tal-istrateġija tal-Ewropa 2020; hu konvint li għandha titkompla r-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) fil-kuntest tal-indirizzar tal-isfidi globali; jemmen li l-premessa għas-suċċess tal-istrateġija Ewropa 2020 huwa l-iżgurar tal-koerenza bejn il-politiki tal-UE, inklużi aspetti differenti bħalma huma l-allinjament tal-baġits nazzjonali u tal-UE, inkluża l-PAK, u l-Fondi ta’ Koeżjoni, pereżempju billi tkun garantita allokazzjoni ġusta tar-riżorsi bejn l-Istati Membri u r-reġjuni, skont prinċipji ċari maħsuba biex isaħħu l-konverġenza u jippromwovu l-kompetittività, filwaqt li ssir enfasi fuq dawk l-Istati Membri u reġjuni li jinsabu fl-akbar bżonn u fuq politiki dwar l-infiq fuq l-edukazzjoni, l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp; |
56. |
Ifakkar, barra minn hekk, li l-istrateġija Ewropa 2020 se tkun kredibbli biss jekk tkun appoġġjata minn riżorsi finanzjarji adegwati, u għalhekk huwa favur:
|
Politiki dwar l-enerġija u t-trasport u s-suq intern
57. |
Iqis il-ħolqien ta’ Komunità Ewropea tal-Enerġija bħala proġett politiku ewlieni għat-twettiq tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 għat-tkomplija tat-transizzjoni lejn enerġiji rinnovabbli bl-immassimizzar tal-effiċjenza tal-enerġija, iż-żieda tal-indipendenza enerġetika tal-UE u l-ħolqien ta’ suq tal-enerġija interkonness b'mod reali; jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni esterna tal-politika tal-enerġija tiegħu; |
58. |
Jemmen li għandhom jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi produtturi taż-żejt u ta’ gass naturali u l-pajjiżi konsumaturi, fuq kollox dawk tal-Ewropa, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-iżviluppi reċenti fix-xenarju politiku fil-Mediterran; iqis li politika komuni għall-enerġija sostenibbli u l-kisba tal-ħtiġijiet ta’ materja prima jeħtieġ jiġu implimentati bħala kwistjoni ta’ urġenza, sabiex jiġu evitati effetti negattivi li jistgħu jdewmu l-irkupru u l-iżvilupp futur tal-ekonomija Ewropea; |
59. |
Jenfasizza r-rwol ewlieni li għandu l-allinjament tal-prinċipji tal-effiċjenza tar-riżorsi fil-politiki kollha tal-UE għall-iżgurar tal-kompetittività tal-UE, inkluż l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda innovattivi u ta’ metodi ġodda għat-tnaqqis tad-dħul, l-imminimizzar tal-iskart, it-titjib tal-ġestjoni tal-istokkijiet tar-riżorsi, it-tibdil tal-modi ta’ konsum, it-titjib tal-loġistika u l-iżgurar li l-proċessi ta’ produzzjoni, u l-metodi ta’ ġestjoni u negozju jiġu ottimizzati b'tali mod li jiżġuraw l-applikazzjoni ta’ approċċ ċikliku fit-tfassil ta’ prodotti u servizzi "mill-bidu sat-tmiem"; |
60. |
Ifakkar li l-aċċess għall-enerġija u l-materja prima, kif ukoll l-użu effiċjenti tagħhom, huma vitali biex tkun żgurata l-kompetittività ġenerali tal-UE; jenfasizza li sabiex l-UE tibqa' kompetittiva fuq medda ta’ żmien twila, teħtieġ li tkun mexxejja dinjija fil-promozzjoni tal-iffrankar u tal-effiċjenza tal-enerġija, tar-riċerka ta’ teknoloġiji ħodor ġodda u tal-investiment fihom, tad-diversifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-provvista tal-enerġija kif ukoll tal-iżvilupp u taż-żieda fl-użu ta’ għejun ta’ enerġija rinovabbli. ifakkar li t-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u l-materja prima jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-kompetittività tal-UE, filwaq li jgħin ukoll biex jinkiseb l-għan tal-inflazzjoni tal-UE; |
61. |
Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni mill-qrib lill-politika tat-trasport, b'mod partikolari għall-estensjoni tan-netwerks tat-trasport Ewropej, filwaqt li aċċess imtejjeb għal dawn in-netwerks għal reġjuni anqas iffavoriti, bl-għajnuna tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni, se jikkontribwixxi sostanzjalment għall-konsolidazzjoni tas-suq uniku; jenfasizza l-importanza li jkun hemm sistema tat-trasport interkonnessa u effiċjenti, li tiffaċilita l-moviment ħieles tan-nies, tal-prodotti u tas-servizzi u li tippromwovi t-tkabbir; jenfasizza l-importanza tan-netwerks tat-trasport Trans-Ewropej (TEN-T) fil-provviżjoni ta’ valur miżjud Ewropew sostanzjali, peress li dawn jgħinu t-tneħħija ta’ imblukkar, l-eliminazzjoni ta’ ostakoli fiżiċi bħad-differenzi bejn il-qisien tal-linji tal-ferrovija, u l-iżgurar tal-infrastruttura transkonfinali; |
62. |
Iqis l-Att tas-Suq Uniku bħala inizjattiva politika ewlenija li ssejjes l-pedamenti tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u tal-inizjattivi ewlenin immirati għall-isfruttament sħiħ tal-potenzjal ta’ tkabbir tas-suq intern u t-twettiq tas-suq uniku, skont l-ispirtu tar-rapport Monti; jenfasizza li l-kriżi wriet biċ-ċar l-importanza li tissaħħaħ il-bażi industrijali tal-UE u l-potenzjal tal-innovazzjoni billi jiġu faċilitati l-aċċess għas-suq u l-mobilità u permezz tal-ġlieda kontra l-frammentazzjoni soċjali u territorjali fl-UE kollha; |
Il-mobilità u l-immigrazzjoni
63. |
Jenfasizza li kemm ir-rivoluzzjonijiet kbar fir-reġjuni tal-viċinat tagħna u kemm l-iżviluppi demografiċi ġewwa l-UE jindikaw il-ħtieġa ta’ politika ta’ migrazzjoni komuni; jenfasizza li għandu jitħeġġeġ aċċess akbar għas-swieq tax-xogħol u tal-mobilità bl-għoti ta’ kondizzjonijiet u ta’ drittijiet ta’ impjieg u soċjali indaqs għal kulħadd, inkluż ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u tad-diplomi madwar l-UE, flimkien mat-trasferabilità tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u l-portabilità tad-drittijiet għall-pensjoni sabiex jissaħħaħ is-suq uniku Ewropew; |
64. |
Iqis li l-Ftehim ta’ Schengen għadu jirrappreżenta kisba eċċezzjonali għaċ-ċittadini kollha tal-UE u li dan għandu jiġi salvagwardjat; jitlob, f'dan ir-rigward it-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni; jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar il-bidliet ipotetiċi għar-regoli ta’ Schengen; jinsisti dwar il-ħtieġa li l-Parlament jiġi inkluż fil-proċess leġiżlattiv u jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri ma jitħallewx jieħdu deċiżjonijiet unilaterali f'dan il-qasam; ifakkar li l-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Schengen jirrappreżenta pass lejn integrazzjoni akbar tal-UE u li għandu jiġi ssalvagwardjat il-prinċipju tal-moviment ħieles għall-persuni; |
65. |
Jitlob għal politika tal-immigrazzjoni tal-UE komuni u jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni biex jinfetħu aktar modi legali biex wieħed ikun jista' jiġi jaħdem fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal riforma tas-sistema tal-Blue Card attwali (billi din tiġi estiża biex tkopri numru ferm akbar ta’ impjiegi u professjonijiet); jinnota li dawk li jħaddmu fl-UE qegħdin jiddependu dejjem aktar fuq persuni minn pajjiżi barra mill-UE biex jidħlu għal impjiegi f'setturi bħall-agrikoltura, l-ortikultura, it-turiżmu, il-kura tal-anzjani u l-infermerija, peress li anqas u anqas ċittadini tal-UE huma disponibbli biex jaħdmu f'dawn is-setturi; jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni dwar ħaddiema staġjonali, teħtieġ tipprovdi lil dawn il-ħaddiema, li ħafna drabi huma vulnerabbli u esposti, b'kundizzjonijiet aħjar u tistabbilixxi stat legali li jipproteġihom mill-isfruttament; |
L-SMEs, l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp
66. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tiffaċilita iktar finanzjament fil-forma ta’ ishma azzjonarji għall-SMEs, permezz ta’ kapital ta’ riskju jew tar-reġistrazzjoni tal-ishma, aktar għajnuna mill-fondi strutturali u inqas dipendenza fuq id-dejn, speċjalment f’kumpaniji ta’ teknoloġija avvanzata li jkunu għadhom kemm fetħu, li jkunu fi bżonn kbir ta’ kapital għar-riċerka u l-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-istrument ta’ garanzija tal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u biex jiġi ssemplifikat l-aċċess għall-fondi għall-SMEs; jinnota l-ħtieġa partikolari li jitħeġġu u jiġu appoġġjati l-intraprendituri nisa; |
67. |
Jirrikonoxxi r-rwol tal-ekonomija soċjali (it-tielet settur) fl-Ewropa u s-sinifikat tiegħu fil-promozzjoni tal-innovazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa għall-Ewropa ta’ politiki strateġiċi ġodda ta’ akkwist pubbliku, ambjentali u effiċjenti fir-rigward tar-riżorsi, għall-appoġġ ta’ settur tal-innovazzjoni kompetittiv u ugwali; |
68. |
Iħeġġeġ sabiex il-BEI u l-FMI jingħataw rwol ewlieni fil-livell Ewropew fil-ħelsien ta’ fondi għall-SMEs bl-użu ta’ proċeduri aktar effiċjenti u aktar ċari, biex b'hekk jaħdmu f'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u billi jiġi evitat l-istabbiliment ta’ skemi paralleli għal strutturi diġà eżistenti fil-livell nazzjonali sabiex l-SMEs ikunu jistgħu jsibu l-punt ta’ dħul abitwali tagħhom faċilment; jirrakkomanda li l-BEI/FEI għandhom jaġixxu ta’ filtru, billi jiffokaw fuq is-setturi ta’ prijorità skont l-istrateġija tal-UE 2020, għat-tisħiħ yal-ekonomija, l-impjiegi, is-sostenibilità ambjentali u l-effiċjenza tar-riżorsi, u bħala sors ta’ pariri għal gruppi magħżula ta’ SMEs, billi jieħdu sehem fid-diskussjonijiet mal-banek u t-timijiet ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom bl-għan li jgħinu lill-SMEs jiksbu self fit-tul; jitlob li tintuża għalkollox il-kapaċità tal-BEI li jipprovdi finanzjament; |
69. |
Jistieden lill-Istati Membri jaċċelleraw il-proċess tagħhom ta’ implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (2008) u fir-rieżami tiegħu, ippubblikat mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Frar 2011, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament u tiġi appoġġjata l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs; |
70. |
Jenfasizza li l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE għandha tappoġġa sistematikament lill-SMEs li joħolqu l-impjiegi, kemm fis-suq intern u kemm globalment; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat il-ħolqien malajr ta’ impriżi li jużaw teknoloġiji ġodda, li jittejjeb il-finanzjament tagħhom, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u tiġi promossa l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom; hu tal-opinjoni li jkun tajjeb ħafna li jingħata rikonoxximent għar-rwol ewlieni mwettaq mis-sistema ta’ banek kooperattivi industrijali u tal-imnut, li jiżguraw l-ottimizzazzjoni tal-istrateġija tal-assistenza u tal-għoti ta’ appoġġ reali lis-settur tal-SMEs; |
It-tassazzjoni
71. |
Jenfasizza li kemm l-UEM u kemm is-suq intern jeħtieġu koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politiki fiskali nazzjonali; jenfasizza li l-kwalità tat-tassazzjoni għandha tittejjeb biex jingħataw l-inċentivi tajbin għall-impjieg, l-innovazzjoni u l-investiment fit-tul; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, ir-reżiljenza fiskali tas-sistemi fiskali tal-Istati Membri, biex ir-riformi fiskali tagħhom ikunu reżistenti għaċ-ċaqliq ekonomiku u ma jkunux jiddependu bla ħtieġa fuq bażijiet fiskali li jkunu ċikliċi ħafna jew li jkun magħruf li jkunu predisposti għall-bżieżaq; |
72. |
Jappoġġa l-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tittratta l-kompetizzjoni fiskali dannuża, l-evitar jew il-frodi tat-taxxa u r-rifuġji fiskali kemm fl-UE u kemm fil-livell internazzjonali, biex ittejjeb is-sistemi ta’ ġbir tat-taxxa u tintroduċi bażi fiskali korporattiva kkonsolidata komuni bi skali indikattivi tat-taxxa, kif ukoll sistema ta’ tassazzjoni speċifika u simplifikata għall-SMEs; jilqa’ l-istrateġija tal-VAT li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni bil-ħsieb li tinstab sistema li ma tistax issirilha frodi; |
73. |
Jinnota li l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, kif ukoll it-titjib tal-ġbir tat-taxxa, anke fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, jeħtieġ li jkunu aspett essenzjali tal-isforzi attwali tal-Istati Membri bl-għan tal-konsolidament baġitarju; |
74. |
Jemmen li mossa bħal din hija essenzjali fil-kuntest attwali, fejn l-Istati Membri għandhom bżonn jikkonsolidaw il-baġits tagħhom; jinnota li l-kompetizzjoni fiskali hija aċċettabbli sakemm din ma tipperikolax il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru l-introjtu li ġustament jistgħu jippretendu u jfakkar li għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jimmimizzaw il-kompetizzjoni fiskali ta’ ħsara; |
75. |
Jemmen li d-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE għandha tqis l-istrateġija fiskali tal-Istati Membri u r-rieda tagħhom li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u fil-promozzjoni ta’ kooperazzjoni fiskali akbar; |
76. |
Jirrikonoxxi n-nuqqas ta’ definizzjoni komuni ta’ rifuġji fiskali; jitlob tal-anqas definizzjoni uniku Ewropea komuni, sakemm jintlaħaq il-ftehim dwar definizzjoni fil-livell globali; |
77. |
jistieden lill-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni tan-natura fundamentali tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u bil-għan ta’ rkupru finanzjarju reali, u biex jinkludu fil-kodiċi penali tagħhom il-premessa li t-twettiq ta’ proġetti permezz ta’ korruzzjoni, tixħim u l-użu ta’ strumenti oħrajn maħsuba biex jinkisbu vantaġġi illeġittimi, twassal għat-tħassir tal-ħlas, jew jekk il-ħlas ikun twettaq, ir-rimborż tad-doppju tal-ammont imħallas; |
L-impjiegi
78. |
Jenfasizza li impjiegi ġodda u impjiegi aħjar huma prekundizzjoni għall-kisba ta’ strateġija ta’ tkabbir ġusta, ekoloġika u intelliġenti, u għalhekk jitlob:
|
79. |
Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-qgħad fl-Istati Membri li fihom attwalment qed jiġu implimentati miżuri ta’ awsterità fiskali, hija kkawżata mit-tnaqqis fl-attività ekonomika ġenerali, b'żieda allarmanti tar-rata tal-qgħad fuq perjodu twil; jinnota li l-qgħad fuq perjodu twil ta’ żmien jeħtieġ li jiġi ttrattat urġentement billi jista' jkun ta’ ħsara kbira ferm għat-tkabbir fuq perjodu twil ta’ żmien fil-pajjiżi rispettivi u konsegwentement jista' jnaqqas il-kompetittività tal-Unjoni kollha; |
80. |
Jinnota li b'riżultat tal-kriżi attwali, is-suq tax-xogħol tal-UE jista' jibqa' frammentat fuq perjodu twil ta’ żmien, minn naħa waħda, b'konċentrazzjoni ta’ xogħol ta’ kwalità għolja fl-Istati Membri b'kontijiet kurrenti bilanċjati, u, min-naħa l-oħra, b'rati għoljin ta’ qgħad u b'nuqqas ta’ provvista ta’ xogħol kompetittiv f'dawk l-Istati Membri li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi u li għandhom l-aktar dejn; |
81. |
Jemmen li għad hemm ħtieġa li tkun inidirizzata l-kwistjoni ta’ governanza korporattiva fir-rigward ta’ inċentivi għall-ġestjoni tal-investiment fit-tul u l-ħolqien tal-impjiegi; jissuġġerixxi li għandu jinħareġ rapport annwali li jevalwa r-responsabilità soċjali u ambjentali korporattiva għall-kumpaniji b'aktar minn 250 impjegat u b'fatturat ta’ aktar minn EUR 50 miljun; |
Strateġija għall-edukazzjoni
82. |
Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni vokazzjonali, universitarja, fit-tfulija kif ukoll tal-adulti għall-innovazzjoni u t-tkabbir u jenfasizza l-importanza ta’ implimentazzjoni adegwata tal-flessigurtà; jenfasizza l-ħtieġa li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jiġu adattati sabiex in-nies jingħataw l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex ikunu żgurati livelli ogħla ta’ impjiegi, produttività, tkabbir u kompetittività; |
83. |
Jipproponi l-istabbiliment ta’ programm ta’ tiroċinju tal-UE analogu għall-programm Erasmus, b'involviment sħiħ tas-settur privat; huwa tal-fehma li tali programm għandu jinvolvi gruppi ta’ universitajiet, universitajiet tax-xjenzi applikati, istituzzjonijiet għat-taħriġ professjonali, industriji, swieq finanzjarji u SMEs u kumpaniji kbar u għandu jagħti liċ-ċittadini, inklużi gruppi vulnerabbli, aċċess għat-taħriġ, b'mod partikolari fil-ħiliet trasferibbli fl-ekonomija bbażata fuq l-għarfien sabiex jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja; |
84. |
Jappoġġa bil-qawwa ż-żieda fil-kwalità tal-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa inter alia billi jitnaqqsu aktar l-ostakoli għall-mobilità tal-istudenti, jitjiebu r-rabtiet bejn id-dinja akkademika u dik tan-negozju u titrawwem mentalità aktar intraprenditorjali fis-soċjetà; jipproponi l-introduzzjoni ta’ borża ta’ studju Ewropea għall-innovazzjoni li għandha tikkontribwixxi għat-trawwim tal-għarfien u tal-ħiliet impjegati f'setturi innovattivi, filwaqt li jkun permess l-istabbiliment ta’ netwerks u kooperazzjoni fl-UE; jemmen li tali borża ta’ studju għandha tindirizza liż-żgħażagħ fi programmi edukattivi vokazzjonali, stabbiliti u implimentati speċifikament f'kull wieħed mill-Istati Membri; |
85. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet, fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali, biex is-settur privat u pubbliku jżidu l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp; jinnota li l-finanzjament tal-universitajiet iseħħ primarjament permezz tal-baġits nazzjonali, li diġà huma taħt pressjoni ta’ konsolidament; konsegwentement, iħeġġeġ lill-Istati Membru jiżguraw li s-sistemi rispettivi tagħhom ta’ finanzjament għall-universitajiet jitfasslu b'tali mod li jiżguraw il-kapaċità tal-Ewropa għall-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi; |
86. |
Iqis li biex l-Istati Membri jitħeġġu jinvestu aktar fil-qasam edukattiv, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-infiq pubbliku għall-edukazzjoni, ir-riċerka u t-taħriġ vokazzjonali meta jiġi evalwat l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien tal-Istati Membri; |
87. |
Jappoġġa l-appell mill-Assoċjazzjoni Universitarja Ewropea (EUA) għal żieda fl-investiment pubbliku fl-edukazzjoni ogħla għal 3 % tal-PGD; jemmen li din il-mira teħtieġ evalwazzjoni kwalitattiva ta’ tali nefqa fl-evalwazzjoni tal-SGP; |
88. |
Jitlob li jsir titjib fl-edukazzjoni għall-impjiegi li ma jeħtieġux studji universitarji permezz tal-iżvilupp tal-apprentistat; |
V. Naħsbu f’impostazzjoni ġdida għall-UE: lil hinn mill-governanza ekonomika Ewropea
89. |
Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea tinsab f’salib it-toroq: jew l-Istati Membri jiddeċiedu li jingħaqdu mal-isforzi għall-approfondiment tal-integrazzjoni jew, minħabba l-istaġnar fil-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet u d-diverġenzi fil-livell ekonomiku, l-UE tista’ tinfired; |
90. |
Iwissi dwar ir-riskji tal-irtirar f'sistema ekonomika frammentata li tkun vulnerabbli għall-protezzjoniżmu u għall-populiżmu; |
91. |
Jistieden unjoni politika aktar demokratika fejn l-istituzzjonijiet tal-UE jingħataw rwol aktar b'saħħtu kemm fit-tfassil u kemm fl-implimentazzjoni ta’ politiki komuni; jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-leġittimità u l-kontroll demokratiċi tal-Unjoni; |
92. |
Jenfasizza l-importanza tar-rispett tal-prinċipji li jsejsu l-proġett Ewropew, b'mod partikolari, l-ugwaljanza tal-Istati Membri, is-solidarjetà, il-koeżjoni u l-kooperazzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa tal-adeżjoni ma’ dawn il-prinċipji billi jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-iżbilanċi interni u jsir progress lejn konverġenza sostanzjali permez tal-koordinament bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro u dawk li mhumiex membri taż-żona tal-euro; |
93. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ Kummissjoni Ewropea aktar b'saħħitha, li tkun aktar responsabbli fir-rigward tal-Parlament u li jwettaq rwol ewlieni bħala l-vuċi ewlenija taċ-ċittadini, speċjalment meta tipprovdi forum għal dibattiti pubbliċi transkonfinali, b'kunsiderazzjoni tar-riperkussjonijiet tad-deċiżjonijiet nazzjonali f'oqsma bħall-ekonomija u l-governanza soċjali; |
94. |
Jenfasizza li l-governanza ekonomika, bil-politiki ekonomiċi, fiskali u soċjali konverġenti, trid tiġi organizzata bl-użu tal-metodu Komunitarju u mmexxija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni bil-parlamenti nazzjonali li jkunu għal kollox involuti; |
95. |
Iqis li l-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u t-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej hija l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba iżda jemmen li hu meħtieġ progress akbar sabiex, b'mod partikolari, tkun żgurata sorveljanza diretta fil-livell ta’ UE ta’ istituzzjonijiet sistemiċi bħall-entitajiet b'effett qawwi ta’ lieva u bl-infurzar ta’ ġabra unika ta’ regoli; jenfasizza l-ħtieġa li l-aġenziji l-ġodda jkunu pprovduti bir-riżorsi umani u finanzjarji proporzjonati mar-responsabilitajiet dejjem jikbru tagħhom; |
96. |
Jemmen li, flimkien mas-sorveljanza bl-għan li tiżgura l-istabbiltà finanzjarja, hemm ħtieġa għal mekkaniżmi ta’ sorveljanza u ta’ prevenzjoni ta’ bżieżaq potenzjali u għall-allokazzjoni ottimali tal-kapital fid-dawl tal-isfidi u l-objettivi makroekonomiċi u ukoll il-ħtieġa għal investiment fl-ekonomija reali; iqis, b'żieda ma’ dan, li l-politika fiskali teħtieġ tintuża bħala għodda għal dan il-għan; |
97. |
Jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti addizzjonali għar-regolament ta’ strutturi tas-suq finanzjarju li d-daqs tagħhom jista’ jkun ta’ theddida għall-kapaċità tar-regolaturi li jirreżistu t-talbiet tagħhom, u għas-superviżuri li jagħmlu superviżjoni ġenerali tal-attivitajiet tagħhom u speċjalment dwar is-sistema bankarja parallela u dwar il-livell ta’ lieva tal-banek; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra possibilitajiet regolatorji bħal-limitu u d-disinċentivar tad-daqs kif ukoll tal-mudelli kummerċjali; |
98. |
Jenfasizza li biex tingħeleb il-kriżi tad-dejn pubbliku u jiżdiedu l-kompetittività, il-konverġenza u s-solidarjetà tal-UE tenħtieġ orjentazzjoni tal-kompetenzi u l-infiq lejn l-Unjoni, fejn il-piż fuq il-baġits nazzjonali jonqos konsiderevolment, u jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji sinifikanti bejn il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE, li jkunu jippermettu użu u allokazzjoni ottimali ta’ riżorsi fiskali eżistenti fuq il-livelli kollha, waqt li jkun irrispettat il-prinċipju tas-subsidarjetà sabiex ikunu appoġġati r-reġjuni b'saħħithom u l-istati; |
99. |
Jikkonkludi, li sabiex tintlaħaq unjoni politika u integrazzjoni ekonomika proporzjonali mal-unjoni monetarja, f’konformità mal-prijoritajiet miftiehma mill-Kunsill Ewropew, l-UE teħtieġ baġit li jkun kbir biżżejjed sabiex jakkomoda l-euro b’mod sostenibbli, filwaqt li jipprovdi l-munita bi spazju baġitarju rilevanti fil-livell tal-organizzazzjoni politika li tinħareġ minnu; |
100. |
Ifakkar li l-istudji li jippreċedu r-realizzazzjoni tal-unjoni monetarja – l-aktar ir-rapport McDougall, li analizza l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan Werner – affermaw li l-volum ta’ baġit simili jkollu jkun ta’ bejn 2.5 u 10 fil-mija tal-ING, suġġett għal jekk u liema funzjonijiet ta’ riallokazzjoni jiġu assunti mill-baġit tal-Unjoni, li l-baġit ikun hemm bżonn li jkun iffinanzjat fuq il-bażi ta’ riżorsi proprji, u li għandu jintuża biex jiffinanzja politiki u miżuri fl-oqsma tal-politika ta’ barra, tas-sigurtà u tad-difiża, is-setturi tal-enerġija u t-trasport, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u r-R&Ż, u li l-baġits nazzjonali jitnaqqsu b'mod korrispondenti sabiex tinkiseb in-newtralità fiskali għaċ-ċittadini u għan-negozji; |
101. |
Jenfasizza l-bżonn li jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-politiki ekonomiċi u soċjali, inkluż permezz tat-tisħiħ u tal-istituzzjonalizzazzjoni tad-djalogu makroekonomiku soċjali; |
102. |
Ifakkar li l-Unjoni Ewropea tnissel il-leġittimità tagħha mill-valuri demokratiċi li tipproġetta, l-għanijiet li ssegwi u l-poteri, l-istrumenti u l-istituzzjonijiet li tipposjedi; hu tal-fehma li l-approfondiment tal-integrazzjoni ekonomika hu meħtieġ biex jiżgura l-istabilità taż-żona tal-euro u tal-Unjoni kollha kemm hi, u li dan jeħtieġ aktar żviluppi rigward ir-rappreżentanza esterna taż-żona tal-euro, maġġoranza kwalifikata ta’ votazzjoni fuq bażi tat-taxxa korporattiva, miżuri għall-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa, il-ħruġ reċiproku ta’ dejn sovran u ta’ Eurobonds li jistimulaw id-dixxiplina fiskali, il-kapaċità ta’ self tal-UE, bilanċ aħjar bejn il-politiki ekonomiċi u soċjali, riżorsi proprji għall-baġit tal-UE u r-rwoli tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew; |
103. |
Jemmen li d-deċiżjonijiet politiċi dwar il-governanza ekonomika m’għandhomx ipoġġu fil-periklu l-impenji maqbula fil-livell tal-UE li jirriflettu l-miri u l-interessi tal-Istati Membri kollha u tali deċiżjonijiet għandu jkollhom għeruqhom fit-Trattat u għandhom ikunu segwiti bl-involviment istituzzjonali sħiħ u l-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew; |
104. |
Jitlob strateġija komprensiva għar-rispons għall-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni, b’governanza ekonomika rinfurzata bħala l-bażi fundamentali tar-rispons tal-UE; jitlob ukoll iż-żamma tar-rieda li titkompla l-konsolidazzjoni fiskali, it-tkabbir sostenibbli, it-tisħiħ tar-riformi strutturali u r-reviżjoni totali tas-settur bankarju; jieħu nota tal-patt Euro Plus propost mill-Kunsill bħala element wieħed tal-pakkett ta’ governanza ekonomika nnegozjat bejn il-Parlament u l-Kunsill; |
105. |
Jitlob li t-Trattat Euratom ikun ittrasformat f’Komunità Ewropea għall-Enerġija; |
106. |
Iqis li, flimkien mal-bidliet fit-trattat għall-mekkaniżmu tal-istabilità, dawn il-kwistjonijiet interkonnessi għandhom jiġu ttrattati fil-qafas ta’ Konvenzjoni, li għandha titlaqqa' skont l-Artikolu 48(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; |
107. |
Jemmen li, jekk ma jkunux ittrattati, se jkun neċessarju li jsir rikors għall-kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 329 tat-TFUE, sabiex iż-żona tal-euro tkun tista’ tiffunzjona b'mod demokratiku u effiċjenti; |
108. |
Ifakkar li rispons Ewropew għall-kriżi għandu jissejjes fuq l-approfondiment tal-integrazzjoni Ewropea, it-tkomplija tal-metodu komunitarju, il-konsolidazzjoni tad-djalogu interparlamentari, il-promozzjoni tad-djalogu soċjali, it-tisħiħ tal-istat assistenzjali l-appoġġ tal-inklużjoni soċjali, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli, u bil-bini ulterjuri tal-ekonomija tas-suq soċjali u tal-valuri tagħha, bħala mira essenzjali tal-Unjoni Ewropea, sabiex iċ-ċittadini kollha jingħaqdu kollha madwar proġett Ewropew imsejjes fuq il-valuri mnaqqxa fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; |
*
* *
109. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Eurogroup, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lis-sħab soċjali. |
(1) ĠU C 230 E, 26.8.2010, p. 11.
(2) ĠU C 257 E, 24.9.2010, p. 211.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0376.
(4) Testi adottati, P7_TA(2011)0080.
(5) Eurostat, Statistics in focus, 9/2010, Population and social conditions http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_OFFPUB/KS-SF-10-009/EN/KS-SF-10-009-EN.PDF u l-Kummissjoni Ewropea, Employment in Europe 2010 (http://ec.europa.eu/employment_social/eie/executive_summarys_en.html#top).
(6) Kummissjoni Ewropea, Impact of the current Economic and Financial crisis on potential output, Occasional Papers 49, Ġunju 2009, Tabella V, Paġna 33 (http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/publication15479_en.pdf).
(7) Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16).
(8) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji (ĠU L 145, tat-30.4.2004, p. 1).
(9) IMF Staff Position Noteposition, 19 February 2010, SPN/10/04, Capital Inflows: The Role of Controls.
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/158 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
Is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Jemen u l-Baħrejn fil-kuntest tas-sitwazzjoni fid-dinja Għarbija u l-Afrika ta’ Fuq
P7_TA(2011)0333
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Jemen u l-Baħrejn fil-kuntest tas-sitwazzjoni fid-dinja Għarbija u fl-Afrika ta’ Fuq
2013/C 33 E/16
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, il-Jemen u l-Baħrejn, b'mod partikolari dwar il-qagħda fis-Sirja, il-Baħrejn u l-Jemen tas-7 ta’ April 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tan-Nofsinhar tas-7 ta’ April 2011 (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-UE/Viċi President tal-Kummissjoni (VP/RGħ) dwar is-Sirja, tat-18, 22, 24 u s-26 ta’ Marzu, tat-23 ta’ April, tas-6 u l-11 ta’ Ġunju 2011; u dwar il-Jemen tal-10, 12 u t-18 ta’ Marzu, tas-27 ta’ April, tal-11, is-26 u l-31 ta’ Mejju u tat-3 ta’ Ġunju 2011, u dwar il-Baħrejn tal-10, it-12 u t-18 ta’ Marzu, it-3 ta’ Mejju u l-1 ta’ Lulju 2011, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-VP/RGħ f'isem l-UE dwar is-Sirja tad-29 ta’ April 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-25 ta’ Mejju 2011, dwar ir-"Rispons ġdid għal viċinat li qed jinbidel" li tikkomplimenta l-Komunikazzjoni Konġunta tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar "Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran", |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-Vicinat tan-Nofsinhar tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-Sirja tad-29 ta’ April 2011, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011, 2011/302/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011 u 2011/367/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar is-Sirja, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tat-23 ta’ Mejju u tal-20 ta’ Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar is-Sirja tat-3 ta’ Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2011, tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, dwar is-sentenzi kontra 21 attivista politiku Baħrejni, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-kapijiet tal-oppożizzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport preliminari tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-Sirja tal-14 ta’ Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1990, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u t-Trattament jew Piena oħra Krudila, Inumana jew Degradanti tal-1975, |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-2004, kif aġġornati fl-2008, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi, id-dimostrazzjonijiet paċifiċi fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani esprimew aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi u talbiet qawwija għal riformi istituzzjonali, politiċi, ekonomiċi u soċjali mmirati lejn il-kisba ta’ demokrazija ġenwina, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u n-nepotiżmu, l-iżgurar tar-rispett tal-istat ta’ dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali, u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali aħjar, |
B. |
billi l-Komunikazzjoni Konġunta msemmija "Rispons ġdid għal Viċinat li qed jinbidel" tal-25 ta’ Mejju 2011 tieħu approċċ ġdid, billi teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-prinċipji bażiċi li jiggvernaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari l-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, li jinsabu fil-qalba tal-Politika tal-Viċinat, filwaqt li tirrifletti l-ħtieġa tal-UE li tappoġġa l-bidliet demokratiċi fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani, |
Is-Sirja
C. |
billi sa mill-bidu tar-ripressjoni fis-Sirja f'Marzu 2011, il-vjolenza kompliet tikber u l-forzi tas-sigurtà qegħdin jirreaġixxu għall-protesti kontinwi, b'arresti tal-massa u b'żieda fil-brutalità, bil-qtil ta’ aktar minn 400 ċittadin fil-provinċja ta’ Daraa waħedha u possibiliment ta’ aktar minn 1 000 ruħ madwar is-Sirja kollha, |
D. |
billi vidjows reċenti, li kienu mxandra madwar id-dinja, urew stampi inkwetanti ta’ tfal detenuti arbitrarjament fis-Sirja li sfaw vittmi tat-tortura jew trattament ħażin, li f'ċerti każi wasslet għall-mewt tagħhom, bħal fil-każ ta’ Hamza al-Khateeb, tifel ta’ 13-il sena; billi, b'żieda ma’ dan, l-użu ta’ munizzjon attiv kontra d-dimostranti diġà wassal għall-imwiet ta’ mill-anqas 30 tifel, kif rappuratat mill-UNICEF, l-aġenzija tan-NU għat-tfal, fil-31 ta’ Mejju 2011, |
E. |
billi l-President Bashar al-Assad, fit-tielet indirizz tiegħu fl-20 ta’ Ġunju 2011, qal li djalogu nazzjonali se jsawwar il-ġejjieni tas-Sirja; billi minkejja impenji ripetuti għall-implimentazzjoni ta’ riformi u bidliet politiċi fis-Sirja, l-awtoritajiet ma ħadu l-ebda pass kredibbli biex iwettquhom; billi diġà ġew dokumentati aktar minn 800 każ tal-għajbien furzat u 11 000 każ ta’ detenzjoni arbitrarja, mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, |
F. |
billi fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2011 adotta deċiżjoni u regolament li jimponi miżuri restrittivi fuq seba' persuni oħrajn li żdiedu mal-lista stipulata fid-9 ta’ Mejju 2011, li daħħlet miżuri speċjali, bħall-projbizzjoni tal-viża u l-iffriżar tal-assi u li imponiet ukoll embargo fuq l-armi u tgħamir li jista' jintuża fir-ripressjoni interna, kontra l-erba' entitajiet assoċjati mar-reġim Sirjan, |
G. |
billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja, min-naħa l-oħra, għadu jrid jiġi ffirmat; billi l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim ġie pospost fuq talba tas-Sirja minn Ottubru 2009, u l-Kunsill kien diġà ddeċieda li ma jieħux passi ulterjuri; billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxi parti essenzjali ta’ dan il-Ftehim, |
H. |
billi hemm riskju serju ta’ żieda f'attakki vjolenti minn gruppi estremisti, inkluż minn gruppi armati tal-jihadi; billi huwa importanti li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-komunitajiet reliġjużi differenti fis-Sirja, inkluż in-numru kbir ta’ refuġjati Iraqqin li waslu fil-pajjiż, |
I. |
billi, wara l-assedju ta’ Daraa, il-forzi tas-sigurtà nedew operazzjoni u kampanja militari fuq skala kbira ta’ arresti arbitrarji fl-irħula qarib; billi hu stmat li madwar 12 000 Sirjan minn Jisr al-Shughour u mill-inħawi tal-viċin qasmu l-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija, wara biża ta’ ripressjonijiet mill-forzi tas-sigurtà, u skont in-Nofs Qamar l-Aħmar hemm 17 000 oħra li qegħdin jistennew biex jaqsmu l-fruntiera, |
Il-Jemen
J. |
billi s-sitwazzjoni fil-Jemen tibqa' waħda ta’ tħassib serju wara xhur ta’ vjolenza u taqlib li kkawżaw sofferenza sostanzjali fuq il-poplu tal-Jemen, u wasslet għal telf ta’ ħajja u ġrieħi serji, u għall-arrest ta’ dimostranti, kif ukoll l-iggravar ta’ kriżi ekonomika u politika fil-pajjiż, |
K. |
billi l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) nieda pjan għat-trasferiment paċifiku tal-poter, li ma ġiex iffirmat mill-President tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh, |
L. |
billi tul l-attakki reċenti fuq il-kwartieri tiegħu fit-3 ta’ Ġunju 2011, il-President Saleh kien ferut serjament u issa qiegħed jirċievi trattament mediku fl-Arabja Sawdija; billi l-poter kien ittrasferit temporanjament lill-Viċi President tal-pajjiż, Abd Rabbuh Mansur Hadi, |
M. |
billi l-Jemen hu l-ifqar pajjiż fil-Lvant Nofsani, b'malnutrizzjoni mifruxa, riżervi taż-żejt li qed jonqsu, popolazzjoni li qed tikber, gvern ċentrali dgħajjef, nuqqas dejjem akbar ta’ ilma u ftit investiment fl-ekonomija tal-pajjiż; billi hemm tħassib serju dwar id-diżintegrazzjoni tal-istat Jemenit, b'waqfien mill-ġlied fraġli li ilu fis-seħħ minn Frar mar-ribelli Xiti fit-Tramuntana, moviment seċessjonista fin-Nofsinhar u ħafna ġellieda ta’ Al Qaeda li huma rrappurtati li jużaw il-Jemen bħala kenn, |
Il-Baħrejn
N. |
billi l-istat tas-sikurezza nazzjonali fil-Baħrejn tneħħa fl-1 ta’ Ġunju 2011 u r-Re Hamad Bin Isa al-Khalifa għamel appell għal djalogu nazzjonali, li nbeda fit-2 ta’ Lulju 2011, |
O. |
billi fid-29 ta’ Ġunju 2011 twaqqfet kummissjoni indipendenti mir-Re Hamad sabiex tinvestiga l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tul ir-ripressjonijiet riċenti tal-gvern kontra d-dimostranti favur ir-riforma, |
P. |
billi fit-22 ta’ Ġunju 2011 il-Qorti tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Baħrejn, li hija qorti militari, ħabbret il-verdett tagħha kontra 21 attivist tal-oppożizzjoni tal-Baħrejn, inkluż sebgħa minnhom in absentia; billi tmien attivisti tal-oppożizzjoni ngħataw sentenza ta’ għomorhom il-ħabs u 13 oħra ngħataw sentenzi ta’ ħabs sa 15-il sena talli "ikkonfoffaw biex iwaqqgħu l-gvern"; billi bosta attivisti politiċi oħrajn, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti ġew miżmuma tul il-protesti reċenti favur ir-riforma, u billi skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem dawn ġew ittorturati, trattati ħażin u abbużati, |
Q. |
billi fit-22 ta’ Mejju 2011, il-kundanni għall-mewt kontra żewġt irġiel, Ali ‘Abdullah Hassan al-Sankis u Abdulaziz ‘Abdulridha Ibrahim Hussain, għall-qtil ta’ żewġ pulizija tul protesti kontra l-gvern fil-Baħrejn ġew ikkonfermati mill-Qorti tal-Appell tas-Sikurezza Nazzjonali; billi l-eżekuzzjoni tagħhom kienet posposta sa Settembru, |
R. |
billi 47 bejn tobba u infermiera mill-Baħrejn kienu akkużati b'"inċitament għat-twaqqigħ tar-reġim bil-forza" u qegħdin jiffaċċjaw proċess quddiem qorti militari tal-Baħrejn; billi l-professjonisti mediċi ttrattaw lill-persuni feruti kollha bl-istess mod, fir-rispett tal-kodiċi tal-etika tal-professjoni tagħhom, |
S. |
billi fuq talba tal-gvern tal-Baħrejn, ġew skjerati forzi barranin fil-Baħrejn taħt il-bandiera tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), |
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-użu sproporzjonat tal-vjolenza mir-reġimi, kontra d-dimostranti paċifiċi u jiddeplora l-għadd kbir ta’ persuni li nqatlu jew ndarbu; iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi u l-midruba; jitlob it-tmiem minnufih ta’ tixrid tad-demm u r-rilaxx tal-persuni arrestati; jitlob li ssir investigazzjoni dwar il-qtil, l-arresti u l-allegati torturi; |
2. |
Ifaħħar liċ-ċittadini għall-kuraġġ muri fid-dimostrazzjonijiet tagħhom għall-bidla demokratika, b'mod partikolari n-nisa li kienu u li spiss jibqgħu fuq quddiem nett tal-protesti; |
3. |
Jistieden lill-mexxejja politiċi fil-pajjiżi Għarab jonoraw l-impenji tagħhom billi jipparteċipaw fi djalogu politiku miftuħ u kostruttiv li jinvolvi l-partiti u movimenti politiċi demokratiċi kollha kif ukoll lis-soċjetà ċivili mingħajr dewmien jew pre-kundizzjoni, hu mmirat għat-tħejjija tat-triq għal demokrazija ġenwina, u għall-implimentazzjoni ta’ riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali reali, u ambizzjużi, li huma essenzjali għall-istabbilità u l-iżvilupp fit-tul f'dawn il-pajjiżi u f'dan ir-reġjun kollu kemm hu; |
Is-Sirja
4. |
Jikkundanna bil-qawwa ż-żieda qawwija ta’ vjolenza fis-Sirja u t-tkomplija ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-assedji imposti fuq numru ta’ bliet, bħal Daraa, Jisr al-Shughour u Hama, arresti tal-massa, qtil extraġudizzjarju, detenzjoni arbitrarja, allegazzjonijiet ta’ għajbien furzat u tortura; |
5. |
Jiddeplora l-fatt li t-tneħħija tal-istat ta’ emerġenza mħabbar fil-21 ta’ April, 2011 u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ riformi oħrajn imwiegħda mill-President Assad, u li l-priġunieri politiċi għadhom taħt arrest minkejja l-amnestija reċenti mħabbra mill-President; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Sirja jwaqqfu minnufih l-assedju ta’ bliet affettwati u jippermettu aċċess rapidu u mingħajr xkiel għall-aġenziji u l-ħaddiema umanitarji; |
6. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Sirja u lill-President Bashar al Assad biex itemmu l-qtil ta’ dimostranti mhux armati u biex jeħilsu minnufih mill-arrest lid-dimostranti, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi; jistieden lill-forzi demokratiċi kollha u lill-atturi tas-soċjetà ċivili biex jipparteċipaw fi proċess politiku immedjat u ġenwin sabiex jikkontribwixxu għal transizzjoni demokratika fis-Sirja msejsa fuq aġenda ta’ riformi fundamentali reali u fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; |
7. |
Jitlob lill-awtoritajiet tas-Sirja jippermettu d-dħul tal-istampa barranija fil-pajjiż biex din tivverifika l-allegazzjonijiet kollha ta’ "gruppi ta’ estremisti armati" li qegħdin jisparaw kontra l-forzi tas-sigurtà, li tirrappreżenta l-ġustifikazzjoni tar-reġim għat-tixrid ta’ demm inaċċettabbli li qiegħed iseħħ; jistieden lill-awtoritajiet tas-Sirja jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdu aċċess mingħajr xkiel lill-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli u lill-mekkaniżmi oħrajn tan-NU; |
8. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Sirja sabiex minnufih jeħilsu lit-tfal kollha arrestati tul ir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet u tul avvenimenti relatati, biex jinvestigaw bir-reqqa r-rapporti ta’ każijiet ta’ vjolenza kontra t-tfal u biex jieqfu milli jwettqu aktar arresti u vjolenza kontra t-tfal u minn kull ksur ta’ drittijiet tat-tfal; |
9. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li jimponi miżuri restrittivi fuq is-Sirja u fuq il-persuni responsabbli mir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, jissospendi t-tħejjijiet għall-programmi ta’ kooperazzjoni bilaterali ġodda, jissospendi l-programmi bilaterali li għadhom għaddejjin mal-awtoritajiet tas-Sirja skont l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) u l-istrument MEDA, jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex għalissa ma japprovax operazzjonijiet ta’ finanzjament ġodda fis-Sirja, biex jikkunsidra s-sospensjoni ta’ għajnuna Komunitarja ulterjuri għas-Sirja fid-dawl tal-iżviluppi attwali u biex ma jieħux aktar passi rigward il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mas-Sirja; japoġġa ġabra ta’ sanzjonijiet intelliġenti adottati mill-Kunsill u jistieden lill-Kunsill jieħu inizjattiva diplomatika qawwija biex jikkonvinċi l-pajjiżi l-oħra jadottaw l-istess sanzjonijiet; hu tal-fehma li l-Kunsill għandu jkompli jestendi s-sanzjonijiet immirati lejn il-persuni kollha u l-entitajiet kollha marbuta mar-reġim bil-għan li ddgħajjifhom u tiżolahom filwaqt li twitti t-triq għal tranżizzjoni demokratika; |
10. |
Jappoġġja bil-qawwa l-isforzi diplomatiċi tal-UE flimkien mas-sħab tagħha fil-komunità internazzjoni biex tiżgura li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) jikkundanna l-vjolenza kontinwa fis-Sirja, jirrifjuta l-impunità u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Sirja jwettqu l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan; jiddispjaċih għall-fatt li s'issa dawn l-isforzi ma kienux ta’ suċċess u li r-riżoluzzjoni ma setgħatx tiddaħħal; jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lir-VP/RGħ jkomplu jaħdmu flimkien mas-sħab internazzjonali biex jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-KSNU fis-sitwazzjoni fis-Sirja u għall-implimentazzjoni mill-awtoritajiet Sirjani tar-responsabilità tagħhom li jipproteġi l-popolazzjoni tas-Sirja; |
11. |
Jilqa' l-politika tat-Turkija li żżomm il-fruntieri miftuħa għar-refuġjati Sirjani u l-organizzazzjoni u l-mobilizzazzjoni mħaffa tar-riżorsi tan-Nofs Qamar l-Aħmar; |
12. |
Jilqa' r-rikonoxximent mill-UE tal-isforzi tat-Turkija u tas-sħab reġjonali l-oħrajn fit-trattament tagħhom tal-aspetti differenti tal-kriżi, b'mod partikolari l-aspetti umanitarji, u jiddikjara li ser jaħdem magħhom biex jindirizza s-sitwazzjoni fis-Sirja; jistieden lit-Turkija u lill-UE biex ikabbru l-isforzi tagħhom ta’ koordinament tal-politika barranija u jħeġġeġ bil-qawwa t-tfittxija ta’ sforzi mmirati ta’ appoġġ għad-demokratizzazzjoni u l-iżvilupp fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq; |
13. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex minnufih jipprovdu għajnuna u appoġġ lill-awtoritajiet tat-Turkija u tal-Libanu fl-isforzi tagħhom biex jimmaniġġjaw l-kriżi umanitarja tul il-fruntieri tagħhom mas-Sirja, bil-ħolqien ta’ kuridur umanitarju fil-livell tan-NU; |
14. |
Jistieden lir-RGħ/VP, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħeġġu lill-movimenti demokratiċi tal-oppożizzjoni ġewwa u barra mill-pajjiż; jitlob, f'dan ir-rigward, għal tnedija urġenti ta’ djalogu politiku ġenwin li jwassal għal transizzjoni demokratika profonda fis-Sirja; |
Il-Jemen
15. |
Jikkundanna bil-qawwa l-attakki armati reċenti fil-Jemen, inkluż l-attakk tat-3 ta’ Ġunju 2011 fuq il-kwartieri presidenzjali; jistieden lill-partijiet kollha jtemmu l-ostilitajiet kollha, jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jirrispettaw waqfien mill-ġlied permanenti; |
16. |
Jilqa' l-impenn tal-Viċi President Abd Rabbuh Mansur Hadi li jirrispetta l-waqfien mill-ġlied, id-demilitarizzazzjoni tal-bliet tal-Jemen u biex jiżgura l-protezzjoni għal kull protesta u dimostrazzjoni paċifika oħra; |
17. |
Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Jemen, jilqa' pożittivament l-aspirazzjonijiet tagħhom għal bidla demokratika fil-pajjiż u jappoġġa l-isforzi tal-GCC fejn dawn ikunu ffukati fuq is-sejbien ta’ soluzzjoni nnegozjata, li timplika r-riżenja tal-President Saleh u tal-membri tal-familja tiegħu li għadhom iżommu pożizzjonijiet ta’ poter, fil-qafas ta’ sistema politika aktar inklusiva mmirata biex jittaffa l-faqar u jitjiebu l-kundizzjoniiet tal-għajxien tal-parti l-kbira tal-popolazzjoni; |
18. |
Jiddeplora l-falliment tal-awtoritajiet tal-Jemen li jiżguraw il-passaġġ sikur ta’ diplomatiċi mill-Ambaxxata tal-Emirati Għarab Magħquda f'Sana'a fit-22 ta’ Mejju 2011, inkluż is-Segretarju Ġenerali tal-GCC u l-Ambaxxaturi tal-Istati Membri tal-GCC, tal-UE, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti; jistieden lill-awtoritajiet tal-Jemen jirrispettaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi; |
19. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ rapporti ta’ progress mill-kumitat ta’ livell għoli maħtur mill-Gvern tal-Jemen biex jinvestiga l-attakk fuq id-dimostranti fit-18 ta’ Marzu 2011 f'Sana'a, fejn inqatlu 54 persuna u aktar minn 300 ġew midruba; itenni t-talba tiegħu lir-RGħ/VP biex jappoġġja t-talbiet għal investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar dan l-inċident; |
20. |
Jilqa' l-missjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) għall-Jemen, li evalwa s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u se jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern tal-Jemen u lill-komunità internazzjonali; |
Il-Baħrejn
21. |
Jikkundanna r-ripressjoni fil-Baħrejn u jħeġġeġ il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tad-dimostranti paċifiċi kollha inkluż l-attivisti politiċi, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tas-47 tabib u infermiera mill-Baħrejn li kienu qegħdin iwettqu d-dover professjonali tagħhom; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sentenzi ta’ għomor il-ħabs għal tmien attivisti tal-oppożizzjoni u għas-sentenzi ta’ ħabs ta’ 15-il sena għal 13 oħra; |
22. |
Jilqa' t-tneħħija tal-"istat ta’ sikurezza nazzjonali" fil-Baħrejn kif ukoll is-sejħa għal djalogu nazzjonali magħmula mir-Re Hamad Bin Isa al-Khalifa; iqis li d-djalogu nazzjonali mniedi mir-Re Hamad jista' jseħħ biss bil-parteċipazzjoni tal-forzi politiċi kollha inkluż tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili bil-għan li titħejja t-triq għal demokrazija u riformi politiċi ġenwini fil-Baħrejn; |
23. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Baħrejn biex jibdlu s-sentenzi tal-mewt ta’ Ali ‘Abdullah Hassan al-Sankis u ta’ ‘Abdulaziz ‘Abdulridha Ibrahim Hussain, u biex jerġgħu jdaħħlu d-de facto moratorium fuq il-piena kapitali; |
24. |
Jieħu nota pożittiva tad-deċiżjoni tar-Re Hamad li joħloq kummissjoni indipendenti li tinvestiga l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tul ir-ripressjonijiet reċenti mill-gvern kontra dimostranti favur ir-riforma; iħeġġeġ l-imparzjalità u t-trasparenza totali tal-kummissjoni u jistieden lill-gvern tal-Baħrejn ma jindaħalx f'ħidmietha; |
25. |
Jilqa' l-ħolqien ta’ Ministeru għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Iżvilupp Soċjali fil-Baħrejn u jitlob lill-Ministeru jaġixxi skont l-obbligi u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; |
26. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-preżenza ta’ truppi barranin taħt il-bandiera tal-GCC fil-Baħrejn; itenni t-talba lill-GCC biex jikkontribwixxi r-riżorsi tiegħu bħala parteċipant kollettiv reġjonali biex jaġixxi b'mod kostruttiv u jagħmilha ta’ medjatur fl-interess ta’ riformi paċifiċi fil-Baħrejn; |
Id-Dinja Għarbija u l-Afrika ta’ Fuq
27. |
Jilqa' l-proċess ta’ tranżizzjoni demokratika fl-Eġittu u fit-Tuneżija, bħala l-ewwel eżempji tal-proċess ta’ demokratizzazzjoni attwali u tal-mewġa l-ġdida ta’ parteċipazzjoni miċ-ċittadini, u b'mod speċjali taż-żgħażagħ fid-dinja Għarbija; jappoġġja bil-qawwa l-aspirazzjonijiet tal-poplu għal-libertà, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jitlob għal proċess elettorali trasparenti, ġust u ħieles fiż-żewġ pajjiżi li jqis iċ-ċirkostanzi individwali tagħhom; jistieden lill-komunità internazzjonali twettaq aktar sforzi biex issostni u tħeġġeġ il-proċess ta’ riforma politika fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani; |
28. |
Itenni l-impenn tal-komunità internazzjonali favur il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili fil-Libja, inkluż permezz tal-intensifikazzjoni tal-pressjoni fuq ir-reġim Libjan, u l-appoġġ għall-bini ta’ stat demokratiku Libjan; jilqa' d-deċiżjoni tal-UE li tintensifika s-sanzjonijiet tagħha kontra r-reġim biż-żieda ta’ sitt awtoritajiet portwali taħt il-kontroll tar-reġim mal-lista ta’ ffriżar tal-assi tal-UE; itenni t-talba tiegħu lill-Kurunell Muammar Mohammed Abu Minyar Gaddafi biex iċedi l-poter minnufih; |
29. |
Hu mħasseb dwar id-diffikultajiet iffaċċjati mill-popolazzjoni tal-Libja, minħabba nuqqas ta’ ikel, nuqqas ta’ aċċess għal għajnuna medika u n-nuqqas ta’ flussi ta’ kapital fis-salarji u bħala tweġiba għall-ħtiġijiet amministrattivi differenti; jitlob lir-RGħ/VP u lill-Istati Membri tal-UE jaġixxu minnufih biex jipprovdu lill-Kunsill Transizzjonali Nazzjonali b'parti mill-assi Libjani ffriżati, b'awtorizzazzjoni u taħt is-superviżjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għas-Sanzjonijiet, sabiex jiġu żgurati l-bżonnijiet ta’ emerġenza; |
30. |
Jistieden lill-Kunsill u lir-RGħ/VP biex jieħdu aktar inizjattivi biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt b'kunsiderazzjoni tal-mandat ta’ arrest reċenti tal-QKI kontra l-Kurunell Gaddafi, ibnu Saif al-Islam u Abdullah al-Sanussi; |
31. |
Jilqa' l-proċess ta’ riformi fil-Marokk, u b'mod partikolari r-riforma kostituzzjonali proposta li tressqet f'referendum, bħala pass fid-direzzjoni t-tajba għall-ftuħ tas-sistema ta’ governanza, ta’ modernizzazzjoni u ta’ demokratizzazzjoni; jistieden lill-partiti politiċi fil-Marokk biex iwettqu rwol attiv f'dan il-proċess ta’ bidla; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet pubbliċi u tas-soċjetà ċivili u l-partiti politiċi għandhom jibqgħu fil-qalba tal-proċess ta’ implimentazzjoni ta’ riformi kontinwu, u jinnota li l-Marokk kien l-ewwel pajjiż fir-reġjun li ngħata Status Avvanzat fir-relazzjonijiet mal-UE; |
32. |
Jinnota l-aħbar pożittiva mill-President tal-Alġerija dwar it-tnedija ta’ proċess ta’ tħejjija għad-demokratizzazzjoni u għall-iżgurar ta’ governanza aħjar tal-pajjiż, inkluż it-tneħħija tal-istat ta’ emerġenza u tar-riforma kostituzzjonali ppjanata; jenfasizza l-ħtieġa li jitħaffu dawn l-inizjattivi u jitlob impenn qawwi mill-awtoritajiet tal-Alġerija għal dan il-proċess ta’ riformi, li għandu jkun inklusiv u miftuħ għas-soċjetà ċivili; |
33. |
Jilqa' l-impenn tal-awtoritajiet tal-Ġordan għal riformi politiċi, u b'mod partikolari għar-rieżami tal-Kostituzzjoni tal-Ġordan u l-ħidma tal-Kumitat ta’ Djalogu Nazzjonali; ifaħħar l-isforzi mwettqa mill-awtoritajiet tal-Ġordan u jenfasizza l-ħtieġa għall-implimentazzjoni reali tar-riformi; jinnota li l-UE qablet li tagħti lill-Ġordan sħubija bi "Status Avvanzat" fl-2010; |
34. |
Jenfasizza li d-dritt tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon huwa dritt fundamentali tal-bniedem li għandu jkun garantit mill-awtoritajiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprovdu protezzjoni affidabbli u effikaċi għad-denominazzjonijiet reliġjużi li jinsabu f'pajjiżhom u jiżguraw is-sikurezza personali u l-integrità fiżika tal-membri tad-denominazzjonijiet reliġjużi kollha; |
35. |
Jappoġġja bil-qawwa l-pożizzjoni tal-Kunsill li l-Politika Ewropea tal-Viċinat għandha tkun ugwali għall-isfidi l-ġodda fil-Viċinat tan-Nofsinhar; jilqa' l-impenn tal-UE u l-Istati Membri biex jakkompanjaw u jappoġġjaw sforzi reali mill-gvernijiet li qegħdin iwettqu riformi politiċi u ekonomiċi b'mod attiv, kif ukoll is-soċjetajiet ċivili; jilqa' l-ħolqien ta’ Task Force għall-Mediterran tan-Nofsinhar mir-RGħ/VP; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isegwu approċċ differenzjat ibbażat fuq politika ta’ "aktar għal aktar" kif mfassla mill-Komunikazzjoni Konġunta tal-25 ta’ Mejju 2011 rigward il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, li skontha għandu jiġi ppremjat il-progress reali lejn id-demokrazija, l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti, u fuq kollox id-drittijiet tal-bniedem; |
37. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea tkompli tipprovdi l-għajnuna umanitarja meħtieġa għall-persuni mċaqalqa fir-reġjun, li ħafna minnhom issa jgħixu bħala refuġjati fil-fruntieri ta’ pajjiżhom; |
38. |
Jilqa' s-"Sħubija Deauville" mal-popli tar-reġjun li tnediet mill-membri tal-G8; jinnota li l-ewwel "Pajjiżi Sħab" se jkunu l-Eġittu u t-Tuneżija; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE jikoordinaw l-isforzi tagħhom mal-membri tal-G8 li jinsabu lesti li jestendu din is-Sħubija lill-pajjiżi kollha fir-reġjun li qegħdin jipparteċipaw fi transizzjoni lejn soċjetajiet ħielsa, demokratiċi u tolleranti; |
*
* *
39. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Għarbija Sirjana, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Jemen, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Baħrejn, lill-Kunsill Transizzjonali Nazzjonali, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Marokk, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Ġordan, lill-Gvern tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, lill-Gvern tar-Repubblika tat-Tuneżija, lis-Segretarju Ġenerali tal-GCC u lis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0148.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0109.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0154.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/165 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
Politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni
P7_TA(2011)0334
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni (2011/2032(INI))
2013/C 33 E/17
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kunsidra d-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-impenji ta’ l-OSKE li sar ftehim fuqhom f’Kopenħagen fl-1990 u fis-Samit ta’ Istanbul fl-1999, li matulhom l-Istati parteċipanti kollha tal-OSKE impenjaw ruħhom li jistiednu osservaturi internazzjonali, u b'mod speċifiku lill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) għall-elezzjonijiet tagħhom, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni 169 tal-ILO dwar Popli Indiġeni u Tribali tas-7 ta’ Ġunju 1989, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6, 8 u 21 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata fi Strasburgu fit-12 ta’ Diċembru 2007, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (2000), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet uniti tal-4 ta’ Diċembru 2000 bl-isem “Il-promozzjoni u l-konsolidament tad-demokrazija” (1), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-istess korp tal-20 ta’ Diċembru 2004 bl-isem “It-titjib tar-rwol ta’ organizzazzjonijiet reġjonali, subreġjonali u oħrajn fil-promozzjoni u l-konsolidament tad-demokrazija” (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (EIDHR), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Settembru 1996 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni tar-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2006 dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2001 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “L-Għajnuna u l-Osservazzjoni tal-UE waqt l-Elezzjonijiet” (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ April 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Is-sehem tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi” (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 bl-isem “Il-missjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-UE: objettivi, prattiki u sfidi futuri” (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-25 ta’ Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 bl-isem “It-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjieg fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq ’il quddiem”, b’mod partikolari l-paragrafi 71, 72 u 73 tiegħu (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali (12), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (13), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 bl-isem “It-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa” (14), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ April 2011 bl-isem “Il-flussi tal-migrazzjoni li qed jirriżultaw mill-instabilità: l-ambitu u r-rwol tal-politika estera tal-UE” (15), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f’dawk il-ftehimiet, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2009 dwar “l-Appoġġ għall-Governanza Demokratika: lejn qafas imsaħħaħ tal-UE”, |
— |
wara li kkunsidra ż-żewġ ġabriet tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-appoġġ għad-demokrazija fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea”: dawk tas-17 ta’ Novembru 2009 u dawk tat-13 ta’ Diċembru 2010 li fihom “Rapport ta’ progress 2010 u lista ta’ pajjiżi pilota”, |
— |
wara li kkunsidra d-dokument konġunt tal-Kummissjoni / is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar “Il-Bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE” (SEC(2009)1095), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem "Sħubija għad-demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran" (COM(2011)0200), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tat-22 ta’ Ġunju 1993, |
— |
wara li kkunsidra l-istrumenti finanzjarji tematiċi u ġeografiċi tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem u t-traffikar tal-bnedmin (bħalma huma AENEAS, is-suċċessur tiegħu il-Programm Tematiku għall-Migrazzjoni u l-Ażil, MIEUX, EIDHR, TAIEX, ENPI eċċ.), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-21 ta’ Marzu 2011 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi oħra (16), |
— |
wara li kkunsidra l-ħolqien tal-kariga ta’ Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u ta’ Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) operattiv mill-1 ta’ Jannar 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0231/2011), |
A. |
billi t-Trattati tal-Unjoni jipproklamaw id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija bħala valuri fundaturi tal-UE u bħala prinċipji u objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, li din jeħtiġilha tippromwovihom bħala universali, |
B. |
billi d-demokrazija hija l-aqwa salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, tat-tolleranza tal-gruppi kollha fis-soċjetà u tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet għal kull persuna, |
C. |
billi d-demokrazija evolviet f’valur universali, imma s-sistemi demokratiċi jistgħu jvarjaw fis-sura u l-forma, kif jixhdu l-forom differenti iżda validi ndaqs ta’ demokrazija fis-27 Stat Membru tal-UE, ilkoll imsawra mill-istorja, il-kultura u ċ-ċirkustanzi, u kif tixhed l-UE nnifisha, li tirrappreżenta forma ta’ demokrazija sovranzzjonali li hija unika fid-dinja; billi ma jeżisti l-ebda mudell waħdieni tad-demokrazija, u l-ebda pjanta waħdanija tagħha, iżda hemm qbil komuni dwar l-elementi essenzjali tad-demokrazija, |
D. |
billi dawn huma definiti f’żewġ riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (17), |
E. |
billi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huma konnessi b’mod li ma jistax jinfirdu, u billi l-individwi jistgħu jgawdu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħhom biss f’demokrazija; u billi d-demokrazija tista’ teżisti biss meta d-drittijiet tal-bniedm ikunu rrispettati, |
F. |
billi jeħtieġ li l-istat tad-dritt jirbaħ, billi jiżgura l-ugwaljanza quddiem il-liġi, ir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-proprjetà privata u in-nuqqas ta’ interferenza arbitrarja mill-awtoritajiet pubbliċi, kemm fil-liġi kif ukoll fil-prattika, u għaldaqstant jeħtieġ li l-istituzzjonijiet pubbliċi jeżerċitaw is-setgħat tagħhom permezz ta’ uffiċjali eletti u pubbliċi li jkunu trasparenti u responsabbli, b’ġudikatura indipendenti u imparzjali, |
G. |
billi l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni huma ta’ importanza vitali; u billi kulħadd huwa intitolat li jgawdi d-drittijiet kollha tal-bniedem mingħajr diskriminazzjoni rigward razza, ġeneru, orjentazzjoni sesswali, lingwa, reliġjon, opinjoni politika jew ta’ tip ieħor, oriġini nazzjonali jew soċjali, l-istatus tat-twelid jew ta’ tip ieħor; billi d-demokrazija għandha tiżgura d-drittijiet ta’ kulħadd, inklużi dawk ta’ persuni li jappartjenu lil minoranzi, ta’ popli indiġeni u ta’ gruppi oħra vulnerabbli; billi l-kapaċità tal-irġiel u tan-nisa li jipparteċipaw b'mod indaqs fil-ħajja politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija prerekwiżit tad-demokrazija vera, |
H. |
billi l-governanza demokratika tħaddan, fost affarijiet oħra, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-aċċess għall-ġustizzja, rwol importanti għall-parlamenti u l-awtoritajiet lokali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll, ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi; billi r-responsabbiltà ta’ rendikont tal-mexxejja u l-uffiċjali pubbliċi taċ-ċittadini hija element essenzjali tad-demokrazija; billi, f’dan il-kuntest, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija kruċjali; u billi l-governanza demokratika tinvolvi wkoll il-kontroll ċivili tas-settur tas-sigurtà, |
I. |
billi ċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li perjodikament jivvutaw f’elezzjonijiet ħielsa u ġusti u joħorġu għal kariga pubblika, |
J. |
billi l-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni dwar kwistjonijiet politiċi, soċjali, u ekonomiċi, fis-sens wiesa’ tagħhom, mingħajr ir-riskju ta’ kastig mill-istat, huwa dritt universali, kif inhi l-possibilità li wieħed ifittex sorsi differenti ta’ informazzjoni, |
K. |
billi ċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li jifformaw assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet indipendenti, inklużi partiti politiċi u gruppi ta’ interess, |
L. |
billi l-partiti politiċi u l-firxa ta’ fehmiet politiċi, interessi, affiljazzjonijiet reġjonali jew komunali li dawn jirrappreżentaw huma ta’ importanza vitali; billi l-partiti politiċi jeħtieġ jaħdmu b’mod ħieles mill-interferenza tal-gvern u tal-uffiċjali eżekuttivi; billi r-rappreżentanti eletti, sew jekk jappoġġjaw jew inkella jopponu lill-gvern, jeħtiġilhom l-awtorità u r-riżorsi biex jiddibattu u japprovaw il-liġijiet u l-baġits nazzjonali, li jżommu l-gvern responsabbli għall-imġiba tal-amministrazzjoni pubblika u l-użu tal-fondi; billi parlamenti b’saħħithom, bħala l-forum pubbliku għan-negozjar ta’ kunċetti kompetittivi b’mod paċifiku u ordni soċjali, u korpi nazzjonali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet leġiżlattivi huma essenzjali għall-esperjenza ta’ demokrazija inklussiva, |
M. |
billi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi mhux statali huma komponenti vitali fil-bini ta’ demokrazija li tiffunzjona tajjeb u għandhom rwol importanti fl-istabbiliment ta’ kultura demokratika b’għeruq fondi fis-soċjetà; billi dawn jiggwidaw ir-rieda pubblika u jżommu lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, |
N. |
billi mezzi tax-xandir indipendenti u differenti huma essenzjali biex jiġi żgurat li firxa wiesgħa ta’ opinjonijiet u fehmiet ikunu espressi u kkomunikati lill-pubbliku; u billi aċċess ħieles għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u aċċess mhux iċċensurat għall-internet (il-libertà tal-internet) huma drittijiet universali u indispensabbli għall-iżgurar tat-trasparenza u r-responsabbiltà ta’ rendikont fil-ħajja pubblika, |
O. |
billi l-edukazzjoni dwar il-valuri demokratiċi hija importanti biex tiġi sostnuta d-demokrazija, kif inhi l-parteċipazzjoni xierqa, skont l-età, fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, |
P. |
billi l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jieħdu dawn l-elementi ewlenin tad-demokrazija bħala komponenti tal-appoġġ tal-UE f’oqsma speċifiċi biex tgħin lil pajjiżi terzi ħalli jsegwu t-triq tagħhom stess lejn id-demokrazija, |
Q. |
billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-appoġġ għad-demokrazija fil-qafas tar-relazzjonijiet esterni tal-UE” tal-2009 u l-2010 jirriflettu dawn l-elementi, |
R. |
billi l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR) issaħħaħ is-sistema Ewropea tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tqawwi l-pożizzjoni tal-UE fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, |
S. |
billi huwa tal-akbar importanza li nsostnu mill-ġdid li d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali huma interdipendenti u jsaħħu ‘l xulxin reċiprokament, u li biss l-infurzar tagħhom kollha jista’ jikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ demokrazija ġenwina; billi d-demokrazija hija l-aqwa mezz biex tiggarantixxi u tħares id-drittijiet tal-bniedem u tippermetti żvilupp ekonomiku sostenibbli; billi l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ governanza, u l-kontribuzzjoni tagħha għal dan tal-aħħar, huma ta’ importanza kruċjali, u billi spiss wisq jibqgħu ttraskurati, |
T. |
billi, fl-Aġenda tiegħu għal Azzjoni dwar id-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE, il-Kunsill afferma r-rieda tiegħu li jkabbar il-koerenza u l-effikaċja tal-appoġġ tiegħu, imma billi sar ftit progress f’dan is-sens, |
U. |
billi l-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha firxa wiesgħa ta’ strumenti biex tappoġġa d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem (fosthom ftehimiet u sħubijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali, li fihom klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, l-arranġament ta’ inċentivi speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-govrnanza tajba (GSP+), djalogi politiċi, azzjonijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), missjonijiet tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD), strumenti finanzjarji speċjalizzati, proġetti ta’ ġemellaġġ u missjonijiet ta’ osservazzjoni); iżda billi huwa essenzjali li niżviluppaw politika koerenti u orjentata lejn ir-riżultati dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, ibbażata fuq metodoloġija standard imfassla għas-sitwazzjoni f’kull pajjiż, li twarrab l-inkonsistenzi eżistenti u kriterji mhux trasparenti fil-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni u tevita li ddaħħal oħrajn ġodda, tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ sitwazzjonijiet fraġġli u ta’ wara l-kunflitti u ġġib ‘il quddiem id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp bħala objettivi interkonnessi, |
V. |
billi l-UE għandha tkun aktar sensittiva għar-realtajiet soċjali, politiċi, ekonomiċi u strateġiċi ta’ pajjiż hija u tiddeċiedi jekk tagħtix jew tirtirax preferenzi kummerċjali bħall-SPĠ+, |
W. |
billi l-UE għandha tintensifika l-isforzi tagħha biex tippromwovi normi u elementi marbutin mad-demokrazija permezz tal-attivitajiet tagħha fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali u għandha tkompli tippromwovi l-implimentazzjoni effikaċi tal-impenji u l-obbligi meħuda fi ħdan jew permezz il-fora li fihom jipparteċipaw l-Istati Membri tal-UE, |
X. |
billi għad hemm sfidi kbar rigward il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-klawsoli vinkolanti relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali tal-UE; billi s-sospensjoni ta’ ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiż sieħeb tagħha b’reazzjoni għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-demokrazija hija għodda li teżisti biex tintuża f’ċerti sitwazzjonijiet; billi, minkejja l-ksur frekwenti tal-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u n-nuqqas ta’ ċerti pajjiżi terzi li josservaw l-impenji li jinsabu fil-ftehimiet internazzjonali rilevanti, il-gvernijiet tal-pajjiżi kkonċernati rari jiġu ssanzjonati jew jinżammu responsabbli biżżejjed, anki f’każijiet ta’ ksur sfaċċatt tad-drittijiet tal-bniedem; billi n-nuqqas tal-UE li tuża din l-għodda b’konsistenza jimmina l-kredibbiltà tal-Unjoni bħala attur b’saħħtu u determinat fix-xena internazzjonali, |
Y. |
billi l-għażla tas-sanzjonijiet għandha ssir b’mod ġust, meqjus u intelliġenti, u billi l-popolazzjonijet tal-pajjiż ikkonċernat fl-ebda każ m’għandhom ikunu l-vittmi ewlenin ta’ dawn is-sanzjonijiet, |
Z. |
billi l-Unjoni għandha politika reali ta’ inċentivi f’dan il-qasam bil-għan li ssaħħaħ ir-riformi, imma billi l-potenzjal sħiħ ta’ dawn l-inċentivi ma ġiex sfruttat, għal raġunijiet politiċi u b’mod partikolari minħabba nuqqas ta’ qbil fl-UE kollha dwar l-importanza tal-promozzjoni tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward meta mqabbla ma’ prijoritajiet oħra; billi teoretikament m’hemm l-ebda ostakolu strutturali jew legali għall-użu kkoordinat tal-istrumenti finanzjarji esterni għall-appoġġ tad-demokratizzazzjoni, |
AA. |
billi r-Riżoluzzjoni 63/168 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ Diċembru 2008 titlob moratorju globali dwar l-użu tal-piena tal-mewt; billi l-piena tal-mewt għadha tintuża bħala metodu ta’ kastig f’ħafna pajjiżi tad-dinja u f’xi każijiet anki fuq minorenni, |
