ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.027.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 027/01 |
||
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2013/C 027/02 |
||
2013/C 027/03 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
2013/C 027/04 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 027/05 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 027/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6847 – Triton/Suomen Lähikauppa) ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
29.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-28 ta’ Jannar 2013
2013/C 27/01
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3444 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,21 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4605 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85450 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,6583 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2472 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4420 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,690 |
HUF |
Forint Ungeriż |
298,40 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6987 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1989 |
RON |
Leu Rumen |
4,3963 |
TRY |
Lira Turka |
2,3734 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2930 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3562 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,4295 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6210 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6646 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 466,53 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,0906 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3717 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5878 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 011,59 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0950 |
PHP |
Peso Filippin |
55,091 |
RUB |
Rouble Russu |
40,5020 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,278 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,7361 |
MXN |
Peso Messikan |
17,1653 |
INR |
Rupi Indjan |
72,4830 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
29.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/2 |
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-simplifikar tat-trasferiment ta’ vetturi bil-mutur reġistrati fi Stat Membru ieħor fi ħdan is-Suq Uniku
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2013/C 27/02
I. Introduzzjoni
I.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fl-4 ta’ April 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-simplifikar tat-trasferiment ta’ vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor fi ħdan is-suq uniku (“il-Proposta”) (1). Fl-istess jum, il-Proposta intbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għall-konsultazzjoni. |
2. |
Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-opportunità li jipprovdi kummenti informali. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati fil-Proposta. B’riżultat ta’ dan, is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta fil-Proposta ġew imsaħħa. |
3. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li kien ikkonsultat b’mod formali mill-Kummissjoni u li saret referenza għal din il-konsultazzjoni fil-preambolu tal-Proposta. |
I.2. L-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta
4. |
L-għan tal-Proposta huwa li jiġu ssimplifikati l-formalitajiet u l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor. Din għandha l-għan li tneħħi l-ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija u tiffaċilita l-eżerċitar miċ-ċittadini tad-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-UE. Il-Proposta tiffoka biss fuq il-modalitajiet ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi u mhux fuq il-proċedura ta’ reġistrazzjoni inizjali tal-vetturi. |
5. |
Ir-reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur tikkostitwixxi l-awtorizzazzjoni amministrattiva sabiex il-vetturi jibdew jintużaw fit-traffiku tat-triq, li tinvolvi l-identifikazzjoni tagħhom u l-ħruġ ta’ numru ta’ reġistrazzjoni. Fl-aħħar tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni, l-Istati Membri joħorġu ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jiċċertifika li l-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru. Hemm diversi ċirkostanzi li fihom id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jkollhom jirreġistraw il-vettura mill-ġdid mal-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-vetturi ta’ Stat Membru ieħor. Għal dan il-għan, il-Proposta sejra:
|
I.3. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kummenti tal-KEPD
6. |
Il-KEPD jilqa’ li l-parti l-kbira tal-kummenti informali preċedenti tiegħu ġew ikkunsidrati fil-Proposta. Għaldaqstant, f’din l-Opinjoni, il-KEPD ser jiddeskrivi fil-qosor ir-rilevanza tal-protezzjoni tad-data fil-kuntest tar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi. Imbagħad, se jressaq xi rakkomandazzjonijiet oħrajn dwar aspetti speċifiċi tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw l-iskambji tad-data bejn ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi bil-mutur. |
III. Konklużjoni
30. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data ġew ikkunsidrati kif xieraq fil-Proposta, u li diversi salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-data ġew espressament inklużi fil-Proposta, b’mod partikolari fl-Artikolu 7 tagħha. Il-KEPD jilqa’ wkoll il-fatt li l-lista speċifika ta’ data li tista’ tkun skambjata bejn l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi ġiet definita b’mod ċar fl-Anness I għall-Proposta. |
31. |
Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li:
|
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2012.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) COM(2012) 164 finali.
