ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.388.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 388

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
15 ta' Diċembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2012/C 388/01

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

1

2012/C 388/02

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju

8

2012/C 388/03

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba taċ-Ċentru

12

2012/C 388/04

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru

17

2012/C 388/05

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ

23

2012/C 388/06

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju

29

2012/C 388/07

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

34

2012/C 388/08

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

40

2012/C 388/09

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

46

2012/C 388/10

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

53

2012/C 388/11

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità

60

2012/C 388/12

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru

66

2012/C 388/13

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

73

2012/C 388/14

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

80

2012/C 388/15

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

86

2012/C 388/16

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità

92

2012/C 388/17

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut

98

2012/C 388/18

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità

104

2012/C 388/19

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Istitut

110

2012/C 388/20

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

116

2012/C 388/21

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru

123

2012/C 388/22

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

129

2012/C 388/23

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

135

2012/C 388/24

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Fond

142

2012/C 388/25

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

145

2012/C 388/26

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

151

2012/C 388/27

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità

157

2012/C 388/28

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni

165

2012/C 388/29

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

171

2012/C 388/30

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni

174

2012/C 388/31

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-EUROJUST għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust

180

2012/C 388/32

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju

187

2012/C 388/33

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

196

2012/C 388/34

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

202

2012/C 388/35

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

208

2012/C 388/36

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju

214

2012/C 388/37

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

219

2012/C 388/38

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

226

2012/C 388/39

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

232

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/1


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/01

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f'Ljubljana, inħolqot permezz tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija hu li tgħin lill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-eżerċizzju, fil-livell ta’ Unjoni, tal-kompiti regolatorji li huma jwettqu fl-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, li tikkoordina l-azzjonijiet tagħhom. Skont ir-Regolament REMIT (2) l-Aġenzija ngħatawlha responsabbiltajiet addizzjonali ġodda flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tal-monitoraġġ tas-suq Ewropew tal-enerġija bl-ingrossa (3).

2.

Il-Kummissjoni tat awtonomija finanzjarja lill-Aġenzija fit-8 ta’ Marzu 2011. Għalhekk il-perjodu ta’ verifika għas-sena finanzjarja 2011 hu bejn it-8 ta’ Marzu u l-31 ta’ Diċembru 2011.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (8) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (9) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (10), abbażi tal-verifika tagħha, b'dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

7.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

8.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (12).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-baġit totali tal-Aġenzija ammonta għal EUR 4,8 miljun, li minnu EUR 1,5 miljun (31 %) tal-approprjazzjonijiet ma ntużawx. L-ammont tħallas kollu lura lill-Kummissjoni. L-approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 0,9 miljun (29 % tal-approprjazzjonijiet totali) ġew riportati għall-2012. Ir-riport kien partikolarment għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) b'EUR 0,3 miljun (59 % tal-approprjazzjonijiet totali tat-Titolu II) u t-Titolu III (nefqa operazzjonali) b'EUR 0,4 miljun (59 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu III). Il-livell tal-pagamenti għall-impenji kien baxx ukoll b'41 % għat-Titolu II u 41 % wkoll għat-Titolu III. Il-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet mhux użati u ta’ riporti kif ukoll il-livell baxx ta’ pagamenti jindika li hemm nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u jmorru kontra l-prinċipju ta’ annwalità.

KUMMENTI OĦRA

14.

Hemm lok għal titjib tat-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Bħala eżempju, l-avviżi ta’ postijiet vakanti ma speċifikawx l-għadd massimu ta’ kandidati li għandhom jitqiegħdu fuq il-lista ta’ riżerva u ma għamlu l-ebda referenza għall-possibbiltà li wieħed jappella. Barra minn hekk, il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-kitba u l-intervisti u l-marki tagħhom ma kinux ġew ippreparati qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet.

15.

Fl-2011, l-Aġenzija ħallset gratifiki li ammontaw għal EUR 10 839 lil esperti ssekondati li kienu ċittadini tal-Istat fejn tinsab l-Aġenzija. Dan il-pagament imur kontra r-Regoli dwar l-Issekondar tal-Esperti Nazzjonali adottati mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, li jippermetti l-għoti ta’ dawn il-gratifiki għas-sussistenza lill-aġenti temporanji biss li mhumiex ċittadini tal-Istat Membru fejn huma impjegati; dawn il-pagamenti huma irregolari.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011, ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.

(3)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu mill-kont tar-riżultat tal-baġit u l-anness tiegħu.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-19 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://acer.europa.eu/.

(12)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (Ljubljana)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(l-Artikolu 114 (eks Artikolu 95 TKE) u l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

Fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b' kont meħud tal-ħtieġa ta' preservazzjoni u titjib tal-ambjent, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri:

(a)

tassigura (tiżgura) l-funzjonament tas-suq tal-enerġija;

(b)

tassigura (tiżgura) s-sigurtà tal-provvista tal-energija fl-Unjoni,

(c)

tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta' forom ta' enerġija ġodda u rinnovabbli; u

(d)

tippromwovi l-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-kisba ta’ dawn l-objettivi. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill; ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010; ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

L-objettivi

L-għan tal-Aġenzija hu li tassisti l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali huma u jeżerċitaw, fil-livell ta’ Unjoni, il-kompiti regolatorji li jwettqu fl-Istati Membri u, meta jkun meħtieġ, tikkoordina l-azzjoni tagħhom.

Il-kompiti

tikkomplimenta u tikkoordina x-xogħol tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali,

tipparteċipa fil-ħolqien ta’ regoli dwar in-netwerk Ewropew,

tieħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, deċiżjonijiet individwali vinkolanti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess u s-sigurtà operattiva tal-infrastruttura transkonfinali,

tagħti pariri dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-enerġija lill-istituzzjonijiet Ewropej,

timmonitorja u tirrapporta żviluppi fis-swieq tal-enerġija,

tifformula proposta lill-Kummissjoni tal-UE dwar il-kumpens annwali għall-infrastruttura transkonfinali għall-mekkaniżmu tal-ITC,

tikkoopera mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-ESMA, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri u fejn xieraq mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex jiġu mmonitorjati s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa,

tivvaluta l-operat u t-trasparenza ta’ kategoriji differenti ta’ swieq u metodi ta’ negozju,u

tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli tas-suq, ir-rekords tat-tranżazzjonijiet, l-ordnijiet għan-negozju, l-istandards u l-proċeduri li jistgħu jtejbu l-integrità tas-suq u l-funzjonament tas-suq intern.

It-Tmexxija

Il-Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni:

Żewġ membri maħtura mill-Parlament Ewropew, żewġ membri maħtura mill-Kummissjoni u ħames membri maħtura mill-Kunsill. Kull membru għandu sostitut.

Kompiti:

Il-Bord Amministrattiv jadotta l-programm annwali u l-baġit tal-Aġenzija u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom.

Id-Direttur

Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi u abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni.

Il-Bord tar-Regolaturi

Kompożizzjoni:

Rappreżentant għoli tal-awtoritajiet regolatorji minn kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni li ma jkollux id-dritt tal-vot. Kull membru għandu sostitut maħtur mill-awtorità regolatorja nazzjonali minn kull Stat Membru.

Kompiti:

il-Bord għandu jagħti opinjonijiet lid-Direttur dwar l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jkunu qed jiġu kkunsidrati għall-adozzjoni,

jiggwida lid-Direttur fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu,

jagħti opinjoni lill-Bord Amministrattiv dwar il-kandidat li jkun se jinħatar bħala direttur, u

japprova l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament li jaġixxifuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011

Il-baġit finali

EUR 4,8 miljun

Il-persunal fil-31 ta' Diċembru 2011

Awtorizzati: 40

Okkupati: 39

Karigi oħra: 12

It-Total: 39, assenjati l-kompiti li ġejjin:

kompiti operattivi: 28

kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 11

Il-prodotti u s-servizzi 2011

5 Linji Gwida Qafas (Elettriku: Linji Gwida Qafas dwar il-Konnessjonijiet mal-Grilja, Linji Gwida Qafas dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċitjiet u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni, u Linji Gwida Qafas dwar l-operazzjonijiet tas-Sistemi, Gass: Linji gwida qafas il-Mekkaniżmi għall-Allokazzjoni tal-Kapaċità għan-Netwerk Ewropew tat-Trasmissjoni tal-Gass, Linji Gwida Qafas dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass fis-Sistemi tat-Trasmissjoni). Konsulti pubbliċi organizzati kif mitlub fl-eks Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009, inklużi laqgħat ta’ ħidma;

Opinjoni dwar l-Istatuti ENTSO-E u ENTSOG, Lista ta’ Membri u Regoli ta’ Proċedura;

Ġiet adottata l-opinjoni dwar il-Pjan ta’ Żvilupp fuq Għaxar Snin fl-UE ENTSOG;

Ġiet adottata l-opinjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma ENTSO-E 2012;

Rekwiżiti tad-data u indikaturi għal monitoraġġ skont l-eks Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009;

Ftuħ uffiċjali (3 ta’ Marzu 2011) u żvilupp tal-websajt tal-Aġenzija;

Ġew stabbiliti żewġ Gruppi ta’ Ħidma tal-Aġenzija (Gruppi ta’ Ħidma għall-Gass u għall-Elettriku) u kien hemm qbil dwar ir-Regoli għall-funzjonament tal-Gruppi ta’ Ħidma;

Ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-inizjattivi Reġjonali ma baqax f’idejn l-ERGEG;

Ingħatat kompetenza ġdida għall-Aġenzija permezz tar-Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-Enerġija, li daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Diċembru 2011. Ittella’ seminar fit-28 ta’Novembru 2011.

Fl-20 ta’ Diċembru 2011 inħarġet gwida dwar l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 2 tar-REMIT. Ġiet stabbilita pjattaforma fuq l-internet fejn wieħed jirċievi notifiki ta’ pubblikazzjoni tard ta’ informazzjoni ġewwiena u ta’ ksur issuspettat ta’ projbizzjoni ta’ abbuż fis-suq, min-naħa tal-parteċipanti fis-suq u ta’ persuni li jirranġaw it-tranżazzjoni b’mod professjonali, rispettivament.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

13.

Matul l-ewwel sena operattiva tagħha, l-ACER kellha tirrekluta l-biċċa l-kbira tal-persunal tagħha li kienet ta’ sfida b’riżultat li l-pożizzjonijiet miftuħa mtlew tard, u dan kellu impatt sinifikanti fuq ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija. Dan kellu wkoll influwenza fuq l-estimi tal-ħtiġijiet ta’ akkwist u wassal għal konċentrazzjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist lejn l-aħħar tas-sena, b’riżultat ta’ livell għoli ta’ ammonti miġjuba 'l quddiem biex jiġu onorati l-impenji legali u baġitarji ffirmati. Bil-biċċa l-kbira tal-pożizzjonijiet mimlija fil-bidu tal-2012, l-ACER issa tinsab f’qagħda aħjar biex timplimenta l-kompiti assenjati lilha u l-baġit ta’ twassil.

14.

L-ACER taċċetta r-rimarki tal-Qorti u diġà implimentat miżuri korrettivi.

15.

L-ACER taċċetta s-sejba preliminari u diġà waqqfet il-pagamenti ta’ allokazzjonijiet lill-SNEs Sloveni.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/8


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju

2012/C 388/02

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, li jinstab f’Riga, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Uffiċċju huwa li, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, jiġbor u janalizza tagħrif dwar komunikazzjonijiet elettroniċi u jxerred fost l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali l-aħjar prattiki regolatorji bħal approċċi komuni, metodoloġija jew linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE (2).

2.

Il-Kummissjoni tat awtonomija finanzjarja lill-Uffiċċju fit-12 ta’ Settembru 2011. Għalhekk il-perjodu vverifikat għas-sena finanzjarja 2011 jibda mit-12 ta’ Settembru u jkompli sejjer sal-31 ta’ Diċembru 2011.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Uffiċċju, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

7.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

8.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Uffiċċju (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adotatti mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-baġit 2011 tal-Uffiċċju adottat mill-Kumitat ta’ Tmexxija żvela approprjazzjonijiet skont it-Titoli u l-Kapitoli biss u ma kienx suddiviż f’artikoli u partiti. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

14.

Il-Qorti identifikat 21 każ b’valur totali ta’ EUR 94 120 fejn approprjazzjonijiet riportati għall-2012 ma kinux jikkorrispondu ma’ impenji legali. Għalhekk dawn ir-riporti kienu irregolari.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-UFFIĊĊJU

15.

L-Uffiċċju kien għadu ma adottax u ma implimentax l-istandards kollha ta’ kontroll intern. B’mod partikolari, ma kien ġie introdott l-ebda reġistru ċentrali ta’ fatturi u l-ebda reġistru ta’ eċċezzjonijiet.

KUMMENTI OĦRA

16.

Jeħtieġ li l-Uffiċċju jtejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Il-mistoqsijiet għat-testijiet orali u dawk bil-miktub ma kinux stabbiliti qabel ma l-applikazzjonijiet ġew eżaminati mill-bord tal-għażla, ma kien hemm l-ebda deċiżjoni mill-Awtorità tal-Ħatra għall-ħatra tal-bord tal-għażla u l-grad tal-membri tal-bord tal-għażla ma kienx indikat.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Korp. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Korp.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-3 ta’ Lulju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-3 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.berec.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riga)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Approssimazzjoni ta’ liġijiet fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

Il-kompetenzi tal-Uffiċċju

(Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Is-setgħat tal-Uffiċċju kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-Uffiċċju msemmi fl-Artikolu 6 għandu jipprovdi servizzi ta’ appoġġ amministrativ u professjonali lill-BEREC.

Huwa għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi.

It-tmexxija

L-Uffiċċju għandu:

(a)

Kumitat ta’ Tmexxija;

(b)

Maniġer Amministrattiv,

li jaqsmu bejniethom ir-responsabbiltajiet amministrattivi u finanzjarji kollha, inklużi r-responsabbiltajiet għall-persunal.

Madankollu, il-Kumitat ta’ Tmexxija biss huwa responsabbli għall-ħatra tal-persunal (Art. 7(4));

Il-gwida dwar is-servizzi u l-prodotti li għandhom jiġu pprovduti mill-Uffiċċju tingħata mill-Bord tar-Regolaturi, kif speċifikat fi “Prodotti u Servizzi fl-2011”.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2011

Il-Baġit Finali EUR 1.8 miljun (baġit emendat 1/2011)

L-awtonomija finanzjarja nkisbet fit-12 ta’ Settembru 2011.

Il-persunal fil-31 ta' Diċembru 2011: 18

Il-prodotti u s-servizzi mogħtija fl-2011

Taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, l-Uffiċċju pprovda s-servizzi li ġejjin:

Servizzi ta’ appoġġ professjonali u amministrattivi lill-BEREC,

Ġbir ta’ tagħrif mill-NRAs u skambju u trasmissjoni ta’ informazzjoni,

Tixrid tal-aħjar prattiki regolatorji fost l-NRAs ġewwa l-UE u lil partijiet terzi,

Assistenza liċ-Chairperson fit-tħejjija tal-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi u l-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju,

Appoġġ lill-Gruppi ta’ Ħidma tal-Esperti mwaqqfa mill-Bord tar-Regolaturi.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.


IT-TWEĠIBIET TAL-UFFIĊĊJU

13.

L-Uffiċċju BEREC ser iwaqqaf din il-prattika. Il-Baġit 2012, li diġà ġie subdiviż f’artikoli u punti, ser jiġi approvat mill-Kumitat Amministrattiv fuq livell dettaljat u ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħna f'Settembru 2012.

14.

Il-fażi inizjali għamlitha diffiċli biex jitbassru sewwa t-trasferimenti. Bħalissa qed isir segwitu mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-baġit. Fl-aħħar tas-sena 2012 ser jingħataw struzzjonijiet u ser tinġabar l-informazzjoni miġbura mill-unitajiet sabiex jiġu diżimpenjati l-impenji mhux użati.

15.

Il-Pjan tal-implimentazzjoni attwali għall-ICS qed jimplimenta l-iskadenzi għal standards differenti matul il-perjodu Novembru 2011 – Jannar 2013. Ir-reġistrazzjoni tal-fatturi u r-reġistrazzjoni tal-eċċezzjonijiet ġew implimentati mit-18 ta’ Ġunju 2012 b’impatt fuq reġistrazzjonijiet ulterjuri fl-2012. Bħalissa qed issir it-tħejjija tal-Istruzzjonijiet Amministrattivi relevanti.

16.

L-Uffiċċju segwa l-istess proċeduri bħad-DG INFSO sas-sejbiet tal-ECA ta’ Mejju 2012. Minn Ġunju 2012 l-Uffiċċju aġġorna l-Linji Gwida tiegħu għall-proċeduri ta’ reklutaġġ sabiex jittratta dawn is-sejbiet.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/12


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba taċ-Ċentru

2012/C 388/03

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “iċ-Ċentru”), li jinsab fil-Lussemburgu, inħoloq permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). Il-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lil kwalunkwe istituzzjoni u korp tal-Unjoni Ewropea li jitolbu għas-servizzi tiegħu bis-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa supplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b'dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (10) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-baġit 2011 taċ-Ċentru ammonta għal EUR 51,3 miljun (12) meta mqabbel ma’ EUR 55,9 miljun għas-sena ta’ qabel. Ir-riżultat tal-baġit 2011 naqas għal EUR 1,2 miljun fl-2011 meta mqabbel ma’ EUR 8,3 miljun fl-2010. Dan jirriżulta l-aktar minn tnaqqis ta’ 15 % fid-dħul, li jirrifletti l-politika l-ġdida tal-ipprezzar taċ-Ċentru li timmira li tallinja l-prezzijiet tal-prodotti mal-ispejjeż tagħhom.

SEGWITU GĦAS-SEJBIET TAS-SENA PREĊEDENTI

13.

B'kontinwazzjoni tax-xejra mis-sena ta’ qabel, il-bilanċ favorevoli tal-baġit akkumulat naqas minn EUR 9,2 miljun fl-2010 għal EUR 3,0 miljun fl-2011. Dan it-tnaqqis huwa l-effett nett tal-bilanċ favorevoli tal-baġit 2011 u l-allokazzjonijiet għal riżervi għall-istabbiltà tal-ipprezzar u għal investimenti eċċezzjonali.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-27 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.cdt.europa.eu.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  Il-baġit emendat (ĠU L 375, 22.12.2011, p. 5-7); inklużi t-trasferimenti baġitarji.


ANNESS

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri adottaw dikjarazzjoni permezz ta’ ftehim reċiproku, dwar il-ħolqien, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, ta’ Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni, li jkun jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-ħidma tal-korpi u tas-servizzi li s-sede tagħhom kien stabbilit bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 1993.

Il-kompetenzi taċ-Ċentru

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2003)

L-objettivi

Jipprovdi s-servizzi neċessarji tat-traduzzjoni għall-operazzjoni tal-korpi segwenti:

l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga;

l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini;

l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;

l-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji);

l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Unità Drogi tal-Europol.

Il-korpi mwaqqfa mill-Kunsill, barra dawk imsemmija hawn fuq jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea li ġa għandhom is-Servizzi ta' Traduzzjoni tagħhom stess jistgħu, jekk jiġi l-każ, isaqsu għas-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja.

Iċ-Ċentru jieħu sehem bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni.

Il-kompiti

Li jagħmel arranġamenti għall-koperazzjoni mal-korpi u l-istituzzjonijiet;

Li jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni.

It-tmexxija

Il-Bord tat-Tmexxija

Il-kompożizzjoni

rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru;

żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni;

rappreżentant wieħed minn kull korp jew istituzzjoni li ssaqsi għas-servizzi taċ-Ċentru.

Il-kompiti

Li jadotta l-baġit annwali u l-programm tax-xogħol, it-tabella tal-persunal u r-rapport annwali taċ-Ċentru.

Id-Direttur

Maħtur mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-verifika interna

Is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni (IAS).

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali:

EUR 51,3 (55,9) miljun

Il-persunal

225 (225) kariga previsti fit-tabella tal-persunal, li minnhom 205 (215) kienu okkupati.

+ 14 (10) aġenti b'kuntratt

Persunal totali: 219 (225), li huma responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

operazzjonali: 107 (110)

amministrattivi: 112 (115)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

L-għadd ta’ paġni tradotti

712 813(819 598)

L-għadd ta’ paġni skont il-lingwa

lingwi uffiċjali: 704 613(813 907)

lingwi oħrajn: 8 200(5 691)

L-għadd ta' paġni tradotti għal kull klijent

Korpi: 676 925(805 529)

Istituzzjonijiet: 3 888(14 069)

L-għadd ta’ paġni tradotti minn ħaddiema freelance

436 445(448 160)

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


IT-TWEĠIBA TAĊ-ĊENTRU

Iċ-Ċentru ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/17


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru

2012/C 388/04

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”), li jinsab f’Tessalonika, kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1). Il-mandat prinċipali tiegħu huwa li jservi l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Sabiex jilħaq dan l-objettiv, huwa għandu l-kompitu li jiġbor u li jxerred dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-baġit 2011 taċ-Ċentru ammonta għal EUR 18,9 miljun, li minnhom EUR 0,9 miljun (5 %) ġew riportati għall-2012 (12). Ir-riporti jinkludu EUR 0,6 miljun f’approprjazzjonijiet għat-Titolu II “nefqa amministrattiva” (37 % mit-total tal-approprjazzjonijiet għat-Titolu II). EUR 0,075 miljun biss (13 %) ta’ dan l-ammont huwa relatat ma’ servizzi rċevuti fl-2011 u ġew dovuti bħala imposti. Il-livell baxx ta’ dovuti huwa minħabba l-iffirmar ta’ kuntratti qrib tmiem is-sena, li għalihom il-biċċa l-kbira tal-oġġetti u s-servizzi se jiġu pprovduti fl-2012. Il-livell eċċessiv ta’ riporti għat-Titolu II jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

13.

Saru għadd sinifikanti ta’ trasferimenti baġitarji li kienu kkonċentrati l-aktar fi tmiem is-sena (13). Ġie trasferit ammont ta’ EUR 0,7 miljun mill-"nefqa għall-persunal" tat-Titolu I għan-"nefqa amministrattiva" tat-Titolu II (EUR 0,2 miljun) -"nefqa operazzjonali" tat-Titolu III (EUR 0,5 miljun). Il-ġustifikazzjoni għal dawn it-trasferimenti baġitarji kienet insuffiċjenti, peress li ma saret l-ebda stima tal-ħtiġijiet. Din is-sitwazzjoni tindika dgħufijiet fl-ippjanar baġitarju u fil-programmazzjoni u tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAĊ-ĊENTRU

14.

Kull sena, il-finanzjament miċ-Ċentru għal għotjiet għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) (14) jammonta għal madwar EUR 1 miljun (15). Kien hemm dewmien sinifikanti fl-għeluq ta’ għotjiet għas-sena 2010, għax il-benefiċjarji ppreżentaw ir-rapporti finali dwar l-attivitajiet tard. Iċ-Ċentru stess ittardja fil-verifikazzjoni ta’ dawn ir-rapporti u fl-ipproċessar tal-pagamenti finali (16).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-13 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.cedefop.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  L-approprjazzjonijiet riportati jirreferu għall-"infiq għall-persunal" tat-Titolu I u n- "nefqa amministrattiva" tat-Titolu II (m’hemmx riporti awtomatiċi għan-"nefqa operattiva" tat-Titolu III, peress li huma ġestiti bħala approprjazzjonijiet dissoċjati).

(13)  B’kollox, saru 77 trasferiment baġitarju, li jammontaw għal total ta’ EUR 1,5 miljun, li minnhom 67 trasferiment (EUR 1,3 miljun) saru f’Novembru u f’Diċembru 2011.

(14)  Iċ-Ċentru jagħti għotjiet lil netwerk Ewropew ta’ referenza u ħila esperta (‘ReferNet’), biex tingħata informazzjoni dwar l-edukazzjoni vokazzjonali nazzjonali u s-sistemi ta’ u l-politiki dwar it-taħriġ fl-Istati Membri, fin-Norveġja u fl-Islanda.

(15)  L-2011 u l-2010: EUR 0,9 miljun

(16)  Bħala medja, il-pagamenti finali ttardjaw b’madwar 50 jum.


ANNESS

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħrig Vokazzjonali (Tessalonika)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 166(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-ġbir ta’ informazzjoni

L-Unjoni għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għalkollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tal-formazzjoni vokazzjonali.

Il-kompetenzi taċ-Ċentru

(L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75)

L-objettivi

Fil-kapaċità tiegħu bħala ċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iċ-Ċentru jipprovdi lil min ifassal il-politika, lir-riċerkaturi u lill-professjonisti b’evidenza dwar xejriet attwali biex ikunu jistgħu jilħqu deċiżjonijiet u azzjonijiet b’bażi soda.

Iċ-Ċentru jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-promozzjoni u fl-iżvilupp ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fil-livell tal-Unjoni.

Il-kompiti

li jiġbor dokumentazzjoni magħżula u jipproduċi analiżi tad-data;

li jagħti sehem fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ riċerka;

li jutilizza u jxerred informazzjoni relevanti;

li jħeġġeġ u jappoġġja ħidma koordinata għal kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp ta’ taħriġ vokazzjonali;

li jipprovdi forum għal pubbliku wiesa’ u varjat.

It-tmexxija

Il-Bord Governattiv

Il-kompożizzjoni

Għal kull Stat Membru:

a)

membru wieħed li jirrappreżenta l-Gvern;

b)

membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem;

c

membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegati.

Tliet membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-membri msemmija f’a), b) u c) huma maħtura mill-Kunsill. Il-Kummissjoni taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha.

Koordinaturi mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati fil-livell Ewropew u osservaturi tal-pajjiżi taż-ŻEE wkoll jattendu għal-laqgħat tal-Bord Governattiv u tal-Bureau.

Id-dmirijiet

Li jadotta l-baġit, il-prijoritajiet tal-perjodu medju (l-ippjanar multiannwali taċ-Ċentru), il-programm annwali ta’ ħidma u jivvaluta u janalizza r-rapport ta’ attività annwali u l-kontijiet annwali. Huwa jadotta l-baġit finali u t-tabella tal-persunal.

Il-Bureau

Il-kompożizzjoni

Il-President u t-tliet viċi presidenti tal-Bord Governattiv (wieħed minn kull grupp), koordinatur wieħed għal kull grupp u rappreżentant wieħed ieħor tal-Kummissjoni.

Direttur maħtur mill-Kummissjoni minn lista’ ta’ kandidati mogħtija mill-Bord Governattiv, huwa responsabbli għall-amministrazzjoni taċ-Ċentru u jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv u tal-Bureau.

Il-verifika interna

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 18,83 (18,25) miljun

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni (1): 97,5 % (97,7 %)

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

L-għadd ta’ karigi fit-tabella tal-persunal: 101 (101)

Il-karigi okkupati: 97 (96)

Persunal ieħor:

Il-persunal kuntrattwali, 25 (24)

L-esperti nazzjonali ssekondati 3 (5)

It-total tal-persunal: 125 (125)

Operazzjonali: 90 (90)

Amministrattivi: 35 (35)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

L-analiżi u r-rappurtar dwar żviluppi tal-politika

Il-mandat taċ-Ċentru biex jiġi analizzat il-progress miksub fl-implimentazzjoni ta’ prijoritajiet konġunti għall-ETV ġie kkonfermat u mwessa’ fl-2010. Iċ-Ċentru żviluppa approċċ ġdid biex (i) kull sena jara fiex waslu l-iżviluppi tal-politika fil-pajjiżi sa mill-2010; (ii) iħejji rapport komprensiv tal-politika dwar il-progress lejn objettivi strateġiċi tal-politika fl-2014. Ġie implimentat qafas ġdid għal ReferNet – netwerk Ewropew taċ-Ċentru dwar l-ETV - għall-ġbir ta’ informazzjoni sistematika dwar sistemi u żviluppi ta’ politika tal-ETV. Il-Kummissarji għall-Edukazzjoni u l-Kultura u għall-Impjiegi taw kontribut għall-konferenza Agora taċ-Ċentru A bridge to the future - European vocational education and training policy 2002-10 (Pont lejn il-ġejjieni - Politika 2002-10 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali Ewropew). Kien hemm dibattiti dwar ir-riżultati ta’ analiżi komparattiva tal-mekkaniżmi l-aktar effettivi u effiċjenti ta’ qsim tal-ispejjeż għall-finanzjament tal-ETV f’konferenza bejn id-DĠ EAC u l-presidenza Ungeriża dwar it-tagħlim lill-adulti u fl-Akkademja tal-Iżvilupp tal-Ħiliet tal-ILO.

L-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod Ewropej komuni

Iċ-Ċentru kkoordina l-Grupp Konsultattiv tal-QEK (Qafas Ewropew tal-Kwalifiki) b’mod konġunt mal- Kummissjoni Ewropea (DĠ EAC). Ġie ppubblikat rapport Development of national qualifications frameworks in Europe (L-iżvilupp ta’ oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali fl-Ewropa) f’Ottubru 2011. Iċ-Ċentru analizza “rapport ta’ referenzjar” minn 14-il pajjiż. 24 dokument ta’ sfond u 24 preżentazzjoni f’16-il laqgħa relatata mal-QEK infurmaw id-dibattiti dwar il-politika (pereżempju: il-konferenza tal-Presidenza Ungeriża tal-QEK). Ġie finalizzat it-tieni rapport ta’ monitoraġġ tal-ECVET li ffoka fuq strateġiji għall-implimentazzjoni tal-ECVET. Kompla l-appoġġ għall-EQAVET; inħarġet pubblikazzjoni Assuring quality in VET – the role of accrediting VET providers (Assigurazzjoni tal-kwalità fl-ETV – l-irwol tal-akkreditazzjoni tal-fornituri tal-ETV). Il-websajt Europass – ġestita miċ-Ċentru – qiegħda tintuża iktar u iktar miċ-ċittadini tal-Ewropa. Mindu ġiet varata, 16,6 miljun CV ġew iġġenerati on-line (2011: 5,8 miljun (3,8 miljun). Biex tistimula koerenza akbar bejn l-għodod Ewropej iċ-Ċentru organizza workshop konġunt fil-Parlament Ewropew u Konferenza mal-imsieħba soċjali dwar l-irwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-għodod tal-UE. Żewġ noti ta’ informazzjoni: Qualifications frameworks in Europe: modernisingeducation and training (Oqsfa ta’ kwalifiki fl-Ewropa: il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u tat-taħriġ); u Shaping lifelong learning: making the most of European tools and principles (It-tiswir tat-tagħlim tul il-ħajja: nagħmlu l-aħjar użu mill-għodod u l-prinċipji Ewropej) ġabret fil-qosor il-messaġġi l-aktar importanti għal min jagħmel il-politika. 243 Żjara ta’ Studju ġew ikkoordinati fis-sena 2010/11 għal 2 723 speċjalista minn 31 pajjiż. Studji tal-impatt jenfasizzaw rata għolja ta’ sodisfazzjon (96 %) (100 %) ta’ msieħba soċjali u kwalità.

Il-ħiliet u analiżi tal-kompetenza

Inħareġ tbassir aġġornat dwar il-ħiliet. Saret konferenza dwar metodi ta’ tqabbil għat-tbassir ta’ ħtiġijiet ta’ ħiliet. - Sar qbil dwar l-approċċ u l-metodi għal stħarriġ Ewropew ta’ min iħaddem, dwar ħtiġijiet ta’ ħiliet f’impriżi. Seminar internazzjonali dwar l-antiċipazzjoni u t-tlaqqigħ tal-ħiliet ġabar flimkien parteċipanti prinċipali internazzjonali u nazzjonali fil-qasam. Ir-rapport ta’ sinteżi Skills for green jobs: a global view (Ħiliet għal impjiegi ekoloġiċi: stampa globali) ġie ppubblikat mal-ILO. Ir-riċerka dwar nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet iffukat fuq kwistjonijiet ta’ migrazzjoni. Ir-rapport ta’ studju "Migranti, minoritajiet, nuqqas ta’ tlaqqigħ?" was released.

Il-kwalifiki għal tagħlim tul il-ħajja

Is-sejbiet tar-riċerka dwar il-politiki għall-kurrikulu u l-valutazzjoni u l-implikazzjonijiet ta’ riżultati tat-tagħlim għall-individwi ġew ippreżentati fil-Konferenza tal-Presidenza Pollakka dwar l-iżvilupp tal-kompetenza żagħżugħa. Ġie organizzat workshop internazzjonali dwar l-innovazzjoni u r-riforma tal-kurrikulu. L-istudju Learning while working - Success stories on workplace learning in Europe (Tagħlim waqt ix-xogħol - Stejjer ta’ suċċess dwar it-tagħlim fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa) ġie ppreżentat fil-konferenza tal-Presidenza Pollakka u diskussa fil-laqgħa tad-Diretturi Ġenerali għall-ETV taħt il-Presidenza Pollakka. Rapport dwar Iggwidar tul il-ħajja analizza l-progress tal-pajjiżi fl-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iggwidar tul il-ħajja. Ġie kkompletat aġġornament tal-inventarju Ewropew dwar il-validazzjoni fi 32 pajjiż. Ġew ippubblikati nota ta’ informazzjoni u erba’ dokumenti tar-riċerka dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-ETV.

L-impatt organizzattiv

Indikaturi prinċipali juru impatt organizzattiv għoli: ċitazzjonijiet f’105 dokumenti ta’ politika tal-UE, 16-il mandat fil-livell tal-UE; kontributi diretti għal 13-il dokument ta’ politika tal-UE. Żieda fit-traffiku tal-websajt; kontribut għal aktar minn 100 konferenza; 108 konferenzi/avvenimenti organizzati miċ-Ċentru; 130 pubblikazzjoni; 380 artiklu tal-midja relatati mal-ħidma reġistrata taċ-Ċentru. Aktar minn 496 000 pubblikazzjoni taċ-Ċentru mniżżla fl-2011 (+ 40 % meta mqabbla mal-2010).

Għal aktar informazzjoni ara www.cedefop.europa.eu (ir-Rapport Annwali u r-Rapport ta’ Attività Annwali 2011).

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


(1)  Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tinkludi s-sovvenzjoni tal-Unjoni kif ukoll il-BRS.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


IT-TWEĠIBIET TAĊ-ĊENTRU

12.

Ir-Rapporti tal-ABB għas-snin 2011 u 2012 juru li iżjed minn 57 % (u 53 % rispettivament) tat-Titolu II tal-baġit ġew impenjati sa Ġunju 2011 (u sa Mejju 2012).

Dinatura ċerti proġetti spiss idumu iżjed minn sena u minħabba raġunijiet operattivi l-impenji jkunu jridu jsiru matul l-aħħar kwart tas-sena. Fl-2011 50 % tal-impenji saru matul l-aħħar kwart tas-sena minħabba li ċerti proġetti kellhom jiġu postposti sal-aħħar tas-sena kaġun ta’ dewmien fix-xogħlijiet ta’ tiswija li ċ-Ċentru ma kellux kontroll fuqu. Iżjed minn 75 % tal-valur tat-trasferimenti awtomatiċi fit-Titolu II tlestew u ġew fatturati matul l-ewwel kwart tal-2012.

Ir-regoli finanzjari jipprevedu trasferimenti awtomatiċi bil-prinċipju tal-annwalità meqjus bis-sħiħ. Iċ-Ċentru żviluppa proċess komplut li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit u ser ikompli bl-isforzi tiegħu ħalli jnaqqas il-perċentwal tat-trasferimenti awtomatiċi fit-Titolu II.

13.

F'Ottubru 2010 ċ-Cedefop kien sar konxju minn tnaqqis fil-ħtiġijiet baġitarji fit-Titolu I u ppjana l-ħidma tiegħu skont dan. Iċ-Ċentru ngħata l-parir li ma jibdilx l-abbozz tal-baġit f'dal-istadju fil-proċedura baġitarja u li jipprevedi trasferiment sostanzjali mit-Titolu I ħalli jkopri l-ispejjeż fit-Titoli II u III għal proġetti inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali. Il-bqija tat-trasferimenti ammontaw għal inqas minn 4 % tal-baġit. Jenħtieġ isiru emendi f'dan is-sens kemm-il darba l-implimentazzjoni tal-baġit tkun għolja (99,18 % għas-sussidju tal-EU).

It-trasferimenti għandhom jiġu implimentati biss meta jinqalgħu ħtiġijiet attwali għal dawn il-fondi. Għaldaqstant huwa inevitabbli li jsiru l-iżjed lejn l-aħħar tas-sena.

Iċ-Ċentru ser jagħmel it-trasferimenti tiegħu abbażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet iżda fil-ġejjieni ser jiddokumenta l-ġustifikazzjoni tagħhom f'iżjed dettall filwaqt li jżomm f'moħħu r-rimarki tal- Qorti.

14.

Il-ħlas tal-għotjiet jiġi ttrattat bl-istess mod tal-ħlasijiet kollha l-oħra. Fl-2009 ċ-Ċentru introduċa metodu effiċjenti ta’ awtomazzjoni tal-ħlasijiet (PAME) u f'dawn l-aħħar snin naqqas b'mod sostanzjali d-dewmien bejn il-wasla tal-fatturi/rapporti u l-ħlasijiet.

Fl-2011 id-dewmien fil-ħlas tal-għotjiet kien żball u l-maniġment ġa ħa l-passi kollha meħtieġa biex dan ma jerġax jiġri.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/23


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ

2012/C 388/05

INTRODUZZJONI

1.

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem “il-Kulleġġ”), li jinsab fi Bramshill, ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/820/JHA, kif imħassra fl-2005 u sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (1). Il-kompitu tal-Kulleġġ huwa li jaħdem bħala qafas (netwerk) u jikkollega l-istituti nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija fl-Istati Membri sabiex jipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ, ibbażati fuq standards komuni, għal uffiċjali għolja tal-pulizija (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kulleġġ. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Kulleġġ, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Kulleġġ, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Kulleġġ u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Kulleġġ (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-baġit totali tal-Kulleġġ għall-2011 ammonta għal EUR 8,3 miljun. L-approprjazzjonijiet li ammontaw għal EUR 1,8 miljun (22 %) ġew riportati għall-2012. Mill-approprjazzjonijiet riportati mill-2010 li ammontaw għal EUR 2,5 miljun, EUR 0,7 miljun (27,5 %) kienu kkanċellati fl-2011. Il-livell għoli ta’ riporti kif ukoll il-livell għoli ta’ kanċellazzjonijiet jindikaw nuqqasijiet fl-ippjanar u/jew fl-implimentazzjoni tal-baġit u jmorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

13.

Fl-2011, il-Kulleġġ għamel 38 trasferiment baġitarju li ammontaw għal EUR 1,8 miljun. Din is-sitwazzjoni tindika li hemm dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit u tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

KUMMENTI OĦRA

14.

Il-Kulleġġ jinsab fi Bramshill, u juża l-bini tan-National Policing Improvement Agency (l-Aġenzija Nazzjonali għat-Titjib fil-Korp tal-Pulizija) (NPIA) tar-Renju Unit. L-NPIA mistennija tagħlaq fi tmiem l-2012 u mhuwiex ċar sa meta l-Kulleġġ jista’ jibqa’ juża l-bini tagħha.

15.

Il-Kulleġġ jeħtieġ itejjeb it-trasparenza tal-proċedura tar-reklutaġġ. L-avviżi ta’ postijiet battala ma għamlu ebda referenza għall-possibbiltà ta’ appell; l-ippeżar tal-kriterji tal-għażla ma ġewx iffissati qabel l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet u mhux dejjem tħejjew ir-rapporti li jagħtu sommarju tal-proċeduri ta’ skrining u deċiżjonijiet dwar il-listi ta’ riżerva.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Kulleġġ. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Kulleġġ.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-3 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.cepol.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Bramshill)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 87 TFUE)

L-approssimazzjoni tal-liġijiet

“1.

L-Unjoni għandha tistabbilixxi kooperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri, inkluża l-pulizija, is-servizzi tad-dwana u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi speċjalizzati fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali.

2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri dwar: […]

b)

l-appoġġ għat-taħriġ tal-persunal, kif ukoll il-kooperazzjoni dwar l-iskambju tal-persunal, dwar tagħmir u dwar ir-riċerka fil-kxif tal-kriminalità;” […]

Il-kompetenzi tal-Kulleġġ

(Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI)

L-objettivi

Il-mira tal-Kulleġġ għandha tkun li jgħin fit-taħriġ tal-uffiċjali għolja tal-pulizija tal-Istati Membri billi joħroġ l-aħjar mill-kooperazzjoni bejn id-diversi komponenti tal-Kulleġġ. Dan għandu jappoġġa u jiżviluppa approċċ Ewropew għall-problemi prinċipali li jaffaċċjaw l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità, il-prevenzjoni tal-kriminalità u ż-żamma tal-liġi u l-ordni u s-sigurtà pubblika, b’mod partikolari d-dimensjonijiet transkonfinali ta’ dawk il-problemi.

Il-kompiti

Iżid l-għarfien tas-sistemi u l-istrutturi nazzjonali tal-pulizija u ta’ Stati Membri oħra u tal-kooperazzjoni transkonfinali tal-pulizija fl-Unjoni Ewropea.

Itejjeb l-għarfien tal-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fis-setturi li ġejjin.

(a)

l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-mod kif jaħdmu u r-rwol tagħhom, kif ukoll il-mekkaniżmi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-istrumenti legali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari rigward l-implikazzjonijiet tagħhom għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi;

(b)

l-objettivi tal-Europol, l-istruttura u l-mod kif taħdem, kif ukoll il-possibbiltajiet li titkabbar (tilħaq il-massimu tagħha) kemm jista’ jkun il-kooperazzjoni bejn l-Europol u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi relevanti fl-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

(c)

l-objettivi tal-Eurojust, l-istruttura u l-mod kif taħdem;

Jipprovdi taħriġ xieraq fir-rigward tar-rispett għas-salvagwardji demokratiċi, b’referenza partikolari għad-drittijiet ta’ difiża.

It-tmexxija

Il-Bord ta’ Tmexxija

Kompożizzjoni

Delegazzjoni waħda minn kull Stat Membru.

Kull delegazzjoni għandu jkollha vot wieħed. Rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Europol għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat bħala osservaturi mingħajr vot.

Id-Direttur

Imexxi l-Kulleġġ, maħtur u mneħħi mill-Bord ta’ Tmexxija.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awditur intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Kulleġġ fl-2011 (2010)

Il-baġit

EUR 8,3 (7,8) miljun

Il-persunal

It-Tabella tal-Persunal 2011 ipprevediet: 26 (26) Aġenti Temporanji.

Barra minn hekk: kien hemm baġit għal 8 (10) postijiet ta’ Aġenti b’Kuntratt.

Stati Membri ssekondaw ukoll total ta’: 7 (4) Esperti Nazzjonali tul is-sena.

Il-prodotti u s-servizzi 2011 (2010)

Il-korsijiet u s-seminars

Il-Kulleġġ implimenta total ta’ 88 (91) attività (korsijiet, seminars u konferenzi). Stima preliminari tal-evalwazzjonijiet turi li s-sodisfazzjon ġenerali għall-attivitajiet tal-Kulleġġ u l-eżiti ta’ tagħlim tiegħu huma għoljin (93). Is-CEPOL laqqa' flimkien 2 043(1 997) uffiċjal tal-infurzar tal-liġi 784 (841) ħarrieġ u parteċipant minn 37 (36) pajjiż (Stati Membri tal-UE u Pajjiżi Terzi). Il-Kulleġġ stess organizza 17 (10) attivitajiet biex jappoġġa lin-netwerk u nieda proċess ta’ applikazzjoni relatat mal-Ftehim ta’ Għotja għall-2012. L-ebda attività ma ġiet posposta għas-sena kalendarja li jmiss.

Ir-relazzjonijiet esterni

Politika esterna: Is-CEPOL approva żewġ ftehimiet ġodda dwar il-kooperazzjoni mal-Ġeorġja u l-Montenegro. Is-CEPOL qed jissokta bil-kooperazzjoni tiegħu li qed tagħti riżultati tajbin ħafna mal-imsieħba strateġiċi, l-aġenziji msieħba u l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż is-SEAE u b’mod ċar ġiet identifikata bħala waħda mill-iktar fornituri ewlenin fit-taħriġ għall-uffiċjali tal-pulizija li jieħdu sehem fil-missjonijiet tal-pulizija fl-UE.

L-iżvilupp tal-manwali tat-taħriġ u l-kurrikula (komuni)

Fl-2011, ġie żviluppat Manwal għall-Ħarrieġa tat-taħriġ SIRENE f’kooperazzjoni mal-Kumitat tat-Taħriġ SIRENE u l-Grupp ta’ Ħidma SIRENE/SIS fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Fuq il-livell tal-Kurrikula Komuni, tliet dokumenti bażiċi ġew elaborati dwar id-definizzjoni tal-Kurrikula Komuni: implimentazzjoni/integrazzjoni; kummerċjalizzazzjoni tal-Kurrikula Komuni, u l-iżgurar tal-kwalità.

Ir-riċerka u x-xjenza

In-netwerk tal-Korrispondenti tar-Riċerka Nazzjonali u x-Xjenza u l-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Riċerka u x-Xjenza appoġġaw it-tħejjijiet għall-Konferenza Annwali Ewropea 2011 dwar ir-Riċerka u x-Xjenza tal-Pulizija organizzata mis-CEPOL “Ċiberkriminalità, Ċibersigurtà u Netwerks Soċjali” li saret bejn it-28 u t-30 ta’ Ġunju 2011.

Ġew ippubblikati fuq il-websajt tliet ħarġiet oħrajn tal-“European Science and Research Bulletin” (Il-Bullettin Ewropew tax-Xjenza u r-Riċerka).

Il-librerija elettronika li kull ma tmur qiegħda tikber qed tintuża bħala repożitorju tal-għarfien għall-utenti rreġistrati tal-e-Net fuq bażi regolari.

Il-programm ta’ skambju

Il-Programm Ewropew ta’ Skambju tal-Pulizija 2011 organizzat tas-CEPOL kien implimentat minn April sa Diċembru 2011 u inkluda l-elementi li ġejjin:

Taħriġ tal-Uffiċjali Għolja tal-Pulizija u tal-Persunal;

Kmandanti;

Esperti fiċ-ċiberkriminalità; u

Żjajjar ta’ studju lill-Europol u lill-OLAF.

Il-programm inkluda suġġetti li nibtu mill-prijoritajiet tal-Programm ta’ Stokkolma u għażel suġġetti speċjalisti/esperti skont il-ħtiġijiet tat-taħriġ tal-kontrapartijiet. Kull żjara ta’ skambju damet 12-il jum kalendarju u kienet organizzata fuq bażi bilaterali fejn kull parteċipant ħa sehem bħala parteċipant fl-iskambju u bħala għalliem (organizzatur). Ġew organizzati tliet żjarat ta’ studju għall-Europol u waħda għall-OLAF. B’kollox ħadu sehem 292 parteċipant minn 26 Stat Membru. Il-Programm kellu baġit ta’ madwar EUR 800 000 iffinanzjat mis-CEPOL.

In-netwerk elettroniku (e-Net)

L-e-Net (Network Elettroniku) tal-Kulleġġ irċieva 109 000(102 000) viżitatur uniku u kellu 9 283(6 226) utent reġistrat sal-aħħar tal-2011 (żieda ta’ 49 % meta mqabbel mal-istess ċifra fl-aħħar tal-2010). Irriżulta li l-LMS (is-Sistema tal-Maniġment tat-Tagħlim) tas-CEPOL tat prova li rnexxiet bil-kbir kemm fl-appoġġ ta’ attivitajiet tradizzjonali tas-CEPOL kif ukoll għax offriet pjattaforna għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-Programm ta’ Skambju CEPOL/ISEC u ma’ bosta Gruppi ta’ Ħidma. Pjattaformi Miftuħa saru disponibbli wkoll b’tali mod li f’kuntest ta’ tagħlim fuq netwerk, il-komunitajiet tal-prattika jistgħu faċilment jitgħallmu minn xulxin u bejniethom billi jużaw it-teknoloġija onlajn.

It-tagħlim elettroniku (e-Learning)

Fl-2011, il-Kulleġġ żviluppa ħames Moduli ta’ Tagħlim elettroniku dwar is-suġġetti Europol, Schengen, Ċiberkriminalità, Vjolenza Sessista u CoPPra (Pulizija tal-Komunità li tipprevjeni Radikalizzazzjoni u Terroriżmu). Il-moduli jistgħu jintużaw mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għall-professjonalizzazzjoni fuq kwalunkwe bażi ta’ ħin/post, biex jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u tagħlim individwali awtodirett.

Fl-2011, ġie introdott prodott ġdid li rnexxa fil-qasam tat-Tagħlim elettroniku – il-webinars (seminars ibbażati fuq l-internet). Il-Kulleġġ organizza 18-il webinar b’kollox (9 dwar suġġetti relatati mal-Pulizija u 9 dwar l-appoġġ għas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Tagħlim) li għalihom attendew 398 parteċipant. Dan itejjeb il-kultura eżistenti tat-Tagħlim elettroniku fi ħdan is-Servizzi tal-Infurzar tal-Liġi u l-korrispondenza pożittiva mill-Istati Membri tikkonferma li fl-ambjent finanzjarju u tat-tagħlim tal-lum madwar id-dinja, il-Kulleġġ qed juri modi ġodda ta’ kif għandhom itejbu l-produttività tagħhom.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Kulleġġ.


IT-TWEĠIBIET TAL-KULLEĠĠ

12.

Il-Kulleġġ jaqbel mal-kummenti tal-Qorti. Il-Kulleġġ jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ġew implimentati miżuri biex ikun żgurat li l-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem jinżammu minimi. Il-proċedura ta’ riporti ta’ tmiem is-sena ġiet riveduta u mtejba. Dan il-proċess imtejjeb irriżulta fit-tnaqqis fl-ammonti miġjuba ’l quddiem.

13.

Il-Kulleġġ jirrikonoxxi l-kummenti tal-Qorti. Il-Kulleġġ implimenta titjib biex isaħħaħ l-ippjanar tal-baġit. Fl-2010 kien hemm 63 trasferiment komplut filwaqt li fl-2011 – 38 trasferiment, li minnhom 20 kienu fil-kapitli tal-baġit.

14.

L-Uffiċċju tal-Intern informa lill-Kulleġġ kif ukoll lill-Kummissjoni li n-National Policing Improvement Agency (NPIA) [Aġenzija Nazzjonali għat-Titjib ta’ Ħidmet il-Pulizija] waslet biex tagħlaq fl-aħħar tal-2012; is-Segretarju tal-Intern biħsiebu jwaqqaf korp ġdid professjonali tal-pulizija.

Fir-rigward tal-futur taż-żona ta’ Bramshill għadha ma ttiħditx deċiżjoni finali. Jekk Bramshill jinbiegħ, dan aktarx li ma jsirx għallinqas qabel l-2015. F’din l-eventwalità, huwa assigurat li l-Uffiċċju tal-Intern tar-Renju Unit se jaħdem mill-qrib mal-Kulleġġ u l-Kummissjoni u se jkompli jaġġorna ladarba tiġi konkluża l-konsultazzjoni domestika.

15.

Il-kulleġġ jaqbel mal-kumment tal-Qorti. L-istandards u l-mudelli ta’ dokumentazzjoni għal kull stadju ta’ proċeduri ta’ reklutaġġ ġew riveduti f’Ġunju 2012 biex jiżguraw preċiżjoni u trasparenza aħjar fid-dokumentazzjoni.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/29


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju

2012/C 388/06

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”), li jinsab f’Angers, kien stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 (1). L-iskop prinċipali tiegħu huwa li jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għall-għotja ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali tal-Unjoni għal varjetajiet ta’ pjanti u biex jiżgura li l-eżamijiet tekniċi neċessarji huma mwettqa mill-uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Uffiċċju, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, il-President jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Il-President huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Uffiċċju (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

L-approprjazzjonijiet għal impenji totali ammontaw għal EUR 14,4 miljun meta mqabbla ma’ EUR 13,1 miljun tas-sena ta’ qabel. Għat-Titolu II li huwa marbut man-nefqa amministrattiva, ammont ta’ EUR 0,4 miljun jew 25 % tal- approprjazzjonijiet ta’ impenn inġieb 'il quddiem għall-2012 u EUR 0,3 miljun jew 15 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ġew ikkanċellati. Il-livell għoli tal-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem jmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ annwalità.

13.

Ġew innotati dgħufijiet dwar ir-reġistrazzjoni ta’ erba’ impenji legali qabel l-impenji baġitarji (EUR 18 791). L-ordnijiet għax-xiri ta’ spiss ikunu datati qabel l-approvazzjoni tal-impenji tal-baġit.

KUMMENTI OĦRA

14.

L-Uffiċċju ma adottax ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-ingaġġ u l-użu ta’ persunal b’kuntratt u l-okkupazzjoni temporanja ta’ pożizzjonijiet maniġerjali.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

(9)  L-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 (ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-18 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fid-19 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.cpvo.europa.eu/main/en/home/about-the-cpvo/financing.


ANNESS

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (Angers)

Il-kompetenzi u attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(Silta mill-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-moviment liberu ta’ merkanzija

Dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet [il-bażi tal-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali] m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Il-kompetenzi tal-Uffiċċju

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 u l-Pjan Strateġiku 2010-2015)

L-objettivi

Japplika s-sistema ta’ drittijiet tal-Unjoni Ewropea tal-varjetajiet ta’ pjanti bħala l-forma unika u esklussiva ta’ drittijiet tal-Unjoni (Ewropea) ta’ proprjetà industrijali għall-varjetajiet ta’ pjanti.

Li jrawwem l-innovazzjoni fil-varjetajiet tal-pjanti permezz ta’ proċessar ta’ kwalità għolja ta’ applikazzjonijiet għal drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità bi prezzijiet raġonevoli filwaqt li jipprovdi gwida u assistenza ta’ politika fl-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet għall-benefiċċju tal-partijiet interessati.

Il-kompiti

Jiddeċiedi jekk jagħtix jew jirrifjutax applikazzjonijiet għal drittijiet tal-Unjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti.

Jiddeċiedi fuq oġġezzjonijiet.

Jiddeċiedi fuq appelli.

Jiddeċiedi fuq ir-revoka jew il-kanċellament ta’ dritt tal-varjetajiet ta’ pjanti fl-Unjoni Ewropea.