AB. |
billi l-Istrument Ewropew ta’ Finanzjament għall-Promozzjoni tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) huwa ċentrali għall-politika Ewropea, minħabba l-konċentrazzjoni tiegħu fuq miżuri li ma jistgħux jitwettqu permezz ta’ strumenti ta’ koperazzjoni bilaterali, |
AC. |
billi l-EIDHR jiffinanzja l-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE, strumenti essenzjali ta’ interazzjoni fil-qasam tal-konsolidament demokratiku, imma billi r-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn il-missjonijiet f’bosta każijiet ma sarulhomx segwitu u implimentazzjoni adegwati, |
AD. |
billi din is-sitwazzjoni jista’ jkun li tirriżulta minn nuqqas ta’ impenn politiku min-naħa tal-gvernijiet tal-pajjiżi ospitanti ta’ dawn il-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE kif ukoll mill-inkapaċità tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri li jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet jiġu segwiti minn programmi ta’ appoġġ speċifiku, b’mod partikolari favur parlamenti li jkunu għadhom kif ġew eletti, |
AE. |
billi l-Parlament Ewropew għad m’għandux għad-dispożizzjoni tiegħu studji dettaljati biżżejjed biex ikun jista’ jevalwa l-ambitu tal-appoġġ għad-demokrazija mogħti mill-Unjoni, inkluż mill-Istati Membri tagħha; billi dan huwa dovut, parzjalment, għal kwistjonijiet ta’ trasparenza, ta’ aċċess għad-dokumenti li l-Kunsill għadu ma rrisolvihomx, |
AF. |
billi l-uniku mod biex jinkisbu l-għanijiet ta’ demokratizzazzjoni ġenwina, rispett ġenwin għad-drittijiet tal-bniedem u prospetti ekonomiċi ġenwinament aħjar għal popolazzjonijiet lokali huwa li jiġi applikat prinċipju ta’ kundizzjonalità sħiħa; billi dan il-prinċipju ta’ kundizzjonalità għandu jiġi definit flimkien ma’ pajjiżi benefiċjarji, b’konsultazzjoni mill-qrib mhux biss ma’ gvernijiet, iżda wkoll mas-soċjetà ċivili, u bir-rispett dovut għall-ħtiġijiet reali tal-popolazzjonijiet lokali, |
AG. |
billi partiti politiċi u parlamenti eletti b’mod ħieles u ġust huma ta’ importanza ċentrali għal kull demokrazija u proċess ta’ demokratizzazzjoni, u billi l-appoġġ għall-EDHR u l-applikazzjoni tiegħu ma kkorrispondewx mal-importanza ta’ dawn l-atturi fl-imgħoddi, |
AH. |
billi x-xogħol tal-Nisa tan-NU huwa kruċjali għall-appoġġ tan-nisa fil-kontribuzzjoni u parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess ta’ demokratizzazzjoni, |
AI. |
billi hemm qbil ġenerali fost l-istituzzjonijiet tal-UE dwar in-natura multidimensjonali, kumplessa u fit-tul tad-demokrazija, iżda billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma qisux iċ-ċiklu elettorali sħiħ huma u jipprogrammaw u jimplimentaw miżuri ta’ appoġġ tad-demokrazija, |
AJ. |
billi, fi stati li għaddejjin mid-demokratizzazzjoni, in-nisa u t-tfal żgħar huma partikolarment vulnerabbli għat-traffikar tal-bnedmin, inklużi għal finijiet ta’ prostituzzjoni, |
Il-ħtieġa ta’ bidla tal-paradigma
1. |
Jemmen li biss id-demokraziji bbażati fuq l-istat tad-dritt jistgħu jiffunzjonaw bħala sisien għal sħubijiet strutturali bbilanċjati bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni, li wkoll jirrispettaw il-bżonnijiet u l-interessi taż-żewġ partijiet u tal-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom; |
2. |
Jenfasizza li sħubijiet ibbażati fuq id-djalogu u l-konsultazzjoni jsaħħu s-sjieda ta’ proċessi tal-bini tad-demokrazija u elementi tal-governanza demokratika; jappella lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex jagħmlu aktar sforzi ħalli jużaw dawn id-djalogi b’mod aktar koerenti, konsistenti u koordinat; |
3. |
Iqis li r-rwol tal-UE bħala “setgħa ta’ persważjoni” fis-sistema internazzjonali jista’ jiġi kkonsolidat biss jekk il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tikkostitwixxi prijorità reali għaliha fil-politika tagħha fir-rigward ta’ pajjiżi terzi; |
4. |
Jirrimarka li huwa essenzjali, jekk l-UE għandu jkollha politika estera kredibbli u konsistenti u tappoġġja l-iżvilupp tad-demokrazija, li politika eżemplari ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għandha tiġi segwita fi ħdan l-UE u l-Istati Membri tagħha, sew illum kif ukoll fil-ġejjieni; |
5. |
Iqis, madankollu, li l-ġlieda kontra l-faqar u l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-iżvilupp jistgħu jagħtu kontribut deċiżiv għall-proċessi demokratiċi; |
6. |
Jinnota li l-avvenimenti li qed iseħħu fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani wrew il-limitazzjonijiet ta’ fokus fuq is-sigurtà – partikolarment il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari – u l-istabbiltà, approċċ li ma rnexxilux inaqqas il-faqar u l-inġustizzja soċjali; jenfasizza li “s-sigurtà kontra d-demokrazija” hija dilemma falza, għax ma jistax ikun hemm sigurtà għall-bnedmin mingħajr gvern demokratiku u b’responsabbiltà ta’ rendikont; jemmen li. minkejja t-tkabbir ekonomiku li sar, il-benefiċċji ma tqassmux b’mod ġust; iqis għalhekk li l-kwistjoni tal-ġustizzja soċjali u l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi għandha ssir objettiv essenzjali tal-politika esterna tal-Unjoni, għaliex hija fattur indispensabbli għall-bini ta’ soċjetà paċifika, għanja u demokratika; |
7. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal bidla tal-paradigma favur konsolidament ġenwin tad-demokrazija abbażi ta’ żvilupp endoġenu, sostenibbli u komprensiv li minnu tgawdi l-popolazzjoni u li jirrispetta l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet bażiċi; huwa tal-fehma li l-UE jeħtiġilha tħeġġeġ l-istabbiliment ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta’ soċjetà demokratika; |
8. |
Jenfasizza li d-demokrazija bħala sistema ta’ ggvernar tipprovdi mekkaniżmi għall-allokazzjoni tal-poter politiku u l-ġestjoni tal-kunflitti, li huma essenzjali għal soċjetajiet stabbli u paċifiċi; jinnota, madankollu, li d-demokrazija jeħtiġilha titrawwem lokalment u ma tistax tiġi imposta b’mod artifiċjali minn aġenti esterni; isostni li l-UE, flimkien mal-komunità internazzjonali, jista’ jkollha rwol attiv ta’ appoġġ għal proċessi ta’ konsolidament demokratiku; |
9. |
Iqis li, biex proċess ta’ demokratizzazzjoni jirnexxi, huwa kruċjali li jindirizza l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż ikkonċernat, sabiex ikun żgurat li l-abitanti igawdu d-drittijiet bażiċi, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi; |
10. |
Huwa tal-fehma li l-esperjenza tat-tranżizzjoni demokratika wara l-waqgħa tar-reġimi dittatorjali Komunisti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għandha tkun kondiviża mal-forzi demokratiċi emerġenti ġodda fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani usa’; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-SEAE biex jieħdu sehem aktar attiv fil-proċess ta’ demokratizzazzjoni li qed iseħħ f’dar-reġjun ġar importanti; iħeġġeġ lill-Partijiet Ewropej biex jiżviluppaw programmi ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ma’ sħab emerġenti fir-reġjuni kollha tal-viċinat; |
11. |
Jissottolinja li jeħtieġ li minn issa l-prijorità tingħata lill-użu msaħħaħ u aktar enerġetiku tal-firxa eżistenti ta’ strumenti u inċentivi tal-Unjoni, miġjuba flimkien fl-istrateġiji mfassla għas-sitwazzjoni f’kull pajjiż, u lill-eliminazzjoni tal-inkonsistenzi u tal-istandards doppji fl-implimentazzjoni, li jimminaw il-perċezzjoni tal-Ewropa u l-ħila tagħha li timplimenta politika esterna b’saħħitha u konsistenti; jenfasizza li tali approċċ jeħtieġ bidla ġenwina tal-politika fejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem isiru l-ġebla tax-xewka tal-politika esterna tal-Unjoni, b’tali mod mhux biss jissarrfu f’ objettivi tal-politika, iżda wkoll isiru parti mill-artikolazzjoni u mill-istess struttura tagħha; |
12. |
Jitlob li l-ftehimiet internazzjonali, id-dokumenti ta’ strateġija għal pajjiżi speċifiċi, il-pjanijiet ta’ azzjoni, il-programm SPĠ+ u kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali oħra bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi għandhom jiġu msaħħa permezz ta’ formulazzjoni aktar preċiża tal-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, id-dritt tal-popli indiġeni għal konsultazzjoni qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet, il-governanza tajba, mekkaniżmi preċiżi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità (ibbażati, tal-anqas, fuq dawk imfissra fil-Ftehim ta’ Cotonou, impenji marbutin ma’ kriterji għall-valutazzjoni tal-progress li jkunu speċifiċi, jitkejlu, fattibbli u bi skeda ta’ żmien definita, u kalendarju speċifiku għall-implimentazzjoni; jiddispjaċih li, minkejja l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Ftehim ta’ Cotonou, l-UE spiss tagħlaq għajnejha għal ksur kontinwu u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem li jsir minn uħud mill-gvernijiet sħab fil-Ftehim ta’ Cotonou, u tadotta relazzjoni ta’ ‘kollox jibqa’ għaddej bħas-soltu’; jistieden lill-Kummissjoni tadotta politiki konsistenti mmirati biex jiskuraġġixxu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bħat-tnaqqis ta’ pakketti finanzjarji għal gvernijiet li ma jurux rispett għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri tiċħdilhom l-appoġġ baġitarju, filwaqt li tqawwi l-mezzi finanzjarji għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili li jaqbżu ‘l dawk il-gvernijiet; |
13. |
Ifakkar li l-objettivi tal-politika kummerċjali komuni għandhom ikunu kkoordinati bis-sħiħ mal-objettivi globali tal-UE; jirrimarka li, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika kummerċjali komuni tal-UE għandha titwettaq “fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni” u li, skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-unjoni Ewropea, għandha tikkontribwixxi speċjalment għall-iżvilupp sostenibbli, għall-eliminazzjoni tal-faqar u għall-protezzjoni tad-drittijet tal-bniedem; |
14. |
Jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ kostanti tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet u jappella f’dar-rigward għall-użu tal-istudji ta’ impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija flimkien ma’ dawk dwar l-iżvilupp sostenibbli sabiex tiġi assigurata l-evalwazzjoni kontinwa tal-ftehimiet; |
15. |
Jinnota li l-prinċipji u l-valuri demokratiċi jistgħu jkunu inkoraġġiti aktar bil-promozzjoni tar-ratifikazzjoni tal-Istatut ta’ Ruma tal-QKI, li tagħti prijorità lir-reġjuni li huma anqas rappreżentati, sabiex jissaħħaħ il-karattru universali tagħha u l-ġlieda kontra l-impunità, il-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; |
16. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni rari ħafna timplimenta l-mekkaniżmi li jipprovdu għall-irtirar ta’ preferenzi SPĠ+, f’każ ta’ ksur tal-ftehimiet assoċjati magħhom; jikkundanna l-attitudni adottat mill-Kummissjoni, li minkejja r-rapporti konkordanti ta’ diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, tirrifjuta li tiftaħ inkjesti dwar diversi pajjiżi li jibbenefikaw mill-SPĠ+ li dwarhom hemm suspett kbir li ma jirrispettawx il-ftehimiet li ffirmaw; |
17. |
Ifakkar fil-pożizzjoni soda adottata mill-Parlament favur l-inklużjoni, fil-ftehimiet kollha ta’ kummerċ ħieles, ta’ klawsoli legalment vinkolanti relatati mal-aspett soċjali, ambjentali u mad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li tittieħed bħala bażi minima l-lista ta’ ftehimiet inklużi fir-Regolament dwar il-SPĠ+; |
18. |
Jerġa’ jafferma li hu neċessarju għall-Parlament Ewropew li jagħmel kontroll iktar strett fuq dawn l-elementi; jitlob, għalhekk, li l-Kunsill u l-Kummissjoni jinvolvu lill-Parlament Ewropew fl-istadji kollha tan-negozjar, il-konklużjoni, l-applikazzjoni u s-sospensjoni tal-ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u b’mod partikolari fid-definizzjoni tal-mandat ta’ negozjar ta’ ftehimiet ġodda (b’mod partikolari fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem), fi djalogu fi ħdan il-kunsilli ta’ assoċjazzjoni jew kwalunkwe organu politiku ieħor ekwivalenti ta’ ġestjoni ta’ ftehim (dwar l-implimentazzjoni tal-impenji tad-demokratizzazzjoni) u l-proċess ta’ deċiżjoni dwar il-bidu ta’ konsultazzjoni jew is-sospensjoni ta’ ftehim; |
19. |
Iqis li għandhom jittieħdu lezzjonijiet mill-passat rigward il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rigward titjib ta’ relazzjonijiet ma’ pajjiżi sħab; jenfasizza li l-istatus avvanzat għandu jingħata biss jekk jintlaħqu r-rekwiżiti ċari tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija mill-pajjiżi sħab; jitlob għal darb’oħra li l-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni ċara li tiggarantixxi li l-Parlament jibqa’ jkun infurmat b’mod sħiħ fil-livelli kollha tan-negozjati; |
20. |
Jemmen li huwa fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti li l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’kull pajjiż jirċievi l-leġittimità tiegħu, u jtenni l-ħtieġa ta’ pożizzjoni komuni tal-pajjiżi Ewropej fil-korpi kollha tan-Nazzjonijiet Uniti; jitlob, madankollu, lill-Kummissjoni u lill-SEAE jippreżentaw rapporti regolari u eżawrenti dwar l-implimentazzjoni mill-pajjiżi terzi tal-impenji fil-qasam tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem speċifikament inklużi fil-ftehimiet mal-Unjoni; |
21. |
Jerġa’ jafferma l-appoġġ kontinwu tal-UE għax-xogħol tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, tan-Nisa tan-NU u tal-UNICEF; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkollaboraw mill-qrib mal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
22. |
Jitlob ukoll li l-UE, fir-rigward tal-qasam hekk sensittiv tad-demokratizzazzjoni, tibbaża l-istrateġiji tagħha relatati mad-demokrazija fuq analiżi dettaljata tal-possibilitajiet ta’ riforma fil-pajjiżi terzi, tar-rieda politika tal-mexxejja li jinvolvi ruħhom f’tali proċess, u biex tidentifika l-ostakli possibbli biex jiġu ddeterminati l-istrateġiji l-aktar xierqa; huwa tal-fehma li dan il-proċess ta’ identifikazzjoni għandu jkun ibbażat fuq skambju ta’ fehmiet regolari mal-komponenti demokratiċi kollha ta’ pajjiż biex b’hekk ikun ibbażat fuq il-fiduċja u l-għarfien reċiproku; |
23. |
Jinnota li l-għajnuna Ewropea mgħoddija bħala appoġġ baġitarju lil stati awtoritarji mhux dejjem tiggarantixxi żvilupp ekonomiku u li l-valutazzjoni tal-effikaċja tal-għajnuna għandha tiffoka fuq l-outputs, aktar milli l-inputs; |
24. |
jirrakkomanda li, fil-każ tas-sħubijiet l-aktar diffiċli, l-Unjoni żżomm lura milli tiżola lill-pajjiżi kkonċernati, u li minflok li twettaq ir-relazzjonijiet magħhom fuq il-bażi ta’ kundizzjonalità xierqa u effikaċi, li sservi ta’ inċentiv reali għar-riformi demokratiċi, konformità mar-regoli ta’ governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u li l-Unjoni tiżgura ruħha li l-popolazzjonijiet jibbenefikaw verament minn din il-kooperazzjoni; japprova l-approċċ “aktar għal aktar” li jinsab fil-komunikazzjoni bl-isem ‘Sħubija għad-demokrazija u prosperità komuni man-Nofsinhar tal-Mediterran’; iqis li, bl-istess mod, l-Unjoni m’għandhiex toqgħod lura milli terġa’ talloka fondi preċedentement previsti għall-pajjiżi li l-gvernijiet tagħhom ma jonorawx l-impenji tagħhom fil-qasam tal-governanza demokratika lil pajjiżi li jkunu għamlu aktar progress biex jissodisfaw l-impenji li daħlu għalihom fi ħdan is-Sħubija Ewro-Mediterranja u s-Sħubija tal-Lvant, u jitlob li jsir aktar enfasi fuq il-promozzjoni tad-demokrazija fil-politiki tal-viċinanza u tal-viċinat; |
25. |
Jitlob lil l-Unjoni ma toqgħodx lura milli timponi sanzjonijiet adegawti, proporzjonali u intelliġenti kontra l-awtoritajiet ewlenin tar-reġim – filwaqt li tipprovdi appoġġ għall-popolazzjoni u żżid l-għajnuna diretta għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili – f’pajjiżi li jonqsu milli jonoraw l-impenji tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u d-demokratizzazzjoni, b’qies xieraq, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni, tal-impatt ta’ tali sanzjonijiet fuq il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi benefiċjarji; jenfasizza li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi għandha tkun ibbażata fuq il-premessa ta’ rispett reċiproku u ndaqs bejn dawn il-pajjiżi; jitlob li l-ħolqien ta’ netwerk ta’ appoġġ finanzjarju, permezz ta’ Bank Ewro-Meditarranju, biex jippromwovi inizjattivi tekniċi u ta’ żvilupp intraprenditorjali; |
26. |
Jinsisti, madankollu, li dan l-approċċ flimkien mal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) riveduta li jmiss, jimplika li l-approċċ differenzjat jista’ biss ikun strument prezzjuż u kredibbli jekk jesiġi l-istess objettivi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija għall-pajjiżi sħab kollha tal-PEV; jenfasizza li l-UE tista’ titlef il-kredibilità tagħha għal darb’oħra jekk tagħmel differenza bejn l-“istandards minimi” li għandhom ikunu rrispettati mill-pajjiżi l-aktar diffiċli u standards aktar ambizzjużi għall-pajjiżi l-aktar avvanzati; |
27. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-SEAE biex jirrazzjonalizza l-użu ta’ sanzjonijiet “intelliġenti”, u t-theddida tagħhom, bħala strument tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tar-reġimi l-aktar ripressivi; huwa konvint li l-miżuri punittivi selettivi, bħall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti fuq individwi ta’ grad għoli, jistgħu u għandhom jintużaw b’mod li ma jfixklux aktar il-ħidma diplomatika, il-kummerċ bilaterali, l-għoti ta’ assistenza tal-UE, u l-kuntatti bejn il-popli; itenni, madankollu, li sabiex iservi ta’ deterrent effikaċi konta l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, għandhom jiġu applikati sanzjonijiet immirati b’mod sistematiku, konsistenti u bl-aktar kooperazzjoni internazzjonali wiesgħa possibbli; |
28. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, meta meħtieġ, jagħmlu pressjoni fuq il-gvernijiet ta’ stati magħrufa għall-istorja negattiva tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem, sabiex itejbu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’dawn l-istati u b’hekk iħaffu l-proċess tad-demokratizzazzjoni; |
29. |
Jixtieq li jiġi stabbilit forum li jinvolvi lill-parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew biex jiġu ttrattati kwistjonijiet ta’ politika barranija, speċjalment f’dak li jirrigwarda suġġetti sensittivi bħad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; |
L-approfondiment tad-dimensjoni politika
30. |
Iqis li approċċ globali u koerenti huwa meħtieġ, fuq bażi ta’ strateġiji mmirati li jirrigwardaw l-iżvilupp, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-inklużjoni soċjali, il-promozzjoni tan-nisa u tal-minoranzi u t-tolleranza reliġjuża, bħala strument addizzjonali tal-politika estera tal-UE, u li dan huwa essenzjali bħala mezz biex jingħaqdu ż-żewġ approċċi eżistenti fil-qasam tal-promozzjoni tad-demokrazija, jiġifieri l-approċċ ta’ żvilupp, li jiffoka fuq il-progress soċjoekonomiku u t-tkabbir li jiffavorixxi l-foqra, u l-approċċ politiku, li jappoġġa l-pluraliżmu politiku, id-demokrazija parlamentari, l-istat tad-dritt, id-drittijiet talbniedem u l-libertajiet bażiċi u għal soċjetà ċivili li tiffunzjona sewwa; jinsisti li dan l-appoġġ għad-dimensjoni politika tal-pajjiżi terzi jeħtieġlu jikkonsisti f’appoġġ li jibni l-kapaċità għall-pluraliżmu – partikolarment fir-rigward tal-indipendenza u l-integrità tal-ġudikatura u għall-mekkaniżmi ta’ governanza tajba, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjon – u appoġġ istituzzjonali minflok l-indħil; jenfasizza l-valur miżjud tal-ex Membri tal-Parlament Ewropew fl-azzjonijiet tal-UE favur il-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni; |
31. |
Jappella għal titjib fl-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokraqzija, il-governanza demokratika u l-istat tad-dritt fl-attivitajiet tar-relazzjonijiet esterni kollha tal-UE konformi mal-impenji eżistenti u ġodda, kemm minn perspettiva istituzzjonali kif ukoll fil-politika u l-istrumenti ġeografiċi/tematiċi; |
32. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jżommu n-natura apolitika tal-għajnuna umanitarja li tiġi pprovduta matul il-proċess ta’ demokratizzazzjoni; |
33. |
Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Unjoni, sabiex tappoġġa ċerti gruppi ta’ atturi involuti favur ir-riformi demokratiċi, inklużi fost oħrajn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-mezzi tax-xandir indipendenti; jinsisti, fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ il-pluraliżmu politiku bil-ħsieb li tkun promossa tranżizzjoni demokratika; jitlob li jkun hemm appoġġ sistematiku għall-parlamenti ġodda eletti b’mod demokratiku ħieles u ġust, speċjalment fil-pajjiżi fi tranżizzjoni u dawk fejn l-UE bagħtet missjonni tal-osservazzjoni tal-elezzjonijiet; iqis li tali appoġġ mhux biss għandu jkun awtomatikament iffinanzjat mill-EIDHR iżda wkoll minn strumenti ġeografiċi; |
34. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli li jappoġġaw l-istabbiliment ta’ Fond Ewropew għad-Demokratizzazzjoni (EED) bħala strument flessibbli u espert li jappoġġa atturi politiċi li jkunu qed jaħdmu favur bidla demokratika fil-pajjiżi mhux demokratiċi u fil-pajjiżi fi tranżizzjoni, partikolarment fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE; jenfasizza li l-EED tal-ġejjieni għandu jikkumplimenta l-EIDHR u l-għodod l-oħra tad-demokratizzazzjoni u l-istrumenti finanzjarji esterni diġà fis-seħħ, f'termini tal-objettivi tiegħu u tal-modalitajiet finanzjarji u ta’ ġestjoni differenti; jappoġġa l-idea tad-diċentralizzazzjoni tar-responsabbiltà tal-politika tal-appoġġ għad-demokrazija tal-UE permezz tal-ġemellaġġ ta’ atturi tad-demokrazija tal-UE mal-kontropartijiet tagħhom fil-pajjiżi mmirati; jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Presidenza Pollakka li ġejja jippreżentaw demarkazzjoni ċara tal-kompetenzi ta’ EED ġejjieni f’relazzjoni ma’ dawn l-istrumenti u oqfsa; jinsisti fuq id-dritt ta’ skrutinju u involviment tal-Parlament Ewropew fil-proċess tat-twaqqif tal-EED u tal-funzjonament tiegħu, fid-determinazzjoni tal-objettivi annwali, prijoritajiet, riżultati mistennija u allokazzjonijiet finanzjarji f’termini wiesgħa, u fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-attivitajiet; |
35. |
Iħeġġeġ lid-donaturi tal-għajnuna jitrattaw il-bini tad-demokrazija bħala imperattiv politiku u morali, aktar milli sempliċi eżerċizzju tekniku, u jiżviluppaw l-għarfien lokali tagħhom tal-pajjiż li jirċievu biex l-għajnuna tkun tista’ tiġi mmirata b’mod effettiv li jkun adattat għaċ-ċirkostanzi lokali; |
36. |
Jenfasizza li biex tkun kompletament leġittima u bbażata bis-sħiħ fuq ir-rieda tal-poplu, kwalunkwe strateġija li tippromwovi d-demokrazija għandha tkun ibbażata fuq id-djalogu ma’ firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ atturi lokali; iħeġġeġ lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jagħmlu konsultazzjonijiet wiesgħa u profondi mal-partijiet interessati kollha; |
37. |
Jilqa’ r-rispons effikaċi, immedjat u integrat tal-Istrument tal-Istabilità għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u instabilità f’pajjiżi terzi, u l-għajnuna tiegħu biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni tal-politiki appoġġati minn strumenti oħra, jiġifieri l-Istrument ta’ Assistenza Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, l-Istrument ta’ Kooperazzjoni fl-Iżvilupp u l-Istrument ta’ Kooperazzjoni Ekonomika; |
38. |
Jenfasizza l-importanza, għad-demokratizzazzjoni ta’ kwalunkwe soċjetà, li jiġu protetti d-drittijiet tal-bniet u n-nisa, inklużi d-drittijiet għal trattament ugwali u l-edukazzjoni; jappoġġa bil-qawwa l-inizjattivi, l-inċentivi u l-miżuri kollha tal-bini tal-kapaċità li jinsabu fil-politiki esterni tal-UE biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli kollha kemm fl-isfera pubblika kif ukoll f'dik privata; jenfasizza l-fatt li l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fl-isferi kollha tal-ħajja hija element kruċjali tad-demokrazija u li l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-iżvilupp tikkostitwixxi valur fundamentali u universalment aċċettat kif ukoll prekundizzjoni għall-iżvilupp soċjoekonomiku u għall-governanza demokratika tajba; għalhekk iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu l-ugwaljanza bejn is-sessi prijorità fl-aġenda tagħhom tal-promozzjoni tad-demokrazija; jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġati d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u l-parlamentari nisa, inter alia billi jiġu żviluppati kapaċitajiet fl-ibbaġitjar ibbażat fuq is-sessi; b’mod partikolari, jistieden lill-UE biex tappoġġa finanzjarjament, u tipprovdi l-bini tal-kapaċitajiet lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u lill-kandidati politiċi nisa; jappoġġa s-simplifikazzjoni u r-rinfurzar ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fi prijoritajiet tematiċi u permezz tal-użu tal-approċċi parteċipatorji fit-tfassil u l-iżvilupp tal-programmi, b'enfasi fuq il-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi u kull forma ta’ diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa; |
39. |
Jipproponi li l-mandat tal-Grupp għall-koordinament Elettorali (ECG) jitkabbar biex jinkludi politiki ta’ appoġġ għad-demokrazija, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-kumitati relevanti, u jħeġġeġ lill-Uffiċċju għall-Promozzjoni tad-Demokrazija Parlamentari (OPPD) jikkoopera mill-qrib mal-ECG; |
40. |
Jistieden lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jirrikonoxxu l-importanza tat-tkattir tas-għarfien tal-uffiċjali tad-delgazzjonijiet tal-UE dwar l-azzjonijiet marbuta mad-demokrazija, b’mod partikolari dwar l-appoġġ għall-parlamenti; |
41. |
Jenfasizza kemm hu importanti li l-politiki dwar id-demokratizzazzjoni jiġu integrati fix-xogħol kollu tal-Parlament Ewropew kif ukoll f’dak tad-delegazzjonijiet tiegħu; jirrikonoxxi wkoll l-importanza tal-kooperazzjoni globali interparlamentari dwar il-politiki dwar id-demokratizzazzjoni permezz ta’ fora bħall-Parlamentari għal Azzjoni Globali; |
42. |
Jenfasizza r-rwol li jista’ jkollhom il-partiti politiċi demokratiċi leġittimi, il-movimenti soċjali ġenwini u stampa ħielsa fil-ħarsien tal-interessi pubbliċi billi jissorveljaw it-trasparenza u r-responsabbilizzazzjoni tal-gvernijiet, u b’hekk jagħtu lok lill-istati li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u jippromwovu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku; |
43. |
Jissottolinja r-rwol importanti tas-soċjetà ċivili u ta’ parlamenti ta’ pajjiżi terzi fis-superviżjoni demokratika tal-baġit, u jinsab konvint li kwalunkwe appoġġ għall-baġit dirett provdut mill-Unjoni jrid ikun komplementat minn tisħiħ tekniku u politiku tal-kapaċità ta’ superviżjoni tal-parlamenti nazzjonali; jafferma li l-Unjoni għandha tinforma b’mod attiv lill-parlamenti tal-pajjiżi terzi dwar il-kontenut tal-kooperazzjoni tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-OPPD biex jieħu rwol attiv fl-appoġġ tal-parlamenti rigward is-superviżjoni demokratika baġitarja; jilqa’ bi pjaċir f’dan ir-rigward, it-titjib tal-koperazzjoni mal-parlamenti tas-Sħubija tal-Lvant fi ħdan l-assemblea Euronest, li kellha l-laqgħa kostitwenti tagħha fit-3 ta’ Mejju 2011, u għandha aspettattivi kbar ta’ tali koperazzjoni; jiġbed attenzjoni fuq l-importanza ta’ din l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew bħala aspett importanti tal-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni; |
44. |
Jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew għall-Promozzjoni tad-Demokrazija Parlamentari (OPPD) biex jassistu u jappoġġjaw parlamenti f’demokraziji ġodda u emerġenti, kif ukoll parlamenti reġjonali; jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni tal-OPPD biex tinbena l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-parlamenti ta’ demokraziji ġodda u emerġenti u l-kooperazzjoni tiegħu mal-UNDP u l-IPU f’dar-rigward; iħeġġeġ lill-OPPD biex jaħdem għal kunsens globali dwar standards bażiċi ta’ prattika parlamentari tajba; |
45. |
Iqis li huwa essenzjali li, fil-futur, is-soċjetà ċivili tikkontribwixxi direttament għall-proċessi ta’ governanza tajba u b’hekk għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex joħolqu mekkaniżmu strutturat ta’ monitoraġġ tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE li jinvolvi l-komponenti kollha tas-soċjetà ċivili ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-atturi mhux statali u l-imsieħba soċjali, fil-proċess ta’ evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet; |
46. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Unjoni li telabora strateġiji għal kull pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li dawn għandhom ikopru wkoll aspetti tad-demokratizzazzjoni; u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni rapida tagħhom sabiex l-Unjoni tkun tista’ minnufih ikollha analiżi komuni tas-sitwazzjoni u tal-bżonnijiet f’kull pajjiż, kif ukoll pjan ta’ azzjoni li jagħti dettalji dwar kif l-istrumenti tal-Unjoni se jintużaw b’mod sħiħ kumplimentarjament; jenfasizza, fl-istess waqt, li l-istrateġiji l-ġodda u l-mod kif jiġu implimentati għandhom jirriżultaw fl-eliminazzjoni tal-inkonsistenzi u l-istandards doppji eżistenti fil-politiki esterni tal-UE favur id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni u m’għandhom jintroduċu ebda oħrajn ġodda; jinnota li d-dokumenti dwar l-istrateġija tal-pajjiż għandhom jifformaw il-politiki esterni kollha li jappartjenu għall-pajjiż konċernat, fi; waqt li jifformaw l-użu tal-istrumenti tal-UE; jitlob li d-dokumenti dwar l-istrateġija tal-pajjiż ikunu disponibbli għall-Parlament. |
47. |
Jistieden lill-UE biex tgħaqqad l-impenji finanzjarji futuri mal-progress magħmul minn pajjiżi tersi fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-progress demokratiku reali; |
48. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jinbnew koalizzjonijiet sodi ma’ atturi oħra fix-xena dinjija bħall-Unjoni Afrikana u l-Lega Għarbija sabiex jiġu promossi l-valuri demokratiċi b’mod aktar effikaċi; iħeġġeġ lill-UE biex issegwi b’mod attiv dawn il-koalizzjonijiet, b’mod partikolari mal-Istati Unit ital-Amerka, fl-isfera tal-isforzi komuni tal-UE u tal-USA biex jikkoordinaw aħjar il-politiki tagħhom dwar l-iżvilupp; |
49. |
Jilqa’ l-ħolqien ta’ Direttorat għad-Drittijet tal-Bniedem u d-Demokrazija fi ħdan is-SEAE, u jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni /lir-Rappreżentant Għoli biex jiżgura li kull rappreżentanza esterna tal-UE jkollha punt ta’ kuntatt għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; |
50. |
Jippromwovi r-rwol ta’ medjaturi tal-paċi fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u jagħmel ħiltu għal involviment attiv tagħhom għall-ġid tas-soċjetà; |
51. |
Jappoġġa programmi reġjonali li jħarsu dawk li huma l-aktar vulnerabbli, b'mod partikolari favur it-tfal, in-nisa u l-anzjani; |
52. |
Jemmen bil-qawwa li l-għoti ta’ setgħa lill-individwi, partikolarment lin-nisa, u lis-soċjetà ċivili permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tqajjim tal-kuxjenza, filwaqt li tkun iffaċilitata l-promozzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali kollha, huwa element essenzjali li jikkumplimenta l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi ta’ demokratizzazzjoni, li għandu jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ għalihom; |
53. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħejju strateġija politika b'rabta mal-missjonijiet tal-UE ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet, partikolarment permezz tas-sottomissjoni tal-abbozz politiku assoċjat ma’ kull missjoni; jirrikjedi, sentejn wara kull missjoni, stima tal-progress demokratiku li jkun sar u tal-punti li jkun għad baqa’ li jissaħħu, waqt id-dibattitu annwali tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem mar-Rappreżentant Għoli/Viċi President; jirriafferma l-benefiċċji li l-ex membri parlamentrau jiġu mistiedna jqiegħdu l-kompetenza u l-esperjenza tagħhom għad-disponibbiltà tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali jew is-segwitu tagħhom; |
54. |
Jenfasizza, speċjalment fid-dawl tal-fondi limitati disponibbli, l-importanza li l-pajjiżi prijoritarji għall-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali jintgħażlu fuq il-bażi tal-potenzjal għal impatt reali li jista’ jkollha missjoni fuq il-promozzjoni ta’ demokratizzazzjoni ġenwina fit-tul; jistieden lis-SEAE jadotta approċċ selettiv ħafna għall-għażla ta’ tali pajjiżi; jinnota li l-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Oservazzjoni tal-Elezzjonijiet, li jiġi kkonsultat dwar il-programm annwali tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-Unjoni, stabbilixxa kriterji preċiżi f’dan ir-rigward; jitlob li tiżdied il-viġilanza fuq il-konformità bil-metodoloġija u r-regoli stipulati fuq il-livell internazzjonali, b’mod partikolari rigward l-indipendenza u l-effikaċja tal-missjoni; |
55. |
Jenfasizza l-importanza li, fl-aħħar ta’ kull missjoni ta’ osservazzjoni elettorali, jitfasslu rakkomandazzjonijiet realistiċi u li jistgħu jintlaħqu; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jallinjaw ruħhom mal-konklużjonijiet, u lill-Kummissjoni, l-SEAE u l-Istati Membri jagħmlu enfasi speċjali biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet permezz tal-kooperazzjoni; jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet; jitlob li d-disseminazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu fdati lid-Delegazzjonijiet tal-UE, u li jiġu pprovduti l-mezzi meħtieġa; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-firmatarji tad-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji għall-Osservazzjoni Elettorali Internazzjonali biex tissaħħaħ l-effikaċja tal-ħidma demokratika madwar id-dinja; |
56. |
Iqis li d-delegazzjonijiet permanenti tal-PE u l-assemblej parlamentari konġunti għandu jkollhom rwol konsiderevolment ikbar fis-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet u l-analiżi tal-progress fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; |
57. |
Jenfasizza l-importanza ta’ proċess ta’ appoġġ politiku li ma jiffukax sempliċement fuq il-perjodu immedjatament qabel u wara l-elezzjonijiet, iżda li jkun ibbażat fuq il-kontinwità; f’dan ir-rigward, ifaħħar ix-xogħol utli mwettaq mill-fondazzjonijiet politiċi; |
58. |
Jenfasizza li l-gvernijiet jridu jkunu responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, governanza ħażina, korruzzjoni u misapproprjazzjoni ta’ riżorsi nazzjonali maħsuba biex jintużaw għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha; f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu sforzi biex jippromwovu governanza tajba u biex jiġġieldu l-impunità, anke billi jitolbu l-kooperazzjoni sħiħa minn pajjiżi terzi mal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), u billi jassiguraw li ftehimiet ġodda jkun fihom impenji favur l-Istatut ta’ Ruma; |
59. |
Jappella lill-istituzzjonijiet relevanti tal-UE jżommu u jsaħħu l-EIDHR u jtejbu u l-istrumenti u jissimplifikaw strumenti eżistenti u oqfsa mmirati biex jappoġġaw id-demokrazija f’pajjiżi terzi; |
L-appoġġ għas-soċjetà ċivili
60. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ deċentralizzat li jikkumplimenta d-dimensjoni politika u li jkun jista’ jikkunsidra iktar ir-realtajiet tal-ħajja ta’ kuljum fil-pajjiżi kkonċernati, permezz ta’ appoġġ għall-organizzazzjonijiet lokali kif ukoll reġjonali, li jgħinu fit-tisħiħ tad-demokrazija billi joħolqu fora ta’ djalogu u skambju ta’ prattiki tajbin mal-Unjoni kif ukoll ma’ pajjiżi sħab oħra fl-istess reġjun; |
61. |
Jipproponi żvilupp ta’ politika iktar miftuħa u iktar attiva ta’ appoġġ għall-forzi ewlenin fis-soċjetà u dawk li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jissuġġerixxi t-trawwim tal-influwenza tas-soċjetà ċivili permezz ta’ programmi speċifiċi u bl-inkorporazzjoni ta’ dan il-kunċett fil-programmi eżistenti; |
62. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mtejba l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili, permezz tal-edukazzjoni u s-sensibilizazzjoni, u biex tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċessi politiċi; jenfasizza li sħubija mill-qrib bejn is-settur pubbliku u dak privat, flimkien mat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ta’ sorveljanza, inklużi l-parlamenti nazzjonali, huma kruċjali għall-promozzjoni tad-demokrazija; |
63. |
Jitlob li jkun hemm appoġġ immirat għal movimenti soċjali mhux estremisti, midja ġenwinament indipendenti u partiti politiċi li jaħdmu għad-demokrazija fi stati awtoritarji u demokraziji ġodda, sabiex ikunu promossi l-parteċipazzjoni pubblika, jingħata appoġġ lil sistemi multipartitiċi, u jitjiebu d-drittijiet tal-bniedem; hu tal-fehma li l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem għandu jkollu rwol ewlieni f’dan ir-rigward.; |
64. |
Jitlob appoġġ għall-parteċipazzjoni wiesgħa ta’ dawk kollha interessati fl-iżvilupp tal-pajjiżi u jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha tas-soċjetà biex jieħdu sehem fil-bini tad-demokrazija; jirrikonoxxi r-rwol vitali li għandhom l-NGOs u atturi oħra mhux governattivi fil-promozzjoni tad-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-bniedem; |
65. |
Jappoġġa l-prattika stabbilita għat-tfittix ta’ modi innovattivi biex jiġu involuti s-soċjetà ċivili, il-partiti politiċi, il-mezzi tax-xandir u atturi oħra politiċi mhux governattivi fid-djalogi tal-UE ma’ pajjiżi terzi; itenni l-appoġġ tiegħu għal-libertà, għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-midja, għat-tnaqqis tad-distakk diġitali u għall-iffaċilitar tal-aċċess għall-internet; |
66. |
Jappoġġa l-finanzjament għas-soċjetà ċivili permezz tal-EIDHR, u l-allokazzjoni ta’ fondi għal proġetti lokali mill-NGOs; jissuġġerixxi l-allokazzjoni ta’ aktar fondi b’mod progressiv, jekk is-sitwazzjoni fil-pajjiż tkun tali li jkun hemm soċjetà ċivili u demokrazija fit-triq tas-suċċess; |
67. |
Jenfasizza l-fatt li l-aċċess għall-informazzjoni u l-mezzi tax-xandir indipendenti huwa kruċjali biex titrawwem it-talba pubblika għar-riformi demokratiċi, u għalhekk jitlob iżjed appoġġ fl-oqsma tal-promozzjoni tal-libertà tal-mezzi tax-xandir “qodma” u “ġodda”, tal-protezzjoni tal-ġurnalisti indipendenti, tat-tnaqqis tad-distakk fl-għarfien diġitali u tal-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-internet; |
68. |
Ifaħħar il-passi meħuda mill-Istati Membri tal-UE biex jappoġġjaw id-demokratizzazzjoni fid-dinja, bħall-programm ta’ kooperazzjoni bejn l-Ombudsmen tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tal-2009-2013 li ġie stabbilit b’mod konġunt mill-Ombudsman Pollakk u dak Franċiż bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-uffiċji tal-Ombudsmen, tal-entitajiet governattivi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant bl-għan tal-ħarsien tad-drittijiet individwali u tal-bini ta’ stati demokratiċi bbażati fuq l-istat tad-dritt; jenfasizza l-ħtieġa li tali azzjoni tiġi kkoordinata fl-UE u li l-istituzzjonijiet tal-UE jużaw l-esperjenza miksuba f’dan ir-rigward; |
69. |
Jerġa’ jafferma l-impenn tal-UE biex tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni speċjali lil stati li għaddejjin mill-proċess ta’ demokratizzazzjoni, minħabba li l-popolazzjonijiet tagħhom huma partikolarment vulnerabbli għall-possibilità li jkunu suġġeti għat-traffikar tal-bnedmin; jappella għal kooperazzjoni mill-qrib bejn id-DĠ DEVCO, id-DĠ ENLAR, id-DĠ HOME u l-Koordinatur ta’ Kontra t-Traffikar tal-UE dwar il-kwistjoni; |
70. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tad-demokratizzazzjoni fid-dinja; jilqa’ l-bidu ta’ programmi konġunti tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa li jappoġġaw id-demokrazija, il-governanza tajba u l-istabilità fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; |
*
* *
71. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) A/RES/55/96.
(2) A/RES/59/201.
(3) ĠU C 320, 28.10.1996, p. 261.
(4) ĠU C 290E, 29.11.2006, p. 107.
(5) ĠU C 343, 5.12.2001, p. 270.
(6) ĠU C 131E, 5.6.2003, p. 147.
(7) ĠU C 271E, 12.11.2009, p. 31.
(8) ĠU C 265E, 30.9.2010, p. 3.
(10) Testi adottati, P7_TA(2010)0327
(11) Testi adottati, P7_TA(2010)0446
(12) Testi adottati, P7_TA(2010)0434
(13) Testi adottati, P7_TA(2010)0489
(14) Testi adottati, P7_TA(2011)0082
(15) Testi adottati, P7_TA(2011)0121.
(16) A/HRC/17/31, 2011.
(17) A/RES/55/96 u A/RES/59/201.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/180 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
Preparamenti għall-elezzjonijiet tad-Duma Statali tar-Russja f'Diċembru 2011
P7_TA(2011)0335
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet ta' Diċembru tad-Duma tal-Istat Russu
2013/C 33 E/18
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, li daħal fis-seħħ fl-1997 u li ġie estiż fl-istennija li jkun hemm ftehim ġdid, |
— |
wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa għal ftehim ġdid li jipprovdi qafas komprensiv ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, kif ukoll is-‘Sħubija għall-Modernizzazzjoni‧ li nbdiet fl-2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, partikolarment ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja (1), tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja (2), tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-konklużjonijiet tas-Samit bejn l-UE u r-Russja (3), tat-12 ta'Novembru 2009 (4) qabel is-Samit bejn l-UE u r-Russja fi Stokkolma fit-18 ta' Novembru 2009, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' ta' Settembru 2009 dwar il-qtil ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (5) u dwar aspetti esterni tas-sigurtà tal-enerġija (6), |
— |
wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-aħħar laqgħa li saret f'dan il-kuntest fl-4 ta' Mejju 2011, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja Russu tat-22 ta' Ġunju 2011 li jirrifjuta l-applikazzjoni tar-reġistrar uffiċjali tal-Partit tal-Libertà tal-Poplu (PARNAS), u għal każi preċedenti simili, li jfisser li se jkun impossibbli li dawn il-partiti jipparteċipaw fl-elezzjonijiet, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni (HR/VP), Catherine Ashton, tat-22 ta' Ġunju 2011 dwar ir-reġistrazzjoni tal-partiti fir-Russja, |
— |
wara li kkunsidra l-obbligu li jitħarsu l-prinċipji demokratiċi previsti mis-sħubija tar-Russja fil-Kunsill tal-Ewropa u bħala firmatarja tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tas-Samit bejn l-UE u r-Russja f'Nizhny Novgorod fid-9 u l-10 ta' Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-pluraliżmu politiku huwa element fundamentali ta' soċjetà moderna u demokratika, u sors ta' leġittimità politika, |
B. |
billi fit-12 ta' April 2011 il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem esprimiet il-kritika tagħha dwar il-proċeduri kkumplikati għar-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi fir-Russja, li mhumiex konformi mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
C. |
billi l-osservaturi tal-ODIHR żaru r-Russja waqt l-elezzjoni parlamentari tal-2003 u taw parir li l-missjonijiet standard tal-OSKE għandhom jibdew ħidmiethom sitt ġimgħat qabel l-elezzjonijiet u għandhom ikunu magħmula minn 60 osservatur fuq żmien fit-tul u 400 osservatur fuq żmien qasir, |
D. |
billi għad hemm tħassib dwar il-progress fir-Russja fir-rigward tar-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal prinċipji, regoli u proċeduri demokratiċi rikonoxxuti b'mod komuni. billi l-Federazzjoni Russa hija membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u tan-NU, u għalhekk intrabtet mal-prinċipji tad-demokrazija u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif promossi minn dawn l-organizzazzjonijiet, |
1. |
Jerġa' jafferma t-twemmin tiegħu li r-Russja għadha wieħed mis-sħab l-iktar importanti tal-Unjoni Ewropea fil-bini ta' kooperazzjoni strateġika, peress li t-tnejn mhux biss għandhom interessi ekonomiċi u kummerċjali komuni, iżda għandhom ukoll l-objettiv li jikkooperaw flimkien mill-qrib fil-viċinat komuni kif ukoll fuq livell globali; |
2. |
Jerġa jikkonfema r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar is-Samit bejn l-UE u r-Rusjja f'Nizhny Novgorod; |
3. |
Jiddeplora d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Russi li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tal-Partit tal-Libertà tal-Poplu (PARNAS) fl-elezzjonijiet ta' Duma li se jsiru f'Diċembru 2011; jistieden lill-awtoritajiet jiggarantixxu elezzjonijiet ħielsa u ġusti u jirtiraw kwalunkwe deċiżjoni u regola li jopponu dan il-prinċipju; |
4. |
jerġa' jafferma t-tħassib tiegħu rigward id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-partiti politiċi biex jirreġistraw għall-elezzjonijiet, diffukultajiet li effettivament jillimitaw il-kompetizzjoni politika fir-Russja, inaqqsu l-għażla disponibbli għall-elettorat tal-pajjiż u juru li għad hemm ostakoli reali għall-pluraliżmu politiku fil-pajjiż; |
5. |
Jenfasizza li l-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat għandhom ikunu bbażati fuq l-implimentazzjoni ta' standards elettorali mwaqqfa mill-Kunsill tal-Ewropa u mill-OSKE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jawtorizzaw il-missjoni ta' osservazzjoni elettorali fit-tul tal-OSKE/Kunsill tal-Ewropa u biex jikkooperaw magħha bis-sħiħ sa mill-aktar stadju bikri tal-elezzjonijiet u jistieden lir-Rappreżentat Għoli/Viċi President tinsisti fuq l-istabbiliment ta' missjoni għal dan l-għan; jappella għal kooperazzjoni mill-qrib bejn il-missjoni ta' osservazzjoni msemmija u s-soċjetà ċivili u l-gruppi ta' monitoraġġ; |
6. |
jiddeplora l-projbizzjoni tal-ivjaġġar għal sitt xhur imposta fuq Boris Nemtsov fil-5 ta' Lulju 2011 u jsejjaħ biex titneħħa minnufih; |
7. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proposta ta' abbozz ta' liġi, li għandha tiġi diskussa fid-Duma, li permezz tagħha l-qrati Russi jkunu jistgħu jinjoraw s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'xi oqsma, peress li tali inizjattiva tmur kontra l-prinċipji bażiċi tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jilqa' d-deċiżjoni reċenti tad-Duma tar-Russja li ma tikkunsidrax dan l-abbozz ta' liġi għal issa u jixtieq li finalment tabbanduna din l-inizjattiva; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-OSKE, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-President, il-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa. |
(1) Testi adottati f'dik id-data P7_TA(2011)0268.
(2) Testi adottati f'dik id-data, P7_TA(2011)0066
(3) Testi adottati f'dik id-data, P7_TA(2010)0234
(4) ĠU C 271 E, 7.10.2010, p. 2.
(5) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 27.
(6) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 23.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/182 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
Bidliet fis-sistema Schengen
P7_TA(2011)0336
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar il-bidliet fil-Ftehim ta’ Schengen
2013/C 33 E/19
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-TUE u l-Artikoli 18, 20, 21, 67, 77 u 80 tat-TFUE, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tad-19 ta’ Ġunju 1990, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen (COM(2010)0624), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen (PE460.834), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2009 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu b’mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2011 dwar il-migrazzjoni (COM(2011)0248), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Barranin tad-9 ta’ Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropea tal-24 ta’ Ġunju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-ħolqien taż-żona ta’ Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-UE huma wħud mill-ikbar kisbiet tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, immarkat mit-tneħħija tal-kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni u minn libertà tal-moviment bla preċedent għal popolazzjoni ta’ iktar minn 400 miljun persuna f’żona ta’ 4 312 099 km2, |
B. |
billi l-libertà tal-moviment saret waħda mill-pilastri taċ-ċittadinanza tal-UE u waħda mill-pedamenti tal-UE bħala żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li tinkludi d-dritt ta’ moviment u għejxien liberu għaċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha filwaqt li jgawdu l-istess drittijiet, protezzjonijiet u garanziji, li jinkludu l-projbizzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi taċ-ċittadinanza, |
C. |
billi skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-libertà tal-moviment fl-UE tista’, skont kundizzjonijiet speċifiċi, tiġi estiża anke għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti legali fl-UE, |
L-avvenimenti riċenti
D. |
billi, speċjalment fl-aħħar sena, kien hemm spostament kbir ta’ nies minn bosta pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq; billi dan l-aħħar is-sistema ta’ Schegen kienet taħt pressjoni tant li xi Stati Membri bdew iqisu r-riintroduzzjoni ta’ kontrolli fil-fruntieri nazzjonali minħabba li qed jiffaċċaw flussi migratorji f’daqqa ta’ immigranti, |
E. |
billi fl-4 ta’ Mejju 2011 il-Kummissjoni ppreżentat diversi inizjattivi għal approċċ aktar strutturat dwar il-migrazzjoni, li jqis b’mod partikolari l-iżviluppi riċenti fir-reġjun tal-Mediterran u li jinkludi proposta dwar Schengen; billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ġunju 2011 jitolbu l-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar ‘mekkaniżmu ta’ protezzjoni’ sabiex jirrispondi għal ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’ li jistgħu jqiegħdu l-kooperazzjoni ta’ Schengen f’riskju, |
Il-kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-politika ta’ migrazzjoni
F. |
billi r-regoli ta’ Schengen li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera ġew definiti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, li l-Artikoli 23 u 26 tiegħu jistabbilixxu miżuri u proċeduri għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-frunteri interni li, madankollu, peress li hu ta’ natura unilaterali, ma jagħmilhiex possibbli li l-interess kollettiv tal-UE jirbaħ, |
G. |
billi l-ħolqien taż-żona Schengen iddefinixxiet fruntiera esterna komuni, li l-UE għandha responsabilità konġunta li tiġġestixxi, skont l-Artikolu 80 tat-TFUE; billi l-UE għadha ma kkonformatx bis-sħiħ ma’ dan ir-rekwiżit, għalkemm li ppruvat tistabbilixxi kontrolli u kooperazzjoni effikaċi bejn l-awtoritajiet tad-dwana, tal-pulizija u dawk ġudizzjarji, politika komuni tal-immigrazzjoni, l-asil u l-viża u l-ħolqien tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), |
Mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni
H. |
billi t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni titlob li l-Istati Membri jkollhom fiduċja sħiħa fil-kapaċità tagħhom li jimplimentaw b’mod sħiħ il-miżuri li permezz tagħhom dawk il-kontrolli setgħu jitneħħew, billi s-sigurtà taż-żona ta’ Schengen tiddependi fuq il-mod dixxiplinat u effikaċi li bih Stat Membru jesegwixxi l-kontrolli fil-fruntieri esterni tiegħu, kif ukoll fuq il-kwalità u l-ħeffa li bihom isir l-iskambju tal-informazzjoni permezz tas-SIS; billi t-tħaddim inadegwat ta’ xi wieħed jew aktar minn dawn l-elementi jipperikolaw is-sigurtà tal-UE b’mod globali, |
I. |
billi hu essenzjali li jiġi evalwat li l-Istati Membri jkunu konformi mal-acquis ta’ Schegen sabiex jiġi żgurat funzjonament bla xkiel taż-żona Schegen; billi l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni bbażat fuq il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Evalwazzjoni ta’ Schengen (SCH-EVAL), korp purament intergovernattiv, ma weriex li hu biżżejjed effikaċi, |
J. |
billi l-istandards doppji li bħalissa hemm fil-Ftehim ta’ Schengen, fejn jintalbu rekwiżiti għolja mill-pajjiżi kandidati kollha mentri l-pajjiżi Membri taż-żona ta’ Schengen jiġu trattati b'mod iktar ħafif, għandhom jitneħħew, |
K. |
billi mekkaniżmu ġdid ta’ evalwazzjoni hu stipulat fil-proposta għal Regolament li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni li jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, li bħalissa qed tiġi eżaminata mill-PE skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; billi dan il-mekkaniżmu diġà jispeċifika l-proċeduri, prinċipji u għodod li jappoġġaw u jassistu l-konformità tal-Istati Membri mal-acquis ta’ Schengen, ukoll fil-preżenza ta’ avvenimenti mhux previsti, |
Kodeċiżjoni
L. |
billi l-Artikolu 77 tat-TFUE jiddikjara li l-Parlament u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw miżuri li jikkonċernaw, inter alia, il-kontrolli li jiġu suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni, |
L-importanza ta’ Schengen
1. |
Jenfasizza li l-moviment liberu tal-persuni fiż-żona Schengen diġà kien wieħed mill-ikbar kisbiet tal-integrazzjoni Ewropea, li l-Ftehim ta’ Schengen għandu impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ċittadini, kemm billi jagħmel il-qsim tal-fruntieri konvenjenti, kif ukoll billi jtejjeb l-ekonomija, u li l-libertà tal-moviment hija dritt fundamentali u pilastru taċ-ċittadinanza tal-UE, li l-kundizzjonijiet tal-eżerċitar tiegħu huma stipulati fit-Trattati u fid-Direttiva 2004/38/KE; |
Il-governanza ta’ Schengen u l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni
2. |
Jirrakkomanda b'qawwa t-tisħiħ tal-governanza ta’ Schengen sabiex tgħin tiżgura li kull Stat Membru jkun jista’ jikkontrolla b’mod effikaċi s-sezzjoni tiegħu tal-fruntieri esterni tal-UE, tinforza mill-ġdid il-fiduċja reċiproka u tibni fiduċja fl-effettività tas-sistema tal-UE għall-ġestjoni tal-migrazzjoni; jenfasizza fermament il-bżonn li jkun hemm solidarjetà akbar ma’ dawk l-Istati Membri li qed jiffaċċaw l-influss qawwi ta’ migranti biex dawn jiġu megħjuna jaffrontaw sitwazzjonijiet straordinarji ta’ din in-natura; |
3. |
Jemmen li l-mekkaniżmu ġdid ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, li bħalissa qed jiġi diskuss fil-Parlament, se jkun parti mit-tweġiba, peress li dan jiżgura mmoniterjar effettiv ta’ kwalunkwe tentattiv li jiddaħħlu kontrolli illegali tal-fruntieri interni u jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka; jemmen ukoll li s-sistema l-ġdida ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen tagħmilha possibbli li jintalaq u jinkiseb l-appoġġ għal Stat Membru bil-għan li tkun żgurata l-osservanza tal-acquis ta’ Schengen fil-każ ta’ pressjoni eċċezzjonali fil-fruntieri esterni tal-UE; |
4. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tar-regoli ta’ Schengen mill-Istati Membri anke wara l-adeżjoni tagħhom; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dan ifisser ukoll li dawk l-Istati Membri li jiffaċċaw problemi jiġu megħjuna fi stadju bikri sabiex ikunu jistgħu jirremedjaw id-defiċenzi tagħhom b'appoġġ prattiku mill-aġenziji tal-UE; hu tal-fehma li l-mekkaniżmu eżistenti ta’ evalwazzjoni għandu jissaħħaħ u jsir sistema tal-UE; |
5. |
Jemmen li l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni tistrieħ fuq il-possibilità ta’ sanzjonijiet fil-każ li d-defiċenzi jippersistu u jkunu qed jipperikolaw is-sigurtà globali taż-żona Schengen; ifakkar li l-iskop primarju ta’ tali sanzjzonijiet huwa li jiskoraġġixxi; |
Il-kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen
6. |
Jemmen li l-kundizzjonijiet neċessarji għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali diġà ġew stabbiliti b'mod ċar fir-Regolament (KE) Nru 562/2006 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), li l-Artikoli 23, 24 u 25 tiegħu jipprovdu għall-possibilità li jiġu riintrodotti l-kontrolli fil-fruntieri interni fil-każ biss ta’ theddid serju għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta inizjattiva mmirata lejn id-definizzjoni tal-applikazzjoni stretta ta’ dawk l-Artikoli mill-Istati Membri; |
7. |
Hu tal-fehma, għalhekk, li kwalunkwe eżenzjoni addizzjonali ġdida mir-regoli kurrenti, bħal raġunijiet ġodda biex jiġu riintrodotti l-kontrolli fil-fruntieri fuq bażi eċċezzjonai, definittivament mhux se ssaħħaħ is-sistema ta’ Schengen; jiġbed l-attenzjoni li l-influss ta’ migranti u applikanti għall-asil fil-fruntieri esterni per se bl-ebda mod ma jista' jitqies bħala bażi addizzjonali għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri; |
8. |
Jiddispjaċih bil-qawwa bit-tentattiv ta’ bosta Stati Membri biex jirriintroduċu l-kontrolli fil-fruntieri, ħaġa li b’mod ċar tipperikola l-ispirtu proprju tal-acquis ta’ Schengen; |
9. |
Hu tal-fehma li l-problemi riċenti bil-Ftehim ta’ Schengen ingħataw rotta ġdida bin-nuqqas ta’ determinazzjoni biex jiġu implimentati l-politiki Ewropej f'oqsma oħra, b'mod l-iktar kruċjali sistema komuni Ewropea ta’ asil u migrazzjoni (li tinkludi li jissolvew il-problemi tal-immigrazzjoni irregolari u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata); |
10. |
Itenni li hi ta’ importanza mill-akbar li jsir progress f'dan ir-rigward, peress li l-iskadenza għall-istabbiliment ta’ sistema Ewropea komuni tal-asil ġiet stabbilita għall-2012; |
11. |
Jafferma mill-ġdid l-oppożizzjoni soda tiegħu għal kwalunkwe mekkaniżmu ġdid ta’ Schengen li jkollu objettivi oħra barra dawk li jtejjeb il-libertà tal-moviment u li jsaħħaħ il-governanza tal-UE taż-żona Schengen; |
Kodeċiżjoni
12. |
Jenfasizza li kwalunkwe tentattiv biex il-bażi legali korretta tkun differenti mill-Artikolu 77 tat-TFUE għall-miżuri kollha f’dan il-qasam se jitqies bħala devjazzjoni mit-Trattati tal-UE u jirriżerva d-dritt li juża r-rimedji legali kollha disponibbli jekk ikun hemm bżonn; |
*
* *
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(2) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
(3) ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 6.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/186 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
L-approċċ tal-Parlament Ewropew rigward l-implimentazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll 1 tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-kooperazzjoni parlamentari fil-qasam tal-PESK/PSDK
P7_TA(2011)0337
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar l-approċċ tal-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll 1 tat-Trattat ta’ Lisbona rigward il-kooperazzjoni parlamentari fil-qasam tal-PESK/PSDK
2013/C 33 E/20
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll 1 ta’ dan dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (1) u d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar ir-responsabbiltà politika anessa magħha (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) fl-2009, ippreżentat lill-Parlament Ewropew b'applikazzjoni tal-Parti II, Taqsima G, Paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (3), u b'mod partikulari l-paragrafu 18 ta’ dik ir-riżoluzzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (4), u b'mod partikulari l-paragrafi 12, 13 u 14 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Konferenza tal-Ispikers tal-Parlamenti tal-UE li saret fi Brussell fl-4 u l-5 ta’ April 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-XLV laqgħa tal-COSAC li saret f'Budapest mid-29 sal-31 ta’ Mejju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll 1 jistipula li l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari għandha tkun iddeterminata flimkien bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali, |
B. |
billi bħala membru tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, ir-RGħ/VP huwa suġġett għall-vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, |
C. |
billi l-Parlament Ewropew jikkodeċiedi mal-Kunsill dwar il-baġit tal-UE għall-azzjoni esterna, inkluż il-baġit għall-missjonijiet ċivili taħt il-PESK u l-PSDK u l-ispejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-koordinazzjoni militari tal-UE, |
D. |
billi, skont it-Trattat, il-Parlament Ewropew huwa kkonsultat b'mod regolari fuq l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK u billi l-approvazzjoni tiegħu hi meħtieġa sabiex l-istrateġiji tal-UE jissarfu f'liġijiet u fil-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, inklużi ftehimiet marbuta l-iktar mal-PESK, bl-unika eċċezzjoni jkunu l-ftehimiet marbuta biss mal-PESK, |
1. |
Ifakkar li l-Parlament Ewropew huwa sors ta’ leġittimità politika għall-PESK u l-PSDK, li fuqhom jeżerċita skrutinju politiku; |
2. |
Huwa konvint fl-istess ħin li kooperazzjoni interparlamentari msaħħa fil-qasam tal-PESK u l-PSDK tirrinforza l-influwenza parlamentari fuq l-għażliet politiċi li jsiru mill-UE u l-Istati Membri tagħha, bis-saħħa tar-responsabilitajiet tal-Parlament Ewropew għall-politiki komuni tal-Unjoni, inkluża l-PESK/PSDK, u tal-prerogattivi li kull parlament nazzjonali jgawdi fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali u d-deċiżjonijiet ta’ politika ta’ difiża; |
3. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ ftehim waqt il-Konferenza tal-Ispikers tal-UE fl-4 u l-5 ta’ April 2011 u jantiċipa bi pjaċir li juri l-appoġġ tiegħu għall-Presidenza Pollakka fl-ilħuq ta’ ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali dwar forom ġodda ta’ kooperazzjoni interparlamentari f'dan il-qasam; |
4. |
Jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu kif stabbilita fir-rapporti rilevanti u b'mod partikulari:
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lil Presidenza Pollakka tal-Konferenza tal-Ispikers tal-Parlamenti tal-UE, lill-Ispikers tal-Parlamenti tal-UE u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0280.
(2) Ibid, anness II.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0227.
(4) Testi adottati, P7_TA(2011)0228.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/188 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
Skema għat-tqassim ta’ ikel lill-persuni l-aktar imċaħħda fl-Unjoni
P7_TA(2011)0338
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar l-Iskema tad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni
2013/C 33 E/21
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008 li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (2), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007, fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (COM(2010)0486), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fil-Kawża T-576/08, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2011 tal-10 ta’ Ġunju 2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (4), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament tal-4 ta’ April 2006 (5) dwar din l-iskema, ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 (6), l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 u l-proposta tal-Kummissjoni COM(2010)0486, |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE dwar il-kriterji komuni rigward ir-riżorsi u l-għajnuna soċjali suffiċjenti fis-sistemi ta’ ħarsien soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Kummissjoni tikkalkula li 43 miljun ruħ fl-UE jinsabu f'riskju ta’ faqar alimentari, |
B. |
billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-prezzijiet tal-ikel li dejjem jogħlew qed iqiegħdu lil iktar persuni f'riskju ta’ faqar alimentari, |
C. |
billi l-Kummissjoni tikkalkula li 80 miljun ruħ fl-UE jinsabu f'riskju ta’ faqar u li, minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-għadd ta’ nies milquta mill-faqar jista' jiżdied; billi waħda mill-ħames prijoritajiet tal-Istrateġija UE 2020 hija li jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea, |
D. |
billi l-Iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lin-nies l-iktar imċaħħda fl-Unjoni, imwaqqfa fl-1987 taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK), attwalment tipprovdi għajnuna f’ikel lil 13-il miljun persuna li qed isofru mill-faqar f’19-il Stat Membru u għandha ktajjen tad-distribuzzjoni li jinvolvu madwar 240 bank tal-ikel u istituzzjoni karitattevoli, |
E. |
billi l-ħażniet ta’ intervent tal-UE tnaqqsu b'mod drastiku, |
F. |
billi l-iskema kulma jmur kienet tistrieħ iktar fuq l-akkwisti fis-suq bħala konsegwenza tal-Politika Agrikola Komuni riformata, u dan kien wassal għal tnaqqis fil-livelli tal-ħażniet ta’ intervent, li huma l-għajn tradizzjonali ta’ provvisti għall-iskema, |
G. |
billi sentenza tal-QĠUE iddikjarat li l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 983/2008, li jittratta l-akkwist addizzjonali ta’ ikel mis-suq, għandu jiġi kkanċellat, |
H. |
billi wara s-sentenza tal-QĠUE, il-proposta tal-Kummissjoni għall-2012 tinkludi tnaqqis f’daqqa fil-finanzjamenti minn EUR 500 miljun fl-2011 għal EUR 113-il miljun fl-2012, |
I. |
billi l-PAK u l-iskemi relatati tagħha u l-Fondi Strutturali, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), se jidħlu f’perjodu ta’ finanzjament ġdid fl-2014, |
1. |
Jenfasizza li meta titwaqqaf ħesrem skema ta’ għajnuna eżistenti u operattiva mingħajr preavviż jew tħejjija, dan ikollu impatt maġġuri fuq l-iktar ċittadini vulnerabbli tal-UE u ma jikkostitwix prattika affidabbli ta’ finanzjament; |
2. |
Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw soluzzjoni tranżizzjonali għas-snin li fadal tal-perjodu ta’ finanzjament (l-2012 u l-2013) biex jiġi evitat tnaqqis immedjat u qawwi fl-għajnuna alimentari dovut għat-tnaqqis fil-finanzjamenti minn EUR 500 miljun għal EUR 113-il miljun u biex jiġi żgurat li l-persuni dipendenti mill-għajnuna alimentari ma jsofrux minn faqar alimentari; |
3. |
Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isibu mezz għat-tkomplija tal-Iskema MDP għas-snin li fadal tal-pjan ta’ finanzjament (l-2012 u l-2013) u għall-perjodu l-ġdid ta’ finanzjament 2014-2020 fuq bażi legali li ma tistax tiġi kkontestata mill-QTĠ, billi jinżamm il-limitu finanzjarju annwali ta’ EUR 500 miljun biex jiġi żgurat li l-persuni dipendenti fuq l-għajnuna f’ikel ma jsofrux minn faqar alimentari; |
4. |
Jitlob biex fuq medda twila ta’ żmien il-partijiet kollha interessati jevalwaw bir-reqqa l-adegwatezza tal-iskema ta’ assistenza alimentari, b'mod partikolari bħala element tal-PAK, fil-kuntest tal-perjodu ta’ finanzjament il-ġdid mill-2014 ’il quddiem; |
5. |
Jieħu nota tat-tħabbira mill-Kummissarju Ciolos fid-29 ta’ Ġunju 2011 tal-proposta li l-iskema tan-nies l-iktar imċaħħda tiġi ttrasferita mill-PAK, u jieħu nota li għandu jiġi żgurat il-finanzjament xieraq; |
6. |
Ifakkar li l-programmi għan-nies fil-bżonn għandhom jiġu implimentati fid-dawl tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali, kif indikat tajjeb il-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni tal-estimi tagħha għas-sena baġitarja 2012; jinnota li l-Qorti, fis-Sentenza tagħha T-576/08 tat-13 ta’ April 2011, iddikjarat li hija biss il-provvista ta’ ikel li jkun ġej mill-ħażniet ta’ intervent li għandha tiġi koperta minn dan il-programm, kuntrarjament għall-infiq ikkawżat mix-xiri tal-provvisti tal-ikel fuq is-suq; iqis li, minħabba s-Sentenza, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 983/2008 ma jistax jintuża bħala bażi legali għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk li jinsabu fil-bżonn; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi modifika tar-regolament għall-iskema tal-persuni l-iktar imċaħħda sabiex tinstab soluzzjoni għall-istaġnar attwali dwar din il-kwestjoni fil-livell tal-Kunsill; iqis li għandha tinstab il-bażi legali l-iktar xierqa għall-perjodu ta’ pprogrammar finanzjarju li jmiss; |
8. |
Jenfasizza li d-dritt għall-ikel huwa dritt tal-bniedem bażiku u fundamentali u jinkiseb biss meta kulħadd, f'kull ħin, ikollu aċċess fiżiku u ekonomikament fattibbli għal ikel xieraq, sikur u nutrittiv biex jissodisfa l-ħtiġijiet u l-preferenzi tad-dieta tiegħu għal ħajja attiva u mimlija saħħa; jirrimarka li nutriment mhux sustanzjuż għandu influwenza fuq negattiva fuq is-saħħa; |
9. |
Jenfasizza li nutriment ta’ kwalità għolja u sustanzjuż huwa partikolarment importanti għat-tfal u jikkontribwixxu għall-issodisfar tal-bżonnijiet ta’ żvilupp u edukattivi tagħhom; |
10. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea u tal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti biex jaffrontaw flimkien l-insikurezza alimentari u d-dgħufija dovuta għan-nuqqas ta’ ikel sustanzjuż madwar id-dinja; |
11. |
Jenfasizza li l-bdiewa għandhom jingħataw l-assigurazzjoni ta’ introjtu u rimunerazzjoni deċenti u ġusti għall-ħidma tagħhom; jirrimarka li l-bdiewa f'bosta reġjuni qed jiffaċċjaw problemi finanzjarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-kwestjoni tal-faqar rurali u tal-kollass tal-komunitajiet rurali; |
12. |
Jemmen li, fil-kuntest ta’ żieda fis-sigurtà alimentari u ta’ ħolqien ta’ produzzjoni u ta’ sistemi ta’ provvista sostenibbli, jibqa' ta’ importanza kruċjali għall-ġejjieni ’l bogħod li l-ħela tal-ikel titnaqqas kemm jista’ jkun; |
13. |
Jenfasizza l-importanza li tingħata għajnuna fil-livell Ewropew lill-iktar membri tas-soċjetà li huma vulnerabbli u fil-bżonn, partikolarment fid-dawl tal-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali attwali; |
14. |
Ifakkar li wieħed mill-ħames objettivi tal-Istrateġija UE 2020 huwa li jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza li biex jiġi miġġieled il-faqar, tinħtieġ politika integrata li tlaqqa’ flimkien introjti deċenti, kundizzjonijiet ta’ xogħol u għajxien deċenti u aċċess għad-drittijiet fundamentali kollha; politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali; iqis li l-miżuri ta’ għajnuna alimentari jistgħu jikkostitwixxu element wieħed f'politika integrata akbar biex jiġi miġġieled il-faqar; jirrikonoxxi li wieħed mill-effetti sekondarji tal-faqar spiss huma d-dgħufija fiżika minħabba nuqqas ta’ ikel sustanzjuż u l-faqar alimentari; |
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 268, 9.10.2008, p. 3.
