ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.396.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 396

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
21 ta' Diċembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 396/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni–Notifika tal-evidenza tal-kwalifiki formali – Id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (Anness V) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 396/02

Abbozz ta' Konklużjonijiet tal-Kunsill – Tixjiħ b'Saħħtu Matul l-Istadji Kollha tal-Ħajja

8

2012/C 396/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar donazzjoni u trapjant tal-organi

12

2012/C 396/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/811/PESK

15

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 396/05

Rata tal-kambju tal-euro

16

2012/C 396/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni tat-30 ta' Lulju 2010 fir-rigward tal-applikabilità tagħha u l-kompożizzjoni tal-Forum ta’ Livell Għoli għal Katina tal-Provvista Alimentari Mħaddma Aħjar

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kunsill

2012/C 396/07

Sejħa miftuħa – Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST)

18

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 396/08

Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta' ħidma għall-2012 tal-Programmi ta' Politika ta' Appoġġ għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni bħala parti mill-Programm ta' Qafas għall-Kompetittivita' u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013)

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 396/09

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.595 – Continental/United/Lufthansa/Air Canada (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9787)  ( 1 )

21

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 396/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/206 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

24

2012/C 396/11

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2012

28

 

Rettifika

2012/C 396/12

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ĠU C 385, 14.12.2012)

30

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni–Notifika tal-evidenza tal-kwalifiki formali – Id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (Anness V)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 396/01

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta' moviment ta' persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, partikolarment l-Artikolu 21 (7) tagħha, tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi li jadottaw rigward il-ħruġ ta' evidenza għal kwalifiki formali fl-oqsma koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva u li l-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni xierqa f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn tindika t-titli adottati mill-Istati Membri għall-evidenza tal-kwalifiki formali u, fejn xieraq, il-korp li joħroġ l-evidenza tal-kwalifiki formali kkonċernati, iċ-ċertifikat li jakkumpanjaha u, fejn xieraq, it-titlu professjonali korrispondenti msemmi fl-Anness V, il-punti 5.1.1, 5.1.2, 5.1.3, 5.1.4, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.5.2, 5.6.2 u 5.7.1 rispettivament u d-data ta' referenza jew is-sena akkademika ta' referenza applikabbli (1).

Ġaladarba diversi Stati Membri nnotifikaw titli ġodda jew bdil f’dawk elenkati, il-Kummissjoni qed tippubblika din il-komunikazzjoni skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2005/36/KE (2).

1.   Kirurgi veterinarji

Il-Polonja nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titlu ta’ kirurgu veterinarju (il-punt 5.4.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Data ta' referenza

Il-Polonja

Dyplom lekarza weterynarii

Szkoła Główna Gospodarstwa Wiejskiego w Warszawie

 

1 ta’ Mejju 2004

Uniwersytet Przyrodniczy we Wrocławiu

Uniwersytet Przyrodniczy w Lublinie

Uniwersytet Warmińsko-Mazurski w Olsztynie

2.   Perit

(1)

L-Ungerija nnotifikat it-titlu addizzjonali li ġej ta' perit (il-punt 5.7.1 tal-Anness V, tad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta’ referenza

L-Ungerija

Okleveles építészmérnök

Pécsi Tudományegyetem – Pollack Mihály Műszaki Kar

A területi illetékes építészkamara hatósági bizonyítványa a szakmagyakorlási jogosultságról

2007/2008

(2)

L-Italja nnotifikat it-titlu addizzjonali li ġej ta' perit (il-punt 5.7.1 tal-Anness V, tad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta’ referenza

L-Italja

Laurea Magistrale in Ingegneria edile/architettura

Università degli Studi di Padova

Esame di Stato

2008/2009

(3)

Il-Polonja nnotifikat it-titlu addizzjonali li ġej ta' perit (il-punt 5.7.1 tal-Anness V, tad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta’ referenza

Il-Polonja

magister inżynier architekt

Politechnika Wrocławska

Zaświadczenie o członkostwie w jednej z okręgowych izb architektów/Zaświadczenie Krajowej Rady Izby Architektów RP potwierdzające posiadane kwalifikacje do wykonywania zawodu architekta zgodnych z wymaganiami wynikającymi z przepisów prawa Unii Europejskiej osoby nie będącej członkiem Izby.

2007/2008

(4)

L-Awstrija nnotifikat it-titlu addizzjonali li ġej ta' perit (il-punt 5.7.1 tal-Anness V, tad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta’ referenza

L-Awstrija

Bachelor der Architektur

Universität für künstlerische und industrielle Gestaltung Linz

Bescheinigung des Bundesministers für Wirtschaft, Jugend und Familie über die Eintragung in die Architektenkammer/Bescheinigung einer Bezirksverwaltungsbehörde über die Ausbildung oder Befähigung, die zur Ausübung des Baumeistergewerbes (Berechtigung für Hochbauplanung) berechtigt

2006/2007

Akademie der bildenden Künste Wien

2008/2009

(5)

Ir-Renju Unit innotifika l-bidliet li ġejjin fit-titli ta’ perit (il-punt 5.7.1 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta’ referenza

Ir-Renju Unit

1.

Diplomas in architecture

1. —

Universities

An Architects Registration Board Part 3 Certificate of Architectural Education

1988/1989

Colleges of Art

Schools of Art

Cardiff University

2006/2007

University College for the Creative Arts

2008/2009

Birmingham City University

2.

Degrees in architecture

2.

Universities

1988/1989

3.

Final examination

3.

Architectural Association

4.

Examination in architecture

4.

Royal College of Art

5.

Examination Part II

5.

Royal Institute of British Architects

6.

Master of Architecture

6. —

University of Liverpool

2006/2007

Cardiff University

2006/2007

University of Plymouth

2007/2008

Queens University, Belfast

2009/2010

Northumbria University

2009/2010

University of Brighton

2010/2011

Birmingham City University

2010/2011

Leeds Metropolitan University

2011/2012

University of Newcastle upon Tyne

2011/2012

University of Lincoln

2011/2012

University of Huddersfield

2012/2013

7.

Graduate Diploma in Architecture

7.

University College London

2006/2007

8.

Professional Diploma in Architecture

8.

University of East London

2007/2008

9.

Graduate Diploma in Architecture/MArch Architecture

9.

University College London

2008/2009

10.

Postgraduate Diploma in Architecture

10. —

Leeds Metropolitan University

2007/2008

University of Edinburgh

2008/2009

11.

MArch Architecture (ARB/RIBA Part 2)

11. —

University College London

2011/2012

De Montfort University

12.

Master of Architecture (MArch)

12.

Liverpool John Moores University

2011/2012

13.

Postgraduate Diploma in Architecture and Architectural Conservation

13.

University of Edinburgh

2008/2009

14.

Postgraduate Diploma in Architecture and Urban Design

14.

University of Edinburgh

2008/2009

15.

Mphil in Environmental Design in Architecture (Option B)

15.

University of Cambridge

2009/2010

16.

Professional Diploma in Architecture: Advanced Environmental and Energy Studies

16.

University of East London/Centre for Alternative Technology

2008/2009

17.

MArchD in Applied Design in Architecture

15.

Oxford Brookes University

2011/2012

18.

M'Arch

16.

University of Portsmouth

2011/2012

(6)

Spanja nnotifika l-bidliet li ġejjin fit-titli ta' periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova ta’ kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Sena akkademika ta’ referenza

Spanja

Título oficial de arquitecto

Rectores de las universidades enumeradas a continuación:

 

1988/1990

Universidad Politécnica de Cataluña, Escuelas Técnicas Superiores de Arquitectura de Barcelona o del Vallès;

Universidad Politécnica de Madrid, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de Madrid;

Universidad Politécnica de Las Palmas, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de Las Palmas;

Universidad Politécnica de Valencia, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de Valencia;

Universidad de Sevilla, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de Sevilla;

Universidad de Valladolid, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de Valladolid;

Universidad del País Vasco, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de San Sebastián;

Universidad de Navarra, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de Pamplona;

Universidad de Santiago de Compostela, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de La Coruña;

Universidad de A Coruña;

1991/1992

Universidad de Alcalá de Henares, Escuela Politécnica de Alcalá de Henares;

1999/2000

Universidad Alfonso X El Sabio, Centro Politécnico Superior de Villanueva de la Cañada;

1999/2000

Universidad de Alicante, Escuela Politécnica Superior de Alicante;

1997/1998

Universidad Europea de Madrid;

1998/1999

Universidad Internacional de Cataluña, Escuela Técnica Superior de Arquitectura;

1999/2000

Universidad Ramón Llull, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de La Salle;

1998/1999

Universidad S.E.K. de Segovia, Centro de Estudios Integrados de Arquitectura de Segovia;

1999/2000

IE Universidad. Escuela Técnica Superior de Estudios Integrados de Arquitectura;

2009/2010

Universidad de Granada, Escuela Técnica Superior de Arquitectura de Granada.

1994/1995

Universidad San Pablo CEU

2001/2002


(1)  Is-sena akkademika ta’ referenza tapplika għat-titli ta’ perit.L-Artikolu 21.5 tad-Direttiva 2005/36/KE jgħid: “Provi ta’ kwalifiki formali bħala perit imsemmija fl-Anness V, punt 5.7.1, li huma soġġetti għar-rikonoxximent awtomatiku (…), huma provi ta’ kors ta’ taħriġ kompletat li beda mhux qabel matul is-sena akkademika ta’ referenza msemmija f’dak l-Anness”. Għat-titoli professjonali l-oħrajn kollha mniżżlin fl-Anness V, id-data ta’ referenza hija d-data li minnha r-rekwiżiti minimi tat-taħriġ iddefiniti fid-Direttiva għall-professjoni speċifika għandhom jiġu applikati fl-Istat Membru kkonċernat.

