|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.019.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 019/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6747 – Energie Steiermark/Steweag Steg) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2013/C 019/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 019/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2013/C 019/04 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 019/05 |
||
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 019/06 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6747 – Energie Steiermark/Steweag Steg)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 19/01
Fil-15 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6747. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
23.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/46/PESK
2013/C 19/02
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/46/PESK (1).
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti indika l-persuni li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 13 u 15 tar-Riżoluzjoni 1596 (2005), kif imġedda mill-paragrafu 3 tar-riżoluzzjoni 1952 (2010).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 8 tal-UNSCR 1533 (2004), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Talbiet bħal dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
|
United Nations — Focal point for delisting |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room S-3055 E |
|
New York, NY 10017 |
|
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u l-entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/788/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni t 2013/46/PESK. Ir-raġunijiet biex jiġu indikati l-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fil-websites fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz mogħti hawn taħt.
|
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Unità tal-Koordinazzjoni – DG C |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263 (4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 20, 23.1.2013, p. 65.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-22 ta’ Jannar 2013
2013/C 19/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3317 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,18 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4636 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83965 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,6909 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2383 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4420 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,613 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
294,32 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6978 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1737 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3572 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3593 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2613 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3242 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,3244 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5837 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6344 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 416,26 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,7943 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2840 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5833 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 823,79 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0517 |
|
PHP |
Peso Filippin |
54,096 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,2588 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,605 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,7279 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,9153 |
|
INR |
Rupi Indjan |
71,5390 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
23.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/5 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
2013/C 19/04
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala Schiermonnikoog-Noord.
Iż-żona koperta f’din l-applikazzjoni tinsab fil-provinċji ta' Friesland u Groningen u fl-ilmijiet territorjali tal-Pajjiżi l-Baxxi u hija kkonfinata permezz tal-linji dritti li jgħaqqdu l-pari tal-vertiċi A-B, B-C, C-D, D-E, E-F u F-G u permezz tal-linja definita fl-Anness tal-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet). Il-koordinati tal-vertiċi huma kif ġej:
|
Vertiċi |
X |
Y |
|
A |
Vertiċi L’ kif indikat fuq il-mappa annessa mal-Ftehim Supplimentari tal-14 ta’ Mejju 1962 skont it-Trattat Eems-Dollard |
|
|
B |
218438,00 |
621003,00 |
|
C |
222165,90 |
616882,48 |
|
D |
217545,00 |
613430,00 |
|
E |
213140,41 |
613003,13 |
|
F |
213050,00 |
613950,00 |
|
G |
209901,27 |
618100,00 |
Il-koordinati ta’ hawn fuq huma espressi skont is-Sistema Nazzjonali ta’ Trijangulazzjoni (RD, Rijksdriehoeksmeting) kif stipulat fl-Artikolu 1.2.2(1)(a) tar-Regolament tal-Minjieri (Mijnbouwregeling).
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, l-erja tas-superfiċje hija 62,23 km2.
B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u għall-Artikolu 15 tal-Att tal-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta’ kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fl-erja kkonfinata permezz tal-vertiċi u l-koordinati msemmija hawn fuq.
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet.
Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:
|
De Minister van Economische Zaken |
|
ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt |
|
Bezuidenhoutseweg 73 |
|
Postbus 20401 |
|
2500 EC Den Haag |
|
NEDERLAND |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.
Aktar tagħrif jista' jinkiseb billi ċċempel lis-Sur E.J. Hoppel fuq in-numru tat-telefon li ġej: +31 703797762.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/6 |
Sejħa għal applikazzjonjiet għall-għażla tal-esperti bħala membri tal-Forum ta' Livell Għoli għal Funzjonament Aħjar tal-Katina tal-Provvista Alimentari
2013/C 19/05
1. Deskrizzjoni tal-grupp
Fit-30 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni waqqfet il-Forum ta' Livell Għoli għal Funzjonament Aħjar tal-Katina tal-Provvista Alimentari (1). Ix-xogħol ta' dan il-grupp huwa li jassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iżvilupp tal-politika industrijali fis-settur agroalimentari. Għal dan il-għan, għandu jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija Agroalimentari stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/359/KE (2) minn naħa waħda u, l-implimentazzjoni tal-inizjattivi proposti mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha “Funzjonament aħjar tal-katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa” (3) min-naħa l-oħra.
