ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.378.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 378

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
8 ta' Diċembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 378/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6665 – Sun Capital/Rexam Personal and Home Care Packaging Business) ( 1 )

1

2012/C 378/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6729 – SNCF Participations/Strukton Rail/Europool) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 378/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2012 li ġġedded il-mandat tal-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

2

2012/C 378/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2012 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012

3

2012/C 378/05

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2012 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 378/06

Rata tal-kambju tal-euro

5

2012/C 378/07

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2012 dwar l-adozzjoni tal-pjan ta’ ħidma għall-2013 fil-qafas tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), l-għażla, l-għoti u kriterji oħrajn għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm u dwar il-ħlas tal-UE għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, li jservi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 378/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6758 – Bunge Group/MBF/Novaol Austria) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

41

2012/C 378/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6782 – H.I.G. Europe Capital/Petrochem Carless Holdings) ( 1 )

42

2012/C 378/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6681 – Strategic Value Partners/Kloeckner Holdings) ( 1 )

43

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6665 – Sun Capital/Rexam Personal and Home Care Packaging Business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 378/01

Fid-29 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6665. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6729 – SNCF Participations/Strukton Rail/Europool)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 378/02

Fl-4 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6729. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Diċembru 2012

li ġġedded il-mandat tal-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

2012/C 378/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji ta' varjetajiet ta' pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2007/858/KE tas-17 ta' Diċembru 2007 (2), il-Kunsill ħatar lis-Sur Paul A.C.E. VAN DER KOOIJ bħala President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti.

(2)

Fl-10 ta' Ottubru 2012, wara li nkisbet l-opinjoni favorevoli tal-Kunsill Aministrattiv tal-Uffiċċju, il-Kummissjoni pproponiet li l-mandat tas-Sur Paul A.C.E. VAN DER KOOIJ jiġġedded,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Paul A.C.E. VAN DER KOOIJ bħala President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti huwa b'dan imġedded għal perijodu ta' ħames snin b'effett mit-18 ta' Diċembru 2012.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju għandu jingħata s-setgħa li jipprevedi l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiġi implimentat l-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 21. 12.2007, p. 105.


8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2012

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012

2012/C 378/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2012 kien adottat definittivament fl-1 ta' Diċembru 2011 (3),

fil-25 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2012,

minħabba li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għall-2012 jeħtieġ li jiġi implimentat fis-sena finanzjarja 2012 għal raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja sana, huwa ġġustifikat li jitnaqqas il-perijodu ta' tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar l-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem għat-tqegħid tal-punt fl-aġenda proviżorja tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill,

Il-pożizzjoni tal-Kunsill tittieħed flimkien mal-adozzjoni tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 u hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni msemmija l-aħħar,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 ġiet adottata fis-6 ta' Diċembru 2012.

It-test sħiħ jista' jiġi kkonsultat jew jitniżżel minn fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LOUCA


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.

(3)  ĠU L 56, 29.2.2012, b'Corrigendum fil-ĠU L 79, 19.3.2012.


8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2012

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2012/C 378/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1)

fit-23 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz il-ġdid ta' baġit għas-sena finanzjarja 2013 (1),

(2)

il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi ddefinita pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mal-Parti I tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), li, fin-nuqqas ta' qafas finanzjarju pluriennali stabbilit skont l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jikkostitwixxi l-istrument tad-dixxipplina baġitarja applikabbli bħalissa,

(3)

minħabba l-ħtieġa li tiġi adottata pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz il-ġdid ta' baġit mill-iktar fis possibbli bil-ħsieb li jiġi adottat b'mod definittiv baġit qabel il-bidu tas-sena finanzjarja 2013, b'hekk tkun żgurata l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni, huwa ġustifikat li, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, jitqassar il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem previst sabiex il-punt jitqiegħed fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz il-ġdid ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Diċembru 2012.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LOUCA


(1)  COM(2012) 716 final.

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(3)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 26.


Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Diċembru 2012

2012/C 378/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2905

JPY

Yen Ġappuniż

106,19

DKK

Krona Daniża

7,4590

GBP

Lira Sterlina

0,80610

SEK

Krona Żvediża

8,6180

CHF

Frank Żvizzeru

1,2077

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3305

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,208

HUF

Forint Ungeriż

283,96

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6964

PLN

Zloty Pollakk

4,1312

RON

Leu Rumen

4,5385

TRY

Lira Turka

2,3118

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2318

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2806

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0015

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5506

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5757

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 397,67

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2242

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0358

HRK

Kuna Kroata

7,5238

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 417,98

MYR

Ringgit Malażjan

3,9434

PHP

Peso Filippin

52,876

RUB

Rouble Russu

39,9503

THB

Baht Tajlandiż

39,593

BRL

Real Brażiljan

2,6860

MXN

Peso Messikan

16,6145

INR

Rupi Indjan

70,3000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Novembru 2012

dwar l-adozzjoni tal-pjan ta’ ħidma għall-2013 fil-qafas tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), l-għażla, l-għoti u kriterji oħrajn għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm u dwar il-ħlas tal-UE għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, li jservi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament

2012/C 378/07

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 53(a), 75 u 110 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 90 u 168(1)(ċ) u (f) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta' Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva, bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika – b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 6 tiegħu, kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 (5),

Billi:

(1)

Huwa xieraq li jiġu awtorizzati l-għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti lill-korpi identifikati fil-pjan ta’ ħidma u għar-raġunijiet ipprovduti fih.

(2)

L-użu ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta huwa ġustifikat skont l-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2004/858/KE.

(3)

Inkisbet evidenza mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega tal-eżistenza u l-operat tajjeb tal-elementi mniżżla fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, fi ħdan l-entitajiet li għandhom jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni bil-ġestjoni ċentralizzata indiretta.

(4)

Din id-Deċiżjoni għandha tippermetti l-ħlas tal-imgħax dovut għal pagament li jsir tard fuq il-bażi tal-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 106(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

(5)

Għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, huwa xieraq li jiġi definit it-terminu ‘bidla sostanzjali’ skont it-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

(6)

Din id-Deċiżjoni hija wkoll deċiżjoni ta’ finanzjament għall-ħlas tal-UE għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) stabbilit mill-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pjan ta’ ħidma għall-2013 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (minn hawn ’il quddiem “pjan ta’ ħidma”), kif stabbilit fl-Anness I, u l-għażla, l-għoti u kriterji oħrajn għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm, kif stabbilit fl-Annessi II, III, IV, V, VI u VII, u l-ħlas tal-UE għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, qegħdin jiġu adottati. Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 2

Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni massima għall-pjan ta’ ħidma hija ta’ EUR 55 509 000, li għandha tiġi ffinanzjata mil-intestaturi li ġejjin tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2013:

(a)

l-intestatura baġitarja 17 03 06 – Azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa: EUR 49 800 000

(b)

l-intestatura baġitarja 17 01 04 02 – Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva: EUR 1 500 000

(c)

l-intestatura baġitarja 17 01 04 30 – Sussidju lill-Aġenzija Eżekuttiva: EUR 4 209 000.

Il-kontribuzzjonijiet addizzjonali stmati mill-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE u mill-Kroazja għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm tas-Saħħa huma:

Il-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE: EUR 1 554 252

Il-Kroazja: EUR 69 000.

Il-kontribuzzjoni stmata totali għall-intestatura baġitarja 17 03 06 – Azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa hija ta’ EUR 51 260 900, għall-intestatura baġitarja 17 01 04 02 – Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva hija ta’ EUR 1 544 500 u għall-intestatura baġitarja 17 01 04 30 – Sussidju lill-Aġenzija Eżekuttiva hija ta’ EUR 4 326 852.

Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni massima għall-ħlas tal-UE għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk hija ta’ EUR 192 000, li għandha tiġi ffinanzjata mill-intestatura baġitarja li ġejja tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2013:

l-intestatura baġitarja 17 03 05 – Ftehimiet internazzjonali u s-sħubija ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kontroll tat-tabakk.

Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom ikopru l-imgħax dovut għal pagament li jsir tard.

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2013 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2013 mill-awtorità baġitarja jew kif previst fid-dodiċeżimi provviżorji.

Artikolu 3

L-implimentazzjoni baġitarja tal-kompiti relatati mal-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-ġestjoni ċentralizzata indiretta, kif stabbilit fil-pjan ta’ ħidma, tista’ tiġi fdata lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi identifikata fih.

Artikolu 4

Il-bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet lill-mekkaniżmi finanzjarji speċifiċi deskritti fl-Anness I li ma jaqbżux l-20 % tal-kontribuzzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 2 mhumiex ikkunsidrati bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, meta dawk il-bidliet ma jaffettwawx b’mod sinifikanti in-natura u l-għan tal-pjan ta’ ħidma. Iż-żieda tal-kontribuzzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 2 ma tistax taqbeż l-20 %.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jadotta tali bidliet skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità.

Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi għandu jiżgura l-implimentazzjoni ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

L-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lill-korpi identifikati fil-pjan ta’ ħidma, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(5)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.


ANNESS I

Pjan ta’ ħidma għall-2013 għat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

1.   POLITIKA U KUNTEST LEGALI

L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-obbligi legali u l-impenji politiċi li jirriżultaw huma l-bażi għall-azzjoni ppreżentata f’dan il-pjan ta’ ħidma. It-Trattat jiddikjara li l-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika hija maħsuba sabiex tappoġġja u tikkomplimenta l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri bil-għan li jtejbu s-saħħa pubblika, jipprevjenu l-mard fiżiku u mentali u jwarrbu sorsi ta’ perikolu għas-saħħa fiżika u mentali. L-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE stabbilita fil-White Paper tal-Kummissjoni Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 (COM (2007) 630 finali) (1) tipprovdi qafas ta’ politika għall-oqsma kollha koperti minn dan il-pjan ta’ ħidma.

