|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.380.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2012/C 380/01 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2012/C 380/02 |
||
|
2012/C 380/03 |
||
|
2012/C 380/04 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 380/05 |
||
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kunsill
|
11.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-ħarsa ġenerali lejn id-djalogu strutturat maż-żgħażagħ dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa
2012/C 380/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
I. FILWAQT LI JFAKKRU LI
|
1. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018) (1) irrikonoxxiet li ż-żgħażagħ kollha huma riżorsa għas-soċjetà u enfasizzat l-importanza li jiġi appoġġat id-dritt taż-żgħażagħ li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta' linji ta' politika li jaffettwawhom permezz ta' djalogu strutturat kontinwu maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. |
|
2. |
Ir-Riżoluzzjoni tad-19 ta' Mejju 2011 (2) tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar id-djalogu strutturat maż-żgħażagħ dwar l-impjiegi fost iż-żgħażagħ, iddikjarat li l-prijorità tematika ġenerali għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għat-tieni ċiklu ta' ħidma ta' 18-il xahar (il-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2011 u l-31 ta' Diċembru 2012) hija l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'enfasi speċjali fuq il-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika fl-Ewropa. |
II. JIRRIKONOXXU LI
|
3. |
Id-Djalogu Strutturat huwa proċess axxendeti parteċipattiv u l-eżitu tat-tieni ċiklu ta' 18-il xahar huwa bbażat fuq ir-riżultati miksuba mill-konsultazzjonijiet nazzjonali matul il-Presidenza Pollakka, dik Daniża u dik Ċiprijotta, kif ukoll il-Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ f'Varsavja f'Settembru 2011, f'Sorų f'Marzu 2012 u f'Nikosija f'Settembru 2012. |
|
4. |
Fit-tieni ċiklu tad-Djalogu Strutturat, il-konsultazzjonijiet nazzjonali saru fis-27 Stat Membru kollha u għadd kbir ta' mexxejja żgħażagħ u persuni żgħażagħ kienu involuti direttament fil-proċess (3). Barra minn hekk, intlaqgħu kontributi mingħand partijiet interessati oħrajn, inkluż Organizzazzjonijiet Internazzjonali Nongovernattivi taż-Żgħażagħ. |
|
5. |
Il-Kummissjoni qiegħda tadatta u tiżviluppa l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ biex tagħmlu utli u aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, minn madwar l-Ewropa kollha. Ġiet miżjuda taqsima mal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, bl-eżiti tal-Konferenzi taż-Żgħażagħ Ewropej u taqsima oħra b'informazzjoni dwar id-Djalogu Strutturat (4). |
|
6. |
Il-prijorità speċifika għall-Presidenza Pollakka kienet li tiżdied il-kooperazzjoni bejn iż-żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea u ż-żgħażagħ mill-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u l-Kawkasu b'attenzjoni partikolari għall-mobbiltà taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni. Kien hemm fokus ukoll fuq ir-rwol tal-promozzjoni u l-validazzjoni ta' tagħlim informali u non-formali għaż-żgħażagħ. |
|
7. |
Taħt il-Presidenza Pollakka, il-Kunsill qabel li jkompli jrawwem il-kooperazzjoni fost iż-żgħażagħ bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (5). Matul il-perijodu 2012-2013, saru disponibbli fondi addizzjonali mill-Kummissjoni sabiex jiżdied l-għadd ta' proġetti ta' Żgħażagħ fl-Azzjoni u l-parteċipanti mis-sitt Pajjiżi Ġirien Imsieħba tas-Sħubija tal-Lvant taħt it-Tieqa għaż-Żgħażagħ fis-Sħubija tal-Lvant (6). |
|
8. |
