ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.399.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 399

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
22 ta' Diċembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 399/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 389, 15.12.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 399/02

Kawża C-300/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães — il-Portugall) — Vítor Hugo Marques Almeida vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel (Assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil- mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — Direttiva 84/5/KEE — Artikolu 2(1) — Direttiva 90/232/KEE — Artikolu 1 — Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur — Responsabbiltà ċivili tal-assigurat — Kontribut tal-vittma għad-dannu — Limitazzjoni tad-dritt għal kumpens)

2

2012/C 399/03

Kawża C-557/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat milli jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 91/440/KEE — Artikolu 5(3) — Impriżi ta’ trasport ferrovjarju — Indipendenza amministrattiva — Deċiżjonijiet dwar il-persunal, l-assi u x-xiri proprji — Artikolu 7(3) — Għoti tal-finanzjament lill-amministratur tal-infrastruttura — Direttiva 2001/14/KE — Artikolu 6(1) — Bilanċ fil-kontijiet — Kundizzjonijiet xierqa — Traspożizzjoni inkompleta)

3

2012/C 399/04

Kawżi magħquda C-581/10 u C-629/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-23 ta’ Ottubru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln — il-Ġermanja, tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — Emeka Nelson, Bill Chinazo Nelson, Brian Cheimezie Nelson vs Deutsche Lufthansa AG (C-581/10), TUI Travel plc, British Airways plc, easyJet Airline Company Ltd, International Air Transport Association vs Civil Aviation Authority (C-629/10) (Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikoli 5 sa 7 — Konvenzjoni ta’ Montréal — Artikoli 19 u 29 — Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien ta’ titjira — Kompatibbiltà)

3

2012/C 399/05

Kawża C-133/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Folien Fischer AG, Fofitec AG vs Ritrama SpA (Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjonijiet speċjali f’materja ta’ delitt jew kważi delitt — Azzjoni għal konstatazzjoni negattiva (negative Feststellungsklage) — Dritt tal-awtur preżunt ta’ fatt dannuż li jfittex lill-vittma potenzjali fil-qorti tal-post fejn allegatament seħħ jew jista’ jitwettaq dan il-fatt sabiex issir il-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ responsabbiltà delittwali)

4

2012/C 399/06

Kawża C-164/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija u tal-elettriku — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

4

2012/C 399/07

Kawżi magħquda C-318/11 u C-319/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Falun — l-Isvezja) — Daimler AG (C-318/11), Widex A/S (C-319/11) vs Skatteverket (Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 170 u 171 — It-Tmien Direttiva tal-VAT — Artikolu 1 — Direttiva 2008/9/KE — Artikolu 3(a) — Regoli dettaljati għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż — Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru u li teżerċita biss fi Stat Membru ieħor xi attivitajiet ta’ testijiet tekniċi jew ta’ riċerka)

5

2012/C 399/08

Kawża C-367/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Il-Belġju) — Déborah Prete vs Office national de l'emploi (Moviment liberu tal-persuni — Artikolu 39 KE — Ċittadin ta’ Stat Membru li jkun qed ifittex xogħol fi Stat Membru ieħor — Ugwaljanza fit-trattament — Allowances tal-istennija favur żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom — Għoti suġġett għall-kundizzjoni tal-ikkompletar ta’ mill-inqas sitt snin ta’ studji fl-Istat ospitanti)

6

2012/C 399/09

Kawża C-387/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE — Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli — Kumpanniji ta’ investiment residenti u mhux residenti — Withholding tax — Imputazzjoni tal-withholding tax — Eżenzjoni fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli — Diskriminazzjoni — Ġustifikazzjonijiet)

6

2012/C 399/10

Kawża C-553/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Bernhard Rintisch vs Klaus Eder (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 10(1) u (2)(a) — Użu ġenwin — Użu f’forma, li fiha ġiet irreġistrata bħala trade mark, li tkun differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark — Effetti ta’ sentenza fiż-żmien)

7

2012/C 399/11

Kawża C-557/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Il-Polonja) — Maria Kozak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 306 sa 310 — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Servizz ta’ trasport ipprovdut minn aġenzija tal-ivvjaġġar li taġixxi f’isimha — Kunċett ta’ servizz uniku — Artikolu 98 — Rata mnaqqsa tal-VAT)

7

2012/C 399/12

Kawża C-592/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Anssi Ketelä (Agrikoltura — Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u Nru 1974/2006 — Għajnuna għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ — Kundizzjonijiet għall-għoti — Stabbiliment għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap tal-azjenda — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni meta l-istabbiliment isir permezz ta’ persuna ġuridika)

8

2012/C 399/13

Kawża C-102/12 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2012 minn Stefan Städter mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2011, fil-Kawża T-532/11, Stefan Städter vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

8

2012/C 399/14

Kawża C-409/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Patent- und Markensenat (l-Awstrija) fis-6 ta’ Settembru 2012 — Backaldrin Österreich The Kornspitz Company GmbH vs Pfahnl Backmittel GmbH

9

2012/C 399/15

Kawża C-426/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Settembru 2012 — X vs Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

9

2012/C 399/16

Kawża C-430/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fil-21 ta’ Settembru 2012 — Elena Luca vs Casa de Asigurări de Sănătate Bacău

10

2012/C 399/17

Kawża C-431/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Settembru 2012 — Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili vs SC Rafinăria Steaua Română SA

10

2012/C 399/18

Kawża C-435/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Settembru 2012 — ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie et

10

2012/C 399/19

Kawża C-437/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-1 ta’ Ottubru 2012 — X, il-parti l-oħra: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

11

2012/C 399/20

Kawża C-451/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Salamanca (Spanja) fit-8 ta’ Ottubru 2012 — Josune Esteban Garcia

12

2012/C 399/21

Kawża C-454/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2012 — Pro Med Logistik GmbH vs Finanzamt Dresden — Süd

12

2012/C 399/22

Kawża C-455/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2012 — Karin Oertel vs Finanzamt Würzburg mit Außenstelle Ochsenfurt

13

2012/C 399/23

Kawża C-463/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-16 ta’ Ottubru 2012 — Copydan Båndkopi vs Nokia Danmark A/S

13

2012/C 399/24

Kawża C-468/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cosenza (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2012 — CCIAA di Cosenza vs Fallimento CIESSE SRL

14

2012/C 399/25

Kawża C-472/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Panasonic Italia SpA. vs Agenzia delle Dogane

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 399/26

Kawża T-574/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012 — Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Irkupru ta’ stokkijiet tat-tonn — Miżuri ta’ emerġenza li jipprojbixxu s-sajd mill-purse seiners — Ħsara anormali)

16

2012/C 399/27

Kawża T-135/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rikors għal annullament — Atti adottati matul spezzjoni — Miżuri intermedjarji — Inammissibbiltà — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Protezzjoni tal-ħajja privata — Indizji suffiċjentement serji — Stħarriġ ġudizzjarju)

16

2012/C 399/28

Kawża T-140/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi Energia vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rikors għal annullament — Atti adottati matul spezzjoni — Miżuri intermedjarji — Inammissibbiltà — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Protezzjoni tal-ħajja privata — Indizji serji biżżejjed — Stħarriġ ġudizzjarju)

17

2012/C 399/29

Kawża T-278/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2012 — Verband Deutscher Prädikatsweingüter vs UASI (GG) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kollettiva verbali GG — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

17

2012/C 399/30

Kawża T-137/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012 — CBI vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Sptarijiet pubbliċi — Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi li jiffurmaw parti mill-assoċjazzjoni IRIS — Deċiżjoni fi tmiem il-fażi preliminari — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Definizzjoni tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku — Proporzjonalità tal-kumpens għas-servizz pubbliku)

18

2012/C 399/31

Kawża T-194/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Regolament (KE) Nru 607/2009 — Database E-Bacchus — Inklużjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Vinohradnícka oblast Tokaj’, bis-Slovakkja bħala l-pajjiż tal-oriġini — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

18

2012/C 399/32

Kawża T-83/11 u T-84/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Novembru 2012 — Antrax It vs UASI — THC (Radiateurs de chauffage) (Disinn Komunitarji — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw termosifuni għal radjaturi ta’ tisħin — Disinni preċedenti — Raġuni għal invalidità — Nuqqas ta’ karattru individwali — Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Saturazzjoni tal-eċċellenza — Obbligu ta’ motivazzjoni)

19

2012/C 399/33

Kawża T-114/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012 — Giordano vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar — Miżuri ta’ urġenza li jipprekludu s-sajd b’bastimenti bil-purse seines — Aġir illeċitu — Rabta kawżali)

19

2012/C 399/34

Kawża T-268/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni vs Strack (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave — Leave tal-mard — Annullament fl-ewwel istanza tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trasferiment tad-dritt tal-ġranet ta’ leave annwali mhux meħuda mill-persuna kkonċernata — Artikolu 4 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 1e(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Direttiva 2003/88 KE — Appell fondat — Kawża fi stat li tiġi deċiża — Ċaħda tar-rikors)

19

2012/C 399/35

Kawża T-415/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — Hartmann vs UASI (Nutriskin Protection Complex) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Nutriskin Protection Complex — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Prattika deċiżjonali tal-UASI — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

20

2012/C 399/36

Kawża T-529/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Impulso creador — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IMPULSO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2012/C 399/37

Kawża T-555/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2012 — tesa vs UASI — Superquímica (tesa TACK) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva tesa TACK — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti TACK Ceys — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