Minbarra l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, fil-Programm tas-Saħħa jistgħu jipparteċipaw ukoll pajjiżi terzi, jekk ikunu fis-seħħ il-ftehimiet neċessarji. L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, li huma pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE, jistgħu jipparteċipaw taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-Ftehim taż-ŻEE. F’dan il-programm jistgħu jipparteċipaw ukoll pajjiżi terzi oħrajn, b’mod partikolari pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, pajjiżi li qegħdin japplikaw għal jew li huma kandidati għas-sħubija mal-UE, jew li jinsabu fil-proċess ta’ adeżjoni magħha, kif ukoll il-pajjiżi Balkani tal-punent inklużi fil-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni. Minn dawn il-pajjiżi, hija l-Kroazja li qiegħda tagħmel dan bħalissa.

Skont il-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-Programm, għandha tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni ma’ pajjiżi terzi li ma jipparteċipawx fil-programm. Dan ma għandux jinvolvi finanzjament mill-programm. Madankollu, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza għall-esperti mistiedna minn pajjiżi bħal dawn jew li jivvjaġġaw lejn tali pajjiżi jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq, fejn dan jikkontribwixxi direttament għall-għanijiet tal-programm.

2.   RIŻORSI

Dan il-pjan ta’ ħidma jinkludi l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-2013.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4943 tad-9 ta' Settembru 2008. L-intestatura baġitarja għall-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati mal-EAHC hija 17 01 04 30.

Abbażi tal-għanijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, it-tqassim indikattiv tal-baġit operattiv (l-intestatura baġitarja 17 03 06 — Azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa) skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament huwa kif ġej:

Għotjiet (l-għotjiet kollha implimentati mill-EAHC taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta):

għotjiet għal proġetti: EUR 12 330 900

għotjiet operattivi: EUR 5 000 000

għotjiet għal azzjonijiet konġunti: EUR 13 800 000

għotjiet għal konferenzi: EUR 800 000 (EUR 200 000 għal konferenzi ta’ Presidenza u EUR 600 000 għal konferenzi oħrajn)

għotjiet diretti ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali: EUR 1 200 000.

Akkwisti (implimentati mill-Kummissjoni jew mill-EAHC): EUR 13 300 000

Azzjonijiet oħrajn (implimentati mill-Kummissjoni jew mill-EAHC): EUR 4 830 000.

L-intestatura baġitarja 17 01 04 02 — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva hija maħsuba biex tkopri n-nefqa fuq l-istudji, il-laqgħat ta’ esperti, l-informazzjoni, il-pubblikazzjonijiet u l-assistenza amministrattiva u teknika għas-sistemi tal-IT. Dawn huma marbuta direttament mal-kisba tal-għanijiet tal-programm.

3.   MEKKANIŻMI TA’ FINANZJAMENT

L-għotjiet kollha huma koperti minn ftehimiet bil-miktub.

3.1.   Għotjiet għal proġetti

L-għotjiet għal proġetti jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li jsiru. Ir-rata massima għal kofinanzjament tal-UE hija ta’ 60 %. Madankollu, din tista’ tiżdied għal 80 % jekk proposta tilħaq il-kriterji għall-utilità eċċezzjonali stabbilita fl-Anness VII. L-Anness II jinkludi l-kriterji tal-esklużjoni, tal-eliġibbiltà, tal-għażla u tal-għoti għall-għotjiet għal proġetti.

Għotja għal proġett għandha tkun ta’ daqs suffiċjenti, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi ambizzjużi b’valur miżjud Ewropew għoli u tkun tista’ tiġi implimentata strateġija ta’ disseminazzjoni Ewropea effikaċi.

Għandhom jiġu kkunsidrati għal finanzjament dawk il-proposti biss li jikkorrispondu direttament għas-suġġett u d-deskrizzjoni kif stabbilit f’dan il-pjan ta’ ħidma u fejn it-termini ‘għotja għal proġett’ jew ‘għotjiet għal proġetti’ jkunu indikati bħala l-mekkaniżmu ta’ finanzjament. Il-proposti li jindirizzaw biss il-qasam tematiku mingħajr ma jissodisfaw id-deskrizzjoni speċifika ta’ azzjoni partikolari ma jiġux ikkunsidrati għal finanzjament.

L-iskeda taż-żmien indikattiva għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti għal għotjiet għal proġetti f'Il-Ġurnal Uffiċjali hija l-aħħar tliet xhur tal-2012.

3.2.   Għotjiet operattivi

L-għotjiet operattivi jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li jsiru. Ir-rata massima għal kofinanzjament tal-UE hija ta’ 60 %. Madankollu, din tista’ tiżdied għal 80 % jekk proposta tilħaq il-kriterji għall-utilità eċċezzjonali stabbilita fl-Anness VII. L-Anness III jinkludi l-kriterji tal-esklużjoni, tal-eliġibbiltà, tal-għażla u tal-għoti għall-għotjiet operattivi. L-Anness VI jinkludi l-kriterji għall-indipendenza minn interessi industrijali, kummerċjali u tan-negozju jew minn interessi konfliġġenti oħrajn.

L-għotjiet operattivi jistgħu jingħataw għat-tiġdid ta’ tali għotjiet mogħtija taħt il-pjan ta’ ħidma għall-2012. Jistgħu jingħataw għotjiet operattivi ġodda lil korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati li jkunu attivi f’oqsma li jikkorrespondu għat-tliet għanijiet tal-Programm tas-Saħħa. Il-ħidma taħt l-għotjiet operattivi għandha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 2020 tat-3 ta' Marzu 2010EWROPA 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv  (2). Kwistjonijiet partikolarment rilevanti jinkludu t-tixjiħ attiv u f’saħħtu, sistemi tas-saħħa sostenibbli, ħaddiema b’saħħithom, it-theddidiet għas-saħħa u s-sigurtà tal-pazjenti.

L-iskeda taż-żmien indikattiva għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti għal għotjiet operattivi f'Il-Ġurnal Uffiċjali hija l-aħħar tliet xhur tal-2012.

3.3.   Għotjiet għal azzjonijiet konġunti

L-azzjonijiet konġunti jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi oħrajn li jipparteċipaw fil-programm u lill-Kummissjoni Ewropea li jwettqu progress f’ħidma dwar kwistjonijiet identifikati b’mod konġunt. Il-korpi pubbliċi jew il-korpi mhux governattivi bbażati fi Stat Membru/pajjiż ieħor li jipparteċipa f’azzjoni konġunta jistgħu jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta inkwistjoni. Madankollu, sabiex jagħmlu dan, għandu jkollhom mandat speċifiku mill-awtoritajiet tal-Istat Membru/pajjiż ieħor ikkonċernat.

L-għotjiet għal azzjonijiet konġunti jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru. Ir-rata massima tal-kofinanzjament tal-UE hija ta’ 50 %. Madankollu, din tista’ tiżdied għal 70 % f’każijiet ta’ utilità eċċezzjonali (ara l-Anness VII). Huwa previst kofinanzjament ta’ utilità eċċezzjonali ta’ 70 % għall-azzjoni konġunta ‘L-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri għat-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ farmakoviġilanza fl-UE’ (ara l-Punt 4.1.5.2 aktar ’l isfel) minħabba l-kontribut tagħha għall-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan il-qasam. F’każijiet oħrajn, japplikaw il-kriterji għal utilità eċċezzjonali preskritti fl-Anness VII. L-Anness IV jinkludi l-kriterji tal-esklużjoni, tal-eliġibbiltà, tal-għażla u tal-għoti għal azzjonijiet konġunti. L-Anness VI jinkludi l-kriterji għall-indipendenza minn interessi industrijali, kummerċjali u tan-negozju jew minn interessi konfliġġenti oħrajn.

L-Istati Membri/pajjiżi oħrajn li jipparteċipaw fil-programm li jkollhom il-ħsieb li jieħdu sehem f’waħda jew aktar mill-azzjonijiet konġunti għandhom jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposti. Bl-eċċezzjoni tal-NGOs li joperaw fil-livell tal-UE, huma biss l-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri/pajjiżi oħrajn li jipparteċipaw fil-programm u li jkunu għamlu din id-dikjarazzjoni li jistgħu japplikaw sabiex jipparteċipaw f’azzjonijiet konġunti.

L-iskeda taż-żmien indikattiva għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti għal azzjonijiet konġunti f'Il-Ġurnal Uffiċjali hija l-aħħar tliet xhur tal-2012.

3.4.   Għotjiet għal konferenzi

Għal raġunijiet amministrattivi, il-konferenzi eliġibbli għal kofinanzjament, minbarra l-konferenzi ta’ Presidenza, għandhom isiru fl-2014.

3.4.1.   Konferenzi ta’ PresidenzaMonopolju de jure

Skont l-Artikolu 168(1) (ċ) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-għotjiet jistgħu jiġu allokati mingħajr sejħa għall-proposti lil organizzazzjonijiet f’sitwazzjoni ta’ monopolju de jure jew de facto, li għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti.

Il-konferenzi ta’ Presidenza, li huma ta’ natura politika qawwija u li jinvolvu rappreżentanza fl-ogħla livelli nazzjonali u Ewropej, għandhom jiġu organizzati b’mod esklussiv mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. Meta wieħed iqis ir-rwol uniku li għandha l-Presidenza fil-qafas tal-attivitajiet tal-UE, l-Istat Membru responsabbli mill-organizzazzjoni tal-avveniment jitqies bħala li għandu monopolju de jure.

Żewġ konferenzi organizzati mill-Presidenzi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jirċievu sa EUR 100 000 kull waħda. Ir-rata massima ta’ kofinanzjament tal-UE hija ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru.

Il-Presidenza għandha tissottometti lill-EAHC talba għal għotja għall-konferenza kkonċernata, permezz tar-Rappreżentanza Permanenti, bl-użu ta’ formola pprovduta mill-EAHC. Dan għandu jsir mill-inqas erba’ xhur qabel l-avveniment.