29.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/4 |
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li tagħti servizz
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinstab bl-EN, bil-FR u bil-DE fuq is-sit elettroniku tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2013/C 27/03
1. Introduzzjoni
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fil-21 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat:
|
2. |
Iż-żewġ proposti li huma relatati ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni fis-26 ta' Marzu 2012. |
3. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni kkonsultatu formalment wara li ġew adottati l-Proposti u li saret referenza għal din l-Opinjoni fil-preambolu tal-Proposta dwar l-Impjieg ta’ Ħaddiema. Madankollu jiddispjaċih li ma ngħatax l-opportunità jagħti kummenti informali qabel ma ġew adottati l-abbozzi tal-Proposti. |
1.2. Għanijiet u sfond tal-Proposti
4. |
L-għan tal-Proposta dwar l-Impjieg ta’ Ħaddiema huwa li ttejjeb, iżżid u ssaħħaħ il-mod li bih id-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (“id-Direttiva dwar l-Impjieg ta’ Ħaddiema” (3)) hija implimentata, applikata u msaħħa fil-prattika fl-Unjoni Ewropea kollha. Il-proposta għandha l-għan li tikseb dan billi tistabbilixxi qafas ġenerali komuni għal implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar u iktar uniformi tad-Direttiva, inklużi miżuri għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe tidwir mar-regoli u abbuż minnhom (4). |
5. |
L-għan tal-Proposta ta’ Azzjoni Kollettiva huwa li tiċċara l-prinċipji ġenerali u r-regoli applikabbli fil-livell tal-UE fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt fundamentali li tittieħed azzjoni kollettiva fi ħdan il-kuntest tal-libertà tal-provvista ta' servizzi u tal-libertà tal-istabbiliment (5). |
1.3. Dispożizzjonijiet relevanti; għanijiet tal-Opinjoni tal-KEPD
6. |
Għad li mhuwiex l-għan ewlieni ta' ebda waħda miż-żewġ Proposti li tipproċessa dejta personali, tal-inqas waħda mill-Proposti - il-Proposta dwar l-Impjieg ta’ Ħaddiema – teħtieġ l-ipproċessar ta’ ammont notevoli ta’ dejta personali. Kif sejjer jintwera iktar ’il isfel, din id-dejta personali tista’ tkun relatata mal-ħaddiema impjegati kif ukoll ma’ individwi li jaġixxu f’isem l-impriżi tal-impjiegi bħall-uffiċjali korporattivi, il-maniġment, ir-rappreżentanti jew l-impjegati tagħhom. Barra dan, l-impriżi tal-impjiegi stess jistgħu jkunu persuni fiżiċi huma wkoll. Jekk dan ikun il-każ, id-dejta personali tagħhom tista’ tiġi pproċessata wkoll. Partijiet mid-dejta pproċessata jistgħu jkunu sensittivi (6): b’mod partikolari, dejta dwar suspett ta’ tidwir mar-regoli jew abbuż minnhom jista’ jiġi skambjat bejn awtoritajiet kompetenti. |
7. |
Mill-perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta, l-iktar tliet dispożizzjonijiet relevanti tal-Proposta dwar l-Impjieg ta’ Ħaddiema huma
|
8. |
L-ipproċessar ta’ dejta personali fit-tliet każi kollha kemm huma huwa previst li jsir permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI” – Internal Market Information System) (7). |
9. |
Dwar il-Proposta ta’ Azzjoni Kollettiva, jidher li l-mekkaniżmu ta’ twissija previst fl-Artikolu 4 jippermetti l-iskambju ta’ dejta personali, possibbilment inkluża dejta sensittiva (tagħrif dwar il-parteċipazzjoni fi strajks jew azzjoni kollettiva simili (8)). Madankollu kif sejjer jiġi osservat fit-Taqsima 4 iktar ’l isfel, l-iskambju ta’ dejta personali jidher li mhuwiex l-intenzjoni leġiżlattiva, u għaldaqstant, kwalunkwe tħassib jista’ preżumibilment jiġi ttrattat permezz ta’ kjarifika sempliċi li tgħid li ma għandha tkun inkluża l-ebda dejta personali f’dawn it-twissijiet. |
5. Konklużjonijiet
32. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Proposta dwar l-Impjieg ta’ Ħaddiema tittratta kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-użu ta’ sistema ta’ informazzjoni eżistenti, jiġifieri l-IMI, huwa propost għall-kooperazzjoni amministrattiva, li diġà toffri, fil-livell prattiku, għadd ta’ salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta, u li huwa mistenni li għaliha jiġu adottati dalwaqt salvagwardji speċifiċi skont ir-Regolament tal-IMI. |
33. |
Biex jittratta kwalunkwe tħassib li jifdal relatat mal-protezzjoni tad-dejta, il-KEPD jipprovdi r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin. |
34. |
Bħala kumment ġenerali, il-KEPD jirrakkomanda li r-referenza għall-qafas applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta għandu jiġi stabbilit f’dispożizzjoni sostantiva minflok fi premessa u għandha ssirilha distinzjoni sottili permezz ta’ referenza għal “regoli nazzjonali li jimplimentaw” id-Direttiva 95/46/KE. |
35. |
Fi skambji bilaterali ta’ informazzjoni skont il-Proposta dwar l-Impjieg ta’ Ħaddiema (Artikolu 6(2)), il-KEPD jirrakkomanda li l-iskopijiet permissibbli ta’ skambju ta’ informazzjoni għandhom jiġu speċifikati b’mod iktar ċar fil-Proposta. B’mod partikolari, il-frażi ‘każijiet possibbli ta’ attivitajiet transnazzjonali mhux leġittimi’ għandha titħassar u għandha terġa’ tiġi abbozzata d-dispożizzjoni biex jiġi żgurat li kwalunkwe skambju ta’ dejta personali jkun possibbli biss għall-iskopijiet ta’ “investigazzjoni ta’ xi abbużi ta’ regoli applikabbli dwar l-istazzjonament tal-ħaddiema” (jew skopijiet oħrajn meħtieġa speċifikati b’mod ċar fil-Proposta). |
