|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.384.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 384/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2012/C 384/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6715 – CNOOC/Nexen) ( 1 ) |
|
|
2012/C 384/03 |
Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.6576 – Munksjö/Ahlstrom) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 384/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2012/C 384/05 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2012/C 384/06 |
L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE |
|
|
2012/C 384/07 |
Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni |
|
|
2012/C 384/08 |
||
|
2012/C 384/09 |
||
|
2012/C 384/10 |
||
|
2012/C 384/11 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2012/C 384/12 |
||
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2012/C 384/13 |
L-għamla tal-Qorti tal-EFTA – Il-Ħatra tar-Reġistratur tal-Qorti tal-EFTA |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 384/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6747 – Energie Steiermark/Steweag-Steg) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 384/15 |
||
|
2012/C 384/16 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 384/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
6.2.2012 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33880 (11/N) |
||||
|
Stat Membru |
Franza |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aides aux cinémas du monde (aide sélective à la production cinématographique) |
||||
|
Il-bażi legali |
Article L 111-2, 2o d) et e) du code du cinéma et de l’image animée; loi 2010-873 du 27 juillet 2010 relative à l’action extérieure de l’État; décret 1998-66 du 4 février 1998 portant création du comité interministériel de la coopération internationale et du développement; article 7, 10 et 68 à 71 du décret 1999-130 du 24 février 1999 modifié relatif au soutien financier de l’industrie cinématographique; décret 2006-672 du 8 juin 2006 modifié relatif à la création, à la composition et au fonctionnement de commissions administratives à caractère consultatif; décret 2010-654 du 11 juin 2010 relatif au Centre national du cinéma et de l’image animée; décret 2010-1695 du 30 décembre 2010 relatif à l’Institut français |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Kultura |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
|
L-estimi |
|
||||
|
L-intensità |
80 % |
||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2017 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Il-Midja |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
20.11.2012 |
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34736 (12/N) |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Reġjun |
— |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Sistema de amortización anticipada aplicable a determinados elementos patrimoniales arrendados del inmovilizado material |
|
Il-bażi legali |
Apartado 11 del artículo 115 del texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades |
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-għan |
— |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Posponiment ta' taxxa |
|
L-estimi |
— |
|
L-intensità |
Miżura li mhix għajnuna |
|
It-tul ta' żmien |
— |
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Ministerio de Hacienda y Administraciones Públicas |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6715 – CNOOC/Nexen)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 384/02
Fis-7 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6715. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/4 |
Bidu ta' proċeduri
(Każ COMP/M.6576 – Munksjö/Ahlstrom)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 384/03
Fis-7 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifikata tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6576 – Munksjö/Ahlstrom, fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
|
J-70 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta’ Diċembru 2012
2012/C 384/04
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3040 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
108,12 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4604 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,80775 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,6275 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2109 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,3295 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,265 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
282,33 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6961 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,0969 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5268 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3198 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2358 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,2850 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1061 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5504 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5926 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 400,12 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,3109 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1480 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5225 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 558,82 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9792 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,502 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,9645 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,928 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,7112 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,6319 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,7490 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/6 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 384/05
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
21.11.2012 |
|
Tul ta’ żmien |
21.11.2012–31.12.2012 |
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
HER/1/2- |
|
Speċi |
Aringa (Clupea harengus) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE, l-ilmijiet Norveġiżi u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
FS55TQ44 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/7 |
L-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
2012/C 384/06
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
11 ta’ Lulju 2012 |
||||
|
Numru tal-każ |
: |
70645 |
||||
|
Numru tad-deċiżjoni |
: |
289/12/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
: |
In-Norveġja |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna |
: |
|
||||
|
It-titolu tal-miżura (u/jew isem il-benefiċjarju) |
: |
Ftehimiet ta’ kera u ta’ użu bejn il-Muniċipalità ta’ Oslo u l-Oslo Cancer Cluster Innovasjonspark AS |
||||
|
Forma ta' għajnuna |
: |
Mhux applikabbli |
||||
|
Baġit |
: |
Mhux applikabbli |
||||
|
Tul ta' żmien |
: |
