ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.009.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
12ta' Jannar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 009/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 399, 22.12.2012

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 009/02

Teħid ta’ ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2013/C 009/03

Għażla tal-awla inkarigata mill-kawżi msemmija fl-Artikoli 193 u 194 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 009/04

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 009/05

Kawża C-247/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas (Appell — Dumping — Regolament (KE) Nru 1472/2006 — Importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u l-Vjetnam — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 2(7)(b) — L-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq — Artikolu 9(6) — Trattament individwali — Artikolu 17(3) — Teħid ta’ kampjuni — Artikolu 20(5) — Drittijiet tad-difiża)

5

2013/C 009/06

Kawża C-342/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Ftehim ŻEE — Artikolu 40 — Tassazzjoni ta’ dividendi mqassma lill-fondi ta’ pensjoni barranin)

5

2013/C 009/07

Kawża C-511/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Hildesheim vs BLC Baumarkt GmbH & Co. KG (Sitt Direttiva tal-VAT — It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Oġġetti u servizzi użati kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti — Kiri ta’ proprjetà għal skopijiet kummerċjali u residenzjali — Kriterju tal-kalkolu tal-proporzjon imnaqqsa tal-VAT)

6

2013/C 009/08

Kawża C-528/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 2001/14/KE — Artikoli 6(2) sa (5), u 11 — Kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-ferroviji — Organu ta’ kontroll — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

6

2013/C 009/09

Kawżi magħquda C-539/10 P u C-550/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Stichting Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-539/10 P), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Stichting Al-Aqsa, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-550/10 P) (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Ġlieda kontra t-terroriżmu — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet — Iffriżar ta’ fondi — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Artikolu 1(4) u (6) — Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Artikolu 2(3) — Inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet involuti f’atti terroristiċi — Kundizzjonijiet — Deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti — Tħassir ta’ miżura nazzjonali — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà tal-appell — Dritt għar-rispett tal-proprjetà — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Artikolu 253 KE — Obbligu ta’ motivazzjoni)

7

2013/C 009/10

Kawża C-551/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA (Appell — Konċentrazzjonijiet ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba — Regolament (KEE) Nru 4064/89 — Ftehim ta’ holding — Motivi ineffettivi)

8

2013/C 009/11

Kawżi magħquda C-553/10 u C-554/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Éditions Odile Jacob SAS, Wendel Investissement SA, Lagardère SCA u Lagardère SCA vs Éditions Odile Jacob SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Wendel Investissement SA (Appell — Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba — Annullament tad-deċiżjoni relatata mal-approvazzjoni ta’ impriża tal-investiment bħala akkwirenti tal-assi ċeduti — Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju)

8

2013/C 009/12

Kawża C-34/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Kontroll tal-polluzzjoni — Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

9

2013/C 009/13

Kawża C-35/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — Test Claimants in the FII Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE — Tqassim ta’ dividendi — Taxxa fuq il-kumpanniji — Kawża C-446/04 — Test Claimants in the FII Group Litigation — Interpretazzjoni tas-sentenza — Prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika — Ekwivalenza tal-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni — Kunċetti ta’ rati ta tassazzjoni u ta’ livelli ta’ tassazzjoni differenti — Dividendi li ġejjin minn pajjiż terz)

9

2013/C 009/14

Kawża C-40/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Il-Ġermanja) — Yoshikazu Iida vs Stadt Ulm (Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 51 — Direttiva 2003/109/KE — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Dritt ta’ residenza fi Stat Membru — Direttiva 2004/38/KE — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni — Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jakkumpanjax u ma jingħaqadx ma’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti u li jibqa’ fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin — Dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ ċittadin li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor — Ċittadinanza tal-Unjoni — Drittijiet fundamentali)

10

2013/C 009/15

Kawża C-56/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G. vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH (Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Servizzi ta’ pproċessar — Obbligu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar li jipprovdi informazzjoni lid-detentur tad-drittijiet Komunitarji — Rekwiżiti fir-rigward tal-mument u tal-kontenut tat-talba għal informazzjoni)

11

2013/C 009/16

Kawża C-131/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Pfeifer & Langen KG vs Hauptzollamt Aachen (Agrikoltura — Regolament (KEE) Nru 1443/82 — Artikolu 3(4) — Applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor — Kwantità żejda ta’ zokkor ikkonstatata mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru matul spezzjoni a posteriori li saret fil-proprjetà tal-produttur — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan l-ammont żejjed fl-istabbiliment tal-ammont definittiv ta’ produzzjoni għas-sena kummerċjali li matulha d-differenza hija kkonstatata)

11

2013/C 009/17

Kawża C-165/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky — Is-Slovakkja) — Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky vs Profitube spol. sro (Sitt Direttiva tal-VAT — Applikabbiltà — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Merkanzija provenjenti minn pajjiż terz u mqiegħda taħt proċedura f’magażinaġġ doganali fit-territorju ta’ Stat Membru — Ipproċessar ta’ merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul taħt is-sistema sospensiva — Bejgħ ta’ merkanzija u tqegħid mill-ġdid taħt il-proċedura f’magażinaġġ doganali — Żamma fl-istess maħżen doganali matul it-tranżazzjonijiet kollha — Kunsinna ta’ beni magħmula bi ħlas fit-territorju nazzjonali — Fatt li jiġġenera l-VAT)

12

2013/C 009/18

Kawża C-174/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TieniAwla) tal-15 ta' Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Steglitz vs Ines Zimmermann (Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13 A(1)(g) u (2) — Servizzi strettament marbuta mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali minn organi rregolati mid-dritt pubbliku jew minn organi oħra rikonoxxuti bħala li għandhom natura soċjali — Rikonoxximent — Kundizzjonijiet li ma humiex applikabbli għall-organi li ma humiex irregolati mid-dritt pubbliku — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Limiti — Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

13

2013/C 009/19

Kawża C-180/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) — l-Ungerija) — Bericap Záródástechnikai bt vs Plastinnova 2000 kft (Direttiva 2004/48/KE — Regoli tal-eżami ta’ provi fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-qorti nazzjonali li hija mitluba tiddeċiedi dwar talba għal annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità — Setgħat tal-qorti nazzjonali — Konvenzjoni ta’ Pariġi — Ftehim TRIPs)

13

2013/C 009/20

Kawża C-199/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel Brussell — il-Belġju) — Europese Gemeenschap vs Otis NV, General Technic-Otis Sàrl, Kone Belgium NV, Kone Luxembourg Sàrl, Schindler NV, Schindler Sàrl, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV, ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl (Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea quddiem il-qrati nazzjonali — Artikoli 282 KE u 335 TFUE — Talba għad-danni minħabba d-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal smigħ xieraq — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003)

14

2013/C 009/21

Kawżi magħquda C-229/11 u C-230/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Passau — il-Ġermanja) — Alexander Heimann (C-229/11), Konstantin Toltschin (C-230/11) vs Kaiser GmbH (Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Tnaqqis fil-ħin tax-xogħol (Kurzarbeit) — Tnaqqis tad-dritt għal-leave annwali mħallas fuq il-bażi tat- tnaqqis fil-ħin tax-xogħol — Kumpens finanzjarju)

14

2013/C 009/22

Kawża C-244/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 43 KE u 56 KE — Sistema li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwist ta’ drittijiet ta’ vot li jirrappreżentaw iktar minn 20 % tal-kapital azzjonarju ta’ ċerti kumpanniji pubbliċi limitati strateġiċi — Mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ ċerti deċiżjonijiet meħuda minn dawn il-kumpanniji)

15

2013/C 009/23

Kawża C-245/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Asylgerichtshof (l-Awstrija) — K vs Bundesasylamt (Regolament (KE) Nru 343/2003 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil ippreżentata fi Stat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Klawżola umanitarja — Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament — Persuna li tibbenefika minn ażil fi Stat Membru li tiddependi mill-assistenza tal-applikant għal ażil minħabba l-fatt li tbati minn marda gravi — Artikolu 15(2) tar-regolament — Obbligu ta’ dan l-Istat Membru, li ma huwiex responsabbli fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tal-istess regolament, li jeżamina t-talba għal ażil imressqa mill-imsemmi applikant għal ażil — Kundizzjonijiet)

15

2013/C 009/24

Kawża C-268/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hamburgisches Oberverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Atilla Gülbahce vs Freie und Hansestadt Hamburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) — Drittijiet tal-ħaddiema Torok li jappartjenu għas-suq legali tax-xogħol — Irtirar retroattiv ta’ permess ta’ residenza)

16

2013/C 009/25

Kawża C-271/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Techniko Epimelitirio Ellados et vs Ypourgos Esoterikon, Dimosisias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonias, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon (Trasport bl-ajru — Regolament Nru 2042/2003 — Regoli tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili — Adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru — Approvazzjoni tal-membri tal-persunal involut fix-xogħol ta’ spezzjoni — Kwalifiki mitluba)

16

2013/C 009/26

Kawża C-299/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjizi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs Gemeente Vlaardingen (Tassazzjoni — VAT — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Applikazzjoni għall-iskopijiet tan-negozju ta’ merkanzija akkwistata matul tali negozju — Assimilazzjoni ma’ provvista magħmula bi ħlas — Grawnds li huma l-proprjetà tal-persuna taxxabbli u li ġew ittrasformati minn terz)

17

2013/C 009/27

Kawża C-351/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — KGH Belgium NV vs Belgische Staat (Dejn doganali — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Dħul fil-kontijiet ta’ dazji — Modalitajiet prattiċi)

18

2013/C 009/28

Kawża C-417/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Nadiany Bamba, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Artikolu 296 TFUE — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt għar-rispett tal-proprjetà)

18

2013/C 009/29

Kawża C-438/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) Lagura Vermögensverwaltung GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen (Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 220(2)(b) — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Impossibbiltà li tiġi vverifikata l-eżattezza ta’ ċertifikat ta’ oriġini — Kunċett ta’ ċertifikat ibbażat fuq preżentazzjoni inkorretta tal-fatti mill-esportatur — Oneru tal-prova — Skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati)

19

2013/C 009/30

Kawża C-456/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bremen — Il-Ġermanja) — Gothaer Allgemeine Versicherung AG, ERGO Versicherung AG, Versicherungskammer Bayern-Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts, Nürnberger Allgemeine Versicherungs AG, Krones AG vs Samskip GmbH (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 32 u 33 — Rikonoxximent ta’ sentenzi ta’ qorti — Kunċett ta’ sentenza — Effetti ta’ sentenza ta’ qorti fuq il-ġurisdizzjoni internazzjonali — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni)

19

2013/C 009/31

Kawża C-461/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Stockholms tingsrätt — L-Isvezja) — Ulf Kazimierz Radziejewski vs Kronofogdemyndigheten i Stockholm (Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Proċedura ta’ ħelsien totali jew parzjali mid-dejn — Debitur persuna fiżika — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza)

20

2013/C 009/32

Kawża C-469/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għad-danni — Ċaħda ta’ offerta magħmula fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Unjoni — Terminu ta’ preskrizzjoni — Bidu tad-dekorrenza — Applikazzjoni tat-terminu għal raġuni ta’ distanza)

20

2013/C 009/33

Kawża C-532/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Köln — il-Ġermanja) — Susanne Leichenich vs Ansbert Peffekoven, Ingo Horeis (Direttiva 77/388/KEE — VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13(B)(b) — Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli — Barkun mingħajr mutur propulsiv, sorġut b’mod permanenti tul ix-xatt ta’ xmara — Kiri tal-barkun, inklużi l-puntun, l-art u l-medda ta’ ilma relatati miegħu — Assenjazzjoni esklużiva għall-użu permanenti ta’ restorant/diskoteka — Servizz uniku)

21

2013/C 009/34

Kawża C-558/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — SIA Kurcums Metal vs Valsts ieņēmumu dienests (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kejbils ibridi Taifun prodotti fir-Russja, komposti minn polipropilen u minn ħajt tal-azzar — Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi u marbuta b’kavilji — Dazji antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kejbils tal-ħadid jew tal-azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija)

21

2013/C 009/35

Kawża C-286/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikoli 2 u 6(1) — Regoli nazzjonali li jobbligaw lill-imħallfin, lill-prosekuturi pubbliċi u lin-nutara li jkunu laħqu l-età ta’ 62 sena jieqfu mill-attività professjonali tagħhom — Oġġettivi leġittimi li jiġġustifikaw differenza fit-trattament fil-konfront tal-ħaddiema li jkollhom inqas minn 62 sena — Natura proporzjonata tat-tul tal-perijodu tranżitorju)

22

2013/C 009/36

Kawża C-502/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss vs Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture (Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Direttiva 93/37/KEE — Artikolu 6 — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni li tillimita l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ sejħa għal offerti lil kumpanniji li jeżerċitaw attività kummerċjali, b’esklużjoni tal-kumpanniji rregolati bid-dritt ċivili (società semplice) — Għanijiet istituzzjonali u statutorji — Impriżi agrikoli)

22

2013/C 009/37

Kawża C-554/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ottubru 2012 — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għad-dokumenti — Rifjut ta’ aċċess komplet għad-dokumenti marbuta mal-kuntratt LIEN 97-2011 — Rikors għal annullament — Eżami ġdid fil-mori tal-kawża — Preżentata ta’ rikors għal annullament distint)

23

2013/C 009/38

Kawża C-559/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen — il-Belġju) — Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Schoten NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV (Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 2005/29/KE — Prattiċi kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ftuħ ta’ stabbiliment sebat ijiem fil-ġimgħa)

23

2013/C 009/39

Kawża C-581/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Muhamad Mugraby vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Ksur ta’ drittijiet fundamentali u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Libaniża — Astensjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni milli tadotta miżuri kontra r-Repubblika Libaniża — Rikors għad-danni — Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli)

24

2013/C 009/40

Kawża C-587/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 — Omnicare, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Astellas Pharma GmbH (Appell — Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OMNICARE CLINICAL RESEARCH — Oppożizzjoni — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni — Rikors — Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiċħad dan ir-rikors — Ċessjoni tal-oppożizzjoni — Appell — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

24

2013/C 009/41

Kawża C-356/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Lulju 2012 — Wolfgang Glatzel vs Freistaat Bayern

25

2013/C 009/42

Kawża C-401/12 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

25

2013/C 009/43

Kawża C-402/12 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2012 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

26

2013/C 009/44

Kawża C-403/12 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2012 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

26

2013/C 009/45

Kawża C-404/12 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-338/08 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni

27

2013/C 009/46

Kawża C-405/12 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2012 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-338/08 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni

28

2013/C 009/47

Kawża C-429/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fil-21 ta’ Settembru 2012 — Siegfried Pohl vs ÖBB Infrastruktur AG

28

2013/C 009/48

Kawża C-441/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Almer Beheer BV et vs Van den Dungen Vastgoed BV et

29

2013/C 009/49

Kawża C-442/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Jan Sneller vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

30

2013/C 009/50

Kawża C-459/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ottubru 2012 — Werner Krieger vs ERGO Lebensversicherung AG

30

2013/C 009/51

Kawża C-461/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof de ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Ottubru 2012 — Granton Advertising BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Haaglanden (kantoor Den Haag)

30

2013/C 009/52

Kawża C-464/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-17 ta’ Ottubru 2012 — ATP PensionService A/S vs Skatteministeriet

31

2013/C 009/53

Kawża C-481/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Ottubru 2012 — Juvelta prieš VĮ vs Lietuvos prabavimo rūmai

32

2013/C 009/54

Kawża C-482/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (ir-Repubblika Slovakka) fid-29 ta’ Ottubru 2012 — Peter Macinský, Eva Macinská vs Getfin s.r.o., Financreal s.r.o.