(2)  Wieħed jista’ jsib verżjoni kkonsolidata tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE fis-sit tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/internal_market/qualifications/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/8


Abbozz ta' Konklużjonijiet tal-Kunsill – Tixjiħ b'Saħħtu Matul l-Istadji Kollha tal-Ħajja

2012/C 396/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

IFAKKAR:

1.

fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji ta' politika u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Azzjoni mill-Unjoni, li għandha tikkumplimenta l-linji ta' politika nazzjonali, għandha tkun immirata lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard u t-tneħħija tal-kawżi ta' periklu għas-saħħa fiżika u mentali. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom irawmu kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika;

2.

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Saħħa fil-Linji ta' Politika kollha (HiAP) (30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 2006) (1); Tixjiħ b'Saħħtu u b'Dinjità (30 ta' Novembru 2009); Ekwità u saħħa fil-linji ta' politika kollha: Solidarjetà fis-Saħħa (8 ta' Ġunju 2010); Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-sistemi tas-saħħa pubblika u l-kura tas-saħħa (7 ta' Diċembru 2010); Ħidma preparatorja għas-Sħunija pilota dwar l-Innovazzjoni Ewropea “Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu” (9 ta' Marzu 2011); Għeluq ta' lakuni fis-saħħa fl-UE permezz ta' azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta' ħajja san (1 u 2 ta' Diċembru 2011) (2);

3.

ir-Riżoluzzjoni tal-Kumitat Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa (3): Strateġija u pjan ta' azzjoni dwar tixjiħ b'saħħtu fl-Ewropa, 2012-2020;

4.

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Kif għandna nittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE (Rapport dwar it-Tixjiħ 2009); Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (5 ta' Marzu 2010); Il-progress fil-Pjan Strateġiku tal-Implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu (29 ta' Frar 2012);

5.

l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020 għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv;

6.

ir-rapport mill-Proġett ta' Kooperazzjoni Ewropea Tixjiħ b'Saħħtu: Tixjiħ b'Saħħtu - Sfida għall-Ewropa (2007);

7.

il-White Paper tal-Kummissjoni Flimkien għas-Saħħa: approċċ strateġiku għall-UE 2008-2013, waqt li enfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa s-saħħa tajba matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' persuna f'Ewropa li qed tixjieħ;

8.

l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-konsegwenzi tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq is-sistemi soċjali u tas-saħħa (15 ta' Lulju 2010); tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-Tixjiħ Attiv: Innovazzjoni-Saħħa Intelliġenti-Ħajja aħjar (27 ta' Lulju 2012);

9.

id-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012): It-Triq ’il Quddiem.

JIRRIKONOXXI:

10.

li t-tixjiħ attiv huwa proċess kontinwu matul iċ-ċiklu tal-ħajja. Huwa essenzjali li jiġu appoġġati ċ-ċittadini f'dan l-approċċ permezz ta' azzjoni multidixxiplinarja fil-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u fil-kura tas-saħħa u soċjali. Dan jinkludi l-ħidma fl-oqsma soċjali u dawk tal-politika, li jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi u skont il-prijoritajiet tal-Istati Membri, il-partijiet interessati fil-livelli kollha, inklużi l-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili, il-mezzi ta' komunikazzjoni u l-atturi ekonomiċi;

11.

li l-approċċi innovattivi fil-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard jistgħu jgħinu lill-persuni anzjani biex jibqgħu indipendenti aktar fit-tul u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

JISSOTTOLINJA:

12.

li s-saħħa tajba fost in-nies ta' età tax-xogħol tikkontribwixxi għal produttività ogħla u benefiċċji oħrajn għaċ-ċittadini u s-soċjetà biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija UE2020 għal Tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklużiv;

13.

il-ħtieġa, bil-kriżi ekonomika attwali u l-bidliet demografiċi, li jiġu ristrutturati s-servizzi għal settur tal-kura tas-saħħa aktar effiċjenti u sostenibbli li jrawwem soċjetà aktar favorevoli għall-anzjani.

JILQA':

14.

l-eżiti tal-Konferenza ta' Livell Għoli dwar Tixjiħ b'Saħħtu Matul iċ-Ċiklu tal-Ħajja organizzata mill-Presidenza Ċiprijotta fil-5-6 ta' Settembru 2012, li esponiet il-ħidma fil-qasam tat-tixjiħ b'saħħtu billi tat evidenza li t-tixjiħ b'saħħtu huwa relatat mill-qrib mal-implimentazzjoni ta' promozzjoni effettiva tas-saħħa u programmi ta' prevenzjoni tal-mard, mis-snin bikrija tal-ħajja u li jkomplu matul iċ-ċiklu tal-ħajja;

15.

il-promozzjoni tal-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa fil-qafas tal-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport għall-2011-2014 (4) u l-prinċipji dwar il-kontribut tal-attività fiżika għal tixjiħ attiv żviluppati f'dan il-kuntest;

16.

l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għat-tnedija u l-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu u fl-2013 jistenna l-evalwazzjoni ta' din l-inizjattiva pilota;

17.

l-istrateġiji tal-UE dwar id-determinaturi tas-saħħa u l-fatturi komuni ta' riskju inkluża strateġija ġdida tal-UE għall-appoġġ lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol;

18.

id-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012): It-Triq 'il Quddiem bħala spinta għall-azzjoni fis-snin futuri;

19.

il-ħidma bil-ħsieb li tinkiseb risposta ottimali għall-isfidi tal-mard kroniku, abbażi tal-Proċess ta' Riflessjoni li tnieda mill-Istati Membri u l-Kummissjoni (5).

JIRRIKONOXXI:

20.

l-importanza tal-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-programmi ta' dijanjosi bikrija mill-istadji bikrija tal-ħajja u matul iċ-ċiklu tal-ħajja;

21.

il-piż estensiv tal-morbożità u d-diżabbiltajiet li nħolqu mil-mard kroniku bħall-kanċer, il-mard respiratorju, mard kardjovaskulari u nevrovaskulari, id-dijabete u l-mard mentali, il-mard muskoloskeletali u l-problemi relatati mas-smigħ u d-diffikultà fil-vista fil-popolazzjoni;

22.

il-ġestjoni aħjar tal-kundizzjonijiet tas-saħħa fit-tul jistgħu jgħinu lill-persuni jibqgħu attivi u indipendenti f'età avvanzata;

23.

li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u, jekk adatt, bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, għandhom rwol kruċjali fit-titjib tal-kundizzjonijiet fir-rigward tat-tixjiħ b'saħħtu;

24.

li l-kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali kif ukoll l-istili ta' ħajja huma fost id-determinanti tas-saħħa u t-trattament tagħhom permezz ta' azzjoni intersettorjali jibqa' waħda mill-isfidi importanti għall-kisba ta' tixjiħ attiv u b'saħħtu għal kulħadd.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI SABIEX:

25.

jagħmlu l-kwistjoni tat-tixjiħ b'saħħtu matul iċ-ċiklu tal-ħajja bħala waħda mill-prijoritajiet tagħhom għas-snin li ġejjin, b'approċċ soċjali u ta' ekwità;

26.

jadottaw approċċ li jċaqlaq l-attenzjoni lejn il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard, id-dijanjosi bikrija u ġestjoni aħjar tal-kundizzjonijiet mis-snin bikrija tal-ħajja u matul iċ-ċiklu tal-ħajja, bħala strateġija għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u t-tnaqqis tal-piż tal-mard kroniku, il-fraġilità u d-diżabbiltà, permezz ta':

(a)

it-trawwim tal-implimentazzjoni ta' promozzjoni tas-saħħa u l-programmi ta' prevenzjoni tal-mard għall-iżvilupp ta' stil ta' ħajja san fit-tfulija u fl-adolexxenza u matul il-ħajja;

(b)

il-promozzjoni ta' identifikazzjoni/dijanjosi tal-mard bikrija permezz ta' programmi u għodod ibbażati fuq l-evidenza, kost-effettivi, affordabbli, ekwitabbli u faċilment aċċessibbli, inkluż l-iscreening fejn ikun adatt;

(c)

il-ġestjoni aħjar fil-komunità tal-kondizzjonijiet tas-saħħa fit-tul, sabiex il-persuni jkunu jistgħu jibqgħu attivi u indipendenti għall-aktar żmien twil possibbli;

(d)

il-promozzjoni ta' politiki u azzjonijiet ta' sostenn għas-saħħa tal-persuni ta' età tax-xogħol, li twassal għal forza tax-xogħol b'saħħitha, bħala prerekwiżit għall-produttività u t-tkabbir;

(e)

il-promozzjoni ta' ambjenti favorevoli għall-anzjani u tajbin għas-saħħa li jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-involviment attiv tan-nies anzjani;

(f)

l-iżvilupp ta' assistenza personalizzata għall-persuni anzjani dipendenti;

27.

itejbu u jsaħħu l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn il-partijiet interessati rilevanti kollha u fost l-Istati Membri, bil-promozzjoni ta' azzjoni intersettorjali, inkluża s-soċjetà ċivili, b'kont meħud tal-prinċipju tas-saħħa fil-politiki kollha;

28.

jagħmlu użu minn approċċi innovattivi fil-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, li jippromwovu l-involviment attiv tal-individwi, il-familji u l-komunità;

29.

jappoġġaw is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu b'involviment ad hoc mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi tas-Sħubija u li jwasslu għal eżiti robusti, u fil-promozzjoni u l-komunikazzjoni tal-valur miżjud tas-Sħubija għall-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom b'kont meħud tar-riżultati tal-evalwazzjoni ppjanata għall-2013;

30.

jagħmlu użu effettiv mill-finanzjament tal-UE (pereżempju l-fondi strutturali/FSB 2014-2020, FP7/Orizzont 2020, CIP) biex jappoġġaw il-prijoritajiet dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu;

31.

jappoġġaw l-ibliet u l-muniċipalitajiet fl-inizjattiva tagħhom biex jippromwovu ambjenti favorevoli għall-anzjani u b'saħħithom u biex jiżviluppaw netwerks għall-implimentazzjoni ta' linji gwida komuni;

32.

itejbu l-komunikazzjoni fil-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard, id-dijanjosi bikrija u ġestjoni aħjar tal-kundizzjonijiet permezz ta' approċċi innovattivi għall-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni (perezempju użu responsabbli mill-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali).

