ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.016.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 16

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
19ta' Jannar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 016/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 016/02

Rata tal-kambju tal-euro

5

2013/C 016/03

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni Ewropea

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 016/04

Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma annwali dwar il-Politika Marittima Integrata għall-2012 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1447)

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 16/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

7.11.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33243 (12/NN)

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Madeira

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Jornal da Madeira

Il-bażi legali

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Empresa do Jornal da Madeira, Lda

L-għan

Oħrajn

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn – No aid

L-estimi

Baġit globali: EUR 45,71 (miljun)

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

1.1.1993-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Pubblikazzjoni ta' gazzetti

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Autonomous Region of Madeira

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.11.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33671 (12/N)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

National Broadband Scheme for the UK

Il-bażi legali

Local Government Act 2003

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Żvilupp reġjonali, Eżekuzzjoni ta' proġett importanti ta' l-Ewropa komuni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: GBP 1 500 (miljun)

L-intensità

71 %

It-tul ta' żmien

Sat-30.6.2015

Setturi ekonomiċi

Telekomunikazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department for Culture, Media and Sport

2-4 Cockspur Street

London

SW1Y 5DH

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.7.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34722 (12/N)

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Screen flanders — Besluit van de Vlaamse Regering tot toekenning van steun aan audiovisuele werken van het type lange fictie-, documentaire- of animatiefilm, of van animatiereeksen

Il-bażi legali

Ontwerpbesluit van de Vlaamse regering tot toekenning van steun aan audiovisuele werken van het type lange fictie-, documentaire- of animatiefilm, of van animatiereeksen

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja rimborsabbli

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 30 (miljun)

 

Baġit annwali: EUR 5 (miljun)

L-intensità

75 %

It-tul ta' żmien

1.1.2013-31.12.2018

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' films taċ-ċinema, vidjo u programmi tat-televixin

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vlaamse Overheid

Agentschap Ondernemen

Koning Albert II laan 35, bus 12

1030 Brussel

BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

5.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34753 (12/N)

Stat Membru

Ir-Rumanija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Schema de ajutor de stat privind alocarea tranzitorie cu titlu gratuit de certificate pentru emitere de gaze cu efect de seră pentru producătorii de energie electrică

Il-bażi legali

Proiect de lege privind stabilirea schemei de comercializare a certificatelor de emisii de gaze cu efect de seră care va transpune în legislația națională Directiva 2003/87/CE stabilind schema de comercializare a certificatelor de emisii de gaze cu efect de seră în cadrul comunității, revizuită de Directiva 2009/29/CE care amendează Directiva 2003/87/CE în sensul îmbunătățirii și extinderii comercializării certificatelor de emisii de gaze cu efect de seră

Directiva 2003/87/CE revizuită de Directiva 2009/29/CE va fi transpusă în legislația națională prin hotărâre a guvernului până la 31 decembrie 2012

Decizia [C(2011) 1983 final] a Comisiei privind orientările referitoare la metodologia de alocare în mod tranzitoriu de certificate gratuite de emisii pentru instalațiile de producere a electricității în temeiul articolului 10c alineatul (3) din Directiva 2003/87/CE

Comunicarea 2011/C 99/03 a Comisiei – Document de orientare privind aplicarea opțională a articolului 10c din Directiva 2003/87/CE

Hotărârea de guvern nr. 780/2006 de stabilire a unui sistem de comercializare a cotelor de emisii de gaze cu efect de seră

Ordinul nr. 1474/2007 al ministrului mediului și dezvoltării durabile pentru aprobarea Regulamentului privind gestionarea și operarea registrului național al emisiilor de gaze cu efect de seră

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn – Kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2

L-estimi

Baġit globali: RON 5 214 (miljun)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2013-31.12.2019

Setturi ekonomiċi

Ġenerazzjoni, trażmissjoni u tqassim ta' l-elettriku

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerul Economiei, Comerțului și Mediului de Afaceri