32

2013/C 009/55

Kawża C-493/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Novembru 2012 — Eli Lilly and Company Ltd vs Human Genome Sciences Inc

33

2013/C 009/56

Kawża C-524/12: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 minn TeamBank AG Nürnberg mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-220/11 — TeamBank AG Nürnberg vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

33

2013/C 009/57

Kawża C-317/11: Digriet tal-President tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesarbeitsgericht Berlin — il-Ġermanja) — Rainer Reimann vs Philipp Halter GmbH & Co. Sprengunternehmen KG

34

2013/C 009/58

Kawża C-606/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — Grattan plc vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

34

2013/C 009/59

Kawża C-150/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isvezja) — Eva-Marie Brännström, Rune Brännström vs Ryanair Holdings plc

34

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 009/60

Kawża T-270/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994–1999) dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja))

35

2013/C 009/61

Kawża T-76/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Sajd — Miżuri ta’ konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 — Tnaqqis mill-kwoti mogħtija għal sena minħabba li jkunu nqabżu l-kwoti mogħtija għas-snin preċedenti — Applikazzjoni ratione temporis — Ċertezza legali — Interpretazzjoni li tiggarantixxi l-osservanza tad-dritt primarju — Prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Nuqqas ta’ retroattività)

35

2013/C 009/62

Kawża T-338/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Getty Images vs UASI (PHOTOS.COM) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja verbali PHOTOS.COM — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

35

2013/C 009/63

Kawża T-558/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Atlas vs UASI — Couleurs de Tollens (ARTIS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARTIS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARTIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

36

2013/C 009/64

Kawża T-589/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2012 — Phonebook of the World vs UASI — Seat Pagine Gialle (PAGINE GIALLE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali PAGINE GIALLE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Assenza ta’ sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw komunement — Artikolu 7(1)(b) sa (d), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Kisba ta’ karattru distintiv bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009)

36

2013/C 009/65

Kawża T-286/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kumpens għad-dannu kkawżat mill-fatt li ittra dwar l-ispejjeż ta’ kawża ntbagħtet lill-avukat li rrappreżenta lir-rikorrent f’din il-kawża — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

36

2013/C 009/66

Kawża T-219/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Esklużjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2013/C 009/67

Kawża T-227/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara li ġie ppreżentat ir-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2013/C 009/68

Kawża T-345/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2012 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-komunikazzjoni tagħha dwar il-kooperazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi)

37

2013/C 009/69

Kawża T-403/12 R: Digriet tal-imħallef għal miżuri provviżorji tal-14 ta’ Novembru 2012 — Intrasoft International vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ċaħda ta’ offerta — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

38

2013/C 009/70

Kawża T-467/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2012 — Tridium vs UASI — q-bus Mediatektur (SEDONA FRAMEWORK)

38

2013/C 009/71

Kawża T-471/12: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2012 — Meta Group vs Il-Kummissjoni

39

2013/C 009/72

Kawża T-474/12: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Giorgis vs UASI — Comigel (Forma ta’ tazzi tax-xorb)

40

2013/C 009/73

Kawża T-475/12: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2012 — LaserSoft Imaging vs UASI (WorkflowPilot)

41

2013/C 009/74

Kawża T-476/12: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il-Kummissjoni

41

2013/C 009/75

Kawża T-486/12: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2012 — Golam vs UASI — Pentafarma (METABOL)

42

2013/C 009/76

Kawża T-488/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2012 — CITEB u Belgo-Metal vs Il-Parlament

42

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/1


2013/C 9/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 399, 22.12.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 389, 15.12.2012

ĠU C 379, 8.12.2012

ĠU C 373, 1.12.2012

ĠU C 366, 24.11.2012

ĠU C 355, 17.11.2012

ĠU C 343, 10.11.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/2


Teħid ta’ ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 9/02

Maħtur bħala Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ April 2012 (1), għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2012 u s-6 ta’ Ottubru 2018, N. Wahl ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-28 ta’ Novembru 2012.


(1)  ĠU L 121, 08.05.2012, p. 21.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/2


Għażla tal-awla inkarigata mill-kawżi msemmija fl-Artikoli 193 u 194 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 9/03

Matul il-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Novembru 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet, għal perijodu ta’ sena li jintemm fis-6 ta’ Ottubru 2013, ir-Raba’ Awla bħala l-awla inkarigata, skont l-Artikolu 191 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-kawżi msemmija fl-Artikoli 193 u 194 tar-Regoli tal-Proċedura.


Il-Qorti Ġenerali

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/3


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2013/C 9/04

Fid-29 ta’ Novembru 2012, il-Laqgħa Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, sussegwentement għad-dħul fil-kariga bħala Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ N. Wahl, li temenda d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2010 (1), tas-26 ta’ Ottubru 2010 (2), tad-29 ta’ Novembru 2010 (3), tal-20 ta’ Settembru 2011 (4), tal-25 ta’ Novembru 2011 (5), tas-16 ta’ Mejju 2012 (6), tas-17 ta’ Settembru 2012 (7) u tad-9 ta’ Ottubru 2012 (8), dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli.

Għall-perijodu bejn id-29 ta’ Novembru 2012 u d-dħul fil-kariga tal-Membru Svediż, l-Imħallfin huma assenjati lill-awli b’dan il-mod:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

J. Azizi, President tal-Awla, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen, D. Gratsias, M. Kancheva u E. Buttigieg, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

J. Azizi, President tal-Awla;

a)

S. Frimodt Nielsen u M. Kancheva, Imħallfin;

b)

S. Frimodt Nielsen u E. Buttigieg, Imħallfin;

c)

M. Kancheva u E. Buttigieg, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

N. J. Forwood, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek u J. Schwarcz, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

N. J. Forwood, President tal-Awla;

 

F. Dehousse, Imħallef;

 

J. Schwarcz, Imħallef.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

O. Czúcz, President tal-Awla, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen, D. Gratsias, M. Kancheva u E. Buttigieg, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

O. Czúcz, President tal-Awla;

 

I. Labucka, Imħallef;

 

D. Gratsias, Imħallef.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

I. Pelikánová, President tal-Awla;

 

K. Jürimäe, Imħallef;

 

M. van der Woude, Imħallef.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

S. Papasavvas, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

S. Papasavvas, President tal-Awla;

 

V. Vadapalas, Imħallef;

 

K. O’Higgins, Imħallef.

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

H. Kanninen, President tal-Awla, M. E. Martins Ribeiro, S. Soldevila Fragoso, A. Popescu u G. Berardis, Imħallfin.

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

H. Kanninen, President tal-Awla, S. Soldevila Fragoso u G. Berardis, Imħallfin;

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek u J. Schwarcz, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

A. Dittrich, President tal-Awla;

 

I. Wiszniewska-Białecka, Imħallef;

 

M. Prek, Imħallef.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

L. Truchot, President tal-Awla, M. E. Martins Ribeiro, S. Soldevila Fragoso, A. Popescu u G. Berardis, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

L. Truchot, President tal-Awla;

 

M. E. Martins Ribeiro, Imħallef;

 

A. Popescu, Imħallef.

Għall-perijodu bejn id-29 ta’ Novembru 2012 u d-dħul fil-kariga tal-Membru Svediż:

fl-Ewwel Awla Estiża, l-Imħallfin li flimkien mal-President tal-Awla jikkomponu l-kulleġġ ġudikanti estiż għandhom ikunu ż-żewġ Imħallfin l-oħra tal-Ewwel Awla kif inizjalment adita, ir-raba’ Mħallef ta’ din l-awla u Mħallef tat-Tielet Awla komposta minn tliet Imħallfin. Dan tal-aħħar, li ma għandux ikun il-President tal-Awla, għandu jintgħażel skont l-ordni prevista fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

fit-Tielet Awla Estiża, l-Imħallfin li flimkien mal-President tal-Awla jikkomponu l-kulleġġ ġudikanti estiż għandhom ikunu ż-żewġ Imħallfin l-oħra tat-Tielet Awla kif inizjalment adita u żewġ Imħallfin tal-Ewwel Awla, kulleġġ ġudikanti kompost minn erba’ Mħallfin. Dawn l-aħħar żewġ Imħallfin, li ebda wieħed minnhom ma għandu jkun il-President tal-Awla, għandhom jintgħażlu skont l-ordni prevista fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

fl-Ewwel Awla komposta minn tliet Imħallfin, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost mill-President tal-Awla flimkien mal-Imħallfin imsemmija suċċessivament fil-punti (a), (b) jew (c), skont il-kulleġġ ġudikanti li jkun jagħmel parti minnu l-Imħallef Relatur. Għall-kawżi li fihom il-President tal-Awla jkun l-Imħallef Relatur, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost mill-President tal-Awla flimkien mal-Imħallfin ta’ kull wieħed minn dawn il-kulleġġi ġudikanti fuq bażi alternattiva fl-ordni tar-reġistrazzjoni tal-kawżi, bla ħsara għall-konnessjoni tal-kawżi.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010, p. 2.

(2)  ĠU C 317, 20.11.2010, p. 5.

(3)  ĠU C 346, 18.12.2010, p. 2.

(4)  ĠU C 305, 15.10.2011, p. 2.

(5)  ĠU C 370, 17.12.2011, p. 5.

(6)  ĠU C 174, 16.06.2012, p. 2.

(7)  ĠU C 311, 13.10.2012, p. 2.

(8)  ĠU C 343, 10.11.2012, p. 2.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas

(Kawża C-247/10 P) (1)

(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 1472/2006 - Importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u l-Vjetnam - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(7)(b) - L-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Artikolu 9(6) - Trattament individwali - Artikolu 17(3) - Teħid ta’ kampjuni - Artikolu 20(5) - Drittijiet tad-difiża)

2013/C 9/05

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd (rappreżentant: M. Sánchez Rydelski, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u R. Szostak, aġenti, assistit minn G. Berrisch, Rechtsanwalt u N. Chesaites, Barrister), Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti), Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 fil-kawżi magħquda T-407/06, Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd u T-408/06, Wenzhou Taima Shoes Co., vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, (li) jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 485)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2010, Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes vs Il-Kunsill (T-407/06 u T-408/06), hija annullata.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, (li) jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lil Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti minn Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd. kemm fl-ewwel instanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċeduri preżenti.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha esposti kemm fl-ewwel instanza kif ukoll dawk fil-kuntest tal-proċeduri preżenti.


(1)  ĠU C 209, 31.7.2010


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-342/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Ftehim ŻEE - Artikolu 40 - Tassazzjoni ta’ dividendi mqassma lill-fondi ta’ pensjoni barranin)

2013/C 9/06

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u I. Koskinen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, aġent)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Noort, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assisstita minn G. Facenna, barrister)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Diskriminazzjoni fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dividendi mqassma mill-kumpanniji residenti lill-fondi ta’ pensjoni barranin għal sistema fiskali iktar stretta minn dik applikabbli għall-fondi ta’ pensjoni nazzjonali

Dispożittiv

(1)

Billi stabbilixxiet u żammet fis-seħħ skema ta’ tassazzjoni diskriminatorja fuq id-dividendi mqassma lill-fondi ta’ pensjoni barranin, ir-Repubblika tal-Finlandja naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispjjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 234, 28.8.2010.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Hildesheim vs BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

(Kawża C-511/10) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Oġġetti u servizzi użati kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti - Kiri ta’ proprjetà għal skopijiet kummerċjali u residenzjali - Kriterju tal-kalkolu tal-proporzjon imnaqqsa tal-VAT)

2013/C 9/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Hildesheim

Konvenuta: BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa input imħallsa — Oġġetti u servizzi użati kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti — Kiri ta’ immobbli għal finijiet kummerċjali u residenzjali — Kalkolu tal-proporzjon ta’ tnaqqis skont id-dħul mill-bejgħ tal-inkwilini kummerċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-kalkolu tal-proporzjon għandu jsir skont il-kejl tal-art tal-immobbli mogħti lil dawn l-inkwilini

Dispożittiv

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li l-Istati Membri jipprivileġġjaw, bħala kriterju ta’ tqassim għall-finijiet tal-kalkolu tal-proporzjoni tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input dovuta għal operazzjoni partikolari, bħall kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat, kriterju ta’ tqassim differenti minn dak ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, previst fl-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva, sakemm il-metodu magħżul jiggarantixxi determinazzjoni iktar preċiża tal-imsemmija proporzjon tat-tnaqqis.


(1)  ĠU C 30, 20.1.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-528/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 2001/14/KE - Artikoli 6(2) sa (5), u 11 - Kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-ferroviji - Organu ta’ kontroll - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

2013/C 9/08

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: S. Chala, aġent)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smlek u T. Müller kif ukoll minn J. Očková, aġenti); Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6(2) u (5) u tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-unitajiet ta’ impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura fis-settur tal-linji tal-ferrovija, imsemmija fl-Artikoli 6(2) sa (5) u 11 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont dawn l-artikoli.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Stichting Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-539/10 P), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Stichting Al-Aqsa, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-550/10 P)

(Kawżi magħquda C-539/10 P u C-550/10 P) (1)

(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Artikolu 1(4) u (6) - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Artikolu 2(3) - Inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet involuti f’atti terroristiċi - Kundizzjonijiet - Deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti - Tħassir ta’ miżura nazzjonali - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà tal-appell - Dritt għar-rispett tal-proprjetà - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Artikolu 253 KE - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 9/09

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

(C-539/10 P)

Appellanta: Stichting Al-Aqsa (rappreżentanti: M.J.G. Uiterwaal u A.M. van Eik advocaten)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, B. Driessen u R. Szostak, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels u M. Bulterman, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. P. van Nuffel, aġenti)

(C-550/10 P)

Appellant: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels u M. Noort, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Stichting Al-Aqsa (rappreżentanti: A. M. van Eik, advocaat), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, B. Driessen u R. Szostak, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. P. van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tad-9 ta’ Settembru 2010 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill (T-348/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonjiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/62/KE, tas-26 ta’ Jannar 2009, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583/KE, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009, tal-15 ta’ Ġunju 2009, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/62/KE, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Stichting Al-Aqsa.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Settembru 2010, Al-Aqsa vs Il-Kunsill (T-348/07), hija annullata.

(2)

Ir-rikors u l-appell ta’ Stichting Al-Aqsa huma miċħuda.

(3)

Stichting Al-Aqsa hija kkundannata tbati, apparti l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-appelli preżenti kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea bħala intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti minnhom fl-istanzi rispettivi.


(1)  ĠU C 46, 12.2.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA

(Kawża C-551/10 P) (1)

(Appell - Konċentrazzjonijiet ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba - Regolament (KEE) Nru 4064/89 - Ftehim ta’ holding - Motivi ineffettivi)

2013/C 9/10

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys, M. Potel u L. Eskenazi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, O. Beynet u S. Noë, aġenti), Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-13 ta’ Settembru 2010, Éditions Jacob vs Il Kummissjoni (T-279/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ Odile Jacob li titlob l-annullament d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Éditions Odile Jacob SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 12.2.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Éditions Odile Jacob SAS, Wendel Investissement SA, Lagardère SCA u Lagardère SCA vs Éditions Odile Jacob SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Wendel Investissement SA

(Kawżi magħquda C-553/10 u C-554/10 P) (1)

(Appell - Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba - Annullament tad-deċiżjoni relatata mal-approvazzjoni ta’ impriża tal-investiment bħala akkwirenti tal-assi ċeduti - Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju)

2013/C 9/11

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, A. Bouquet u S. Noë, aġenti), Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati), Wendel Investissement SA (rappreżentanti: M. Trabucchi, F. Gordon u C. Baldon, avukati), Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, A. Bouquet u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-13 ta’ Settembru 2010, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni (T-452/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2004)203365, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirent tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) — Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju — Żnaturament tal-punti ta’ fatt — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea u Lagardère SCA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Éditions Odile Jacob SAS.