It-tmexxija

Il-President

Imexxi l-Uffiċċju. Huwa maħtur mill-Kunsill minn lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv.

Il-Kunsill Amministrattiv

Jissorvelja l-programm ta’ xogħol tal-Uffiċċju u jfassal ir-regoli dwar il-metodi ta’ xogħol tal-Uffiċċju. Huwa kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni u l-alternati tagħhom.

Deċiżjonijiet rigward l-għotja ta’ drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti jiġu adottati minn Kumitati magħmula minn tliet membri tal-persunal tal-Uffiċċju u mill-Bord tal-Appell fi proċeduri tal-appell.

Kontroll tal-legalità tal-atti tal-Uffiċċju

Reviżjoni mill-Kummissjoni dwar il-legalità tal-atti tal-President tal-Uffiċċju li dwarhom il-liġi tal-Unjoni ma tipprovdix għall-kontroll fuq il-legalità minn xi korp ieħor, u ta’ dawk l-atti tal-Kunsill Amministrattiv li għandhom x’jaqsmu mal-baġit tal-Uffiċċju.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Kunsill Amministrattiv.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 14,4 (13) miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

L-għadd ta’ karigi fit-tabella tal-persunal: 46 (46)

Il-karigi okkupati: 45 (46).

It-total tal-persunal: 45 (45), assenjati għall-kompiti li ġejjin:

 

operazzjonali: 17,5 (17,5)

 

amministrattivi: 21,5 (21,5)

 

imħallta: 6 (6)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

L-applikazzjonijiet irċevuti: 3 184(2 886)

Id-drittijiet mogħtija: 2 584(2 303)

Id-drittijiet tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2011: 18 907(17 610)

Il-Koperazzjoni Internazzjonali fil-Ħarsien ta’ Varjetajiet tal-Pjanti

Il-kontribuzzjoni għall-infurzar ta’ drittijiet ta’ varjetajiet tal-pjanti

Il-kuntatti u l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li ġejjin: Il-Kummissjoni Ewropea (id-DĠ SANCO, il-Kumitati Permanenti), UPOV (1), CIOPORA (2), ESA3 (3), OAPI (4), OECD (5), MAFF (6) (il-Ġappun).

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.


(1)  Union pour la Protection des Obtentions végétales (L-Unjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti)

(2)  International Community of Breeders of Asexually Reproduced Ornamental and Fruit Plants (Il-Komunità Internazzjonali ta’ Dawk li Jrabbu Pjanti Ornamentali u tal-Frott Riprodotti b’Mod Asesswali).

(3)  European Seed Association (L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Żerriegħa)

(4)  Organisation africaine de la Propriété intellectuelle (L-Organizzazzjoni Afrikana ta’ Proprjetà Intellettwali)

(5)  Organisation for Economic Co-operation and Development (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi)

(6)  Ministry of Agriculture, Food & Fisheries (JP) (Il-Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tas-Sajd (JP))

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.


IT-TWEĠIBIET TAL-UFFIĊĊJU

12.

Rata għolja ta’ kanċellamenti tindika l-flus iffrankati matul is-sena. Għandu jkun magħruf ukoll li l-livell tal-bilanċ miġjub ‘il quddiem ta’ C8 huwa parzjalment marbut maż-żmien li fih isiru l-avvenimenti li jsiru fl-aħħar tas-sena.

Barraminnhekk, is-CPVO għamel sforzi sinifikanti fis-snin li għaddew biex inaqqas l-ammont li jġorr minn sena għal oħra. L-ammonti assoluti miġjuba ‘l quddiem naqsu drastikament minn aktar minn 1 miljun ewro fl-2008 għal 450 000 fl-2011. L-ammont ta’ approprjazzjonijiet kreditarji ta’ C8 ikkanċellati wkoll naqsu drastikament. L-Uffiċċju ser ikompli bl-isforzi tiegħu rigward l-estimi baġitarji tal-aħħar tas-sena.

13.

L-Uffiċċju reġa’ tenna l-kumment tal-Qorti li skont is-sistema attwali l-ordnijiet ta’ xiri jintbagħtu biss għall-approvazzjoni wara li jkunu ġew esegwiti. L-impenn legali jsir validu ġaladarba jkun fiżikament inbagħat lill-fornitur biss, irrispettivament mid-data li fiha d-dokument ikun ġie ġġenerat. Ir-riskju li jintbagħat kmieni huwa negliġibbli u tabilħaqq, fid-dawl tal-ħidma li qiegħda ssir biex tiġi żviluppata pjattaforma elettronika biex jintbagħtu l-ordnijiet ta’ xiri, dan ir-riskju se jiġi eliminat kompletament.

14.

Il-proċedura ta’ reklutaġġ u l-użu ta’ persunal kuntrattwali ilha taħt superviżjoni mill-aġenziji għal ftit taż-żmien, minħabba l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni. Is-CPVO għażel li jistenna sakemm tittieħed deċiżjoni fuq mudell ġdid biex jevita li jadotta diversi deċiżjonijiet fuq l-istess kwistjoni. Minħabba li s-CPVO mhux qed jirrekluta persunal kuntrattwali, mhuwiex urġenti li tiġi adottata din id-deċiżjoni.

Rigward id-deċiżjoni dwar impjegati b’kuntratt temporanju f’karigi maniġerjali, is-CPVO ma qisx din bħala urġenti minħabba li tali sitwazzjoni għadha qatt ma seħħet fis-CPVO. Madanakollu, tħejja abbozz li bħalissa qiegħed jiġi kkunsidrat qabel jintbagħat lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/34


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

2012/C 388/07

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE (1). Il-kompitu tal-Aġenzija hu li ġġesti programmi li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni fl-oqsma edukattivi, awdjoviżivi u kulturali, inkluż it-twettiq tal-implimentazzjoni dettaljata ta’ proġetti tekniċi (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontroll intern relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 26

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 10).

(7)  L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-8 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu/ jew http://eacea.ec.europa.eu/index_en.php.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (Brussell)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 165(1), 166(1), 167(1) u 173(1) tat-Trattat)

Il-ġbir ta’ informazzjoni

L-Unjoni Ewopea għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità.

L-Unjoni Ewopea għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni vokazzjonali.

L-Unjoni Ewopea għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri.

L-Unjoni Ewopea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE)

L-għanijiet

Fil-qafas tal-politiki tal-edukazzjoni, il-kultura u l-industrija ttieħdu diversi miżuri sabiex jippromovu l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-awdjoviżiv, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet prinċipali ta’ dawn il-miżuri huma sabiex isaħħu l-koeżjoni soċjali u sabiex jikkontribwixxu lejn il-kompetittività, lejn it-tkabbir ekonomiku u lejn unjoni dejjem aktar mill-qrib fost il-popli tal-Ewropa.

Dawn il-miżuri jinkludu varjetà ta’ programmi.

L-Aġenzija hija responsabbli mit-tmexxija ta’ ċerti linji ta’ dawn il-programmi [pereżempju "Tagħlim matul il-ħajja", "Kultura", "Żgħażagħ f’Azzjoni", "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", "MEDIA", "Erasmus Mundus" u “Tempus”]. F’dan ir-rigward, hija timplimenta l-għajnuna tal-Unjoni, minbarra evalwazzjoni tal-programmi, studji strateġiċi u kompiti oħrajn li jeħtieġu setgħat diskrezzjonali sabiex jispjegaw l-għażliet politiċi.

Il-kompiti

il-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, il-proġetti speċifiċi li jkunu fdati lilha, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni u li ġġesti l-kontrolli neċessarji għal dan l-effett, billi jiġu adottati d-deċiżjonijiet relevanti, fejn il-Kummissjoni tkun tagħtha s-setgħa.

l-adozzjoni tal-istrumenti tal-implimentazzjoni tal-baġit għad-dħul u għan-nefqa u li twettaq, fejn il-Kummissjoni tagħtiha s-setgħa li tagħmel dan, l-operazzjonijiet neċessarji għall-ġestjoni tal-programmi tal-Unjoni u, b’mod partikolari, dawk marbuta mal-assenjazzjoni ta’ għotjiet u kuntratti.

il-ġabra, l-analiżi u t-trasferiment lill-Kummissjoni tat-tagħrif kollu meħtieġ bħala gwida għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni.

l-implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tan-netwerk ta’ tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) għall-ġabra, l-analiżi u t-tixrid tat-taħriġ (tagħrif) kif ukoll il-produzzjoni tal-istudji u l-pubblikazzjonijiet.

It-tmexxija

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni

Il-kompożizzjoni

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea.

Id-dmirijiet

Jadotta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attivià tagħha.

Id-direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-kontroll intern

Il-Kapaċità tal-Verifika Interna

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-baġit

Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2011 laħaq EUR 50 (49) miljun (100 % ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea).

L-Aġenzija ġestiet EUR 621 (600) miljun relatati mal-programmi u mal-proġetti delegati mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva.

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Persunal temporanju: 102 (102) karigi għal persunal temporanju fit-tabella tal-persunal

Karigi okkupati: 102 (97)

Persunal b’kuntratt: 336 (330) persunal b’kuntratt

Karigi okkupati: 331 (315)

Total tal-persunal: 433 (412) kariga okkupati bil-kompiti li ġejjin:

 

Operazzjonali: 352

 

Amministrattivi: 81

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

Il-komunikazzjoni

L-organizzazzjoni ta’ 3 ġranet ta’ informazzjoni, l-aġġornament tad-database EVE (1) b’riżultati ta’ proġetti, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti f’kooperazzjoni ma’ Direttorati Ġenerali prinċipali (DĠ).

L-organizzazzjoni ta’ stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-applikanti u benefiċjarji mill-2007 sal-2010. Ġiet konkluża analiżi tar-riżultati għal kull programm u ġew varati l-azzjonijiet ta’ segwitu fl-2011.

L-opuskolu ġdid tal-EACEA huwa disponibbli fi 3 lingwi (EN, FR, DE).

Ġew organizzati laqgħat tal-bidu fi Brussell għall-koordinaturi tal-proġetti u msieħba.

L-għażliet

Ġew ippubblikati 28 sejħa għal proposti kif ukoll sejħa waħda għall-offerti.

Ġew ippubblikati l-prospettivi informattivi (jew deskrizzjonijiet) dettaljati korrispondenti ta’ proposti magħżula fil-websajt tal-Aġenzija.

Il-ġestjoni ta’ iktar minn 12 000 proposta li waslu.

L-għażla ta’ aktar minn 3 800 proġett u 420 Erasmus University Charters (Karti Universitarji tal-Erasmus).

Iż-żjarat ta’ monitoraġġ

Iktar minn 400 laqgħa ta’ segwitu (fuq il-post jew fi Brussell) ma’ parteċipanti tal-proġett ġew organizzati sabiex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-proġett.

Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni:

L-użu ta’ formoli elettroniċi ġie estiż biex ikopri iktar azzjonijiet, li jikkorrespondu għal 75 % tal-applikazzjonijiet kollha.

Ġie introdott għoti simplifikat ta’ kuntratti (deċiżjonijiet minflok ftehimiet ta’ għotjiet) għal xi azzjonijiet.

Kalkolu bbażat fuq somom sħaħ ġie definit mill-ġdid u introdott għal iktar azzjonijiet.

Intużaw laqgħat tal-esperti mill-bogħod u evalwazzjonijiet ta’ proġetti mill-bogħod għall-evalwazzjonijiet ta’ aktar azzjonijiet.

Il-kooperazzjoni mad-Direttorati Ġenerali prinċipali

L-organizzazzjoni ta’ 4 laqgħat tal-Kumitat ta’ Ġestjoni.

Laqgħat perjodiċi ta’ koordinazzjoni dwar il-programmi delegati mad-Diretturi operazzjonali tad-Direttorati Ġenerali prinċipali (3 laqgħat kull sena).

Għajnuna lid-DĠs prinċipali fit-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi.

L-għoti ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi lill-Kummissjoni fuq talba.

Il-verifiki

Ingħalqu 119-il verifika, u ġew ikkuntrattwalizzati 105 verifiki ġodda.

Kuntratti u proġetti: 4 579 kuntratt ġew iffirmati, 4 589 proġett ingħalqu.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


(1)  Pjattaforma elettronika għat-tixrid u l-esplojtazzjoni ta’ riżultati ta’ proġetti appoġġati minn programmi ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea fl-oqsma tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


TWEĠIBIET TA’ L-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/40


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/08

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (“l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, hija dik li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (IEEA). Il-mandat tagħha u t-tul ta’ żmien tagħha ġew mibdula bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE (1) li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE (2). L-Aġenzija kienet stabbilita għal perjodu ta’ żmien limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2004 u li issa se jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015, bil-għan li timmaniġġja azzjonijiet tal-UE fl-oqsma tal-enerġija, l-intraprenditorjat u l-innovazzjoni, u t-trasport sostenibbli tal-merkanzija (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (8) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (9) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (10), abbażi tal-verifika tagħha, b'dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-Regoli tal-Kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni (12).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-baġit inizjali 2011 tal-Aġenzija ta’ EUR 16,2 miljun kien jinkludi EUR 10,7 miljun għall-ispejjeż tal-persunal. In-nefqa reali tal-persunal kienet ta’ EUR 10 miljun. Filwaqt li l-baġit kien stmat iżżejjed b'EUR 0,7 miljun, is-sottoutilizzazzjoni kien inqas mis-snin ta’ qabel (pereżempju EUR 1,5 miljun fl-2010 (13)).

KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

13.

Skont il-ftehim ta’ kiri li ġie konkluż fl-2010 għall-bini l-ġdid tagħha, l-Aġenzija trid tħallas ammont totali ta’ EUR 2,4 miljun fir-rigward ta’ rinnovazzjoni tal-uffiċċji minn sid il-kera. L-Aġenzija għamlet pagament inizjali ta’ EUR 2 miljun fl-2010. L-ammont li jifdal kellu jitħallas fi tliet pagamenti oħra bin-nifs fl-2011, fl-2012 u fl-2013.

14.

L-Aġenzija ikkalkulat b'mod skorrett l-ammont li kellu jitħallas fl-2011 u, b'konsegwenza ta’ dan, għamlet pagament eċċessiv ta’ EUR 108 287. F'Jannar 2012, sid il-kera ħallas lura l-ammont eċċessiv imħallas. Madankollu, il-pagament li sar b'mod skorrett mill-Aġenzija jindika l-ħtieġa li ssaħħaħ il-kontrolli tagħha għall-prevenzjoni ta’ pagamenti eċċessivi bħal dawn.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sur Harald NOACK, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.

(2)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.

(3)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(7)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 10).

(8)  L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(10)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-28 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-28 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali jinstabu wkoll fuq il-websajt li ġej http://ec.europa.eu/eaci/docs_en.htm.

(12)  Ir-Regoli tal-Kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS).

(13)  Ara l-paragrafu 13 tar-Rapport dwar il-kontijiet annwali 2010 (ĠU C 366, 15.12.2011, p. 81).


ANNESS

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Brussell)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

1.

Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi għas-salvagwardja (preservazzjoni), il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali; u l-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali.

(L-Artikolu 191 tat-TFUE)

2.

Il-politika tal-Unjoni dwar l-industrija għandha tiżgura li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni billi tħaffef l-adattament tal-industrija għal bidliet strutturali, tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp ta’ u kooperazzjoni bejn l-impriżi, tikkoltiva l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politika ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin, b'konnessjoni mal-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tieħu kull inizjattiva utli sabiex tippromwovi dik il-koordinazzjoni.

(L-Artikolu 173 tat-TFUE)

3.

Il-politika tat-trasport komuni għandha tistabbilixxi regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. Hija għandha tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li bih it-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru, u tistabbilixxi miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport.

(L-Artikoli 91(1) u 100(2) tat-TFUE)

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE emendata bid-Deċiżjoni 2007/372/KE)

L-għanijiet

Fi ħdan il-qafas tal-istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi, l-Unjoni Ewropea ħadet miżuri li jippromwovu u jiżviluppaw il-kompetittività u l-innovazzjoni. Dawn il-miżuri jinkludu l-istabbiliment tal-Programm Kwadru tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) 2007-2013 (Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE), notevolment mal-programmi tal-Enerġija Intelliġenti - Ewropa (IEE) u tal-Intraprenditorjat u Innovazzjoni (EIP). Il-miżuri jinkludu wkoll il-Programm Marco Polo (MP) (ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006). L-għanijiet ewlenin b'mod partikolari huma t-trawwim tal-kompetittività tal-impriżi, b'mod partikolari Impriżi Żgħar u ta’ daqs Medju (SMEs); il-promozzjoni tal-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluża l-ekoinnovazzjoni; biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija u sorsi tal-enerġija ġodda u rinnovabbli fis-setturi kollha inkluż dak tat-trasport. Taħt dawn il-programmi tal-UE, l-Aġenzija hija responsabbli għall-implimentazzjoni tax-xogħlijiet li jikkonċernaw l-għajnuna tal-UE, ħlief għall-evalwazzjoni tal-programm, il-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u l-istudji strateġiċi, jew kull azzjoni oħra li taqa' b'mod esklussiv taħt il-kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni.

Il-kompiti

L-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE skont id-delegazzjonijiet irċevuti mill-Kummissjoni:

li timmaniġġja l-istadji kollha matul iċ-ċiklu ta’ proġetti speċifiċi;

li twettaq l-operazzjonijiet kollha neċessarji biex tmexxi l-programmi tal-UE, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-baġit inkluż l-għoti ta’ kuntratti u għotjiet;

li tiġbor, tanalizza u tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programmi kif ukoll tippromwovi l-koordinazzjoni u s-sinerġija fost il-programmi;

f’dak li għandu x’jaqsam mal-EIP, li tkun responsabbli mill-ġestjoni tal-proġetti u tal-animazzjoni tan-netwerk tal-Enterprise Europe (Netwerk Ewropa Intraprenditorjali), il-proġetti pilota ta’ ekoinnovazzjoni u l-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq, u azzjonijiet ta’ innovazzjoni bi grad għoli ta’ standardizzazzjoni (Proġett bażi tal-IP).

It-Tmexxija

Il-Kumitat Direttiv

Dan huwa magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa jadotta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport tal-attività annwali tagħha.

Id-Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Verifika Esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit

A)   Il-baġit operazzjonali

EUR 229,6 (249,8) miljun (100 % tal-baġit ġenerali tal-UE). L-EACI timplimenta l-baġit operazzjonali taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni:

EUR 83,8 (71,0) miljun għall-IEE;

EUR 38 (35,2) miljun għall-ekoinnovazzjoni tal-EIP;

EUR 50,9 (79,7) miljun għan-netwerks tal-EIP,

EUR 56,8 (63,8) miljun għall-MP.

B)   Il-baġit amministrattiv

EUR 15,6 miljun (100 % tas-sussidju tal-UE) għall-baġit amministrattiv li għalih l-EACI hija awtonoma.

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

It-total tal-persunal: 159 (155) ippjanati li minnhom 156 (142) huma okkupati;

Il-karigi ta’ aġenti temporanji (TA): 37 (37) ippjanati, li minnhom 33 (33) huma okkupati;

Il-persunal b’kuntratt: 122 (118-il) kariga ppjanati, li minnhom 123 (109) huma okkupati.

Il-prodotti u s-servizzi 2011

Għall-programm Enerġija Intelliġenti Ewropa (IEE), 384 applikazzjoni ġew irċevuti fis-sejħa għall-proposti u kien hemm attendenza f’aktar minn 100 laqgħa dwar il-proġetti. Sal-aħħar ta’ Marzu 2011, l-Aġenzija kkompletat il-biċċa l-kbira tan-negozjati tal-kuntratti għall-44 proposta magħżula skont is-Sejħa 2010. Il-maġġoranza tal-kuntratti kienu ffirmati sal-aħħar ta’ April 2011.

L-EACI pparteċipat f’aktar minn 20 jum nazzjonali ta’ informazzjoni. Hija wieġbet ukoll għal madwar 200 talba ta’ kontrolli qabel il-proposta, bejn wieħed u ieħor f’inqas minn ġimgħa. Sforzi speċjali kienu ddedikati lill-promozzjoni tal-inizjattiva l-ġdida dwar l-‘Iżvilupp ta’ Ħiliet’ biex tħarreġ u tikkwalifika l-forza tal-ħaddiema fil-kostruzzjoni. Ġie organizzat workshop għall-partijiet interessati mill-EACI fis-16 ta’ Marzu biex il-parteċipanti fil-kostruzzjoni, fit-taħriġ u dawk istituzzjonali jiġu infurmati dwar l-inizjattiva.

Il-programm EIP - Netwerk tal-Enterprise Europe

Il-programm huwa magħmul minn aktar minn 580 organizzazzjoni msieħba f'47 pajjiż, inklużi s-27 Stat Membru tal-UE. Minbarra kompiti tal-ġestjoni tal-proġett ta’ 92 kuntratt (ftehimiet speċifiċi ta’ għotjiet) u l-proġett IPeuropAware, l-EACI hija responsabbli wkoll għall-'animazzjoni' tan-Netwerk tal-Ewropa Intraprenditorjali u għall-ġestjoni tal-għodod u d-databases tal-IT għall-komunikazzjoni interattiva fost l-imsieħba tan-netwerk. Fl-2011, l-EACI, f’isem il-Kummissjoni implimentat l-azzjonijiet li ġejjin:

In-Netwerk tal-Enterprise Europe:

Operazzjonijiet tan-netwerk;

Appoġġ tan-netwerk (animazzjoni);

Għodod tal-IT għan-Netwerk.

Proġetti IPR u l-portal għan-Negozji – L-Ewropa Tiegħek;

Proġetti tal-ewwel applikazzjoni tal-Ekoinnovazzjoni u tar-replikazzjoni tas-suq.

L-ekoinnovazzjoni

L-ekoinnovazzjoni hi appoġġata mis-CIP permezz ta’ bosta tipi ta’ miżuri (strumenti finanzjarji, netwerks ta’ parteċipanti nazzjonali u reġjonali, proġetti tal-ewwel applikazzjoni u tar-replikazzjoni tas-suq). L-Aġenzija hija fdata bil-ġestjoni ta’ proġetti tal-ewwel applikazzjoni tal-ekoinnovazzjoni u tar-replikazzjoni tas-suq b’baġit indikattiv ta’ EUR 185 miljun għall-perjodu 2008-2013.

L-isforzi fl-2011 ikkonċentraw fuq:

L-ikkompletar tal-implimentazzjoni tas-sejħa għall-proposti 2010: in-negozjati kienu kkompletati sal-aħħar ta’ Novembru 2011, il-kuntratti kollha (47) kienu ffirmati sal-aħħar ta’ Novembru.

Sejħa ġdida għall-proposti 2011. Is-sejħa 2011 ġiet varata f’April 2011 u attirat 280 proposta. L-evalwazzjoni ċentrali twettqet mill-21 ta’ Novembru sad-9 ta’ Diċembru. Il-laqgħa finali kienet skedata għall-14 ta’ Frar 2012.

Il-ġenerazzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-proġetti ta’ ekoinnovazzjoni tal-EIP, kif stipulat fil-Pjan ta’ Ħidma għall-Komunikazzjoni tal-Aġenzija (avviżi tal-aħbarijiet elettroniċi, aġġornamenti regolari tal-websajt tal-Ekoinnovazzjoni; trasferiment tad-database tal-proġetti tal-Ekoinnovazzjoni għal server ġdid, stabbiliment ta’ kuntratt ġdid dwar l-ospitalità u l-manutenzjoni; organizzazzjoni tal-Jum Ewropew ta’ Informazzjoni 2011 organizzat f’April 2011.

Il-ġestjoni ta’ proġetti li għadhom għaddejjin.

ll-programm Marco Polo

L-attivitajiet ewlenin:

L-ikkompletar tal-implimentazzjoni tas-sejħa għall-proposti 2010 (ġew irċevuti 101 applikazzjoni.

Wara l-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma MP 2011, għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni tas-Sejħa għall-proposti 2011 – is-sejħa ġiet ippubblikata fil-21 ta’ Ottubru bi skadenza għas-sottomissjoni tal-proposti tkun is-16 ta’ Jannar 2012.

Il-ġenerazzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-programm Marco Polo, kif stipulat fil-Pjan ta’ Ħidma ta’ Komunikazzjoni tal-Aġenzija.

Li jsiru rakkomandazzjonijiet lid-DĠ MOVE li huwa jaqa’ taħtha, dwar l-implimentazzjoni tal-programm Marco Polo u l-iżvilupp tiegħu fil-futur.

Il-ġestjoni ta’ proġetti li għadhom għaddejjin.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet preċedenti mill-Qorti, l-Aġenzija tejbet it-tbassir tagħha dwar it-Titolu 1 (Spejjeż tal-persunal). Fl-2011, fil-fatt kien hemm stima xi ftit żejda minħabba fatturi esterni għall-Aġenzija jew li kienu diffiċli li jitbassru meta l-baġit inizjali ġie adottat bħal: nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-indiċjar tas-salarju, persunal li talab liv tal-ġenituri jew liv bla ħlas, bidla aktar spiss tal-persunal milli kien antiċipat, u reklutaġġ għal funzjonijiet speċifiċi li dam aktar milli kien mistenni. Il-baġit tal-2012 ikompli b'approċċ ta’ tbassir aktar strett. L-implimentazzjoni tal-baġit fl-2012 turi li l-estimi tal-ispejjeż tal-persunal huma aktar preċiżi mis-snin preċedenti. L-Aġenzija tqis li mhuwiex probabbli li jkun hemm bilanċ favorevoli sinifikanti fil-futur.

13-14.

Il-pagament żejjed inkwistjoni ġie rikonoxxut mill-Aġenzija. Kif ġie nnotat mill-Qorti, dan tħallas immedjatament minn sid il-kera. Il-każ ġie ddokumentat u x-xogħlijiet relatati ma’ dan il-kuntratt issa ġew rimborżati kollha. L-Aġenzija se tieħu l-miżuri neċessarji biex tevita sitwazzjoni simili għal kuntratti futuri b'rimborżi bikrija.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/46


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

2012/C 388/09

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (minn hawn ’il quddiem "l-Aġenzija"), li tinsab fil-Lussemburgu, kienet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE (1) u emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE (2). L-Aġenzija kienet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2005 u li jispiċċa fl-2015 għat-tmexxija ta’ azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u l-politika tal-konsumatur (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (8) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (9) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (10), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżla hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adotatti mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (12).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kumment li ġej ma jixħetx dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Għat-Titolu III – Infiq relatat man-nefqa operazzjonali, ammont ta’ EUR 0,8 miljun, jew 46 % tal-impenji li saru, ġew riportati għall-2012. Il-livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Ioannis SARMAS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-25 ta’ Lulju 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 369, 15.12.2004, p. 73.

(2)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.

(3)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja tas-sena li jagħti, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet, flimkien ma’ informazzjoni sommarja dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti differenti tal-baġit.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rapporti finanzjarji, li jinkludi deskrizzjoni tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(7)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).

(8)  L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(10)  L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/2003 (ĠU L 11, 16.1.2003 p. 1).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-12.6.2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29.6.2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ec.europa.eu/eahc/about/about.html.

(12)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (il-Lussemburgu)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 168 u 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-Azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri il-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa. L-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara għas-saħħa marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

Sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

L-għanijiet

L-Aġenzija hija responsabbli għat-twettiq tal-ħidmiet ta’ implimentazzjoni għall-immaniġġjar tat-tieni Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, il-programm tal-Konsumatur għall-2007-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE u l-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà tal-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE.

L-Aġenzija għandha wkoll timmaniġġja l-fażijiet kollha fil-perjodu tal-miżuri implimentattivi delegati lilha fil-qafas tal-programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika 2003-2008, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002.

Il-ħidmiet

Taħt il-programmi tal-Unjoni msemmija hawn taħt, l-Aġenzija hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-ħidmiet li ġejjin kif definiti fl-att ta’ delegazzjoni adottat fid-9 ta’ Settembru 2008 (1):

 

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2003-2008 - Id-Deċiżjoni Nru 1350/2002/KE

 

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013 - Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE

 

Il-Programm tal-Konsumaturi 2007-2013 - Id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE

 

Il-Miżuri ta’ Taħriġ dwar is-Sigurtà tal-Ikel - Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE:

(a)

Tmexxi l-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-proġetti (għal skopijiet ta’ monitoraġġ u tixrid, l-Aġenzija għandha tieħu l-passi neċessarji biex toħloq database tal-proġetti jew biex tkompli dak li diġà jeżisti, billi tinkorpora deskrizzjoni tal-proġett u r-riżultati finali);

(b)

Timmonitorja l-proġetti implimentati taħt dawn il-programmi u l-miżuri inklużi l-kontrolli neċessarji;

(c)

Tiġbor, tipproċessa u tqassam id-data u b’mod partikolari tiġbor, tanalizza u tibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programmi u l-miżuri tal-Unjoni, tippromwovi l-koordinazzjoni u s-sinerġija ma’ programmi oħrajn tal-Komunitajiet, tal-Istati Membri jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

Torganizza laqgħat, seminars, taħdidiet, u miżuri ta’ taħriġ;

(e)

Tgħin fl-evalwazzjoni tal-impatt tal-programm, b’mod partikolari fl-evalwazzjoni annwali u/jew ta’ nofs il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-programmi, u fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ segwitu fl-evalwazzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni;

(f)

Ixxerred ir-riżultati tal-operazzjonijiet ta’ informazzjoni ppjanati u implimentati mill-Kummissjoni;

(g)

Tipproduċi data ġenerali dwar kontroll u sorveljanza;

(h)

Tipparteċipa fix-xogħol ta’ tħejjija dwar deċiżjonijiet ta’ finanzjament.

It-tmexxija

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni huma maħtura għal sentejn.

Jadotta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport ta’ attività annwali tagħha.

Id-Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal erba’ snin.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2011 ammonta għal EUR 7,04 miljun.

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Fil-31 ta’ Diċembru 2011, l-Aġenzija impjegat 49 membru tal-persunal statutorju, inklużi 11-il membru tal-persunal temporanju u 38 membru tal-persunal b’kuntratt.

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

1.   Monitoraġġ tal-għotjiet 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 pprovduti taħt il-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHP) 2003-2008, finalizzazzjoni b’suċċess tan-negozjati għal għotjiet taħt is-Sejħiet għal proposti 2009, inklużi proġetti, Konferenzi, Għotjiet Operattivi, Azzjonijiet Konġunti u ġestjoni tas-Sejħa għal proposti 2011. Sejħiet u għotjiet u kuntratti mogħtija taħt is-sejħiet għal proposti 2008 u għall-offerti tal-Programm tal-Konsumaturi 2007 – 2013 (CP) u proġetti mogħtija taħt is-sejħiet għall-offerti 2007, 2008 u 2009 taħt il-Miżuri ta’ Taħriġ fis-Sigurtà fl-Ikel.

2.1.   Il-programm ta’ ħidma PHP

Eżekuzzjoni tas-Sejħa għal proposti 2010 "Il-Programm tas-Saħħa Pubblika". Waslu 173 proposta. Minn dawn kien hemm 115-il applikazzjoni għal proġetti, 10 għal Azzjonijiet Konġunti, 25 għal Għotjiet Operattivi u 27 għal Konferenzi.

Ġestjoni ta’ kuntratti ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża t-tmexxija ta’ proġetti ttrasferiti mid-DĠ SANCO lill-Aġenzija.

Varar u kuntrattar tas-Sejħiet għall-offerti fil-Programm ta’ Ħidma 2010 tal-Programm tas-Saħħa. Tvaraw disa’ Sejħiet għall-offerti għad-DĠ SANCO.

Varar tas-Sejħiet għal proposti 2012: Minbarra s-Sejħa għal proposti 2011 (ara hawn fuq), l-EAHC varat is-Sejħiet għal proposti 2012 skont il-Pjan ta’ Ħidma 2012 tagħha ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-8 ta’ Diċembru 2011.

Kontribut għall-politiki tad-DĠ SANCO: Tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt għall-proposta dwar il-Programm tas-Saħħa Pubblika l-ġdid (PHP3): l-EAHC ipproduċa sensiela ta’ studji tal-każijiet imfassla apposta, dwar azzjonijiet individwali jew oqsma tal-Programm li kkontribwixxew b’mod sostanzjali għall-għanijiet tat-tieni PHP. L-Aġenzija wkoll żviluppat mudell ġdid ta’ rappurtar bl-objettiv li l-kollegi ta’ SANCO jingħataw valutazzjoni aħjar tal-impatt ta’ azzjonijiet finanzjati taħt il-PHP1/PHP2 u r-relevanza tagħhom fil-proċess ta’ tfassil tal-politika. Ittesjtat f’Diċembru 2011 fuq kampjun ta’ 10 rapporti finali, validati mill-analiżijiet riżultanti, il-mudell se jintuża mill-2012 ’il quddiem.

2.2.   Il-programm ta’ ħidma CP

Sejħiet għal proposti. Tvaraw seba’ Sejħiet għal proposti fl-2011.

Skambji ta’ Uffiċjali (GPSD/CPC). Fi ħdan il-qafas tas-Sejħiet għall-iskambju ta’ uffiċjali, l-Aġenzija tat 20 għotja, u b'hekk uffiċjali tal-infurzar minn bosta Stati Membri setgħu jaqsmu l-esperjenza tax-xogħol u l-għarfien tagħhom dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi. L-għadd ta’ proposti ppreżentati fl-2011 żdied kemxejn meta mqabbel mal-2010 (minn 22 applikazzjoni fl-2010 għal 24 fl-2011).

Azzjonijiet Konġunti (GPSD/CPC). L-Aġenzija kkofinanzjat proġett li jimmira li jiskambja u jimplimenta l-aqwa prattiki bejn l-Istati Membri, u b’hekk itejjeb il-kooperazzjoni transkonfinali u jżid is-sigurtà tal-prodotti tal-konsumatur. L-attivitajiet speċifiċi għall-prodotti involvew sorveljanza tas-suq fuq: prodotti li jimitaw l-ikel li jattiraw it-tfal, kostumi tat-tfal, laser pointers, slielem u lbies li jidher u aċċessorji.

Għotjiet Operattivi għal Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Konsumatur. Fi ħdan il-qafas tas-Sejħa li tikkonċerna Għotjiet Operattivi għal organizzazzjonijiet Ewropej tal-konsumatur u organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-proċess ta’ standardizzazzjoni, l-Aġenzija ffirmat ftehimiet ta’ sħubija ta’ għotija mal-BEUC (Bureau Européen des Unions de Consommateurs) u l-ANEC (Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentazzjoni tal-Konsumatur fl-istandardizzazzjoni), rispettivament.

ECC-Net. L-ECC-Net għandu l-għan li jipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar xiri transkonfinali u li jgħin fir-riżoluzzjoni ta’ ilmenti u tilwim transkonfinali. Fl-2010, l-ECC-Net ttrattat ’il fuq minn 71 000 każ. Dan l-għadd jirrappreżenta żieda ta’ 15 % fil-każijiet tal-konsumaturi meta mqabbel mal-2009. L-Aġenzija varat Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-ECCs fl-2011. Din wasslet għall-konklużjoni ta’ 29 ftehim ta’ għotja. Minħabba l-viżibbiltà mtejba tan-netwerk fost il-konsumaturi fl-Ewropa, l-Aġenzija varat studju sabiex ittejjeb il-kwalità u l-attrazzjoni tal-websajts nazzjonali tal-ECCs. Bħalissa l-ECCs kollha jinsabu fil-proċess li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-istudju.

Sejħiet għall-offerti. Tvaraw sejħiet għall-offerti u erba’ talbiet għal servizzi speċifiċi.

Djarju ta’ Skola Ewropea. Id-Djarju Europa huwa Djarju tal-iskola għal studenti fl-iskejjel sekondarji, immirat bħala għodda għal xogħol tad-dar u noti oħra relatati mal-iskola. Bosta Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħra tal-UE jikkontribwixxu għall-kontenut u l-finanzjament. Matul l-2010, ingħata Kuntratt qafas u ġie ffirmat mal-kuntrattur tal-Fondazzjoni ‘Generation Europe’ għall-iżvilupp, l-istampar u d-distribuzzjoni tal-edizzjoni 2011/2012 tad-Djarju Europa u l-gwida għall-Għalliema. Bħala l-maniġer tal-Kuntratt qafas, l-Aġenzija koordinat u mmonitorjat l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett: hija approvat 21 kuntratt minn Direttorati Ġenerali differenti tal-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

DOLCETA. Wara l-konklużjoni tal-Kuntratt Qafas, l-Aġenzija ffirmat kuntratt speċifiku inizjali għall-akkwiżizzjoni tal-websajt Dolceta minn kuntrattur ġdid. Wara li tqiesu r-riżultati tal-evalwazzjoni esterna dwar “azzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet tal-konsumaturi”, tvaraw żewġ talbiet oħra għal servizzi. Dawn huma mmirati lejn il-manutenzjoni u l-hosting tal-websajt eżistenti u t-titjib tar-rokna tal-għalliem.

Studji tas-Suq tal-Konsumatur. Ġew iffirmati żewġ kuntratti speċifiċi taħt il-Kuntratt Qafas dwar l-istudji tas-suq tal-konsumatur. Minbarra dan, bil-għan li tinġabar data biex aktar tifhem, timmonitorja u tqis l-interess tal-konsumaturi fis-suq intern, l-Aġenzija ffirmat kuntratt biex twettaq stħarriġ għall-monitoraġġ ta’ 51 suq tal-konsumatur f’27 Stat Membru.

Kampanja ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur fir-Rumanija: Fl-2011, l-Aġenzija kkonkludiet tliet kuntratti għall-implimentazzjoni ta’ kampanja ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumaturi fir-Rumanija. Il-kampanja hija skedata biex titvara fir-Rebbiegħa 2012.

Fl-2011, l-Aġenzija kkonkludiet ħames Kuntratti Qafas għal studji komportamentali tal-konsumatur. Tvaraw żewġ talbiet għal studji mid-DĠ SANCO u mid-DĠ JUST.

2.3.   Il-programm ta’ ħidma BTSF

Monitoraġġ tal-kuntratti trasferiti mid-DĠ SANCO relatati ma’ proġetti mogħtija taħt is-Sejħiet għall-offerti 2007 u 2008 u kuntratti mogħtija mill-offerta 2009. Wara ftehim mad-DĠ SANCO blokk ta’ sitt kuntratti ffirmati taħt il-BTSF ġew trasferiti lill-Aġenzija. L-Aġenzija mmonitorjat programmi definiti f’seba’ kuntratti ġodda mogħtija mis-Sejħiet għall-offerti li tvaraw fl-2009.

Matul l-2011, l-Aġenzija ħadet f’idejha mid-DĠ SANCO kważi l-eżekuzzjoni kompleta tal-Inizjattiva BTSF. Il-kuntratti kollha ffirmati mill-Kummissjoni fl-2008 u fl-2009 ġew esegwiti b’mod puntwali u rċevew punteġġi ta’ evalwazzjoni eċċellenti mill-parteċipanti.

Tul l-2011, kważi 6 000 parteċipant, il-biċċa kbira minnhom uffiċjali tal-Istati Membri, tħarrġu f’133 sessjoni jew workshop differenti organizzati madwar l-UE.

Monitoraġġ tal-kuntratti mogħtija taħt is-Sejħiet għall-offerti tal-2009 (7 kuntratti) u tal-2010 (15-il kuntratt).

Varatura u għoti ta’ Sejħiet għall-offerti 2011.

3.   Ġenerazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni dwar il-Programm tas-Saħħa Pubblika, il-Programm tal-Konsumaturi, il-proġetti ffinanzjati mill-programm BTSF u l-attivitajiet tal-Aġenzija Eżekuttiva fl-2011.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Settembru 2008 - li tiddelega s-setgħat lill-Aġenzija.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

12.

L-EAHC tieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti, rigward il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn miġjuba ’l quddiem f’titolu III, infiq operattiv tal-baġit operattv tal-Aġenzija.

Matul is-snin, saru sforzi mill-Aġenzija, biex jitnaqqsu l-livelli ta’ dawn l-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem, u għaldaqstant tittejjeb l-annwalità tal-implimentazzjoni tal-baġit. Pereżempju, l-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem fit-titolu III tal-baġit (muri f’% tal-impenji mwettqa) naqsu minn 73 % fl-2007 (l-ewwel sena ta’ operazzjoni tal-Aġenzija) għal 59 % fl-2010 u 46 % fl-2011.

Din it-tendenza pożittiva se tinżamm fil-futur. L-azzjonijiet pjanati fil-Programm ta’ Ħidma tal-Aġenzija, b’mod partikolari fit-titolu III tal-baġit operattiv tagħha, se jkomplu – kemm jista’ jkun possibbli – jiġu implimentati aktar kmieni matul is-sena.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/53


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/10

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem "l-Aġenzija" jew l-“EASA”), li tinsab f’Kolonja, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li żżomm livell għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili, li tiżgura l-iżvilupp xieraq ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili, li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u li tipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti ajrunawtiċi (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

It-tnaqqis fil-koeffiċjent tal-pajjiż għall-Ġermanja f’Ġunju 2010 kkawża bilanċ pożittiv sinifikanti fl-approprjazzjonijiet tat-Titolu I tal-Aġenzija (nefqa għall-persunal) għall-2011. Ġew trasferiti madwar EUR 3 miljun (7 % tal-approprjazzjonijiet) mit-Titolu I għal diversi linji tal-baġit fit-Titolu III (nefqa operazzjonali), minkejja r-rata baxxa ta’ implimentazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ pagamenti (12). Hekk kif huwa permess mir-Regolament Finanzjarju tal-EASA, dan it-trasferiment sinifikanti minn titolu għall-ieħor, li biddel l-istruttura tal-baġit b’mod konsiderevoli, ma tressaqx quddiem il-bord amministrattiv tal-Aġenzija għal approvazzjoni (13). Madankollu, din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-ispeċifikazzjoni.

13.

It-trasferiment żied l-approprjazzjonijiet tat-Titolu III għal EUR 13,7 miljun. Madankollu, fl-aħħar tas-sena EUR 7,8 miljun ġew riportati għall-2012. Dan imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

14.

Jeħtieġ li l-Aġenzija ttejjeb il-ġestjoni tal-attivi fissi. L-attivi huma rreġistrati f’żewġ sistemi differenti li jistgħu jiġu rikonċiljati biss manwalment. Inventorji fiżiċi għandhom jiġu rrappurtati u mqassra aħjar. L-estimu tal-ispiża għall-proġetti ta’ attivi fissi ġġenerati internament, ma kienx adegwat u d-devjazzjonijiet ma ġewx immonitorati. Ma tqisux l-ispejjeż interni kollha għall-persunal u d-dokumentazzjoni tal-ispejjeż esterni ma kinitx suffiċjenti.

15.

Fl-aħħar tal-2011, l-Aġenzija kellha bilanċi bankarji ta’ EUR 55 miljun (2010: EUR 49 miljun) f’bank wieħed biss. Ma kien hemm ebda politika tat-teżor stabbilita biex jiġi limitat dan ir-riskju u fl-istess ħin jinkisbu redditi xierqa fuq l-investiment.

KUMMENTI OĦRA

16.

Il-Qorti identifikat aktar ħtieġa li titjieb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ għażla tal-persunal. M’hemm ebda evidenza li l-Aġenzija stabbiliet il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u l-intervisti, l-għadd massimu ta’ kandidati għal-lista ta’ riżerva jew il-marki minimi biex wieħed jitqiegħed fuq din il-lista, qabel ma’ ġew eżaminati l-applikazzjonijiet.

17.

Il-kuntratt ta’ kera attwali tal-Aġenzija jirrikjediha tirrestawra l-bini mikri fi tmiem il-kera u li treġġgħu lura għall-kundizzjoni oriġinali tiegħu. Sar provvediment ta’ EUR 1 miljun fil-kontijiet abbażi tal-istima tal-Aġenzija tal-ispejjeż għat-tiswija tat-tiġrif. Madankollu l-istima tas-sid hija ta’ EUR 4 miljun. Jeħtieġ li l-Aġenzija tikseb stima esterna indipendenti tal-ispejjeż tat-tiġrif u li dawn jiġu riflessi fil-kontijiet kif xieraq.

18.

Il-Qorti wettqet verifika mmirata lejn l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ sitwazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interessi għal erba’ Aġenziji Ewropej, inkluża l-EASA. Ir-riżultati tal-verifika huma ppreżentati f’dokument separat (ir-Rapport Speċjali 15/2012).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.easa.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  Linja tal-baġit 3200 (żvilupp ta’ applikazzjonijiet ta’ negozju) miżjuda b’37 % għal EUR 3,5 miljun; linja tal-baġit 3600 (tfassil ta’ regoli) miżjuda b’87 % għal EUR 1,4 miljun; linja tal-baġit 3601 (kooperazzjoni internazzjonali) miżjuda b’123 % għal EUR 778 000 u linja tal-baġit 3903 (riċerka) miżjuda b’550 % għal EUR 1,3 miljun.

(13)  Skont kemm ir-Regolament Finanzjarju tal-EASA kif ukoll dak ġenerali, dawk it-trasferimenti biss li huma aktar minn 10 % tal-approprjazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Bord Amministrattiv għal approvazzjoni. Madankollu, għal kuntrarju tar-Regolament Finanzjarju ġenerali tal-UE, ir-Regolament Finanzjarju tal-EASA ma jillimitax it-trasferimenti għal massimu ta’ 30 % tal-approprjazzjonijiet tal-linji tal-baġit li se jirċievu t-trasferimenti.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (Kolonja)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa għan-navigazzjoni marittima u tal-ajru. Huma għandhom jaġixxu wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Is-setgħat tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill (ir-“Regolament Bażiku”))

L-objettivi

Li żżomm livell uniformi għoli ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa u tiżgura l-funzjonament u l-iżvilupp tajjeb ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

Il-kompiti

Li toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni;

Li toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, inklużi kodiċijiet tal-airworthiness (ajrunavigabbiltà) u mezzi aċċettabbli ta' konformità, u kwalunkwe materjal ta' gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament Bażiku u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;

Li tieħu deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness (ajrunavigabbiltà) u ambjentali, ċertifikazzjoni tal-piloti, ċertifikazzjoni ta' operazzjoni fl-ajru, operaturi tal-pajjiżi terzi, spezzjonijiet tal-Istati Membri u l-investigazzjoni ta’ impriżi;

Li twettaq spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, Stati assoċjati u l-Istati li qabel kienu jiffurmaw parti mill-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni (JAA) (f’dan il-każ skont l-arranġamenti ta’ ħidma).

It-tmexxija

Il-Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni: jikkonsisti minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni.

Kompiti: jistabbilixxi korp konsultattiv ta’ partijiet interessati.

Id-Direttur Eżekuttiv

Jamministra l-Aġenżija u huwa maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Bord tal-Appell

Jiddeċiedi dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija rigward ċertu aspetti bħal ċertifikazzjoni, miżati, ħlasijiet u kontrolli fl-impriżi.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

Il-baġit totali: EUR 138,7 (137,2) miljun, inklużi

Dħul proprju: EUR 75,2 (73) miljun (54,2 %)

Sussidju tal-Unjoni: EUR 34,4 (34,2) miljun (24,8 %)

Kontribuzzjoni minn pajjiżi li mhumiex fl-UE: EUR 1,7 (1,7) miljun (1,2 %)

Dħul assenjat minn miżati u ħlasijiet: EUR 24,7 (27,1) miljun (17,8 %)

Dħul ieħor: 1,4 (0,6) (1 %)

Sussidji oħra: 1,2 (0,7) (1 %)

Il-persunal fil-31 ta' Diċembru 2011

574 (570) persunal temporanju fit-tabella tal-persunal.

Karigi okkupati: 573 (523)

Persunal ieħor: 68 (63), persunal b’kuntratt 57 (54), esperti nazzjonali ssekondati 11 (8), konsulenti speċjali 0 (1)

Total tal-persunal temporanju: 574 (1) (524)

Karigi mimlija ffinanzjati mis-sussidju: 223 (2) (206)

Karigi mimlija ffinanzjati mill-miżati: 350 (2) (318)

Il-prodotti u servizzi fl-2011 (2010)

L-opinjonijiet

7 Opinjonijiet għal emendi għar-Regolamenti (KE) Nru 2042/2003 u (KE) 1702/2003

Id-Deċiżjonijiet dwar it-Tfassil tar-Regoli

15-il Deċiżjoni relatati mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni (5), Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità u Materjal ta’ Gwida (10)

Ir-riżultati addizzjonali fl-2011 (li jwasslu għal Regoli fis-snin li ġejjin)

21 Terminu ta’ Referenza (ToRs), 20 Notifika ta’ Emendi Proposti (NPAs), 18-il Dokument ta’ Kummenti dwar ir-Rispons (CRDs)

Il-kooperazzjoni Internazzjonali

8 Arranġament ta’ Ħidma.

12-il Proċedura ta’ Implimentazzjoni għall-Arranġament ta’ Ħidma.

25 rakkomandazzjoni mogħtija lill-Ittri tal-Istati tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

Il-BASA (Ftehim Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni)

Dħul fis-seħħ tal-Ftehim Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-Ftehim Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Kanada.

Appoġġ għall-preparazzjoni ta’ 2 laqgħat tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza, 2 laqgħat tal-Bord ta’ Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni u 2 laqgħat tal-Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni tal-Manutenzjoni mal-Federal Aviation Administration (FAA) (l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni) u Sottokumitat wieħed dwar iċ-ċertifikazzjoni mat-Transport Canada Civil Aviation (TCCA).

Id-deċiżjonijiet ta’ ċertifikazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2011

Ċertifikati tat-Tip/Ċertifikati tat-Tip Restritt (TCs/RTCs): 13 (3)

Ċertifikati ta' Tip Supplimentari (STCs): 656

Direttivi dwar l-Airworthiness (l-ajrunavigabbiltà) (ADs): 271

Metodu Alternattiv ta’ Konformità (AMOC): 53

European Technical Standard Order Authorisation (l-Awtorizzazzjoni Ewropea dwar l-Ordni tal-Istandards Tekniċi) (ETSOA): 236

Bidliet kbar/Tiswijiet kbar/Derivattivi Ġodda TC: 903

Bidliet żgħar/Tiswijiet żgħar: 977

Il-Manwal tal-Inġenji tal-Ajru (AFM): 383

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir (PTF): 594

Appoġġ ta’ Ċertifikazzjoni għall-Validazzjoni (CSV): 8

Approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ Disinn (AP u Proċeduri Alternattivi għal DOA (AP-DOA): 495

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni (bilaterali) (4): 1 533

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni (barranin) (4): 278

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ dwar il-Manutenzjoni (4): 45

Approvazzjoni tal-Manifattura (4): 23

L-ispezzjonijiet dwar l-Istandardizzazzjoni (għadd ta' pajjiżi skont it-tip) fil-31 ta’ Diċembru 2011

Fil-qasam tal-Airworthiness (Ajrunavigabbiltà) (AIR): 26

Fil-qasam tal-Operazzjonijiet (OPS): 25

Fil-qasam tal-liċenzji tal-ekwipaġġ tat-titjir (FCL): 22

Fil-qasam tal-apparat ta’ taħriġ għas-simulazzjoni tat-titjir (FSTD): 9

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


(1)  Żewġ piloti strutturali part-time jokkupaw post wieħed.

(2)  Id-diviżjoni ta’ postijiet mimlija bejn dawk iffinanzjati mill-miżati u dawk iffinanzjati mis-sussidju tista’ tinbidel soġġetta għar-reviżjoni li possibilment issir tal-kriterji tat-tqassim għall-kontabilità tal-ispejjeż mill-31 ta’ Diċembru 2011.

(3)  Dawk it-TCs/RTCs biss li inħarġu għal disinn ta’ tip ġdid ġew ikkunsidrati. It-TCs maħruġa bħala riżultat ta’ anterjorità, trasferiment jew ħruġ mill-ġdid amministrattiv ġew esklużi.

(4)  L-attività ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni hija suddiviża f’attività ta’ sorveljanza prinċipali ta’ organizzazzjonijiet diġà approvati (b’tiġdid kull sentejn jew kull tliet snin) u attività marbuta ma’ approvazzjonijiet ġodda. Id-data mogħtija tikkonċerna l-għadd totali ta’ approvazzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

Il-bilanċ pożittiv identifikat fit-titolu I irriżulta prinċipalment minn avvenimenti li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-Aġenzija u ma setgħax jiġi previst fl-istadju tal-ippjanar tal-baġit. Wara li l-maniġment superjuri kkunsidra s-sitwazzjoni bir-reqqa, il-fondi disponibbli tat-titolu I ġew riallokati lill-proġetti ta’ prijorità għolja f'konformità mar-regoli baġitarji ta’ trasferiment stabbiliti fir-regolament finanzjarju tal-Aġenzija.

13.

Għalkemm tnedew malajr, il-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti li jieħdu l-ħin ikkontribwixxew bis-sħiħ għal-livell għoli ta’ ammonti miġjuba 'l quddiem ta’ impenji fl-aħħar tas-sena. Barra minn hekk, l-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni tal-Aġenzija, fid-deċiżjonijiet tagħhom, dejjem ibbalanċjaw bir-reqqa r-rekwiżiti xi drabi konflinġenti tal-prinċipju ta’ annwalità u ġestjoni finanzjarja soda u ta’ kontinwità.

14.

L-Aġenzija taqbel mas-sejbiet u attwalment qed taħdem biex ittejjeb is-sistema tal-inventarju u l-ġestjoni finanzjarja tal-ispejjeż ta’ proġetti tal-IT interni. Madankollu, minħabba l-limitu għoli ta’ EUR 500 000, ser ikunu kkonċernati biss ftit ferm proġetti tal-IT.

15.

Il-kuntratt ta’ servizz attwali tal-Aġenzija mal-bank prinċipali tagħha għandu l-appoġġ ta’ kuntratt qafas tal-Kummissjoni Madankollu, l-Aġenzija ser tirrevedi dan il-kuntratt sabiex tkompli tnaqqas ir-riskju finanzjarju tagħha.

16.