(3) ĠU L 152, 11.6.2011, p. 24.
(4) ĠU C 117E, 6.5.2010, p. 258.
(5) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 170.
(6) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 71.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/191 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
Progress rigward il-ġlieda kontra l-mini
P7_TA(2011)0339
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar il-Progress rigward il-ġlieda kontra l-mini (2011/2007(INI))
2013/C 33 E/22
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Ottawa dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Ħżin, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persuni u dwar id-Distruzzjoni tagħhom (minn hawn 'il quddiem it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini) tat-3 ta’ Diċembru 1997, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1999, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1980 dwar Ċerti Armamenti Konvenzjonali (CCW) u l-protokolli tagħha, speċjalment il-Protokoll II Emendat dwar Mini, Bombi Moħbija u Tagħmir Ieħor u l-Protokoll V dwar Fdalijiet ta’ Splussivi tal-Gwerra, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet l-aktar reċenti tiegħu tat-22 ta’ April 2004 dwar il-mini kontra l-persuni (1), tas-7 ta’ Lulju 2005 dwar dinja mingħajr mini (2), tad-19 ta’ Jannar 2006 dwar id-diżabilità u l-iżvilupp (3), tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar l-għaxar anniversarju tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini (4), u tas-6 ta’ Settembru 2001 dwar miżuri biex jippromwovu l-impenn ta’ atturi mhux statali dwar il-projbizzjoni totali tal-mini kontra l-persuni (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1724/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 rigward azzjoni kontra l-isplussivi tal-art anti-persunal fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (6) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1725/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 rigward azzjoni kontra l-isplussivi tal-art anti-persunal fil-pajjiżi terzi għajr dawk fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw (7), |
— |
wara li kkunsidra l-‘Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010-2014: Tmiem tat-Tbatija kkawżata minn Mini kontra l-persuni adottata mit-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni dwar il-Konvenzjoni ta’ Ottawa tal-1997, li saret f'Kartaġena, il-Kolombja mit-30 ta’ Novembru sal-4 ta’ Dicembru 2009, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Azzjoni tal-Komunità Ewropea rigward il-Mini 2008-2013, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet numerużi dwar munizzjon tat-tip “cluster”, l-aktar reċenti tat-8 ta’ Lulju 2010 (8), u dwar il-Konvenzjoni ta’ Oslo dwar il-Munizzjon tat-Tip “Cluster” iffirmata minn 94 stat li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Servizz ta’ Azzjoni rigward il-Mini tal-2009, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7–0211/2011), |
A. |
billi l-UE ilha impenjata attivament f'azzjonijiet rigward il-mini, speċjalment mill-Azzjoni Konġunta tal-1995 'il hawn, u hija impenjata favur il-projbizzjoni totali u l-eliminazzjoni ta’ mini kontra l-persuni (APL) mad-dinja kollha; billi l-UE hija minn ta’ quddiem fl-appoġġ u l-kontribut tagħha għal azzjoni rigward il-mini, li hija fost il-prijoritajiet tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem, u l-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, |
B. |
billi l-‘azzjoni rigward il-mini’ tinkludi l-istħarriġ, il-kxif, l-immarkar u t-tneħħija tal-mini kontra l-persuni (APL) u l-fdalijiet tal-isplussivi tal-gwerra (ERW) – li jinkludu t-tagħmir abbandunat (AO), it-tagħmir mhux splodut (UXO), il-fdalijiet ta’ munizzjoni tat-tip "cluster" u t-tagħmir splussiv improvizzat (IEDs); kif ukoll it-tagħlim dwar ir-riskji tal-mini u l-ERW u l-programmi ta’ taħriġ speċjalment għat-tfal, l-għajnuna lill-vittmi, id-distruzzjoni tal-ħażniet u ħidma favur il-promozzjoni tal-universalizzazzjoni ta’ konvenzjonijiet u trattati internazzjonali relevanti sabiex jintemmu l-produzzjoni, il-kummerċ u l-użu tal-APL, |
C. |
billi l-persistenza tal-APL u l-ERW, inklużi l-IED u fdalijiet ta’ munizzjon tat-tip ‘cluster’, minbarra li tikkawża t-telf tal-ħajjiet umani, speċjalment fost il-popolazzjonijiet ċivili, tirrappreżenta ostaklu serju għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-kunflitt fil-pajjiżi affettwati, u tista' sservi bħala materja prima għall-IED, |
D. |
billi, sal-1 ta’ Diċembru 2010, 156 Stat kienu formalment qablu li jintrabtu bit-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini, |
E. |
billi fl-1999 kien hemm madwar 18 000 vittma mill-APL u ERW oħrajn u sal-2009 dawn naqsu għal madwar 4 000, skont is-Sorveljanza tal-Mini u Munizzjon tat-tip “Cluster”; billi 70 % minn dawn il-vittmi x'aktarx huma ċivili, b'terz minnhom tfal, u billi bosta nies globalment għadhom jiġu affettwati mill-APL u l-ERW, |
F. |
billi żewġ gvernijiet biss – f'Burma/Myanmar u fil-Libja – dan l-aħħar firxu APL, l-ebda esportazzjoni jew trasferiment statali tal-APL ma ġew irreġistrati, u tliet stati biss huma kkunsidrati li komplew il-manufattura tagħhom, iżda gruppi ta’ ribelli bħall-FARC qed ikomplu jipproduċu t-tagħmir tagħhom huma stess, |
G. |
billi l-parti l-kbira tal-forzi armati waqfu jużaw l-APL, iżda diversi atturi armati mhux statali baqgħu jużaw l-APL, kif ukoll IED attivati mill-vittmi u munizzjon tat-tip “cluster”, |
H. |
billi iktar minn 90 pajjiż għadhom affettwati mill-APL u sa ċertu punt minn ERW oħra iżda dawk l-aktar affettwati reċentement huma l-Afganistan, il-Kolombja, il-Pakistan, il-Myammar, il-Kambodja u l-Laos, |
I. |
billi, l-ewwel nett, hi r-responsabilità tal-istati affettwati li jindirizzaw il-problemi tal-APL u l-ERW fit-territorju tagħhom, qabel, waqt u meta jkun spiċċa l-kunflitt, |
J. |
billi ftit mill-qawwa tal-militar ġiet kommessa għat-tneħħija tal-mini fil-pajjiżi affettwati fejn il-konflitt spiċċa iżda fejn għad hemm forzi armati lokali kbar, |
K. |
billi l-bżonn tal-għajnuna għall-vittmi ser jibqa' ħafna wara li t-theddida tal-APL tkun tneħħiet, |
L. |
billi l-komunità internazzjonali rrispondiet b'mod eċċellenti għall-isfida tat-traġedja tal-APL, b'kontribuzzjoni ta’ madwar USD 3,9 biljun bejn l-1999 u l-2009 għall-ġlieda kontra l-mini, u billi l-kontributuri l-kbar kienu l-Istati Uniti (USD 902,4 miljun), il-K.E (USD 521,9 miljun), il-Ġappun (USD 336,9 miljun), in-Norveġja (USD 342,7 miljun), il-Kanada (USD 259,8 miljun), ir-Renju Unit (USD 220,6 miljun), il-Ġermanja (USD 206,9 miljun) u l-Pajjiżi l-Baxxi (USD 201,9 miljun), |
M. |
billi l-perċezzjoni tat-theddida mill-mini hi ġeneralment ikbar mir-realtà u ġie kkalkulat li 2 % biss mill-art li hija suġġetta għall-proċess li jiswa ħafna flus għat-‘tindif’ fiżiku, hi verament ikkontaminata bl-APL jew ERW oħrajn; billi hemm indikazzjonijiet ċari dwar użu ineffiċjenti ta’ fondi allokati għal azzjoni rigward il-mini; jinnota wkoll li metodoloġiji ta’ stħarriġ u fehim aħjar tar-riżultati tal-istħarriġ jistgħu jnaqqsu drammatikament, kif għamlu fis-snin reċenti, il-bżonn ta’ tindif komplet ta’ żoni suspettati perikolużi, |
N. |
billi t-tekniki u t-teknoloġija tal-kxif tal-isplussivi ma żviluppawx ħafna, minkejja daqstant investiment, u hemm imperattiv ġdid minħabba l-użu dejjem akbar tal-IEDs, |
O. |
billi edukazzjoni għat-tnaqqis tar-riskju hija element kruċjali biex tgħin lin-nies, speċjalment it-tfal, f'reġjuni affettwati mill-mini, jgħixu aktar fis-sikurezza u biex jitgħallmu l-perikli tal-APL u tal-ERW; |
Sforzi Globali dwar il-ġlieda kontra l-mini
1. |
Ifaħħar il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-mini fl-aħħar deċennju iżda jenfasizza li l-isforzi jridu jiffukaw mill-ġdid u jiġu intensifikati jekk irridu neliminaw it-theddida tal-APL f'perjodu definit; |
2. |
Jilqa' b'sodisfazzjoni l-fatt li 156 pajjiż iffirmaw u rratifikaw it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini, inklużi l-25 Stat Membru tal-UE, iżda jiddispjaċih li xi 37 pajjiż għadhom ma ffirmawx; iħeġġeġ lill-istati kollha li mhumiex partijiet sabiex jissieħbu fit-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini u l-Konvenzjoni dwar Munizzjon tat-tip “Cluster”; iħeġġeġ, partikolarment, lil dawk l-Istati Membri tal-UE li għad iridu jissieħbu fit-Trattat biex jagħmlu dan u jinkuraġġixxi sinerġija ikbar bejn id-diversi strumenti internazzjonali; |
3. |
Jilqa' b'sodisfazzjoni il-fatt li 56 pajjiż issieħbu fit-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Munizzjon tat-tip “Cluster”, inklużi 15-il Stat Membru tal-UE, jilqa', ukoll, l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Vientiane tal-2010 u l-pjan ta’ azzjoni tagħha; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha sabiex jippromwovu l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni kemm tal-MBT kif ukoll tas-CCM; |
4. |
Jappoġġa bis-sħiħ l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena, li jipprevedi għal pjan ta’ impenji fuq ħames snin fl-oqsma kollha tal-azzjoni rigward il-mini u, jistieden lill-Kunsill sabiex jadotta kemm jista' jkun malajr deċiżjoni ta’ appoġġ għal dan il-Pjan; |
5. |
Jenfasizza l-bżonn li tinstab sinerġija bejn id-diversi dimensjonijiet ta’ azzjoni rigward il-mini, b'attenzjoni speċjali għall-aspetti umanitarji u ta’ żvilupp, kif ukoll billi tiżdied is-sjieda lokali ta’ proġetti relatati u l-parteċipazzjoni fihom, sabiex jiġu sodisfatti aħjar il-bżonnijiet tal-persuni affettwati direttament; |
6. |
Jirrikonoxxi l-kontribut kbir tad-donaturi internazzjonali, l-aġenziji internazzjonali u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) fil-ġlieda kontra l-problema tal-APL u d-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju tal-persunal kemm internazzjonali kif ukoll lokali; |
7. |
Jilqa' l-fatt li seba' pajjiżi ulterjuri ħabbru li lestew l-attivitajiet ta’ tindif fl-2009 u fl-2010, biex b'hekk l-għadd totali tal-pajjiżi li għamlu dan huwa 16; |
8. |
Jirrikonoxxi li l-Istati Uniti kienet l-isponsor globali prinċipali fil-ġlieda kontra l-mini, li tappoġġja bil-qawwa l-programmi internazzjonali għat-tindif taż-żoni bil-mini u biex jiġu mgħejuna l-vittmi, u diġà applikat il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet prinċipali tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini u għaldaqstant jinkuraġġixxi lill-Istati Uniti biex tissieħeb fit-Trattat; |
9. |
Iħeġġeġ lir-Russja biex tissieħeb fit-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini, filwaqt li jinnota li r-Russja, li qabel kienet sors prinċipali tal-APL u għal żmien twil ġiet irreġistrata li tuża l-mini, tneħħiet mil-lista tal-2010 wara li ddikjarat li waqqfet l-użu; |
10. |
Ifakkar lill-istati fit-Trattat bl-obbligu tagħhom li jeqirdu l-ħażniet ta’ APL; hu mħasseb dwar il-fatt li ċ-Ċina u r-Russja għandhom l-ikbar ħażniet tal-APL, madwar 100 miljun u 24.5 miljun rispettivament; iħeġġeġ lill-UE sabiex tinkludi fin-negozjati mar-Russja u ċ-Ċina l-kwistjoni tal-qerda tal-ħażniet tagħhom u adeżjoni rapida fit-Trattat tal-Projbizzjoni tal-Mini, u jistieden barra minn hekk lill-UE sabiex tkompli tippromwovi l-universalizzazzjoni tat-Trattat tal-Projbizzjoni tal-Mini u konvenzjonijiet oħra relevanti billi tinkludi wkoll il-kwistjoni ta’ azzjoni rigward il-mini fid-djalogu politiku tagħha u ftehimiet iffirmati ma’ pajjiżi terzi; |
11. |
Jiddeplora l-użu li qed ikompli jsir minn APL minn gruppi ribelli u terroristi u atturi oħrajn mhux statali; f'dan ir-rigward jindika s-sitwazzjoni fil-Kambodja, fejn il-FARC huwa meqjus bħala l-grupp li l-aktar juża l-APL fost il-gruppi ribelli l-oħrajn kollha fid-dinja; |
Studju ta’ Każ – L-Afganistan
12. |
Jinnota li l-użu mifrux u indiskriminat tal-APL, matul iktar minn tliet deċennji ta’ kunflitt, wassal biex l-Afganistan ikun l-aktar pajjiż ikkontaminat fid-dinja, u affettwat iktar bl-użu tal-IED mit-Taliban; |
13. |
Jiddeplora l-fatt li minkejja li għadda aktar minn deċennju ta’ tindif bl-akbar u l-aktar programm umanitarju ffinanzjat għat-tneħħija ta’ mini fid-dinja, l-Afganistan għad għandu waħda mill-ogħla rati ta’ vittmi fid-dinja, u jesprimi tħassib serju dwar il-508 vittma minħabba l-APL u vittmi oħra tal-ERW bejn l-1 ta’ Marzu 2009 u 1 ta’ Marzu 2010, li iktar minn nofshom kienu tfal; |
14. |
Jirrikonoxxi li l-kunflitt li għaddej f'ħafna żoni jagħmel it-tneħħija tal-mini perikoluża b'mod eċċezzjonali u li t-Taliban għandu fil-mira l-uffiċċji tan-NU u l-persunal kemm lokali kif ukoll internazzjonali; |
15. |
Jinnota li ngħataw xi USD 80 miljun mill-komunità internazzjonali għall-ġlieda kontra l-mini fl-Afganistan fl-2009 u li l-għajnuna finanzjarja u teknika tal-UE mill-2002 'il hawn, li tammonta għal EUR 89 miljun, għenet tnaddaf madwar 240km2 ta’ APL fil-pajjiż biex hekk għamlet l-art ekonomikament aċċessibbli u ppermettiet il-bini mill-ġdid ta’ proprjetà u lill-familji biex imorru lura fi djarhom; jissottolinja l-bżonn ta’ aktar enfasi fuq l-għanjuna għall-vittmi u t-tagħlim dwar ir-riskji tal-mini; |
16. |
Jilqa' l-fatt li l-operazzjonijiet jiddependu esklussivament fuq xi 10 000 persunal lokali b'appoġġ internazzjonali, li jsaħħaħ il-komponent tas-sjieda tal-proċess; |
17. |
Jesprimi tħassib dwar il-fatt li jidher li l-Gvern Afgan ma jridx jassumi r-responsabbiltà, fil-livelli ċentrali u provinċali, dwar il-ġlieda kontra l-mini; |
Studju ta’ Każ – L-Angola
18. |
Xi 30 sena ta’ kunflitti wasslu biex l-Angola, bħall-Afganistan, hi waħda mill-iktar pajjiżi affetwati mill-APL; |
19. |
Jinnota li s-CNIDAH hi stabbilita bħala l-awtorità nazzjonali għall-ġlieda kontra l-mini, iżda l-pajjiżi donaturi għandhom ftit influwenza u l-gvern għandu aċċess għar-riżorsi finanzjarji sostanzjali tiegħu stess, b'mod partikolari mid-dħul miż-żejt; |
20. |
Hu mħasseb ħafna bil-bosta problemi strutturali enfasizzati mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-2009, pereżempju l-ineffiċjenzi tan-nefqa ta’ EUR 2.7 miljun fuq 22 persunal tas-CNIDAH; iħeġġeġ lill-UE sabiex tissorvelja, tikkontrolla u tivvaluta l-użu effikaċi tal-flus u tiżgura li l-baġit allokat jintuża b'mod effiċjenti u mmirat sabiex jinkiseb ir-riżultat meħtieġ ta’ art imnaddfa; |
21. |
Jiddispjaċih mill-fatt li minkejja li tlestew studju nazzjonali fl-2007 u programm kbir dwar il-ġlieda kontra l-mini, il-limitu tat-theddida mill-APL/ERW għadha mhix magħrufa b'ċertezza, u li bir-rati kurrenti tal-progress, hemm bżonn ta’ 100 sena sabiex jitnaddaf il-pajjiż; jissottolinja l-bżonn urġenti li tiġi stabbilita relazzjoni differenti bejn il-gvern u d-donaturi internazzjonali, biex jiġu ddedikati aktar riżorsi nazzjonali għall-problema, bl-introduzzjoni ta’ tekniki mtejba għat-tnaqqis taż-żoni u ż-żieda fil-kapaċità nazzjonali għat-tneħħija tal-mini sabiex l-art tkun tista' tinħeles iktar malajr għal użu produttiv; |
Studju ta’ Każ – Il-Bosnja
22. |
Jiddispjaċih li, 16-il sena wara t-tmiem tal-kunflitt fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH), għad hemm livell għoli ta’ kontaminazzjoni mill-APL/ERW, b'madwar 11 000 meded imminati u madwar 220 000 APL u ERW li għadhom attivi fil-pajjiż kollu, li jirrappreżentaw sfida serja għas-sikurezza u ostaklu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali; |
23. |
Jinnota t-titjib fil-ġestjoni tal-ġlieda kontra l-mini permezz tal-istabbiliment taċ-Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Mini fil-BiH, iżda jiddispjaċih li l-BiH waqa' lura ħafna fil-miri ta’ finanzjament u tindif stipulati fit-talba ta’ estensjoni tiegħu skont it-Trattat tal-Projbizzjoni tal-Mini; |
24. |
Jirrikonoxxi li l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi toħloq sfidi kbar għall-gvern u li l-Istrateġija dwar il-Ġlieda kontra l-Mini tal-2009–2019 għad trid tidħol fis-seħħ; jiddispjaċih li l-korp prinċipali tal-gvern responsabbli għall-azzjoni rigward il-mini, il-Kummissjoni għat-Tneħħija tal-Mini ilha xi snin ma’ tiltaqa' mar-rappreżentanti tad-donaturi bbażati f'Sarajevo u li l-membri tagħha ma attendewx il-laqgħat internazzjonali tat-Trattat tal-Projbizzjoni tal-Mini mindu it-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tat-trattat fl-2009; iħeġġeġ lill-gvern sabiex jassumi s-sjieda sħiħa tal-azzjoni rigward il-mini sabiex jiżgura l-ippjanar u l-ġestjoni strateġika tagħha; |
25. |
Jifraħ lill-Fond Fiduċjarju Internazzjonali għat-Tneħħija tal-Mini u l-Assistenza għall-Vittmi ta’ Mini (ITFD) ibbażat fis-Slovenja dwar il-kontribuzzjoni tiegħu fil-ġlieda kontra l-mini fil-BiH, u jenfasizza l-bżonn li jibqa' kkonċentrat fuq il-BiH sakemm il-problema tingħeleb kompletament; |
26. |
Jinnota li 33 organizzazzjoni akkreditata għat-tneħħija tal-mini joperaw fil-BiH iżda jista' jsir użu ikbar mill-qawwa tal-militar; |
27. |
Ifaħħar lill EUFOR ALTHEA u l-Għalliema ta’ Edukazzjoni dwar ir-Riskji tal-Mini għat-taħriġ li taw lil bosta eluf ta’ nies u jħeġġiġhom biex ikomplu bl-isforzi tagħhom; |
Għajnuna għall-vittmi
28. |
Jirrikonoxxi li l-ħajjiet u l-għajxien tal-vittmi tal-APL u ERW oħra jiġu affettwati għal għomorhom, prinċipalment huma ċivili, spiss ġejjin mill-ifqar popli tal-ifqar pajjiżi u jeħtieġu appoġġ mediku u soċjali speċjalizzat u għajnuna matul is-snin, anke meta ma jkunx hemm aktar vittmi; |
29. |
Jilqa' l-fatt li, permezz tal-ġlieda kontra l-mini, ir-rata tal-vittmi tnaqqset drastikament, iżda jiddispjaċih mill-fatt li ċ-ċivili għamlu 70 % mill-vittmi kollha fl-2009 u jiddeplora speċjalment li l-parti l-kbira tal-vittmi huma tfal; |
30. |
Jiddispjaċih li s-superstiti mill-mini jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom ħadu sehem fl-implimentazzjoni tal-għajnuna għall-vittmi f'inqas min-nofs il-pajjiżi affettwati, u jaqbel li l-fehmiet u d-drittijiet tas-superstiti għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali u lill-UE biex iżidu b'mod sinifikanti l-proporzjon tal-finanzjament tagħhom disponibbli għall-għajnuna għall-vittmi izda mhux askapitu tat-tindif tal-mini; |
Progress fis-sejba tal-mini u t-tekniki tas-Sorveljanza
31. |
Jirrikonoxxi li n-nies lokali fiż-żoni affettwati mill-mini huma l-aħjar indikaturi inizjali fejn hemm theddida minn mina; |
32. |
Jinnota li - ukoll jekk saru żviluppi fit-teknoloġija għall-kxif tal-mini, it-taħriġ u t-tekniki - is-soluzzjonijiet rapidi, affidabbli u kosteffettivi għadhom ma nstabux u li tekniki li jużaw sondi manwali, inevitabbilment għadhom jintużaw b'mod mifrux; jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni importanti tal-Istandards Internazzjonali għal Azzjoni rigward il-Mini tan-NU (IMAS) biex ittejjeb is-sikurezza u l-effiċjenza tal-azzjoni rigward il-mini billi tistipula standards u tipprovdi gwida, kif ukoll ir-rwol tas-Servizz ta’ Azzjoni rigward il-Mini tan-NU fil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ azzjoni rigward il-mini; |
33. |
Jinnota li l-iktar prospetti produttivi għall-avvanzi tekniċi rigward il-kxif qegħdin f'metodi mfassla apposta bbażati fuq il-kombinazzjoni ta’ numru ta’ teknoloġiji, sabiex jiġu evitati vittmi u t-tneħħija ta’ mini ssir b'impatt ambjentali minimu; |
34. |
Jirrikonoxxi li stħarriġ magħmul sew jiswa' biss daqs l-eżattezza u l-effiċjenza tar-rappurtar sussegwenti u li d-donaturi jridu jiżguraw li l-finanzjament tagħhom ta’ tali attività jintefaq sew; |
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni talloka fondi ulterjuri għar-riċerka dwar it-teknoloġiji u t-tekniki għall-istħarriġ u l-kxif tal-mini, b'kooperazzjoni internazzjonali mill-qrib ma’ dawk li jispeċjalizzaw f'dan il-qasam, u tuża fondi disponibbli fil-kuntest tas-7 Programm Qafas u s-settur tar-Riċerka dwar is-Sigurtà; |
Lejn tmiem it-theddida mill-APL
36. |
Hu mħasseb li xi pajjiżi li jsofru mill-effett tal-APL qed jiddependu żżejjed fuq l-għajnuna finanzjarja internazzjonali għall-ġlieda kontra l-mini u mhux qed jużaw biżżejjed mir-riżorsi tagħhom ta’ ħaddiema jew mid-dħul; jistieden lill-UE sabiex tiżgura involviment akbar mill-pajjiżi affettwati u sabiex tfakkar lil dawn il-pajjiżi fir-responsabbilitajiet tagħhom u jitlob li b'mod partikolari s-sitwazzjoni fl-Angola tiġi studjata sabiex tiġi mobilizzata kontribuzzjoni nazzjonali akbar; |
37. |
Hu mħasseb bid-devjazzjoni tar-riżorsi għat-‧tneħħija tal-mini‧ f'żoni fejn hemm ftit li xejn theddid għall-iżvilupp f'termini umanitarji jew ekonomiċi, jew fejn it-theddid hu perċepit iżda mhux realtà, b'detriment tal-mira fuq żoni b'theddida għolja għall-ħajja; isejjaħ għal aktar enfasi fuq l-ippjanar u l-ġestjoni aħjar tal-operazzjonijiet u bi stħarriġ inizjali preċiż u rappurtar taż-żoni suspettużi; |
38. |
Jesprimi tħassib dwar is-sigurtà u l-kontroll dgħajjef ta’ ħażniet militari fejn jinżammu armi u tagħmir splussiv, inklużi mini, partikolarment f'pajjiżi fejn hemm ribelljoni u diżordni; |
39. |
Jemmen li l-komunità internazzjonali għandha tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq dawk il-pajjiżi li l-inqas jistgħu jgħinu lilhom infushom, u dwar it-tneħħija tal-mini u l-għajnuna lill-vittmi, u li l-mira għandha tkun li nimxu b'aktar ħeffa lejn sitwazzjoni fejn il-pajjiżi jistgħu jiġu ddikjarati ħielsa mit-theddida tal-mini għall-ħajja u l-iżvilupp ekonomiku; |
40. |
Iħeġġeġ lid-donaturi biex jipprovdu finanzjament b'miri aktar effikaċi, b'monitoraġġ u b'valutazzjoni; |
41. |
Jemmen li l-isforzi għandhom jiġu kkonċentrati fuq il-ġenerazzjoni u l-iżvilupp ta’ kapaċità lokali akbar, u li din tista' tinkludi persunal lokali mħarreġ b'mod speċjalizzat fuq bażi strutturata u professjonali jew aktar użu tal-unitajiet militari fis-sitwazzjonijiet ta’ wara l-kunflitt, imħarrġa speċifikament għat-tneħħija tal-mini bi skop umanitarju; |
42. |
Jitlob li jsir titjib fl-ippjanar nazzjonali, li jibni fuq l-aħjar prattiki, u għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-mini li talloka r-riżorsi, b'aktar effikaċja liż-żoni ta’ prijorità, filwaqt li jkollha strutturi bl-inqas burokrazija possibbli; |
43. |
Jiddispjaċih li m'hemm l-ebda ċensiment affidabbli bin-numru kurrenti tal-vittmi tal-APL/ERW/IED u jħeġġeġ li ssir analiżi xierqa bħala gwida biex ir-riżorsi jkunu allokati b'aktar effikaċja, b'aktar konsiderazzjoni mogħtija lill-bżonnijiet tal-vittmi u l-familji tagħhom; |
44. |
Jiddispjaċih li mit-tneħħija, fl-2007, tal-linja baġitarja allokata mill-UE, l-UE m'għandhiex strument li fin-natura tiegħu hu flessibbli u għal ħafna pajjiżi, li jirrispondi b'mod koerenti għall-prijoritajiet tal-ġlieda kontra l-mini u li hemm, f'termini kwantitattivi, tnaqqis fil-finanzjament tal-UE għall-ġlieda kontra l-mini; għaldaqstant jitlob għar-restawr ta’ approċċ aktar dedikat, b'linja baġitarja waħda taħt direttorat mexxej wieħed li jissinjala s-saħħa tal-impenn kontinwu tal-UE għall-ġlieda kontra l-mini, li teħtieġ tikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi ta’ pajjiżi individwali kif stipulat fil-Karti Strateġiċi tal-Pajjiżi u fl-istess waqt il-fatt li f'xi pajjiżi l-eżistenza tal-mini saret kwistjoni strutturali u għaldaqstant kwistjoni għall-politika tal-iżvilupp tal-UE; |
45. |
Jiddispjaċih li sa issa la l-għajnuna eċċezzjonali (Artikolu 3) u lanqas il-komponent fit-tul (Artikolu 4) tal-Istrument għall-Istabbilità ma ntużaw għall-finanzjament ta’ programmi ta’ azzjoni rigward il-mini; |
46. |
Jisħaq il-kapaċità li l-ġlieda kontra l-mini tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għad-diżarm wara l-ġlied, id-demobilizzazzjoni u r-riabilitazzjoni, u mhux wisq inqas billi tipprovdi taħriġ u xogħol ta’ rispett għoli lill-ex kombattenti; |
47. |
Jistieden lid-donaturi biex jistandardizzaw il-metodi tagħhom ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni tal-kosteffettività tal-azzjonijiet mill-mini, sabiex ikunu iktar miftuħa għat-tqabbil u l-iskrutinju abbażi ta’ pajjiż b'pajjiż, u permezz tal-aġenzija tal-MASG, jidentifikaw u jipproponu l-aħjar prattika; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna l-“Linji Gwida dwar l-Azzjoni tal-Komunità Ewropea kontra l-Mini 2008-2013” tagħha, biex jirriflettu l-bidliet proposti fl-arkitettura tal-istituzzjoni u fil-finanzjament, biex tiżgura li t-tifrix tal-fondi jsir b'mod aktar rapidu u flessibbli, biex tipprovdi istruzzjonijiet ċari dwar l-aċċess għall-finanzjament, fejn il-mira tkun fuq l-iktar prijoritajiet urġenti u l-aħjar prattika, biex tipprevedi ‘pakketti’ tal-għajnuna li jippermettu lill-iktar pajjiżi li għandhom l-aktar bżonn jimxu mal-obbligi tagħhom skont it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Mini u tissorvelja u tevalwa b'mod tajjeb l-effikaċja tal-finanzjament; |
49. |
Jenfasizza li azzjoni rigward il-mini għandha tkun element obbligatorju tal-istrateġiji għall-pajjiżi fejn huwa magħruf li hemm mini u/jew fejn huma maħżuna; |
50. |
Hu konvint li permezz ta’ koordinazzjoni u prijoritizzazzjoni internazzjonali aħjar, ġestjoni mtejba, prattiki tal-osservazzjoni u t-tneħħija tal-mini, monitoraġġ u rappurtar aħjar u użu aktar intelliġenti u aħjar tal-fondi, dinja mingħajr t-theddia tal-APL għall-ħajja, l-għajxien u l-iżvilupp ekonomiku, hi possibiltà reali f'perjodu definit; |
*
* *
51. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Istati Uniti tal-Amerika u lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika, lill-gvernijiet tal-pajjiżi l-aktar affettwati mill-mini, u lill-NGOs internazzjonali. |
(1) ĠU C 104E, 30.4.2004, p. 1075.
(2) ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 473.
(3) ĠU C 287E, 24.11.2006, p. 336.
(4) ĠU C 323E, 18.12.2008, p. 485.
(5) ĠU C 72E, 21.3.2002, p. 352.
(8) Testi adottati, P7_TA(2010)0285.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/198 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, stupru tal-massa fil-provinċja tan-Nofsinhar ta' Kivu
P7_TA(2011)0340
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-istupri tal-massa fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar
2013/C 33 E/23
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, |
— |
wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali adottat fl-1998, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8 tiegħu li jiddefinixxu l-istupru, l-iskjavitù sesswali, il-prostituzzjoni sfurzata, it-tqala sfurzata u l-isterilizzazzjoni sfurzata jew kull forma oħra ta' vjolenza sesswali bħala delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra u jqisuhom bħala forma ta' tortura u delitt tal-gwerra gravi, kemm jekk dawn l-atti twettqu sistematikament kif ukoll jekk ma twettqux sistematikament matul kunflitti interni jew internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u r-Riżoluzzjoni 1888 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-atti ta' vjolenza sesswali kontra n-nisa u t-tfal fi żmien ta' kunflitt armat, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1925 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li tiddefinixxi l-mandat tal-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1991 tat-28 ta' Ġunju 2011 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li ttawwal il-mandat tal-MONUSCO, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta' Ġunju 2011 tar-Rappreżentant Speċjali inkarigat mill-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali fil-kunflitti armati, Margot Wallström, |
— |
wara li kkunsidra l-communiqué finali tas-6 laqgħa reġjonali tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE f'Yaoundé, il-Kamerun, fit-28 u d-29 ta' April 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-liġi dwar il-vjolenza sesswali adottata mill-Parlament tar-RDK fl-2006, imfassla biex tħaffef il-prosekuzzjoni f'każ ta' stupru u biex timponi sanzjonijiet eħrex, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi 170 ruħ kienu vittmi ta' stupri jew ta' vjolenza fiżika bejn l-10 u t-12 ta' Ġunju 2011 fil-villaġġi ta' Nakiele u Abala, fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar; billi xi membri tal-istess grupp armat responsabbli għal dawn l-atti kienu diġà implikati fi stupri tal-massa, arresti u serq fl-istess reġjun f'Jannar 2011, |
B. |
billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà f'Kivu tan-Nofsinhar għadha estremament instabbli u l-inkwiet li qed jaffettwa l-Lvant tar-RDK wassal għal żieda enormi fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u fid-delitti tal-gwerra, inklużi atti ta' vjolenza sesswali kontra n-nisa, stupri tal-massa u atti oħra ta' tortura, il-massakru tal-popolazzjoni ċivili u r-reklutaġġ enormi ta' suldati tfal, imwettqa minn gruppi ribelli armati kif ukoll mill-forzi armati u tal-pulizija tal-Gvern, |
C. |
billi l-istupru, arma tal-gwerra użata mill-ġellieda biex jintimidaw, jikkastigaw u jikkontrollaw il-vittmi tagħhom, sar atroċement komuni fil-Lvant tar-RDK mindu bdew l-operazzjonijiet militari fl-2009; billi l-atroċitajiet kontra n-nisa huma strutturati madwar l-istupru, l-istupru kollettiv, l-iskjavitù sesswali u l-qtil u għandhom konsegwenzi konsiderevoli bħad-distruzzjoni fiżika u psikoloġika tan-nisa, |
D. |
billi fid-29 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda jtawwal il-Missjoni tal-Organizzazjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) b'sena oħra, u filwaqt li jfakkar li l-missjoni għandha mandat li jawtorizzaha tuża l-mezzi kollha neċessarji biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili mill-ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem, |
E. |
billi l-vittmi tal-istupri jaffaċċjaw nuqqas konsiderevoli ta' infrastruttura u ma jistgħux jibbenefikaw minn għajnuna jew minn kura medika xierqa; billi n-nisa jiġu attakkati deliberatament fil-pubbliku, billi dawn l-attakki spiss itellfulhom posthom fis-soċjetà u l-abbiltà tagħhom li jieħdu ħsieb uliedhom, u billi r-riskji ta' infezzjoni bil-vajrus tal-AIDS huma konsiderevoli; billi r-rispons mediku ta' emerġenza huwa assigurat biss mill-bosta NGOs li jaħdmu fiż-żona li m'għadhomx iggarantiti l-koordinazzjoni u l-aċċess għall-vittmi, |
F. |
billi l-inabbiltà tar-RDK li tressaq il-qorti l-membri tal-armata tagħha stess u tal-gruppi armati għal delitti skont il-liġi internazzjonali ffavoriet kultura ta' impunità; billi l-armata Kongoliża m'għandhiex mezzi umani, tekniċi u finanzjarji biżżejjed biex twettaq dmirijietha fil-provinċji tal-Lvant tar-RDK u biex tiggarantixxi l-protezzjoni tal-popolazzjoni, |
G. |
billi l-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-vjolenza sesswali, adottata mill-Parlament tar-RDK fl-2006, hija limitata ħafna, |
H. |
billi l-midja għandha rwol essenzjali biex jiġi żgurat livell għoli ta' mobilizzazzjoni u biex trawwem l-opinjoni pubblika, |
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-istupri tal-massa, l-atti ta' vjolenza sesswali u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu bejn l-10 u t-12 ta' Ġunju 2011 fir-reġjun ta' Kivu tan-Nofsinhar; jassoċja ruħu mat-tbatija u n-niket tal-vittmi kollha ta' atti ta' vjolenza sesswali, b'mod partikolari ta' stupri tal-massa, li twettqu ripetutament fil-parti tal-Lvant tar-RDK matul l-erba' snin li għaddew; |
2. |
Jistieden lill-Gvern tar-RDK jikkunsidra l-ġlieda kontra l-istupri tal-massa u l-vjolenza sesswali kontra n-nisa bħala prijorità nazzjonali; |
3. |
Jilqa' d-deċiżjoni tan-NU li tniedi investigazzjoni dwar dawn il-każijiet; jitlob li jsiru investigazzjonijiet immedjati, indipendenti u imparzjali dwar dawn id-delitti skont l-istandards internazzjonali; jiddeplora l-fatt li kriminali tal-gwerra għad għandhom pożizzjonijiet ta' kmand għolja; jitlob li jittieħdu miżuri effikaċi u immedjati biex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-vittmi u tax-xhieda matul u wara dawn l-investigazzjonijiet; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo jeżaminaw mill-ġdid id-Dokument ta' Strateġija għall-Pajjiż tar-RDK u l-Programm Indikattiv Nazzjonali tal-10 FEŻ (2008-2013) bl-għan li l-kwistjoni tal-istupri tal-massa u l-vjolenza sesswali kontra n-nisa ssir prijorità nazzjonali biex tiġi miġġielda l-impunità; |
5. |
Huwa preokkupat dwar ir-riskji ta' trivjalizzazzjoni tal-atti ta' vjolenza sesswali; jenfasizza li huwa d-dmir tal-Gvern tar-RDK li jiżgura s-sigurtà tat-territorju tiegħu u li jipproteġi l-popolazzjoni ċivili; ifakkar lill-President Kabila li impenja ruħu personalment li jmexxi politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-vjolenza sesswali u li impenja ruħu li jtella' l-qorti lil min wettaq delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità fil-pajjiż, kif ukoll li jikkoopera mal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-pajjiżi tar-reġjun; |
6. |
Jilqa' l-azzjoni tal-NGOs li taw l-għajnuna tagħhom lill-vittmi ta' stupri u delitti tal-gwerra, u partikolarment il-kura medika mogħtija minn ċerti sptarijiet bħal dak ta' Panzi f'Bukavu; jenfasizza li l-biċċa l-kbira tal-vittmi ta' attakki sesswali ma jibbenefikawx mill-għajnuna medika, soċjali jew ġuridika meħtieġa; jissuġġerixxi li l-Gvern tar-RDK jfassal programm komplet ta' għajnuna lill-vittmi u ta' reintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà Kongoliża u fis-suq tax-xogħol; jitlob lill-Kummissjoni tirrilaxxa l-fondi supplementari għall-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u taħdem favur il-ħolqien ta' djar għall-vittmi tal-vjolenza sesswali fiż-żoni milquta; jissuġġerixxi l-implimentazzjoni ta' proġett pilota għat-titjib tal-għajnuna medika mogħtija lill-vittmi tal-vjolenza sesswali fir-RDK; |
7. |
Huwa preokkupat li s-‧Sub-Cluster‧ GBV (vjolenza bbażata fuq il-ġeneru), li kellu jiżgura l-koordinazzjoni tar-rsipons umanitarju għall-vjolenza sesswali, ġie abolit sena u nofs ilu, minħabba nuqqas ta' tmexxija tal-UNFPA (Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni); jitlob għalhekk it-tfassil mill-ġdid tas-sistema ta' koordinazzjoni umanitarja fil-post; |
8. |
Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-fatt li l-MONUSCO ma setgħetx tuża l-mandat tagħha u r-regoli tal-kumbattiment tagħha aktar attivament biex tagħti protezzjoni kontra l-istupri tal-massa, inklużi l-azzjonijiet imwettqa mill-forzi tagħha stess; jirrikonoxxi madankollu li l-preżenza tagħha għadha indispensabbli għall-aċċessibbiltà umanitarja; jinsisti li l-mandat ur-regoli tal-MONUSCO jitwettqu b'determinazzjoni biex tkun żgurata b'mod aktar effikaċi l-protezzjoni tal-popolazzjoni; jilqa' d-deċiżjoni li l-mandat tal-missjoni jittawwal sat-30 ta' Ġunju 2012; |
9. |
Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-attivitajiet tal-missjonijiet EUSEC RD u EUPOL RD; jitlob li l-kwistjonijiet tal-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali jiġu integrati għalkollox fl-operazzjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża komuni; |
10. |
Għadu preokkupat ferm dwar is-sitwazzjoni umanitarja attwali fir-RDK u dwar is-sottofinanzjament f'dan ir-reġjun minħabba t-tnaqqis tal-finanzjament minn ċerti donaturi bilaterali; jiddeplora bil-qawwa l-fatt li sal-lum, il-fondi allokati jaslu biss għand ftit vittmi; jitlob lill-Kummissjoni żżomm il-finanzjament mogħti għall-għajnuna umanitarja fil-Lvant tar-RDK; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi dwar il-"minerali tal-kunflitti", li jalimentaw il-gwerra u l-istupri tal-massa fir-RDK, biex tiġi miġġielda l-impunità, skont il-liġi Amerikana Dodd Franck (b'mod partikolari t-taqsima 1502 tagħha), li timponi rekwiżiti ġodda rigward l-informazzjoni dwar il-prodotti li għall-manifattura tagħhom jintużaw dawn il-"minerali tal-kunflitti"; |
12. |
Jinnota li l-pjan ta' riżoluzzjoni tal-kunflitt f'Kivu tan-Nofsinhar, li jagħti prijorità lis-soluzzjoni militari, ma rnexxiex; iqis li s-soluzzjoni għal dan il-kunflitt trid tkun politika u jiddispjaċih għan-nuqqas ta' kuraġġ min-naħa tal-Komunità internazzjonali; iqis li wasal iż-żmien li wieħed imur lil hinn minn sempliċi kundanna u li l-Gvern Kongoliż, l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti jridu jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom u jieħdu miżuri konkreti biex jintemmu dawn l-atroċitajiet; jenfasizza li jekk ma jinbidel xejn, l-atturi umanitarji se jibqgħu għal żmien ħafna itwal fil-post; |
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-Gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, lill-President, il-Prim Ministru u l-Parlament tar-RDK, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lir-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti Armati, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. |
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/201 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
L-Indoneżja, inklużi l-attakki kontra l-minoranzi
P7_TA(2011)0341
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar l-Indoneżja, inklużi l-attakki kontra l-minoranzi
2013/C 33 E/24
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2009 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar is-suġġett (1), |
— |
wara li kkunsidra l-elezzjoni tal-Indoneżja għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) f'Mejju 2011; filwaqt li membri tal-UNHCR jeħtieġ li jżommu l-ogħla standards għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Presidenza tal-Indoneżja fl-ASEAN fl-2011, il-Karta tal-ASEAN li daħlet fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 2008, u l-ħolqien tal-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN fit-23 ta' Ottubru 2009, |
— |
wara li kkunsidra il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li ġie ratifikat mill-Indoneżja fl-2006, |
— |
wara li kkunsidra l-Kapitolu 29 tal-Kostituzzjoni Indoneżjana, li tiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 156 u 156 (a) tal-Kodiċi Kriminali Indoneżjana li jipprojbixxi d-dagħa, l-eresija u d-difamazzjoni reliġjuża, |
— |
wara li kkunsidra d-Digriet Presidenzjali Nru. 1/PNPS/1965 dwar il-prevenzjoni tad-dagħa u l-abbuż tar-reliġjon, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE tat-8 ta' Frar 2011 dwar attakki reċenti fuq u l-qtil ta' Ahmadis fir-reġjun ta' Banten, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indoneżja (FSK) u l-ewwel sessjoni tad-Djalogu tad-Drittijiet tal-Bniedem li sar f'dan il-qafas, li sar f'Ġunju 2010 f'Ġakarta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122 (5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Indoneżja hija l-akbar nazzjoni li l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tiegħu hi Musulmana, u billi t-tradizzjoni tal-Indoneżja tal-pluraliżmu, l-armonija kulturali, il-libertà reliġjuża u l-ġustizzja soċjali hija stipulata fl-ideoloġija nazzjonali tal-‧Pancasila‧, |
B. |
billi kien hemm żieda sinifikanti fl-inċidenza tal-attakki kontra minoranzi reliġjużi, partikolarment l-Ahmadis, li jikkunsidraw lilhom infushom Musulmani, iżda wkoll kontra Kristjani, Buddisti u organizzazzjonijiet progressivi tas-soċjetà ċivili, |
C. |
billi, wara l-projbizzjoni tat-tixrid ta' tagħlim Musulman ta' Ahmadi fl-2008, il-Ministru Indoneżjan għall-Affarijiet Reliġjużi talab repetutament għall-impożizzjoni ta' projbizzjoni totali tal-komunità Musulmana ta' Ahmadiyya, pass li diġà kien ittieħed minn tliet reġjuni, il-Java tal-Punent, is-Sulawesi tan-Nofsinhar u s-Sumatra tal-Punent; billi fis-6 ta' Frar 2011, folla ta' għallanqas 1 500 persuna attakkaw 20 Musulman Ahmadi f'Cikeusik, fir-reġjun ta' Banten, fejn qatlu tlieta minnhom u korrew b'mod serju bosta oħra, li wasslet għal kundanna u sejħa għal investigazzjoni mill-President tal-Indoneżja, |
D. |
billi, wara dan l-attakk, fit-8 ta' Frar 2011, mijiet ta' persuni qabbdu tliet knejjes u attakkaw qassis fil-belt ċentrali ta' Java ta' Temanggung wara li Kristjan li ġie kkundannat għal ħames snin ħabs wara li insulta l-Islam, minflok ma kien ikkundannat għall-mewt kif mistenni minn min jattakkah, u filwaqt li l-Komunjoni tal-Knejjes fl-Indoneżja rreġistrat 430 attakki kontra knejjes Kristjani dawn l-aħħar sitt snin, |
E. |
billi 'il fuq minn 150 persuna diġà ġew arrestati jew miżmuma skont l-Artikoli 156 u 156 (a) tal-Kodiċi Kriminali Indoneżjana, u billi kien hemm evidenza li turi li leġiżlazzjoni sussidjarja dwar id-dagħa, l-eresija u d-difamazzjoni reliġjuża qed jintużaw minn estremisti biex irażżnu l-libertà reliġjuża u jqajjmu tensjonijiet u vjolenza interkomunitarja, |
F. |
billi fid-19 ta' April 2010, il-Qorti Kostituzzjonali Indoneżjana żammet il-liġijiet sussidjarji dwar id-dagħa u l-eresija u rrifjutat it-talba għall-abrogazzjoni tagħhom li ġiet sottomessa minn erba' akkademiċi Islamiċi prominenti u għallanqas seba' organizzazzjonijiet Indoneżjani tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili u appoġġata minn għallanqas 40 organizzazzjoni oħra, |
G. |
billi hemm rapporti kredibbli, jiġifieri mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem minn membri tal-forzi tas-sigurtà fl-Indoneżja, inkluż tortura u forom oħra ta' maltrattament u l-użu mhux meħtieġ u eċċessiv ta' forza, partikolarment fil-Papua u l-Gżejjer tal-Maluku; billi dawk responsabbli rarament ikollhom jidhru quddiem qorti indipendenti, |
1. |
Jilqa' d-dikjarazzjoni konġunta ppublikata fl-24 ta' Mejju 2011 mill-President, l-Ispiker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Ispiker tal-Kunsill tar-Rappreżentanti Reġjonali, l-Ispiker tal-Assemblea Konsultattiva tal-Poplu, il-Prim Imħallfin tal-Qorti Suprema u l-Qorti Kostituzzjonali u uffiċjali kbar oħrajn li jitolbu biex tinżamm il-'Pancasila' u għall-protezzjoni tal-pluraliżmu; |
2. |
Jissottolinja l-progress li sar mill-Indoneżja fil-qasam tal-implimentazzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fis-snin reċenti, u jagħti ħafna importanza li jinżammu u għall-approfondiment ta' relazzjonijiet armonjużi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indoneżja f'bosta oqsma, kif rifless fl-FSK bejn l-UE u l-Indoneżja; |
3. |
Jilqa' l-impenji li ħadet l-Indoneżja qabel l-elezzjoni tagħha għall-UNHCR fl-20 ta' Mejju 2011, inkluż dak tar-ratifika tal-istrumenti prinċipali kollha tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha Kontra l-Għajbien Infurzat; |
4. |
Jesprimi tħassib serju dwar l-inċidenti ta' vjolenza kontra minoranzi reliġjużi, partikolarment Musulmani Ahmadi, Kristjani, Baha'ís u Buddisti; huwa mħasseb li vjolazzjonijiet tal-libertà reliġjuża jdgħajfu d-drittijiet tal-bniedem li huma garantiti fil-Kostituzzjoni Indoneżjana, inkluż il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, tal-opinjoni u li n-nies jinġabru b'mod paċifiku; |
5. |
Jitlob lill-Gvern Indoneżjan, jiġifieri l-Ministru tal-Affarijiet Reliġjużi, u l-ġudikatura Indoneżjana biex jiggarantixxu li l-istat tad-dritt jiġi implimentat u jinżamm u li persuni ħatja tal-vjolenza reliġjuża jitressqu quddiem il-ġustizzja; |
6. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-liġijiet sussidjarji lokali dwar id-dagħa, l-eresija u d-difamazzjoni reliġjuża jistgħu jintużaw ħażin, u dwar id-Digriet Ministerjali Konġunt tal-2008 li jipprojbixxi t-tixrid tat-tagħlim Musulman ta' Ahmadiyya, u jitlob lill-awtoritajiet Indoneżjani biex jirrevokawhom jew jirreveduhom; |
7. |
Japprova x-xogħol tas-soċjetà ċivili Indoneżjana, inkluż think-tanks Musulmani, Kristjani u sekulari, organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-biedem u organizzazzjonijiet għal kontra l-estremiżmu, biex jippromwovu l-pluraliżmu, il-libertà reliġjuża, l-armonija reliġjuża u d-drittijiet tal-bniedem; |
8. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Indoneżjan biex jimxi mar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u, partikolarment, biex jistieden lir-Rapporteur Speċjali tan-NU għal-libertà tar-reliġjoni u tat-twemmin biex iżur il-pajjjiż; |
9. |
Jilqa' l-investigazzjoni li saret dwar l-attakki mdemmija ta' Frar 2011 fuq il-komunità Ahmadiyya f'Java tal-Punent, li wassal biex jiġu sostitwiti kummissarji tal-pulizija reġjonali u provinċjali, filwaqt li ttieħdu passi kontra disa' pulizija talli traskuraw d-dmirijiet tagħhom u 14-il persuna oħra li jkollhom jgħaddu ġuri għar-reati li wettqu, u jitlob għal monitoraġġ indipendenti tal-proċessi ta' dawk li ġew akkużati sabiex jiżguraw li ssir ġustizzja għall-partijiet kollha involuti; |
10. |
Jitlob lill-awtoritajiet Indoneżjani biex jinvestigaw allegazzjonijiet ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem minn membri tal-forzi tas-sigurtà u biex jipprosekutaw lil dawk li jinstabu li kienu responsabbli, inkluż persuni b'responsabbiltà li jikkmandaw; |
11. |
Jitlob għal ħelsien immedjat u bla kondizzjoni tal-priġunieri kollha b'kuxjenza u li ġew arrestati u akkużati sempliċement abbażi tal-involviment tagħhom fi protesta politika paċifika, li huwa kuntrarju għall-ispirtu tal-Liġi Awtonoma Speċjali tal-2011 li tat lil Papuani, Maluku u lil minoranzi etniċi u reliġjużi oħra d-dritt li jesprimu l-identità kulturali tagħhom; |
12. |
Jitlob lid-delegazjoni tal-UE u lil missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri biex ikomplu jissorveljaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment f'reġjuni sensittivi bħall-Papua, il-Moluccas u l-Aceh; |
13. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi inkluża dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'enfasi speċjali fuq il-libertà reliġjuża u r-rispett tal-minoranzi, fid-djalogu politiku fil-qafas tal-FSK bejn l-UE u l-Indoneżja; |
14. |
Jitlob lil-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex tappoġġa s-soċjetà ċivili Indoneżjana u l-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem li jippromwovu b'mod attiv id-demokrazija, it-tolleranza u l-ko-eżistenza paċifika bejn gruppi etniċi u reliġjużi differenti; |
15. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Indoneżja, il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, il-Kummissjoni, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0489.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/204 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
L-Indja b'mod partikolari s-sentenza tal-mewt ta’ Davinder Pal Singh
P7_TA(2011)0342
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar l-Indja, b’mod partikolari l-kundanna tal-mewt għal Davinder Pal Singh
2013/C 33 E/25
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 63/168, li ssejjaħ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 62/149 tat-18 ta’ Diċembru 2007, meta 106 pajjiż ivvotaw favur riżoluzzjoni li titlob moratorju dinji fuq is-sentenzi tal-mewt u l-eżekuzzjonijiet, b’34 astensjoni u b’biss 46 vot kontra r-riżoluzzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 65/206 tal-21 ta’ Diċembru 2010 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena kapitali, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena Kapitali, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2007 dwar moratorju universali fuq il-piena kapitali (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1994 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja, |
— |
wara li kkunsidra d-Djalogu Tematiku UE-Indja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar Jum Dinji kontra l-piena kapitali (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fl-2011 – sa Mejju – twettqu eżekuzzjonjiet f’disa’ pajjiżi biss, indikazzjoni ċara li qed jikber dejjem aktar r-rikonoxximent dinji tan-natura krudili u inġusta tal-piena kapitali, |
B. |
billi l-Indja ilha ma timplimenta l-piena kapitali mill-2004, |
C. |
billi ngħatat approvazzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ żewġ ħabsin, |
D. |
billi, fuq rakkomandazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-Unjoni, il-President tal-Indja, Pratibha Patil, irrifjuta l-petizzjonijiet għal reviżjoni mressqa skont l-Artikolu 72 tal-Kostituzzjoni Indjana f’isem Davinder Pal Singh Bhullar, mill-Punjab, u Mahendra Nath Das, mill-Assam, |
E. |
billi Mahendra Nath Das ġie kkundannat għall-mewt fl-1997 wara li nstab ħati ta’ qtil, billi r-rimedji legali kollha ġew eżawriti u billi l-eżekuzzjoni tiegħu ġiet sospiża sal-21 ta’ Lulju 2011 mill-Qorti Għolja ta’ Gauhati fl-Assam (fil-Grigal tal-Indja), minħabba li l-Gvern Indjan talab li jingħata żmien biex jirrispondi lill-Qorti,, |
F. |
billi Davinder Pal Singh Bhullar ġie kkundannat għall-mewt fid- 29 ta’ Awwissu 2001 wara li nstab ħati li kien involut fl-attakk bil-bombi tal-1993 fuq l-Uffiċċju taż-Żgħażagħ tal-Congress fi New Delhi, |
G. |
billi ċ-ċirkustanzi madwar ir-ritorn ta’ Davinder Pal Singh Bhullar lejn India mill-Ġermanja u ż-żmien twil li Mahendra Nath Das għadda l-ħabs jistenna l-eżekuzzjoni jagħtu lok għal tħassib, |
H. |
billi l-Indja, hija u tippreżenta l-kandidatura tagħha għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem qabel l-elezzjonijiet tal-20 ta’ Mejju 2011, impenjat ruħha li żżomm l-ogħla standards f'dak li jirrigwarda l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, |
1. |
Jesprimi t-tħassib gravi tiegħu li l-Gvern tal-Indja jista’ jerġa’ jibda japplika l-piena kapitali wara moratorju de facto ta’ seba’ snin, u b’hekk imur kontra x-xejra dinjija lejn l-abolizzjoni tal-piena kapitali; |
2. |
Itenni l-appoġġ sod tiegħu għas-sejħa tal-Assemblea Ġenerali tan-NU għall-istabbiliment ta’ moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bil-għan li l-piena kapitali tiġi abolita; |
3. |
Jappella b’urġenza lill-Gvern tal-Indja biex ma jwettaqx l-eżekuzzjoni ta’ Davinder Pal Singh Bhullar jew ta’ Mahendra Nath Das, u li jikkommuta s-sentenzi tal-mewt tagħhom; |
4. |
Jistieden lill-awtoritajiet Indjani jittrattaw il-każijiet ta’ Davinder Pal Singh Bhullar u Mahendra Nath Das b’mod partikolarment trasparenti; |
5. |
Jistieden lill-Gvern u lill-Parlament tal-Indja jadottaw leġiżlazzjoni li tintroduċi moratorju permanenti fuq l-eżekuzzjonijiet bil-għan li jabolixxu l-piena kapitali fil-ġejjieni qarib; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Indja, lill-Ministru tal-Liġi u l-Ġustizzja tal-Indja, lill-Ministru tal-Intern tal-Indja, lill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 219E, 28.8.2008, p. 306.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0351.
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/207 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Odense Steel Shipyard/Danimarka
P7_TA(2011)0300
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2010/025 DK/Odense Steel Shipyard mid-Danimarka) (COM(2011)0251 – C7-0114/2011 – 2011/2093(BUD))
2013/C 33 E/26
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0251 – C7-0114/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1) (l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0234/2011), |
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol, |
B. |
billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, |
C. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG, |
D. |
billi d-Danimarka talbet għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 1 356 sensja (li 950 minnhom huma mmirati għal għajnuna) fl-impriża Odense Steel Shipyard li topera fis-settur tarznarju fil-muniċipalità ta’ Odense li tinsab fir-reġjun tad-Danimarka tan-Nofsinhar, |
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG, |
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta’ applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat l-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG; |
2. |
Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; |
3. |
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi; |
4. |
Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha; |
5. |
Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta’ EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta’ ħsara għall-ilħuq tal-objettivi diversi tal-politika; |
6. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/025 DK/Odense Steel Shipyard mid-Danimarka)
(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/468/UE.)
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/209 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE - l-għargħar fl-islovenja, l-Kroazja u r-Repubblika Ċeka fl-2010
P7_TA(2011)0301
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0155 – C7-0081/2011 – 2011/2060(BUD))
2013/C 33 E/27
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0155 – C7-0081/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt laqgħa ta’ konċiljazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0238/2011), |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm skop li approprjazzjonijiet jiġu allokati mill-ġdid taħt l-intestatura li teħtieġ nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ dan meta tagħmel il-proposta meħtieġa; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) GU L 311, 14.11.2002, p. 3.
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà Ewropew, b’konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/535/UE.)
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/210 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
L-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2011: l-għargħar ta’ Settembru 2010 fl-Islovenja, fil-Kroazja u fir-Repubblika Ċeka
P7_TA(2011)0302
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (10522/2011 – C7-0137/2011 – 2011/2065(BUD))
2013/C 33 E/28
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, kif adottat definittivament fil-15 ta’ Diċembru 2010 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Marzu 2011 (COM(2011)0154), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2011, adottat mill-Kunsill fl-24 ta’ Mejju 2011 (10522/2011 – C7-0137/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 75b tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0233/2011), |
A. |
billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2011 għall-baġit ġenerali tal-2011 għandu l-għan li jimmobilizza l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (EUSF) għall-ammont ta’ EUR 19,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ ħlas wara x-xita qawwija li laqtet is-Slovenja, il-Kroazja u r-Repubblika Ċeka f'Awwissu u Settembru 2010, |
B. |
billi l-iskop ta’ dan l-Abbozz ta’ baġit emendatorju huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal formalment fil-baġit tal-2011, |
C. |
billi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet annessa mal-Baġit għas-sena finanzjarja 2011 ipprevediet it-tressiq ta’ baġit emendatorju "jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2011 jirriżultaw li ma humiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa", |
D. |
billi l-Kunsill iddeċieda li jirrialloka l-approprjazzjonijiet minn partiti tal-baġit biss abbażi ta’ rati baxxi tal-implimentazzjoni, bla ma jqis li l-implimentazzjoni ta’ linji tal-baġit ta’ kkompletar tirrikjedi miżuri ulterjuri rigward il-kontrolli u li l-Istati Membri mhux kollha ħadu miżuri adegwati biex jiffaċilitaw l-għeluq, |
E. |
billi r-riżerva negattiva stabbilita mill-Kunsill għall-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2011 hija biss prammatika, u ma tipprovdix soluzzjoni sostenibbli u finanzjarjament soda biex tindirizza l-kwistjoni ta’ ħtiġijiet mhux mistennija fl-approprjazzjonijiet ta’ ħlas, kif issottolinja l-Parlament (4), |
F. |
billi l-Kummissjoni għadha ma ressqitx soluzzjoni għall-ħolqien tar-riżerva negattiva, minkejja sew ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2011 kif ukoll it-talba tal-Kunsill lill-Kummissjoni biex tressaqha "mill-aktar fis possibbli", |
G. |
billi l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas deċiżi għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) x'aktarx li ma jkunux biżżejjed għall-ħtiġijiet tas-sena 2011 kollha, u għalhekk jinħtieġu tisħiħ; |
H. |
billi l-implimentazzjoni tal-ħlasijiet għal xi proġetti ewlenin fil-qasam tal-enerġija fl-2011 ġiet riveduta 'l isfel f'Ġunju 2011, l-aktar minħabba dewmien operattiv, u billi dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra; |
1. |
Jinnota l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2011; |
2. |
Iqis li r-riallokazzjonijiet adottati mill-Kunsill jikkontradixxu d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, li jqsiha ta’ valur u huwa kommess għaliha; |
3. |
Jiddeċiedi li jemenda l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 2/2011 kif jidher ħawn taħt, bl-għan li:
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emenda tal-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
TAQSIMA III — |
IL-KUMMISSJONI |
NEFQA – NEFQA
Ċifri
Titolu |
Intestatura |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
||
01 |
Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji |
524 283 196 |
341 387 137 |
|
|
524 283 196 |
341 387 137 |
|
40 01 40 |
40 929 |
40 929 |
|
|
40 929 |
40 929 |
|
|
524 324 125 |
341 428 066 |
|
|
524 324 125 |
341 428 066 |
02 |
Impriżi |
1 055 561 122 |
1 209 465 022 |
|
|
1 055 561 122 |
1 209 465 022 |
|
40 01 40 |
52 772 |
52 772 |
|
|
52 772 |
52 772 |
|
|
1 055 613 894 |
1 209 517 794 |
|
|
1 055 613 894 |
1 209 517 794 |
03 |
Kompetizzjoni |
93 403 671 |
93 403 671 |
|
|
93 403 671 |
93 403 671 |
|
40 01 40 |
56 917 |
56 917 |
|
|
56 917 |
56 917 |
|
|
93 460 588 |
93 460 588 |
|
|
93 460 588 |
93 460 588 |
04 |
Impjiegi u affarijiet soċjali |
11 398 325 662 |
9 163 443 236 |
|
50 000 000 |
11 398 325 662 |
9 213 443 236 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
44 335 |
44 335 |
|
|
44 335 |
44 335 |
|
|
11 398 369 997 |
9 163 487 571 |
|
|
11 398 369 997 |
9 213 487 571 |
05 |
Agrikoltura u żvilupp rurali |
57 292 184 763 |
55 269 004 060 |
|
|
57 292 184 763 |
55 269 004 060 |
|
40 01 40, 40 02 40 |
74 532 |
74 532 |
|
|
74 532 |
74 532 |
|
|
57 292 259 295 |
55 269 078 592 |
|
|
57 292 259 295 |
55 269 078 592 |
06 |
Mobilità u trasport |
1 546 683 351 |
1 141 803 775 |
|
|
1 546 683 351 |
1 141 803 775 |
|
40 01 40 |
25 609 |
25 609 |
|
|
25 609 |
25 609 |
|
|
1 546 708 960 |
1 141 829 384 |
|
|
1 546 708 960 |
1 141 829 384 |
07 |
Ambjent u azzjoni dwar il-klima |
470 550 540 |
390 290 122 |
|
|
470 550 540 |
390 290 122 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
44 853 |
44 853 |
|
|
44 853 |
44 853 |
|
|
470 595 393 |
390 334 975 |
|
|
470 595 393 |
390 334 975 |
08 |
Riċerka |
5 334 630 545 |
4 117 083 880 |
|
|
5 334 630 545 |
4 117 083 880 |
|
40 01 40 |
6 884 |
6 884 |
|
|
6 884 |
6 884 |
|
|
5 334 637 429 |
4 117 090 764 |
|
|
5 334 637 429 |
4 117 090 764 |
09 |
Soċjetà tal-informazzjoni u midja |
1 538 552 441 |
1 334 275 234 |
|
|
1 538 552 441 |
1 334 275 234 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
29 384 |
29 384 |
|
|
29 384 |
29 384 |
|
|
1 538 581 825 |
1 334 304 618 |
|
|
1 538 581 825 |
1 334 304 618 |
10 |
Riċerka diretta |
394 978 000 |
396 209 233 |
|
|
394 978 000 |
396 209 233 |
11 |
Affarijiet marittimi u sajd |
948 592 229 |
719 026 792 |
|
|
948 592 229 |
719 026 792 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
52 021 983 |
52 021 983 |
|
|
52 021 983 |
52 021 983 |
|
|
1 000 614 212 |
771 048 775 |
|
|
1 000 614 212 |
771 048 775 |
12 |
Suq intern |
94 868 629 |
93 358 064 |
|
|
94 868 629 |
93 358 064 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
35 305 |
35 305 |
|
|
35 305 |
35 305 |
|
|
94 903 934 |
93 393 369 |
|
|
94 903 934 |
93 393 369 |
13 |
Politika reġjonali |
40 565 228 265 |
33 499 601 033 |
19 546 647 |
19 546 647 |
40 584 774 912 |
33 519 147 680 |
|
40 01 40 |
43 816 |
43 816 |
|
|
43 816 |
43 816 |
|
|
40 565 272 081 |
33 499 644 849 |
|
|
40 584 818 728 |
33 519 191 496 |
14 |
Tassazzjoni u unjoni doganali |
142 229 539 |
114 783 765 |
|
|
142 229 539 |
114 783 765 |
|
40 01 40 |
32 492 |
32 492 |
|
|
32 492 |
32 492 |
|
|
142 262 031 |
114 816 257 |
|
|
142 262 031 |
114 816 257 |
15 |
Edukazzjoni u kultura |
2 428 691 266 |
1 996 401 080 |
|
|
2 428 691 266 |
1 996 401 080 |
|
40 01 40 |
38 857 |
38 857 |
|
|
38 857 |
38 857 |
|
|
2 428 730 123 |
1 996 439 937 |
|
|
2 428 730 123 |
1 996 439 937 |
16 |
Komunikazzjoni |
273 374 552 |
253 374 552 |
|
|
273 374 552 |
253 374 552 |
|
40 01 40 |
46 111 |
46 111 |
|
|
46 111 |
46 111 |
|
|
273 420 663 |
253 420 663 |
|
|
273 420 663 |
253 420 663 |
17 |
Saħħa u ħarsien tal-konsumatur |
692 021 626 |
596 046 062 |
|
|
692 021 626 |
596 046 062 |
|
40 01 40 |
57 583 |
57 583 |
|
|
57 583 |
57 583 |
|
|
692 079 209 |
596 103 645 |
|
|
692 079 209 |
596 103 645 |
18 |
Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja |
1 193 910 768 |
871 707 680 |
|
|
1 193 910 768 |
871 707 680 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
16 479 335 |
13 005 028 |
|
|
16 479 335 |
13 005 028 |
|
|
1 210 390 103 |
884 712 708 |
|
|
1 210 390 103 |
884 712 708 |
19 |
Relazzjonijiet esterni |
4 270 665 587 |
3 378 255 172 |
|
|
4 270 665 587 |
3 378 255 172 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
44 005 106 |
6 441 836 |
|
|
44 005 106 |
6 441 836 |
|
|
4 314 670 693 |
3 384 697 008 |
|
|
4 314 670 693 |
3 384 697 008 |
20 |
Kummerċ |
105 067 905 |
104 422 321 |
|
|
105 067 905 |
104 422 321 |
|
40 01 40 |
34 787 |
34 787 |
|
|
34 787 |
34 787 |
|
|
105 102 692 |
104 457 108 |
|
|
105 102 692 |
104 457 108 |
21 |
Żvilupp u relazzjonijiet mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) |
1 433 111 933 |
1 392 926 690 |
|
|
1 433 111 933 |
1 392 926 690 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
109 058 175 |
86 736 049 |
|
|
109 058 175 |
86 736 049 |
|
|
1 542 170 108 |
1 479 662 739 |
|
|
1 542 170 108 |
1 479 662 739 |
22 |
Tkabbir |
1 123 357 217 |
1 012 513 363 |
|
|
1 123 357 217 |
1 012 513 363 |
|
40 01 40 |
17 764 |
17 764 |
|
|
17 764 |
17 764 |
|
|
1 123 374 981 |
1 012 531 127 |
|
|
1 123 374 981 |
1 012 531 127 |
23 |
Għajnuna umanitarja |
878 195 432 |
838 516 019 |
|
|
878 195 432 |
838 516 019 |
|
40 01 40 |
14 878 |
14 878 |
|
|
14 878 |
14 878 |
|
|
878 210 310 |
838 530 897 |
|
|
878 210 310 |
838 530 897 |
24 |
Ġlieda kontra l-frodi |
81 749 000 |
74 805 171 |
|
|
81 749 000 |
74 805 171 |
25 |
Koordinazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni u pariri legali |
190 812 414 |
190 812 414 |
|
|
190 812 414 |
190 812 414 |
|
40 01 40 |
565 027 |
565 027 |
|
|
565 027 |
565 027 |
|
|
191 377 441 |
191 377 441 |
|
|
191 377 441 |
191 377 441 |
26 |
Amministrazzjoni tal-Kummissjoni |
1 018 708 135 |
1 017 153 328 |
|
|
1 018 708 135 |
1 017 153 328 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
78 381 |
78 381 |
|
|
78 381 |
78 381 |
|
|
1 018 786 516 |
1 017 231 709 |
|
|
1 018 786 516 |
1 017 231 709 |
27 |
Baġit |
69 440 094 |
69 440 094 |
|
|
69 440 094 |
69 440 094 |
|
40 01 40 |
30 939 |
30 939 |
|
|
30 939 |
30 939 |
|
|
69 471 033 |
69 471 033 |
|
|
69 471 033 |
69 471 033 |
28 |
Verifika |
11 399 202 |
11 399 202 |
|
|
11 399 202 |
11 399 202 |
|
40 01 40 |
7 105 |
7 105 |
|
|
7 105 |
7 105 |
|
|
11 406 307 |
11 406 307 |
|
|
11 406 307 |
11 406 307 |
29 |
Statistika |
145 143 085 |
124 373 319 |
|
|
145 143 085 |
124 373 319 |
|
40 01 40 |
47 443 |
47 443 |
|
|
47 443 |
47 443 |
|
|
145 190 528 |
124 420 762 |
|
|
145 190 528 |
124 420 762 |
30 |
Pensjonijiet u nefqa relatata |
1 278 009 000 |
1 278 009 000 |
|
|
1 278 009 000 |
1 278 009 000 |
31 |
Servizzi lingwistiċi |
392 908 762 |
392 908 762 |
|
|
392 908 762 |
392 908 762 |
|
40 01 40 |
236 399 |
236 399 |
|
|
236 399 |
236 399 |
|
|
393 145 161 |
393 145 161 |
|
|
393 145 161 |
393 145 161 |
32 |
Enerġija |
699 617 012 |
1 535 110 306 |
|
– 251 935 540 |
699 617 012 |
1 283 174 766 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
41 299 |
41 299 |
|
|
41 299 |
41 299 |
|
|
699 658 311 |
1 535 151 605 |
|
|
699 658 311 |
1 283 216 065 |
40 |
Riżervi |
977 129 000 |
77 520 404 |
|
182 388 893 |
977 129 000 |
259 909 297 |
|
Total |
138 440 114 943 |
122 938 920 666 |
19 546 647 |
|
138 459 661 590 |
122 938 920 666 |
|
40 01 40, 40 02 40, 40 02 41 |
223 269 000 |
159 909 297 |
|
|
223 269 000 |
159 909 297 |
|
|
138 663 383 943 |
123 098 829 963 |
|
|
138 682 930 590 |
123 098 829 963 |
TITOLU 04 — IMPJIEGI U AFFARIJIET SOĊJALI
Ċifri
Titolu Kapitolu |
Intestatura |
QF |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
|||
04 01 |
Nefqa amministrattiva tal-qasam ta’ politika ‧Impjiegi u affarijiet soċjali‧ |
|
95 925 690 |
95 925 690 |
|
|
95 925 690 |
95 925 690 |
|
40 01 40 |
|
44 335 |
44 335 |
|
|
44 335 |
44 335 |
|
|
|
95 970 025 |
95 970 025 |
|
|
95 970 025 |
95 970 025 |
04 02 |
Fond Soċjali Ewropew |
1 |
10 963 813 972 |
8 743 950 522 |
|
|
10 963 813 972 |
8 743 950 522 |
04 03 |
Ix-xogħol fl-Ewropa – Djalogu soċjali u mobilità |
1 |
79 130 000 |
64 266 181 |
|
|
79 130 000 |
64 266 181 |
04 04 |
Impjiegi, solidarjetà soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi |
|
157 056 000 |
151 704 616 |
|
|
157 056 000 |
151 704 616 |
04 05 |
Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) |
1 |
p.m. |
47 608 950 |
|
50 000 000 |
p.m. |
97 608 950 |
04 06 |
Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) – Riżorsi umani u żvilupp |
4 |
102 400 000 |
59 987 277 |
|
|
102 400 000 |
59 987 277 |
|
Titolu 04 — Total |
|
11 398 325 662 |
9 163 443 236 |
|
50 000 000 |
11 398 325 662 |
9 213 443 236 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
|
44 335 |
44 335 |
|
|
44 335 |
44 335 |
|
|
|
11 398 369 997 |
9 163 487 571 |
|
|
11 398 369 997 |
9 213 487 571 |
KAPITOLU 04 05 — FOND EWROPEW TA’ AĠĠUSTAMENT GĦALL-GLOBALIZZAZZJONI (FEG)
Ċifri
Titolu Kapitolu Artikolu Partita |
Intestatura |
QF |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
|||
04 05 |
Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) |
|
|
|
|
|
|
|
04 05 01 |
Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) |
1.1 |
p.m. |
47 608 950 |
|
50 000 000 |
p.m. |
97 608 950 |
|
Kapitolu 04 05 — Total |
|
p.m. |
47 608 950 |
|
50 000 000 |
p.m. |
97 608 950 |
Artikolu 04 05 01 — Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
Ċifri
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
p.m. |
47 608 950 |
|
50 000 000 |
p.m. |
97 608 950 |
Rimarki
Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), biex tippermetti lill-Unjoni tipprovdi l-appoġġ temporanju u mmirat għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg minħabba tibdil strutturali ewlieni fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni fejn dan it-telf ta’ impjiegi jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija reġjonali jew lokali. Għal applikazzjonijiet imressqa qabel il-31 ta’ Diċembru 2011, tista' tintuża wkoll biex tipprovdi appoġġ lil ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali.