Mhux applikabbli |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/8 |
Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni
2012/C 384/07
L-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżuri li ġejjin jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
11 ta’ Lulju 2012 |
|
Numru tal-każ |
: |
68972 |
|
Numru tad-deċiżjoni |
: |
292/12/COL |
|
Stat tal-EFTA |
: |
L-Islanda |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
: |
Deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat li ngħatat mill-Istat Islandiż permezz ta’ New Glitnir, New Landsbankinn u New Kaupþing waqt l-istralċ ta’ ċerti fondi ta' investiment |
|
Bażi legali |
: |
L-Artikolu 61(1) u 3(b) taż-ŻEE |
|
Tip ta' miżuri |
: |
Għajnuna bħala rimedju għal taħwid serju fl-ekonomija |
|
Setturi ekonomiċi |
: |
Servizzi finanzjarji |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, qiegħed fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/9 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)
2012/C 384/08
PARTI I
|
Għajnuna Nru |
GBER 10/12/R&D |
|||
|
L-Istat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|||
|
L-awtorità awtorizzanti |
Isem |
Innovation Norway |
||
|
Indirizz |
|
|||
|
Il-paġna tal-internet |
http://www.innovationnorway.com |
|||
|
It-titolu tal-miżura ta’ għajnuna |
Skema ta' Innovazzjoni Bbażata fuq l-Injam |
|||
|
Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti) |
Baġit Statali (2011-2012), Kapitolu 1149, punt 71. |
|||
|
Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna |
http://www.innovasjonnorge.no/Satsinger/Landbruk/Trebasert-innovasjonsprogram/ |
|||
|
Tip ta' miżura |
Skema |
X |
||
|
Tul ta' żmien |
Skema |
Mill-1.8.2012 sal-31.12.2013 |
||
|
Is-settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i) |
Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
Is-setturi kollha jistgħu jirċievu għajnuna, sa kemm il-benefiċjarji jikkontribwixxu għall-għan ġenerali tal-iskema – biex tiżdied l-utilizzazzjoni tal-injam. |
||
|
It-tip ta' benefiċjarju |
SME |
X |
||
|
Impriżi kbar |
X |
|||
|
Baġit |
L-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat skont l-iskema |
NOK 26 (f'miljuni) |
||
|
Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża |
NOK … (f’miljuni) |
|||
|
Għall-garanziji |
NOK … (f’miljuni) |
|||
|
L-istrument ta' għajnuna (Art. 5) |
Għotja |
X |
||
PARTI II
|
L-Għanijiet Ġenerali (lista) |
L-Għanijiet (lista) |
L-intensità massima ta’ għajnuna f'% jew l-Ammont massimu ta' għajnuna f'NOK |
SME – bonusijiet f'% |
|
|
Għajnuna għal konsulenza u l-parteċipazzjoni tal-SMEs ġo fieri (Art. 26-27) |
Għajnuna għall-konsulenza favur l-SMEs (l-Art. 26) |
50 % |
|
|
|
Għajnuna għall-parteċipazzjoni tal-SMEs f’fieri (l-Art. 27) |
50 % |
|
||
|
Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (l-Art. 30-37) |
Għajnuna għal proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp (l-Art. 31) |
Riċerka fundamentali (l-Art. 31(2)(a)) |
… % |
|
|
Riċerka industrijali (l-Art. 31(2)(b)) |
50 % |
10/20 % |
||
|
Żvilupp sperimentali (l-Art. 31(2)(c)) |
25 % |
10/20 % |
||
|
Għajnuna għall-istudji tekniċi ta' vjabbiltà (l-Art. 32) |
40/65 % |
10 % |
||
|
Għajnuna għall-ispejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs (Art. 33) |
50 % |
|
||
|
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur agrikolu u fis-settur tas-sajd (l-Art. 34) |
|
|
||
|
Għajnuna lill-impriżi innovattivi żgħar (Art. 35) |
NOK 8 miljun |
|
||
|
Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza dwar l-innovazzjoni u għal servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni (Art. 36) |
NOK 1,6 miljun |
|
||
|
Għajnuna għas-self tal-persunal bi kwalifiki għolja (l-Art. 37) |
50 % |
|
||
|
Għajnuna għat-taħriġ (Art. 38-39) |
Taħriġ speċifiku (l-Art. 38(1)) |
25 % |
10/20 % |
|
|
Taħriġ ġenerali (l-Art. 38(2)) |
60 % |
10/20 % |
||
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/11 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)
2012/C 384/09
PARTI I
|
Għajnuna Nru |
GBER 11/12/EMP |
|||
|
L-Istat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|||
|
Ir-reġjun |
L-isem tar-Reġjun (NUTS) Il-livell 3 – Troms |
Stejtus tal-għajnuna reġjonali 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE |
||
|
L-awtorità awtorizzanti |
Isem |
Troms fylkeskommune |
||
|
L-indirizz |
|
|||
|
Il-paġna tal-internet |
http://www.tromsfylke.no |
|||
|
It-titolu tal-miżura ta’ għajnuna |
Programm ta’ żvilupp reġjonali għall-Kontea ta’ Troms 2010-2013 |
|||
|
Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti) |
Il-Fond għall-iżvilupp tal-Kontea ta’ Troms kien ġie stabbilit minn deċiżjoni tat-12 ta' Marzu 1985 mill-Kunsill tal-Kontea ta’ Troms |
|||
|
Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna |
http://www.tromsfylke.no/LinkClick.aspx?fileticket=qah_PB73Oyc%3d&tabid=332 |
|||
|
It-tip ta’ miżura |
Skema |
X |
||
|
Emenda ta' miżura ta' għajnuna eżistenti |
|
Numru tal-għajnuna tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA In-numru ta' Referenza ESA 2/2005 |
||
|
Estensjoni |
2010-2013 |
|||
|
It-tul ta’ żmien |
Skema |
1.1.2010 sa 31.12.2013 |
||
|
Is-settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i) |
Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
X |
||
|
It-tip ta' benefiċjarju |
SME |
X |
||
|
Il-baġit |
L-ammont totali annwali tal-baġit ppjanat skont l-iskema |
NOK 8 (f'miljuni) |
||
|
L-istrument tal-għajnuna (l-Art. 5) |
Għotja |
X |
||
|
Is-sussidju għar-rata tal-imgħax: |
|
|||
|
Self |
X |
|||
PARTI II
|
L-Għanijiet Ġenerali (lista) |
L-objettivi (lista) |
L-intensità massima ta’ għajnuna f' % jew l-Ammont massimu ta' għajnuna f'NOK |
SME – bonusijiet f' % |
|
Għajnuna għall-investiment u l-impjiegi għall-SMEs (l-Art. 15) |
|
50 % |
0 % |
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/12 |
L-avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/skont attwali għal tliet Stati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2012
(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta Lulju 2004 (1) )
2012/C 384/10
Ir-rati bażi huma kkalkulati b’konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 (2). Biex tinkiseb ir-rata ta’ referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġni xierqa b’konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tar-rata ta’ skont dan ifisser li l-marġni xieraq ta’ 100 punt bażi jrid jiżdied mar-rata bażi. Ir-rata ta’ rkupru għandha normalment tiġi kkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi kif previst fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 789/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008 (3) li temenda d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (4).
|
|
L-Islanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
|
1.1.2012-31.5.2012 |
4,70 |
0,31 |
3,57 |
|
1.6.2012-31.7.2012 |
4,70 |
0,38 |
3,57 |
|
1.8.2012- |
5,90 |
0,38 |
3,57 |
(1) ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1.
(2) ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1.
(3) ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 72, 22.12.2010, p. 1.