Biex tkompli ttejjeb it-trasparenza tal-proċedura ta’ għażla tal-persunal tagħha, l-Aġenzija ser tiżgura li l-evidenza tkun disponibbli biex jiġi kkonfermat li l-mistoqsijiet għall-intervisti u l-eżamijiet jiġu stabbiliti qabel l-iskrinjar tal-applikazzjonijiet riċevuti. Mudell ġdid ta’ Notifika ta’ Postijiet Battala jispeċifika n-numru massimu ta’ kandidati għal-lista ta’ riżerva, il-punteġġ limitu biex issir stedina għall-intervisti u biex wieħed jitniżżel fil-lista ta’ riżerva.

17.

L-Aġenzija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex ittejjeb l-estimi attwali tal-ispiża ta’ danni futura tagħha. Madankollu, l-ammont ta’ EUR 1 065 000 li għalih kien hemm dispożizzjoni fil-kontijiet tal-2011 kien l-aħjar stima pprovduta mill-avukati tal-Aġenzija sa minn Marzu 2012.

18.

L-Aġenzija nediet ħidma ta’ konsulenza skont il-kuntratt qafas ta’ DG-BUDG dwar Standards ta’ Kontroll Intern, bil-għan li tiġi definita u implimentata Politika fl-Aġenzija kollha dwar Kodiċi ta’ Mġiba, filwaqt li jitqies ir-rapport tal-Qorti dwar il-Kunflitt ta’ Interess.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/60


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità

2012/C 388/11

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Bankarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem "l-Awtorità"), li tinsab f’Londra, kienet imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur (2). L-Awtorità twaqqfet fl-1 ta’ Jannar 2011.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Awtorità, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Awtorità, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Awtorità (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. Huma għandhom jitqiesu fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-Awtorità mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, il-predeċessur.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

L-impenji tal-Awtorità ammontaw għal EUR 9 054 030 jew 71 % tal-baġit għall-2011. Ir-rati ta’ impenn kienu baxxi speċjalment għat-Titolu II "Nefqa amministrattiva" (57 %) u t-Titolu III "Nefqa operazzjonali" (46 %). Dan kellu impatt fuq l-objettivi tal-Awtorità fir-rigward tal-IT li ma ntlaħqux kompletament. Ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni tal-baġit jindikaw diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit.

13.

Il-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 12,7 miljun. Skont ir-Regolament li hija msejsa fuqu (12), 60 % tal-baġit għall-2011 kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA u 40 % mill-baġit tal-Unjoni. Fi tmiem l-2011 l-Awtorità rreġistrat riżultat pożittiv fil-baġit ta’ EUR 3,6 miljun. F’konformità mal-Artikoli 15(4) u 16(1) tar-Regolament Finanzjarju tagħha, l-ammont sħiħ imbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala passiv lejn il-Kummissjoni Ewropea.

14.

Ġew innutati dgħufijiet fir-rigward ta’ tliet impenji legali magħmula qabel l-impenji tal-baġit (EUR 742 000).

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AWTORITÀ

15.

Is-sistema ta’ kontabilità tal-Awtorità għad trid tiġi validata mill-Uffiċjal tal-Kontabilità, kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju.

KUMMENTI OĦRA

16.

Mhux il-proċeduri ta’ akkwist verifikati kollha kienu konsistenti għalkollox mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Kuntratti li jiswew EUR 299 182 kienu ġew varati skont regoli nazzjonali, u dan wassal għal pagamenti ta’ EUR 248 775 fl-2011. L-Awtorità għandha tiżgura li l-kuntratti ġodda kollha jingħataw f’konformità sħiħa mar-regoli ta’ akkwist tal-UE.

17.

L-Awtorità teħtieġ ittejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ: qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet, ma ġewx stabbiliti t-tweżin għall-kriterji ta’ għażla u l-punteġġi limiti biex wieħed ikun mistieden għal intervisti jew biex ikun inkluż fil-lista ta’ kandidati xierqa. Fi proċedura ta’ għażla waħda, l-allokazzjoni tal-grad ma kinitx skont l-avviż ta’ postijiet vakanti.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-28 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eba.europa.eu.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  l-Artikolu 62(1).


ANNESS

Awtorità Bankarja Ewropea (Londra)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 26 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Artikolu 26:

“1.   L-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tassigura l-funzjonament tas-suq intern, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

2.   Is-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

3.   Il-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni għandu jistabbilixxi l-linji-gwida u l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw progress bilanċjat fis-setturi kollha interessati.”

L-Artikolu 114:

“1.   Ħlief fejn provdut xort'oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.”

Il-kompetenzi tal-Awtorità

(Ir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (UE) Nru 1093/2010)

L-objettivi:

(a)

jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni;

(b)

jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji;

(c)

tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali;

(d)

jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni;

(e)

jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji ta’ kreditu u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati kif xieraq, u

(f)

tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur.

Il-kompiti:

(a)

tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja;

(b)

tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti;

(c)

tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

(d)

tikkoopera mill-qrib mal-BERS (1);

(e)

torganizza u twettaq analiżijiet tar-reviżjoni bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti;

(f)

timmonitorja u tivvaluta żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha;

(g)

tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;

(h)

issaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur;

(i)

tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli lid-depożituri u l-investituri madwar l-Unjoni u l-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni tal-problemi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qegħdin ifallu u valutazzjoni tal-ħtieġa għal strumenti ta’ finanzjament adegwati;

(j)

twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew f’atti leġiżlattivi oħra;

(k)

tippubblika fil-websajt tagħha, u taġġorna b’mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha;

(l)

tieħu r-responsabbiltà, kif adatt, tal-kompiti kollha eżistenti u li għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE).

It-tmexxija

Il-Bord tas-Superviżuri

Magħmul mill-President, rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru (kap tal-NSA (2)), il-Kummissjoni, il-BĊE (3), il-BERS, l-AEAPX (4) u l-AETS (5).

Il-Bord Maniġerjali

Magħmul mill-President u sitt membri oħra tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-President

Maħtur mill-Bord tas-Superviżuri.

Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord tas-Superviżuri.

Il-Bord tal-Appell

Entità konġunta tat-tliet ASE.

Il-Verifika Esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament Ewropew.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2011

Il-Baġit għall-2011

EUR 12,7 miljun

Inklużi:

Sussidju tal-Unjoni: EUR 5,1 miljun

Kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri: EUR 7,4 miljun

Kontribuzzjonijiet mill-osservaturi: EUR 0,2 miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

40 membru tal-persunal temporanju

6 membri tal-persunal b'kuntratti

5 Esperti Nazzjonali Ssekondati

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011

Testijiet tal-istress fl-UE kollha ta’ 90 bank madwar 21 pajjiż bir-riżultati ppubblikati f’Lulju.

Rakkomandazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni tal-banek, ippubblikata f’Diċembru.

Attendiet għal 54 laqgħa tal-Kulleġġ tas-Superviżuri.

Pariri tekniċi u informali lill-KE dwar il-proposta tagħha għal ġabra unika tar-regoli fir-rigward tad-DRK (6)/CRR (7) u proposti leġiżlattivi oħra.

Linji gwida dwar it-Tmexxija Interna bil-għan li jittejbu u jiġu konsolidati l-aspettattivi superviżorji.

Linji gwida dwar il-ġbir tad-data fuq prattiki ta’ remunerazzjoni.

Studju ta’ implimentazzjoni fuq il-Linji gwida tal-BERS fuq politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni li ġew ippubblikati f’Diċembru 2010.

Opinjoni li tipprovdi kummenti tekniċi dwar karatteristiċi varji fil-konsultazzjoni dwar qafas possibbli tal-UE għall-irkupru u r-riżoluzzjoni bankarji.

Kummenti għal għadd ta’ proposti tal-IASB (8) dwar abbozzi tal-IFRS (9) dwar l-istandards tal-kontabilità.

Kummenti għall-proposti tal-IAASB (10) dwar abbozzi tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar.

Stabbiliet Kumitat Permanenti għall-Innovazzjoni Finanzjarja biex l-Awtorità tiġi megħjuna twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha marbuta mal-ħarsien tal-konsumatur.

Seba’ road shows u disa’ sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

Organizzat aktar minn 180 laqgħa ma’ parteċipanti esterni.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


(1)  Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(2)  Awtorità ta’ Sorveljanza Nazzjonali

(3)  Bank Ċentrali Ewropew

(4)  Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

(5)  Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(6)  Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital

(7)  Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital

(8)  Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità

(9)  Standard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju

(10)  Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Aċċertament

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


IT-TWEĠIBIET TAL-AWTORITÀ

12.

L-2011 kienet l-ewwel sena ta’ attività għall-ABE, li r-Regolament Bażi tagħha kien ippubblikat biss fil-15 ta’ Diċembru 2010. Minħabba li l-pubblikazzjoni saret tard dan ma ppermettiex ir-reklutaġġ fil-ħin tal-persunal meħtieġ, u għaldaqstant lanqas ma ppermetta l-implimentazzjoni sħiħa tal-programm ta' ħidma tal-ABE. Għalkemm l-objettivi interni tal-IT tal-ABE ma ntlaħqux kollha, dawk relatati mal-missjoni ewlenija tal-ABE, inklużi l-iżvilupp u ż-żamma ta’ bażi ta’ dejta ċentrali, ġew implimentati.

13.

L-ABE taqbel mal-kumment li r-Regolament Finanzjarju tal-ABE (li huwa b'konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju Qafas applikabbli għall-Aġenziji tal-UE) ma jirriflettix b’mod xieraq l-istruttura finanzjarja tal-ABE. It-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ESAs) impenjaw ruħhom f’azzjoni konġunta sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli mal-Kummissjoni Ewropea. It-tliet ESAs esprimew it-talba tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea għal soluzzjoni fit-tul fil-kuntest tar-reviżjoni tal-ESAs tal-2014 u għaldaqstant, ta’ bidla potenzjali fir-regolamenti rispettivi tal-ESAs.

14.

L-ABE tirrikonoxxi dawk id-dgħjufijiet esperjenzati fil-qasam tal-IT fl-ewwel xhur tal-istabbiliment tal-Awtorità. Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità kien indirizzat minnufih fit-tielet kwart tal-2011 wara t-tisħiħ tat-tim tal-IT.

15.

Il-validazzjoni, li ttardjat minħabba l-volum kbir ta’ xogħol fl-ewwel sena tal-attività tal-ABE, ser titwettaq fl-2012.

16.

L-ABE wirtet l-maġġoranza tal-arranġamenti ta‘ akkwist tagħha mill-predeċessur tagħha, CEBS Secretariat Ltd. Minħabba l-volum kbir ta‘ xogħol u n-nuqqas ta‘ riżorsi matul l-2011, ma kienx possibbli li tkun żgurata konformità sħiħa mar-regoli ta’ akkwist tal-UE fl-ewwel sena tal-attività tal-ABE. In-nuqqas ta’ konformità sħiħa mar-regoli ta’ akkwist fl-2011 kien rikonoxxut mill-amministrazzjoni, u ġew iffirmati noti ta’ eċċezzjoni adatti, fejn kien meħtieġ. Tfassal pjan ta’ akkwist li jistabbilixxi prijoritajiet, u l-korrezzjoni tan-nuqqas ta’ konformità huwa objettiv prinċipali għall-2012.

17.

L-ABE taqbel mal-kummenti u ħadet il-miżuri korrettivi meħtieġa bl-implimentazzjoni ta’ reviżjonijiet tal-kriterji tal-għażla u l-punti ta’ limiti għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati adatti. Dawn il-kriterji jiġu stabbiliti qabel il-valutazzjoni tal-applikazjonijiet f’kull proċedura ta’ għażla.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/66


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru

2012/C 388/12

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”), li jinsab fi Stokkolma, kien imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 (1). Il-kompiti prinċipali taċ-Ċentru huma li jiġbor u jxerred data dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u biex jagħti opinjonijiet xjentifiċi dwar dan is-suġġett. Huwa meħtieġ ukoll jikkoordina n-netwerk Ewropew tal-korpi li joperaw f’dan il-qasam (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Bażi għal opinjoni kkwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Iċ-Ċentru kkonkluda kuntratt qafas fl-2009 għal ammont massimu ta’ EUR 9 miljun, u b’hekk huwa seta’ jiffirma kuntratti speċifiċi ma’ fornituri magħżula sa dan l-ammont. Taħt dan il-kuntratt qafas, iċ-Ċentru ffirma kuntratti speċifiċi b’valuri oriġinali li jammontaw għal EUR 8,4 miljun. Emendi sussegwenti żiedu l-valuri ta’ dawn il-kuntratti għal EUR 14,9 miljun. Sa tmiem l-2011 il-pagamenti magħmula ammontaw għal EUR 12,2 miljun, li minnhom EUR 3,2 miljun fl-2011. Impenji u pagamenti ’l fuq mil-limitu massimu ta’ EUR 9 miljun stabbiliti fil-kuntratt qafas huma irregolari (12).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, bl-eċċezzjoni tal-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 10, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Bħal fis-sena ta’ qabel, livell għoli ta’ riporti huwa rrappurtat għall-2011. Il-baġit taċ-Ċentru għall-2011 ammonta għal EUR 56,6 miljun, li minnhom EUR 11 miljun (20 %) ġie riportat għall-2012, inkluż 38 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu III (nefqa operazzjonali). Dan il-livell għoli ta’ riporti, imqabbel ma’ livell baxx ta’ nfiq dovut (EUR 5,4 miljun), imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAĊ-ĊENTRU

14.

Fil-paragrafu 10 hemm irrappurtati irregolaritajiet fil-ġestjoni ta’ kuntratt qafas wieħed, u dawn wasslu għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet. Il-Qorti sabet każijiet addizzjonali fejn il-kontrolli taċ-Ċentru ma pprevjenewx il-ġestjoni fqira tal-kuntratti:

F’każ minnhom, taħt kuntratt qafas multiplu, ġie emendat kuntratt speċifiku miċ-Ċentru fl-2010 u għal darb’oħra fl-2011. L-emendi kienu koperti mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas, iżda ma kkonformawx mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni taċ-Ċentru għar-Regolament Finanzjarju tiegħu. L-emendi kienu relatati mat-tul u ż-żidiet kemm fis-servizzi kif ukoll fl-ammonti ta’ kuntratti. Pagamenti li jaqbżu l-valur tal-kuntratt oriġinali ammontaw għal EUR 0,2 miljun;

Għal kuntratt qafas ieħor konkluż għal ammont massimu ta’ EUR 1,7 miljun, l-erba’ kuntratti speċifiċi ffirmati fl-2011 li kienu qegħdin jimplimentawh ma għamlu l-ebda referenza għall-volum jew għall-valur ta’ servizzi li għandhom jingħataw. Fl-2011 il-pagamenti relatati ma’ dawn il-kuntratti speċifiċi ammontaw għal EUR 0,06 miljun. Il-kuntratt qafas innifsu kellu tul massimu eċċessiv ta’ tmien snin (13) u ċ-Ċentru naqas milli joħloq rabta ċara bejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kriterji ta’ għotja u l-istruttura tal-ipprezzar kif imniżżla fid-dokumenti tal-offerta mibgħuta lill-fornituri għall-akkwist tas-servizzi kuntrattati.

15.

Ftehim wieħed ta’ għotja għal ammont ta’ EUR 0,2 miljun ġie ffirmat fl-2011 aktar minn erba’ xhur wara li kienu bdew l-attivitajiet. Attivitajiet imwettqa u nfiq imġarrab qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja huma ineliġibbli.

KUMMENTI OĦRA

16.

Bħal fis-sena ta’ qabel, il-Qorti identifikat dgħufijiet fir-rigward tal-proċedura tar-reklutaġġ tal-persunal. Ma kien hemm l-ebda evidenza li l-mistoqsijiet għat-testijiet bil-mitkub u l-intervisti u l-ippeżar tagħhom kienu ġew stabbiliti qabel l-eżami tal-applikazzjonjiet. Il-kriterji tal-għażla parzjalment ma kinux ġew iċċekkjati u nbidlu r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà fl-istadju tal-valutazzjoni.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-28 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.ecdc.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  L-Artikolu 117(2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru jistipula li l-kuntratti speċifiċi bbażati f’kuntratti qafas għandhom jingħataw skont it-termini tal-kuntratt qafas.

(13)  Ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru jispeċifikaw massimu ta’ erba’ snin fl-Artikolu 72.


ANNESS

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (Stokkolma)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni.

L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw (jiġu evitati) il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih.

Il-Kompetenzi taċ-Ċentru

(Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

L-objettivi

Isaħħaħ id-difiżi tal-Ewropa kontra mard li jittieħed; speċifikament, biex jidentifika, jivvaluta u jikkomunika danni (theddid) attwali u li jistgħu jinqalgħu għas-saħħa tal-bniedem minn mard trasmessibbli (li jittieħed).

Għalhekk, iċ-Ċentru għandu jħaddem netwerks ta’ sorveljanza dedikati, jagħti opinjonijiet xjentifiċi, iħaddem sistema ta’ twissija bikrija u rispons (EWRS) u jagħti għajnuna xjentifika u teknika u taħriġ.

Il-kompiti

Iħaddem in-netwerks tas-sorveljanza ddedikati u jtejjeb l-attivitajiet ta’ netwerking. Iċ-Ċentru għandu rwol speċifiku fil-ġabra, validità, analiżi u tixrid ta’ data.

Jagħti pariri awtorevoli u esperti u opinjonijiet xjentifiċi u studji dwar mard li jittieħed.

Iħaddem is-Sistema ta’ Twissija Bikrija u Tweġiba. Jiżviluppa proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ theddid għas-saħħa li jista' jinqala'.

Isaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri fl-ippjanar għat-tħejjija u fit-taħriġ.

Jinforma lill-pubbliku ġenerali u l-partijiet interessati bix-xogħol tiegħu.

It-tmexxija

Il-Bord tal-Amministrazzjoni

Il-kompożizzjoni

Membru nnominat minn kull Stat Membru, żewġ membri nnominati mill-Parlament Ewropew u tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Il-Kompiti

Il-Bord jadotta l-programm annwali u l-baġit taċ-Ċentru u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom.

Id-Direttur

Maħtur mill-Bord tal-Amministrazzjoni fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

Il-Forum Konsultattiv

Il-kompożizzjoni

Rappreżentant ta’ kull Stat Membru u tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni li ma jivvutawx.

Il-Kompiti

Il-Forum għandu jassigura l-eċċellenza xjentifika tax-xogħol u l-indipendenza tal-attivitajiet u l-opinjonijiet taċ-Ċentru.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-kontroll intern

Is-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern tal-Kummissjoni.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 56,6 (57,8) miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Awtorizzati: 200 (200)

Okkupati: 177 (175)

Karigi oħra: 88 (79)

TOTAL: 265 (254), assenjati għad-dmirijiet li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 174 (169)

kompiti amministrattivi u ta’ appoġġ: 91 (85)

Il-prodotti u servizzi fl-2011 (2010)

64 (1) (93) theddida identifikata u monitorjata permezz tal-Għodda tat-Traċċar tat-Tħeddid (Threat Tracking Tool) (TTT);

52 rapport ta’ theddid kull ġimgħa dwar mard li jittieħed, mibgħut lil 331 (52) riċevitur;

Għoti ta’ appoġġ lill-intelliġenza dwar l-epidemiji għal 3 (5) avvenimenti kbar tal-massa;

Barra minn dan, 5 (5) avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali/importanza pubblika ġew monitorjati wkoll;

Tħejjija ta’ 17-il (32) valutazzjoni ta’ theddid oriġinali u 11-il (10) aġġornament ta’ theddid;

2 (3) workshops ta’ eżerċizzju ta’ simulazzjoni mwettqa għall-ittestjar u t-titjib tat-tħejjija u t-tweġiba għal mard li jittieħed;

98 (80) sieħeb imħarreġ skont il-Programm Ewropew dwar it-Taħriġ dwar Interventi Epidemjoloġiċi (EPIET) (European Programme for Intervention Epidemiology Training);

8 (6) sieħeb imħarreġ fit-Taħriġ Ewropew dwar il-Mikrobijoloġija tas-Saħħa Pubblika (EUPHEM);

181 (106) espert dwar is-saħħa pubblika minn 30 pajjiż tal-UE-ŻEE (iż-Żona Ekonomika Ewropea) ipparteċipaw f’moduli qosra ta’ taħriġ taċ-Ċentru;

500 000 viżitatur lill-portal web taċ-Ċentru (495 000, sistema ġdida tal-istatistika fis-seħħ);

122 (35) pubblikazzjoni xjentifika ppubblikata;

Organizzazzjoni tar-Raba’ Ġurnata Ewropea dwar l-Għarfien fuq l-Antibijotiċi b’parteċipazzjoni ta’ 37 (36) pajjiż;

11,2 (9,8) miljun rekord uniku fid-databases TESSy; 845 (628) utent attiv minn 53 pajjiż;

Sorveljanza mtejba; integrazzjoni fiċ-Ċentru ta’ 15 (11) mis-17-il netwerk tas-sorveljanza ddedikati fi tmiem l-2011;

Pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali dwar l-Epidemjoloġija;

Ir-rapporti annwali ppubblikati dwar it-Tuberkulosi u l-HIV/AIDS u kontra l-mikrobijoreżistenza;

32 (38) bullettin ta’ kull ġimgħa dwar l-influwenza/ħarsiet ġenerali ta’ kull ġimgħa lejn is-sorveljanza tal-influwenza għall-2011;

27 (20) opinjoni xjentifika prodotta, ibbażati fuq talbiet ta’ partijiet interessati;

Organizzazzjoni tal-ħames Konferenza Ewropea Xjentifika dwar l-Epidemjoloġija tal-Mard Infettuż Applikat (European Scientific Conference on Applied Infectious Disease Epidemiology) (ESCAIDE) bejn is-6 u t-8 ta’ Novembru 2011 fi Stokkolma, b’500 (562) parteċipant;

Organizzazzjoni tat-tielet konferenza tal-vaċċin Ewropew (Eurovaccine) b’1 000(600) parteċipant;

Pubblikazzjoni kull ġimgħa tal-ġurnal xjentifiku Eurosurveillance, bi 13 302(1 665) abbonat online.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


(1)  Dan it-tnaqqis huwa parzjalment relatat ma’ bidla fil-proċeduri relatati mal-monitoraġġ ta’ gruppi legionellis assoċjati mal-ivvjaġġar

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


IT-TWEĠIBIET TAĊ-ĊENTRU

10.

Iċ-Ċentru sar konxju ta’ dan il-każ f’Settembru 2011 u ressqu għall-attenzjoni tal-Qorti tal-Awdituri matul il-verifika tagħhom f’Ottubru 2011. Iċ-Ċentru eżerċita trasparenza totali dwar din il-kwistjoni mal-Qorti tal-Awdituri. Wara d-diskussjonijiet f’dak iż-żmien, iċ-Ċentru kien stabbilixxa l-miżuri kollha meħtieġa: tnedija immedjata ta’ proċedura tal-offerti ġdida biex tistabbilixxi Kuntratt Qafas (FWC) ġdid u reġistrazzjoni tal-każ fir-reġistru ta’ eċċezzjonijiet. F’Diċembru 2011, iċ-Ċentru kkomunika informazzjoni dettaljata lill-Qorti marbuta mal-volumi ta’ kuntratt li għandhom jiġu ffirmati xorta taħt l-FWC attwali sabiex jiżgura l-kontinwità tan-negozju tiegħu, skeda taż-żmien għall-FWC l-ġdid u l-miżuri stabbiliti biex fil-futur dan jiġi evitat bħat-tmexxija tal-FWC l-ġdid minn Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni wieħed u l-konsum tiegħu minn Uffiċjal tar-Riżorsi wieħed. Miżuri oħra, li attwalment qed jiġu mwettqa, huma l-ħolqien ta’ Unità tal-ICT, l-implimentazzjoni ta’ għodda ta’ ġestjoni tal-kuntratti, biex jipprovdu taħriġ estern għall-persunal biex jibdew iħarrġu persuni oħra fiċ-Ċentru u r-reviżjoni tal-proċedura interna dwar il-prokura. Iċ-Ċentru jenfasizza li ma ntilef l-ebda fond u l-ebda parti ma ġiet żvantaġġata.

13.

Fl-2011, iċ-Ċentru naqqas b’suċċess l-ammont miġjub ‘il quddiem (carry-over) tal-ispiża operattiva tiegħu b’10 % meta mqabbel mal-2010, li jirrappreżenta t-tieni sena suċċessiva ta’ titjib. Iċ-Ċentru se jkompli dan l-isforz sabiex ibaxxi l-ammont miġjub ‘il quddiem għal livell aċċettabbli. Il-livell tal-ispiża li saret proporzjonali mal-ammont miġjub il-quddiem tjieb ukoll minn 35 % għal 49 %, meta mqabbel mas-sena l-oħra.

14.

Iċ-Ċentru qed jirrevedi l-proċeduri interni tiegħu b’rabta mal-prokura u attwalment qed jivvaluta liema applikazzjoni ta’ ġestjoni tal-kuntratti hija l-aktar adattata għall-ħtiġijiet tiegħu sabiex issaħħaħ il-ġestjoni tal-kuntratti taċ-Ċentru. Iċ-Ċentru għandu l-pjan ukoll li jipprovdi taħriġ estern lill-persunal biex ikunu jistgħu jħarrġu internament fiċ-Ċentru dwar is-suġġett.

Iċ-Ċentru se japplika l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjonijiet b'mod aktar strett u b'konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni taċ-Ċentru għar-Regolament Finanzjarju tiegħu.

Fil-qasam tat-telekomunikazzjoni hija prattika komuni li jiġu użati l-mudelli tal-kuntratti tal-fornitur. Iċ-Ċentru kellu ftit difiża kontra din il-prattika billi n-numru ta’ fornituri fis-suq huwa limitat ħafna.

It-tul taż-żmien tal-kuntratt kien diskuss fil-laqgħa tas-CPCG. L-itwal tul taż-żmien kien ġustifikat b’analoġija u bl-istess argument bħas-sejħa għall-offerti ta’ DIGIT/R2/PO/2007/033 “servizzi għall-komunikazzjoni bil-vuċi" abbażi tal-kumplessità u l-ispejjeż ta’ twaqqif għoljin li l-operatur ikollu jirkupra matul it-tul taż-żmien tal-kuntratt. Kien maħsub lid an ikollu effett pożittiv fuq in-numru ta’ offerenti. L-Artikolu 72 tar-regoli implimentattivi tal-ECDC stipulaw: It-terminu ta’ kuntratt qafas ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati b’mod partikolari skont is-suġġett tal-kuntratt qafas. Il-gustifikazzjoni provduta fl-offerta taċ-Ċentru kienet ikkunsidrata miċ-Ċentru bħala debitament ġustifikata billi kienet ikkupjata mill-offerta għall-ispeċifikazzjonijiet użati mill-Kummissjoni Ewropea (DG Digit).

15.

Iċ-Ċentru jirrikonoxxi li l-kronoloġija applikata għall-istabbiliment ta’ ftehim speċifiku dwar il-Koordinazzjoni tal-EPIET hija diskordanti mal-proċess stipulat fil-Ftehim Qafas ta’ sħubija. Madankollu, deċiżjoni li ma tkomplix il-koordinazzjoni tal-EPIET minħabba n-nuqqas ta’ ftehimiet speċifiċi ffirmati setgħet ikkawżat ħsara sinifikanti lill-programm tal-EPIET. Iċ-Ċentru tejjeb il-proċeduri ta’ ġestjoni tal-kuntratti tiegħu, bl-għan li jibda l-proċess aktar kmieni ta’ talba għall-proposti u jissorvelja mill-qrib kisbiet importanti.

16.

Iċ-Ċentru jinnota l-kumment tal-Qorti, li huwa marbut bil-kbir ma’ prattiki li L-ECDC biddlet diġà matul l-2011 u mal-introduzzjoni tal-Proċedura Interna riveduta dwar ir-reklutaġġ f'Jannar 2012. Sa min-nofs l-2011 hija prattika li l-Kumitat tal-Għażla jaqbel dwar it-testi bil-miktub u l-mistoqsijiet tal-intervista qabel jirċievi l-applikazzjonijiet. Il-Proċedura Interna l-ġdida tinkludi regoli dettaljati dwar ir-rati tal-kandidati li jgħaddu u l-għoti tal-marki għall-intervista u t-testijiet. Dan huwa issa strettament applikat. Xi kriterji tal-għażla marbutin mal-interpersunal u l-ħiliet lingwistiċi mhumiex ivvalutati direttament, iżda indirettament matul l-intervista u fit-test bil-miktub bħala għadd flimkien ta’ abilitajiet partikolari. Ir-rekwiżiti ta’ eliġibilità inbidlu f’każ wieħed biss minħabba żball amministrattiv. Madankollu, l-ebda wieħed mill-kandidati ma kien ivvalutat bħala mhux eliġibbli bħala konsegwenza tal-formulazzjoni mibdula tal-kriterji tal-eliġibilità.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/73


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/13

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija” jew “ECHA”), li tinsab f'Ħelsinki, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi, waħidhom, f'taħlitiet u f'oġġetti, filwaqt li ttejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tippromovi wkoll l-iżvilupp ta’ metodi alternattivi għall-istimi ta’ perikli relatati mas-sustanzi (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b'dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonjiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adotatti mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-baġit 2011 tal-Aġenzija ammonta għal EUR 93,2 miljun, li minnhom EUR 14,9 miljun (16 %) ġew riportati għall-2012. Ir-riporti relatati mat-Titolu III (nefqa operazzjonali) ammontaw għal EUR 11,5 miljun (55 %). Il-livell ta’ riporti huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

13.

Ir-riżultati tal-inventarju fiżiku l-aktar reċenti mwettaq fl-2011 juru bosta nuqqasijiet, speċjalment fir-rigward tal-proporzjon baxx ta’ attivi tal-ICT iċċekkjati fir-rigward tal-valur. Ma hemm l-ebda politika formali fis-seħħ dwar l-inventarju ta’ attivi fissi.

14.

L-Aġenzija tirreġistra bħala nefqa dawk l-ispejjeż relatati ma’ proġetti tal-ICT li diġà qegħdin jintużaw minflok ma tirrikonoxxihom bħala attivi fissi.

KUMMENTI OĦRA

15.

Il-Qorti identifikat nuqqasijiet fil-proċeduri tar-reklutaġġ. Ma hemm l-ebda evidenza li l-limiti minimi biex wieħed jgħaddi d-diversi stadji tal-proċeduri jew il-mistoqsijiet għal intervisti jew testijiet bil-miktub kienu ġew stabbiliti qabel ma ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet. Id-dikjarazzjonijiet ta’ interessi kienu inadegwati għall-qbid u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interessi ta’ membri tal-bord ta’ għażla. F'każ minnhom il-proċedura tal-għażla kienet irregolari peress li l-aġent ġie rreklutat għal kariga differenti minn dik ippubblikata.

16.

Il-Qorti wettqet verifika bil-għan li tevalwa l-politiki u l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interessi għal erba' Aġenziji Ewropej, l-ECHA inkluża. Ir-riżultati tal-verifika huma ppreżentati f'dokument separat (ir-Rapport Speċjali 15/2012).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-19 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-28 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://echa.europa.eu.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Ħelsinki)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

Il-ġbir ta’ informazzjoni

Il-bażi legali tar-regolament li fuqu hija msejsa l-ECHA, ir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006, hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ir-Regolament REACH) u r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (Il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet)

L-objettivi

L-għan tar-Regolamenti REACH u CLP huwa li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta' metodi alternattivi għall-istima ta' perikli ta' sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li tittejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni (L-Artikolu 1(1) tar-Regolament REACH, l-Artikolu 1 tar-Regolament CLP).

L-ECHA hija b'dan stabbilita għall-finijiet tal-ġestjoni u f'xi każijiet għat-twettiq tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi ta' dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata konsistenza fil-livell tal-Unjoni fir-rigward ta' dawn l-aspetti (l-Artikolu 75 tar-Regolament REACH) u għall-ġestjoni ta’ kompiti relatati mal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi kimiċi li ġejjin mir-Regolament CLP.

Il-kompiti

Tirċievi reġistrazzjonijiet u dossiers oħra ta’ sustanzi kimiċi u twettaq kontroll tal-kompletezza tagħhom (it-Titolu II tar-Regolament REACH).

Tipproċessa domandi fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet u tieħu deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet dwar kondiviżjoni ta’ data (it-Titolu III tar-Regolament REACH).

Teżamina dossiers tar-reġistrazzjoni għal konformità mar-Regolament REACH u l-proposti ta’ ttestjar fihom, u tikkoordina l-proċess ta’ valutazzjoni tas-sustanza (it-Titolu VI tar-Regolament REACH).

Tipproċessa proposti dwar sustanzi ta' tħassib serju ħafna għal-Lista ta’ Kandidati u tagħmel rakkomandazzjonijiet biex xi wħud minn dawn is-sustanzi jiġu inklużi fil-Lista ta’ Awtorizzazzjoni u tittratta applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni (it-Titolu VII tar-Regolament REACH).

Tipproċessa dossiers ta’ restrizzjonijiet (it-Titolu VIII tar-Regolament REACH).

Tistabbilixxi u żżomm database(s) pubbliċi b’informazzjoni dwar is-sustanzi reġistrati kollha u tagħmel ċerta informazzjoni pubblikament disponibbli fuq l-Internet (l-Art. 77, 119 tar-Regolament REACH).

Tipprovdi gwida u strumenti tekniċi u xjentifiċi fejn ikun meħtieġ (l-Art 77 tar-Regolament REACH, l-Artikolu 50(2) tar-Regolament CLP).

Tipprovdi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE bl-aqwa parir xjentifiku u tekniku possibbli għal kwistjonijiet dwar sustanzi kimiċi li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tagħha u li jiġu riferuti lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti REACH u CLP. (l-Artikolu 77(1) tar-Regolament REACH, l-Art. 50(1) tar-Regolament CLP).

Tirċievi notifiki C&L, iżżomm inventarju pubbliku C&L, tittratta talbiet għal ismijiet alternattivi u tipproċessa proposti għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati ta' sustanzi (CLP).

It-tmexxija

Il-Bord ta' Tmexxija

Rappreżentant minn kull Stat Membru maħtur mill-Kunsill u massimu ta' sitt rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni, inklużi tliet individwi mill-partijiet interessati mingħajr drittijiet ta' votazzjoni, kif ukoll żewġ persuni indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew. (l-Art. 79 tar-Regolament REACH)

Il-kompiti: L-Artikolu 78 tar-Regolament REACH u r-regolament finanzjarju qafas għall-aġenziji, prinċipalment li jadotta l-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali, il-baġit finali, rapport ġenerali, ir-regoli ta’ proċedura interni u li jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuqu. Ukoll, jaħtar il-Bord tal-Appell u membri tal-Kumitati.

Id-Direttur Eżekuttiv

Il-kompiti: L-Art 83 tar-Regolament REACH

Il-Kumitati L-ECHA tinkludi tliet Kumitati Xjentifiċi (tal-Istima tar-Riskji, tal-Istati Membri u ta’ Analiżi Soċjo-Ekonomika)

Kompiti: L-Artikolu 76(1) (c-e) tar-Regolament REACH.

Il-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar

Il-kompiti: L-Artikolu 76(1) (f) tar-Regolament REACH.

Is-Segretarjat

Il-kompiti: L-Artikolu 76(1) (g) tar-Regolament REACH.

Il-Bord tal-Appell

Il-kompiti: L-Artikolu 76(1) (h) tar-Regolament REACH.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-Verifika Interna

Is-Servizz ta’ Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS).

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill (l-Art. 97(10) tar-Regolament REACH.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-baġit (inklużi l-baġits emendatorji)

EUR 93,2 (75,5) miljun, inklużi:

Dħul mit-tariffi: EUR 33,5 (35,0) miljun

Kontribuzzjoni tal-Unjoni: EUR 0,0 (36,0) miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Għadd ta' karigi fit-tabella tal-persunal: 456 (426)

Għadd ta' karigi okkupati: 441 (382)

Persunal ieħor: 101 (90) (Aġenti b’kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati)

Għadd ta' persunal totali: 542 (472), assenjati għall-kompiti li ġejjin:

Kompiti operazzjonali: 443 (341);

Kompiti amministrattivi u ta’ appoġġ: 99 (131)

L-attivitajiet u s-servizzi pprovduti fl-2011 (2010)  (1)

Il-Programm ta’ Ħidma tal-ECHA kien maqsum fil-15-il Attività li ġejjin:

Ir-Reġistrazzjoni, il-Prereġistrazzjoni u l-Kondiviżjoni ta' data

Għadd ta’ dossiers ta’ reġistrazzjoni (għajr PPORDs) ipproċessati, inkl. riport 2010: 6 100 (24 000)

Għadd ta’ stimi ta’ talbiet ta’ kunfidenzjalità kkompletati: 630

Għadd ta’ domandi milqugħa: 1970 (1 600)

Għadd ta’ deċiżjonijiet maħruġa fuq kwistjonijiet dwar kondiviżjoni ta’ data: 3 (6)

Għadd ta’ sustanzi li l-informazzjoni dwarhom ġiet ippubblikata (għajr informazzjoni kunfidenzjali): 4 100 (400) 24 000 dossier

L-evalwazzjoni

Għadd ta’ kontrolli ta’ konformità kkompletati: 146 (70)

Għadd ta’ deċiżjonijiet finali dwar proposti ta’ ttestjar: 22 (4)

L-awtorizzazzjoni u r-restrizzjonijiet

Għadd ta’ sustanzi identifikati għall-inklużjoni fil-lista tal-Kandidati: 28 (16)

Għadd ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ sustanzi biex jiġu inklużi fil-Lista ta’ Awtorizzazzjoni: 1 (1)

Għadd ta’ dossiers ta’ restrizzjonijiet ppreżentati għal deċiżjoni mill-Kummissjoni: 4 (0)

Għadd ta’ applikazzjonijet għal awtorizzazzjoni milqugħa: 0 (0)

Għadd ta’ notifiki dwar sustanzi tal-Lista tal-Kandidati f’artikli: 203 (0)

Il-Klassifika u l-Ittikkettar (C&L)

Għadd ta’ notifiki C&L milqugħa: 3,4 miljun għal aktar minn 110 000 sustanza

Għadd ta’ proposti milqugħa għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati: 56 (81)

Għadd ta’ talbiet għal ismijiet alternattivi għal sustanzi f’taħlitiet: 0 (0)

Il-pariri u l-assistenza

Għadd ta’ mistoqsijiet imwieġba mill-helpdesk: 5 400 (10 000)

Għadd ta’ dokumenti ta’ gwida ġodda maħruġa: 3 (2) u l-għadd ta’ aġġornamenti ta’ gwida maħruġa: 14 (12)

Is-sostenn tal-IT lill-operazzjonijiet

Żvilupp ulterjuri tas-sistema REACH-IT u sistemi xjentifiċi oħra tal-IT.

Il-Pariri Xjentifiċi u Prattiċi għall-iżvilupp ulterjuri tal-leġiżlazzjoni

Fuq talbet il-Kummissjoni Ewropea, kontribuzzjonijiet fuq nanomaterjali u lill-programm OECD dwar linji gwida tat-testijiet u lill-proposta dwar ir-Regolament tal-Bijoċidi.

It-twassil tal-ewwel rapporti skont l-Artikoli 117(2) u (3) tar-REACH

Il-Kumitati u l-Forum

Għadd ta’ ftehimiet unanimi tal-Kumitat tal-Istati Membri (MSC): 70 (26)

Għadd ta’ opinjonijiet tal-Kumitat tal-Istima tar-Riskji (RAC): 36 (16)

Għadd ta’ opinjonijiet tal-Kumitat ta’ Analiżi Soċjo-Ekonomika (SEAC): 4 (0)

Il-Bord tal-Appell

Għadd ta’ appelli mressqa: 6 (1)

Għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ appell: 2 (0) u għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ proċedura: 10 (1)

Il-komunikazzjoni

1 (2) Jum il-Partijiet Interessati (Stakeholder Day) b’ 430 (700) parteċipant

135 (3 000) parteċipant f’webinars reġistranti ewlenija;

70 (60) pubblikazzjoni; 1 500 (2 300) paġna tradotti f’21 ilsien tal-UE;

2,9 miljun (2,5 miljun) żjara lill-websajt minn 200 (200) pajjiż

Ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Kooperazzjoni Internazzjonali

Kooperazzjoni xjentifika u teknika mal-OECD eż. eChemPortal; QSAR Toolbox

It-tmexxija

Żvilupp u titjib kontinwu tas-sistemi amministrattivi u ta’ ġestjoni, inkl. IQMS

Il-Finanzi, l-Akkwist u l-Kontabilità

Ġestjoni rigoruża baġitarja u tar-riżervi tal-likwidità, inkluż il-pagament lura tas-sussidju tal-UE rċevut fl-2010

L-għadd totali ta’ kumpaniji kkonfermati fir-rigward tal-istatus SME: 245

Ir-riżorsi umani u l-infrastruttura

24 (35) proċedura tal-għażla finalizzati; 93 (121) membru tal-persunal reklutati (TA u CA)

Teknoloġija tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni

Manutenzjoni tal-ICT; forniment ta’ spazji ġodda tax-xogħol lill-persunal ġdid

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


(1)  Fejn huwa xieraq, iċ-ċifri ddawwru għall-eqreb 10, 100, jew 1 000.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12

L-ECHA kisbet l-objettiv tal-programm ta’ ħidma tagħha dwar ir-riporti fl-2011. L-Aġenzija ser tivvaluta mill-ġdid il-politika tagħha dwar ir-riporti fl-2012 u tistabbilixxi motivazzjoni u limitazzjoni aktar riġidi dwar riporti possibbli għas-sena finanzjarja 2013.

13.

L-ECHA tirrikonoxxi bis-sħiħ l-importanza tal-preċiżjoni tal-inventarju fiżiku. Fl-2012 l-Aġenzija ser tifformalizza l-politika tagħha tal-ġestjoni tal-attivi fissi, filwaqt li tingħata attenzjoni dovuta lill-kontroll fiżiku fl-aħħar tas-sena.

14.

L-ECHA ser tiżviluppa aktar il-metodu li l-ispejjeż għal softwer żviluppat internament jiġu kapitalizzati, u dawn jiġu kapitalizzati fil-livell tal-verżjonijiet differenti ta’ softwer. L-approċċ ser ikun marbut u integrat mill-qrib mal-proġett li għaddej tal-kontabbiltà tal-ispejjeż.

15.

L-ECHA hija impenjata bis-sħiħ lejn il-prinċipji ta’ trasparenza u opportunità ugwali fil-proċeduri tagħha ta’ reklutaġġ u għażla. L-ECHA wettqet reviżjoni tal-proċedura tagħha ta’ reklutaġġ, inkluż id-dikjarazzjonijiet ta’ interessi, bil-għan li tkompli ttejjibhom u tiżgura konformità mal-aħjar prattika. L-aġġornament li jirriżulta tal-proċeduri qies il-punti mqajma mill-Qorti tal-Awdituri. Sadanittant, l-aġent imsemmi ngħata pożizzjoni ekwivalenti għal dik ippubblikata.

16.

It-tweġibiet tal-Aġenzija ser jiġu ppubblikati flimkien mar-Rapport Speċjali tal-Qorti (15/2012).


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/80


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/14

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) (preċedentement imsejħa l-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew), li tinsab f’Kopenħagen, ġiet stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 (1). Hija responsabbli mill-istabbiliment ta’ netwerk ta’ osservazzjoni li jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Parlament, lill-Istati Membri u, b’mod aktar ġenerali, lill-pubbliku b’informazzjoni affidabbli dwar l-istat tal-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tippermetti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jissalvagwardjaw l-ambjent u jivvalutaw l-effettività ta’ tali azzjoni (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-rapporti finanzjarji (4) u fir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

12.

Sar pagament lil organizzazzjoni ambjentali internazzjonali li kien jammonta għal EUR 6 061 li kien relatat mal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Aġenzija fi spedizzjonijiet organizzati minn din l-organizzazzjoni li saru fi Frar u Mejju 2011. Ma kienet saret l-ebda proċedura tal-akkwist u ma kien tfassal l-ebda kuntratt għal dawn l-ispedizzjonijiet. Spejjeż tal-ivvjaġġar relatati addizzjonali li ġġarrbu mill-Aġenzija kienu EUR 11 625. Id-Direttur Eżekuttiv kien membru tal-Bord tal-Amministraturi tal-organizzazzjoni sa April 2011. Dan jikkostitwixxi konflitt apparenti ta’ interessi.

KUMMENTI OĦRA

13.

L-Aġenzija tejbet konsiderevolment it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ matul is-snin. Madankollu, il-verifika xorta sabet konfużjoni bejn il-kriterji ta' eliġibbiltà u ta’ għażla fir-rigward tas-snin ta’ esperjenza professjonali. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-kontenut tat-testijiet bil-miktub, u l-limiti minimi għalihom, kienu determinati qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-31 ta' Mejju 2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta' Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.eea.europa.eu.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (Kopenħagen)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-politika tal-ambjent

Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jinkisbu […] l-għanijiet tas-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali, il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.

Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha jkollha l-mira ta' protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas. […] Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika […], l-Unjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni dati xjentifiċi u tekniċi (data xjentifika u teknika) eżistenti, il-kondizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Unjoni, il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni inġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha […].

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/1990)

L-għanijiet

L-istabbiliment ta' netwerk tal-informazzjoni u l-osservazzjoni tal-ambjent Ewropew biex jipprovdu lill-Unjoni u l-Istati Membri bi:

1.

Informazzjoni oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli f’livell Ewropew li tippermetti li:

(a)

jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-ambjent;

(b)

jiġu stmati r-riżultati ta’ dawk il-miżuri;

(c)

jiġi żgurat li l-pubbliku jkun infurmat tajjeb bl-istat tal-ambjent.

2.

L-appoġġ tekniku u xjentifiku meħtieġ

Il-ħidmiet

Li tistabbilixxi, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, u tikkoordina n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u għall-Osservazzjoni tal-Ambjent.

Li tipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri b’informazzjoni oġġettiva meħtieġa għat-tħejjija u l-implementazzjoni soda u effettiva tal-politika ambjentali.

Li tgħin fil-monitoraġġ ta’ miżuri ambjentali permezz ta’ sostenn xieraq għall-ħtiġijiet tar-rappurtar.

Li tagħti parir lil Stati Membri individwali dwar l-iżvilupp, l-istabbiliment u l-espansjoni tas-sistemi tagħhom għall-monitoraġġ ta’ miżuri ambjentali.

Li tirreġistra, tiġbor u tistma l-informazzjoni (data) dwar il-qagħda tal-ambjent, tirrapporta dwar il-kwalità tal-ambjent u l-pressjonijiet fuqu fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, biex tipprovdi kriterji ta’ stima uniformi għad-data ambjentali li għandha tiġi applikata fl-Istati Membri kollha u biex tiżviluppa aktar u żżomm ċentru ta’ referenza ta’ informazzjoni fuq l-ambjent.

Li tgħin biex tiżgura li d-data dwar l-ambjent fil-livell Ewropew tkun kumparabbli u, jekk meħtieġ, biex tinkoraġġixxi b’mezzi xierqa, armonizzazzjoni mtejba ta’ metodi ta’ kejl.

Li tippromovi l-inkorporazzjoni tal-informazzjoni (data) Ewropea ambjentali fil-programmi internazzjonali ta’ sorveljar ambjentali.

Li tippubblika rapport kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent, ix-xejriet fih u l-prospetti għalih, issupplimentat minn rapporti indikaturi li jiffukaw fuq kwistjonijiet speċifiċi.

Li tistimula l-iżvilupp ta’ tekniki ta’ tbassir ambjentali, l-iskambji tal-informazzjoni dwar teknoloġiji għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-ħsara għall-ambjent, metodi ta’ stima tal-ispejjeż tal-ħsara għall-ambjent u l-ispejjeż tal-politika għall-prevenzjoni, il-protezzjoni u r-restawr ambjentali.

Li tiżgura t-tixrid wiesa’ ta' informazzjoni affidabbli u komparabbli, partikolarment dwar l-istat tal-ambjent, lill-pubbliku inġenerali u, għal din il-fini, li tippromwovi l-użu ta’ teknoloġija ġdida tat-telematika għal dan l-iskop.

Li tikkoopera b’mod attiv ma’ korpi u programmi oħra tal-Unjoni u ma’ korpi internazzjonali oħra u fl-oqsma ta’ interess komuni ma’ dawk l-istituzzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni, b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ħidmiet.

Li tappoġġa lill-Kummissjoni fil-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-metodoloġiji ta’ valutazzjoni ambjentali u l-aħjar prassi u fil-propagazzjoni ta’ informazzjoni fuq ir-riżultati ta’ riċerka ambjentali relevanti u f’forma li tista’ tgħin bl-aħjar mod lill-iżvilupp tal-politika.

It-tmexxija

Il-Bord ta’ Tmexxija

Il-kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru, wieħed minn kull pajjiż membru fl-EEA, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u żewġ xjentisti maħtura mill-Parlament Ewropew.

Il-ħidmiet

Li jadotta l-programmi ta’ xogħol multiannwali u annwali u jiżgura l-implimentazzjoni tagħhom u li jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija.

Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kumitat Xjentifiku

Magħmul minn persuni kwalifikati fil-qasam tal-ambjent, maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 62,2 miljun (EUR 50,6 miljun)

Is-sussidju tal-Unjoni: 66 % (80 %)

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Għadd ta’ karigi fit-Tabella tal-persunal: 134 (133)

Il-karigi okkupati: 132 (125) u 82 (76) kariga oħra (persunal b’kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati).

Għadd totali tal-persunal: 214-il (201) kariga assenjati għall-ħidmiet li ġejjin:

operazzjonali 90 (89)

amministrattivi 43 (43)

imħallta 1 (1)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

Artikoli

13

Fatti importanti (highlights)

46

Stqarrijiet għall-istampa

9

Diskorsi

1

Artikoli fuq il-web

3

Settijiet ta’ data

30

Indikaturi

12

Mapep, grafiċi,

271

Materjal promozzjonali

5

Dokumenti korporattivi

2

Rapporti

7

Rapporti tekniċi

30

Valutazzjonijiet pan-Ewropej

1

SOER2010

1

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

Il-ħlas sar għall-ikel u l-akkomodazzjoni għall-persunal li kien qiegħed fl-istazzjonijiet ta’ riċerka. Malli f’April 2011 sar jaf b’perċezzjoni potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess mill-Qorti tal-Awdituri, id-Direttur Eżekuttiv irriżenja minnufih mill-bord tal-ammnistraturi ħalli jipproteġi lill-aġenzija u jiżgura li l-eżitu xjentifiku finali ma jitpoġġiex f’periklu. Fid-dawl tal-proċess ta’ kwittanza għall-2010, il-Bord Maniġerjali u l-amministrazzjoni tal-EEA saħħu l-politika dwar il-kunflitt ta' interess tal-EEA sabiex jevitaw kwalunkwe problema potenzjali fil-ġejjieni.

13.

L-aġenzija qed iżomm f’moħħha l-kummenti tal-qorti u diġà bdiet proċess li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/86


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/15

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Vigo, twaqqfet permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li torganizza l-koordinazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri sabiex tiżgura applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

12.

Il-Qorti identifikat ħtieġa ta’ titjib tal-proċeduri tal-akkwist. L-Aġenzija ma ddokumentatx b’mod adegwat l-istima tal-valuri tal-kuntratti fil-fajls tal-akkwist. Xi wħud mill-kriterji ta’ għażla għal offerenti jeħtieġu li jkunu aktar speċifiċi biex itejbu aktar it-trasparenza tal-proċeduri.

13.

L-Aġenzija għad m’għandhiex proċeduri adegwati fis-seħħ biex tirreġistra u tagħti rendikont ta’ spejjeż relatati mal-ġenerazzjoni ta’ attivi intanġibbli interni.

KUMMENTI OĦRA

14.

Matul il-perjodu tal-proċedura ta’ ħatra tad-Direttur eżekuttiv, membru tal-Bord Amministrattiv kiser ir-regolamenti li jmexxu l-ħatriet għal karigi prinċipali billi ħabbar il-kandidat li l-Kummissjoni kienet bi ħsiebha tivvota għalih.

15.

Il-Qorti identifikat ħtieġa li ttejjeb aktar il-proċeduri tal-għażla tal-persunal. Avviżi ta’ postijiet vakanti ma tawx informazzjoni dwar proċeduri ta’ ilmenti u appelli. Il-laqgħat tal-Bord ta’ Għażla ġew dokumentati b’mod insuffiċjenti u f’każ wieħed ta’ reklutaġġ l-Awtorità tal-Ħatra ma segwietx l-ordni tal-lista tal-Bord ta’ Għażla mingħajr ma tat raġuni.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29 ta' Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fil-05 ta' Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://cfca.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd  (1) (Vigo)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Art. 43 TFUE)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevvista fl-Artikolu 40(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009)

L-għanijiet

Ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), li l-għan tagħha huwa li torganizza koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri u tgħinhom jikkoperaw sabiex jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tagħha.

Il-kompiti / missjoni

tikkoordina l-kontroll u l-ispezzjoni minn Stati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-obbligi ta’ kontroll u spezzjoni tal-UE;

tikkoordina l-użu (skjerament) tal-mezzi nazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni miġbura mill-Istati Membri kkonċernati skont dan ir-Regolament;

tkun ta’ assistenza għall-Istati Membri fir-rappurtar ta’ informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sajd u attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni lill-Kummissjoni u partijiet terzi;

fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, li tkun ta’ assistenza għall-Istati Membri biex iwettqu l-kompiti u l-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

tkun ta’ assistenza għall-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd f'kull parti tal-UE;

tagħti kontribut fix-xogħol tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qasam ta’ riċerka dwar u żvilupp ta’ tekniki ta’ kontroll u spezzjoni;

tagħti kontribut għall-koordinazzjoni ta’ taħriġ għal spetturi u l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-Istati Membri;

tikkoordina l-operazzjonijiet biex jiġi miġġieled sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat skont ir-regoli tal-UE.

tassisti fl-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż b'mod partikolari:

1)

L-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet tal-kontroll mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni, programmi ta’ kontroll relatati mas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) u programmi internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni;

2)

L-ispezzjonijiet kif meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tal-Aġenzija.