Il-konferenzi ta’ Presidenza li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dan il-pjan ta’ ħidma huma konferenza dwar is-saħħa elettronika (eHealth), li hija ppjanata għal Mejju 2013 taħt il-Presidenza Irlandiża, kif ukoll konferenza “Is-Saħħa Mentali: Sfidi u Possibbiltajiet” li hija ppjanata għal Ottubru 2013 taħt il-Presidenza Litwana.

3.4.2.   Konferenzi oħrajn

L-għotjiet għal konferenzi jistgħu jingħataw għall-organizzazzjoni ta’ konferenzi li jikkorrespondu għat-tliet għanijiet tal-Programm tas-Saħħa. Sabiex jingħataw finanzjament, il-konferenzi għandhom jippromwovu l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 2020 tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Fost il-kwistjonijiet li huma partikolarment rilevanti hemm it-tixjiħ attiv u b’saħħtu, sistemi tas-saħħa sostenibbli, ħaddiema b’saħħithom, it-theddidiet għas-saħħa u s-sigurtà tal-pazjenti.

Il-konferenzi għandu jkollhom dimensjoni Ewropea wiesgħa. Għandhom jiġu organizzati minn korp pubbliku jew mingħajr skop ta’ qligħ li jkun stabbilit f’pajjiż li jipparteċipa fil-programm u li jkollu esperjenza rilevanti ta’ kooperazzjoni fuq livell tal-UE. Il-konferenzi jistgħu jirċievu sa EUR 100 000 (massimu ta’ 50 % tal-baġit totali). L-Anness V jinkludi l-kriterji tal-esklużjoni, tal-eliġibbiltà, tal-għażla u tal-għoti għal konferenzi minbarra l-konferenzi ta’ Presidenza.

L-iskeda taż-żmien indikattiva għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti għal konferenzi f'Il-Ġurnal Uffiċjali hija l-aħħar tliet xhur tal-2012.

3.5.   Ftehimiet ta’ għotjiet diretti ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

Skont l-Artikolu 168(1)(f) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, il-finanzjament għall-azzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali sejjer jiġi allokat permezz ta’ ftehimiet ta’ għotjiet mingħajr sejħa għal proposti dwar temi identifikati b’mod speċifiku f’dan il-pjan ta’ ħidma. L-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-uffiċċji nazzjonali jew reġjonali tagħhom mhumiex eliġibbli għal finanzjament bħala benefiċjarji ewlenin jew assoċjati taħt l-ebda sejħa għal proposti. Ir-rata massima għal kofinanzjament tal-UE hija ta’ 60 % tal-ispejjeż eliġibbli li effettivament ikunu saru. Skont il-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-Programm, l-attivitajiet li jinvolvu pajjiżi terzi mhux parteċipanti fil-programm ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli. Madankollu, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza għall-esperti mistiedna minn pajjiżi bħal dawn jew li jivvjaġġaw lejn tali pajjiżi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq, fejn dan jikkontribwixxi direttament għall-għanijiet tal-programm.

Il-finanzjament permezz ta’ għotjiet diretti jingħata lill-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija hawn taħt minħabba l-kompetenza speċifika u l-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom fl-oqsma koperti mill-għotjiet diretti stabbiliti fit-taqsimiet 4.1, 4.2 u 4.3:

Il-Kunsill tal-Ewropa (KtE)

Il-Kunsill tal-Ewropa għandu għarfien espert speċifiku fl-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-istandardizzazzjoni, ir-regolazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tal-mediċini, tat-trasfużjoni tad-demm, tat-trapjanti tal-organi, tal-prodotti farmaċewtiċi u tal-kura farmaċewtika.

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)

L-OECD tippromwovi l-politiki maħsuba biex itejbu l-benesseri ekonomiku u soċjali tan-nies. L-OECD taħdem biex issaħħaħ id-dejta u l-indikaturi tas-saħħa, u tanalizza l-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, inkluż fuq il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

Id-WHO qiegħda tidderieġi u tikkoordina l-awtorità għas-saħħa fi ħdan is-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti. Hija responsabbli biex tipprovdi tmexxija fuq kwistjonijiet ta’ saħħa globali, tfassal l-aġenda tar-riċerka dwar is-saħħa, tistabbilixxi normi u standards, tartikola għażliet ta’ politika bbażati fuq l-evidenza, tipprovdi appoġġ tekniku lill-pajjiżi u timmonitorja u tivvaluta x-xejriet tas-saħħa.

3.6.   Akkwist

L-akkwist ikopri attivitajiet bħall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ azzjonijet u politiki; studji; għoti ta’ pariri, dejta u informazzjoni dwar is-saħħa; assistenza xjentifika u teknika; komunikazzjoni, tqajjim ta’ kuxjenza u tixrid tar-riżultati; u applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni bħala appoġġ għall-politiki. Is-sejħiet għall-offerti mistennija jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali matul l-ewwel nofs tal-2013. Sejrin jintużaw il-kuntratti ta’ qafas u l-kuntratti għal servizzi ġodda.

3.7.   Azzjonijiet oħrajn

Azzjonijiet oħrajn ikopru l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-UE bħala sottoskrizzjonijiet lil korpi li tagħhom hija membru skont l-Artikolu 108(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, ftehimiet amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), sottodelega lill-Eurostat, spezzjonijiet tas-sistema fuq prodotti mediċinali u indennizzi speċjali mħallsa lil esperti sabiex jipparteċipaw f’laqgħat u jaħdmu fuq opinjonijiet xjentifiċi u jagħtu pariri fuq sistemi tas-saħħa.

3.8.   Ħlas tal-UE għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk

L-Unjoni Ewropea hija parti bis-sħiħ għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Il-pagament tal-kontribuzzjoni tal-UE tal-2013 lill-FCTC sejjer isir taħt l-intestatura baġitarja 17 03 05 – Ftehimiet internazzjonali u sħubija ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kontroll tat-tabakk, u mhux mill-programm. L-ammont ta’ dan il-ħlas huwa bbażat fuq id-deċiżjoni dwar il-pjan ta’ ħidma u l-baġit għall-perjodu finanzjarju 2012-2013 meħuda mir-Raba’ Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni f’Novembru 2010 (FCTC/COP/4/20).

Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-2013 tkun ta’ USD 145 225. Sabiex ikun kopert iċ-ċaqliq tar-rata tal-kambju, ġie stabbilit li l-ammont massimu għall-2013 ikun ta’ EUR 192 000. Is-Segretarjat tal-FCTC sejjer jamministra l-fondi skont ir-regoli finanzjarji tad-WHO.

4.   PRIJORITAJIET GĦALL-2013

Is-saħħa tan-nies hija vantaġġ ewlieni għas-soċjetà u għall-ekonomija. Popolazzjoni f’saħħitha jkollha rwol importanti sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali tagħmel enfasi fuq il-ħtieġa li jsir investiment effettiv fis-saħħa, sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi aħjar b’baġits għas-saħħa sostenibbli. Dan il-pjan ta’ ħidma jappoġġja l-azzjoni li tfittex li tibni sistemi tas-saħħa moderni, reattivi, inklussivi u kost-effikaċi li jkunu wkoll sostenibbli. Sejra ssir riċerka sabiex jinstabu metodi effettivi ta’ investiment fis-saħħa bil-għan li l-Istati Membri jiġu pprovduti b’pariri u informazzjoni bħala appoġġ għall-isforzi tagħhom sabiex joħolqu u jżommu sistemi ta’ kura tas-saħħa li jkunu effikaċi u sostenibbli.

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien imtejba u l-avvanzi li saru fil-mediċina u l-kura tas-saħħa qegħdin jippermettu li n-nies jgħixu aktar fit-tul. Dan qiegħed iwassal għal żieda fid-domanda għall-kura tas-saħħa. Dan il-pjan ta’ ħidma jappoġġja l-azzjoni li tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sħubija għal Innovazzjoni bi Prova dwar tixjiħ attiv u b’saħħtu taħt l-Inizjattiva Ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni  (3). Qiegħda ssir enfasi speċifika fuq il-multimorbożità, l-aderenza għat-trattament u l-prevenzjoni ta’ waqgħat. Il-pjan ta’ ħidma jindirizza wkoll il-piż dejjem jiżdied ta’ mard u kundizzjonijiet kroniċi billi jappoġġja l-azzjoni maħsuba biex ittejjeb l-iskambju tal-aqwa prattika, it-tagħlim minn studju ta’ każ dwar id-dijabete u l-enfasi fuq il-qasam kumpless tal-multimorbożità. Barra minn hekk, sejra tiġi appoġġjata wkoll azzjoni speċifika oħra fuq il-promozzjoni tas-saħħa għall-anzjani.

Minħabba t-tħassib dejjem jikber dwar in-nuqqas ta’ professjonisti mħarrġa fil-qasam tas-saħħa u bit-tibdil demografiku li qiegħed iwassal għal żieda fid-domanda għas-servizz, l-Istati Membri tal-UE jridu jsibu mezzi biex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-ħaddiema tagħhom fil-qasam tas-saħħa. Dan il-pjan ta’ ħidma sejjer jappoġġja l-azzjoni maħsuba biex issib mezzi effettivi biex isir dan. Tali azzjoni tappoġġja l-għanijiet tal-Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi  (4), li għandha l-għan partikolari li tattrezza lin-nies bil-ħiliet adattati għax-xogħol.

Soċjetà sigura u sikura hija prerekwiżit għall-benesseri taċ-ċittadini u għat-tkabbir ekonomiku. Avvenimenti li ġraw fil-passat, bħat-tifqigħa tal-E. coli u l-problema tal-impjanti tas-sider bis-silikon PIP, urew biċ-ċar il-valur miżjud ta’ azzjoni effettiva fuq livell tal-UE. Dan il-pjan ta’ ħidma jmexxi ’l quddiem il-kooperazzjoni sabiex jittejbu r-reattività u t-tħejjija fir-rigward tat-theddidiet transkonfinali għas-saħħa u sabiex titħejja u tiġi implimentata leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà u l-kwalità tal-organi u s-sustanzi li joriġinaw mill-bniedem, id-demm u d-derivati tad-demm; il-prodotti farmaċewtiċi u l-apparat mediku. L-għan aħħari huwa li tinkiseb u tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fl-azzjoni effettiva fuq livell tal-UE f’dawn l-oqsma. Sejra tiġi appoġġjata wkoll l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali.