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI SABIEX:

33.

tappoġġa l-azzjonijiet u l-inizjattivi futuri u tindirizza d-determinanti tas-saħħa u l-fatturi tar-riskju, kif ukoll li tappoġġa tixjiħ b'saħħtu matul iċ-ċiklu tal-ħajja fil-livell tal-UE, Reġjonali, Nazzjonali u Lokali, waqt li jiġu rispettati l-kompetenzi tal-Istati Membri.

34.

tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' politiki lejn attivitajiet li jippromwovu s-saħħa biex isiru għażliet tajbin għas-saħħa u biex ikun hemm għajxien b'saħħtu;

35.

tappoġġa użu aħjar mill-Istati Membri tal-Linji Gwida tal-UE dwar l-Attività Fiżika, li ntlaqgħu fil-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Ministri tal-Isport tal-UE li ltaqgħu informalment f'Novembru 2008 (6);

36.

tappoġġa l-kooperazzjoni volontarja tal-Istati Membri bil-ħsieb ta' aktar żvilupp kemm tal-miżuri preventivi ġenerali kif ukoll tal-miżuri preventivi selettivi għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' gruppi fil-mira;

37.

tassisti lill-Istati Membri, u speċifikament lir-reġjuni, f'użu aktar effettiv tal-fondi strutturali u ta' strumenti ta' finanzjament oħrajn tal-UE għall-prijoritajiet relatati mat-tixjiħ b'saħħtu.

38.

tevalwa tajjeb il-proġett pilota EIP dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu, biex ikun hemm parteċipazzjoni tal-Istati Membri interessati fil-governanza tal-EIP u tinforma lill-Istati Membri bil-mod li bih il-Kummissjoni tieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-EIP meta jiġu implimentati programmi tal-UE.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI SABIEX:

39.

jippromwovu strateġiji għall-ġlieda kontra l-fatturi tar-riskju, bħall-użu tat-tabakk, il-ħsara relatata mal-alkoħol, id-drogi illegali, id-dieta mhux tajba għas-saħħa u n-nuqqas ta' attività fiżika kif ukoll fatturi ambjentali, li jwasslu għal inċidenza ogħla ta' mard kroniku li ma jitteħidx, bħall-kanċer, il-mard respiratorju, il-mard kardjovaskulari u newrovaskulari, id-dijabete, il-mard mentali u l-mard muskoloskeletali.

40.

jappoġġaw l-identifikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-approċċi ta' prattika tajba biex jiġi indirizzat il-mard kroniku u l-fatturi tar-riskju tiegħu, inkluż ir-responsabilizzazzjoni tal-pazjent;

41.

iqisu kif isaħħu l-kooperazzjoni u jtejbu l-kondiviżjoni tal-prattika tajba fil-livell Ewropew għall-promozzjoni ta' approċċ ta' ċiklu tal-ħajja b'tixjiħ b'saħħtu, bl-użu ta' għodod innovattivi;

42.

ikomplu l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Saħħa (7) u l-objettiv tagħha tat-trawwim ta' saħħa tajba f'Ewropa li qed tixjiħ waqt li japplikaw approċċ transettorjali, jinvolvu lis-settur soċjali u dak tas-saħħa, bl-appoġġ tal-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika fil-Livell Superjuri u f'kooperazzjoni mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali;

43.

ikomplu u jsaħħu l-ħidma bil-għan ta' fehim aħjar tar-rabtiet bejn l-avvenimenti tal-ħajja bikrija u t-tixjiħ b'saħħtu bl-użu fost l-oħrajn ta' studju lonġitudinali;

44.

jappoġġaw, kif adatt, fil-qafas tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar is-Saħħa, il-ġbir tad-data u l-iskambju ta' data u informazzjoni dwar l-inċidenza, il-prevalenza, il-fatturi tar-riskju u l-eżiti tal-mard kroniku, bħas-snin ta' ħajja b'saħħitha (SĦS) kif ukoll dwar il-promozzjoni ta' politiki u azzjonijiet dwar is-saħħa inklużi s-sistemi ta' informazzjoni fil-pajjiżi tal-UE, b'kont meħud tal-mekkaniżmi eżistenti u l-ħidma kontinwa fis-Sistema Statistika Ewropea u partijiet interessati rilevanti oħrajn (bħad-WHO, il-WHO Euro u l-OECD);

45.

jippromwovu l-EIP dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu bħala pjattaforma kollaborattiva rilevanti b'ħafna partijiet interessati u mibnija fuq il-kunsens u l-qbil tal-partijiet interessati - mis-settur pubbliku u privat, l-NGOs u l-akkademiċi, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali - impenjati sabiex jagħtu riżultat rigward l-objettivi u l-għanijiet miftiehma tagħhom, skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni għall-2013;

46.

jikooperaw mal-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija (WHO) u b'mod partikolari mal-Uffiċċju Reġjonali, sabiex tintlaħaq il-komplementarjetà fl-attivitajiet ta' tixjiħ b'saħħtu.


(1)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/126524.pdf

(2)  ĠU C 359, 9.12.2011, p. 5 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Għeluq ta' lakuni fis-saħħa fl-UE permezz ta' azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta' ħajja san.

(3)  EUR/RC62/R6.

(4)  ĠU C 162, 1.6.2011, p. 1.

(5)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/lsa/118282.pdf

(6)  http://ec.europa.eu/sport/library/documents/c1/eu-physical-activity-guidelines-2008_en.pdf

(7)  http://ec.europa.eu/health/strategy/policy/index_en.htm


21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/12


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar donazzjoni u trapjant tal-organi

2012/C 396/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

IFAKKAR

Fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Pjan ta' azzjoni dwar id-Donazzjoni tal-Organi u t-Trapjanti (2009-2015): Kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri” (1), li tidentifika għaxar azzjonijiet prijoritarji biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jittrattaw it-tliet sfidi prinċipali fil-qasam tad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi, li huma: (1) żieda fid-disponibbiltà ta' organi, (2) titjib fl-effiċjenza u l-aċċessibbiltà tas-sistemi ta' trapjant u (3) titjib fil-kwalità u s-sikurezza.

I.   ŻIEDA FID-DISPONIBBILTÀ TA' ORGANI

1.   JILQA'

L-iżvilupp ta' programmi nazzjonali biex titjieb il-prestazzjoni fil-passi differenti kollha tal-proċess ta’ donazzjoni tad-deċedut (mill-identifikazzjoni u l-manteniment tad-donatur sal-akkwist u t-trasport).

L-iżvilupp ta’ manwal Ewropew għall-prattiki ta’ donazzjonijiet minn persuni ħajjin, għal trapjanti tal-kliewi u l-fwied.

It-tixrid tal-aħjar prattiki, pereżempju permezz tal-manwal Ewropew għall-istabbiliment u l-manteniment ta' sistemi għall-koordinazzjoni ta' donazzjonijiet għal trapjanti fir-rigward ta' donazzjoni wara l-mewt.

L-iżvilupp ippjanat ta' ħarsa ġenerali komprensiva lejn is-sistemi nazzjonali ta' kunsens tad-donaturi, kif ukoll l-isforzi mwettqa biex il-parteċipazzjoni ta' professjonisti fil-kura intensiva tiġi integrata fil-proċess ta' donazzjoni wara l-mewt.

Ir-rwol ta' soċjetajiet professjonali, bħal ma huma s-Soċjetà Ewropea għat-Trapjanti tal-Organi (ESOT) u s-sezzjoni tagħha, l-Organizzazzjoni Ewropea ta' Koordinaturi tat-Trapjanti u l-Kumitat Ewropew għad-Donazzjoni (ETCO-EDC).

L-isforzi mwettqa mill-Istati Membri fl-iżvilupp ulterjuri ta' programmi ta' donazzjoni minn persuni ħajjin waqt li tiġi żgurata l-protezzjoni kompensiva tad-donatur ħaj, kif diskuss fil-laqgħa informali tal-Ministri tas-Saħħa tal-10-11 ta’ Lulju 2012.

L-organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni nazzjonali u inizjattivi Ewropej, bħal ma huma l-Jiem Ewropej tad-Donazzjoni tal-Organi u l-Workshops tal-Ġurnalisti dwar id-Donazzjoni u t-Trapjanti tal-Organi organizzati rispettivament mill-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni Ewropea.

L-iżvilupp tal-aħjar prattiki u programmi ta' taħriġ fil-livell nazzjonali u dak Ewropew appoġġati mill-Programm tal-UE għal azzjoni fil-qasam tas-saħħa.

2.   IFAKKAR

Fl-importanza li n-nies jiġu mħeġġa jimpenjaw ruħhom biex isiru donaturi ta' orġani wara l-mewt.

Fl-importanza li tingħata prijorità lid-donazzjoni ta' organi minn donaturi deċeduti.

Fil-kwalità mtejba tal-ħajja għall-pazjenti u l-kosteffettività kbira tat-trapjanti tal-kliewi meta mqabbla mat-trattamenti bid-dijaliżi għal mard renali tal-aħħar stadju, kif analizzat pereżempju minn awtoritajiet fir-Renju Unit (Dipartiment tas-Saħħa 2009) jew fi Franza (Awtorità Għolja tas-Saħħa, 2010).