Nitolbuk tinnota li, fost kompetenzi oħra, wara l-emendar tar-Regolament ta’ stabbiliment tal-Aġenzija mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009:

1)

L-uffiċjali tal-Aġenzija jistgħu jiġu assenjati f'ilmijiet internazzjonali bħala spetturi tal-Unjoni;

2)

L-Aġenzija tista' takkwista, tikri jew tinnoleġġja (charter) it-tagħmir li hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ skjerament konġunt;

3)

U l-Aġenzija li taġixxi fuq notifika mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha għandha immedjatament twaqqaf Unità ta’ Emerġenza, fejn jiġi identifikat riskju serju għall-Politika Komuni tas-Sajd.

It-tmexxija

Il-Bord Amministrattiv

Il-kompożizzjoni

Jikkonsisti f'rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Il-kompiti

Jadotta l-baġit, il-programm ta’ ħidma u r-rapport annwali. Jadotta l-baġit finali u t-Tabella tal-persunal. Jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali.

Ir-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv minn lista ta’ mill-anqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

Il-Verifika Esterna

Il-Qorti tal-Awdituri

Il-kontroll intern

Is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-baġit finali

Il-Baġit Totali: EUR 12,85 (11,01) miljun

It-Titolu I – EUR 6,04 (6,03) miljun

It-Titolu II - EUR 1,23 (0,96) miljun

It-Titolu III – EUR 5,57 (4,01 inkluż dħul assenjat ta’ 2,60) miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

53 (53) Aġent Temporanju prevvisti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 52 (52)

+ 5 (5) Aġenti b'Kuntratt prevvisti li minhom okkupati 4 (2)

It-total tal-persunal prevvist: 58 (58), li minnhom okkupati 56 (54)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

Il-Koordinazzjoni Operattiva

L-implimentazzjoni tal-JDP (Pjan Konġunt ta’ Skjerament) għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak, Kattegat u l-Fliegu tal-Lvant u Ibħra tal-Punent (il-Punent tal-Iskozja u l-Baħar Irlandiż);

Il-JDP għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku;

Il-JDP għas-sajd tat-tonn tal-pinna kaħlanija fil-Baħar Mediterran u fl-Atlantiku tal-Lvant;

L-implimentazzjoni tal-JDP fiż-żona tal-organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral u fiż-żona tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal;

Il-JDP għall-ispeċjijiet pelaġiċi fl-ibħra tal-Punent tal-Unjoni Ewropea;

L-appoġġ għal attivitajiet fil-ġlieda kontra s-sajd illegali mhux rappurtat u mhux regolat;

Il-konsolidazzjoni tal-JDPs permezz ta’ promozzjoni ta’ approċċ reġjonali;

Il-formazzjoni ta’ spetturi tal-Istati Membri li jieħdu sehem f'JDPs u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

Il-Bini tal-Kapaċità

Studju ta’ identifikazzjoni dwar sistemi ta’ informazzjoni li jappoġġaw kontrolli tas-sajd fl-Unjoni Ewropea;

L-abbozzar ta’ struttura indikattiva u kontenut għall-Kurrikulu Ċentrali għat-taħriġ;

L-iżvilupp tal-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni bbażata fuq l-internet għat-taħriġ;

L-assistenza lill-programmi ta’ taħriġ nazzjonali tal-Istati Membri;

L-operat, il-manutenzjoni, it-titjib u l-iżvilupp tal-kapaċitjiet ta’ monitoraġġ tal-ICT: Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS), Sistema Elettronika tar-Rappurtar (ERS), Fishnet;

Il-manutenzjoni tal-kamra ta’ koordinazzjoni tal-Aġenzija għall-JDPs.

Il-forniment ta’ servizzi kuntrattwali għan-noliġġ (charter) ta’ Bastiment għar-Ronda tas-Sajd tal-EFCA.

(ara l-Programm ta’ Ħidma 2011 tal-Aġenzija għad-dettalji.)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


(1)  Nitolbuk tinnota li isem l-Aġenzija nbidel minn “Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd” għal “Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd” fl-01 ta' Jannar 2012.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

L-Aġenzija stabbiliet sett ta’ proċeduri interni biex tiżgura bażi soda għall-istima tal-valuri tal-kuntratti u tiddokumenta dan il-proċess. Madankollu, l-Aġenzija tieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti u se ttejjeb id-dokumentazzjoni fil-fajls ta’ akkwist. L-Aġenzija aċċetat ukoll l-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-kriterji tal-għażla.

13.

L-Aġenzija tiġbed l-attenzjoni li l-ispiża interna li għandha tiġi rreġistrata u kkunsidrata, hija limitata ħafna. Madankollu, l-Aġenzija bħalissa qed tagħmel reviżjoni tal-attivitajiet amministrattivi u operattivi u se tieħu l-kummenti tal-Qorti matul dan il-proċess.

14.

L-aġir tal-Membri tal-Bord Amministrattiv ma jaqax taħt il-kontroll tal-aġenzija, u għalhekk id-Direttur Eżekuttiv mhuwiex responsabbli mill-proċeduri.

15.

L-Aġenzija se żżid din l-informazzjoni mal-avviżi tagħha ta’ postijiet battala u se tadatta l-mudell standard tal-minuti għas-suġġerimenti tal-Qorti. L-Aġenzija tifhem li l-kandidati kollha fuq il-lista li tressqu mill-Bord tal-Għażla huma eliġibbli għal impjieg. Fil-każ speċifiku li ssemma, kien hemm żewġ kandidati b’marki ħafna ogħla mill-oħrajn. Minħabba d-differenza minima bejn il-marki taż-żewġ kandidati, l-Awtorità tal-Ħatra għażlet wieħed miż-żewġ kandidati li fl-aħħar tqies li kien l-aktar wieħed adegwat.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/92


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità

2012/C 388/16

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità” jew “EFSA”), li tinstab f’Parma, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali tal-Awtorità huma li tipprovdi t-tagħrif xjentifiku neċessarju sabiex tiġi mfassla leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li tiġbor u tanalizza data li tagħti lok għar-riskji biex jiġu identifikati u mmonitorjati u li tipprovdi tagħrif indipendenti dwar dawn ir-riskji (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa supplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Awtorità, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Awtorità, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b'dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Awtorità (10) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Fl-2011, saru 13-il trasferiment baġitarju, li żiedu b'mod konsiderevoli l-approprjazzjonijiet għan-nefqa tal-IT (12). B'kollox, ġew trasferiti EUR 2,5 miljun mit-Titolu I (nefqa tal-persunal) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), li jirrappreżentaw 21 % tal-approprjazzjonijiet inizjali tat-Titolu II. Għat-Titolu III (nefqa operazzjonali), ġie kkanċellat ammont ta’ EUR 1,8 miljun tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament differenzjati li jirrappreżenta 25 % tal-approprjazzjonijiet differenzjati inizjali. Din is-sitwazzjoni tindika dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

13.

L-Awtorità xtrat kwartieri ġodda f'Diċembru 2011 għal EUR 36,8 miljun li għandhom jitħallsu bin-nifs kull tliet xhur fuq 25 sena, li jfisser li l-pagamenti tal-interessi jammontaw għal EUR 18,5 miljun. Il-Qorti tistaqsi jekk l-awtoritajiet baġitarji setgħux sabu alternattiva iktar ekonomika skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li tiżgura rispett sħiħ tar-Regolament Finanzjarju.

KUMMENTI OĦRA

14.

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċedura tar-reklutaġġ. Il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-kitba u intervisti ġew iffissati wara li l-applikazzjoniijet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u n-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess ġew iffirmati biss mill-membri tal-bord tal-għażla, matul u mhux qabel l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-kandidati.

15.

Il-Qorti wettqet verifika mmirata lejn l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess għal erba' Aġenziji Ewropej, inkluża l-EFSA. Ir-riżultati tal-verifika huma ppreżentati f'dokument separat (fir-Rapport Speċjali Nru 15/2012).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1,

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-14 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-28 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://efsa.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  It-13-il trasferiment involvew għadd kbir ta’ linji tal-baġit. Pereżempju, it-trasferiment minn Mejju 2011 involvew 63 linja tal-baġit u t-tliet trasferimenti minn Diċembru 2011 involvew 87 linja tal-baġit. Ċerti linji tal-baġit naqsu u żdiedu fi żmien qasir. L-approprjazzjonijiet għall-ġbir ta’ data tal-IT u netwerking żdiedu b'116 % għal EUR 5,2 miljun u 90 % tagħhom ġew riportati.


ANNESS

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

Il-ġbir ta’ informazzjoni

Il-Politika Agrikola Komuni (l-Artikolu 38 tat-Trattat)

Il-Funzjonament tas-Suq Intern (l-Artikolu 114 tat-Trattat)

Is-Saħħa Pubblika (l-Artikolu 168 tat-Trattat)

Il-Politika Kummerċjali Komuni (l-Artikolu 206 tat-Trattat).

Il-kompetenzi tal-Awtorità

(Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

L-objettivi

Tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi u appoġġ xjentifiku u tekniku għal-leġiżlazzjoni u l-politiki li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà tal-ikel u tal-għalf.

Tipprovdi tagħrif indipendenti dwar ir-riskji relatati mas-sigurtà fl-ikel.

Tikkontribwixxi għall-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ħajja.

Tiġbor u tanalizza d-data meħtieġa biex tippermetti l-karatterizzazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji.

Il-kompiti

Toħroġ opinjonijiet u studji xjentifiċi.

Tippromwovi metodoloġiji uniformi tal-istima tar-riskji.

Tipprovdi l-għajnuna lill-Kummissjoni.

Tfittex, tanalizza, u tqassar id-data xjentifika u teknika meħtieġa.

Tidentifika u tikkaratterizza riskji li jkunu qegħdin jitfaċċaw.

Tistabbilixxi netwerk ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu f’oqsma simili.

Tipprovdi għajnuna xjentifika u teknika fl-immaniġġjar tal-kriżi.

Ittejjeb il-koperazzjoni internazzjonali.

Tipprovdi lill-partijiet pubbliċi u lill-partijiet interessati b’tagħrif oġġettiv, ta’ min jorbot fuqu u li jiftiehem malajr.

Tieħu sehem fis-sistema ta’ allarm malajr tal-Kummissjoni.

It-tmexxija

Il-Bord tal-Amministrazzjoni

Il-kompożizzjoni

14-il membru maħtur mill-Kunsill (b’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

Il-kompitu

Jadotta l-programm ta’ xogħol u l-baġit u jiżgura li huma implimentati.

Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord tal-Amministrazzjoni abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni u wara seduta quddiem il-Parlament Ewropew.

Il-Forum ta’ Konsulenza

Il-kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

Il-kompitu

Jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv.

Il-Kumitat Xjentifiku u l-bordijiet xjentifiċi:

Jippreparaw l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-verifika interna

L-Unità tal-Verifika Interna tal-EFSA.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2011 (2010)

Il-baġit

EUR 78,8 (74,7) miljun li minnhom is-suvvenzjoni tal-Unjoni Ewropea hija 100 % (100 %)

Il-persunal fil-31 ta' Diċembru 2011

karigi previsti fit-tabella tal-persunal: 355 (355), li minnhom hemm karigi okkupati:

persunal (aġenti temporanji u uffiċjali): 334 (330)

persunal ieħor (persunal b’kuntratt, esperti nazzjonali ssekondati): 109 (103)

total tal-persunal (1): 443 (433) li minnhom għal:

Dmirijiet operazzjonali: 326 (323)

Dmirijiet amministrattivi: 117 (110)

Il-prodotti u s-servizzi 2011 (2010)

Il-prodotti xjentifiċi u pubblikazzjonijiet ta’ sostenn 2011 (2010)

Attività nru 1:   Għoti ta’ opinjonijiet xjentifiċi u pariri u approċċi għall-istimi tar-riskji

Gwida tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku 9 (2)

Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku 38 (48)

Rapport Xjentifiku tal-EFSA 3 (5)

Dikjarazzjoni tal-EFSA 3 (4)

Dikjarazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku 4 (7)

It-total tal-prodotti xjentifiċi għall-attività nru 1 = 57 (66)

Attività nru 2:   Evalwazzjoni ta’ prodotti, sustanzi u klejms soġġetti għal awtorizzazzjoni

Konklużjonijiet dwar ir-Reviżjoni tal-Pestiċidi mill-Pari 54 (73)

Gwida tal-EFSA 2 (1)

Gwida tal-Kumitat Xjentifiku/Panel Xjentifiku 17 (6)

Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku/Panel Xjentifiku 298 (244)

Rapport Xjentifiku tal-EFSA 1 (2)

Dikjarazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku 9 (5)

Dikjarazzjoni tal-EFSA 3 (0)

It-total tal-prodotti xjentifiċi għall-attività nru 2 = 384 (331)

Attività nru 3:   Ġbir ta’ Data, kooperazzjoni xjentifika u bin-netwerking

Gwida tal-EFSA 3 (3)

Dikjarazzjoni tal-EFSA 0 (2)

Opinjoni Motivata 88 (68)

Rapport Xjentifiku tal-EFSA 16 (38)

It-total tal-prodotti xjentifiċi għall-attività nru 3 = 107 (111)

Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn

Rapporti dwar avvenimenti 8 (7)

Rapport Xjentifiku Estern 37 (33)

Rapport tekniku 65 (17)

Total ta' Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn = 110 (57)

Total ta’ prodotti = 658 (565)

Opinjonijiet xjentifiċi appoġġati b'attivitajiet tal-komunikazzjoni: 35 % (34 %).

Konsultazzjonijiet pubbliċi: 78 (78)

Żjarat fuq il-websajt: 3,5 miljun (3,0)

Abbonati għar-rivista Highlights: 27 933(26 934).

Kopertura tal-midja: 9 397(8 330)

Mistoqsijiet mill-midja: 1 086(857)

Stqarrijiet għall-istampa: 15 (16)

Artikli tal-Aħbarijiet fuq l-Internet: 63 (59)

Intervisti: 126 (116)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


(1)  Inklużi 7 ittri ta’ offerta mibgħuta fil-31.12.2011

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


IT-TWEĠIBIET TAL-AWTORITÀ

12.

Bidla fil-mudell organizzattiv u x-xiri u l-ġarr lejn bini ġdid kien jeħtieġ adattament (b’mod partikulari tas-sistemi tal-IT) filwaqt li ċerti reklutaġġi ġew posposti bi ftit xhur u ħolqu ambjent inqas prevedibbli. Dan ikkaġuna żieda fil-ħtieġa li jsiru ċerti trasferimenti baġitarji (6 % fl-2011 apparagun ma’ 4 % fl-2010).

L-EFSA ser tqis l-istruttura baġitarja tagħha fil-kuntest tal-qafas baġitarju ġenerali ħalli tnaqqas il-frammentazzjoni u l-ħtieġa ta’ trasferimenti fil-ġejjieni.

Is-sottokunsum tal-approprazzjonijiet tal-ħlasijiet differenzjati rriżulta minn diffikultajiet fit-tbassir tax-xejriet preċiżi tal-pagamenti ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni plurjennali li daħlu fis-seħħ fl-2009.

13.

L-EFSA kisbet il-kwartieri tagħha b’mod konformi ma’ modalitajiet approvati mill-Awtorità Baġitarja li pprevedew pagament li għandu jitħallas tul 25 sena. L-EFSA dan l-aħħar tablet lill-Kummissjoni Ewropea biex tqis li titlob riżorsi ulterjuri mill-Awtorità Baġitarja ħalli tnaqqas il-perjodu tal-kalendarju tax-xiri. Dan ix-xiri antiċipat jista’ jsir bla ma jdaħħal lill-EFSA fi spejjeż.

14.

Il-proċedura proċeduri tar-reklutaġġ tal-EFSA jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tar-regolamentiregolatorji.

Sabiex iżżid l-attenzjoni fuq l-aspett speċifiku tat-trasparenza, f’Jannar 2012 l-EFSA adottat il-proċessi relevanti ħalli tiżgura li:

 

L-istrumenti tal-valutazzjoni tal-kompetenzi jitfasslu qabel il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet.

 

Id-dikjarazzjoni tal-Membri tal-bord tal-għażla rigward il-kunfidenzjalità u d-dikjarazzjoni ta’ interessi eventwali jkunu ffirmati u vvalutati b’mod sistematiku iżjed kmieni matul il-proċess.

15.

It-tweġibiet tal-EFSA huma ppreżentati f’dokument separat (Rapport Speċjali Nru 15/2012)


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/98


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut

2012/C 388/17

INTRODUZZJONI

1.

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”), li jinsab f’Vilnius, twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 (1). Il-kompitu tal-Istitut huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta’ metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza ta’ bejn is-sessi fil-politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta (2). L-Istitut sar għal kollox awtonomu fl-2010.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istitut. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Istitut, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Istitut, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Istitut u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Istitut ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Istitut (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

It-total tal-approprjazzjonijiet baġitarji ammonta għal EUR 7,5 miljun meta mqabbel ma’ EUR 5,9 miljun tas-sena ta’ qabel. L-impenji baġitarji saru għal ammont ta’ EUR 6,7 miljun. Approprjazzjonijiet riportati għall-2012 jammontaw għal EUR 3,3 miljun, 50 % tat-total tal-impenji. Dan il-livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ annwalità.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-ISTITUT

13.

Il-Qorti identifikat il-ħtieġa għal titjib tad-dokumentazzjoni tat-teħid ta’ inventarju fiżiku għal attivi fissi u tal-istima ta’ spejjeż dovuti.

14.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea wettaq analiżi limitata tal-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern fl-Istitut f’Diċembru 2011. L-Istitut aċċetta r-rakkomandazzjonijiet biex jiffinalizza l-proċedura għall-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern, u l-maniġment adotta pjan ta’ azzjoni li għandu jiġi implimentat fl-2012.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Istitut.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-6 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-13 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eige.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Vilnius)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Hija għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

Il-kompetenzi tal-Istitut

(Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill)

L-objettivi

Li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza tas-sessi u li jsaħħaħha, inkluż l-integrazzjoni tas-sessi fil-politika kollha tal-Unjoni u fil-politika nazzjonali li tirriżulta, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u t-tqajjim tal-kuxjenza taċ-ċittadini tal-UE dwar l-ugwaljanza tas-sessi.

Il-kompiti

Jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni relevanti, paragunabbli u affidabbli dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

jiżviluppa metodi biex itejjeb l-oġġettività, il-paragunabilità u l-affidabbiltà tad-data f'livell Ewropew;

jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodda ta' metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza ta' bejn is-sessi fil-politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta u jappoġġa l-integrazzjoni tas-sessi fl-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni;

iwettaq stħarriġ dwar is-sitwazzjoni fl-Ewropa fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

jistabbilixxi u jikkoordina Network Ewropew dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

jorganizza laqgħat ad hoc ta' esperti biex jappoġġa l-ħidma ta' riċerka tal-Istitut;

sabiex iżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, jorganizza, ma' partijiet interessati relevanti, konferenzi, kampanji u laqgħat f'livell Ewropew, u jippreżenta r-riżultati u l-konklużjonijiet lill-Kummissjoni;

ixerred informazzjoni rigward eżempji pożittivi ta' rwoli mhux stereotipiċi għan-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha tas-soċjetà, jippreżenta l-kisbiet u l-inizjattivi tiegħu mfasslin biex jippubbliċizzaw u jibnu fuq tali stejjer ta' suċċess;

jiżviluppa djalogu u kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' opportunitajiet ugwali, universitajiet u esperti, ċentri ta' riċerka, imsieħba soċjali;

jistabbilixxi riżorsi ta' dokumentazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku;

jagħmel l-informazzjoni dwar l-integrazzjoni tas-sessi disponibbli għall-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati;

jipprovdi informazzjoni lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tas-sessi fil-pajjiżi tal-adeżjoni u dawk kandidati;

It-tmexxija

Il-Bord ta’ Tmexxija

Il-kompożizzjoni

18-il rappreżentant maħtur mill-Kunsill, abbażi ta' proposta minn kull wieħed mill-Istati Membri konċernati u membru wieħed li jirrappreżenta lill-Kummissjoni, maħtur mill-Kummissjoni abbażi tal-ogħla standards ta' kompetenza u medda wiesgħata' kompetenza relevanti u transdixxiplinari fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Isiru sforzi għal rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta’ Tmexxija. Il-membri maħtura mill-Kunsill għandhom jirrappreżentaw 18-il Stat Membru fl-ordni tar-rotazzjoni tal-Presidenzi.

Id-dmirijiet

Jadotta l-programmi ta’ ħidma annwali u ta’ terminu medju, il-baġit u r-rapport annwali. Jadotta r-regoli interni tal-Istitut u r-regoli ta’ proċedura tal-Bord ta’ Tmexxija.

Il-Forum ta’ Esperti

Il-kompożizzjoni

Membri mill-korpi kompetenti speċjalizzati fil-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi, rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru, żewġ membri li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet relevanti oħra speċjalizzati fl-ugwaljanza bejn is-sessi maħtura mill-Parlament Ewropew, kif ukoll tliet membri maħtura mill-Kummissjoni.

Id-dmirijiet

Jappoġġa d-Direttur fl-iżgurar tal-eċċellenza u l-indipendenza ta' attivitajiet tal-Istitut, jikkostitwixxi mekkaniżmu għal skambju ta’ informazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġbir kollettiv ta’ għarfien, u jiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istitut u l-korpi kompetenti fl-Istati Membri.

Id-Direttur huwa maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni wara kompetizzjoni miftuħa.

Id-dmirijiet

Responsabbli għat-twettiq tal-kompiti msemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1922/2006, għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ attivitajiet annwali u ta’ terminu medju tal-Istitut; iħejji l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija u tal-Forum ta’ Esperti; għat-tħejjija l-pubblikazzjoni tar-rapport annwali; il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-persunal; il-kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum; u implimentazzjoni ta’ monitoraġġ effettiv u proċeduri ta’ valutazzjoni fir-rigward tat-twettiq (prestazzjoni) tal-Istitut.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-kontroll intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.

L-awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Istitut fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 7,5 (5,9) miljun li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 100 % (100 %)

Il-persunal fil-31 ta' Diċembru 2011

27 (25) prevvisti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 26 (23),

8 (4) membri oħra tal-persunal (aġenti b’kuntratt, esperti nazzjonali ssekondati, apprentisti).

Total tal-persunal

35 (29), li jagħmlu l-kompiti li ġejjin

Operazzjonali: 24 (18)

Amministrattivi: 8 (8)

Imħallta: 3 (3)

Il-prodotti u servizzi fl-2011 (2010)

Oqsma Fokali: Data u indikaturi komparabbli u affidabbli dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi; metodi u prattiki ta’ ġbir u pproċessar għall-ħidma dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi; iċ-Ċentru tar-Riżorsi u tad-Dokumentazzjoni; Sensibilizzazzjoni, Żvilupp ta’ netwerk u Komunikazzjoni.

Għadd ta’ studji varati 6 (8)

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet għall-pajjiżi li jkollhom il-Presidenza 2 (2)

Għadd ta’ laqgħat u gruppi ta’ ħidma tal-esperti 19 (12)

Konferenza Internazzjonali 1 (0)

Għadd ta’ Rapporti ta’ riċerka: 2 (0)

Rapporti Annwali: 1 (1)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Istitut.


IT-TWEĠIBIET TAL-ISTITUT

12.

L-Istitut jaqbel. Fl-2011 l-EIGE introduċa sistema xierqa ta’ rapportaġġ u monitoraġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit. Kif diġà ġie diskuss mal-Qorti fl-2011, għat-trasferimenti l-EIGE introduċa limiti massimi aċċettabbli għal kull Titolu, eż: Titolu I sa 10 %; Titolu II sa 20 %; Titolu III sa 35 %. Ġaladarba għadna fil-fażi inizjali fl-2011 stennejna, u għadna nistennew fl-2012, perċentwali ogħla ta’ trasferimenti, b’mod partikulari għat-Titolu III – attivitajiet operattivi. Mill-2013 ’il quddiem l-EIGE ser jibda jaħdem fil-limiti massimi.

13.

L-Istitut jaqbel. L-assi kollha tal-EIGE ser jiġu ddokumentati, tikkettati u rreġistrati kif jixraq. Barra dan, l-EIGE ser jiżviluppa u jimplimenta “Proċedura ta’ Inventarju tal-EIGE” ħalli jiżgura l-ġestjoni xierqa tal-assi tagħna. Il-proċedura ddokumentata għandha tidħol fis-seħħ mal-firma ta’ deċiżjoni mid-Direttur matul l-aħħar kwart tal-2012. L-istima tal-ispiżi ta’ kompetenza ser tittejjeb.

14.

L-Istitut jaqbel. Il-pjan ta’ azzjoni tal-EIGE ġie adottat u qed jiġi implimentat. Il-Qorti ser tkun informata bil-progress magħmul qabel il-missjoni tagħha li jmiss f’Vilnius.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/104


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità

2012/C 388/18

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem "l-Awtorità"), li tinsab fi Frankfurt, kienet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha u li tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta’ poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta’ skemi tal-pensjonijiet (2). L-Awtorità ġiet stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Awtorità, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Awtorità, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżigu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Awtorità (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. Huma għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-Awtorità mill-predeċessur tagħha l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għal Awtorità Ewropea.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

L-impenji tal-Awtorità ammontaw għal EUR 6 579 663 jew 62 % tal-baġit għall-2011. Ir-rati ta’ impenn kienu baxxi speċjalment għat-Titolu II "Nefqa amministrattiva" (60 %) u t-Titolu III "Nefqa operazzjonali" (12 %). Dan kellu impatt fuq l-objettivi tal-Awtorità fir-rigward tal-IT li ma ntlaħqux kompletament.

13.

Il-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 ammonta għal EUR 10,7 miljun. Skont l-Artikolu 62(1) tar-Regolament li hija Msejsa Fuqu, 55 % tal-baġit għall-2011 kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA u 45 % mill-baġit tal-Unjoni. Fit-tmiem l-2011 l-Awtorità rreġistrat riżultat pożittiv fil-baġit ta’ EUR 2,8 miljun. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha, l-ammont sħiħ imbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala passiv lejn il-Kummissjoni Ewropea.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AWTORITÀ

14.

Is-sistema ta' kontabilità tal-Awtorità għad trid tiġi vvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabilità, kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju.

KUMMENTI OĦRA

15.

Il-proċeduri tal-akkwist ivverifikati ma kinux konsistenti kompletament mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Għal ħames każijiet ta’ xiri ta’ tagħmir tal-IT (ammont totali ta’ EUR 160 117) il-kriterji tal-għotja applikati ma ġewx stabbiliti minn qabel u ma ġie ffirmat ebda kuntratt bil-miktub. F’każ ieħor relatat mas-servizzi ta’ reklutaġġ (EUR 55 000), il-kriterji tal-għotja ma ġewx applikati sew. L-Awtorità għandha tiżgura li l-kuntratti l-ġodda kollha jingħataw f’konformità sħiħa mar-regoli tal-akkwist tal-UE.

16.

Jeħtieġ li l-Awtorità ttejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ: il-marki minimi għall-ammissjoni għal testijiet bil-miktub u intervisti jew għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati adatti, u l-mistoqsijiet għal testijiet orali u bil-miktub, ma kinux stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet, u ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra biex jinħatru l-bords tas-selezzjoni.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-28 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eiopa.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (Frankfurt am Main)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 26, 114, 290, 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Tistabbilixxi jew tassigura l-funzjonament tas-suq intern, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

Tħejji abozz ta’ standards tekniċi bħala xogħol preparatorju għal atti mhux leġislattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jissumplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ l-att leġislattiv jew meta jkun hemm bżonn ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti.

Il-kompetenzi tal-Awtorità

(Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi l-Awtorità, l-Artikolu (6), l-Artikolu 8 kompiti u setgħat)

L-objettivi

Tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha.

Il-kompiti

li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja;

li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

li tikkoopera mill-qrib mal-BERS;

li torganizza u twettaq analiżijiet tar-reviżjoni bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti;

li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha;

li twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;

li tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta’ poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta’ skemi tal-pensjonijiet;

li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjani ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli lid-detenturi ta’ poloz, lill-benefiċjarji u fl-Unjoni kollha;

li twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f'dan ir-Regolament jew f'atti leġislattivi oħra;

to li tippubblika fil-website tagħha, u taġġorna b'mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha;

li tieħu r-responsabbiltà, kif adatt, tal-kompiti kollha eżistenti u li għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (CEIOPS).

Il-governanza

(Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi l-Awtorità: l-Artikoli 40 - 44: Il-Bord tas-Superviżuri; l-Artikoli 45 - 47: Il-Bord Maniġerjali; l-Artikoli 48 - 50: Il-President; l-Artikoli 51 - 53: Id-Direttur Eżekuttiv)

Il-Bord tas-Superviżuri

Kompożizzjoni: Il-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f'kull Stat Membru Ewropew, il-President tal-Awtorità, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u Osservaturi.

Kompiti: il-korp prinċipali tal-Awtorità għat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Il-Bord Maniġerjali

Kompożizzjoni: Il-President tal-Awtorità, sitt rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea.

Kompiti: Gwardjan tal-missjoni tal-Awtorità u l-eżekuzzjoni tal-kompiti, is-setgħat baġitarji u l-pjan politiku dwar il-persunal u l-miżuri implimentattivi dwar il-Persunal.

Il-President tal-Awtorità

Jirrappreżenta l-Awtorità, iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri, imexxi l-laqgħat tal-Bords.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità

Jiżgura t-tmexxija tal-Awtorità u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-baġit; jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali, il-baġit, il-programm ta’ ħidma.

Il-Kumitat tal-Kontroll tal-Kwalità

Kompożizzjoni: il-President Supplenti tal-Awtorità, 2 Membri tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv

Kompiti: jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni adatta tal-proċeduri u d-deċiżjonijiet interni.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2011

Il-Baġit Finali

L-Approprjazzjonijiet tal-Baġit Finali EUR 10,66 miljun

It-Tabella tal-Persunal

Il-Persunal Statutorju

46 awtorizzati fit-tabella tal-persunal, li minnhom 46 huma okkupati

It-tabella tal-persunal hija100 % mwettqa

L-Aġenti Kuntrattwali:

7 ppjanati fil-baġit, li minnhom 6 huma okkupati

L-Esperti Nazzjonali Ssekondati:

6 ppjanati fil-baġit, li minnhom 4 huma okkupati

It-Total: 56 membru tal-persunal

Il-prodotti u s-servizzi mogħtija fl-2011

Il-kompiti regolatorji

Il-Ħames Impatt Kwantitattiv;

11-il konsultazzjoni pubblika relatati ma’ oqsma differenti tal-attivitajiet tal-Awtorità (Assigurazzjoni u Pensjonijiet).

Il-kompiti superviżorji

Il-parteċipazzjoni tal-Awtorità fil-Kulleġġ tas-Superviżuri;

Pjan ta’ Azzjoni għall-Kulleġġi 2011.

Il-protezzjoni tal-konsumatur u l-innovazzjoni finanzjarja

Rapport dwar l-Inizjattivi dwar il-Litteriżmu u l-Edukazzjoni fil-Qasam Finanzjarju mill-awtoritajiet kompetenti.

Kontribut għar-reviżjoni mill-Kummissjoni tad-Direttiva dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni (IMD).

Il-kultura superviżorja komuni

3 seminars transsettorjali;

15-il seminar għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

L-iżvilupp ta’ metodoloġija għal 3 reviżjonijiet bejn il-pari.

L-istabbilità finanzjarja

2 Rapporti biannwali dwar l-Istabbilità Finanzjarja;

Test tal-istress 1 fl-Ewropa kollha għas-settur tal-assigurazzjoni;

Eżerċizzju satellita 1 li jivvaluta l-effetti tal-materjalizzazzjoni ta’ perjodu prolongat ta’ rati ta’ mgħaxijiet baxxi;

L-istabbiliment ta’ Tabella Operattiva tar-Riskji Pilota.

L-immaniġġar ta’ kriżijiet

Sett ta’ proċeduri interim għat-trattament ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza żviluppati mill-Awtorità flimkien mal-ESAs l-oħra żviluppati.

Qafas komprensiv għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jistabbilixxi fid-dettall il-proċessi li l-Awtorità se ssegwi fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħha fil-prevenzjoni u l-immaniġġar ta’ kriżijiet.

Ir-relazzjonijiet esterni

L-istabbiliment ta’ 2 Gruppi ta’ Partijiet Interessati, għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

Djalogi Regolatorji u Superviżorji mal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Kummissarji tal-Assigurazzjoni tal-Istati Uniti (NAIC), il-Kummissjoni Regolatorja tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina (CIRC), l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji Ġappuniża (FSA Ġappuniża), l-Assoċjazzjoni Latina-Amerikana ta’ Superviżuri tal-Assigurazzjoni (ASSAL), l-awtorità superviżorja kompetenti Brażiljana għas-settur tal-assigurazzjoni privata (SUSEP) u l-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Soċjali tal-Istati Uniti (FIO).

Membru tal-Assoċjazzjonji Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, inkluża sħubija f'kull Kumitat Eżekuttiv STOP.

3 rapporti ta’ ekwivalenza (l-Isvizzera, il-Bermuda, il-Ġappun).

Il-konferenzi / avvenimenti pubbliċi oħra fl-2011

3 konferenzi u avvenimenti (TIGS, Konferenza Annwali tal-EIOPA, Jum dwar Strateġija għall-Konsumatur).

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


IR-TWEĠIBIET TAL-AWTORITÀ

12.

Matul l-ewwel sena tal-EIOPA ir-rata ta’ eżekuzzjoni għat-Titolu II u t-Titolu III kienet tabilħaqq baxxa. Il-ħsieb wara dan ġej minn deċiżjoni importanti li ħa d-Direttur Eżekuttiv li ma jikkommettix (u ma jonfoqx) l-ammont ibbaġitjat għat-TI (30 % tal-baġit kollu tal-EIOPA), wara nuqqas ta’ orjentazzjoni strateġika mill-Bord ta’ Sorveljanza tal-EIOPA matul l-2011. Il-kumplessità tad-deċiżjonijiet li riedu jittieħdu kif ukoll l-implikazzjonijiet kbar li kien hemm ma ppermettewx l-allokazzjoni u l-infiq tal-approprjazzjonijiet relatati. Id-deċiżjoni strateġika meħtieġa ttieħdet mill-Bord ta’ Sorveljanza tal-EIOPA fi Frar 2012. Il-proġett issa beda jiffunzjona, u qed jaħdem b’tali mod li jippermetti konformità sħiħa u fil-ħin mal-għanijiet u l-objettivi tiegħu.

13.

L-EIOPA tagħraf li r-Regolament Finanzjarju jeħtieġ li l-bilanċ pożittiv jitniżżel bħala spiża fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea filwaqt li r-Regolament ta’ Bażi jipprovdi għal kontribuzzjonijiet baġitarji mill-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA wkoll. L-EIOPA flimkien mal-Aġenzija dipendenti tagħha l-ESAs laħqet ftehim mal-Kummissjoni Ewropea biex iġġib id-distribuzzjoni tal-bilanċ pożittiv konformi mar-Regolament ta’ Bażi.

14.

Il-kumment tal-Qorti ġie kkonsidrat u l-Uffiċjal tal-Kontabilità ser jieħu l-passi meħtieġa biex iwettaq il-proċess ta’ validazzjoni fl-2012.

15.

L-EIOPA ħadet il-passi neċessarji kollha fl-2011 biex tilħaq ftehim mal-OLAF. Il-kumment tal-Qorti għandu jitneħħa.

16.

L-Awtorità qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tassigura li fil-futur il-kuntratti jingħataw b’konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju. Ġie rreklutat uffiċjal tal-akkwisti.

17.

L-Awtorità ħadet nota tal-kumment tal-Qorti u l-proċeduri ta’ reklutaġġ se jiġu mtejba aktar.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/110


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Istitut

2012/C 388/19

INTRODUZZJONI

1.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn hawn ’il quddiem "l-Istitut"), li jinsab f’Budapest, inħoloq permezz tar-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-għan tal-Istitut huwa li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. L-Istitut jagħmel għotjiet lil "Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni", li jikkollegaw flimkien is-setturi tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-kummerċ u b’hekk jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-intraprenditorjat (2).

2.

Il-Kummissjoni tat awtonomija finanzjarja lill-Istitut fit-8 ta’ Ġunju 2011. Għalhekk il-perjodu ta’ verifika għas-sena finanzjarja 2011 huwa mit-8 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2011.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istitut. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Istitut, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

5.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Istitut, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Istitut u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

7.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżigu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Istitut jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

8.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Istitut (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit tal-Istitut għall-perjodu vverifikat ta’ awtonomija finanzjarja (ara l-paragrafu 2) kienet baxxa. Meta l-pagamenti jiġu mqabbla mal-approprjazzjonijiet impenjati, ir-rata kienet ta’ 56 % għat-Titolu I (nefqa fuq il-persunal), 30 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva)u 11 % għat-Titolu III (nefqa operazzjonali).

14.

Ftehimiet dwar għotjiet li rriżultaw f’pagamenti fl-2011 kienu ffirmati sistematikament mill-Kummissjoni Ewropea (Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura) u l-Istitut wara li l-parti l-kbira tal-attivitajiet kienu diġà ġew implimentati. Bejn Settembru u Diċembru 2011, l-Istitut għamel pagamenti finali (12) li ammontaw għal EUR 4,2 miljun, relatati ma’ tliet ftehimiet ta’ għotjiet li ġew iffirmati ferm wara li nbdew l-attivitajiet (13). Din hija problema f’termini ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Istitut.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-28 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fl-10 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eit.europa.eu.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  Pagamenti minn qabel kienu saru mill-Kummissjoni Ewropea.

(13)  F’każ wieħed, il-kuntratt ġie ffirmat 14-il jum qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 13-il xahar.


ANNESS

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (Budapest)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kondizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

Għal dan il-għan, skont is-sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-azzjoni tagħhom għandha tfittex li:

tħaffef l-adattament tal-industrija għal bidliet strutturali,

tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp tal-impriżi fi ħdan l-Unjoni kollha, partikolarment ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju,

tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-koperazzjoni bejn l-impriżi,

tikkoltiva l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politika ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku.

Il-kompetenzi tal-Istitut

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 294/2008)

L-għanijiet

L-għan tal-Istitut huwa li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Komunità. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi u jintegra edukazzjoni superjuri, riċerka u innovazzjoni u tal-ogħla standards.

Il-kompiti

Sabiex jikseb l-għan tiegħu, l-Istitut għandu:

(a)

jidentifika l-oqsma prijoritarji tiegħu;

(b)

iqajjem kuxjenza fost organizzazzjonijiet imsieħba potenzjali u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tiegħu;

(c)

jagħżel u jinnomina KKI fl-oqsma prijoritarji u jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bi ftehim; jipprovdihom bl-appoġġ meħtieġ; japplika l-miżuri meħtieġa ta’ kontroll tal-kwalità; kontinwament jissorvelja u perjodikament jevalwa l-attivitajiet tagħhom; u jiżgura livell adegwat ta’ koordinazzjoni bejniethom;

(d)

jimmobilizza fondi minn sorsi pubbliċi u privati u juża r-riżorsi tiegħu skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari huwa għandu jfittex li jgħaqqad proporzjon sinifikanti, u li jiżdied, tal-baġit tiegħu minn sorsi privati u minn dħul ġenerat mill-attivitajiet tiegħu stess;

(e)

iħeġġeġ ir-rikonoxximent fl-Istati Membri ta’ lawrji u diplomi li jkunu ġew mogħtija minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri li huma organizzazzjonijiet imsieħba, u li jistgħu jiġu indikati bħala lawrji u diplomi tal-EIT;

(f)

jippromwovi d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika għall-integrazzjoni tat-trijanglu tal-konoxxenza sabiex jiżviluppa kultura komuni ta’ innovazzjoni u ta’ trasferiment tal-konoxxenza;

(g)

ifittex li jsir korp ta’ klassi dinjija għall-eċċellenza fl-edukazzjoni superjuri, fir-riċerka u fl-innovazzjoni;

(h)

jiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn l-attivitajiet tal-Istitut u programmi Komunitarji oħrajn.

It-tmexxija

Il-Bord tat-Tmexxija

Kompożizzjoni:

Il-Bord tat-Tmexxija (BT) tal-Istitut jikkonsisti minn 18-il membru maħtur li jipprovdi bilanċ bejn esperjenza u eċellenza fin-negozju, fl-edukazzjoni superjuri u fir-riċerka, u erba’ membri rappreżentattivi proposti mill-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI). Kif previst fir-Regolament, l-erba’ membri rappreżentattivi identifikati mill-KKI ngħaqdu mal-Bord fl-2011. Il-Kummissjoni Ewropea hija osservatur.

Il-kompiti:

Il-Bord tat-Tmexxija huwa responsabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tal-Istitut, għas-selezzjoni, in-nomina u l-evalwazzjoni tal-KKI, u għad-deċiżjonijiet strateġiċi l-oħrajn kollha.

Il-Kumitat Eżekuttiv

Kompożizzjoni:

Il-Kumitat Eżekuttiv huwa magħmul minn ħames membri tal-BT, fosthom il-President u l-Viċi-President. Huwa ppresjedut mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

Il-kompiti:

Il-Kumitat Eżekuttiv jissorvelja t-tmexxija tal-Istitut u jieħu d-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa bejn il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

Id-Direttur

Maħtur minn u responsabbli għall-Bord tat-Tmexxija għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja; ir-rappreżentant legali tal-Istitut.

Is-Sur Jose Manuel Leceta kien maħtur fid-19 ta’ Mejju 2011.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2011

Il-Baġit Finali

EUR 65,85 miljun (L-Istitut ingħata awtonomija finanzjarja fit-8 ta’ Ġunju 2011, u l-baġit kien jiġi implimentat mill-Kummissjoni Ewropea sa dik id-data.)

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Awtorizzati: 52 (35)

Okkupati: 40 (24)

Karigi oħra: 0 (0)

Total: 40 (24), assenjati għall-karigi li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 19 (10)

kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 21 (14)

Il-prodotti u s-servizzi mogħtija fl-2011

Parteċipazzjoni tal-President tal-Bord tat-Tmexxija fil-laqgħa tal-Kunsill Kompetittività Informali tat-12 ta’ April 2011.

Organizzazzjoni tal-ewwel konferenza tal-partijiet interessati “Il-Viżjoni tal-EIT għall-Futur” f’Budapest (HU) fl-14 ta’ April 2011.

Preżentazzjoni tal-Abbozz ta’ Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tal-Istituzzjoni (ASI) lill-Kummissjoni Ewropea fil-15 ta’ Ġunju 2011.

Parteċipazzjoni tad-Direttur tal-Istitut fl-avveniment ‘Ħbieb tal-EIT’ ospitat mill-Parlament Ewropew u l-Kummissarju Vassiliou u s-CEOs tal-KKI fil-21 ta’ Settembru 2011.

Organizzazzjoni tal-ewwel konferenza “Iż-Żgħażagħ u l-Intraprenditorjat” fi Kraków (PL) fl-20-21 ta’ Ottubru 2011, b’200 parteċipant.

Tnedija tal-Forum tal-EIT mal-KKI (pjattaforma li ġiet maħluqa biex jiġi stabbilit djalogu regolari bejn id-Direttur tal-Istitut u s-CEOs tal-KKI). L-ewwel Forum sar f’Budapest fil-11 ta’ Novembru 2011.

Kontribut konġunt mill-President tal-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut, id-Direttur tal-Istitut u s-CEOs tal-KKI fl-Ewwel Konvenzjoni dwar l-Innovazzjoni organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, 5-6 ta’ Diċembru 2011. In-numru ta’ msieħba tal-KKI żdied b’mod konsistenti, minn 75 fl-2010 għal madwar 400 fl-2012. Il-kontribuzzjoni totali tal-Istitut hija ta’ madwar EUR 160 miljun (kemxejn inqas minn 25 % tal-baġit total ital-KKI) għall-perjodu 2010-2012. Xi riżultati ewlenin li nkisbu mill-KKI fl-2010 u l-2011 jinkludu dawn li ġejjin:

KKI Klima (Climate KIC): entità legali, strutturata finanzjarment, b’tim ta’ ġestjoni mmexxi minn CEO, u ħames kolokazzjonijiet u sitt ċentri reġjonali ta’ innovazzjoni stabbiliti. Fost attivitajiet oħra, il-KKI nediet ukoll il-Contextual Learning Journey Summer School, b’50 parteċipant fl-2010 u 70 parteċipant fl-2011; portafoll ta’ 12-il proġett ta’ Innovazzjoni u 4 proġetti li jiftħu toroq ġodda; il-programm ‘Pijunieri għall-Prattika’.

EIT ICT Labs: entità legali, strutturata finanzjarment, b’tim ta’ ġestjoni mmexxi minn CEO, u ħames kolokazzjonijiet. Fost attivitajiet oħra, hija nediet Skola tal-Imgħallma (Master School) bbażata fuq seba’ speċjalizzazzjonijiet tekniċi superjuri u waħda minuri fl-Innovazzjoni u l-Intraprenditorjat; Skejjel tas-Sajf li fihom attendew 368 student; Sistema ta’ Sostenn għall-Intraprenditorjat f’kull punt nodali; 19-il kumpanija mħarrġa, inklużi 4 ġodda li kienu għadhom kemm infetħu u li ngħataw mill-KKI; 5 prodotti u servizzi potenzjali ġodda.

KKI InnoEnerġija (KIC InnoEnergy): entità legali, strutturata finanzjarment, b’tim ta’ ġestjoni mmexxi minn CEO, u sitt kolokazzjonijiet. Fost attivitajiet oħra, hija nediet 4 programmi ta’ Maġistru fix-Xjenzi and 3 Eżekuttivi b’155 student; tat 120 boroż ta’ studju; nediet portafoll ta’ 35 proġett ta’ innovazzjoni f’sitt oqsma tematiċi, b’45 industrija involuti; ippreżentat 82 Pjanijiet ta’ Negozji għal proġetti ġodda; rawmet 27 kumpanija; identifikat minn qabel 56 privattiva; irreġistrat 7 privattivi ġodda; implimentat 45 proċess relatati ma’ teknoloġiji tal-KKI f’29 SMEs; 20 prodott u servizz potenzjali.

L-ewwel stejjer ta’ suċċess idderivati mill-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-KKI.

129 332 żjarat uniċi lill-websajt (138 072)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Istitut.


IT-TWEĠIBA TAL-ISTITUT

14.

Teżisti distribuzzjoni staġjonali tal-ispejjeż b’mod partikolari fir-rigward ta’ għotjiet. Fil-bidu tas-sena ġew konklużi ftehimiet ta’ għotjiet, u konsegwentement il-ħlasijiet ta’ pre-finanzjament saru qabel l-awtonomija finanzjarja tal-Istitut. Peress li l-għotjiet jirrappreżentaw madwar 90 % tal-baġit tal-Istitut, l-impatt tagħhom fuq l-implimentazzjoni tal-baġit huwa sinifikanti. Ir-rati ta’ implimentazzjoni huma ferm ogħla għas-sena kalendarja kollha milli għall-perjodu ta’ verifika tal-awtonomija finanzjarja. Madankollu, sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-baġit, l-Istitut introduċa rappurtar ta’ kull xahar dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u proċess ta’ reviżjoni għall-valutazzjoni fid-dettal tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-programm ta’ ħidma tal-EIT, b'hekk jiġu fformulati azzjonijiet korrettivi u ta’ riorjentazzjoni kif meħtieġ, matul is-sena.

Kummenti oħra

L-EIT jirrikonoxxi l-kumment tal-Qorti u huwa impenjat li jnaqqas il-lakuna bejn id-data tal-bidu tal-ftehimiet ta’ għotjiet u d-data tal-firma. Il-lakuna tnaqqset mill-2010 sal-2012 (jiġifieri l-ftehim ta’ għotja tal-2012 kien iffirmat f’Marzu u f’April mal-KICs). Sadanittant, l-EIT, f’kooperazzjoni mal-KICs, stabbilixxa pjan direzzjonali, inkluż il-ħruġ ta’ mudelli għall-pjan u r-rapporti kummerċjali, li ser iwassal għall-firma tal-ftehimiet ta’ għotjiet tal-2013 kmieni fl-2013 (jiġifieri f’Jannar).


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/116


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/20

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem "l-Aġenzija" jew l-“EMA”), li tinsab f'Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, li ġie sostitwit mir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-Aġenzija topera permezz ta’ netwerk u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-evalwazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew użu veterinarju (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-rapporti finanzjarji (4) u fir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 9,6 miljun ġew riportati għall-2012 għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), li jirrappreżentaw 29 % tal-baġit it-Titolu II. Approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 10,3 miljun ġew riportati għall-2012 għat-Titolu III (nefqa operazzjonali), li jirrappreżentaw 34 % tal-baġit it-Titolu III (12). Dan il-livell ta’ ammonti riportati huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju tal-annwalità.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

13.

Fl-2011 l-Aġenzija żiedet l-pakkett finanzjarju ta’ kuntratt qafas irregolari għal servizzi tal-IT konkluż fl-2009 li għalih il-Qorti kienet ikkwalifikat l-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet 2009 tal-Aġenzija. Il-limitu massimu oriġinali tal-kuntratt kien ta’ EUR 30 miljun. Fl-2011 dan ġie miżjud b’mod irregolari b’EUR 8 miljun u ġew iffirmati kuntratti speċifiċi għal ammont ta’ EUR 8,1 miljun, li wassal għal pagamenti irregolari u imposti dovuti fl-2011 li jammontaw għal EUR 3,6 miljun. Il-proġett tal-IT għadu għaddej u fl-2011 l-Aġenzija bdiet tħejji kuntratt qafas ġdid.

14.

Hemm ambitu għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri tal-akkwist fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-volumi stmati tal-kuntratt u d-definizzjoni, il-pubblikazzjoni u l-applikazzjoni ta’ kriterji tal-għażla.

KUMMENTI OĦRA

15.

Il-Qorti identifikat ħtieġa għal titjib tat-trasparenza tal-proċeduri tal-għażla tal-persunal. Il-membri tal-Bord ta’ Għażla mhux dejjem ikkompletaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta’ kunflitt ta’ interessi, jew inkella ma għamlux dan f’waqtu, u ma kien hemm l-ebda evidenza li ttieħdet xi azzjoni biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma minn dawn id-dikjarazzjonijiet. Id-dokumentazzjoni tal-proċedimenti tal-Bord ta’ Għażla mhux dejjem kienet adegwata u ma hemm l-ebda evidenza ta’ kif ġie stabbilit il-metodu ta’ kif il-kandidati għandhom jiddaħħlu fil-lista ristretta u li l-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub jew l-intervisti ġew stabbiliti qabel l-eżamijiet.

16.

Bħalma ġara f’rapporti preċedenti, il-Qorti nnutat il-ħtieġa li tiddaħħal sistema ta’ remunerazzjoni għas-servizzi mogħtija minn awtoritajiet tal-Istati Membri bbażata fuq l-ispejjeż reali tagħhom.

17.

Il-Qorti wettqet verifika li kellha l-għan li tevalwa l-politiki u l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi għal erba’ Aġenziji Ewropej, inkluża l-EMA. Ir-riżultati tal-verifika huma ppreżentati f’dokument separat (ir-Rapport Speċjali Nru 15/2012).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  (ĠU L 214, 24.8.1993, p. 1) u (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1). Skont ir-Regolament imsemmi l-aħħar, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali, ġie mibdul għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002, (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29/06/2012 u rċevuti mill-Qorti fit-02/07/2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.ema.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  Iċ-ċifri ppreżentati għat-Titolu III jeskludu r-riport (EUR 18,3 miljun) ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-evalwazzjoni ta’ prodotti mediċinali (EUR 71,9 miljun, il-linja baġitarja 3010), li għalihom ir-riport huwa ġustifikat minħabba n-natura tal-pagamenti lill-awtoritajiet nazzjonali.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-ġbir ta’ informazzjoni

Il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni.

L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

L-objettivi

Tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija biex issir l-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju.

Tipprovdi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’pariri xjentifiċi dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew veterinarju.

Il-kompiti

Tikkoordina l-valutazzjoni xjentifika tal-prodotti mediċinali li huma suġġetti għal proċeduri tal-awtorizzazzjoni għall-“marketing” tal-Unjoni.

Tikkoordina l-monitoraġġ ta’ prodotti mediċinali li ġew awtorizzati fl-Unjoni (Farmakoviġilanza).

Tagħti pariri dwar il-limiti massimi għar-residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji li jistgħu jiġu aċċettati fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

Tikkoordina l-verifika (verifikazzjoni) tal-osservanza tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-manifattura, prattika tajba tal-laboratorju u prattika tajba klinika.

Tirreġistra l-istat tal-awtorizzazzjonijiet għall-“marketing” għall-prodotti mediċinali.

It-tmexxija

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP), magħmul minn membru wieħed u membru sostitut minn kull Stat Membru u ħames membri kooptjati, jagħti pariri dwar kwalunkwe kwistjoni dwar il-valutazzjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP), magħmul minn membru wieħed u membru sostitut minn kull Stat Membru, jagħti pariri dwar kwalunkwe kwistjoni dwar il-valutazzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji.

Il-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali Orfni (COMP), magħmul minn membru wieħed u altern membru sostitut minn kull Stat Membru, jagħti pariri dwar kwalunkwe kwistjoni dwar il-valutazzjoni ta’ prodotti mediċinali orfni.

Il-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali mill-Ħxejjex – (HMPC), magħmul minn membru wieħed u membru sostitut minn kull Stat Membru u ħames membri koptjati, jagħti pariri dwar kwalunkwe kwistjoni dwar il-valutazzjoni ta’ prodotti mediċinali mill-ħxejjex.

Il-Kumitat Pedjatriku – (PDCO), magħmul minn membru wieħed u membru sostitut minn kull Stat Membru, sitt membri u membri sostituti li jirrappreżentaw professjonisti tal-kura tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, huwa responsabbli mill-valutazzjoni xjentifika u ftehim dwar pjanijiet ta’ investigazzjoni pedjatrika u għas-sistema ta’ rinunzji u diferimenti ta’ dawn.

Il-Kumitat għat-Terapiji Avvanzati (CAT), magħmul minn ħames membri tas-CHMP u l-(ħames) membri sostituti tagħhom, membru wieħed u membru sostitut minn kull Stat Membru, żewġ membri u membri sostituti li jirrappreżentaw lil dawk li jmexxu l-kliniki, żewġ membri u żewġ membri sostituti li jirrappreżentaw l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, huwa responsabbli minn kull kwistjoni relatata mal-valutazzjoni tal-prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u ċertifikazzjoni u klassifika ATMP.