Il-prijorità speċifika għall-Presidenza Daniża kien it-trawwim tal-kreattività, il-kapaċità ta' innovazzjoni u t-talent taż-żgħażagħ bħala għodda għall-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà u l-impjegabbiltà akbar tagħhom fis-suq tax-xogħol. F'dan ir-rigward, il-parteċipazzjoni tqieset fis-sens ġenerali, li jinkludi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-demokrazija rappreżentattiva u s-soċjetà ċivili fil-livelli kollha. |
|
9. |
Taħt il-Presidenza Daniża, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu grupp ta' esperti tematiku bil-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali maħtura mill-Istati Membri taħt il-prinċipju tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni bl-objettiv li jiġu kondiviżi l-prassi tajba dwar kif jiġu promossi l-kreattività u l-kapaċità innovattiva taż-żgħażagħ billi jiġu identifikati l-kompetenzi u l-ħiliet miksuba permezz ta' tagħlim non-formali u informali rilevanti għall-impjegabbiltà; |
|
10. |
Il-prijorità speċifika għall-Presidenza Ċiprijotta kienet li tippromwovi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha, b'enfasi fuq l-inklużjoni taż-żgħażagħ bi sfond ta' migrazzjoni. It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja soċjali u demokratika, speċjalment fit-tfassil tad-deċiżjonijiet, ġie ssottolinjat bħala fattur importanti għall-ħolqien ta' soċjetajiet inklużivi, demokratiċi u prosperi. L-għan kien li tiġi promossa l-inklużjoni taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja soċjali u demokratika aktar ġenerali permezz tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom. |
|
11. |
Ir-Rapport Konġunt tal-UE dwar iż-Żgħażagħ li jevalwa l-progress li sar rigward l-objettivi ġenerali tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018) u jinkludi l-ewwel żewġ ċikli ta' ħidma tad-Djalogu Strutturat ġie adottat fis-27 ta' Novembru 2012. |
III. JIEĦDU NOTA TAL-PROPOSTI LI ĠEJJIN GĦALL-IŻVILUPP ULTERJURI TAL-PROĊESS TA' DJALOGU STRUTTURAT
Il-kwistjonijiet li ġejjin ħarġu mill-proċess ta' Djalogu Strutturat:
Inklużività tal-proċess
|
12. |
Il-proċess ta' djalogu strutturat jagħti s-setgħa liż-żgħażagħ u jagħtihom l-opportunità li jkunu ċittadini attivi u parti mill-ħajja demokratika. Għalhekk iż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti fl-istadji kollha tad-Djalogu Strutturat, mill-istabbiliment tal-prijoritajiet ta' kull Presidenza għall-monitoraġġ tas-segwitu u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-eżiti tad-djalogu. Fl-istess waqt id-deċiżjoni dwar il-prijoritajiet tibqa' fil-kompetenza tal-Kunsill u tal-Istati Membri. It-Triju tal-Presidenzi li jmiss għadhom jieħdu sehem f'konsultazzjonijiet bikrin mar-rappreżentanti taż-żgħażagħ u l-Kummissjoni Ewropea qabel ma jipproponu l-prijoritajiet tematiċi ġenerali li għandhom jiġu segwiti matul iċ-ċikli tad-Djalogu Strutturat. |
|
13. |
Il-ħidma tal-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali għall-objettiv konġunt ta' parteċipazzjoni akbar u konsistenti taż-żgħażagħ, speċjalment minn ambjent differenti, fil-proċess ta' Djalogu Strutturat għandha tkun appoġġata. Il-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali għandhom ikunu suffiċjentement inklużivi fl-għamla tagħhom biex jiġi żgurat proċess parteċipattiv li jkun miftuħ għaż-żgħażagħ kollha. |
|
14. |
Il-mistoqsijiet gwida tad-Djalogu Strutturat għandhom jiġu formulati b'mod li jinftiehem bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali għal aktar żgħażagħ. |
Tisħiħ tal-approċċ transettorjali
|
15. |