36. |
Dwar l-aċċess għal reġistri ta’ fornituri ta’ servizzi mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn (Artikolu 6(6)), il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta għandha tispeċifika b’mod iktar ċar liema reġistri huma kkonċernati fil-verità. B’mod partikolari, dan l-Artikolu ma għandux jintuża bħala bażi legali biex jippermetti li jsir aċċess għal reġistri stabbiliti f’xi Stati Membri fejn l-impriżi tal-impjieg iridu jiddikkjaraw, fost l-oħrajn, ċerta dejta personali relatata mal-impjegati tagħhom. |
37. |
Barra dan, jekk u meta tkun ippjanata interkonnessjoni ta’ reġistri bħala proġett komuni Ewropew f’dan il-qasam ukoll, għandhom jitqiesu bir-reqqa salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta fil-livell Ewropew. |
38. |
Fir-rigward tas-sistema ta’ twissija dwar irregolaritajiet possibbli (Artikolu 7(2)), il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta:
|
39. |
Dwar il-Proposta dwar Azzjoni Kollettiva, l-Artikolu 4 għandu jiċċara li f’dawn it-twissijiet ma għandu jkun hemm l-ebda dejta personali sensittiva. |
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2012.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) COM(2012) 131 finali.
(2) COM(2012) 130 finali.
(3) Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p.1).
(4) Ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, paġna 11, Taqsima 3.1, para 1.
(5) Ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, paġna 10, Taqsima 3.1, para 4.
(6) Jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni ta’ ‘kategoriji speċjali ta’ dejta’ fit-tifsira tal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 95/46/KE.
(7) Ara l-Artikolu 19 tal-Proposta dwar l-Impjieg ta’ Ħaddiema, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-IMI. Ara wkoll il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) disponibbli fuq http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0522:FIN:MT:PDF Huwa mistenni li r-Regolament dwar l-IMI jiġi adottat iktar tard din is-sena. F’Novembru 2011, il-KEPD ħareġ Opinjoni dwar il-Proposta tal-Kummissjoni (ĠU C 48, 18.2.2012, p. 2).
(8) Jiġifieri, ‘kategoriji speċjali ta’ dejta’ fit-tifsira tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Parlament Ewropew
29.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/7 |
Avviż ta' reklutaġġ PE/162/S
2013/C 27/04
Il-Parlament Ewropew qed jorganizza l-proċedura ta' għażla:
PE/162/S – Kap tal-Unità (AD 9) – L-Uffiċċju ta' Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fir-Rumanija
Din il-proċedura ta' għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal kors ta' grad Universitarju komplut iċċertifikat b'diploma uffiċjalment rikonoxxuta f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-kandidati jeħtieġ li, sad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u minn meta jkunu kisbu l-kwalifika msemmija hawn fuq, ikollhom tal-anqas 10 snin esperjenza professjonali rilevanti għan-natura tal-funzjonijiet, li minnhom 3 snin jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni maniġerjali.
Dan l-avviż ta' reklutaġġ qed jiġi ppubblikat biss bir-Rumen. It-test sħiħ jinsab f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 27 A b’din il-lingwa.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
29.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/8 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping
2013/C 27/05
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma jitnedix reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-anti-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw aktar 'il quddiem l-opportunità li jelaboraw, jikkonfutaw il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni, jew jikkummentaw dwarhom.
3. Limitu ta' żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 8/20, 1049 Brussell, Belgium (The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 4/92, 1049 Brussels, Belgium) (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
Aċidu sulfaniliku |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja |
Dazju anti-dumping |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1000/2008 (ĠU L 275, 16.10.2008, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2008 (ĠU L 276, 17.10.2008, p. 3) |
17.10.2013 |
Impriża |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52) |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Fax +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
29.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6847 – Triton/Suomen Lähikauppa)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 27/06
1. |
Fil-21 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Triton Managers III Limited u TFF III Limited (flimkien “Triton”, Jersey), indirettament permezz ta’ veikolu ta’ akkwist Bodem Holding Finland Oy, jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Suomen Lähikauppa Oy (“Suomen Lähikauppa”, il-Finlandja) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6847 – Triton/Suomen Lähikauppa, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).