ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.013.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-QORTI TAL-AWDITURI |
|
2013/C 013/01 |
||
MT |
|
III Atti preparatorji
IL-QORTI TAL-AWDITURI
16.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/1 |
OPINJONI Nru 9/2012
dwar proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 — (COM(2012) 496 finali — 2011/0276 (COD))
(skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
2013/C 13/01
WERREJ
|
Paragrafu |
Paġna |
Introduzzjoni… |
1 – 2 |
2 |
Osservazzjonijiet ġenerali… |
3 – 6 |
2 |
IL-QORTI TAL-AWDITURI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5, u 17 u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 174 sa 178, 287(4), it-tieni subparagrafu, 317, 318 u 322 tiegħu;
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1);
Wara li kkunsidrat it-talba tal-Parlament għal opinjoni, li waslet għand il-Qorti fit-12 ta’ Novembru 2012;
Wara li kkunsidrat il-proposta għal Regolament emendat ippreżentat mill-Kummissjoni (2);
Wara li kkunsidrat l-Opinjoni Nru 1/2010 tagħha dwar “It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni Ewropea: Riskji u sfidi” (3) u l-Opinjoni Nru 7/2011 tagħha dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (4);
Billi, skont l-Artikolu 5 TUE, l-Unjoni tieħu azzjoni f’oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva tagħha, biss jekk u sa fejn l-objettivi tal-azzjoni prevista, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħha jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni;
Billi, skont l-Artikolu 174 TFUE, sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha inġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha;
Billi l-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi (l-Artikolu 17(1) TUE), hija għandha timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw li l-approprjazzjonijiet ikunu użati skont il-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba (l-Artikolu 317 TFUE),
ADOTTAT L-OPINJONI LI ĠEJJA:
INTRODUZZJONI
1. |
Il-proposta emendata tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni dwar l-FEŻR, l-FSE, l-FK, l-FAEŻR u l-FEMS u d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi tal-politika ta' koeżjoni jittrattaw essenzjalment l-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK). |
2. |
Filwaqt li din l-opinjoni hija limitata għall-proposta emendata tal-Kummissjoni, il-Qorti tixtieq tirreferi b’mod ġenerali għall-Opinjoni Nru 7/2011 tagħha. |
OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI
3. |
Il-proposta emendata tal-Kummissjoni timmodifika l-ambitu tal-QSK u taqsam l-elementi tiegħu bejn anness ġdid (l-Anness I) għar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni u att iddelegat tal-Kummissjoni. Dan joħloq ir-riskju li tiżdied aktar il-kumplessità tal-politika. |
4. |
Il-Qorti tosserva li l-għan tal-QSK ikompli jkun li dan jipprovdi direzzjoni strateġika ċara għall-proċess ta’ programmazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u r-reġjuni (ara l-Premessa 14 u l-Artikoli 2(2) u 10 tal-proposta emendata). Madankollu, b’kuntrast għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, il-QSK mhux se jkompli jikkonverti aktar l-objettivi tal-Unjoni f’azzjonijiet ewlenin għall-Fondi. Minflok, il-Leġiżlatur, għal kull objettiv tematiku, jiddelega lill-Kummissjoni l-istabbiliment ta’ azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli u prinċipji korrispondenti għat-twassil ta’ riżultati, u ta’ prijoritajiet għall-kooperazzjoni (ara l-Artikoli 11 u 12 tal-proposta emendata). F'konformità mal-Opinjoni preċedenti tagħha (ara l-paragrafu 8 tal-Opinjoni Nru 7/2011), il-Qorti tikkunsidra li dan fil-fatt jirrapreżenta element ewlieni u deċiżiv tal-iskema futura ta’ Koeżjoni. B’riżultat ta’ dan, huwa għandu jiġi kkunsidrat bħala element essenzjali tal-leġiżlazzjoni tal-UE li, skont l-Artikolu 290 TFUE, ma jistax ikun is-suġġett ta’ delega ta’ setgħa. |
5. |
Il-Qorti tixtieq tfakkar ukoll ir-rakkomandazzjoni tagħha li l-kunċett ta’ valur miżjud Ewropew għandu jkun ippronunzjat b’mod ċar f’dikjarazzjoni politika xierqa jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex tingħata gwida lill-awtoritajiet politiċi tal-UE li għandha tintuża meta jkunu qed jintgħażlu l-prijoritajiet tan-nefqa (ara l-paragrafu 18 tal-Opinjoni Nru 1/2010). L-approvazzjoni tal-qafas legali għall-perjodu 2014-20 tipprovdi opportunità favorevoli biex dan isir. Kjarifika bħal din tkun tidher anke aktar importanti jekk tiġi kkonfermata l-intenzjoni li l-Kummissjoni tingħata d-delega li tidentifika l-azzjonijiet ta' valur miżjud Ewropew għoli. F’dan ir-rigward il-Qorti tosserva li d-definizzjoni mogħtija mill-proposta emendata (ara l-Artikolu 2(4) tal-proposta emendata) mhijiex ċara biżżejjed fir-rigward tal-kriterji sottostanti li jkunu jippermettu l-għażla ta’ azzjonijiet li jagħtu kontribut sinifikanti għall-kisba tal-miri u objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u li għandhom jaġixxu bħala punt ta’ riferiment fit-tħejjija tal-programmi. |
6. |
Barra minn hekk, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-azzjonijiet kollha tal-UE għandhom jinħolqu bl-objettiv li jipprovdu valur miżjud tal-UE. Ir-referenza għal lista “indikattiva” ta’ azzjonijiet (l-Artikolu 12 tal-proposta emendata) tidher li tissuġġerixxi li r-rekwiżit li jitwassal valur miżjud tal-UE huwa sempliċiment volontarju. |
Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) COM(2012) 496 finali tal-11 ta’ Settembru 2012.
(3) http://eca.europa.eu