L-azzjoni relatata mal-inugwaljanzi tappoġġja l-mira tal-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali  (5) bil-għan li l-faqar u l-esklużjoni soċjali jitnaqqsu b’mill-inqas 20 miljun sal-2020. Din l-azzjoni għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess tal-popolazzjonijiet vulnerabbli għall-kura tas-saħħa u li tappoġġja l-inklużjoni soċjali tagħhom.

Fl-aħħarnett, ser jiġu appoġġjati għadd ta’ inizjattivi bil-għan li tintlaħaq konformità mat-tielet għan tal-programm, jiġifieri li “jiġġenera u jxerred għarfien u informazzjoni dwar is-saħħa”. Huma previsti serje ta’ attivitajiet maħsuba biex jiġbru dejta u informazzjoni, biex jipproduċu evidenza xjentifika u biex jipprovdu liċ-ċittadini, lill-partijiet interessati u lil dawk li jfasslu l-politika b’informazzjoni li tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet fuq firxa ta’ kwistjonijiet li jaffettwaw is-saħħa individwali u kollettiva.

L-azzjonijiet kollha li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dan il-pjan ta’ ħidma jfittxu li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew sabiex jiġu appoġġjati l-isforzi tal-Istati Membri f’oqsma fejn l-azzjoni nazzjonali ma tkunx fattibbli jew effettiva. Il-valur miżjud imfittex huwa kemm ekonomiku, billi jinvolvi spejjeż aktar baxxi għall-kura tas-saħħa permezz ta’ investiment aktar effettiv fis-saħħa, kif ukoll mhux ekonomiku, billi jinvolvi benesseri miżjud taċ-ċittadini.

Il-Programm tas-Saħħa għandu l-għan li jippromwovi sinerġiji ma’ programmi oħrajn tal-UE attivi fil-qasam tas-saħħa, prinċipalment is-Seba’ Programm Qafas tar-Riċerka taħt it-tema tas-saħħa tiegħu. Filwaqt li jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni, l-azzjonijiet iffinanzjati minn dan il-pjan ta’ ħidma għandhom jikkapitalizzaw fuq il-proġetti ta’ Riċerka u Innovazzjoni li għaddejjin jew fuq dawk il-proġetti li kienu ffinanzjati fil-passat, irawmu l-implimentazzjoni tagħhom fil-prattika klinika u jagħmlu użu mir-riżultati u l-eżiti tagħhom. Lista aġġornata regolarment tal-proġetti ta’ Riċerka u Innovazzjoni li għaddejjin tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tar-riċerka dwar is-saħħa fuq http://ec.europa.eu/research/health/index_en.html

L-attivitajiet kollha ffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

4.1.   Azzjonijiet taħt l-ewwel għan “It-titjib tas-sikurezza tas-saħħa taċ-ċittadini”

4.1.1.   L-iżvilupp ta’ strateġiji u mekkaniżmi għall-prevenzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar u r-rispons għat-theddidiet għas-saħħa minn mard li jittieħed u mard li ma jitteħidx (il-Punt 1.1.1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.1.1.1.   It-titjib tal-aċċess għal dijanjożi bikrija tal-HIV/AIDS u t-trattament u l-kura f’waqthom tal-aktar gruppi vulnerabbli u f’reġjuni ta’ prijorità

Din l-azzjoni tfittex li ttejjeb id-dijanjożi bikrija tal-HIV/AIDS u li tipprovdi trattament u kura f’waqthom għal gruppi vulnerabbli u f’reġjuni ta’ prijorità. Il-prevalenza għolja tal-HIV/AIDS fl-aktar popolazzjonijiet f’riskju hija problema kbira mill-perspettivi soċjali u tas-saħħa pubblika. Huwa importanti li dawn il-gruppi jintlaħqu permezz ta’ prevenzjoni, dijanjożi u trattament xierqa bil-għan li jitnaqqas it-tixrid tal-HIV/AIDS.

Din l-azzjoni sejra tiżviluppa strateġiji maħsuba biex itejbu d-dijanjożi bikrija u biex jitfasslu għodod għal trattament f’waqtu għal gruppi u reġjuni ta’ prijorità. L-azzjoni sejra tfittex l-aħjar mod kif jistgħu jintlaħqu dawk in-nies li jeħtieġu testijiet u trattamenti. Barra minn hekk, hija sejra tippromwovi, ixxerred u timplimenta linji gwida u manwali ta’ prattika tajba b’kooperazzjoni mal-professjonisti tas-saħħa, persuni li jgħixu bl-HIV/AIDS u dawk li jipprovdu servizzi soċjali u tas-saħħa. Din l-azzjoni sejra tikkontribwixxi biex tiżdied l-adozzjoni tal-għażliet ta’ prevenzjoni, trattament u kura li huma disponibbli. Hija tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009) 569 finali tas-26 ta' Ottubru 2009 dwar Il-Ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi ġirien, 2009-2013  (6), li tagħmel enfasi partikolari fuq il-popolazzjonijiet l-aktar f’riskju u r-reġjuni ta’ prijorità.

[Għotjiet għal proġetti]

Ammont indikattiv: EUR 1 500 000

4.1.2.   L-iżvilupp ta’ proċeduri u kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskji, it-titjib tat-tħejjija u l-ippjanar għal emerġenzi tas-saħħa (il-Punt 1.1.3. fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.1.2.1.   It-tħejjija u l-ippjanar għal emerġenzi tas-saħħa pubblika

Din l-azzjoni għandha l-għan li tivvaluta t-tħejjija tal-Istati Membri biex jiffaċċjaw emerġenzi tas-saħħa pubblika. Din l-azzjoni twieġeb għal-lezzjonijiet mitgħallma minn emerġenzi tas-saħħa preċedenti, bħat-tifqigħa tal-E. coli fl-2011. L-azzjoni sejra tirriżulta f’erba’ studji: (a) studju dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tad-disponibbiltà tal-pjanijiet fil-qasam tat-tħejjija ġenerika fl-Istati Membri, inkluża analiżi tad-differenzi li jeżistu f’oqsma li mhumiex koperti mill-ippjanar tat-tħejjija u l-identifikazzjoni tal-inkompatibbiltajiet bejn il-pjanijiet tal-Istati Membri, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-interazzjoni transkonfinali; (b) studju dwar il-koordinazzjoni intersettorjali li jiffoka fuq l-identifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni fuq livell Ewropew ta’ setturi ewlenin għajr dak tas-saħħa li jeħtieġ li jiġu ppreparati għal każijiet ta’ emerġenza; (ċ) eżerċizzju ta’ identifikazzjoni sabiex tittejjeb it-tħejjija għall-komunikazzjoni dwar ir-riskji u l-kriżijiet; u (d) studju li jindirizza riskji tas-saħħa ġodda minħabba l-mobilità akbar fil-kuntest tal-globalizzazzjoni (it-turiżmu, il-kummerċ, l-ivvjaġġar, it-traffiku) u t-tisħin globali. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 4.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.1.2.2.   Taħriġ u eżerċizzji għat-tħejjija u r-rispons

Din l-azzjoni għandha l-għan li ttejjeb u ssaħħaħ l-istat ta’ tħejjija fl-UE għal rispons kontra riskji potenzjali. L-avvenimenti tal-passat urew li kien hemm nuqqasijiet fl-għarfien tar-rwoli, l-istrutturi u l-kapaċitajiet rispettivi fis-seħħ. Għalhekk, jeħtieġ li jitjiebu l-għarfien u l-fehim tar-riskji transkonfinali u l-ġestjoni tar-rispons tas-saħħa pubblika għal dawn, inkluż billi jiġu identifikati n-nuqqasijiet u l-ostakoli għall-ġestjoni effettiva ta’ kriżi. Din l-azzjoni għandha żewġ pakketti ta’ ħidma. L-ewwel wieħed jirrigwardja eżerċizzji għall-uffiċjali tal-Istati Membri dwar it-tħejjija u r-rispons għal theddidiet serji għas-saħħa transkonfinali. Dawn sejrin ikopru r-responsabbiltajiet u r-rwoli tal-partijiet interessati differenti fl-istrutturi eżistenti u l-interazzjoni tagħhom fil-ġestjoni ta’ emerġenza. It-tieni pakkett ta’ ħidma jirrigwardja t-taħriġ u jissokta l-programm ta’ skambju għall-esperti/partijiet interessati tal-Istati Membri bil-għan li jittejjeb l-għarfien dwar il-ġestjoni ta’ kriżi permezz tal-iskambju tal-aqwa prattiċi u esperjenzi. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 3.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.1.3.   Pariri xjentifiċi u ġestjoni tar-riskji (il-Punt 1.2.1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.1.3.1.   Assistenza xjentifika u teknika għall-funzjonament tal-Kumitati Xjentifiċi tal-UE u l-komunikazzjoni dwar ir-riskji, inklużi indennizzi speċjali

Din l-azzjoni għandha l-għan li tipprovdi lill-Kummissjoni b’pariri indipendenti u ta’ kwalità għolja dwar ir-riskji għas-saħħa. Dan jgħin sabiex tinkiseb bażi xjentifika robusta għall-miżuri u l-politiki tal-UE b’mod konformi ma’ regolazzjoni aħjar. Il-pariri jiġu pprovduti mill-Kumitati Xjentifiċi skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta' Awwissu 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumaturi, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (7). Din l-azzjoni tikkontribwixxi sabiex jiżdied ir-rwol tax-xjenza fid-dibattitu dwar il-politika tal-UE, filwaqt li tgħin sabiex tgħarraf liċ-ċittadini dwar ir-riskji. Hija tagħti wkoll iċ-ċans lill-partijiet interessati u liċ-ċittadini jifhmu aħjar il-politiki tal-UE. Din l-azzjoni għandha żewġ komponenti: (a) indennizzi speċjali mħallsa lill-esperti għall-ħidma tagħhom fuq opinjonijiet xjentifiċi; u (b) assistenza xjentifika u teknika għall-funzjonament tal-Kumitati Xjentifiċi u l-komunikazzjoni dwar ir-riskji.