(3)

Wendel Investissement SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 46, 12.2.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-34/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kontroll tal-polluzzjoni - Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

2013/C 9/12

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade, A. Alcover San Pedro u S. Petrova, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. J. Lois, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Marzu 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1) — Valuri ta’ limitu u limiti ta’ allert għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali

Dispożittiv

(1)

Peress li naqset milli tiżgura, għas-snin 2005 sa 2007, li l-konċentrazzjonijiet ta’ kuljum ta’ PM10 fl-arja ambjentali ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet ta’ Braga, ta’ Porto Litoral, tal-Área Metropolitana de Lisboa Norte u tal-Área Metropolitana de Lisboa Sul, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 103, 2.4.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — Test Claimants in the FII Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-35/11) (1)

(Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE - Tqassim ta’ dividendi - Taxxa fuq il-kumpanniji - Kawża C-446/04 - Test Claimants in the FII Group Litigation - Interpretazzjoni tas-sentenza - Prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika - Ekwivalenza tal-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni - Kunċetti ta’ “rati ta” tassazzjoni u ta’ “livelli ta’ tassazzjoni differenti” - Dividendi li ġejjin minn pajjiż terz)

2013/C 9/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Test Claimants in the FII Group Litigation

Konvenuti: Commissioners of Inland Revenue, The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 63 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-446/04, tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation — Kunċetti ta’“rata ta’ tassazzjoni” u tal-“livelli ta’ tassazzjoni differenti” — Rati ta’ tassazzjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-identiċità tal-livelli ta’ tassazzjoni għad-dividendi li għandhom oriġini nazzjonali u dawk barranin

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tapplika l-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali u l-metodu ta’ imputazzjoni għad-dividendi ta’ oriġini barranija, jekk jiġi stabbilit, minn naħa, li l-kreditu ta’ taxxa li jibbenefikaw minnu l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi fil-kuntest tal-metodu ta’ imputazzjoni huwa daqs l-ammont ta’ taxxa effettivament imħallas fuq il-profitti li jservu ta’ bażi għad-dividendi mqassma u, min-naħa l-oħra, li l-livell ta’ tassazzjoni effettiv tal-profitti tal-kumpanniji fl-Istat Membru kkonċernat huwa ġeneralment inqas mir-rata ta’ taxxa nominali prevista.

(2)

Ir-risposti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għat-tieni u għar-raba’ domanda magħmula fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation (C-446/04) jgħoddu wkoll meta:

it-taxxa fuq il-kumpanniji barranin imposta fuq il-profitti li jservu ta’ bażi għad-dividendi mqassma ma tħallsitx jew ma tħallsitx kompletament mill-kumpannija mhux residenti li tagħti l-imsemmija dividendi lill-kumpannija residenti, iżda tħallset mis-sussidjarja diretta jew indiretta ta’ din tal-aħħar residenti fi Stat Membru;

it-taxxa antiċipata fuq il-kumpanniji ma tħallsitx mill-kumpannija residenti li tirċievi d-dividendi ta’ kumpannija mhux residenti, iżda tħallset mill-kumpannija parent tagħha residenti fil-kuntest ta’ sistema ta’ tassazzjoni ta’ grupp.

(3)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija parent residenti fi Stat Membru li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ tassazzjoni ta’ grupp, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kellha, bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, tħallas it-taxxa antiċipata fuq il-kumpanniji fuq il-parti tal-profitti li ġejjin mid-dividendi ta’ oriġini barranija tista’ tippreżenta kawża għal rimbors ta’ din it-taxxa indebitament miġbura sa fejn din tal-aħħar tisboq l-ammont massimu tat-taxxa fuq il-kumpanniji li l-Istat Membru inkwistjoni kellu dritt li jiġbor sabiex jikkumpensa r-rata ta’ taxxa nominali inferjuri imposta fuq il-benefiċċji li jservu ta’ bażi għad-dividendi ta’ oriġini barranin meta mqabbla mar-rata ta’ taxxa nominali applikabbli għall-profitti tal-kumpannija parent residenti.

(4)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija residenti fi Stat Membru u li għandha sehem fi kumpannija residenti fi pajjiż terz li jagħtiha influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar u jippermettilha li tiddetermina l-attivitajiet tagħha tista’ tuża l-Artikolu 63 TFUE sabiex tqiegħed inkwistjoni il-konformità ma’ din id-dispożizzjoni leġiżlazzjoni nazzjonali tal-imsemmi Stat Membru dwar it-trattament fiskali ta’ dividendi li joriġinaw mill-imsemmi pajjiż terz, li ma tapplikax esklussivament għal sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija parent teżerċita influwenza deċisiva fuq il-kumpannija li tqassam id-dividendi

(5)

Ir-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għat-tielet domanda magħmula fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, ma tapplikax meta s-sussidjarji, stabbiliti fi Stati Membri oħra li fir-rigward tagħhom l-ebda trasferiment tat-taxxa antiċipata fuq il-kumpanniji ma seta’ jitwettaq, ma humiex intaxxati fl-Istat Membru tal-kumpannija parent.


(1)  ĠU C 103, 2.4.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Il-Ġermanja) — Yoshikazu Iida vs Stadt Ulm

(Kawża C-40/11) (1)

(Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 51 - Direttiva 2003/109/KE - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Dritt ta’ residenza fi Stat Membru - Direttiva 2004/38/KE - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni - Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jakkumpanjax u ma jingħaqadx ma’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti u li jibqa’ fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin - Dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ ċittadin li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor - Ċittadinanza tal-Unjoni - Drittijiet fundamentali)

2013/C 9/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Yoshikazu Iida

Konvenut: Stadt Ulm

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Interpretazzjoni, fid-dawl tal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Liberatajiet Fundamentali, tal-Artikolu 21(1) TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 2(2)(d), 3(1), 7(2) u 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (3) TUE, kif ukoll tal-Artikoli 24(3), 45(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Wild minuri, ċittadin ta’ Stat Membru, li stabbilixxa r-residenza prinċipali tiegħu ma’ ommu fi Stat Membru ieħor — Dritt ta’ residenza, fl-Istat ta’ oriġini tal-wild, tal-missier, ċittadin ta’ pajjiż terz u li jeżerċita l-awtorità parentali — Kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ “implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni”

Dispożittiv

Barra mis-sitwazzjonijiet irregolati mid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, u meta minbarra dan ma teżisti ebda rabta oħra mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rigward iċ-ċittadinanza, ċittadin ta’ pajjiż terz ma jistax jitlob dritt ta’ residenza li jirriżulta minn ċittadin tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G. vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(Kawża C-56/11) (1)

(Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Servizzi ta’ pproċessar - Obbligu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar li jipprovdi informazzjoni lid-detentur tad-drittijiet Komunitarji - Rekwiżiti fir-rigward tal-mument u tal-kontenut tat-talba għal informazzjoni)

2013/C 9/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G.

Konvenuta: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tas-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390), u tal-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament tal Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63) — Obbligu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar li jipprovdi informazzjoni lill-proprjetarju tal-drittijiet Komunitarji — Rekwiżiti fir-rigward tal-mument u tal-kontenut ta’ talba għal informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-obbligu ta’ informazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/98, tat-3 ta’ Diċembru 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar fir-rigward ta’ varjetajiet protetti jeżisti meta t-talba għal informazzjoni li tirreferi għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari tasal lil dan il-fornitur qabel tali sena tintemm. Madankollu, tali obbligu jista’ jeżisti għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni li tirreferi għal mhux iktar mit-tliet snin li jippreċedu dik kurrenti, sakemm id-detentur ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti ikun ressaq l-ewwel talba dwar l-istess varjetajiet lill-istess fornitur matul l-ewwel sena mis-snin ta’ kummerċjalizazzjoni preċedenti koperti mit-talba għal informazzjoni.

(2)

Is-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, flimkien mal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1768/95, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/98, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-talba għal informazzjoni tad-detentur ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti lil fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar ma għandhiex ikollha l-provi ta’ sostenn għall-indizji mogħtija fiha. Barra minn hekk, il-fatt li bidwi jwettaq il-kultivazzjoni kuntrattwali ta’ varjetà protetta ma jistax, waħdu, jikkostitwixxi indizju li fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar ipprovda, jew għandu l-intenzjoni li jipprovdi, tali servizzi fil-konfront tal-prodott tal-ħsad miksub permezz tal-kultivazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni tal-imsemmija varjetà sabiex din tiġi kkultivata. Tali fatt jista’, madankollu, fid-dawl ta’ cirkustanzi oħra tal-kawża, jippermetti li jiġi konkluż li jeżisti tali indizju, li hija l-qorti ta-rinviju li għandha tivverifika fil-kawża quddiemha.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Pfeifer & Langen KG vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-131/11) (1)

(Agrikoltura - Regolament (KEE) Nru 1443/82 - Artikolu 3(4) - Applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor - Kwantità żejda ta’ zokkor ikkonstatata mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru matul spezzjoni a posteriori li saret fil-proprjetà tal-produttur - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan l-ammont żejjed fl-istabbiliment tal-ammont definittiv ta’ produzzjoni għas-sena kummerċjali li matulha d-differenza hija kkonstatata)

2013/C 9/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pfeifer & Langen KG

Konvenuta: Hauptzollamt Aachen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82, tat-8 ta’ Ġunju 1982, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 158, p. 17) — Kwantitajiet żejda ta’ isoglukożju kkonstati sussegwentement mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru matul spezzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni sussegwenti, ta’ din il-kwantità żejda, meta jiġi stabbilit l-ammont definittiv tal-produzzjoni għas-sena kummerċjali li matulha l-kwantità żejda hija kkonstatata.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82, tat-8 ta’ Ġunju 1982, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 392/94, tat-23 ta’ Frar 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma japplikax għas-sitwazzjoni fejn kwantità żejda ta’ zokkor tkun ġiet ikkonstatata mill-awtoritajiet nazzjonali fl-ambitu ta’ spezzjoni a posteriori fil-proprjetà tal-produttur, meta din il-kwantità żejda tikkostitwixxi zokkor C.


(1)  ĠU C 179, 18.6.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky — Is-Slovakkja) — Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky vs Profitube spol. sro

(Kawża C-165/11) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Applikabbiltà - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Merkanzija provenjenti minn pajjiż terz u mqiegħda taħt proċedura f’magażinaġġ doganali fit-territorju ta’ Stat Membru - Ipproċessar ta’ merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul taħt is-sistema sospensiva - Bejgħ ta’ merkanzija u tqegħid mill-ġdid taħt il-proċedura f’magażinaġġ doganali - Żamma fl-istess maħżen doganali matul it-tranżazzjonijiet kollha - Kunsinna ta’ beni magħmula bi ħlas fit-territorju nazzjonali - Fatt li jiġġenera l-VAT)

2013/C 9/17

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky

Konvenuta: Profitube spol. sro

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(3), 37(2), 79, 84, 98, 114 u 166 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), tal-Artikoli 2, 3, 5(1), 7, 10, 16 u 33a tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif ukoll l-Artikolu 1(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Merkanzija li wara li ġiet importata minn Stat terz tqiegħdet f’maħżen pubbliku doganali tal-Istat Membru, sabiex sussegwentement tiġi pproċessata f’dan il-maħżen doganali taħt is-sistema ta’ perfezzjonament attiv taħt il-forma tas-sistema tas-sospensjoni u fl-aħħar nett mibjugħa, mingħajr ma tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkulazzjoni, mill-proċessatur f’dan l-istess maħżen lil kumpannija oħra ta’ dan l-istess Stat u mqiegħda mill-ġdid taħt is-sistema tal-maħżen doganali — Applikabbiltà tas-sistema tal-VAT — Kunċett ta’ kunsinna ta’ beni bi ħlas fuq it-territorju nazzjonali — Kunċett ta’ abbuż ta’ dritt — Ċilindri tal-azzar ttrasformati f’sezzjonijiet tal-azzar

Dispożittiv

Meta l-merkanzija li ġejja minn pajjiż terz tkun tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ magażinaġġ doganali ta’ Stat Membru, wara pproċessat taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul taħt il-proċedura sospensiva u sussegwentement tkun inbiegħet u mqiegħda mill-ġdid taħt il-proċedura ta’ magażinaġġ doganali, u tibqa’ matul dawn it-tranżazzjonijiet kollha fl-istess maħżen doganali li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, il-bejgħ tal-imsemmija merkanzija huwa suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE, tas-26 ta’ April 2004, sakemm l-imsemmi Stat ma jużax il-fakultà mogħtija lilu li jeżenta dan il-bejgħ mit-taxxa skont l-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 194, 2.7.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TieniAwla) tal-15 ta' Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Steglitz vs Ines Zimmermann

(Kawża C-174/11) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13 A(1)(g) u (2) - Servizzi strettament marbuta mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali minn organi rregolati mid-dritt pubbliku jew minn organi oħra rikonoxxuti bħala li għandhom natura soċjali - Rikonoxximent - Kundizzjonijiet li ma humiex applikabbli għall-organi li ma humiex irregolati mid-dritt pubbliku - Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri - Limiti - Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

2013/C 9/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Steglitz

Konvenuta: Ines Zimmermann

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(g) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjoni tas-servizzi strettament marbuta mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali mwettqa minn organi rregolati mid-dritt pubbliku jew minn organi oħra rikonoxxuti bħala li għandhom natura soċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżenzjoni tas-servizzi ta’ kura ambulatorja għal ċerti kundizzjonijiet iżda li ma humiex applikabbli meta s-servizzi inkwistjoni huma pprovduti minn ċerti assoċjazzjonijiet approvati mill-Istat jew mill-membri tagħhom.

Dispożittiv

L-Artikolu 13 A(1)(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, interpretat fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, jipprekludi li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq kura ambulatorja pprovduta minn fornituri kummerċjali tkun suġġetta għal kundizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont tali kundizzjoni l-ispejjeż relattivi għal din il-kura għandhom ikunu ġew sostnuti totalment jew fil-parti l-kbira tagħhom matul is-sena kalendarja preċedenti, f’tal-inqas żewġ terzi mill-każijiet, mill-organi legali ta’ assigurazzjoni soċjali jew ta’ għajnuna soċjali, meta din il kundizzjoni ma tkunx ta’ natura li tiżgura l-ugwaljanza it-trattament fil-kuntest tar-rikonoxximent, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, tan-natura soċjali ta’ organi li ma humiex dawk irregolati mid-dritt pubbliku.