Il-Bord Amministrattiv huwa magħmul minn membru wieħed u membru sostitut minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, żewġ rappreżentanti maħtura mill-Parlament Ewropew, żewġ rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti, rappreżentant wieħed mill-organizzazzjonijiet tat-tobba u rappreżentant wieħed mill-organizzazzjonijiet tal-veterinarji. Il-Bord jadotta l-programm ta’ xogħol u r-rapport annwali.

Id-Direttur Eżekuttiv huwa maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-verifika interna, is-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern tal-Kummissjoni (IAS).

Il-Kapaċità tal-Awditjar (Verifika) Intern, is-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern tal-EMA (IAC).

Il-verifika esterna, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA).

L-awtorità ta’ kwittanza, il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 208,863 miljun (1) (208,387); kontribuzzjoni tal-Unjoni 13,4 % (2) (13,6 %  (3))

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

567 (567) prevvisti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 552 (546)

177 (152) membri oħra tal-persunal (aġenti b’kuntratt, esperti nazzjonali ssekondati, persunal tal-aġenzija tal-impjiegi)

Total tal-persunal: 728 (698), li jwettqu l-kompiti li ġejjin: operazzjonali: 584 (556), amministrattivi 144 (142)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

Il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni: 100 (91)

Opinjonijet favorevoli: 87 (51)

Żmien medju ta’ evalwazzjoni: 178 jum (167)

Opinjonijet wara l-awtorizzazzjoni: 4 982(3 154)

Farmakoviġilanza (rapporti dwar effetti mhux mixtieqa mill-mediċini, minn pajjiżi taż-ŻEE u mhux taż-ŻEE għal proċeduri ċentralizzati ta’ awtorizzazzjoni): 362 231 rapport (302 362)

Rapporti perjodiċi għall-aġġornament dwar is-sigurtà: 583 (559)

Pariri xjentifiċi finalizzati: 430 (322)

Proċeduri ta’ Rikonoxximent Reċiproku u Proċeduri Deċentralizzati: mibdija 6 401(21 433); mitmuma 6 715(11 100)

Applikazzjonijiet għal pjanijiet ta’ investigazzjoni pedjatrika: 187 (326) relatati ma’ 220 (403) indikazzjoni

Il-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni: 11 (18)

Applikazzjonijiet fir-rigward ta’ varjanti: 287 (162)

L-ispezzjonijiet

Spezzjonijiet: 449 (300)

Il-Prodotti Mediċinali mill-Ħxejjex

Monografi erbali: 20 (19)

Lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom: 0 (3)

Il-Prodotti Mediċinali Orfni

Applikazzjonijiet: 166 (174)

Opinjonijiet favorevoli: 111 (123)

L-SMEs

Rikjesti għal status ta’ SME 433 (251)

Applikazzjonijiet għat-tnaqqis ta’ tariffi jew diferimenti 350 (161)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


(1)  Dan huwa l-baġit finali, mhux ir-riżultat reali mill-kontijiet baġitarji.

(2)  Dan huwa l-perċentwal tal-kontribuzzjoni bbaġitjata tal-UE (mingħajr il-kontribuzzjoni speċjali għal tnaqqis tat-tariffi tal-prodotti mediċinali orfni u mingħajr l-użu tal-bilanċ pożittiv n-2 mill-awtorità baġitarja) meta mqabbel mal-baġit finali.

(3)  Dan huwa l-perċentwal tal-kontribuzzjoni bbaġitjata tal-UE (mingħajr il-kontribuzzjoni speċjali għal tnaqqis tat-tariffi tal-prodotti mediċinali orfni u mingħajr l-użu tal-bilanċ pożittiv n-2 mill-awtorità baġitarja) meta mqabbel mal-baġit finali.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

Matul l-aħħar snin l-Aġenzija għamlet kull sforz biex tnaqqas il-livell tagħha tal-ammont miġjub 'il quddiem għal livell aċċettabbli, jiġifieri 30 % għat-Titolu 2 u 3 ġenerali, u fil-fatt kisbet tnaqqis kontinwu. Peress li l-operazzjonijiet tal-Aġenzija huma ta’ natura multiannwali u mhumiex marbutin mas-sena kalendarja, ma jistax jiġi evitat ċertu livell ta’ ammonti miġjuba 'l quddiem.

13.

Kif ġie spjegat fid-dettall fit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-osservazzjonijiet ta’ kwittanza tal-2009, l-Aġenzija tqis li l-kuntratt qafas tal-IT ma kienx irregolari. Għaldaqstant, l-estensjoni tal-kuntratt qafas titqies ukoll li mhijiex irregolari.

14.

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti u aġġornat il-proċeduri tagħha bil-ħsieb ta’ trasparenza u dokumentazzjoni.

15.

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti u aġġornat il-proċeduri tagħha bil-ħsieb ta’ trasparenza u dokumentazzjoni fil-ħin.

16.

Fl-2009 ġiet ippreżentata proposta għal sistema ta’ pagament ġdida lill-Bord ta’ Tmexxija iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim. Il-Bord ta’ Tmexxija ser jintalab biex japprova pjan ta’ azzjoni ġdid fil-laqgħa li għandha ssir f’Ottubru 2012. Peress li kwalunkwe sistema ta’ ħlasijiet ġdida ser tenħtieġ tibdil tal-leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ser tiġi avviċinata biex tintegra s-suġġett fir-reviżjoni ppjanata tagħha tar-regolament dwar ħlasijiet tal-Aġenzija.

17.

It-tweġibiet tal-Aġenzija għar-riżultati ta’ din il-verifika ser jiġu ppubblikati flimkien mar-Rapport Speċjali.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/123


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru

2012/C 388/21

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn 'il quddiem “iċ-Ċentru”), li jinsab f'Lisbona, twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 (1). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jiġbor, janalizza u jxerred data dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga sabiex jipprepara u jippubblika informazzjoni li hija oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u komparabbli. L-informazzjoni hija intenzjonata biex tipprovdi bażi għall-analiżi tad-domanda għad-droga u l-modi biex titnaqqas, u kif ukoll b'mod ġenerali, fenomeni assoċjati mas-suq tad-droga (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa supplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b'dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (10) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-Qorti identifikat 51 każ b'valur totali ta’ EUR 90 053 li fihom approprjazzjonijiet riportati għall-2012 ma kinux relatati ma’ impenji legali eżistenti u għalhekk kien imisshom ġew diżimpenjati u mħallsa lura lill-Kummissjoni. Madankollu ċ-Ċentru beda l-proċess tard wisq. Konsegwentement, minħabba restrizzjonijiet imposti mis-sistema tal-IT, il-fondi se jiġu bblokkjati għal sena u se jiġu diżimpenjati u mħallsa lura fi tmiem l-2012 biss.

13.

Bħalissa ċ-Ċentru għandu l-ispiża annwali ta’ madwar EUR 275 000 għal spazju tal-uffiċċji mhux okkupat fil-bini preċedenti tiegħu u fil-Kwartieri Ġenerali l-ġodda. F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Awtoritajiet Nazzjonali, iċ-Ċentru għandu jkompli jfittex soluzzjonijiet adegwati għall-ispazju tal-uffiċċji mhux okkupat.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAĊ-ĊENTRU

14.

Iċ-Ċentru għadu ma adottax u ma implimentax politika tat-teżor biex inaqqas u jifrex ir-riskju finanzjarju filwaqt li jimmira lejn redditi adegwati.

15.

Iċ-Ċentru għadu ma adottax politika komprensiva dwar eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet mill-proċessi u l-proċeduri stabbiliti (12).

KUMMENTI OĦRA

16.

Hemm lok għal aktar titjib tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Il-mistoqsijiet għat-testijiet orali u bil-miktub ma ġewx stabbiliti qabel ma l-applikazzjonijiet ġew eżaminati mill-bord ta’ għażla.

17.

Il-fajls tal-akkwist taċ-Ċentru ma kinux dejjem kompluti u organizzati b'mod adegwat (13).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 36, 12.2. 1993, p. 1. Dan ir-Regolament u l-emendi tiegħu kienu mħassra bir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-21 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fis-17 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.emcdda.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  L-Istandard ta’ Kontroll Intern Nru 8.

(13)  Kienu nieqsa bosta dokumenti relevanti bħall-istima ta’ valuri tal-kuntratt u ittri lil offerenti li l-offerta tagħhom ma ntgħażlitx.


ANNESS

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Lisbona)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 168 u 114 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

Il-kompetenzi taċ-Ċentru

(Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006)

L-objettivi

Li jipprovdi lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha b'informazzjoni fattwali, oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u komparabbli fil-livell tal-Unjoni rigward id-droga, id-dipendenza fuq id-droga u l-konsegwenzi tagħhom.

Iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ għandu jiffoka fuq dawn l-oqsma ta’ prijorità:

1)

il-monitoraġġ tal-istat tal-problema tad-droga, u xejriet li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari dawk li jinvolvu l-użu ta’ drogi differenti flimkien;

2)

il-monitoraġġ tas-soluzzjonijiet u l-provvista ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki;

3)

l-evalwazzjoni tar-riskji ta’ sustanzi psikoattivi ġodda u t-tħaddim ta’ sistema ta’ informazzjoni rapida;

4)

l-iżvilupp ta’ għodda u strumenti biex tkun iffaċilitata l-ħidma tal-Istati Membri fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-linji politiċi (tal-politika) nazzjonali tagħhom u l-ħidma tal-Kummissjoni fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-Unjoni.

Id-dmirijiet

Ġbir u analiżi ta’ data;

Titjib fil-metodi ta’ komparabbiltà tad-data;

Disseminazzjoni ta’ data;

Kooperazzjoni ma’ korpi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali u ma’ pajjiżi barra l-Unjoni.

Identifikazzjoni ta’ żviluppi ġodda u tendenzi li qed jinbidlu.

It-tmexxija

Il-Bord ta’ Ġestjoni

Magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u żewġ esperti indipendenti, nominati mill-Parlament Ewropew, li jkunu partikolarment infurmati fil-qasam tad-droga.

Jadotta l-programm ta’ ħidma, il-baġit u r-rapport ġenerali dwar l-attivitajiet. Huwa jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali.

Il-Kumitat Eżekuttiv

Il-kompożizzjoni

President tal-Bord ta’ Ġestjoni;

Viċi president tal-Bord ta’ Ġestjoni;

Żewġ membri oħra eletti mill-Bord ta’ Ġestjoni li jirrappreżentaw l-Istati Membri;

Żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni;

Id-Direttur

Maħtur mill-Bord ta’ Ġestjoni fuq proposta tal-Kummissjoni.

Il-Kumitat Xjentifiku

Jagħti opinjonijiet. Huwa magħmul minn mhux aktar minn ħmistax-il xjentist magħrufa sew, maħtura in vista tal-eċċellenza xjentifika tagħhom mill-Bord ta’ Ġestjoni wara sejħa ta’ espressjoni ta’ interess. Il-Bord ta’ Ġestjoni jista' jaħtar ukoll panel ta’ esperti għall-Kumitat Xjentifiku estiż għall-evalwazzjoni tar-riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-verifika interna

Is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2011 (2010)

Il-Baġit

EUR 16,27 miljun (EUR 15,90 miljun). Sussidju tal-Unjoni 94,63 % (94,34 %).

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

L-għadd ta’ karigi fit-tabella tal-persunal: 84 (84)

Il-karigi okkupati: 77 (78)

+ 27 (27) membru tal-persunal ieħor (esperti nazzjonali ssekondati, persunal b'kuntratt u sostituzzjonijiet temporanji)

Total tal-persunal: 104 (105)

Allokati lil

operazzjonali: 64 (63,5)

appoġġ amministrattiv u tal-IT: 28,5 (29,5)

imħallta: 11,5 (12)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

In-Netwerk

Iċ-Ċentru jmexxi netwerk kompjuterizzat għall-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni msejjaħ in-“Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga” (Reitox); dan in-netwerk jagħmel konnessjoni bejn in-netwerks nazzjonali ta’ informazzjoni dwar id-droga, ċentri speċjalizzati fl-Istati Membri u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu maċ-Ċentru.

Il-pubblikazzjonijiet

Ir-rapport annwali dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Ewropa; 22 (23) verżjoni lingwistika, pubblikazzjoni u websajt interattiva);

Kwistjonijiet magħżula 3 (3), EN;

Il-bullettin tal-istatistika u websajt interattiva li fiha 'l fuq minn 350 (350) tabella u 100 (100) graff;

Rapport ġenerali tal-attivitajiet - annwali, EN;

Il-bullettin Drugnet Europe - 4 ħarġiet, EN (4);

Drugs in Focus (Fokus fuq id-Drogi) (informazzjoni dwar il-politika) - 2 (0) ħarġiet;

Centre Scientific Monograph (Monografija Xjentifika taċ-Ċentru) - 0 (1), EN;

Centre Insights (Intuwizzjonijiet taċ-Ċentru) – 0 (0), EN;

Centre thematic papers (ktibiet tematiċi taċ-Ċentru) – 1 (1);

Pubblikazzjonijiet konġunti – 3: EN (l-ewwel); EN (it-tieni); AR, HR, RU (it-tielet), (3);

Profili tad-droga - 1 ġdid (3) u 17 aġġornati (14), DE, EN, FR;

Studji tekniċi u xjentifiċi, inklużi Artikli u sommarji xjentifiċi 39 (26);

Posters xjentifiċi: 2 (1);

Sistema ta’ ġbir, validazzjoni, ħażna u rkupru tad-data (Fonte).

Websajts oħrajn

Ir-riorganizzazzjoni/l-aġġornament/l-iżvilupp tal-kontenut tal-websajt pubblika taċ-Ċentru, inklużi:

Sinteżi tal-pajjiżi,

Prospetti tat-trattament tad-droga, profili ta’ prevenzjoni,

Database legali Ewropea dwar id-droga,

Bank tal-istrumenti ta’ evalwazzjoni,

Portal għall-aħjar prattika (skambju dwar l-azzjoni għat-tnaqqis tad-domanda għad-droga, tnaqqis tal-ħsara u moduli ta’ trattament),

Topic pages (paġni tematiċi),

Database tal-pubblikazzjonijiet.

Il-materjal promozzjonali

Il-materjali għall-konferenzi 1 EN (0);

Il-prodotti tal-midja: 13 (14)-il stqarrija għall-aħbarijiet (4 fi 23 lingwa) u 7 (9) skedi informattivi, EN; preżentazzjoni bil-Power Point 1 EN (23).

Parteċipazzjoni f'konferenzi internazzjonali, kif ukoll f'laqgħat tekniċi u xjentifiċi 245 (266).

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


IT-TWEĠIBIET TAĊ-ĊENTRU

12.

L-EMCDDA se jirrevedi l-proċess intern tiegħu biex jiżgura li, impenji pendenti li mhumiex marbuta ma’ obbligi legali jiġu diżimpenjati qabel l-aħħar tas-sena malajr kemm jista’ jkun u kemm jista’ jkun possibbli, fuq il-bażi ta’ informazzjoni disponibbli u prevedibbli f’dak iż-żmien.

13.

L-EMCDDA qed ikompli u jżid l-isforzi tiegħu f’dan il-qasam, f’konformità mal-osservazzjoni u r-rakkomandazzjoni tal-Qorti. Għal dan il-għan ittieħdu inizjattivi speċifiċi kemm mal-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Nazzjonali rilevanti.

14.

F’konformità mal-osservazzjoni tal-Qorti u b’referenza għall-miżuri prudenti li diġà ttieħdu biex inaqqsu r-riskju kkonċernat, l-EMCDDA se jistabbilixxi politika xierqa mmirata biex perjodikament tissorvelja l-evoluzzjoni possibbli ta’ dan ir-riskju.

15.

F’konformità mal-osservazzjoni tal-Qorti u b’referenza għall-proċeduri diġà stabbiliti, l-EMCDDA se jirrevedi l-politika tiegħu dwar eċċezzjonijiet biex b’mod espliċitu jkopri kwalunkwe eċċezzjoni li tirrifletti devjazzjoni minn kwalunkwe regola adottata formalment u fis-seħħ fl-EMCDDA.

16.

B’referenza għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, l-EMCDDA se jivvaluta l-possibbiltà ta’ definizzjoni aktar bikrija tal-mistoqsijiet għal testijiet orali u bil-miktub, billi jevalwa r-riskji possibbli, l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ miżura bħal din.

17.

Id-dokumenti li ma kinux fil-fajls li ġew verifikati ġew ipprovduti kif xieraq, kif mitlub. L-EMCDDA stabbilixxa listi ta’ kontroll speċifiċi għal fajls ta’ akkwist, biex ikompli jiżgura li d-dokumenti mitluba kollha jkunu inklużi u organizzati b’mod xieraq.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/129


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/22

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab f'Lisbona, twaqqfet bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll li tevalwa l-effettività tagħha (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-baġit 2011 tal-Aġenzija (12) ammonta għal EUR 56 miljun meta mqabbel ma’ EUR 51 miljun is-sena ta’ qabel. L-impenji tal-baġit li ammontaw għal EUR 0,9 miljun ma kinux relatati ma’ impenji legali eżistenti u l-Aġenzija missha diżimpenjat u ħallset l-ammont lura lill-Kummissjoni fil-bidu tal-2012. Madankollu, l-Aġenzija bdiet il-proċess tard wisq. B’konsegwenza, minħabba restrizzjonijiet imposti mis-sistema tal-IT, il-fondi se jkunu bblokkati għal sena u se jiġu diżimpenjati u mħallsa lura mhux qabel it-tmiem tal-2012.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

13.

Il-Qorti identifikat il-ħtieġa li tittejjeb il-ġestjoni tal-attivi tal-Aġenzja. Hemm differenzi mhux spjegati bejn id-deprezzament annwali u dak akkumulat irreġistrati. Għal attivi intanġibbli maħluqin internament, il-proċeduri u l-informazzjoni tal-kontabilità dwar l-ispejjeż mhumiex affidabbli. Hemm nuqqas ta’ evidenza ta’ inventarju fiżiku tat-tagħmir amministrattiv fil-perjodu meħtieġ.

14.

F’Diċembru 2011, l-Aġenzija biegħet żewġ settijiet ta’ sistemi sweeping arms għas-servizzi tal-irupru taż-żejt fil-baħar. Hija kellha l-għan li tikseb mill-inqas il-valur nett skont il-kotba għat-tagħmir li jammonta għal EUR 319 050. Madankollu, peress li l-prezz minimu kien iffissat ħażin f’valur inqas mill-valur nett skont il-kotba t-tagħmir inbigħ b’telf ta’ EUR 93 950.

KUMMENTI OĦRA

15.

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Il-limiti minimi li l-kandidati kellhom jiksbu sabiex jiġu mistiedna għal intervista, il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti u l-ippeżar korrispondenti għall-evalwazzjoni tal-kandidati ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-20 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.emsa.europa.eu.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  Skont it-tielet emenda tal-baġit datata 3.12.2011, li għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali; approprjazzjonijiet tas-sena attwali biss.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (Lisbona)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-politika tat-trasport komuni

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa għan-navigazzjoni marittima u tal-ajru.”

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolamenti (KE) Nru 1644/2003 u (KE) Nru 724/2004)

L-objettivi

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ġiet stabbilita bl-iskop tal-assigurazzjoni ta’ livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ u r-reazzjoni għal tniġġis minn vapuri fl-Unjoni.

L-Aġenzija tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika u xjentifika meħtieġa u b'livell għoli ta’ konnoxxenza, sabiex tgħinhom:

Jivverifikaw li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi applikata sewwa fil-qasam tas-sigurtà u s-sikurezza marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn vapuri;

Jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħha;

Jevalwaw l-effettività tal-miżuri stabbiliti.

Servizzi operazzjonali ġew żviluppati u offruti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis li joriġina minn vapuri fl-Unjoni u fil-qasam ta’ monitoraġġ tat-traffiku u s-sorveljanza marittima. Ġew żviluppati sistemi għas-sostenn tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relevanti (THETIS fil-qasam ta’ Kontroll mill-Istat tal-Portijiet, EMCIP fil-qasam tal-Investigazzjoni tal-Aċċidenti, STCW-IS fil-qasam tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, eċċ.).

Il-kompiti

Il-kompiti tal-Aġenzija huma kondiviżi b’mod wiesa’ f’erba’ oqsma ewlenin f’konformità mar-regolament li fuqu hija msejsa u l-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE. L-ewwel nett, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata, fost l-oħrajn, mal-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ vapuri, iċ-ċertifikazzjoni ta’ tagħmir marittimu, is-sikurezza tal-vapuri, it-taħriġ tal-baħrin u l-Kontroll mill-Istat tal-Portijiet.

It-tieni nett, l-Aġenzija tiżviluppa u topera kapaċitajiet ta’ informazzjoni marittima fil-livell tal-UE. Eżempji sinifikanti huma s-sistema ta’ traċċar ta’ bastimenti SafeSeaNet (SSN), għat-traċċar madwar l-UE ta’ bastimenti u l-merkanzija tagħhom, u inċidenti abbord; u ċ-Ċentru tad-Data LRIT tal-UE, biex jiġu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċar mad-dinja kollha ta’ vapuri li jtajru l-bandiera tal-UE.

B’mod parallel, kapaċità ta’ stat ta’ tħejjija, sejba u reazzjoni għal tniġġis tal-baħar, li tinkudi Netwerk Ewropew ta’ Riżerva ta’ Bastimenti ta’ Reazzjoni għal Tixrid taż-Żejt kif ukoll servizz Ewropew ta’ monitoraġġ bis-satellita dwar tixrid taż-żejt u s-sejba ta’ bastimenti (CleanSeaNet), tikkontribwixxi għal katina effettiva għall-protezzjoni tax-xtut u l-ilmijiet tal-UE mit-tniġġis minn vapuri.

Fl-aħħar nett, l-Aġenzija tipprovdi parir tekniku u xjentifiku lill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima u fil-prevenzjoni ta’ tniġġis minn vapuri fil-proċess kontinwu ta’ evalwazzjoni tal-effettività tal-miżuri fis-seħħ, u fl-aġġornament u fl-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni ġdida. Hija tipprovdi wkoll sostenn lil, u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn, l-Istati Membri u xxerred l-aqwa prattiki.

It-tmexxija

Il-Bord Amministrattiv

Il-kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti tal-Kummissjoni, u erba’ rappreżentanti, mingħajr id-dritt li jivvutaw, mis-setturi professjonali kkonċernati.

Il-kompiti

Li jadotta l-pjan ta’ politika tal-persunal multiannwali, il-baġit annwali, il-programm ta’ ħidma, ir-rapport annwali u pjan dettaljat għall-istat ta’ tħejjija u attivitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija, għat-tniġġis.

Li jissorvelja l-ħidma li ssir mid-Direttur Eżekuttiv.

Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi kandidat wieħed jew aktar.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

II-verifika interna

Is-Servizzi tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kapaċita tal-Verifika Interna tal-Aġenzija.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, waqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

L-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (C1)

EUR 56,4 (54,4) miljun

L-Approprjazzjonijiet ta’ Pagament (C1)

EUR 56,4 (50,6) miljun

Baġits emendatorji ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jkopru varjetà ta’ sorsi ta’ fondi, fejn C1 huwa prattikament is-sors esklussiv ta’ fondi. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza, huma kkwotati biss l-approprjazzjonijiet tal-baġit C1 li huma predominanti u għalhekk relevanti.

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Il-Persunal Statutorju

208 (200) awtorizzati fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 197 (196).

L-Aġenti b’Kuntratt:

29 (27) ippjanati fil-baġit, li minnhom okkupati: 25 (23).

L-Esperti Nazzjonali Ssekondati

15 (15) ippjanati fil-baġit, li minnhom okkupati: 15 (10).

Il-prodotti u s-servizzi 2011

51 Workshop u avvenimenti oħrajn (b’1 442 parteċipant fil-workshops)

27 sessjoni differenti ta’ taħriġ li rriżultaw f'713-il espert nazzjonali mħarreġ

90 spezzjoni u żjara

SSN kienet 99,28 % disponibbli matul is-sena

2 481 immaġni satellitari ordnati u analizzati permezz ta’ CleanSeaNet

Iċ-Ċentru tad-Data LRIT tal-UE 99,36 % disponibbli matul is-sena

16-il bastiment kontra t-tniġġis ikkuntrattati

64 eżerċizzju ta’ taħriġ u 26 eżerċizzju mal-bastimenti kontra t-tniġġis (13-il eżerċizzju operazzjonali u 13-il eżerċizzju ta’ notifika)

Is-Servizzi ta’ Sostenn Marittimi tal-EMSA joperaw fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum

THETIS 99,07 % disponibbli matul is-sena

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

L-Aġenzija se tanalizza l-proċeduri ta’ tmiem is-sena sabiex tiżgura li l-bilanċi pendenti fuq l-impenji li mhumiex marbuta ma’ obbligi legali eżistenti jiġu diżimpenjati qabel l-għeluq tas-sena. L-Uffiċjali Awtorizzanti għandhom struzzjonijiet biex jibdew il-proċedura ta’ diżimpenn hekk kif ikun hemm ċertezza li miżura mhijiex jew mhux se tiġi implimentata bis-sħiħ.

13.

Id-differenzi bejn deprezzament irreġistrat u kumulat kull sena ġew ikkawżati l-aktar minħabba proċeduri ta’ indeboliment u inklużjoni ta’ assi trasferiti minn partijiet terzi u diġà parzjalment deprezzati. Linji gwida għal assi intanġibbli ġġenerati internament qed jiġu aġġornati flimkien ma’ allokazzjoni ta’ infiq proprju bbażata fuq “miri speċifiċi aċċettati formalment” u l-perċentwal relatat tagħhom komplut. L-Aġenzija qed tagħmel inventarju fiżiku tal-assi tagħha inkluża verifika fiżika. Qed tippjana li tikkonkludi dan fit-tielet kwart tal-2012.

14.

Bejgħ pubbliku ta’ tagħmir APM użat huwa kunċett ġdid għall-EMSA. L-Aġenzija indikat bħala valur immirat il-valur nett skont il-kotba (il-kost tax-xiri bit-tnaqqis tad-deprezzament) iżda l-prezz finali kelli jiġi stabbilit mis-suq. Ġiet riċevuta offerta waħda biss li twassal għal bejgħ subottimali. Ġiet żviluppata proċedura biex tikkalkola u tivverifika il-valur deprezzat skont il-kotba, ibbażata fuq din l-ewwel esperjenza ta’ bejgħ.

15.

L-EMSA tapprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u għaldaqstant diġà aġġornat il-proċeduri tagħha ta’ reklutaġġ.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/135


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/23

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab f’Heraklion, inħolqot permezz tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), emendata mir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mir-Regolament (KE) Nru 580/2011 (3). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tevita u twieġeb għall-problemi ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq l-isforzi nazzjonali u tal-Unjoni (4).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (5) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (6) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (7) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (9) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (10) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (11), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (12) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (13).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixtħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Bħal fl-2010, il-baġit tal-Aġenzija ammonta għal EUR 8,1 miljun. L-implimentazzjoni tal-baġit tjiebet meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Madankollu t-total tal-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem għall-2012 ammonta għal EUR 1,1 miljun. Għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), ġew miġjuba ’l quddiem EUR 0,2 miljun (34 %) u għat-Titolu III EUR 0,8 miljun (33 %) (nefqa operazzjonali) f’approprjazzjonijiet. Dan il-livell għoli ta’ ammonti miġjuba ’l quddiem imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

13.

Il-Qorti identifikat il-ħtieġa li titjieb id-dokumentazzjoni tal-attivi fissi. Ix-xirjiet ta’ attivi fissi huma reġistrati fil-livell tal-fattura u mhux tal-partita. Meta bosta attivi ġodda huma koperti minn fattura waħda waħidha, hemm biss entrata waħda għall-attivi mixtrija kollha u l-ammont totali.

KUMMENTI OĦRAJN

14.

L-Aġenzija teħtieġ ittejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Ma ttieħdu l-ebda miżuri xierqa biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ trasparenza rrappurtat mill-Qorti fl-2010. Il-limiti li l-kandidati kellhom jilħqu biex jiġu mistiedna għal intervista, il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u l-intervisti u t-tweżin tagħhom ma tħejjewx qabel l-eżami tal-applikazzjonijiet. Il-punteġġi limiti biex wieħed jitpoġġa fuq lista ta’ kandidati xierqa ma ġewx stabbiliti qabel l-eżami tal-applikazzjonijiet.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 165/3, 24.6.2011, p. 3.

(4)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(5)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(6)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(8)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(9)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(10)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(11)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(12)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-25 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.enisa.europa.eu/.

(13)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (Heraklion)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(l-Artikolu 114)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

Ir-responsabbiltà għas-Suq Intern hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri (l-Artikolu 4(2)(a) TFUE).

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill)

L-objettivi

1.

L-Aġenzija ssaħħaħ il-ħila tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-Unjoni tal-kummerċ biex ikunu jistgħu jimpedixxu l-problemi ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, kif ukoll jindirizzawhom u jwieġbu għalihom.

2.

L-Aġenzija tipprovdi l-għajnuna u tagħti pariri lill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar materji li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħha.

3.

L-Aġenzija tiżviluppa livell għoli ta’ kompetenza u tuża din il-kompetenza sabiex tistimula koperazzjoni wiesgħa bejn l-atturi mis-setturi pubbliċi u privati.

4.

L-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni, meta tkun imsejħa tagħmel dan, fix-xogħol tekniku ta’ preparazzjoni biex tiġi aġġornata u żviluppata l-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

Il-kompiti

L-Aġenzija:

(a)

tiġbor l-informazzjoni fuq riskji kurrenti u emerġenti li jistgħu jipproduċu impatt fuq in-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika,

(b)

tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-korpi Ewropej jew korpi nazzjonali kompetenti b’pariri u għajnuna,

(c)

issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-atturi fil-qasam tagħha,

(d)

tiffaċilita l-koperazzjoni fuq metodoloġiji komuni sabiex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni,

(e)

tikkontribwixxi għat-tkattir tal-għarfien fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni għall-dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizz billi, inter alia, tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar użanzi kurrenti, inkluż dwar metodi ta’ kif twissi lil dawk li jagħmlu użu mis-servizzi, u taħdem biex ikun hemm sinerġija bejn inizjattivi fis-settur pubbliku u privat,

(f)

tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-djalogu tagħhom mal-industrija,

(g)

issegwi l-iżvilupp tal-istandards tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni għall-prodotti u s-servizzi,

(h)

tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni kif ukoll fuq l-użu effettiv tat-teknoloġija għall-prevenzjoni tar-riskju,

(i)

tinkoraġġixxi attivitajiet li jistmaw ir-riskju dwar soluzzjonijiet kif titmexxa prevenzjoni,

(j)

tikkontribwixxi għal koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali,

(k)

tesprimi b'mod indipendenti l-konklużjonijiet u l-orjentazzjonijiet tagħha, u tagħti pariri dwar materji fis-sens tal-iskop u l-ghanijiet tagħha.

It-tmexxija

Il-Bord ta’ Ġestjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, tliet rappreżentanti maħturin mill-Kummissjoni, kif ukoll tliet rappreżentanti, proposti mill Kummissjoni u maħturin mill-Kunsill, mingħajr dritt għall-vot, kull wieħed minnhom jirrappreżenta wieħed mill-gruppi li ġejjin:

(a)

l-industrija tal-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(b)

il-gruppi tal-konsumaturi;

(c)

akkademiċi li huma esperti fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

Il-Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati

30 espert ta’ livell għoli li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati relevanti, bħat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), organizzazzjonijiet utenti tal-ICTu esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni.

Wara sejha miftuħa, il-Membri jintgħażlu mid-Direttur Eżekuttiv, li wara li jinforma lill-Bord ta’ Ġestjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu, jaħtar l-applikanti magħżula ad personam għal mandat ta’ sentejn u nofs.

Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta’ Ġestjoni, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni Ewropea u wara smigħ fil-Parlament Ewropew, għal mandat ta’ ħames snin.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Il-verifika interna

Is-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern tal-Kummissjoni Ewropea.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-baġit finali

EUR 8,1 miljun (EUR 8,1 miljun) li minnhom is-sussidju tal-Komunità huwa 100 % (100 %).

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

44 (44) kariga prevista fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 41 (40).

Karigi oħrajn okkupati: 13-il (11-il) Aġent b’kuntratt, 4 (2) Esperti Nazzjonali Ssekondati.

It-total tal-persunal: 58 (53), li jagħmlu l-kompiti li ġejjin:

operazzjonali: 40 (34)

amministrattiv: 18 (19)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

Id-WS  (1) 1:   L-ENISA bħala faċilitatur għat-titjib fil-koperazzjoni

L-għan prinċipali tal-ewwel Work Stream kien l-appoġġ għall-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jibnu fuq skemi ta’ koperazzjoni kurrenti sabiex jiġi intensifikat it-tpartit tal-informazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri. Dan jinkludi l-għoti ta’ data u opinjonijiet lill-Kummissjoni biex jiġu megħjuna fl-abbozzar ta’ regolament ġdid kif ukoll għall-identifikazzjoni u l-promozzjon ta’ prattika tajba bħala appoġġ għal din il-leġiżlazzjoni. Dan ix-xogħol ħa minn, u qies, it-taħdidiet fil-Forum Ewropew tal-Istati Membri (EFMS) u fis-Sħubija Ewropea bejn is-Settur Pubbliku u l-Privat għar-Reżistenza (EP3R). Il-problemi li għandhom jiġu solvuti ġew deskritti f’dokumenti oħrajn, speċjalment fil-Kommunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà (COM 2006 251), is-CIIP (COM 2009 149), li enfasizzaw l-importanzatas-sigurtà u r-reżiljenza tan-netwerks u l-informazzjoni għall-ħolqien ta’ Spazju Waħdieni Ewropew tal-Informazzjoni, u l-Aġenda Digitali. Waqt li l-interdependenzi jsiru kumplessi, taqlib f’infrastruttura waħda jista’ faċilment jippropaga madwar il-fruntieri (ġeografiċi u ġuriżdizzjonali) kif ukoll għal ġo infrastrutturi oħrajn u jkollu impatt mal-Ewropa kollha. In-natura globali tan-negozju tat-telekomunikazzjoni teħtieġ approċċ komuni biex tittratta kwistjonijiet bħar-reżiljenza u s-sigurtà tan-netwerks tal-komunikazzjoni pubblika.

Għadd ta’ prodotti: 13

Id-WS2–   It-titjib tas-CIIP Pan-Ewropew  (2) u r-Reżiljenza

L-objettiv tal-work stream 2 huwa li jiġu megħjuna l-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-ICT li jkunu siguri u reżiljenti u li jiżdied il-livell ta’ ħarsien ta’ infrastrutturi u servizzi ta’ informazzjoni kritika fl-Ewropa.

Dan il-Work Stream huwa allinjat mill-qrib mal-Pjan ta’ Azzjoni tas-CIIP deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2009 u ta’ Marzu 2011. Il-biċċa l-kbira ta’ dan ix-xogħol jappoġġa wkoll b’mod dirett l-objettivi stabbiliti fid-dokument dwar Strateġija ta’ Sigurtà Interna kif ukoll l-Aġenda Diġitali. Il-pakketti ta’ xogħol fil-qasam tas-CIIP huma, fil-biċċa l-kbira, tkomplija naturali tax-xogħol imwettaq bħala parti mill-programm ta’ ħidma tal-2010.

B’mod aktar speċifiku, l-objettivi ta’ dan il-work stream huma:

It-titjib tal-ħiliet operazzjonali tal-Istati Membri billi jiġu megħjuna l-partijiet interessati relevanti sabiex jiżdied il-livell ta’ effiċjenza u effettività tagħhom

L-appoġġ u l-promozzjoni ta’ eżerċizzji fuq livell pan-Ewropew

L-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà tal-informazzjoni fis-CIIP

L-identifikazzjoni u l-indirizzar ta’ kwistjonijiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni tal-ICT u Netwerks Interkonnessi

L-appoġġ tal-Grupp ta’ Ħidma UE-Stati Uniti dwar iċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċiberkriminalità, stabbilit fil-kuntest tas-Samit UE-Stati Uniti tal-20 ta’ Novembru 2010.

Għadd ta’ prodotti: 16

Id-WS3:   L-ENISA bħala promotur tal-privatezza u l-fiduċja

Id-WS3 kien magħmul minn erba’ pakketti ta’ xogħol (WPK):

Il-fehim u l-analiżi ta’ inċentivi u ostakoli ekonomiċi għas-sigurtà tal-informazzjoni.

L-iżgurar li l-privatezza, l-identità u l-fiduċja huma integrati b’mod korrett fis-servizzi l-ġodda.

L-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (2002/58/KE).

Il-promozzjoni tal-istabbiliment ta’ xahar dedikat għas-Sigurtà Ċibernetika Ewropea.

L-ewwel WPK analizza l-ostakoli u l-inċentivi ekonomiċi għat-titjib tas-sigurtà tal-informazzjoni fil-livell pan-Ewropew. L-ENISA analizzat l-ixpruni u l-ostakoli ekonomiċi fl-oqsma legali, tal-politika, tekniċi u ekukattivi u identifikat titjib potenzjali.

It-tieni WPK eżamina kif il-privatezza, l-identità u l-fiduċja huma integrati f’servizzi ġodda, u ppropona rakkommandazzjonijiet għal titjib. L-għan kien il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ żviluppi kurrenti fil-ħarsien tal-privatezza tal-individwi u fit-tijib tal-livell ta’ fiduċja fis-servizzi tan-netwerks.

It-tielet WPK kopra l-appoġġ tal-ENISA mogħti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. Din kienet tkomplija tal-kollaborazzjoni mal-Art.29, tal-EDPS kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea (id-DĠ JUST u INFSO) u kellu l-għan li jinvestiga kif għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 b’mod prattiku fil-livell tal-UE.

Fl-aħħar nett, l-ENISA kkollaborat mal-Istati Membri fuq l-organizzazzjoni ta’ xahar dedikat għas-Sigurtà Ċibernetika Ewropea.

Għadd ta’ prodotti: 5

Sors: Informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija.


(1)  WS: Work stream

(2)  CIIP: Ħarsien tal-Infrastruttura tal-Informazzjoni Kritika

Sors: Informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

Kif mistqarr mill-Qorti, l-implimentazzjoni tal-baġit tjiebet fl-2011. Biex ikomplu jitnaqqsu l-ammonti miġjuba ’l quddiem, l-Aġenzija bdiet l-ippjanar tal-akkwisti għall-2012 u rnexxielha tniedi proċeduri rispettivi ta’ akkwisti relatati mal-attivitajiet li hemm referenza għalihom fil-Programm ta’ Ħidma 2012 fl-aħħar kwart tal-2011. Din il-prattika għandha twassal għal riżultati fl-aħħar tal-2012.

13.

L-Aġenzija ottimizzat il-ġestjoni tal-assi permezz tal-introduzzjoni tal-Assi ABAC, il-modulu tal-ġestjoni tal-assi introdott mill-Kummissjoni u użat mill-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji. Din l-għodda, li tqassmet u bdiet tintuża fl-2012, twassal għal identifikazzjoni unika tal-assi kollha reġistrati, u għaldaqstant il-kumment tal-Qorti ġie indirizzat bis-sħiħ.

14.

L-Aġenzija adottat il-linjigwida relevanti dwar ir-reklutaġġ tal-persunal li jindirizzaw bis-sħiħ il-kummenti tal-Qorti fit-2 ta’ Marzu 2012. Dawn il-linjigwida jitqassmu lill-membri tal-Bordijiet tal-Għażla hekk kif jinħatru mid-Direttur Eżekuttiv.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/142


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Fond

2012/C 388/24

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (minn hawn 'il quddiem “il-Fond”), li jinsab fl-Aja, ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 37, Appendiċi 6, tar-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, L-Aja (Europol). Ir-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-Fond ġew stabbiliti bl-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 (1) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 (2). L-objettiv tal-Fond hu li jiffinanzja u jħallas il-pensjonijiet lill-persunal li kien diġà impjegat mal-Europol qabel ma dan sar Aġenzija tal-UE fl-1 ta’ Jannar 2010.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll tal-Fond. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 10(4) tad-Deċiżjoni al-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali tal-Fond (3) u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Id-Direttur tal-Europol u l-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond għandhom responsabbiltà konġunta għall-ġestjoni tal-Fond u sabiex jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond għandu r-responsabbiltà sħiħa tat-tħejjija tal-kontijiet finali u biex jiżgura li dawn ikunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (4), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fond u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fond ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Fond, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fond (5) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 u d-Direttiva 610 tar-regoli dwar ir-rappurtar finanzjarju Olandiżi u l-Istandards Internazzjonali dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (IFRS).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fond għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Enfasi dwar Kwistjoni

11.

Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni dwar in-Nota 2.6 tar-Rapport Annwali 2011 tal-Fond. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond ħejja l-kontijiet fuq il-bażi ta’ negozju avvjat. Madankollu, sal-1 ta’ Lulju 2015 mhux se jkun hemm parteċipanti attivi. Għadd kbir ta’ drittijiet għal trasferimenti tal-pensjonijiet u għotjiet għat-terminazzjoni tal-impjiegi mistennija jingħataw fil-ġejjieni qarib, u jnaqqsu sostanzjalment l-attivitajiet, l-attivi u l-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet tal-Fond. Bħalissa, il-Bord tal-Fond u l-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol qegħdin jivvalutaw l-alternattivi għall-ġejjieni tal-Fond, waħda minnhom hija l-likwidazzjoni ftit wara l-1 ta’ Lulju 2015.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI OĦRA

13.

Il-Qorti nnutat nuqqasijiet fil-proċedura li l-Europol offra lill-persunal tiegħu biex joħroġ mill-Fond. Meta l-Uffiċċju sar Aġenzija Ewropea sħiħa fl-2010, dan talab lill-persunal tiegħu li ma kienx għadu qed jikkontribwixxi għall-Fond (6) sabiex joħroġ mill-Fond billi jew jirċievi għotja għat-terminazzjoni tal-impjieg (SG) jew inkella billi jittrasferixxi d-drittijiet akkumulati tal-pensjoni (TPR) għal skemi ta’ pensjonijiet alternattivi (eż. PMO, skemi nazzjonali tal-pensjoni, kumpaniji privati). Madankollu ma ġiet iffissata l-ebda data ta’ skadenza għall-persunal biex jieħu d-deċiżjoni.

14.

Fl-aħħar tas-sena l-Fond kellu attivi finanzjarji netti ta’ EUR 16-il miljun, li minnhom EUR 15,98 miljun inżammu f’bank wieħed.

15.

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għadu ma ħejjiex il-proċeduri għall-verifikazzjoni annwali tad-drittijiet tal-pensjonanti, inkluża prova li l-pensjonanti għadhom ħajjin. Fl-2011, is-sitt persuni li kienu qed jibbenefikaw mill-pensjonijiet dak iż-żmien intalbu jipprovdu konferma tal-post tar-residenza tagħhom, u wieħed minnhom biss wieġeb.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Id-dokument Nru 5397/99 dwar ir-reġistru pubbliku tal-Kunsill: (http://register.consilium.europa.eu/).

(2)  ĠU L179, 7.7.2011, p. 5.

(3)  Il-kontijiet jinkludu l-karta tal-bilanċ, id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa, id-dikjarazzjoni tal-likwidità u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(4)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(5)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-10 ta’ Lulju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-12 ta’ Lulju 2012.

(6)  Issa kopert mir-Regolament tal-Persunal tal-UE.


IT-TWEĠIBIET TAL-FOND

13.

Il-persunal li se joħroġ mill-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (EPF) ġie infurmat dwar il-ħtieġa li jiddeċiedi bejn l-għażliet differenti ta’ ħruġ. Ħarsa ġenerali mhux finanzjarja b’rabta mal-għażliet differenti, kif ukoll talba biex ikun hemm laqgħa personali (inkluża dejta finanzjarja), ġew ikkomunikati lill-persunal. Il-maġġoranza tal-persunal ħa l-opportunità għal laqgħa ddedikata lill-għażliet tal-ħruġ.

Il-Europol ma rċieva l-ebda lment formali mill-membri tal-persunal dwar il-fatt li ma ġiex infurmat b’mod xieraq dwar l-intitolamenti marbuta mal-pensjoni.

14.

Kif ġie miftiehem fil-laqgħa tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-EPF li saret fil-11 ta’ Novembru 2011, l-EPF beda juża s-servizzi ta’ bank ieħor mill-bidu tal-2012. Fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2012, il-Bord talab ukoll li jfittex banek oħra biex ikompli jxerred ir-riskju potenzjali.

15.

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-EPF tad-19 ta’ Ġunju 2012 qabel fuq proċess annwali għall-verifika tal-intitolamenti tal-pensjonanti (mill-2013).

Rigward il-proċedura pendenti tal-2012, fl-istess laqgħa ġie deċiż li tintbagħat tfakkira lill-pensjonanti bi skadenza ta’ xahar. Jekk sa dan iż-żmien stipulat ma tasal l-ebda konferma, il-pagament tal-pensjoni ma jsirx.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/145


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/25

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab f’Lille u Valenciennes, inħolqot permezz tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li ttejjeb il-livell ta’ interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u li tiżviluppa approċċ komuni dwar is-sigurtà sabiex tikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta’ settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv b’livell għoli ta’ sigurtà (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-livell tal-pagamenti bi tqabbil mal-approprjazzjonijiet tal-baġit tjiebu għat-titoli kollha, iżda baqgħu baxxi għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) b’47 % (39 % fl-2010). Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ annwalità.

KUMMENTI OĦRAJN

13.

Ir-Regolament Fondatur tal-Aġenzija jistabbilixxi perjodi massimi ta’ impjieg għall-persunal temporanju reklutat mill-Aġenzija mill-professjonisti tas-settur ferrovjarju. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-Aġenzija se jkollha tissostitwixxi nofs il-persunal operazzjonali tagħha fil-perjodu 2013-2015, u dan jaf joħloq taqlib kbir fl-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija (12).

14.

Hemm lok biex jitjiebu l-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati. Pereżempju l-avviżi ta’ postijiet vakanti ma tawx informazzjoni dwar l-għadd minimu meħtieġ ta’ snin ta’ studji postsekondarji jew universitarji għalkemm dan intuża bħala kriterju ta’ għażla. Il-marki minimi meħtieġa għall-intervisti u għal-listi ta’ riżerva, il-punteġġ tal-kriterji ta’ għażla, il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-fomm u bil-miktub u t-tweżin bejn it-testijiet bil-miktub u bil-fomm ma ġewx applikati qabel ma l-applikazzjonijiet ġew eżaminati.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-4 ta’ Lulju 2012 u rċevuti mill-Qorti fis-7 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.era.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004, l-Artikolu 24.


ANNESS

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea – (Lille u Valenciennes)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 90, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi partikolari tat-trasport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jistabbilixxu:

(a)

ir-regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)

il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru;

(c)

il-miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport;

(d)

provvedimenti oħra xierqa.”

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

L-objettivi

Tikkontribwixxi, fi kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni mmirata lejn:

it-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju;

l-iżvilupp ta’ approċċ komuni dwar is-sigurtà fis-sistema Ewropea ferrovjarja.

Sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u tiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà.

Il-kompiti

1 -   Tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar

il-metodi ta’ sigurtà komuni (CMS) u l-miri ta’ sigurtà komuni (CSTs) stipulati fid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ferrovjarja (2004/49/KE);

iċ-ċertifikati ta’ sigurtà u miżuri fil-qasam tas-sigurtà;

l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet Tekniċi dwar l-Interoperabbiltà;

il-kompetenzi professjonali;

ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi ferrovjarji.

2 -   Toħroġ opinjonijiet dwar

ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà;

il-monitoraġġ tal-kwalità tax-xogħol ta’ korpi nnotifikati;

l-interoperabbiltà tan-netwerk trans-Ewropew.

3 -   Il-koordinazzjoni tal-korpi nazzjonali

Il-koordinazzjoni ta’ awtoritajiet ta’ sigurtà nazzjonali u korpi investigattivi nazzjonali (kif deskritti fid-Direttiva 2004/49/KE, l-Artikoli 17 u 21).

4 -   Pubblikazzjonijiet u databases

rapport dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà (kull sentejn);

rapport dwar il-progress fir-rigward tal-interoperabbiltà (kull sentejn);

database pubblika ta’ dokumenti ta’ sigurtà;

reġistru pubbliku ta’ dokumenti dwar l-interoperabbiltà.

It-tmexxija

Il-Bord Amministrattiv

Jikkonsisti f’rappreżentant minn kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, mis-setturi professjonali kkonċernati.

Id-Direttur

Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit

EUR 26 (24) miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Il-karigi elenkati fit-tabella tal-persunal: 144 (139)

Il-karigi okkupati fil-31.12.2011: 140 (133)

Persunal ieħor: 14 (15)

It-total tal-persunal: 154 (148), li minnhom allokati lil:

kompiti operattivi: 107 (101)

kompiti amministrattivi: 47 (47)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

Rakkomandazzjonijiet fuq iċ-Ċertifikazzjoni tas-Sigurtà, inkluża l-migrazzjoni lejn ċertifikat uniku tas-sigurtà tal-Unjoni, rakkomandazzjonijiet għal mudell tal-Unjoni ta’ liċenzja u reġistru ta’ sewwieq tal-ferroviji. Attivitajiet ta’ segwitu dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni.

Rakkomandazzjonijiet fuq ir-regolazzjoni tas-sigurtà, inkluża evalwazzjoni tal-mod kif isiru disponibbli r-regoli ta’ sigurtà nazzjonali, eżami tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ferrrovjarja fl-Istati Membri.

Rakkomandazzjonijiet fuq ir-Rappurtar dwar is-Sigurtà, inklużi Indikaturi Komuni tas-Sigurtà, koordinazzjoni ta’ korpi ta’ awtoritajiet tas-sigurtà u ta’ investigazzjoni u rappurtar dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà fl-Istati Membri.

Rakkomandazzjonijiet fuq il-valutazzjoni tas-sigurtà, inklużi Metodi Komuni ta’ Sigurtà.

Rakkomandazzjonijiet fuq Speċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà u r-Reviżjoni tagħhom. Evalwazzjoni tal-estensjoni tal-ambitu u l-korrezzjoni tal-iżbalji.

Rakkomandazzjoni fuq kriterji komuni dwar kompetenzi professjonali u valutazzjoni tal-persunal ferrovjarju involut fit-tħaddim u fil-manutenzjoni.

Rapporti dwar is-sigurtà u l-Interoperabbiltà ferrovjarja.

Opinjonijiet Tekniċi dwar regoli nazzjonali u monitoraġġ tax-xogħol ta’ Korpi Nnotifikati.

Stabbiliet u żammet serje ta’ reġistri dwar is-sigurtà u l-interoperabbiltà.

Aġixxiet bħala l-Awtorità tas-Sistema u l-Maniġer tal-Kontroll tal-Bidla għall-ERTMS (Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju) li jgħin lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni ta’ proġetti tal-ERTMS.

Iddefinixxiet u ġabret id-Dokument ta’ Referenza ta’ regoli nazzjonali għall-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u kklassifikat l-ekwivalenza tagħhom għal aċċettazzjoni transnazzjonali.

Akkumpanjat lir-rakkomandazzjonijiet kollha b’valutazzjoni tal-impatt.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

Fl-2010 u fl-2011 sar sforz kbir biex jitnaqqas iż-żmien tal-pagamenti u biex it-tul ta’ kuntratti jkun aktar konformi mas-sena kalendarja sabiex il-prinċipju ta’ annwalità jiġi rrispettat aktar. Huwa importanti li jiġi nnotat li matul l-aħħar snin il-livell ta’ eċċessi miġjuba 'l quddiem huwa baxx ħafna (inqas minn 5 %).

13.

L-Aġenzija hija konxja bis-sħiħ mir-riskji relatati mal-użu wiesa’ ta’ persunal f’impjieg għal perjodu qasir preskritt mir-Regolament Bażiku. Il-fattur prinċipali ta’ mitigazzjoni kien il-ġestjoni bir-reqqa tat-tul tal-kuntratti ta’ persunal f’impjieg għal perjodu qasir biex, safejn hu possibbli, jiġi evitat li persunal b’għarfien espert fl-istess qasam ikollu jħalli lill-Aġenzija fl-istess żmien.

14.

Għal notifiki fil-futur dwar postijiet battala, l-Aġenzija għandha tipprovdi informazzjoni dwar in-numru minimu ta’ snin meħtieġa ta’ studju post-sekondarju jew studju universitarju. Madankollu, l-Aġenzija taħseb li l-elementi l-oħra mqajma mill-Qorti ma jfixklux l-imparzjalità tal-proċedura tal-għażla peress li l-applikazzjonijiet jiġu riveduti abbażi tal-istess kriterji, u mqabbla mal-grupp kollu ta’ applikanti. Dan jgħodd ukoll għall-kwistjonijiet tat-test bil-miktub u tal-intervisti. Minkejja dan, il-kwistjonijiet imqajma mill-Qorti ser jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li ġejja tal-proċedura tal-għażla tal-Aġenzija.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/151


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/26

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem "l-Aġenzija"), li tinsab fi Brussell, inħolqot permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 (1). L-Aġenzija twaqqfet għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2017 bil-għan li ġġesti l-programm speċifiku “Ideat” fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

12.

L-Aġenzija ma wettqitx biżżejjed kontroll matul l-iżvilupp ta’ assi intern tal-IT imsejjaħ e-Stream, li l-iskop tiegħu kien li jawtomatizza l-proċessi tal-approvazzjoni tax-xogħol tad-dipartiment tal-Maniġment Xjentifiku. Il-każ tan-negozju għal dan il-proġett ma ġiex stabbilit b’mod xieraq, ir-riskji ma ġewx identifikati u indirizzati b’mod xieraq u l-maniġment naqas milli jimmonitorja l-progress tal-proġett. Dawn id-dgħufijiet ikkontribwixxew għall-falliment tal-proġett tal-IT, bir-riżultat li ġew iċċarġjati EUR 258 967 f’indeboliment.