L-ammont massimu ta’ nfiq mill-Fond għandu jkun ta’ EUR 500 000 000 fis-sena.
L-għan ta’ din ir-riżerva, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, huwa li tipprovdi appoġġ addizzjonali għal ħaddiema li jbatu minn konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fit-tendenzi kummerċjali tad-dinja u li tgħinhom bl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
L-azzjonijiet meħuda mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom ikunu komplementari għal dawk tal-Fond Soċjali Ewropew bla ma jinħolqu strutturi doppji.
Il-metodi tad-dħul tal-approprjazzjonijiet f'din ir-riżerva u għall-mobilizzazzjoni tal-Fond huma stipulati fil-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 u fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
Bażi legali
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).
Atti ta’ referenza
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).
TITOLU 13 — POLITIKA REĠJONALI
Ċifri
Titolu Kapitolu |
Intestatura |
QF |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
|||
13 01 |
Nefqa amministrattiva tal-qafas ta’ politika ‧Politika reġjonali‧ |
|
88 430 098 |
88 430 098 |
|
|
88 430 098 |
88 430 098 |
|
40 01 40 |
|
43 816 |
43 816 |
|
|
43 816 |
43 816 |
|
|
|
88 473 914 |
88 473 914 |
|
|
88 473 914 |
88 473 914 |
13 03 |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u operazzjonijiet reġjonali oħra |
1 |
28 742 233 077 |
25 165 081 196 |
|
|
28 742 233 077 |
25 165 081 196 |
13 04 |
Fond ta’ Koeżjoni |
1 |
11 073 646 193 |
7 625 295 593 |
|
|
11 073 646 193 |
7 625 295 593 |
13 05 |
Operazzjonijiet ta’ qabel l-adeżjoni marbuta mal-politiki strutturali |
|
478 530 004 |
438 405 253 |
|
|
478 530 004 |
438 405 253 |
13 06 |
Fond ta’ Solidarjetà |
|
182 388 893 |
182 388 893 |
19 546 647 |
19 546 647 |
201 935 540 |
201 935 540 |
|
Titolu 13 — Total |
|
40 565 228 265 |
33 499 601 033 |
19 546 647 |
19 546 647 |
40 584 774 912 |
33 519 147 680 |
|
40 01 40 |
|
43 816 |
43 816 |
|
|
43 816 |
43 816 |
|
|
|
40 565 272 081 |
33 499 644 849 |
|
|
40 584 818 728 |
33 519 191 496 |
KAPITOLU 13 06 — FOND TA’ SOLIDARJETÀ
Ċifri
Titolu Kapitolu Artikolu Partita |
Intestatura |
QF |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
|||
13 06 |
Fond ta’ Solidarjetà |
|
|
|
|
|
|
|
13 06 01 |
Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri |
3.2 |
178 562 910 |
178 562 910 |
18 371 576 |
18 371 576 |
196 934 486 |
196 934 486 |
13 06 02 |
Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni |
4 |
3 825 983 |
3 825 983 |
1 175 071 |
1 175 071 |
5 001 054 |
5 001 054 |
|
Kapitolu 13 06 — Total |
|
182 388 893 |
182 388 893 |
19 546 647 |
19 546 647 |
201 935 540 |
201 935 540 |
Artikolu 13 06 01 — Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea – Stati Membri
Ċifri
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
178 562 910 |
178 562 910 |
18 371 576 |
18 371 576 |
196 934 486 |
196 934 486 |
Rimarki
Dan l-artikolu huwa maħsub biex jirreġistra approprjazzjonijiet ġejjin mill-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ diżastri naturali fl-Istati Membri.
L-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet tiġi deċiża f'baġit emendatorju li jkollu bħala l-iskop ewlieni l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE.
Bażi legali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
Atti ta’ referenza
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, imressqa mill-Kummissjoni fis-6 ta’ April 2005, li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2005)0108 finali).
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).
Artikolu 13 06 02 — Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea – Pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni
Ċifri
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
3 825 983 |
3 825 983 |
1 175 071 |
1 175 071 |
5 001 054 |
5 001 054 |
Rimarki
Dan l-artikolu huwa maħsub biex jirreġistra approprjazzjonijiet ġejjin mill-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ diżastri naturali f'pajjiżi involuti f'negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni.
L-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet tiġi deċiża f'baġit ta’ emenda li jkollu bħala l-iskop ewlieni l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE.
Bażi legali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
Atti ta’ referenza
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, imressqa mill-Kummissjoni fis-6 ta’ April 2005, li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2005)0108 finali).
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).
TITOLU 32 — ENERĠIJA
Ċifri
Titolu Kapitolu |
Intestatura |
QF |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
|||
32 01 |
Nefqa amministrattiva tal-qafas ta’ politika ‧Enerġija‧ |
|
77 046 009 |
77 046 009 |
|
|
77 046 009 |
77 046 009 |
|
40 01 40 |
|
41 299 |
41 299 |
|
|
41 299 |
41 299 |
|
|
|
77 087 308 |
77 087 308 |
|
|
77 087 308 |
77 087 308 |
32 03 |
Netwerks trans-Ewropej |
1 |
24 150 000 |
20 471 848 |
|
|
24 150 000 |
20 471 848 |
32 04 |
Enerġija konvenzjonali u enerġija rinnovabbli |
|
125 688 003 |
1 080 982 371 |
|
– 251 935 540 |
125 688 003 |
829 046 831 |
32 05 |
Enerġija nukleari |
1 |
280 578 000 |
209 479 379 |
|
|
280 578 000 |
209 479 379 |
32 06 |
Riċerka dwar l-enerġija |
1 |
192 155 000 |
147 130 699 |
|
|
192 155 000 |
147 130 699 |
|
Titolu 32 — Total |
|
699 617 012 |
1 535 110 306 |
|
– 251 935 540 |
699 617 012 |
1 283 174 766 |
|
40 01 40, 40 02 41 |
|
41 299 |
41 299 |
|
|
41 299 |
41 299 |
|
|
|
699 658 311 |
1 535 151 605 |
|
|
699 658 311 |
1 283 216 065 |
KAPITOLU 32 04 — ENERĠIJA KONVENZJONALI U ENERĠIJA RINNOVABBLI
Ċifri
Titolu Kapitolu Artikolu Partita |
Intestatura |
QF |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
|||
32 04 |
Enerġija konvenzjonali u enerġija rinnovabbli |
|
|
|
|
|
|
|
32 04 01 |
Tlestija tal-Programm Enerġija Intelliġenti – Ewropa (2003 - 2006) |
1.1 |
— |
4 570 459 |
|
|
— |
4 570 459 |
32 04 02 |
Tlestija tal-Programm Enerġija Intelliġenti – Ewropa (2003 - 2006): kapitolu estern – Coopener |
4 |
— |
95 218 |
|
|
— |
95 218 |
32 04 03 |
Attivitajiet ta’ appoġġ għall-politika enerġetika Ewropea u għas-suq intern tal-enerġija |
1.1 |
3 000 000 |
3 332 626 |
|
|
3 000 000 |
3 332 626 |
32 04 04 |
Tlestija tal-programm qafas dwar l-Enerġija (1999 - 2002) – Enerġija konvenzjonali u enerġija rinnovabbli |
1.1 |
— |
p.m. |
|
|
— |
p.m. |
32 04 05 |
Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET) |
1.1 |
p.m. |
p.m. |
|
|
p.m. |
p.m. |
32 04 06 |
Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm ‧Enerġija Intelliġenti – Ewropa‧ |
1.1 |
114 499 000 |
39 039 339 |
|
|
114 499 000 |
39 039 339 |
32 04 07 |
Proġett pilota – Sigurtà tal-enerġija – Bijofjuwils |
1.1 |
p.m. |
1 500 000 |
|
|
p.m. |
1 500 000 |
32 04 08 |
Proġett pilota – Portplus – Pjan dwar enerġija sostenibbli għall-portijiet |
1.1 |
p.m. |
p.m. |
|
|
p.m. |
p.m. |
32 04 09 |
Azzjoni preparatorja – Fond ta’ investiment għall-enerġija rinnovabbli u l-bijoraffineriji mill-iskart u mir-residwi |
1.1 |
p.m. |
p.m. |
|
|
p.m. |
p.m. |
32 04 10 |
Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija |
|
|
|
|
|
|
|
32 04 10 01 |
Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija – Kontribuzzjoni għat-Titoli 1 u 2 |
1.1 |
4 017 000 |
4 017 000 |
|
|
4 017 000 |
4 017 000 |
32 04 10 02 |
Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija – Kontribuzzjoni għat-Titolu 3 |
1.1 |
983 000 |
983 000 |
|
|
983 000 |
983 000 |
|
Artikolu 32 04 10 – Subtotal |
|
5 000 000 |
5 000 000 |
|
|
5 000 000 |
5 000 000 |
32 04 11 |
Komunità tal-Enerġija |
4 |
2 939 003 |
2 798 457 |
|
|
2 939 003 |
2 798 457 |
32 04 12 |
Proġett pilota – Programm qafas Ewropew għall-iżvilupp u l-iskambju tal-esperjenza dwar l-iżvilupp sostenibbli urban |
1.1 |
p.m. |
300 000 |
|
|
p.m. |
300 000 |
32 04 13 |
Azzjoni preparatorja – Gżejjer Ewropej għal politika enerġetika komuni |
1.1 |
p.m. |
500 000 |
|
|
p.m. |
500 000 |
32 04 14 |
Proġetti tal-enerġija biex jiġi megħjun l-irkupru ekonomiku |
|
|
|
|
|
|
|
32 04 14 01 |
Proġetti tal-enerġija biex jiġi megħjun l-irkupru ekonomiku – Netwerks tal-enerġija |
1.1 |
p.m. |
732 955 589 |
|
– 251 935 540 |
p.m. |
481 020 049 |
32 04 14 02 |
Proġetti tal-enerġija biex jiġi megħjun l-irkupru ekonomiku - Qbid u Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju (CCS) |
1.1 |
p.m. |
247 566 539 |
|
|
p.m. |
247 566 539 |
32 04 14 03 |
Proġetti tal-enerġija biex jiġi megħjun l-irkupru ekonomiku – Sistema Ewropea ta’ netwerks tar-riħ offshore |
1.1 |
p.m. |
42 848 055 |
|
|
p.m. |
42 848 055 |
32 04 14 04 |
Proġetti tal-enerġija biex jiġi megħjun l-irkupru ekonomiku – Effiċjenza enerġetika u inizjattivi rigward l-enerġija rinnovabbli |
1.1 |
p.m. |
p.m. |
|
|
p.m. |
p.m. |
|
Artikolu 32 04 14 – Subtotal |
|
p.m. |
1 023 370 183 |
|
– 251 935 540 |
p.m. |
771 434 643 |
32 04 15 |
Proġetti pilota fil-qasam tal-irkupru tal-iskart u l-valorizzazzjoni tiegħu għal enerġija nadifa |
1.1 |
p.m. |
p.m. |
|
|
p.m. |
p.m. |
32 04 16 |
Sigurtà tal-istallazzjonijiet u l-infrastrutturi tal-enerġija |
1.1 |
250 000 |
476 089 |
|
|
250 000 |
476 089 |
|
Kapitolu 32 04 – Total |
|
125 688 003 |
1 080 982 371 |
|
– 251 935 540 |
125 688 003 |
829 046 831 |
Artikol 32 04 14 — Proġetti tal-enerġija biex jiġi megħjun l-irkupru ekonomiku
Partita 32 04 14 — Proġetti tal-enerġija biex jiġi megħjun l-irkupru ekonomiku – Netwerks tal-enerġija
Ċifri
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
p.m. |
732 955 589 |
|
– 251 935 540 |
p.m. |
481 020 049 |
Rimarki
Ex Partita 06 04 14 01
Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-proġetti tal-infrastruttura tal-gass u l-elettriku li għandhom l-ogħla valur miżjud min-naħa tal-Unjoni.
Għandha sservi sabiex tadatta u tiżviluppa n-netwerks tal-enerġija ta’ importanza partikolari għall-Unjoni li jappoġġjaw il-ħidma tas-suq intern tal-enerġija u, b'mod partikolari, sabiex iżżid il-kapaċità ta’ interkonnessjoni, is-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista u sabiex jingħelbu d-diffikultajiet ambjentali, tekniċi u finanzjarji. Huwa meħtieġ appoġġ tal-Unjoni speċjali biex jiġu żviluppati netwerks ta’ enerġija b'mod aktar intensiv u biex titħaffef il-kostruzzjoni tagħhom, l-aktar fejn id-diversità ta’ rotot u s-sorsi ta’ forniment huma baxxi.
Din l-approprjazzjoni għandha sservi wkoll biex tippromwovi l-konnessjoni u l-integrazzjoni ta’ riżorsi tal-enerġija rinnovabbli u biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali ma’ reġjuni żvantaġġjati u reġjuni gżejjer tal-Unjoni.
Hija intenzjonata biex tkopri l-finanzjament tat-tieni pass tal-pjan għall-irkupru ekonomiku kif miftiehem bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fit-2 ta’ April 2009. Il-finanzjament tagħha jiddependi minn ftehim mill-awtorità baġitarja u għandu jsir disponibbli kif previst fil-punti 21, 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, bla ħsara għall-pakketti finanzjarji tal-programmi ta’ kodeċiżjoni u l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew.
Jekk ir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru ekonomiku jidentifika riskji serji għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ prijorità, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda miżuri biex jibbilanċjaw dawk ir-riskji u fejn xieraq u konsistenti mal-pjan ta’ rkupru ekonomiku, għandha tagħmel proposti addizzjonali għal proġetti diġà msemmija fir-Regolament (KE) Nru 663/2009.
Bażi legali
Ir-Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 31).
TITOLU 40 — RIŻERVI
Ċifri
Titolu Kapitolu |
Intestatura |
QF |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
|||
40 01 |
Riżervi għal nefqa amministrattiva |
5 |
1 834 000 |
1 834 000 |
|
|
1 834 000 |
1 834 000 |
40 02 |
Riżervi għal interventi finanzjarji |
|
975 295 000 |
258 075 297 |
|
|
975 295 000 |
258 075 297 |
40 03 |
Riżerva negattiva |
|
p.m. |
– 182 388 893 |
|
182 388 893 |
p.m. |
p.m. |
|
Titolu 40 – Total |
|
977 129 000 |
77 520 404 |
|
182 388 893 |
977 129 000 |
259 909 297 |
KAPITOLU 40 03 — RIŻERVA NEGATTIVA
Ċifri
Titolu Kapitolu Artikolu Partita |
Intestatura |
QF |
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
|||
40 03 |
Riżerva negattiva |
|
|
|
|
|
|
|
40 03 01 |
Riżerva negattiva (Intestatura 3b: Ċittadinanza) |
3.2 |
p.m. |
– 178 562 910 |
|
178 562 910 |
p.m. |
p.m. |
40 03 02 |
Riżerva negattiva (Intestatura 4: L-UE bħala Attur Globali) |
4 |
p.m. |
–3 825 983 |
|
3 825 983 |
p.m. |
p.m. |
|
Kapitolu 40 03 – Total |
|
p.m. |
– 182 388 893 |
|
182 388 893 |
p.m. |
p.m. |
Artikolu 40 03 01 — Riżerva negattiva (Intestatura 3b: Ċittadinanza)
Ċifri
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
p.m. |
– 178 562 910 |
|
178 562 910 |
p.m. |
p.m. |
Rimarki
Artikolu ġdid
Dan l-artikolu huwa maħsub biex ikopri EUR 178 562 910 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imdaħħla taħt l-artikolu 13 06 01 – Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea – Stat Membri.
Il-prinċipju ta’ riżerva negattiva huwa previst fl-Artikolu 44 tar-Regolament Finanzjarju. Din ir-riżerva għandha tkun imħejjija qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Finanzjarju.
Bażi legali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
Artikolu 40 03 02 — Riżerva negattiva (Intestatura 4: L-UE bħala Attur Globali)
Ċifri
Baġit 2011 |
Pożizzjoni tal-Parlament Nru 2/2011 |
Ammont ġdid |
|||
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
Impenji |
Ħlasijiet |
p.m. |
–3 825 983 |
|
3 825 983 |
p.m. |
p.m. |
Rimarki
Artikolu ġdid
Dan l-artikolu huwa maħsub biex ikopri EUR 3 825 983 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imdaħħla taħt l-artikolu 13 06 02 – Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea – Pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni.
Il-prinċipju ta’ riżerva negattiva huwa previst fl-Artikolu 44 tar-Regolament Finanzjarju. Din ir-riżerva għandha tkun imħejjija qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Finanzjarju.
Bażi legali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0475.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-Abozz tal-baġit ta’ emenda Nru 1/2011 (Testi adottati, P7_TA(2011)0128).
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/227 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Impriża LM Glasfiber/Danimarka
P7_TA(2011)0303
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/022 DK/LM Glasfiber mid-Danimarka) (COM(2011)0258 – C7-0112/2011 – 2011/2092(BUD))
2013/C 33 E/29
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0258 – C7–0112/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1) (l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0235/2011), |
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol, |
B. |
billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, |
C. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG, |
D. |
billi d-Danimarka talbet għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 1 650 sensja (li 825 minnhom qegħdin fil-mira ta’ għajnuna) fl-intrapriża LM Glasfiber li topera fid-Diviżjoni 28, Reviżjoni 2 tan-NACE (manifattura ta’ makkinarju u tagħmir) fi tliet muniċipalitajiet li jinsabu fil-parti tan-Nofsinhar tad-Danimarka (Syddanmark), |
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG, |
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta’ applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG; |
2. |
Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; |
3. |
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi; |
4. |
Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha; |
5. |
Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta’ EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta’ ħsara għall-ilħuq tal-objettivi diversi tal-politika; |
6. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/022 DK/LM Glasfiber mid-Danimarka)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/469/UE.)
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/229 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja ***I
P7_TA(2011)0304
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja (COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – 2009/0089(COD))
2013/C 33 E/30
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0093), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 74, Artikolu 77(2)(a) u (b), Artikolu 78(2)(e), Artikolu 79(2)(c), Artikolu 82(1)(d), Artikolu 85(1), Artikolu 87(2)(a) u Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0046/2009), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-7 ta' Diċembru 2009 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0241/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsell annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 70, 19.3.2010, p. 13.
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2009)0089
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1077/2011.)
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
ANNESS GĦALL-ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu ċ-ċirkustanzi partikulari abbażi tal-arranġament speċifiku dwar is-sede u s-siti tal-Aġenziji kif ukoll il-fatt la ma tippreġudikax il-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri li jiltaqgħu fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fi Brussell fit-13 ta' Diċembru 2003 (1), partikolarment fir-rigward tal-prijorità li għandha tingħata lill-Istati Membri, li saru membri tal-UE fl-2004 u fl-2007, fid-distribuzzjoni tas-sedi jew l-aġenziji li għandhom jitwaqqfu fil-ġejjieni.
(1) Ara d-dokument 05381/2004, p. 27.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/230 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Il-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir *
P7_TA(2011)0305
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir (COM(2010)0749 – C7-0022/2011 – 2010/0359(CNS))
2013/C 33 E/31
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0749), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0022/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0199/2011), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/231 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2011: eċċess tas-sena baġitarja 2010
P7_TA(2011)0308
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11630/2011 – C7-0166/2011 – 2011/2075(BUD))
2013/C 33 E/32
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 310 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) ("ir-Regolament Finanzjarju"), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 37 u 38 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottat b'mod definittiv fil-15 ta' Diċembru 2010 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2011 (COM(2011)0219), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2011, li ġietstabbilita mill-Kunsill fis-16 ta' Ġunju 2011 (11630/2011 - C7-0166/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0254/2011), |
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2011 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit tal-2011 il-bilanċ favorevoli mis-sena finanzjarja 2010, li jammonta għal EUR 4 539 394 283, |
B. |
billi l-elementi prinċipali ta' dan il-bilanċ favorevoli huma eżitu pożittiv fuq in-naħa tal-introjtu ta' iktar minn EUR 1,8 biljun, sottoeżekuzzjoni ta' EUR 2,72 biljun fl-infiq u differenza pożittiva fir-rata tal-kambju li tammonta għal EUR 22,3 miljun, |
C. |
billi l-parti l-kbira tan-naħa tal-introjtu (EUR 1,28 biljun minn EUR 1,8 biljun) ġejja minn imgħax fuq ħlasijiet li saru tard u multi, |
D. |
billi d-differenza bejn il-baġit mogħti għall-2011 (EUR 122,96 biljun) u l-approprjazzjonijiet implimentati jew riportati (EUR 120,97 biljun) tirriżulta minn approprjazzjonijiet ikkanċellati (EUR 740 miljun), l-iktar minħabba n-nuqqas ta' adattament tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2010, |
E. |
billi l-ammont mhux minfuq ta' EUR 2,72 biljun ġejja mis-sottoeżekuzzjoni tal-programmi, mis-sottoeżekuzzjoni ta' riżervi mhux mobilizzati, mis-sottoeżekuzzjoni f'taqsimiet oħra tal-Baġit, u mis-sottoeżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2009 u mill-2010, |
1. |
Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2011 iddedikat biss għall-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli tal-2010, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju; |
2. |
Huwa konvint b'mod qawwi li l-parti tal-introjtu kkalkulata mill-imgħax fuq ħlasijiet li saru tard u multi m'għandhiex titqies bħala bilanċ favorevoli u għalhekk m'għandhiex titnaqqas mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri (riżorsi proprji abbażi tal-ING); |
3. |
Iqis, għall-kuntrarju, li dan l-introjtu, li ġej mill-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE, għandu jitqiegħed lura direttament fil-baġit tal-UE u jerġa' jiġi investit fih; huwa determinat li jippromwovi u jiddefendi dan il-prinċipju fin-negozjati li jmiss dwar il-baġits annwali u multiannwali; |
4. |
Japprova madankollu l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2011 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2011 ġie definittivament adottat u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali |
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0475.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/232 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
L-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi ***I
P7_TA(2011)0309
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2010)0791 – C7-0012/2011 – 2011/0001(COD))
2013/C 33 E/33
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0791), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0012/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-5 ta’ Mejju 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0201/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2011)0001
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 954/2011.)
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/233 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
P7_TA(2011)0310
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fil-5 ta’ Lulju 2011 għal proposta għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (COM(2010)0484 – C7-0265/2010 – 2010/0250(COD)) (1)
2013/C 33 E/34
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – l-ewwel qari)
[Emenda Nru 1 sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]
EMENDI TAL-PARLAMENT (2)
għall-proposta tal-Kummissjoni
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0223/2011).
(2) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
REGOLAMENT (UE) NRU …/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) |
Fuq it-talba tal-Kummissjoni, rapport ippubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġ jissaħħaħ biex jitnaqqas ir-riskju u s-severità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri u rrakkomanda riformi estensivi għall-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Ewropa, inkluż il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, oħra għas-settur tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u oħra għas-settur tat-titoli u s-swieq, u l-ħolqien ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(2) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009, “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, ipproponiet it-tisħiħ tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għas-servizzi finanzjarji. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta’ Lulju 2009, "L-iżgurar ta’ swieq tad-derivattivi effiċjenti, sikuri u sodi", il-Kummissjoni vvalutat ir-rwol tad-derivati fil-kriżi finanzjarja, u, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2009, "L-iżgurar ta’ swieq tad-derivati effiċjenti, sikuri u sodi: Azzjonijiet futuri ta’ politika", il-Kummissjoni ddeskriviet l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati mad-derivati. |
(3) |
Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għal tliet Regolamenti li jistabilixxu s-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, inkluż il-ħolqien ta’ tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għall-istabiliment ta’ standards u prattiki komuni regolatorji u superviżorji ta’ kwalità għolja, speċifikament l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ABE), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (AEAPX) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (AETS). Dawk l-awtoritajiet għandhom rwol kruċjali x'jiżvolġu fis-salvagwardja tal-istabilità tas-settur finanzjarju. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi żgurat b'mod kontinwu li l-iżvilupp ta’ ħidmithom ikun kwistjoni ta’ priorità politika għolja u li jkollhom ir-riżorsi adegwati. |
(4) |
Id-derivati barra l-Borża (OTC) huma nieqsa mit-trasparenza minħabba li dawn huma kuntratti nnegozjati privatament u kwalunkwe informazzjoni dwarhom normalment tkun disponibbli biss għall-partijiet kontraenti. Dawn joħolqu nisġa kumplessa ta’ interdipendenza li tagħmilha diffiċli li jiġu identifikati n-natura u l-livell tar-riskji involuti. Il-kriżi finanzjarja wriet li dawn il-karatteristiċi jżidu l-inċertezza fi żminijiet ta’ tensjoni fis-suq u għaldaqstant, huma ta’ riskju għall-istabilità finanzjarja. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-mitigazzjoni ta’ dawn ir-riskji u t-titjib tat-trasparenza tal-kuntratti tad-derivati. |
(5) |
Fis-samit tas-26 ta’ Settembru 2009 f’Pittsburgh, il-Mexxejja tal-G20 qablu li l-kuntratti tad-derivati OTC standardizzati kollha għandhom jiġu kklerjati permezz ta’ kontropartijiet ċentrali (CCP) sal-aħħar tal-2012 u li l-kuntratti tad-derivati OTC għandhom jiġu rapportati lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet. F’Ġunju 2010, il-Mexxejja tal-G20 f'Toronto rriaffermaw l-impenn tagħhom u ntrabtu wkoll li jaċċelleraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri qawwija biex tittejjeb it-trasparenza u s-sorveljanza regolatorja tad-derivati OTC b'mod konsistenti internazzjonalment u nondiskriminatorju , bil-ħsieb li jittejjeb is-suq tad-derivati OTC u tinħoloq għodda aktar qawwija biex id-ditti jitqiesu responsabbli għar-riskji li jieħdu. Il-Kummissjoni ser tfittex tiżgura li dawn l-impenji jiġi implimentati bl-istess mod mis-sieħba internazzjonali tal-Unjoni. |
(6) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2009, qabel li kien hemm bżonn ta’ titjib sostanzjali fil-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-kontrapartijiet u li kien importanti li jittejbu t-trasparenza, l-effiċjenza u l-integrità għal tranżazzjonijiet ta’ derivati. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar "Swieq tad-derivati: azzjonijiet futuri ta’ politika" appellat għall-ikklerjar u rapportar obbligatorju tad-derivati OTC. |
(7) |
L-AETS għandha taġixxi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament billi tissalvagwardja l-istabilità tas-swieq finanzjarji f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u s-soluzzjoni ta’ tilwim bejniethom. Hija inkarigata wkoll bl-iżvilupp ta’ standards tekniċi regolatorji vinkolanti u għandha rwol ċentrali fl-awtorizzazzjoni u l-monitoraġġ tas-CCPs u tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. |
(8) |
Regoli uniformi huma meħtieġa għall-kuntratti tad-derivati stabbiliti fl-Anness I, it-Taqsima C, in-numri (4) sa (10) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (6). |
(8a) |
Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Frar 2011, "Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima", identifikat il-finanzjalizzazzjoni miżjuda tas-swieq internazzjonali tal-materja prima bħala sfida strateġika għall-ekonomiji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tenniet il-ħtieġa għal aktar trasparenza fil-kummerċ tal-materja prima, kif ukoll l-effett potenzjali pożittiv tal-limiti ta’ pożizzjonijiet fil-kummerċ tad-derivati fil-prodotti bażiċi. Bil-ħsieb li jkun hemm tnaqqis effettiv tal-volum ta’ kummerċ fis-swieq tal-materja prima, volum li hu għoli b'mod li jagħmel ħsara, il-Kummissjoni, b'mod partikulari, għandha tivvaluta l-effetti jekk l-ammissjoni għall-kummerċ fil-Boroż tal-materja prima titrażżan għal negozjanti fiżiċi biss, bl-esklużjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Fir-rieżamijiet li daqt se jsiru tad-Direttiva 2004/39/KE u d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (7), il-Kummissjoni, b'mod partikulari, għandha tindirizza l-problema tal-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq alimentari u agrikoli u tipprevedi r-rekwiżiti xierqa għall-prevenzjoni tar-riskji sistemiċi u l-prattiki manipulattivi, inklużi r-rekwiżiti ta’ marġni, il-limiti tal-pożizzjonijiet u r-restituzzjoni punittiva tal-qligħ. |
(9) |
L-inċentivi għall-promozzjoni tal-użu tas-CCPs ma rriżultawx li kienu biżżejjed biex jiżguraw li d-derivati OTC standardizzati jiġu fil-fatt ikklerjati. Għaldaqstant hemm bżonn ta’ rekwiżiti mandatorji għall-ikklerjar mis-CCP għal dawk id-derivati OTC li jistgħu jiġu kklerjati. |
(10) |
Huwa probabbli li l-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu ostakli għall-funzjonament mingħajr intoppi tas-suq intern u li jkunu ta’ detriment għall-parteċipanti fis-suq u l-istabilità finanzjarja. Applikazzjoni uniformi tal-obbligu tal-ikklerjar fl-Unjoni hija neċessarja wkoll sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti fis-suq. |
(11) |
L-iżgurar li l-obbligu tal-ikklerjar inaqqas ir-riskju sistemiku jirrikjedi proċess ta’ identifikazzjoni tal-klassijiet eliġibbli tad-derivati li għandhom ikunu soġġetti għal dak l-obbligu. Dak il-proċess għandu jqis li mhux id-derivati OTC kollha kklerjati minn CCP jistgħu jitqiesu idonji għall-ikklerjar mandatorju mis-CCP. |
(12) |
Dan ir-Regolament jistipula l-kriterji għad-determinazzjoni tal-eliġibilità għall-obbligu tal-ikklerjar. Fid-dawl tar-rwol kruċjali tagħha, l-AETS għandha tiddeċiedi , wara li tikkonsulta mal-Kummissjoni u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) (8), jekk klassi tad-derivati tissodisfax il-kriterji tal-eliġibilità , jekk għandux jiġi applikat l-obbligu ta’ kklerjar u minn meta l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv , inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe standards ta’ implimentazzjoni għal introduzzjoni gradwali. Implimentazzjoni gradwali tal-obbligu ta’ kklerjar tista’ sseħħ jew f’termini ta’ proporzjon tal-klassijiet eliġibbli li għandhom jiġu kklerjati, jew f’dak li għandu x'jaqsam mat-tipi ta’ parteċipanti tas-suq li għandhom ikunu konformi mal-obbligu ta’ kklerjar. Ikklerjar bilaterali għandu jibqa’ permess ukoll f’dawk il-każijiet fejn ċerti kategoriji ta’ derivati fi ħdan klassi ta’ derivati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-ikklerjar, bħalma jista’ jkun il-każ tal-bonds koperti. |
(12a) |
Meta tkun qed tistabbilixxi jekk klassi ta’ derivati hix se tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ kklerjar, l-AETS għandha timmira lejn tnaqqis fir-riskju sistemiku u evitar ta’ riperkussjonijiet sistemiċi. Dan jinkludi l-ikkunsidrar, fil-valutazzjoni, ta’ fatturi bħad-data futura minn meta jieħu effett l-obbligu ta’ kklerjar, l-interkonnettività tal-klassi rilevanti tad-derivat fis-suq, il-livell ta’ standardizzazzjoni kuntrattwali u ekonomika tal-kuntratti, l-effett fuq ir-rendiment u l-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE fis-swieq globali, il-kapaċità operattiva u l-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskji tas-CCPs biex jittrattaw il-volum u l-obbligi ta’ din id-direttiva, il-grad ta’ riskju tas-saldu u riskju ta’ kreditu tal-kontropartijiet u l-impatt tal-ispiża fuq l-ekonomija reali u l-investiment b'mod partikulari. |
(12b) |
Il-karatteristiċi tas-suq tal-kambju ta’ flus barranin (il-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet, valuti akkoppjati, l-importanza tat-tranżazzjonijiet tal-pajjiżi terzi, ir-riskju tas-saldu indirizzat permezz ta’ mekkaniżmu robust eżistenti) jirrikjedu reġim xieraq li jiddependi b’mod partikolari fuq il-konverġenza internazzjonali preliminari u r-rikonoxximent reċiproku tal-infrastruttura rilevanti. |
(12c) |
Fl-abbozzar tal-atti delegati u tal-istandards implimentattivi tekniċi, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet ta’ tfaddil fit-tul biex jiġu pprovduti prodotti ta’ tfaddil fit-tul għall-konsumaturi. Għal dan il-għan, ir-Regolament m’għandux jirriżulta fi spejjeż eċċessivi għall-istituzzjonijiet ta’ tfaddil fit-tul. Waħda mill-għodod li permezz tagħha jista' jinkiseb dan l-objettiv hi l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
(12d) |
Għandu jkun permess li l-istituzzjonijiet ta’ tfaddil fit-tul jirrikorru għal bonds governattivi u korporattivi ta’ kwalità għolja bħala alternattiva għall-flus kontanti biex ikopru l-marġinijiet inizjali u ta’ varjazzjoni. |
(13) |
Biex jiġi kklerjat kuntratt tad-derivati OTC, hemm bżonn li jkun hemm il-kunsens taż-żewġ partijiet f’dak il-kuntratt. Għaldaqstant, l-eżenzjonijiet għall-obbligu tal-ikklerjar għandhom jitfasslu b'mod strett għax inaqqsu l-effikaċja tal-obbligu u l-benefiċċji tal-ikklerjar mis-CCP u jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju bejn il-gruppi tal-parteċipanti fis-suq. Madankollu, il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiżgura li l-arranġamenti ta’ kklerjar mandatorju jħarsu wkoll lill-investituri. |
(13a) |
Ġeneralment, l-obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għat-tranżazzjonijiet futuri, biex b'hekk ikun possibbli li t-tranżazzjoni ssir bla intoppi u biex tissaħħaħ l-istabilità tas-sistema mingħajr ma titnaqqas il-ħtieġa għal aġġustamenti sussegwenti. F'dak ir-rigward, l-obbligi ta’ kklerjar u rappurtar għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti. Waqt li hu diffiċli li obbligu għal ikklerjar retrospettiv ikun fattibbli b'bażijiet legali, minħabba l-ħtieġa għal postkollateralizzazzjoni, dak li jkun ma jistax jgħid l-istess ħaġa dwar obbligu ta’ rappurtar retrospettiv. F'dan il-każ, abbażi tar-riżultati ta’ studju tal-impatt, u bl-użu ta’ regoli mfassla speċifikament għall-klassijiet tad-derivati, ir-rekwiżiti tekniċi u l-perjodi li jkun fadal għall-maturità, jista' jiġi stabbilit obbligu ta’ rappurtar retrospettiv. |
(14) |
Id-derivati OTC li mhumiex meqjusa idonji għall-ikklerjar mis-CCP xorta waħda jinvolvu riskju ta’ kreditu tal-kontraparti, u għalhekk għandhom jiġu stabiliti regoli għall-immaniġjar ta’ dak ir-riskju. Dawk ir-regoli għandhom ikunu applikabbli biss għall-parteċipanti fis-suq li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. |
(14a) |
Huwa importanti li t-trattament, li hemm bżonn li jkun differenti, tal-kontropartijiet mhux finanzjarji jkun jestendi minn dan ir-Regolament sad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (9) u d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (10). Il-kontropartijiet li għalihom mhux mandatorju li jikklerjaw b’mod ċentrali m’għandhomx jaffaċċjaw ħlasijiet tal-kapital ogħla fuq arranġamenti bilaterali li jibqgħu mhux mibdula. |
(14b) |
Il-ħlas f’kapital regolatorju għall-kontropartijiet finanzjarji li jittrattaw il-kuntratti tad-derivati OTC ikkumpensati b’mod bilaterali u mhux bi clearing house ċentrali għandu jkun jista’ jiġi kkalkulat skont il-livelli ta’ telf potenzjali assoċjati mar-riskju ta’ inadempjenza, skont kif jitkejjel għal kull kontroparti. |
(15) |
Ir-regoli dwar l-obbligi tal-ikklerjar u r-rapportar u r-regoli dwar it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għall-kuntratti tad-derivati OTC li ma jiġux ikklerjati minn CCP għandhom japplikaw għall-kontropartijiet finanzjarji, jiġifieri d-ditti ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2004/39/KE, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE, l-impriżi tal-assigurazzjoni awtorizzati skont id-Direttiva 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (11), l-impriżi tal-assigurazzjoni awtorizzati skont id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (12), l-impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati skont id-Direttiva 2005/68/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (13), l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (14), u fondi ta’ investiment alternattiv immaniġġjati minn maniġers ta’ fond ta’ investiment alternattiv awtorizzat jew reġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta” Fondi ta“ Investiment Alternattiv (15). |
(15a) |
L-attivitajiet tal-UCITS li jwettqu biss tranżazzjonijiet ta’ derivati b'volum baxx għandhom għalhekk jiġu indirizzati sabiex tiġi stabbilita l-bażi preċiża skont liema għandhom jiġu kklassifikati bħala kontropartijiet finanzjarji skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. F'dak ir-rigward, għandhom jittieħdu passi għall-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u t-tnaqqis tal-possibilità ta’ abbuż. Għal dik ir-raġuni, il-limitu minimu għall-ikklerjar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji m'għandux jiġi applikat awtomatikament għall-UCITS. Minflok, għandha tiġi kkunsidrata u introdotta deroga b'definizzjoni stretta. |
(15b) |
Il-UCITS għandhom ikunu fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament, peress li l-politiki ta’ investiment diversifikat tal-UCITS jinkludu wkoll tranżazzjonijiet f’kuntratti derivati. F'dawn l-aħħar snin, il-UCITS kibru b’mod konsiderevoli u jirrappreżentaw madwar 50 % tal-PGD tal-Unjoni, filwaqt li għandhom ukoll importanza sistemika globali meta titqies il-kapaċità ta’ investiment sinifikattiva tagħhom. |
(15c) |
Il-fondi ta’ pensjonijiet kif iddefiniti mid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (16) bi profil ta’ riskju li ma jfittix ir-riskju u li jużaw derivati biex jiħħeġġjaw ir-riskji tar-responsabilitajiet pensjonistiċi tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tar-rapportar u għat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP kif stabbilit f’dan ir-Regolament. Dawn il-pensjonijiet madankollu m'għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar sabiex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati għall-pensjonati. |
(16) |
Fejn xieraq, ir-regoli appliklabbli għall-kontropartijiet finanzjarji għandhom japplikaw ukoll għall-kontropartijiet mhux finanzjarji. Huwa rikonoxxut li l-kontropartijiet mhux finanzjarji jużaw il-kuntratti OTC sabiex ikopru lilhom infushom kontra r-riskji kummerċjali direttament marbuta mal-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Konsegwentement, fid-determinazzjoni ta’ jekk kontraparti mhux finanzjarja għandhiex tkun soġġetta għall-obbligi tal-ikklerjar, il-kunsiderazzjoni għandha tingħata għall-fini li għaliha l-kontraparti mhux finanzjarja tuża derivati OTC u għad-daqs tal-iskoperturi li jkollha f’dawk l-istrumenti. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jispjegaw l-użu tad-derivati permezz tar-rapport annwali tagħhom jew mezz ieħor xieraq. Meta tistabilixxi livell minimu għall-obbligu tal-ikklerjar, l-AETS għandha tikkonsulta l-awtoritajiet rilevanti kollha, bħal pereżempju r-regolaturi responsabbli għas-swieq tal-komoditajiet, u l-kontropartijiet mhux finanzjarji, sabiex jiġi żgurat li jitqiesu bis-sħiħ il-partikolaritajiet ta’ dawn is-setturi. Barra minn hekk, sal-31 ta’ Diċembru 2013. il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza sistemika tat-tranżazzjonijiet tad-ditti mhux finanzjarji fid-derivati OTC f’setturi differenti, inkluż fis-settur tal-enerġija. Jekk sett komparabbli ta’ regoli tal-UE mfassla għas-setturi individwali jidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha immedjatament tikkunsidra jekk is-settur għandux jitneħħa mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament u għandhomx jitressqu proposti leġiżlattivi xierqa. |
(16a) |
Il-limitu minimu għall-ikklerjar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji hu ċifra importanti ħafna għall-parteċipanti fis-suq. Kemm il-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi għandhom jiġu vvalutati u mogħtija peżatura xierqa meta jiġi stabbilit il-limitu minimu għall-ikklerjar. F'dan ir-rigward għandhom isiru l-isforzi xierqa biex il-kuntratti OTC jiġu standardizzati sa punt konsiderevoli u biex tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-mitigazzjoni tar-riskji għall-kontropartijiet mhux finanzjarji fil-kuntest tal-attivitajiet kummerċjali normali tagħhom. L-introduzzjoni ta’ limiti minimi abbażi tar-relevanza tal-impriża għas-suq kollu kemm hu jew għal settur tas-suq OTC tista' tiġi ssupplimentata mill-użu tal-proporzjonijiet tar-riskji operattivi. |
(16b) |
Bl-intenzjoni li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jiġu eżentati mill-obbligu ta’ kklerjar, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll limiti minimi għall-ikklerjar tal-OTCs li jkunu speċifiċi għas-settur, abbażi tal-volum totali ta’ kuntratti konklużi minn impriża. Barra minn hekk, l-AETS għandha teżamina jekk tistax tiġi introdotta regola de minimis għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fir-rigward tal-obbligu ta’ rappurtar. |
(16c) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-użu meħtieġ u xieraq tad-derivati OTC minn kontropartijiet mhux finanzjarji biex jiħħeġġjaw ir-riskji tas-suq li jirriżultaw minn operazzjonijiet kummerċjali ma jiddgħajjifx, fir-rigward tal-ipprezzar jew id-disponibilità, minn proposti leġiżlattivi futuri. |
(17) |
Kuntratt li persuna tidħol fih permezz ta’ fond, kemm jekk immaniġjat minn maniġer ta’ fond jew le, għandu jitqies fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
(18) |
Il-banek ċentrali u korpi nazzjonali oħra li jwettqu funzjonijiet simili, korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-immaniġjar tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fih, u banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fit-Taqsima 4.2 tal-Parti 1 tal-Anness VI tad-Direttiva 2006/48/KE , il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali u wħud mill-entitajiet tas-settur pubbliku definiti fl-Artikolu 4(18) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi evitat il-limitazzjoni tas-setgħat tagħhom li jintervjenu biex jistabilizzaw is-suq, jekk u meta jkun meħtieġ. Għandha tiġi kkunsidrata minn qabel il-kwistjoni jekk ikunx wirja ta’ responsabilità l-għoti ta’ deroga mill-ikklerjar għall-entitajiet tas-settur pubbliku fit-tifsira tal-Artikolu 4(18) tad-Direttiva 2006/48/KE li l-gvernijiet ċentrali huma sidhom u li huma koperti minn arranġament ta’ garanzija espliċità li jkun daħal fih dak il-gvern ċentrali li jkun ekwivalent għal assunzjoni ta’ responsabilità. |
(19) |
Billi mhux il-parteċipanti kollha fis-suq li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar ikunu kapaċi jsiru membri tal-ikklerjar tas-CCP ( jew klijenti ta’ membri tal-ikklerjar ), huma għandu jkollhom il-possibilità ta’ aċċess għas-CCPs bħala klijenti jew permezz ta’ ditti ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma klijenti huma stess . |
(20) |
L-introduzzjoni ta’ obbligu tal-ikklerjar flimkien ma’ proċess li jistabilixxi liema CCPs jistgħu jintużaw għall-fini ta’ dan l-obbligu tista’ twassal għal distorsjonijiet bla ħsieb għall-kompetizzjoni fis-suq tad-derivati OTC. Pereżempju, CCP tista’ tirrifjuta li tikklerja tranżazzjonijiet eżegwiti f’ċerti postijiet tan-negozjar għaliex is-CCP tkun proprjetà ta’ post tan-negozjar kompetitur. Biex jiġu evitati prattiki diskriminatorji bħal dawn, is-CCPs għandhom jaċċettaw li jikklerjaw it-tranżazzjonijiet imwettqa f’postijiet differenti, safejn dawn tal-aħħar jikkonformaw mar-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi stabiliti mis-CCP , mingħajr referenza għad-dokumenti kuntrattwali li abbażi tagħhom il-partijiet ikunu kkonkludew it-tranżazzjoni tad-derivati OTC relevanti, sakemm id-dokumenti jkunu konsistenti mal-istandards tas-suq. Ġeneralment, il-Kummissjoni għandha tkompli timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tas-suq tad-derivati OTC u għandha, fejn neċessarju, tintervjeni sabiex tipprevjeni li tali distorsjonijiet għall-kompetizzjoni jokkorru fis-Suq Intern. |
(21) |
Sabiex jiġu identifikati l-klassijiet rilevanti ta’ derivati OTC li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-limiti minimi u l-kontropartijiet mhux finanzjarji rilevanti sistemikament, jeħtieġ dejta affidabbli. Għalhekk, għall-finijiet regolatorji, huwa importanti li jiġi stabilit rekwiżit tar-rapportar uniformi tad-dejta dwar id-derivati OTC fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, obbligu ta’ rapportar retrospettiv hu meħtieġ bl-aktar mod estensiv possibbli, kemm għall-kontropartijiet finanzjarji u kemm għal dawk mhux finanzjarji li jaqbżu l-limitu minimu, sabiex l-AETS tiġi pprovduta b’dejta komparattiva. Jekk tali rapportar retrospettiv ma jkunx vijabbli għal kwalunkwe klassi tad-derivati OTC, għandha tingħata ġustifikazzjoni xierqa lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet rispettiv. |
(22) |
Huwa importanti li l-parteċipanti fis-suq jirrapportaw lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet id-dettalji kollha dwar il-kuntratti tad-derivati OTC li jidħlu fihom. Konsegwentement, l-informazzjoni dwar ir-riskji inerenti fis-swieq tad-derivati OTC ser tkun ċentralment maħżuna u faċilment aċċessibbli mill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti u l-banek ċentrali rilevanti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jikkunsidraw l-estensjoni tal-applikabilità tal-obbligu tar-rapportar biex jinkludi d-derivati integrati. |
(22a) |
L-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif iddefinit fl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE jew arranġamenti li joffru livell simili ta’ mitigazzjoni tar-riskji u rikonoxxuti taħt il-liġi nazzjonali għall-iskop tal-provvista ta’ rtirar bl-użu ta’ kuntratti derivati li jistgħu jitkejlu b'mod oġġettiv li qed inaqqsu r-riskji direttament relatati mas-solvenza tal-istituzzjoni li topera skema tal-pensjonijiet għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet għall-kollateralizzazzjoni bilaterali kif stipulati f'dan ir-Regolament li għandu jiġi rieżaminat fl-2014. |
(23) |
Sabiex tkun possibbli li tinkiseb idea komprensiva dwar is-suq u li jiġi vvalutat ir-riskju sistemiku , għandhom jiġu rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet kemm il-kuntratti klerjati kif ukoll dawk mhux klerjati. |
(23a) |
L-AETS, l-AEAPX u l-ABE għandhom jiġu pprovduti b’riżorsi adegwati sabiex iwettqu b’mod effikaċi l-kompiti li jiġu assenjati lilhom b’dan ir-Regolament. |
(24) |
L-obbligu li jiġu rrappurtati kwalunkwe emenda jew terminazzjoni tal-kuntratt, għandu japplika għall-kontropartijiet oriġinali f’dak il-kuntratt u għal kwalunkwe entità oħra li tirrapporta f’isem il-kontropartijiet oriġinali. Kontraparti jew l-impjegati tagħha li tirrapporta d-dettalji sħaħ ta’ kuntratt lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’isem kontraparti oħra, skont dan ir-Regolament, ma għandhiex tikser xi restrizzjoni tal-iżvelar. |
(25) |
Għandu jkun hemm sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward tal-obbligi tal-ikklerjar u r-rapportar. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw dawk is-sanzjonijiet b’mod li ma jnaqqasx l-effikaċja ta’ dawk ir-regoli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet imposti jiġu żvelati pubblikament u li rapporti ta’ valutazzjoni dwar l-effikaċja tar-regoli eżistenti jiġu pubblikati f'intervalli regolari. |
(26) |
L-awtorizzazzjoni ta’ CCP għandha tkun soġġetta għal ammont minimu ta’ kapital inizjali. Kapital, flimkien mal-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ CCP, għandhom ikunu proporzjonati għad-daqs u l-attività tas-CCP f’kull ħin sabiex jiżguraw li din tkun kapitalizzata adegwatement kontra riskji operazzjonali jew residwi u li tkun kapaċi li twettaq stralċ ordinat jew ristrutturar tal-operazzjonijiet tagħha jekk dan ikun meħtieġ. |
(27) |
Peress li dan ir-Regolament jintroduċi obbligu legali għall-ikklerjar permezz ta’ CCPs speċifiċi għal skopijiet regolatorji, hu essenzjali li jiġi żgurat li dawk is-CCPs ikunu siguri u sodi u jikkonformaw f’kull waqt mar-rekwiżiti organizzazzjonali, tal-kondotta tal-operazzjonijiet u prudenzjali stretti stabiliti b’dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għall-ikklerjar tal-istrumenti finanzjarji kollha li jittrattaw is-CCPs. |
(27a) |
L-awtorità kompetenti rilevanti stess għandha tara li CCP tħalli biżżejjed riżorsi finanzjarji disponibbli (li għandhom jinkludu kontribut minimu ta’ fondi proprji tas-CCP), f’konformità mal-linji gwida maħruġa mill-AETS. |
(28) |
Għalhekk hu neċessarju, għal finijiet regolatorji u ta’ armonizzazzjoni, li jiġi żgurat li l-kontropartijiet finanzjarji jużaw biss CCPs li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. |
(29) |
Regoli diretti dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs huma korollarju essenzjali għall-obbligu tal-ikklerjar tad-derivati OTC. Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jżommu r-responsabilità għall-aspetti kollha tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs, inkluż ir-responsabilità għall-verifika li s-CCP applikanta tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli [il-finalità tas-saldu fis-sistemi tas-saldu b’pagament u titoli] (17), fid-dawl tal-fatt li dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jibqgħu fl-aqwa pożizzjoni biex jeżaminaw kif joperaw is-CCPs fuq bażi ta’ kuljum, biex iwettqu eżamijiet regolari mill-ġdid u jieħdu l-azzjoni xierqa, fejn ikun meħtieġ. |
(30) |
Meta CCP tissogra insolvenza, ir-responsabilità fiskali tista’ tkun predominanti tal-Istat Membru fejn hi stabbilita. Għaldaqstant l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ dik is-CCP għandha l-ewwel tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti rilevanti ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, billi l-membri tal-ikklerjar tas-CCP jistgħu jkunu stabiliti fi Stati Membri differenti u se jkunu l-ewwel li jiġu milquta mill-inadempjenza tas-CCP, huwa imperattiv li l-AETS għandha tkun involuta fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni. Dan għandu jevita miżuri jew prattiki nazzjonali diverġenti u ostakli fis-suq intern. L-AETS għandha tinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra fl-Istati Membri kkonċernati bil-ħidma tat-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet. |
(31) |
Hu meħtieġ li jiġu rinfurzati d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u t-tisħiħ tal-obbligi tal-assistenza u l-kooperazzjoni bejniethom. ▐ Għall-iskambju tal-informazzjoni, jeħtieġ segretezza professjonali stretta. Huwa essenzjali, minħabba l-impatt wiesa’ tal-kuntratti tad-derivati OTC, li awtoritajiet regolatorji oħra ▐ jkollhom aċċess għall-informazzjoni neċessarja biex jaqdu dmirijiethom. |
(31a) |
Xejn f’dan ir-Regolament m’għandu jipprova jillimita, jew jimpedixxi CCP f’ġuriżdizzjoni waħda milli tikklerja prodott denominat fil-munita ta’ Stat Membru ieħor tal-UE jew fil-munita ta’ pajjiż terz, jew jeħtieġ li CCP ikollha linċenzja bankarja sabiex ikollha aċċess għal likwidità ta’ kuljum tal-bank ċentrali. |
(32) |
Fid-dawl tan-natura globali tas-swieq finanzjarji, hemm bżonn ta’ ftehimiet mas - CCPs stabiliti f’pajjiżi terzi dwar il-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar fl-Unjoni ▐. It-tali ftehimiet għandhom ikopru l-awtorizzazzjoni mill-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn is-CCP ikkonċernat jkun bi ħsiebu jipprovdi servizzi ta’ kklerjar ta’ awtorizzazzjoni ta’ CCP stabbilit f'pajjiż terz jew l-għoti mill-Kummissjoni ta’ eżenzjoni mill-kundizzjonijiet u l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, sakemm il-Kummissjoni tkun irrikonoxxiet il-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz bħala ekwivalenti għall-qafas tal-Unjoni u li l-kondizzjonijiet relevanti jkunu ssodisfati. F’dan il-kuntest, ftehimiet mas-sħab internazzjonali ewlenin tal-Unjoni ser ikunu ta’ importanza partikoari sabiex jiġi żgurat kuntest ekwu globali u tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja. |
(32a) |
Fis-16 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-ħtieġa li l-Unjoni tippromwovi l-interess u l-valuri tagħha b'mod aktar assertiv u fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju reċiproku fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tieħu passi biex, fost oħrajn, tiżgura aċċess akbar għas-suq għal negozji Ewropej u tapprofondixxi l-kooperazzjoni regolatorja mas-sħab kummerċjali prinċipali. |
(33) |
CCP għandu jkollha arranġamenti ta’ governanza robusti, diriġenza għolja ta’ reputazzjoni tajba u membri indipendenti fuq il-bord tagħha, irrispettivament mill-istruttura tas-sjieda tagħha. Mill-inqas terz, u mhux inqas minn żewġ membri tal-bord għandhom ikunu membri indipendenti. Dawn il-membri indipendenti ma jistgħux jaġixxu bħala membri indipendenti f’aktar minn CCP waħda oħra. Ir-remunerazzjoni tagħhom m’għandha tkun marbuta bl-ebda mod mal-prestazzjoni tas-CCP. Madankollu, l-arranġamenti differenti ta’ governanza u l-istrutturi tas-sjieda ta’ CCP jistgħu jinfluwenzaw ir-rieda jew l-abilità tas-CCP għall-ikklerjar ta’ ċertu prodotti. Għalhekk huwa xieraq li l-membri indipendenti tal-bord u l-kumitat tar-riskju li jrid jiġi stabbilit mis-CCP, jindirizzaw kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali li tista’ taffaċċa CCP. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti jeħtieġu jkunu rappreżentati b’mod xieraq għax id-deċiżjonijiet meħuda mis-CCP jistgħu jolqtuhom. |
(34) |
CCP tista’ testernalizza funzjonijiet apparti l-funzjonijiet tagħha tal-immaniġjar tar-riskju, imma fejn dawk il-funzjonijiet esternalizzati ma jħallux impatt fuq l-operat xierqa tas-CCP u l-abilità tagħha li timmaniġja r-riskji. L-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet għandha tiġi approvata mill-kumitat tar-riskju tas-CCP. |
(35) |
Ir-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni għal CCP għandhom għalhekk ikunu trasparenti, proporzjonati, u mhux diskriminatorji u għandhom jippermettu l-aċċess mill-bogħod safejn dan ma jesponix lis-CCP għal riskji addizzjonali. |
(36) |
Il-klijenti tal-membri tal-ikklerjar li jikklerjaw id-derivati OTC tagħhom mas-CCPs għandhom jingħataw livell għoli ta’ protezzjoni. Il-livell effettiv ta’ protezzjoni jiddependi mil-livell ta’ segregazzjoni li jagħżlu dawk il-klijenti. L-intermedjarji għandhom jissegregaw l-assi tagħhom minn dawk tal-klijenti tagħhom. Għalhekk, is-CCPs għandhom iżommu r-rekords aġġornati u faċilment identifikabbli. Barra minn hekk, il-kontijiet tal-membri inadempjenti għandhom ikunu trasferibbli għall-membri l-oħra. |
(36a) |
Kwalunkwe nuqqas ta’ ċertezza legali fejn jidħlu l-effikaċità u l-infurzabilità tar-regoli u l-proċeduri ta’ CCP fir-rigward tas-segregazzjoni tal-assi u l-obbligi tal-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom kif ukoll tat-trasferiment ta’ pożizzjonijiet bħala reazzjoni għal avvenimenti predefiniti ddgħajjef l-istabilità tas-CCPs. L-avvenimenti li n-natura tagħhom hi tali li tqanqal trasferiment ta’ pożizzjonijiet għandhom ikunu speċifikati minn qabel sabiex jiġi ssalvagwardjat l-ambitu tal-protezzjoni pprovduta. |
(37) |
CCP għandu jkollha qafas għall-immaniġjar tar-riskji sod biex jiġu mmaniġjati r-riskji tal-kreditu, riskji tal-likwidità, riskji operazzjonali u riskji oħra, inklużi r-riskji li jkollhom għal entitajiet oħra b’konsegwenza tal-interdipendenzi. CCP għandu jkollha proċeduri u mekkaniżmi adegwati fis-seħħ biex tittratta l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar. Sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ kontaġju ta’ tali inadempjenza, is-CCP għandu jkollha fis-seħħ rekwiżiti stretti ta’ parteċipazzjoni, tiġbor marġini inizjali xierqa, iżżomm fond tal-inadempjenza u riżorsi oħra finanzjarji biex tkopri telfiet potenzjali. L-iżvilupp tal-immaniġġjar tar-riskju robust ħafna għandu jibqa’ l-objettiv primarju ta’ CCP. Madankollu, hija tista’ tadatta l-karatteristiċi tagħha għall-attivitajiet speċifiċi u għall-profili tar-riskju tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar, u fejn jitqies xieraq, tista’ tinkludi fl-ambitu tal-assi likwidi ħafna aċċettati bħala kollateral, mill-inqas flus likwidi u bonds tal-gvern soġġetti għal tnaqqisiet imposti (haircuts) adegwati. |
(37a) |
L-istrateġiji ta’ ġestjoni ta’ dìfolt tas-CCP jridu jkunu sodi, u mhux jittrasferixxu r-riskju lil min iħallas it-taxxi. |
(37b) |
Il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja identifika s-CCPs bħala istituzzjonijiet sistemikament importanti. M’hemm l-ebda prattika komuni internazzjonali jew fi ħdan l-Unjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet li skonthom is-CCPs jista’ jkollhom aċċess għall-faċilitajiet tal-likwidità tal-bank ċentrali jew li skonthom ikunu jeħtieġu jiġu liċenzjati bħala istituzzjonijiet tal-kreditu. L-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar meħtieġ minn dan ir-Regolament tista’ żżid l-importanza sistemika tas-CCPs u l-ħtieġa għal likwidità. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna tqis ir-riżultati ta’ kwalunkwe ħidma li attwalment għaddejja bejn il-banek ċentrali, tivvaluta, flimkien mas-SEBĊ, il-ħtieġa possibbli għal miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess tas-CCPs għal faċilitajiet tal-likwidità tal-bank ċentrali f’munita waħda jew aktar u tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(38) |
L-appelli għall-manutenzjoni tal-marġini u t-telf impost fuq il-kollateral jista’ jkollhom effetti proċikliċi. Is-CCPs , l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom għaldaqstant jadottaw miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-effetti proċikliċi possibbli fi prattiki tal-immaniġjar tar-riskji adottati mis-CCPs, sa kemm is-sodezza tas-CCP u s-sigurtà finanzjarja ma tiġix affetwata b’mod negattiv. |
(39) |
L-immaniġġjar tal-iskoperturi huwa parti essenzjali tal-proċess tal-ikklerjar. Għandu jingħata l-aċċess għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti u l-użu tagħhom biex jitfornew servizzi tal-ikklerjar inġenerali. Dawn is-sorsi tal-ipprezzar għandhom jinkludu dawk relatati mal-indiċijiet li jintużaw bħala referenzi għal derivati jew strumenti finanzjarji oħra. |
(40) |
Il-marġini huma l-ewwel linja ta’ difiża għal CCP. Għalkemm is-CCPs għandhom jinvestu l-marġini li jirċievu b’mod sikur u prudenti, għandhom jagħmlu sforzi partikolari sabiex jiżguraw protezzjoni adegwata tal-marġini sabiex jiggarantixxu li dawn jiġu rritornati fil-ħin lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti jew lil CCP interoperabbli meta s-CCP li tiġbor dawn il-marġini tkun inadempjenti. |
(40a) |
Huwa essenzjali għal CCP li jkollha aċċess għal riżorsi adatti ta’ likwidita. Hu possibbli li tali likwidità tirriżulta minn aċċess għal likwidità ta’ bank ċentrali jew għal-likwidità ta’ bank kummerċjali ta’ sodezza kreditizja u affidabilità, jew taħlita tat-tnejn. |
(41) |
Il-‘European Code of Conduct for Clearing and Settlement’ (Kodiċi tal-Kondotta Ewropea għall-Ikklerjar u s-Saldu) tas-7 ta’ Novembru 2006 (18) stabilixxa qafas volontarju għat-twaqqif ta’ konnessjonijiet bejn is-CCPs u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, is-settur ta’ wara n-negozjar jibqa' frammentat skont il-linji nazzjonali, u jwassal għal kost ogħla għan-negozji transfruntieri u t-tfixkil tal-armonizzjoni. Għaldaqstat hu neċessarju li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ arranġamenti interoperabbli bejn is-CCPs safejn dawn ma jesponux lis-CCPs rilevanti għal riskji li ma jkunux immaniġjati kif xieraq. |
(42) |
L-arranġamenti tal-interoperabilità jistgħu, b'mod ġenerali jkunu għodod importanti għal integrazzjoni akbar għas-suq ta’ wara n-negozjar fl-Unjoni u għandha tiġi pprovduta regolamentazzjoni. Madankollu, l-arranġamenti tal-interoperabilità tista’ tesponi lis-CCPs għal riskji addizzjonali. Fid-dawl tal-komplessità addizzjonali involuta fl-arranġamenti tal-interoperabilità bejn is-CCPs li jikklerjaw il-kuntratti tad-derivati OTC, huwa xieraq li f’dan l-istadju jintalab perjodu ta’ konċessjoni ta’ 5 snin bejn meta tingħata l-awtorizzazzjoni tal-ikklerjar għad-derivati u meta wieħed ikun eleġibbli li japplika għall-awtorizzazzjoni għall-interoperabilità kif ukoll biex jiġi ristrett l-ambitu tal-arranġamenti tal-interoperabilità sussegwenti għat-titoli ta’ flus. Madankollu, sat-30 ta’ Settembru 2014, l-AETS għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar jekk u meta ma jkunx xieraq it-twessigħ ta’ dak l-ambitu biex jinkludi strumenti finanzjarji oħra. |
(43) |
Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jiġbru d-dejta għal skopijiet regolatorji li tkun rilevanti għall-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha. L-AETS għandha tassumi r-responsabilità għar-reġistrazzjoni, l-irtirar u s-sorveljanza tar-repożitorji tan-negozjar. |
(44) |
Peress li r-regolaturi, is-CCPs u parteċipanti oħra fis-suq joqogħdu fuq id-dejta miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, jeħtieġ li jiġi żgurat li dawk ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti stretti taż-żamma tar-rekords u tal-immaniġjar tad-dejta. |
(45) |
It-trasparenza tal-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi pprovduti mis-CCPs , il-membri tagħhom u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet hi meħtieġa sabiex tippermetti li l-parteċipanti fis-suq jagħmlu għażla infurmata. |
(45a) |
Hemm oqsma fis-servizzi finanzjarji u fin-negozjar tal-kuntratti tad-derivati fejn jistgħu jeżistu wkoll drittijiet kummerċjali u dawk tal-proprjetà intelletwali. F’każijiet fejn dawn huma marbuta ma’ prodotti u servizzi li jkunu saru standards tal-industrija, jew li jħallu impatt fuqhom, għandu jkun hemm rekwiżit li l-liċenzji jkunu disponibbli abbażi tat-termini proporzjonati FRAND (termini ġusti, raġjonevoli u li ma jiddiskriminawx). |
(46) |
L-AETS għandha tkun kapaċi tipproponi lill-Kummissjoni biex timponi pagamenti ta’ sanzjonijiet perjodiċi. Dawk il-pagamenti ta’ sanzjonijiet perjodiċi għandhom iservu biex ksur stabilit mill-AETS jitwaqqaf, biex tingħata l-informazzjoni komplutat u korretta li tintalab mill-AETS u biex ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, is-CCPs, il-membri tagħhom u persuni oħra joqgħodu għal investigazzjoni. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ deterrent u biex ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, is-CCPs u l-membri tagħhom jiġġiegħlu jikkonformaw mar-Regolament, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun kapaċi timponi multi, fuq talba tal-AETS, fejn dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament ikunu nkisru intenzjonalment jew negliġentement. Il-multa għandha tkunu dissważiva u proporzjonali għan-natura u s-serjetà tal-ksur, id-durata tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, tas-CCP jew tal-membru konċernati. |
(47) |
Sabiex tistħarreġ effikaċement ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, is-CCPs u l-membri tagħhom , l-AETS għandu jkollha d-dritt tikkonduċi investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post. |
(48) |
Huwa essenzjali li l-Istati Membri u l-AETS għandhom jipproteġu d-dritt tal-privatezza tal-persuni fiżiċi meta jipproċessaw id-dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (19). |
(49) |
Huwa importanti li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Dan ir-Regolament isegwi r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mis-CPSS-IOSCO u SEBĊ-KRTE u joħloq qafas tal-Unjoni li fih is-CCPs ikunu jistgħu joperaw b’mod sikur. L-AETS għandha tqis dawn l-iżviluppi meta tfassal l-istandards tekniċi regolatorji kif ukoll il-linji gwidi u r-rakkomandazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament. |
(50) |
Is-setgħa biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u s-setgħa biex tilqa’ l-istandards tekniċi regolatorji bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru. 1095/2010 għandhom ikunu delegati lill-Kummissjoni, fir-rigward tad-dettalji li għandhom jiġu inklużi fin-notifika lill-AETS u fir-reġistru, u l-kriterji għad-deċiżjoni tal-AETS dwar l-eliġibilità għall-obbligu tal-ikklerjar, dwar il-livell limitu tal-informazzjoni u l-ikklerjar, dwar id-durata massima ta’ kuntratt, dwar il-likwidità, dwar il-kontenut minimu tar-regoli ta’ governanza, dwar id-dettalji taż-żamma tar-rekords, dwar il-kontenut minimu tal-pjan tal-kontinwità tal-operat u s-servizzi garantiti, dwar il-perċentwali u l-firxa ta’ żmien għar-rekwiżiti tal-marġini, dwar il-kundizzjonijiet estremi tas-suq, dwar il-kollateral likwidu ħafna u t-tnaqqisiet imposti (haircuts), dwar l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna u l-limiti ta’ konċentrazzjoni, dwar id-dettalji tal-prestazzjoni tat-testijiet, dwar id-dettalji dwar l-applikazzjoni ta’ repożitorju tan-negozju għar-reġistrazzjoni tal-AETS, dwar il-multi u dwar id-dettalji dwar l-informazzjoni li repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli, kif imsemmi f’dan ir-Regolament. Meta tiddefenixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tuża l-kompetenza tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti (AETS, ABE, AEAPX). Fid-dawl tal-kompetenza tal-AETS rigward kwistjonijiet dwar titoli u s-swieq tat-titoli, l-AETS għandu jkollha rwol ċentrali fl-għoti ta’ pariri lill-Kummissjoni dwar it-tħejjija tal-atti delegati. Madankollu, fejn ikun xieraq l-AETS għandha tikkonsulta mal-ABE u l-AEAPX. [emenda 16] |
(50a) |
Bħala parti mit-tħejjija għat-twaqqif ta’ linji gwidi tekniċi u standards tekniċi regolatorji, u b'mod partikulari meta jkun qed jiġi stabbilit il-limitu minimu għall-ikklerjar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji taħt dan ir-Regolament, l-AETS għandha torganizza seduti ta’ smigħ pubbliċi tal-parteċipanti fis-suq. |
(51) |
Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat implimentattivi għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (20). [emenda 17] |
(52) |
Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stipulati rekwiżiti uniformi għall-kuntratti tad-derivati OTC u wkoll li jiġu stipulati rekwiżiti uniformi għat-twettiq tal-attivitajiet tas-CCPs u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħaba l-iskala tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stiplat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(53) |
Fid-dawl tar-regoli rigward is-sistemi interoperabbli, tqies xieraq li tiġi emendata id-Direttiva 98/26/KE biex tipproteġi d-drittijiet ta’ operatur tas-sistema li jipprovdi titolu kollateral lil operatur tas-sistema riċeventi fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kontra dak l-operatur tas-sistema riċeventi. |
(53a) |
Sabiex tiġi żgurata leġiżlazzjoni koerenti u effikaċi u minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn in-negozjar u l-fażi ta’ wara n-negozjar, dan ir-Regolament għandu jiġi allinjat mad-Direttiva 2004/39/KE, li se tidentifika r-rekwiżiti għall-post ta’ negozjar xieraq li għandhom jiġu imposti fuq il-postijiet li fuqhom jiġu eżegwiti d-derivati kif definit f'EMIR. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu t-trasparenza, l-aċċess, it-twettiq tal-ordnijiet, is-sorveljanza, ir-robustezza, u s-sigurtà tas-sistema kif ukoll rekwiżiti neċessarji oħra. |
(53b) |
Il-bejgħ ta’ prodotti derivati kumplessi lil awtoritajiet pubbliċi lokali jitlob attenzjoni partikolari. Il-Kummissjoni għandha tinkludi proposti speċifiċi fir-rieżami li jmiss tad-Direttiva 2004/39/KE biex tindirizza dan it-tħassib. Dawn il-proposti għandhom jinkludu rekwiżiti speċifiċi ta’ diliġenza dovuta, informazzjoni u żvelar. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Titolu I
Suġġett, ambitu u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabilixxi rekwiżiti uniformi għall-kuntratti tad-derivati , dispożizzjonijiet speċifiċi għat-titjib tat-trasparenza u l-ġestjoni tar-riskji tas-suq tad-derivati OTC, kif ukoll rekwiżiti uniformi għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet.