(1)  ĠU C 226, 30.7.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) — l-Ungerija) — Bericap Záródástechnikai bt vs Plastinnova 2000 kft

(Kawża C-180/11) (1)

(Direttiva 2004/48/KE - Regoli tal-eżami ta’ provi fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-qorti nazzjonali li hija mitluba tiddeċiedi dwar talba għal annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità - Setgħat tal-qorti nazzjonali - Konvenzjoni ta’ Pariġi - Ftehim TRIPs)

2013/C 9/19

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bericap Záródástechnikai bt

Konvenuta: Plastinnova 2000 kft

fil-preżenza ta’: Magyar Szabadalmi Hivatal

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal-ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali relatati mal-kummerċ, li jinsab fl-Anness 1 C tal-ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, iffirmata f’Pariġi fl-20 ta’ Marzu 1883, kif ukoll tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32) — Regoli tal-eżami ta’ prova fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-qorti nazzjonali li hija mitluba tiddeċiedi dwar talba ta’ annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità — Setgħat tal-qorti nazzjonali

Dispożittiv

Sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1) u 3(2) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, interpretati fid-dawl tal-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali, iffirmata f’Pariġi fl-20 ta’ Marzu 1883, irriveduta l-aħħar fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967 u emendata fit-28 ta’ Settembru 1979, u 41(1) u (2) tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jinsab fl-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994 u rratifikat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), ma humiex applikabbli għal proċedura għal annullament, bħal dik fil-kawża prinċipali, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li jipprekludu li, f’tali proċedura ġudizzjarja, il-qorti:

ma tkunx marbuta bit-talbiet u dikjarazzjonijiet oħra tal partijiet u tista’ ex officio tordna l-produzzjoni tal-provi li jidhrilha neċessarji;

ma tkunx marbuta b’deċiżjoni amministrattiva magħmula fuq talba għal annullament, u lanqas mill-fatti li huma kkonstatati f’din id deċiżjoni, u

ma tkunx tista’ tikkunsidra mill-ġdid il-provi li diġà ġew ippreżentati fit-talba preċedenti għal annullament.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel Brussell — il-Belġju) — Europese Gemeenschap vs Otis NV, General Technic-Otis Sàrl, Kone Belgium NV, Kone Luxembourg Sàrl, Schindler NV, Schindler Sàrl, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV, ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl

(Kawża C-199/11) (1)

(Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea quddiem il-qrati nazzjonali - Artikoli 282 KE u 335 TFUE - Talba għad-danni minħabba d-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal smigħ xieraq - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003)

2013/C 9/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europese Gemeenschap

Konvenuti: Otis NV, General Technic-Otis Sàrl, Kone Belgium NV, Kone Luxembourg Sàrl, Schindler NV, Schindler Sàrl, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV, ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van koophandel Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 282 KE (attwalment l-Artikolu 335 TFUE) — Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea quddiem il-qrati nazzjonali — Talba għad-danni — Regoli applikabbli għat-tressiq, mill-istituzzjonijiet, ta’ tali talba

Dispożittiv

(1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jkun interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan ma jipprekludix li l-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea quddiem qorti nazzjonali li quddiemha titressaq kawża ċivili għall-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju jew ta’ prattika pprojbiti mill-Artikoli 81 KE u 101 TFUE, li jistgħu jkunu affettwaw lil ċerti kuntratti pubbliċi mogħtija minn istituzzjonijiet differenti u minn korpi differenti tal-Unjoni, mingħajr ma huwa meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha mandat għal dan il-għan minn dawn tal-aħħar.

(2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludix li l-Kummissjoni Ewropea tressaq, f’isem l-Unjoni Ewropea, quddiem qorti nazzjonali, kawża għall-kumpens għad-dannu subit mill-Unjoni b’riżultat ta’ akkordju jew ta’ prattika li ġiet ikkonstatata kuntrarja għall-Artikolu 81 KE, jew għall-Artikolu 101 TFUE permezz ta’ deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni.


(1)  ĠU C 219, 23.7.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Passau — il-Ġermanja) — Alexander Heimann (C-229/11), Konstantin Toltschin (C-230/11) vs Kaiser GmbH

(Kawżi magħquda C-229/11 u C-230/11) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Tnaqqis fil-ħin tax-xogħol (‘Kurzarbeit’) - Tnaqqis tad-dritt għal-leave annwali mħallas fuq il-bażi tat- tnaqqis fil-ħin tax-xogħol - Kumpens finanzjarju)

2013/C 9/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Passau

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alexander Heimann (C-229/11), Konstantin Toltschin (C-230/11)

Konvenuta: Kaiser GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeitsgericht Passau — Interpretazzjoni tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (ĠU C 83, p. 389) u tal- Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Tnaqqis tal-ħin normali tax-xogħol maħdum fl-impriża minħabba qgħad parzjali (“Kurzarbeit”) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tnaqqis tad-dritt għal leave annwali mħallas abbażi tat-tnaqqis tal-ġranet ta’ xogħol ta’ persuna parzjalment qiegħda

Dispożittiv

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali, bħalma huwa pjan soċjali konkluż bejn impriża u l-kunsill tax-xogħol tagħha, li abbażi tagħhom id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem li l-ħin tax-xogħol tiegħu tnaqqas jiġi kkalkolat skont ir-regola tal-pro rata temporis.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-244/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Sistema li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwist ta’ drittijiet ta’ vot li jirrappreżentaw iktar minn 20 % tal-kapital azzjonarju ta’ ċerti “kumpanniji pubbliċi limitati strateġiċi” - Mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ ċerti deċiżjonijiet meħuda minn dawn il-kumpanniji)

2013/C 9/22

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u G. Zavvos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwsit ta’ drittijiet ta’ vot li jikkorrispondu għal 20 % jew iktar tal-kapital azzjonarju globali f’kumpanniji ta’ importanza strateġika nazzjonali — Ksur tal-Artikoli 49 u 63 TFUE

Dispożittiv

(1)

Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(1), moqri flimkien mal-Artikolu 11(2), u dawk imsemmija fl-Artikolu 11(3) tal-Liġi 3631/2008 dwar il-ħolqien ta’ fond nazzjonali għall-koeżjoni soċjali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 KE dwar il-libertà ta’ stabbiliment.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 219, 23.7.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Asylgerichtshof (l-Awstrija) — K vs Bundesasylamt

(Kawża C-245/11) (1)

(Regolament (KE) Nru 343/2003 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil ippreżentata fi Stat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Klawżola umanitarja - Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament - Persuna li tibbenefika minn ażil fi Stat Membru li tiddependi mill-assistenza tal-applikant għal ażil minħabba l-fatt li tbati minn marda gravi - Artikolu 15(2) tar-regolament - Obbligu ta’ dan l-Istat Membru, li ma huwiex responsabbli fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tal-istess regolament, li jeżamina t-talba għal ażil imressqa mill-imsemmi applikant għal ażil - Kundizzjonijiet)

2013/C 9/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Asylgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K

Konvenuta: Bundesasylamt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Asylgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) kif ukoll tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) — Obbligu ta’ Stat Membru li jeżamina, għal raġunijiet umanitarji, applikazzjoni għal ażil li ġiet ippreżentata quddiemu, anki jekk ma huwiex responsabbli minn tali eżami skont il-kriterji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 343/2003 — Rabta stretta bejn l-applikant għal ażil u persuna vulnerabbli ħafna li diġà tibbenefika mill-ażil fl-imsemmi Stat Membru

Dispożittiv

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, Stat Membru li ma huwiex responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament isir responsabbli. Huwa l-Istat Membru li jsir l-Istat Membru responsabbli fis-sens tal-istess regolament li għandu jassumi l-obbligi li huma marbuta ma’ din ir-responsabbiltà. Huwa għandu jinforma lill-Istat Membru li qabel kien responsabbli. Din l-interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 15(2) tapplika wkoll meta l-Istat Membru li kien responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tar-regolament ma jkunx ippreżenta talba skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tal-istess artikolu.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hamburgisches Oberverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Atilla Gülbahce vs Freie und Hansestadt Hamburg

(Kawża C-268/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) - Drittijiet tal-ħaddiema Torok li jappartjenu għas-suq legali tax-xogħol - Irtirar retroattiv ta’ permess ta’ residenza)

2013/C 9/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hamburgisches Oberverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Atilla Gülbahce

Konvenuta: Freie und Hansestadt Hamburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hamburgisches Oberverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1) u tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Għoti lil ħaddiem Tork, li huwa konjuġi ta’ ċittadina tal-Istat Membru ospitanti, ta’ permess ta’ residenza għal żmien limitat u ta’ permess ta’ xogħol għal żmien mhux limitat — Irtirar, b’effett retroattiv u minħabba separazzjoni minn mal-konjuġi tiegħu li ma ġietx mgħarrfa lill-awtoritajiet kompetenti, tad-deċiżjonijiet li jtawlu t-tul tal-permess ta’ residenza — Kundizzjonijiet sabiex id-dritt ta’ residenza jkun ibbażat fuq l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, fid-dawl tal-permess ta’ xogħol għal żmien mhux limitat.

Dispożittiv

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, li twaqqfet bil-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat, fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirtiraw il-permess ta’ residenza ta’ ħaddiem Tork b’effett retroattiv fid-data li fiha r-raġuni li għaliha d-dritt nazzjonali kien jissuġġetta l-għoti ta’ dan il-permess waqfet teżisti, meta dan il-ħaddiem ma kien instab ħati ta’ ebda aġir frawdolenti u meta dan l-irtirar seħħ wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ sena xogħol regolari previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1).


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Techniko Epimelitirio Ellados et vs Ypourgos Esoterikon, Dimosisias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonias, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

(Kawża C-271/11) (1)

(Trasport bl-ajru - Regolament Nru 2042/2003 - Regoli tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili - Adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru - Approvazzjoni tal-membri tal-persunal involut fix-xogħol ta’ spezzjoni - Kwalifiki mitluba)

2013/C 9/25

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Techniko Epimelitirio Elladas (TEE), Syllogos Ellinon Diplomatouchon aeronafpigon michanikon (SEA), Alexandros Tsiapas, Antonios Oikonomopoulos, Apostolos Batategas, Vasileios Kouloukis, Georgios Oikonomopoulos, Hlias Hliadis, Ionnis Tertigkas, Panellinios Syllogos Aerolimenikon Ypiresias Politikis Aeroporias, Eleni Theodoridou, Ioannis Karnesiotis, Alexandra Efthimiou, Eleni Saatsaki

Konvenuti: Ypourgos Esoterikon, Dimosias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonion kai, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003, tal-20 ta’ Novembru 2003, dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru (l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata) ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 7, p. 541) — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tqassam il-kompiti ta’ spezzjoni tal-inġenji tal-ajru bejn erba’ kategoriji differenti ta’ spetturi (spetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplan, spetturi tal-operazzjonijiet tat-titjira, spetturi tas-sigurtà fil-kabini tal-passiġġieri, spetturi tad-diplomi u liċenzji)

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2 u d-dispożizzjoni M.B.902 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003, tal-20 ta’ Novembru 2003, dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru (l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata) ta’ inġenji ta’ l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, waqt l-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali ta’ implementazzjoni ta’ dan ir-regolament, li jqassmu, fi ħdan l-awtorità kompetenti prevista mid-dispożizzjoni M.B.902, l-attivitajiet ta’ spezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni lil diversi kategoriji speċjalizzati ta’ spetturi.

(2)

Id-dispożizzjoni M.B.902(b)(1) tal-Anness I tar-Regolament Nru 2042/2003 għandha tiġi interpretata fis-sens li kull persuna li tingħata l-kompitu li tispezzjona, taħt kwalunkwe aspett, l-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-inġenji tal-ajru għandu jkollha esperjenza ta’ ħames snin li tkopri l-aspetti kollha intiżi sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata tal-inġenji tal-ajru, u dawn l-aspetti biss.

(3)

Id-dispożizzjoni M.B.902(b)(1) tal-Anness I tar-Regolament Nru 2042/2003 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom inkisbet l-esperjenza ta’ mill-inqas ħames snin fil-qasam tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata li għandu jkollu l-persunal responsabbli għall-eżami tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-inġenji tal-ajru. B’mod partikolari, huma jistgħu jagħżlu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-esperjenza miksuba fil-kuntest ta’ impjieg fil-qasam tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, li jirrikonoxxu dik miksuba fil-kuntest ta’ traineeship fil-kamp professjonali waqt l-istudji fl-ajrunawtika jew inkella dik marbuta mal-eżerċizzju preċedenti ta’ funzjonijiet ta’ spettur tal-adegwatezza għall-avjazzjoni.

(4)

Id-dispożizzjoni M.B.902(b) tal-Anness I tar-Regolament Nru 2042/2003 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tistabbilixxi l-ebda differenza bejn dawk li għandhom liċenzja ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, fis-sens tal-Anness III tal-imsemmi regolament, intitolat “Parti 66”, u dawk li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla.

(5)

Id-dispożizzjoni M.B.902(b) tal-Anness I tar-Regolament Nru 2042/2003 għandha tiġi interpretata fis-sens li huma biss il-persuni li segwew it-tagħlim u t-taħriġ kollu mitlub minn din id-dispożizzjoni qabel ma daħlu fil-funzjonijiet tagħhom u li jkunu ġew suġġetti għal eżami tal-konoxxenzi u tal-kompetenzi tagħhom wara dawn il-programmi ta’ taħriġ li jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ spettur tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-inġenji tal-ajru.

(6)

Id-dispożizzjoni M.B.902(b)(4) tal-Anness I tar-Regolament Nru 2042/2003 għandha tiġi interpretata fis-sens li huma biss il-persuni li qabel kienu jokkupaw pożizzjoni b’responsabbiltajiet xierqa, li turi kemm il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kontrolli tekniċi meħtieġa kif ukoll li jeżaminaw jekk ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli jippermettux il-ħruġ ta’ dokumenti li jiċċertifikaw l-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-inġenju tal-ajru spezzjonat li jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ spettur tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-inġenji tal-ajru.

(7)

Ir-Regolament Nru 2042/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu li jipprovdu li l-persuni li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, kienu jeżerċitaw funzjonijiet ta’ spezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-inġenji tal-ajru, ikomplu jeżerċitaw tali funzjonijiet awtomatikament u mingħajr proċedura ta’ selezzjoni.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjizi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs Gemeente Vlaardingen

(Kawża C-299/11) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Applikazzjoni għall-iskopijiet tan-negozju ta’ merkanzija akkwistata “matul tali negozju” - Assimilazzjoni ma’ provvista magħmula bi ħlas - Grawnds li huma l-proprjetà tal-persuna taxxabbli u li ġew ittrasformati minn terz)

2013/C 9/26

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Gemeente Vlaardingen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(5) u (7)(a) u 11 A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Applikazzjoni ta’ merkanzija għall-iskopijiet tan-negozju — Applikazzjoni għal attivitajiet eżentati tal-impriża ta’ grawnd li huwa l-proprjetà tagħha u li ġie ttrasformat f’isimha minn terz bi ħlas

Dispożittiv

L-Artikolu 5(7)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, moqri flimkien mal-Artikolu 11 A(1)(b) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni minn persuna taxxabbli, għall-iskopijiet ta’ attività ekonomika eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ grawnds li huma l-proprjetà tagħha u li qabbdet lil terz jittrasformahom, tista’ tkun suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud li jkollha bħala bażi t-total tal-valur tal-art li fuqha jkunu jinsabu dawn il-grawnds u tan-nefqa għat-trasformazzjoni tagħhom, sakemm din il-persuna taxxabbli ma tkunx diġà ħallset it-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma’ dan il-valur u ma’ din in-nefqa, u sakemm il-grawnds inkwistjoni ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13 B(h) tad-direttiva msemmija.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — KGH Belgium NV vs Belgische Staat

(Kawża C-351/11) (1)

(Dejn doganali - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Dħul fil-kontijiet ta’ dazji - Modalitajiet prattiċi)

2013/C 9/27

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KGH Belgium NV

Konvenuta: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 217(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Dħul fil-kontijiet ta’ dazji — Modalitajiet prattiċi

Dispożittiv

L-Artikolu 217(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat 12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, għandu jiġi interpretat fis-sens li, peress li dan l-artikolu ma jipprevedix modalitajiet prattiċi għad-dħul fil-kontijiet fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, dan iħalli f’idejn l-Istati Membri sabiex jiddeterminaw il-modalitajiet prattiċi intiżi sabiex jiddaħħlu fil-kontijiet l-ammonti tad-dazji li jirriżultaw minn dejn doganali, mingħajr ma għandhom l-obbligu li jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom il-modalitajiet tal-implementazzjoni tad-dħul fil-kontijiet, li għandu jsir b’mod li jiżgura li l-awtoritajiet doganali kompetenti jdaħħlu l-ammont eżatt tad-dazji fuq l-importazzjoni jew tad-dazji fuq l-esportazzjoni li jirriżulta minn dejn doganali fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti, b’tali mod, b’mod partikolari, li d-dħul fil-kontijiet tal-ammonti kkonċernati jkun jista’ jiġi stabbilit b’ċertezza, inkluż fir-rigward tal-persuna responsabbli għall-ħlas.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Nadiany Bamba, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-417/11 P) (1)

(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Artikolu 296 TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għar-rispett tal-proprjetà)

2013/C 9/28

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u B. Driessen kif ukoll E. Dumitriu-Segnana, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Nadiany Bamba (rappreżentanti: inizjalment P. Haïk, sussegwentement P. Maisonneuve, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Cujo u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2011, Bamba vs Il-Kunsill (T-86/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat kemm id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Nadiany Bamba — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Ġunju 2011, Bamba vs Il-Kunsill (T-86/11), hija annullata.