13.

Id-Direttur ad interim tal-Aġenzija nħatar fl-1 ta’ Jannar 2011 b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fi Frar 2012, waqt il-verifika, it-tul ta’ żmien ta’ dan l-istazzjonar qabeż b’xahar il-massimu ta’ sena previst fir-Regolament tal-Persunal. Peress li Kap tal-Unità ħa f’idejh b’mod temporanju l-funzjoni oriġinali tad-Direttur bħala Kap tad-Dipartiment, l-istess nuqqas ta’ konformità mar-Regolamenti tal-Persunal japplika hawnhekk ukoll. Kap ieħor tal-Unità kien l-Aġent Kap tad-Dipartiment bejn Ġunju 2009 u Frar 2011 u t-tul ta’ żmien tal-istazzjonar kien irregolari wkoll f’dan il-każ.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 10).

(7)  L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-27 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-28 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://erc.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (Brussell)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 182 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

1.

Programm qafas multiannwali, li jistipula l-attivitajiet kollha tal-Unjoni għandu jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. Il-programm qafas għandu:

jistabbilixxi l-għanijiet xjentifiċi u teknologiċi li jridu jinkisbu permezz tal-attivitajiet li hemm previsti fl-Artikolu 180 u jiddetermina l-prijoritajiet rilevanti;

jindika l-linji ġenerali ta' dawk l-attivitajiet;

jistabbilixxi l-ammont massimu totali u r-regoli dettaljati applikabbli għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-programm qafas kif ukoll id-diversi ishma rispettivi f’kull attività prevista.

2.

Il-programm qafas għandu jiġi adattat jew supplimentat skont kif tinbidel is-sitwazzjoni.

3.

Il-programm qafas għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi speċifiċi żviluppati f’kull attività. Kull programm speċifiku għandu jiddefinixxi r-regoli dettaljati sabiex dan jiġi implimentat, sabiex jiġi stabbilit kemm idum kif ukoll sabiex jiġu provduti l-mezzi li jitqiesu meħtieġa. It-total tal-ammonti li jitqiesu meħtieġa, stabbiliti fil-programmi speċifiċi, ma jistax jeċċedi l-ammont massimu totali stabbilit għall-programm qafas u għal kull attività.

4.

Il-Kunsill, li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali, għandu jadotta l-programmi speċifiċi.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE)

L-objettivi

L-Aġenzija twaqqfet f’Diċembru 2007 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE, biex jitmexxa l-Programm Komunitarju Speċifiku "Ideat" fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003. "Ideat" huwa implimentat mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (KER), li fih Kunsill Xjentifiku indipendenti li jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika tal-KER u jimmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu mill-Aġenzija li timmaniġġja l-ġestjoni operazzjonali. L-Aġenzija saret awtonoma mid-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-15 ta’ Lulju 2009.

Il-kompiti

Il-kompiti tal-Aġenzija huma deskritti fl-Att ta’ Delegazzjoni (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5694), jiġifieri fl-Artikoli 5-7 tiegħu. Fost dawn il-kompiti, l-Aġenzija ġiet fdata bil-kompiti li jkopru:

L-aspetti kollha tal-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm u, partikolarment, il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ir-reviżjoni bejn il-pari u l-proċess ta’ għażla skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku;

Il-ġestjoni finanzjarja u xjentifika tal-għotjiet.

It-tmexxija

(Id-Deċizjonijiet tal-Kummissjoni C(2008) 5132 u C(2011) 4877)

(Id-Deċizjonijiet tal-Kummissjoni 2007/134/KE u 2011/12/UE)

(Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE)

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003)

Il-Kumitat ta' Tmexxija

Il-Kumitat ta' Tmexxija huwa l-korp li jissorvelja l-operazzjonijiet tal-Aġenzija u jinħatar mill-Kummissjoni (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5132). Jadotta l-programm ta’ ħidma annwali, il-baġit amministrattiv u r-rapporti annwali tal-Aġenzija (wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni). Huwa magħmul minn ħames membri u osservatur wieħed.

Il-Kunsill Xjentifiku tal-KER

Il-Kunsill Xjentifiku tal-KER huwa inkarigat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE li jistabbilixxi strateġija xjentifika għall-Programm Speċifiku Ideat, jiddeċiedi dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tkun iffinanzjata skont l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE u jaġixxi bħala l-garanti tal-kwalità tal-attività minn perspettiva xjentifika. Il-kompiti tiegħu jkopru, partikolarment, l-istabbiliment tal-programm tax-xogħol annwali għall-Programm Speċifiku Ideat, u tal-proċess tar-reviżjoni bejn il-pari, kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kwalità tal-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku "Ideat", mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Huwa magħmul minn 22 membru maħtura mill-Kummissjoni.

Id-Direttur tal-Aġenzija

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal erba’ snin.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit

EUR 35,6 (29,3) miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Il-baġit operattiv tal-2011 jipprevedi tabella tal-persunal ta' 100 (100) membru tal-Persunal Temporanju (TS) u baġit għal 253 (215-il) membru tal-Persunal b'Kuntratt (CS) u 7 (15-il) Espert Nazzjonali Ssekondati (ENS), b'total ta' 360 (330) membru tal-persunal, li minnhom 350 (316) kienu okkupati fi tmiem l-2011:

97 (94) persunal temporanju, li minnhom 13-il (13-il) TS issekondati u 84 (81) TS esterni;

245 (218-il) persunal b’kuntratt,

8 (4) SNEs,

Allokati lil:

Attivitajiet operazzjonali (id-dipartimenti tal-Ġestjoni Xjentifiku u tal-Għotjiet): 68 %;

Attivitajiet amministrattivi (dipartimenti oħra): 32 %.

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

1.

Is-sorveljanza tal-ftehimiet tal-għotja mogħtija skont is-sejħiet tal-Programm ta' Ħidma Ideat tal-2010 u l-2011, għal Għotjiet ta' Tibdija, Għotjiet Avvanzati u Għotjiet ta’ Prova tal-Kunċett. Il-programm ta' ħidma Ideat huwa implimentat permezz tal-pubblikazzjoni tas-sejħiet annwali għal proposti, li hija segwita minn evalwazzjoni (minn esperti esterni), it-tħejjija u l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja u fl-aħħar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġetti. Kull sejħa għal proposti tirriżulta f’serje ta’ Ftehimiet ta’ Għotja, b’ċiklu ta' proġett mistenni ta’ madwar ħames snin.

2.

L-eżekuzzjoni tas-Sejħiet għal proposti għall-2011 għall-programm ta' ħidma Ideat. (Għotjiet ta’ Tibdija, Għotjiet Avvanzati u Għotjiet ta’ Prova tal-Kunċett): 6 515-il applikazzjoni għal proposti ġew ippreżentati fl-2011, li minnhom 4 080 kienu għal Għotjiet ta’ Tibdija, 2 284 għal Għotjiet Avvanzati u 151 għal Għotjiet ta’ Prova tal-Kunċett. Minn dawn, total ta’ 6 400 kienu eliġibbli u għalhekk evalwati mill-panils tar-reviżjoni. B’kollox intgħażlu 822 proposta għall-proċess ta’ għoti (794 fuq il-listi prinċipali, 28 fuq il-listi ta’ riżerva).

3.

Ġenerazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni dwar il-Programm Speċifiku Ideat u l-attivitajiet tal-Aġenzija fl-2011.

4.

Is-sostenn lill-Kunsill Xjentifiku tal-KER: Ħames sessjonijiet plenarji tal-Kunsill Xjentifiku kienu organizzati matul il-perjodu ta' rappurtar. Sabiex tkun iffaċilitata t-taħdita dwar l-istrateġija tal-Kunsill Xjentifiku, l-Aġenzija, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-KER, wettqet analiżi dwar l-operat, il-portafoll tal-proġetti ffinanzjati u sinjali bikrin tal-impatt li l-KER għandu fuq il-komunità xjentifika kif ukoll l-ambjent tar-riċerka fl-Ewropa. L-Aġenzija organizzat laqgħat (tipikament tnejn kull sena) marbuta mal-erba’ Gruppi ta’ Ħidma eżistenti tal-KER dwar "Relazzjonijiet mal-Industrija", "Aċċess Miftuħ", "Il-Parteċipazzjoni tal-Pajjiżi Terzi" u l-"Bilanċ bejn is-Sessi", kif ukoll iż-żewġ kumitati permanenti tal-Kunsill Xjentifiku (il-Kumitat għall-panils u l-Kumitat għall-Kunflitt ta’ Interessi u Mġiba Xjentifika Ħażina). Serje ta’ dokumenti li fihom analiżijiet u messaġġi prinċipali dwar il-kwistjonijiet speċifiċi li ttrattaw magħhom il-Gruppi ta’ Ħidma u l-Kumitati tħejjew mill-Aġenzija flimkien mal-membri tal-gruppi msemmija u ġew ippreżentati għal taħdita/adozzjoni għal-laqgħat plenarji tal-Kunsill Xjentifiku. Bħal f’kull sena preċedenti, l-Aġenzija appoġġat il-Kunsill Xjentifiku fl-istabbiliment tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Programm Speċifiku Ideat.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

Il-falliment tal-proġett eStream ġara minħabba għadd ta’ fatturi tekniċi u ambjentali. L-ERCEA identifikat ċerti nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-proġetti tal-IT u għamlet progress sinifikanti fil-Pjan t’Azzjoni tagħha sabiex tittrattahom. Ta’ min nenfasizzaw li n-nuqqas ta’ EUR 258 967 jirrappreżenta madwar 2.5 % tal-baġit tal-it tal-Aġenzija tul il-perjodu tal-iżvilupp tal-eStream.

13.

Fil-każ tad-direttur tal-ERCEA ad interim, l-estensjoni tal-kariga temporanja b'iżjed minn sena hija fl-interess tas-servizz, ġaladarba l-kariga battala kienet ippubblikata f'Marzu 2012 u bħalissa l-proċedura tar-reklutaġġ għadha għaddejja. Fil-każ tal-Kap tal-Unità għall-kariga tal-Kap tad-Dipartiment li qabel kienet okkupata mid-Direttur ad interim attwali, kien maħsub li l-kariga temporanja kellha tkun effettiva sakemm timtela l-kariga tad-Direttur. L-estensjoni tal-kariga temporanja lil hinn minn sena hija fl-interess tas-servizz kif jistipula l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Fit-tieni każ tal-Kap tal-Unità li qed jaġixxi ta’ Kap tad-Dipartiment, din il-kariga temporanja ntemmet fil-15 ta’ Frar 2011 u l-Kap tad-Dipartiment il-ġdid daħal fil-kariga fis-16 ta’ Frar 2011 wara t-tlestija b’suċċess ta’ proċedura ta’ reklutaġġ li kienet miftuħa għal kandidati esterni.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/157


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità

2012/C 388/27

INTRODUZZJONI

1.

L- Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem "l-Awtorità" jew “AETS”), li tinsab f’Pariġi, kienet imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa t-titjib tal-operat tas-suq finanzjarju intern tal-UE billi jkun żgurat livell għoli, effettiv u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni filwaqt li jiġu promossi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja (2). L-AETS twaqqfet fl-1 ta’ Jannar 2011.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Awtorità, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Awtorità, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Awtorità (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. Huma għandhom jitqiesu fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-Awtorità mill-predeċessur tagħha l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli għal Awtorità Ewropea.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

L-impenji tal-Awtorità ammontaw għal EUR 12 841 997 jew 76 % tal-baġit għall-2011. Ir-rati tal-impenji kienu baxxi speċjalment għat-Titolu III "Nefqa operazzjonali" (47 %). Dan kellu impatt fuq l- objettivi tal-Awtorità fir-rigward tal-IT li ma ntlaħqux kompletament. Ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni tal-baġit jindikaw diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit.

13.

Il-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 ammonta għal EUR 16,9 miljun. Skont l-Artikolu 62(1) tar-Regolament li hija Msejsa Fuqu, 60 % tal-baġit għall-2011 kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-EFTA u 40 % mill-baġit tal-Unjoni. Fi tmiem l-2011, l-AETS irreġistrat riżultat pożittiv fil-baġit ta’ EUR 4,3 miljun. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha (12), l-ammont sħiħ imbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala passiv lejn il-Kummissjoni Ewropea.

14.

Ġew innutati dgħufijiet fir-rigward ta’ sitt impenji legali magħmula minn qabel l-impenji tal-baġit (EUR 483 845).

15.

Il-Qorti identifikat għadd ta’ każijiet b’valur totali ta’ EUR 207 442 li fihom approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati għall-2012 ma kinux jikkorrispondu ma’ impenji legali li kienu saru. Għaldaqstant dawn l-ammonti riportati kienu irregolari u għandhom jiġu kkanċellati.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

16.

L-Awtorità kienet għadha ma adottatx standards ta’ kontroll intern.

17.

Hemm ħtieġa li tittejjeb il-ġestjoni tal-attivi fissi mill-Awtorità. Għall-attivi intanġibbli żviluppati mill-Awtorità, il-proċeduri tal-kontabilità u l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ma kinux affidabbli.

KUMMENTI OĦRA

18.

Ir-regoli implimentattivi għar-Regolament tal-Persunal kienu għadhom ma ġewx adottati.

19.

L-AETS kienet għadha ma laħqitx ftehim interistituzzjonali mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fuq investigazzjonijiet ta’ frodi. L-Awtorità għandha tiżgura li r-Regolament Finanzjarju tagħha jiġi implimentat bis-sħiħ f’dan ir-rigward.

20.

Jeħtieġ li l-Awtorità ttejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. L-għadd ta’ snin ta’ esperjenza meħtieġa għal pożizzjoni partikolari ma ġiex rispettat, ġew aċċettati applikazzjonijiet li waslu wara l-iskadenza, mistoqsijiet għat-testijiet bil-fomm u bil-miktub ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet mill-bord ta’ għażla u ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra biex jinħatar il-bord ta’ għażla.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-20 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.esma.europa.eu.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  L-Artikoli 15(4) u 16(1).


ANNESS

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (Pariġi)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

Il-kompetenzi tal-Awtorità

(Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill)

Il-kompiti

Tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji.

Tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni.

Toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

Toħroġ rakkomandazzjonijiet fejn awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx applikat atti settorjali jew inkella applikathom b'mod li jidher li huwa ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti f'ċertu sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u f'riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f'sitwazzjonijiet transkonfinali.

F'każijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fejn: (i) awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx applikat atti settorjali jew inkella tkun applikathom b'mod li jidher li huwa ksur tal-liġi tal-Unjoni u fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx ikkonformat ma’ opinjoni formali tal-Kummissjoni; (ii) f'ċertu sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità adottata; jew (iii) f'riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f'sitwazzjonijiet transkonfinali fejn awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx ikkonformat mad-deċiżjoni tal-Awtorità.

Toħroġ opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-oqsma ta’ kompetenza tagħha.

Tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha.

Tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur.

Tipprovdi database aċċessibbli ċentralment tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha, fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni settorjali.

Toħroġ avviżi fil-każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-għanijiet tagħha.

Tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament ċertu tipi ta’ attivitajiet finanzjarji li jkunu ta’ theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni f'każijiet speċifikati u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali jew, jekk ikun meħtieġ, f'każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Tipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi ta’ superviżuri, inklużi eżamijiet fuq il-post, imwettqa konġuntament minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

Tindirizza kwalunkwe riskju ta’ tħarbit fis-servizzi finanzjarji li jkun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha u li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.

Tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku ppreżentat minnhom.

Twettaq inkjesta dwar tip partikolari ta’ attività finanzjarja jew tip ta’ prodott jew tip ta’ kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u tagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet delegati mill-awtoritajiet kompetenti.

Tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti.

Twettaq reviżjonijiet bejn il-pari tal-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti.

Tikkoordina bejn l-awtoritajiet kompetenti, partikolarment fejn żvilupp avvers jista' jipperikola l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

Tniedi u tikkoordina valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha tar-reżistenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għal żvilupp avvers tas-suq.

Tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu u dwar l-irtirar ta’ tali ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni.

Tistabbilixxi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ aġenziji rilevanti li jiggradaw il-kreditu ta’ pajjiżi terzi.

Twettaq investigazzjonijiet ta', u spezzjonijiet fuq il-post fil-bini tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, entitajiet gradati u partijiet terzi relatati.

Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun wettqet xi ksur, tieħu deċiżjonijiet biex tirtira r-reġistrazzjoni tagħha, timponilha projbizzjoni temporanja milli toħroġ gradazzjonijiet ta’ kreditu, timponi sospensjoni fuq l-użu, għal skopijiet regolatorji, tal-gradazzjonijiet ta’ kreditu li tkun ħarġet, tirrikjedi li l-ksur jiġi mitmum, u/jew toħroġ avviżi pubbliċi.

Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun wettqet ksur b'intenzjoni jew negliġenza, tieħu deċiżjonijiet biex timponi multa.

It-tmexxija

Il-Bord tas-Superviżuri

Kompożizzjoni: President (li m'għandux ikollu vot); il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-supervizjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f'kull Stat Membru; rapprezentant wieħed tal-Kummissjoni (li m'għandux ikollu vot); rappreżentant wieħed tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (li m'għandux ikollu vot); rappreżentant wieħed ta’ kull waħda mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra (li m'għandux ikollhom vot).

Kompiti: Jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament li hija msejsa fuqu.

Il-Bord Maniġerjali

Kompożizzjoni: President u sitt membri oħrajn tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri u minn fosthom stess. Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni jipparteċipaw fil-laqgħat mingħajr id-dritt li jivvotaw (għalkemm ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jivvota dwar kwistjonijiet relatati mal-baġit).

Kompiti: Jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont ir-Regolament li hija msejsa fuqu.

Il-President

Rappreżentant tal-Awtorità responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali. Jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri wara li jkun semgħu l-Parlament Ewropew.

Id-Direttur Eżekuttiv

Jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri, wara l-konferma mill-Parlament Ewropew. Ikun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali.

Il-verifika interna

L-Awtorità kellha laqgħat tal-bidu mas-Servizzi tal-Awditjar Intern, li se jorganizzaw l-ewwel żjara tagħhom f'Ġunju 2012.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011

Il-Baġit Finali

Baġit totali: EUR 16,9 miljun, inklużi:

Sussidju tal-Unjoni: EUR 6,8 miljun

Kontribuzzjonijiet mill-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali: EUR 10,1 miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Il-persunal statutorju: 58 postijiet ta’ aġent temporanju awtorizzati fit-tabella tal-persunal, li minnhom kienu okkupati: 50

L-aġenti b'kuntratt: ħames postijiet ta’ aġent b'kuntratt ippjanati fil-baġit, li minnhom okkupati: ħamsa

L-Esperti Nazzjonali Ssekondati: 12-il post ta’ Espert Nazzjonali Ssekondat ippjanati fil-baġit, li minnhom kien hemm okkupati: tnejn

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011

15-il CRA reġistrati.

L-ewwel spezzjonijiet ta’ CRAs fuq il-post bl-inklużjoni ta’ Fitch, Moody's u Standard & Poor's.

Ivvalutat il-konformità ta’ tliet proposti ġodda għat-tneħħija tat-trasparenza ta’ qabel il-bejgħ u x-xiri skont l-MiFID (Direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji).

Ippubblikat stampa finali tal-bejgħ u x-xiri awtomatizzat ta’ frekwenza għolja (HFT).

Kompliet il-ħidma fuq prodotti bażiċi u fuq reviżjoni tal-MiFID.

Xogħol ta’ tħejjija għal standards tekniċi proposti għar-Regolament dwar derivattivi OTC, Entitajiet ta’ Kontroparti Ċentrali (CCPs) u Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet (ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Ewropej - EMIR).

Ipproduċiet regoli dettaljati għal maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi.

Ikkontribwixxiet għall-iżvilupp tal-Istandards Internazzjonali għall-Irrappurtar Finanzjarju (IFRS).

Tat assistenza fl-applikazzjoni tal-IFRS meta ttrattat id-dejn sovran.

Xogħol fuq il-kondiviżjoni ta’ esperjenzi u t-taħdit dwar l-implikazzjonijiet bejn is-superviżuri nazzjonali fuq kwistjonijiet ta’ superviżjoni tas-suq u kwistjonijiet relatati mad-Direttivi tal-Prospectus (PD) u tat-Trasparenza (TD), Attentati ta’ Akwiżizzjoni, eċċ.

Xogħol konġunt mal-ESAs l-oħra.

Ikkontribwixxiet b'mod attiv għall-BERS fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja, ukoll permezz ta’ rapporti tar-riskju regolari.

Tejbet il-protezzjoni tal-konsumatur finanzjarju permezz ta’ regoli u rekwiżiti addizzjonali għall-intermedji u għall-maniġers ta’ fondi.

L-ewwel twissija dwar prodott pan-Ewropea fuq l-iskambju barrani lil investituri.

Mexxiet database madwar l-UE għal rapporti dwar it-tranżazzjonijiet.

Żviluppat soluzzjoni tal-IT b'suċċess għall-pubblikazzjoni ta’ gradar storiku tas-CRA.

Ikkoordinat ir-risponsi tas-superviżuri nazzjonali għall-kriżi finanzjarja.

Wettqet żewġ reviżjonijiet bejn il-pari dwar l-abbuż fis-suq u l-prospectus.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


IT-TWEĠIBIET TAL-AWTORITÀ

12.

L-2011 kienet l-ewwel sena ta’ ħidma tal-ESMA, minkejja li l-pubblikazzjoni tar-Regolament Bażi tagħha kienet saret biss fil-15 ta’ Diċembru 2010. Dan id-dewmien fil-pubblikazzjoni tar-Regolament xekkel lill-ESMA milli tniedi fil-ħin il-proċessi tar-reklutaġġi tagħha, u dan kellu impatt dirett fuq ir-rata tal-infiq tagħha. Barra dan, kien hemm dewmien fil-biċċa l-kbira tal-għanijiet/proġetti tal-IT tal-ESMA minħabba dewmien fil-leġiżlazzjoni li tesiġi l-implimentazzjoni ta’ sistemi bħal dawn.

13.

Ir-Regolament Finanzjarju tal-ESMA (li ġej mir-Regolament Finanzjarju Qafas) ma jirriflettix b’mod xieraq l-istruttura ta’ finanzjament tal-ESMA. F’Ottubru 2011 l-ESMA talbet lid-DĠ Baġit jindika l-proċedura rigward ir-rifużjoni tar-riżultat pożittiv tal-baġit. F’Marzu 2012 id-DĠ Baġit ikkonferma li l-bilanċ favorevoli għandu jingħadd b’obbligu lejn il-Kummissjoni. F’Mejju 2012 id-DĠ Baġit ippropona proċedura li tiżgura li l-bilanċ favorevoli tabilħaqq jgħaddi lill-ESMA, li diparti tagħha ser tħallas lura lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’mod proporzjonali skont il-kontribuzzjonijiet oriġinali tagħhom.

14.

L-ESMA hija s-suċċessur legali tas-CESR, u għaldaqstant ċerti impenji legali ġew iffirmati mis-CESR qabel it-twaqqif tal-ESMA, meta l-proċeduri li kien hemm fis-seħħ kienu għadhom differenti mir-regolament finanzjajru tal-UE u minn ċerti proċeduri tal-akkwist oħrajn tal-UE applikabbli għall-korpi tal-UE. Minħabba ċerti diffikultajiet tekniċi u d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-ABAC, ir-reġistrazzjoni fil-kontijiet tal-impenji baġitarji korrispondenti saret biss tard fl-2011.

15.

L-ESMA tirrikonoxxi din is-sejba li kienet ikkaġunata minn volum kbir ta’ xogħol xejn mistenni lejn tmiem l-2001 u mill-eżerċizzju tat-trasferimenti fis-sistema baġitarja tal-UE fl-ewwel sena ta’ ħidma tagħha.

16.

Matul it-twaqqif tagħha l-ESMA qablet mad-DĠ korrispondenti tagħha li tfassal standards ta’ kontroll intern tal-UE. Id-dokumentazzjoni rilevanti tressqet lid-DĠ Markt, li għamlet il-kontrolli meħtieġa f’Ottubru 2011. Fl-2012 l-ESMA ser tkompli tifformalizza dawn il-kontrolli u tikseb l-approvazzjoni għalihom mill-Bord Maniġerjali.

17.

Inkwantu l-assi fissi, l-ESMA implimentat il-modulu ABAC Assets f’Settembru 2011. Għall-assi tanġibbli l-ESMA implimentat skedi ta’ ħin għall-persunal intern li jaħdem fuq il-proġetti tal-IT mill-1 ta’ Jannar 2012, u bħalissa fi stadju li ttejjeb il-proċeduri rilevanti.

18.

F’Jannar 2011 il-Bord Maniġerjali tal-ESMA approva b’mod proviżorju r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-riżorsi umani qabel ma ppreżentahom lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Jannar 2011. Tard fir-rebbiegħa tal-2011 id-DĠ HR esiġa li għandu jkun hemm regoli komuni għat-tliet awtoritajiet Ewropej ta’ viġilanza ESAs. Fil-21 ta’ Diċembru 2011 tressqet verżjoni ġdida lid-DĠ HR.

19.

Fl-14 ta’ Diċembru 2001 l-ESMA bagħtet tgħarraf b’ittra lill-OLAF bir-regoli antifrodi approvati mill-Bord Maniġerjali tagħha sabiex tfassal u tikkonkludi dan il-ftehim. S’issa l-OLAF għadha ma weġbitx.

20.

Wara l-ewwel żjara mill-Qorti tal-Awdituri f’Ottubru 2011, l-ESMA rrevediet il-proċeduri tar-reklutaġġ tagħha ħalli tittratta l-kwistjonijiet imsemmijin fi Frar 2012.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/165


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni

2012/C 388/28

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem “il-Fondazzjoni”), li tinsab f’Turin, ġiet stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li ssostni r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, hija tgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ diversi programmi (Phare, Tacis, CARDS u MEDA) (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-FONDAZZJONI

12.

Il-Fondazzjoni għadha ma adottatx u ma implimentatx politika tat-teżor biex timinimizza u tifrex ir-riskju finanzjarju filwaqt li timmira għal redditi adegwati. Il-kont jinżamm f’bank li ma għadx għandu l-klassifikazzjoni minima kif indikat mill-Kummissjoni.

13.

Il-Qorti identifikat 64 kuntratt b’valur totali ta’ EUR 2 miljuni li ma kinux kontrofirmati mill-kuntrattur tal-Fondazzjoni, u minħabba f’hekk inħolqot inċertezza legali.

KUMMENTI OĦRA

14.

Il-manutenzjoni u s-servizzi essenzjali bħat-tisħin, l-ilma u l-elettriku mhumiex żgurati għall-bini tal-Fondazzjoni peress li l-Konsorzju responsabbli mill-ġestjoni tal-faċilità daħal fi stralċ f’Novembru 2011. Is-sitwazzjoni fir-rigward tal-bini tal-Fondazzjoni mhijiex sodisfaċenti u tqiegħed l-attivitajiet tagħha f’riskju li jisfaxxaw.

15.

Jeħtieġ li l-Fondazzjoni ttejjeb aktar it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha. Il-punteġġi minimi għall-ammissjoni għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub ma ġewx stabbiliti minn qabel u l-mistoqsijiet għat-testijiet orali u bil-miktub ma ġewx stabbiliti qabel ma l-applikazzjonijiet ġew eżaminati mill-bords tal-għażla.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(2)  L-anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.etf.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Turin)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 166(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali.

Il-kompetenzi tal-Fondazzjoni

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90)

L-objettivi

li tikkontribwixxi, fil-kuntest tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, sabiex ittejjeb l-iżvilupp tal-kapital uman, fil-pajjiżi li ġejjin: il-pajjiżi eliġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 1085/2006 u Nru 1638/2006 u atti legali sussegwenti li huma relatati; pajjiżi oħra nominati bid-deċiżjoni tal-Bord li Jirregola fuq il-bażi ta' proposta appoġġata minn żewġ terzi tal-membri tiegħu u opinjoni tal-Kummissjoni, u koperti minn strument tal-Unjoni jew ftehim internazzjonali li jinkludi element ta' żvilupp tal-kapital uman, u safejn jippermettu r-riżorsi disponibbli.

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, ‘l-iżvilupp tal-kapital uman’ għandu jkun definit bħala ħidma li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tul il-ħajja tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-individwu permezz tat-titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali."

Il-kompiti

Bil-għan li jinkiseb l-objettiv, il-Fondazzjoni, fil-limiti tas-setgħat mogħtija lill-Bord li Jirregola, u filwaqt li ssegwi l-linji gwida ġenerali stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, għandha jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:

li tagħti informazzjoni, analiżijiet tal-politika u parir dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi msieħba;

li tippromwovi għarfien u analiżi ta’ ħtiġijiet ta' kompetenzi fis-swieq tax-xogħol nazzjonali u lokali;

li tappoġġa lill-partijiet interessati relevanti f’pajjiżi msieħba fil-bini tal-kapaċitajiet fl-iżvilupp tal-kapital uman;

li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza fost id-donaturi involuti fir-riforma tal-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi msieħba;

li tappoġġa t-twassil tal-assistenza mill-Unjoni lil pajjiżi msieħba fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapital uman;

li xxerred informazzjoni u tħeġġeg in-netwerking u l-iskambju ta' esperjenza u ta’ prassi tajba bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba u fost il-pajjiżi msieħba fi kwistjonijiet tal-iżvilupp tal-kapital uman;

li tikkontribwixxi, fuq talba tal-Kummissjoni, lejn l-analiżi tal-effettività globali tal-assistenza f'taħriġ lill-pajjiżi msieħba;

li twettaq tali kompiti oħra skont kif jiġi miftiehem bejn il-Bord li Jirregola u l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

It-Tmexxija

Il-Bord li Jirregola

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru

Tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni

Tliet esperti li ma jivvutawx maħtura mill-Parlament Ewropew

Addizzjonalment, tliet rappreżentanti tal-pajjiżi msieħba jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord li Jirregola bħala osservaturi

Id-Direttur

Maħtur mill-Bord li Jirregola fuq proposta mill-Kummissjoni

Il-Verifika Esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-Verifika Interna

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament, waqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2011 (2010)

Il-baġit

EUR 20,3 (18,8) miljun għal impenji u EUR 19,8 (19,3) miljun għal pagamenti, li minnhom EUR 19,3 miljun huma ffinanzjati minn sussidju tal-Kummissjoni.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

96 (96) kariga temporanja fit-tabella tal-persunal li minnhom 90 (92) kariga okkupata.

35 (36) persunal ieħor (aġenti lokali, aġenti b’kuntratt, esperti nazzjonali ssekondati).

Total tal-persunal: 125 (128), assenjati għad-doveri li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 70 (70)

kompiti amministrattivi: 28 (31)

kompiti ta’ koordinazzjoni korporattiva u ta’ komunikazzjoni: 27 (27)

Il-prodotti u s-servizzi mogħtija matul is-sena finanzjarja 2011 (2010)

L-attivitajiet

L-ETF tikkontribwixxi, fil-kuntest tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, għat-titjib tal-iżvilupp tal-kapital uman (HCD) fit-30 Pajjiż Imsieħeb maħtura bir-regolament tagħha u l-Bord li Jirregola. L-attivitajiet prinċipali huma l-appoġġ għal politiki u proġetti tal-UE, il-provvediment ta’ analiżijiet ta’ politika, it-tixrid u l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza u appoġġ għal bini tal-kapaċitajiet tal- pajjiżi msieħba.

Il-valur miżjud tal-ETF jiġi mill-bażi ta’ għarfien stabbilit li hija newtrali, mhux kummerċjali u unika u li tikkonsisti minn kompetenza fl-iżvilupp tal-kapital uman u r-rabtiet tagħha mal-impjieg. Dan jinkludi kompetenza fl-adattament tal-approċċi għall-iżvilupp tal-kapital uman fl-UE u l-Istati Membri tagħha għall-kuntest tal-pajjiżi msieħba.

Fl-2011 l-ETF organizzat b’suċċess konferenza (fid-9 ta’ Mejju) biex tippreżenta r-riżultati tal-ewwel sena tal-Proċess ta’ Turin (valutazzjonijiet ta' politika tat-TEV f’24 Pajjiż Imsieħeb) u biex tiddiskuti l-politiki strateġiċi, għall-promozzjoni tal-aħjar prassi għall-iżvilupp, u l-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni, kif ukoll fid-dimensjoni esterna tal-Politiki interni tal-Unjoni. Hija ħejjiet ukoll il-fażi li jmiss tal-Analiżi tal-Progress fil-Pajjiżi li għandha ssir fl-2012. Il-konferenza korportattiva l-oħra kienet dwar l-Arranġamenti Istituzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Oqfsa tal-Kwalifiki, opportunità għall-varar tal-Qafas tal-Kwalifiki elettroniku għall-promozzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni esperta fost il-Pajjiżi msieħba li jiżviluppaw l-oqfsa tal-kwalifiki.

Hija ħadmet ukoll fuq il-funzjonijiet prinċipali tagħha kif ġej:

Appoġġ lill-politiki tal-UE u ċ-ċiklu tal-proġett tal-istrumenti ta’ Relazzjonijiet Esterni għall-pajjiżi msieħba: 30 (30) eżitu;

Bini tal-kapaċitajiet tal-Pajjiżi Msieħba: 72 (22) eżitu;

Analiżi tal-politika 22 (29) eżitu;

Tixrid u netwerking: 24 (30) eżitu.

L-eżiti jkejlu t-twettiq tar-riżultati ta’ proġett, u jirrelataw il-baġit mal-funzjonijiet tal-ETF.

Barra minn dawn il-funzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programm ta’ xogħol tagħha, l-ETF wieġbet ukoll għal talbiet diretti mill-Kummissjoni Ewropea matul is-sena. Fl-2011 hija rrappurtat 100 talba mill-Kummissjoni li kienu qed jiġu ttrattati, 44 % kienu indirizzati lil pajjiżi tal-IPA u 45 % lil ENPI u 10 % lil DCI. (Fl-2010 kien hemm 105 talbiet li kienu qed jiġu ttrattati, 62 % kienu indirizzati lil pajjiżi tal-IPA u 30 % lil ENPI u 7 % lil DCI).

IPA: Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (il-Balkani tal-Punent, it-Turkija u l-Islanda).

ENPI: Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ir-Reġjun fix-Xlokk tal-Mediterran u l-Ewropa tal-Lvant).

DCI: Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali).

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.


IT-TWEĠIBIET TAL-FONDAZZJONI

12.

L-EFT ser iddaħħal fis-seħħ politika tat-teżor li tinkludi s-sorveljanza tal-gradazzjoni (ratings) tal-krediti bankarji fid-dawl tal-firxa tar-riskji finanzjarji u l-iżgurar ta’ profitt xieraq fuq ir-riżervi likwidi.

13.

Dan il-kumment jirrigwarda ordnijiet ta’ xiri maħruġa skont kuntratt qafas wieħed speċifiku. Wara l-kummenti tal-Qorti, l-EFT ġabet il-prassi tagħha konformi mal-kuntratti ta’ qafas l-oħra kollha tagħha li jesiġu li l-ordnijiet tax-xiri jkunu kontroffirmati mill-kuntrattur.

14.

L-EFT qiegħda tagħmel kull ma tista’ – permezz tal-kuntatti li għandha fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali fl-Italja kif ukoll permezz tal-Bord Governattiv u l-Kummissjoni Ewropea – sabiex terġa’ tistabbilixxi prospettiva ta’ akkomodazzjoni fit-tul f’bini sostenibbli f’Turin kif jipprevedi l-Ftehim tas-Sede. Saru laqgħat bejn il-President tal-Bord Governattiv tal-EFT u l-Awtoritajiet Taljani, u ntbagħtu ittri bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Taljan. L-EFT ser tippersisti fl-isforzi tagħha ħalli tasal għal soluzzjoni sodisfaċenti bil-mezzi kollha possibbli, u dan ma jeskludix it-teħid ta’ azzjoni legali kemm-il darba dan ikun meħtieġ.

15.

L-EFT issa adottat limitu standard ta’ 70 % fil-fażijiet kollha tal-proċessi ta’ reklutaġġ. Inkwantu t-twaqqit tat-tfassil tat-testijiet u tal-mistoqsijiet li jsiru fl-intervisti, il-proċedura tar-reklutaġġ tal-EFT tipprevedi li t-testijiet u l-mistoqsijiet tal-intervisti għandhom jitfasslu qabel ma jaslu s-CVs għand il-bord tal-għażla. L-EFT ser tirrinforza l-proċeduri ta’ kontroll tagħha ħalli tiżgura li l-proċeduri jkunu rrispettati u li jkun hemm evidenza tagħhom fil-fajls.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/171


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

2012/C 388/29

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Fornitriċi Euratom (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, inħolqot fl-1958 (1). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom (2) issostitwiet l-Istatuti preċedenti tal-Aġenzija. Il-kompiti prinċipali tal-Aġenzija huma li tipprovdi lill-Unjoni b’għarfien espert dwar is-suq tal-materjali u servizzi nukleari u tissorveljah.

2.

L-Aġenzija ma rċevietx baġit proprju għaliha biex tkopri l-operazzjonijiet tagħha mill-2008 ‘l hawn. Il-Kummissjoni refgħet l-ispejjeż kollha mġarrba mill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-2011. Għall-2012, l-Aġenzija ngħatat baġit proprju għaliha mill-Kummissjoni.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali tal-Aġenzija (3) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess (4). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (5) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (6) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (8) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adotatti mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (9).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Enfasi dwar kwistjoni

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa fil-paragrafu 10, il-Qorti tixtieq terġa’ tiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni li ġejja. L-Artikolu 54 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jipprovdi li l-Aġenzija għandu jkollha awtonomija finanzjarja. L-Artikolu 7 tal-Istatuti tal-Aġenzija jipprovdi li "l-infiq tal-Aġenzija għandu jikkonsisti fi spejjeż amministrattivi tal-persunal tagħha u tal-Kumitat, kif ukoll spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma’ partijiet terzi". Fil-fatt, mill-2008 ’l hawn, l-Aġenzija ma rċevietx baġit. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni Ewropea ħallset direttament l-ispejjeż tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 7 hawn fuq. Fl-opinjoni tal-Qorti, din is-sitwazzjoni tmur kontra l-Istatuti tal-Aġenzija u l-Qorti tqis li l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom, flimkien mal-partijiet interessati kollha, iqisu miżuri biex din is-sitwazzjoni tiġi eliminata.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU 27, 6.12.1958, p. 534.

(2)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(5)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(6)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(7)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(8)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-3 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ec.europa.eu/euratom/accounts_en.html.

(9)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

11.

L-Aġenzija taqbel mal-konlużjoni tal-Qorti tal-Awdituri.

Fl-2011, il-Kummissjoni adottat il-proposta biex tkun stabbilita mill-ġdid linja baġitarja speċfika għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom. B’konsegwenza, għall-2012 l-Aġenzija ngħatat sussidju ta’ EUR 98 000 mill-Kummissjoni, b’baġit totali ta’ EUR 104 000 (inkluż id-dħul finanzjarju) għall-2012.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/174


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni

2012/C 388/30

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f'Dublin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 (1). Il-kompitu tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta’ kondizzjonijiet ta’ ħajja u kondizzjonijiet ta’ xogħol aħjar fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi; ta’ sorveljanza u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b'analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. Bi tħejjija għall-modifiki proposti għar-Regolament Finanzjarju tal-UE, il-Qorti qabbdet ditta tal-verifika sabiex twettaq il-verifika, billi tapplika l-istess approċċ u proċeduri tal-verifika użati mill-Qorti. Il-Qorti rrevediet ix-xogħol li sar u użatu biex tissostanzja l-opinjoni tagħha.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b'dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni (10) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-Fondazzjoni rriportat 'il fuq minn 47 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu III (nefqa operazzjonali) li ammontaw għal EUR 3,4 miljun, li minnhom EUR 1,6 miljun ma kinux ppjanati (22 % tat-Titolu III). Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ annwalità.

KUMMENTI OĦRA

13.

Il-Qorti identifikat il-ħtieġa li ttejjeb it-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ: il-laqgħat tal-bord tal-għażla mhux dejjem kienu qed jiġu ddokumentati b'mod suffiċjenti u mhemm ebda evidenza li l-mistoqsijiet għall-intervisti jew għall-eżamijiet bil-miktub kienu ffissati qabel l-eżamijiet.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-20 ta' Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta' Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eurofound.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

Il-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f'moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f'Turin fit-18 ta’ Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni. […]

Il-kompetenzi tal-Fondazzjoni

(ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005)

L-objettivi

L-għan tal-Fondazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:

il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol,

l-organizzazzjoni tax-xogħol u partikolarment id-disinn tal-impjieg,

il-problemi li jirrigwardaw ċerti kategoriji ta’ ħaddiema,

l-aspetti fit-tul dwar it-titjib tal-ambjent,

it-tqassim ta’ attivitajiet umani fl-ispazju u fiż-żmien.

Il-kompiti

issaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza f'dawn l-oqsma,

tiffaċilita l-kuntatt bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ studju u riċerka, organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet soċjali u ekonomiċi,

twettaq studji jew biex tikkonkludi kuntratti ta’ studji u biex tipprovdi assistenza għall-proġetti pilota,

tikkoopera mill-qrib kemm jista' jkun ma’ istituzzjonijiet speċjalizzati eżistenti fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali.

It-tmexxija

Il-Bord Amministrattiv (BA)

minn kull Stat Membru: rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u rappreżentant wieħed tal-ħaddiema,

tliet rappreżentanti mill-Kummissjoni

laqgħa regolari kull sena

Il-Bureau tal-BA

hu magħmul minn 11-il membru; tliet membri minn kull wieħed mill-imsieħba soċjali u l-gvernijiet, tnejn mill-Kummissjoni,

jissorvelja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-BA u jieħu miżuri sabiex jiżgura t-tmexxija tajba bejn il-laqgħat tal-BA.

6 laqgħat regolari kull sena

Id-Direttur u d-Deputat Direttur jinħatru mill-Kummissjoni minn lista ta’ kandidati mressqa mill-BA. Id-Direttur jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-BA u tal-Bureau tiegħu u jmexxi L-Fondazzjoni.

Il-verifika interna

- Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS)

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2011 (2010)

Il-Baġit

EUR 20,6 miljun (EUR 20,85 miljun)

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Aġenti temporanji:

101 kariga li hemm dispożizzjoni dwarhom fit-tabella tal-persunal li minnhom 97 (91) kienu okkupati fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Persunal Ieħor:

 

L-Esperti Nazzjonali Ssekondati: 0 (0)

 

Aġenti Kuntrattwali: 9 (10)

 

It-Total tal-Persunal impjegat: 106 (101)

Allokati għal

Attivitajiet operazzjonali: 72 (66)

Kompiti amministrattivi: 29 (31)

Imħallta: 5 (4)

L-attivitajiet u s-servizzi mogħtija fl-2011 (2010)

Il-Monitoraġġ u l-Istħarriġ

In-Netwerk tal-Osservatorji Ewropej (NEO):

l-Osservatorju Ewropew għar-Relazzjonijiet Industrijali (EIRO): żdiedu 326 aġġornament ta’ informazzjoni, 4 studji ta’ rappreżentanza; 2 aġġornamenti annwali dwar il-paga u l-ħin tax-xogħol; Relazzjonijiet Industrijali u żviluppi dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa 2010; 4 rapporti analitiċi komparattivi; 1 rapport ta’ stħarriġ

l-Osservatorju Ewropew dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol (EWCO): żdiedu 99 aġġornament ta’ informazzjoni; 3 rapporti analitiċi komparattivi; Żviluppi dwar ir-relazzjonijiet industrijali u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa għall-2010; 9 rapporti ta’ stħarriġ

Ġew miżjuda 1,350 skeda informattiva ta’ ristrutturar tal-Monitoraġġ tar-Ristrutturar Ewropew (ERM); 3 rapporti analitiċi komparattivi

L-Istħarriġiet:

il-Ħames Stħarriġ Ewropew tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol: l-ewwel sejbiet ippubblikati u tħejjija tar-rapport ta’ ħarsa ġenerali u analiżi sekondarja

it-Tieni Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja: analiżi sekondarja dwar il-Kwalità tal-Ħajja fil-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija; il-Kwalità tal-Ħajja f'viċinati b'diversi sfondi etniċi, Parteċipazzjoni fil-volontarjat u xogħol bla ħlas

it-Tieni Stħarriġ Ewropew tal-Kumpaniji: analiżi sekondarja dwar paga relatata mal-prestazzjoni u r-relazzjonijiet tal-impjiegi f'kumpaniji Ewropej; Rappreżentanza tal-impjegati fil-livell ta’ stabbiliment fl-Ewropa; Prattiki ta’ Ġestjoni u prestazzjoni organizzazzjonali sostenibbli

L-Impjiegi u l-kompetittività

Il-Monitoraġġ tar-Ristrutturar Ewropew – Ir-Rapport ERM 2011: Strumenti pubbliċi biex jappoġġaw ir-ristrutturar fl-Ewropa

Il-Monitoraġġ Ewropew tal-Impjiegi – Ir-Rapport EJM: Tibdil fl-istruttura tal-impjiegi fl-Ewropa matul ir-Riċessjoni l-Kbira

Żgħażagħ u NEETs (‘Mingħajr Impjieg, Edukazzjoni jew Taħriġ’): Sfidi u soluzzjonijiet għal parteċipazzjoni ogħla taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol

Rapport dwar il-forom ta’ intraprendritorija li qegħdin jitfaċċaw

Sħubiji lokali pubbliċi-privati konġunti għall-impjiegi sabiex jaffaċċaw għar-riċessjoni

Miżuri pubbliċi li jappoġġaw l-impjieg indipendenti u l-ħolqien tax-xogħol f'intrapriżi magħmulin minn persuna waħda u intrapriżi żgħar

Impatt fuq relazzjonijiet bejn il-kumpaniji – kondizzjonijiet tal-impjiegi u tax-xogħol

Ir-Relazzjonijiet industrijali u żviluppi fuq il-post tax-xogħol

Relazzjonijiet industrijali u żviluppi dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa 2010

Djalogu soċjali u kondizzjonijiet tax-xogħol

SMEs (Impriżi Żgħar u Medji) fil-kriżi: Impjiegi, relazzjonijiet industrijali u sħubija lokali

Għajnuna liż-żgħażagħ matul il-kriżi: kontribuzzjonijiet mill-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet pubbliċi

Impjiegi u relazzjonijiet industrijali fis-settur tal-kura tas-saħħa

Djalogu soċjali fis-settur bankarju

Il-koeżjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja

Inklużjoni attiva taż-żgħażagħ b'diżabilità jew problemi ta’ saħħa

Ġestjoni tad-dejn fid-dar

Promozzjoni tal-intraprenditorija etnika fil-bliet Ewropej

Inizjattivi tal-kumpaniji għal ħaddiema li għandhom ir-responsabbiltà tal-kura ta’ tfal jew adulti b'diżabilità

Volontarjat fl-UE minn persuni ikbar fl-età

Il-Komunikazzjoni u l-qsim ta’ ideat u esperjenzi

Tqassmu 73 952 pubblikazzjoni stampati; 4 e-alerts li jammontaw għal 18 440 e-mail; 895 pubblikazzjoni onlajn u stampati; 873 kuntatt u laqgħa ta’ tagħrif ma’ dawk li jfasslu l-politika fil-livell Ewropew; iktar minn 2 miljun sessjoni għall-utenti; 20 attività fuq il-midja li laħqu 178 miljun ċittadin Ewropew; 228 mistoqsija mill-ġurnalisti; iktar minn 3 300 kwotazzjoni fil-midja Ewropea; iktar minn 450 kwotazzjoni mir-riċerka tal-Fondazzjoni fil-ġurnali xjentifiċi fl-Ewropa.

Iktar minn 170 dokument ta’ politika tal-UE li jikkwotaw referenzi li jkunu saru fis-sejbiet u l-għarfien espert tal-Fondazzjoni.

15-il wirja u 33 żjara lill-Fondazzjoni, li kkonsistew fi 328 viżitatur.

Kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-UE f'seminar konġunt tal-Parlament Ewropew u tal-aġenziji tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u l-Impjiegi

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.


IT-TWEĠIBIET TAL-FONDAZZJONI

12.

Il-Eurofound hija impenjata ħafna biex tkompli u anke żżid l-isforzi biex tnaqqas l-ammont ta’ approprjazzjonijiet mhux pjanati miġjuba ’l quddiem permezz ta’ monitoraġġ tal-baġit aktar mill-qrib.

13.

Il-proċeduri verifikati seħħew qabel beda t-titjib wara li l-verifiki preċedenti kienu saru tassew evidenti. Il-kriterji tas-selezzjoni u l-intervisti użati huma eżatt kif ippubblikati fl-avviż għall-post vakanti. Il-mistoqsijiet tal-intervista huma marbutin direttament ma’ dawn il-kriterji. Għaldaqstant l-oqsma tal-interrogazzjoni, u b’estensjoni l-mistoqsijiet, huma stabbiliti mill-mument li jiġi miftiehem u ppubblikat l-avviż għall-post vakanti. It-testi bil-miktub huma dejjem stabbiliti qabel is-selezzjoni tal-kandidati.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/180


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-EUROJUST għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust

2012/C 388/31

INTRODUZZJONI

1.

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “l-Eurojust”), li tinsab fl-Aja, ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA (1) bi ħsieb li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u bejn l-Istati Membri u l-Istati mhux Membri (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Eurojust. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Eurojust, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Eurojust, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Eurojust u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Eurojust jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Eurojust (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adotatti mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

L-approprjazzjonijet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 6,1 miljun kienu ġew riportati mill-2010 għall-2011. Fir-rapport tagħha għas-sena finanzjarja 2010, il-Qorti enfasizzat li livell għoli bħal dan ta’ riport kien eċċessiv. Mill-ammont li ġie riportat, EUR 1,3 miljun kellhom jiġu kkanċellati fl-2011. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 5,2 miljun (16 % tal-approprjazzjonijiet totali ta’ pagament) ġew riportati għall-2012. Minn dan l-ammont, EUR 3,1 miljun huma relatati mat-Titolu III (nefqa operazzjonali) li jirrappreżentaw 39 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tat-Titolu III. Dan il-livell huwa għal darb’oħra eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju ta’ annwalità.

KUMMENTI OĦRA

13.

Fir-rapport għas-sena finanzjarja 2010, il-Qorti nnutat li kien hemm skop biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur u l-Kulleġġ tal-Eurojust sabiex ir-responsabbiltajiet, li bħalissa jirriżultaw mir-Regolament Fondatur (12), ma jikkonċidux. Ma ttieħdet l-ebda miżura korrettiva fl-2011.

14.

L-Eurojust għadha ma adottatx ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni kollha tar-Regolamenti tal-Persunal (13).

15.

Il-Qorti reġgħet identifikat nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ. F’diversi każijiet, il-kompożizzjoni tal-bordijiet tal-għażla ma kinitx għal kollox konformi mar-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-Persunal: mhux il-membri kollha tal-bord tal-għażla kellhom il-grad minimu meħtieġ. F’waħda mill-proċeduri tal-għażla, il-President tal-Bord kien superjur ġerarkiku dirett tal-uniku kandidat li ġie mistieden għall-intervista u li ntgħażel għall-kariga.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Id-Deċiżjoni tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Eurojust. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Eurojust.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta' Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fil-5 ta' Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eurojust.europa.eu/adm_budg_finance.htm.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  L-Artikoli 28, 29, 30 u 36 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44) u 2009/426/ĠAI (ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14).

(13)  Ir-regoli ta’ implimentazzjoni huma nieqsa għall-oqsma: “Riklassifikazzjoni”, “Mistoqsijiet amministrattivi u proċedura dixxiplinarja”, “Ħidma part-time”, “Taqsim ta’ Xogħol”, “Maniġment fil-livell medju”, “Okkupazzjoni temporanja ta’ postijiet maniġerjali”, “Maniġment fil-livell għoli li jagħmel evalwazzjoni”, “Rtirar kmieni mingħajr tnaqqis mid-drittijiet għall-pensjoni”, “Liv”, “Kumitat tal-Persunal” u “Gwida dwar il-missjonijiet.”


ANNESS

L-Eurojust (L-Aja)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-missjoni tal-Eurojust għandha tkun li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażi komuni, abbażi ta’ operazzjonijiet immexxija u informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-Europol. […]

Il-kompetenzi tal-Eurojust

(kif iddefinit fl-Artikoli 3, 5, 6 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/JHA u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI)

L-għanijiet

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Eurojust

Fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, li jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar, ta’ imġiba kriminali msemmija fl-Artikolu 4 rigward il-kriminalità serja, partikolarment meta hi organizzata, l-għanijiet tal-Eurojust għandhom ikunu li:

(a)

tistimola u ttejjeb il-koordinazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri, waqt li tiġi kunsidrata kull talba li toħroġ mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u kull informazzjoni mogħtija minn korp kompetenti fis-sens tad-disposizzjonijiet adottati fil-qafas tat-Trattati;

(b)

ittejjeb kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari li tiġi faċilitata l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar kooperazzjoni ġudizzjarja, inkluż dwar strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku;

(ċ)

tappoġġa altrimenti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex itejbu l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom.

Il-kompiti

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Eurojust

1.

Biex l-Eurojust tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Eurojust għandha twettaq il-funzjonijiet tagħha:

(a)

permezz ta’ wieħed jew aktar membri nazzjonali konċernati skont l-Artikolu 6, jew

(b)

bħala Kulleġġ skont l-Artikolu 7:

(i)

meta mitluba hekk minn wieħed jew aktar membri nazzjonali konċernati b'każ ittrattat minn Eurojust, jew

(ii)

meta l-każ jinvolvi investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet li għandhom riperkussjonijiet fil-livell tal-Unjoni jew li jistgħu jolqtu Stati Membri għajr dawk li huma direttament konċernati, jew

(iii)

meta hi involuta kwistjoni ġenerali relatata mal-kisba tal-għanijiet tagħha, jew

(iv)

meta altrimenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

2.

Meta twettaq il-funzjonijiet tagħha, l-Eurojust għandha tindika jekk hijiex taġixxi permezz ta’ wieħed jew aktar membri nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 6 jew bħala Kulleġġ fis-sens tal-Artikolu 7.

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Eurojust

1.