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorja li jistipulaw linji gwida għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tal-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE.
L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi għal dawn l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 18]
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-CCPs u l-membri tal-ikklerjar tagħhom, il kontropartijiet finanzjarji u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għandu japplika għal kontropartijiet mhux finanzjarji fejn ikun hekk previst.
3. It-Titolu V għandu japplika biss għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus, kif iddefinit fil-punt 18(a) u (b) u l-punt 19 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.
4. L-obbligi tal-ikklerjar ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx japplikaw:
(a) |
għall-membri tal-SEBĊ u l-korpi nazzjonali oħra li jwettqu funzjonijiet simili u korpi publiċi oħra li huma impenjati fi jew jintervjenu fl-amministrazzjoni tad-dejn publiku; |
(b) |
għall-banek ta’ żvilupp multilaterali, kif imniżżla taħt it-Taqsima 4.2 tal-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE. |
(ba) |
il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. |
4a. Derogi ulterjuri minn dan ir-Regolament għandhom jirrikjedu l-adozzjoni ta’ regolament speċifiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill imfassal abbażi tal-istandards internazzjonali u r-regoli settorjali ekwivalenti tal-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
‘kontraparti ċentrali’ jew ‘CCP’ tfisser entità li tintervjeni b’mod legali bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati fi ħdan suq finanzjarju wieħed jew iżjed, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej u li tkun responsabbli għall-operat ta’ sistema tal-ikklerjar; |
(2) |
‘repożitorju tat-tranżazzjonijiet’ tfisser entità li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tad-derivati; |
(3) |
‘ikklerjar’ tfisser il-proċess li permezz tiegħu parti terza tqiegħed lilha nnifisha, direttament jew indirettament, bejn il-kontropartijiet tat- tranżazzjoni bil-għan li tassumi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom ; |
(4) |
‘klassi ta’ derivati’ tfisser sottogrupp ta’ derivati li jikkondividu karatteristiċi komuni u essenzjali li jinkludu mill-inqas ir-relazzjoni mal-assi sottastanti, it-tip tal-assi sottostanti, il-profil tal-ħlas lura u l-munita tal-valur nozzjonali; Jista’ jkun li derivati tal-istess klassi jkollhom maturitajiet differenti; |
(5) |
‘derivati OTC’ tfisser kuntratti derivati li l-eżkuzzjoni tagħhom ma sseħħx fuq suq regolat jew fuq suq ta’ pajjiż terz meqjus bħala ekwivalenti għal suq regolat jew kull post ieħor għan-negozjar organizzat stabbilit mid - Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (21) li jikklerja l-kuntratti ta’ dan it-tip permezz ta’ CCP ; |
(5a) |
‘suq regolat’ tfisser sistema multilaterali kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(5b) |
‘faċilità multilaterali tan-negozjar’ jew ‘MTF’ tfisser sistema multilaterali kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(6) |
‘kontraparti finanzjarja’ tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni li tkun ditta tal-investiment awtorizzata kif stabbilita fid-Direttiva 2004/39/KE, istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata kif iddefinita fid-Direttiva 2006/48/KE, impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata kif iddefinita fid-Direttiva 73/239/KEE, impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata kif iddefinita fid-Direttiva 2002/83/KE, impriża ta’ riassigurazzjoni awtorizzata kif iddefinita fid-Direttiva 2005/68/KE, UCITS awtorizzata kif iddefinita fid-Direttiva 2009/65/KE, istituzzjoni awtorizzata għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif iddefinita fid-Direttiva 2003/41/KE jew fond tal-investiment alternattiv awtorizzat kif iddefinit fid-Direttiva 2011/61/UE; |
(7) |
‘kontroparti mhux finanzjarja’ tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni minbarra l-entitajiet imsemmija fil-punti (1) u (6) ; |
(7a) |
‘skema ta’ pensjoni okkupazzjonali’ tfisser skema ta’ pensjoni stabbilita skont id-Direttiva 2003/41/KE, inklużi l-entitajiet awtorizzati responsabbli għall-ġestjoni tal-IORP u li jaġixxu f'isimhom imsemmijin fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva jew il-maniġers ta’ investiment maħtura skont l-Artikolu 19(1) ta’ dik id-Direttiva jew kwalunkwe arranġament ieħor rikonoxxut taħt il-liġi nazzjonali bħala skema stabbilta għall-finijiet tal-provvista tal-irtirar; |
(8) |
‘riskju ta’ kreditu tal-kontraparti’ tfisser ir-riskju li l-kontraparti fi tranżazzjoni tkun inadempjenti qabel is-saldu finali tal-flussi tal-flus tat-transazzjoni; |
(9) |
‘arranġament tal-interoperabilità’ tfisser arranġament bejn żewġ CCPs jew iżjed li jinvolvu eżekuzzjoni trasversali ta’ tranżazzjonijiet; |
(10) |
‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità maħtura minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 18 jew AES waħda jew aktar ; [emenda 5] |
(11) |
‘membru tal-ikklerjar’ tfisser impriża li tipparteċipa f’CCP u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn dik il-parteċipazzjoni; |
(12) |
‘klijent’ tfisser impriża b’relazzjoni kuntrattwali diretta jew indiretta ma’ membru tal-ikklerjar ta’ CCP jew ma’ wieħed mill-affiljati tiegħu li jippermetti lil dik l-impriża li tikklerja t-tranżazzjonijiet permezz tal-użu ta’ dak il-membru tal-ikklerjar ta’ dik is-CCP ; |
(13) |
‘parteċipazzjoni kwalifikata’ tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’CCP jew repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jirrappreżenta 10 % jew iżjed tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabbilit fl-Artikolu 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet dwar l-aggregazzjoni tagħhom kif stabilit fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva, jew li tagħmiha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tas-CCP jew repożitorju tat-tranżazzjonijiet li fih teżisti dik il-parteċipazzjoni; |
(14) |
‘impriża prinċipali’ tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (22); |
(15) |
‘sussidjarja’ tfisser impriża sussidjarja skont it-tifsir tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE, inkluża kwalunkwe sussidjarja ta’ impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali; |
(16) |
‘kontroll’ tfisser kontroll kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE; |
(17) |
‘konnessjonijiet mill-qrib’ tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi huma konnessi permezz ta’:
Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iżjed ikunu konnessi b’mod permanenti ma’ persuna waħda permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll għandha titqies ukoll li tikkostitwixxi konnessjoni mill-qrib bejn tali persuni. |
(18) |
‘kapital’ tfisser kapital skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn sakemm dan ikun tħallas totalment, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, sakemm jassorbi kompletament it-telfiet f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat, u sakemm fil-każ ta’ falliment jew likwidazzjoni jkun ikklassifikat wara li jitqiesu l-pretensjonijiet l-oħra; |
(19) |
‘riservi’ tfisser riservi kif stabilit fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (23) u profitti u telf riportati b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-profitti jew it-telf finali; |
(20) |
‘il-bord’ tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, skont id-dritt nazzjonali dwar il-kumpaniji; |
(21) |
‘membru indipendenti tal-bord’ tfisser membru tal-bord li ma għandu l-ebda negozju preċedenti jew attwali , familja jew l-ebda relazzjoni li tqajjem konflitt ta’ interess mas-CCP, l-azzjonist(i) li għandhom kontroll tagħha jew il-maniġment jew il-membri tal-ikklerjar tagħha jew il-maniġment; |
(22) |
‘maniġment superjuri’ tfisser il-persuna jew persuni li effettivmant jidderieġu n-negozju tas-CCP u l-membru jew membri eżekuttiv/i tal-bord; |
(22a) |
‘kontropartijiet tal-ikklerjar f’pajjiżi terzi’ tfisser impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi li huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-kontropartijiet finanzjarji jew għall-kontropartijiet mhux finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 7(2); tali ekwivalenza għandha titqies bħala applikabbli meta impriża stabbilita f’pajjiż terz, li kieku tkun stabbilita fi ħdan l-Unjoni, tkun klassifikata bħala kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 7(2); |
(22b) |
‘segregazzjoni’ tal-inqas għandha tfisser li l-assi u l-pożizzjonijiet ta’ persuna waħda m’għandhomx jintużaw biex jitħallsu l-obbligi ta’ kull persuna oħra jew pretensjonijiet kontra kull persuna oħra li jkun hemm l-intenzjoni li tiġi segregata minnha, u m’għandhomx ikunu disponibbli għal tali skopijiet, speċjalment f’każ ta’ insolvenza ta’ membru tal-ikklerjar; |
(22c) |
‘kompressjoni kummerċjali’ tfisser il-proċess tas-sostituzzjoni legali ta’ sett partikolari ta’ kuntratti tad-derivati b’sett differenti ta’ kuntratti kkaratterizzat, mill-perspettiva ta’ kull parteċipant fil-proċess, minn:
|
(22d) |
‘eżerċizzju kkonċertat’ tfisser eżerċizzju kkonċertat kif iddefinit fl-Artikolu 10(a) tad-Direttiva 2004/109/KE. |
2. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-punt (22a) tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw f'dettall akbar il-kriterji li għandhom jintużaw fil-klassifikazzjoni tal-impriżi minn pajjiżi terzi bħala kontropartijiet tal-ikklerjar ta’ pajjiżi terzi.
L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
Titolu II
Ikklerjar, rapportar u mitigazzjoni tar-riskju tad-derivati OTC
Artikolu 3
Obbligu tal-ikklerjar
1. Kontraparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) għandha tikklerja l-kuntratti tad-derivati OTC kollha li huma meqjusa eliġibbli skont l-Artikolu 4 u li huma konklużi ma’ kontropartijiet finanzjarji oħra jew kontroparti mhux finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) fis-CCPs rilevanti elenkati fir-reġistru kif imsemmi fl-Artikolu 4(4).
Dak l-obbligu tal-ikklerjar għandu japplika wkoll għall-kontropartijiet finanzjarji u għall-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu li jidħlu f’kuntratti tad-derivati eleġibbli ma’ kontropartijiet tal-ikklerjar ta’ pajjiżi terzi .
Il-kuntratti tad-derivati OTC li wieħed ikun daħal fihom qabel id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jibda japplika għal dik il-klassi tad-derivati huma eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar.
Dak l-obbligu tal-ikklerjar għandu japplika għall-kuntratti tad-derivati OTC kollha li, b'segwitu għall-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni tal-AETS skont l-Artikolu 4(2)(a), jiġu kklassifikati bħala eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar.
(1a) M’għandu jkun hemm l-ebda obbligu tal-ikklerjar fil-każ tal-kuntratti tad-derivati bejn impriżi sussidjarji tal-istess kumpanija prinċipali jew bejn kumpanija prinċipali u impriża sussidjarja. ‘Kumpanija prinċipali’ u ‘kumpaniji sussidjarji’ għall-iskopijiet ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ikunu kumpaniji definiti b'dan il-mod skont ir-regoli rilevanti tal-UE. Din id-deroga m’għandhiex taffettwa l-obbligu tar-rappurtar skont l-Artikolu 6 jew l-obbligi relatati mat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 8.
L-eżenzjonijiet għandhom japplikaw biss f’każ fejn il-kumpanija prinċipali kkonċernata tkun innotifikat minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita, bil-miktub, li hija biħsiebha tagħmel użu mill-eżenzjoni. In-notifika għandha tingħata mhux inqas minn tletin jum kalendarju qabel ma tintuża l-eżenzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-eżenzjoni tintuża biss għal kuntratti tad-derivati li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
kuntratti tad-derivati bejn impriżi sussidjarji tal-istess kumpanija prinċipali jew bejn kumpanija prinċipali u impriża sussidjarja jkunu ġġustifikati għal raġunijiet ekonomiċi |
(b) |
l-użu tal-eżenzjoni ma jżidx ir-riskju sistemiku fis-sistema finanzjarja |
(c) |
m’hemm l-ebda restrizzjoni legali għall-flussi kapitali bejn l-impriżi sussidjarji tal-istess kumpanija prinċipali jew bejn il-kumpanija prinċipali u l-impriża sussidjarja. |
2. Għall-finijiet tal-konformità mal-obbligu tal-ikklerjar taħt il-paragrafu 1, il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom isiru jew membri tal-ikklerjar jew għandhom jikklerjaw it-tranżazzjonijiet tagħhom fis-CCP permezz ta’ ditta tal-investiment jew istituzzjoni tal-kreditu soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/39/KE.
Artikolu 4
Eliġibilità għall-obbligu tal-ikklerjar
1. Meta awtorità kompetenti tkun awtorizzat CCP sabiex tikklerja klassi ta’ derivati skont l-Artikolu 10 jew 11, għandha minnufih tinnotifika lill-AETS b’dik l-awtorizzazzjoni u titlob deċiżjoni dwar l-eliġibilità għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 3.
1a. Meta CCP stabbilita f’pajjiż terz tkun ġiet irrikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 23, l-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz għandha tinnotifika lill-AETS, skont l-arranġamenti koperattivi msemmija fl-Artikolu 23(4), bil-klassijiet ta’ kuntratti tad-derivati li għalihom dik is-CCP tkun ngħatat id-dritt li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil membri tal-ikklerjar u/jew lil klijenti stabbiliti fl-Unjoni.
2. L-AETS, wara li tirċievi n-notifika u t-talba msemmija fil-paragrafu 1, għandha, fi żmien sitt xhur, tindirizza deċiżjoni lill-awtorità kompetenti rikjedenti fejn tiddikjara li ġej:
(a) |
jekk dik il-klassi ta’ derivati tkunx eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu3; |
(b) |
id-data futura minn meta jieħu effett l-obbligu tal-ikklerjar, inkluż l-iskadenza sa meta l-kontropartijiet jewil- kategoriji ta’ kontropartijiet isiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar . Din id-data m’għandhiex tkun qabel id-data meta jiġi impost l-obbligu tal-ikklerjar. |
(ba) |
jekk japplikax l-obbligu tal-ikklerjar fil-każ tat-tranżazzjonijiet ma’ persuni minn pajjiżi terzi u taħt liema kondizzjonijiet. |
Qabel ma tieħu deċiżjoni, l-AETS għandha twettaq konsultazzjoni pubblika mal-parteċipanti fis-suq u mal-parteċipanti barra s-suq li għandhom għarfien speċjalizzat jew interess fis-suġġett u għandha tikkuntattja lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi. Sommarju ta’ dawn il-konsultazzjonijiet għandu jkun ippubblikat fi żmien xahar filwaqt li informazzjoni addizzjonali dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi kif ukoll dwar konsultazzjonijiet oħrajn għandha tkun disponibbli fuq talba. [emenda 21]
2a. L-AETS għandha, fuq inizjattiva proprja, f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 u wara li twettaq konsultazzjoni pubblika u tikkonsulta mal-BERS, u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi, tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet tal-kuntratti tad-derivati li għandhom jitqiesu bħala eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar, iżda li għalihom l-ebda CCP tkun għadha ma rċeviet awtorizzazzjoni.
Wara li tidentifika tali klassi ta’ kuntratti tad-derivati, l-AETS għandha tippubblika sejħa għall-iżvilupp ta’ proposti għall-ikklerjar ta’ dik il-klassi ta’ kuntratti tad-derivati.
3. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq il-kriterji li ġejjin:
(a) |
tnaqqis tar-riskju sistemiku fis-sistema finanzjarja , inklużi l-fallimenti potenzjali ta’ kontropartijiet interkonnessi ħafna li jissodisfaw l-obbligi ta’ ħlas tagħhom u nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-pożizzjonijiet; |
(b) |
il-likwidità tal-kuntratti; |
(c) |
id-disponibilità ta’ sorsi ġusti, affidabbli u ġeneralment aċċettati dwar l-ipprezzar . |
▐
Meta tkun qed tapplika l-kriterji t'hawn fuq, l-AETS għandha tqis ukoll il-kunsens internazzjonali.
Qabel tieħu deċiżjoni, l-AETS għandha twettaq konsultazzjoni pubblika u, fejn xieraq, tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi.
4. L-AETS għandha minnufih tippubblika kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 2 f’reġistru. Dan ir-reġistru għandu jkun fih il-klassijiet eliġibbli tad-derivati u s-CCPs awtorizzati li jikklerjawhom. L-AETS għandha regolarment taġġorna dak ir-reġistru.
L-AETS għandha regolarment teżamina d-deċiżjonijiet tagħha u għandha temendahom fejn ikun meħtieġ.
5. L-AETS għandha, fuq l-inizjattiva proprja tagħha u b’konsultazzjoni mal-BERS, tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassi ta’ kuntratti tad-derivati li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru pubbliku tagħha u li jkunu eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar , iżda li għaliha l-ebda CCP tkun għadha ma rċevitx awtorizzazzjoni. Wara li tkun identifikat tali kategorija jew klassi ta’ derivati, l-AETS għandha tippubblika sejħa biex jiġu żviluppati proposti minn CCPs rigward l-ikklerjar tagħhom u tippubblika lista ta’ dawk li għalihom tkun saret it-tali sejħa.
5a. Klassi ta’ derivati m’għandhiex tibqa’ titqies eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar jekk ma jkunx hemm iżjed CCP awtorizzata jew rikonoxxuta mill-AETS bħala awtorizzata biex tikklerjaha b’konformità ma’ dan ir-Regolament jew jekk l-ebda CCP ma tkun lesta tikklerja dik il-klassi ta’ derivati.
6. Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:
(a) |
id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1; |
(b) |
il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3; |
(c) |
id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 4. |
Id-dettalji fil-paragrafu 4 għandhom tal-anqas jidentifikaw b’mod korrett u inekwivoku l-klassi ta’ derivati soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.
L-AETS għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Qabel tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha twettaq konsultazzjoni pubblika mal-parteċipanti fis-suq. [emenda 20]
Artikolu 4a
Sabiex tippromwovi regolamentazzjoni globali effikaċi u konsistenti tal-kuntratti tad-derivati, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti lill-Kunsill għal mandat xieraq għan-negozjar bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar il-leġiżlazzjoni ekwivalenti effettiva applikabbli għat-tranżazzjonijiet imwettqa f'pajjiż terz minn kontropartijiet finanzjarji u mill-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7.
Artikolu 4b
Reġistru pubbliku
1. Għal skopijiet tal-obbligu tal-ikklerjar, l-AETS tista’ tistabbilixxi u timmaniġġja reġistru pubbliku. Dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku minn fuq il-websajt tal-AETS.
2. Ir-reġistru għandu jirrifletti mill-inqas:
(a) |
il-klassijiet tal-kuntratti tad-derivati li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 3; |
(b) |
is-CCPs li jistgħu jintużaw għall-iskop tal-obbligu tal-ikklerjar; |
(c) |
id-dati minn meta jieħu effett l-obbligu tal-ikklerjar, bl-inklużjoni ta’ kwalunkwe implimentazzjoni gradwali; |
(d) |
il-klassijiet tad-derivati identifikati mill-AETS b’konformità mal-Artikolu 4(5). |
3. Meta awtorità kompetenti, jew l-awtorità kompetenti rilevanti ta’ pajjiż terz, tkun irtirat l-awtorizzazzjoni għall-ikklerjar ta’ ċerta klassi ta’ kuntratti tad-derivati, l-AETS għandha minnufih tneħħi s-CCP li tkun mir-reġistru fir-rigward ta’ dik il-klassi ta’ derivati.
4. Ir-reġistru għandu jkun aġġornat regolarment mill-AETS.
5. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika d-dettalji li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru pubbliku msemmi fil-paragrafu 1.
L-AETS għandha tippreżenta tali abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-istandards teknici implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
Artikolu 5
Aċċess għal CCP
1. CCP li tkun ġiet awtorizzata tikklerja kuntratti tad-derivati OTC eliġibbli għandha taċċetta li tikklerja dawn il-kuntratti fuq bażi , trasparenti, ġusta u mhux diskriminatorja, irrispettivament mill-post tal-eżekuzzjoni u abbażi, fejn possibbli, ta’ standards industrijali miftuħa internazzjonali, sal-punt li dan ma jolqotx ħażin il-mitigazzjoni tar-riskji. Sabiex jevitaw prattiki diskriminatorji, is-CCPs għandhom jaċċettaw li jikklerjaw tranżazzjonijiet imwettqa f'postijiet differenti, sal-punt li dawk il-postijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti operattivi, tekniċi u legali stabbiliti mis-CCP jew applikabbli għaliha, kif ukoll ir-rekwiżiti tagħha fir-rigward tal-aċċess u l-ġestjoni tar-riskji, mingħajr referenza għad-dokumenti kuntrattwali li abbażi tagħhom il-partijiet ikunu kkonkludew it-tranżazzjoni tad-derivati OTC rilevanti.
1a. Is-CCP għandha tipprovdi tweġiba negattiva jew pożittiva ċara lill-post tan-negozjar li jitlob awtorizzazzjoni sabiex jikklerja kuntratt tad-derivati OTC fi żmien tliet xhur minn meta tkun ipproċessat it-talba tiegħu.
Fil-każ li CCP tirrifjuta li tikklerja kuntratt tad-derivati OTC minn post tan-negozjar, il-post jirċievi tweġiba kompletament immotivata u spjegata.
Wara li applikazzjoni tiġi rifjutata, il-posttan-negozjar jista' jagħmel talba ġdida għal aċċess wara minimu ta’ perjodu ta’ stennija ta’ tliet xhur.
F'każ ta’ nuqqas ta’ qbil, l-AETS għandha ssolvi kwalunkwe tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
1b. Għall-iskop tar-rapporti lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew imsemmija fl-Artikolu 68, l-AETS għandha tissorvelja l-aċċess għas-CCPs, u l-effetti fuq il-kompetittività ta’ ċerti prattiki, inkluż l-użu ta’ prattiki ta’ liċenzjar esklużiv.
Artikolu 6
Obbligu ta’ rapportar
1. Il-kuntratti tad-derivati kollha għandhom jiġu rrapportati lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet irreġistrat skont l-Artikolu 51. Il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw id-dettalji ta’ kwalunkwe kuntratt tad-derivat li jkunu daħlu fih u kwalunkwe modifika materjali jew terminazzjoni tal-kuntratt . Id-dettalji għandhom jiġu rrappurtati mhux iżjed tard mill-jum tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika, in-novazzjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt, ħlief fejn previst f'atti adottati skont il-paragrafu 5. Jekk ikun hemm ftehim biex kuntratt jiġi tterminat jew jekk tranżazzjoni tiskadi – minflok ma tiġi tterminata b'mod prematur – dan ma jitqisx bħala modifika. L-informazzjoni rigward it-tranżazzjonijiet tad-derivati għandha tiġi rrappurtata sa mhux aktar tard minn ġurnata ta’ attività kummerċjali waħda wara li tkun twettqet it-tranżazzjoni jew wara modifika sussegwenti . 'Ġurnata ta’ attività kummerċjali' għal dawn l-iskopijiet tfisser ġurnata li tkun ġurnata ta’ attività kummerċjali għaż-żewġ partijiet kontraenti u, fil-każ ta’ kuntratt soġġett għal ikklerjar minn CCP, għas-CCP ikkonċernata. Għandhom iżommu wkoll għal perjodu ta’ ħames snin reġistru bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex isir ir-rappurtar.
Partijiet terzi għandhom ikunu awtorizzati jwettqu r-rappurtar previst fil-paragrafu 1 għall-kontopartijiet oriġinal i, sakemm jiġi żgurat li l-ebda dettall tal-kuntratt ma jiġi rrappurtat darbtejn.
L-obbligi ta’ rrappurtar skont is-subparagrafu 1 għandhom jiġu ssodisfatti mis-CCP meta l-kuntratti tad-derivati suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar jiġu kklerjati. Meta l-kuntratti tad-derivati jkunu soġġetti għal proċess ta’ kompressjoni tat-tranżazzjonijiet, l-obbligi tar-rappurtar skont is-subparagrafu 1 għandhom jiġu ssodisfatti mill-operatur tas-servizz ta’ kompressjoni tat-tranżazzjonijiet.
L-AETS għandha tingħata s-setgħa li teżamina jekk obbligu ta’ rappurtar retrospettiv fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC jistax jiġi introdott jekk l-informazzjoni kkonċernata hix essenzjali għall-awtoritajiet superviżorji. L-AETS għandha tqis il-kriterji li ġejjin meta tkun se tasal għad-deċiżjoni tagħha:
(a) |
ir-rekwiżiti tekniċi għat-tressiq ta’ rapport (speċifikament jekk it-tranżazzjonijiet ġewx irrekordjati b'mod elettroniku); |
(b) |
iż-żminijiet li fadal sal-maturità tat-tranżazzjonijiet pendenti. |
Qabel tieħu deċiżjoni, l-AETS għandha twettaq konsultazzjoni pubblika mal-parteċipanti fis-suq.[emenda 14 u 15]
2. Ir-rappurtar kollu għandu jsir, fejn ikun possibbli, abbażi ta’ istandards industrijali miftuħa internazzjonali.
3. Kontraparti li tkun soġġetta għall-obbligu tar-rapportar tista’ tiddelega r-rapportar tad-dettalji tal-kuntratt tad-derivati lill-kontraparti l-oħra jew lil terza persuna .
Kontraparti li tirrapporta d-dettalji sħaħ ta’ kuntratt lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’isem kontraparti oħra ma għandhiex titqies li qed tikser xi restrizzjoni ta’ żvelar tal-informazzjoni imposta minn dak il-kuntratt jew minn kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva.
L-ebda reponsabilità li tirriżulta minn dak l-iżvelar ma għandha tiġi imposta fuq l-entità relatriċi jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha , jew kwalunkwe persuna li tkun qed taġixxi f'isimha .
4. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, f'koperazzjoni mal-ABE, mal-SEBĊ u mal-BERS, għandha tżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina d-dettalji u t-tipi ta’ rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-klassijiet , il-gruppi jew il-kategoriji differenti tad-derivati u għal kwalunkwe effett retrospettiv inklużi l-modalitajiet għall-back-loading u r-rappurtar tat-tranżazzjonijiet reġistrati elettronikament għad-derivati kollha, kif ukoll il-kriterji u l-kundizzjonjiet għar-rappurtar retrospettiv tal-kuntratti tad-derivati pendenti li dak li jkun ikun daħal fihom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament .
Dawk ir-rapporti għandu jkun fihom mill-inqas:
(a) |
il-partijiet għall-kuntratt u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minnu għandhom ikunu identifkati b’mod xieraq; |
(b) |
il-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt, inklużi t-tip, l-assi sottostanti, il-maturità , l-eżerċizzu, id-data tal-forniment, id-dejta dwar il-prezzijiet u l-valur nozzjonali ▐; |
(ba) |
għal derivati li ma jikkonformawx ma’ format standard għandu jkun hemm format ta’ spazju riżervat li jrid jimtela li jippermetti lill-awtorità kompetenti tiskopri l-eżistenza ta’ tranżazzjoni ta’ dan it-tip u tieħu kwalunkwe miżura regolatorja meħtieġa' |
(bb) |
identifikatur kuntrattwali uniku. |
L-AETS, f’koordinament mal-ABE, l-AEAPX, u l-BERS, għandha tressaq dawn l-abbozzi ta’ Standards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Meta l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji jikkonċernaw prodotti tal-enerġija tal-operaturi skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija] (24) (25) , l-AETS għandha tikkonsulta mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER).
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
4a. Meta tkun qed tfassal l-istandards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tkun iggwidata, inter alia, mil-lista tad-data rikjesta għar-rappurtar fl-Anness I, Tabella I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE.
5. Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS, f'koordinament mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tiddetermina l-format u l-frekwenza tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-klassijiet differenti tad-derivati.
L-AETS għandha tressaq dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi ▐ lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Meta l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji jikkonċernaw prodotti tal-enerġija tal-operaturi skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru …/2011 [dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija] (26), l-AETS għandha tikkonsulta mal-ACER.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 7
Kontropartijiet mhux finanzjarji
1. Kontraparti mhux finanzjarja għandha tkun soġġetta għall-obbligu tar-rapportar stabbilit fl-Artikolu 6(1).
2. Meta kontroparti mhux finanzjarja tassumi pożizzjonijiet f’kuntratti tad-derivati OTC b'tali mod li l-pożizzjoni medja skorrevoli tul 50 ġurnata teċċedi l-limitu minimu li għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafu 3(b), għandha tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 3 ▐.
L-obbligu tal-ikklerjar għandu jibqa' sakemm il-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi tal-kontraparti mhux finanzjarja fil-kuntratti tad-derivati OTC jaqbżu l-limitu minimu tal-ikklerjar u għandu jispiċċa ladarba dawn il-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi jkunu taħt il-limitu minimu tal-ikklerjar tul perjodu ta’ żmien speċifikat.
L-awtorità kompetenti maħtura f'konformità mal-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/39/KE għandha tiżgura li l-obbligu skont l-ewwel subparagrafu jiġi sodisfatt.
It-twettiq tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fis-subparagrafu 1 għandu jitlesta fi żmien sitt xhur.
2a. Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-kuntratti tad-derivati OTC li tkun daħlet fihom kontroparti mhux finanzjarja li huma oġġettivament jitkejlu bħala konnessi direttament mal-iħħeġġjar ta’ attività kummerċjali jew ta’ finanzjament tat-teżor ta’ dik il-kontraparti ma għandhomx jiġu kkunsidrati.
3. Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara li tikkonsulta mal-ABE u l-BERS u l-awtoritajiet relevanti l-oħra, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
▐
(b) |
il-limitu minimu għall-ikklerjar; |
(ba) |
il-kriterji biex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivati OTC jistgħu oġġettivament jitkejlu bħala konnessi direttament mal-attività kummerċjali jew ta’ finanzjament tat-teżor; |
Waqt l-istabbiliment tal-limitu minimu tal-ikklerjar għandha tiġi kkunsidrata r-rilevanza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet u l-iskoperturi netti kollha skont kull kontraparti għal kull klassi ta’ derivati.
L-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE, mal-BERS u mal-awtoritajiet rilevanti l-oħra, għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ Standards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012 .
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
Fit-tħejjija tad-determinazzjoni tal-limitu minimu tal-ikklerjar u tal-kriterji biex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivati OTC jistgħu oġġettivament jitkejlu bħala konnessi direttament mal-attività kummerċjali jew ta’ finanzjament tat-teżor, l-AETS tinvolvi ruħha f'konsultazzjonijiet pubbliċi u tagħti lill-kontropartijiet mhux finanzjarji ċ-ċans li jesprimu l-fehmiet tagħhom;
▐
5. Il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-ASE u l-awtoritajiet rilevanti l-oħra, għandha perjodikament teżamina l-limiti minimi stabbiliti fil-paragrafu 3 u temendahom, fejn neċessarju.
Artikolu 8
Tekniċi ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP
1. Il-kontropartijiet finanzjarji jew il-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7(2), li jidħlu f’kuntratt tad-derivati OTC mhux ikklerjat minn CCP għandhom jiżguraw bid-diliġenza dovuta li jkun hemm proċeduri u arranġamenti prudenzjali fis-seħħ għall-kejl, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali, tas-suq u tal-kreditu, inklużi mill-inqas:
(a) |
mezzi elettroniċi adegwati li jiżguraw il-konferma fil-ħin tat-termini tal-kuntratt tad-derivati OTC; |
(b) |
proċessi standardizzati li huma robusti, reżiljenti u awditjabbli sabiex jiġu rikonċiljati l-portafolji, sabiex jiġi mmaniġjat ir-riskju assoċjat u sabiex jiġu identifikati tilwimiet bejn il-partijiet fi stadju bikri u sabiex jiġu riżolti, u sabiex jiġi mmonitorat il-valur tal-kuntratti pendenti. |
Għall-finijiet tal-punt (b), il-valur tal-kuntratti pendenti għandu jkun ipprezzat skont il-valur fis-suq fuq bażi ta’ kuljum u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskji għandhom jirrikjedu l-iskambju f'waqtu, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral jew ta’ kapital ta’ appoġġ proporzjonat mar-riskju, bi qbil mar-rekwiżiti regolatorji tal-kapital applikabbli għall-kontropartijiet finanzjarji.
Il-kontropartijiet finanzjarji kif ukoll il-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom joffru lill-kontropartijiet l-għażla li jissegregaw il-marġni inizjali mill-bidu tal-kuntratt.
L-AETS għandha tissorvelja regolarment l-attività fid-derivati mhux eliġibbli għall-ikklerjar biex tidentifika l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ kuntratti tista' tkun ta’ riskju sistemiku. L-AETS, wara konsultazzjoni mal-BERS, għandha tieħu azzjoni biex tipprevjeni l-akkumulazzjoni ulterjuri ta’ kuntratti fi klassi ta’ dan it-tip.
L-awtorità kompetenti u l-AETS għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-arranġamenti prudenzjali jkollhom l-għan li jipprevjenu l-arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet tad-derivati kklerjati u mhux ikklerjati u jirriflettu t-trasferiment tar-riskji li jirriżulta minn kuntratti tad-derivati.
L-AETS u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-istandards tal-marġni biex jipprevjenu l-arbitraġġ regolatorju f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37.
1b Għall-investimenti ta’ skemi ta’ pensjoni skont id-Direttiva 2003/41/KE jew skema fejn il-liġi tal-Istat Membru tirrikonoxxi l-iskema għall-ippjanar tal-irtirar, il-kollateralizzazzjoni bilaterali reżiljenti tad-derivati użati għall-mitigazzjoni tar-riskji għandha tqis l-affidabilità kreditizja tal-kontroparti. Ir-rekwiżiti kapitali fir-regolamentazzjoni prudenzjali għandhom ikunu konformi ma’ dawk tal-kuntratti kklerjati b'mod ċentrali.
2. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-linji gwida għall-proċeduri u l-arranġamenti prudenzjali xierqa u l-istandards tal-marġni msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll id-dewmien massimu bejn il-konklużjoni ta’ kuntratt tad-derivati OTC u l-konferma msemmija fil-paragrafu 1(a).
L-AETS għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
3. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozzi komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-arraġamenti u l-livelli ta’ kollateral u l-kapital rikjest għall-konformità mal-paragrafu 1(b) u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
L-ASE għandhom iressqu dawk l-abbozzi komuni ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Skont in-natura legali tal-kontroparti, qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
Artikolu 9
Penali
1. L-Istati Membri – waqt li jqisu l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 dwar it-tisħiħ tar-reġimi ta’ sanzjonar fis-settur finanzjarju u wara li jkunu kkonsultaw lill-AETS– għandhom jistabilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għal ksur tar-regoli skont dan it-Titolu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet għandhom jinkludu mill-inqas multi amministrattivi. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ kontropartijiet finanzjarji, u fejn xieraq, kontropartijiet mhux finanzjarji jiżvelaw kull sanzjoni li tkun ġiet imposta għal ksur tal-Artikoli 3 sa 8 lill-pubbliku, sakemm din id-divulgazzjoni ma tipperikolax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw regolarment rapporti ta’ valutazzjoni dwar l-effikaċità tar-regoli dwar is-sanzjonijiet li qegħdin jiġu applikati.
Sa mhux iżjed tard mit-30 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom mingħajr dewmien.
3. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-AETS, għandha tivverifika li s-sanzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 u l-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 7 (1) u (2) jiġu applikati b’mod effettiv u konsistenti.
3a. Ksur tar-regoli taħt dan it-Titolu m'għandux jolqot il-validità ta’ kuntratt tad-derivati OTC jew il-possibilità li l-partijiet jinfurzaw id-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt tad-derivati OTC. Ksur tar-regoli taħt dan it-Titolu m'għandu jwassal għall-ebda dritt għal kumpens minn parti għal kuntratt tad-derivati OTC.
Titolu III
Approvazzjoni u sorveljanza ta’ CCPs
Kapitolu 1
Kundizzjonijiet u Proċeduri għall-Awtorizzazzjoni ta’ CCP
Artikolu 10
Awtorizzazzjoni ta’ CCP
1. Meta CCP, li tkun persuna ġuridika stabilita fl-Unjoni u jkollha aċċess għal likwidità adegwata, ikollha l-intenzjoni li twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha, hi għandha tapplika għal awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabilita.
Tali likwidità tista’ tirriżulta minn aċċess għal likwidità ta’ bank ċentrali jew għal-likwidità ta’ bank kummerċjali ta’ sodezza kreditizja u affidabilità, jew taħlita tat-tnejn. Aċċess għal-likwidità jista' jirriżulta minn awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE jew arranġamenti xierqa oħra.
2. L-awtorizzazzjoni għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.
3. L-awtorizzazzjoni lis-CCP għandha tingħata biss għal attivitajiet marbuta mal-ikklerjar u għandha tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet li s-CCP tkun awtorizzata li tipprovdi jew twettaq inklużi l-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni.
4. CCP għandha tikkonforma f’kull ħin mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni tal-bidu.
CCP għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-awtorità bi kwalunkwe bidliet materjali li jaffetwaw il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-bidu.
5. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara konsultazjoni mal-ABE tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għal-likwidità adegwata msemmija fil-paragrafu 1.
L-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE, għandha tressaq dawk l-abbozzi dwar Standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
Artikolu 11
Estensjoni tal-attivitajiet u servizzi
1. CCP li tkun tixtieq testendi n-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali mhux koperti mill-awtorizzazzjoni tal-bidu għandha tissottometti talba għall-estensjoni. L-offerta ta’ servizzi tal-ikklerjar f’munita differenti jew fi strumenti finanzjarji li b’mod sinifikanti jvarjaw fil-karatteristiċi tar-riskju tagħhom minn dawk li għalihom is-CCP tkun ġiet diġà awtorizzata għandha titqies bħala estensjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni.
L-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha ssegwi l-proċedura skont l-Artikolu 13.
2. Meta CCP tkun tixtieq testendi n-negozju tagħha fi Stat Membru ieħor minbarra dak li ġiet stabbilita fih, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu minnufih jinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ieħor.
Artikolu 12
Rekwiżiti kapitali
1. CCP għandu jkollha kapital permanenti u disponibbli ▐ ta’ mill-inqas EUR 10 miljuni li għandu jiġu awtorizzat skont l-Artikolu 10.
2. Il-kapital, flimkien mad-dħul u ir-riżervi miżmuma ta’ CCP, għandhom ikunu proporzjonali għad-daqs tal-operazzjonijiet kummerċjali tas-CCP u r-riskju involut fihom. Dan għandu dejjem ikun suffiċjenti sabiex jiżgura stralċ jew ristrutturar ordnat tal-attivitajiet fuq perjodu ta’ żmien xieraq u li s-CCP tkun protetta kif xieraq kontra riskji operazzjonali u residwi.
3. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, b'koperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u wara li tikkonsulta lill-ABE tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw ir-rekwiżiti rigward il-kapital, il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ CCP imsemmija fil-paragrafu 2 , inklużi l-frekwenzi jew il-kalendarji skont liema għandhom jiġu aġġornati .
L-AETS, f'koperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, u wara li tikkonsulta mal-ABE, għandha tressaq dawk l- abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 . [emenda 19]
Artikolu 13
Proċedura għall-għoti u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta tkun kompletament sodisfatta li s-CCP applikanti tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament u r-rekwiżiti adottati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (27), u bil-kundizzjoni li tkun ingħatat opinjoni pożittiva kif imsemmi fl-Artikolu 15 mill-AETS .
2. Fir-rigward tal-awtorizzazzjoni inizjali, is-CCP applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti sabiex tkun sodisfatta li s-CCP applikanti stabilixxiet, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni tal-bidu, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jintlaħqu l-obbligi tagħha stabiliti f’dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha titrażmetti minnufih l-informazzjoni kollha li tkun irċeviet mis-CCP applikanti lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 14(1).
3. Fir-rigward tal-awtorizzazzjoni inizjali, fi żmien erba' xhur minn meta titressaq applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub dwar jekk ingħatatx l-awtorizzazzjoni.
Fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għal estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi, fi żmien xahrejn minn meta titressaq applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub dwar jekk ingħatatx l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 14
Koperazzjoni
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn CCP tkun stabbilita għandha , f'koperazzjoni mal-AETS, tistabbilixxi kulleġġ li jiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 10, 11, 46 u 48.
Il-kulleġġ għandu jkun ippresedut mill-AETS u jikkonsisti minn mhux aktar minn seba' membri, inklużi l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-CCP tkun stabbilita u l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-CCP u l-banek ċentrali tal-ħruġ tal-iżjed muniti rilevanti tal-istrumenti finanzjarji klerjati , kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP stabilita fit-tliet Stati Membri bl-ikbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP imsemmi fl-Artikolu 40 fuq bażi aggregata.
2. Il-kulleġġ għandu, mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jiżgura:
(a) |
il-preparazzjoni tal-opinjoni ▐ msemmija fl-Artikolu 15; |
(b) |
l-iskambju tal-informazzjoni, inklużi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 21; ▐ |
(d) |
il-koordinament ta’ programmi ta’ eżami prudenzjali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tas-CCP; |
(e) |
it-titjib tal-effiċjenza tas-superviżjoni permezz tat-tneħħija ta’ duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ rekwiżiti superviżorji; |
(f) |
konsistenza fl-applikazzjoni ta’ prattiki superviżorji; |
(g) |
id-determinazzjoni ta’ proċeduri u pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kif imsemmija fl-Artikolu 22. |
3. It-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġ għandu jkun ibbażat fuq ftehim bil-miktub fost il-membri kollha tiegħu.
Dak il-ftehim , b'mod partikulari għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għ all-koperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-AETS u jista’ jistabbilixxi l-kompiti fdati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabiliment ta’ CCP jew l-AETS .
Jekk maġġoranza tal-membri tal-kulleġġ jikkunsidraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP ma tkunx qed teżerċita r-responsabilitajiet tagħha b'mod xieraq u li tikkostitwixxi theddida għall-istabilità finanzjarja, l-AETS għandha toħroġ deċiżjoni dwar jekk tikkunsidrax li s-superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP hix xierqa u tikkostitwixxix theddida għall-istabilità finanzjarja.
Jekk l-AETS tikkunsidra li s-superviżjoni ma tkunx xierqa, l-AETS tista' timponi miżuri korrettivi fuq awtoritajiet kompetenti f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
3a. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, b'koperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u wara li tikkonsulta lill-ABE, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(1).
L-AETS, f'koperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, u wara li tikkonsulta mal-ABE, għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
Artikolu 15
Opinjoni tal-kulleġġ
1. Għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-CCP tkun stabbilita għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tas-CCP u tressaq rapport lill-AETS fi żmien xahrejn minn meta titressaq sottomessa applikazzjoni kompluta mis-CC P.
1a. Għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni għal estensjoni tal- attivitajiet u s-servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-CCP tkun stabbilta għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi fuq is-CCP u tressaq rapport lill-kulleġġ fi żmien xahar.
Il-kulleġġ għandu jasal għal opinjoni abbażi ta’ dak ir-rapport, dwar jekk il-livell tar-riskji vvalutati jkunx iwassal biex is-CCP tiffunzjona b'sikurezza fi żmien xahar minn meta jirċeviha.
2. Opinjoni negattiva jew pożittiva mill-kulleġġ tirrikjedi qbil fost maġġoranza sempliċi tal-membri, inkluża l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-CCP tkun stabbilita, mal-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-CCP tkun stabbilita. Fil-każ ta’ dewmien jew nuqqas ta’ qbil, l-AETS għandha tiffaċilita l-adozzjoni ta’ opinjoni ▐ f'konformità mas-setgħat tagħha għas-soluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u l-funzjoni ġenerali tagħha ta’ kooordinament skont l-Artikolu 21 tal-istess Regolament. ▐
Artikolu 16
Irtirar tal-awtorizzazzjoni
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita CCP għandha tirtira l-awtorizzazzjoni fi kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
meta s-CCP ma tkunx għamlet użu tal-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, b’mod espress tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma tkunx ipprovdiet servizzi jew ma tkun wettqet l-ebda attività fis-sitt xhur preċedenti; |
(b) |
meta s-CCP tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi tkun għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezzi irregolari oħra; |
(c) |
meta s-CCP ma tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni; |
(d) |
meta s-CCP tkun kisret serjament u ripetutament ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament; |
1a. Il-proċedura għad-deċiżjoni biex l-awtorizzazzjoni tiġi rtirata għandha tirrikjedi opinjoni pożittiva mill-istess kulleġġ imsemmi fl-awtorizzazzjoni oriġinali kif ukoll opinjoni pożittiva min-naħa tal-AETS.
2. L-AETS tista', fi kwalunkwe żmien, titlob li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-CCP tkun stabbilita teżamina jekk is-CCP tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet skont liema tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.
3. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-irtirar għal servizz partikolari, attività, jew strument finanzjarju. Deċiżjoni dwar l-irtirar għandha tapplika fit-territorju kollu tal-Unjoni.
Artikolu 17
Rieżami u evalwazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas fuq bażi annwali, jeżaminaw mill-ġdid l-arranġamenti, strateġiji, proċessi u mekkaniżmi implimentati minn CCP fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u jevalwaw is-suq, ir-riskji operazzjonali u tal-likwidità li għalihom is-CCP tkun, jew tista’ tkun, esposta.
Ir-rieżami u evalwazzjoni għandhom jikkunsidraw id-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tas-CCP kif ukoll il-kriterji identifikati fl-Artikolu 4(3).
L-awtorità kompetenti għandha titlob li CCP li ma tkunx qed tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament tieħu l-miżuri meħtieġa.
Is-CCP għandha tkun soġġetta għal ispezzjoni fuq il-post mill-AETS.
Kapitolu 2
Superviżjoni u sorveljanza tas-CCPs
Artikolu 18
Awtoritajiet kompetenti
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni, superviżjoni u sorveljanza tas-CCPs stabiliti fit-territorju tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-AETS bihom.
▐
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha s-setgħat superviżorji u investigatorji meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha.
3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li miżuri amministrattivi xierqa, b’konformità mad-dritt nazzjonali, ikunu jistgħu jittieħdu jew jiġu imposti fuq il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jkunux ġew osservati.
Dawk il-miżuri għandhom ikunu effikaċi, proporzjonali u dissważivi.
4. L-AETS għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura f'konformità mal-paragrafu 1 fis-sit elettroniku tagħha.
Artikolu 18a
Sigriet professjonali
1. L-obbligu tas-sigriet professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti maħtura f'konformità mal-Artikolu 18, AETS, jew l-awdituri u l-esperti mogħtija l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jew l-AETS. L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li jistgħu jirċievu tul il-perkors tad-doveri tagħhom ma tista’ tiżvela lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’forma sommarja jew aggregata b’mod li s-CCP, repożitorju tat-tranżazzjonijiet individwali jew kwalunkwe persuna oħra ma tkunx tista’ tiġi identifikata, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali jew it-tassazzjoni jew id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament.
2. Meta CCP tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qed tiġi stralċjata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-proċedimenti.
3. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali, mil-liġi tat-taxxa, l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ awtoritajiet oħra, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għall-iskop li għalih din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet, jew it-tnejn. Meta l-AETS, l-awtorità kompetenti jew xi awtorità, korp jew persuna oħra li jikkomunikaw l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan, l-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista’ tużaha għal skopijiet mhux kummerċjali.
4. Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali rċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jipprevjenu lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti jew il-banek ċentrali rilevanti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzali f'konformità ma’ dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni l-oħra applikabbli għad-ditti tal-investment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, il-UCITS, AIFMs, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-asigurazzjoni, is-swieq regolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew l-awtorità jew il-korp jew il-persuna fiżika jew ġuridika oħrajn li jkunu kkomunikaw din l-informazzjoni.
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali, f'konformità mad-dritt nazzjonali, li ma tkunx ġiet irċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.
Kapitolu 3
Koperazzjoni
Artikolu 19
Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin , mal-AETS u, jekk ikun hemm bżonn, u mas-SEBĊ. L-AETS għandha tingħata r-riżorsi adegwati mill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex tkun tista' twettaq b'mod effikaċi il-kompiti allokati lilha f'dan ir-Regolament.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fit-twettiq tal-obbligi ġenerali tagħhom, jikkunsidraw kif dovut l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra konċernati, b’mod partikolari s-sitwazzjonijiet tal-emerġenza msemmija fl-Artikolu 22, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak il-waqt.
▐
Artikolu 21
Skambju ta’ informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS u lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq ta’ dmirijiethom taħt dan ir-Regolament.
2. L-awtoritajiet kompetenti u korpi oħra jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali fit-twettiq ta’ dmirijiethom taħt dan ir-Regolament għandhom jużawha biss tul il-perkors ta’ dmirijiethom u ma għandhomx jitħallew jippubblikaw jew inkella jagħmlu disponibbli tali informazzjoni kunfidenzjali għal kwalunkwe skop ieħor ħlief dawk stipulati f'dan ir-Regolament.
3. L-AETS għandha tittrażmetti l-informazzjoni kunfidenzjali rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-CCPs. L-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet rilevanti oħra għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom stipulati f’dan ir-Regolament lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lill-banek ċentrali tas-SEBĊ fejn tali informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom.
Artikolu 22
Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
L-awtorità kompetenti jew kwalunkwe awtorità oħra għandha tinforma lill-AETS u awtoritajiet rilevanti oħra mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CCP, inkluż l-iżviluppi fi swieq finanzjarji, li jista’ jkollha effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabilità tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn is-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklerjar tagħha jkun stabbilit.
Kapitolu 4
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 23
Pajjiżi terzi
1. CCP stabbilita f’pajjiż terz tista’ tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil entitajiet stabiliti fl-Unjoni biss meta dik is-CCP tkun rikonoxxuta mill-AETS .
L-awtorizzazzjoni jew l-eżenzjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16.
CCPs ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami permezz ta’ proċess rigoruż daqs dak li huma soġġetti għalih is-CCPs tal-UE.
Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni kompletament jew parzjalment biex tagħti eżenzjoni mill-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni sakemm dan isir fuq bażi reċiproka u sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 3; kif ukoll; |
(b) |
fil-pajjiż terz ikkonċernat, jingħataw eżenzjonijiet paragonabbli lis-CCPs stabbiliti fl-Unjoni. |
2. L-AETS , f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u mal-ABE u l-membri rilevanti tas-SEBĊ tal-Istati Membri fejn is-CCP tipprovdi jew tkun biħsiebha tipprovdi servizzi ta’ kklerjar u l-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tas-CCPs li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti tal-interoperabilità, għandha tirrikonoxxi CCP minn pajjiż terz, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-paragrafu 3; jew |
(b) |
is-CCP tkun awtorizzata u soġġetta għal superviżjoni effettiva f’dak il-pajjiż terz; |
(ba) |
il-pajjiż terz ikun is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-istandards għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja u li jkollhom l-istess effett bħar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (28); |
(bb) |
il-pajjiż terz ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tas-CCP awtorizzata li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-mudell ta’ konvenzjoni fiskali tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital u jiggarantixxi skambju effikaċi ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali, fosthom, jekk hemm, ftehimiet fiskali multilaterali; |
(bc) |
l-istandards tas-CCP dwar il-ġestjoni tar-riskji jkunu ġew rieżaminati mill-AETS u vvalutati li huma konformi mal-istanadards stipulati taħt it-Titolu IV; |
(bd) |
ikollha biżżejjed elementi biex jitqies li l-qafas legali tal-pajjiż terz mhuwiex diskriminatorju vis-à-vis l-entitajiet legali tal-UE; |
(be) |
il-pajjjiż terz japplika kundizzjonijiet ta’ aċċess reċiproku għal CCPs stabbiliti fl-UE u reġim ta’ rikonoxximent reċiproku jkun ġie implimentat f'dak il-pajjiż terz. |
(bf) |
il-kundizzjonijiet imposti fuq is-CCPs ta’ dak il-pajjiż terz għandhom jippreżervaw kundizzjonijiet ta’ kompetittività ndaqs bejn is-CCPs tal-UE u s-CCPs ta’ dak il-pajjiż terz. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu -68 u abbżi ta’ opinjoni konġunta pprovduta mill-AETS, l-ABE, is-SEBĊ u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tat-tliet membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Istati Membri li jkollhom l-ogħla kontribuzzjonijiet għall-fond għall-inadempjenzi tas-CCPs, biex tistabbilixxi li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li s-CCPs awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti vinkolanti legalment li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u li dawn is-CCPs ikunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa.
4. L-AETS , l-ABE, is-SEBĊ u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tat-tliet membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Istati Membri li jkollhom l-ogħla kontribuzzjonijiet għall-fond għall-inadempjenzi tas-CCP għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi li l-oqsfa legali u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament f'konformità mal-paragrafu 3 Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-inqas:
(a) |
il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1 u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati; |
(b) |
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinament tal-attivitajiet superviżorji. |
(ba) |
il-proċeduri relatati mal-irtirar tal-awtorizzazzjoni mogħtija lis-CCP. |
Titolu IV
Rekwiżiti għas-CCPs
Kapitolu 1
Rekwiżiti organizzazzjonali
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. CCP għandu jkollha arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b’linji ta’ responsabilità ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li għalihom hi jew tista’ tkun esposta, u mekkaniżmi tal-kontroll interni adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi.
2. CCP għandha tadotta politiki u proċeduri li jkunu effikaċi biżżejjed sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità tal-maniġers u l-impjegati tagħha mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.
3. CCP għandha żżomm u topera struttura organizzattiva li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Għandha tuża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonali.
4. CCP għandha żżomm separazzjoni ċara bejn il-linji tar-rapportar għall-immaniġġjar tar-riskju u dawk għal operazzjonijiet oħra tas-CCP.
5. CCP għandha tadotta, timplimenta u żżomm politika ta’ rimunerazzjoni li tippromwovi l-immaniġġjar tar-riskji sod u effikaċi u li ma toħloqx inċentivi għar-rilassament tal-istandards tar-riskji.
6. CCP għandha żżomm sistemi tat-teknoloġija informatika li jkunu adegwati biex jitrattaw il-kumplessità, il-varjetà u t-tip ta’ servizzi u attivitajiet imwettqa sabiex jiġu żgurati standards għoljin ta’ sigurtà u l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma.
6a. CCP għandha tiżgura li l-informazzjoni kummerċjali jew dwar klijenti li tirċievi fir-rigward ta’ kuntratti derivati OTC li jiġu kklerjati skont r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament tintuża biss biex tissodisfa r-rekwiżiti tagħha u ma tintużax jew ma tiġix sfruttata kummerċjalment, sakemm mhux bil-kunsens bil-miktub tal-klijent li jkun is-sid tal-informazzjoni.
7. CCP għandha tagħmel l-arranġamenti ta’ governanza tagħha u r-regoli li jirregolaw is-CCP , inklużi l-kriterji ta’ ammissjoni għal sħubija tal-ikklerjar, disponibbli b'mod pubbliku mingħajr ħlas .
8. Is-CCP għandha tkun soġġetta għal verifiki frekwenti u indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki għandhom ikunu komunikati lill-bord u magħmula disponibbli lill-awtorità kompetenti.
9. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu tar-regoli u l-arranġamenti ta’ governanza msemmija fil-paragrafi (1) sa (8)
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta'standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 . [emenda 19]
▐
Artikolu 25
Maniġment Superjuri u l-Bord
1. Il-maniġment superjuri għandu jkollu reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed sabiex jiżgura l-immaniġjar sod u prudenti tas-CCP.
2. CCP għandu jkollha bord li mill-inqas terz, iżda mhux iżjed minn żewġ terzi, tal-membri tiegħu jkunu indipendenti. Il-klijenti tal-membri tal-ikklerjar għandhom ikun rappreżentati fil-Bord. Il-kumpens tal-membri independenti u l-membri l-oħra mhux eżekuttivi tal-bord ma għandux ikun konness mal-prestazzjoni kummerċjali tas-CCP.
Il-membri tal-bord, inklużi l-membri indipendenti tiegħu, għandu jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza xierqa f’servizzi finanzjarji, immaniġjar tar-riskju u servizzi tal-ikklerjar.
3. CCP għandha tiddetermina b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabilitajiet tal-bord u għandha tagħmel il-minuti tal-laqgħat tal-bord disponibbli għall-awtorità kompetenti u għall-awdituri .
Artikolu 26
Kumitat tar-riskju
1. CCP għandha tistabilixxi kumitat tar-riskju, li għandu jkun kompost minn diversi gruppi ta’ rappreżentanti, li jinkludu rappreżentanti tal-membri tal-ikklerjar tagħha, il-klijenti tal-membri tal-ikklerjar tagħha, esperti indipendenti u rappreżentanti tal-awtorità kompetenti tas-CCP sakemm ir-rappreżentanti tal-klijent ikunu differenti mir-rappreżentanti tal-membri tal-ikklerjar. L-ebda mill-gruppi ta’ rappreżentanti m'għandu jkollhom maġġoranza fil-kumitat tar-riskju. Il-kumitat tar-riskju jista’ jistieden lill-impjegati tas-CCP jattendu laqgħat tal-kumitat tar-riskju f’kapaċità mingħajr vot. Il-parir tal-kumitat tar-riskju għandu jkun indipendenti minn kwalunkwe influwenza diretta mill-maniġment tas-CCP.
2. CCP għandha b’mod ċar tistabbilixxi l-mandat, l-arranġamenti ta’ governanza sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tagħha, il-proċeduri operattivi, il-kriterja tal-ammissjoni u l-mekkaniżmu li bih jiġu eletti l-membri tal-kumitat tar-riskju. L-arranġamenti tal-governanza għandhom ikunu pubblikament disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom, mill-inqas, jistabbilixxu li l-kumitat tar-riskju jkun ippresedut minn espert indipendenti, jirrapporta direttament lill-bord jew, fejn hemm struttura organizzattiva doppja, lill-bord eżekuttiv u jkollu laqgħat regolari.
3. Il-kumitat tar-riskju għandu jagħti parir lill-bord jew, fejn hemm struttura organizzattiva doppja, lill-bord eżekuttiv dwar kwalunkwe arranġamenti li jistgħu jolqtu l-immaniġjar tar-riskji tas-CCP, bħal, iżda mhux limitati għal, bidla sinifikanti fil-mudell tar-riskju tagħha, il-proċeduri f’każ ta’ inadempjenza, il-kriterja għall-aċċettazzjoni ta’ membri tal-ikklerjar jew l-ikklerjar ta’ klassijiet ġodda ta’ strumenti jew l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet . Il-parir tal-kumitat tar-riskju mhuwiex meħtieġ għall-operazzjonijiet ta’ kuljum tas-CCP. Għandhom isiru sforzi raġonevoli biex il-kumitat tar-riskju jiġi kkonsultat f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
4. Mingħajr preġudizzjoni għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu informati kif dovut, il-membri tal-kumitat tar-riskju għandhom ikunu marbuta bil-kunfidenzjalità. Meta l-president tal-kumitat tar-riskju jiddetermina li membru effettivament jew potenzjalment għandu konflitt ta’ interess fuq kwistjoni partikolari, dak il-membru ma għandux jitħalla jivvota fuq dik il-kwistjoni.
5. CCP għandha minnufih tinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe deċiżjoni li fiha l-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-parir tal-kumitat tar-riskju.
6. CCP għandha tippermetti lill-klijenti tal-membri tal-ikklerjar ikunu membri tal-kumitat tar-riskju jew, alternattivament, għandha tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni xierqa li jiżguraw li l-interessi tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar ikunu stabbiliti b’mod xieraq.
Artikolu 27
Żamma ta’ reġistri
1. CCP għandha żżomm, għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, ir-rekords kollha dwar is-servizzi u l-attività pprovduti sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti li timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament.
2. CCP għandha żżomm, għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara t-terminazzjoni ta’ kuntratt, l-informazzjoni kollha dwar il-kuntratti kollha li tkun ipproċessat. Dik l-informazzjoni għandha mill-inqas tippermetti l-identifikazzjoni tat-termini oriġinali ta’ tranżazzjoni qabel l-ikklerjar minn dik is-CCP.
3. CCP għandha tagħmel ir-rekords u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-informazzjoni kollha dwar il-pożizzjonijiet ta’ kuntratti klerjati, irrispettivament mill-post fejn ikunu twettqu t-tranżazzjonijiet, disponibbli meta mitluba lill-awtorità kompetenti u lill-AETS.
4. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, u, fejn ikun xieraq, perjodu ta’ żmien itwal għaż-żamma tar-rekords .
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
5. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tiddetermina l-format tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm. L-AETS għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
▐
Artikolu 28
Azzjonisti u membri b’parteċipazzjoni kwalifikatorja
1. L-awtorità kompetenti ma għandhiex tawtorizza CCP sakemm ma tkunx ġiet informata bl-identitajiet tal-azzjonisti jew membri, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom parteċipazzjoni kwalifikatorja u l-ammonti ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet.
2. L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta l-awtorizzazzjoni lil CCP meta ma tkunx sodisfatta dwar l-adattezza tal-azzjonisti jew il-membri li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikatorji fis-CCP, meta tikkunsidra l-bżonn li jiġi żgurat l-immaniġġjar sod u prudenti ta’ CCP.
3. Meta jeżistu konnessjonijiet mill-qrib bejn is-CCP u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta dawk il-konnessjonijiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti.
4. Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jeżerċitaw influwenza li aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-immaniġjar sod u prudenti tas-CCP, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex ittemm din is-sitwazzjoni jew jirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP .
5. L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta l-awtorizzazzjoni meta l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika jew iżjed minn persuna waħda li magħha/magħhom is-CCP ikollha konnessjonijiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 29
Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti
1. CCP għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP dwar kwalunkwe bidliet fil-maniġment tagħha, u għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni meħtieġa kollha sabiex jiġi vvalutat jekk il-membri tal-bord ikunux ta’ reputazzjoni tajba u esperjenzati biżżejjed.
Meta l-komportament ta’ membru tal-bord aktarx li jkun ta’ preġudizzju għall-immaniġġjar sod u prudenti tas-CCP, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa, inkluż it-tneħħija ta’ dak il-membru mill-bord.
2. Kwalunkwe persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew dawk il-persuni li jaġixxu flimkien (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-akkwirent propost’), li ħadu deċiżjoni li jiksbu, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikatorja f’CCP jew li jkomplu jżidu, direttament jew indirettament, tali parteċipazzjoni kwalifikatorja f’CCP li b’konsegwenza ta’ dan il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jeċċedi 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li s-CCP ssir is-sussidjarja (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala l-akkwiżizzjoni proposta), għandhom l-ewwel jinnotifikaw bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tas-CCP li fihom qed ifittxu li jiksbu jew iżidu parteċipazzjoni kwalifikatorja, li tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni intiża u l-informazzjoni rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 30(4).
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikatorja f’CCP għandha l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwarha, u tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba. Tali persuna għandha bl-istess mod tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni għat-tnaqqis tal-parteċipazzjoni kwalifikatorja tagħha sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital jaqa’ taħt 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li s-CCP ma tibqax tkun sussidjarja tagħha.
L-awtorità kompetenti għandha, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-irċevuta tan-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 2, kif ukoll wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3; tirrikonoxxi l-irċevuta tagħha bil-miktub lill-akkwirent propost jew lill-bejjiegħ.
L-awtorità kompetenti għandu jkollha massimu ta’ sittin jum tax-xogħol mid-data tar-rikonoxximent bil-miktub tal-irċevuta tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa li jridu jinhemżu man-notifika fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 30(4) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ 'il-perjodu ta’ valutazzjoni'), għat-twettiq tal-valutazzjoni pprovduta fl-Artikolu 30(1) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa 'il-valutazzjoni').
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost jew lill-bejjiegħ bid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni fiż-żmien tar-rikonoxximent tal-irċevuta.
3. L-awtorità kompetenti tista’, waqt il-perjodu ta’ valutazzjoni, fejn ikun meħtieġ, u mhux iżjed tard mill-50 jum tax-xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni, titlob kwalunkwe informazzjoni oħra li hi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.
Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni mill-awtorità kompetenti u l-irċevuta ta’ risposta għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jkun interrott. L-interruzzjoni ma għandhiex teċċedi 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talbiet oħra mill-awtorità kompetenti għat-tlestija jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma jistgħux jirriżultaw f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni.
4. L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa 30 jum tax-xogħol meta l-akkwirent propost jew il-bejjiegħ ikun:
(a) |
jinsab jew hu rregolat barra l-Unjoni; jew |
(b) |
persuna fiżika jew ġuridika mhux soġġetta għal superviżjoni skont dan ir-Regolament jew id-Direttivi 73/239/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (29), 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (30) jew id-Direttivi 2002/83/KE, 2003/41/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE, 2006/48/KE, 2009/65/KE jew 2011/61/UE. |
5. Meta l-awtorità kompetenti, mat-tlestija tal-valutazzjoni, tiddeċiedi li topponi l-akkwiżizzjoni proposta, għandha fi żmien jumejn tax-xogħol, u mingħajr ma taqbeż il-perjodu ta’ valutazzjoni, tinforma lill-akkwirent propost bil-miktub u tipprovdi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Suġġett għal-liġi nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista’ ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tagħmel tali divulgazzjoni fin-nuqqas ta’ talba mill-akkwirent propost.
6. Meta l-awtorità kompetenti ma topponix l-akkwiżizzjoni proposta fiż-żmien tal-perjodu tal-valutazzjoni, din għandha titqies li ġiet approvata.
7. L-awtorità kompetenti tista’ tistipula perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwiżizzjoni proposta u testendih safejn dan ikun xieraq.
8. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti għal notifika lil, u approvazzjoni minn, l-awtorità kompetenti ta’ akkwisti diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ votazzjoni jew kapial li huma iżjed stretti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 30
Il-valutazzjoni
1. Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 29(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(3), l-awtorità kompetenti għandha, sabiex tiżgura l-immaniġġjar sod u prudenti tas-CCP li fiha hu propost l-akkwist, u wara li tikkunsidra l-influwenza probabbli tal-akkwirent propost fuq is-CCP, tevalwa l-adattezza tal-akkwirent propost u s-sodezza finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta skont dawn il-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
ir-reputazzjoni u s-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost; |
(b) |
ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju tas-CCP b’konsegwenza tal-akkwiżizzjoni proposta; |
(c) |
jekk is-CCP hix se tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament; |
(d) |
jekk hemmx raġunijiet raġonevoli għalxiex tissuspetta li, b’rabta mal-akkwiżizzjoni proposta, hux qed jitwettaq jew twettaq jew sar tentattiv ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE, jew li l-akkwiżizzjoni proposta tistax iżżid ir-riskju tagħha. |
Meta tkun qed tivvaluta s-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari lit-tip ta’ negozju segwit u previst fis-CCP li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni.
Meta tkun qed tivvaluta l-abilità tas-CCP li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-grupp li minnha se ssir parti għandux struttura li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata superviżjoni effikaċi, li effettivament tiġi skambjata informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u li tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fost l-awtoritajiet kompetenti.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwiżizzjoni proposta biss meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli għalxiex jagħmlu dan fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew meta l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompleta.
3. L-Istati Membri ma għandhom la jimponu kwalunkwe kundizzjonijiet preċedenti fir-rigward tal-livell ta’ parteċipazzjoni li għandu jinkiseb u lanqas ma jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jeżaminaw l-akkwiżizzjoni proposta f’termini tal-bżonnijiet ekonomiċi tas-suq.
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku lista li tispeċifika l-informazzjoni, li hija meħtieġa biex issir l-evalwazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fil-ħin tan-notifika msemmija fl-Artikolu 29(2). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwist propost. L-Istati Membri ma għandhomx jitolbu informazzjoni li mhix rilevanti għall-valutazzjoni prudenzjali.
5. Minkejja l-Artikolu 29(2), (3) u (4), fejn żewġ proposti jew iżjed għall-kisba jew iż-żieda ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikatorji fl-istess CCP ikunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha titratta l-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.
6. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jaħdmu b’konsultazzjoni sħiħa ma’ xulxin għat-twettiq tal-valutazzjoni meta l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
CCP oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tas-sigurtà, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor; |
(b) |
l-impriża prinċipali ta’ CCP oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tas-sigurtà, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor; |
(c) |
persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla CCP oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tas-sigurtà, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor. |
7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien dovut, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li hi essenzjali għall-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin u għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha essenzjali b’inizjattiva tagħhom. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li awtorizzat is-CCP li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni għandha tindika kwalunkwe fehmiet jew riservi espressi mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.
Artikolu 31
Kunflitti ta’ interess
1. CCP għandha żżomm u topera arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex tidentifika u timmaniġja kwalunkwe konflitti ta’ interess potenzjali bejnha, inklużi l-maniġers, l-impjegati, jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa magħhom permezz tal-kontroll jew konnessjonijiet mill-qrib u l-membri tal-ikklerjar tagħhom jew il-klijenti tagħhom jew bejniethom. Għandha żżomm u timplimenta proċeduri ta’ riżoluzzjoni xierqa għat-tneħħija tal-konflitti ta’ interess ▐.