L-indennizzi speċjali jitħallsu lill-esperti għall-ħidma tagħhom fuq opinjonijiet xjentifiċi, kif previst fid-Deċiżjoni 2008/721/KE.

[Azzjonijiet oħrajn]

Ammont indikattiv: EUR 270 000

L-assistenza xjentifika u teknika għall-funzjonament tal-Kumitati Xjentifiċi u l-komunikazzjoni dwar ir-riskji tinkludi: (a) it-tfittxija, l-analiżi u s-sinteżi tal-letteratura xjentifika; (b) it-tħejjija ta’ verżjonijiet tal-lajċi tal-opinjonijiet xjentifiċi; (ċ) it-tħejjija ta’ sommarji; (d) it-tfittxija tad-dejta; (e) il-ġabra tal-bibljografija ta’ suġġetti indirizzati mill-Kumitati; u (f) ir-reviżjoni tat-testi. Dan l-appoġġ huwa neċessarju, minħabba li l-membri tal-Kumitati ma jibbenifikaw mill-ebda appoġġ mill-organizzazzjonijiet tagħhom. Din l-azzjoni tkopri wkoll l-organizzazzjoni ta’ seduti ta’ smigħ xjentifiċi, laqgħat ta’ ħidma u workshops tematiċi. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 20.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.1.4.   Is-sigurtà u l-kwalità ta’ organi u sustanzi li joriġinaw mill-bniedem, tad-demm u d-derivati tad-demm (il-Punt 1.2.2 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.1.4.1.   Prattiċi tajbin dwar id-donazzjoni, il-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ gameti għal teknoloġiji riproduttivi assistiti u ċelloli staminali emopojetiċi għat-trapjanti

Din l-azzjoni tfittex li tiżviluppa u tippromwovi prattiċi tajbin dwar id-donazzjoni, il-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ gameti għal teknoloġiji riproduttivi assistiti u ċelloli staminali emopojetiċi għat-trapjanti. Din l-azzjoni tikkonsisti minn żewġ pakketti ta’ ħidma ewlenin. L-ewwel wieħed għandu jiżviluppa linji gwida li jipprovdu għarfien u gwida għall-atturi fil-qasam dwar id-donazzjoni, il-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ gameti għal teknoloġiji riproduttivi assistiti. L-għan huwa li jiġu żgurati s-sigurtà u l-kwalità tal-proċeduri differenti fl-istabbilimenti tat-teknoloġija riproduttiva assistita. It-tieni pakkett ta’ ħidma għandu jiżviluppa linji gwida li jipprovdu għarfien u gwida għall-atturi fil-qasam dwar id-donazzjoni, il-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ ċelloli staminali emopojetiċi għat-trapjanti. L-għan huwa li jiġu żgurati s-sigurtà u l-kwalità tal-proċeduri differenti fir-reġistri tal-mudullun u fil-banek li jaħżnu d-demm tal-kurdun. Il-ħidma ta’ sostenn tinkludi t-twaqqif ta’ netwerk ta’ spetturi ddedikati u awtoritajiet f’kull qasam, kif ukoll l-għoti ta’ taħriġ dwar prattiċi tajbin lill-awtoritajiet u l-atturi fil-qasam. Dawn l-attivitajiet jgħinu sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigurtà u tal-kwalità preskritti fid-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem (8) u l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tagħha.

[Azzjoni konġunta]

Numru indikattiv: EUR 1 000 000

4.1.4.2.   L-integrazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar sustanzi li joriġinaw mill-bniedem u l-eżiti tal-azzjonijiet iffinanzjati f’dan il-qasam fil-gwidi esperti tal-Kunsill tal-Ewropa

Din l-azzjoni tfittex li tgħin fl-iżvilupp ta’ gwidi tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-sigurtà u l-kwalità ta’ sustanzi li joriġinaw mill-bniedem, kif ukoll li tiżgura li dawn jieħdu kont sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-proġetti ffinanzjati mill-UE f’dan il-qasam. Dawn il-gwidi huma l-għodod ta’ referenza prinċipali għall-professjonisti u l-awtoritajiet fil-qasam tat-tessuti u ċ-ċelloli, id-demm u l-organi. Bħalissa qegħdin jitħejjew is-17-il edizzjoni tal-linji gwida dwar id-demm u l-5 edizzjoni tal-linji gwida dwar l-organi. Barra minn hekk, sejjer jiġi żviluppat sett ta’ linji gwida ddedikati għat-tessuti u ċ-ċelloli. Grazzi għall-involviment u l-istruttura tiegħu, il-Kunsill tal-Ewropa jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tixrid tal-aqwa prattika u sabiex jilħaq udjenzi differenti fl-UE, kif ukoll f’pajjiżi li minnhom/lejhom l-Istati Membri tal-UE jimportaw/jesportaw regolarment sustanzi li joriġinaw mill-bniedem. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aħjar tar-rekwiżiti tas-sigurtà u tal-kwalità stabbiliti fid-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (9), id-Direttiva 2004/23/KE u d-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti (10).

[Għotja diretta lill-KtE]

Ammont indikattiv: EUR 100 000

4.1.4.3.   Prattiċi tajbin fil-qasam tat-trasfużjoni tad-demm

Din l-azzjoni għandha l-għan li tiżgura l-użu effikaċi tad-demm u ta’ komponenti tad-demm u li tgħin lill-isptarijiet jilħqu awto-suffiċjenza fihom permezz tal-implimentazzjoni tal-aqwa prattiċi. Din l-azzjoni għandha (a) tiżviluppa gwida dwar il-kriterji, il-parametri u l-materjal għall-implimentazzjoni tal-aqwa prattiċi u għall-evalwazzjoni tal-proċess; (b) tiżviluppa Web-portal bħala forum għall-iskambju tal-aqwa prattiċi u l-konsultazzjoni u l-eżiti nazzjonali; (ċ) tistabbilixxi netwerk ta’ sptarijiet benchmark fl-UE dwar il-ġestjoni effikaċi tat-trasfużjoni tad-demm; u (d) tiżviluppa programm ta’ taħriġ għal dawk li jipprovdu t-taħriġ. Din l-azzjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/98/KE. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Sejħa għal offerti]

4.1.5.   Il-promozzjoni ta’ miżuri sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-pazjenti permezz ta’ kura tas-saħħa sigura u ta’ kwalità għolja (il-Punt 1.2.3 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.1.5.1.   Gwida dwar it-tassonomija tas-sigurtà tal-pazjenti

Din l-azzjoni għandha l-għan li tiżviluppa toolkit minima għar-rapportaġġ ta’ inċidenti fuq is-sigurtà tal-pazjenti fl-UE, inkluż sett komuni ta’ termini (tassonomija) għall-aktar tipi komuni ta’ avvenimenti avversi li jiġu rintraċċati fis-sistemi Ewropej ta’ rapportaġġ u tagħlim. Hija għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar l-istruttura minima tas-sistemi ta’ rapportaġġ adattati għall-ħtiġijiet tal-isptarijiet Ewropej u tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà tal-pazjenti. L-abbiltà li l-avvenimenti avversi jitkejlu b’mod sistematiku u konsistenti fl-Istati Membri kollha tal-UE hija essenzjali għall-ġbir ta’ dejta komparabbli u għall-iskambju tal-aqwa prattika.

Id-WHO hija kkunsidrata bħala l-aktar istituzzjoni addattata biex twettaq din l-azzjoni, minħabba li għandha għarfien espert konsiderevoli f’dan il-qasam. Il-Programm ta’ Sigurtà tal-Pazjenti tad-WHO żviluppa qafas għal Klassifikazzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Pazjenti (ICPS) fl-2009 u hija tista’ tagħmel użu mill-grupp internazzjonali ta’ esperti tagħha mal-Komunità Globali ta’ Prattika dwar is-Sistemi ta’ Rapportaġġ u Tagħlim. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll il-ħidma ta’ inizjattivi multinazzjonali importanti oħrajn.

Din l-azzjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (11). Id-Direttiva tippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattika dwar is-sigurtà tal-pazjenti bejn l-Istati Membri, li għaliha huwa prerekwiżit li tintuża lingwa komuni dwar is-sigurtà tal-pazjenti. Hija twieġeb ukoll għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż l-prevenzjoni minn u l-kontroll ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (2009/C 151/01) (12), li titlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jiżviluppaw definizzjonijiet u terminoloġija komuni, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni internazzjonali, bħall-Klassifikazzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Pazjenti mwettqa mid-WHO.

[Għotja diretta lid-WHO]

Ammont indikattiv: EUR 200 000

4.1.5.2.   L-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri għat-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ farmakoviġilanza fl-UE

Din l-azzjoni għandha l-għan li tappoġġja lill-Istati Membri sabiex jiksbu l-aħjar organizzazzjoni u tħaddim tas-sistema ta’ farmakoviġilanza fl-UE u sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2010/84/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li temenda, fir-rigward tal-farmakoviġilanza, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Unjoni relatat mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (13). Din l-azzjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri sabiex isibu mezzi kif jorganizzaw u jmexxu s-sistemi ta’ farmakoviġilanza tagħhom skont il-leġiżlazzjoni dwar il-farmakoviġilanza tal-UE, billi tiffoka fuq (a) l-iskambju tal-aqwa prattiċi mill-Istati Membri għat-tħaddim ta’ sistema effettiva għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar ir-reazzjonijiet avversi suspettati tal-prodotti mediċinali; (b) l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-għarfien espert neċessarju, inkluż fil-qasam tal-komunikazzjoni dwar ir-riskji; (ċ) il-bini ta’ kapaċità fuq l-evalwazzjoni ta’ sistemi ta’ kwalità għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza; (d) l-iżvilupp ta’ metodoloġija sabiex tiġi stabbilita rabta bejn is-sinjali tal-farmakoviġilanza u l-iżbalji terapewtiċi, id-doża eċċessiva, l-użu ħażin u l-abbuż possibbli, u segwitu sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pazjenti; u (e) it-taħriġ fuq spezzjonijiet ta’ farmakoviġilanza u fuq it-trattament tal-master file tas-sistema tal-farmakoviġilanza b’enfasi fuq l-effetti ta’ multiplikazzjoni, pereżempju, it-taħriġ ta’ dawk li jipprovdu t-taħriġ.