(4) Ara l-verżjoni kkonsolidata fis-sit http://www.eftasurv.int/media/decisions/195-04-COL.pdf
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/13 |
L-avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/skont attwali għal tliet Stati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2012
(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (1) )
2012/C 384/11
Ir-rati bażi huma kkalkulati b’konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008. (2) Biex tinkiseb ir-rata ta’ referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġni xierqa b’konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tar-rata ta’ skont dan ifisser li l-marġni xieraq ta’ 100 punt bażi jrid jiżdied mar-rata bażi. Ir-rata ta’ rkupru għandha normalment tiġi kkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi kif previst fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 789/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008 (3) li temenda d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004. (4)
|
|
L-Islanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
|
1.1.2012-31.5.2012 |
4,70 |
0,31 |
3,57 |
|
1.6.2012-31.7.2012 |
4,70 |
0,38 |
3,57 |
|
1.8.2012-31.8.2012 |
5,90 |
0,38 |
3,57 |
|
1.9.2012- |
5,90 |
0,38 |
2,95 |
(1) ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1.
(2) ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1.
(3) ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 72, 22.12.2010, p. 1.
(4) Ara l-verżjoni kkonsolidata fis-sit http://www.eftasurv.int/media/decisions/195-04-COL.pdf
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/14 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI
2012/C 384/12
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali:
EPSO/AST/125/12 – Assistenti (AST 3) fl-oqsma li ġejjin:
|
1. |
Awditjar |
|
2. |
Finanzi/Kontabilità |
|
3. |
Ekonomija/Statistika |
L-avviż tal-kompetizzjoni hu ppubblikat fit-23 lingwa fil-Ġurnal Uffiċjali C 384 A tas-6 ta' Diċembru 2012.
Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-websajt tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/15 |
L-għamla tal-Qorti tal-EFTA
Il-Ħatra tar-Reġistratur tal-Qorti tal-EFTA
2012/C 384/13
Is-Sur Gunnar Selvik inħatar Reġistratur tal-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 9, il-Protokoll 5 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2012 sal-31 ta’ Awwissu 2015, biex jieħu post is-Sur Skúli Magnússon.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6747 – Energie Steiermark/Steweag-Steg)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 384/14
|
1. |
Fis-6 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Energie Steiermark AG (“Energie Steiermark”, l-Awstrija), ikkontrollata b’mod konġunt minn Land Steiermark u EDF group, takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Steweag-Steg GmbH (“SSG”, l-Awstrija) permezz ta' xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6747 – Energie Steiermark/Steweag-Steg, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/17 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 384/15
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“FAL OYSTER”
Nru tal-KE: UK-PDO-0005-0885-22.07.2011
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Fal Oyster”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Ir-Renju Unit
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. It-tip ta’ prodott:
|
Il-kategorija 1.7. |
Ħut, molluski u krustaċi friski, u prodotti magħmulin minnhom |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:
L-isem “Fal Oyster” jintuża għall-gajdar maqbud fiż-żona identifikata bl-użu ta’ dgħajjes tradizzjonali tal-qlugħ u tal-qdif fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu.
Il-gajdar tat-tip “Fal Oyster” huwa gajdar tal-ispeċi Ostrea edulis, magħruf b’mod komuni bħala gajdar ċatt jew gajdar endemiku. Il-qoxra tiegħu ma tkunx tonda għal kollox u tkun irregolari, b’forma ovali u b’wiċċ aħrax u kollu qxur. Hija tkun kannella jew lewn il-krema u jkollha faxex konċentriċi ta’ lewn kannella ċar jew li jagħtu fil-blu fuq in-naħa ta’ barra tagħha. Fuq in-naħa ta’ ġewwa, il-qoxra tkun lixxa ħafna u ġawhrija u tkun ta’ lewn abjad jew griż li jagħti fil-blu, u ħafna drabi jkollha partijiet li jkunu ta’ lewn blu iktar skur.
Iż-żewġ nofsijiet tal-qoxra (iż-żewġ qoxriet tal-gajdra) għandhom forom differenti. Il-qoxra tax-xellug tkun konkava u mwaħħla mas-sottostrat, waqt li dik tal-lemin tkun ċatta u tkun tinsab ġo dik tax-xellug. Il-gajdar jista’ jikber għal madwar 110 millimetri. Il-gajdar tat-tip “Fal Oyster” jinqabad biss bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Marzu bl-użu ta’ metodi tradizzjonali li huma uniċi għaż-żona.
L-Assoċjazzjoni tal-Gran Brittanja tal-frott tal-baħar bil-qoxra kkaratterizzat il-kwalitajiet organolettiċi ta’ dan it-tip ta’ gajdar kif ġej:
l-imnieħer: jodju;
laħam il-gajdar: immerraq u b’togħma ta’ bettieħ, ħass u ħjar;
togħma wara: togħma ħafifa u li tibqa’ ta’ landa u ta’ ram;
konsistenza: soda u mielħa.
Fid-dehra l-laħam huwa lewn il-krema, waqt li t-truf huma opaki u griżi.
Wara li jinqabad u jissaffa mill-impuritajiet, il-gajdar jinbiegħ ħaj “fil-qoxra” lill-bejjiegħa bl-imnut jew jitwassal lir-ristoranti madwar ir-Renju Unit kollu, kif ukoll jiġi esportat barra l-pajjiż. Meta jinħażnu, il-prodotti ħajjin jibqgħu tajbin għall-ikel għal madwar ħamest ijiem.
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:
Il-gajdar jitkabbar u jinqabad fiż-żona ddefinita fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu biss, bl-użu ta’ dgħajjes tradizzjonali mingħajr muturi.
3.6. Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Nisgħtu ngħidu li ż-żona fejn jiġi prodott il-gajdar tat-tip “Fal Oyster” taqa’ fi ħdan il-port tas-sajd ta’ Truro. Il-limiti legali ta’ dan il-port huma deskritti fid-digriet dwar is-sajd tal-1936, li ġie emendat fl-1975, bħala l-partijiet kollha tal-port ta’ Truro u tal-port ta’ Falmouth u s-sodod tax-xmajjar Truro, Fal u Tresillian, li b’kollox ikopru żona ta’ 2 721 ejkers (1,101 ettari).