Fin-nuqqas ta' alternattivi mediċi għal pazjenti li jeħtieġu trapjanti li jsalvaw il-ħajja ta’ organi oħrajn.

Li għalkemm din hija kwistjoni ta' kompetenza nazzjonali, hemm ħtieġa li kull Stat Membru jiddefinixxi b'mod ċar u jorganizza sistemi ta' kunsens tad-donaturi u jiġġestixxi l-listi ta' stennija b'mod trasparenti fil-livell nazzjonali.

Fir-rekwiżit għall-Istati Membri li jipproteġu donaturi ħajjin minn riskji potenzjali, żvantaġġi fiżiċi u finanzjarji relatati mal-proċess tad-donazzjoni, kif ukoll li jiżguraw donazzjoni volontarja u bla ħlas kif stabbilit fid-Direttiva 2010/53/UE.

Fl-importanza ta' komunikazzjoni trasparenti u komprensiva biex tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fil-valur tas-sistemi tat-trapjanti bbażati fuq donazzjoni ta' organi wara l-mewt kif ukoll fuq donazzjonijiet minn persuni ħajjin.

Fil-ħtieġa li tiġi enfasizzata r-responsabbiltà tal-professjonisti fil-kura intensiva u l-kura ta' emerġenza u li d-donazzjoni ssir parti mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu waqt il-kura fl-aħħar tal-ħajja.

Fi skrutinju bir-reqqa tat-tneħħija ta’ organi minn persuna ħajja għal finijiet ta’ trapjant, każ b’każ, filwaqt li jittieħed kont tal-kriterji rilevanti, b’mod partikolari l-prinċipju li l-ġisem tal-bniedem m’għandux jintuża għal gwadan finanzjarju.

3.   JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI

1.

Biex ikomplu jikkondividu l-għarfien fl-aspetti ewlenin kollha tal-programmi ta' donazzjoni u trapjant ta' organi sabiex ikunu possibbli t-tagħlim reċiproku u żieda fl-għadd ta' organi disponibbli.

2.

Biex jipprevedu taħriġ kontinwu għall-professjonisti involuti fid-donazzjoni u t-trapjant ta' organi wara l-mewt, inklużi kemm il-koordinaturi tad-donazzjonijiet għat-trapjanti kif ukoll il-persunal minn unitajiet ta' kura intensiva u dik ta' emerġenza.

3.

Biex jikkondividu informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali tagħhom ta' kunsens tad-donaturi.

4.

Biex jistabbilixxu mekkaniżmi komprensivi biex jiġu protetti donaturi ħajjin, inkluż il-ħolqien ta' reġistri jew rekords ta' segwitu, f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2010/53/ UE.

5.

Biex joħolqu mekkaniżmi trasparenti u uffiċjali biex id-donaturi ħajjin jiġu rimborżati għall-ispejjeż imġarrba u, jekk ikun applikabbli, biex jingħata kumpens għat-telf tad-dħul b'rabta diretta mal-proċedura ta' donazzjoni minn persuna ħajja.

6.

Biex itejbu l-kuxjenza fost il-pazjenti u l-familji tagħhom dwar l-opzjonijiet differenti ta' trapjanti, inklużi t-trapjanti minn donaturi deċeduti u ħajjin kif ukoll terapiji ta' sostituzzjoni alternattivi oħrajn. Biex itejbu l-informazzjoni dwar id-donazzjoni u t-trapjant inġenerali u biex jinvolvu lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa biex jipprovdu informazzjoni adegwata dwar id-donazzjoni ta' organi.

7.

Biex jiskambjaw informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' komunikazzjoni tagħhom, u biex jikkomunikaw b'mod proattiv lill-pubbliku inġenerali, inkluż l-użu tal-media soċjali.

8.

Biex jiżviluppaw u jtejbu, kif adatt, programmi ta’ kooperazzjoni mal-professjonisti fil-kura intensiva u l-kura ta’ emerġenza, b'mod konġunt mal-assoċjazzjonijiet professjonali nazzjonali u internazzjonali, sabiex tiġi ottimizzata l-identifikazzjoni ta' donaturi potenzajli u t-twettiq tal-proċess ta' donazzjoni wara l-mewt.

II.   TITJIB FL-EFFIĊJENZA U FL-AĊĊESSIBILITÀ TAS-SISTEMI TAT-TRAPJANTI

4.   JILQA'

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri għall-iskambju ta' organi u pazjenti li jirrispettaw il-prinċipju tal-awtosuffiċjenza fit-trapjanti, kif speċifikat fir-Riżoluzzjoni ta' Madrid (2).

L-istabbiliment ta’ ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet nazzjonali tat-trapjanti bħal ma hija s-South Transplant Alliance.

Il-kondiviżjoni tal-għarfien dwar is-sistemi tat-trapjanti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-iskambju tal-organi, b'mod partikolari Eurotransplant u Scandiatransplant.

5.   IFAKKAR

Fl-opportunità sinifikanti li teżisti biex jiġu ttrattati aktar pazjenti u biex jintuża għadd dejjem jikber ta' organi disponibbli b'mod effettiv fl-Istati Membri permezz tal-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri.

Fil-ħtieġa għal kapaċità amministrattiva suffiċjenti fi ħdan l-arranġament tal-awtoritajiet nazzjonali f'konformità mad-Direttiva 2010/53/UE.

Li t-traffikar tal-organi jikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem bħal dawk tad-dinjità u l-integrità tal-bniedem, u għandu impatt negattiv fuq il-fiduċja pubblika u r-rieda ta’ donaturi potenzjali li jagħtu l-organi.

Li tagħrif u riċerka limitati dwar xi aspetti xjentifiċi u organizzattivi tat-trapjant tal-organi u n-nuqqas tal-għarfien neċessarju f'xi oqsma jillimitaw l-iżvilupp ulterjuri tal-attivitajiet ta' trapjant fl-UE.

6.   JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI

1.

Biex jimpenjaw ruħhom b'mod attiv fi ftehimiet ta’ ġemellaġġ kull meta jkollhom anqas minn għaxar donaturi deċeduti għal kull miljun abitant jew fejn ikun hemm nuqqas ta' programmi ta' trapjanti speċifiċi fi ħdan il-konfini tagħhom.

2.

Biex jużaw strumenti tal-komunità biex jibnu kapaċitajiet nazzjonali tat-trapjanti, fejn adatt.

3.

Biex ikomplu jikkondividu informazzjoni dwar l-arranġament u l-finanzjament ta' attivitajiet ta' trapjant u s-sorveljanza tagħhom.

4.

Biex jimpenjaw ruħhom fi skambju transkonfinali operattiv ta' organi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni f’Azzjoni Konġunta ddedikata għal ftehimiet dwar skambju transkonfinali, li tibda fl-2013.

5.

Biex jappoġġaw kollaborazzjoni nazzjonali u internazzjonali, kif adatt, bejn l-awtoritajiet tat-trapjanti u s-servizzi tal-pulizija u tad-dwana sabiex jikxfu u jimpedixxu t-traffikar tal-organi.

7.   JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

1.

Biex tinkludi t-trapjant tal-organi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-inizjattivi tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin (3), f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Kunsill tal-Ewropa.

2.

Biex tindirizza riċerka dwar aspetti tekniċi u organizzattivi tat-trapjanti fi ħdan il-Programm Ewropew ta’ Riċerka Orizzont 2020.

III.   TITJIB TAL-KWALITÀ U TAS-SIKUREZZA

8.   IFAKKAR

Li d-Direttiva 2010/53/EU tistabbilixxi standards minimi ta' kwalità u sikurezza ta' organi umani maħsuba għal trapjanti

Fil-ħtieġa li jittejjeb it-tagħrif dwar l-eżiti tas-saħħa f'pażjenti trapjantati sabiex l-attivitajiet ta' trapjanti jiġu ottimizzati aktar b'kont meħud tal-iskarsezza tal-organi.

9.   JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI

1.

Biex jikkondividu l-proċeduri nazzjonali tal-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' akkwist u ċentri ta' trapjant.

2.

Biex jikkondividu l-għarfien dwar it-trapjant ta' organi minn donaturi magħżula bi kriterji usa’ (pereżempju donaturi akbar fl-età) sabiex jiżdied l-għadd ta' organi disponibbli, filwaqt li jistabbilixxu limiti ta' kwalità u sikurezza għal tali prattika.

3.

Biex jimpenjaw ruħhom li jiġbru u jikkondividu tagħrif dwar il-kwalità u s-sikurezza u li jistabbilixxu registri jew rekords standardizzati ta' segwitu tal-pazjenti, ibbażati fuq mudelli żviluppati b'mod komuni u maqbula.


(1)  16545/08 (COM (2008) 819 final).

(2)  Ir-Riżoluzzjoni ta' Madrid dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant tal-Organi. Responsabbiltajiet nazzjonali biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-pazjenti, iggwidati mill-prinċipji tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Trapjanti 2011; 91 (11S): S29- S31.

(3)  Direttiva 2011/36/UE dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin u l-Protezzjoni tal-Vittmi tiegħu (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).


21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/15


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/811/PESK

2012/C 396/04

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/811/PESK (1).

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti indika l-persuni li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 13 u 15 tar-Riżoluzjoni 1596 (2005), kif imġedda mill-paragrafu 3 tar-riżoluzzjoni 1952 (2010).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 8 tal-UNSCR 1533 (2004), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Talbiet bħal dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u l-entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/811/PESK. Ir-raġunijiet biex jiġu indikati l-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fil-websites fl-Anness II għar-Regolament (KE) 1183/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz mogħti hawn taħt.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Koordinazzjoni DG C

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263 (4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 352, 21.12.2012, p. 50.


Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/16


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Diċembru 2012

2012/C 396/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3246

JPY

Yen Ġappuniż

111,52

DKK

Krona Daniża

7,4612

GBP

Lira Sterlina

0,81460

SEK

Krona Żvediża

8,6349

CHF

Frank Żvizzeru

1,2079

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3645

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,228

HUF

Forint Ungeriż

286,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6963

PLN

Zloty Pollakk

4,0730

RON

Leu Rumen

4,4743

TRY

Lira Turka

2,3670

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2632

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3106

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2657

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5882

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6148

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 423,62

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2790

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2554

HRK

Kuna Kroata

7,5333

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 786,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,0473

PHP

Peso Filippin

54,424

RUB

Rouble Russu

40,6570

THB

Baht Tajlandiż

40,559

BRL

Real Brażiljan

2,7308

MXN

Peso Messikan

16,9287

INR

Rupi Indjan

72,6740


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni tat-30 ta' Lulju 2010 fir-rigward tal-applikabilità tagħha u l-kompożizzjoni tal-Forum ta’ Livell Għoli għal Katina tal-Provvista Alimentari Mħaddma Aħjar

2012/C 396/06

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-Forum ta’ Livell Għoli għal Katina tal-Provvista Alimentari Mħaddma Aħjar (1), hija applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(2)

Il-Forum ikkontribwixxa għall-kompetittività fil-katina tal-valur agro-alimentari tal-UE billi segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija Agro-alimentari u tal-inizjattivi proposti mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha “Katina tal-Provvista Alimentari Mħaddma Aħjar fl-Ewropa” (2). Il-Forum irrakkomanda li għandhom jitwettqu aktar azzjonijiet iffukati. Dawn l-inizjattivi jeħtieġ li jkollhom segwitu. Ix-xogħol tal-Forum ta’ Livell Għoli għal Katina tal-Provvista Alimentari Mħaddma Aħjar, għandu għalhekk jissokta wara l-31 ta' Diċembru 2012.

(3)

Is-sħubija tal-Forum għandha tiġi estiża għall-awtoritajiet nazzjonali mill-Istati Membri kollha biex tiffaċilita t-tpartit ta’ prassi tajba u biex tkabbar l-involviment tal-Forum. Ir-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet privati għandhom ikunu riveduti fuq il-bażi ta’ sejħa pubblika għal applikazzjoni biex tkun żgurata rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet interessati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

Id-Deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2010 hija emendata kif gej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Forum għandu jkun kompost minn mhux iktar minn 50 membru.”

(b)

Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jinnominaw ir-rappreżentant tagħhom fil-grupp preparatorju msemmi fl-Artikolu 5(2).

Il-membri l-oħra għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija minn organizzazzjonijiet b'kompetenza fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 u li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti tagħhom fil-Forum u fil-grupp preparatorju msemmi fl-Artikolu 5(2).

Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta rappreżentant nominat minn organizzazzjoni jekk tqis li, fuq il-bażi ta' raġunijiet ġustifikati speċifikati meta l-grupp twaqqaf jew fir-regoli tal-proċeduri tal-grupp, in-nomina mhix xierqa. F'każijiet bħal dawn, l-organizzazzjoni kkonċernata tkun mitluba taħtar rappreżentant ieħor.”

(2)

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU C 210, 3.8.2010, p. 4.

(2)  COM(2009) 591 tat-28.10.2009.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kunsill

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/18


SEJĦA MIFTUĦA

Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST)

2012/C 396/07

Il-COST tressaq flimkien riċerkaturi u esperti f'pajjiżi differenti li jaħdmu fuq suġġetti speċifiċi. Il-COST ma tiffinanzjax ir-riċerka innifisha, imma tappoġġa attivitajiet ta' netwerking bħal laqgħat, konferenzi, skambji xjentifiċi fuq terminu qasir u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni. Bħalissa huma appoġġati madwar 250 netwerk xjentifiku (Azzjonijiet).

Il-COST tistieden proposti għal Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku, kulturali jew soċjetali tal-Ewropa. Proposti li jkollhom rwol prekursur għal programmi oħrajn Ewropej u/jew mibdija minn riċerkaturi fi stadju bikri huma milqugħa b'mod speċjali.

L-iżvilupp ta' rabtiet aktar sodi fost ir-riċerkaturi Ewropej huwa kruċjali għall-bini taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). Il-COST tistimula netwerks ta' riċerka ġodda, innovattivi, interdixxiplinari u ta' firxa wiesgħa fl-Ewropa. L-attivitajiet tal-COST jitwettqu minn gruppi ta' riċerka biex isaħħu s-sisien għall-bini ta' eċċellenza xjentifika fl-Ewropa.

Il-COST hi organizzata f'disa' Setturi (Bijomediċina u Bijoxjenzi Molekulari; Kimika u Xjenzi u Teknoloġiji Molekulari; Xjenza tas-Sistema Terrestri u Ġestjoni Ambjentali; Ikel u Agrikoltura; Foresti, Prodotti u Servizzi tagħhom; Individwi, Soċjetajiet, Kulturi u Saħħa; Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni; Materjali, Fiżika u Nanoxjenzi; Trasport u Żvilupp Urban). Il-kopertura intenzjonata ta' kull settur hi spjegata f'http://www.cost.eu

L-applikanti huma mistiedna jqiegħdu s-suġġett tagħhom f'settur wieħed. Madankollu, proposti interdixxiplinari li ma jaqgħux direttament f'settur wieħed għandhom jiġu ppreżentati bħala proposti Multidixxiplinarji (TDP) u ser jiġu evalwati separatament.

Il-proposti għandhom jinkludu riċerkaturi minn minimu ta' ħames pajjiżi tal-COST. L-appoġġ finanzjarju għal Azzjoni ta' 19-il pajjiż parteċipant huwa ta' madwar EUR 130 000 kull sena normalment għal erba' snin, soġġett għall-baġit disponibbli.

Il-proposti ser jiġu vvalutati f'żewġ stadji (ħlief għat –TDP– ara hawn taħt). Proposti preliminari (massimu ta' 1 500 kelma/3 paġni), mibgħuta bl-użu tal-mudell online fuq http://www.cost.eu/opencall għandhom jipprovdu deskrizzjoni qasira tal-proposta u l-impatt maħsub tagħha. Il-proposti li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' eliġibilità tal-COST (eż. li jitolbu finanzjament għar-riċerka) ser jiġu esklużi. Proposti eliġibbli ser jiġu vvalutati mill-Kumitati tas-Setturi rilevanti f'konformità mal-kriterji ppubblikati f'http://www.cost.eu L-applikanti tal-proposti preliminari magħżula ser ikunu mistiedna jippreżentaw proposta sħiħa. Proposti sħaħ ser jiġu riveduti mill-pari skont il-kriterji ta' valutazzjoni f'http://www.cost.eu/opencall Id-deċiżjoni normalment ser tittieħed fi żmien sitt xhur mid-data tal-ġbir u l-Azzjonijiet mistennija li jibdew fi żmien tliet xhur minn dakinhar.

Id-data tal-ġbir għall-proposti preliminari hi d-29 ta' Marzu 2013, 17:00 ħin ta' Brussell. Ser jiġu mistiedna madwar 20 % biex jippreżentaw proposta sħiħa għall-għażla finali ta' madwar 40 Azzjoni ġdida, soġġett għall-baġit disponibbli. Proposti sħaħ ser ikunu mistiedna sat-30 ta' Mejju 2013 għall-preżentazzjoni sas-26 ta' Lulju 2013.

Proposti ppreżentati taħt it-TDP isegwu proċedura ta' evalwazzjoni pilota speċifika, li tesiġi l-preżentazzjoni ta' proposta waħda. Din il-proposta ser tiġi vvalutata b'mod remot f'żewġ stadji, u wara jsiru żewġ seduti tal-Panel tat-TDP. Dettalji addizzjonali jistgħu jinsabu fuq http://www.cost.eu/domains_actions/TDP Id-data tal-ġbir għat-TDP hija l-14 ta' Ġunju 2013, 17:00 ħin ta' Brussell. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-Azzjoni huma previsti f'Novembru 2013.

Il-ġbir li jmiss huwa previst għas-27 ta' Settembru 2013, inkluż il-ġbir speċifiku tat–TDP skont il-proċedura pilota.

Il-proponenti jistgħu jkunu jixtiequ jikkuntattjaw il-Koordinatur nazzjonali tal-COST (CNC) tagħhom għal informazzjoni u gwida – ara http://www.cost.eu/cnc

Il-proposti għandhom jintbagħtu online lill-website tal-Uffiċċju tal-COST.

Il-COST tirċievi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet tagħha ta' koordinazzjoni mill-programm qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RŻT) tal-UE. L-Uffiċċju tal-COST, stabbilit mill-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza (ESF), jaġixxi bħala l-aġent implimentattiv għall-COST, u jipprovdi u jiġġestixxi s-segretarjat amministrattiv, xjentifiku u tekniku għall-COST, il-Kumitati tas-Setturi tiegħu u l-Azzjonijiet tiegħu.


Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/20


Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta' ħidma għall-2012 tal-Programmi ta' Politika ta' Appoġġ għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni bħala parti mill-Programm ta' Qafas għall-Kompetittivita' u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013)

2012/C 396/08

Hawn qed tiġi nnotifikata it-tnedija għall-proposti skont il-programm ta' ħidma għall-2012 tal-Programmi ta' Politika ta' Appoġġ għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni bħala parti mill-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja. CIP-ICT PSP-2013-7.

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi l-kontenut, iż-żmien tal-għeluq u l-baġit jinstabu fit-test tas-sejħa ppubblikati fuq is-sit tal-ICT PSP:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/page/call_CIP?callIdentifier=CIP-ICT-PSP-2013-7


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/21


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.595 – Continental/United/Lufthansa/Air Canada

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9787)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 396/09

1.   INTRODUZZJONI

1.