[Azzjoni konġunta]

Ammont indikattiv: EUR 3 300 000

4.1.5.3.   Spezzjonijiet tas-sistemi f’pajjiżi li jesportaw sustanzi attivi għal prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem lejn l-UE

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (14) teħtieġ konformità mar-rekwiżiti legali li jirregolaw il-prodotti mediċinali. Din l-azzjoni għandha l-għan li tiżgura tali konformità permezz ta’ spezzjonijiet tas-sistemi f’pajjiżi terzi li jesportaw sustanzi attivi għal prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem lejn l-UE u permezz ta’ attivitajiet preparatorji f’pajjiżi esportaturi ewlenin. Din l-azzjoni għandha tgħin sabiex tiżgura li l-oqfsa regolatorji għall-manifattura ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi, inklużi s-sistemi ta’ spezzjoni u infurzar, ikunu ekwivalenti għal dawk tal-UE. Tali attivitajiet preparatorji u spezzjonijiet fuq il-post f’pajjiżi terzi sejrin jiġu organizzati b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. Dan għandu jikkontribwixxi għall-iżgurar tas-sigurtà u l-kwalità tal-prodotti mediċinali. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza jitħallsu lill-esperti tal-Istati Membri għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-ispezzjonijiet tas-sistemi.

[Azzjoni oħra]

Ammont indikattiv: EUR 300 000

4.1.5.4.   Analiżi tar-rapportaġġ tal-inċidenti

Din l-azzjoni għandha l-għan li tgħin lill-Istati Membri u lill-UE jiżviluppaw għarfien komuni dwar il-kwalità tal-kura tas-saħħa u s-sigurtà tal-pazjenti madwar l-UE. L-analiżi li għandha ssir sejra tiffoka fuq is-sistema ta’ viġilanza għall-mezzi mediċi. Din is-sistema sservi bħala eżempju ta’ sistema li permezz tagħha jiġu rrapportati l-inċidenti relatati mas-sigurtà tal-pazjenti fuq livell nazzjonali u fejn ir-rapportaġġ nazzjonali jista’ jiġi sfruttat aħjar fil-livell Ewropew. Din l-azzjoni għandha tiżviluppa rakkomandazzjonijiet għal mekkaniżmi li jidentifikaw b’mod aktar effettiv is-sinjali, ix-xejriet u ż-żieda fil-frekwenza tal-inċidenti. Tali mekkaniżmi jistgħu jiġu applikati fis-settur tat-teknoloġija tas-saħħa.

[Ftehim amministrattiv mal-JRC]

Ammont indikattiv: EUR 260 000

4.2.   Azzjonijiet taħt it-tieni għan “Il-promozzjoni tas-saħħa”

4.2.1.   Il-promozzjoni ta’ inizjattivi sabiex jiżdiedu s-snin ta’ ħajja b’saħħitha u l-promozzjoni ta’ tixjieħ b’saħħtu (il-Punt 2.1.1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.2.1.1.   L-indirizzar ta’ mard kroniku u l-promozzjoni ta’ tixjieħ b’saħħtu tul iċ-ċiklu tal-ħajja

Din l-azzjoni tindirizza l-isfida tal-piż miżjud li jpoġġu l-mard u l-kundizzjonijiet kroniċi fuq l-individwi u s-sistemi tas-saħħa, b’enfasi speċifika fuq il-multimorbożità. Hija twieġeb ukoll għall-prijoritajiet tas-Sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tixjieħ attiv tas-7 ta' Ġunju 2010 (15), il-konklużjonijiet tal-Kunsill “Approċċi innovattivi għal mard kroniku fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa” tas-7 ta' Diċembru 2010 (16), kif ukoll il-proċess ta’ riflessjoni fuq mard kroniku mniedi mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Din l-azzjoni hija komposta minn azzjoni konġunta u għotjiet għal proġetti.

L-azzjoni konġunta tinkludi tliet pakketti ta’ ħidma. L-ewwel wieħed għandu jiżviluppa sistema għall-ġbir, il-validazzjoni u t-tixrid ta’ prattika tajba li tiffoka fuq il-prevenzjoni ta’ mard u kundizzjonijiet kroniċi tul iċ-ċiklu tal-ħajja b’enfasi fuq approċċi innovattivi li jindirizzaw fatturi ta’ riskju ewlenin. It-tieni pakkett ta’ ħidma juża d-dijabete bħala studju ta’ każ ta’ marda kronika klassika u sejjer jiffoka fuq l-ostakoli li jeżistu għall-prevenzjoni, l-iskrinjar u t-trattament u fuq kif l-Istati Membri jistgħu jtejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni. Dan jista’ jinkludi l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ Programmi Nazzjonali dwar id-Dijabete u l-iskambju ta’ prattika tajba madwar l-UE. It-tielet pakkett ta’ ħidma jfittex li jiżviluppa gwida u metodoloġiji komuni għal toroq ta’ kura għal pazjenti multimorbużi. Il-gwida għandha tiffoka fuq it-tfassil ta’ approċċi innovattivi, kost-effikaċi u ffokati fuq il-pazjenti għal pazjenti multimorbużi, inklużi interventi ta’ prevenzjoni sekondarja, dijanjożi bikrija u aderenza mar-regolamentazzjonijiet ta’ trattament u mediċina li jindirizzaw il-polifarmaċija. Dan il-pakkett ta’ ħidma jinkludi wkoll l-iskambju tal-aqwa prattiċi u dejta ta’ evidenza li tista’ tiżdied.

[Azzjoni konġunta]

Ammont indikattiv: EUR 5 000 000

Bħala appoġġ għall-azzjoni konġunta, l-għotjiet għal proġetti sejrin jiffokaw fuq il-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajba għas-saħħa fost dawk li għandhom aktar minn 65 sena permezz tal-prevenzjoni ta’ riskji speċifiċi. Stili ta’ ħajja mhux tajba għas-saħħa u l-iżolament soċjali huma fatturi ta’ riskju ewlenin għall-mard kroniku u jħallu impatt negattiv fuq is-saħħa tal-anzjani. Din l-azzjoni għandha tippromwovi approċċi mmirati, innovattivi u kost-effikaċi għall-promozzjoni tas-saħħa fi gruppi ta’ età akbar.

[Għotja għal proġett]

Ammont indikattiv: EUR 1 000 000

4.2.1.2.   L-appoġġ għall-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjieħ Attiv u b’Saħħtu

Bħala appoġġ għall-implimentazzjoni prattika ta’ soluzzjonijiet innovattivi li jwieġbu għall-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjieħ Attiv u b’Saħħtu, l-għotjiet għal proġetti sejrin irawmu azzjonijiet pilota fil-livell lokali u reġjonali li jiffokaw fuq il-ġestjoni tal-multimorbożità fost l-anzjani permezz ta’ toroq għal kura integrata, kif ukoll fuq it-titjib tal-aderenza għat-trattament u l-prevenzjoni ta’ waqgħat u fraġilità. Dawn l-azzjonijiet pilota sejrin jiġbru flimkien l-attivitajiet pubbliċi u privati ta’ eċċellenza ppjanati u eżistenti sabiex jinħolqu proġetti innovattivi, prattiċi, fattibbli u li jistgħu jitkejlu ċċentrati madwar:

(1)

L-implimentazzjoni ta’ interventi integrati jew ikkoordinati għall-identifikazzjoni bikrija u d-dijanjożi ta’ dgħjufija fiżika fl-anzjani li tista’ tkun ippreċeduta minn multimorbożità u segwita mill-iżvilupp ta’ diżabilità. L-indirizzar tal-fraġilità jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ta’ kura integrata personalizzata, jiffaċilita l-koordinazzjoni fost il-professjonisti u jnaqqas l-użu bla bżonn tar-riżorsi tal-kura tas-saħħa.

(2)

L-implimentazzjoni ta’ interventi li jindirizzaw il-polifarmaċija – nuqqas ta’ indikazzjonijiet xierqa, dożi inadegwati u tossiċitajiet subkliniċi tal-medikazzjonijiet. L-istrateġiji attwali jinkludu għodod ta’ skrinjar, iżda l-interventi li jikkombinaw ambjenti ta’ kura u professjonisti tas-saħħa differenti permezz ta’ monitoraġġ elettroniku jistgħu jkunu sinifikanti wkoll.