(2)

Ir-rikors ta’ N. Bamba huwa miċħud.

(3)

N. Bamba hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kemm f’dan l-appell kif ukoll fl-ewwel istanza.

(4)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) Lagura Vermögensverwaltung GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-438/11) (1)

(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 220(2)(b) - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Impossibbiltà li tiġi vverifikata l-eżattezza ta’ ċertifikat ta’ oriġini - Kunċett ta’ ‘ċertifikat ibbażat fuq preżentazzjoni inkorretta tal-fatti mill-esportatur’ - Oneru tal-prova - Skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati)

2013/C 9/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lagura Vermögensverwaltung GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239) — Esportazzjoni tal merkanzija ta’ Stat terz lejn l-Unjoni Ewropea — Kontroll a posteriori tal-prova tal oriġini — Impossibbiltà li tiġi vverifikata retrospettivament l-eżattezza tal-kontenut ta’ ċertifikat ta’ oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-imsemmija Stati terzi — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi eventwali tal-importatur

Dispożittiv

L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat f’dan is-sens li, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat terz, minħabba li l-esportatur ikun waqqaf il-produzzjoni tiegħu, ma jkunux jistgħu jivverifikaw, waqt verifika sussegwenti, jekk iċ-ċertifikat ta’ oriġini “formula A” li huma ħarġu huwiex ibbażat fuq preżentazzjoni korretta tal-fatti minn dan l-esportatur, l-oneru tal-prova li dan iċ-ċertifikat ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ preżentazzjoni korretta tal-fatti mill-esportatur huwa fuq il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bremen — Il-Ġermanja) — Gothaer Allgemeine Versicherung AG, ERGO Versicherung AG, Versicherungskammer Bayern-Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts, Nürnberger Allgemeine Versicherungs AG, Krones AG vs Samskip GmbH

(Kawża C-456/11) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 32 u 33 - Rikonoxximent ta’ sentenzi ta’ qorti - Kunċett ta’ “sentenza” - Effetti ta’ sentenza ta’ qorti fuq il-ġurisdizzjoni internazzjonali - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni)

2013/C 9/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gothaer Allgemeine Versicherung AG, ERGO Versicherung AG, Versicherungskammer Bayern-Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts, Nürnberger Allgemeine Versicherungs AG, Krones AG

Konvenuta: Samskip GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Bremen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru — Deċiżjoni ta’ natura purament proċedurali (“Prozeßurteil”) — Deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ klawżola ta’ ġurisdizzjoni, li permezz tagħha l-qorti nazzjonali tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni filwaqt li tikkonstata l-ġurisdizzjoni ta’ Stat terz — Portata tar-rikonoxximent

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda wkoll sentenza li permezz tagħha qorti ta’ Stat Membru tirrinunċja l-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-bażi ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni, irrispettivament mill-klassifikazzjoni ta’ tali sentenza mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor.

(2)

L-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti li quddiemha qed jiġi invokat ir-rikonoxximent ta’ sentenza li fiha qorti ta’ Stat Membru ieħor irrinunċjat għall-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-bażi ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni hija marbuta bil-konstatazzjoni dwar il-validità ta’ din il-klawżola, li tinsab fil-motivi ta’ sentenza li saret res judicata li tiddikjara l-kawża bħala inammissibbli.


(1)  ĠU C 331, 12.11.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Stockholms tingsrätt — L-Isvezja) — Ulf Kazimierz Radziejewski vs Kronofogdemyndigheten i Stockholm

(Kawża C-461/11) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Proċedura ta’ ħelsien totali jew parzjali mid-dejn - Debitur persuna fiżika - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza)

2013/C 9/31

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Stockholms tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ulf Kazimierz Radziejewski

Konvenuta: Kronofogdemyndigheten i Stockholm

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Stockholms tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE — Moviment liberu tal-persuni — Kompatibbiltà mal-Artikolu 45 ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-benefiċċju tal-proċedura għall-ħelsien mid-dejn fir-rigward ta’ persuni fiżiċi għall-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju nazzjonali — Debitur ċittadin ta’ Stat Membru A, residenti fi Stat Membru B, li ressaq talba għall-ħelsien mid-dejn tiegħu fl-Istat Membru A, il-post fejn inħoloq id-dejn tiegħu — Rabtiet mal-post fejn titressaq it-talba

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-469/11 P) (1)

(Appell - Rikors għad-danni - Ċaħda ta’ offerta magħmula fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Unjoni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza - Applikazzjoni tat-terminu għal raġuni ta’ distanza)

2013/C 9/32

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u M. Wilderspin, aġent)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2011, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-409/09) li jiċħad bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mill-appellanti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula mill-appellanti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti — Termini għall-preżentata ta’ appell — Termini għal raġuni ta’ distanza

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 331, 12.11.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Köln — il-Ġermanja) — Susanne Leichenich vs Ansbert Peffekoven, Ingo Horeis

(Kawża C-532/11) (1)

(Direttiva 77/388/KEE - VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13(B)(b) - Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli - Barkun mingħajr mutur propulsiv, sorġut b’mod permanenti tul ix-xatt ta’ xmara - Kiri tal-barkun, inklużi l-puntun, l-art u l-medda ta’ ilma relatati miegħu - Assenjazzjoni esklużiva għall-użu permanenti ta’ restorant/diskoteka - Servizz uniku)

2013/C 9/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Susanne Leichenich

Konvenuti: Ansbert Peffekoven, Ingo Horeis

fil-preżenża ta’: Dr. Leyh, Dr. Kossow & Dr. Ott KG, Wirtschaftsprüfungsgesellschaft, Steuerberatungsgesellschaft

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Köln — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(B)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Portata tal-eżenzjoni tal-VAT prevista minn din id-dispożizzjoni għall-kiri u l-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli — Kiri ta’ medda ta’ ilma u ta’ dgħajsa intiżi għal użu kummerċjali bħala restorant jew diskoteka

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 13(B)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ kiri u lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli jinkludix il-kiri ta’ barkun, inkluż l-ispazju u l-puntun relatati miegħu, li huwa immobbilizzat permezz ta’ rbit li ma jitneħħiex faċilment max-xatt u mal-baċin tax-xmara, li jistrieħ fuq spazju delimitat u identifikabbli fuq l-ilma tax-xmara u huwa esklużivament assenjat, skont it-termini tal-kuntratt ta’ kiri, sabiex jintuża b’mod permanenti bħala ta’ restorant/diskoteka fuq dan l-ispazju. Dan il-kiri jikkostitwixxi servizz uniku eżentat, mingħajr il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn il-kiri tal-barkun u dak tal-puntun.

(2)

Barkun bħal dan ma huwiex vettura fis-sens tal-Artikolu 13(B)(b)(2) tas-Sitt Direttiva 77/388.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — SIA Kurcums Metal vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-558/11) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Kejbils ibridi “Taifun” prodotti fir-Russja, komposti minn polipropilen u minn ħajt tal-azzar - Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi u marbuta b’kavilji - Dazji antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kejbils tal-ħadid jew tal-azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija)

2013/C 9/34

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA Kurcums Metal

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) u tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001, tat-2 ta’ Awwissu 2001, (dwar) l-imposizzjoni ta’ taxxa definitiva kontra d-dumping u l-ġbir definitiv tat-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta’ ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 62) — Kejbils ibridi “Taifun” prodotti fir-Russja, komposti minn polipropilen u minn ħajt tal-azzar — Klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 5607 49 11 jew taħt is-subintestatura 7312 00 98 tan-Nomenklatura Magħquda — Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi u marbuta b’kavilji — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 7317 00 90 jew fis-subintestatura 7326 90 98 tan-Nomenklatura Magħquda — Dazji antidumping definittivi

Dispożittiv

(1)

Is-subintestatura 5607 49 11 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li kejbils bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu, ma jaqgħux, bħala tali, taħt din is-subintestatura.

(2)

Ir-Regola Ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ kejbils bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandhiex issir skont din ir-regola, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, fejn tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi fattwali kollha ppreżentati quddiemha, li l-ebda wieħed miż-żewġ materjali li minnhom huma magħmula dawn il-kejbils ma jagħti, waħdu, lil dawn il-kejbils in-natura essenzjali tagħhom.

(3)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001, tat-2 ta’ Awwissu 2001, (dwar) l-imposizzjoni ta’ taxxa definitiva kontra d-dumping u l-ġbir definittiv tat-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta’ ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li kejbils bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk jitqies li jaqgħu taħt is-subintestatura 7312 10 98 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

(4)

Is-subintestatura 7317 00 90 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-vireg tal-morsa f’forma ta’ U li t-tarf tagħhom huwa tond u li huma marbuta b’kavilji, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jaqgħux taħt din is-subintestatura.


(1)  ĠU C 13, 14.1.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-286/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 2 u 6(1) - Regoli nazzjonali li jobbligaw lill-imħallfin, lill-prosekuturi pubbliċi u lin-nutara li jkunu laħqu l-età ta’ 62 sena jieqfu mill-attività professjonali tagħhom - Oġġettivi leġittimi li jiġġustifikaw differenza fit-trattament fil-konfront tal-ħaddiema li jkollhom inqas minn 62 sena - Natura proporzjonata tat-tul tal-perijodu tranżitorju)

2013/C 9/35

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentant: M. Z. Fehér, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 4, p. 79) — Regoli nazzjonali li jimponu l-waqfien dirett tal-attività professjonali tal-imħallfin, tal-prosekuturi pubbliċi u tan-nutara li jkunu laħqu l-età ta’ 62 sena — Assenza ta’ għanijiet leġittimi li jiġġustifikaw din id-differenza fit-trattament mal-ħaddiema li għandhom inqas minn 62 sena — Natura sproporzjonata tat-tul tal-perijodu tranżitorju (sena)

Dispożittiv

(1)

Bl-adozzjoni ta’ regoli nazzjonali li jobbligaw lill-imħallfin, lill-prosekuturi pubbliċi u lin-nutara li jkunu għalqu 62 sena jieqfu mill-attività professjonali tagħhom u li jimplikaw differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età li ma hijiex proporzjonata meta mqabbla mal-għanijiet segwiti, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.

(2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 21.7.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss vs Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

(Kawża C-502/11) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37/KEE - Artikolu 6 - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza - Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni li tillimita l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ sejħa għal offerti lil kumpanniji li jeżerċitaw attività kummerċjali, b’esklużjoni tal-kumpanniji rregolati bid-dritt ċivili (“società semplice”) - Għanijiet istituzzjonali u statutorji - Impriżi agrikoli)

2013/C 9/36

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss

Konvenuta: Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

Fil-preżenza ta’: SOA CQOP Costruttori Qualificati Opere Pubbliche SpA, Unione Provinciale Agricoltori di Brescia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-parteċipazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet lil kumpanniji li jeżerċitaw attività kummerċjali u li teskludi lill-impriżi agrikoli stabbiliti fil-forma ta’ kumpannija rregolata bid-dritt ċivili (“società semplice”)

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE, tat-13 ta’ Settembru 2001, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi kumpannija bħal kumpannija rregolata bid-dritt ċivili (“società semplice”) li għandha l-kwalità ta’ “kuntrattur”, skont id-Direttiva 93/37, milli tipparteċipa fil-proċeduri ta’ sejħa għal offerti unikament minħabba l-forma legali tagħha.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ottubru 2012 — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-554/11 P) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti - Rifjut ta’ aċċess komplet għad-dokumenti marbuta mal-kuntratt LIEN 97-2011 - Rikors għal annullament - Eżami ġdid fil-mori tal-kawża - Preżentata ta’ rikors għal annullament distint)

2013/C 9/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentant: H. Kaltenecker, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05 RENV), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ordnat li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tar-rikorrenti intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta’ Frar 2005, li tiċħad it-talba tagħha għal aċċess għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 — Irregolaritajiet proċedurali quddiem il-Qorti Ġenerali — Nuqqas ta’ trattament ikkoordinat bejn il-Kawżi T-141/05 RENV u T-36/10 — Oneru u ammont tal-ispejjeż

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Internationaler Hilfsfonds eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen — il-Belġju) — Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Schoten NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV

(Kawża C-559/11) (1)

(Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2005/29/KE - Prattiċi kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ftuħ ta’ stabbiliment sebat ijiem fil-ġimgħa)

2013/C 9/38

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pelckmans Turnhout NV

Konvenuti: Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Schoten NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van koophandel te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 34, 35, 49 u 56 TFUE u tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22, rettifika ĠU L 114, 27.4.2006, p. 86) — Kunċett ta’ prattiċi kummerċjali ta’ impriżi fir-rigward tal-konsumaturi — Ftuħ ta’ stabbiliment sebat ijiem fil-ġimgħa u reklamar għal din il-prattika

Dispożittiv

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tapplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma hijiex intiża għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.


(1)  ĠU C 32, 4.2.2012


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Muhamad Mugraby vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-581/11 P) (1)

(Appell - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ksur ta’ drittijiet fundamentali u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Libaniża - Astensjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni milli tadotta miżuri kontra r-Repubblika Libaniża - Rikors għad-danni - Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli)

2013/C 9/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Muhamad Mugraby (rappreżentant: S. Delhaye, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M.-M. Joséphidès, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2011 (It-Tielet Awla), Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-292/09) li jiċħad, minn naħa, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż li jiġi kkonstatat li l-Kunsill u l-Kummissjoni naqsu illegalment milli jieħdu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrent dwar l-adozzjoni ta’ miżuri fil-konfront tal-Libanu minħabba l-allegat ksur minn dan l-Istat tad-drittijiet fundamentali tiegħu u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika Libaniża, u li jiċħad, min-naħa l-oħra, rikors intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent b’konsegwenza tan-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa ta’ dawn l-istituzzjonijiet Komunitarji

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

M. Mugraby huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 25, 28.1.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 — Omnicare, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Astellas Pharma GmbH

(Kawża C-587/11) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “OMNICARE CLINICAL RESEARCH” - Oppożizzjoni - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni - Rikors - Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiċħad dan ir-rikors - Ċessjoni tal-oppożizzjoni - Appell - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 9/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (rappreżentant: M. Edenborough QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent), Astellas Pharma GmbH (rappreżentant: M. Polo Carreño, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tad-9 ta’ Settembru 2011, Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE) (T-289/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “OMNICARE CLINICAL RESEARCH”, għal servizzi fil-klassi 42, kontra d-Deċiżjoni R 401/2008-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Mejju 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali “OMNICARE”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Kunċett ta’ użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti — Trade mark użata għal servizzi pprovduti mingħajr ħlas

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell ippreżentat minn Omnicare Inc.