Wieħed jista’ jgħid li din iż-żona tinsab fit-Tramuntana ta’ linja miġbuda bejn il-punt ta’ Trefusis u l-Kastell ta’ St. Mawes sas-sinjal medju ta’ baħar fieragħ meta jkun hemm marea normali. It-tarf taż-żona tas-sajd huwa s-sinjal medju ta’ baħar fieragħ li jikkoinċidi mal-kosta, ħlief fid-daħla ta’ kull qala li tindika l-limiti massimi taż-żona tas-sajd f’Mylor, St Just u Malpas.
Iż-żona ddefinita hija l-unika żona regolatorja għas-sajd tal-gajdar endemiku fil-Lbiċ tal-Ingilterra.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Ix-xmara Fal hija żona tas-sajd naturali u selvaġġa li fiha ma jiġix ikkultivat jew imnissel il-gajdar. Iseħħ ammont żgħir ta’ “tnissil” tal-irqajja’ selvaġġi u naturali minħabba li, waqt is-sajd, is-sottostrat (il-massa ta’ biċċiet tal-ġebel, qxur u ramel oħxon li jiffurmaw il-bażi tas-sodda tal-gajdar, bl-Ingliż magħrufa bħala “cultch”) jiċċaqlaq bil-gangmu. Dan iżomm iż-żona tas-sajd f’kundizzjoni tajba u t-tħammil żejjed minn żmien għall-ieħor tal-irqajja’ mingħajr il-qbid tal-gajdar (deskritt bħala tixtib) ikompli jtejjeb l-irqajja’ tal-gajdar u jinkuraġġixxi ħafna frieħ tal-gajdar biex jeħlu mar-roqgħa (jinkuraġġixxi l-gajdar żgħir biex jissetilja).
Ix-xmajjar taż-żona ta’ Fal jimtlew bl-ilma minn widien bi ġnub weqfin u fihom kontenut minerali u bijoloġiku għani. L-estwarju wkoll huwa fond ħafna u għalhekk l-ilma jiċċirkola minbarra li jinbidel ma’ kull marea. Dan l-ambjent uniku jiġġenera l-plankton li l-gajdar imbagħad jiekol.
Barra minn hekk, l-evidenza turi li l-minjieri ta’ madwar Cornwall kollha huma minjieri bl-ilma li lkoll ikollhom jiġu żvojtati bil-pompi jew li jitbattlu b’mod naturali għal ġol-Wied ta’ Carnon li jagħti għall-estwarju ta’ Fal u għaż-żona tal-qbid. Dan l-ilma fih ħafna minerali li huma uniċi għaż-żona. Huma dawn il-minerali, b’mod speċifiku r-ram u ż-żingu, li jikkontribwixxu għal dik it-togħma distintiva metallika tal-gajdar tat-tip “Fal Oyster”. Minħabba f’hekk, il-gajdar tat-tip “Fal Oyster” huwa differenti, mil-lat organolettiku, mill-gajdar l-ieħor li jikber f’din iż-żona.
Il-rabta qawwija li hemm bejn iż-żona tas-sajd u l-prodott tidher biċ-ċar mir-reġistri tas-sajd li jiddeskrivu l-operazzjoni tal-qbid, it-tkabbir u l-kummerċjalizzazzjoni tal-gajdar tat-tip “Fal Oyster” fix-xmara Fal u madwarha, u fix-xmajjar li jmissu magħha u madwarhom. Ir-reġistri storiċi jiddeskrivu d-dgħajjes tal-qlugħ u d-dgħajjes tal-qdif jistadu bil-gangmi. Id-deskrizzjonijiet huma simili ħafna għall-metodi u t-tagħmir użat illum il-ġurnata. Hemm bosta reġistri li jiddeskrivu metodi storiċi u kontemporanji tal-qbid li ma jintużaw f’ebda żona oħra.
Huma u jsegwu metodi storiċi u tradizzjonali, is-sajjieda jirmunkaw il-gangmi mad-dgħajjes tal-qlugħ u mad-dgħajjes tal-qdif u ma jużaw l-ebda mutur biex jaqbdu l-gajdar. Din it-tradizzjoni tas-sajd li ilha teżisti għal bosta snin tidher biċ-ċar fl-għarfien u t-tagħmir li ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ sajjieda. Hemm provi li d-dgħajjes użati ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra u xi wħud mid-dgħajjes għandhom iktar minn mitt sena. Eżempji tal-ħiliet li ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra jinkludu l-ħila li wieħed isib fejn jinsab il-gajdar, it-tqandil b’attenzjoni tal-qabda u l-metodi ta’ tħammil ta’ ċerti rqajja’ partikulari tal-gajdar skont il-marea u r-riħ.
Ir-referenzi storiċi li nsibu tul is-seklu dsatax jirreferu għall-kummerċ fil-qbid u t-tkabbir tal-gajdar fiż-żona tal-port ta’ Falmouth, li kien jinkludi s-sajd, it-tkabbir, l-għażla u l-bejgħ tal-gajdar.
Tul is-seklu għoxrin saru ordinamenti biex il-metodi tas-sajd jiġu llimitati għat-tekniki tradizzjonali biss, b’mod partikulari biex jitħallew jintużaw biss dgħajjes tal-qlugħ u tal-qdif u wkoll biex dan it-tip ta’ sajd jiġi protett fit-tul. Madankollu, il-flotta ta’ madwar 100 dgħajsa tnaqqset b’mod katastrofiku fis-snin tmenin meta l-istokkijiet tal-gajdar naqsu ħafna wara li l-gajdar marad u dan it-tip ta’ sajd ma baqax irendi. L-irkupru minn din il-marda seħħ bil-mod, iżda l-flotta kibret bil-mod il-mod, u grupp imsejjaħ il-Grupp għall-Ġestjoni tas-Sajd tal-Gajdar għaqqad flimkien lis-sajjieda tal-gajdar, lil dawk li jipproċessawh u lir-regolatur sabiex ikun hemm ġestjoni ta’ dan is-sajd.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Il-karatteristiċi tal-gajdar tat-tip “Fal Oyster” huma marbutin maż-żona abbażi tat-tradizzjoni lokali tal-metodu tal-qbid li huwa uniku għaż-żona. Il-metodu tas-sajd juża gangmi rmunkati f’qiegħ il-baħar minn dgħajjes tal-qlugħ u tal-qdif. Dawn id-dgħajjes u l-gangmi huma tal-istess stil bħal dawk użati b’mod storiku u li jmorru lura għal deskrizzjonijiet mogħtija fl-1750.