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi – f’dawk il-każijiet fejn ikollha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni li tobbliga li ksur jinġieb fit-tmiem tiegħu u l-partijiet ikkonċernati joffru li jidħlu għal irbit li jkun jissodisfa t-tħassib indikat lilhom mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha – li dak l-irbit isir vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u tkun tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom sad-data stabbilita mill-Kummissjoni.

2.   TAQSIRA TAL-KAŻ

2.

Fid-19 ta’ Ġunju 2008, Air Canada (“AC”), United Airlines (“UA”), Continental Airlines (“CO”) u l-Lufthansa (“LH”), b'mod konġunt “il-partijiet”, ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jikkonkludu ftehim biex jiffurmaw impriża konġunta li tkopri s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru kollha tagħhom fuq swieq transatlantiċi (“Ftehim A++”). Fi ħdan l-impriża konġunta, AC, UA, CO u LH jikkooperaw dwar il-parametri prinċipali tal-kompetizzjoni, bħal prezzijiet, kapaċità, skedi u l-kummerċjalizzazzjoni. Fil-25 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni ex officio tal-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fi ftehim A++.

3.

Fl-10 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li tieħu il-fehma provviżorja li l-ftehim A++ ta’ impriża konġunta bejn il-partijiet x’aktarx se tikser l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.

Il-Kummissjoni kkunsidrat li fin-nuqqas tal-kooperazzjoni tagħhom, l-LH u l-CO jkunu kompetituri mingħajr waqfien attwali tar-rotta Frankfurt-New York, billi joperaw titjiriet diretti tagħhom stess indipendentement kif għamlu qabel l-implimentazzjoni tal-ftehim A++.

5.

Fil-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni esprimiet tħassib li l-kooperazzjoni bejn AC, UA, CO u LH fi ftehim A++ probabbilment jirrestrinġi l-kompetizzjoni intenzjonalment għar-rotta Frankfurt-New York fir-rigward tal-passiġġieri primjum.

6.

Billi tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni tas-suq magħquda għar-rotta Frankfurt-New York u l-qrubija tal-kompetizzjoni bejn l-LH u l-CO, il-kooperazzjoni x’aktarx tipproduċi wkoll effetti antikompetittivi apprezzabbli għal passiġġieri primjum. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatt li l-klijenti li jużaw ir-rotta Frankfurt-New York mhumiex relattivament elastiċi fir-rigward tal-prezz, u fil-biċċa l-kbira huma mċaħħda minn saħħa tax-xerrej sinifikanti.

7.

Il-Kummissjoni kkonkludiet ulterjorment u provviżorjament li l-kompetizzjoni li kienet teżisti qabel il-kooperazzjoni bejn l-LH u l-CO kienet eliminata. Din il-kompetizzjoni x’aktarx ma tinbidilx minn kompetizzjoni mill-kompetituri eżistenti jew minn parteċipanti potenzjali ġodda minħabba l-ostakli sostanzjali għall-espansjoni u d-dħul. Dawn l-ostakli għall-espansjoni u d-dħul jinkludu restrizzjonijiet ta’ slottijiet, vantaġġi ta’ hub kemm fl-ajruport ta’ Frankfurt u fl-ajruporti New York JFK u Newark Liberty, kif ukoll il-vantaġġ tal-frekwenza tal-partijiet.

8.

Restrizzjonijiet ta’ slottijiet huma bħalissa preżenti fl-ajruporti New York JFK u Newark Liberty u x'aktarx ikunu preżenti għaż-żmien medju u għaż-żmien fit-tul fl-ajruport ta' Frankfurt. Minħabba l-vantaġġi ta’ hub fl-ajruporti ta’ Frankfurt u New York, il-partijiet x'aktarx jibbenefikaw aktar minn ekonomiji ta' skala, ir-rikonoxximent tal-isem tad-ditta, is-saħħa tal-programm ta’ min itir ta’ spiss (FFP), aċċess li jiġi alimentat it-traffiku u l-kapaċità li jiġbdu lejhom kuntratti korporattivi meta mqabbla mal-kompetituri reali jew potenzjali tagħhom mingħajr tali vantaġġ ta’ hub. Bis-saħħa tan-numru ikbar ta’ frekwenzi mħaddma fuq ir-rotta Frankfurt-New York, il-partijiet x’aktarx ikollhom kwalità ogħla ta’ servizz mill-kompetituri attwali jew potenzjali tagħhom, li għalihom il-konsumaturi x’aktarx jaqblu li jħallsu prezzijiet ogħla.

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

9.

Il-partijiet soġġetti għall-proċedimenti, offrew impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex jilqgħu għat-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. Il-partijiet enfasizzaw li dan m’għandux jiġi interpretat bħala rikonoxximent li huma kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jew li l-ftehim A++ huwa inkompatibbli mal-Artikolu 101 tat-TFUE.

10.

L-impenji huma spjegati fil-qosor hawn taħt u ġew ippubblikati kollha kemm huma bl-Ingliż fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni f’:

http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

11.

L-offerta tal-partijiet għar-rotta Frankfurt-New York:

(a)

biex pari ta’ slottijiet disponibbli għall-wasla u t-tluq isiru disponibbli fl-ajruport ta’ Frankfurt u/jew l-ajruporti New York JFK/Newark Liberty – fuq għażla tal-kompetitur – biex jippermettu li joperaw sa seba' frekwenzi addizzjonali kull ġimgħa (u sa 21 frekwenza fil-ġimgħa jekk jitneħħew servizzi ta' partijiet terzi fuq l-istess rotta). Din l-offerta hi soġġetta għal għadd ta' kundizzjonijiet, li jinkludu li l-kompetitur ikun għamel l-isforzi kollha raġonevoli biex jikseb il-postijiet neċessarji permezz tal-proċess ta' allokazzjoni ta' slottijiet ġenerali. Barra minn hekk, il-partijiet m’għandhomx għalfejn jirrilaxxaw aktar minn slott wieħed fl-ajruport JFK ta' New York;

(b)

li jidħlu fi ftehimiet biex jgħaqdu l-prezzijiet mal-kompetituri għall-passiġġieri primjum. Kompetituri eleġibbli huma l-kompetituri kollha li joperaw jew bdew joperaw servizzi bla waqfien ġodda jew miżjuda fuq ir-rotta Frankfurt-New York, u ma joperawx hub/ajruport b’fowkus fuq xi belt fiż-żewġ naħat tar-rotta;

(c)

biex jidħlu fi ftehimiet speċjali pro rata għal traffiku b’oriġini vera u b’destinazzjoni vera fl-Ewropa/fl-Iżrael jew fl-Amerika ta' Fuq/il-Karibew/l-Amerika Ċentrali, sakemm dik il-parti tal-vjaġġ tinvolvi r-rotta Frankfurt-New York. Il-kompetituri eleġibbli huma l-kompetituri kollha li bdew joperaw servizzi bla waqfien ġodda jew miżjuda fuq ir-rotta Frankfurt-New York, u waħedhom jew bi sħubija mal-imsieħba tal-alleanza tagħhom ma joperawx hub/ajruport b’fowkus fuq belt fiż-żewġ naħat tar-rotta Frankfurt-New York;

(d)

li jiftħu l-programmi tagħhom għal dawk li jtiru ta’ spiss lil kompetitur li jibda jew iżid servizzi fuq ir-rotta, jekk tali kompetitur ma jkollux programm komparabbli tiegħu stess u ma jkunx qed jipparteċipa fi kwalunkwe mill-FFPs tal-partijiet.

12.

Il-partijiet joffu wkoll li jagħtu r-responsibbiltà lil fiduċjarju biex jissorvelja t-twettiq tal-impenji. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn applikant ġdid u l-partijiet dwar l-impenji, il-partijiet joffru proċess għas-soluzzjoni tat-tilwim fejn it-tribunal arbitrarju għandu finalment jiddeċiedi dwar il-kwistjoni.

4.   STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI

13.

Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji li jinsabu fis-sommarju ta’ hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, huma vinkolanti.

14.

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji li qed ikunu proposti. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Partijiet terzi interessati huma mitluba wkoll biex jippreżentaw verzjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom li fiha titħassar l-informazzjoni kollha li huma jqisu bħala sigriet kummerċjali, kif ukoll informazzjoni kunfidenzjali oħra, u tiġi ssostitwita skont kif ikun hemm bżonn permezz ta’ sommarju mhux kunfidenzjali jew permezz tal-kliem ‘sigriet kummerċjali’, jew ‘kunfidenzjali’.

15.

It-tweġibiet u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu mmotivati u għandhom ifissru l-fatti rilevanti kollha. Jekk inti tidentifika problema f’xi parti tar-rabtiet proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi xi soluzzjoni possibbli.

16.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numru ta' referenza il-każ COMP/39.595 – Continental/United/Lufthansa/Air Canada jew bl-email (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-faks ((+32 22950128) jew inkella bil-posta f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Antitrust Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u, 102 rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-finijiet ta' dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/24


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/206 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 396/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSill (KE) Nru 510/2006

“ΜΕΣΣΑPA” (MESSARA)

Nru tal-KE: EL-PDO-0005-0973-14.02.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Μεσσαρά” (Messara)

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.5.