Calea Victoriei nr. 152, sector 1

010096 București

ROMÂNIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Jannar 2013

2013/C 16/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3324

JPY

Yen Ġappuniż

119,87

DKK

Krona Daniża

7,4631

GBP

Lira Sterlina

0,83720

SEK

Krona Żvediża

8,6642

CHF

Frank Żvizzeru

1,2446

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4600

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,635

HUF

Forint Ungeriż

292,74

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6975

PLN

Zloty Pollakk

4,1455

RON

Leu Rumen

4,3398

TRY

Lira Turka

2,3460

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2674

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3192

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3296

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5931

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6339

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 410,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,8544

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2879

HRK

Kuna Kroata

7,5638

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 831,19

MYR

Ringgit Malażjan

4,0140

PHP

Peso Filippin

54,107

RUB

Rouble Russu

40,3426

THB

Baht Tajlandiż

39,626

BRL

Real Brażiljan

2,7230

MXN

Peso Messikan

16,7882

INR

Rupi Indjan

71,7440


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Jannar 2013

dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni Ewropea

2013/C 16/03

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Lulju 2010 il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni dwar il-“Green Paper dwar l-għażliet politiċi għall-progress lejn Liġi Kuntrattwali Ewropea għall-konsumaturi u n-negozji” (1). Għadd ta' partijiet interessati mis-settur tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari r-rappreżentanti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni, iddikjaraw li d-differenzi fil-liġi kuntrattwali joħolqu ostakli għall-kummerċ transkonfinali fi prodotti tal-assigurazzjoni.

(2)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011, il-Parlament Ewropew reġa’ tenna t-talba preċedenti tiegħu sabiex jinkludi kuntratti tal-assigurazzjoni fl-ambitu ta’ strument fakultattiv u esprima t-twemmin tiegħu li tali strument jista’ jkun partikolarment utli għal kuntratti tal-assigurazzjoni fuq skala żgħira, filwaqt li stieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi grupp espert ddedikat għal kwalunkwe ħidma preparatorja futura dwar is-servizzi finanzjarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe strument futur possibbli jqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-servizzi finanzjarji.

(3)

Wara l-“Green Paper dwar l-għażliet politiċi għall-progress lejn Liġi Kuntrattwali Ewropea għall-konsumaturi u n-negozji”, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tal-11 ta’ Ottubru 2011. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ kien limitat għal kuntratti għall-bejgħ ta’ merkanzija, kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u kuntratti għas-servizzi relatati, peress li l-merkanzija hija l-parti l-kbira tal-kummerċ intern tal-UE u l-kummerċ fil-prodotti diġitali għandu importanza ekonomika li qiegħda dejjem tikber.

(4)

Fis-16 ta’ Frar 2012 il-Kummissjoni adottat il-White Paper, “Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli”, li tressaq pakkett ta’ inizjattivi bl-għan li tiffaċilita l-iżvilupp tat-tfaddil privat komplementari għall-irtirar. Il-miżura 19, li hija parti minn dan il-pakkett, ħabbret li l-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali dwar id-disinn u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja ma’ funzjonijiet ta' tfaddil/investiment sabiex jiġi ffaċilitat it-tqassim transkonfinali ta’ ċerti prodotti ta’ pensjonijiet privati.

(5)

Wara li tqiesu l-kontribuzzjonijiet tal-partijiet interessati għall-konsultazzjoni dwar il-“Green Paper dwar l-għażliet politiċi għall-progress lejn Liġi Kuntrattwali Ewropea għall-konsumaturi u n-negozji” u wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’Ġunju 2011, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni fis-settur tal-assigurazzjoni jistħoqqilha analiżi speċifika fil-fond. Għalhekk il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li teżamina jekk id-differenzi fil-liġi dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni jippreżentaw ostakoli għall-kummerċ transkonfinali fi prodotti tal-assigurazzjoni.

(6)

Filwaqt li tirrikonoxxi l-bżonn li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-servizzi finanzjarji, il-Kummissjoni tqis li hu neċessarju li jitwaqqaf grupp ta’ esperti biex jassistu u jippermettu lill-Kummissjoni biex tuża firxa wiesgħa ta’ għarfien prattiku u għarfien għall-fini tal-analiżi tagħha.