Laħam il-gajdar huwa sod u jleqq bħall-ħarir b’wiċċ lixx. Huwa lewn il-krema, waqt li t-truf huma opaki u griżi. Huwa mielaħ u ħelu fit-togħma u t-togħma tixbah lil dik immerrqa tal-bettieħ, il-ħass u l-ħjar. It-togħma ta’ wara tal-gajdar hija waħda metallika, ħafifa u li tibqa’ ta’ landa u ta’ ram.
5.3. Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):
It-togħma tal-gajdar tiddependi mill-ambjent fejn tkun kibret. Iż-żona tas-sajd ta’ Fal timtela bl-ilma mill-widien ta’ madwarha li fihom kontenut minerali u bijoloġiku għani. Barra minn hekk, l-estwarju fond ta’ din iż-żona jippermetti lill-ilma jiċċirkola u jinbidel ma’ kull marea u b’hekk hemm livell uniku ta’ ilma mielaħ tal-baħar u ta’ ilma ħelu tax-xmara. Dan l-ambjent jiġġenera l-plankton li l-gajdar imbagħad jiekol, u jwassal għall-kwalità tal-ikel tal-gajdar tat-tip “Fal Oyster”, li huwa deskritt bħala aktar mielaħ, metalliku, kremuż u ħelu minn speċijiet oħrajn li jkunu ġejjin minn żoni oħrajn.
Il-karatteristiċi tal-gajdar tat-tip “Fal Oyster” huma marbutin maż-żona abbażi tat-tradizzjoni lokali tal-metodu tal-qbid li huwa uniku għaż-żona u tal-ħiliet li ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra, li jinkludu l-ħila li wieħed isib fejn jinsab il-gajdar, it-tqandil b’attenzjoni tal-qabda u l-metodi ta’ tħammil ta’ ċerti rqajja’ partikulari tal-gajdar skont il-marea u r-riħ.
L-użu tal-isem “Fal Oyster” u l-fama tiegħu ta’ togħma fina u kwalità tajba kibru permezz tax-xogħol iebes ta’ dawk li jipproċessaw il-gajdar u tal-membri tal-Grupp għall-Ġestjoni tas-Sajd tal-Gajdar. Il-membri kollha jużaw l-isem “Fal Oyster” u jippreżentaw għall-bejgħ prodott ta’ kwalità għolja permezz tal-katina tal-provvista bl-ingrossa u lil hinn minnha, fejn dan it-tip ta’ gajdar huwa mfittex ferm mir-ristoranti kemm fir-Renju Unit kif ukoll f’pajjiżi oħra.
Sa mill-1996 ’l hawn, sar festival tal-gajdar tat-tip “Fal Oyster” sabiex jiġu ċċelebrati l-bidu tal-istaġun ta’ tħammil tal-gajdar, id-diversità u l-kwalità tal-frott tal-baħar tar-reġjun ta’ Cornwall u, b’mod partikulari, sabiex jiġi ċċelebrat wieħed mill-aħħar tipi ta’ sajd tradizzjonali għall-gajdar li għad baqa’, jiġifieri t-tħammil bid-dgħajjes tal-qlugħ u tal-qdif.
Il-kok famuż Rick Stein jappoġġa dan il-festival u fetaħ ristorant fil-belt ta’ Falmouth li jinkludi bar bil-frott tal-baħar sabiex jiċċelebra l-gajdar tat-tip “Fal Oyster”. Il-gajdar tat-tip “Fal Oyster” issemma b’tifħir ukoll fil-films u fil-kotba tat-tisjir u mill-ġurnalisti li jiktbu dwar l-ikel.
Il-gajdar tat-tip “Fal Oyster” ġie rrikonoxxut fil-katalgu msejjaħ “Arka tat-Togħma” tal-moviment tal-ikel imsejjaħ “Slow Food Movement” u ġie deskritt bħala gajdar li ġej minn wieħed mill-ftit stokkijiet li għad baqa’ tal-gajdar endemiku fir-Renju Unit.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/fal-oyster-pdo-120912.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
|
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/21 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 384/16
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“SAINT-MARCELLIN”
Nru tal-KE: FR-PGI-0005-0832-08.10.2010
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Saint-Marcellin”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
|
Klassi 1.3: |
Ġobon. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):
Is-“Saint-Marcellin” huwa ġobon prodott minn ħalib sħiħ tal-baqra nej jew termizzat, mhux standardizzat mil-lat tax-xaħam u tal-proteini. Huwa għandu forma ta’ ċilindru bi truf li jagħtu fit-tond, b’dijametru ta’ bejn 65 mm u 80 mm, b’għoli ta’ bejn 20 mm u 25 mm u jiżen mill-inqas 80 gramma. Dan il-ġobon għandu parti interna lattika ratba, li la hija maħduma u lanqas ippressata, hija ftit immelħa imma magħha la jiġu miżjuda ħwawar u lanqas taħwir u għandu flora fil-wiċċ li tista’ tkun bajda, beige u griż jagħti fil-blu. Il-parti interna hija omoġenja meta tinqata’.
Is-“Saint-Marcellin” ikun fih bejn 40 gramma u 65 gramma xaħam għal kull 100 gramma ġobon wara li jkun tnixxef kompletament.