Għat-titjib tal-proċess ta' konsultazzjoni u l-monitoraġġ tiegħu, għandha tiġi promossa l-parteċipazzjoni ta' esperti oħrajn fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u dawk Ewropew fil-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali, skont il-prijorità tematika relevanti tad-Djalogu Strutturat (7). Barra minn hekk, ir-riżultati tad-Djalogu Strutturat għandhom jitqassmu lill-partijiet interessati transettorjali. Għandu jkun hemm rwol ċar għal riċerkaturi żgħażagħ tal-proċess. |
Segwitu politiku u viżibbiltà
|
16. |
Is-segwitu politiku tar-riżultati tad-Djalogu Strutturat u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jitjiebu (8). |
|
17. |
Ir-rabta bejn l-eżiti tad-Djalogu Strutturat u t-tfassil tal-politika fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali u dak Ewropew, għandha tiġi enfasizzata, iċċarata u komunikata aħjar mill-atturi kollha mill-bidu u matul il-proċess kollu. |
|
18. |
Għandhom jittieħdu miżuri biex jissaħħu l-viżibbiltà u r-rikonoxximent tal-proċess tad-Djalogu Strutturat fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u dak Ewropew. Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ għandu jiġi żviluppat aktar biex titjieb il-viżibbiltà tal-proċess. |
Sostenibbiltà tal-proċess
|
19. |
Il-Konferenza taż-Żgħażagħ tal-UE għandha tiġi msaħħa bħala forum għal Djalogu Strutturat bejn iż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk kollha li jfasslu l-poltika bil-ħsieb li jintlaħqu eżiti politiċi tanġibbli. Fejn possibli, għandu jiġi promoss l-involviment tar-riċerkaturi żgħażagħ. |
|
20. |
Il-Kummissjoni Ewropea, f'koordinazzjoni mill-qrib ma' partijiet interessati żgħażagħ, għandha tiżgura l-organizzazzjoni ta' djalogu mal-atturi ewlenin tad-Djalogu Strutturat bħala parti integrata tal-Ġimgħat Ewropej għaż-Żgħażagħ futuri. |
|
21. |
Mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali futur, għandu jiġi żgurat appoġġ sostenibbli għad-Djalogu Strutturat. |
IV. JIEĦDU NOTA TAL-PROPOSTI LI ĠEJJIN BIEX TISSAĦĦAĦ IL-PARTEĊIPAZZJONI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIL-ĦAJJA DEMOKRATIKA FL-EWROPA
Il-punti li ġejjin li joriġinaw mir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-Konferenzi dwar iż-Żgħażagħ f'Varsavja, f'Sorø u f'Nikosija, tqajmu bħala oqsma ta' prijorità dwar il-prijorità prinċipali tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika.
|
22. |
Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fi proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha għandha tiġi appoġġata u promossa billi jintużaw metodi u strumenti ġodda, bħall-media soċjali u l-possibbilitajiet tal-parteċipazzjoni elettronika. |
|
23. |
L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-istrutturi ta' informazzjoni u ta' konsulenza għaż-żgħażagħ u ħidma professjonali fost iż-żgħażagħ għandhom jiġu rikonoxxuti bħala mezzi biex jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kompetenzi taż-żgħażagħ, speċjalment dawk b'anqas opportunitajiet. |
|
24. |
Għandha titqajjem is-sensibilizzazzjoni ta' valuri komuni Ewropej permezz tal-espansjoni tad-Djalogu Strutturat għaż-żgħażagħ kollha, inklużi l-gruppi mmirati speċifiċi, bħal żgħażagħ mhux organizzati u żgħażagħ b'anqas opportunitajiet. |
|
25. |
Għandu jissaħħaħ l-appoġġ tal-attivitajiet taż-żgħażagħ fil-livelli kollha li jiffokaw fuq il-parteċipazzjoni u d-djalogu interkulturali ta' żgħażagħ minn pajjiżi tal-UE u oħrajn mhux tal-UE. |
|
26. |
Huwa essenzjali li jiġu stabbiliti faċilitajiet għaż-żgħażagħ immexxija minn dawk li jaħdmu fost iż-żgħażagħ, fejn iż-żgħażagħ kollha, inklużi żgħażagħ mhux organizzati u żgħażagħ b'anqas opportunitajiet, jistgħu jiltaqgħu, joħolqu u jiġu involuti fi proġetti. |
V. JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U/JEW LILL-KUMMISSJONI, FL-AMBITU TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U B'KONSIDERAZZJONI DEBITA GĦALL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETÀ BIEX