(2)

Omnicare Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), fil-kuntest tal-kawża preżenti kif ukoll tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Omnicare Inc. u Astellas Pharma GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Lulju 2012 — Wolfgang Glatzel vs Freistaat Bayern

(Kawża C-356/12)

2013/C 9/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wolfgang Glatzel

Konvenuta: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

Il-punt 6.4 tal-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE, tal-25 ta’ Awwissu 2009 (2), hija konformi mal-Artikoli 20, 21(1) u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din id-dispożizzjoni teżiġi mill-kandidati għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan għall-kategoriji C1 u C1E, mingħajr l-ebda possibbiltà ta’ deroga, akutezza minima fil-vista ta’ 0.1 fl-agħar għajn, anki meta l-vista ta’ dawn il-persuni hija binokkja u li għandhom kamp tal-vista normali fiż-żewġ għajnejn?


(1)  ĠU L 403, p. 18.

(2)  GU L 223, p. 31.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/25


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-401/12 P)

2013/C 9/42

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel)

Partijiet oħra fil-proċedura: Vereniging Milieudefensie, Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09;

tiċħad kompletament ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza;

tikkundanna in solidum lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-Kunsill f’din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-fehma tal-Kunsill, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża msemmija iktar ’il fuq fiha żewġ żbalji ta’ liġi. Il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza magħrufa bħala “Nakajima” (1) u “Fediol” (2). Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li l-legalità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (3) setgħet tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Århus (4).

Barra minn hekk, il-Kunsill huwa tal-fehma li l-għażla magħmula mil-leġiżlatur fir-Regolament Nru 1367/2006 hija fi kwalunkwe każ konformi mal-Konvenzjoni ta’ Århus. F’dan ir-rigward, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus mill-Qorti Ġenerali ma hijiex korretta sa fejn ma tieħux inkunsiderazzjoni l-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Konvenzjoni tirrikonoxxi lill-partijiet firmatarji tagħha.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob li tiġi annullata s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża msemmija iktar ’il fuq u li tingħata deċiżjoni dwar il-mertu tal-kawża billi jiġi miċħud kompletament ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 1991, Nakajima vs Il-Kunsill (C-69/89, Ġabra p. I-2069).

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 1989, Fediol vs Il-Kummissjoni (70/87, Ġabra p. 1781).

(3)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

(4)  Konvenzjoni ta’ Århus, tal-25 ta’ Ġunju 1998, dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 17).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/26


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2012 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-402/12 P)

2013/C 9/43

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u G. Corstens)

Partijiet oħra fil-proċedura: Vereniging Milieudefensie, Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09;

tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża u tiċħad ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-fehma tal-Parlament, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li setgħet tistħarreġ il-validità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1) fid-dawl tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus (2), minkejja li din id-dispożizzjoni ma għandhiex effett dirett. Il-pożizzjoni meħuda mill-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq interpretazzjoni fundamentalment żbaljata kemm tal-ġurisprudenza stabbilita fir-rigward tal-possibbiltà li għandhom individwi li jinvokaw dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet internazzjonali sabiex jikkontestaw il-validità ta’ att tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tan-natura u tal-portata tal-obbligi internazzjonali inkwistjoni fil-kawża ineżami.

Effettivament, il-Qorti Ġenerali applikat il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Fediol (3) u Nakajima (4) iżda ma kkunsidratx li din il-ġurisprudenza — li inċidentalment sa issa kienet baqgħet limitata għal numru żgħir ħafna ta’ kawżi — tista’ tiġi applikata biss f’każijiet eċċezzjonali u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ħafna. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, ma eżaminatx jekk dawn il-kundizzjonijiet kinux attwalment issodisfatti fil-każ ineżami u, min-naħa l-oħra, ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-natura eċċezzjonali tal-ġurisprudenza msemmija.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

(2)  Konvenzjoni ta’ Århus, tal-25 ta’ Ġunju 1998, dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 17).

(3)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 1989, Fediol vs Il-Kummissjoni (70/87, Ġabra p. 1781).

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 1991, Nakajima/Rat (C-69/89, Ġabra p. I-2069).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/26


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2012 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-403/12 P)

2013/C 9/44

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, J. P. Keppenne, G. Valero Jordana, P. van Nuffel)

Partijiet oħra fil-proċedura: Vereniging Milieudefensie, Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-396/09;

tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża u tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6121;

tikkundanna lir-rikorrenti fil-Kawża T-396/09 għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni f’din il-kawża u fil-kawża msemmija.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell jikkonċerna essenzjalment il-kwistjoni ta’ jekk il-Qorti Ġenerali setgħetx, b’mod partikolari fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Marzu 2011, C-240/09, tistaħħrep il-validità tal-Artikolu 10(1) flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1) fid-dawl tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus (2).

Il-Kummissjoni tinvoka żewġ aggravji.

Permezz tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali, minkejja li identifikat b’mod korrett il-kundizzjonijiet stretti li fihom, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, individwi jistgħu jinvokaw dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet internazzjonali sabiex jikkontestaw il-validità ta’ atti legali tal-Unjoni (jiġifieri, li tali stħarriġ fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ konvenzjoni huwa possibbli biss meta n-natura u l-istruttura ta’ din il-konvenzjoni ma tipprekludix dan u meta d-dispożizzjonijiet invokati jidhru, f’dak li jirrigwarda l-kontenut tagħhom, mingħajr kundizjzonijiet u preċiżi biżżejjed), iddeċidiet b’mod żbaljat li l-eċċezzjoni għal dawn il-kundizzjonijiet, li tirriżulta mill-ġurisprudenza magħrufa bħal Fediol u Nakajima (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 1989, 70/87, u tas-7 ta’ Mejju 1991, C-69/89), tapplika wkoll fir-rigward tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus.

Il-Kummissjoni ssostni li, fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-240/09, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus ma għandux effett dirett. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza Fediol u Nakajima, sa fejn tikkostitwixxi eċċezzjoni, għandha tiġi interpretata b’mod strett; sa issa din il-ġurisprudenza ġiet applikata biss fil-kuntest tal-politika kummerċjali u tista’ tiġi applikata għal oqsma oħra biss jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa għal tali applikazzjoni jkunu ssodisfatti b’mod ċar, li ma huwiex il-każ hawnhekk. L-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 la jagħmel riferiment għad-dispożizzjonijiet legali tal-Konvenzjoni ta’ Århus u lanqas ma jimplementa obbligu partikolari li jirriżulta minn din il-konvenzjonif is-sens tal-ġurisprudenza Nakajima. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus ma huwiex ċar u preċiż biżżejjed sabiex tkun tista’ tapplika l-eċċezzjoni prevista mill-ġurisprudenza Nakajima.

Permezz tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni ssostni, sussidjarjament, li l-Qorti Ġenerali interpretat l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus b’mod żbaljat sa fejn iddeċidiet li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 jikser din id-dispożizzjoni għas-sempliċi raġuni li l-proċedura ta’ reviżjoni prevista f’dan l-Artikolu 10 hija limitata għal miżuri ta’ portata individwali, meta l-Qorti Ġenerali kien imissha evalwat jekk l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus kienx implementat suffiċjentement permezz tat-totalità tar-rimedji legali li għandhom l-individwi fuq il-livell nazzjonali u fuq il-livell tal-Unjoni.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

(2)  Konvenzjoni ta’ Århus, tal-25 ta’ Ġunju 1998, dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 17).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/27


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-338/08 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-404/12 P)

2013/C 9/45

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel)

Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-338/08;

tiċħad kompletament ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza;

tikkundanna in solidum lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-Kunsill f’din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-fehma tal-Kunsill, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża msemmija iktar ’il fuq fiha żball ta’ liġi. Għalkemm il-Kunsill ma huwiex qiegħed jikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni ma kinitx involuta fil-kawża ineżami bħala leġiżlatur, huwa xorta waħda tal-fehma li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza magħrufa bħala “Nakajima” (1) u “Fediol” (2). Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li l-legalità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (3) setgħet tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Århus (4).

Barra minn hekk, il-Kunsill huwa tal-fehma li l-għażla magħmula mil-leġiżlatur fir-Regolament Nru 1367/2006 hija fi kwalunkwe każ konformi mal-Konvenzjoni ta’ Århus. F’dan ir-rigward, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus mill-Qorti Ġenerali ma hijiex korretta sa fejn ma tieħux inkunsiderazzjoni l-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Konvenzjoni tirrikonoxxi lill-partijiet firmatarji tagħha.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob li tiġi annullata s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża msemmija iktar ’il fuq u li tingħata deċiżjoni dwar il-mertu tal-kawża billi jiġi miċħud kompletament ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 1991, Nakajima vs Il-Kunsill (C-69/89, Ġabra p. I-2069).

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 1989, Fediol vs Il-Kummissjoni (70/87, Ġabra p. 1781).

(3)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

(4)  Konvenzjoni ta’ Århus, tal-25 ta’ Ġunju 1998, dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 17).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/28


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2012 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-338/08 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-405/12 P)

2013/C 9/46

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, J. P. Keppenne, G. Valero Jordana, P. van Nuffel)

Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe, Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-338/08;

tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża u tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2008;

tikkundanna lir-rikorrenti fil-Kawża T-338/08 għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni f’din il-kawża u fil-kawża msemmija.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju tal-appellanti huwa identiku għall-ewwel aggravju invokat fil-Kawża C-403/12 P.

Permezz tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni ssostni, sussidjarjament, li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus (1), fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din il-konvenzjoni, meta ddeċidiet li r-Regolament (KE) Nru 149/2008 (2) ma kienx adottat mill-Kummissjoni “fl-eżerċizzju ta’ setgħat leġiżlattivi” fis-sens tal-imsemmi tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2).


(1)  Konvenzjoni ta’ Århus, tal-25 ta’ Ġunju 1998, dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 17).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (ĠU L 58, p. 1).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fil-21 ta’ Settembru 2012 — Siegfried Pohl vs ÖBB Infrastruktur AG

(Kawża C-429/12)

2013/C 9/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Siegfried Pohl

Konvenuta: ÖBB Infrastruktur AG

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni attwalment fis-seħħ, b’mod partikolari:

(1)

il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ugwaljanza fit-trattament,

(2)

il-prinċipju ġenerali li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, fis-sens tal-Artikolu 6(3) TUE u tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”),

(3)

il-projbizzjoni fir-rigward ta’ diskriminazzjoni li tirriżulta mill-moviment liberu tal-ħaddiema previst fl-Artikolu 45 TFUE,

(4)

id-Direttiva 2000/78/KE (1),

jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, li parzjalment jinsabu f’leġiżlazzjoni u parzjalment fi ftehim kollettiv, li ġew integrati f’kuntratt individwali ta’ xogħol bil-kunsens tal-partijiet u li jipprovdu li l-perijodi ta’ servizz tal-ħaddiema fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, meta dawn jitwettqu qabel l-età ta’ 18-il sena, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni u, meta dawn jitwettqu wara l-età ta’ 18-il sena, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss nofs dawn il-perijodi, sa fejn tali perijodi ma jkunux twettqu fi ħdan impriża nazzjonali “kważi pubblika” jew fi ħdan il-persuna li timpjega nazzjonali li kontriha tinfetaħ il-kawża bħala tali, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kompetenzi u l-konoxxenzi realment miksuba mill-ħaddiem?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: il-fatt li l-perijodi ta’ servizz ikkalkolati jkunu twettqu bejn l-1 ta’ Diċembru 1965 u l-24 ta’ Novembru 1974, jiġifieri żmien twil qabel l-adeżjoni tal-Awstrija mal-UE/ŻEE u l-ewwel deċiżjoni dwar il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ ugwaljanza fit-trattament, għandu rwol fil-kalkolu tal-arretrati tar-remunerazzjoni, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, il-perijodi ta’ servizz li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni qabel (fl-intier tagħhom qabel l-età ta’ 18-il sena u nofshom mill-età ta’ 18-il sena u sad-dħul fis-servizz tar-rikorrent fi ħdan il-konvenuta?)

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: id-dritt tal-Unjoni attwalment fis-seħħ u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-preskrizzjoni li jipprovdu li huwa kompletament preskritt id-dritt ta’ ħaddiem, li jkun sussegwentement irtirat, għal ħlas komplementari ta’ remunerazzjoni u, sussegwentement, ta’ pensjoni, mill-persuna li timpjegah, liema dritt jirriżulta mill-fatt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, inkonformità mad-dritt tal-Unjoni u fis-sens tal-ewwel domanda, perijodi ta’ servizz akkwistati barra mill-pajjiż u qabel l-età ta’ 18-il sena, dritt li l-persuna kkonċernata ma kellhiex taħt id-dritt nazzjonali u li setgħet tinvoka b’mod oġġettiv biss b’effett mill-għoti tas-sentenzi tat-30 ta’ Novembru 2000, Österreichischer Gewerkschaftsbund (C 195/98, Ġabra p. I 10497) u tat-18 ta’ Ġunju 2009, Hütter (C 88/08, Ġabra p. I 5325)?

(4)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: persuna li timpjega li topera fis-settur tat-trasport bil-ferrovija, li għandha iktar minn 40 000 impjegat, li għandha organizzazzjoni li tinkludi diversi livelli ta’ ġerarkija u li tinsab fit-territorju kollu, hija obbligata, bis-saħħa tad-dmir ta’ premura tagħha li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni attwalment fis-seħħ u b’mod partikolari mill-effett orizontali tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u/jew tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżulta mill-moviment liberu tal-ħaddiema, tinforma lill-impjegati tagħha u lir-rappreżentanti tal-persunal dwar is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienu wkoll is-suġġett ta’ pubblikazzjoni fl-istampa ta’ kuljum, li minnhom jirriżulta li teħid inkunsiderazzjoni mill-persuna li timpjega ta’ perijodi ta’ servizz huwa kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni u li jistgħu jwasslu b’mod partikolari għal ħlas komplementari ta’ remunerazzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Almer Beheer BV et vs Van den Dungen Vastgoed BV et

(Kawża C-441/12)

2013/C 9/48

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Almer Beheer BV, Daedalus Holding BV

Konvenuti: Van den Dungen Vastgoed BV, Oosterhout II BVBA

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar il-prospett (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi ppubblikat prospett inkluż fih huwa, bħala regola ġenerali (jiġifieri, indipendentement mill-eżenzjonijiet u mill-eċċezzjonijiet previsti f’ċerti każijiet mid-Direttiva), applikabbli wkoll għal bejgħ sfurzat ta’ titoli?

(2)

(a)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ “korrispettiv totali għall-offerta” previst fl-Artikolu 1(2)(h) tad-Direttiva dwar il-prospett għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-ammont għandu jiġi ddeterminat, fil-każ ta’ bejgħ sfurzat ta’ titoli, b’riferiment għall-valur tal-prodott raġonevolment skontat billi tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura speċifika ta’ bejgħ sfurzat, anki jekk il-prodott raġonevolment skontat huwa b’mod ċar inferjuri għall-valur ekonomiku reali?

(b)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda u risposta negattiva għall-ewwel parti tat-tieni domanda, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “korrispettiv totali għall-offerta” fis-sens tal-Artikolu 1(2)((h) tad-Direttiva dwar il-prospett, b’mod partikolari fil-każ ta’ bejgħ sfurzat ta’ titoli?


(1)  Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Jan Sneller vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

(Kawża C-442/12)

2013/C 9/49

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jan Sneller.