2. Meta l-arranġamenti organizzazzjonali jew amministrattivi ta’ CCP biex jimmaniġjaw konflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’kunfidenza raġonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi ta’ membru tal-ikklerjar jew klijent se jiġu evitati, is-CCP għandha tiddivulga b’mod ċar in-natura ġenerali jew sorsi ta’ konflitti ta’ interess għall-membru tal-ikklerjar qabel ma jiġu aċċettati tranżazzjonijiet ġodda minn dak il-membru tal-ikklerjar. ▐
3. Meta s-CCP tkun impriża prinċipali jew sussidjarja, l-arranġamenti bil-miktub għandhom jikkunsidraw ukoll kwalunkwe ċirkostanzi, li tagħhom is-CCP hi jew għandha tkun konxja, li jistgħu jagħtu lok għal konflitt ta’ interess li joħroġ b’konsegwenza tal-istruttura u l-attivitajiet tan-negozju ta’ impriżi oħra li magħhom għandha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja.
4. L-arranġamenti bil-miktub stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a) |
iċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu jew li jistgħu jagħtu lok għal konflitt ta’ interess li jwassal għal riskju materjali ta’ ħsara għall-interessi ta’membru tal-ikklerjar wieħed jew iżjed jew għall-klijenti; |
(b) |
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jiġu ġestiti tali konflitti. |
5. CCP għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha u għandha tipprevjeni l-użu ta’ dik l-informazzjoni miżmuma għal attivitajiet tan-negozju oħra. Informazzjoni sensittiva rreġistrata f’CCP waħda ma għandhiex tintuża għal użu kummerċjali minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li għandha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja ma’ dik is-CCP.
Artikolu 32
Kontinwità tal-operat
1. CCP għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika ta’ kontinwità tal-operat xierqa u pjan ta’ rkupru minn diżastru bl-għan li jiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u l-qadi tal-obbligi tas-CCP. Tali pjan għandu mill-inqas jippermetti l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha fiż-żmien tat-taqlib sabiex jippermetti lis-CCP tkompli topera b’ċertezza u tlesti s-saldu komplut fid-dati skedata.
1a. CCP għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura adegwata li tiżgura s-saldu f'waqtu u ordinat jew it-trasferiment tal-beni tal-klijenti fil-każ li tkun irtirata l-awtorizzazzjoni b'konsegwenza ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 16.
2. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw il-kontenut minimu tal-pjan ta’ kontinwità tal-operat u l-livell minimu tas-servizzi li l-pjan ta’ rkupru minn diżastru għandu jiggarantixxi.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 . [emenda 19]
▐
Artikolu 32a
Trattament Interament Awtomatizzat
1. Bl-iskop li jkun promoss it-Trattament Interament Awtomatizzat (STP) fl-fluss kollu tat-tranżazzjoni, is-CCPs għandhom jużaw jew jakkomodaw fis-sistemi tagħhom lill-parteċipanti u l-infrastrutturi tas-suq li jinterfaċċaw magħhom, fil-proċeduri tagħhom ta’ komunikazzjoni mal-parteċipanti u mal-infrastrutturi tas-suq li jinterfaċċaw magħhom, il-proċeduri u standards ta’ komunikazz’oni internazzjonali relevanti ħalli jiffaċilitaw l-ikklerjar u s-saldu effiċjenti fis-sistemi.
2. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċess għad-definizzjoni ta’ liema proċeduri u standards ta’ komunikazzjoni internazzjonali biex jintbagħtu messaġġi u għad-dejta ta’ riferiment għandhom jiġu kkunsidrati relevanti għall-finijiet tal-paragrafu 1.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
Artikolu 33
Ester45nalizzazzjoni
1. Meta CCP testernalizza funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet, għandha tibqa’ kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tikkonforma dejjem mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabilità tagħha; |
(b) |
ir-relazzjoni u l-obbligi tas-CCP lejn il-membri tal-ikklerjar tagħha jew fejn rilevanti, il-klijenti tagħhom ma tinbidilx; |
(c) |
il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-CCP effettivament ma jitbiddlux; |
(d) |
l-esternalizzazzjoni ma tipprevjenix l-eżerċitar ta’ funzjonijiet superviżorji u sorveljanti, inkluż l-aċċess fuq il-post għall-informazzjoni relatata, fi ħdan il-fornitur tas-servizz; |
(e) |
l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-deprivazzjoni tas-CCP mis-sistemi u kontrolli neċessarji għall-immaniġġjar tar-riskji li tiffaċċja; |
(ea) |
il-fornitur tas-servizz jimplimenta r-rekwiżiti ekwivalenti tal-kontinwità tan-negozju għal dawk li jkollhom jiġu sodisfatti mis-CCP skont il-qafas superviżorju domestiku tiegħu; |
(f) |
is-CCP iżżomm il-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa biex tevalwa l-kwalità tas-servizzi pprovduti, l-adegwatezza organizzazzjonali u kapitali tal-fornitur tas-servizz u biex tissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b'mod effikaċi u timmaniġja r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni u għandha tissorvelja dawn il-funzjonijiet u timmaniġja dawk ir-riskji fuq bażi kontinwa; |
(g) |
is-CCP jkollha aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tal-funzjonijiet esternalizzati; |
(h) |
meta jkun rikjest, u mingħajr preġudizzju għar-responsabilità tas-CCP għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-fornitur tas-servizzi jikkoopera mal-awtorità kompetenti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati; |
(i) |
il-fornitur tas-servizzi jipproteġi kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-CCP u l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħha. Jekk il-fornitur tas-servizzi jkun stabbilit f'pajjiż terz, l-istandards tal-protezzjoni tad-dejta ta’ dan l-istat terz għandhom ikunu ekwivalenti mal-istandards tal-protezzjoni tad-dejta li japplikaw fl-Unjoni. |
(ia) |
il-fornitur kummerċjali jkun soġġett f'pajjiżu għall-istess reġim legali bħas-CCP f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontinwità kummerċjali u l-protezzjoni tad-data; |
(ib) |
l-attivitajiet relatati mal-immaniġġjar tar-risku ma jiġux esternalizzati. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi li s-CCP talloka b’mod ċar u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha, u dawk tal-fornitur tas-servizzi, bi ftehim bil-miktub.
3. CCP għandha, fuq talba, tagħmel disponibbli l–informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti li l-awtorità kompetenti tivvaluta l-konformità tat-twettiq tal-attivitajiet esternalizzati mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Kapitolu 2
Regoli dwar l-operat kummerċjali
Artikolu 34
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Meta tipprovdi servizzi lill-membri tal-ikklerjar tagħha, u fejn rilevanti, lill-klijenti tagħha, CCP għandha taġixxi b’mod ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-membri tal-ikklerjar u l-klijenti ta’ dan it-tip u l-immaniġjar sod tar-riskji.
2. CCP għandu jkollha regoli aċċessibbli , trasparenti u ġusti biex tittratta l-ilmenti fil-pront .
Artikolu 35
Rekwiżiti tal-parteċipazzjoni
1. CCP għandha tistabilixxi l-kategoriji ta’ membri tal-ikklerjar ammissibbli u l-ktiterji tal-ammissjoni. Dawn il-kriterji għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi sabiex jiġi żgurat aċċess ġust u miftuħ għas-CCP u għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklerjar ikollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u kapaċità operattiva biex jilħqu l-obbligi riżultanti mill-parteċipazzjoni f’CCP. Il-kriterji li jirrestrinġu l-aċċess għandhom ikunu permessi biss safejn l-għan tagħhom ikun il-kontroll tar-riskju għas-CCP. L-istituzzjonijiet finanzjarji ma għandhomx ikunu ristretti milli jsiru membri tal-ikklerjar b’mod mhux konkorrenzjali jew mhux raġonevoli.
2. CCP għandha tiżgura li l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 tintlaħaq fuq bażi kontinwa u għandu jkollha aċċess fil-ħin għall-informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni. CCP għandha twettaq, għall-inqas darba fis-sena, rieżami komprensiv tal-konformità mad-dispożizzjonijiet f’dan l-artikolu mill-membri tal-ikklerjar tagħha.
3. Membri tal-ikklerjar li jikklerjaw tranżazzjonijiet f’isem il-klijenti tagħhom għandu jkollhom ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali meħtieġa u kapaċità operazzjonali għat-twettiq ta’ din l-attività. Ir-regoli tas-CCP għall-membri tal-ikklerjar għandhom jippermettulha tiġbor l-informazzjoni bażika ħalli tidentifika, timmonitora u timmaniġġja l-konċentrazzjonijiet relevanti ta’ riskju marbut mal-forniment ta’ servizzi lill-kjlienti. Il-membri tal-ikklerjar għandhom, meta mitluba, jinformaw lis-CCP dwar il-kriterji u l-arranġamenti li jadottaw biex jippermettu li l-klijenti tagħhom jaċċessaw is-servizzi tas-CCP. Ir-responsabilità għas-sorveljanza tal-klijenti kif ukoll għall-obbligi fir-rigward tagħhom għandha tibqa’ f’idejn il-membri tal-ikklerjar. Dawn il-kriterji għandhom ikunu mhux diskriminatorji.
4. CCP għandu jkollha proċeduri oġġettivi u transparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat ta’ membri tal-ikklerjar li ma jkunux għadhom jissodisfaw l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.
5. CCP tista’ tirrifjuta biss l-aċċess għal membri tal-ikklerjar li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 meta jkun ġustifikat kif dovut bil-miktub u abbażi ta’ analiżi tar-riskju komprensiv.
6. CCP tista’ timponi obbligi addizzjonali speċifiċi fuq il-membri tal-ikklerjar, bħal, iżda mhux limitati għal, il-parteċipazzjoni f’irkanti tal-pożizzjoni ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dawn l-obbligi addizzjonali għandhom ikunu proporzjonali għar-riskju li jkollu membru tal-ikklerjar u ma għandhomx jirrestrinġu l-parteċipazzjoni għal ċertu kategoriji ta’ membri tal-ikklerjar.
Artikolu 36
Trasparenza
1. CCP għandha tiżvela pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi li tipprovdi. Għandha tiżvela l-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz u funzjoni pprovduti separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet li jibbenefikaw minn dak it-tnaqqis. Għandha tippermetti l-membri tal-ikklerjar tagħha u, fejn rilevanti, il-klijenti tagħhom, aċċess separat għal servizzi speċifiċi.
2. CCP għandha tiżvela lill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti r-riskji ekonomiċi assoċjati mas-servizzi pprovduti.
3. CCP għandha tiddivulga lill-membri tagħha tal-ikklerjar u lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar il-prezz użata għall-kalkolu tal-iskoperturi tagħha fi tmiem il-jum mal-membri tal-ikklerjar tagħha.
CCP għandha tiżvela pubblikament il-volumi tat-tranżazzjonijiet ikklerjati għal kull klassi ta’ strumenti kklerjati mis-CCP fuq bażi aggregata .
3a. CCP għandha tiżvela pubblikament ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi marbutin mal-protokolli tal-komunikazzjoni li jkopru l-format tal-kontenut u tal-messaġġ li tuża fl-interazzjoni ma’ terzi, inklużi dawk li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 5.
3b. CCP għandha tiżvela pubblikament kull ksur mill-membri tal-ikklerjar tal-kriterji msemmijin fl-Artikolu 35(1) u (2), ħlief fil-każ li l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-AETS, tikkunsidra li żvelar ta’ dan it-tip ikun jikkostitwixxi theddida għall-istabilità finanzjarja jew il-fiduċja tas-suq.
Artikolu 37
Segregazzjoni u portabilità
1. CCP għandha żżomm ir-rekords u l-kontijiet li jippermettuha, fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien, li tidentifika u tissegrega l-assi u l-pożizzjonijiet ta’ membru tal-ikklerjar wieħed mill-assi u l-pożizzjonijiet ta’ kwalunkwe membru tal-ikklerjar ieħor mill-assi tagħha stess. Fejn CCP tiddepożita beni u fondi ma’ terz, għandha tiżgura li l-beni u l-fondi appartenenti għal membri tal-ikklerjar jinżammu separatament mill-beni u l-fondi appartenenti għas-CCP jew membri oħrajn tal-ikklerjar, u mill-beni u l-fondi appartenenti għal dak it-terz.
2. Membru tal-ikklerjar għandu jiddistingwi f’kontijiet separati mas-CCP l-assi u l-pożizzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar minn dawk tal-klijenti tagħha
2a. Il-membri tal-ikklerjar għandhom jiddistingwu f’kontijiet separati mas-CCP il-pożizzjonijiet ta’ kull klijent ('segregazzjoni sħiħa'). Il-klijenti għandhom jingħataw il-possibilità mill-membri tal-ikklerjar li jkollhom il-pożizzjonijiet tagħhom irreġistrati f’kontijiet omnibus mas-CCP bil-jagħmlu talba bil-miktub f'dak ir-rigward.
3. Is-CCP u l-membru tal-ikklerjar għandhom jiżvelaw pubblikament il-livelli tal-protezzjoni u l-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta’ segregazzjoni li jipprovdu. Id-dettalji tal-livelli differenti ta’ segregazzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet ewlenin fil-liġi tal-livelli rispettivi ta’ segregazzjoni offruti, inkluż tagħrif dwar id-liġi dwar l-insolvenza applikabbli fil-ġurisdizzjonijiet relevanti. Is-CCP għandha tirrikjedi li l-membri tal-ikklerjar jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar dawn ir-riskji u spejjeż.
3a. CCP għandha żżomm rekords li jippermettulha, f’kull ħin u mingħajr dewmien, tidentifika l-beni li sar rikors għalihom fir-rigward ta’ kull kont miżmum f'konformità ma’ dan l-Artikolu.
3b. CCP għandha tisstruttura l-arranġamenti tagħha b’mod li tiżgura, li fejn tkun tapplika s-segregazzjoni sħiħa, tkun qed tiffaċilita t-trasferiment tal-pożizzjonijiet u l-kollateral tal-klijenti ta’ membru inadempjenti għal parteċipant ieħor wieħed jew aktar.
4 . Sakemm klijent ikollu segregazzjoni sħiħa , għandu japplika l-Anness III, il-Parti 2, il-punt 6 tad-Direttiva 2006/48/KE.
5 . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet tagħhom dwar l-insolvenza jinkludu derogi biżżejjed li jippermettu lis-CCPs jilħqu l-objettivi u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
L-avvenimenti rilevanti li jqanqlu dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu l-insolvenza ta’ membru tal-ikklerjar u avvenimenti adatti kif ukoll jekk l-obbligi eżistenti ma jiġux sodisfatti.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi li jispeċifikaw il-ġrajjiet relevanti f’dettal akbar:
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
Kapitolu 3
Rekwiżiti prudenzjali
Artikolu 38
Maniġjar tal-iskoperturi
CCP għandha tkejjel u tivvaluta l-likwidità tagħha u l-iskoperturi tal-kreditu tagħha għal kull membru tal-ikklerjar u, fejn rilevanti, għal CCP oħra li magħha tkun ikkonkludiet arranġament interoperabbli, fuq bażi ta’ kważi ħin reali. CCP għandha, sa fejn ikun prattikabbli, tidentifika, timmonitorja u timmaniġġja r-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-membri tal-ikklerjar li jkunu qed jikklerjaw it-tranżazzjonijiet f'isem il-klijenti. CCP għandu jkollha aċċess fil-ħin u fuq bażi mhux diskriminatorja għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti sabiex tkun tista’ tkejjel l-iskoperturi tagħha b’mod effettiv. Dan għandu jsir fuq bażi ta’ spejjeż raġonevoli u fir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali,
Artikolu 39
Rekwiżiti tal-marġini
1. CCP għandha timponi, tixtri u tiġbor marġini sabiex tillimita l-iskopertura tal-kreditu tagħha mill-membri tal-ikklerjar tagħha, u fejn rilevanti, minn CCPs li għandhom arranġamenti interoperabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiggarantixxu li s-CCPs jirrispettaw l-istandards minimi ta’ marġini speċifikati fil-paragrafu 5. Dawn l-istandards minimi għandhom ikunu kalibrati skont il-livell ta’ riskju u għandhom ikunu riveduti regolarment bil-għan li jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq u partikolarment bħala reazzjoni għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li fihom jiġi konkluż li dan l-aġir se jimmitiga r-riskji sistemiċi. Dawn il-marġini għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru l-iskoperturi potenzjali li s-CCP tistma li ser iseħħu sal-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet rilevanti. Għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru t-telfiet li jirriżultaw minn tal-inqas 99 % tal-movimenti fl-iskoperturi fuq firxa taż-żmien xierqa u għandhom jiżguraw li CCP tikkollateralizza b’mod sħiħ l-iskoperturi tagħha mal-membri tal-ikklerjar kollha tagħha, u fejn rilevanti mas-CCPs li jkollhom arranġamenti interoperabbli, mill-inqas fuq bażi ta’ kuljum.
F'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS tista' tikkalibra mill-ġdid ir-rekwiżiti tal-marġni fis-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta dan iservi ta’ mitigazzjoni għar-riskju sistemiku.
2. CCP għandha tadotta mudelli u parametri fid-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġini tagħha li jaqbdu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti klerjati u li jikkunsidraw l-intervall bejn il-ġbir tal-marġini, il-likwidità tas-suq u l-possibilità ta’ bidliet tul id-durata tat-transazzjoni. Il-mudelli u l-parametri għandhom ikunu vvalidati mill-awtorità kompetenti u soġġetti għal opinjoni f'konformità mal-Artikolu 15.
3. CCP għandha ssejjaħ u tiġbor il-marġini fuq bażi ta’ kuljum, bħala minimu meta jinkisru l-limiti minimi limitu predefiniti.
3a. CCP għandha ssejjaħ u tiġbor il-marġini li jkunu adegwati sabiex ikopru l-pożizzjonijiet reġistrati f'kull kont miżmum f'konformità mal-Artikolu 37 fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi. CCP tista’ tikkalkula l-marġini fir-rigward ta’ portafoll tal-istrumenti finanzjarji biss fejn il-korrelazzjoni tal-prezzijiet fost l-istrumenti finanzjarji inklużi fil-portafoll tkun għolja u stabbli.
▐
5. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE, għandha tżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna msemmija fil-paragrafu 1 u l-limiti ta’ konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
L-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
Artikolu 40
Fond tal-inadempjenza
1. Bl-iskop li trażżan ulterjurment l-esponimenti ta’ kreditu tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha , CCP għandha żżomm fond tal-inadempjenza biex ikopri t-telf li jaqbeż it-telf li għandu jkun kopert mir-rekwiżiti ta’ marġni kif imsemmi fl-Artikolu 39 , li jkun jirriżulta mill-inadempjenza, inkluż il-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew iżjed.
2. CCP għandha tistabilixxi d-daqs minimu tal-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u l-kriterji għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar singoli. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonali għall-iskoperturi ta’ kull membru tal-ikklerjar, sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-inqas jippermettu li s-CCP tkun tiflaħ l-inadempjenza taż-żewġ membri tal-ikklerjar li fir-rigward tagħhom ikollha l-ikbar iskoperturi.
2a. CCP għandha tiżviluppa xenarji ta’ kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli. Ix-xenarji għandhom jinkludi l-aktar perijodi volatili li jkunu ġew esperjenzati mis-swieq li s-CCP tkun tathom is-servizzi tagħha u firxa ta’ xenarji futuri potenzjali. Għandhom iqisu l-bejgħ għall-għarrieda ta’ riżorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-likwidità tas-suq. Il-portata tal-fond tal-inadempjenza għandha tinkludi l-marġini kalkolati, a tenur tal-Artikolu 39, fuq il-pożizzjonijiet derivanti mix-xenarji ipotetizzati.
Fil-kalkolu tal-esponiment tal-kreditu għall-membri tal-ikklerjar tagħha, CCP għandha tqis:
(a) |
l-espożizzjonijiet ta’ kull membru tal-ikklerjar, kif reġistrati f’kull kont miżmum f'konformità mal-Artikolu 37; kif ukoll; |
(b) |
jekk il-profitti fuq il-pożizzjonijiet tal-proprjetà jistgħux jintużaw għalbiex ikun kopert it-telf fuq il-pożizzjonijiet tal-klijenti. |
3. CCP tista’ tistabilixxi iżjed minn fond tal-inadempjenza wieħed għall-klassijiet differenti ta’ strumenti li tikklerja.
3a. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS b'koperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u wara li tikkonsulta lill-ABE, għandha tżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-fondi ta’ inadempjenza msemmija fil-paragrafi 1 u 3.
L-AETS għandha, b’koperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u wara li tikkonsulta lill-ABE, tippreżenta lill-Kummissjoni abbozzi ta’ tali standards tekniċi regolatorji sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
Artikolu 41
Kontrolli tar-riskju oħra
1. Minbarra l-kapital meħtieġ skont l-Artikolu 12, CCP għandha żżomm biżżejjed riżorsi finanzjarji disponibbli li jkopru telf potenzjali li jeċċedi t-telf li jiġi kopert minn rekwiżiti tal-marġini u l-fond tal-inadempjenza. Dawn ir-riżorsi jistgħu jinkludu kwalunkwe fond tal-ikklerjar ieħor ipprovdut minn membri tal-ikklerjar jew partijiet oħra, arranġamenti tal-kondiviżjoni tat-telf, arranġamenti tal-assigurazzjoni, il-fondi proprji ta’ CCP, garanziji ta’ superjuri jew dispożizzjonijiet simili. Dawn ir-riżorsi għandhom ikunu liberament disponibbli għas-CCP u ma għandhomx jintużaw biex ikopru t-telf operatorju.
2. ▐ Il-fond tal-inadempjenza msemmi fl-Artikolu 40 u r-riżorsi finanzjarji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandhom f’kull ħin jippermettu lis-CCP tkun tiflaħ għal telf potenzjali f'kundizzjoni estremi imma plawsibbli tas-suq. CCP għandha tiżviluppa xenarji ta’ tali kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli.
3. CCP għandha tkejjel il-bżonnijiet ta’ likwidità potenzjali tagħha. F'kull ħin ic-CCP għandu jkollha aċċess għal likwidità adegwata biex twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Għal dak l-għan, CCP għandha tikseb il-linji tal-kreditu meħtieġa jew arranġamenti simili sabiex tkopri l-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha f’każ li r-riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħha ma jkunux disponibbli minnufih. Kull membru tal-ikklerjar, impriża prinċipali jew sussidjarja tal-membru tal-ikklerjar ma jistgħux jipprovdu iżjed minn 25 % tal-linji tal-kreditu meħtieġa mis-CCP.
4. CCP tista’ titlob lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti biex jipprovdu fondi addizzjonali f’każ ta’ inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ieħor. Il-membri tal-ikklerjar ta’ CCP għandu jkollhom skoperturi limitati lejn is-CCP.
5. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE, għandha tżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw il-kundizzjonijiet estremi msemmija fil-paragrafu 2 li s-CCP għandha tkun tiflaħ għalihom.
L-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti dawk lbbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
Artikolu 42
Kaskata tal-inadempjenza
1. CCP għandha tuża l-marġini li jiddaħħlu minn membru tal-ikklerjar inadempjenti qabel riżorsi finanzjarji oħra biex jiġi kopert it-telf.
2. Meta l-marġini li ddaħħlu mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-telf imġarrab mis-CCP, is-CCP għandha tuża l-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tal-membru tal-inadempjenza biex tkopri dan it-telf.
3. CCP għandha tuża biss il-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u kontribuzzjonijiet oħra tal-membri tal-ikklerjar mhux tal-inadempjenza wara li tkun eżawrixxiet il-kontribuzzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti u ▐ l-fondi tas-CCP stess imsemmija fl-Artikolu 41(1).
4. CCP ma għandhiex tkun permessa li tuża l-marġini li ddaħħlu minn membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti biex tkopri t-telf riżultanti mill-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar wieħed.
Artikolu 43
Rekwiżiti tal-kollateral
1. CCP għandha taċċetta biss kollateral likwidu ħafna , bħal kontanti, deheb, bonds tal-gvern u korporattivi ta’ kwalità għolja, b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq sabiex tkopri l-iskopertura inizjali u attwali tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha. Għall-kontropartijiet mhux finanzjarji, CCPs jistgħu jaċċettaw garanziji bankarji waqt li jqisu dawn il-garanzijia fl-iskopertura għal bank li hu membru tal-ikklerjar. Għandha tapplika t-tnaqqisiet imposti (haircuts) xierqa għal valuri tal-assi li jirriflettu l-potenzjal għall-valur tagħhom li jonqos fuq l-intervall bejn l-aħħar rivalutazzjoni tagħhom u ż-żmien li sa fih jistgħu raġonevolment jiġu preżunti li ġew likwidati. Għandha tikkunsidra r-riskju tal-likwidità wara l-inadempjenza ta’ parteċipant fis-suq u r-riskju tal-konċentrazzjoni fuq ċertu assi li jista’ jirriżulta fit-twaqqif tal-kollateral aċċettabbli u t-tnaqqisiet imposti rilevanti. Dawn l-istandards minimi għandhom ikunu kkalibrati skont il-livell ta’ riskju u għandhom ikunu riveduti regolarment bil-għan li jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq u partikolarment bħala reazzjoni għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li fihom jiġi konkluż li dan l-aġir se jimmitiga r-riskji sistemiċi.
2. CCP tista’ taċċetta, meta dan ikun xieraq u prudenti biżżejjed, dak li fuqu hu bbażat il-kuntratt tad-derivati jew l-istrument finanzjarju li joriġinaw mill-iskopertura tas-CCP bħala kollateral sabiex tkopri r-rekwiżiti tal-marġini tagħha.
3. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE u l-BERS, għandha tżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tip ta’ garanzija li tista’ titqies bħala likwida ħafna u t-tnaqqisiet imposti msemmija fil-paragrafu 1.
L-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE u l-BERS, għandha tissottometti abbozzi fuq dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
Artikolu 44
Politika ta’ investiment
1. CCP għandha tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna biss b’riskju minimu tas-suq u ta’ kreditu , pereżempju fir-riżervi ma’ bank ċentrali tal-UE . L-investimenti għandhom ikunu kapaċi li jkunu likwidati b’mod rapidu b’effett avvers minimu fuq il-prezz.
1a. L-ammont ta’ kapital, flimkien mal-qligħ u r-riżervi ta’ CCP, li ma jiġix investit f'konformità mal-paragrafu 1, m'għandux jitqies għall-finijiet tal-Artikolu 12(2).
2. Strumenti finanzjarji li jiddaħħlu bħala marġini għandhom jiġu ddepożitati mal-operaturi ta’ sistemi tas-saldu tat-titoli li jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għas-CCPs u l-protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti. CCP għandu jkollha aċċess minnufih għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ. Is-CCPs għandu jkollhom kontrolli sodi fuq ir-reipotekazzjoni tal-kollateral tal-membri tal-ikklerjar skont limiti definiti mill-Kummissjoni.
3. CCP ma għandhiex tinvesti l-kapital tagħha jew is-somom riżultanti mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 39, 40 u 41 fit-titoli tagħha stess jew dawk tal-impriża prinċipali jew sussidjarja.
4. CCP għandha tikkunsidra l-iskoperturi tar-riskju tal-kreditu globali tagħha għal individwi b'obbligazzjoni meta tagħmel id-deċiżjoni tal-investiment tagħha u għandha tiżgura li l-iskoperturi tar-riskju globali tagħha għal kwalunkwe indiviwdu b'obbligazzjoni tibqa’ skont limiti ta’ konċentrazzjoni aċċettabbli.
5. Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE, għandha tżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna msemmija fil-paragrafu 1 u l-limiti ta’ konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
L-AETS, wara konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti abbozzi fuq dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
Artikolu 45
Proċeduri ta’ inadempjenza
1. CCP għandu jkollha fis-seħħ proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti meta membru tal-ikklerjar ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 35 fil-limitu taż-żmien u skont il-proċeduri stabbiliti mis-CCP. Is-CCP għandha tiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ li l-insolvenza ta’ membru tal-ikklerjar ma tkunx stabbilita mis-CCP. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu riveduti annwalment.
2. CCP għandha tieħu azzjoni minnufih biex iżżomm telf u pressjonijiet ta’ likwidità li jirriżultaw minn inadempjenzi u għandha tiżgura li l-għeluq totali ta’ kwalunkwe pożizzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar ma jfixkilx l-operazzjonijiet tagħha jew jesponi l-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti għal telf li ma jistax jiġi antiċipat jew ikkontrollat.
3. Is-CCP għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinforma lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti meta s-CCP tqis li l-membru tal-ikklerjar mhux se jkun kapaċi li jissodisfa l-obbligi futuri tiegħu u meta s-CCP jkollha l-intenzjoni li tiddikjara l-inadempjenza tiegħu.
4. CCP għandha tistabbilixxi li l-proċeduri tal-inadempjenza tagħha huma infurzabbli. Għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li jkollha s-setgħat legali biex tillikwida l-pożizzjonijiet proprjetarji tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti u biex tittrasferixxi jew tillikwida l-pożizzjonijiet tal-klijent tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti.
Artikolu 46
Reviżjoni tal-mudelli, ittestjar tal-istress u ttestjar retrospettiv
1. CCP għandha regolarment tirrevedi l-mudelli u l-parametri adottati biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini tagħha, il-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenti, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħra tal-kontroll tar-riskju. Għandha tissoġġetta l-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti biex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f'kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli u għandha twettaq ittestjar retrospettiv biex tivvaluta l-affidabilità tal-metodoloġija adottata. Is-CCP għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultati tat-testijiet imwettqa u għandha tikseb il-validazzjoni tagħha qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe bidla fil-mudelli u l-parametri.
2. CCP għandha regolarment tittestja l-aspetti ewlenin tal-proċeduri tal-inadempjenza tagħha u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li l-membri tal-ikklerjar kollha jifhmuhom u jkollhom arranġamenti xierqa fis-seħħ sabiex jirrispondu għal avveniment ta’ inadempjenza.
2a L-AETS għandha tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-istress imsemmija fil-paragrafu 1 għall-ESAs sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-esponiment tal-impriżi finanzjarji għall-inadempjenza tas-CCPs.
3. CCP għandha pubblikament tiddivulga l-informazzjoni ewlenija fuq il-mudell tal-immaniġjar tar-riskji tagħha u l-preżunzjonijiet adottati għat-twettiq tat-testijiet tal-istress imsemmija fil-paragrafu 1 u l-eżitu tat-testijiet tal-istress ħlied fil-każ li l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta lill-AETS, tqis li tali divulgazzjoni tikkostitwixxi theddida għall-istabbilità finanzjarja.
4. Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:
(a) |
it-tip ta’ testijiet li għandhom jitwettqu għal klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji u portafolji; |
(b) |
l-involviment tal-membri tal-ikklerjar jew partijiet oħra fit-testijiet; |
(c) |
il-frekwenza tat-testijiet; |
(d) |
il-firxa taż-żmien tat-testijiet; |
(e) |
l-informazzjoni prinċipali msemmija fil-paragrafu 3. |
L-AETS, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta'Standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
Artikolu 47
Saldu
1. CCP għandha, meta fattibbli u disponibbli, tuża flus tal-bank ċentrali biex issalda t-tranżazzjonijiet tagħha. Meta l-flus tal-bank ċentrali ma jkunux intużaw , għandhom jittieħdu passi biex b'mod strett jiġi limitat ir-riskju tal-ħlas bi flus kontanti .
2. CCP għandha tiddikjara b’mod ċar l-obbligi tagħha fir-rigward tal-kunsenji ta’ strumenti finanzjarji, inklużi jekk ikollhiex obbligu li tagħmel jew tirċievi kunsenja ta’ strument finanzjarju jew li tindennizza l-parteċipanti għal telf imġarrab fil-proċess tal-kunsenja.
3. Meta CCP jkollha obbligu li tagħmel jew tirċievi kunsenji ta’ strumenti finanzjarji, is-CCP għandha telimina r-riskju prinċipali permezz tal-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kunsenja kontra ħlas sal-limitu possibbli.
Artikolu 48
Arranġamenti tal-interoperabilità
1. CCP tista’ tidħol f'arranġament tal-interoperabbiltà ma’ CCP oħra meta jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti skont l-Artikoli 49 u 50.
1a Bil-għan li s-CCPs ma jiġux esposti għal riskji addizzjonali, l-arranġamenti ta’ interoperabilità għandhom ikunu limitati għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus, kif definit fl-ambitu tal-Artikolu 4(1) punt 18(a) u (b) u punt 19 tad-Direttiva 2004/39/KE għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, sat-30 ta’ Settembru 2014, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar jekk ikunx xieraq it-twessigħ ta’ dak l-ambitu biex jinkludi strumenti finanzjarji oħra.
2. Meta jiġi stabbilit arranġament tal-interoperabilità ma’ CCP oħra għall-iskop tal-provvista tas-servizzi għal post partikolari tan-negozjar, is-CCP għandu jkollha aċċess mhux diskriminatorju għad-dejta li tkun teħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha minn dak il-post partikolari tan-negozjar u għas-sistema tas-saldu rilevanti.
3. Id-dħul f’arranġament tal-interoperabilità jew l-aċċess għal għotja ta’ dejta jew sistema tas-saldu msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tkun ristretta direttament jew indirettament biex tikkontrolla kwalunkwe riskju li joriġina minn dak l-arranġament jew l-aċċess.
Artikolu 48a
Aċċess għal flussi ta’ dejta fil-kummerċ għas-CCPs
1. CCP għandu jkollha d-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għall-flussi ta’ dejta ta’ kull post tan-negozjar partikolari u aċċess għal kwalunkwe sistema ta’ saldu rilevanti li jkollha bżonn għall-qadi ta’ dmirijietha.
2. Għall-iskop tar-rapporti lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew imsemmija fl-Artikolu 68, l-AETS għandha tissorvelja l-aċċess għas-CCPs, u l-effetti fuq il-kompetittività ta’ ċerti prattiki, inkluż l-użu ta’ prattiki ta’ liċenzjar esklużiv.
Artikolu 49
Ġestjoni tar-riskju
1. CCPs li jidħlu f’arranġament tal-interoperabbiltà għandhom:
(a) |
ikollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u sistemi xierqa sabiex b’mod effettiv jidentifikaw, jimmonitorjaw u jimmaniġjaw ir-riskji addizzjonali li joħorġu mill-arranġament sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-obbligi tagħhom fil-ħin; |
(b) |
jaqblu fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom, inkluż il-liġi applikabbli li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom; |
(c) |
jidentifikaw, jimmonitorjaw u b’mod effettiv jimmaniġġjaw riskji ta’ kreditu u ta’ likwidità sabiex l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ta’ CCP waħda ma taffetwax CCP interoperabbli; |
(d) |
jidentifikaw, jimmonitorjaw u jindirizzaw interdipendenzi u korrelazzjonijiet potenzjali li joħorġu minn arranġament tal-interoperabilità li jista’ jaffetwa r-riskji tal-kreditu u tal-likwidità relatati ma’ konċentrazzjonijiet ta’ membru tal-ikklerjar, u riżorsi finanzjarji ppuljati. |
Għall-finijiet tal-punt (b), tal-ewwel subparagrafu, is-CCPs għandhom jużaw l-istess regoli li jikkonċernaw il-mument tad-dħul tal-ordnijiet tat-trasferiment fis-sistemi rispettivi tagħhom u l-mument tal-irrevokabilità, kif stabbilit fid-Direttiva 98/26/KE fejn rilevanti.
Għall-finijiet tal-punt (c), tal-ewwel subparagrafu, it-termini tal-arranġament għandhom jiddeskrivu l-proċess għall-immaniġġjar tal-konsegwenzi tal-inadempjenza meta waħda mis-CCPs li magħha jkun ġie konkluż arranġament tal-interoperabbiltà tkun inadempjenti.
Għall-finijiet tal-punt (d), tal-ewwel subparagrafu, is-CCPs għandu jkollhom kontrolli sodi dwar ir-riipotekazzjoni tal-kollateral tal-membri tal-ikklerjar taħt l-arranġament, jekk permessi mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. L-arranġament għandu jiddeskrivi kif dawn ir-riskji ġew indirizzati filwaqt li jikkunsidra kopertura suffiċjenti u l-bżonn li jiġi llimitat it-tniġġis.
2. Meta l-mudelli tal-immaniġjar tar-riskji użati mis-CCPs biex ikopru l-iskopertura tagħhom għall-membri tal-ikklerjar tagħhom kif ukoll l-iskoperturi reċiproċi tagħhom ikunu differenti, is-CCPs għandhom jidentifikaw dawk id-differenzi, jivvalutaw ir-riskji li jistgħu joħorġu minnhom u jieħdu l-miżuri, inklużi li jiġu żgurati riżorsi finanzjarji addizzjonali, li jistgħu jillimitaw l-impatt tagħhom fuq l-arranaġament tal-interoperabilità kif ukoll il-konsegwenzi potenzjali tagħhom f'termini ta’ riskji ta’ tniġġis u li jiżguraw li dawn id-differenzi ma jaffetwawx l-abilità ta’ kull CCP biex timmaniġja l-konsegwenzi tal-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar.
Artikolu 49a
Għoti ta’ marġini fost CCPs
1. Is-CCP għandha tissegrega l-garanzija li tirċievi mis-CCPs li magħhom daħlu f'arranġament tal-interoperabilità.
2. Il-garanzija rċevuta f'forma ta’ kontanti għandha tinżamm f’kontijiet segregati.
3. Il-garanzija rċevuta fil-forma ta’ strument finanzjarji għandha tinżamm f’kontijiet segregati fi ħdan l-operaturi tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli notifikati skont id-Direttiva 98/26/KE.
4. Il-garanzija segregata skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tkun għad-dispożizzjoni tas-CCPs riċeventi biss f'każ ta’ inadempjenza tas-CCP li tkun tat il-garanzija fil-kuntest ta’ arranġament tal-interoperabilità.
5. F'każ ta’ inadempjenza tas-CCP li tkun irċeviet il-garanzija fil-kuntest ta’ arranġament tal-interoperabilità, il-garanzija segregata skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tingħata lura fil-pront fis-CCP li tkun tatha.
Artikolu 50
Approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabilità
1. Arranġament tal-interoperabbiltà għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs involuti. Il-proċedura fl-Artikolu 13 għandha tapplika.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu biss approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabilità, meta s-CCPs involuti ġew awtorizzati jikklerjar skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13, u żvolġew kontinwament ir-rwol tagħhom ta’ kklerjar tal-kuntratti ta’ derivati fl-ambitu ta’ dik l-awtorizzazzjoni b’ rekwiżiti ta’ superviżjoni għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin , ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 49 jintlaħqu u l-kundizzjonijiet tekniċi għall-ikklerjar ta’ tranżazzjonijiet taħt it-termini tal-arranġament jippermettu funzjonament mingħajr ostakli u ordnat tas-swieq finanzjarji u li l-arranġament ma jxekkilx l-effikaċja tas-superviżjoni.
3. Fejn awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ma jkunux ġew issodisfati, hi għandha tipprovdi spjegazzjonijiet bil-miktub dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha tar-riskju għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra u s-CCPs involuti. Għandha wkoll tinnotifika lill-AETS, li għandha toħroġ opinjoni dwar il-validità effettiva tal-kunsiderazzjonijiet tar-riskju bħala bażijiet għal ċaħda ta’ arranġament tal-interoperabilità. L-opinjoni tal-AETS għandha tkun disponibbli għas-CCPs kollha involuti. Fejn il-valutazzjoni tal-AETS ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, din l-awtorità għandha tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-AETS.
4. Sat-30 ta’ Ġunju 2012, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bl-għan li jiġu stabbiliti valutazzjonijiet konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-arranġamenti tal-interoperabilità, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Titolu VI
Reġistrazzjoni u sorveljanza tar-registrazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
Kapitolu 1
Kundizzjonijiet u Proċeduri għar-Reġistrazzjoni ta’ Repożitorju tat-tranżazzjonijiet
Artikolu 51
Reġistrazzjoni ta’ Repożitorju tat-tranżazzjonijiet
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jirreġistra mal-AETS għall-finijiet tal-Artikolu 6.
2. Sabiex ikun eliġibbli taħt dan l-Artikolu, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni u għandu jilħaq ir-rekwiżiti tat-Titolu VII.
3. Ir-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.
4. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet irreġistrat għandu jikkonforma f'kull waqt mal-kundizzjonijiet tal-bidu għar-reġistrazzjoni. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe bidliet materjali għall-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni.
Artikolu 52
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-AETS.
2. L-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.
Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-AETS għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
Wara li tevalwa applikazzjoni bħala kompluta, l-AETS għandha tinnotifika b'dan lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
3. Bil-għan li tiġi garantita applikazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-AETS msemmija fil-paragrafu 1.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 19]
▐
4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi tal-implimentazzjoni li jiddeterminaw il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-AETS.
L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
▐
Artikolu 53
L-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni
1. L-AETS għandha, fi żmien erbgħin jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 52(2) teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bbażata fuq il-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 64 sa 67 u tadotta Deċiżjoni rraġunata b’mod sħiħ għal reġistrazzjoni jew ċaħda.
2. Id-deċiżjoni maħruġa mill-AETS skont il-paragrafu 1 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 54
Notifika tad-deċiżjoni
1. Meta l-AETS tadotta Deċiżjoni biex tirreġistra, tirrifjuta reġistrazzjoni jew tirtira reġistrazzjoni, għandha tinnotifika r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet fi żmien 5 ijiem tax-xogħol bi spjegazzjoni raġunata b'mod sħiħ tad-Deċiżjoni tagħha.
2. L-AETS għandha tikkomunika kwalunkwe Deċiżjoni li tittieħed skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni.
3. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha lista tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet irreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni taħt il-paragrafu 1.
Artikolu 55
Multi
1. ▐ L-AETS, ▐ tista’ permezz ta’ deċiżjoni timponi fuq repożitorju tat-tranżazzjonijiet multa, meta, intenzjonalment jew b’negliġenza, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun kiser l-Artikoli 63(1), Artikolu 64, Artikolu 65, Artikolu 66 u Artikolu 67(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-multi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonali għan-natura u s-serjetà tal-ksur, id-dewmien tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikkonċernat. ▐
3. Minkejja l-paragrafu 2, meta r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun direttament jew indirettament kiseb benefiċċju kwantifikabbli mill-ksur, l-ammont tal-multa għandu jkun mill-inqas daqs dak il-benefiċċju.
4. Bil-għan li tiġi garantita applikazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jikkonċernaw:
(a) |
kriterji dettaljati biex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa; |
(b) |
il-proċeduri għal inkjesti, miżuri u rapportar assoċjati, kif ukoll ir-regoli ta’ proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, aċċess għall-fajl, rappreżentazzjoni legali, kunfidenzjalità u dispożizzjonijiet temporali u l-kwantifikazzjoni u l-ġbir tal-multi. |
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012 .
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [emenda 6]
▐
Artikolu 56
Ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet
1. B'deċiżjoni l-Bord tas-Superviżuri tal-AETS għandu jimponi l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet sabiex iġiegħel:
(a) |
ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet iġib fi tmiemu l-ksur; |
(b) |
persuni involuti fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jew partijiet terzi relatati jipprovdu informazzjoni kompluta li tkun intalbet; |
(c) |
persuni involuti fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jew partijiet terzi relatati joqogħdu għal investigazzjoni u b’mod partikolari li jipproduċu rekords sħaħ, dejta, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u li tlesti u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f'investigazzjoni; |
(d) |
persuni involuti fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jew partijiet terzi relatati joqogħdu għal spezzjoni fuq il-post. |
2. Il-pagamenti tal-penali perjodiċi pprovduti għandhom ikunu effettivi u proporzjonali. L-ammont tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet għandu jiġi impost għal kull jum ta’ dewmien. ▐
2a Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti tal-penali perjodiċi għandu jkun 3 % tal-fatturat medju annwali fis-sena tan-negozju preċedenti. Dan għandu jkun ikkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet.
2b. Ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perijodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-AETS. Wara dak il-perjodu ta’ sitt xhur, l-AETS għandha tqis il-miżuri.
Artikolu 57
Smigħ tal-persuni konċernati
1. Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar multa jew pagament ta’ penali perjodiku kif previst fl-Artikoli 55 u 56, AETS għandha tagħti lill-persuni konċernati l-opportunità li jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li dwarhom tkun oġġezzjonat il-Kummissjoni.
AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-persuni konċernati kienu kapaċi jikkumentaw.
2. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rispettati b'mod sħiħ fil-proċedimenti.
Dawk il-persuni għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl tal-AETS , bla ħsara għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali u dokumenti interni tal-AETS . [emenda 8]
Artikolu 58
Dispożizzjonijiet komuni għal multi u pagamenti ta’ penali perjodiċi
1. AETS għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u pagament ta’ penali perjodiku li tkun ġiet imposta skont l-Artikoli 55 u 56.
2. Multi u pagamenti tal-penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 55 u 56 huma ta’ natura amministrattiva.
2a. Meta l-AETS tiddeċiedi li ma timponix multi jew penali perjodiċi, għandha tinforma lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tippreżenta r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. [emenda 9 rev]
Artikolu 59
Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limiti biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li bihom l-AETS tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament tal-penali perjodiku impost. [emenda 10]
Artikolu 60
L-irtirar tar-reġistrazzjoni
1. L-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet fi kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun b’mod espliċitu rrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz għas-sitt xhur ta’ qabel; |
(b) |
ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor; |
(c) |
ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ma jkunx għadu jilħaq il-kondizzjonijiet li taħthom kien ġie rreġistrat; |
(d) |
ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun b’mod serju jew ripetutament kiser id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet iwettaq is-servizzi u l-attivitajiet tiegħu u li tqis li waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun ġiet issodisfata, tista’ titlob lill-AETS biex teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni humiex issodisfati.
2a L-AETS għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiggarantixxi s-sostituzzjoni ordnata tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li minnu tkun ġiet irtirata r-reġistrazzjoni inkluż it-trasferiment tad-dejta lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn u riorjentament tal-flussi tar-rapportar lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn.
Artikolu 61
Sorveljanza ta’ Repożitorji tat-tranżazzjonijiet
1. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-Artikoli 64 sa 67.
2. Sabiex twettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 51 sa 60, 62 u 63, l-AETS għandu jkollha s-setgħa li:
(a) |
ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu; |
(b) |
jiddomandaw tagħrif mingħand kull persuna u, jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu persuna bil-ħsieb li jiksbu tagħrif; |
(c) |
li jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post b'avviż minn qabel jew mingħajru; |
(d) |
jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data; |
Kapitolu 2
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 62
Ftehimiet internazzjonali
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti proposti lill-Kunsill għan-negozjar ta’ ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiż terz wieħed jew iżjed dwar l-aċċess reċiproku għall-kuntratti tad-derivati OTC miżmuma f'repożitorji tat-tranżazzjonijiet li huma stabbiliti f'terzi pajjiżi, u l-iskambju tal-informazzjoni dwarhom, meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tad-doveri tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.
Artikolu 63
Ekwivalenza u rikonoxximent
1. Repożitorju tat-transazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz jista’ jipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet tiegħu lil entitajiet stabbiliti fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 6 biss meta dak ir-repożitorju tat-transazzjonijiet ikun stabbilit għalih fl-Unjoni, ikun rikonoxxut mill-AETS .
2. L-AETS għandha tirrikonoxxi repożitorju tat-tranżazzjonijiet minn pajjiż terz biss meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun awtorizzat fi u jkun soġġett għal sorveljanza effettiva f’dak il-pajjiż terz; |
(b) |
il-Kummissjoni tkun adottat Deċiżjoni skont il-paragrafu 3; |
(c) |
l-Unjoni tkun daħlet fi ftehim internazzjonali ma’ dak il-pajjiż terz, kif imsemmi fl-Artikolu 62; |
(d) |
ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont il-paragrafu 4 sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Unjoni jkollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa. |
(da) |
il-pajjiż terz ikun is-suġġett ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni li tiddikjara li l-istandards tal-pajjiż terz għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Task Force dwar Azzjoni Finanzjarja u għandhom l-istess efett bħar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE; |
(db) |
il-pajjiż terz ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tas-CCP awtorizzata li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-mudell ta’ konvenzjoni fiskali tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital u jiggarantixxi skambju effikaċi ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali, fosthom, jekk hemm, ftehimiet multilaterali fiskali; |
(dc) |
l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz li jkun daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 62 diment li jaqblu li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet u l-awtoritajiet tal-UE jiġu indennizzati għal kwalunkwe spiża li rriżultat mil-litigazzjoni relatata mal-informazzjoni mogħtija mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet; |
(dd) |
il-pajjjiż terz japplika kundizzjonijiet ta’ aċċess reċiproku għal repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti fl-UE u reġim ta’ rikonoxximent reċiproku jkun ġie implimentat f'dak il-pajjiż terz. |
3. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu -68 , li tiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti li jorbtu legalment li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u li dawn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet huma soġġetti għal superviżjoni effettiva u infurzar f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa.
4. L-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ terzi pajjiżi li l-oqsfa legali u superviżorji tagħhom ġew ikkunsidrati bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 3. Tali arranġamenti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Unjoni jkollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-obbligi tagħhom u aċċess diretti għal repożitorji tat-trażazzjonijiet f’ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi . Dawk l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas:
(a) |
il-mekkaniżmu għall-kambju tal-informazzjoni bejn l-AETS, kwalunkwe awtoritajiet oħra tal-Unjoni li jeżerċitaw responsabilitajiet skont dan ir-Regolament ▐, l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi kkonċernati u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati; dan il-mekkaniżmu għandu jinkludi spezzjonijiet fil-post ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi mal-AETS ; |
(b) |
il-proċeduri li jirrigwardaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji. |
Titolu VII
Rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
Artikolu 64
Rekwiżiti ġenerali
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkollu arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludi struttura organizzazzjonali ċara b’linji tar-responsabilità definiti b’mod ċar, trasparenti u konsistenti u mekkaniżmi tal-kontroll intern xierqa, inklużi proċeduri amministrattivi sodi u tal-kontabilità, li jipprevjenu n-nuqqas ta’ kwalunkwe divulgazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali.
2. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi politiki u proċeduri xierqa li jkunu biżżejjed biex jiżguraw il-konformità, inkluż mill-maniġers u l-impjegati tagħhom tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.
3. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jżomm u jopera struttura organizzazzjonali xierqa li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu. Għandu jħaddem sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonali.
4. Id-diriġenza għolja u l-membri tal-bord ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkollhom reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed li jiżguraw l-immaniġġjar tajjeb u prudenti tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
5. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkollu rekwiżiti oġġettivi, mhux diskriminatorji u li huma pubblikament divulgati għal aċċess u parteċipazzjoni. Il-kriterji li jirrestrinġu l-aċċess għandhom ikunu permessi biss safejn l-għan tagħhom hu l-kontroll tar-riskju għad-data miżmuma minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
6. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu pubblikament jiddivulga l-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi li jipprovdi . Għandha tiddivulga l-prezzijiet u t-tariffi tas-servizzi u funzjonijiet singoli pprovduti separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet li jibbenefikaw minn dak it-tnaqqis. Għandu jippermetti lill-entitajiet tar-rapportar li jaċċessaw servizzi speċifiċi separatament. Il-prezzijiet u t-tariffi imposti minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet ma għandhomx ikunu ogħla mill-kost imġarrab mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet .
Artikolu 65
Affidabilità operazzjonali
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jidentifika s-sorsi tar-riskju operattiv u jimminimizzahom permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontroll u proċeduri xierqa. Dawn is-sistemi għandhom ikunu affidabbli u siguri, u għandu jkollhom kapaċità xierqa għall-immaniġġjar tal-informazzjoni rċevuta.
2. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika tal-kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastru bl-għan li jiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u s-sodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. Tali pjan għandu mill-inqas jipprevedi l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ riżerva.
Artikolu 66
Salvagwardjar u reġistrar
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 6. Ma jista' jsir l-ebda użu kummerċjali tal-ebda informazzjoni mingħajr il-kunsens taż-żewġ kontropartijiet tal-kuntratt ta’ derivati.
2. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu minnufih jirreġistra l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 6 u għandu jżommha għal mill-inqas għaxar snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratti rilevanti. Għandu jħaddem proċeduri taż-żamma tar-rekords puntwali u effiċjenti sabiex jiddokumenta l-bidliet fl-informazzjoni rreġistrata.
3. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jikkalkula l-pożizzjonijiet skont il-klassi tad-derivati u permezz tar-rapportar tal-entità fuq il-bażi tad-dettalji tal-kuntratti derivati rapportati skont l-Artikolu 6.
4. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jippermetti lill-partijiet f'kuntratt li jaċċessaw u jikkoreġu l-informazzjoni fuq dak il-kuntratt fil-ħinijiet kollha.
5. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jieħu l-passi raġonevoli kollha għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tiegħu u għandu jipprevjeni l-użu ta’ dik l-informazzjoni miżmuma għal attivitajiet oħra tan-negozju.
L-informazzjoni kundifenzjali rreġistrata f’repożitorju tat-tranżazzjonijiet wieħed ma għandhiex tintuża għal użu kummerċjali minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li jkollha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja mar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
Artikolu 67
Trasparenza u disponibilità tad-dejta
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu , regolarment, u b’mod faċilment aċċessibbli, jippubblika pożizzjonijiet aggregati skont il-klassi ta’ derivati rappurtati lilu , u dan ir-rapportar għandu, meta jkun possibbli, juża standards industrijali miftuħin u internazzjonali .
Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kollha jkollhom aċċess dirett u immedjat għal dawk id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati li jeħtieġu għall-qadi ta’ dmirijiethom.
2. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa lill-entitajiet li ġejjin , diment li l-aċċess għat-tali informazzjoni jkun strettament neċessarju biex iħallihom jiżvolġu r-responsabilitajiet u l-mandati rispettivi tagħhom :
(a) |
AETS; |
(aa) |
il-BERS; |
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-impriżi soġġetti għall-obbligu tar-rapportar skont l-Artikolu 6; |
(c) |
l-awtorità kompetenti li tissorvelja s-CCPs li jaċċessaw ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet; |
(ca) |
l-awtorità kompetenti li timmonitorja l-postijiet tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti rrappurtati; |
(d) |
il-banek ċentrali rilevanti tas-SEBĊ; |
(da) |
il-pubbliku, b'mod aggregat, kull ġimgħa f'forma li jagħmel sens biex dawk li mhumiex parteċipanti jkunu jistgħu jkunu debitament informati dwar ċifri konkreti ta’ volum, pożizzjonijiet, prezzijiet u valur, kif ukoll tendenzi, riskji u informazzjoni rilevanti oħra li żżid it-trasparenza tas-suq tad-derivati OTC. |
Is-setgħa hi ddelegata lill-AETS bil-għan li jiġu fissati u rieżaminati l-kriterji tal-pubblikazzjoni u li jiġi deċiż jekk it-tali pubblikazzjoni tinħariġx aħjar mill-awtoritajiet rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni.
3. L-AETS għandha taqsam l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħha mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra.
4. Bil-għan li tiġi garantita applikazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 kif ukoll standards operattivi meħtieġa għall-aggregazzjoni u għat-tqabbil tad-dejta minn repożitorju għall-ieħor u meta jkun meħtieġ li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikollhom aċċess għal dik l-informazzjoni. Dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji għandu jkollu l-għan li jiggarantixxi li l-informazzjoni pubblikata skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tkun kapaċi tidentifika l-ebda parti tal-ebda kuntratt.
L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 . [emenda 19]
▐
Artikolu 67a
Biex ikun garantit li jkunu jistgħu jaqdu l-missjoni tagħhom, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandhom ikunu organizzati adegwatament sabiex ikunu f'pożizzjoni li jagħtu lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti aċċess dirett u immedjat għad-dettalji tal-kuntratti ta’ derivati kif imsemmi fl-Artikolu 6.
Titolu VIII
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
Artikolu -68
Atti ddelegati
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni b'riżerva għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 23 u 63 għandha tkun konferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien.
3. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tikkonsulta lill-AETS.
4. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 23 u 63 tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data oħra speċifikatat fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 23 u 63 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li mhumiex se qajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 68
Rapporti u Reviżjoni
1. Sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha teżamina u tirrapporta fuq l-arranġamenti istituzzjonali u superviżorji skont it-Titolu III u b'mod partikolari r-rwol u r-responsabilitajiet tal-AETS. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta.
Sal-istess data, il-Kummissjoni għandha, b’koordinament mal-AETS u l-awtoritajiet settorjali rilevanti, tivvaluta l-importanza sistemika tat-tranżazzjonijiet tad-ditti mhux finanzjarji fid-derivati OTC.
2. L-AETS għandha tissottometti rapporti lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar skont it-Titolu II u dwar regoli futuri possibbli dwar l-arranġamenti tal-interoperabilità.
Dawk ir-rapporti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mit-30 ta’ Settembru 2014.
3. Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-AETS, u wara li titlob il-valutazzjoni tas-SEBĊ, tħejji rapport annwali li jivaluta kwalunkwe implikazzjoni possibbli ta’ riskji sistemiċi u kostijiet tal-arranġamenti tal-interoperabilità.
Ir-rapport għandu jiffoka mill-inqas fuq in-numru u l-kumplessità ta’ dawn l-arranġament, u l-adegwatezza ta’ sistemi u mudell tal-immaniġjar tar-riskji. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta.
Is-SEBĊ għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-valutazzjoni tiegħu ta’ kwalunkwe implikazzjoni possibbli ta’ riskji sistemiċi u kostijiet tal-arranġamenti tal-interoperabilità.
3a. Sa.. (31). il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-AETS, għandha tħejji l-ewwel rapport ġenerali u l-ewwel rapport dwar elementi speċifiċi li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-AETS, għandha tivvaluta b’mod partikolari l-evoluzzjoni tal-politiki tas-CCPs dwar ir-rekwiżiti tal-marġinalizzar kollaterali u tal-iżgurar tagħhom għall-attivitajiet speċifiċi u l-profili tar-riskju tal-utenti tagħhom.
Artikolu 68a
L-AETS għandha tirċievi finanzjament addizzjonali adegwat biex twettaq b'mod effikaċi l-kompiti ta’ regolamentazzjoni u ta’ superviżjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 69
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Titoli Ewropew stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (32) .Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (33).
2. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.
▐
Artikolu 70
Emenda għad-Direttiva 98/26/KE
Is-sotto-paragrafu li ġej jiġi miżjud mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/26/KE:
"Meta operatur ta’ sistema jkun ipprovda titolu kollaterali lil operatur ta’ sistema ieħor b’rabta ma’ sistema interoperabbli, id-drittijiet tal-operatur tas-sistema li jipprovdi għal dak it-titolu kollaterali ma għandhomx jiġu affetwati minn proċedimenti ta’ insolvenza kontra l-operatur ta’ sistema riċevitur.".
Artikolu 70a
Manteniment ta’ sit elettroniku min-naħa tal-AETS
1. L-AETS għandha tmantni sit elettroniku li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-kuntratti eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4; |
(b) |
il-penali imposti għall-ksur tal-Artikoli 3 sa 8; |
(c) |
is-CCPs awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni li huma persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom; |
(d) |
il-penali imposti għal ksur tat-Titoli IV u IV; |
(e) |
is-CCPs awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni stabbiliti f’pajjiż terz, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom; |
(f) |
ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni; |
(g) |
il-penali u multi imposti skont l-Artikoli 55 u 56; |
(h) |
ir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 4b. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punti (b), (c) u (d), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom siti elettroniċi, li għandhom ikunu konnessi mas-sit elettroniku tal-AETS.
3. Is-siti elettroniċi kollha msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu pubblikament aċċessibbli u aġġornati regolarment, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni f'format ċar.
Artikolu 71
Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni
1. CCP li tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru fejn hi stabbilita biex tipprovdi servizzi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament , jew CCP minn pajjiż terz approvata għall-provvista ta’ servizzi fi Stat Membru skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, għandha tikseb l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 10 jew rikonoxximent skont l-Artikolu 23 għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sa … (34).
1a Repożitorju tat-transazzjonijiet li jkun ġie awtorizzat fl-Istat Membru tal-istabbiliment tiegħu li jiġbor u jżomm ir-rekords tad-derivati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jew repożitorju tat-tranżazzjonijiet stabbilit f'pajjiż terz li huwa permess jiġbor u jżomm ir-rekords tad-derivati li jsiru fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 51 jew ir-rikonoxximent skont l-Artikolu 63 fi żmien … (35).
2. Kuntratti derivati li ġew konklużi qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal dak it-tip partikolari ta’ kuntratt għandhom jiġu rappurtati lil dak ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet fi żmien 120 jum mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dak ir-repożitorju mill-AETS.
2a Il-kuntratti tad-derivati li b’mod oġġettiv jitqiesu bħala kuntratti li jnaqqsu r-riskji marbuta direttament mas-solvenza finanzjarja ta’ investimenti tal-iskema tal-pensjoni skont id-Direttiva 2003/41/KE jew skema fejn il-liġi tal-Istat Membru jagħraf l-iskema għall-ippjanar tal-irtirar għandhom ikunu esklużi mill-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 3 għal perjodu ta’ tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm l-istazzjonar tal-kollateral likwidu jirriżulta f’piż żejjed fuq l-investitur minħabba r-rekwiżiti tal-konverżjoni tal-assi. Jekk ir-rapport speċifikat taħt l-Artikolu 68 juri li għal kontropartijiet bħal dawn, dan il-piż żejjed jibqa’ sproporzjonat, il-Kummissjoni b’hekk tingħata s-setgħa li testendi d-deroga sabiex tiżgura soluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti.
Din id-deroga m’għandhiex taffettwa l-obbligu tar-rappurtar skont l-Artikolu 6 jew l-obbligi relatati mat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 8(1b).
2b. L-obbligi tal-kontropartijiet kif definiti fl-Artikoli 3, 6, u 8 jidħlu fis-seħħ sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji, standards implimentattivi tekniċi kif ukoll tal-linji gwida relatati ma’ dan imfassla mill-AETS u adottati mill-Kummissjoni.
Artikolu 71a
Persunal u riżorsi tal-AETS
Sal-15 ta’ Settembru 2011, l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġiijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-assunzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma’ dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Artikolu 72
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f'kull Stat Membru.
Magħmul fi […],
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 44.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(6) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(7) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(8) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(9) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(10) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
(11) ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.
(12) ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.
(13) ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.
(14) ĠU L 302, 17.11.2009,. 32.
(15) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.
(16) ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.
(17) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
(18) http://ec.europa.eu/internal_market/financial-markets/docs/code/code_en.pdf
(19) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(20) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(21) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(22) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
(23) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
+ |
In-numru, id-data u t-titolu tar-Regolament (COM(2010)0726). |
(25) ĠU L …
++ |
In-numru tar-Regolament (COM(2010)0726). |
(27) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
(28) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(29) ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3.
(30) ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.
+ |
Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(32) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.
(33) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13
+ |
Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
++ |
Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/296 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Is-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji ***I
P7_TA(2011)0311
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji (COM(2010)0433 – C7-0203/2010 – 2010/0232(COD))
2013/C 33 E/35
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0433), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0203/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Jannar 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta’ Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0097/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jadotta d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2010)0232
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Lulju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/89/UE.)
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew
Hemm ċirkustanzi partikolari fis-servizzi finanzjarji u l-Arkitettura Superviżorja Ewropea li jagħmlu t-tabelli ta’ korrelazzjoni essenzjali.
Huwa hawnhekk iddikjarat li l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-triloġija tal-1 ta’ Ġunju 2011 rigward id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji ma jippreġudikax ir-riżultat tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni.
Dikjarazzjoni mill-Kunsill
Huwa hawnhekk iddikjarat li l-ftehim li ntlaħaq dwar dan il-każ speċifiku bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fit-triloġija tal-1 ta’ Ġunju 2011 rigward id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-fajl, ma jippreġudikax la l-pożizzjoni tal-Kunsill u lanqas ir-riżultat tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tilqa’ r-riżultat tan-negozjati dwar dan il-fajl.
Il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn tagħha biex tiżgura li l-Istati Membri jistabbilixxu t-tabelli ta’ korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri ta’ transpożizzjoni li jadottaw mad-direttiva tal-UE u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fil-qafas tat-transpożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, fl-interessi taċ-ċittadini, biex ikun hemm leġiżlar aħjar u żieda fit-trasparenza legali u biex jiġi megħjun l-eżami tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-UE.
Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha bil-għan li ssib flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, soluzzjoni xierqa għal din il-kwistjoni istituzzjonali orizzontali.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/298 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu ***I
P7_TA(2011)0312
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fil-5 ta’ Lulju 2011 għal proposta għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Bejgħ bin-Nieqes u ċerti aspetti tas-Swaps ta’ Inadempjenza tal-Kreditu (COM(2010)0482 – C7-0264/2010 – 2010/0251(COD)) (1)
2013/C 33 E/36
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
[Em. 1]
EMENDI TAL-PARLAMENT (2)
għall-proposta tal-Kummissjoni
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0055/2011).