21

2012/C 399/38

Kawża T-212/07 REV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2012/C 399/39

Kawża T-180/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVAS LIVE WITH CHIVALRY) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2012/C 399/40

Kawża T-181/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (LIVE WITH CHIVALRY) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

22

2012/C 399/41

Kawża T-442/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att parzjalment kormermattiv u parzjalment informattiv — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-aġir kkritikat jew ta’ definizzjoni tad-dannu allegat — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Assenza ta’ prova tad-dannu — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

22

2012/C 399/42

Kawża T-530/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVALRY) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

22

2012/C 399/43

Kawża T-187/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2012 — Bäßler vs UASI (MAX) (Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà manifesta)

23

2012/C 399/44

Kawża T-219/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti dwar it-thejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għall-proġett tal-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija — Esklużjoni tar-rikorrenti mill-parteċipazzjoni f’din is-sejħa għal offerti — Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2012/C 399/45

Kawża T-227/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti li tirrigwarda t-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-proġett tal-immodernizzar ferrovjarju — Esklużjoni tar-rikorrent milli jipparteċipa f’din is-sejħa għal offerti — Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2012/C 399/46

Kawża T-444/12: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2012 — Novartis vs UASI — Tenimenti Angelini (LINEX)

24

2012/C 399/47

Kawża T-450/12: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2012 — Anagnostakis vs Il-Kummissjoni

24

2012/C 399/48

Kawża T-455/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2012 — Zoo Sport vs UASI — K 2 (zoo sport)

25

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/1


2012/C 399/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 389, 15.12.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 379, 8.12.2012

ĠU C 373, 1.12.2012

ĠU C 366, 24.11.2012

ĠU C 355, 17.11.2012

ĠU C 343, 10.11.2012

ĠU C 331, 27.10.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães — il-Portugall) — Vítor Hugo Marques Almeida vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel

(Kawża C-300/10) (1)

(Assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil- mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Direttiva 84/5/KEE - Artikolu 2(1) - Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur - Responsabbiltà ċivili tal-assigurat - Kontribut tal-vittma għad-dannu - Limitazzjoni tad-dritt għal kumpens)

2012/C 399/02

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Guimarães

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vítor Hugo Marques Almeida

Konvenut: Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal da Relação de Guimarães — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10), tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3) u tal Artikoli 1 u 1a tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) — Ħabta bejn żewġ vetturi mhux tort tas-sewwieqa — Passiġġier ta’ waħda mill-vetturi li kkontribwixxa għad-danni tiegħu stess — Responsabbiltà għar-riskju — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu għall-possibbiltà li d-dritt għall-kumpens tal-passiġġieri vittmi li jkunu kkontribwixxew għall-ħolqien tad-danni jiġi miċħud jew limitat.

Dispożittiv

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikoli 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li, f’każ ta’ ħabta bejn żewġ vetturi bil-mutur li kkawżat danni fiżiċi lill-passiġġier ta’ waħda minn dawn il-vetturi, mingħajr ma l-ħtija tista’ tkun imputabbli lis-sewwieqa tal-imsemmija vetturi, jippermettu li tiġi limitata jew eskluża r-responsabbiltà ċivili tal-assigurati.


(1)  ĠU C 234, 28.8.2010.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-557/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat milli jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 91/440/KEE - Artikolu 5(3) - Impriżi ta’ trasport ferrovjarju - Indipendenza amministrattiva - Deċiżjonijiet dwar il-persunal, l-assi u x-xiri proprji - Artikolu 7(3) - Għoti tal-finanzjament lill-amministratur tal-infrastruttura - Direttiva 2001/14/KE - Artikolu 6(1) - Bilanċ fil-kontijiet - Kundizzjonijiet xierqa - Traspożizzjoni inkompleta)

2012/C 399/03

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. França, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u A. Pereira de Miranda, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat milli jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 376), mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 91/440 u mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)

Dispożittiv

(1)

Billi tissuġġetta kull deċiżjoni individwali ta’ akkwist jew ta’ trasferiment ta’ ishma fil-kumpanniji mill-impriża pubblika ta’ trasport ferrovjarju CP Comboios de Portugal EPE għal approvazzjoni tal-gvern u billi ma adottatx il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-obbligu li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet xierqa sabiex jiġi ggarantit li l-kontijiet tal-amministrattur tal-infrastruttura, ir-Rede Ferroviária Nacional — REFER EP ikunu bbilanċjati, ir-Repubbliku Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, minn naħa, l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 91/440, kif emendata bid-Direttiva 2001/12, u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 5.2.2011


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-23 ta’ Ottubru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln — il-Ġermanja, tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — Emeka Nelson, Bill Chinazo Nelson, Brian Cheimezie Nelson vs Deutsche Lufthansa AG (C-581/10), TUI Travel plc, British Airways plc, easyJet Airline Company Ltd, International Air Transport Association vs Civil Aviation Authority (C-629/10)

(Kawżi magħquda C-581/10 u C-629/10) (1)

(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 5 sa 7 - Konvenzjoni ta’ Montréal - Artikoli 19 u 29 - Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien ta’ titjira - Kompatibbiltà)

2012/C 399/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż u l-Ingliż

Qrati tar-rinviju

Amtsgericht Köln, High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emeka Nelson, Bill Chinazo Nelson, Brian Cheimezie Nelson (C-581/10), TUI Travel plc, British Airways plc, easyJet Airline Company Ltd, International Air Transport Association (C-629/10)

Konvenuti: Deutsche Lufthansa AG (C-581/10), Civil Aviation Authority (C-629/10)

Suġġett

(Kawża C-581/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Köln — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jitħassar ir-regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien ta’ titjira — Kompatibbiltà ta’ dan id-dritt mal-esklużjoni ta’ danni punittivi jew eżemplari li tinsab fl-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru (Konvenzjoni ta’ Montréal), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491)

(Kawża C-629/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Dritt għal kumpens f’każ ta’ dewmien — Effetti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawżi C-402/07 u C-432/07, Sturgeon

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġġieri ta’ titjiriet li jġarrbu dewmien għandhom dritt għal kumpens abbażi ta’ dan ir-regolament meta huma jġarrbu, minħabba tali titjiriet, telf ta’ ħin li jkun daqs jew iktar minn tliet sigħat, jiġifieri meta jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom tliet sigħat jew iktar wara l-ħin ta’ wasla inizjalment previst mit-trasportatur tal-ajru. Madankollu, tali dewmien ma jagħtix dritt għal kumpens favur il-passiġġieri jekk it-trasportatur tal-ajru jkun f’pożizzjoni li juri li d-dewmien twil huwa dovut għal ċirkustanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati minkejja li ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, jiġifieri ċirkustanzi li fuqhom it-trasportatur tal-ajru ma għandux kontroll effettiv.

(2)

L-evalwazzjoni tad-domandi preliminari ma rrilevat l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament Nru 261/2004


(1)  ĠU C 72, 5.3.2011

ĠU C 89, 19.3.2011


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Folien Fischer AG, Fofitec AG vs Ritrama SpA

(Kawża C-133/11) (1)

(Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjonijiet speċjali f’materja ta’ delitt jew kważi delitt - Azzjoni għal konstatazzjoni negattiva (“negative Feststellungsklage”) - Dritt tal-awtur preżunt ta’ fatt dannuż li jfittex lill-vittma potenzjali fil-qorti tal-post fejn allegatament seħħ jew jista’ jitwettaq dan il-fatt sabiex issir il-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ responsabbiltà delittwali)

2012/C 399/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Folien Fischer AG, Fofitec AG

Konvenuta: RITRAMA SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Kompetenzi speċjali fil-qasam ta’ delitti u ta’ kważi delitti — Azzjoni dikjaratorja negattiva (negative Feststellungsklage) — Dritt tal-awtur ta’ fatt dannuż li jieħu l-vittma tad-dannu quddiem il-qorti tal-post fejn dan il-fatt seħħ jew jista’ jseħħ sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ responsabbiltà delittwali

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal konstatazzjoni negattiva intiża sabiex tistabbilixxi l-assenza ta’ responsabbiltà delittwali jew kważi delittwali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 204, 9.7.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-164/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija u tal-elettriku - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

2012/C 399/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: W. Mölls, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jadatta s-sistema tiegħu ta’ tassazzjoni tal-elettriku mad-dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Applikazzjoni ta’ rata waħda fl-iskadenza tal-perijodu tranżitorju

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx id-dispożizzjoni neċessarji sabiex tadatta s-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku mad-dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, minkejja l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10) tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 186, 25.6.2011


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Falun — l-Isvezja) — Daimler AG (C-318/11), Widex A/S (C-319/11) vs Skatteverket

(Kawżi magħquda C-318/11 u C-319/11) (1)

(Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 170 u 171 - It-Tmien Direttiva tal-VAT - Artikolu 1 - Direttiva 2008/9/KE - Artikolu 3(a) - Regoli dettaljati għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż - Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru u li teżerċita biss fi Stat Membru ieħor xi attivitajiet ta’ testijiet tekniċi jew ta’ riċerka)

2012/C 399/07

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Falun

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daimler AG (C-318/11), Widex A/S (C-319/11)