Konvenuta: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 87/344/KE (1) jawtorizza lil assiguratur ta’ spejjeż legali, li fil-polzi tiegħu jipprovdi li l-assistenza legali fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi tkun bħala prinċipju pprovduta mill-ħaddiema tal-assiguratur, jipprovdi wkoll li l-ispejjeż ta’ assistenza legali pprovduta minn avukat jew minn rappreżentant legali magħżula liberament mill-persuna assigurata jkunu koperti biss jekk l-assiguratur iqis li t-trattament tal-kawża għandu jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern?

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti skont jekk l-assistenza legali hija jew ma hijiex obbligatorja fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi inkwistjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ottubru 2012 — Werner Krieger vs ERGO Lebensversicherung AG

(Kawża C-459/12)

2013/C 9/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Werner Krieger

Konvenuta: ERGO Lebensversicherung AG

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (1), ikkunsidrata fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni, bħal dik li tinsab fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 5a(2) tal-Liġi Ġermaniża dwar il-kuntratt tal-assigurazzjoni, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mit-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni ta’ direttivi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tal-liġi tal-assigurazzjoni, tal-21 ta’ Lulju 1994 (it-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni fid-dritt Ġermaniż dwar il-kontroll tal-impriżi ta’ assigurazzjoni — VAG), li tirrikonoxxi lit-titolari ta’ polza dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni għal mhux iktar minn sena b’effett mill-ħlas tal-ewwel premium tal-assigurazzjoni u dan anki meta dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat dwar id-dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni tiegħu?


(1)  ĠU L 330, p. 50.

(2)  ĠU L 360, p. 1.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof de ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Ottubru 2012 — Granton Advertising BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Haaglanden (kantoor Den Haag)

(Kawża C-461/12)

2013/C 9/51

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof de ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Granton Advertising BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Haaglanden/kantoor Den Haag

Domandi preliminari

(1)

Il-kliem “sigurtajiet oħrajn” li jidher fl-Artikolu 13(B)(d)(5) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (1) (li sar, wara l-1 ta’ Jannar 2007, l-Artikolu 135(1)(f) tat-Tmien Direttiva 2006/112/KE, emendata sussegwentement) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi karta Granton, karta trasferibbli użata sabiex jitħallsu (parzjalment) oġġetti u servizzi, u jekk dan huwa l-każ, il-ħruġ u l-bejgħ ta’ tali karta huma eżentati mill-VAT)?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda negattiva, il-kliem “strumenti oħrajn negozzjabbli” li jidher fl-Artikolu 13(B)(d)(3) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (li sar, wara l-1 ta’ Jannar 2007, l-Artikolu 135(1)(d) tat-Tmien Direttiva 2006/112/KE (2), emendata sussegwentement) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi karta Granton, karta trasferibbli użata sabiex jitħallsu (parzjalment) oġġetti u servizzi, u jekk dan huwa l-każ, il-ħruġ u l-bejgħ ta’ tali karta huma eżentati mill-VAT)?

(3)

Jekk il-karta Granton hija “sigurtà oħra” jew “strument ieħor negozzjabbli” fis-sens iċċitat iktar ’il fuq, il-fatt li huwa prattikament impossibbli li, meta din il-karta tintuża, tinġabar il-VAT relatata mal-(ma parti proporzjonali tal-) prezz imħallas għall-karta, jaffettwa l-kwistjoni tal-eżenzjoni tal-VAT fuq il-ħruġ u l-bejgħ tagħha?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-17 ta’ Ottubru 2012 — ATP PensionService A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-464/12)

2013/C 9/52

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ATP PensionService A/S.

Konvenuta: Skatteministeriet.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1997, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fondi ta’ pensjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li għandhom il-karatteristiċi segwenti jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “fondi speċjali ta’ investiment kif definiti mill-Istati Membri” meta l-Istat Membru jqis bħala fondi speċjali ta’ investiment il-korpi msemmija fil-punt 2 tad-deċiżjoni tar-rinviju:

(a)

il-qligħ riċevut mill-impjegat (l-imsieħeb) jiddependi mill-qligħ mill-investimenti mwettqa mill-fond ta’ pensjoni,

(b)

il-persuna li timpjega ma hijiex obbligata tħallas kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali sabiex l-imsieħeb jiġi ggarantit qligħ iddeterminat,

(c)

il-fond ta’ pensjoni jinvesti t-tfaddil b’mod kollettiv skont il-prinċipju tat-tqassim tar-riskji,

(d)

il-parti l-kbira tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lill-fond ta’ pensjoni tirriżulta minn ftehim kollettivi bejn l-organizzazzjonijiet tal-persuni li jimpjegaw u s-sindakati (imsieħba soċjali) li jirrappreżentaw lill-impjegati differenti u lill-persuni li jimpjegaw u mhux minn ftehim konklużi fuq il-bażi individwali mal-impjegati,

(e)

l-impjegat jista’ jiddeċiedi fuq bażi individwali li jħallas kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali lill-fond ta’ pensjoni,

(f)

il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-persuni li jimpjegaw u l-membri tat-tmexxija jistgħu jagħżlu li jħallsu kontribuzzjonijiet lill-fond ta’ pensjoni,

(g)

parti ddefinita minn qabel tat-tfaddil għall-pensjoni tal-impjegati li hija s-suġġett tal-ftehim kollettiv hija użata biex jinxtara vitalizju,

(h)

l-ispejjeż tal-fond ta’ pensjoni jitħallsu mill-imsieħba tiegħu,

(i)

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-fond ta’ pensjoni huma eżenti, sa ċerti limiti abbażi tal-valur, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul,

(j)

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil pjan ta’ tfaddil għall-pensjoni individwali, b’mod partikolari dak miftuħ ma’ stabbiliment finanzjarju, li l-fondi tiegħu jistgħu jiġu investiti f’fondi speċjali ta’ investiment, huma eżenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul bl-istess mod bħal f’(i),

(k)

id-dritt għall-eżenzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija f’(i) jikkorrispondi għat-tassazzjoni tal-pagamenti lill-imsieħba,

(l)

it-tfaddil għandu bħala regola ġenerali jingħata lura wara li tintlaħaq l-età tal-pensjoni?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “maniġġjar” ikopri provvista ta’ servizzi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara l-punt 1.2 tad-deċiżjoni tar-rinviju)?

(3)

Provvista ta’ servizzi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tirrigwarda kontribuzzjonijiet lil fond ta’ pensjoni (ara l-punt 1.2 tad-deċiżjoni tar-rinviju) għandha titqies, abbażi tal-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva, bħala provvista ta’ servizzi waħda jew bħala diversi provvisti distinti li għandhom jiġu evalwati b’mod indipendenti?

(4)

L-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva għandu jiġu interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-VAT prevista minn din id-dispożizzjoni għat-tranżazzjonijiet relatati ma’ pagamenti jew ma’ trasferimenti tapplika għal provvista ta’ servizzi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tirrigwarda kontribuzzjonijiet finanzjarji lil fond ta’ pensjoni (ara l-punt 1.2 tad-deċiżjoni tar-rinviju)?

(5)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għar-raba’ domanda, l-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-VAT prevista minn din id-dispożizzjoni għat-tranżazzjonijiet relatati mad-depożiti ta’ fondi jew mal-kontijiet kurrenti, tapplika għal provvista ta’ servizzi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tirrigwarda l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil fond ta’ pensjoni (ara l-punt 1.2 tad-deċiżjoni tar-rinviju)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Ottubru 2012 — Juvelta prieš VĮ vs Lietuvos prabavimo rūmai

(Kawża C-481/12)

2013/C 9/53

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juvelta UAB

Konvenut: Lietuvos prabavimo rūmai

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipprovdu li, meta jiġu kkummerċjalizzati fis-suq ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, prodotti tad-deheb importati minn Stat Membru ieħor li t-tqegħid fis-suq tagħhom f’dak l-Istat Membru (ta’ esportazzjoni) ikun awtorizzat, dawn il-prodotti għandhom ikunu mmarkati b’marka, ta’ uffiċċju tal-bolla indipendenti awtorizzat minn Stat Membru, li tikkonferma li l-prodott li fuqu tqiegħdet il-marka kien ġie assaġġat minn dan l-uffiċċju u li tispeċifika informazzjoni li tista’ tinftiehem mill-konsumaturi tal-Istat Membru ta’ importazzjoni dwar il-livell ta’ finezza tal-prodott, f’ċirkustanzi fejn tali informazzjoni dwar il-livell ta’ finezza hija pprovduta f’marka separata u addizzjonali mqiegħda fuq l-istess prodott tad-deheb?

(2)

Għall-finijiet tal-għoti ta’ risposta għall-ewwel domanda, huwa importanti li, bħalma huwa l-każ ineżami, il-marka addizzjonali dwar il-livell ta’ finezza ta’ prodotti tad-deheb li tinsab fuq il-prodotti u li tista’ tinftiehem mill-konsumaturi tal-Istat Membru ta’ importazzjoni (pereżempju, marka bit-tliet numri “585”) ma tkunx tqiegħdet minn uffiċċju tal-bolla indipendenti awtorizzat minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, iżda l-informazzjoni mogħtija mill-marka tikkorrispondi, fit-tifsira tagħha, għall-informazzjoni speċifikata fil-marka, imqiegħda fuq l-istess prodott, mill-uffiċċju tal-bolla indipendenti awtorizzat mill-Istat Membru ta’ esportazzjoni (pereżempju, il-marka bin-numru “3” mill-Istat ta’ esportazzjoni tidentifika speċifikament, skont id-dispożizzjonijiet legali ta’ dak l-Istat, livell ta’ finezza ta’ 585)?


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (ir-Repubblika Slovakka) fid-29 ta’ Ottubru 2012 — Peter Macinský, Eva Macinská vs Getfin s.r.o., Financreal s.r.o.

(Kawża C-482/12)

2013/C 9/54

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Macinský, Eva Macinská

Konvenuti: Getfin s.r.o., Financreal s.r.o.

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni legali ta’ Stat Membru, bħal dik tal-Artikolu 151j(1) tal-Občiansky zákonník (Kodiċi Ċivili) moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil kreditur li jikseb l-applikazzjoni ta’ klawżoli inġusti billi jeżegwixxi garanzija fuq immobbli permezz tal-bejgħ ta’ immobbli mingħajr il-kunsens tal-konsumatur, mingħajr in-natura kontenzjuża tal-kawża u mingħajr ma l-imsemmija klawżoli kuntrattwali jiġu evalwati minn qorti jew istanza ġudizzjarja indipendenti oħra?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Novembru 2012 — Eli Lilly and Company Ltd vs Human Genome Sciences Inc

(Kawża C-493/12)

2013/C 9/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eli Lilly and Company Ltd

Konvenuta: Human Genome Sciences Inc.

Domandi preliminari

(a)

Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk “il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ” fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009/KE (1) (iktar il-quddiem ir-“Regolament”)?

(b)

Dawn il-kriterji huma differenti jekk il-prodott ma huwiex prodott ta’ kombinazzjoni, u jekk iva, liema huma dawn il-kriterji?

(c)

Fil-każ ta’ talba dwar antikorp jew klassi ta’ antikorpi, huwa suffiċċjenti li l-antikorp jew l-antikorpi jkunu ddefiniti skont il-karatteristiċi tagħhom li jorbtuhom ma’ proteina mmirata, jew huwa neċessarju li tiġi pprovduta definizzjoni strutturatli tal-antikorp jew tal-antikorpi, u jekk iva, kemm?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) ĠU L 152, p. 1.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/33


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 minn TeamBank AG Nürnberg mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-220/11 — TeamBank AG Nürnberg vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-524/12)

2013/C 9/56

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: TeamBank AG Nürnberg (rappreżentant: D. Terheggen, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-220/11;

tilqa’ it-talbiet kollha li saru fl-ewwel istanza, hekk kif mitluba fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali fit-18 ta’ April 2011.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), meta kkunsidrat li hemm riskju ta’ konfużjoni bejn is-sinjali figurattivi “f@ir Credit” u “FERCREDIT”.

Kuntrarjament għall-opinjoni tal-Qorti Ġenerali, hemm differenza viżiva evidenti bejn l-impressjoni ġenerali taż-żewġ sinjali. Barra minn hekk, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li s-sinjali inkwistjoni jirrigwardaw servizzi finanzjarji li għandhom normalment konsegwenzi serji ta’ natura finanzjarja għall-utenti tagħhom. Konsegwentement, wieħed għandu jitlaq mill-prinċipju li l-konsumatur medju jeżamina bir-reqqa u ferm probabbilment jirrikonoxxi d-differenzi eżistenti bejn dawn is-sinjali. Dan il-fatt madankollu ma ġiex indirizzat b’mod adegwat mill-Qorti Ġenerali.

Permezz ta’ evalwazzjoni korretta ta’ din iċ-ċirkustanza, kif ukoll tad-differenzi fl-impressjoni ġenerali taż-żewġ sinjali, wieħed jasal għar-riżultat li ma hemm l-ebda xebh rilevanti bejn iż-żewġ sinjali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/34


Digriet tal-President tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesarbeitsgericht Berlin — il-Ġermanja) — Rainer Reimann vs Philipp Halter GmbH & Co. Sprengunternehmen KG

(Kawża C-317/11) (1)

2013/C 9/57

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Awla Manja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — Grattan plc vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-606/11) (1)

2013/C 9/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 65, 3.3.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isvezja) — Eva-Marie Brännström, Rune Brännström vs Ryanair Holdings plc

(Kawża C-150/12) (1)

2013/C 9/59

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 157, 2.6.2012


Il-Qorti Ġenerali

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-270/08) (1)

(FEŻR - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994–1999) dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja))

2013/C 9/60

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, T. Henze u C. Blaschke, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u B. Conte, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. Rodríguez Cárcamo u N. Díaz Abad, sussegwentement A. Rubio Gonzáles, abogados del Estado); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries, B. Koopman, M. Bulterman u J. Langer, aġenti); u Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1615 finali, tad-29 ta’ April 2008, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 1973, tal-5 ta’ Awwissu 1994, għall-programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994-1999), dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/11) (1)

(Sajd - Miżuri ta’ konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd - Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 - Tnaqqis mill-kwoti mogħtija għal sena minħabba li jkunu nqabżu l-kwoti mogħtija għas-snin preċedenti - Applikazzjoni ratione temporis - Ċertezza legali - Interpretazzjoni li tiggarantixxi l-osservanza tad-dritt primarju - Prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Nuqqas ta’ retroattività)

2013/C 9/61

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2010, tat-8 ta’ Novembru 2010, dwar it-tnaqqis ta’ ċerti kwoti tas-sajd għall-2010 minħabba sajd żejjed tal-ħut fis-sena ta’ qabel (ĠU L 291, p. 31)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 19.3.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Getty Images vs UASI (PHOTOS.COM)

(Kawża T-338/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja verbali PHOTOS.COM - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 9/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Getty Images (US), Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: P.G. Olson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Appell kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1831/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PHOTOS.COM bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Getty Images (US), Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.8.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Atlas vs UASI — Couleurs de Tollens (ARTIS)

(Kawża T-558/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARTIS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARTIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 9/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Couleurs de Tollens (Clichy, Franza) (rappreżentant: J. G. Monin, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1253/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Couleurs de Tollens-Agora u Atlas sp. z o.o.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Atlas sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż fosthom l-ispejjeż indispensabbli esposti mill-Couleurs de Tollens għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 13, 14.1.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2012 — Phonebook of the World vs UASI — Seat Pagine Gialle (PAGINE GIALLE)

(Kawża T-589/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali PAGINE GIALLE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Assenza ta’ sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw komunement - Artikolu 7(1)(b) sa (d), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kisba ta’ karattru distintiv bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009)

2013/C 9/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Phonebook of the World (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seat Pagine Gialle SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Awwissu 2011, (Każ R 1541/2010-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Phonebook of the World u Seat Pagine Gialle SpA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Phonebook of the World hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 4.2.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kumpens għad-dannu kkawżat mill-fatt li ittra dwar l-ispejjeż ta’ kawża ntbagħtet lill-avukat li rrappreżenta lir-rikorrent f’din il-kawża - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2013/C 9/65

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tas-16 ta’ Marzu 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-21/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/12) (1)

(Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Esklużjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 9/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta’ avviż ta’ kuntatt ippubblikat fis-27 ta’ Marzu 2012 dwar it-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika dwar proġett ta’ immodernizzar ferrovjarju, li jeskludi l-parteċipazzjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mir-rikorrent fil-kuntest tal-istanza preżenti.