[Għotja għal proġett]

Ammont indikattiv: EUR 6 000 000

4.2.2.   L-appoġġ għal inizjattivi sabiex jiġu identifikati l-kawżi ta’, u sabiex jiġu indirizzati u jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fl-Istati Membri u bejniethom; il-promozzjoni tal-investiment fis-saħħa b’kooperazzjoni ma’ politiki u fondi oħrajn tal-Komunità; l-appoġġ għall-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ kura transkonfinali u l-mobilità tal-professjonisti tas-saħħa u tal-pazjenti (il-Punt 2.1.2 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.2.2.1.   Pakketti ta’ taħriġ għall-professjonisti tas-saħħa sabiex jittejbu l-aċċess għal u l-kwalità tas-servizzi tas-saħħa għall-immigranti u l-minoranzi etniċi

Din l-azzjoni għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għal u l-kwalità tas-servizzi tas-saħħa għall-immigranti u l-minoranzi etniċi permezz ta’ taħriġ imtejjeb għall-professjonisti tas-saħħa. Din l-azzjoni għandha tiżviluppa pakketti ta’ taħriġ, tfassal it-taħriġ u xxerred prattiċi tajbin. Hija mmirata għall-awtoritajiet nazzjonali, dawk li jipprovdu s-servizzi tas-saħħa u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-immigranti u l-minoranzi etniċi. Din l-azzjoni għandha tirrevedi l-materjal ta’ taħriġ eżistenti, tidentifika n-nuqqasijiet u l-ħtiġijiet, toħloq moduli prinċipali għal materjal ta’ taħriġ ġdid u tadatta dan il-materjal ta’ taħriġ għal kuntesti nazzjonali speċifiċi. Il-pilotaġġ sejjer isir f’mill-inqas ħames pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm. Din l-azzjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2009) 567 finali tal-20 ta' Ottubru 2009 dwar is-Solidarjetà fis-Saħħa: It-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fis-Settur tas-Saħħa fl-UE  (17), li titlob għal azzjoni fil-livell tal-UE u għodod ta’ taħriġ professjonali li jindirizzaw l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa permezz tal-Programm tas-Saħħa, il-FSE u mekkaniżmi oħrajn. Hija twieġeb ukoll għall-prijorità tal-UE-2020 li jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa bil-għan li jitrawwem it-tkabbir inklussiv. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Sejħa għal offerti]

4.2.2.2.   L-appoġġ għal azzjoni dwar l-użu effettiv tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni għal investimenti fis-saħħa

Din l-azzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-iżgurar u l-użu effikaċi tal-finanzjament għas-saħħa mill-Istati Membri u r-reġjuni taħt il-programmar tal-Fondi Strutturali fil-perjodu 2014-2020, bil-għan li jittejbu l-effettività, il-kwalità u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa. Hija twieġeb għall-konklużjonijiet tal-Kunsill: lejn sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli (2011/C 202/04) tas-6 ta' Ġunju 2011 (18), u ssegwi fuq il-ħidma tas-Sottogrupp tal-Proċess ta’ Riflessjoni tas-Sistemi tas-Saħħa fuq l-użu effettiv tal-Fondi Strutturali. Din l-azzjoni għandha l-għan li tibni għarfien dwar l-użu tal-Fondi Strutturali għas-saħħa fil-perjodu tal-ipprogrammar il-ġdid, ixxerred dan l-għarfien u tibni l-għarfien espert fuq il-Fondi Strutturali, b’mod partikolari fost il-ministeri tas-saħħa u korpi tas-saħħa rilevanti oħrajn. L-eżiti tagħha mistennija jkunu (a) l-identifikazzjoni tal-użu tal-Fondi Strutturali fil-qasam tas-saħħa; (b) il-ġabra ta’ prattiċi li rnexxew; u (ċ) sett ta’ għodod sabiex isiru investimenti sostenibbli u effettivi fil-qasam tas-saħħa, inklużi l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, permezz tal-Fondi Strutturali, għal atturi fis-settur tas-saħħa u f’setturi li jħallu impatt fuq is-saħħa fil-livell reġjonali u nazzjonali. It-tul ta’ żmien ippjanat tal-azzjoni huwa ta’ 18-il xahar.

[Sejħa għal offerti/Kuntratt ta’ qafas]

4.2.2.3.   Tagħrif liċ-ċittadini u lill-partijiet interessati dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

Din l-azzjoni għandha l-għan li tgħarraf liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali. Din l-azzjoni tkopri kemm id-drittijiet taċ-ċittadini, kif ukoll l-azzjonijiet tal-Istati Membri sabiex ikun żgurat li l-pazjenti jkunu jistgħu jużaw id-drittijiet tagħhom, jiġifieri it-twaqqif ta’ proċessi ta’ rimborż trasparenti; definizzjoni ċara tal-intitolament għall-kura tas-saħħa; il-proċessi ta’ awtorizzazzjoni; l-għoti ta’ tagħrif dwar is-sistemi tas-saħħa u l-fornituri individwali; u t-twaqqif ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali. L-attivitajiet ta’ tagħrif u komunikazzjoni, li għandhom ikunu mmirati għall-Istati Membri kollha, jinkludu filmati elettroniċi bil-vidjo u għodod innovattivi oħrajn; konferenzi; materjal ta’ informazzjoni bil-lingwi uffiċjali tal-UE; gwida dettaljata għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali; u preżenza interattiva fuq l-internet bil-lingwi uffiċjali. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2011/24/UE.

[Sejħa għal offerti/Kuntratt ta’ qafas]

4.2.2.4.   Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (Health technology assessment – HTA): djalogu bikri bi prova dwar il-prodotti farmaċewtiċi u l-mezzi mediċi

Id-Direttiva 2011/24/UE tistabbilixxi netwerk volontarju li jgħaqqad l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli mill-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa sabiex jappoġġjaw u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Din l-azzjoni tikkontribwixxi għal din il-kooperazzjoni permezz tat-twettiq ta’ djalogu bikri bi prova dwar il-prodotti farmaċewtiċi u l-mezzi mediċi. L-għan tagħhom huwa li jiffaċilitaw id-djalogu bejn l-industrija u r-regolaturi, il-korpi multipli tal-HTA u l-kontribwenti matul l-iżvilupp tat-teknoloġija tas-saħħa. L-iskop huwa li tiġi żgurata l-prevedibbiltà kummerċjali għall-industrija fir-rigward tal-aċċess għas-suq wara awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew il-ħruġ ta’ liċenzja CE; ir-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti għal atturi varji; il-kumplimentarjetà mal-pariri xjentifiċi pprovduti mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini; u t-tħejjija ta’ rekwiżiti ta’ mmarkar CE jew wara awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Din l-azzjoni għandha l-għan li twettaq sa 10 djalogi bikrin bi prova. Minbarra li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE, din l-azzjoni twieġeb għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-innovazzjoni fis-settur tal-mezzi mediċi (2011/C 202/03). In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Sejħa għal offerti]

4.2.2.5.   Ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali għar-reġistri tas-saħħa elettronika fl-Istati Membri

In-Netwerk tas-Saħħa elettronika qiegħed jaħdem lejn il-ħolqien ta’ linji gwida tal-interoperabbiltà għas-Saħħa elettronika li jipprovdu qafas fil-livell legali, organizzazzjonali, semantiku u tekniku. Din il-ħidma għandha l-għan li ssaħħaħ u tiżgura servizzi ta’ Saħħa elettronika bla xkiel f’livell Ewropew, billi tkopri l-iskambju elettroniku ta’ settijiet sommarji ta’ dejta dwar il-pazjenti, Preskrizzjoni elettronika u Identifikazzjoni elettronika għas-saħħa, sabiex b’hekk ikunu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali għaċ-ċittadini. L-esperjenza tal-proġett fuq skala kbira msejjaħ ‘European Patients Smart Open Services’ (EPSOS) dwar is-servizzi transkonfinali tas-Saħħa elettronika wriet li wieħed mill-ostakoli għas-sostenibbiltà tas-servizzi tas-Saħħa elettronika bi prova huwa l-isfida tal-interoperabbiltà legali.

L-eżitu mistenni ta’ din l-azzjoni huwa studju li sejjer jeżamina fid-dettall u jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-oqfsa regolatorji fil-livell nazzjonali dwar ir-reġistri tas-saħħa elettronika (EHR) u jipprovdi rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika fuq l-istruttura legali tal-interoperabbiltà tas-Saħħa elettronika. Dan l-istudju sejjer jibni fuq l-evidenza eżistenti, miġbura primarjament matul il-kors tal-proġetti tal-UE appoġġjati mid-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni u mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Sejħa għal offerti]

4.2.2.6.   L-awtorizzazzjoni tal-pazjenti fil-ġestjoni ta’ mard kroniku

Din l-azzjoni tfittex li tgħin sabiex jinftiehem il-kunċett tal-awtorizzazzjoni tal-pazjenti u tidentifika l-vantaġġi u l-ostakoli inerenti permezz ta’ identifikazzjoni dettaljata tal-inizjattivi eżistenti fl-awtoġestjoni ta’ mard kroniku. L-awtorizzazzjoni tal-pazjenti hija valur prinċipali ta’ sistema tas-saħħa moderna ffokata fuq il-pazjenti, kif iddikjarat mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar valuri u prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (2006/C 146/01) (19). Madankollu, il-kunċett tal-awtorizzazzjoni tal-pazjenti mhuwiex ċar u l-awtorizzazzjoni tal-pazjenti sikwit tkun perċepita biss bħala l-użu ta’ għodod tas-Saħħa elettronika. Hemm ukoll it-tħassib li pazjent awtorizzat jista’ jirrappreżenta spiża miżjuda għas-sistema tas-saħħa. Din l-azzjoni għandha tirriżulta f’ (a) katalogu ta’ strateġiji u azzjonijiet li rnexxew fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-pazjenti; (b) identifikazzjoni tal-ostakoli għal u l-vantaġġi tal-awtorizzazzjoni tal-pazjenti; (ċ) metodu għall-validazzjoni tat-trasferibbiltà ta’ prattiċi tajbin fuq l-awtorizzazzjoni tal-pazjenti; u (d) xenarji ta’ kollaborazzjoni tal-UE dwar l-awtorizzazzjoni tal-pazjenti. L-istudju li jirriżulta mistenni jitlesta u jiġi ppreżentat għall-ħabta ta’ nofs l-2014. Ir-riżultati għandhom jikkontribwixxu għall-Proċess ta’ Riflessjoni dwar Mard Kroniku abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa”, bil-għan li tkun iffaċilitata l-provvista ta’ kura tas-saħħa sostenibbli u ta’ kwalità għolja. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Sejħa għal offerti]