Konvenut: Skatteverket

Suġġett

(C-318/11)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Förvaltningsrätten i Falun — Interprtazzjoni tal-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), u tal-Artikoli 1 u 2 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-(rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9 Vol. 1 p. 79), u tal-Artikoli 2, 3 u 5 tad Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, tat 12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-(rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ (rimbors) iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, p. 23) — Produttur tal-karozzi stabbilit fi Stat Membru A, wara li għamel xi akkwisti fi Stat Membru B, sabiex iwettaq, permezz tas-sussidjarja tiegħu stabbilita f’dak l-Istat Membru testijiet tal-istess vetturi f’kundizzjonijiet tax-xitwa, fid-dawl tal-bejgħ tagħhom fi Stat Membru A — Sussidjarja li hija kompletament proprjetà tal-produttur tal-karozzi u li l-għan prinċipali tagħha huwa dak li tagħmel disponibbli lill-kumpannija parent tagħha, il-postijiet sabiex isiru t-testijiet u servizzi relatati mal-attività tat-testijiet fl-Istat Membru B, neċessarji għall-attivitajiet kummerċjali mwettqa mill-kumpannija parent fl-Istat Membru fejn hija stabbilita — Eżistenza jew nuqqas ta’ eżistenza ta’ stabbiliment fiss tal-produttur tal-karozzi fl-Istat Membru B

(C-319/11)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Förvaltningsrätten i Falun — Interpretazzjoni tal-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) u tal-Artikoli 1 u 2 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79) — Soċjetà li tipproduċi hearing aids stabbilita fi Stat Membru A, li akkwistat prodotti u servizzi fi Stat Membru B għall-ħtiġijiet tal-attività tad-dipartiment tagħha ta’ riċerka ta’ awdjoloġija li jinsab f’dan l-Istat Membru u li l-persunal tiegħu huwa impjegat mill-imsemmija soċjetà — Eżistenza jew le ta’ stabbiliment fiss tas-soċjetà produttriċi ta’ hearing aids fl-Istat Membru B

Dispożittiv

(1)

Persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita fi Stat Membru u li twettaq biss fi Stat Membru ieħor testijiet tekniċi jew xogħlijiet ta’ riċerka, bl-esklużjoni ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li għandha, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, “stabbiliment (fiss) li minnu jkunu magħmula transazzjonijiet tan-negozju” fis-sens tal-Artikolu 1 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-(rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, u tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-(rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud, previst fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru tar-(rimbors) iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

(2)

Din l-interpretazzjoni ma titqegħidx f’dubju, f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali fil-Kawża C-318/11, minħabba l-fatt li l-persuna taxxabbli għandha, fl-Istat Membru tal-applikazzjoni tagħha għal rimbors, sussidjarja miżmuma 100 % li hija kważi esklużivament intiża sabiex tipprovdilha diversi servizzi marbuta mat-testijiet tekniċi mwettqa.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Il-Belġju) — Déborah Prete vs Office national de l'emploi

(Kawża C-367/11) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 39 KE - Ċittadin ta’ Stat Membru li jkun qed ifittex xogħol fi Stat Membru ieħor - Ugwaljanza fit-trattament - Allowances tal-istennija favur żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom - Għoti suġġett għall-kundizzjoni tal-ikkompletar ta’ mill-inqas sitt snin ta’ studji fl-Istat ospitanti)

2012/C 399/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Déborah Prete

Konvenut: Office national de l'emploi

Suġġett

Talba għal-deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 17, 18 u 39 KE (li saru l-Artikoli 18, 20, 21 u 45 TFUE) — Allowances tal-istennija favur żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom — Għoti suġġett għat-twettiq ta’ mill-inqas minn sitt snin ta’ studji fi stabbiliment tat-tagħlim tal-Istat Membru kkonċernat — Rifjut ta’ għoti lil ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jkun wettaq studji sekondarji f’dan l-Istat l-ieħor, unikament minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni msemmija qabel — Élementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata r-rabta ta’ żagħżugħ mas-suq tax-xogħol nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikolu 39 KE jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tissuġġetta d-dritt għal allowances tal-istennija li huma ta’ benefiċċju liż-żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun segwiet tal-inqas sitt snin ta’ studji fi stabbiliment tat-tagħlim tal-Istat Membru ospitanti, sa fejn din il-kundizzjoni tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi rappreżentattivi oħra li huma xierqa sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-applikant għal allowances u s-suq ġeografiku tax-xogħol inkwistjoni u teċċedi, minħabba dan il-fatt, dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit minn din id-dispożizzjoni u li huwa intiż sabiex tiġi ggarantita l-eżistenza ta’ tali rabta.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-387/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE - Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli - Kumpanniji ta’ investiment residenti u mhux residenti - Withholding tax - Imputazzjoni tal-withholding tax - Eżenzjoni fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli - Diskriminazzjoni - Ġustifikazzjonijiet)

2012/C 399/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Soulay, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Behzadi-Spencer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 49 u 63 TFUE u tal-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli — Eżenzjoni favur kumpanniji ta’ investiment — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi taxxa f’ras il-għajn fuq dħul kapitali u beni mobbli (“withholding tax”) — Diskriminazzjoni tal-kumpanniji ta’ investiment barranin li ma għandhomx stabbiliment fiss fit-territorju nazzjonali sa fejn dawn ma jistgħux jitolbu r-rimbors tal-ammont imħallas bħala witholding tax — Nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet

Dispożittiv

(1)

Billi żamm fis-seħħ regoli differenti dwar it-tassazzjoni ta’ dħul minn kapital u minn beni mobbli skont jekk dawn jiġux irċevuti minn kumpanniji ta’ investiment residenti jew minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti li ma għandhomx stabbiliment fiss fil-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE kif ukoll l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 305, 15.10.2011


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Bernhard Rintisch vs Klaus Eder

(Kawża C-553/11) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 10(1) u (2)(a) - Użu ġenwin - Użu f’forma, li fiha ġiet irreġistrata bħala trade mark, li tkun differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark - Effetti ta’ sentenza fiż-żmien)

2012/C 399/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bernhard Rintisch

Konvenut: Klaus Eder

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1) u (2)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Kunċett tal-“użu tat-trade mark” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikonoxxi li l-użu tat-trade mark f’forma li hija differenti minn dik li fiha ġiet irreġistrata għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala użu ta’ trade mark irreġistrata sakemm id-differenza ma tbiddilx il-karattru distintiv tat-trade mark — Reġistrazzjoni ta’ trade mark li għandha l-għan li tiggarantixxi jew testendi l-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata — Aspettattivi leġittimi — Applikabilità ta’ modifika ġurisprudenzjali għal sitwazzjonijiet li diġà nqalgħu fid-data tal-għoti tas-sentenza

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata jista’, sabiex jistabbilixxi l-użu tagħha skont din id-dispożizzjoni, jibbaża ruħu fuq l-użu tagħha f’forma li hija differenti minn dik li biha ġiet irreġistrata mingħajr ma d-differenzi bejn dawn iż-żewġ forom ibiddlu l-karattru distintiv ta’ din it-trade mark, u dan mikejja l-fatt li din il-forma differenti hija wkoll irreġistrata bħala trade mark.

(2)

L-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali intiża sabiex tittrasponi l-imsemmi Artikolu 10(2)(a) fid-dritt nazzjonali fis-sens li din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal trade mark “difensiva” li r-reġistrazzjoni tagħha ma għandha l-ebda għan ieħor għajr li tiggarantixxi jew testendi l-kamp tal-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata, li hija fil-forma li hija użata.


(1)  ĠU C 80, 17.3.2012.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Il-Polonja) — Maria Kozak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

(Kawża C-557/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Servizz ta’ trasport ipprovdut minn aġenzija tal-ivvjaġġar li taġixxi f’isimha - Kunċett ta’ servizz uniku - Artikolu 98 - Rata mnaqqsa tal-VAT)

2012/C 399/11

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Kozak

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikoli 306 sa 310, kif ukoll tal-Artikolu 98, flimkien mal-punt 5 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar — Rifjut li tiġi applikata r-rata mnaqqsa ta’ VAT, applikabbli għas-servizzi ta’ trasport, għal servizz ta’ trasport ipprovdut minn aġenzija tal-ivvjaġġar li taġixxi f’isimha fil-kuntest ta’ servizz tal-ivjaġġar kumpless — Klassifikazzjoni bħala servizz uniku

Dispożittiv

L-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta fil-kuntest ta’ servizz turistiku pprovdut lil klijent inkambju għal prezz li jinkludi kollox impost skont dawn id-dispożizzjonijiet, aġenzija tal-ivvjaġġar tipprovdi lil dan il-klijent servizz ta’ trasport intern li jikkostitwixxi wieħed mill-element ta’ dan is-servizz turistiku, dan is-servizz huwa suġġett għall-iskema normali tal-VAT, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda r-rata ta’ tassazzjoni, u mhux għall-iskema speċjali tal-VAT applikabbli għat-tranżazzjonijiet tal-aġenziji tal-ivvjaġġar. Skont l-Artikolu 98 ta’ din id-direttiva, jekk l-Istati Membri jkunu stabbilixxew rata mnaqqsa tal-VAT fil-qasam tas-servizzi ta’ trasport, din ir-rata mnaqqsa hija applikabbli għall-imsemmi servizzi.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Anssi Ketelä

(Kawża C-592/11) (1)

(Agrikoltura - Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u Nru 1974/2006 - Għajnuna għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ - Kundizzjonijiet għall-għoti - Stabbiliment għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap tal-azjenda - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni meta l-istabbiliment isir permezz ta’ persuna ġuridika)

2012/C 399/12

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anssi Ketelä

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M, p. 26) u tal-Artikolu 13(4) u (6) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 322M, p. 305) — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna għall-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ — Stabbiliment għall-ewwel darba f’ażjenda bħala l-kap tal-azjenda — Għajnuna għall-istabbiliment mogħtija lil persuna fiżika abbażi tal-akkwist ta’ razzett tal-familja — Interruzjoni tal-ħlas tal-għajnuna minħabba li l-benefiċjarju tal-għajnuna kien preċedentement azzjonist minoritarju u Direttur Ġenerali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata li tipprattika b’mod partikolari t-trobbija ta’ majjali

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit impost minn din id-dispożizzjoni li jipprovdi li l-persuna kkonċernata għandha tistabbilixxi ruħha għall-ewwel darba f’azjenda agrikola “bħala l-kap tal-azjenda” jimplika, f’sitwazzjoni fejn il-persuna kkonċernata tistabbilixxi ruħha billi tuża kumpannija b’responsabbiltà limitata, li din il-persuna jkollha kontroll effettiv u sostenibbli kemm tal-azjenda agrikola kif ukoll tal-ġestjoni tagħha.