It-tnixxif jippermetti li s-“Saint-Marcellin” jiġi ppreżentat b’żewġ modi:
|
— |
Is-“Saint-Marcellin”“niexef”, li jkollu kontenut niexef ta’ iktar minn 44 %, isegwi t-tradizzjoni lokali, u jiġi mmaturat b'mod li jttejjeb il-kapaċità tiegħu li jiġi kkonservat billi l-proteolisi tiegħu tiġi limitata. |
|
— |
Is-“Saint-Marcellin”“artab”, li, wara tnixxif iktar moderat, ikollu aktar minn 40 % f'kontenut niexef, huwa soġġett għal metodu ta’ maturazzjoni li jippermettilu li jiżviluppa togħmiet partikolari u konsistenza ratba jew saħansitra kremuża. Dan il-ġobon ta’ tradizzjoni iktar reġjonali ta’ spiss jitħalla jimmatura għal perjodu itwal ta’ żmien. |
Ikunu meħtieġa mill-inqas għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames qabel ma s-“Saint-Marcellin” ikun jista’ jiġi kkummerċjalizzat.
Għall-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, is-“Saint-Marcellin” jista’ jiġi ppakkjat jew le.
Mad-daqqa ta’ għajn, il-qoxra tal-ġobon, xi drabi xi ftit imkemxa, għandha tkun fil-parti kbira, jew totalment, mgħottija b’moffa karatterizzata mill-kuluri li ġejjin: abjad, beige u griż jagħti fil-blu. Meta jitqatta’, il-parti interna tal-ġobon, kulur il-krema, tkun lixxa u omoġenja u jista’ jkollha xi toqob. Meta jittiekel, il-qoxra tiegħu bilkemm tinħass. Is-“Saint-Marcellin” artab jingħaraf mill-konsistenza li tinħall tiegħu, filwaqt li l-konsistenza tas-“Saint-Marcellin” niexef hija waħda soda. It-togħma friska tiegħu għandha rikkezza aromatika ekwilibrata (togħma ta’ frott u ta’ għasel …) karatteristika tas-“Saint-Marcellin”, prinċipalment lattika u moderatament mielħa.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Ħalib sħiħ tal-baqar mhux standardizzat mil-lat tax-xaħam u tal-proteini, li ġej miż-żona ġeografika.
Il-ħalib għandu jintuża nej jew termizzat, li jeskludi t-trattamenti tal-pastorizzazzjoni. Is-“Saint Marcellin” huwa ġobon ta’ tradizzjoni lokali li żviluppa f’żona fejn jitrabbew b’mod partikolari l-bovini tal-ħalib. Il-ħalib użat għall-ipproċessar tal-ġobon dejjem ġie mill-azjendi taż-żona ġeografika. Ir-reputazzjoni tiegħu nbniet minħabba l-koeżjoni ta’ katina ta' produzzjoni li tgħaqqad flimkien produtturi ta’ ħalib ta’ kwalità, li jagħmlu użu mit-territorju u mill-potenzjal tiegħu, ma’ proċessuri li jħarsu l-għarfien lokali.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni hija kkaratterizzata minn żona tal-għalf kbira. Ir-raħħala naturalment dejjem għażlu li jiffavorixxu l-użu ta’ dawn ir-riżorsi lokali, li kkontribwew sabiex jagħtu lis-“Saint-Marcellin” il-karatteristiċi tiegħu. Huma jiddependu fuq il-ħaxix u b’mod iktar partikolari fuq il-ħuxlief għall-għalf tal-annimali u jagħmlu użu limitat mill-għalf supplimentari, sabiex jibqgħu konformi ma’ metodu ta’ trobbija tradizzjonali.
Għaldaqstant, il-kriterji applikabbli għall-għalf tal-baqar tal-ħalib huma:
|
— |
L-awtonomija fl-għalf: mill-inqas 80 % tal-materja niexfa tal-għalf totali annwali għandu jkun oriġina miż-żona ġeografika. |
|
— |
Il-ħaxix f’kull forma tiegħu jirrappreżenta mill-inqas 50 % f’materja niexfa tal-għalf bażiku annwali. |
|
— |
Għall-erba’ xhur tax-xitwa (Diċembru, Jannar, Frar u Marzu), il-ħuxlief jirrappreżenta 15 % tal-materja niexfa tal-għalf bażiku. |
|
— |
L-għalf supplimentari awtorizzat jirrappreżenta mhux iktar minn 30 % tal-materja niexfa tal-għalf totali annwali. F’dan il-kuntest, l-għalf supplimentari awtorizzat huwa: iż-żrieragħ u l-prodotti sekondarji taċ-ċereali, żrieragħ taż-żejt u wċuħ tar-raba’ tal-proteini speċjalizzati, l-għalf magħmul mill-ġewż u l-legumi diżidratati. Huma awtorizzati mhux iktar minn 10 % tas-supplimenti msemmija iktar ’il fuq: ix-xorrox, il-patata u tuberi oħrajn, il-polpa tal-pitravi diżidrata, il-melassa u s-supplimenti nutrizzjonali: minerali, vitamini, oligoelementi, il-bikarbonat u l-melħ. |
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
L-istadji kollha involuti fil-produzzjoni tal-ħalib, fl-ipproċessar u fil-maturazzjoni tas-“Saint-Marcellin” għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:
Mhux applikabbli.
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
Minbarra l-indikazzjonijiet obbligatorji previsti mir-regolamenti dwar it-tikkettar tal-ġobon, it-tikkettar ta’ kull ġobna għandu jinkludi:
|
— |
l-isem “Saint-Marcellin”, |
|
— |
l-identifikazzjoni tal-azjenda tal-produzzjoni, |
|
— |
il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea u/jew l-indikazzjoni “Indication Géographique Protégée” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta). |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tas-“Saint-Marcellin” tinstab fuq ix-xatt tal-Lvant tax-xmara Rhône u tmiss mal-meded tal-muntanji ta’ Vercors. Iċ-ċentru ta’ din iż-żona hija l-commune ta’ Saint-Marcellin (li jinsab f’Isère) li tat isimha lill-prodott u li kienet iċ-ċentru tal-kummerċjalizzazzjoni inizjali tas-“Saint-Marcellin”. Iż-żona ġeografika ġiet iddefinita skont kriterji storiċi (il-post minn fejn bdew il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-“Saint-Marcellin”) u skont kriterji ġeografiċi (il-konsistenza tal-pajsaġġi u l-użu tal-ambjent).