|
27. |
Jieħdu kont debitu tal-proposti t'hawn fuq li jirriżultaw mid-Djalogu Strutturat bil-għan tal-evalwazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-proċess tad-Djalogu Strutturat u t-titjib tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa. |
VI. JAQBLU LI
|
28. |
Ir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ tal-2012 jipprovdi informazzjoni dwar l-isfidi tal-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ, b'referenza għall-indikaturi rilevanti tal-UE dwar iż-żgħażagħ. Huwa jenfasizza li l-grupp ta' żgħażagħ l-aktar fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali huma l-hekk imsejħa NEETs (żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni u taħriġ) u jindika li fl-UE-27, ir-rata ta' żgħażagħ fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali hija ta' 29,1 % u hija ogħla minn dik tal-popolazzjoni ġenerali (23,5 %). Dan juri l-importanza li tingħata attenzjoni speċjali lil din il-parti tal-popolazzjoni u li l-inklużjoni soċjali tiġi stabbilita bħala prijorità fil-qasam taż-żgħażagħ; |
|
29. |
il-prijorità tematika ġenerali tad-Djalogu Strutturat maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ taċ-ċiklu ta' ħidma li jmiss (il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014) hija għalhekk l-inklużjoni soċjali. Il-prijoritajiet speċifiċi għat-Triju ta' Presidenzi tat-tielet ċiklu ta' ħidma huma stabbiliti fl-Anness; |
|
30. |
l-oqsma ta' prijorità magħżula jistgħu jiġu kkumplimentati minn kull Presidenza fid-dawl ta' żviluppi ġodda li jista' jkun hemm; |
|
31. |
l-oqsma ta' prijorità għaċ-ċiklu tat-Triju tal-Presidenzi segwenti (1 ta' Lulju 2014-31 ta' Diċembru 2015) għandhom jiġu ddefiniti qabel il-bidu tal-mandat tiegħu. |
(1) ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.
(3) COM(2012) 495 final Abbozz 2012 “Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ 2010-2018)”.
(4) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Riżultati tal-ewwel ċiklu tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2012).
(5) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 10.
(6) Wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta “Rispons Ġdid għal Viċinat li Qed Jinbidel – Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat”, f'Mejju 2011.
(7) Skont ir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ tal-2012, 6 Pajjiżi tal-UE biss għandhom ministeri nazzjonali oħrajn li għandhom rwol attiv fil-Grupp ta' Ħidma Nazzjonali.
(8) Skont ir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ tal-2012, 11-il Pajjiż tal-UE ħadu inizjattivi sabiex isegwu r-riżultati tad-Djalogu Strutturat tal-ewwel ċiklu.
ANNESS
Prijoritajiet għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014
Prijorità ġenerali – Inklużjoni Soċjali
Il-prijorità tematika ġenerali għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 ser tkun l-inklużjoni soċjali. Matul dawn it-18-il xahar, dan is-suġġett ser jiġi diskuss fil-qafas tad-djalogu strutturat. Prijoritajiet speċifiċi għandhom, b'mod sħiħ jew parzjali, jikkontribwixxu għat-tematika ġenerali. L-Irlanda, il-Litwanja u l-Greċja ser jaħdmu flimkien biex jiżguraw l-appoġġ għat-tema ġenerali tal-Inklużjoni Soċjali permezz tal-prijoritajiet nazzjonali tagħhom matul il-kariġa tal-Presidenza rispettiva tagħhom u matul it-Triju ta' 18-il xahar.
Il-kunċett tal-inklużjoni soċjali ser ikun tema ġenerali li tgħaqqad, bl-involviment taż-żgħażagħ kollha, flimkien ma' dawk b'anqas opportunitajiet. Għaldaqstant, it-terminu u l-kunċett ta' Inklużjoni Soċjali ser jitqies u jiġi applikat fis-sens l-aktar wiesa' u ser jiġi kkunsidrat li jakkomoda, u li jinkludi, l-firxa ta' kwistjonijiet li jiffaċċaw iż-żgħażagħ.