Fil-5 ta’ Diċembru 2012, il-Forum rrapporta dwar ix-xogħol tiegħu u rrakkomanda azzjoni ulterjuri li trid titwettaq f’diversi oqsma speċifiċi (4). Fid-19 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ttawwal il-mandat tal-Forum b’sentejn u li tirrevedi s-sħubija tiegħu fuq il-bażi ta' sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet (5).
Skont l-Artikolu 4.1 tad-Deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2010 kif immodifikat bid-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2012, il-Forum għandu jinkludi sa 50 organizzazzjoni, fosthom l-awtoritajiet nazzjonali mill-Istati Membri. Din is-sejħa għall-applikazzjonijiet hija miftuħa għall-għażla tal-membri għajr l-awtoritajiet nazzjonali, li ser ikunu magħżula minn fost:
|
— |
in-negozji involuti b’mod attiv fl-industrija agroalimentari, u fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta' prodotti agroalimentari fl-UE, |
|
— |
assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet li jirrappreżentaw il-bdiewa, l-industrija agroalimentari u l-kummerċ u d-distribuzzjoni tal-prodotti agroalimentari fl-UE, |
|
— |
organizzazzjonijiet mhux governattivi b’kompetenza fi kwistjonijiet dwar il-katina tal-provvista alimentari. |
Il-membri attwali li jixtiequ jġeddu l-mandat tagħhom għandhom iwieġbu għal din is-sejħa.
Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-membri għal mandat rinnovabbli ta’ sena.
Membri u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 5.6 tad-Deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2010. Il-membri m’għandhom jirċievu l-ebda rimunerazzjoni għad-doveri tagħhom.
Il-biċċa l-kbira tal-laqgħat se jsiru bl-Ingliż.
2. Il-kriterji tal-eliġibbiltà
Mid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet, il-kandidati jridu:
|
— |
jkollhom entità ġuridika (6) rreġistrata f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jew f'pajjiż kandidat jew f’pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea, |
|
— |
jiġu rreġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni (7). |
3. Il-kriterji tal-għażla
Il-Kummissjoni se tqis il-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-applikazzjonijiet:
|
— |
Rekord ċar ta' attività rilevanti għall-kompiti ta’ Forum ta' Livell Għoli għal Funzjonament Aħjar tal-Katina tal-Provvista Alimentari, |
|
— |
Kapaċità operattiva evidenti għall-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-forum, li trid tintwera’ permezz ta’ deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tal-esperjenza tagħha, tar-riżorsi u tal-kisbiet tagħha; |
|
— |
Evidenza li turi biċ-ċar il-kompetenza, l-esperjenza u l-livell ġerarkiku tar-rappreżentant(i) propost(i) tal-organizzazzjoni; |
|
— |
Il-bżonn li jkun hemm bilanċ fi ħdan il-grupp ta’ esperti f’termini tar-rappreżentanza tal-applikanti u tal-oriġini ġeografika, tal-interessi, u tal-għarfien espert rilevanti rispettivi tagħhom. |
4. Il-proċedura tal-għażla
Bord ta' mill-inqas tliet uffiċjali tal-Kummissjoni se jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija. Huma se jiddeċiedu li l-applikanti se jiġu mistiedna biex isiru membri tal-Forum. Il-membri l-ġodda se jinħatru sa mill-1 ta’ Marzu 2013.
5. Il-tressiq tal-applikazzjonijiet
Ittra ta' motivazzjoni, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni (l-Anness), iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika li qed tapplika, għandhom jintbagħtu fl-indirizz elettroniku: entr-food-forum@ec.europa.eu, sa mhux aktar tard mit-8 ta' Frar 2013, kif ippruvat bin-notifika tal-kunsinna. L-applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data mhux ser jiġu evalwati.