(2)

Għalkemm l-Istati Membri għadhom awtorizzati jippreċiżaw, b’mod konkret, il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi konkluż li persuna li titlob l-għajnuna għandha l-kwalità ta’ “kap tal-azjenda”, dan huwa suġġett għal li tali kundizzjonijiet ma jmorrux lil hinn mill-kuntest li huma intiżi jippreċiżaw u b’hekk jimpenjaw ruħhom, fl-osservanza tal-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 1698/2005, li jiggarantixxu li l-imsemmija persuna li titlob l-għajnuna jkollha kontroll effettiv u sostenibbli tal-azjenda agrikola u tal-ġestjoni tagħha. Dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfaw tali rekwiżiti sa fejn huma jipprevedu li, meta l-bidwi żagħżugħ jistabbilixxi ruħu billi juża persuna ġuridika, il-kisba tal-għajnuna hija kkundizzjonata, b’mod partikolari, mill-fatt li dan ikollu setgħa deċiżjonali fi ħdan din il-persuna ġuridika, u dan jirrikjedi li jkollu iktar min-nofs l-azzjonijiet ta’ din il-persuna ġuridika u li dawn l-azzjonijiet jirrappreżentaw iktar min-nofs il-voti.


(1)  ĠU C 49, 18.2.2012.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/8


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2012 minn Stefan Städter mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2011, fil-Kawża T-532/11, Stefan Städter vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-102/12 P)

2012/C 399/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Stefan Städter (rappreżentant: M.C. Kerber, avukat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Permezz tad-digriet tal-15 ta’ Novembru 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Patent- und Markensenat (l-Awstrija) fis-6 ta’ Settembru 2012 — Backaldrin Österreich The Kornspitz Company GmbH vs Pfahnl Backmittel GmbH

(Kawża C-409/12)

2012/C 399/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Patent- und Markensenat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Backaldrin Österreich The Kornspitz Company GmbH

Konvenuta: Pfahnl Backmittel GmbH

Domandi preliminari

(1)

Trade mark issir “l-isem komuni fil-kummerċ għal prodott jew servizz” fis-sens tal-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2008/95/KE (1) meta

(a)

il-kummerċjanti jkollhom għarfien tal-fatt li din hija indikazzjoni ta’ oriġini, iżda huma ma jinfurmawx ġeneralment lill-konsumaturi finali dwar dan u li

(b)

għal din ir-raġuni (b’mod partikolari), il-konsumaturi finali ma jipperċepixxux it-trade mark bħala indikazzjoni ta’ oriġini, iżda bħala l-isem komuni ta’ prodotti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata?

(2)

Il-fatt li l-proprjetarju tat-trade mark jibqa’ inattiv filwaqt li l-kummerċjanti ma jindikawx lill-klijenti tagħhom li din hija trade mark irreġistrata huwa suffiċjenti sabiex jikkostitwixxi “inattività” fis-sens tal-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2008/95?

(3)

Id-drittijiet marbuta ma’ trade mark li saret, minħabba l-attività jew l-inattività tal-proprjetarju tagħha, isem komuni għall-konsumaturi finali, iżda mhux għall-kummerċ, għandhom jiġu ddikjarati revokati fil-każ u unikament fil-każ fejn il-konsumaturi finali ma għandhomx possibbiltà oħra ħlief li jużaw dan l-isem peress li ma jeżistux termini alternattivi ekwivalenti?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Settembru 2012 — X vs Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

(Kawża C-426/12)

2012/C 399/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenut: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

Domandi preliminari

(1)

Hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva (1) fil-każ ta’ użu ta’ faħam (prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 2701, 2702 u 2704) bħala kombustibbli f’kalkara tal-ġir meta d-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-faħam (u mill-ġir) f’din il-kalkara tal-ġir jintuża biex jiġi prodott il-gass tal-kalkara tal-ġir li mbagħad jintuża, u huwa meħtieġ, għat-tisfija tal-meraq mhux misjur miksub mill-pitravi?

(2)

Hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva fil-każ ta’ użu ta’ faħam (prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 2701, 2702 u 2704) bħala kombustibbli f’kalkara tal-ġir meta 66 % tad-diossidu tal-karbonju, iġġenerat bit-tisħin u assorbit fil-gass tal-kalkara tal-ġir waqt it-tisfija sussegwenti msemmija hawn fuq, huwa assorbit fl-ixkuma ta’ karbonizzazzjoni li tinbiegħ bħala fertilizzant tal-ġir lis-settur agrikolu?

(3)

Jekk jingħad li hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva: id-Direttiva hija inapplikabbli fid-dawl ta’ kif huwa mqiegħed il-kliem introduttiv tal-Artikolu 2(4) tagħha, b’tali mod li l-persuna kkonċernata ma tistax tinvoka l-effett dirett tad-Direttiva (għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ użu doppju fid-dritt nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 20(e) tal-Wbm (2))?

(4)

Jekk jingħad li hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva u li din (għaldaqstant) ma hijiex applikabbli: id-dritt tal-Unjoni jipprekludi interpretazzjoni tal-kunċett ta’ użu doppju fid-dritt nazzjonali li hija iktar stretta mill-interpretazzjoni skont id-Direttiva għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ taxxa bħal dik fuq il-kombustibbli inkwistjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).

(2)  Liġi tal-Pajjiżi l-Baxxi li tistabbilixxi taxxi għall-protezzjoni tal-ambjent.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fil-21 ta’ Settembru 2012 — Elena Luca vs Casa de Asigurări de Sănătate Bacău

(Kawża C-430/12)

2012/C 399/16

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curte de Apel Bacău.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Luca.

Konvenuta: Casa de Asigurări de Sănătate Bacău.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 56 (TFUE) (li qabel kien l-Artikolu 49 KE) u l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1408/71 (1) jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali bħall-Artikoli 40(1)(b), 45 u 46 tad-Digriet 592/2008, li jipprovdu li l-persuni impjegati jew dawk li jaħdmu għal rashom jew il-membri tal-familja tagħhom għandhom id-dritt li jiksbu r-rimbors tal-ammont totali tal-ispejjeż sostnuti fir-rigward ta’ kura medika barra mill-pajjiż biss jekk huma jkunu kisbu awtorizzazzjoni minn qabel għal dan il-għan?

(2)

Il-ħlas parzjali ta’ trattament mediku mogħti fi ħdan il-Komunità kkalkolat skont it-tariffi tal-Istat Membru assiguratur, f’dan il-każ skont l-Artikolu 7a tad-Digriet 122/2007 (abrogat bid-Digriet 729/2009), jikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 (TFUE) (li qabel kien l-Artikolu 49 KE)?

(3)

Jekk id-domanda preċedenti tingħata risposta affermattiva, x’inhu l-limitu għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn persuni assigurati, meta l-ammont tal-ħlasijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza jkun differenti minn dak tas-servizzi previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ingħata t-trattament?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Settembru 2012 — Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili vs SC Rafinăria Steaua Română SA

(Kawża C-431/12)

2012/C 399/17

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili.

Konvenuta: SC Rafinăria Steaua Română SA.

Domandi preliminari

L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 124 tal-Kodiċi tal-proċedura fiskali fis-sens li l-Istat ma jkunx responsabbli għall-ħlas tal-interessi fuq is-somom mitluba mid-dikjarazzjoni tal-VAT, għall-perijodu bejn id-data tat-tpaċija ta’ dawn is-somom u d-data tal-annullament tal-atti ta’ tpaċija permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Settembru 2012 — ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie et

(Kawża C-435/12)

2012/C 399/18

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ACI Adam BV, Alpha International BV, AVC Nederland BV, BAS Computers & Componenten BV, Despec BV, Dexxon Data Media and Storage BV, Fuji Magnetics Nederland, Imation Europe BV, Maxell Benelux BV, Philips Consumer Electronics BV, Sony Benelux BV, Verbatim GmbH

Konvenuti: Stichting de Thuiskopie, Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 5(2), fil-parti inizjali tiegħu u fis-subparagrafu (b), moqri flimkien jew indipendentement mill-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (1), għandu jiġu interpretati fis-sens li l-limitazzjoni tad-drittijiet tal-awtur prevista fih tapplika għar-riproduzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’din id-dispożizzjoni, indipendentement mill-fatt li x-xogħlijiet li ġew riprodotti kienu għad-dispożizzjoni tal-persuna fiżika kkonċernata b’mod legali, jiġifieri mingħajr ksur tad-drittijiet tal-awtur tal-aventi kawża, jew inkella fis-sens li din il-limitazzjoni tapplika biss fir-rigward tar-riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet li l-persuna kkonċernata kellha għad-dispożizzjoni tagħha mingħajr ksur tad-drittijiet tal-awtur?