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Żejt taż-żebbuġa straverġni miksub minn proċessi mekkaniċi minn żebbuġ 100 % mill-varjetà Koroneiki. Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Messara” għandu dawn il-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi mal-ibbottiljar:

 

Karatteristiċi fiżikokomiċi

aċidità (perċentwal bil-piż ta’ aċidu olejku): ≤ 0,6

Κ232: ≤ 1,80

Κ270: ≤ 0,13

perossidi (meq O2/Kg): ≤ 8,5

xemgħat: ≤ 130 mg/Kg

aċidu elojku: 75-83 %

total ta’ aċidi xaħmin mhux saturati: ≥ 84 %

proporzjon ta’ aċidu olejku għal aċidu linolejku: ≥ 10

kampesterol: ≥ 3,8 % ≤ 4% totali ta’ sterol

stigmasterol: ≥ 1,5 % totali ta’ sterol

stigmastadini: ≤ 0,05 ppm

r ΕCN42: ≤ 0,1

polifenol: ≥ 100 mg / kg totali ta’ sterol

solventi aloġinati: traċċi

 

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: aħdar jgħajjat, jibda jagħti fl-aħdar-safrani waqt li jimmatura

medjan tad-difett (Md): = 0

medjan tal-kontenut ta’ frott (Mf): > 4,0

kontenut ta’ frott: 4,0-5,0

kwalità punġenti: 3,5-4,0

kwalità morra: 3,0-3,5

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-materja prima użata fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa “Messara” hija ż-żebbuġ tal-varjetà Koroneiki (100 %).

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Il-produzzjoni, it-trasport, it-tindif u l-ipproċessar taż-żebbuġ, kif ukoll il-klassifikazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita tal-produzzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita:

Iż-żejt huwa prodott fir-reġjun tal-Messara, li jinsab fin-Nofsinhar il-Lbiċ tal-prefettura ta’ Heraklion, fin-Nofsinhar tal-muntanja Psiloriti, fit-Tramuntana tal-muntanja Kofina, u jestendi sal-kosta tal-Baħar Libjan. Fil-Lvant jestendi sal-fruntieri ġeografiċi tal-unità muniċipali ta' Asterousia, u fil-Punent jilħaq il-bajja ta' Messara mal-fruntieri tal-prefettura ta' Heraklion. Skont il-pjan ta' amministrazzjoni ta' Kallikratis, jinkludi l-muniċipalità kollha ta' Faistos, parti mill-muniċipalità ta' Gortina (l-unitajiet muniċipali kollha ta' Rouva, Gortina u Kofina) u parti mill-muniċipalità ta' Arhanes - Asterousia (l-unità muniċipali kollha ta’ Asterousia).

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi ta’ din iż-żona fin-naħa l-iktar fin-Nofsinhar tal-kontinent Ewropew fejn iż-żebbuġ jiġi kkultivat, mhumiex tas-soltu u joħolqu mikroklima partikulari għall-iżvilupp tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, li ma tinstab fl-ebda reġjun ieħor ta' Kreta jew tal-Greċja.

Il-ħamrija

Iż-żona hija pjanura bl-għoljiet, b’altitudni medja ta’ 150 m. Il-ħamrija hija ta’ kompożizzjoni medja, u grassa. Hija ġibsija bi 30-50 % ta’ kontenut ta’ CaCO3, u għandha kontenut ta' materja organika baxx sa medju (0,8-12 %). Il-pH huwa bejn newtrali u kemxejn alkalin.

Il-klima

Il-klima hija sħuna u xotta, u mingħajr ġelu. L-aktar xahar kiesaħ huwa Jannar, b’temperaturi ta’ bejn 6,7 u 15,7 °C (il-medja 11,2 °C), waqt li l-aktar xahar sħun huwa Lulju, b’temperaturi ta’ bejn 20,3 u 33,1 °C (il-medja 28,5 °C). L-ogħla temperatura massima medja tiġi rreġistrata f’Lulju b’34 °C, u t-temperatura minima medja l-aktar baxxa tiġi rreġistrata f’Jannar b’6 °C. Il-mewġiet ta’ sħana huma okkorrenza regolari matul ix-xhur tas-sajf, b’temperaturi li jogħlew aktar minn 40 °C, u xi drabi jkunu akkumpanjati minn irjieħ xotti u sħan ħafna mill-Afrika. Jeżistu varjazzjonijiet sinifikanti matul il-jum u livelli għoljin ta’ dawl tax-xemx, b’aktar minn 150 jum ta’ dawl tax-xemx fis-sena. L-umdità relattiva medja fix-xahar tvarja minn 46,8 % (Lulju) għal 74 % (Jannar). Matul ix-xhur tax-xitwa, ix-xita medja hija madwar 100 mm, u kważi ma tinżilx xita matul ix-xhur tas-sajf. Ix-xita medja kull sena hija 534,9 mm. Konsegwentement, il-kultivazzjoni tal-varjetà Koroneiki għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa inkwistjoni hija meqjusa l-aktar waħda xierqa, minħabba li l-varjetà tagħha tista’ tilħaq il-potenzjal massimu tagħha fiż-żona ddefinita, bl-altitudni baxxa tagħha u n-nuqqas ta' ġelu.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Aroma taż-żebbuġ medja, b’togħma mħallta morra u punġenti, u togħma ibbilanċjata u armonjuża ta’ frott.

Iż-żejt taż-żebbuġa ta’ Messara għandu valur aċidiku baxx, li ma jaqbiżx iż-0,6. L-indiċi ta’ assorbiment partikolari tiegħu (Κ232 ≤ 1,80 u Κ270 ≤ 0,13) u l-varjazzjoni fil-koeffiċjent ta’ assorbiment (≤ – 0,001) jindika l-freskezza tal-prodott, filwaqt li l-valur baxx ta’ perossidu tiegħu (≤ 8,5) huwa relatat b’mod dirett mat-tolleranza għall-ħżin għolja tiegħu.

Il-kontenut ta’ kampesterol tiegħu huwa partikolarment għoli, jaqbeż it-3,8 % tal-isterol totali, għalkemm ma jaqbiżx il-limitu ta’ 4 %. Din hija karatteristika distintiva minħabba l-kundizzjonijiet partikolarment sħan u xotti taż-żona.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

It-taħlita ta’ ħamrija ġibsija li hija relattivament fqira fil-materja organika, u l-esponiment twil taż-żebbuġ għad-dawl tax-xemx, jikkontribwixxu għaż-żieda fil-konċentrazzjoni tal-kostitwenti aromatiċi. L-esponiment suffiċjenti taż-żoni bl-għoljiet għad-dawl tax-xemx huwa minħabba riljiev fl-art, fejn il-ġnub tal-għoljiet jinżlu progressivament sa jsiru pjanuri.

Barra minn hekk, il-produzzjoni bikrija ta' din il-varjetà tfisser li l-perjodi tal-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-frott jikkoinċidu mal-itwal esponiment għad-dawl tax-xemx, li jżid il-kostitwenti aromatiċi taż-żejt taż-żebbuġa. B’mod speċifiku, it-twarrid / twebbis bikri u bl-istess mod il-maturazzjoni bikrija huma sostnuti mill-kundizzjonijiet klimatiċi dominanti tal-perjodi inkwistjoni. It-temp kiesaħ u l-umdità relattiva baxxa (madwar 60 %) li jipprevalu fl-aħħar għoxrin ġurnata ta' April (madwar 18 °C) iwasslu għat-twarrid u jgħinu fid-dakkir tal-fjuri. It-temperaturi jibqgħu madwar 22 °C tul dan il-perjodu, u b’hekk jippermettu lill-frott joqgħod b’mod sodisfaċenti. Wieħed għandu jinnota li t-twarrid u t-twebbis bikrin huma fatturi deċisivi fl-iżvilupp tal-frott, u l-perjodi ta’ maturazzjoni jikkoinċidu mat-temp tajjeb tar-reġjun, billi t-temp imsaħħab huwa limitat għax-xhur tax-xitwa. Dan il-fatt, flimkien mar-riljiev tal-art li jippermeti lill-imsaġar taż-żebbuġ esponiment massimu għad-dawl tax-xemx, u l-immaniġġjar xieraq mill-produtturi u l-proċessuri matul il-kultivazzjoni, il-ħsad u l-ipproċessar taż-żebbuġ, jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ dan iż-żejt taż-żebbuġa straverġni speċjali.

Barra minn hekk, il-klima partikolarment sħuna u xotta taż-żona tillimita l-effetti tad-dubbiena taż-żebbuġ, u b’hekk jirriżulta prodott ta' kwalità għolja b’aċidità baxxa.

It-temperaturi għoljin ħafna li ta’ spiss ikunu rreġistrati fix-xhur tas-sajf iwasslu għal żejt taż-żebbuġa b’kontenut ta’ kampesterol għoli naturali, li hija karatteristika tar-reġjun. B’mod speċifiku, il-livelli ta’ kampesterol huma partikolarment għoljin minħabba t-temperaturi għoljin fit-tul irreġistrati f’Messara matul ix-xhur tas-sajf (li xi drabi jaqbżu l-40 °C) u l-istress tal-ilma mġarrab mis-siġar. Il-kontenut għoli ta’ aċidi grassi mhux saturati u rikki fin-nutrijenti huwa wkoll ikkawżat minn din il-partikolarità klimatika.

Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ hija marbuta mill-qrib mal-istorja u l-kultura ta' Kreta. L-ewwel preżenza vverifikata taż-żebbuġ fuq il-gżira teħodna lura għall-perjodu Neolitiku tan-Nofs (5400-4400 QK), u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mill-frotta beda matul l-istess perjodu. Matul il-perjodu Proto-Minowan (2800-2300 QK), foresti sħaħ tas-siġar taż-żebbuġ u siġar taż-żebbuġ slavaġ kibru, inkluża l-foresta Kapetaniana fil-pjanura ta' Messara. Il-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ u l-prodotti tagħhom kienet marbuta mill-qrib man-nutrizzjoni, l-ekonomija, il-qima reliġjuż u l-kultura. Tajjeb li wieħed jinnota r-rabta bejn is-siġar taż-żebbuġ u l-prodotti taż-żebbuġ u r-ritwali reliġjużi. Oġġetti tal-artiġjanat mill-perjodu Minoan li għad għandna llum il-ġurnata, bħall-magħsar għamla ta' lanġasa jew ovali b'kanal madwarhom u seffud, li nstabu fi Faistos u Kommos, huma xhieda tal-eżistenza taż-żebbuġ minn dak il-perjodu.