Meta l-Eurojust taġixxi permezz tal-membri nazzjonali kkonċernati tagħha, hi:

(a)

tista' titlob, filwaqt li tagħti r-raġunijiet tagħha, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati biex:

(i)

iwettqu investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ atti speċifiċi;

(ii)

jaċċettaw li waħda minnhom tista' tkun f'pożizzjoni aħjar li twettaq investigazzjoni jew li tħarrek atti speċifiċi;

(iii)

jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati;

(iv)

jistabbilixxu skwadra investigattiva konġunta bl-istrumenti ta’ kooperazzjoni rilevanti;

(v)

jipprovduha b'kull informazzjoni li tkun neċessarja biex taqdi l-funzjonijiet tagħha;

(vi)

jieħdu miżuri speċjali ta’ investigazzjoni;

(vii)

jieħdu kull miżura oħra ġustifikata għall-investigazzjoni jew prosekuzzjoni;

(b)

għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jinformaw lil xulxin b'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li ġiet informata bihom;

(c)

għandha tgħin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex tiġi żgurata l-aħjar kooperazzjoni possibbli fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet;

(d)

għandha tagħti għajnuna biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

(e)

għandha tikkoopera u tikkonsulta man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropea, billi tuża u tagħti kontribut għat-titjib tal-bażi ta’ informazzjoni dokumentata;

(f)

għandha, fil-każijiet imniżżla fl-Artikolu 3(2) u (3) u bi ftehim mal-Kulleġġ, tgħin f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet dwar l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed biss;

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirreaġixxu mingħajr dewmien inġustifikabbli għal talbiet magħmulin taħt dan l-Artikolu.

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Eurojust

1.

Meta l-Eurojust taġixxi bħala Kulleġġ:

(a)

tista', għall-forom ta’ kriminalità u offiżi msemmija fl-Artikolu 4(1) issaqsi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, waqt li tagħti r-raġunijiet tagħha:

(i)

biex jibdew investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ atti speċifiċi;

(ii)

biex jaċċettaw li waħda minnhom tista' tkun f'pożizzjoni aħjar li tibda investigazzjoni jew biex tħarrek atti speċifiċi;

(iii)

biex jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati;

(iv)

biex jistabbilixxu grupp ta’ investigazzjoni konġunt b'konformità mal-istrumenti rilevanti ta’ kooperazzjoni;

(v)

biex jipprovduha b'kull informazzjoni neċessarja għal qadi tal-funzjonijiet tagħha;

(b)

għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinformaw lil xulxin bl-investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li ġew informati (ġiet informata) dwarhom u li għandhom riperkussjonijiet fuq livell tal-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw Stati Membri għajr dawk li huma direttament ikkonċernati;

(c)

għandha tassisti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex tiżgura l-aħjar kooperazzjoni possibbli f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet;

(d)

għandha tagħti għajnuna biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari dwar l-analiżi tal-Europol;

(e)

għandha tikkoopera u tikkonsulta man-Netwerks Ġudizzjarji Ewropew, li tinkludi tagħmel użu minn u tikkontribwixxi għat-titjib tal-bażi ta’ informazzjoni dokumentarja;

(f)

tista' tassisti lill-Europol, b'mod partikolari billi tipprovdiha b'opinjonijiet ibbażati fuq analiżi (analiżijiet) magħmula minn Europol;

(g)

tista' tagħti appoġġ loġistiku f'każijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) hawn fuq. Dan l-appoġġ loġistiku jista' jinkludi għajnuna għal traduzzjoni, interpretazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni.

2.

Fejn żewġ membri nazzjonali jew aktar ma jistgħux jaqblu dwar kif isolvu każ ta’ konflitt ta’ ġurisdizzjoni fir-rigward it-teħid ta’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet taħt l-Artikolu 6 u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1)(c), il-Kulleġġ għandu jintalab jagħti opinjoni mhux vinkolanti bil-miktub dwar il-każ, dment li l-każ ma kienx jista' jiġi solvut permezz ta’ qbil reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti konċernati. L-opinjoni tal-Kulleġġ għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri konċernati. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1(a)(ii).

3.

Minkejja d-dispożizzjonijiet li jinsabu fi kwalunkwe strument adottat mill-Unjoni Ewropea rigward il-koperazzjoni ġudizzjarja, awtorità kompetenti tista' tirrapporta lill-Eurojust ċaħdiet rikorrenti jew diffikultajiet li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, kooperazzjoni ġudizzjarja inkluż dwar strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, u titlob lill-Kulleġġ sabiex joħroġ opinjoni mhux vinkolanti bil-miktub dwar il-kwistjoni, dment li din ma tkunx tista' tiġi solvuta permezz ta’ qbil reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew permezz tal-involviment tal-membri nazzjonali konċernati. L-opinjoni tal-Kulleġġ għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri konċernati.

It-Tmexxija

(L-Artikoli 2, 9, 23, 28, 29 u 36 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Eurojust 2002/187/JHA kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/JHA u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2009/426/ĠAI; l-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Eurojust)

Il-Kulleġġ

Il-Kulleġġ huwa responsabbli mill-organizzazzjoni u l-operazzjoni tal-Eurojust. Il-Kulleġġ huwa magħmul minn Membri Nazzjonali li huma ssekondati minn kull Stat Membru skont is-sistema legali tiegħu, li huma prosekuturi, imħallfin jew uffiċjali tal-puliżija b'kompetenza ekwivalenti. Il-Kulleġġ jeleġġi lill-President tiegħu minn fost il-Membri Nazzjonali.

Id-Direttur

Id-Direttur Amministrattiv jinħatar mill-Kulleġġ b'maġġoranza ta’ 2/3.

Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza jissorvelja l-ipproċessar tad-data personali.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Eurojust fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 31,4 (32,3) miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Aġenti temporanji 186 (185)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

L-Għadd ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni: 204 (141)

L-Għadd totali ta’ każijiet: 1 441(1 424)

Frodi: 575 (631); 39 % (45 %)

Traffikar ta’ droga: 242 (254); 16 % (18 %)

Terroriżmu: 27 (25); 1 % (2 %)

Qtil: 88 (83); 6 % (6 %)

Traffikar ta’ bnedmin: 79 (87); 5 % (6 %)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-EUROJUST.


IT-TWEĠIBIET TAL-EUROJUST

12.

L-Eurojust jagħraf il-kumment tal-Qorti. Ittieħdu serje ta’ passi mill-Eurojust sabiex jitjiebu t-tbassir u l-implimentazzjoni tal-baġit, bħar-rapporti ta’ tbassir ġodda ta’ kull xahar u għodod ta’ monitoraġġ oħrajn, li sejrin jirriżultaw f'numru mnaqqas ta’ riporti u trasferimenti baġitarji.

13.

L-Eurojust jitlob mill-ġdid l-attenzjoni tal-Qorti għall-fatt li tali definizzjoni ta’ rwoli u responsabbiltajiet, għajr il-miżuri interni li kienu diġà ttieħdu mill-Eurojust, jikkorrespondu għal-leġiżlatur tal-UE, fi ħdan il-qafas tal-preparazzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar il-Eurojust.

L-istruttura ta’ governanza tal-Eurojust hija bbażata fuq id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Eurojust (2002/187/JHA, 2003/659/JHA u 2009/426/JHA). Għaldaqstant, il-Kulleġġ ma għandu l-ebda mezz sabiex jagħmel modifiki sostanzjali għas-sitwazzjoni attwali. Ir-Regolament il-ġdid imbassar dwar il-Eurojust, skont l-Artikolu 85, it-tieni sentenza, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) sejjer jipprovdi opportunità sabiex jiġu definiti b'mod adegwat l-irwoli u r-responsabilitajiet fi ħdan il-Eurojust.

14.

L-Eurojust jagħraf li għadd ta’ regoli implimentattivi għadhom ma ġewx adottati skont l-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti dwar il-Persunal (SR) u sejjer jadotta r-regoli implimentattivi kollha nieqsin fil-futur qarib. L-Eurojust jimmira li jissottometti l-abbozz tar-regoli implimentattivi pendenti kollha lill-Kummissjoni fl-2012 u jistenna li l-adozzjoni ssir fl-2012 u 2013.

15.

L-Eurojust jieħu nota tal-kumment tal-Qorti. Madankollu, il-Eurojust jixtieq ifakkar il-fatt li huwa Aġenzija relattivament żgħira bi gradi baxxi meta mqabbel ma’ Aġenziji oħrajn, liema ħaġa okkażjonalment fil-passat għamlitha diffiċli biex jikkonforma mal-istess rekwiżit ta’ gradi jew ogħla għall-membri tal-Bord tal-Għażla. L-Eurojust ħa l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa f'dan ir-rigward, b'mod partikolari l-politika ta’ reklutaġġ ġiet aġġornata sabiex tikkonferma b'mod sħiħ mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Personal. Il-proċedura speċifika msemmija twettqet b'mod trasparenti u b'mod mingħajr preferenza favur il-kandidat magħżul.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/187


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju

2012/C 388/32

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”), li jinsab fl-Aja, inħoloq bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009 (2009/371/ĠAI) (1). L-għan tal-Uffiċċju hu li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni li tittieħed mill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istati Membri u servizzi oħra ta’ infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni reċiproka biex tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u forom ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Uffiċċju, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9) abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Uffiċċju (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Fl-2010, iktar minn EUR 1,6 miljun kellhom jiġu kkanċellati u fl-2011, EUR 1,9 miljun (9 % tal-approprjazzjonijiet li ġew riportati mill-2010) ġew ikkanċellati. Bħal kif ġara fl-2010, ir-riporti ta’ aproprjazzjonijiet ta’ impenn wkoll kienu għoljin fl-2011, b’EUR 4,2 miljun (41 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 10,6 miljun (46 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali). Ir-riport għoli u r-rati ta’ kanċellazzjoni kif ukoll l-għadd għoli ta’ 11-il trasferiment tal-baġit li saru fl-2011 jindikaw diffikultajiet fl-ippjanar u/jew fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Uffiċċju.

13.

Il-livell ta’ pagamenti għall-impenji kien baxx, b’34 % għat-Titolu II u 45 % għat-Titiolu III u jmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ annwalità.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-UFFIĊĊJU

14.

Il-proċeduri li jikkonċernaw l-istabbiliment, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet minn politiki u proċeduri ma ġewx adottati. Ġew irreġistrati eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet għal 7 % tal-pagamenti tal-2011.

15.

Is-sistema ta’ kontabilità għadha ma ġietx għal kollox ivvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabilità. Proċessi ewlenin bħall-għeluq tal-aħħar tas-sena u l-istabbiliment tad-drittijiet finanzjarji tal-persunal għadhom mhumiex koperti.

16.

Instabu dgħufijiet fir-rigward tal-verifika fiżika u r-reġistrazzjoni tal-attivi qabel u wara ċ-ċaqliq lejn il-kwartieri l-ġodda. Barra minn hekk, il-kuntratti ta’ assigurazzjoni ma jirriflettux il-valur tal-attivi tal-Uffiċċju. Billi, qabel sar iċ-ċaqliq, l-attivi netti kienu assigurati b’mod eċċessiv b’madwar EUR 17-il miljun, bħalissa huma assigurati b’mod insuffiċjenti b’madwar EUR 21 miljun.

17.

Hemm lok għal titjib konsiderevoli fit-tħejjija, l-eżekuzzjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist.

KUMMENTI OĦRA

18.

Ir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju jirreferi għal regoli u proċeduri dettaljati stipulati fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Madankollu, dawn għadhom ma ġewx adottati.

19.

Il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn l-Uffiċċju u l-pajjiż ospitanti dwar l-użu tal-kwartieri l-ġodda ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni dwar l-ispejjeż għall-manutenzjoni (12). Madankollu, l-Anness IV tal-kera jistipula li l-Uffiċċju se jkollu jneħħi għadd sinifikanti ta’ oġġetti meta jagħlaq il-kuntratt. M’hemmx stima tal-ispiża relatata u ma ġie rreġistrat l-ebda provvediment għal dan fil-kontijiet.

20.

Hemm lok għal titjib konsiderevoli fit-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ: il-mistoqsijiet għal testijiet bil-kitba u intervisti ġew iffissati wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; il-marki minimi biex wieħed jiġi ammess għat-test tal-kitba u l-intervisti u biex jiġi inkluż fil-lista ta’ kandidati xierqa ma ġewx iffissati; il-bordijiet tal-għażla ma żammewx noti bil-kitba tal-laqgħat u tad-deċiżjonijiet kollha tagħhom.

21.

Skont ir-Regoli tal-Persunal tal-UE, jista’ jsir trasferiment, ta’ mhux iktar minn 12-il jum liv annwali li ma jkunx ittieħed, għas-sena ta’ wara. Jista’ jsir trasferiment ta’ iktar jiem f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Madankollu, l-Uffiċċju aċċetta trasferimenti ta’ iktar minn 12-il jum għal bejn wieħed u ieħor 25 % tal-impjegati tiegħu li huma madwar 500.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-10 ta’ Lulju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-12 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.europol.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  L-ispiża biex wieħed ireġġa’ lura l-bini fl-istat inizjali meta jagħlaq il-kuntratt tal-kera.


ANNESS

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (L-Aja)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li ġejjin mit-Trattat

(L-Artikoli 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

“Il-missjoni tal-Europol għandha tkun li tappoġġa u ssaħħaħ azzjoni tal-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u l-forom ta’ kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni”.

Il-kompetenzi tal-Uffiċċju

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (2009/371/DKE)

Il-kompetenza

Il-kompetenza tal-Uffiċċju għandha tkopri l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja, li jolqtu żewġ Stati Membri jew aktar b’tali mod li jkun meħtieġ approċċ komuni mill-Istati Membri minħabba l-iskala, l-importanza u l-konsegwenzi tar-reati.

Il-kompetenza tal-Europol għandha tkopri wkoll reati kriminali relatati kif imfissra fl-Artikolu 4(3) DKE.

Il-kompiti prinċipali

jiġbor, jikkonserva, jipproċessa, janalizza u jiskambja informazzjoni u intelligence;

jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mingħajr dewmien permezz tal-unità nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8 b’informazzjoni li tikkonċernahom u b’kull konnessjoni identifikata bejn reati kriminali;

jgħin fl-investigazzjonijiet fl-Istati Membri, b’mod partikolari billi jgħaddi l-informazzjoni relevanti kollha lill-unitajiet nazzjonali;

jitlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jniedu, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjonijiet u jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti f’każijiet speċifiċi;

jipprovdi intelligence u appoġġ analitiku lill-Istati Membri f’konnessjoni ma’ avvenimenti internazzjonali maġġuri;

iħejji stimi ta’ theddid, analiżi (analiżijiet) strateġiċi u rapporti ġenerali ta’ sitwazzjoni relatati mal-objettiv tiegħu, inklużi stimi ta’ theddid ta’ kriminalità organizzata.

jagħti appoġġ lill-Istati Membri fil-kompiti tagħhom ta’ ġbir u analiżi ta’ informazzjoni mill-Internet biex tingħata assistenza fl-identifikazzjoni ta’ attivitajiet kriminali li jiġu ffaċilitati jew imwettqa permezz tal-Internet.

Il-kompiti addizzjonali

jiżviluppa konoxxenza speċjalizzata tal-proċeduri investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u jipprovdi parir dwar l-investigazzjonijiet;

jipprovdi intelligence strateġika li tassisti u tippromwovi l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għal attivitajiet operattivi u appoġġ għal tali attivitajiet.

Addizzjonalment, jassisti lill-Istati Membri permezz ta’ appoġġ, pariri u riċerka fl-oqsma li ġejjin

it-taħriġ ta’ membri tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fejn xieraq f’kooperazzjoni mal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija;

l-organizzazzjoni u t-tagħmir ta’ dawk l-awtoritajiet billi jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ appoġġ tekniku bejn l-Istati Membri;

metodi ta’ prevenzjoni tal-kriminalità;

metodi u analiżi tekniċi u forensiċi, u proċeduri investigattivi.

U l-Europol għandu jaġixxi wkoll bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni.

L-Europol għandu jipproċessa u jittrasferixxi data ta’ messaġġi finanzjarji skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti għall-finijiet tal-“Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu”.

U l-Europol għandu jkompli bl-isforzi sabiex jistabbilixxi l-Uffiċċju ta’ Informazzjoni ta’ Prüm sabiex jappoġġa l-applikazzjoni ta’ kuljum tad-“Deċiżjonijiet ta’ Prüm” skont il-konklużjonjiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-intensifikazzjoni tal-implimentazzjoni tad-“Deċiżjonijiet ta’ Prüm”.

It-tmexxija

Il-bord ta’ amministrazzjoni

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u minn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

Id-direttur

Maħtur mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, minn lista ta’ mill-anqas tliet kandidati ppreżentati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni, għal perjodu ta’ erba’ snin (il-mandat jista’ jiġi estiż għal darba u għal mhux aktar minn erba’ snin);

Assistit minn tliet Viċi Diretturi maħturin għal perjodu ta’ erba’ snin li jista’ jiġġedded darba;

Imexxi l-Europol u jagħti kont lill-Bord ta’ Amministrazzjoni fir-rigward tat-twettiq tad-doveri tiegħu.

Hu r-rappreżentant legali tal-Europol.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA).

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS).

L-Awtorità ta’ Kontroll Komuni (JSB);

Minbarra dan: l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern (IAF) u l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) – funzjonalment indipendenti, assoċjati mal-organizzazzjoni diretta (stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Europol).

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, meta jieħu kont ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġornaza kwalifikata.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2011 (2010)

Il-baġit finali 2011

EUR 84,8 (92,8) miljun

It-tabella tal-persunal għall-2011

457 (453) persunal temporanju

25 (25) espert nazzjonali ssekondat

73 (78) persunal kuntrattwali

Il-Prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

L-Europol bħala ċ-ċentru prinċipali ta’ appoġġ tal-UE għall-operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi

Ir-Reġistri ta’ Ħidma ta’ Analiżi, ir-rapporti ta’ analiżi operazzjonali u rappurtar ieħor, l-appoġġ operazzjonali fuq il-post u mill-kwartieri ġenerali, l-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti

L-Europol appoġġa l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tal-UE fi 13 697 każ transkonfinali, żieda ta’ 17 % fuq l-2010. 21 % minn dawn il-każijiet transkonfinali kienu relatati ma’ droga.

L-Europol beda jew appoġġa b’mod attiv 694 investigazzjoni fl-Istati Membri b’appoġġ analitiku u operazzjonali approfondit, li l-biċċa l-kbira tagħhom għadhom għaddejjin. L-operazzjonijiet iffukati fuq l-oqsma tal-kannabis, l-immigrazzjoni illegali ffaċilitata, u d-drogi sintetiċi u t-traffikar tal-bnedmin kienu ta’ spiss l-iktar appoġġati mill-Europol.

L-Europol ipproduċa 984 rapport dwar il-komparabbiltà reċiproka u 340 rapport ta’ analiżi operazzjonali.

L-investigatur(i) ewlenin tal-operazzjonijiet fl-Istati Membri u l-esperti tal-Istati Membri esprimew livell għoli ta’ sodisfazzjon għall-analiżi u l-appoġġ operazzjonali mogħti mill-Europol.

Kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta’ appoġġ operazzjonali li ngħata lill-Istati Membri li jikkonfermaw ix-xejra evidenti fis-snin ta’ qabel għal iktar talbiet għas-servizzi kollha tal-Europol. L-Europol kompla jagħti appoġġ finanzjarju għall-attendenza operazzjonali waqt il-laqgħat u jappoġġa l-investigazzjonijiet dwar il-falsifikazzjoni tal-euro.

L-Europol wettaq ammont sostanzjali ta’ xogħol sabiex tiżviluppa l-Kunċett Ġdid (NAC) tar-Reġistru Ġdid ta’ Ħidma ta’ Analiżi (AWF) li għandu jirriżulta f’bosta benefiċċji importanti għall-Istati Membri inkluż rispons iktar mgħaġġel għat-talbiet tal-Istati Membri.

L-Europol appoġġa 17-il Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta fl-2011 bħala membru sħiħ.

L-Europol stabbilixxa Ċentru Operazzjonali mtejjeb li jippermetti koordinazzjoni msaħħa tal-informazzjoni kollha li tidħol, mogħdija ċentralizzata tal-informazzjoni operazzjonali, tal-funzjoni tal-maniġment u tal-koordinazzjoni u ta’ funzjoni ta’ prijoritizzazzjoni operazzjonali.

L-Europol jappoġġa b’mod intensiv l-istabbiliment u l-implimentazjoni taċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE 2011-2013 li hu msejjes fuq l-OCTA 2011. Ġew organizzati bosta laqgħat ta’ ħidma fil-Europol sabiex jiġu elaborati l-miri strateġiċi għal kull waħda mit-tmien prijoritajiet għall-ġlieda kontra l-krimnalità u sabiex jiġu konvertiti dawn il-miri strateġiċi fi pjanijiet annwali ta’ azzjoni operazzjonali msejsa fuq il-mudell żviluppat mill-Europol.

Unità dedikata fi ħdan l-Europol kompliet taqdi r-rwol tal-Europol fil-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTP) u pproċessat it-talbiet kollha u l-għotjiet ta’ informazzjoni relatati mal-Amerika. L-Europol beda wkoll kampanja ta’ għarfien dwar it-TFTP għall-prattikanti fl-awtoritajiet kompetenti, il-prosekuturi, eċċ. u fil-laqgħat ta’ esperti fi Brussell fejn ġiet diskussa s-sistema tal-UE ekwivalenti mat-TFTP tal-Amerika.

Il-kapaċità ta’ analiżi strateġika

Ir-rapporti ta’ analiżi strateġiċi (Valutazzjonijiet ta’ Theddid, Rapport dwar is-Sitwazzjoni u Notifiki dwar l-Intelligence)

Valutazzjonijiet ta’ Theddid: Frodi fuq il-karti tal-kreditu, Traffikar tal-bnedmin, Paragun bejn il-prijoritajiet u l-metodi tal-UE u tal-Amerika fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali, Valutazzjoni tat-Theddid ta’ Kriminalità Organizzata (OCTA), Kriminalità organizzata fir-reġjun tad-Danubju, Avvenimenti internazzjonali maġġuri tal-isport (il-logħob tal-futbol tal-Eurocup fil-Polonja u l-Ukraina), Liberalizzazzjoni tal-Viża għall-Ukraina: impatt tas-sigurtà fuq l-UE, Liberalizzazzjoni tal-Viża għall-Moldova: impatt tas-sigurtà fuq l-UE.

Rapporti tas-Sitwazzjoni: Rapport konġunt (Frontex, Olaf, Taxud, il-Kummissjoni Ewropea) dwar il-kriminalità organizzata fil-fruntieri tal-UE, Avvenimenti nukleari u radjuattivi, Rapport tas-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE (TE-SAT).

Notifiki tat-Theddid OC-SCAN: Traffikar fi speċi fil-periklu mill-Gruppi tal-Kriminalità Organizzata (OCGs); Involviment ta’ OCG mobbli fin-negozju illegali tal-qrun tar-rinoċeronte; traffikar u rimi illegali ta’ skart, tkabbir fin-negozju tal-falsifikazzjoni u pestiċidi oħra illegali madwar l-Ewropa.

Prodotti ta’ Għarfien: Il-kontribut tal-Europol għall-Manwal għall-Missjonijiet PSDK, Skeda Informattiva u Profil tar-Riskju għal Operazzjoni Konġunta tal-Pulizija ‧Eurocar‧.

L-Europol bħala ċ-ċentru ta’ informazzjoni kriminali tal-UE

(Il-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tal-informazzjoni, l-Applikazzjoni ta’ Netwerk Sikur għall-Iskambju ta’ Informazzjoni (SIENA), is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol (EIS), in-Netwerk tal-Uffiċċji ta’ Kollegament)

B’kollox waslu 222 135 messaġġ SIENA għand l-Europol, l-Istati Membri u l-imsieħba esterni fl-2011. Din tirrifletti żieda ta’ 34 % meta mqabbel mal-2010.

Sa tmiem l-2011, 15-il uffiċċju nazzjonali tal-Istati Membri għall-Irkupru tal-attivi ġew ikollegati ma’ SIENA. Il-proġett se jibqa’ għaddej fl-2012.

Fi tmiem l-2011, tlettax-il Stat Membru kienu qed jużaw lowders awtomatiċi tad-data sabiex jippermettu d-dħul awtomatiku tad-data fl-EIS. Il-proġett se jibqa’ għaddej fl-2012.

Il-kontenut tal-EIS laħaq il-200 000 oġġett fit-28 ta’ Ottubru 2011.

Ix-xogħol kompla jtejjeb il-kapaċitajiet federali ta’ tiftix fl-applikazzjonijiet kollha tal-Europol.

Il-Links Manager tal-Europol (ELM) beda jopera fi tmiem Ottubru 2011. Il-funzjoni l-ġdida tippermetti kontro-verifikazzjoni awtomatika tal-AWFs, repożitorju 10.4, l-EIS u l-ERES.

L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Europol jiżguraw konnessjoni attiva bejn il-kwartieri ġenerali tal-Europol fl-Aja u s-27 Unità Nazzjonali tal-Europol fl-ibliet kapitali nazzjonali tal-Istati Membri. Dan huwa netwerk uniku ta’ 145 uffiċjal ta’ kollegament li għandu rwol importanti fl-attivitajiet ta’ kuljum tal-infurzar tal-liġi billi jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll jipprovdi appoġġ u koordinazzjoni għall-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. L-Europol jospita wkoll uffiċjali ta’ kollegament minn 10 pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet li jaħdmu flimkien mal-Europol fuq il-bażi ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni. Dan in-Netwerk ta’ Uffiċċji ta’ Kollegament huwa appoġġat permezz ta’ mezzi sikuri ta’ komunikazzjoni pprovduti mill-Europol. Barra minn hekk, l-Europol issekonda żewġ uffiċjali ta’ kollegament għal Washington (l-Istati Uniti) u wieħed għall-kwartieri ġenerali tal-Interpol f’Lyon (Franza).

L-Europol bħala ċ-ċentru tal-UE għall-għarfien espert tal-infurzar tal-liġi

Pjattaforma tal-Europol għall-Esperti (EPE), Pjattaformi għall-iskambju ta’ data u soluzzjonijiet ta’ ħażna, Prodotti u servizzi ta’ għarfien, Taħriġ, Konferenzi u sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni

Inħolqu dsatax-il pjattaforma fuq il-Pjattaforma tal-Europol għall-Esperti li l-għadd ta’ kontijiet u ta’ utenti attivi tagħhom qegħdin jiżdiedu kontinwament.

Fir-rigward taċ-ċiberkriminalità, l-Europol ħa passi sabiex jikkonsolida l-għarfien espert operazzjonali u strateġiku tiegħu f’oqsma ta’ ħidma ewlenin relatati mal-kriminalità onlajn, inklużi l-intrużjoni u s-serq tal-identità, l-isfruttament sesswali tat-tfal, il-frodi bl-użu tal-kummerċjalizzazzjoni tal-massa, frodi tal-kards tal-ħlas u serq ta’ proprjetà intellettwali. Sar titjib fl-infrastruttura u l-mezzi taċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità. L-Europol kompla jibni fuq is-sħubiji eżistenti ma’ korpi oħra taċ-ċibersigurtà fl-UE bħall-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), l-Eurojust, il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL), sabiex tiżgura li l-UE tipprovdi rispons kollettiv għat-theddida taċ-ċiberkriminalità li dejjem qed tkompli tevolvi.

Il-Kummissjoni Ewropea/OLAF, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol organizzaw konġuntament it-tieni Konferenza Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni (il-Konferenza Euro 2011) fil-kwartieri l-ġodda tal-Europol fl-Aja li saret bejn it-23 u l-25 ta’ Novembru 2011.

L-Europol appoġġa s-CEPOL fl-iżvilupp u l-preżentazzjoni ta’ pakketti ta’ taħriġ u ta’ sensibilizzazzjoni biex tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Mudelli ta’ Intelligence Nazzjonali. Fl-2011 il-Europol ipparteċipa f’seminar ta’ ġimgħa fis-CEPOL li sar sabiex isir l-ippjanar tal-pakketti ta’ taħriġ.

Ir-relazzjonijiet esterni

(Relazzjonijiet mal-imsieħba tal-kooperazzjoni)

L-Europol jikkoopera ma’ għadd ta’ msieħba fl-UE, u ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet. L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ dawn l-imsieħba jseħħ fuq il-bażi ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni. Ftehimiet strateġiċi jippermettu liż-żewġ partijiet involuti jiskambjaw l-informazzjoni kollha għajr id-data personali.

L-Europol bħalissa jikkoopera ma’ 18-il pajjiż mhux tal-UE, 9 korpi u aġenziji tal-UE u 3 organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, inkluż l-Interpol, li huwa involut f'ħafna aspetti tal-ħidma operazzjonali tal-Europol.

F’Ottubru 2011, l-Interpol (1) u l-Europol approvaw pjan ta’ azzjoni operazzjonali kollaborattiv fl-oqsma ewlenin tas-sigurtà.

Fi tmiem l-2011, erba’ msieħba ta’ kooperazzjoni operazzjonali kienu qed jużaw aċċess dirett mas-SIENA. Il-proġett se jibqa’ għaddej fl-2012.

Il-Kapijiet tal-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol (HENUs) tal-Istati Membri kollha tal-UE, inklużi osservaturi mill-imsieħba tal-kooperazzjoni (bħall-Eurojust u l-Interpol) u l-Kummissjoni, jiltaqgħu regolarment sabiex jgħinu lill-Europol rigward kwistjonijiet operatzzjonali u sabiex jipprovdu appoġġ fl-istabbiliment ta’ Skwadri Konġunti ta’ Investigazzjoni li jinvolvu l-Europol.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju


(1)  L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (ICPO)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju


IT-TWEĠIBIET TAL-EUROPOL

12.

Ġie trasferit ammont ta’ EUR 22,6 miljun mill-2010 sal-2011. L-Europol iqis it-trasferimenti li tnaqqsu b’EUR 15-il miljun mal-baġit bħala titjib konsiderevoli.

Ċirkostanzi speċjali matul l-2011 żammew l-implimentazzjoni tal-baġit, bħad-dewmien fiċ-ċaqliq (3 xhur) lejn il-bini l-ġdid. L-2011, it-tieni sena li fiha l-Europol qed topera finazjarjament bħala aġenzija tal-UE, iddedikat azzjonijiet addizzjonali li ttieħdu biex ikomplu jiġu allinjati l-attivitajiet mal-prinċipju tal-annwalità tal-baġit. Verifika mis-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) tal-Kummissjoni Ewropea li twettqet fl-2011 dwar il-proċess tal-ippjanar u tal-baġit, ikkonfermat żviluppi pożittivi f’dan ir-rigward.

13.

Issir referenza għat-tweġiba tal-Europol taħt il-partita 1 2.

14.

Ġew irreġistrati eċċezzjonijiet fil-qasam tar-reklutaġġ, l-attivitajiet tal-akkwist u t-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha. L-Europol żviluppa Qafas ta’ Proċess tiegħu stess li huwa bbażat fuq u standards u normi applikabbli u jirrikonoxxihom. Minkejja dan, l-Europol jirrikonoxxi l-kumment tal-QEA u se jkompli jissimplifika l-ġestjoni u r-reġistrazzjoni ta’ eċċezzjonijiet għal proċessi (finanzjarji) biex jikkonforma b’mod sħiħ mal-osservazzjonijiet li saru mill-QEA.

15.

Ġew ivvalidati proċessi ewlenin li jikkontribwixxu għas-sistema tal-kontabilità tal-Europol, inkluż l-impenn tal-baġit kif ukoll il-proċessi tal-pagamenti li jkopru wkoll in-nefqa tas-salarju. Madankollu l-Europol jirrikonoxxi l-kumment tal-QEA u se jespandi l-attivitajiet ta’ validazzjoni tiegħu f’dan ir-rigward.

16.

Saru sforzi konsiderevoli biex jiġi kkonfermat il-post fiżiku tal-attivi kkonċernati għall-kontijiet finali.

Hekk kif ġie magħruf il-valur finali tal-attivi ttrasferit mill-Pajjiż Ospitanti, ġew aġġornati politiki kkonċernati ta’ assigurazzjoni.

Hekk kif issa ġie konkluż il-proċess tat-trasferiment tal-attivi mill-Pajjiż Ospitanti, l-Europol se jwettaq verifika fiżika sħiħa oħra tal-attivi u se jaġixxi skont ir-riżultati skont il-prijorità.

17.

L-Europol jirrikonoxxi l-ħtieġa għal titjib tat-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist, inkluża d-dokumentazzjoni ta’ bażi. Minbarra l-irfinar fil-proċess, se jiġu meqjusa bidliet ta’ sostenn fl-organizzazzjoni għall-implimentazzjoni sal-aħħar tal-2012.

18.

L-Europol se jħejji u jadotta regoli implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Europol, wara l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju Qafas il-ġdid fil-livell tal-UE. Id-dispożizzjonijiet kurrenti ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju Qafas tal-UE jiġu applikati permezz ta’ analoġija fi ħdan l-Europol.

19.

L-ispejjeż għall-manutenzjoni tal-bini l-ġdid tal-Europol u s-sit ta’ rkupru ta’ diżastru estern ġew riflessi bħala obbligazzjonijiet kontinġenti fil-kontijiet annwali finali tal-2011. L-Europol se jfittex riassigurazzjoni indipendenti dwar l-ispejjeż stmati, billi jqis l-ispejjeż li se timplika din ir-reviżjoni.

20.

L-Europol iqis li l-kunfidenzjalità tal-għażla tat-testi hija ta’ importanza kbira. L-aċċess għall-materjal tat-test huwa restritt.

Il-limiti stabbiliti għall-ammissjoni għat-testijiet u l-intervisti ġew introdotti minn Lulju 2012 ’il quddiem.

L-Europol huwa tal-opinjoni li s-sejbiet ewlenin kollha tal-kumitati tal-għażla relevanti għan-nomini jkunu dokumentati b’mod xieraq. Minkejja dan, l-Europol se jkompli jieħu azzjoni biex jidentifika l-irfinar addizzjonali kif enfasizzat mill-QEA.

21.

L-Europol jindirizza l-kumment tal-QEA fil-kuntest ta’ sorveljanza ta’ prestazzjoni relatata mar-riżorsi umani.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/196


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

2012/C 388/33

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Vjenna, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (1). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha b’assistenza u b’kompetenza fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relatata mad-drittijiet fundamentali (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżla hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-20 ta’ Frar 2012 u rċevuti mill-Qorti fil-25 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.fra.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (Vjenna)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

Il-ġbir ta’ informazzjoni

Biex twettaq il-kompiti fdati lilha, il-Kummissjoni tista’ tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati. (l-Artikolu 337)

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007)

L-objettivi

Li tipprovdi lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni b'assistenza u b'kompetenza relatati mad-drittijiet fundamentali biex tagħtihom appoġġ meta jieħdu miżuri jew jifformulaw pjanijiet ta' azzjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom sabiex ikunu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali.

Il-kompiti

Li tiġbor, tirreġistra, tanalizza u xxerred informazzjoni u data oġġettivi, affidabbli u komparabbli rilevanti;

Li tiżviluppa metodi u standards biex ittejjeb il-kumparabbiltà, l-oġġettività u l-affidabbiltà tad-data fuq livell Ewropew;

Li twettaq, tikkopera ma’ jew tinkoraġġixxi riċerka xjentifika u stħarriġ, studji preparatorji u studji ta’ fattibbiltà;

Li tifformula u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet dwar suġġetti tematiċi speċifiċi, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni;

Li tippubblika rapport annwali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali koperti mill-oqsma tal-attività tal-Aġenzija;

Li tippubblika rapporti tematiċi bbażati fuq l-analiżi, ir-riċerka u l-istħarriġ tagħha;

Li tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha;

Li tiżviluppa strateġija ta’ komunikazzjoni u tippromwovi djalogu mas-soċjetà ċivili.

It-tmexxija

Il-Bord ta’ Tmexxija

Il-kompożizzjoni

Persuna waħda indipendenti maħtura minn kull Stat Membru, persuna waħda indipendenti maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Id-dmirijiet

Li jadotta l-baġit, il-programm tax-xogħol u r-rapporti annwali. Jadotta l-baġit finali u l-pjan ta’ stabbiliment. Jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali.

Il-Bord Eżekuttiv

Il-kompożizzjoni

President tal-Bord ta’ Tmexxija;

Viċi President tal-Bord ta’ Tmexxija;

Rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni;

Żewġ membri oħra eletti mill-Bord tat-Tmexxija;

il-persuna maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa fil-Bord ta’ Tmexxija tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv.

Il-Kumitat Xjentifiku

Il-kompożizzjoni

Ħdax-il persuna indipendenti, bi kwalifiki tajbin ħafna fil-qasam tad-drittijiet fundamentali;

Maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija, għandhom jaħtru l-membri wara sejħa għall-applikazzjonijiet u proċedura tal-għażla trasparenti.

Id-Direttur

Jiġi maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni u wara l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (li jiddikjaraw il-preferenzi tagħhom).

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

Il-kontroll intern

Is-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern tal-Kummissjoni.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 20,180 miljun (20,214) li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 99 % (99 %)

Il-persunal fil-31 ta' Diċembru 2011

72 (72) prevvisti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 70 (69) +

22 (18)-il membru tal-persunal ieħor (aġenti b'kuntratt, esperti nazzjonali ssekondati)

Total tal-persunal: 94 (90), li se jagħmlu l-kompiti li ġejjin:

 

operazzjonali: 59 (55)

 

amministrattivi: 29 (29)

 

imħallta: 6 (6)

Il-prodotti u s-servizzi 2011 (2010)  (1)

RAXEN

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mill-punti fokali nazzjonali: 1 (162)

Għadd ta’ laqgħat: 0 (1)

FRALEX

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet minn esperti legali: 0 (131)

Għadd ta’ laqgħat: 0 (0)

FRANET  (2)

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mid-29 punt fokali nazzjonali: 29 (0)

Għadd ta’ laqgħat: 2 (0) (1 ma’ 5 rappreżentanti tal-kuntratturi u 1 ma’ 60 rappreżentant tal-kuntratturi)

Ir-Rapporti ta’ Riċerka

Għadd ta’ rapporti: 26 flimkien ma’ 113-il verżjoni tal-lingwi (37, inklużi l-verżjonijiet tal-lingwa)

Għadd ta’ laqgħat: 11 (20)

Rapporti annwali: 2 flimkien ma’ 2 verżjonijiet tal-lingwa (3, inklużi l-verżjonijiet tal-lingwa)

Sommarju tar-Rapport annwali: 1 flimkien ma’ 4 verżjonijiet tal-lingwa

Skedi Informattivi: 10 flimkien ma’ 149 verżjoni tal-lingwa

Kartellun: 1

Affarijiet li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ riċerka

Diversi pubblikazzjonijiet tal-FRA: 5 flimkien ma’ 27 verżjoni tal-lingwa (3)

Konferenzi u Avvenimenti Ewlenin

Konferenza dwar id-Drittijiet Fundamentali: 1 (1)

Avveniment dwar Jum id-Diversità: 1 (2)

Simpożju FRA: 1 (1)

Kooperazzjoni mal-Istati Membri u Istituzzjonijiet oħrajn

L-Istati Membri: 13 (12)

Il-Kunsill tal-UE: 9 (6)

Il-Kummissjoni Ewropea: 18 (20)

Il-Parlament Ewropew: 10 (5)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE: 1 (0)

Il-Kumitat tar-Reġjuni: 3 (2)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: 1 (1)

Il-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali: 3 (2)

Il-Kunsill tal-Ewropa: 10 (16)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment: 1 (0)

L-OSE: 3 (3)

In-Nazzjonijiet Uniti: 2 (6)

Partijiet Interessati Esterni: 48 (30)

Korpi Speċjalizzati (NHRIs u Korpi dwar l-Ugwaljanza): 4 (7)

Laqgħat oħra u Round Tables: 20 (20)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


(1)  Jekk jogħġbok innota li għas-sena 2011, għandna rapport separate minn skedi informattivi, fejn b'mod espliċitu wkoll niddikjarajw l-ammont totali tal-verżjonijiet tal-lingwi għal kull kategorija.

(2)  FRANET jissostitwixxi n-netwerks ta’ RAXEN u FRALEX.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


TWEĠIBIET TA' L-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/202


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/34

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem "l-Aġenzija"), li tinsab f’Varsavja, inħolqot mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni (sostenn għall-kooperazzjoni operattiva, assistenza teknika u operattiva, u analiżi tar-riskju) (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżla hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-baġit 2011 tal-Aġenzija ammonta għal EUR 118,2 miljun li minnhom EUR 38,7 miljun (33 %) ġew riportati għall-2012. Riporti relatati mat-Titolu III (nefqiet operazzjonali) ammontaw għal EUR 36 miljun (41 %). Bħas-snin preċedenti, dan il-livell ta’ riporti huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

13.

Fi ħdan l-ammont totali riportat, l-Aġenzija rriportat impenji globali ta’ EUR 5,1 miljun. Madankollu r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, ma jipprovdix bażi ċara għal riport bħal dan (12).

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

14.

Fl-2011, l-Aġenzija ffinanzjat għotjiet għal operazzjonijiet konġunti li ammontaw għal EUR 74 miljun. Sabiex tikkonferma l-infiq ikklejmjat mill-benefiċjarji (Stati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen), l-Aġenzija, għalkemm twettaq kontrolli ta’ raġonevolezza, mhux soltu li titlob dokumentazzjoni ta’ sostenn li, kieku, tindirizza r-riskju ta’ nfiq ineliġibbli.

15.

Bħal fis-sena preċedenti, is-sistema kontabilistika tal-Aġenzija għad trid tiġi vvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabilità.

16.

Ġew identifikati dgħufijiet fil-kontroll intern fir-rigward tal-ġestjoni tal-attivi fissi. M’hemm ebda proċedura relatata mad-disponiment tal-attivi fissi u l-inventarju fiżiku mhux komplet.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-20 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fil-11 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.frontex.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  Ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija fl-Artikolu tiegħu 62(2) jiddikjara li “L-impenji baġitarji globali għandhom ikopru l-ispiża totali tal-impenji legali individwali korrispondenti konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N+1”. Kemm ir-Regolament Finanzjarju tal-UE u kif ukoll ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija madankollu mhumiex ċari dwar dak li jikkonċerna l-użu ta’ impenji globali għal approprjazzjonijiet mhux-differenzjati. L-Aġenzija użat impenji globali biex tiġġustifika riport awtomatiku ta’ approprjazzjonijiet mhux-differenzjati.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (Varsavja)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 74 u 77(2)(b) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Art. 74: “Il-Kunsill għandu jadotta miżuri sabiex jassigura l-kooperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi kompetenti (id-dipartimenti relevanti) tal-Istati Membri fl-oqsma koperti b’dan it-Titolu, kif ukoll bejn dawk is-servizzi (id-dipartimenti) u l-Kummissjoni. […]”

Art. 77(2): “[…] il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri […] dwar:

 

[…] (b) il-kontrolli li huma suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni;

 

[…] (d) kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni għall-fruntieri esterni; […]”.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 emendat bir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, emendat bir-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

(L-aħħar emenda daħlet fis-seħħ fit-12.12.2011; il-kontenut tat-tabella jirrifletti s-sitwazzjoni wara din l-aħħar emenda.)

L-objettivi

L-Aġenzija ġiet stabbilita bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE.

Il-kompiti prinċipali

(a)

tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni;

(b)

tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali, inkluż l-istabbiliment ta’ standards komuni ta’ taħriġ;

(c)

twettiq ta’ analiżijiet ta’ riskju, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw theddid u pressjonijiet fil-fruntieri esterni tagħhom;

(d)

tipparteċipa fl-iżvilupp ta’ riċerka rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza ta’ fruntieri esterni;

(e)

tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni tagħhom, speċjalment dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati;

(f)

tipprovdi lill-Istati Membri bl-appoġġ meħtieġ, ukoll fuq talba, dak ta’ koordinazzjoni jew organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn;

(g)

tibgħat f'azzjoni gwardji mit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej (EBGT) għal operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi;

(h)

tiżviluppa u tħaddem sistemi ta’ informazzjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż in-Netwerk ta’ Informazzjoni u Koordinazzjoni (ICOnet);

(i)

tagħti l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistema Ewropea ta’ sorveljenza tal-fruntieri (EUROSUR).

It-tmexxija

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni

Il-kompożizzjoni:

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant wieħed għal kull Pajjiż Assoċjat ma’ Schengen (l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Liechtenstein).

Il-kompiti:

(a)

jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv.

(b)

jadotta r-rapport ġenerali tal-Aġenzija;

(c)

jadotta l-Programm ta’ Ħidma tal-Aġenzija;

(d)

jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-kompiti operazzjonali tal-Aġenzija;

(e)

iwettaq il-funzjonijiet tiegħu dwar il-baġit tal-Aġenzija;

(f)

jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur;

(g)

jistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

(h)

jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija;

(i)

jadotta l-pjan multiannwali tal-Aġenzija.

Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta’ Amministrazzjoni fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit Finali

EUR 118,2 (93,2) miljun

Sussidju mill-Unjoni EUR 111-il (89,1) miljun

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

It-tabella tal-persunal:

Aġenti temporanji, ippjanati: 143 (143) Aġenti temporanji, okkupati. 141 (139)

Karigi oħra:

Persunal b’kuntratt, ippjanati: 88 (79) – Persunal b’kuntratt, okkupati: 85 (79)

Esperti Nazzjonali Ssekondati, ippjanati: 83 (76) - Esperti Nazzjonali Ssekondati, okkupati: 78 (76)

Għadd totali tal-persunal: 314 (298) – li minnhom, okkupati: 304 (294)

Assenjati fil-kompiti okkupati li ġejjin: operazzjonali: 214 (203) – amministrattivi: 90 (91)

Il-prodotti u servizzi fl-2011 (2010)

L-Unità tal-Analiżi tar-Riskju pproduċiet 20 (14)-il valutazzjoni strateġika, 4 (4) rapporti ta’ kull tliet xhur, 469 (294) prodott analitiku li jappoġġa l-Operazzjonijiet Konġunti (inklużi Laqgħat qosra ta’ informazzjoni kull Ġimgħa u tipi ġodda ta’ rapporti mmirati lejn it-titjib tal-fowkus u r-rispons operattivi), 112-il (64) rapport ta’ tip ieħor, inklużi laqgħat qosra ta’ informazzjoni għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tal-UE u oħrajn; pubblikazzjoni ta’ 6 rapporti strateġiċi għall-pubbliku ġenerali permezz tal-websajt tal-Aġenzija. Aġġornament komprensiv tal-Mudell ta’ Analiżi ta’ Riskju Komuni u Integrat (CIRAM v 2.0) iffinalizzat fl-2011. Ġew organizzati 4 (4) laqgħat regolari tan-Netwerk tal-Analiżi tar-Riskju ta’ Frontex, 2 Laqgħat dwar l-Analiżi Tattika tar-Riskju u 5 (2) Laqgħat tal-Esperti.

L-Unità tal-Operazzjonijiet Konġunti organizzat 19 (17)-il operazzjoni konġunta, 14-il (9) proġett esperimentali u 15-il (4) konferenza. Barra minn hekk, matul 42 (40) operazzjoni konġunta ta’ ritorn ikkoordinati mill-Aġenzija ġew irritornati 2 059(2 038) persuna. L-Operazzjoni tat-Tim ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABIT) li kienet varata f’Novembru 2010 ġiet iffinalizzata f’Marzu 2011. L-intensità operattiva globali żdiedet minħabba li ġie akkumulat total ta’ 7 754(6 471) ġurnata operattiva fl-operazzjonijiet konġunti kollha; l-għadd ta’ ġranet operattivi maħduma minn persuni akkumulati, żdied għal 105 038(54 976).

Iċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet Frontex (FSC) ipprovda 1 900 (500) Rapport tas-Sitwazzjoni, Rapporti Flash, Twissijiet ta’ Dokument Ffalsifikati u 11-il (14)-il Rapport ta’ Kuxjenza dwar il-Missjonijiet għal klijenti interni u esterni. Bullettini ġew imwassla kuljum lil 400 (350) kont. L-FSC, bħala l-punt ta’ kuntatt waħdieni għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ klijenti esterni, immaniġġja madwar 24 000(20 000) oġġett ta’ korrispondenza u implimenta l-Frontex-One-Stop-Shop (FOSS), portal ta’ skambju tal-informazzjoni abbażi tal-web, u li qiegħed jintuża minn 35 (30) pajjiż u 2 600(900) utent.

Barra minn parteċipazzjoni intensiva fil-Programm EUROSUR, ġew żviluppati u/jew implimentati 4 proġetti ta’ awtomazzjoni (b’mod sħiħ u/jew b’mod parzjali).

L-Unità ta’ Taħriġ organizzat 223 (176) attività li attendew għalihom 3 490(4 015) persuna (esperti tat-taħriġ, dawk li qed jitħarrġu, eċċ.) fi ħdan il-qafas ta’ 20 (18)-il proġett; partijiet interessati ddedikaw total ta’ 12 947(11 000) ġurnata maħduma minn persuni għal attivitajiet ta’ taħriġ.

L-Unità ta’ Riżorsi Konġunti (PRU) implimentat 6 (9) proġetti mfassla biex itejjbu l-effettività globali tal-operazzjonijiet tal-Frontex. PRU kkoordinat ukoll l-iskjerament matul l-operazzjoni RABIT matul il-perjodu kollu kemm hu ta’ 61 ġurnata. Ġie kkoordinat l-iskjerament ta’ 576 uffiċjal kif ukoll l-użu ta’ 67 oġġett ta’ tagħmir tekniku.

L-Unità tar-Riċerka u l-Iżvilupp b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ unitajiet oħra tal-Aġenzija, żviluppat aktar fil-fond il-Programm EUROSUR li huwa importanti ħafna għall-Aġenzija. L-Unità R&D organizzat u għamlet 34 (32) laqgħa inklużi konferenzi, workshops u avvenimenti bilaterali flimkien mal-Istati Membri. Il-persunal tal-R&D ipparteċipa f’madwar 130 (110) workshop interni u esterni, konferenzi u laqgħat ta’ ħidma. L-Unità R&D ipproduċiet 19-il (10) rapport dwar il-pajjiżi, 15-il rapport dwar laqgħat, 11-il rapport dwar evalwazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti għal FP7 SEC u ffinanzjat tliet studji akkademiċi.

Sħubija u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi: Matul l-2011, ġew konklużi żewġ Arranġamenti ta’ Ħidma (WAs) mal-Pulizija tal-Kap Verde u Ċ-Ċentru Reġjonali tal-Inizjattiva Reġjonali tal-Migrazzjoni, l-Ażil u r-Refuġjati (MARRI), biex b’hekk l-għadd globali ta’ WAs żdied għal 16 (14). Abbażi tal-WAs eżistenti, il-kooperazzjoni speċifika dwar kwistjonijiet operattivi u tekniċi fis-sigurtà/l-ġestjoni tal-fruntieri bejn l-Aġenzija u l-imsieħba ta’ pajjiżi terzi, ġiet miżjuda bi skop ta’ ħidma lejn sħubiji sostenibbli.

Kooperazzjoni ma’ Korpi tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali: Sal-aħħar tal-2011, ġie ffirmat Arranġament ta’ Ħidma (WA) fid-DCAF, li żied l-għadd globali għal 11 (10). Il-WAs kollha ġew implimentati permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet tal-Aġenzija; l-organizzazzjoni tal-Ġurnata kontra t-Traffikar f’Varsavja flimkien mal-Aġenziji sieħba JHA u l-Kummissjoni kienet avveniment importanti ħafna f’dan ir-rigward.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

L-attivitajiet operazzjonali miżjuda marbuta mal-iżviluppi fiż-Żona tal-Mediterran marru id f’id ma’ emenda baġitarja li tammonta għal EUR 31,8 miljun. Il-parti l-kbira tal-fondi addizzjonali waslet biss fl-aħħar ta’ Ottubru 2011 li wasslet għal sitwazzjoni fejn kien hemm trasferiment ’il quddiem sinifikanti bħala riżultat.

Il-livell għoli ta’ trasferiment ’il quddiem huwa parzjalment konsegwenza tal-proċedura baġitarja fis-seħħ, li mhijiex adegwata għal reazzjonijiet meta jkun hemm żviluppi eċċezzjonali. Frontex tixtieq tipprovdi wkoll l-informazzjoni li t-trasferimenti ’l quddiem mill-2010 ntużaw sa livell ta’ 81 %.

13.

L-Aġenzija tqis li hemm nuqqas ta’ ċarezza fir-Regolament Finanzjarju tal-Frontex, li jagħti lok għal interpretazzjonijiet differenti. L-Aġenzija se tevita milli tagħmel trasferimenti ’l quddiem ta’ impenji globali.

14.

Minn Jannar 2012 Frontex bdiet titlob dokumenti ta’ sostenn għall-maġġoranza tal-ispejjeż f’operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn. Għal għotjiet oħra maħruġa għal operazzjonijiet konġunti, hi mitluba dokumentazzjoni ta’ sostenn f’każ ta’ diskrepanzi identifikati fir-rendionti finanzjarji finali.

Frontex qed tiżviluppa politika fuq kontrolli ex-ante li se jiġu finalizzati u implimentati mit-30 ta’ Settembru 2012.

15.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità beda l-validazzjoni tas-Sistema ta’ Kontabilità fl-ewwel kwart tal-2012 u se jiffinalizzaha sa Settembru 2012.

16.