(2)

(a)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun tirrifletti t-tieni alternattiva proposta fiha, l-applikazzjoni tat-“test fi tliet stadji”, previst fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, tista’ sservi sabiex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitazzjoni prevista fl-Artikolu 5(2) jew l-applikazzjoni tat-test tista’ twassal biss sabiex tiċċekken il-portata ta’ din il-limitazzjoni?

(b)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun tirrifletti t-tieni alternattiva proposta fiha, liġi nazzjonali intiża li timponi remunerazzjoni ġusta għar-riproduzzjonijiet magħmula minn persuna fiżika għal użu privat u mingħajr l-iċken skop kummerċjali dirett jew indirett, indipendentement minn jekk it-twettiq tar-riproduzzjonijiet huwiex legali fid-dawl tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur — u mingħajr ma din il-liġi ma tikser la d-dritt tal-aventi kawża li jipprojbixxu r-riproduzzjoni u lanqas id-dritt tagħhom li jiksbu kumpens għad-dannu subit — tikser l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, jew xi liġi oħra tal-Unjoni?

Fil-kuntest tar-risposta għal din id-domanda huwa rilevanti, fid-dawl tat-“test fi tliet stadji” previst fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, il-fatt li ma jeżistux (jew għadhom ma jeżistux) miżuri tekniċi sabiex jiġi miġġieled it-twettiq ta’ kopji privati illegali?

(3)

Id-Direttiva 2004/48 (2) tapplika għal proċedura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn — wara li Stat Membru impona, abbażi tal-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, l-obbligu tal-ġbir tal-kumpens ġust previst f’din id-dispożizzjoni fuq il-manifatturi u l-importaturi ta’ meżżi xierqa intiżi għar-riproduzzjoni ta’ xogħlijiet, u stabbilixxa li dan il-kumpens ġust għandu jingħadda lill-organizzazjoni magħżula mill-Istat Membru, li hija inkarigata bil-ġbir u bit-tqassim tal-kumpens ġust — persuni suġġetti għall-ħlas ta’ dan il-kumpens qed jitolbu lill-qorti, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kawża li huma rilevanti għad-determinazzjoni tal-kumpens ġust, tiddeċiedi kontra l-imsemmija organizzazzjoni, li qed tiddefendi ruħha kontra din it-talba?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)

(2)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32)


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-1 ta’ Ottubru 2012 — X, il-parti l-oħra: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

(Kawża C-437/12)

2012/C 399/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Parti oħra: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

Domandi preliminari

(1)

Sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni, imqajma fil-kuntest tal-Artikolu 110 TFUE, ta’ jekk l-ammont tat-taxxa dovuta fl-2010 mar-reġistrazzjoni tal-karozza (inkwistjoni) jaqbiżx (jew le) l-ammont residwu tat-taxxa inkluża fil-valur tal-vetturi użati simili li jkunu diġà rreġistrati fit-territorju nazzjonali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala simili għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ dan l-ammont residwu:

karozza komparabbli rreġistrata bħala karozza ġdida matul is-sena tal-ewwel użu tal-karozza (inkwistjoni) (2006), jew

anki l-vetturi (l-oħra) disponibbli fis-suq tal-vetturi użati fl-2010, u li, bħall-karozza (inkwistjoni), intużaw għall-ewwel darba fit-30 ta’ Mejju 2006 u huma mill-bqija komparabbli, iżda ġew (importati u) irreġistrati bħala vetturi użati wara t-30 ta’ Mejju 2006 (wara t-30 ta’ Mejju 2006 sal-2009) u/jew

anki l-vetturi (l-oħra) disponibbli fis-suq tal-vetturi użati fl-2010, u li, għall-kuntrarju tal-karozza (inkwistjoni), intużaw għall-ewwel darba wara t-30 ta’ Mejju 2006, iżda huma mill-bqija komparabbli, u li ġew (importati u) irreġistrati bħala vetturi ġodda jew użati wara t-30 ta’ Mejju 2006 (wara t-30 ta’ Mejju 2006 sal-2009)?

(2)

Sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 110 TFUE jipprekludix il-ġbir tal-BPM (1) mar-reġistrazzjoni tal-karozza fl-2010, sa fejn din it-taxxa hija kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 (skont it-tabelli tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi BPM), din il-parti tat-taxxa għandha tiġi kkunsidrata bħala taxxa ġdida, li għandha tiġi distinta mill-BPM eżistenti sal-1 ta’ Frar 2008 li kienet tiddependi biss mill-prezz tal-katalgu, b’tali mod li, sa fejn it-taxxa hija kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2, ma huwiex rilevanti paragun mal-karozzi użati (simili) irreġistrati qabel l-1 ta’ Jannar 2010?

(3)

Jekk jitqies li ma hemmx taxxa ġdida fis-sens tat-tieni domanda: il-fatt li l-karozzi komparabbli għall-karozza (inkwistjoni), użati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Frar 2008 u importati u rreġistrati bħala karozzi użati matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, ma kinux suġġetti għat-taxxa kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 (skont l-Artikolu 9ba tal-Liġi BPM fis-seħħ matul dan il-perijodu), filwaqt li din it-taxxa kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 kienet effettivament inġabret meta saret ir-reġistrazzjoni matul il-perijodu msemmi ta’ karozzi użati għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Frar 2008, iżda li mill-bqija huma komparabbli mal-karozza (inkwistjoni), jipprekludi, skont l-Artikolu 110 TFUE, il-ġbir tal-BPM mar-reġistrazzjoni tal-karozza fl-2010 sa fejn din it-taxxa hija kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 (skont it-tabelli tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi BPM)?


(1)  Belasting personenauto’s en motorrijwielen (Taxxa fuq il-karozzi u l-muturi).


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Salamanca (Spanja) fit-8 ta’ Ottubru 2012 — Josune Esteban Garcia

(Kawża C-451/12)

2012/C 399/20

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Salamanca

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Josune Esteban Garcia

Domanda preliminari

L-Artikoli 4, 12, 114 u 169 tat-Trattat u l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mad-Direttiva 93/13 (1) u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, kif ukoll l-effettività tad-direttivi u l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jippermettu lill-Audiencia Provincial, bħala qorti nazzjonali tal-appell, li tieħu konjizzjoni, minkejja li ma hemmx regola nazzjonali għal dan l-iskop, tal-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza li tattribwixxi lil qorti tad-domiċilju tar-rikorrent il-ġurisdizzjoni territorjali sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-azzjoni għad-danni li jirriżultaw mill-allegat nuqqas tal-konvenuta milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha skont kuntratt konkluż bl-internet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2012 — Pro Med Logistik GmbH vs Finanzamt Dresden — Süd

(Kawża C-454/12)

2012/C 399/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pro Med Logistik GmbH

Konvenut: Finanzamt Dresden — Süd

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3)(a) moqri flimkien mal-Kategorija 5 tal-Anness H tad-Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), u l-Artikolu 98(1), moqri flimkien mal-Kategorija 5 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112, tat-28 ta’ Novembru 2006 (2), jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi rata ta’ taxxa mnaqqsa fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-attività ta’ trasport lokali ta’ persuni b’taxi, filwaqt li t-trasport lokali ta’ persuni b’karozza tal-kiri huwa suġġett għal taxxa normali?

(2)

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda, huwa rilevanti li l-vjaġġi li jsiru abbażi ta’ ftehim partikolari ma’ klijenti importanti jitwettqu minn impriżi ta’ taxis u impriżi ta’ karozzi tal-kiri taħt kundizzjonijiet kważi identiċi?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2012 — Karin Oertel vs Finanzamt Würzburg mit Außenstelle Ochsenfurt

(Kawża C-455/12)

2012/C 399/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Karin Oertel

Konvenut: Finanzamt Würzburg mit Außenstelle Ochsenfurt

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3)(a), moqri flimkien mal-Kategorija 5 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi rata ta’ taxxa mnaqqsa fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-attività ta’ trasport lokali ta’ persuni b’taxi, filwaqt li t-trasport lokali ta’ persuni b’karozza tal-kiri huwa suġġett għal taxxa normali?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), fl-aħħar verżjoni emendata.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-16 ta’ Ottubru 2012 — Copydan Båndkopi vs Nokia Danmark A/S

(Kawża C-463/12)

2012/C 399/23

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Copydan Båndkopi.

Konvenuta: Nokia Danmark A/S.