(1)  ĠU C 227, 28.7.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/12) (1)

(Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara li ġie ppreżentat ir-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 9/67

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta’ sejħa għal offerti, ippubblikata fit-3 ta’ April 2012, dwar it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għal proġett ta’ modernizzazzjoni ta’ linja tal-ferrovija, li teskludi lir-rikorrenti mill-parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti f’din l-istanza.


(1)  ĠU C 227, 28.7.2012.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/37


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2012 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-komunikazzjoni tagħha dwar il-kooperazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi)

2013/C 9/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Nobel Chemicals Holding AB (Nacka, l-Isveżja); u Eka Chemicals AB (Bohus, l-Isveżja) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 3533 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u l-mandat tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri ta’ kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 — Idroġenu perossidu u perborat), u talba għal miżuri provviżorji bil-għan li tiġi ordnata ż-żamma tat-trattament kunfidenzjali mogħti lil ċerta informazzjoni li tirrigwarda lir-rikorrenti għal dak li jikkonċerna d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/903/KE, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Akzo Nobel, Akzo Nobel Chemicals Holding, Eka Chemicals, Degussa AG, Edison SpA, FMC Corporation, FMC Foret S.A., Kemira OYJ, L’Air Liquide SA, Chemoxal SA, Snia SpA, Caffaro Srl, Solvay SA/NV, Solvay Solexis SpA, Total SA, Elf Aquitaine SA u Arkema SA (Każ COMP/F/C.38.620 — Idroġenu perossidu u perborat) (ĠU L 353, p. 54).

Dispożittiv

(1)

L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 3533, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tiċħad it-talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB, abbażi tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat) hija sospiża.

(2)

Il-Kummissjoni hija ordnata tastjeni milli tippubblika verżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/903/KE, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Akzo Nobel, Akzo Nobel Chemicals Holding, Eka Chemicals, Degussa AG, Edison SpA, FMC Corporation, FMC Foret S.A., Kemira OYJ, L’Air Liquide SA, Chemoxal SA, Snia SpA, Caffaro Srl, Solvay SA/NV, Solvay Solexis SpA, Total SA, Elf Aquitaine SA u Arkema SA (Każ COMP/F/C.38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), li tkun iktar dettaljata, sa fejn tikkonċerna lil Akzo Nobel, Akzo Nobel Chemicals Holding u Eka Chemicals, minn dik ippubblikata f’Settembru 2007 fis-sit internet tagħha.

(3)

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżjori huwa miċħud.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/38


Digriet tal-imħallef għal miżuri provviżorji tal-14 ta’ Novembru 2012 — Intrasoft International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/12 R)

(Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda ta’ offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2013/C 9/69

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intrasoft International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja, tal-10 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti EuropeAid/131367/C/SER/RS, dwar l-assistenza teknika għall-amministrazzjoni tad-dwana Serba fil-kuntest tal-immodernizzar tas-sistema doganali (ĠU 2011/S 160-262712) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja tat-12 ta’ Settembru 2012 li tinformaha li l-kumitat ta’ evalwazzjoni kien irrakkomanda li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/38


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2012 — Tridium vs UASI — q-bus Mediatektur (SEDONA FRAMEWORK)

(Kawża T-467/12)

2013/C 9/70

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tridium, Inc. (Richmond, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Nentwig, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: q-bus Mediatektur GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Awwissu 2012, fil-Każ R 1943/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SEDONA FRAMEWORK”, għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9067372

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali ta’ trade mark Nru 934023 tat-trade mark figurattiva “~sedna”, għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/39


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2012 — Meta Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/12)

2013/C 9/71

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Coltelli u A. Formica, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla n-Nota tad-D.G Enterprise and Industry tal-Kummissjoni Ewropea Nru 939970, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li r-rikorrenti rċevit fl-20 ta’ Awwissu 2012, u ffirmata mid-Direttur tal-Unità “Industrial Innovation and Mobility Industries” li għandha bħala suġġett il-“launch recovery procedure to FP5-FP6 payment contracts No 517557 IRE6 INNOVATION COACH, 517539 IRE6 MARIS, 517548 IRE6 RIS MAZOVIA, 030583 CONNECT-2-IDEAS, 039982 EASY, 014660 RIS MALOPOLSKA, 517529 IINNSOM, 014637 RIS TRNAVA and 014668 RIS WS” iffirmata mid-Direttur Dr Carlo Pettinelli, li permezz tagħha ġiet ikkomunikata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni “to recover the amount of EUR 345 451,03 under the above agreement”.

U sa fejn meħtieġ:

tannulla n-nota tad-D.G Enterprise and Industry tal-Kummissjoni Ewropea Nru 660283 tal-1 ta’ Ġunju 2012, iffirmata mid-Direttur tal-Unità “Industrial Innovation and Mobility Industries” u li għandha l-istess suġġett, li hija kkontestata wkoll bħala att intern tal-proċedura ta’ rkupru li ġiet konkluża bl-adozzjoni tad-dispożizzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti.

tannulla n-nota tas-27 ta’ Settembru 2012, li għandha bħala suġġett it-tpaċija tal-ammont dovut minħabba l-irkupru mal-bilanċ ta’ kreditu tar-rikorrenti marbut mal-istess proġetti suġġetti għal sussidju.

tannulla n-nota tas-27 ta’ Settembru 2012, li għandha bħala suġġett it-tpaċija tal-ammont dovut minħabba l-irkupru mal-bilanċ ta’ kreditu tar-rikorrenti.

tannulla n-nota tal-Kummissjoni Ewropea, Budget Execution (general budget and EDF) tal-10 ta’ Ottubru 2012, li permezz tagħha ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti t-tpaċija ma’ ammont addizjonali ta’ kreditu, li jammonta għal EUR 294 290,59.

tannulla kull miżura preżunta, relatata jew sussidjarja.

U għalhekk:

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 294 290,59, flimkien mal-ammont ta’ EUR 54 705,97, kif ukoll għall-kumpens għad-dannu konsegwenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda il-ftehim għal sussidji konklużi bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fil-kuntest tal-“Ħames u tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku tal-Unjoni Ewropea”.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq ħames motivi:

(1)

L-ewwel motiv, li jirrigwarda ksur tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim għal Sussidji, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ raġonevolezza u fuq żball manifest tal-evalwazzjoni tal-fatti.

F’dan ir-rigward għandu jingħad li r-rikorrenti pprovdiet prova li r-remunerazzjoni lill-ħaddiema membri tagħha stess hija skont il-valur tas-suq, kif ukoll skont ir-remunerazzjoni li rċevew il-ħaddiema għal rashom “parasubordinati” u impjegati li jwettqu attività simili. Barra minn hekk, l-involviment ta’ esperti internazzjonali impjegati fl-attività marbuta mal-proġetti inkwistjoni, reklutati b’kuntratt ta’ “kollaborazzjoni koordinata u kontinwatà”, hija perfettament leġittima.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-azzjoni amministrattiva, kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u li l-kriterji jiġu ddeterminati minn qabel.

F’dan ir-rigward għandu jingħad li l-eżistenza ta’ diversi kriterji li jistgħu jintużaw sabiex jiġu ddeterminati l-metodi tal-kalkolu tar-remunerazzjoni kellha twassal lill-amministrazzjoni biex tadotta l-kriterju l-iktar favorevoli għall-individwi privati. Ladarba ġiet ikkonstata differenza sinjifikattiva bejn ir-rati mħallsa fis-suq Taljan u dawk Ewropew għall-istess servizzi, kien opportun għall-amministrazzjoni li tadotta soluzzjoni li toħloq l-inqas preġudizzju possibbli.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ raġonevolezza tal-azzjoni amministrattiva, fuq kontradizzjoni manifesta u fuq l-inugwaljanza fit-trattament.

F’dan ir-rigward għandu jingħad li filwaqt li l-ġustifikazzjoni mogħtija għall-miżura kkontesta hija li l-metodu ta’ kalkolu użat għall-ispejjeż eliġibbli u għar-remunerazzjoni huwa illegali, din il-miżura hija b’mod ċar f’kontradizzjoni ma’ deċiżjonijiet preċedenti adottati mill-Kummissjoni, peress din l-istess metodoloġija inkwistjoni tqieset b’mod pożittiv minn din tal-aħħar.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ bona fide, kif ukoll tal-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet miksuba, ta’ ċertezza legali u l-obbligu ta’ diliġenza.

F’dan ir-rigward għandu jingħad li l-aġir tal-Kummissjoni wassal għal aspettattivi leġittimi, inkwantu l-għażla tal-amministrazzjoni li tissuġġetta l-konklużjoni tal-ftehim għal sussidji marbuta mal-proġett ECOLINK + “in accordance with the solution elaborated to the noteworthy findings of a recent audit report” u d-deċiżjoni li fl-emenda suċċessiva tal-ftehim jiġi pprovdut li, fir-rigward tax-Shareholders, kien hemm bżonn li tintuża “the methodology annexed to the contract and the relative costs are reported in the company’s books” juri li jista’ jiġi dedott li fil-fatt il-Kummissjoni, f’dan l-istadju, kienet aċċettat l-metodi ta’ kalkolu tal-ispejjeż proposti minn META.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti, il-ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-proċeduri stabbiliti fil-ftehim għal sussidji, kif ukoll tal-Kodiċi tal-Etika Amministrattiva.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/40


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Giorgis vs UASI — Comigel (Forma ta’ tazzi tax-xorb)

(Kawża T-474/12)

2013/C 9/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Giorgis (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: I. Prado u A. Tornato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Comigel SAS (Saint-Julien-lès-Metz, Franza)

Talbiet

tannulla id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1301/2011-1); u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark li tirrappreżenta forma ta’ tazzi tax-xorb, għall-prodotti fil-klassi 30 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8132681

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidita’ kienet ibbażata fuq il-motivi msemmija fl-Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Kumunitarja ikkontestata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/41


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2012 — LaserSoft Imaging vs UASI (WorkflowPilot)

(Kawża T-475/12)

2013/C 9/73

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LaserSoft Imaging AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Hunnekuhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Jannar 2012 u tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 480/2012-4), sa fejn jiċħdu l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark imressqa mir-rikorrenti fid-29 ta’ Awwissu 2011, u tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark verbali “WorkflowPilot”, li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, fir-reġistru tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “WorkflowPilot” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 223 774

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) kif ukoll tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-476/12)

2013/C 9/74

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Settembru 2012 (Referenza “GestDem” Nru 3273/2012) li permezz tagħha nċaħad l-aċċess għall-informazzjoni tal-uffiċċju federali għall-ambjent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, informazzjoni dwar l-installazzjonijiet tar-rikorrenti li dan l-uffiċċju ssottometta lill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-lista tal-installazzjonijiet fil-Ġermanja li huma koperti mid-Direttiva 2003/87/KE sottomessa skont l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2012 (Referenza “GestDem” Nru 3273/2012), li permezz tagħha fi kwalunkwe każ nċaħad l-aċċess għall-informazzjoni mitluba,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka dawn il-motivi:

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1)

Permezz ta’ dan il-motiv ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-proroga tat-terminu għall-għoti ta’ tweġiba fir-rigward tal-applikazzjoni konfermatorja tagħha ma kinux issodisfatti u għaldaqstant kien hemm deċiżjoni negattiva min-naħa tal-Kummissjoni sa mill-4 ta’ Settembru 2012.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċaħda impliċita tat-talba tagħha tikser l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1367/2006, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jagħtuha dritt titlob li tiġi żvelata l-informazzjoni mixtieqa u sa fejn ma hemmx raġunijiet li jiġġustifikaw din iċ-ċaħda, raġunijiet li għandhom jiġu interpretati b’mod strett.

Barra minn hekk, fil-fehma tar-rikorrenti, ir-raġuni li tiġġustifika r-rifjut tal-aċċess prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma tapplikax. Id-dokumenti mitluba jikkonċernaw esklużivament informazzjoni li kienet sottomessa lill-Kummissjoni mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ma jikkonċernawx l-evalwazzjoni ta’ din l-informazzjoni mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, ma jistax jingħad li kien ser ikun hemm preġudizzju serju għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li lanqas il-fatt li l-awtoritajiet ikkonsultati għadhom ma ppreżentawx l-opinjoni tagħhom ma jikkostitiwxxi raġuni għaċ-ċaħda tat-talba tagħha. F’dan ir-rigward hija ssostni li l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma tistax tiġi interpretata b’mod tant wiesa’ li jwassal sabiex l-Istat Membru kkonċernat jingħata dritt ta’ veto li permezz tiegħu jkun jista’ jipprekludi l-aċċess għad-dokumenti mitluba skont id-diskrezzjoni tiegħu. Tali sitwazzjoni tmur kontra l-għan tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fir-rigward tal-introduzzjoni u l-iżvilupp ta’ trasparenza fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ambjentali.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Permezz tal-aħħar motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li hemm ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296(2) TFUE.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/42


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2012 — Golam vs UASI — Pentafarma (METABOL)

(Kawża T-486/12)

2013/C 9/75

Lingwa tar-rikors: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant N. Trovas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Pentafarma-Sociedade Tecnico-Medicinal, SA (Prior Velho, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ dan ir-rikors, sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1901/2011-1;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u tilqa’ l-applikazzjoni tar-rikorrenti fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Sofia Golam

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “METABOL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 16 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8885287

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Portugiża “METABOL-MG” li kienet irreġistrata bin-Nru 241841, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/42


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2012 — CITEB u Belgo-Metal vs Il-Parlament

(Kawża T-488/12)

2013/C 9/76

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cit Blaton SA (CITEB) (Schaerbeek, Il-Belġju) u Belgo-Metal (Wetteren, Il-Belġju) (rappreżentant: R. Simar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors għal annullament bħala ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha d-Direttorat Ġenerali tal-Infrastruttura u tal-Loġistika tal-Parlament Ewropew irrifjuta, fis-7 ta’ Settembru 2012, l-offerta tar-rikorrenti u ta l-kuntratt lil offerent ieħor, deċiżjoni li r-rikorrenti ġew informati biha permezz ta’ ittra tas-7 u tat-18 ta’ Settembru 2012;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 89(1) u (2), u 92 tar- Regolament Finanzjajru (1), tal-Artikolu 135(1) u (5) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (2) u tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2004/18 (3), kif ukoll tal-prinċipji ta’ kompetizzjoni, ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u tal-attenzjoni, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix ir-rapport redatt mill-kumitat ta’ evalwazzjoni li jikkostitwixxi r-raġuni tad-deċiżjoni u għalhekk ir-rikorrenti ma jistgħux jivverifikaw in-natura regolari tal-offerta magħżula.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju, tad-dokumenti tal-kuntratt u tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tiegħu, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata b’mod fattwali u xieraq għaliex ma tinkludix l-informazzjoni tar-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145)

(3)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)