Id-deskrizzjonijiet tal-proċess dwar il-ġestjoni tal-assi bħalissa huma soġġetti għall-proċess ta’ approvazzjoni; politika tal-ġestjoni tal-assi (li tkopri wkoll id-disponiment) u l-linji gwida dwar assi żviluppati internament għandhom jiġu adottati sal-aħħar tat-tielet kwart tal-2012. Sa Awwissu 2012 se tiġi ffinalizzata verifika dwar ir-reġistrazzjoni tal-assi u t-twettiq tal-inventarji u l-maniġment biħsiebu jindirizza dgħufijiet potenzjali identifikati b’azzjonijiet korrettivi.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/208


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/35

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea GNSS (Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita) (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, inħolqot permezz tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jħassar ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1321/2004 (2) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 (3), biex iġġesti l-interessi pubbliċi relatati mal-programmi Ewropej GNSS u taġixxi bħala l-aġenzija regolatorja għall-programm fil-fażi operattiva u ta’ mobilitazzjoni tal-Programm Galileo. Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill naqqas ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija għall-kontroll tas-sigurtà tas-sistemi Galileo u għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom (4). Skont id-Deċiżjoni 2010/803/UE tal-Istati Membri (5), fl-1 ta’ Settembru 2012, l-Aġenzija ser tiġi rilokata għal Praga.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (6) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (7) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (8) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (9). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (10) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (11) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (12), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (13) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (14).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

12.

Il-verifiki ex-post li saru għall-Aġenzija minn ditta esterna tal-verifika fir-rigward tal-pagamenti ta’ għotja li saru fis-snin preċedenti skont is-Sitt Programm Kwadru dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (FP6) (15) ħafna drabi xeħtu dubju fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ spejjeż magħmula mill-benefiċjarji. Fi tmiem l-2011, l-ammonti kkontestati ġew stmati li jammontaw għal EUR 1,7 miljun jew 5 % tal-għotjiet ivverifikati.

13.

Fl-2011, l-Aġenzija għamlet għotjiet ta’ pagamenti skont is-Seba’ Programm Kwadru dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (FP7) li ammontaw għal EUR 5,8 miljun. Sabiex tiġi vverifikata n-nefqa kklejmjata mill-benefiċjarji (entitajiet privati u pubbliċi li jagħmlu r-riċerka), l-Aġenzija, għalkemm twettaq kontrolli ta’ raġonevolezza, normalment ma titlobx dokumentazzjoni ta’ sostenn li tista’ tindirizza r-riskju tal-infiq ineliġibbli.

14.

Fl-2011, il-pagamenti li jammontaw għal EUR 4,8 miljun (22 % tal-ammonti mħallsa matul is-sena) saru wara d-dati ta’ skadenza stipulati fir-Regolament Finanzjarju (16).

KUMMENTI OĦRA

15.

Il-Qorti kienet ikkwalifikat l-opinjonji tagħha dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-2010 tal-Aġenzija abbażi ta’ trattament kontabilistiku mhux korrett ta’ attivi fissi tanġibbli relatati mal-programm tas-satellita Galileo (17). Dawn l-attivi ġew inkorporati f’żewġ satelliti li ġew varati f’Ottubru 2011. Fis-27 ta’ Settemrbu 2012 il-Qorti rċeviet konferma mid-DG ENTR li dawn l-attivi issa qegħdin taħt il-kontroll tal-Kummissjoni u ma għandhomx jiġu kapitalizzati fil-kontijiet tal-Aġenzija skont l-istandards Internazzjonali tal-kontabilità (18). Il-Qorti tikkunsidra li ma għadx hemm il-bażi għal kwalifika abbażi ta’ raġunijiet bħal dawn għall-2011.

16.

Kif ġie nnutat fir-rapport tas-sena preċedenti, il-proċeduri tal-għażla tal-persunal ivverifikati wrew li ma ġewx stabbiliti l-punteġġi ta’ livell limitu għal ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti jew għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa. Dawn il-prattiki pperikolaw it-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(2)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(4)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(5)  ĠU L 342, 28.12.2010, p. 15.

(6)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(7)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(8)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(9)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(10)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(11)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(12)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(13)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://gsa.europa.eu/.

(14)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(15)  L-għotjiet ivverifikati jammontaw għal 50 % tal-għotjiet kollha FP6 skont it-Tieni u t-Tielet Sejħa (EUR 65,3 miljun).

(16)  Madwar 9 ijiem tard fuq il-medja.

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo).

(18)  Ir-regola tal-kontabilità nru 1 tal-ISPAS.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea GNSS (Brussell)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Il-poteri tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010)

L-objettivi

tikkontribwixxi għall-ksib ta’ sistemi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satelliti li joperaw bis-sħiħ u li huma stabbiliti skont il-programmi EGNOS u Galileo

Il-kompiti

tiżgura l-akkreditazzjoni tas-sigurtà u l-operazzjoni taċ-ċentri tas-sigurtà Galileo;

tiggarantixxi l-operazzjonijiet taċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (GSMC);

tikkontribwixxi għall-preparazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi, inkluża l-analiżi tas-suq meħtieġa;

twettaq kompiti oħra li jistgħu jkunu fdati lilha mill-Kummissjoni, bħall-promozzjoni tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi fis-suq tan-navigazzjoni bis-satellita, tiżgura li l-komponenti tas-sistema huma ċċertifikati mill-korpi xierqa taċ-ċertifikazzjoni li jkunu ġew awtorizzati.

It-tmexxija

Il-Bord Amministrattiv

Il-Kompożizzjoni:

rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru;

ħames rappreżentanti mill-Kummissjoni;

rappreżentant mingħajr dritt għall-vot tal-Parlament Ewropew;

rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli (RGħ) u tal-ESA t-tnejn mistiedna bħala osservaturi.

Il-Kompiti:

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv;

jadotta l-programm ta’ ħidma annwali;

jipproduċi dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u tal-infiq;

jadotta l-baġit;

jibgħat opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija;

jissorvelja l-operazzjoni taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo;

jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv (DE);

jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti;

jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Awtorità.

Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv.

Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

Kompożizzjoni:

rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru;

rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni.

rappreżentant wieħed tar-RGħ.

rappreżentant mill-ESA li għandu jiġi mistieden bħala osservatur.

Kompiti:

Jaġixxi bħala awtorità ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà;

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-baġit finali

EUR 38,7 (15,9) miljun li jikkonsisti fis-sussidju tal-UE ta’ EUR 8,2 (8,7) miljun, li hu s-sussidju operazzjonali mill-Kummissjoni, u EUR 30,5 (7,2) miljun f’fondi operazzjonali mill-Kummissjoni.

Il-persunal fil-31 ta' Diċembru 2011

Awtorizzati: 29 (28)

Okkupati: 28 (26)

Karigi oħra: 14 (14)

It-Total: 42 (40), assenjati għad-doveri segwenti:

Allokati lil

kompiti operazzjonali: 20 (18)

kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 14 (14)

kompiti mħallta: 8 (8)

Il-prodotti u s-servizzi 2011

Il-programmi

Appoġġ lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-EGNOS u Galileo;

Is-sistemi tas-Sigurtà

Sigurtà tas-sistemi ta’ Galileo u EGNOS (Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ta’ Galileo, il-Kumitat tas-Sigurtà u tas-Sikurezza – 3SC, Ħtiġijiet tas-Sigurtà GNSS, Sigurtà EGNOS);

Servizz Pubbliku Regolat – PRS (Tħejjija tas-Segment tal-Utent tal- PRS);

Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà ta’ Galileo – GSMC;

Reġim ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-GNSS.

L-iżvilupp tas-suq

Dħul fis-Suq tal-EGNOS (Avjazzjoni, Agrikoltura, Toroq, EDAS, Monitoraġġ tas-Suq);

Attivitajiet internazzjonali (l-Amerika Latina, l-Iżrael, iċ-Ċina, l-Afrika);

Informazzjoni u Outreach (il-Portal ta’ Informazzjoni tal-EGNOS).

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Ġestjoni ta’ proġetti taħt is-6 Programm Kwadru u s-7 Programm Kwadru (l-ewwel, it-tieni u t-tielet sejħiet) għar-riċerka;

Implimentazzjoni/aġġornament ta’ għodda ta’ ġestjoni u t-tixrid tat-tagħrif ibbażata fuq l-internet.

Sors: Informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

13.

Il-ftehimiet ta’ għotja ġestiti mill-GSA għall-FP6 kienu ntirtu mill-predeċessur tal-GSA, l-Impriża Konġunta Galileo (GJU). Il-GJU u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) kienu stabbilixxew ir-regoli tagħhom għall-FP6, li kienu daqsxejn differenti mir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-2012 ġew finalizzati l-kontrolli tal-verifiki ex-post. Is-sejbiet finali tal-awdituri juru li l-ispejjeż għall-kampjun verifikat ġew iddikjarat żżejjed b'455 836,66 EUR, jew 1,4 % tal-għotjiet verifikati. Il-GSA qed tippjana li tirkupra l-biċċa l-kbira tal-ammonti li nstabu mhux korretti mill-awdituri esterni tagħna, sakemm isir qbil mal-Kummissjoni Ewropea.

14.

L-analiżi tal-ispejjeż tal-GSA hija bbażata fuq: il-proposta tal-proġett, ir-riżultati ta’ matul il-proġett (rapporti kull tliet xhur), ir-riżultati finali u l-ispejjeż imġarrba. Għandu jiġi nnotat li l-proposti jinkludu pjan ta’ ħidma (WP) dettaljat b'attivitajiet differenti meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-proġett. Abbażi tar-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, il-benefiċjarji għandhom jistabbilixxu baġit għall-proġett. Dawn il-proposti jiġu evalwati u l-għotjiet jingħataw minn esperti fil-bini tal-Kummissjoni. Fil-futur, il-GSA beħsiebha timplimenta kontrolli li jippermettu verifika effikaċi tal-ispejjeż tal-proġett.

15.

Fl-2011, l-Aġenzija wettqet 1 195 talba ta’ pagament, li għal 140 (11,72 %) minnhom kien hemm xi dewmien. Ir-riżultat tas-sejbiet tal-verifika huwa influwenzat ħafna b'xi tranżazzjonijiet partikolari ħafna iżda f'ammonti kbar eż. trasferimenti ta’ fondi mhux użati lill-KE u pagamenti ta’ ftehimiet ta’ għotja kumplessi ħafna. Barra minn hekk, minħabba ċ-ċokon tal-Aġenzija, il-pagamenti matul il-perjodi ta’ vaganza jistgħu jittardjaw faċilment minħabba n-nuqqas ta’ persunal ta’ rinforz f'xi pożizzjonijiet operattivi u amministrattivi ewlenin. Minn April 2012 ġew implimentati ċirkwiti finanzjarji mtejbin, li għandhom jgħinu sabiex id-dewmien fil-pagamenti jitnaqqas u jkun minimu.

16.

Il-GSA rrevediet il-proċedura ta’ selezzjoni. Mill-2012, il-panil ta’ preselezzjoni jiddetermina l-punteġġi ta’ limiti fl-istadju ta’ tfassil ta’ Notifika ta’ Post Battal. Il-limiti issa huma ppubblikati fin-Notifika ta’ Post Battal. Il-mistoqsijiet u t-testijiet bil-miktub jitħejjew mill-esperti tal-Panil ta’ Selezzjoni flimkien man-Notifika ta’ Post Battal u jridu jkunu lesti qabel ma l-membri tal-Panil ta’ Selezzjoni jirċievu aċċess għall-applikazzjonijiet tal-kandidati.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/214


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju

2012/C 388/36

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn 'il quddiem “l-Uffiċċju”), li jinsab f’Alicante, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1). Il-kompitu tal-Uffiċċju huwa li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trade marks u d-disinji, biex jagħti l-istess livell ta’ protezzjoni lill-impriżi fl-Unjoni Ewropea kollha (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Uffiċċju, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, il-President jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Il-President huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Uffiċċju (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus (likwidità) tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-Qorti identifikat bosta nuqqasijiet fir-rigward tal-ftehim dwar il-livell ta’ servizz bejn l-Uffiċċju u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-UE (CDT). Il-ftehim ġie ffirmat mill-Uffiċċju fl-20 ta’ Ġunju 2011 u skont l-Artikolu 10, kien japplika mill-1 ta’ Jannar 2011. L-eżekuzzjoni tal-kuntratt bdiet qabel il-firma tal-kuntratt. Fuq talba tas-CDT, l-Uffiċċju għamel pagament ta’ EUR 1,8 miljun f’kumpens (12). Barra minn hekk, dan il-pagament kien awtorizzat mingħajr impenn baġitarju u mingħajr approprjazzjonijiet disponibbli (13).

13.

Il-Qorti identifikat ħames każijiet li jammontaw għal EUR 2,9 miljun li fihom l-impenji baġitarji kienu approvati wara impenji legali.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-UFFIĊĊJU

14.

Hemm ħtieġa li titjieb il-ġestjoni tal-attivi fissi tal-Uffiċċju. Għal attivi intanġibbli żviluppati mill-Uffiċċju, il-proċeduri kontabilistiċi u l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ma kinux affidabbli.

15.

Il-likwidità miżmuma mill-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2011 ammontat għal total ta’ EUR 520 miljun (EUR 495 miljun fl-2010). Wara l-politika tat-teżor approvata mill-kumitat tal-Baġit fl-2010 il-likwidità kienet miżmuma f’9 banek f’5 Stati Membri.

KUMMENTI OĦRA

16.

L-Uffiċċju jeħtieġ itejjeb it-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. Il-punteġġi ta’ limiti għall-ammissjoni għall-intervisti u għat-testijiet bil-miktub ma kinux stabbiliti minn qabel u l-mistoqsijiet għat-testijiet orali u bil-miktub ma kinux stabbiliti qabel ma l-applikazzjonijiet kienu eżaminati mill-bordijiet tal-għażla. Barra minn hekk, ma kien hemm ebda deċiżjoni mill-Awtorità tal-Ħatra biex taħtar il-bord tal-għażla u f’każ wieħed is-segregazzjoni tad-dmirijiet bejn l-Awtorità tal-Ħatra u l-bord tal-għażla ma kinitx żgurata.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-27/06/2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29/06/2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://oami.europa.eu/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  Il-valur minimu ġie stabbilit fil-ftehim għal EUR 16,3 miljun. Is-servizzi pprovduti fl-2011 ammontaw għal total ta’ EUR 14,5 miljun.

(13)  Dan il-pagament sar mill-baġit 2012.


ANNESS

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Alicante)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 36 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-moviment liberu ta’ merkanzija

[…] projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ġustifikati abbażi tal-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali m'għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. […]

[…] restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Unjoni li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi. […]

Il-kompetenzi tal-Uffiċċju

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94)

L-objettivi

Jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fuq it-trade marks u d-disinji, li tagħti lill-impriżi l-istess livell ta’ protezzjoni bl-istess mod fl-Unjoni kollha.

Il-kompiti

Jirċievi u jdaħħal applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

Jeżamina l-kundizzjonijiet għad-dħul fir-Reġistru u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Ifittex fl-uffiċċji ta’ proprjetà industrijali tal-Istati Membri kwalunkwe trade mark nazzjonali li kienet diġà teżisti.

Jippubblika l-applikazzjonijiet.

Jeżamina kwalunkwe oppożizzjoni minn partijiet terzi.

Jirreġistra jew jirrifjuta applikazzjonijiet.

Jeżamina applikazzjonijiet għar-revoka jew invalidità.

Jittratta appelli kontra deċiżjonijiet.

It-tmexxija

Il-Bord Amministrattiv

Il-kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru.

Rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u s-supplenti tagħhom.

Il-kompitu

Jagħti pariri lill-President dwar ħwejjeġ li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Uffiċċju.

Jipprepara listi ta’ kandidati (l-Artikolu 125) għall-President, il-Viċi Presidenti u ċ-Ċermen u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell.

Il-President tal-Uffiċċju

Maħtur mill-Kunsill minn lista ta’ mhux aktar minn tliet kandidati li ġiet ippreparata mill-Bord Amministrattiv.

Il-Kumitat tal-Baġit

Il-kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u s-supplenti tagħhom.

Il-Kompitu

Jadotta l-baġit u r-regolament finanzjarju; jagħti kwittanza lill-President u jiddetermina l-ispejjeż tar-rapporti tat-tfittxija.

Id-deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet

Id-deċiżjonijiet huma meħuda:

(a)

mill-Eżaminaturi;

(b)

mid-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni;

(c)

mill-Diviżjoni Legali u tal-Amministrazzjoni tat-trade marks;

(d)

mid-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni;

(e)

mill-Bordijiet tal-Appell.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2011 (2010)

Il-baġit

EUR 387 miljun (365).

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

687 (643) kariga fit-tabella tal-persunal, karigi okkupati 629 (608) + 116-il (133) membru ieħor tal-persunal (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati, persunal lokali u tal-aġenzija tal-impjiegi, konsulenti speċjali)

Total tal-persunal: 745 (741)

Il-prodotti u s-servizzi pprovduti fl-2011 (2010)

It-trade marks

Għadd ta’ applikazzjonijiet: 105 859(98 200) Għadd ta’ reġistrazzjonijiet: 93 849(100 800)

Il-każijiet ta’ oppożizzjoni: 17 026(17 700)

L-appelli lill-Bordijiet tal-Appell: 2 622(2 570) Appelli pendenti: 2 573(2 157)

Id-disinji

Id-disinji rċevuti: Id-disinji rreġistrati: 77 665(73 500)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.


IT-TWEĠIBIET TAL-UFFIĊĊJU

12.

Il-Ftehim għall-2010 iġġedded b'mod taċitu u peress li l-Ftehim għall-2011 ġie ffinalizzat biss f'Ġunju 2011, dan ġie applikat b'mod retroattiv. Minħabba li l-għadd minimu ta’ paġni tradotti fl-2011 kienu inqas milli kien ippjanat, il-partijiet qablu dwar kumpens biex jinżamm l-ammont globali ta’ EUR 16,3 miljun. L-impenn baġitarju korrispondenti sar fuq il-baġit tal-2012. L-Uffiċċju ċċentralizza l-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kollha f'unità operazzjonali waħda sabiex tissaħħaħ il-komunikazzjoni bejn l-unitajiet u jiġu evitati l-validazzjonijiet tal-impenji tal-baġit expost.

13.

Wara l-missjoni tal-Qorti saru impenji baġitarji addizzjonali qabel l-aħħar tal-2011.

14.

L-uffiċċju jinnota sew il-kummenti u se jkompli jtejjeb il-proċeduri u l-prattika b'rabta mal-preċiżjoni ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp tas-softwer.

15.

Fil-31 ta’ Diċembru 2011 l-Uffiċċju żamm il-flus tiegħu f'9 banek f'5 Stati Membri. Il-fondi tpoġġew f'entitajiet bi klassifikazzjoni ta’ mill-inqas A doppja f'konformità mal-klassifikazzjoni minima inkluża fil-linji gwida tat-Teżor approvati mill-Kumitat tal-Baġit, kif ukoll f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni. Fl-2012, l-Uffiċċju fetaħ kontijiet bankarji ma’ żewġ banek ċentrali addizzjonali sabiex ikompli jiddiversifika r-riskji.

16.

Sabiex itejjeb it-trasparenza tal-proċeduri tal-għażla, l-Uffiċċju qed jiffinalizza l-linji gwida tiegħu dwar il-Proċeduri tal-għażla. Barra minn hekk, l-Uffiċċju bi ħsiebu jaħdem fuq ir-regoli interni tal-funzjonament tal-Kumitati tal-Għażla. Il-prattika tal-Uffiċċju hija li l-Kumitati tal-Għażla, fl-ewwel laqgħa tagħhom, jiddiskutu dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji tal-avviż ta’ post battal, jiddefinixxu l-kontenut u l-istruttura tal-intervista. Din il-laqgħa ssir qabel l-eżaminazzjoni tas-CVs. L-Uffiċċju se joqgħod attent b'mod speċjali biex jevita kwalunkwe tip ta’ inkonsistenza fil-ħatriet tal-Kumitati tal-Għażla.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/219


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/37

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab f’Bilbao, inħolqot permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tiġbor u xxerred informazzjoni dwar il-prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li tappoġġa organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (il-verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Il-baġit 2011 tal-Aġenzija ammonta għal EUR 16,4 miljun meta mqabbel ma’ EUR 15,5 miljun is-sena ta’ qabel. Ir-rata ta’ kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet irduppjat, minn 4 % fl-2010 għal 8 % (EUR 1,3 miljun) tal-baġit totali għall-2011, li jindika diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fil-programm ta’ ħidma annwali u fil-konformità mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

13.

Bejn is-16 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru 2011, l-operazzjonijiet finanzjarji kollha (impenji tal-baġit u legali, pagamenti) li jitħallsu minn uffiċjali awtorizzanti li jiddelegaw kienu saru abbażi ta’ delegazzjonijiet skaduti li ma reġgħux ġew imġedda wara l-wasla tad-Direttur il-ġdid.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA

14.

Peress li r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni korrispondenti jipprevedu inventarju fiżiku mill-inqas kull tliet snin, l-aħħar inventarju fiżiku twettaq fl-2006.

KUMMENTI OĦRA

15.

B’kuntrast maż-żewġ Aġenziji Ewropej l-oħra li huma bbażati fi Spanja (OHIM f’Alicante u CFCA f’Vigo), ma ġiex konkluż ftehim dwar is-sede.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament kien emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(7)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fit-3 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://osha.europa.eu/en/about/finance/.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.


ANNESS

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (Bilbao)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 151 u 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni u l-Istati Membri …, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' mpjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

Bl-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 151, l-Unjoni għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma:

(a)

it-titjib inpartikolari tal-ambjent tax-xogħol biex jitħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

(b)

il-kondizzjonijiet tax-xogħol;

(c)

l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;

(d)

l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, bla preġudizzju għall-Artikolu 166;

(e)

l-ugwaljanza bejn irġiel u nisa rigward l-opportunitajiet u t-trattament fis-suq tax-xogħol;

(f)

il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94)

L-objettivi

Sabiex jiġi mtejjeb l-ambjent tax-xogħol, fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema kif previst fit-Trattat u fl-istrategiji u programmi ta’ azzjoni suċċessivi dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, l-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri, lill-imsieħba soċjali u lil dawk involuti fil-qasam bl-informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika siewja fil-qasam ta' sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol. (l-Artikolu 2).

Il-kompiti

Tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni dwar prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni u dwar ir-riċerka;

Tippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar il-programmi ta’ taħriġ;

Tipprovdi lill-korpi tal-Unjoni u lill-Istati Membri bl-informazzjoni li jeħtieġu biex jifformulaw u jimplimentaw il-linji ta’ politika, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

Tagħmel disponibbli informazzjoni dwar attivitajiet ta' prevenzjoni;

Tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ strateġiji u programmi ta’ azzjoni tal-Unjoni;

Tistabbilixxi netwerk li jkun fih punti fokali nazzjonali u ċentri tematiċi.

It-Tmexxija

Il-Bord Governattiv

Rappreżentant wieħed tal-Gvern ta’ kull Stat Membru;

Rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem ta’ kull Stat Membru;

Rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-impjegati ta’ kull Stat Membru;

Tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni;

Membri u membri supplenti mill-ewwel tliet kategoriji għandhom jinħatru mill-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Il-Bureau tal-Bord Governattiv

President u tliet viċi-presidenti tal-Bord;

Koordinaturi minn kull wieħed mit-tliet gruppi ta‘ interess;

Membru wieħed addizzjonali minn kull wieħed mill-gruppi u l-Kummissjoni.

Id-Direttur hu maħtur mill-Bord Governattiv abbażi ta' lista mqassra mill-Kummissjoni.

Il-Kumitati

Konsultazzjoni obbligatorja mal-Kummissjoni u mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward tal-programm ta’ ħidma u l-bagit.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit

EUR 16,4 (15,5) miljun li minnhom:

Sussidju tal-Unjoni, id-DĠ għall-Impjiegi: 91,0 % (94,0 %)

Sussidju tal-Unjoni, id-DĠ għat-Tkabbir: 8,0 % (3,4 %)

Oħrajn: 1,0 % (2,6 %)

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

44 (44) kariga previsti fit-tabella tal-persunal, li minnhom 41 (41) kariga kienu okkupati

Persunal ieħor:

Esperti Nazzjonali Ssekondati: 0 (0)

Persunal b’kuntratt: 26 (25) (Wieħed minnhom iffinanzjat minn fondi assenjati)

Aġenti lokali: 1 (1)

It-total tal-membri tal-persunal impjegati: 68 (67)

Allokati lil:

Attivitajiet operazzjonali: 50 (49)

Kompiti amministrattivi: 10 (10)

Kompiti mħallta: 8 (8)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011

(Il-ġbir u l-analiżi ta' informazzjoni)

L-Osservatorju Ewropew tar-Riskji: antiċipazzjoni tal-bidla

It-tixrid tar-riżultati tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intraprizi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER): avvenimenti nazzjonali addizzjonali għat-tnedija u t-tixrid tar-rapport u s-sommarju (ippubblikati fi 22 lingwa).

It-tlestija tal-Fażi 2 ta' tbassir rigward 'l-impatt fuq is-sigurtà u s-saħħa ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi f' ‘impjiegi ekoloġiċi‧ sal-2020'. Il-Fażi 3 nbdiet, inkluż seba’ workshops ta’ bini ta’ xenarji b’esperti u dawk li jfasslu l-politika.

Pubblikazzjonijiet dwar:

Tbassir ta’ riskji ġodda u emerġenti għall-OSH assoċjati ma’ teknoloġiji ġodda f' ‧impjiegi ekoloġiċi‧ sal-2020: Il-Fażi 1 – fatturi prinċipali ta’ bidla, u l-Fażi 2 – teknoloġiji ewlenin;

L-OSH f’ċifri: Is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fis-settur tat-trasport – ħarsa ġenerali;

Servizzi ta’ emerġenza: analiżi tal-letteratura dwar ir-riskji dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

Vjolenza u fastidju fuq il-post tax-xogħol: stampa Ewropea;

Sommarju online tas-seminar dwar “In-nisa u l-OSH”.

Il-finalizzazzjoni tal-pjattaforma online “OSHwiki” u t-78 artiklu li kienu kkummissjonati minn awturi esperti.

L-Informazzjoni dwar l-Ambjent tax-Xogħol: kondiviżjoni ta' għarfien dwar prattika tajba fil-livell tal-post tax-xogħol

Provvediment tal-kompetenza esperta tal-OSH lill-kampanja Ewropea dwar manutenzjoni sikura, inkluża l-parteċipazzjoni f’avvenimenti nazzjonali u internazzjonali, u l-pubblikazzjoni ta’:

Skedi informattivi – (Legionella u l-marda tal-legionnaires, Manutenzjoni sikura fl-agrikoltura);

Manutenzjoni fl-agrikoltura – Gwida dwar is-Sigurtà u s-Saħħa;

Il-premji Ewropej għal prattika tajba 2010/11 – kampanja Ewropea dwar manutenzjoni sikura;

Legionella u l-marda tal-legionnaires: ħarsa ġenerali lejn il-politika;

Tliet E-fatti biex jappoġġaw il-kampanja ta’ Manutenzjoni Sikura.

Tnedija tal-proġett ta’ Għodda Interattiva Online għall-Valutazzjoni tar-Riskju (OiRA) fil-Kungress Dinji dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Żvilupp tal-għodod OiRA f’10 pajjiżi, u diskussjonijiet għall-iżvilupp fi 8 pajjiżi oħra.

Pubblikazzjoni ta’ skedi informattivi, rapporti u studji ta’ każijiet dwar it-trasport fit-triq, il-kultura tas-sigurtà, il-promozzjoni tas-saħħa mentali, inċentivi ekonomiċi u manutenzjoni sikura.

Il-Komunikazzjoni, it-twettiq tal-Kampanji u l-Promozzjoni

Kampanja Ewropea dwar Manutenzjoni Sikura: it-tieni u l-aħħar sena. Iċ-ċeremonja tal-għoti ta’ premji għal prattika tajba; Summit; il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-Kampanja Ewropea; 53 imsieħba uffiċjali tal-kampanja tal-UE; l-iżvilupp ta’ sett ta’ għodod għat-twettiq tal-kampanji online; it-tħejjija għall-kampanja tal-2012-2013 Working together for risk prevention (Naħdmu flimkien għall-prevenzjoni tar-riskji).

Pubblikazzjonijiet f’diversi ilsna fuq l-internet u stampati u prodotti ta’ informazzjoni, għodod u servizzi dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Promozzjoni ta’ informazzjoni dwar l-OSH inklużi proġetti dwar l-OSH u t-trasport; l-OSH u d-dħaħen tat-tabakk fl-ambjent; in-nisa fuq il-post tax-xogħol; is-sejbiet ta’ ESENER (erba’ seminars nazzjonali fl-2011).

Tnedija pubblika tal-proġett OiRA (valutazzjoni interattiva online tar-riskju) u l-iżvilupp tal-istrateġija ta’ promozzjoni u diffużjoni OiRA.

Parteċipazzjoni attiva jew passiva f’aktar minn 160 avveniment tal-OSH, esibizzjonijiet u konferenzi.

Żvilupp u ttestjar pilota ta’ sett ta’ għodod għall-għalliema li tikkaratterizza l-karattru popolari animat Napo.

Kompetizzjoni tal-fotografija focus on risk prevention (fokus fuq il-prevenzjoni tar-riskju); premju għall-film dokumentarju dwar postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa.

Żvilupp u xogħol fuq il-post ta’ stħarriġ ta’ opinjoni pan-Ewropea dwar attitudnijiet pubbliċi lejn l-OSH.

Monitoraġġ u evalwazzjoni: studju dwar l-utilizzabbiltà tal-websajt; evalwazzjoni ta’ premju għall-film dwar postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa; analiżi tal-karattri animati Salus; monitoraġġ tal-midja.

In-Netwerking u l-Koordinazzjoni

Aktar żvilupp tan-netwerk b‘punti fokali, it-Tmexxija tal-Aġenzija u l-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet Ewropej u Internazzjonali.

Koordinazzjoni tan-netwerk tal-Kapijiet tal-Aġenziji u tan-netwerk tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni.

Il-bini ta‘ kapaċitajiet istituzzjonali fil-Pajjiżi Kandidati u dawk Potenzjalment Kandidati (fondi assenjati).

Evalwazzjoni tal-Istrateġija UE-OSHA 2009-2013.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

Il-livelli tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 kienu ġeneralment aħjar mis-sena preċedenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet ta’ C8 u tnaqqis ta’ ammonti miġjuba 'l quddiem ta’ approprjazzjonijiet ta’ C1 għat-titolu III – Attivitajiet operattivi.

Ir-rata ta’ kanċellazzjoni ogħla għall-approprjazzjonijiet tal-2011 hija f'parti minħabba xi postijiet tax-xogħol vakanti u l-ħtieġa biex ma jkunx hemm impenn f'attività kbira (OSHwiki) sakemm ma ġiet żgurata l-kooperazzjoni internazzjonali (Konferenza Dinjija).

13.

Kien fil-fehim tal-Aġenzija li delegazzjonijiet preċedenti jibqgħu validi.

Wara li ġie nnotat li din l-assunzjoni ma kellhiex l-appoġġ tal-Qorti matul il-verifika fuq il-post, fit-02.03.2012 id-Direttur attwali ffirma delegazzjonijiet ġodda li jikkonfermaw id-delegazzjonijiet preċedenti kollha.

14.

L-Aġenzija tinnota r-rakkomandazzjoni tas-CoA u ser twettaq kontroll fiżiku komprensiv tal-assi kollha tagħha sat-tmiem l-2012.

15.

Għal ħafna snin l-Aġenzija stinkat għal ftehim dwar is-sede. Għaddejjin negozjati mal-Awtoritajiet Spanjoli u huma mistennija li jiġu finalizzati fl-2012.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/226


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

2012/C 388/38

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE (1). L-Aġenzija twaqqfet għal perjodu limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bil-għan li ġġesti l-attivitajiet speċifiċi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka (2). Fil-15 ta’ Ġunju 2009 l-Aġenzija uffiċjalment ingħatat l-awtonomija amministrattiva u operazzjonali tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Riporti li ammontaw għal EUR 1,2 miljun (li jirrappreżentaw 35 % tal-approprjazzjonijiet kollha riportati għall-2011) ġew ikkanċellati fl-2011. Dan ikkonċerna b’mod partikolari t-Titolu I (Nefqa għall-persunal) fejn EUR 0,3 miljun (52 % tal-approprjazzjonijiet) u t-Titolu II (Nefqa għall-infrastruttura u għall-operat), fejn EUR 0,7 miljun (41 % tal-approprjazzjonijiet) ġew ikkanċellati. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

13.

Bosta trasferimenti tal-baġit saru lejn tmiem is-sena. L-approprjazzjonijiet li jikkonċernaw l-IT u n-nefqa operazzjonali żdiedu b’mod sinifikanti (12). Din is-sitwazzjoni tindika d-dgħufijiet fl-ippjanar u l-programmazzjoni tal-baġit u tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

KUMMENTI OĦRA

14.

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. Il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; il-punteġġi tal-limitu minimu biex wieħed ikun inkluż fil-lista ta’ riżerva ma kinux ġew stabbiliti minn qabel; il-bord tal-għażla ma ddokumentax bis-sħiħ il-laqgħat u d-deċiżjonijiet kollha tiegħu.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 10).

(7)  L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.

(8)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-20/06/2012 u rċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ec.europa.eu/rea.

(11)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

(12)  L-approprjazzjonijiet li jikkonċernaw l-ispejjeż tal-IT (linja tal-baġit 2103) żdiedu bi 80 % minn EUR 1,9 miljun għal EUR 3,4 miljun. L-approprjazzjonijiet għall-pjattaforma komuni tal-valutazzjoni tal-FP7 (linja tal-baġit 3303) żdiedu b’194 % minn EUR 0,7 miljun għal EUR 2,1 miljun.


ANNESS

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (Brussell)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 179 u 180 tat-TFUE)

Il-ġbir ta’ informazzjoni

L-Unjoni għandha jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta’ riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kompetittivita tagħha u tal-industrija tagħha.

Għal dan l-għan, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-impriżi inklużi l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju, liċ-ċentri ta’ riċerka u lill-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku ta’ livell għoli; għandha wkoll tappoġġa l-isforzi tagħhom li jikkoperaw ma’ xulxin, u timmira fuq kollox li tippermetti lir-riċerkaturi li jikkoperaw liberament lil hinn mill-fruntieri u lill-impriżi li jisfruttaw il-potenzjal kollu tas-suq intern, speċjalment bil-[…] tad-definizzjoni ta’ standards komuni u t-tneħħija ta’ xkiel legali u fiskali għal dik il-kooperazzjoni. […]

Filwaqt li tfittex li tikseb dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha twettaq dawn l-attivitajiet li ġejjin, li jikkomplementaw l-attivitajiet li jsiru fl-Istati Membri:

(a)

l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni, billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ u bejn l-impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet;

(b)

il-promozzjoni ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni tal-Unjoni;

(c)

id-disseminazzjoni u l-valorizzazzjoni tar-riżultati ta’ attivitajiet fir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni tal-Unjoni;

(d)

l-istimulazzjoni tat-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi fl-Unjoni.

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE)

L-għanijiet

L-għan tal-Aġenzija huwa l-ġestjoni tal-Programmi fdati lilha taħt is-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għal attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007-2013) (minn hawn 'il quddiem FP7) (il-programm Nies, l-azzjonijiet tal-SMEs tal-Programm Kapaċitajiet, u t-temi ta’ Spazju u Sigurtà tal-Programm Kooperazzjoni) b’mod effiċjenti u effettiv, biex twassal servizzi effiċjenti u effettivi lill-komunità tar-riċerka u l-forniment ta’ servizzi ta’ sostenn ċentralizzati tal-FP7 lis-servizzi rispettivi tal-Kummissjoni għall-oqsma kollha tal-Programmi Speċifiċi Kapaċitajiet, Kooperazzjoni u Nies.

Rigward l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-Programmi, l-Aġenzija – bħala promotur taż-Żona Ewropea tar-Riċerka – timmira lejn it-titjib fil-ġestjoni ta’ proġetti, l-istabbiliment ta’ kuntatt mill-qrib ma’ benefiċjarji finali u l-provvediment ta’ viżibbiltà għolja tal-Unjoni Ewropea.

Il-kompiti

Rigward il-ġestjoni ta’ proġetti, l-Aġenzija tikkonkludi u ġġesti ftehimiet ta’ għotjiet, bl-involviment tal-operazzjonijiet li ġejjin:

tħejjija u pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti;

evalwazzjoni tal-proposti,

tħejjija u ffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotjiet;

monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ proġetti inkluża l-aċċettazzjoni ta’ rapporti u riżultati oħra;

pagamenti, rkupri u applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 114(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, speċjalment meta jkunu ġew identifikati żbalji fi spejjeż iddikjarati wara verifiki ex-post fil-livell tal-benefiċjarji finali;

pubbliċità u disseminazzjoni tar-riżultati ex-post.

Rigward is-Servizzi ta’ Sostenn tal-FP7, l-Aġenzija twettaq il-kompiti li ġejjin:

sostenn amministrattiv għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet;

ġestjoni tal-ilqugħ elettroniku ta’ proposti;

sostenn għal evalwazzjonijiet remoti u fuq il-post;

sostenn għat-tħejjija ta’ ittri ta’ ħatra u pagamenti għal esperti;

ġestjoni tad-database Ċentrali tal-parteċipanti tal-FP7 (Faċilità tar-Reġistrazzjoni Unika – URF), inkluż sostenn għal kontrolli tal-kapaċità finanzjarja tal-benefiċjarji magħżula;

ġestjoni tas-Servizz ta’ Tagħrif dwar ir-Riċerka.

It-tmexxija

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Jadotta l-organigramma tal-Aġenzija u l-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-Rapport tal-Attività Annwali tagħha.

Id-Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni, imexxi l-Aġenzija flimkien mal-Kumitat ta’ Ġestjoni, jimplimenta l-baġit amministrattiv, jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u kontroll intern adattati għall-kompiti fdati lill-Aġenzija u jħejji r-rapporti li jkunu se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

Il-verifika esterna

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-implimentazzjoni mill-Aġenzija tal-baġit amministrattiv tagħha, id-deċiżjoni ta’ kwittanza hija indirizzata lid-Direttur. Għall-implimentazzjoni tal-baġit operazzjonali ddelegata mill-Kummissjoni lill-Aġenzija, il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010)

Il-Baġit Operazzjonali 2011 (2010)

EUR 1 340,6(962,6) miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 1 059(1 709) miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn. L-Aġenzija timplimenta l-baġit operazzjonali taħt id-deċiżjoni ta’ delega tal-Kummissjoni:

Il-Baġit Amministrattiv 2011 (2010)

EUR 39,2 (33,6) miljun. L-Aġenzija timplimenta l-baġit amministrattiv b’mod awtonomu.

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011(2010)

Karigi TA: 117 (106) imniżżla fit-tabella tal-persunal li minnhom 103 (99) okkupati.

Persunal b’kuntratt: 349 (318) membru tal-persunal ippjanati, li minnhom 351 (309) kienu f’posthom fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Persunal totali fil-post: 454 (408) responsabbli mill-kompiti li ġejjin:

Implimentazzjoni tal-programmi: 287 (254)

Servizzi ta’ Sostenn tal-FP7: 88 (81)

Funzjonijiet Amministrattivi u ta’ Ġestjoni: 79 (73)

Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010)

Għall-Programm Nies, ingħalqu 10 sejħiet fl-2011 u ġew ikkompletati 10 evalwazzjonijiet. 1 615-il ftehim ta’ għotjiet ġodda ġew iffirmati u saru 2676 pagament (esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). Issa l-Aġenzija ġġesti total ta’ 5 159(4 125) proġett taħt dan il-programm.

Għall-azzjonijiet tal-SMEs tal-Programm Kapaċitajiet, ingħalqu 3 sejħiet u ġew ikkompletati 3 evalwazzjonijiet. 162 ftehim ta’ għotjiet ġodda ġew iffirmati u saru 385 pagament (esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). L-Aġenzija issa ġġesti total ta’ 522 (408) proġett taħt din l-iskema.

Għat-temi tal-Ispazju u s-Sigurtà tal-Programm Kooperazzjoni, ingħalqu 2 sejħiet fl-2011 u ġew ikkompletati 2 evalwazzjonijiet. 118-il ftehim tal-għotja ġodda ġew iffirmati u saru 183 pagament (esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). L-Aġenzija issa ġġesti total ta’ 271 (153) proġett taħt dawn it-temi.

Fir-rigward tas-servizzi ta’ sostenn tal-FP7, ir-riżultati li nkisbu għall-2011 huma kif ġej:

64 (88) pubblikazzjoni ta’ sejħiet sostnuti;

26 838(21 766) proposta li waslu permezz tal-għodda elettronika ta’ bgħit ta’ proposti;

3 897(3 847) evalwatur espert ikkuntrattati u saru 3 620(2 615) pagament lil esperti (għal programmi ġestiti mill-Aġenzija biss);

6 252(5 896) validazzjoni ta’ parteċipanti kkompletati;

7 123(7 171) tweġiba mibgħuta wara mistoqsijiet lis-Servizz ta’ Tagħrif dwar ir-Riċerka.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

12.

It-tħassir tat-trasferimenti – indikati f’persentaġġi tal-baġit tas-sena preċedenti – tnaqqas minn 7 % għat-trasferiment mill-2009 għall-2010 għal 3 % biss għat-trasferiment mill-2010 għall-2011, u l-ammont tal-approprazzjonijiet trasferiti għall-2012 u sussegwentement imħassra mistenni jkompli jitnaqqas minħabba li l-Aġenzija qagħdet iżjed attenta ħalli tiżgura li l-bilanċ tal-impenji previsti għal tmiem is-sena jkun jirrifletti stima affidabbli tal-obbligi pendenti reali tal-pagamenti.

13.

Dawk it-trasferimenti baġitarji li huma iżjed sinifikanti għandhom x’jaqsmu mal-kontributi għoljin xejn mistennija li jridu jitħallsu lill-Kummissjoni għall-użu tal-għodod tal-IT u mal-faċilitajiet tal-valutazzjonijiet tal-proposti li jintużaw mis-servizzi kollha responsabbli mill-ġestjoni tal-FP7. L-Aġenzija qablet mal-Kummissjoni dwar proċedura ġdida li għandha tipproduċi stimi baġitarji iżjed affidabbli għas-sena finanzjarja li ġejja.

14.

L-Aġenzija tirrimarka li l-proċeduri tar-reklutaġġ tagħha kienu konformi bis-sħiħ mar-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha, li ġew adottati skont il-mudell imfassal mill-Kummissjoni u li jitħaddmu mill-Aġenziji Eżekuttivi kollha. Barra dan, tirrimarka wkoll li l-imparzjalità tar-reklutaġġi qatt ma ddaħħlet fi stat kompromettenti. Madankollu fis-sajf tal-2012 sar qbil mal-Kummissjoni dwar aġġornament ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni u l-argumenti tal-Qorti tqiesu għar-reviżjoni li jmiss tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/232


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija

2012/C 388/39

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ("l-Aġenzija"), li tinsab fi Brussell, kienet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE (1), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/593/KE (2). L-Aġenzija twaqqfet għal perjodu li beda fl-1 ta’ Novembru 2006 u li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2015 għall-ġestjoni ta’ azzjonijiet tal-UE fil-qasam tan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment

4.

Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (8) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (9) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari.

Ir-responsabbiltà tal-Awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (10), abbażi tal-verifika tagħha, b'dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati.

6.

Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-Regoli tal-Kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni (12).

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

12.

Għat-Titolu III – Infiq għas-sostenn tekniku u amministrattiv, intuża biss 41 % tal-baġit inizjali ta’ EUR 0,6 miljun matul is-sena, l-aktar minħabba spejjeż ta’ evalwazzjoni li kienu inqas milli kien mistenni b'riżultat tal-posponiment għall-2012 tas-sejħa għal proposti għall-programm ta’ ħidma 2011 tal-Aġenzija. L-approprjazzjonijiet li ma ntużawx ġew trasferiti għat-Titolu II – Infiq għall-infrastruttura u l-operat, sabiex it-total tal-baġit finali ta’ EUR 9,9 miljun baqa' ma nbidilx. Minkejja dan, is-sottoutilizzazzjoni fit-Titolu III tirrappreżenta diverġenza mill-programm ta’ ħidma annwali approvat tal-Aġenzija.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sur Harald NOACK, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.

(2)  ĠU L 190, 18.7.2008, p. 35.

(3)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(7)  L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).

(8)  L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).

(10)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali jinstabu wkoll fuq il-websajt li ġej http://tentea.ec.europa.eu/en/about_us/mission__introduction/key_documents.htm

(12)  Ir-Regoli tal-Kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS).


ANNESS

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (Brussell)

Il-kompetenzi u l-attivitajiet

L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li ġejjin mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(L-Artikoli 26, 170, 171, 172, 174 tat-Trattat)

L-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tassigura l-funzjonament tas-suq intern. Is-suq intern għandu jikkomprendi arja li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat.

Sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha inġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha.

Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, u sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-komunitajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji (benefiċċju sħiħ) tal-istabbiliment ta’ żona mingħajr fruntieri interni, l-Unjoni għandha tagħti l-kontribut tagħha sabiex jiġu stabbiliti u jiġu żviluppati networks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, telekomunikazzjonijiet u enerġija. L-azzjoni mill-Unjoni għandha tfittex li tiffaċilita [tippromovi] l-interkonnessjoni u l-interoperabiltà ta’ networks nazzjonali kif ukoll l-aċċess għalihom.

Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha tistabbilixxi sensiela ta’ linji gwida dwar il-miri, il-prijoritajiet u l-linji ġenerali tal-miżuri kontemplati fl-isfera tan-netwerks trans-Ewropej (TENs).

Il-kompetenzi tal-Aġenzija

(Id-Deċiżjoni 661/2010/UE tal-PE u tal-Kunsill fuq Linji Gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (tfassil mill-ġdid))

(Ir-Regolament 2236/95 tal-Kunsill)

(Ir-Regolament KE/58/2003)

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE emendata l-aħħar b’2008/593/KE)

L-objettivi

Id-Deċiżjoni fuq Linji Gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T) tistabbilixxi l-linji gwida li jkopru l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-linji wiesgħa maħsuba fil-kamp tat-TEN-T. Ġew stabbiliti regoli ġenerali għall-finanzjament mill-Unjoni tat-TENs, sabiex dawn il-Linji Gwida jkunu jistgħu jiġu implimentati.

Ir-Regolament tal-Kunsill 58/2003 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi aġenziji eżekuttivi għat-twettiq tal-kompiti relatati mal-Programmi tal-Unjoni. Għaldaqstant twaqqfet it-TEN-T EA biex iġġesti l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tat-TENs fuq il-bażi tal-Linji Gwida tat-TEN-T u r-Regolament Finanzjarju u żżid il-valur fil-ġestjoni tal-Programm TEN-T. Hija tibqa’ taħt is-sorveljanza tad-DĠ MOVE, id-DĠ prinċipali tagħha, li jżomm ir-responsabbiltà għal kwistjonijiet ta’ politika.

It-TEN-T EA hija responsabbli mill-ġestjoni tal-implimentazzjoni teknika u finanzjarja tal-Programm TEN-T billi ssegwi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett sħiħ. F’xogħolha ta’ kuljum hija għandha l-għan li ttejjeb l-effettività u l-flessibbiltà tal-implimentazzjoni tat-TEN-T bi spiża inqas waqt li fl-istess ħin timmobilizza livell għoli ta’ għarfien espert billi tiffaċilita aktar ir-reklutaġġ ta’ persunal speċjalizzat. Hija ssaħħaħ ukoll ir-rabtiet bejn it-TEN-T u l-partijiet interessati; tiżgura koordinazzjoni aħjar tal-fondi ma’ strumenti oħra tal-UE; tgħolli l-profil u l-benefiċċji tal-finanzjament mill-UE; u tagħti appoġġ/feedback lill-Kummissjoni.

It-tmexxija

Il-Kumitat ta’ Tmexxija

L-attivitajiet tal-Aġenzija huma sorveljati minn Kumitat ta’ Tmexxija li huwa magħmul minn ħames membri mid-Direttorati Ġenerali Mobilità u Trasport, Politika Reġjonali, Ambjent u Riżorsi Umani tal-KE u osservatur mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Kumitat jiltaqa’ erba’ darbiet fis-sena u japprova l-Baġit Amministrattiv, il-Programm ta’ Ħidma, ir-Rapport ta’ Attività Annwali, il-Kontijiet tad-dħul u l-infiq kollu, ir-rapport ta’ evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija u jadotta regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra.

Id-Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-verifika interna

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-KE u l-Kapaċità tal-Verifika Interna tal-Aġenzija.

Il-verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

L-Awtorità ta’ Kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011

Il-Baġit

A)

EUR 8,0 biljun (100 % baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea) għall-baġit tat-TEN-T marbut mal-Perspettiva Finanzjarja 2007 – 2013.

B)

EUR 9,9 miljun (baġit amministrattiv) 100 % sussidju mill-UE li għalih l-Aġenzija hija awtonoma.

Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011

Karigi ta’ Aġent Temporanju: 33 kariga elenkati fit-tabella tal-persunal, li minnhom 100 % kienu okkupati.

Persunal b’kuntratt: 67 kariga ppjanati, li minnhom 66 (99 %) kienu okkupati.

Total tal-persunal: 100 (99 okkupati)

Allokati lil:

a)

Attivitajiet operazzjonali: 65 (65 okkupati)

b)

Attivitajiet amministrattivi: 35 (34 okkupati)

Il-prodotti u s-servizzi 2011

L-għażliet

Sejħa għal Proposti skont il-Programm Multiannwali (MAP) bi tliet oqsma għal total ta’ EUR 180 miljun. 47 proposta li talbu EUR 326,7 miljun ġew evalwati minn 19-il espert estern u 26 proposta għal EUR 161,3 miljun ġew rakkomandati għal finanzjament.

Tħejjija għas-Sejħa Annwali 2011 għal total ta’ EUR 200 miljun ippubblikata fl-2012.

Il-Ġestjoni tal-Proġetti

Tħejjija ta’ 49 Deċiżjoni ġdida ta’ finanzjament (Sejħiet 2010) – 316 miftuħa fi tmiem l-2011;

Trattament ta’ 137 talba għal Emendi mill-benefiċjarji – 98 ġodda fl-2011;

Analiżi ta’ 228 Rapport dwar l-Istatus tal-Azzjoni (ASRs – l-għodda prinċipali għall-monitoraġġ tal-progress tal-proġett) u 48 Pjan għall-Azzjoni Strateġika (SAPs);

70 laqgħa dwar proġetti li saru jew fuq il-post jew inkella fil-bini tal-Aġenzija;

Użu sħiħ mill-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli, b’medja ta’ 13-il jum bħala żmien biex isir il-pagament.

Il-miżuri ta’ semplifikazzjoni

Introduzzjoni ta’ ittri mudell biex jinfurmaw lill-benefiċjarji dwar prodotti u skadenzi;

Semplifikazzjoni ta’ proċessi għal analiżi tal-ASRs u għall-evalwazzjoni/għażla ta’ proġetti;

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Prattika Tajba (l-Aġenzija u l-benefiċjarji) fittex li jikseb il-mira li jitħaddet dwar restrizzjonijiet fi proċeduri, jiskambja prattiki tajba u jidentifika oqsma għal titjib;

Modifika tal-metodoloġija tal-kontroll ex-ante.

Il-komunikazzjoni

Il-taqsimiet miżjuda fuq il-websajt dwar l-ITS u l-Inġinerija Finanzjarja – 150 000 żjara fl-2011. Il-websajt Motorways of the Sea Helpdesk kellha 2 700 viżitatur;

Il-kampanja ‘10 out of TEN’ dwar il-kisbiet tal-proġett TEN-T b’opuskulu u kartelluni;

Pubblikazzjoni ta’ 9 bullettini elettroniċi għall-benefiċjarji, 53 stqarrija għall-istampa f’14-il ilsien dwar proġetti ġodda magħżula, u opuskulu ġdid Rapport Biennali 2008-2010’;

Avvenimenti kienu jinkludu t-tielet Workshop tal-ġestjoni tal-Proġett, il-Calls Info Day (Jum ta’ Informazzjoni dwar Sejħiet) u parteċipazzjoni fil-Jiem TEN-T tad-DĠ MOVE, u avvenimenti organizzati mis-CoR u mill-KESE.

Il-kooperazzjoni mad-DĠ prinċipali

Segwitu tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-portafoll tal-proġett MAP u Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-komponent TEN-T tas-Sejħa għal proposti għal Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku (39 proġett);

Produzzjoni ta’ statistika, rappurtar u mapep relatati mal-Programm eż. ‘the Report on the Assessment of TEN-T Programme Implementation’ (ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni tal-Programm TEN-T);

Kontribut għar-reviżjoni tal-Linji Gwida tat-TEN-T u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF).

Il-verifiki

Twettqu 26 verifika, li jirrappreżentaw 30 % tal-pagamenti interim/finali (valur monetarju) mill-2010.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

12.

Fl-2010 l-Aġenzija kienet għamlet tbassir baġitarju raġonevoli għall-2011, li inkluda ammont sinifikanti taħt Titolu III għall-organizzazzjoni tal-valutazzjoni esterna tas-sejħa għal proposti annwali għall-2011. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipposponi din is-sejħa għall-2012, u l-baġit li kien ippjanat ma kienx meħtieġ. Dan il-posponiment kellu wkoll impatt fuq il-baġit maħsub għall-esperti u għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u traduzzjoni, li kollha jaqgħu taħt Titolu III.

Il-flus li ffrankat l-Aġenzija ppermettew biex jinġiebu ’l quddiem ir-rimborsi tal-ammonti pendenti għar-ristrutturar tas-sede tagħha, kif ukoll għat-tnaqqis tal-imgħax relatat fuq il-ħlasijiet. Setgħu wkoll jiġu trasferiti fondi għal Titolu II Kapitolu 21 (tagħmir għall-kompjuter), b’tali mod li kienet tkun sodisfata r-rakkomandazzjoni tas-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni biex ‘jiġu aċċellerati l-isforzi tal-Aġenzija u tikseb jew tiżviluppa sistema ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni komprensiva’, kif ukoll tikkontribwixxi għall-kisba tal-azzjonijiet tal-IT msemmija fil-Programm ta’ Ħidma tal-Aġenzija, il-pjan ta’ azzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern u r-reġistru tar-riskju. It-trasferimenti baġitarji għaldaqstant saru b’riżultat tal-avveniment mhux previst (l-ittardjar tas-sejħa annwali għall-2011), u l-Aġenzija tikkonsidra li ħadet il-passi xierqa biex tassigura eżekuzzjoni effiċjenti u ġestjoni finanzjarja sigura tal-baġit għall-2011.