Domandi preliminari

(1)

Huwa kompatibbli mad-Direttiva 2001/29/KE (1) li liġi nazzjonali tipprovdi għall-kumpens tad-detenturi tad-drittijiet f’każ ta’ riproduzzjoni mwettqa permezz tal-użu ta’ wieħed mis-sorsi segwenti:

(a)

fajlijiet li l-użu tagħhom huwa awtorizzat mid-detenturi tad-drittijiet u li għalihom il-klijent ħallas tariffa (kontenut liċenzjat li joriġina, per eżempju, minn ħwienet on-line);

(b)

fajlijiet li l-użu tagħhom huwa awtorizzat mid-detenturi tad-drittijiet u li għalihom il-klijent ma ħallasx tariffa (kontenut liċenzjat, per eżempju fil-kuntest ta’ offerti kummerċjali);

(c)

DVD, CD, apparat li jdoqq fajlijet MP3 (MP3 Media Player), kompjuter, eċċ, tal-utent, mingħajr użu ta’ miżuri teknoloġiċi effettivi;

(d)

DVD, CD, apparat li jdoqq fajlijiet MP3, kompjuter, eċċ, tal-utent, b’użu ta’ miżuri teknoloġiċi effettivi;

(e)

DVD, CD, apparat li jdoqq fajlijet MP3, kompjuter jew apparat ieħor ta’ terz;

(f)

xogħolijiet ikkopjati illegalment permezz tal-internet jew ta’ sorsi oħra;

(g)

fajlijiet ikkopjati legalment permezz ta’ mezz ieħor, pereżempju permezz tal-internet (permezz ta’ sorsi legali, mingħajr liċenzja).

(2)

Il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-kumpens ġust (ara l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva) kif għandha tieħu inkunsiderazzjoni miżuri teknoloġiċi effettivi (Artikolu 6 tad-Direttiva)?

(3)

Fid-determinazzjoni tal-kumpens għall-ikkoppjar għal użu privat (ara l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva), xi tfisser l-espressjoni “ċerti sitwazzjonijiet fejn il-preġudizzju għad-detentur tad-drittijiet ikun minimu”, li tinsab fil-premessa 35 tagħha, li jkollhom bħala konsegwenza li l-fatt li l-Istati Membri jkollhom leġiżlazzjoni li għandha bħala effett li tipprovdi għall-kumpens tad-detenturi tad-drittijiet għal tali kopji għal użu privat (ara l-istħarriġ li jsir riferiment għalih fil-parti 2), ma jkunx kompatibbli mad-Direttiva?

(4)

(a)

Jekk jiġi ammess li l-funzjoni ewlenija jew prinċipali tal-karti tal-memorja tat-telefoni ċellulari ma hijiex li sservi għall-ikkopjar għal użu privat, huwa allura kompatibbli mad-Direttiva li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tipprovdi għal kumpens għad-detenturi tad-drittijiet għall-ikkopjar fuq karti tal-memorja ta’ telefoni ċellulari.

(b)

Jekk jiġi ammess li l-ikkopjar għal użu privat huwa wieħed mill-funzjonijiet ewlenija jew prinċipali tal-karti tal-memorja tat-telefoni ċellulari, huwa kompatibbli mad-Direttiva li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tipprovdi għal kumpens għad-detenutri tad-drittijiet għall-ikkopjar fuq il-karti tal-memorja tat-telefoni ċellulari?

(5)

Il-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tipprovdi għal ħlas fuq il-karti tal-memorja, filwaqt li ebda ħlas ma huwa meħtieġ għal memorji interni bħal apparti li jdoqqu fajlijiet MP3 jew iPods, li huma intiżi u prinċipalment użati għall-ħażna ta’ kopji għal użu privat huwa kompatibbli mal-espressjoni “bilanċ ġust”, li tinsab fil-premessa 31 tad-Direttiva, u mal-interpretazzjoni uniformi tal-kunċett ta’ “kumpens ġust” tal-Artikolu 5(2)(b) tagħha, li għadu jkun ibbażat fuq il-“preġudizzju”?

(6)

(a)

Id-Direttiva tipprekludi li Stat Membru jkollu leġiżlazzjoni li tipprovdi li l-manifattur u/jew l-importatur, li jbiegħ karti tal-memorja lil professjonisti li min-naħa tagħhom ibiegħawhom kemm lil individwi kif ukoll lil professjonisti, mingħajr mal-manifattur u/jew l-importatur ma jkun jaf jekk dawn il-karti tal-memorja humiex mibjugħa lil individwi jew lil professjonisti, huwa obbligat iħallas tariffa għall-ikkopjar għal użu privat?

(b)

Il-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tinkludi dispożizzjonijiet li għandhom bħala effett li l-manifattur, l-importatur u/jew id-distributur ma għandux iħallas tariffa fuq il-karti tal-memorja użati għal finijiet professjonali, li l-manifattur, l-importatur u/jew id-distributur li xorta waħda ħallas it-tariffa jista’ jitlob ir-rimbors ta’ dik it-tariffa li tikkonċerna l-karti tal-memorja użati għal finijiet professjonali, u li l-manifattur, l-importatur u/jew id-distributur jista’ jbiegħ karti tal-memorja lil impriżi oħra rreġistrati mal-organizzazzjoni li tamministra l-iskema tat-tariffi, jaffettwa r-rispsosta għad-domanda 6(a)?

(c)

Ir-risposta għad-domanda 6(a) jew (b) tkun differenti:

(i)

jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tinkludi dispożizzjonijiet li għandhom bħala effett li l-manifattur, l-importatur u/jew id-distributur ma għandux iħallas tariffa fuq il-karti tal-memorja użati għal finijiet professjonali, iżda fejn il-kunċett ta’ “użu għal finijiet professjonali” huwa interpretat bħala li jagħti dritt għal tnaqqis applikabbli biss fir-rigward tal-impriżi approvati minn Copydan, filwaqt li t-tariffa għandha titħallas għall-karti tal-memorja użati għal finijiet professjonali minn klijenti professjonali mhux approvati minn Copydan;

(ii)

jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tinkludi dispożizzjonijiet li għandhom bħala effett li, jekk il-manifattur, l-importatur u/jew id-distributur xorta waħda ħallas (teoretikament) it-tariffa, din tista’ tiġi rrimborsata fir-rigward tal-karti tal-memorja safejn dawn huma użati għal finijiet professjonali, iżda fejn:

fil-fatt, biss ix-xerrej tal-karta tal-memorja jista’ jikseb ir-rimbors, u

ix-xerrej tal-karta tal-memorja għandu jitlob lil Copydan ir-rimbors tat-tariffa;

(iii)

jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tinkludi dispożizzjonijiet li għandhom bħala effett li l-manifattur, l-importatur u/jew id-distributur jista’ jbiegħ, mingħajr ma jħallas it-tariffa, karti tal-memorja lil impriżi oħra rreġistrati mal-organizzazzjoni li tamministra l-iskema tat-tariffi, iżda:

Copydan hija l-organizzazzjoni li tamministra l-iskema tat-tariffi, u

l-impriżi rreġistrati ma jafux jekk il-karti tal-memorja humiex mibjugħa lil individwi jew lil professjonisti?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 230).


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cosenza (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2012 — CCIAA di Cosenza vs Fallimento CIESSE SRL

(Kawża C-468/12)

2012/C 399/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Cosenza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura (CCIAA) di Cosenza

Konvenuta: Fallimento CIESSE SRL

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni Taljana li tikkonċerna l-metodu tal-kalkolu tat-tariffa annwali li huma suġġetti għaliha l-persuni kollha li jeżerċitaw attività ekonomika, sa fejn hija tipprevedi li n-negozjanti individwali għandhom iħallsu tariffa annwali ta’ natura fissa (EUR 200 jekk ikunu mniżżla fit-taqsima ordinarja jew inkella EUR 88 jekk ikunu mniżżla fit-taqsima speċjali); li l-soċjetajiet ċivili agrikoli għandhom iħallsu tariffa annwali ta’ natura fissa ta’ EUR 100 (minbarra EUR 20 għal kull unità lokali); li l-unitajiet lokali u/jew sedi sekondarji ta’ impriżi li jkollhom is-sede tagħhom barra mill-pajjiż iħallsu ammont fiss ta’ EUR 110; li s-soċjetajiet ċivili li jkollhom għan soċjali mhux agrikolu jħallsu ammont fiss ta’ EUR 200; li s-soċjetajiet ta’ avukati jħallsu ammont fiss ta’ EUR 200, filwaqt li s-suġġetti ekonomiċi kollettivi l-oħra (kumpanniji, konsorzja, eċċ.) huma obbligati għall-ħlas ta’ “tariffi li jkunu jikorrispondu għall-dħul mill-bejgħ tas-sena preċedenti” (u b’hekk jistgħu jaslu li jħallsu sa EUR 40 000), tmur kontra l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/7/KE (1), tat-12 ta’ Frar 2008, safejn hija timponi obbligu iktar oneruż għall-eżerċizzju tal-attività kummerċjali mwettqa minn kumpannija b’kapital azzjonarju (frażi li hija intiża fis-sens wiesa’ tagħha kif huwa l-każ fl-imsemmija direttiva Komunitarja) meta mqabbel ma’ dak impost fuq l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ impriża mwettqa minn impriża individwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-2 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, p. 11)


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Panasonic Italia SpA. vs Agenzia delle Dogane

(Kawża C-472/12)

2012/C 399/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Panasonic Italia SpA.

Konvenuta: Agenzia delle Dogane.

Domandi preliminari

(1)

Prinċipalment, skrin tal-plażma tal-kulur (ta’ daqs li jikkorrispondi ma’ djagonali ta’ 106,6 ċm, li għandu żewġ loudspeakers u remote control u li għandu dispożittiv ta’ aċċess diġà previst sabiex tiddaħħal video card (ta’ spiża żgħira ħafna, li tista’ faċilment tinkiseb u tiddaħħal), li ma huwiex importat mal-iskrin u li, ladarba jiddaħħal, l-iskrin, li jista’ jiġi konness mhux biss ma’ magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni, iżda wkoll ma’ apparat ta’ reġistrazzjoni u ta’ riproduzzjoni vidjofoniċi, ma’ DVD readers, ma’ camcorders u ma’ riċevituri tat-televizjoni bis-satellita, ikun jista’ jirċievi sinjali komposti AV, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8471 jew fis-subintestatura 8528, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 754/2004 (1)?