(7)

Il-grupp ta’ esperti għandu jesplora jekk id-differenzi bejn kuntratt tal-assigurazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri joħolqux ostakoli għall-kummerċ transkonfinali u jekk iva, f’liema oqsma speċifiċi tal-assigurazzjoni, inklużi ċerti prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jistgħu jservu bħala pensjonijiet privati, dan huwa l-każ. Il-grupp ta’ esperti għandu joħroġ rapport ibbażat fuq is-sejbiet tiegħu.

(8)

Il-grupp ta’ esperti għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ partijiet interessati, inklużi l-industrija tal-assigurazzjoni, l-utenti ewlenin ta’ prodotti tal-assigurazzjoni u prattikanti b’esperjenza fit-tfassil tal-kuntratti tal-assigurazzjoni. Il-grupp ta’ esperti jista’ wkoll jinkludi l-esperti li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, bħal akkademiċi b’għarfien espert speċifiku fil-qasam tal-liġi kuntrattwali u b’mod partikolari l-liġi kuntrattwali tal-assigurazzjoni. Il-kompożizzjoni tal-grupp ta’ esperti tista’ tvarja skont il-kompiti speċifiċi tagħha.

(9)

Ir-regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-grupp ta’ esperti għandhom jiġu stabbiliti.

(10)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni Ewropea

Il-grupp ta’ esperti “Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni Ewropea”, minn hawn 'il quddiem msejjaħ “Il-Grupp ta’ Esperti” huwa b’hekk imwaqqaf.

Artikolu 2

Il-Kompitu

1.   Il-kompitu tal-Grupp ta’ Esperti għandu jkun li jwettaq analiżi sabiex jgħin lill-Kummissjoni meta teżamina jekk id-differenzi fil-liġijiet kuntrattwali joħolqux ostakolu għall-kummerċ transkonfinali fi prodotti tal-assigurazzjoni.

2.   Jekk il-Grupp ta’ Esperti jsib li d-differenzi fil-liġijiet kuntrattwali jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ transkonfinali fi prodotti tal-assigurazzjoni, huwa għandu jidentifika ż-żoni tal-assigurazzjoni li x’aktarx ikunu affettwati b’mod partikulari minn dawn l-ostakoli.

3.   Sal-aħħar tal-2013 il-Grupp ta’ Esperti għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport dwar is-sejbiet tiegħu.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-Grupp ta’ Esperti dwar kwalunkwe kwistjoni li jkollha x’taqsam mal-liġi kuntrattwali tal-assigurazzjoni u ma’ kwistjonijiet rilevanti tal-liġi kuntrattwali.

Artikolu 4

Sħubija – Ħatra

1.   Il-Grupp ta’ Esperti se jkun magħmul minn massimu ta’ 20 membru.

2.   Il-membri jistgħu ikunu individwi maħtura b’kapaċità personali, individwi li jirrappreżentaw interess komuni – bħall-interess ta’ fornituri tal-assigurazzjoni, utenti tal-assigurazzjoni jew professjonisti legali – kif ukoll organizzazzjonijiet tal-assigurazzjoni, utenti tal-organizzazzjonijiet tal-assigurazzjoni u organizzazzjonijiet tal-avukati.

3.   Membri maħtura fil-kapaċità personali tagħhom jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Huma għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ Ġustizzja minn fost speċjalisti b’għarfien speċifiku fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 u li jkunu wieġbu s-sejħa għall-applikazzjonijiet. Individwi maħtura biex jirrappreżentaw l-interess komuni m’għandhomx jirrappreżentaw partijiet interessati individwali. Huma għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ Ġustizzja minn partijiet interessati li għandhom kompetenza u interess qawwi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2 u lesti li jikkontribwixxu għax-xogħol tal-Grupp ta’ Esperti u li jkunu wieġbu għal sejħa għall-applikazzjonijiet. L-organizzazzjonijiet għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti tagħhom. Il-membri għandhom jinħatru fuq il-bażi tad-determinazzjoni tagħhom li jiddedikaw il-ħin meħtieġ sabiex jikkontribwixxu b’mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti.