Iż-żejt taż-żebbuġa “Messara” rebaħ żewġ premijiet bis-saħħa tal-kwalità fina tiegħu. Fil-kuntest tat-tieni Festival taż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ li kien organizzat f'Ateni mid-9 sal-11 ta' Mejju 2008 min-Netwerk tal-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (EDPA), iż-żejt taż-żebbuġa li kien qed jikkompeti mill-pjanura ta’ Messara, magħmul 100 % mill-varjetà Koroneiki u rappreżentat mill-Unjoni tal-Kooperattivi tal-Agrikoltura (EAS) ta' Messara, ingħata midalja tal-fidda mill-ġurija bis-saħħa tal-karatteristiċi ta’ kwalità tiegħu. Barra minn hekk, fil-kuntest tar-raba’ Festival taż-Żejt taż-Żebbuġa u taż-Żebbuġ li ġie organizzat f’Ateni mit-12 sal-14 ta’ Marzu 2010, fit-tieni Kompetizzjoni taż-Żejt taż-Żebbuġa Straverġni, iż-żejt taż-żebbuġa li kien qed jikkompeti minn Messara, irrappreżentat mill-EAS ta' Messara, rebaħ il-premju tal-bronż għat-togħma.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċfikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/prodiagrafes_elaioladou_Messara.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/28


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2012

2012/C 396/11

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1) tappella lill-Unjoni sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, kif imsemmi fil-lista mfassla skont l-UNSR 1533(2004), 1596(2005), 1807(2008) u 1857(2008) li għandha tiġi aġġornata regolarment mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1533(2004).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

persuni jew entitajiet li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi u miżuri relatati kif imsemmi fl-Artikolu 1,

mexxejja politiċi u militari ta’ gruppi armati barranin li qed joperaw fir-RDK u li jimpedixxu d-diżarmament u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ ġellieda li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi,

mexxejja politiċi u militari tal-milizji tal-Kongo li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, u li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-ġellieda tagħhom fil-proċessi ta’ diżarm, demobilizzazzjoni u riintegrazzjoni,

mexxejja politiċi u militari li joperaw fir-RDK u jirreklutaw jew jużaw lit-tfal f’konflitti armati bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli,

individwi li joperaw fir-RDK u jwettqu ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jkunu mmirati tfal jew nisa f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat, inklużi qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif u spostament furzat,

individwi li jfixklu l-aċċess għall-għajnuna umanitarja fil-parti tal-Lvant tar-RDK, jew id-distribuzzjoni tagħha,

individwi jew entitajiet li jappoġġjaw lill-gruppi illegali armati fil-parti tal-Lvant tar-RDK permezz ta’ kummerċ illegali ta’ riżorsi naturali.

2.

Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, fit-12 ta’ Novembru 2012, li jżid persuna fiżika waħda u, fit-30 ta’ Novembru 2012, li jżid żewġ persuni fiżiċi, mal-lista rilevanti. Il-persuni fiżiċi kkonċernati jistgħu, meta jridu, jissottomettu talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni li tiġġustifikaha, sabiex terġa’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar ’il fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/dfp.shtml

3.

Fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU msemmija f'punt 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1251/2012 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri diretti speċifiċi restrittivi kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (3).

Għaldaqstant, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 japplikaw għall-persuni fiżiċi kkonċernati:

(a)

l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li jappartjenu għalihom, jew li huma tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni li jitpoġġew fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tagħhom jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikolu 2); kif ukoll

(b)

il-projbizzjoni ta’ parteċipazzjoni, konsapevolment u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett taghhom ikun li, direttament jew indirettament, jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-punt (a) hawn fuq.

4.

Il-persuni fiżiċi miżjuda mal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1251/2012, fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU tat-12 u t-30 ta’ Novembru 2012, jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-opinjonijiet tagħhom dwar il-lista. Din il-komunikazzjoni għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri Restrittivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Ta’ min jiġbed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi kkonċernati dwar il-possibbiltà li r-Regolament (UE) Nru 1251/2012 jista’ jiġi kkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-UE, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 263, paragrafi 4 u 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-dejta personali tal-persuni fiżiċi kkonċernati mil-listi tar-Regolamenti (UE) Nru 1251/2012 se tiġi pproċessata skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (4). Kwalunkwe talba, e.g. għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess għal dejta personali jew ir-rettifika tagħha), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar ’il fuq.

7.

Għall-kompletezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i relevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal spejjeż bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.

(2)  ĠU L 352, 21.12.2012, p. 42.

(3)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Rettifika

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/30


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 385 tal-14 ta’ Diċembru 2012 )

2012/C 396/12

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għandha tinqara kif ġej:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: Ideat li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) u (3) tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE tat-2 ta' Frar 2007 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (3), il-Kummissjoni stabbiliet il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (minn hawn 'il quddiem l-ERC) bħala l-mezz għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku ‘Ideat’. L-ERC jikkonsisti f'Kunsill Xjentifiku indipendenti appoġġjat minn struttura speċifika għall-implimentazzjoni u huwa stabbilit sal-31 ta' Diċembru 2013.

(2)

Il-Kunsill Xjentifiku jikkonsisti fi xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa preġju, maħturin mill-Kummissjoni, u jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, independenti minn kwalunkwe influwenza esterna. Huwa magħmul minn 22 membru u jaġixxi skont il-mandat li ngħatalu fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2009/357/KE tas-27 ta' April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (4), il-Kummissjoni bidlet 3 membri wara r-riżenja tagħhom. Bid-Deċiżjoni 2011/12/UE tat-12 ta' Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (5), il-Kummissjoni bidlet 7 membri wara li ntemm il-mandat tagħhom.

(4)

Il-mandat ta' 10 membri tal-Kunsill Xjentifiku jiskadi fl-1 ta' Frar u fis-26 ta' April 2013 u hemm bżonn għat-tiġdid pass pass tas-sħubija tal-Kunsill Xjentifiku.

(5)

It-tiġdid pass pass tal-Kunsill Xjentifiku għandu jseħħ f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) u 4(7) tad-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE, li fost l-oħrajn jiddikjaraw, li l-membri għandhom jinħatru għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li tiżgura li l-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku tibqa' dejjem għaddejja u membru jista' jinħatar għal perjodu ta' inqas minn dak massimu, biex b'hekk ikun hemm rotazzjoni fis-sħubija li ssir f'fażijiet.

(6)

Skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE, il-membri futuri għandhom jinħatru mill-Kummissjoni abbażi tal-fatturi u l-kriterji stipulati fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni, u permezz ta' proċedura għall-identifikazzjoni tagħhom li tkun indipendenti u trasparenti, miftiehma mal-Kunsill Xjentifiku li tinkludi konsultazzjoni mal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament u lill-Kunsill. Għal dan l-għan, kien stabbilit Kumitat għall-Identifikazzjoni permanenti u ta' livell għoli magħmul minn esperti indipendenti bħala grupp espert b'onorarji mħallsa mill-baġit operattiv tal-Programm Speċifiku ‘Ideat’. Il-Kumitat għamel rakkomandazzjonijiet għat-tiġdid pass pass tas-sħubija fil-Kunsill Xjentifiku li ġew aċċettati.

(7)

Skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE, il-ħatra ta' membri futuri għandha tiġi ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (6).

(8)

Id-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/134/UE huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Máire GEOGHEGAN-QUINN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

‘ANNESS II

Membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC

Isem u Istitut

Bidu tal-mandat

Tmiem tal-mandat

Athene DONALD, University of Cambridge

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Nicholas CANNY, National University of Ireland, Galway

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Sierd A.P.L. CLOETINGH, Utrecht University

27 ta' April 2013

31 ta' Diċembru 2013

Tomasz DIETL, Polish Academy of Sciences

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Daniel DOLEV, The Hebrew University of Jerusalem

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Carlos M. DUARTE, Instituto Mediterraneo de Estudios Avanzados, Espories (Islas Baleares)

27 ta' April 2013

31 ta' Diċembru 2013

Barbara ENSOLI, Istituto Superiore di Sanità, Roma

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Daniel ESTEVE, CEA Saclay, Gif-sur-Yvette

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Pavel EXNER, Czech Academy of Sciences, Prague

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Éva KONDOROSI, Hungarian Academy of Sciences, Szeged

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Timothy HUNT, ir-Riċerka tal-Kanċer fir-Renju Unit, South Mimms

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Carl-Henrik HELDIN, Ludwig Institute for Cancer Research, Uppsala

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Klaus BOCK, Danish National Research Foundation, Copenhagen

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Matthias KLEINER, German Research Foundation, Bonn

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Nuria Sebastian GALLES, University of Pompeu Fabra, Barcelona

27 ta' April 2013

31 ta' Diċembru 2013

Helga NOWOTNY, WWTF Vienna Science and Technology Fund

13 ta' Jananr 2011

31 ta' Diċembru 2013

Reinhard GENZEL — Max Planck Institute for Extra-terrestrial Physics, Garching

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Alain PEYRAUBE, EHSS — Centre de recherches linguistiques sur Asie orientale, Paris

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Reinhilde VEUGELERS, Catholic University of Leuven

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Mart SAARMA, University of Helsinki

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Anna TRAMONTANO, University of Rome — La Sapienza

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Isabelle VERNOS, Centre de Regulació Genómica, Barcelona

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013’


(1)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 22.2.2007, p. 81.

(3)  ĠU L 57, 24.2.2007, p. 14.

(4)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 37.

(5)  ĠU L 9, 13.1.2011, p. 5.

(6)  ĠU L 8/1, 12.1.2001, pp. 1.