(2) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar Bejgħ bin-Nieqes u ċerti aspetti tas-Swaps ta’ Inadempjenza tal-Kreditu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1) |
Fl-eqqel tal-kriżi finanzjarja f'Settembru 2008, l-awtoritajiet kompetenti f’diversi Stati Membri u l-Istati Uniti tal-Amerika adottaw miżuri ta’ emerġenza sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-bejgħ bin-nieqes fit-titoli kollha jew uħud minnhom. Aġixxew minħabba tħassib li fi żmien ta’ instabilità finanzjarja konsiderevoli, il-bejgħ bin-nieqes seta' jaggrava l-inżul dejjem 'l isfel fil-prezzijiet tal-ishma, b’mod partikolari f’istituzzjonijiet finanzjarji, b’mod li finalment setgħet tiġi mhedda l-vijabilità tagħhom u toħloq risjki sistemiċi. Il-miżuri adottati minn Stati Membri kienu diverġenti minħabba li l-Unjoni ma għandhiex qafas leġiżlattiv speċifiku sabiex tittratta kwistjonijiet ta’ bejgħ bin-nieqes. |
(2) |
Biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, partikolarment is-swieq finanzjarji, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi u l-investituri, huwa għalhekk xieraq li jiġi stabilit qafas komuni fir-rigward tar-rekwiżiti u setgħat dwar il-bejgħ bin-nieqes u s-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu u jiġu żgurati aktar koordinazzjoni u konsistenza bejn l-Istati Membri fejn jeħtieġ li jittieħdu miżuri f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali. Huwa neċessarju li jiġi armonizzat qafas għall-bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu biex jiġi pprevenut il-ħolqien ta’ ostakli għas-suq intern, minħabba li huwa probabbli li l-Istati Membri jibqgħu jieħdu miżuri diverġenti. |
(3) |
Huwa xieraq u meħtieġ li d-dispożizzjonijiet jieħdu l-forma leġiżlattiva ta’ Regolament minħabba li xi dispożizzjonijiet jimponu obbligi diretti fuq partijiet privati sabiex jinnotifikaw u jiddivulgaw pożizzjonijiet bin-nieqes netti li għandhom x'jaqsmu ma’ ċerti strumenti u dwar bejgħ bin-nieqes skopert. Regolament huwa wkoll neċessarju biex jikkonferixxi setgħat lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (3) biex tikkoordina miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jew biex tieħu miżuri hi stess. |
(4) |
Biex tintemm is-sitwazzjoni frammentata tal-lum fejn xi Stati Membri ħadu miżuri diverġenti u biex tiġi ristretta l-possibilità li jittieħdu miżuri diverġenti mill-awtoritajiet kompetenti huwa importanti li jiġu indirizzati r-riskji potenzjali li joriġinaw mill-bejgħ bin-nieqes u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b’mod armonizzat. Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu imposti għandhom jindirizzaw ir-riskji identifikati filwaqt li jitqiesu d-differenzi fl-Istati Membri u l-impatt ekonomiku potenzjali tar-rekwiżiti u mingħajr ma jkunu ta’ detriment mhux mistħoqq għall-benefiċċji li l-bejgħ bin-nieqes jipprovdi għall-kwalità u l-effiċjenza tas-swieq billi tiżdied il-likwidità tas-swieq (billi l-bejjiegħ bin-nieqes ibigħ it-titoli u mbagħad jerġa' jixtrihom biex ikopri l-bejgħ bin-nieqes) u billi l-investituri jitħallew jaġixxu meta jaħsbu li titoli jkun bejgħ bin-nieqes sopravalutat li għalhekk iwassal għall-ipprezzar aktar effiċjenti tat-titoli . |
(4a) |
Is-swieq tal-prodotti bażiċi u, b'mod partikolari, is-swieq agrikoli mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Peress li xi riskji identifikati f'dan ir-Regolament jistgħu jseħħu wkoll f'dawk is-swieq u minbarra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima', il-Kummissjoni, sal-1 ta’ Jannar 2012, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riskji li jeżistu f'dawk is-swieq, filwaqt li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, u tressaq proposti xierqa. Prodotti bażiċi marbuta mas-settur tal-enerġija għandhom jiġu indirizzati fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija (COM(2010)0726). |
(5) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun wiesa' kemm jista' jkun possibbli biex jipprovdi qafas preventiv biex jintuża f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-qafas għandu jkopri l-istrumenti finanzjarji kollha imma jipprovdi rispons proporzjonat għar-riskji li l-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti differenti jista' jirrappreżenta. Għalhekk, huwa biss fil-każ ta’ sitwazzjonijiet eċċezzjonali li l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom ikunu intitolati li jieħdu miżuri fir-rigward tat-tipi kollha tal-istrumenti finanzjarji, u jmorru lil hinn mill-miżrui permanenti li japplikaw biss għal tipi partikolari ta’ strumenti fejn ikun hemm riskji identifikati b'mod ċar li jeħtieġu li tali miżuri biex jindirizzawhom. |
(6) |
Trasparenza msaħħa li għandha x’taqsam ma’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti fi strumenti finanzjarji speċifiċi x’aktarx tkun ta’ benefiċċju kemm għar-regolatur kif ukoll għall-parteċipanti fis-suq. Għal ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, għandu jiddaħħal mudell fuq żewġ saffi li jipprovdi għal trasparenza akbar ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’ishma fil-livell xieraq. ’Il fuq minn ċertu livell limitu in-notifika ta’ pożizzjoni għandha ssir privatement lir-regolaturi konċernati biex tippermettilhom jimmonitorjaw u, fejn meħtieġ, jinvestigaw il-bejgħ bin-nieqes li jista' joħloq riskji sistemiċi jew ikun abbużiv; f’livell limitu ogħla, il-pożizzjonijiet għandhom jiġu ddivulgati pubblikament ukoll lis-suq f'forma anonima sabiex tiġi pprovduta informazzjoni utli lil parteċipanti oħra fis-suq dwar pożizzjonijiet individwali sinifikanti ta’ bejgħ bin-nieqes f'ishma. |
(7) |
Id-divulgazzjoni lir-regolaturi ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti li għandhom x'jaqsmu ma’ dejn sovran u korporattivi jipprovdi informazzjoni importanti li jgħin lir-regolaturi fil-monitoraġġ dwar jekk dawn il-pożizzjonijiet ikunux fil-fatt qed joħolqu risjki sistemiċi jew ikunux qed jintużaw għal għanijiet abbużivi. Għalhekk għandha tiġi prevista notifika lir-regolaturi dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti b'rabta ma’ dejn sovran u korporattivi fl-Unjoni. Tali rekwiżit għandu jinkludi biss divulgazzjoni privata lir-regolaturi minħabba li l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni lis-suq għal dawn l-istrumenti jista’ jkollha effett detrimentali fuq swieq ta’ dejn sovran jew korporattivi fejn il-likwidità tkun diġà indebolita. ▐ |
(8) |
Ir-rekwiżiti ta’ notifika għal dejn sovran għandhom japplikaw dejn maħruġ mill-Unjoni u l-Istati Membri, inkluż kwalunkwe ministeru, dipartiment, bank ċentrali, aġenzija jew mezz strumentali li joħroġ id-dejn f’isem Stat Membru, iżda eskluż korpi reġjonali jew korpi kważi pubbliċi li joħorġu d-dejn. |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat rekwiżit ta’ trasparenza komprensiv u effikaċi, huwa important li jiġu inklużi mhux biss pożizzjonijiet bin-nieqes li jinħolqu permezz tan-negozjar tal-ishma jew id-dejn sovran f’ċentri tan-negozjar imma anke pożizzjonijiet bin-nieqes li jinħolqu permezz tan-negozjar barra minn ċentri tan-negozjar (kemm jekk swieq regolati, faċilitajiet kummerċjali multilaterali, internalizzaturi sistemiċi jew barra l-Borża) u pożizzjonijiet bin-nieqes netti ekonomiċi li jinħolqu permezz tal-użu ta’ derivati , bħal opzjonijiet, futuri, strumenti marbuta mal-indiċi, kuntratti għal differenzi u spread bets li għandhom x’jaqsmu ma’ ishma jew dejn sovran . |
(10) |
Sabiex ikun utli għar-regolaturi u s-suq, kwalunkwe reġim ta’ trasparenza għandu jipprovdi informazzjoni kompleta u akkurata dwar pożizzjonijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika. B’mod partikolari, l-informazzjoni provduta lir-regolatur jew lis-suq għandha tqis kemm il-pożizzjonijiet bin-nieqes kif ukoll dawk twal sabiex tiġi provduta informazzjoni prezzjuża dwar il-pożizzjoni bin-nieqes netta ta’ persuna fiżika jew ġuridika fl-ishma, id-dejn Sovran u l-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu. |
(11) |
Il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes jew pożizzjoni twila għandu jqis kwalunkwe forma ta’ interess ekonomiku li persuna fiżika jew ġuridika jkollha fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija jew id-dejn sovran maħruġ tal-Istat Membru jew l-Unjoni. B’mod partikolari għandu jqis dan l-imgħax miksub direttament jew indirettament permezz tal-użu ta’ derivati bħal opzjonijiet, futuri, kuntratti għal differenzi u spread bets li jkollhom x’jaqsmu ma’ ishma jew dejn sovran , u indiċi, basktijiet u fondi nnegozjati fil-borża . Fil-każ ta’ pożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn sovran, għandu jqis ukoll is-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu li jkollu x’jaqsam ma’ emittenti tad-dejn sovran. |
(12) |
Flimkien mar-reġim ta’ trasparenza għar-rappurtar ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma, għandu jiddaħħal rekwiżit għall-immarkar ta’ ordnijiet bin-nieqes li jkunu eżegwiti ▐ bħala bejgħat bin-nieqes kif osservat fit-tmiem tal-ġurnata biex jipprovdi informazzjoni supplimentari dwar il-volum ta’ bejgħat bin-nieqes ta’ ishma eżegwit ▐. Informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta’ bejgħ bin-nieqes għandha tinġabar mid-ditta u tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti ▐ għall-inqas kuljun sabiex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti ▐ jimmonitorjaw il-livelli tal-bejgħ bin-nieqes. |
(13) |
Ix-xiri ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu mingħajr ma wieħed ikollu pożizzjoni twila f’dejn sovran sottostanti jew pożizzjoni oħra f'assi jew portafoll ta’ assi li l-valur tagħhom x'aktarx li jkun affettwat b’mod negattiv minn waqgħa fl-affidabilità finanzjarja tas-sovran rilevanti jista' jkun, f'sens ekonomiku, ekwivalenti għat-teħid ta’ pożizzjoni bin-nieqes fl-istrument sottostanti ta’ dejn. Il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta fir-rigward ta’ dejn sovran għandu għalhekk jinkludi s-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fir-rigward ta’ obbligu ta’ emittent ta’ dejn sovran. Il-pożizzjoni tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu għandha titqies ▐ għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk persuna fiżika jew ġuridika jkollhiex pożizzjoni bin-nieqes netta sinifikanti li għandha x’taqsam ma’ dejn sovran li jkun jeħtieġ li jiġi nnotifikat lil awtorità kompententi ▐. |
(14) |
Sabiex jiġi permess il-monitoraġġ kontinwu ta’ pożizzjonijiet l-obbligi ta’ trasparenza għandhom jinkludu wkoll notifika jew divulgazzjoni fejn bidla f'pożizzjoni bin-nieqes netta tirriżulta f'żieda jew tnaqqis 'l fuq jew taħt ċerti limiti. |
(15) |
Sabiex ikunu effikaċi, huwa importanti li l-obbligi ta’ trasparenza japplikaw irrispettivament minn fejn tinstab il-persuna fiżika jew ġuridika, inkluż fejn tinstab il-persuna fiżika jew ġuridika barra mill-Unjoni, imma jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta jew pożizzjonijiet twal ingranati netti sinifikanti f’kumpanija li jkollha ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni jew pożizzjoni bin-nieqes netta f’dejn sovran jew korporattiv maħruġ minn Stat Membru jew l-Unjoni. |
(16) |
Bejgħ bin-nieqes skopert ta’ ishma u dejn sovran jista' jżid ir-riskju potenzjali ta’ nuqqas ta’ saldu, ▐ volatilità u abbuż tas-suq . Sabiex jitnaqqsu dawn ir-riskji huwa xieraq li jitpoġġew restrizzjonijiet proporzjonati fuq bejgħ bin-nieqes skopert , filwaqt li jitqies il-fatt li ma jinħoloq l-ebda riskju sistemiku jekk l-arranġament ta’ self isir sa tmiem il-jum ta’ negozju. Nuqqas li tiġi koperta pożizzjoni bin-nieqes fi tmiem juma ta’ negozju għandu jirriżulta f'penali kbar biżżejjed biex il-bejjiegħ ma jkunx jista' jagħmel qligħ . |
(16a) |
Għalkemm dixxiplina tas-saldu hija komponent importanti ta’ swieq finanzjarji li jiffunzjonaw tajjeb, id-dettalji tekniċi tas-sistemi dixxiplinari tas-saldu m’għandhomx ikunu inklużi fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu definiti fil-proposta leġislattiva xierqa tal-Kummissjoni dwar l-attività ta’ wara n-negozjar filwaqt li jitqies ix-xogħol li sar mill-Kummissjoni u mill-grupp ta’ ħidma dwar l-armonizzazzjoni taċ-ċikli ta’ saldu dwar din il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tagħmel proposti konkreti sal-aħħar tal-2011, b’mod parallel ma’ proposta biex jinħoloq qafas legali armonizzat għad-dipożitarji ċentrali tat-titoli. |
(16b) |
Is-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-interessi li jistgħu jkunu assigurati filwaqt li jiġi rikonoxxut li jista’ jkun hemm interessi fi stat sovran oħra barra mis-sjieda ta’ bonds. |
(17) |
Il-miżuri dwar id-dejn sovran u s-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani, inkluż trasparenza akbar u restrizzjonijiet fuq il-bejgħ bin-nieqes skopert għandhom jimponu rekwiżiti li jkunu proporzjonati u fl-istess waqt jevitaw impatt avvers fuq il-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani u s-swieq tar-riakkwist (repo) tal-bonds sovrani. |
(18) |
L-ishma qed jiġu ammessi dejjem aktar għan-negozju f’ċentri tan-negozjar differenti kemm fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni. Ħafna kumpaniji kbar ibbażati barra mill-Unjoni għandhom ukoll ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, huwa xieraq li t-titoli jiġu eżentati minn ċerti rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni, fejn iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar ta’ dak l-istrument ikun barra mill-Unjoni. |
(19) |
Attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq għandhom rwol kruċjali f’li jipprovdu likwidità lis-swieq fl-Unjoni u l-ġeneraturi tas-suq jeħtieġ li jieħdu pożizzjonijiet bin-nieqes sabiex iwettqu dak ir-rwol. L-impożizzjoni ta’ rekwiżiti fuq tali attivitajiet jista’ jimpedixxi severament l-abilità tagħhom li jipprovdu likwidità u jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-effiċjenza tas-swieq tal-Unjoni. Persuni oħra li jiġġeneraw s-suq ma jkunux mistennija li jieħdu pożizzjonijiet bin-nieqes sinifikanti ħlief għal perjodi qosra ħafna. Huwa għalhekk xieraq li persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti f’dawn l-attivitajiet jiġu eżentati minn rekwiżiti li jistgħu jfixklu l-abilità tagħhom li jwettqu din il-funzjoni u għalhekk jaffettwaw b’mod negattiv lis-swieq tal-Unjoni. Sabiex jinġabru entitajiet ekwivalenti ta’ pajjiż terz hemm bżonn proċedura sabiex tiġi vvalutata l-ekwivalenza ta’ swieq tal-pajjiż terz. L-eżenzjoni għandha tapplika għat-tipi differenti ta’ attività ta’ ġenerazzjoni tas-suq imma mhux għall-eżenzjoni ta’ negozjar tal-proprjetà. Huwa xieraq ukoll li jiġu eżentati ċerti operazzjonijiet fis-suq primarju bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn sovran u skemi ta’ stabilizzazzjoni minħabba li huma attivitajiet importanti li jgħinu fil-funzjonament effiċjenti tas-swieq. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu nnotifikati dwar l-użu ta’ eżenzjonijiet u għandu jkollhom is-setgħa li jipprojbixxu persuna fiżika jew ġuridika milli tuża eżenzjoni jekk din ma tkunx tissodisfa l-kriterji rilevanti tal-eżenzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu informazzjoni minn persuna fiżika jew ġuridika biex jimmonitorjaw l-użu tagħha tal-eżenzjoni. |
(20) |
Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fi Stat Membru jew l-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat ta’ intervent sabiex jirrikjedu trasparenza akbar jew li jimponu restrizzjonijiet temporanji fuq il-bejgħ bin-nieqes u tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew tranżazzjonijiet oħra biex jipprevjenu nżul diżordinat fil-prezz ta’ strument finanzjarju. Tali miżuri jistgħu jkunu neċessarji minħabba varjetà ta’ avvenimenti jew żviluppi avversi inkluż mhux biss avvenimenti finanzjarji jew ekonomiċi imma anke pereżempju diżastri naturali jew atti terroristiċi. Barra minn hekk, xi avveniment jew żviluppi avversi li jeħtieġu miżuri jistgħu sempliċement joriġinaw fi Stat Membru wieħed biss u mhux neċessarjament ikollhom xi implikazzjonijiet transfruntieri. Is-setgħat jeħtieġ li jkunu flessibbli biżżejjed sabiex jittrattaw firxa ta’ sitwazzjonijiet eċċezzjonali differenti. |
(21) |
Filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti normalment ser ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet tas-suq u biex jirreaġixxu inizjalment għal avveniment jew żvilupp avvers billi jiddeċiedu jekk ikunx hemm theddida serja għall-istabilità finanzjarja u l-fiduċja fis-suq u jekk ikunx neċessajru li jittieħdu miżuri biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni, is-setgħat u l-kundizzjonijiet u proċeduri għall-użu minnhom għandhom jiġu armonizzati kemm jista' jkun possibbli. |
(22) |
Fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-prezz ta’ strument finanzjarju f'ċentru tan-negozjar, awtorità kompetenti għandha wkoll tkun kapaċi tirrestrinġi temporanjament il-bejgħ bin-nieqes tal-istrument finanzjarju f'dak iċ-ċentru fil-ġuriżdizzjoni tagħha stess jew titlob tali restrizzjoni lill-AETS f'ġuriżdizzjonijiet oħra sabiex tkun kapaċi tintervjeni rapidament fejn xieraq u tipprevjeni ▐ waqgħa diżordinata fil-prezz tal-istrument konċernat. |
(23) |
Fejn avveniment jew żvilupp avvers jestendi lil hinn minn Stat Membru wieħed jew ikollha implikazzjonijiet transfruntieri oħra, huwa essenzjali li jkun hemm konsultazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti. L-AETS għandu jkollha rwol ewlieni fil-koordinazzjoni f’din is-sitwazzjoni u ▐ tiżgura konsistenza bejn l-awtoritajiet kompetenti. Il-kompożizzjoni tal-AETS li tinkludi rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti ser tkun ta’ għajnuna għaliha biex tkun kapaċi twettaq rwol bħal dan. |
(24) |
Flimkien ma’ miżuri ta’ koordinazzjoni minn awtoritajiet kompetenti, l-AETS għandha tiżgura li l-miżuri jittieħdu biss minn awtoritajiet kompetenti fejn ikun neċessarju u proporzjonat li jsir hekk. L-AETS għandu jkollha s-setgħa li toħroġ opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-użu tas-setgħat ta’ intervent. |
(25) |
Filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti spiss ser ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jimmonitorjaw u jirreaġixxu rapidament għal avveniment jew żvilupp avvers, l-AETS għandu jkollha wkoll is-setgħa li hi stess tieħu miżuri fejn il-bejgħ bin-nieqes u attivitajiet oħra relatati jheddu l-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tal-istabilità tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni, fejn ikun hemm implikazzjonijiet transfruntieri u fejn jonqsu li jittieħdu miżuri suffiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw it-theddida. L-AETS għandha tinforma lill-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (4) (BERS) kull fejn possibbli, u awtoritajiet oħra rilevanti meta l-miżura jkun jista’ jkollha effetti lil hinn mis-swieq finanzjarji, bħal pereżempju fil-każ tad-derivati tal-komoditajiet li jintużaw biex jiġu ħħeġġjati pożizzjonijiet fiżiċi. |
(26) |
Is-setgħat tal-AETS skont dan ir-Regolament f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali sabiex tirrestrinġi l-bejgħ bin-nieqes u attivitajiet oħra relatati jitqiesu konformi mas-setgħat inklużi fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Is-setgħat ikkonferiti lill-AETS f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali għandhom ikunu mingħajr ħsara għas-setgħat tal-AETS f'sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. B’mod partikolari, l-AETS għandha tkun tista' tadotta deċiżjonijiet individwali li jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri jew deċiżjonijiet individwali indirizzati lejn parteċipanti fis-suq finanzjarju skont dak l-Artikolu. |
(27) |
Is-setgħat ta’ intervent tal-awtoritajiet kompetenti u tal-AETS biex jirristrinġu l-bejgħ bin-nieqes, is-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu u tranżazzjonijiet oħra għandhom ikunu ta’ natura temporanja biss u għandhom jiġu eżerċitati biss għal dan il-perjodu u sa fejn neċessarju sabiex tiġi indirizzata t-theddida speċifika. |
(28) |
Minħabba r-riskji speċifiċi li jistgħu jinħolqu mill-użu tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu, dawn it-tranżazzjonijiet jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib minn awtoritajiet kompetenti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa f’każijiet eċċezzjonali li jirrikjedu informazzjoni minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jidħlu għal dawn it-tranżazzjonijiet dwar l-għan għal liema jkunu daħlu għat-tranżazzjoni. |
(29) |
L-AETS għandha tingħata wkoll setgħa ġenerali li twettaq inkjesta dwar kwistjoni jew prattika li għandha x’taqsam mal-bejgħ bin-nieqes jew l-użu ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sabiex tivvaluta jekk dik il-kwistjoni jew prattika tippreżentax xi theddida potenzjali għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq. Meta twettaq din l-inkjesta l-AETS għandha tippubblika rapport bis-sejbiet tagħha u, jekk ltqis li għandha tiġi introdotta miżura fil-livell tal-Unjoni, id-deċiżjoni tagħha għandha tkun torbot lill-awtoritajiet kompetenti . |
(30) |
Minħabba li xi miżuri jistgħu japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi u azzjonijiet barra mill-Unjoni, huwa meħtieġ f’ċerti sitwazzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet f’pajjiżi terzi jikkooperaw. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk jidħlu fi ftehimiet ma’ awtoritajiet f’pajjiżi terzi. L-AETS għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ dawn il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni rċevuta minn pajjiżi terzi bejn l-awtoritajiet komptenti. |
(31) |
Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew (TFUE) u l-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) , partikolarment id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali rikonoxxut fl-Artikolu 16 TFUE u l-Artikolu 8 tal-Karta. Partikolarment, it-trasparenza rigward il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti, inkluż id-divulgazzjoni pubblika ’l fuq minn ċertu limitu fejn prevista f’dan ir-Reoglament, hija neċessarja għar-raġunijiet ta’ istabilità tas-suq finanzjarju u l-protezzjoni għall-investituri. Tali trasparenza ser tippermetti lir-regolaturi jimmonitorjaw l-użu tal-bejgħ bin-nieqes b’rabta mal-istrateġiji abbużivi u l-implikazzjonijiet dwar il-funzjonament tajjeb tas-swieq. Barra minn hekk, tali trasparenza tista’ tgħin biex jiġu evitati assimetriji fl-informazzjoni, u jiġi żgurat li l-parteċipanti kollha fis-suq jkunu informati adegwatement dwar safejn il-bejgħ bin-nieqes qed jaffettwa l-prezzijiet. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti għandu jkunu skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (5). Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-AETS għandha tkun skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (6), li għandha tkun applikabbli għal kollox għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(32) |
Abbażi ta’ linjigwida adottati mill-AETS u meta titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tiżgura li jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fl-aħħar nett, fl-Unjoni għandu jiġi stabbilit reġim ta’ penali armonizzat . ▐ |
(34) |
Sabiex […], is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dettalji li jikkonċernaw il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes, fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni skoperta fi swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu, il-livelli limitu ta’ notifika jew divulgazzjoni u aktar speċifikazzjoni tal-kriterji u fatturi għad-determinazzjoni ta’ meta avveniment jew żvilupp avvers joħloq theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fi Stat Membru tal-Unjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. L-AETS għandu jkollha rwol fl-abbozzar tal-atti delegati billi tagħti pariri lill-Kummissjoni. |
(35) |
Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jivvaluta l-adegwatezza tal-livelli limitu tar-rapportar u d-divulgazzjoni pubblika previsti, l-operazzjoni tar-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mat-trasparenza ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti u jekk kwalunkwe restrizzjoni jew kondizzjoni oħra fuq bejgħ bin-nieqes jew swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tkunx xierqa. |
(36) |
Minkejja li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali huma f’pożizzjoni aħjar biex jimmonitorjaw u għandhom għarfien aħjar tal-iżviluppi tas-suq, l-impatt kumplessiv tal-problemi relatati mal-bejgħ bin-nieqes u s-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jistgħu jinftiehmu aħjar f'kuntest tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni, l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni; l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stiplat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(37) |
Ladarba xi Stati Membri diġà daħħlu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes u ladarba huma previsti atti delegati u standards tekniċi vinkolanti li għandhom jiġu adottati qabel il-qafas li għandu jiddaħħal ikun jista’ jiġi applikat b’mod utli, huwa neċessarju li jiġi previst perjodu suffiċjenti ta’ żmien, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għal strumenti finanzjarji li ġejjin:
(1) |
strument finanzjarji li jkunu ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, inklużi tali strumenti meta jiġu nnegozjati barra minn ċentru tan-negozjar; |
(2) |
derivati skont l-Anness I it-Taqsima C il-punti (4) sa (10) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (7) relatati ma’ strumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu (1) jew emittent ta’ strument finanzjarju msemmi fil-paragrafu (1), inkluż tali derivati meta nnegozjati barra ċentru tan-negozjar; |
(3) |
strumenti ta’ dejn maħruġa minn Stat Membru jew l-Unjoni u derivati skont l-Anness I it-Taqsima C il-punti (4) sa (10) tad-Direttiva 2004/39/KE relatati ma’ tali strumenti ta’ dejn maħruġa minn Stat Membru jew l-Unjoni jew ma’ obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
"negozjant primarju awtorizzat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun iffirmat ftehim ma’ emittent ta’ dejn sovran jew dejn korporattiv li fih dik il-persuna fiżika jew ġuridika tikkommetti ruħa li tinnegozja bħala prinċipal b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet primarji u sekondarji tas-suq li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn maħruġ minn dak l-emittent; |
(b) |
"kontroparti ċentrali" tfisser entità li tinterponi legalment lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f’suq finanzjarju wieħed jew aktar, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej u li hija responsabbli għall-operazzjoni ta’ sistema tal-ikklerjar; |
(c) |
"swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu" tfisser kuntratt ta’ derivat fejn parti waħda tħallas miżata lil parti oħra għal kumpens jew ħlas fil-każ ta’ inadempjenza minn entità referenzjarja, jew avveniment ta’ kreditu li għandu x’jaqsam ma’ dik l-entità referenzjarja u kwalunkwe kuntratt ieħor ta’ derivati li jkollu effett ekonomiku simili; |
(d) |
"strument finanzjarju" tfisser strument elenkat fl-Anness I it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(e) |
"Stat Membru ta’ domiċilju" b'rabta ma’ suq regolat, ditta ta’ investiment li topera f’faċilità tan-negozjar multilaterali jew kwalunkwe ditta ta’ investiment, tfisser l-Istat Membru ta’ domiċilju għal dak is-suq regolat jew ditta ta’ investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(f) |
"ditta ta’ investiment" tfisser ditta ta’ investiment skont it-tifsira fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(g) |
"dejn sovran" tfisser strument ta’ dejn maħruġ mill-Unjoni, jew Stat Membru inkluż kwalunkwe ministeru, dipartiment, bank ċentrali, aġenzija jew mezz strumentali tal-Istat Membru; |
(h) |
"kapital azzjonarju maħruġ" fir-rigward ta’ kumpanija, tfisser it-total ta’ ishma ordinarji u kwalunkwe sehem preferut maħruġ mill-kumpanija imma ma jinkludix titoli ta’ dejn trasferibbli; |
(i) |
"dejn sovran maħruġ" tfisser:
|
(j) |
"ditta lokali" tfisser ditta msemmiija fl-Artikolu 2(1)(l) tad-Direttiva 2004/39/KE li tinnegozja f’isem membri oħra ta’ suq jew toħloq prezzijiet għalihom; |
(k) |
“ attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq” tfisser l-attivitajiet ta’ ditta ta’ investiment jew entità ta’ pajjiż terz jew ditta lokali li tkun membru ta’ ċentru tan-negozjar jew ta’ suq f’pajjiż terz, li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie ddikjarat bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 15(2), meta tinnegozja bħala prinċipal għal strument finanzjarju, kemm jekk innegozjat fiċ-ċentru tan-negozjar jew barra, fiż-żewġ kapaċitajiet segwenti jew waħda minnhom:
|
(l) |
"faċilità multilaterali tan-negozjar" tfisser sistema multilaterali skont it-tifsira fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(m) |
"ċentru prinċipali" fir-rigward ta’ titolu tfisser iċ-ċentru tan-negozjar ta’ dak it-titolu bl-ogħla fatturat; |
(n) |
"suq regolat" tfisser sistema multilaterali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(o) |
"awtorità kompetenti rilevanti" tfisser:
|
(p) |
"bejgħa bin-nieqes" b’rabta ma’ sehem jew dejn tfisser kwalunkwe bejgħ tas-sehem jew dejn li bejjiegħ ma jkollux is-sjieda tiegħu fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ, inkluż bejgħa fejn fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ il-bejjiegħ ikun issellef is-sehem jew dejn għall-konsenja fis-saldu; |
(q) |
"jum ta’ negozju" tfisser jum ta’ negozju skont it-tifsira fl-Artikolu 4 ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006; |
(r) |
"ċentru tan-negozjar" tfisser suq regolat jew faċilità multilaterali tan-negozjar fl-Unjoni; |
(s) |
"fatturar" ta’ sehem, tfisser fatturat kif iddefinit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006; |
(sa) |
"bejgħa bin-nieqes skopert" b'rabta ma’ sehem jew dejn tfisser bejgħa tas-sehem jew tad-dejn li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12(1). |
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 li jispeċifikaw id-definizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, u partikolarment jispeċifikaw meta persuna fiżika jew ġuridika titqies li jkollha s-sjieda ta’ strument finanzjarji għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ bejgħ bin-nieqes fil-paragrafu 1(p).
Artikolu 3
Pożizzjonijiet bin-nieqes u twal
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pożizzjoni li tirriżulta minn waħda minn dawn li ġejjin għandha titqies bħala pożizzjoni twila relatata mal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija jew dejn maħruġ ta’ Stat Membru jew l-Unjoni:
(a) |
bejgħa bin-nieqes ta’ titolu maħruġ mill-kumpanija jew strument ta’ dejn maħruġ mill-Istat Membru jew l-Unjoni; |
(b) |
persuna fiżika jew ġuridika li tidħol fi tranżazzjoni li toħloq jew li għandha x'taqsam ma’ strument finanzjarju għajr strument imsemmi fil-punt (a) u l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew valur tat-titolu, tal-istrument ta’ dejn jew l-indiċi. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pożizzjoni li tirriżulta minn waħda minn dawn li ġejjin għandha titqies bħala pożizzjoni twila relatata mal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija jew dejn maħruġ ta’ Stat Membru jew l-Unjoni:
(a) |
pussess ta’ titolu maħruġ mill-kumpanija jew strument ta’ dejn maħruġ mill-Istat Membru jew l-Unjoni; |
(b) |
persuna fiżika jew ġuridika li tidħol fi tranżazzjoni li toħloq jew li għandha x'taqsam ma’ strument finanzjarju għajr strument msemmi fil-punt (a) u l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ żieda fil-prezz jew valur tat-titolu, tal-istrument ta’ dejn jew strument relatat mal-indiċi. |
3. Għall-finijiet ta’ paragrafu 1 , il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes għandu, fir-rigward ta’ kull pożizzjoni bin-nieqes miżmuma indirettament mill-persuna rilevanti, inkluż permezz ta’ kull indiċi, basket ta’ titoli jew kull interess f’fondi nnegozjati fuq is-suq jew entitajiet simili, jiġi ddeterminat mill-persuna fiżika jew ġuridika rilevanti li taġixxi b’mod raġjonevoli u tqis l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar il-kompożizzjoni tal-indiċi jew il-basket tat-titoli rilevanti, jew tal-interessi miżmuma mill-fond rilevanti nnegozjat fuq is-suq jew l-entità simili. Biex jiġi evitat kull dubju, fil-kalkolu ta’ din il-pożizzjoni bin-nieqes, l-ebda persuna m'għandha tintalab tikseb xi informazzjoni f’ħin reali dwar din il-kompożizzjoni mingħand xi persuna.
Għall-finijiet ta’ paragrafu 2, il-kalkolu ta’ pożizzjoni twila għandu, għall-finijiet kollha, jinkludi, bħala pożizzjonijiet twal, kull interessi miżmuma mill-persuna rilevanti f’bond jew titolu ta’ dejn trasferibbli f’sehem maħruġ mill-kumpanija rilevanti.
Għall-finijiet ta’ paragrafi 1 u 2, il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes u pożizzjoni twila li għandha x’taqsam ma’ dejn sovran għandha tinkludi kwalunkwe swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x'jaqsam ma’ obbligu jew avveniment ta’ kreditu li għandu x'jaqsam ma’ Stat Membru jew l-Unjoni.
4. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-pożizzjoni li jifdal wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pożizzjoni twila li persuna fiżika jew ġuridika jkollha b’rabta mal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija minn kwalunkwe pożizzjoni bin-nieqes li l-istess persuna fiżiħa jew ġuridika jkollha b'rabta ma’ dak il-kapital għandha titqies bħala l-pożizzjoni bin-nieqes netta b’rabta mal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ dik il-kumpanija.
5. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-pożizzjoni li jifdal wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pożizzjoni twila li persuna fiżika jew ġuridika jkollha b’rabta mad-dejn sovran maħruġ ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni minn kwalunkwe pożizzjoni bin-nieqes li l-istess persuna fiżiħa jew ġuridika jkollha b'rabta ma’ dak id-dejn għandha titqies bħala l-pożizzjoni bin-nieqes netta b’rabta mad-dejn sovran maħruġ ta’Stat Membru jew l-Unjoni.
6. Il-kalkolu skont il-paragrafi 1 sa 5 għad-dejn sovran għandu jsir għal kull Stat Membru singolu jew għall-Unjoni anki jekk entitajiet separati fl-Istat Membru jew fl-Unjoni joħorġu dejn sovran f'isem l-Istat Membru jew l-Unjoni.
Fil-każ tal-attivitajiet tat-tħaddim tal-fondi, fejn jiġu segwiti strateġiji ta’ investiment differenti fir-rigward ta’ emittent partikolari permezz ta’ fondi separati mħaddma mill-istess maniġer ta’ fondi, il-kalkolu tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u twal netti għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4 u 5 għandu jsir fil-livell ta’ kull fond. Fejn qed tiġi segwita l-istess strateġija ta’ investiment fir-rigward ta’ emittent partikolari permezz ta’ aktar minn fond wieħed, il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u twal netti f’kull waħda minn dawk il-fondi għandhom jiġu aggregati. Fejn żewġ portafolli jew aktar fl-istess entità huma mħaddma fuq bażi diskrezzjonali u jsegwu l-istess strateġija ta’ investiment fir-rigward ta’ emittent partikolari, dawk il-pożizzjonijiet għandhom jiġu aggregati fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-pożizzjonijiet twal netti. Fir-rigward tal-ġestjoni ta’ portafoll ta’ klijent fuq bażi mhux diskrezzjonali, il-kalkolu tal-pożizzjoni bin-nieqes netta jew pożizzjoni twila netta huwa r-responsabilità legali tal-klijent.
7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 filwaqt li tispeċifika:
(a) |
każijiet fejn persuna fiżika jew ġuridika titqies li tkun is-sid ta’ sehem jew strument ta’ dejn għall-finijiet tal-paragrafu 2; |
(b) |
każijiet fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5 u 5a u l-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjoni; |
(c) |
il-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4, 5 u 5a fejn entitajiet differenti fi grupp ikollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes jew għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi relatati ma’ fondi separati. |
Artikolu 4
Pożizzjoni skoperta fi swap ta’ inadempjenza tal-kreditu
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, persuna fiżika jew ġuridika għandha titqies li jkollha pożizzjoni skoperta fi swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu relatata ma’ obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni, sal-punt li s-swap ta’ inadempjenza tal-kreditu ma jkunx qed iservi biex jiħħeġġja la kontra r-riskju tal-inadempjenza ta’ emittent fejn il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni twila fid-dejn sovran ta’ dak l-emittent u lanqas kontra r-riskju tal-waqgħa fil-valur ta’ kwalunkwe assi jew portafoll ta’ assi tal-persuna fiżika jew ġuridika li tipposjedi tali assi jew portafoll ta’ assi meta l-waqgħa tal-prezz ta’ dawk l-assi jew ta’ dak il-portafoll ta’ assi jkollu korrelazzjoni kbira mal-prezz tal-obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni fil-każ ta’ waqgħa tal-affidabilità finanzjarja ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni . Il-parti fi swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu, li tkun obbligata tagħmel il-pagament jew tħallas il-kumpens fil-każ ta’ inadempjenza jew avveniment ta’ kreditu b’rabta mal-entità referenzjarja, ma jkollhiex minħabba dak l-obbligu pożizzjoni skoperta għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 filwaqt li tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1:
(a) |
każijiet fejn tranżazzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu titqies li tkun qed tiħħeġġja kontra riskju ta’ inadempjenza u l-metodu tal-kalkolu ta’ pożizzjoni skoperta fi swap ta’ inadempjenza tal-kreditu; |
(b) |
il-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet fejn entitajiet differenti fi grupp ikollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes jew għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi relatati ma’ fondi separati. |
KAPITOLU II
TRASPARENZA TAL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI
Artikolu 5
Notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’ishma
1. Persuna fiżika jew ġuridika li jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija li jkollha ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti hekk kif il-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika rilevanti msemmija fil-paragrafu 2.
2. Livell limitu ta’ notifika rilevanti huwa perċentwal li huwa ugwali għal 0,2 % tal-valur tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ dik il-kumpanija konċernata u kull 0,1 % aktar minn dak.
3. Jekk ikun meħtieġ, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) tista’ toħroġ u tibgħat lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni l-opinjoni dwar l-aġġustament tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 2, billi tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni tista’, fi żmien tliet xhur mindu tirċievi l-opinjoni tal-AETS, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 36, timmodifika l-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.
3a. Notifiki taħt dan l-Artikolu għandhom isiru skont l-Artikolu 9 u l kalkolu tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti għandu jsir skont l-Artikolu 3.
Artikolu 6
Ir-rapportar ta’ bejgħat bin-nieqes lill-awtoritajiet kompetenti
Id-ditti kollha ta’ investiment u l-membri kollha ta’ suq regolat jew faċilità tan-negozjar multilaterali għandhom jinkludu fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE marka li tindika, għat-tranżazzjonijiet fl-ishma, jekk it-tranżazzjoni tikkostitwixxix bejgħa bin-nieqes jew le. L-intermedjarji li jeżegwixxu bejgħat bin-nieqes jindikawhom bħala tali fir-rapport tat-tranżazzjonijiet ta’ tali bejgħat fi tmiem il-jum ta’ negozjar lill-awtorità kompetenti rilevanti. Dik l-informazzjoni m'għandhiex tiġi żvelata lill-pubbliku.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotti atti delegati skont l-Artikolu 36 li jispeċifikaw kif tali informazzjoni għandha tiġi komunikata lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 7
Divulgazzjoni pubblika ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f'ishma
1. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tippubblika d-dettalji pubbliċi tal-pożizzjoni kull meta l-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika rilevanti msemmi fil-paragrafu 2. Dan l-iżvelar ma għandux jidentifika d-detentur tal-pożizzjoni bin-nieqes netta.
2. Livell limitu ta’ pubblikazzjoni rilevanti huwa perċentwal li huwa ugwali għal 0,5 % tal-valur tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ dik il-kumpanija konċernata u kull 0,1 % aktar minn dak.
3. Jekk ikun meħtieġ, l-AETS tista’ toħroġ u tibgħat lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni l-opinjoni dwar l-aġġustament tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 2, billi tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.
Il-Kummissjoni tista’, fi żmien tliet xhur mindu tirċievi l-opinjoni tal-AETS, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 36, timmodifika l-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.
3a. Notifiki taħt dan l-Artikolu għandhom isiru skont l-Artikolu 9 u l kalkolu tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti għandu jsir skont l-Artikolu 3.
Artikolu 8
Notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu
1. Persuna naturali jew legali li jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta sinifikanti għad-dejn sovran maħruġ ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti kull meta kwalunkwe tali pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika rilevanti għal dak l-Istat Membru jew l-Unjoni.
▐
2. Il-livelli limitu ta’ notifika rilevanti għandhom jikkonsistu mill-ammont inizjali u mbagħad livelli inkrimentali addizzjonali speċifikati fir-rigward ta’ kull Stat Membru u l-Unjoni kif speċifikat fil-miżuri meħuda mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3. L-AETS għandha tippubblika fil-websajt tagħha l-limiti minimi tan-notifiki għal kull Stat Membru.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 li jispeċifikaw l-ammonti u l-livelli inkrimentali msemmija fil-paragrafu 2, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-livelli limitu ma jridux jiġu stabiliti f’tali livell li jirrikjedi notifika ta’ pożizzjonijiet li jkunu ta’ valur minimu; |
(b) |
il-valur totali tad-dejn sovran maħruġ pendenti għal kull Stat Membru u l-Unjoni , il-fatturat u d-daqs medju ta’ pożizzjonijiet miżmuma minn parteċipanti fis-suq relatati mad-dejn sovran ta’ dak l-Istat Membru jew l-Unjoni jridu jitqiesu. |
3a. Notifiki taħt dan l-Artikolu għandhom isiru skont l-Artikolu 9 u l kalkolu tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti għandu jsir skont l-Artikolu 3.
Artikolu 9
Metodu ta’ notifika u divulgazzjoni
1. Kwalunkwe notifika skont l-Artikolu 5 ▐ jew 8 għandu jistabbilixxi dettalji tal-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-pożizzjoni rilevanti, id-daqs tal-pożizzjoni rilevanti, l-emittent fir-rigward ta’ liema pożizzjoni rilevanti tkun miżmuma u d-data li fiha tkun inħolqot, inbidlet jew ma baqgħetx tinżamm il-pożizzjoni rilevanti.
Kwalunkwe divulgazzjoni skont l-Artikolu 7 għandha tinkludi d-dettalji, f’forma anonima, tad-daqs tal-pożizzjoni rilevanti, l-emittent li fir-rigward tiegħu qed tinżamm il-pożizzjoni rilevanti u d-data li fiha l-pożizzjoni rilevanti nħolqot, inbidlet jew ma baqgħetx tinżamm.
Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 7 u 8, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti għandhom iżommu, għal perjodu ta’ ħames snin, ir-rekords tal-pożizzjonijiet grossi li jagħmlu pożizzjoni bin-nieqes netta sinifikanti.
2. Il-ħin rilevanti għall-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta għandu jkun fl-aħħar tal-jum ta’ negozju , bl-eċċezzjoni tal-kummerċ awtomatizzat ta’ bil-lejl fejn ir-referenza għandha tkun T+1, li fih il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-pożizzjoni rilevanti. In-notifika jew id-divulgazzjoni ma għandhomx isiru aktar tard mit-3.30 ta’ wara nofsinhar fil-jum ta’ negozju li jkun imiss.
3. In-notifika ta’ informazzjoni lil awtorità kompetenti rilevanti għandha ssir skont is-sistema stipulata fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006.
4. Id-divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni stipulata fl-Artikolu 7 għandha ssir b’mod li tiżgura aċċess mgħaġġel għall-informazzjoni fuq bażi mhux diskriminatorja. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-mekkaniżmu maħtur uffiċjalment tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-emittent tal-ishma msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (9).
5. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-finijiet tal-paragrafu 1. L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-[31 ta’ Diċembru 2011].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ▐ skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
▐
6. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 4 , l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentatorji li jispeċifikaw il-mezzi li bihom l-informazzjoni tkun tista’ tiġi ddivulgata lill-pubbliku. L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-[31 ta’ Diċembru 2011].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ▐ skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 10
Applikazzjoni barra mill-Unjoni
Ir-rekwiżiti ta’ notifika u divulgazzjoni skont l-Artikoli 5, 7 u 8 japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kemm jekk domiċiljati jew stabbiliti fl-Unjoni kif ukoll jekk le.
Artikolu 11
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-AETS
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni f’forma sommarja lill-AETS fuq bażi trimestrali dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti li għandhom x'jaqsmu ma’ ishma jew dejn sovran ▐ li għalihom tkun l-awtorità kompetenti rilevanti u li tirċievi notifiki skont Artikoli 5 sa 8.
2. L-AETS tista’ titlob fi kwalunkwe waqt, sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, fi kwalunkwe ħin, informazzjoni addizzjonali minn awtorità kompetenti rilevanti ta’ Stat Membru dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti li jkollhom x’jaqsmu ma’ ishma jew dejn sovran ▐.
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-AETS mhux iżjed tard minn sebat ijiem kalendarji. Fejn ikun hemm inċidenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-swieq fl-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-AETS fi żmien 24 siegħa.
2a. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 2. L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-[31 ta’ Diċembru 2011].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
2b. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentatorji li jiddefinixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 2. L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-[31 ta’ Diċembru 2011].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU III
IT-TRATTAMENT TAL-BEJGĦAT BIN-NIEQES U TAS-SWAPS TA’ INADEMPJENZA TAL-KREDITU
Artikolu 12
Restrizzjonijiet fuq il-bejgħat bin-nieqes skopert u s-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu
1. Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol biss f’bejgħa bin-nieqes ta’ sehem ammess għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar jew f'bejgħ bin-nieqes ta’ strument ta’ dejn sovran fejn waħda mill-kondizzjonijiet segwenti jkunu ssodisfati fl-aħħar tal-jum ta’ negozjar :
(a) |
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun issellfet is-sehem jew l-istrument ta’ dejn, |
(b) |
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun daħlet fi ftehim biex tissellef is-sehem jew l-istrument ta’ dejn sovran; |
(c) |
il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha arranġament ma’ parti terza li permezz tiegħu dik il-parti terza tkun ikkonfermat li s-sehem jew l-istrument ta’ dejn sovran ikun ġie identifikat u riżervat għas-self lill-persuna fiżika jew ġuridika sabiex ikun jista’ jitwettaq is-saldu meta dan ikun dovut. |
1a. Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol fi tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu relatati ma’ obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni biss meta dik it-tranżazzjoni ma twassalx għal pożizzjoni skoperta fi swap ta’ inadempjenza tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 4.
2. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu identifikati t-tipi ta’ ftehimiet jew arranġamenti li jiżguraw adegwatement li s-sehem jew l-istrument ta’ dejn sovran ser ikunu disponibbli għas-saldu. L-AETS għandha partikolarment tqis il-bżonn li tiġi ppriservata l-effiċjenza tas-swieq speċjalment is-swieq tal-bonds sovrani u s-swieq tar-riakkwist tal-bonds sovrani (swieq repo). L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011 .
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
▐
Artikolu 14
Eżenzjoni fejn iċ-ċentru tan-negozjar prinċipali jkun barra mill-Unjoni
1. L-Artikoli 5, 5a, 7, 7a, 12 u 13 ma għandhomx japplikaw għal ishma ta’ kumpanija ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni fejn iċ-ċentru tan-negozjar prinċipali tal-ishma jkun jinstab f'pajjiż barra mill-Unjoni.
2. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tiddetermina, għal ishma ta’ kumpanija li jkunu nnegozjati f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni u ċentru barra mill-Unjoni, għall-inqas kull sentejn, jekk iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar ta’ dawk l-ishma jkunx barra mill-Unjoni.
L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe tali ishma identifikati li jkollhom is-suq prinċipali tagħhom barra mill-Unjoni.
L-AETS għandha, kull sentejn, tippubblika l-lista ta’ ishma li għalihom iċ-ċentru prinċipali jinstab barra mill-Unjoni. Il-lista għandha tkun effettiva għal perjodu ta’ sentejn.
3. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-metodu għall-kalkolu tal-fatturat biex jiġi ddeterminat iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar ta’ sehem. L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ▐ skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
4. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentatorji sabiex jiġu ddeterminati:
(a) |
id-data li fiha u l-perjodu li fir-rigward tiegħu għandu jsir kwalunkwe kalkolu taċ-ċentru prinċipali għal sehem; |
(b) |
id-data sa meta l-awtorità rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS b’dawn l-ishma fejn iċ-ċentru prinċipali jkun barra mill-Unjoni; |
(c) |
id-data li minna l-lista għandha tkun effettiva wara l-pubblikazzjoni mill-AETS. |
L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-[31 ta’ Diċembru 2011].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ▐ skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 15
Eżenzjoni għall-ġenerazzjoni tas-suq u operazzjonijiet tas-suq primarju
1. L-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 12 ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq. ▐
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 , biex tiddetermina li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li suq awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma ma’ rekwiżiti vinkolanti li jkunu, għall-fini tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni skont il-paragrafu 1, ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mit-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE, mid-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (10) u mid-Direttiva 2004/109/KE, u li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi f’dak il-pajjiż terz.
Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jista’ jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha f'dak il-pajjiż terz:
(a) |
is-swieq ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa; |
(b) |
is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti fir-rigward ta’ ammissjoni ta’ titoli għan-negozjar sabiex dawn it-titoli jkunu kapaċi li jiġu nnegozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament; |
(c) |
l-emittenti ta’ titoli jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodika u kontinwa sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur; |
(d) |
it-trasparenza u l-integrità fis-suq jiġu żgurati billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. |
3. L-Artikoli 8 u 12 ma għandhomx japplikaw għal persuna fiżika jew ġuridika meta, fejn tkun qed taġixxi bħala negozjant primarju awtorizzat skont ftehim ma’ emittent ta’ dejn sovran, tkun qed tinnegozja bħala prinċipal fi strument finanzjarju inkonnessjoni ma’ operazzjonijiet tas-suq primarju jew sekondarju relatati mad-dejn sovran.
4. L-Artikoli 5, 6, 7 u 12 ma għandhomx japplikaw għal persuna fiżika jew ġuridika meta tidħol f’bejgħa bin-nieqes ta’ titolu jew ikollha pożizzjoni bin-nieqes netta relatata mat-twettiq ta’ stabilizzazzjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (11).
5. L-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw biss fejn il-persuna fiżika jew ġuridika konċernata tkun l-ewwel innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, bil-miktub li jkollha l-intenzjoni li tagħmel użu mill-eżenzjoni. In-notifika għandha ssir mhux iżjed tard minn tletin jum kalendarju qabel ma l-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-intenzjoni li tuża l-eżenzjoni.
6. L-awtorità kompetenti tal-Stat Membru ta’ domiċilju tista’ tipprojbixxi l-użu tal-eżenzjoni jekk tqis li l-persuna fiżika jew ġuridika ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni. Kwalunkwe projbizzjoni għandha tiġi imposta fi żmien 30 jum kalendarju msemmija fl-ewwel subparagrafu jew sussegwentement jekk l-awtorità kompetenti ssir konxja li kien hemm xi bidliet fiċ-ċirkostanzi tal-persuna b’mod li ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet.
7. Entità ta’ pajjiż terz li ma tkunx awtorizzata fl-Unjoni għandha tibgħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 5 lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru prinċipali tan-negozjar fl-Unjoni li fih tinnegozja.
8. Persuna fiżika jew ġuridika li tkun tat notifika skont il-paragrafu 5 għandha mill-aktar fis possibbli tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha bil-miktub fejn ikun hemm xi bidliet li jaffettwaw l-eliġibilità tagħha għall-użu tal-eżenzjoni.
9. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tista’ titlob informazzjoni, bil-miktub, minn persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed topera taħt l-eżenzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1, 3 jew 4 dwar il-pussess ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes jew attivitajiet imwettqa taħt l-eżenzjoni. Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tipprovdi l-informazzjoni mhux aktar tard minn erbat ijiem kalendarji wara li tkun saret it-talba.
10. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS fi żmien ġimagħtejn min-notifika skont il-paragrafu 5 jew 8 bi kwalunkwe ġeneratur tas-suq u negozjant primarju awtorizzat li jkun qed jagħmel użu mill-eżenzjoni u bi kwalunkwe ġeneratur tas-suq u negozjant primarju awtorizzat li ma baqgħux jagħmlu użu mill-eżenzjoni.
11. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha u żżomm aġġornata lista ta’ ġeneraturi tas-suq u negozjanti primarji awtorizzati li jkunu qed jużaw l-eżenzjoni.
KAPITOLU V
SETGĦAT TA’ INTERVENT TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI U TAL-AETS
Taqsima 1
Setgħat tal-Awtoritajiet Kompetenti
Artikolu 16
Divulgazzjoni f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali
1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ teħtieġ lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti fir-rigward ta’ strument finanzjarju speċifiku jew klassi ta’ strumenti finanzjarji jinnotifikawha jew jiddivulgaw lill-pubbliku dettalji tal-pożizzjoni kull meta l-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika ffissat mill-awtorità kompetenti, fejn iż-żewġ kundizzjonijiet segwenti jiġu ssodisfati:
(a) |
ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru jew Stat Membru ieħor jew aktar; |
(b) |
fil-każ ta’ divulgazzjoni pubblika, il-miżura ma jkollhiex effett ta’ ħsara fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tagħha . |
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal strumenti finanzjarji li fir-rigward tagħhom it-trasparenza tkun diġà meħtieġa skont l-Artikoli 5 sa 8.
Artikolu 16a
Notifika minn selliefa f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali
1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tieħu l-miżura msemmija fil-paragrafi 2, meta ż-żewġ kundizzjonijiet segwenti jiġu ssodisfati:
(a) |
ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru; |
(b) |
il-miżura ma jkollhiex effett ta’ ħsara fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tagħha. |
2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ teħtieġ lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi impenjati f’self ta’ strument finanzjarju speċifiku jew klassi ta’ strumenti finanzjarji jinnotifikawha dwar kwalunkwe żieda sinifikanti fil-miżati mitluba għal tali self.
Artikolu 17
Restrizzjonijiet dwar bejgħ bin-nieqes u tranżazzjonijiet simili f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinstab iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta’ strument finanzjarju, tista’ tieħu l-miżura msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, fejn iż-żewġ kundizzjonijiet segwenti jiġu ssodisfati:
(a) |
ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru jew Stat Membru ieħor jew aktar; |
(b) |
il-miżuri ma jkollhomx effett ta’ ħsara fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tagħhom . |
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' tipprojbixxi jew timponi kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jidħlu għal:
(a) |
bejgħa bin-nieqes; jew |
(b) |
tranżazzjoni għajr bejgħa bin-nieqes li toħloq, jew relatata ma’ strument finanzjarju ieħor u l-effett jew wieħed mill-effetti ta’ dik it-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju. |
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tipprojbixxi persuna fiżika jew ġuridika milli tidħol fi tranżazzjonijiet relatati ma’ strumenti finanzjarji jew li tillimita l-valur tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju li dik il-persuna tista’ tidħol fihom.
4. Miżura skont il-paragrafu 2 jew 3 tista’ tapplika għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji kollha, strumenti finanzjarji ta’ klassi speċifika jew strument finanzjarju speċifiku. Il-miżura tista’ tapplika f’ċirkostanzi jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti rilevanti. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.
Artikolu 18
Restrizzjonijiet fuq tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tillimita persuni fiżiċi jew ġuridiċi milli jidħlu fi tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu relatati ma’ obbligu maħruġ mill-Istat Membru tagħha stess , jew tillimita l-valur ta’ pożizzjonijiet skoperti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu li persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jidħlu fihom li jkunu marbuta ma’ obbligu maħruġ mill-Istat Membru tagħha stess , fejn iż-żewġ kundizzjonijiet segwenti jiġu ssodisfati:
(a) |
ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru jew Stat Membru ieħor jew aktar; |
(b) |
il-miżura ma jkollhiex effett ta’ ħsara fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tagħha . |
2. Miżura meħuda skont il-paragrafu 1 tista’ tapplika għal tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu ta’ klassi speċifika jew għal tranżazzjonijiet speċifiċi ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu. Il-miżura tista’ tapplika f’ċirkostanzi jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.
2a. Awtorità kompetenti li tkun ħadet miżura skont il-paragrafu 1 tista’ titlob lill-AETS biex tikkunsidra li teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 24(1)(c) jekk l-avvenimenti jew l-iżviluppi negattivi indirizzati jkunu jeħtieġu li l-miżura tkun introdotta fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 19
Setgħa li tirrestrinġi l-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti finanzjarji temporanjament fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-prezz
1. Fejn il-prezz ta’ strument finanzjarju dwar iċ-ċentru tan-negozjar ikun matul jum wieħed ta’ negozjar waqa’ bil-valur imsemmi fil-paragrafu 4 mill-prezz tal-għeluq imsemmi f’dak iċ-ċentru fil-jum preċedenti ta’ negozju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għal dak iċ-ċentru għandha tqis jekk ikunx xieraq li tipprojbixxi jew tirrestrinġi persuni fiżiċi jew ġuridiċi milli jidħlu f’bejgħ bin-nieqes tal-istrumenti finanzjarji fiċ-ċentru tan-negozjar jew inkella jillimitaw it-tranżazzjonijiet f’dak l-istrument finanzjarju f’dak iċ-ċentru tan-negozjar sabiex jiġi pprevenut tnaqqis diżordinat fil-prezz tal-istrument finanzjarju.
Fejn l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta skont l-ewwel subparagrafu li jkun xieraq li tagħmel hekk, hi għandha fil-każ ta’ sehem jew dejn tipprojbixxi jew tirrestrinġi persuni milli jidħlu f’bejgħa bin-nieqes fiċ-ċentru tan-negozjar jew fil-każ ta’ tip ieħor ta’ strumenti finanzjarji, jillimitaw it-tranżazzjonijiet f'dak l-istrument finanzjarju f'dak iċ-ċentru tan-negozjar.
2. Il-miżura għandha tapplika għal perjodu li ma jaqbiżx it-tmiem tal-jum ta’ negozjar wara l-jum ta’ negozjar li fih isseħħ il-waqgħa fil-prezz. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tista' testendi t-tul a' żmien tal-miżura jekk ir-raġunijiet li għalihom ittieħedet il-miżuri jiġġustifikaw tali estensjoni.
3. Il-miżura għandha tapplika f’ċirkostanzi jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.
3a. Wara l-wasla ta’ notifika minn awtorità kompetenti biex persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkunu projbiti jew ristretti milli jagħmlu bejgħ bin-nieqes tal-istrument finanzjarju fiċ-ċentru tan-negozjar jew inkella tillimita t-tranżazzjonijiet f’dak l-istrument finanzjarju f’dak iċ-ċentru tan-negozjar, l-AETS għandha tqis qabel il-bidu tal-jum ta’ negozjar li jmiss jekk ikunx xieraq li testendi l-miżura għaċ-ċentri kollha tan-negozjar li jinnegozjaw l-istrument finanzjarju konċernat skont l-Artikolu 24.
4. Il-waqgħa fil-valur għandha tkun ta’ 10 % jew aktar fil-każ ta’ sehem u għall-klassijiet l-oħra tal-istrumenti finanzjarji tkun ta’ ammont speċifikat mill-Kummissjoni.
Jekk ikun meħtieġ, l-AETS tista’ toħroġ u tibgħat lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni opinjoni dwar l-aġġustament tal-limiti minimi msemmija fil-paragrafu 4, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.
Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur mindu tirċievi l-opinjoni tal-AETS, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36, li jispeċifikaw l-għażliet marbuta mal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura u l-waqgħa fil-valur tal-istrumenti finanzjarji ▐, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ kull klassi ta’ strumenti finanzjarji u d-differenzi ta’ volatilità .
5. Sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsidtenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu tal-waqgħa ta’ 10 % għall-ishma u tal-waqgħa fil-valur speċifikat mill-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4. L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ▐ skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 20
Perjodu ta’ restrizzjonijiet
Kwalunkwe miżura imposta skont l-Artikoli 16, 16a, 17 u 18 għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 21.
Kwalunkwe miżura bħal din tista’ tiġġedded għal aktar perjodi ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għat-teħid tal-miżura jibqgħu jkunu applikabbli . Jell il-miżura ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament .
Artikolu 21
Avviż ta’ restrizzjonijiet
1. Awtorità kompetenti għandha tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikoli 16 sa 19.
2. L-avviż għandu jispeċifika tal-anqas id-dettalji:
(a) |
tal-miżuri imposti inklużi l-istrumenti u l-klassi ta’ tranżazzjonijiet li għalihom japplikaw u d-durata tagħhom; |
(b) |
tar-raġunijiet għaliex l-awtorità kompetenti taħseb li jkun meħtieġ li jiġu imposti l-miżuri inkluża l-evidenza li tappoġġja dawk ir-raġunijiet. |
3. Miżura skont l-Artikoli 16 sa 19 għandha tidħol fis-seħħ meta l-avviż jiġi ppubblikat jew f’ħin speċifikat fl-avviż jiġifieri wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandha tapplika biss fir-rigward ta’ tranżazzjoni li titwettaq wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.
Artikolu 22
Notifika lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra
1. Qabel ma timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura skont l-Artikoli 16, 16a, 17 jew 18 u qabel ma timponi kwalunkwe restrizzjoni skont l-Artikolu 19, awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti oħra bil-miżuri li tipproponi.
2. In-notifika għandha tinkludi dettalji tal-miżuri proposti, il-klassi ta’ strumenti finanzjarji u t-tranżazzjonijiet li għalihom se japplikaw, l-evidenza li tappoġġja dawk ir-raġunijiet u meta jkun intenzjonat li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.
3. In-notifika ta’ proposta biex tiġi imposta jew mġedda miżura skont l-Artikoli 16, 16a, 17 u 18 għandha ssir mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, awtorità kompetenti tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ fejn ma jkunx possibbli li jingħata avviż ta’ 24 siegħa. Notifika skont l-Artikolu 19 għandha ssir qabel meta jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ.
4. Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tirċievi notifika skont dan l-Artikolu tista' tieħu miżuri skont l-Artikoli 16 sa 19 f'dak l-Istat Membru fejn tkun sodisfatta li l-miżura tkun neċessarja sabiex tgħin lill-awtorità kompetenti l-oħra. L-awtorità kompetenti għandha tagħti wkoll notifika skont il-paragrafi 1, 2u 3 fejn hi tkun qed tipproponi li jittieħdu l-miżuri.
Taqsima 2
Setgħat tal-AETS
Artikolu 23
Moordinazzjoni mill-AETS
1. L-AETS għandha teżerċita rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni b’rabta mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont it-Taqsima 1. Partikolarment l-AETS għandha tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-miżuri skont it-Taqsima 1 speċjalment dwar meta jkun meħtieġ li jintużaw setgħat ta’ intervent skont it-Taqsima 1, in-natura tal-miżuri imposti u l-bidu u d-durata ta’ kwalunkwe miżura.
2. Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 22 dwar kwalunkwe miżuria li għandha tiġi imposta jew mġedda skont l-Artikoli 16, 16a, 17 jew 18, l-AETS għandha fi żmien 24 siegħa toħroġ deċiżjoni dwar jekk tqisx li l-miżura jew il-miżura proposta tkunx neċessarja biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni eċċezzjonali. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara jekk l-AETS tikkunsidrax li jkunu nħolqu avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fi Stat Membru wieħed jew aktar, jekk il-miżura jew il-miżura proposta tkunx xierqa u proporzjonata sabiex tiġi indirizzata t-theddida u jekk id-durata proposta tal-miżuri tkunx ġustifikata. Jekk tqis li miżuri minn awtoritajiet kompenti oħra jkunu neċessarji biex tiġi indirizzata t-theddida, għandha tiddikjara wkoll dan fid-deċiżjoni u titlob lil dawk l-awtoritajiet kompetenti jdaħħlu miżuri bħal dawn fi żmien 24 siegħa . Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-AETS.
3. Jekk l-AETS tqis li għandha tiġi introdotta miżura fil-livell tal-Unjoni d-deċiżjoni tagħha għandha tkun vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tiddaħħal fi żmien 24 siegħa.
3a. L-AETS għandha teżamina mill-ġdid regolarment il-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu u fi kwalunkwe każ kull tliet xhur. Jekk miżura ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.
Artikolu 24
Setgħat ta’ intervent tal-AETS
1. Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha, fejn iż-żewġ kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ikunu ssodisfati, tieħu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
tirrikjedi li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti fir-rigward ta’ strument finanzjarju speċifiku jew klassi ta’ strumenti finanzjarji jinnotifikaw awtorità kompetenti jew jiddivulgaw lill-pubbliku d-dettalji ta’ kwalunkwe tali pożizzjoni; |
(b) |
tipprjobixxi jew timponi kundizzjonijiet relatati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jidħlu f’bejgħa bin-nieqes jew tranżazzjoni li toħloq, jew tirrelata, strument finanzjarju u l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju ieħor; |
(c) |
tillimita persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jidħlu għal tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu relatati ma’ obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni jew tillimita l-valur ta’ pożizzjonijiet skoperti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu li persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol għalihom relatati ma’ obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni; |
(d) |
tipprojbixxi persuna fiżika jew ġuridika milli tidħol fi tranżazzjonijiet relatati ma’ strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew li tillimita l-valur tat-tranżazzjonijiet f'dawk l-istrumenti finanzjarji li dik il-persuna tista’ tidħol fihom. |
Miżura tista’ tapplika f’ċirkostanzi jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti rilevanti. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.
2. L-AETS għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 biss jekk iż-żewġ kundizzjonijiet segwenti jiġu ssodisfati:
(a) |
il-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni u jkun hemm implikazzjonijiet transfruntieri; |
(b) |
awtorità kompetenti ma tkunx ħadet miżuri biex tindirizza t-theddida jew il-miżuri li jkunu ttieħdu ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw it-theddida. |
3. Meta jittieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis sa fejn il-miżuri:
(a) |
ser jindirizzaw sinifikament it-theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni jew itejbu sinifikament il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw it-theddida; |
(b) |
mhux ser joħolqu riskju ta’ arbitraġġ regolatorju; |
(c) |
mhux ser ikollhom effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, inkluż it-tnaqqis tal-likwidità f’dawk is-swieq jew il-ħolqien ta’ inċertezza għall-parteċipanti fis-suq, li jkun sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-miżura. |
Fejn awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri skont l-Artikoli 16, 16a, 17 jew 18, l-AETS tista’ tieħu kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 23.
4. Qabel ma tiddieċiedi li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha, fejn xieraq, tikkonsulta lill-BERS u lil awtoritajiet rilevanti oħra.
5. Qabel ma tiddieċiedi li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-miżura li tipproponi. In-notifika għandha tinkludi dettalji tal-miżuri proposti, il-klassi ta’ strumenti finanzjarji u t-tranżazzjonijiet li għalihom se japplikaw, l-evidenza li tappoġġja dawk ir-raġunijiet u meta li l-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ.
6. In-notifika għandha ssir mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura għandha tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-AETS tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ fejn ma jkunx possibbli li jingħata avviż ta’ 24 siegħa.
7. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1. L-avviż għandu jispeċifika tal-anqas dan li ġej:
(a) |
il-miżuri imposti inklużi l-istrumenti u l-klassi ta’ tranżazzjonijiet li għalihom japplikaw u d-durata tal-miżuri; |
(b) |
ir-raġunijiet għaliex l-AETS taħseb li jkun meħtieġ li jiġu imposti l-miżuri inkluża l-evidenza li tappoġġja r-raġunijiet. |
8. Miżura għandha tidħol fis-seħħ meta l-avviż jiġi ppubblikat jew f’ħin speċifikat fl-avviż jiġifieri wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandha tapplika biss fir-rigward ta’ tranżazzjoni li titwettaq wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.
9. L-AETS għandha teżamina l-miżuri tagħha msemmija fil-paragrafu 1 wara intervalli xierqa u tal-anqas kull tliet xhur. Jekk miżura ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament. Il-paragrafi 2 sa 8 għandhom ikunu applikabbli għat-tiġdid tal-miżuri.
10. Miżura adottata mill-AETS skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe miżura oħra preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti skont it-Taqsima 1.
Artikolu 25
Aktar speċifikazzjoni tal-avvenimenti u l-iżviluppi avversi
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegali skont l-Artikolu 36, li jispeċifikaw kriterji u fatturi li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS sabiex jiġi ddeterminat jekk jinħolqux l-avvenimenti jew l-iżviluppi avversi msemmija fl-Artikoli 16, 16a, 17, 18 u 23 u t-theddidiet immsemmija fl-Artikolu 24(2)(a).
KAPITOLU VI
IR-RWOL TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
Artikolu 26
Awtoritajiet kompetenti
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar dawn il-ħatriet.
Artikolu 27
Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti
1. Sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha superviżorji u investigatorji li jkunu meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fi kwalunkwe mod segwenti:
(a) |
direttament; |
(b) |
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; |
(c) |
billi jirrikoru għand l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. |
2. Sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, is-setgħat li ġejjin:
(a) |
li jiksbu aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma u li jirċievu kopja tiegħu; |
(b) |
li jirrikjedu informazzjoni minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u jekk ikun meħtieġ isejħu u jinterrogaw persuna fiżika jew ġuridika bil-ħsieb li jiksbu informazzjoni; |
(c) |
li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post imħabbra jew għal għarrieda; |
(d) |
li jirrikjedu rekords telefoniċi eżistenti u tat-traffiku tad-dejta eżistenti; |
(e) |
li jirrikjedu l-waqfien ta’ kwalunkwe prattika li tmur kontra d-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament; |
(f) |
li jirrikjedu l-iffriżar u/jew is-sekwestru tal-assi. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bla ħsara għall-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, għandu jkollhom is-setgħa f’każijiet individwali sabiex jirrikjedu li persuna fiżika jew ġuridika li tidħol għal tranżazzjoni ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tipprovdi dan li ġej:
(a) |
spjegazzjoni dwar il-fini tat-tranżazzjoni u jekk hijiex għall-finijiet ta’ ħħeġġjar kontra riskju jew mod ieħor; |
(b) |
informazzjoni li tivverifika r-riskju sottostanti fejn it-tranżazzjoni tkun għall-finijiet ta’ ħħeġġjar. |
Artikolu 28
Inkjesti mill-AETS
L-AETS tista’, fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew iżjed, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, jew tal-Kummissjoni, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, twettaq inkjesta dwar kwistjoni jew prattika partikolari li jkollha x’taqsam mal-bejgħ bin-nieqes jew l-użu ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sabiex tivvaluta jekk dik il-kwistjoni jew prattika tippreżentax kwalunkwe theddida potenzjali għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Unjoni.
L-AETS għandha tippubblika rapport bis-sejbiet tagħha u kwalunkwe rakkomandazzjoni li jkollha x'taqsam mal-kwistjoni jew il-prattika fi żmien tliet xhur minn tmiem l-inkjesta .
Artikolu 29
Segretezza professjonali
1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe awtorità jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li l-awtorità kompetenti tkun iddelegat xi kompiti lilha, inklużi awdituri u esperti li jkunu ngħataw kuntratt mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni kunfidenzjali koperta mis-segretezza professjonali ma għandhiex tiġi ddivulgata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew awtorità oħra għajr meta din id-divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti legali.
2. L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna n-negozju jew kundizzjonijiet operattivi u affarijiet oħra ekonomiċi jew personali għandha għal mhux aktar minn 10 snin titqies kunfidenzjali u tkun is-suġġett tas-segretezza professjonali , ħlief meta l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor konċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista’ tiġi ddivulgata jew meta din id-divulgazzjoni tkn meħtieġa għal proċedimenti legali.
Artikolu 30
Obbligu ta’ kooperazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw kull meta jkun meħtieġ jew meta jkun spedjenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jipprovdu lil xulxin b’informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet li jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 30a
Kooperazzjoni mal-AETS
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien, lill-AETS bl-informazzjoni neċessarja kollha biex tkun tista' twettaq dmirijietha b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 31
Kooperazzjoni fil-każ ta’ talba għal spezzjonijiet fuq il-post jew investigazzjonijiet
1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward tal-ispezzjonijiet fuq il-post jew l-investigazzjonijiet.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-AETS b’kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transfruntier, l-AETS tista’ tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.
2. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, tista':
(a) |
twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess; |
(b) |
tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun issottomettiet it-talba biex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni; |
(c) |
tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun issottomettiet it-talba biex twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess; |
(d) |
taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni; |
(e) |
taqsam kompiti speċifiċi dwar attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti oħrajn. |
2a. L-AETS tista' twettaq ukoll kull spezzjoni meħtieġa fuq il-post kemm imħabbra jew għal għarrieda.
L-AETS tista' teħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu dmirijiet investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post.
Artikolu 32
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi , l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament f'pajjiż terzi u t-teħid ta’ miżuri simili mill-awtorità kompetenti sabiex tikkumplimenta miżuri meħuda skont l-Artikoli 16 sa 25.
Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra meta tipproponi li tidħol f'dan il-ftehim.
1a. B'konformità mal-Artikolu 30a, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi lill-AETS.
2. L-AETS għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi . B'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tadotta linji gwida għat-tħejjija ta’ mudell ta’ ftehim li għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti.
L-AETS għandha tikkoordina wkoll l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ informazzjoni miksuba minn awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont l-Artikoli 16 sa 25.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss meta l-informazzjoni ddivulgata tiġi soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk stabiliti fl-Artikolu 29. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intenzjonat għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 33
Trasferiment u żamma ta’ dejta personali
Fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta personali bejn Stati Membri jew l-Istati Membri u pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta personali mill-AETS lill-Istati Membri jew pajjiż terz, l-AETS għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Id-dejta għandha tinżamm sa massimu ta’ ħames snin.
Artikolu 34
Divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-pajjiżi terzi
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi lill-awtorità ta’ superviżjoni ta’ pajjiż terz id-dejta u l-analiżi tad-dejta meta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25 jew 26 tad-Direttiva 95/46/KE jkunu ssodisfati u abbażi ta’ każ każ biss. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tkun sodisfatta li t-trasferiment ikun neċessarju għall-fini ta’ dan ir-Regolament. It-trasferiment tad-dejta għandu jsir biss jekk il-pajjiż terz jiggarantixxi li d-dejta ma tiġix trasferita lil pajjiż terz ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiddivulga biss l-informazzjoni li hija kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 u li rċeviet mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun kisbet il-ftehim espliċitu tal-awtorità kompetenti li tkun trażmettiet l-informazzjoni u, fejn applikabbli, l-informazzjoni tkun iddivulgata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tkun tat il-kunsens tagħha.
Artikolu 35
Penali
Abbażi tal-linji gwida adottati mill-AETS u meta titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji, l-Istati Membri għandhom , skont il-prinċipji fundamentali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jistabbilixxu regoli dwar miżuri amministrattivi, sanzjonijiet u penali finanzjarji applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-miżuri, sanzjonijiet u penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Meta l-bejjiegħ jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, il-penali għandhom ikunu biżżejjed għoljin biex il-bejjiegħ ma jkunx jista' jagħmel qligħ.
B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tadotta linji gwida li jikkonċernaw it-tip ta’ miżuri amministrattivi u penali li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ▐ lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi sal- ▐ [1 ta’ Lulju 2012] u għandhom jinnotifikawhaom mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk id-dispożizzjonijiet .
L-AETS għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha u taġġorna regolarment lista ta’ miżuri amministrattivi u penali eżistenti għal kull Stat Membru.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS kull sena informazzjoni aggregata rigward il-miżuri amministrattivi u l-penali kollha imposti. Jekk awtorità kompetenti tiddivulga lill-pubbliku l-fatt li miżura amministrattiva jew penali tkun ġiet imposta, hija għandha, kontemporanjamanet, tinnotifika lill-AETS dwar dan.
KAPITOLU VII
ATTI DELEGATI
Artikolu 36
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħat biex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(7), 4(2), 5(3), 6(2), 7(3), 8(3), 15(2), 19(4) u 25 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.
2a. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tikkonsulta lill-AETS.
3. Delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(7), 4(2), 5(3), 6(2), 7(3), 8(3), 15(2), 19(4) u 25 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data oħra speċifikatat fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegati li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(2), 3(7), 4(2), 5(3), 6(2), 7(3), 8(3), 15(2), 19(4) u 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
▐
Artikolu 39
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (12). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (13).
2. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika , filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu .
▐
Artikolu 39a
Skadenza għall-adozzjoni ta’ atti delegati
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikoli 2(2), 3(7), 4(2), 5(3), 6(2), 7(3), 8(3), 15(2), 19(4) u 25 sa … (14).
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 40
Eżami u rapport
Sat-30 ta’ Ġunju 2013 , il-Kummissjoni għandha, fid-dawl ta’ diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti u l-AETS, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:
(a) |
l-adegwatezza tal-livelli limitu tar-rapportar u d-divulgazzjoni ▐ provvduti skont l-Artikoli 5 ▐ u 8; |
(aa) |
l-adegwatezza tar-rekwiżit tad-divulgazzjoni pubblika u r-rekwiżit tad-divulgazzjoni u l-limiti minimi tad-divulgazzjoni skont l-Artikolu 7, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq l-effiċjenza u l-volatilità tas-swieq finanzjarji; |
(ab) |
jekk ir-rapportar dirett u ċentralizzat lill-AETS huwiex xieraq; |
(b) |
l-operazzjoni tar-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti fil-Kapitolu II; |
(c) |
jekk kwalunkwe restrizzjoni jew kondizzjoni oħra fuq il-bejgħ bin-nieqes jew is-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tkunx xierqa. |
Artikolu 41
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Miżuri eżistenti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, fis-seħħ qabel il-15 ta’ Settembru 2010, jistgħu jibqgħu applikabbli sal-[1 ta’ Lulju 2013] sakemm dawn ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni.
Artikolu 41a
Persunal u riżorsi tal-AETS
Sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mit-teħid tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha b'konformità ma’ dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Artikolu 42
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-[1 ta’ Lulju 2012].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 84, 17.3.2011, p. 34.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(5) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(8) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).
(9) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(10) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(11) ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.
(12) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.