1 ta' Jannar 2013-30 ta' Ġunju 2013 – Ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ
Il-Presidenza Irlandiża ser tiffoka fuq il-kontribut ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ biex titjieb l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha. Matul l-ewwel nofs tal-2013 ser jiġu enfasizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
— |
Il-kontribut ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ għall-iżvilupp u l-benesseri taż-żgħażagħ |
|
— |
Il-kontribut tal-istandards tal-kwalità fil-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala mezz biex jinkisbu eżiti pożittivi għaż-żgħażagħ f'oqsma bħall-iżvilupp personali u soċjali, id-disponibbiltà edukattiva u vokazzjonali eċċ; |
|
— |
Il-kontribut tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-kisba tal-miri tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi għaż-żgħażagħ; |
|
— |
L-iskambju ta' prattiki tajbin u l-kondiviżjoni tal-għarfien f'dawn l-oqsma fost l-Istati Membri. |
1 ta' Lulju 2013-31 ta' Diċembru 2013 – Żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni u taħriġ
Matul it-tieni nofs tal-2013 ser jiġu enfasizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
— |
it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ, b'enfasi partikolari fuq żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni u taħriġ (NEETs); |
|
— |
il-promozzjoni ta' kooperazzjoni transettorjali bħala l-prinċipju sottostanti tal-politika integrali dwar iż-żgħażagħ |
|
— |
l-iskambju ta' prattiki tajbin rigward l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ; |
|
— |
il-promozzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ bejn żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Kawkasu. |
1 ta' Jannar 2014-30 ta' Ġunju 2014 – Kultura u Intraprenditorija
Matul l-ewwel nofs tal-2014 ser jiġu enfasizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
— |
It-tfassil ta' azzjonijiet biex jissaħħaħ l-ispirtu intraprenditorjali taż-żgħażagħ, il-promozzjoni tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ, b'fokus speċjali fuq l-intraprenditorija soċjali, u “impjiegi ekoloġiċi” u opportunitajiet ġodda ta' impjieg fil-qasam tal-kultura biex titrawwem l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha; |
|
— |
Iż-żieda fl-aċċessibbiltà taż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk li jgħixu f'żoni mbiegħda, għal teknoloġiji ġodda biex tingħata qawwa lit-talent fost iż-żgħażagħ u jiġi attirat l-interess fil-qasam tal-kultura; |
|
— |
Il-promozzjoni tal-kontribut tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-appoġġ u t-tisħiħ tal-kreattività u l-intraprenditorija taż-żgħażagħ, inkluż l-iskambju ta' prattiki tajbin. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
11.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta' Diċembru 2012
li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali
2012/C 380/02
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min iħaddem,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2012 sas-17 ta' Settembru 2015. |
|
(2) |
Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Impjegati sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sinjura Karin THAPPER. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2015:
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM:
|
SVEZJA |
is-Sur Tobias ERIKSSON Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Inġinerija Svediżi |
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SYLIKIOTIS
(2) ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.
|
11.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/6 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1169/2012)
2012/C 380/03
L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1169/2012 (1).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.
Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata ta' awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:
http://www.eeas.europa.eu/cfsp/sanctions/index_en.htm
Il-persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom) fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
(Attn: CP 931 designations) |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sal-11 ta' Frar 2013.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 337, 11.12.2012, p. 2.
(2) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.
|
11.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
2012/C 380/04
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Il-persuni u l-entitajiet kkonċernati jistgħu, jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sal-31 ta' Jannar 2013, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 u l-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, tal-lista ta' persuni u entitajiet nominati fl-Anness IX u l-Anness II rispettivament.
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-10 ta’ Diċembru 2012
2012/C 380/05
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2930 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
106,23 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4591 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,80440 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,6336 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2068 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,3250 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,245 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
283,51 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6963 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1235 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5375 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3167 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2318 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,2761 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,0208 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5501 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5795 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 394,66 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,2365 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0684 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5263 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 452,80 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9583 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,908 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,7440 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,630 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,6877 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,5673 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,4750 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.