Iż-żona ġeografika hija magħmula mill-cantons li ġejjin:
|
|
Fid-dipartiment ta’ Drôme:
|
|
|
Fid-dipartiment ta’ Isère:
|
|
|
Fid-dipartiment ta’ Savoie:
|
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
It-territorju tas-“Saint-Marcellin” huwa parti mir-reġjun ta’ Bas Dauphiné, bejn il-pjanuri tar-reġjun Lyon u l-muntanji tal-franka ta’ Chartreuse u tal-Punent ta’ Vercors. Huwa magħmul minn għoljiet u minn meded ta’ art tal-era Terzjarja maqtugħa b’widien kbar u fil-Lvant imdawra b’żoni muntanjużi. Huwa jimmarka tranżizzjoni bla xkiel bejn il-muntanja u l-pjanura, bejn l-Alpi u Provence.
Il-klima hija fil-parti l-kbira moderata, tipika tal-għoljiet, b’temperaturi medji ta’ bejn id-9 °C u l-11 °C u b’ammonti ta’ xita li jvarjaw bejn it-800 mm u l-1 100 mm.
Dan it-territorju huwa kkaratterizzat mill-irjieħ li jonfħu prinċipalment mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, u li huma ankrati fl-istorja u fil-kultura tal-produtturi u tal-proċessuri. Dan ir-riħ ippermetta t-tnixxif tal-ġewż u wkoll tat-tabakk kif ukoll tal-ġobon u influwenza l-arkitettura lokali. Huwa ffavorixxa t-twaqqif inizjali u l-istabbiliment tal-azjendi tal-ġobon f’dan it-territorju kollu. Din l-istruttura ilha s-snin ma tinbidel.
It-territorju tas-“Saint-Marcellin” huwa prinċiplament wieħed rurali u ferm agrikolu, b’perċentwal għoli ta’ żoni bil-ħaxix (żona tal-għalf ta’ bejn 40 % u 80 % tal-Art Agrikola Użata). Hawnhekk, wieħed isib taħlita ta' biedja mħallta u trobbija tal-bhejjem, irrappreżentati prinċipalment mit-tkabbir tas-siġar (b’mod partikolari s-siġar tal-ġewż, li jipproċudu d-DPO “noix de Grenoble”) u mill-produzzjoni tal-ħalib.
Il-ġobon li inizjalment kien magħruf bħala “tomme” u prodott fl-irziezet sab, b’mod naturali għall-aħħar, l-identità tiegħu fi ħdan il-belt ta’ “Saint-Marcellin”, fejn mis-seklu 15 beda jsir l-iktar suq importanti tar-reġjun.
It-tnixxif tal-ġobon, tal-ġewż (u tat-tabakk) kien megħjun mill-irjieħ li jikkaratterizzaw dan it-territorju, u din hija r-raġuni għall-preżenza tal-kmamar ta’ tnixxif għall-ġewż fiż-żona kollha. Il-kmamar tat-tnixxif għall-ġewż setgħu wkoll iservu għat-tnixxif tal-ġobon, li kienu jitqiegħdu fi qfief imdendla biex l-irjieħ jilħquhom mid-direzzjonijiet kollha msejħa “tommiers”.
Mill-1870, xi kolletturi magħrufa bħala “coquetiers” kienu bdew iduru l-irziezet f’dati regolari. Huma bdew jikkonsenjaw dan il-ġobon fiċ-ċentri l-kbar ġirien: Romans, Grenoble, Lyon, Saint-Étienne u Avignon, li minn dak iż-żmien 'l hawn baqgħu konsumaturi prinċipali ta’ dan il-ġobon. Il-bdiewa, imħeġġa b'dan, bdew jipproduċu iktar ġobon, u b’hekk żviluppaw il-kummerċjalizzazzjoni tas-“Saint-Marcellin”.
Fis-snin 20 tas-seklu l-ieħor, dawk li qabel kienu l-kolletturi żviluppaw il-manifattura tal-ġobon b’teknika tal-produzzjoni tal-ġobon li kienet ispirata minn dik tal-irziezet (baqta tal-ħalib, l-użu ta’ qwieleb identiċi …). Huwa b’hekk li fir-reġjun ta’ Saint-Marcellin tfaċċaw l-ewwel azjendi tal-ġobon wara li ġiet stabbilita l-ewwel definizzjoni uffiċjali tas-Saint-Marcellin.
Il-katina ta’ produzzjoni tas-“Saint-Marcellin” ipprovat torganizza ruħha u tipproteġi l-prodott minn stadju ferm bikri. Fil-bidu kien hemm l-Union des Fabricants du «Saint-Marcellin» (l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tas-“Saint-Marcellin”), imwaqqfa fl-1971 u wara l-Comité Interprofessionnel du Saint-Marcellin (il-Kumitat Interprofessjonali tas-“Saint-Marcellin”) imwaqqaf fl-1994 li jinkludi wkoll il-produtturi tal-ħalib u l-produtturi tal-azjendi. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-katina kollha saret involuta fil-promozzjoni tas-“Saint-Marcellin”, fit-titjib tal-kwalità u fl-istabbiliment ta’ miżuri għall-protezzjoni tal-isem.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Is-“Saint-Marcellin” huwa ġobon ta’ daqs ċkejken li huwa kkaratterizzat mill-forma tiegħu ta’ ċirku bi truf li jagħtu fit-tond, minn dijametru ta’ madwar 7 cm, minn piż ta’ mill-inqas 80 gramma u minn għoli ta’ madwar 2 cm.
Mad-daqqa ta’ għajn, il-qoxra tiegħu, xi drabi xi ftit imkemxa, hija fil-parti l-kbira jew totalment mgħottija b’moffa bajda, beige jew griża tagħti fil-blu.
Meta jinqata’, il-parti interna tal-ġobon, kulur il-krema, tkun lixxa u omoġenja. Meta jittiekel, il-qoxra tiegħu bilkemm tinħass. Is-“Saint-Marcellin” artab jingħaraf mill-konsistenza li tinħall tiegħu, filwaqt li l-konsistenza tas-“Saint-Marcellin” niexef hija waħda soda.