L-organizzazzjonijiet kollha li qed japplikaw għandhom jindikaw b'mod ċar it-tip ta' interess li jirrappreżentaw (jiġifieri l-konsumaturi, l-ambjent, l-impjegati, l-SMEs, is-settur ekonomiku eċċ.), jipproponu lir-rappreżentant(i) u n-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-applikazzjonijiet bl-Ingliż iħaffu l-proċedura tal-evalwazzjoni.
Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li fi stadju aktar tard titlob dokumenti ta' sostenn, u li tista’ tissostitwixxi lil xi membru li jkun ressqilha dikjarazzjonijiet mhux preċiżi jew inkella foloz.
Id-dejta personali se tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (8).
Il-lista tal-membri tal-Forum għandha tkun ippubblikata fir-reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni (9).
Għal kull informazzjoni oħra, jekk jogħġbok ibgħat il-mistoqsijiet tiegħek lil: entr-food-forum@ec.europa.eu
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi Forum ta' Livell Għoli għal Tħaddim Aħjar tal-Katina tal-Provvista Alimentari (2010/C 210/03) (ĠU C 210, 3.8.2010, p. 4).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/359/KE 28 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija tal-Agri-Ikel (ĠU L 120, 7.5.2008, p. 15).
(3) COM(2009) 591, 28.10.2009.
(4) http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/food/files/hlf-third-meeting-final-report-cover_en.pdf
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/C 396/06, tad-19 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2010 fir-rigward l-applikabbiltà tagħha u l-kompożizzjoni tal-Forum ta' Livell Għoli għal Funzjonament Aħjar tal-Katina tal-Provvista Alimentari (ĠU C 396, 21.12.2012, p. 17).
(6) Fin-nuqqas ta’ entità legali (eż. fil-każ ta’ ċerti trejdjunjins), l-organizzazzjoni għandha tkun rappreżentata minn persuna fiżika.
(7) http://europa.eu/transparency-register/. Organizzazzjonijiet mhux reġistrati jistgħu japplikaw għal reġistrazzjoni onlajn.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(9) http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=2510
ANNESS
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/10 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 53/2013
2013/C 19/06
|
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1) tappella lill-Unjoni sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, kif imsemmi fil-lista mfassla skont l-UNSR 1533(2004), 1596(2005), 1807(2008) u 1857(2008) li għandha tiġi aġġornata regolarment mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1533(2004). Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
|
|
2. |
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida fil-31 ta' Diċembru 2012 li jżid żewġ persuni fiżiċi u żewġ entitajiet fil-lista rilevanti. Il-persuni fiżiċi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu, meta jridu, jissottomettu talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni li tiġġustifikaha, sabiex terġa’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar ’il fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/dfp.shtml |
|
3. |
Fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU msemmija f'punt 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 53/2013 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri diretti speċifiċi restrittivi kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (3). Għaldaqstant, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet fiżiċi kkonċernati:
|
|
4. |
Il-persuni u l-entitajiet fiżiċi miżjuda mal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, permezz tar-Regolament (UE) Nru 53/2013, fuq il-bażi tad-deċiżjoni tan-NU tal-31 ta’ Diċembru 2012, jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-opinjonijiet tagħhom dwar il-lista. Din il-komunikazzjoni għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
|
5. |
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet fiżiċi kkonċernati dwar il-possibbiltà li r-Regolament (UE) Nru 53/2013 jista’ jiġi kkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-UE, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 263, paragrafi 4 u 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Id-dejta personali tal-persuni fiżiċi kkonċernati mil-listi tar-Regolamenti (UE) Nru 53/2013 se tiġi pproċessata skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (4). Kull talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, taħt l-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq. |
|
7. |
Għall-kompletezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet fiżiċi elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.
(2) ĠU L 20, 23.1.2013, p. 46.
(3) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.