(2)

f’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, il-Qorti Ewropea hija mitluba tevalwa u tiddeċiedi jekk il-klassifikazzjoni ta’ tali skrin fis-subintestatura 8528 hijiex min-naħa l-oħra imposta mir-Regolament (KE) Nru 754/2004 u;

(3)

f’każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda — jekk id-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-rigward minn dan ir-regolament humiex tali li jiġu kkunsidrati jew le bħala interpretattivi u, minħabba dan il-fatt, retroattivi bil-kundizzjoni tal-applikabbiltà ta’ dispożizzjonijiet preċedenti espressi f’sens kuntrarju.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 754/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 16, p. 93).


Il-Qorti Ġenerali

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012 — Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/08) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sajd - Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd - Irkupru ta’ stokkijiet tat-tonn - Miżuri ta’ emerġenza li jipprojbixxu s-sajd mill-purse seiners - Ħsara anormali)

2012/C 399/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syndicat des thoniers méditerranéens (Marseille, Franza); Marc Carreno (Sète, Franza); Jean-Louis Donnarel (Lourmarin, Franza); Jean-François Flores (Sète); Gérald Lubrano (Balaruc-les-Bains, Franza); Hervé Marin (Balaruc-le-Vieux, Franza); Nicolas Marin (Frontignan, Franza); Sébastien Marin (Bouzigues, Franzae); Jean-Marc Penniello (Collioure, Franza); Serge Antoine José Perez (Sorède, Franza) (rappreżentanti: C. Bonnefoi, avukat); Jean-Luc Buono (Agde, Franza); Gérard Buono (Agde); Roger Louis Paul Del Ponte (Balaruc-les-Bains); Serge Antoine Di Rocco (Frontignan); Jean Gérald Lubrano (Balaruc-les-Bains); Jean Lubrano (Port-Vendres, Franza); Jean Lucien Lubrano (Saleilles, Franza); Fabrice Marin (Frontignan); u Robert Marin (Balaruc-les-Bains) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Bonnefoi, sussegwentement minnA. Arnaud u P.-O. Koubi-Flotte, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks, F. Clotuche-Duvieusart u A. Bouquet, aġenti)

Suġġett

Rikors għal kumpens sabiex jinkiseb ħlas għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.3.2009.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/09) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rikors għal annullament - Atti adottati matul spezzjoni - Miżuri intermedjarji - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Protezzjoni tal-ħajja privata - Indizji suffiċjentement serji - Stħarriġ ġudizzjarju)

2012/C 399/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nexans France SAS (Pariġi, Franza); u Nexans SA (Pariġi) (rappreżentanti: M. Powell, solicitor, J. P. Tran-Thiet, avukat, u G. Forwood, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u N. von Lingen, sussegwentement N. von Lingen u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/1, tad-9 ta’ Jannar 2009, li tordna lil Nexans SA u lis-sussidjarja tagħha Nexans France SAS tissuġġetta ruħha għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 08 Vol. 02 p. 205) (Każ COMP/39.610); it-tieni nett, talba sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara illegali d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni f’din l-ispezzjoni li tikkopja kollu kemm hu l-kontenut ta’ ċerti fajls informatiċi sabiex jiġu eżaminati fl-uffiċċji tagħha; it-tielet nett, talba għal annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li impjegat ta’ Nexans France jiġi interrogat waqt l-ispezzjoni u, ir-raba’ nett, talba sabiex il-Qorti Ġenerali tordna ċerti miżuri fir-rigward tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/1, tad-9 ta’ Jannar 2009, li tordna lil Nexans SA u lill-impriżi kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża fosthom Nexans France SAS, sabiex tissuġġetta ruħha għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE), għandha tiġi annullata sa fejn din tikkonċerna l-kejbils tal-elettriku barra minn dawk il-kejbils tal-elettriku ta’ taħt wiċċ il-baħar u ta’ taħt l-art ta’ tensjoni għolja kif ukoll il-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(3)

Nexans u Nexans France għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 141, 20.6.2009.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi Energia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-140/09) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rikors għal annullament - Atti adottati matul spezzjoni - Miżuri intermedjarji - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Protezzjoni tal-ħajja privata - Indizji serji biżżejjed - Stħarriġ ġudizzjarju)

2012/C 399/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Prysmian SpA (Milan, l-Italja) u Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl (Milan) (rappreżentanti: A. Pappalardo, F. Russo, L. Stasi, C. Tesauro u L. Armati, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment V. Di Bucci u X. Lewis, sussegwentement V. Di Bucci u N. Von Lingen, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/2 tad-9 ta’ Jannar 2009, li tordna lil Prysmian SpA u l-impriżi kollha li direttament jew indirettament huma ikkontrollati minnha, inkluża Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl, sabiex jissuġġettaw rwieħhom għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) (Każ COMP/39.610); it-tieni nett, talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara illegali id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni matul din l-ispezzjoni li tikkopja ċerti fajls informatiċi sabiex teżaminahom fl-uffiċċji tagħha u, it-tielet nett, talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna lill-Kummissjoni sabiex ma tużax id-dokumenti miksuba illegalment kif ukoll sabiex trodd lura lil Prysmian u lil Prysmian Cavi e Sistemi Energia d-dokumenti kollha miksuba b’mod illegali.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/2 tad-9 ta’ Jannar 2009, li tordna lil Prysmian SpA u l-impriżi kollha li direttament jew indirettament huma ikkontrollati minnha, inkluża Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl, sabiex jissuġġettaw rwieħhom għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE), hija annullata sa fejn hija tikkonċerna l-kejbils elettriċi barra l-kejbils elettriċi tat-tensjoni għolja ta’ taħt wiċċ il-baħar u ta’ taħt l-art u l-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Prysmian et Prysmian Cavi e Sistemi Energia għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 141, 20.6.2009.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2012 — Verband Deutscher Prädikatsweingüter vs UASI (GG)

(Kawża T-278/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kollettiva verbali GG - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 399/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband Deutscher Prädikatsweingüter eV, li qabel kienet Verband Deutscher Prädikats- und Qualitätsweingüter eV (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement G. Schneider u fl-aħħar D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1568/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verali GG bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Verband Deutscher Prädikatsweingüter eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.9.2009.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012 — CBI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-137/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Sptarijiet pubbliċi - Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi li jiffurmaw parti mill-assoċjazzjoni IRIS - Deċiżjoni fi tmiem il-fażi preliminari - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Definizzjoni tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku - Proporzjonalità tal-kumpens għas-servizz pubbliku)

2012/C 399/30

Lingwa tal-kawża: il-Franciż

Partijiet

Rikorrenti: Coordination bruxelloise d’Institutions sociales et de santé (CBI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u D. Slater, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewporea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u S. Thomas, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment M. Noort u M. de Ree, sussegwentement M. Noort, C. Wissels u J. Langer, aġenti); Ir-Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju); Il-Commune d’Anderlecht (il-Belġju); Il-Commune d’Etterbeek (il-Belġju); Il-Commune d’Ixelles (il-Belġju); Il-Ville de Bruxelles (il-Belġju); u Il-Commune de Saint-Gilles (il-Belġju) (rappreżentanti: P. Slegers u A. Lepièce, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8120, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 54/09 mogħtija mir-Renju tal-Belġju favur il-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS tar-Région de Brussell-Capitale

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8120, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 54/09 mogħtija mir-Renju tal-Belġju favur il-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS tar-Région de Brussell-Capitale hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Coordination bruxelloise d’institutions sociales et de santé (CBI).

(3)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Région Bruxelles-Capitale (il-Belġju), il-Commune d’Anderlecht (il-Belġju), il-Commune d’Etterbeek (il-Belġju), il-Commune d’Ixelles (il-Belġju), il-Ville de Bruxelles (il-Belġju) u l-Commune de Saint-Gilles (il-Belġju) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 148, 5.6.2010.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/10) (1)

(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Regolament (KE) Nru 607/2009 - Database E-Bacchus - Inklużjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta ‘Vinohradnícka oblast’ Tokaj’, bis-Slovakkja bħala l-pajjiż tal-oriġini - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

2012/C 399/31

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: inizjalment J. Fazekas, M. Fehér u K. Szíjjártó, sussegwentement M. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima, V. Bottka u M. Vollkommer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-inklużjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Vinohradnícka oblast’ Tokaj”, li tinsab, bis-Slovakkja bħala pajjiż tal-oriġini, fir-registru elettroniku tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati mal-inbejjed (database E-Bacchus).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 195, 17.7.2010.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Novembru 2012 — Antrax It vs UASI — THC (Radiateurs de chauffage)

(Kawża T-83/11 u T-84/11) (1)

(Disinn Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw termosifuni għal radjaturi ta’ tisħin - Disinni preċedenti - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Saturazzjoni tal-eċċellenza - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 399/32

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Mannucci u A. Folliard-Monguiral, sussegwentement A. Folliard-Monguiral u F. Mattina, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Heating Company (THC) (Dilsen, il-Belġju) (rappreżentant: J. Haber, avukat)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010 (Każijiet R 1451/2009-3 u R 1452/2009-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn The Heating Company (THC) u Antrax It Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ Novembru 2010 (Każijiet R 1451/2009-3 u R 1452/2009-3) huma annullati sa fejn id-disinni Nru 000593959-0001 u Nru 000593959-0002 ġew iddikjarati invalidi.