4.   Il-membri tal-Grupp ta’ Esperti għandhom jinħatru għal terminu fiss ta’ sentejn li jispiċċa 24 xahar wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

5.   Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-Grupp ta’ Esperti, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jew l-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jiġu ssostitwiti għall-kumplament tal-mandat tagħhom.

6.   Il-membri maħtura b’kapaċità personali għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni fejn jistqarru li huma jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

7.   L-ismijiet tal-membri għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u ta’ entitajiet simili (“ir-Reġistru”) u fuq is-sit tal-Internet tad-DĠ Ġustizzja.

8.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi proċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (2).

Artikolu 5

Kif se jaħdem

1.   Il-Grupp ta’ Esperti għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, il-grupp jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw mistoqsijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza definiti mill-grupp. Dawn is-sottogruppi jiżżarmaw malli jkunu wettqu l-mandat tagħhom.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistieden esperti li mhumiex membri tal-Grupp ta’ Esperti b’kompetenzi speċifiċi fis-suġġett dwar l-aġenda, biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti jew tas-sottogrupp fuq bażi ad hoc. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jagħti status ta’ osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet kif inhu definit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta’ esperti u l-pajjiżi kandidati (3).

4.   Il-membri tal-Grupp ta’ Esperti kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti mit-Trattati u r-regoli tal-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà relatata mal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri kollha xierqa.

5.   Il-Grupp ta’ Esperti u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tipprovdi s-servizzi segretarjali. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti u tas-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-Kummissjoni tippubblika dokumenti relevanti dwar l-attivitajiet tal-grupp bħal aġendi u minuti, billi jew tinkludihom fir-Reġistru jew permezz ta’ link mir-Reġistru għal sit tal-internet iddedikat. Għandhom jiġu previsti eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ dokument meta l-iżvelar tiegħu jkun idgħajjef il-ħarsien ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Kwalunkwe riżultat jew drittijiet fuqu, inklużi d-drittijiet tal-awtur u drittijiet intellettwali jew industrijali oħra, li jinkisbu fil-prestazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti, għandhom ikunu l-proprjetà biss tal-Unjoni, li tista’ tużahom, tippubblikahom, tassenjahom jew tittrasferihom kif tħoss xieraq, mingħajr limitazzjoni ġeografika jew xi limitazzjoni oħra, ħlief fejn id-drittijiet tal-proprjetà industrijali jew intellettwali jkunu jeżistu qabel ma jkun sar il-Grupp ta’ Esperti.

Artikolu 6

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Grupp ta’ Esperti ma jiġux irrimunerati għas-servizzi li jagħtu.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jkunu għamlu dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   L-ispejjeż tal-laqgħat jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Applikabbiltà

Id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 24 xahar wara l-adozzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar estensjoni possibbli qabel din id-data.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Viċi President


(1)  COM(2010) 348 finali, 1.7.2010.

http://europa.eu/legislation_summaries/enterprise/business_environment/co0016_en.htm

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(3)  S. http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/PDF/SEC_2010_EN.pdf


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/9


Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma annwali dwar il-Politika Marittima Integrata għall-2012

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1447)

2013/C 16/04

Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport, varat sejħa għall-proposti sabiex jingħataw għotjiet lill-proġetti f’konformità mal-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ ħidma annwali dwar il-Politika Marittima Integrata għall-2012 adottata mill-Kummissjoni C(2012) 1447 tat-12 ta’ Marzu 2012

L-ammont massimu disponibbli taħt din is-sejħa għall-proposti huwa EUR 400 000.

Is-sejħa tagħlaq fis-27 ta’ April 2013.

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/transport/facts-fundings/grants/index_en.htm