(13) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(14) Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/328 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Skemi ta’ kumpens għall-investitur ***I
P7_TA(2011)0313
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (COM(2010)0371 – C7-0174/2010 – 2010/0199(COD))
2013/C 33 E/37
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0371), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0174/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati, ippreżentati mill-Parlament Svediż u mill-House of Commons tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokol (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarita' u proporzjonalita' , li tgħid li l-abbożż tal-att leġisalttiv mhux f' konformita' mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0167/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2010)0199
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE dwar skemi ta' kumpens għall-investitur
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara tal-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħatlill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, rapport ippubblikat fil-25 ta' Frar 2009 minn grupp ta' esperti ta' livell għoli ppreseduti minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju għandu jissaħħaħ biex inaqqas ir-riskju u s-severità ta' kriżijiet finanzjarji futuri u rrakkomanda riformi kbar għall-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Ewropa, inkluż il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Superviżuri Finanzjarji, li tkopri tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tat-titoli, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet okkupazzjonali u waħda għas-settur bankarju, u l-ħolqien ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2009, "Nixprunaw l-irkupru Ewropew", ipproponiet li ssaħħaħ il-qafas regolatorju tal-Unjoni għas-servizzi finanzjarji, u, b'mod partikolari biex ittejjeb il-protezzjoni tal-investitur. F'Settembru tal-2009, il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett leġiżlattiv għall-ħolqien tal-awtoritajiet ġodda, inkluż l-Awtorita' Superviżorja Ewropea (l-Awtorita' Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), b'mod partikolari biex jikkontribwixxu għal applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u għall-istabiliment ta' standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja. |
(2) |
Jeħtieġ li d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (4) tiġi emendata sabiex tinżamm il-fiduċja fis-sistema finanzjarja u biex l-investituri jiġu protetti aħjar minħabba l-iżviluppi fil-qafas legali tal-Unjoni, l-evoluzzjoni fis-swieq finanzjarji u l-problemi esperjenzati fl-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva fl-Istati Membri fejn ditti ta' investiment ma jkunux jistgħu jirritornaw assi miżmuma f'isem il-klijenti. |
(3) |
Filwaqt tal-adozzjoni tagħha, id-Direttiva 97/9/KE kkumplimentat lid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tat-titoli (5) biex tiżgura li kull Stat Membru jistabilixxi sistema ta' kumpens għall-investitur li tiggarantixxi livell minimu armonizzat ta' protezzjoni, ta' lanqas għal investituri żgħar, fil-każ li xi ditta tal-investiment ma tkunx tista' tissodisfa l-obbligi tagħha lejn il-klijenti tagħha. Meta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 t'April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (6), irrevokat id-Direttiva 93/22/KEE, hija introduċiet lista ġdida ta' servizzi ta' investiment u attivitajiet sabiex tkopri l-firxa sħiħa ta' attivitajiet orjentati lejn l-investitur, u biex tipprovdi għall-grad ta' armonizzazzjoni meħtieġ biex tagħti lill-investituri livell għoli ta' protezzjoni u biex tippermetti lil ditti ta' investiment sabiex jipprovdu servizzi ġewwa l-Unjoni kollha. Għalhekk, jeħtieġ li d-Direttiva 97/9/KE tiġi allinjata mad-Direttiva 2004/39/KE sabiex jiġi żgurat li l-għoti tas-servizzi u l-attivitajiet kollha ta' investiment jibqgħu jkunu koperti b'mod adegwat taħt l-iskemi. |
(4) |
Fil-ħin tal-adozzjoni tagħha, id-Direttiva 97/9/KE qieset il-kopertura u l-iffunzjonar ta' skemi ta' garanzija tad-depożitu kif irregolati bid-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti (7). Konsegwentament, huwa xieraq li titqies kull emenda għad-Direttiva 94/19/KE. |
(5) |
L-investituri jistgħu ma jkunux konxji tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tan-nuqqas ta' jew tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tad-ditti ta' investiment, b'hekk huwa neċessarju li dawn jiġu protetti f'sitwazzjonijiet li fihom ditti ta' investiment jaġixxu mingħajr jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni tagħhom, b'mod partikolari billi jżommu l-assi tal-klijenti jew billi jipprovdu servizzi lil xi tip partikolari ta' klijent mingħajr jew għall-ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-iskemi għandhom ikopru l-assi tal-klijenti li de facto jinżammu minn ditti ta' investiment b'konnessjoni ma' kull negozju ta' investiment. [Em. 1] |
(6) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 t'Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzanizzazzjonali u l-kundizzjonijiet operatorji tal-kumpaniji tal-investiment u l-patti ddefiniti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva (8), tippermetti lil ditti ta' investiment sabiex jiddepożitaw strumenti finanzjarji miżmuma f'isem il-klijenti f'kontijiet miftuħa ma' parti terza. Il-parti terza mhijiex neċessarjament soġġetta għal regolazzjoni u superviżjoni speċifiċi. Minkejja l-konformità mad-Direttiva 2006/73/KE, għalhekk, in-nuqqas tal-parti terza jista' jafettwa d-drittijiet tal-investituri jekk dik il-parti terza ma tkunx tista' tirritorna l-istrumenti finanzjarji lid-ditta tal-investiment. Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-investitur, jixraq li l-kumpens taħt id-Direttiva 97/9/KE jiġi estiż, mingħajr preġudizzju għar-reġimi nazzjonali ta' responsabbiltà, għall-inabbiltà ta' xi ditta tal-investiment biex tirritorna l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti minħabba n-nuqqas ta' parti terza, meta l-istrumenti finanzjarji jkunu ġew iddepożitati mid-ditta tal-investiment jew mill-kustodji tagħha. |
(7) |
Id-Direttiva 2006/73/KE titlob lid-ditti ta' investiment biex ipoġġu kwalunkwe fond tal-klijenti li huma jirċievu f'kont wieħed jew aktar miftuħin ma' parti terza. Dawk il- partijiet terzi jinkludu banek ċentrali, istituzzjonijiet ta' kreditu jew banek awtorizzati f'pajjiż terz, jew fond tas-suq tal-flus kwalifikanti. Ir-reġim strett żgurat bid-Direttiva 2006/73/KE ma jagħmilhiex neċessarju li jiġu estiżi l-koperturi għan-nuqqas ta' parti terza fejn il-fondi jkunu ġew iddepożitati. |
(8) |
Minħabba li l-kopertura tal-kumpens skont id-Direttiva 94/19/KE llum hija ogħla minn dik skont din id-Direttiva, jeħtieġ li tingħata l-ogħla protezzjoni lill-investituriF'każijiet fejn iż-żewġ Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE jistgħu jkopru assi miżmuma minn banek. Għalhekk, f'dawk il-każijiet, l-investitur għandu jkun ikkumpensat jistgħu jiġu koperti mid-Direttivi 94/19/KE jew 97/9/KE, l-investituri għandhom jingħataw kumpens skont id-Direttiva 94/19/KE. [Em. 2] |
(9) |
Sabiex ikunu jistgħu jirkupraw il-fondi mħallsa bħala kumpens, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri għall-inadempjenza ta' depożitarju jew parti terza, għandu jkollhom id-dritt ta' surrogazzjoni tad-drittijiet tal-investitur, jew tad-ditta tal-investiment jew tal-impriżi għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (minn issa 'l quddiem imsejħa "UCITS") fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom. Din id-Direttiva ma għandhiex tintuża biex tnaqqas ir-responsabbiltà ta' ditti ta' investiment jew tal-UCITS biex jirkupraw assi minn depożitarju jew kustodju. [Em. 3] |
(10) |
Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (9) teżiġi biex l-assi tal-UCITS jinżammu protetti minn depożitarju. Jekk Tul l-2011, il-Kummissjoni sejra tressaq proposti ta' emenda għad-Direttiva 2009/65/KE biex tiċċara r-responsabilità tad-depożitarju meta, id-depożitarju jew xi wieħed mis-sotto kustodji tiegħu jonqos milli jħallas u ma jkunx jista' jirritorna l-istrumenti finanzjarji miżmuma fil-kustodja. dan jaffettwa l-valur tal-unitajiet jew l-ishma tal-UCITS. Sabiex tiżdied il-protezzjoni f'din is-sitwazzjoni, detenturi ta' unitajiet u ishma f'UCITS għandhom jibbenefikaw mill-istess livell ta' protezzjoni bħallikieku kienu qed jinvestu direttament fl-istrumenti finanzjarji rispettivi, fil-każ li l-entità li jkollha fil-pussess tagħha l-istrumenti finanzjarji ma tkunx tista' tirritornahom. Detenturi ta' unitajiet u ishma fil-UCITS għandhom jirċievu kumpens għat-telf fil-valur tal-UCITS. Fl-istess ħin, għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jżommu l-unitajiet jew l-ishma fil-UCITS sabiex jippreżervaw id-dritt tagħhom li jifduhom meta jqisu li dan ikun adegwat. Wara li ttemm ir-rieżami tad-Direttiva 2009/65/KE, il-Kummissjoni għandha tanalizza f'liema sitwazzjonijiet il-falliment ta' depożitarju jew ta' sottokustodju tal-UCITS jista' jaffettwa l-valur tal-unitajiet jew l-ishma tal-UCITS. Rapport dwar dik l-analiżi għandha tkun ippreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti leġislattivi jekk meħtieġ. [Em. 4] |
(11) |
Id-Direttiva 97/9/KE teskludi diġà minn kull skema ta' kumpens għall-investitur, pretensjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fejn tkun ingħatat kundanna ta' ħtija kriminali fuq ħasil tal-flus skont it-tifsira tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 t'Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (10). Jixraq ukoll li tiġi eskluża kull pretensjoni għal kumpens fejn l-assi rispettivi jirriżultaw minn imġiba pprojbita skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (11) li fiha jkun involut l-attur. |
(12) |
Il-livell minimu ta' kumpens kien stabilit fl-1997 u ma nbidilx minn dak iż-żmien 'l hawn. Dan il-livell għandu jiżdied għal EUR 50 000 EUR 100 000 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fil-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni. Dan l-ammont iqis l-effetti tal- inflazzjoni fl-Unjoni u l-bżonn biex wieħed jallinja aħjar il-livell ta' kumpens mal-valur medju ta' investimenti miżmuma minn klijenti komuni fl-Istati Membri. Sabiex tiżdied il-protezzjoni mogħtija lill-investituri, jeħtieġ li titneħħa l-għażla eżistenti għall-Istati Membri biex ikunu limitati jew esklużi fondi ta' kopertura f'valuti oħra minbarra dawk tal-Istati Membri. [Em. 5] |
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu l-kumpens mogħti taħt id-Direttiva 97/9/KE u livell imqabbel ta' protezzjoni tal-investitur mal-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu introdotti regoli komuni li jirregolaw il-finanzjament tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur. L-iskemi għandhom ikunu ffinanzjatji fi proporzjon skont l-obbligazzjonijiet tagħhom. Għandu jiġi żgurat livell xieraq ta' finanzjament minn qabel, u l-iskemi għandu jkollhom arranġamenti adegwati biex jivvalutaw u jilħqu l-livell indikat ta' finanzjament qabel ma jseħħ xi każ ta' telf relevanti skont id-Direttiva 97/9/KE. Għandu jintlaħaq livell minimu indikat tal-fond malajr kemm jista' jkun u f'kull każ fi żmien għaxar ħames snin. [Em. 6] |
(14) |
Fejn ikun hemm bżonn, sejħa eċċezzjonali għall-kontribuzzjonijiet lill-membri tal-iskema jew aċċess għal sorsi ta' self, bħal minn banek kummerċjali jew istituzzjonijiet pubbliċi għal raġunijiet kummerċjali, għandha tiżgura kopertura propizja ta' kull bżonn li ma jkunx kopert mill-fondi miġbura minn membri qabel ma jseħħu l-avvenimenti ta' telf. |
(15) |
Bħalissa l-iffunzjonar tal-iskemi jvarja ħafna bejn l-Istati Membri, u din id-Direttiva timmira biex tintroduċi aktar armonizzazzjoni filwaqt li tħalli ftit flessibbiltà lill-Istati Membri rigward l-organizzazzjoni dettaljati tal-iskemi. Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tkun delegata lill- Kummissjoni għandu tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar ċerti karatteristiċi essenzjali tal-iffunzjonar tal-iskemi. skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B'mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-metodu sabiex jiġu stabiliti r-responsabbiltajiet potenzjali tal-iskemi, il-fatturi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-abbiltà tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali biex l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' xi Stati Membru ma tiġix ippreġudikata, l-arranġamenti alternattivi ta' finanzjament li l-iskemi għandu jkollhom biex ikunu jistgħu, fejn meħtieġ, jiksbu finanzjament għal żmien qasir u l-kriterji sabiex jiġu stabiliti l-kontribuzzjonijiet mill-entitajiet koperti mill-iskemi. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B'mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tkun ukoll delegata lill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-metodu li permezz tiegħu jsir il-kalkolu tal-livell tal-fond indikat li għandu jiġi stabilit mill-iskemi, u dwar il-modifika tal-livell tal-fond fil-mira, il-perċentwal tal-livell massimu stabilit tal-fondi disponibbli għas-self, bejn l-iskemi nazzjonali ta' kumpens, il-proċeduri li bihom jiġu indirizzati l-pretensjonijiet tal-investituri u l-kriterji tekniċi sabiex jiġi kkalkolat it-telf fil-valur ta' UCITS fiċ-ċirkostanzi koperti b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa l-emendi permezz ta' atti delegati, għall-perċentwali ta' fondi disponibbli għas-self, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. [Em. 7 u Em. 12] |
(15a) |
Sabiex jiżguraw kundizzjonijiet tal-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-iskemi, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar id-dettalji li għandhom jiġu ppubblikati mill-iskemi. [Em. 7] |
(16) |
Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu kumpens fil-ħin, għandu jiġi stabilit mekkaniżmu ta' self fost skemi ta' kumpens għall-investitur fl-Unjoni bħala għodda tal-aħħar rikors. Is-sistema għandha tinkludi l-possibbiltà għall-iskemi ta' kumpens għall-investitur biex jisselfu fondi minn skemi oħrajn fil-każ eċċezzjonali li huma jiffaċċjaw nuqqas temporanju ta' fondi. Għal dan l-iskop, porzjon ta' finanzjament ex ante f'kull skema għandu jkun disponibbli għal self lil skemi ta' kumpens għall-investitur oħra. |
(16a) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin u mal-AETS għad-detezzjoni u l-prevenzjoni ta' frodi, prattika amministrattiva ħażina u żbalji operattivi ta' ditti tal-investiment fl-Unjoni. [Em. 8] |
(16b) |
L-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu istituzzjonalizzat bejn organizzazzjonijiet u awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur, awtoritajiet kompetenti superviżorji u l-iskemi ta' kumpens għall-investitur sabiex jipprevjenu każijiet ta' kumpens oħrajn. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas ta' djalogu għad-detezzjoni tal-problemi fi stadju bikri u għandhom jirrapportaw problemi bħal prattiki tas-suq li ma jaħdmux sewwa, fornituri suspettużi, prodotti jew strutturi ta' kumpanija għas-superviżjoni u skemi ta' kumpens għall-investitur. [Em. 9] |
(17) |
Il-mekkaniżmu tas-self m'għandux imiss xi responsabbiltà fiskali tal-Istati Membri. L-iskemi ta' self għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-possibbiltà ta' self stabilita f'din id-direttiva wara li jeżawrixxu l-fondi miġbura biex jilħqu l-livell indikat tal-fond fil-mira u s-sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjonijiet mill-membri tagħhom. Filwaqt li tirrispettais-superviżjoni tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur mill-Istati Membri, l-AETS għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira li tkun magħmula aktar faċli għad-ditti ta' investiment u għall-UCITS sabiex ikomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għall-investituri. Għal dak il-għan, l-AETS għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet ta' self bejn skemi ta' kumpens għall-investitur stabiliti fid-Direttiva 97/9/KE jiġu ssodisfati u għandha tiddikjara, fi ħdan il-limiti stretti stabiliti minn dik id-Direttiva, l-ammonti li għandhom jiġu mislufa minn kull skema, ir-rata ta' imgħax inizjali kif ukoll it-tul ta' żmien tas-self. F'dan ir-rigward, l-AETS għandha tiġbor informazzjoni dwar skemi ta' kumpens għall-investitur, b'mod partikolari fuq l-ammont ta' flus koperti u l-istrumenti finanzjarji f'kull skema, ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinforma lill-iskemi ta' kumpens għall-investituri oħrajn dwar l-obbligi tagħhom għas-self. [Em. 10] |
(18) |
Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess ta' self, jekk tiġi stabilita aktar minn skema waħda fi Stat Membru, l-Istat Membru għandu jindika skema waħda li taġixxi bħala l-iskema ta' self ta' dak l-Istat Membru, u jinforma b'dan lill-AETS. Is-self għandu jkun limitat għall-kopertura tal-kumpens li joħroġ mid-Direttiva 97/9/KE. |
(19) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-fondi globali disponibbli għas-self ikunu jistgħu jintużaw biex jiġu ssodisfati aktar minn talba waħda mill-iskemi ta' self. Għal dan l-iskop, l-ebda self ma għandu jaqbeż livell minimu determinat minn qabel ta' fondi disponibbli għas-self. |
(20) |
Sabiex jiġi aċċellerat il-proċess ta' kumpens, id-determinazzjoni minn awtorità kompetenti dwar il-fatt li xi ditta tal-investiment ma tkunx f'qagħda li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri, għandha ssir kemm jista' jkun malajr. |
(21) |
Il-proċeduri meħtieġa biex tiġi stabilita l-validita' u l-ammont ta' pretensjoni tal-kumpens, ħafna drabi jiddependu mil-liġijiet nazzjonali amministrattivi u dwar l-insolvenza, jistgħu jikkawżaw dewmien kbir fil-ħlasijiet lill-investituri. Sabiex jitqassar dan id-dewmien fil-ħlasijiet, jinħtieġ li jiġi żgurat li, f'sistemi jew sitwazzjonijiet fejn il-validita' u l-ammont tal-pretensjoni jiddependu minn proċeduri ta' insolvenza jew ġudizzjali rigward l-entitajiet li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskemi għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f'dawk il-proċeduri. Barra minn hekk, għandu jkun hemm il-possibbiltà tal-obbligu li jingħata żborż provviżorju ta' kumpens parzjali fil-każ ta' dewmien itwal minn 12-il xahar, sabiex l-investituri jitħallew jirċievu porzjon tal-kumpens mitlub. Għandhom jiġu previsti mekkaniżmi biex jintraddu lura l-flejjes lill-iskemi fil-każ li jiġi stabilit li l-pretensjoni ma kinitx valida. |
(22) |
Id-Direttiva 97/9/KE tippermetti lill-Istati Membri biex jeskludu investituri professjonali u istituzzjonali mill-kopertura iżda l-lista relevanti mhijiex allinjata mal-klassifikazzjoni ta' klijenti ta' ditti ta' investiment skont id-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-Direttivi 97/9/KE u 2004/39/KE, biex tiġi ssimplifikata l-valutazzjoni għall-iskemi ta' kumpens u biex tiġi limitata l-esklużjoni possibbli, fil-każ ta' intrapriżi, għall-impriżi kbar, id-Direttiva 97/9/KE għandha tirreferi għall-investituri li jitqiesu klijenti professjonali skont id-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni għall-investituri rilevanti kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jġibu mikroentitajiet, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u awtoritajiet pubbliċi lokali f'konformita' mal-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE. [Em. 11] |
(23) |
[Kontenut tal-Premessa 23 jitressaq fil-Premessa 15] |
(24) |
Għalhekk id-Direttiva 97/9/KE għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi tad-Direttiva 97/9/KE
Id-Direttiva 97/9/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'li ġej: "Artikolu 3 Il-pretensjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi minn kull kumpens skont l-iskemi ta' kumpens għall-investitur:
|
(4) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 4a 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jkollhom sistemi adegwati biex jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jiġu ffinanzjati b'mod adegwat fi proporzjon għall-obbligazzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu AETS fuq bażi regolari u b'informazzjoni rilevanti rigward ir-responsabilitajiet potenzjali u l-finanzjament potenzjali b'rabta magħhom. [Em. 28] 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull skema ta' kumpens għall-investitur tistabilixxi livell ta' mira tal-fondi ta' mhux inqas minn 0.5 % 0,3 % tal-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji miżmuma, amministrati u mmaniġjati mid-ditti ta' investiment jew UCITS li jkunu koperti bil-protezzjoni tal-iskema ta' kumpens għall-investitur. Il-valur tal-flejjes u strumenti finanzjarji għandu jiġi kkalkolat kull sena fl-1 ta' Jannar fil-31 ta' Diċembru . [Em. 29] Il-Kummissjoni għandha permezz ta' tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri biex jiddeterminaw il- metodu li jikkalkola l-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji koperti bil-protezzjoni tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur, sabiex jiġi ddeterminat il-livell indikat tal-fond li għandu jiġi stabilit bl-iskemi, u sabiex jiġi mmodifikat il-livell indikat tal-fond waqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. B'kunsiderazzjoni tal-valur ta' flejjes koperti kkalkulat ta' kull sena kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, u b'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u tal-ħtieġa li jiġi żgurat kumpens effettiv għall-investituri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ukoll li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a biex temenda l-valur minimu tal-livell indikat ta' fond. Sal- … (22). il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa ta' aġġustament tal-livell ta' fond indikat stipulat skont dan il-paragrafu. Sabiex il-Kummissjoni titħalla tikkalkula livell indikat ta' fond adegwat kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dejta meħtieġa rigward il-finanzjament ta' skemi ta' kumpens għall-investitur, sal-31 ta' Diċembru. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw din id-dejta lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dejta li tikkonċerna:
3. Il-livell indikat tal-fond għandu jkun iffinanzjat qabel u irrispettivament mill-okkorrenza ta' xi avveniment relevanti skont l-Artikolu 2(2) jew (2b). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta' finanzjament fil-mira għal kull skema ta' kumpens għall-investitur jintlaħaq f'perjodu ta' għaxar snin wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ sa … (23), u li kull skema ta' kumpens għall-investitur tadotta u tikkonforma ma' ppjanar xieraq sabiex tilħaq dan l-għan. [Em. 21 u 31] Il-kontribuzzjonijiet miġbura biex jintlaħaq il-livell indikat tal-fond għandhom ikunu investiti biss f'depożiti ta' flus kontanti u assi b'riskju baxx b'terminu residwali għall-maturita finanzjarja ta' 24 xahar jew inqas, li jistgħu jiġu likwidati f'limitu ta' żmien li ma jaqbiżx xahar. 3a. Il-kontribut għal kull membru għal skema ta' kumpens għall-investitur għandu jiġi determinat skont il-grad ta' riskju involut. Sabiex jinkiseb ċertu livell ta' armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni ta'dan il-paragrafu fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz tal-atti delegati, u skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 13a li jiċċaraw kif għandu jiġi kkalkolat il-kontribut ta' kull membru għal skema ta' kumpens għall-investitur. [Em. 32] 3b. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-iskema ta' kumpens għall-investitur li volontarjament jieħdu miżuri addizzjonali biex inaqqsu r-riskju operattiv. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll inaqqsu l-kontribuzzjonijiet ta' membri tal-iskema ta' kumpens għall-investitur li jagħtu prova li s-sottokustodji użati minnhom jilħqu l-istess standards biex inaqqsu r-riskju operattiv. Il-livell indikat tal-iskema ta' kumpens għall-investitur ma għandu jiġi affettwat minn ebda tip ta' tnaqqis. [Em. 33] 3c. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikajoni uniformi għall-paragrafu 3b, L-AETS għandha tiżviluppa l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet għal skema ta' kumpens għall-investitur, kif imsemmi fir-raba' subparagrafu. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjonimsemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' tnaqqis skont ir-riskju għandhom jiġu bbażati fuq kriterji bħall-volum tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji, l-adekwatezza tal-kapital u l-istabilità ta' kull membru b'kunsiderazzjoni tal-istatus legali tiegħu u tal-qafas legali applikabbli fis-sede tiegħu. [Em. 34] 4. L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jagħmlu sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjonijiet mill-membri tal-iskema fejn il-livell indikat tal-fond ma jkunx biżżejjed biex iħallas il-pretensjonijiet għal kumpens imsemmija fl-Artikolu 9(2). Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jaqbżu 0.5 % 0,3 % tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji koperti kif imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jippreġudikaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv u għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ta' affordabbiltà. L-Istati Membri jistgħu jitolbu kontribuzzjonijiet addizzjonali wara li jikkonsultaw l-AETS u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (24). [Em. 35] 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jkollhom arranġamenti ta' finanzjament alternattiv adegwat biex jippermettilhom jiksbu finanzjament għal żmien qasir biex jissodisfaw il-pretensjonijiet kontra l-iskema ladarba l-ammont iffinanzjat minn qabel ikun ġie eżawrit. Dawk l-arranġamenti jistgħu jinkludu arranġamenti dwar self kummerċjali u faċilitajiet ta' self minn banek kummerċjali. Jistgħu jinkludu wkoll faċilitajiet ta' self minn u istituzzjonijiet pubbliċi, fosthom mill-Istati Membri kkonċernati, bil-kundizzjoni li dawk il-faċilitajiet ikunu bbażati fuq raġunijiet kummerċjali. [Em. 36] 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispiża tal-finanzjament tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur għandha tiġi assorbita fl-aħħar mill-aħħar, fir-rigward tan-negozju ta' investiment, u biss mid-ditti ta' investiment jew il-kustodji minn partijiet terzi koperti mill-iskema, u fir-rigward tal-attivitajiet tal-UCITS, mill-UCITS jew id-depożitarji tagħhom jew partijiet terzi li huma koperti bl-iskema. Kull sena għandhom isiru kontribuzzjonijiet regolari mill-membri. [Em. 37] Bħala għajnuna ulterjuri għall-operattività tal-iskema ta' kumpens għall-investitur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
7. L-Istati Membri, ta' kull sena għandhom jinfurmaw lill-AETS bil-livell ta' finanzjament fil-mira, kif hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, u l-livell ta' finanzjament, kif hemm referenza għalih fil-paragrafu 3 tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur fit-territorju tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti u għandha, akkompanjata b'din il-konferma, tiġi trażmessa lill-AWTS kull sena sal-31 ta' Jannar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur għallinqas fuq bażi annwali. 7a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens, jirċievu mingħand il-membri tagħhom fi kwalunkwe ħin u fuq talba tagħhom, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitħejja r-ripagament tal-investituri. [Em. 39] 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li 10 % 5 % tal-ammont tal-finanzjament ex ante tal-iskemi ta' kumpens għall-investitur msemmija fil-paragrafu 2 ikun disponibbli għal self lil skemi ta' kumpens għall-investitur oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 4b . Dan il-metodu ta' finanzjament għandu jintuża biss meta l-mezzi ta' finanzjament ordinarji ma jkunux disponibbli fl-Artikolu 4ċ. Il-Kummissjoni tista' temenda, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 13a u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13ċ, il-perċentwali tal-ammont ta' finanzjament ex ante li għandu jsir disponibbli għal self lil skemi oħrajn, waqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. [Em. 40] 9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex jiddeterminaw:
10. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-iskemi. L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2012. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [Em. 42] Artikolu 4b 1. Wara … (25), skema ta' kumpens għall-investitur għandu jkollha d-dritt li tista' tissellef mill-iskemi ta' kumpens għall-investitur l-oħrajn kollha msemmija fl-Artikolu 2 ġewwa l-Unjoni suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 43]
L-ammont imsemmi fil-punt (f) tal-ewwl subparagrafu għandu jiġi stabilit kif ġej: [ammont ta' pretensjonijiet li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 2(2a) u 2(2c)] – [livell ta' finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 4a(7)] + [ammont massimu ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4a(4)] [Em. 22] Skema ta' kumpens għall-investitur ta' self li ma tkunx ħallset lura self lil skemi oħrajn skont dan l-Artikolu għandha la tissellef minn u lanqas issellef lil skemi ta' kumpens għall-investitur oħra; L-iskemi ta' kumpens għall-investitur l-oħrajn għandhom jaġixxu bħala skemi ta' self. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri li fihom ikun hemm stabilita aktar minn skema waħda, għandhom jindikaw skema waħda li taġixxi bħala l-iskema ta' self u għandhom jinformaw lill-AETS b'dan. L-Istati Membri għandhom iwettqu kull pass meħtieg biex jiżguraw li l-parteċipanti interessati jkunu infurmati dwar liema skema hi skema ta' self u kif taħdem. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk u kif l-iskema ta' self tiġi rimborżata minn skemi ta' kumpens għall-investitur oħra stabiliti fl-istess Stat Membru. [Em. 45] 2. Is-self huwa mogħti soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-ammont totali msellef lil kull skema ta' kumpens għall-investitur ta' self ma għandux jaqbeż l-20 % tal-ammont totali tal-fondi disponibbli fil-livell tal-Unjoni għas-self kif imsemmi fl-Artikolu 4a(8). Tista' tħallas lura s-self taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fi pagamenti akkont annwali. L-imgħax għandu jintradd biss fil-ħin tal-ħlas lura; 3. AETS għandha tikkonferma li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jkunu ġew sodisfatti, għandha tiddikkjara l-ammonti li għandhom jiġu missellfa minn kull skema ta' kumpens għall-investitur kif ikkalkolati skont il-paragrafu 2(a) u r-rata inizjali tal-imgħax skont il-paragrafu 2 (c), kif ukoll iż-żmien tas-self. AETS għandha tittrażmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(g) lill-iskemi ta' self fi żmien 15-il jum tar-riċevuta ta' dik l-informazzjoni mill-iskemi ta' self. L-iskemi ta' self għandhom, mingħajr dewmien iżda f'kull każ fi 15-il jum ta' xogħol wara li jirċievu l-konferma u l-informazzjoni mill-AETS, iwettqu l-ħlas tas-self lill-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet intaxxati mill-iskema ta' kumpens għall-investitur ta' self ikunu biżżejjed biex jirrimbursaw l-ammont missellef u biex jistabilixxu mill-ġdid livell ta' fond indikat kemm jista' jkun malajr u f'kull każ f'għaxar snin ħames snin wara li jiġi rċevut is-self. [Em. 47] Kull pretensjoni oħra għandha tkun subordinata għal dik tal-iskema ta' kumpens għall-investitur li tkun ħarġet is-self. Tali skema ta' kumpens għall-investitur għandha titqies bħala kreditur preferut u għandu jkollha l-ogħla grad ta' prijorità fost il-kredituri. [Em. 48] Bla ħsara għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu prijoritajiet oħra bi preferenza bejn kategoriji differenti ta' kredituri. [Em. 49] 5. Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-iskemi ta' kumpens għall-investitur, l-iskemi, jew, fejn jixraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandu jkollhom ftehim għandhom jikkonkludu ftehimiet bil-miktub ta' kooperazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom iqisu l-obbligi stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (26) . [Em. 50] L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS bl-eżistenza u bil-kontenut tal-ftehimiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu. L-AETS tista' toħroġ opinjonijiet fuq dawn il-ftehimiet skont l-Artikolu 8(2)(g) u l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jew l-iskemi ta' kumpens għall-investitur ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, jew jekk ikun hemm disgwit rigward l-interpretazzjoni ta' dan il-ftehim, AETS għandha ssolvi d-diżgwiti skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. In-nuqqas tal-ftehimiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx jaffettwa l-pretensjonijiet tal-investituri skont l-Artikoli 2(2a) jew (2c). [Em. 22] |
(6) |
L-Artikoli 5 u 6 huma sostitwiti b'li ġej: "Artikolu 5 1. Jekk xi ditta tal-investiment, il-UCITS, depożitarju jew parti terza, meħtieġa bl-Artikolu 2(1) biex jappartjenu għal skema, ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi tagħhom, dovuti minnhom bħala membri ta' dik l-iskema, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment jew l-awtorizzazzjoni tal-UCITS, għandhom jiġu nnotifikati u, f'kooperazzjoni mal-iskema tal-kumpens għall-investitur, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, inkluż l-impożizzjoni ta' penali, biex jiżguraw li d-ditta tal-investiment il-UCITS, id-depożitarju jew il-parti terza, jissodisfaw l-obbligi tagħhom. 2. Jekk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tad-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew parti terza, l-iskema ta' kumpens għall-investitur tista', soġġett għall-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta' mhux inqas minn 12-il xahar, sitt xhur, tal-intenzjoni tagħha li teskludi d-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew il-parti terza mis-sħubija fl-iskema. L-iskema ta' kumpens għall-investitur għandha tibqa' tipprovdi l-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) u (2c) fl-Artikolu 2(2) fir-rigward tan-negozju ta' investiment jew tal-attivitajiet tal-UCITS imwettqa matul dak il-perjodu. Jekk, mal-iskadenza ta' dak il-perjodu, id-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarjujew il-parti terza ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskema ta' kumpens għall-investitur tista', soġġett għall-ksib ta' kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, teskludi dik id-ditta tal-investiment. 3. Ditta tal-investiment, UCITS, depożitarju jew parti terza, esklużi minn skema ta' kumpens għall-investitur, jistgħu jkomplu jagħmlu negozju ta' investiment, l-attivitajiet tagħha tal-UCITS jew tkun fdata bi strumenti finanzjarji ta' investituri u tal-UCITSskont il-kundizzjoijiet segwenti:
4. Jekk ditta tal-investiment jew UCITS, u li fir-rigward tagħhom jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, ma jkunux f'qagħda li jagħmlu arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħhom, għandhom:
5. Jekk ta depożitarju jew parti terza, li fir-rigward tagħha jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, ma tkunx tista' tagħmel arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, ma għandhiex titħalla tiġi fdata bl-assi tal-investituri jew tal-UCITS. [Em. 51] Artikolu 6 Wara l-irtirar ta' awtorizzazzjoni ta' ditta tal-investiment jew ta' UCITS, il-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2) fl-Artikolu 2(2a) u (2c) għandha tibqa' tingħata fir-rigward tan-negozju ta' investiment imwettaq sal-ħin ta' dak l-irtirar.". [Em. 52] |
(7) |
L-Artikoli 8 u 9 huma sostitwiti b'li ġej: "Artikolu 8 1. Il-kopertura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 4(1) u (3) għandha tapplika għall-pretensjoni aggregata tal-investitur fuq l-istess ditta tal-investiment jew l-istess UCITSskont din id-Direttiva, irrispettivament min-numru ta' kontijiet, il-valuta u l-post ġewwa l-Unjoni. [Em. 53] 2. Għandu jitqies is-sehem ta' kull investitur f'negozju konġunt ta' investiment fil-kalkolu tal-kopertura mogħtija fl-Artikolu 4 (1) u (3). Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċjali, il-pretensjonijiet għandhom jiġu diviżi b'mod indaqs bejn l-investituri. [Em. 54] Fil-każ ta' investitur li l-pretensjoni tiegħu ma tistax tiġi koperta bis-sħiħ, huwa għandu jibbenefika mill-istess rata ta' kopertura għall-pretensjoni aggregata. [Em. 55] L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li pretensjonijiet relatati ma' negozju konġunt ta' investiment u li għalihom żewġ persuni jew aktar huma ntitolati bħala membri ta' assoċjazzjoni ta' negozju, assoċjazzjoni jew grupp ta' natura simili li m'għandha l-ebda personalità legali, għall-fini li jiġu kkalkolati l-limiti stabiliti fl-Artikolu 4(1) u (3), għandhom ikunu aggregati u ittrattati bħallikieku jirriżultaw minn investiment magħmul minn investitur wieħed. 3. Meta investitur ma jkunx intitolat għas-somom jew titoli strumenti miżmuma, il-persuna li tkun intitolata għandha tirċievi l-kumpens, bil-kundizzjoni li dik il-persuna kienet ġiet jew tista' tkun identifikata qabel id-data tad-determinazzjoni jew deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u (2b) fl-Artikolu 2(2) . Jekk żewġ persuni jew aktar ikunu ntitolati, is-sehem ta' kull wieħed minnhom skont l-arranġamenti li jistipulaw kif is-somom jew titoli strumenti huma mmaniġjati, għandu jitqies meta l-limiti stabiliti fl-Artikolu 4(1) u (3) jiġu kkalkolati. [Em. 56] Artikolu 9 1. L-iskema ta' kumpens għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa biex tinforma lill-investituri bid-determinazzjoni jew bid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u (2b) u, jekk għandhom jiġu kkumpensati, tikkumpensahom malajr kemm jista' jkun. Hija tista' tiffissa perjodu li matulu l-investituri għandhom jintalbu jissottomettu l-pretensjonijiet tagħhom. Dan il-perjodu ma jistax ikun inqas minn ħames xhur mid-data tad-determinazzjoni jew id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u (2b) jew mid-data li fiha dik id-determinazzjoni jew deċiżjoni ssir pubblika. [Em. 21] Il-fatt li l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu jkun skada, ma għandhux jiġi invokat mill-iskema ta' kumpens għall-investitur biex tkun miċħuda kopertura sħiħa lil xi investitur li ma kienx f'qagħda li jikkonferma d-dritt tiegħu għal kumpens fil-ħin. [Em. 57] Id-ditti ta' investiment għandhom jiżvelaw, fuq il-websajt tagħhom, l-informazzjoni kollha dwar it-termini u l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-kopertura u l-passi li għandhom jittieħdu sabiex jiġi riċevut il-ħlas bi qbil ma' din id-Direttiva. [Em. 58] 2. L-iskema ta' kumpens għall-investitur għandha tkun f'pożizzjoni li tħallas pretensjoni ta' investitur malajr kemm jista' jkun u f'kull każ fi tliet xhur mill-istabbilment tal-validita' u l-ammont tal-pretensjoni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, skema ta' kumpens għall-investitur tista' tapplika mal-awtoritajiet kompetenti għal estensjoni tal-limitu taż-żmien. Estensjoni ta' dan it-tip m'għandhiex taqbeż it-tliet xhur. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw immedjatament lill-AETS b'kull estensjoni mogħtija lil xi skema ta' kumpens għall-investitur, u biċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-estensjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens għall-investitur jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta' insolvenza jew ġudizzjali li jistgħu jkunu rilevanti fl-iffissar tal-validita' u l-ammont tal-pretensjoni. It-tielet subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-iskemi ta' kumpens għall-investitur li jkollhom kapaċita jadottaw metodi oħrajn biex jiddeterminaw il-validita' jew l-ammont tal-pretensjoni. Jekk il-ħlas finali ma jkunx sar fi żmien disa' xhur mid-determinazzjoni jew mid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) jew (2b), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema ta' kumpens għall-investitur tipprovdi, fi żmien tliet xhur minn dik id-determinazzjoni jew deċiżjoni, għal żborż provviżorju ta' kumpens parzjali ta' mhux inqas minn terz tal-pretensjoni bbażat fuq il-valutazzjoni inizjali tal-pretensjoni. Il-bilanċ għandu jitħallas fi żmien tliet xhur tal-istabbiliment tal-validita' u l-ammont tal-pretensjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema ta' kumpens għall-investitur għandha l-mezzi biex tirkupra l-ammonti mħallsa provviżorjament jekk jiġi stabilit li l-pretensjoni ma kinitx valida. [Em. 21] Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta'atti delegati skont l-Artikolu 13 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri li jistabilixxu l-proċedura biex tittratta l-pretensjonijiet tal-investituri u l-kriterji tekniċi biex jikkalkolaw it-telf fil-valur ta' UCITS, b'riżultat tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (2b) u (2c). [Em. 59] 3. Minkejja li l-limitu ta' żmien stabilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fejn investitur jew kull persuna oħra intitolata għal, jew li għandha interess f'negozju ta' investiment, tkun ġiet akkużata, b'rabta mal-flus li huma s-suġġett ta' din id-Direttiva, b'reat li jirriżulta minn jew jirrigwarda l-ħasil tal-flus kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE, li jirriżulta minn imġieba li hija projbita taħt id-Direttiva 2003/6/KE, jew b'rabta mal-finanzjament dirett jew indirett ta' gruppi terroristiċi skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1999, l-iskema ta' kumpens għall-investitur tista' tissospendi kull ħlas, jiddependi fuq il-ġudizzju tal-qorti jew id-determinazzjoni ta' awtorità kompetenti.". [Em. 60] |
(8) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ditta tal-investiment jew UCITS jieħdu miżuri xierqa biex jgħaddu l-informazzjoni neċessarja, lil investituri fattwali u potenzjali, għall-identifikazzjoni tal-iskema ta' kumpens għall-investitur, li tagħha d-ditta tal-investiment jew il-UCITS u l-fergħat tagħha ġewwa l-Unjoni huma membri, jew kull arranġament alternattiv imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 (1) jew l-Artikolu 5 (3). L-investituri għandhom jiġu infurmati bid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta' kumpens għall-investitur jew b'kull arranġament alternattiv applikabbli, inkluż l-ammont u l-ambitu tal-kopertura offrut mill-iskema ta' kumpens għall-investitur, u kull regola stabbilita mill-Istati Membri f'dan ir-rigward. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'mod li jinftiehem. [Em. 61] L-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta mitluba rigward il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kumpens u l-formalitajiet li għandhom jiġu ssodisfati biex jingħata l-kumpens. L-informazzjoni mogħtija għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa, u b'mod partikolari għandha tispjega s-sitwazzjonijiet u l-pretensjonijiet koperti mill-iskema ta' kumpens għall-investitur relevanti, u kif hija tapplika f'sitwazzjonijiet transkonfinali. L-informazzjoni mogħtija għandha tagħti wkoll eżempji tas-sitwazzjonijiet u l-pretensjonijiet mhux koperti mill-iskema. 1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont imħallas minn investitur fi skema ta' kumpens għall-investitur ikun ċar u trasparenti. L-ammont li kull investitur individwali jkollu jħallas għal skema, kemm bħala persentaġġ tal-investiment tagħhom jew b'żieda mal-investiment għandu jkun dikjarat biċ-ċar lill-investitur reali jew prospettiv. ". [Em. 62] |
(9) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'li ġej: "Artikolu 12 1. Mingħajr preġudizzju għal drittijiet taħt id-dritt nazzjonali, l-iskemi ta' kumpens għall-investitur li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri jistgħu jissurrogaw għad-drittijiet ta' dawk l-investituri involuti fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom. [Em. 63] 2. Fil-każ ta' telf minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta' parti terza li jkollha strumenti finanzjarji li jappartjenu għal investitur fir-rigward ta' negozju ta' investiment, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(2), l-iskemi ta' kumpens għall-investitur li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri jistgħu jissurrogaw id-drittijiet tal-investitur jew tad-ditta tal-investiment fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom 3. Fil-każ, stabilit fl-Artikolu 2(2c), ta' telf minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta' depożitarju jew parti terza li magħhom ikunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lid-detenturi ta' unitajiet tal-UCITS għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet tad-detentur tal-UCITS jew il-UCITS fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom. [Em. 64] 4. Jekk it-parti terza li jkollha fil-pussess tagħha strumenti finanzjarji li jappartjenu għal investitur fir-rigward ta' negozju ta' investiment, jew id-depożitarju jew parti terza li magħhom ikunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, ikun qiegħed f'pajjiż terz fejn is-sistema ġudizzjarja ma tħallix lill-iskema ta' kumpens għall-investitur tissurroga d-drittijiet tad-ditta tal-investiment jew il-UCITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta tal-investiment jew il-UCITS jirritornaw lejn l-iskema ta' kumpens għall-investitur ammonti daqs kwalunkwe ħlas li huma jirċievu fil-proċedimenti ta' likwidazzjoni.". [Em. 65] |
(10) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 13a 1. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija huma mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabiliti f'dan l-Artikolu. 1a. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(3a), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4a(3c), l-Artikolu 4a(9) u s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 9(2) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien erba' snin minn … (27) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħa delegata, sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm l-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jopponux dan it-tip ta' estensjoni. 1b. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(3a), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4a(3c), l-Artikolu 4a(9) u s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2a. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(3a), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4a(3c), l-Artikolu 4a(9) u s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 9(2) għandu jidħol fis-seħħ biss f'każ li ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew, jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur. 3. Is-setgħat biex tadotta atti delegati jiġu konferiti lill-Kummissjoni soġġett għall- kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikoli 13b u 13ċ. Artikolu 13b 1. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(8), l-Artikolu 4a(9) u l-Artikolu 9(2) tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni tas-setgħat, għandha tagħmel mill-aħjar biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u ssemmi s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet għal revoka. 3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir b'effett immedjat jew f'data aktar tard speċifikata. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 13ċ 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar. 2. Jekk, malli jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, l-att għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk. L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel ma l-perjodu jiskadi jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma nfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att adottat delegat lilu, l-att m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet l-għala oġġezzjonat għall-att delegat.". [Em. 66] |
(11) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: "Artikolu 14a L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni dwar skambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 63 tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikolu 102 tad-Direttiva 2009/65/KE.". |
(12) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa … (28), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn … (29) salvi dawk il-miżuri li jittrasponu l-Artikolu 4b li għandu jiġi applikat mill-31 ta' Diċembru 2013.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandom jiddeterminaw kif għandhom isiru dawn ir-referenzi.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
2a. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri li jibbenefikaw skont it-Trattati ta' Adeżjoni minn perjodi tranżizzjonali fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/9/KE għandhom ikunu konformi mal-paragrafi 1 u 2 mid-data meta l-perjodi tranżizzjonali rispettivi tagħhom jiskadu. [Em. 67]
Artikolu 2a
Rapport u reviżjoni
Sal-31 ta' Diċembru 2012, l-AETS għandha tevalwa l-ħtiġiijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mit-teħid tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Lulju 2012, wara konsultazzjoni ħielsa mal-parteċipanti interessati, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' introduzzjoni ta' sistema ta' kuntratti ta' assigurazzjoni bħala kumplimentari għal jew biex jibdlu l-iskema ta' kumpens għall-investitur.
Sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta' ħarsien għall-investituri, kemm jekk jinvestu direttament permezz ta' ditti ta' investiment jew indirettament permezz tal-UCITS, ir-rapport għandu wkoll, fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni li jmiss dwar id-depożitarji tal-UCITS, u wara konsultazzjoni ħielsa mal-parteċipanti interessati, tidentifika diskrepanzi regolatorji, fosthom dwar il-kumpens ekwivalenti u għandha tevalwa l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE għall-UCITS. Jekk meħtieġ dan ir-rapport għandu jinkludi proposti leġiżlattivi dwar l-arranġamenti prattiċi għall-estensjoni tal-ambitu għall-UCITS. [Em. 68 u punt 2 tal-corrigendum (30)]
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(4) ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.
(5) ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27.
(6) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(7) ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.
(8) ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.
(9) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(10) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(11) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(12) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.";
(13) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(14) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.";
(15) ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.
(16) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.".
(17) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(18) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(19) ĠU C 373, 23.12.1999, p. 1.". [Em. 23]
(+) |
Data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja |
(21) P7_TA-PROV(2011)0313(COR01).
(+) |
Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja. |
(++) |
Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja. |
(24) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(+++) |
Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja. |
(26) ĠU L 084, 26/03/1997, p. 22. ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.".
(+) |
Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
(28) 12-il xahar wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.
(29) 18-il xahar wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.
(30) P7_TA-PROV(2011)0313(COR01).
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/350 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom ***I
P7_TA(2011)0314
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom (COM(2010)0375 – C7-0178/2010 – 2010/0208(COD))
2013/C 33 E/38
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0375), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0178/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-9 ta’ Diċembru 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-28 ta’ Jannar 2011 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0170/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 51.
(2) ĠU C 104, 2.4.2011, p. 62.
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2010)0208
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Lulju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 […] l-Artikolu 192(1) tiegħu, [Em. 1]
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv ġie trażmessa lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (4) u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (5), jistabbilixxu qafas legali komprensiv għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (OMĠ), li hu applikabbli għal kollox għall-OMĠ li jintużaw għal skopijiet ta’ kultivazzjoni madwar l-Unjoni bħala żrieragħ jew materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti (minn hawn ‧il quddiem OMĠ għall-kultivazzjoni‧). |
(2) |
Dawn l-atti leġali jipprovdu li l-OMĠ għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni , filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE, l-effetti diretti u indiretti kif ukoll dawk immedjati u li jittardjaw, u anke l-effetti fit-tul kumulattivi tal-OMĠ, fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent . L-għan ta’ din il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni hu li jiżgura livell għoli ta’ ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, tal-ambjent u tal-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern. Livell għoli uniformi ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent għandu jinkiseb u jinżamm fl-Unjoni kollha. [Em. 2] |
(2a) |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bħala prijorità, l-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ambjentali adottati fl-4 ta’ Diċembru 2008, jiġifieri implimentazzjoni xierqa tar-rekwiżiti legali stipolati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE għall-valutazzjoni tar-riskju tal-OMĠ. B’mod partikolari, għandhom jiġu evalwati bir-reqqa l-effetti ambjentali fit-tul tal-uċuħ tar-raba’ MĠ u anke l-effetti potenzjali tagħhom fuq l-organiżmi mhux fil-mira; għandhom jitqiesu kif suppost il-karatteristiċi tal-ambjenti riċevituri u ż-żoni ġeografiċi fejn l-uċuħ tar-raba’ MĠ ikunu jistgħu jiġu kkultivati; u għandhom jiġu evalwati l-konsegwenzi ambjentali potenzjali tal-bidliet fl-użu tal-erbiċidi marbuta mal-uċuħ tar-raba’ MĠ li huma tolleranti għall-erbiċidi; B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu adottati linji gwida riveduti dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-OĠM. Dawk il-linji gwida m’għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-prinċipju tal-ekwivalenza sostanzjali jew fuq il-kunċett ta’ valutazzjoni kumparattiva ta’ sikurezza, u għandhom jippermettu li l-effetti fit-tul, diretti u indiretti, kif ukoll l-inċertezzi xjentifiċi, ikunu identifikati biċ-ċar. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jistabbilixxu netwerk estensiv ta’ organizzazzjonijiet xjentifiċi li jirrappreżentaw id-dixxiplini kollha, inklużi dawk relatati mal-kwistjonijiet ekoloġiċi, u għandhom jikkooperaw biex jidentifikaw fi stadju bikri kull diverġenza potenzjali bejn l-opinjonijiet xjentifiċi bl-għan li jissolvew jew jiġu ċċarati l-kwistjonijiet xjentifiċi li jkunu qed joħolqu diverġenzi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jiġu żgurati r-riżorsi meħtieġa għal riċerka indipendenti dwar ir-riskji potenzjali li jiġu minnn rilaxx intenzjonat jew tqegħid fis-suq tal-OMĠ, u li t-tisħiħ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jżommux lir-riċerkaturi indipendenti milli jaċċessaw il-materjal kollu rilevanti. [Em. 44] |
(2b) |
Hemm bżonn li jitqies il-prinċipju prekawzjonarju fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u meta jkun qed jiġi implimentat. [Em. 46] |
(3) |
Barra mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jeħtieġ li l-varjetajiet modifikati ġenetikament jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, kif stipulat b'mod partikolari fid-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (6), id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (7), id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (8), id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (9), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (10), id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (11), id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (12), id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (13), id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (14), id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (15), u d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott) (16). Id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE fihom dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri li jipprojbixxu, f'ċerti kundizzjonijiet iddefiniti sew, l-użu ta’ varjetà fit-territorju kollu tagħhom jew f'partijiet minnu jew li jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa għall-kultivazzjoni ta’ varjetà. |
(4) |
Ladarba OMĠ jiġi awtorizzat għal skopijiet ta’ kultivazzjoni skont il-qafas leġislattiv tal-Unjoni dwar l-OMĠ u jkun konformi, fir-rigward tal-varjetà li se titqiegħed fis-suq, mar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ u ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti, l-Istati Membri mhumiex awtorizzati li jipprojbixxu, jirrestrinġu, jew ifixklu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju tagħhom, għajr f'kundizzjonijiet iddefiniti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni. |
(4a) |
Meta titqies l-importanza tal-provi xjentifiċi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-projbizzjoni jew l-awtoriżżazzjoni tal-OMĠs, l-EFSA u l-Istati Membri għandhom jiġbru u jippubblikaw annwalment ir-riżultati ta’ riċerka dwar ir-riskju jew il-provi ta’ kwalunkwe preżenza, kontaminazzjoni jew periklu għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem tal-OMĠs, skont il-każ. Minħabba l-ispiża għolja tal-konsultazzjoni tal-esperti, l-Istati Membri għandhom jippromwovu kollaborazzjoni bejn l-istituti ta’ riċerka u l-akkademji nazzjonali. [Em. 4] |
(5) |
L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni tal-OMĠ hi kwistjoni li tiġi indirizzata b'mod aktar sistematiku mill-Istati Membri, f'livell ċentrali, reġjonali jew lokali. Għall-kuntrarju tal-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OMĠ, li għandhom jibqgħu regolati fil-livell tal-Unjoni biex jitħares is-suq intern, il-kultivazzjoni tal-OMĠ ġiet rikonoxxuta bħala tista' tkun teħtieġ iktar flessibilità f'ċerti każijiet peress li hija kwistjoni b'dimensjoni lokali/reġjonali lokali, reġjonali u/jew territorjali qawwija u kwistjoni ta’ importanza partikolari għall-awtodeterminazzjoni tal-Istati Membri . Tali flessibilità m’għandhiex tikkomprometti l-proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni. Madankollu, il-valutazzjoni armonizzata tar-riskji għas-saħħa u dawk ambjentali tista’ ma tindirizzax l-impatti possibbli kollha tal-OMĠ fir-reġjuni u fl-ekosistemi differenti. Skont l-Artikolu 2(2) tat- Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu intitolati li jadottaw regoli atti legali vinkolanti li jikkonċernaw il-kultivazzjoni effettiva tal-OMĠ fit-territorju tagħhom wara li l-OMĠ jkun legalment awtorizzat li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni. [Em. 5] |
(6) |
F'dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar libertà flessibilità li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw uċuħ tar-raba' OMĠ fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jibdlu s-sistema tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni tal-OMĠ u independentement mill-miżuri li l-Istati Membri huma intitolati meħtieġa li jieħdu bl-applikazzjoni tal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ fi prodotti oħra fit-territorju tagħhom u f'żoni ta’ fruntiera ta’ Stati Membri ġirien . [Em. 6] |
(7) |
Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati , skont il-każ, li jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari jew ta’ gruppi ta’ OMĠ jew tal-OMĠ kollha fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu, u rispettivament jemendaw dawk il-miżuri li huma jidhrilhom li huma xierqa, fl-istadji kollha tal-awtorizzazzjoni, tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni jew tal-irtirar mis-suq tal-OMĠ ikkonċernati. Dan Il-kultivazzjoni hi marbuta mill-qrib mal-użu tal-art u mal-konservazzjoni tal-flora u l-fawna, li huma oqsma fejn l-Istati Membri għandhom setgħat sinifikanti. Il-possibilità għall-Istati Membri li jadattaw dawn il-miżuri għandha tapplika wkoll għall-varjetajiet modifikati ġenetikament ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq skont il-leġislazzjoni rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti u, b'mod partikolari, skont id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE. Kwalunkwe miżuri bħal dawn għandhom jirreferu għall-kultivazzjoni tal-OMĠ biss u mhux għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-importazzjoni ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti modifikati ġenetikament, bħala prodotti jew fi prodotti oħrajn, u l-prodotti tal-ħsad tagħhom. Bl-istess mod, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kultivazzjoni ta’ varjetajiet mhux ġenetikament modifikati ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li fihom jinstabu traċċi aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ OMĠ awtorizzati tal-UE. Dawk il-miżuri għandhom jippermettu lill-operaturi kollha kkonċernati, inkluż min jikkultivahom, li jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom. [Em. 7] |
(8) |
F' konformita' mal-qafas legali għall-awtorizzazzjoni tal-OMĠ, Stat Membru ma jistax jiddiverġi mill-livell ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent magħżul fil-livell tal-Unjoni u din il-prinċipju għandu jinżamm. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew li jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal- OMĠ partikolari jew ta’ gruppi ta’ OMĠ jew tal-OMĠ kollha fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu fuq bażi ta’ raġunijiet marbuta mal-interess pubbliku għajr dawk diġà indirizzati mis-sett ta’ regoli armonizzati tal-UE li diġà jipprevedu proċeduri biex jitqiesu r-riskji li OMĠ għall-kultivazzjoni jista' jikkawża lis-saħħa u l-ambjent. Dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq raġunijiet marbuta ma’ fatturi ambjentali jew fatturi ġenwini oħrajn bħall-impatti soċjoekonomiċi, li jistgħu jkunu dovuti għar-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ fejn dawk il-fatturi ma ġewx indirizzati bħala parti mill-proċedura armonizzata prevista fil-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE, jew f'każ ta’ inċertezza xjentifika persistenti. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq raġunijiet xjentifiċi jew raġunijiet relatati mal-ġestjoni tar-riskju jew fatturi leġittimi oħrajn jistgħu jkunu kkawżati mir-rilaxx intenzjonali jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ, jew minn fatturi leġittimi oħra. Barra minn dan, dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u konformi mat-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn il-prodotti domestiċi u dawk impurtati u l-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE, kif ukoll mal-obbligi internazzjonali rilevanti tal-Unjoni, notevolment fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. [Em. 8, 40] |
(8a) |
Restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet tal-kultivazzjoni ta’ OMĠ minn Stat Membru m’għandhomx jipprevienu jew jirrestrinġu l-użu ta’ OMĠ awtorizzati minn Stati Membri oħra, sakemm jittieħdu miżuri effettivi biex tiġi pprevenuta l-kontaminazzjoni transkonfinali. [Em. 9] |
(8b) |
L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jibbażaw il-miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ fuq raġunijiet ġustifikati kif xieraq b’rabta ma’ impatti ambjentali lokali jew reġjonali li jistgħu jkunu kkawżati mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ u li huma kumplimentari għall-impatti ambjentali eżaminati matul il-valutazzjoni xjentifika tal-impatti negattivi fuq l-ambjent, li tkun saret skont il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE, jew raġunijiet b'rabta mal-ġestjoni tar-riskju. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinkluduil-prevenzjoni tal-iżvilupp ta’ reżistenza għall-pestiċidi mill-ħaxix ħażin u l-insetti jew l-annimali li jagħmlu ħsara;it-tixrid jew il-persistenza tal-varjetà MĠ, jew il-possibilità ta’ tnissil ma’ pjanti kkultivati domestikament jew selvaġġi;il-prevenzjoni tal-impatti negattivi fuq l-ambjent lokali kkawżati mill-prattiki agrikolturali marbuta mal-kultivazzjoni tal-OMĠ;iż-żamma u l-iżvilupp ta’ prattiki agrikoli li joffru potenzjal aħjar li jikkonċiljaw il-produzzjoni mas-sostenibilità tal-ekosistema;iż-żamma tal-bijodiversità lokali, inklużi ċerti ħabitats u ekosistemi, jew ċerti tipi ta’ karatteristiċi naturali u tal-pajsaġġ; l-assenza jew in-nuqqas ta’ data adegwata dwar l-impatti negattivi potenzjali tar-rilaxx ta’ OMĠ fuq l-ambjent lokali u reġjonali ta’ Stat Membru, inkluża l-bijodiversità. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jibbażaw tali miżuri fuq raġunijiet relatati ma’ impatti soċjoekonomiċi. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinkludul-imprattikabilità jew l-ispejjeż għoljin ta’ miżuri ta’ koeżistenza jew l-impossibilità tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ koeżistenza minħabba kundizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi bħall-gżejjer żgħar jew żoni ta’ muntanji;il-bżonn li tiġi protetta d-diversità tal-produzzjoni agrikolturali;il-bżonn li tiġi żgurata l-purezza taż-żerriegħa. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jibbażaw tali miżuri fuq raġunijiet oħra li jistgħu jinkludu l-użu tal-art, l-ippjanar tal-bliet u tal-pajjiżi, jew fatturi leġittimi oħra. [Em. 47] |
(9) |
F' konformita' mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-iskop ta’ dan ir-Regolament mhuwiex li jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni fl-Istati Membri iżda li jagħti l- flessibilità lill-Istati Membri li jużaw raġunijiet oħra għajr il-valutazzjoni xjentifika tar-riskji lis-saħħa u l-ambjent biex jipprojbixxu biex jirresrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ fit-territorju tagħhom għal raġunijiet relatati ma’ fatturi ambjentali jew fatturi ġenwini oħrajn bħall-impatti soċjoekonomiċi, li jistgħu jirriżultaw mir-rilaxx intenzjonat jew mit-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ fejn dawk il-fatturi ma ġewx indirizzati bħala parti mill-proċedura armonizzata prevista fil-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE jew f'każ ta’ inċertezza xjentifika persistenti. Wieħed mill-iskopijiet tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika (17), li l-Kummissjoni tista' tqis l-adozzjoni ta’ atti li jorbtu fil-livell tal-Unjoni, ma jkunx moqdi min-notifika sistematika tal-miżuri tal-Istati Membri skont dik id-Direttiva. Barra minn dan, billi l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw skont dan ir-Regolament miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ, u għaldaqstant, dan ir-Regolament ma jimmodifikax il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ awtorizzati skont il-leġislazzjoni eżistenti, il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva 98/34/KE ma tidhirx li hija l-aħjar mezz ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni Għaldaqstant, b'deroga, id-Direttiva 98/34/KE ma għandhiex tkun applikabbli. Sistema ta’ notifika aktar faċli tal-miżuri nazzjonali qabel l-adozzjoni tagħhom tidher għodda aktar proporzjonata għall-Kummissjoni biex tkun konxja minn dawn il-miżuri. Il-miżuri li l-Istati Membri biħsiebhom jadottaw, għandhom għaldaqstant jiġu kkomunikati, flimkien mar-raġunijiet għal dawk il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri mhux aktar tard minn xahar qabel l-adozzjoni tagħhom għal finijiet ta’ informazzjoni. [Em. 10] |
(9a) |
Ir-restrizzjonijiet fuq jew il-projbizzjonijiet tal-kultivazzjoni tal-OMĠ mill-Istati Membri m’għandhomx iwaqqfu t-twettiq tar-riċerka dwar il-bijoteknoloġija, bil-kundizzjoni li, waqt it-twettiq ta’ tali riċerka, jiġu rrispettati l-miżuri tas-sikurezza meħtieġa. [Em. 11] |
(10) |
L-Artikolu 7(8) u l-Artikolu 19(8) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprovdu li referenzi li saru fil-partijiet A u D tad-Direttiva 2001/18/KE għal OMĠ awtorizzati skont il-parti C ta’ dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li japplikaw b'mod ugwali għal OMĠ awtorizzati skont ir-Regolament (KE) No 1829/2003. Skont dan, miżuri adottati mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għall-OMĠ awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(11) |
Id-Direttiva 2001/18/KE, għalhekk għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Modifika tad-Direttiva 2001/18/KE
Id-Direttiva 2001/18/KEhija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‧Artikolu 22 Ċirkolazzjoni libera Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 jew l-Artikolu 26b, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jirrifjutaw it-tpoġġija fis-suq ta’ GMOs, bħal jew fi prodotti, li josservaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.‧ [Em. 12] |
(2) |
Fl-Artikolu 25, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: ‧5a. Mingħajr preġudizzju mhux meħtieġ għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-aċċess għall-materjal neċessarju għar-riċerka indipendenti dwar riskji potenzjali tar-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ, bħal pereżempju materjal taż-żerriegħa, m’għandux jiġi ristrett jew ostakolat.‧ [Em. 13] |
(3) |
L-Artikolu 26a(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: ‧1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri nazzjonali xierqa biex jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata tal-OMĠ fi prodotti oħra fit-territorji tagħhom u f'żoni konfinali ta’ Stati Membri ġirien.‧ [Em. 14] |
(4) |
Għandu jiżdied l-Artikol li ġejb'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament: ‧Artikolu 26b Kultivazzjoni L-Istati Membri jistgħu wara eżami individwali ta’ kull każ, jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew ta’ OMĠ partikolari jew gruppi ta’ OMĠ iddefiniti mill-wiċċ tar-raba' jew minn xi karatteristika, jew l-OMĠ kollha awtorizzati skont il-Parti C ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu, bil-kundizzjoni li: [Em. 40]
Skont l-istess kundizzjonijiet, reġjuni fl-Istati Membri jistgħu ukoll jadottaw miżuri li jirristrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom. [Em. 51] L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli kwalunkwe miżuri ta’ dan it-tip għall-operaturi kollha kkonċernati, inkluż min jikkultiva, mill-inqas sitt xhur qabel ma jibda l-istaġun tal-kultivazzjoni. F'każ li l-OMĠ kkonċernat jiġi awtorizzat inqas minn sitt xhur qabel jibda l-istaġun tal-kultivazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri meta jiġu adottati. [Em. 43] L-Istati Membri għandhom jadottaw dawk il-miżuri għal perjodu massimu ta’ ħames snin u għandhom jirreveduhom meta tiġġedded l-awtorizzazzjoni tal-OMĠ. [Em. 22] B'deroga mid-Direttiva 98/34/KE, l-Istati Membri li biħsiebhom jadottaw miżuri motivati skont dan l-Artikolu, għandhom jikkomunikawhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar qabel l-adozzjoni tagħhom, għal skopijiet ta’ informazzjoni.‧ [Em. 23] |
(5) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: ‧Artikolu 26c Rekwiżiti ta’ responsabilità L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema obbligatorja ġenerali ta’ responsabilità finanzjarja u garanziji finanzjarji, pereżempju permezz tal-assigurazzjoni, sistema li tapplika għall-operaturi kollha u li tiżgura li min iħammeġ iħallas għall-effetti jew il-ħsarat mhux maħsubin li jistgħu jokkorru minħabba r-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ. ‧ [Em. 24] |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi […] fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 26]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 51.
(2) ĠU C 104, 2.4.2011, p. 62.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011.
(4) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(5) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(6) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298.
(7) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309.
(8) ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15.
(9) ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16.
(10) ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.
(11) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.
(12) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.
(13) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.
(14) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.
(15) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/359 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża ***I
P7_TA(2011)0321
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (COM(2010)0662 – C7-0365/2010 – 2010/0325(COD))
2013/C 33 E/39
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0662), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0365/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0237/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2010)0325
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE.)
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/360 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***II
P7_TA(2011)0324
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 (17602/1/2010 – C7-0060/2011 – 2008/0028(COD))
2013/C 33 E/40
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17602/1/2010, C7-0060/2011) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2008 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0040), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ttra tat-22 ta’ Ġunju 2011 li japprova il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont it-termini tal-Artikolu 294(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 66(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0177/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 102 E, 2.4.2011, p. 1.
(2) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.
(3) Testi adottati tas-16.6.2010, P7_TA(2010)0222.
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
P7_TC2-COD(2008)0028
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tas-6 Lulju 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1169/2011.)
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/361 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
L-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku marbuta mas-sikurezza fit-toroq ***II
P7_TA(2011)0325
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata d-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (17506/1/2010 – C7-0074/2011 – 2008/0062(COD))
2013/C 33 E/41
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(17506/1/2010 - C7-0074/2011)), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0151), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0208/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 149.
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
P7_TC2-COD(2008)0062
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tas-6 Lulju 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/82/UE.)
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
ANNESS
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar tabelli ta’ korrelazzjoni
Il-qbil milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fit-trilogu tal-20 ta’ Ġunju 2011, dwar il-proposta għal Direttiva li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq ma jippreġudikax l-eżitu tad-diskussjonijiet interistituzzjonali li jinsabu għaddejjin dwar tabelli ta’ korrelazzjoni.”
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni
Il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn tagħha biex tiggarantixxi li l-Istati Membri jistabbilixxu tabelli ta’ korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri li huma jadottaw mad-direttiva tal-UE u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fil-qafas tat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, fl-interess taċ-ċittadini, tat-tfassil aħjar tal-liġijiet u tat-trasparenza legali akbar u sabiex il-verifika tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-UE tiġi ffaċilitata.
Il-Kummissjoni jiddispjaċiha għan-nuqqas ta’ appoġġ għad-dispożizzjoni inkluża fil-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq, li kellha l-għan li tagħmel obbligatorju l-ħolqien ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni.
Il-Kummissjoni, fi spirtu ta’ kompromess u bil-għan li tiżgura l-adozzjoni immedjata ta’ dik il-proposta, tista’ taċċetta li d-dispożizzjoni obbligatorja dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni inkluża fit-test tiġi ssostitwita bi premessa relevanti li tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jsegwu din il-prattika.
Madankollu, il-pożizzjoni meħuda mill-Kummisjsoni f'dan id-dossier m’għandhiex titqies bħala preċedent. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha sabiex, flimkien mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, issib soluzzjoni xierqa għal din il-kwistjoni istituzzjonali orizzontali.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida għas-sikurezza fit-toroq
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa li tiżviluppa linji gwida fil-livell tal-UE sabiex tiżgura konverġenza akbar fl-infurza tar-regoli tat-traffiku tat-triq mill-Istati Membri permezz ta' metodi, prattiki, standards u l-frekwenza ta' kontrolli komparabbli, b'mod partikolari rigward sewqan eċċessiv, sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas tal-użu taċ-ċinturin tas-sikurezza u l-qbiż tad-dawl l-aħmar.
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/362 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 ***
P7_TA(2011)0326
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 (16973/3/2010 – C7-0024/2011 – 2010/0048(APP))
2013/C 33 E/42
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (16973/3/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0024/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet għal tweġiba orali f'isem il-Kumitat tiegħu għall-Baġits li saru lill-Kunsill (O-0074/2010 - B7-0310/2010) u lill-Kummissjoni (O-0075/2010 - B7-0311/2010) fl-20 ta' Mejju 2010 u d-dibattitu waqt il-plenarja fil-15 ta' Ġunju 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 81(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0253/2011), |
A. |
billi l-istrument legali eżistenti li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali jeħtieġ li jiġi emendat wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, |
B. |
billi t-tliet istituzzjonijiet li huma indirizzaw dan ir-rekwiżit kif ġej:
|
C. |
billi l-Parlament iqis li l-Ftehim Interistituzzjonali attwali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda jibqa' fis-seħħ sakemm ir-regolament il-ġdid li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali jidħol fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-artikoli li m'għadhomx japplikaw wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, |
D. |
billi, minkejja l-isforzi tal-presidenza fil-kariga Belġjana u dik Ungeriża, il-Kunsill ma wriex ir-rieda li jidħol f'negozjati dwar il-pakkett ta' Lisbona, kif previst fl-Artikolu 312(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
E. |
billi t-tnaqqis fil-grad ta' flessibilità fil-qafas finanzjarju multiannwali propost mill-Kunsill jillimita s-setgħat u l-prerogattivi tal-Parlament meta mqabbla ma' dawk li jgawdi minnhom bħalissa, |
F. |
billi t-Trattat ta' Lisbona ma kienx maħsub li jwassal għal tnaqqis fil-prerogattivi tal-Parlament, u l-Parlament mhuwiex lest jaċċetta dan it-tnaqqis, |
1. |
Jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-proċedura leġiżlattiva ngħalqet u biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Testi Adottati, P7_TA(2010)0328.
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/364 |
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) ***I
P7_TA(2011)0332
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) (COM(2010)0462 – C7-0253/2010 – 2010/0242(COD))
2013/C 33 E/43
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0462), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0253/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010 (1), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta’ Mejju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 38 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0061/2011), |
1. |
Adotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 51, 17.2.2011, p. 55.
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2010)0242
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-7 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni …/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 940/2011/UE.)
Il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2011
ANNESS
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-baġit
Skont l-Artikolu 8, l-allokazzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropa hija ta’ mhux inqas minn EUR 5 000 000. EUR 2.3 miljun se jintużaw mill-baġit għas-sena 2011 mingħajr ma jintużaw marġni disponibbli biex jiġu ffinanzjati partikolarment attivitajiet ta’ komunikazzjoni u l-konferenzi tal-UE għas-Sena Ewropea, u mill-inqas EUR 2.7 miljun, li għandhom jiġu prijoritizzati mill-ġdid minn riżorsi eżistenti mingħajr ma jintużaw il-marġni eżistenti, se jkunu riżervati u jsiru viżibbli fil-linja baġitarja fl-abbozz ta’ baġit għall-2012.