It-togħma friska tiegħu għandha rikkezza aromatika ekwilibrata (togħma ta’ frott, ta’ għasel …) karatteristika tas-“Saint-Marcellin”, prinċipalment lattika u moderatament mielħa.
L-għalf lokali u b’mod partikolari l-ħaxix għandu post importanti fl-għalf tal-merħla tal-ħalib, billi l-bhejjem jirgħu f’meded kbar għal perjodu minimu ta’ 180 jum fis-sena (popolazzjoni tal-azjendi limitata għal 1,4 LU/ha (unitajiet ta’ bhejjem għal kull ettaru)). Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jiggarantixxu livell għoli ta’ kwalità tal-ħalib użat.
Il-ħalib użat jiġi soġġett biss għal trattamenti termiċi limitati (projbizzjoni tal-pastorizzazzjoni) u ma jiġix standardizzat sabiex ikun jistgħu jiġu ppreservati l-kwalitalijiet oriġinali tiegħu kollha u sabiex ir-rikkezza aromatika tas-“Saint-Marcellin” tkun tista’ tiġi espressa.
Is-“Saint-Marcellin” jikseb l-identità sħiħa tiegħu u l-karattru tiegħu permezz ta' teknika ta’ pproċessar speċifika, il-wirt ta' metodi antiki. Il-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tas-“Saint-Marcellin” jinkisbu permezz ta’ baqta tat-tip “lattiku”, li la tkun ippressata u lanqas maħduma u li tiġi xi ftit immelħa biex imbagħad titnixxef u titħalla timmatura.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):
Ir-rabta mal-oriġini tas-“Saint-Marcellin” hija msejsa fuq ir-reputazzjoni tiegħu, fuq il-karatteristiċi partikolari tal-ġobon kif ukoll fuq l-għarfien tradizzjonali.
Il-produzzjoni tas-“Saint-Marcellin” hija bbażata fuq prattiki storiċi ta’ trobbija tal-bhejjem (biedja mħallta u wkoll trobbija tal-bhejjem) u ta’ pproċessar li huma marbuta mill-qrib mal-ambjent naturali:
|
— |
l-importanza tal-mergħa u l-għalf lokali fl-alimentazzjoni tal-annimali minħabba l-meded kbar tal-għalf preżenti fiż-żona ġeografika; |
|
— |
in-natura mirjieħa taż-żona ġeografika li kkundizzjonat it-tradizzjoni tal-konservazzjoni tal-ġobon bit-tnixxif u bil-maturazzjoni. |
Dawn il-kundizzjonijiet kollha ffavorixxew l-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ ġobon ċkejken li minn ferm kmieni kiseb l-isem ta’ “Saint-Marcellin” (mis-seklu 15) billi ħa l-isem tas-suq prinċipali ta’ dak iż-żmien. L-ewwel drabi li ssemma s-“Saint-Marcellin” kien fil-kontabbiltà tal-amministrazzjoni ta’ Louis XI (is-seklu 15).
Mill-1935, il-ġobon “Saint-Marcellin” ġie deskritt uffiċjalment fi Franza fuq it-talba tal-operaturi taż-żona. Id-definizzjoni saret uffiċjali fl-1942, u nbidlet diversi drabi. Ilha sa mill-1980 tikkonforma mal-ispeċifikazzjoni attwali: “dijametru ta’ madwar 70 millimetru, b’għoli ta’ bejn l-20 millimetru u l-25 millimetru, jiżen mill-inqas 80 gramma, manifatturat bil-ħalib tal-baqra miżjud bit-tames, bil-parti interna ratba, li la hija maħduma u lanqas ippressata, hija ftit immelħa imma magħha la jiġu miżjuda ħwawar u lanqas taħwir […]”. Din id-deskrizzjoni ppermettiet l-iżvilupp ikkontrollat tal-produzzjoni tas-“Saint-Marcellin”.
Il-festa tas-“Saint-Marcellin” kif ukoll il-mużew tas-“Saint-Marcellin” u l-parteċipazzjoni tal-Comité pour le Saint-Marcellin fil-wirjiet agrikoli lokali u nazzjonali wasslu biex il-prodott iżomm ir-reputazzjoni tiegħu.
Xhieda tar-reputazzjoni attwali tas-“Saint-Marcellin” hija l-preżenza tiegħu f’għadd ta’ menus gastronomiċi tar-restoranti ta’ Dauphiné u tal-bliet ġirien (Lyon, Grenoble, u Saint-Étienne): huwa jista’ jiġi ppreżentat fil-platt tal-ġobon jew sħun fuq l-insalati, f'ikel tal-għaġina jew “en gratin” … . “L’inventaire du patrimoine culinaire français” (l-inventarju tal-patrimonju kulinarju Franċiż, edizzjoni Rhône-Alpes) tal-1995, jikkonferma din ir-reputazzjoni u jiddedika artiklu lis-“Saint-Marcellin”.
Bħalissa, l-isem “Saint-Marcellin” jintuża b’mod wiesa’ mis-seba’ azjendi tal-ġobon taż-żona tal-produzzjoni, kif jixhdu l-eżempji tat-tikketti pprovduti, u huwa magħruf sew kemm fuq il-livell reġjonali kif ukoll lil minn hekk. Fil-fatt, il-produzzjoni tal-2008 kienet ta’ 35,5 miljun ġobon ittikkettati “Saint-Marcellin”.
L-istorja antika ta’ dan il-ġobon u d-definizzjoni bikrija tiegħu ppermettew l-iżvilupp ta' dan il-ġobon mingħajr ma ntilfet l-identità tiegħu. Illum, minħabba l-koeżjoni tal-katina ta' produzzjoni u l-identifikazzjoni tiegħu mat-territorju u mal-għarfien lokali, ir-reputazzjoni tas-“Saint-Marcellin” hija affermata sew fuq il-livell nazzjonali, minkejja li l-produzzjoni baqgħet prinċipalment lokalizzata fl-inħawi minn fejn oriġina.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPSaint-MarcellinV2.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.