(2)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Antrax It Srl fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

(4)

The Heating Company (THC) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess quddiem il-Qorti Ġenerali, dawk sostnuti minn Antrax It fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 113, 9.4.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012 — Giordano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/11) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sajd - Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd - Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar - Miżuri ta’ urġenza li jipprekludu s-sajd b’bastimenti bil-purse seines - Aġir illeċitu - Rabta kawżali)

2012/C 399/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Giordano (Sète, Franza) (rappreżentanti: D. Rigeade u J. Jeanjean, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Jean-François Giordiano huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 7.5.2011


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni vs Strack

(Kawża T-268/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave - Leave tal-mard - Annullament fl-ewwel istanza tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trasferiment tad-dritt tal-ġranet ta’ leave annwali mhux meħuda mill-persuna kkonċernata - Artikolu 4 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1e(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Direttiva 2003/88 KE - Appell fondat - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Ċaħda tar-rikors)

2012/C 399/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u J. Currall, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-120/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Marzu 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-120/07), hija annullata.

(2)

Ir-rikors ippreżentat minn Guido Strack quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-120/07 huwa miċħud.

(3)

G. Strack u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kemm fl-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll f’din l-istanza.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — Hartmann vs UASI (Nutriskin Protection Complex)

(Kawża T-415/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Nutriskin Protection Complex - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Prattika deċiżjonali tal-UASI - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 399/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u A. Poch, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1524/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal Nutriskin Protection Complex bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Paul Hartmann AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador)

(Kawża T-529/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Impulso creador - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IMPULSO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 399/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impulso Industrial Alternativo, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. Brandolini Kujman u J. Devaureix, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1101/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Impulso Industrial Alternativo, SA u Evonik Industries AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evonik Industries AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2012 — tesa vs UASI — Superquímica (tesa TACK)

(Kawża T-555/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva tesa TACK - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti TACK Ceys - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 399/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: tesa SE (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Schwab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: La Superquímica, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Lulju 2011 (Każ R 866/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn La Superquímica, SA u tesa SE.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

tesa SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 7.1.2012.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker)

(Kawża T-212/07 REV) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 399/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harman International Industries, Inc. (Northridge, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Barbara Becker (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harman International Industries, Inc., u Barbara Becker.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVAS LIVE WITH CHIVALRY)

(Kawża T-180/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 399/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chivas Holdings (IP) Ltd (Paisley, Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Lumsdaine, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1262/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd u Chivas Holdings (IP) Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 152, 21.5.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (LIVE WITH CHIVALRY)

(Kawża T-181/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 399/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chivas Holdings (IP) Ltd (Paisley, Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Lumsdaine, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1263/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd u Chivas Holdings (IP) Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 152, 21.5.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-442/11) (1)

(Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att parzjalment kormermattiv u parzjalment informattiv - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Assenza ta’ identifikazzjoni tal-aġir kkritikat jew ta’ definizzjoni tad-dannu allegat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Assenza ta’ prova tad-dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2012/C 399/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u D. Calciu, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament ta’ ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2011, fit-tieni lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas id-danni u, fit-tielet lok, il-kundanna ta’ din l-istess istituzzjoni sabiex tippubblika stqarrija.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 290, 1.10.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVALRY)

(Kawża T-530/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 399/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chivas Holdings (IP) Ltd (Paisley, Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2011 (Każ R 2334/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd u Chivas Holdings (IP) Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2012 — Bäßler vs UASI (MAX)

(Kawża T-187/12)

(Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 399/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Uwe Bäßler (Gmunden, l-Awstrija) (rappreżentant: M., avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Frar 2012 (Każ R 0909/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MAX bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/12 R)

(Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar it-thejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għall-proġett tal-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija - Esklużjoni tar-rikorrenti mill-parteċipazzjoni f’din is-sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 399/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Talba intiża, essenzjalment, għal miżuri provviżorji li jordnaw is-sospensjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fil-kuntest tal-avviż ta’ kuntratt, ippubblikat fis-27 ta’ Marzu 2012, dwar it-thejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għal proġett ta’ modernizzazzjoni ta’ linja tal-ferrovija, li jeskludi lir-rikorrenti mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti li tirrigwarda t-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-proġett tal-immodernizzar ferrovjarju - Esklużjoni tar-rikorrent milli jipparteċipa f’din is-sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 399/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Talba intiża, essenzjalment, għall-miżuri provviżorji li jordnaw is-sospensjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fil-kuntest tal-avviż ta’ kuntatt, ippubblikat fit-3 ta’ April 2012, dwar it-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-proġett tal-immodernizzar ferrovjarju, li jeskludi l-parteċipazzjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/24


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2012 — Novartis vs UASI — Tenimenti Angelini (LINEX)

(Kawża T-444/12)

2012/C 399/46

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tenimenti Angelini SpA (Montalcino, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Awwissu 2012 fil-Każ R 414/2011-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LINEX”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8122863

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Taljana “LINES PERLA” irreġistrata bin-Nru 1281035 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana “LINES LADY” irreġistrata bin-Nru 245598 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana “LINES INTERVALLO” irreġistrata bin-Nru 311801 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana “LINES IDEA” irreġistrata bin-Nru 414841 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana “LINES SETA” irreġistrata bin-Nru 584405 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana “LINES SETA ALI” irreġistrata bin-Nru 607537 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana “LINES SETA ULTRA” irreġistrata bin-Nru 643382 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark figurattiva Taljana “VELO” irreġistrata bin-Nru 980294 għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16; it-trade mark figurattiva Taljana “LINES” irreġistrata bin-Nru 980295 għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16; l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Taljana “LINES SETA” irreġistrata bin-Nru MI2007C011896 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark “LINES” li għandha reputazzjoni fl-Italja għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2012 — Anagnostakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/12)

2012/C 399/47

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Alexios Anagnostakis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: A. Anagnostakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-6 ta’ Settembru 2012, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini intitolata “MILJUN FIRMA GĦAL EWROPA TA’ SOLIDARJETÀ”;

tordna lill-Kummissjoni tirreġistra l-inizjattiva ċċitata iktar ’il fuq b’osservanza tal-legalità u tordna kull miżura oħra ġuridikament meħtieġa; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-Artikolu 122 TFUE.

Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni Ewropea ma hijiex iġġustifikata targumenta li ma hijiex kompetenti sabiex tippreżenta proposta intiża għall-adozzjoni ta’ att ġuridiku dwar l-inizjattiva proposta sabiex jiġi adottat ili għandha l-għan li tadotta l-“prinċipju ta’ stat ta’ bżonn”. Skont l-Artikolu 122(1) TFUE (ex Artikolu 100 TKE), il-Kummissjoni tipproponi (u l-Kunsill jiddeċiedi), fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, dwar miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika. L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ stat ta’ bżonn fit-trattati tal-UE jikkostitwixxi miżura bħal din, l-istess bħall-adozzjoni ta’ miżuri u politiki f’dan is-sens.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-Artikolu 136(1) TFUE

Ir-rikorrent jargumenta li l-Kummissjoni ma hijiex iġġustifikata tikkunsidra, fid-deċiżjoni tagħha, li l-Artikolu 136(1) TFUE jista jservi bħala bażi legali biss jekk il-miżuri jirrigwardaw it-tisħiħ tad-dixxiplina baġitarja u jkunu limitati għal din biss. Skont il-punt (b) tal-istess artikolu, il-miżuri proposti jistgħu jirrigwardaw ukoll l-elaborazzjoni ta’ linji gwida ta’ politika ekonomika għal dak li jikkonċerna l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-Euro. Il-prinċipju ta’ stat ta’ bżonn jikkostitwixxi tali linji gwida fl-eżerċizzju tal-imsemmija politika.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-Artikolu 136(1) TFUE.

Ir-rikorrent jargumenta li l-Kummissjoni ma hijiex iġġustifikata tikkunsidra, fid-deċiżjoni tagħha, li l-Artikolu 136(1) TFUE ma jawtorizzax lill-Unjoni Ewropea li tissostitwixxi lill-Istati Membri għal dak li jikkonċerna l-eżerċizzju tas-sovranità baġitarja tagħhom u tal-funzjonijiet marbuta mad-dħul u mal-infiq tal-Istat. Il-Kunsill jista’ jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 121 sa 126 TFUE, miżuri li jikkonċernaw lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-Euro. Dan jirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 136(1) TFUE. Dan l-artikolu ma jipprovdi ebda limitazzjoni, fl-applikazzjoni tal-miżuri, li tirriżulta mis-sovranità baġitarja preżunta tal-Istati Membri.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-Artikolu 222 TFUE.

Ir-rikorrent jargumenta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tmur totalment kontra l-klawżola ta’ solidarjetà fl-Artikolu 222 TFUE.


22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/25


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2012 — Zoo Sport vs UASI — K 2 (zoo sport)

(Kawża T-455/12)

2012/C 399/48

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zoo Sport Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (irrappreżentata minn: I. Rungg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: K-2 Corp. (Seattle, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Awwissu 2012 fil-Każ R 1395/2011-4, b’tali mod li tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri abjad u iswed “zoo sport”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8909293

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 5233119 għat-trade mark verbali “ZOOT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 25; trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 4719316 għat-trade mark figurattiva bil-kuluri abjad u iswed “SPORTS ZOOT SPORTS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35, 36 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.