4.2.2.7.   Netwerks pilota ta’ kooperazzjoni skont id-Direttiva 2011/24/UE

Din l-azzjoni tfittex li twitti t-triq għal netwerks Ewropej ta’ referenza, kif previst mid-Direttiva 2011/24/UE. In-netwerks Ewropej ta’ referenza sejrin jorbtu l-fornituri tal-kura tas-saħħa u ċ-ċentri ta’ għarfien espert fl-Istati Membri. L-għan huwa li jittejjeb l-aċċess għad-dijanjożi u tiġi pprovduta kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja lill-pazjenti li jkollhom kundizzjonijiet li jeħtieġu konċentrazzjoni partikolari ta’ riżorsi jew kompetenzi, speċjalment meta l-għarfien espert ikun rari u meta l-volum ta’ każijiet ikun baxx. Din l-azzjoni tfittex li twaqqaf żewġ netwerks pilota, wieħed fuq iċ-ċentri tal-onkoloġija pedjatrika u wieħed fuq iċ-ċentri speċjalizzati ħafna tan-newroloġija, tan-newrofiżjoloġija u tan-newrokirurġija. Il-ħidma fuq iż-żewġ netwerks għandha tkopri miri konkreti ta’ u proposti għall-konċentrazzjoni ta’ proċeduri dijanjostiċi u terapewtiċi ta’ frekwenza baxxa jew ta’ kumplessità għolja f’servizzi li għandhom ammont adegwat ta’ każijiet u riżultati vverifikati. Hija tkopri wkoll evalwazzjoni tar-riżultati.

L-għan ta’ netwerk pilota ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentri tal-onkoloġija pedjatrika huwa li jimplimenta u jkompli jiżviluppa l-istandards Ewropej tal-kura għat-tfal morda bil-kanċer. Dan għandu jsir fuq il-bażi tal-aħħar żviluppi, għarfien u l-aqwa prattika. Din l-azzjoni tiffoka fuq il-kanċer fit-tfal, bħal tipi speċifiċi ta’ kanċer bħal tumuri solidi, pereżempju n-newroblastoma, ir-retinoblastoma, it-tumur Wilms, is-sarkoma tat-tessuti rotob u tal-għadam. Din l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ħidma li twettqet diġà mill-proġetti li ġejjin: in-Netwerk Ewropew għar-Riċerka dwar il-Kanċer fit-Tfal u l-Adoloxxenti, ENCAA, http://www.encca.eu/; l-Istudji tal-PANCARESURFUP (PanCare Childhood and Adolescent Cancer Survivor Care and Follow-up), http://www.pancaresurfup.eu/; Provi Kliniċi Ewropej fuq Sarkomi Rari fi ħdan netwerk integrat ta’ prova ta’ konverżjoni, EUROSARC; Studju Internazzjonali għat-trattament tat-tfal li jerġgħu jimirdu, ALL 2010, b’terapija standard, l-integrazzjoni sistematika ta’ aġenti ġodda u l-istabbiliment ta’ dijanjożi u riċerka standardizzati (INTREALL), http://www.intreall-fp7.eu/; u l-ASSET (Analysing and Striking the Sensitivities of Embryonal Tumours), http://www.ucd.ie/sbi/research/areasofresearch/sbicollaborativeprojects/assetfp7/consortiumpartners/

[Għotja għal proġett]

Ammont indikattiv: EUR 1 500 000

L-għan ta’ netwerk pilota ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentri speċjalizzati ħafna tan-newroloġija, tan-newrofiżjoloġija klinika u tan-newrokirurġija huwa li jippromwovi l-kooperazzjoni u li jittestja u jiskambja l-istandards u l-aqwa prattiċi fuq kundizzjonijiet newroloġiċi u newrokirurġiċi kumplessi u speċjalizzati ħafna, bħall-epilessija refrattorja, kundizzjonijiet severi fil-kranju u fil-wiċċ, korrimenti fin-nervituri tad-dirgħajn, uġigħ newropatiku refrattorju, l-atassja u l-parapleġija ereditarji, l-isklerożi multipla u kundizzjonijiet ċerebro-vaskulari kumplessi. Iċ-ċentri li joffru ċerti trattamenti u proċeduri għal kundizzjonijiet newroloġiċi/newrokirurġiċi, bħal newrokirurġija kumplessa, kirurġija ta’ disturbi fil-moviment u newromodulazzjoni tal-moħħ, jeħtieġu biżżejjed esperjenza u għarfien espert, kif ukoll riżorsi umani u tekniċi adegwati u kkwalifikati tajjeb. Dawn iċ-ċentri għandu jkollhom firxa wiesgħa ta’ servizzi mediċi kumplimentari minħabba li huma involuti dixxiplini differenti, bħan-newroloġija, in-newrokirurġija, in-newrofiżjoloġija, in-newroradjoloġija, in-newropatoloġija u l-kura intensiva. Il-ħidma f’tim u linji gwida u proċeduri żviluppati tajjeb huma essenzjali wkoll.

[Għotja għal proġett]

Ammont indikattiv: EUR 1 500 000

4.2.2.8.   Ħarsa ġenerali lejn il-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Din l-azzjoni tfittex li tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa fl-UE permezz ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva. L-ewwel għan huwa li tiġi pprovduta l-identifikazzjoni tal-istruttura u l-kapaċità ta’ programmi nazzjonali fl-UE. Dan ikopri l-kisba ta’ informazzjoni dwar ir-reġimi regolatorji għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-professjonisti mediċi u tal-infermiera, u l-istrutturi ta’ governanza tagħhom fl-Istati Membri. It-tieni, din l-azzjoni għandha tipproduċi studju dwar id-dimensjoni tal-kwalità tal-programmi sabiex jiġi ddeterminat jekk il-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ humiex qegħdin iwasslu l-ammont xieraq ta’ professjonisti bil-ħiliet addattati sabiex jilħqu l-ħtiġijiet tas-sistema tal-kura tas-saħħa. L-istudju għandu jippreżenta wkoll għażliet u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjoni tal-UE potenzjali sabiex jitrawmu sħubiji bejn l-Istati Membri bil-għan li jsir l-aħjar użu mill-kapaċitajiet tat-taħriġ fl-UE. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa tal-UE adottat bħala parti mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012) 173 finali tat-18 ta' April 2012Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi  (20).

[Għotja diretta lill-OECD]

Ammont indikattiv: EUR 200 000

4.2.2.9.   L-analiżi u l-identifikazzjoni tal-iżvilupp professjonali kontinwu tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Din l-azzjoni tfittex li tanalizza u tidentifika l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Minħabba t-tħassib dejjem jikber dwar in-nuqqas ta’ professjonisti mħarrġa fil-qasam tas-saħħa u bit-tibdil demografiku li qiegħed iwassal għal żieda fid-domanda għas-servizzi, l-Istati Membri għandhom isibu mezzi biex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-ħaddiema tagħhom fil-qasam tas-saħħa. Kif enfasizzat fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa tal-UE, l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp professjonali kontinwu (continuous professional development – CPD) għandu rwol importanti sabiex il-ħiliet professjonali jinżammu aġġornati, sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-kura u wkoll bħala mezz għall-motivazzjoni u ż-żamma tal-persunal. Is-sistemi u r-regolamenti tas-CPD ivarjaw b’mod sinifikanti madwar l-UE u d-dejta dwar pajjiżi speċifiċi għadha skarsa. Il-kollaborazzjoni Ewropea fl-iskambju ta’ prattika tajba dwar l-approċċi u s-sistemi ta’ akkreditazzjoni tas-CPD tgħin sabiex jittejjeb l-għarfien reċiproku bejn l-Istati Membri u sabiex tkun iffaċilitata l-mobilità transkonfinali. Bħala l-ewwel pass, din l-azzjoni għandha tanalizza u tidentifika s-sistemi nazzjonali, il-governanza u l-prattiċi fis-seħħ sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa bil-għan li tiġi promossa prattika tajba. Sejjer jiġi organizzat ukoll workshop konkludenti ma’ esperti nazzjonali u organizzazzjonijiet professjonali. Din l-azzjoni hija parti mill-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa tal-UE adottat bħala parti mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi, li għandha l-għan li tagħti spinta lill-impjiegi fis-settur tas-saħħa. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Sejħa għal offerti]

4.2.2.10.   Strateġiji effettivi ta’ reklutaġġ u żamma tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Din l-azzjoni għandha l-għan li tipprovdi analiżi komprensiva tal-istrateġiji għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa sabiex jiġi assistit u mtejjeb l-iżvilupp ta’ politiki dwar ir-riżorsi umani fl-Istati Membri fi żmien ta’ nuqqas dejjem akbar ta’ xogħol. Hija sejra teżamina l-evidenza u l-prattiċi tajbin fl-UE u fuq livell internazzjonali u tidentifika l-għażliet għal inizjattivi tal-UE li jappoġġjaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali. Din l-analiżi għandha tikkontribwixxi għall-ħidma li għaddejja fuq l-ippjanar u t-tbassir tal-ħaddiema u tapprofondixxi r-riflessjoni fuq azzjoni futura potenzjali rigward ir-reklutaġġ u ż-żamma tal-ħaddiema. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa tal-UE adottat bħala parti mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi, li għandha l-għan li tagħti spinta lill-impjiegi fis-settur tas-saħħa. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.2.3.   L-indirizzar ta’ fatturi determinanti fil-qasam tas-saħħa għall-promozzjoni u t-titjib tas-saħħa fiżika u mentali; it-teħid ta’ azzjoni dwar fatturi ewlenin bħan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, u dwar fatturi determinanti relatati ma’ vizzji bħat-tabakk u l-alkoħol (il-Punt 2.2.1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.2.3.1.   Inizjattiva Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Obeżità (COSI)

Din l-azzjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ mard relatat mal-piż żejjed u l-obeżità fost iż-żgħażagħ, u b’hekk tgħin sabiex tittejjeb is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE u jitnaqqas il-piż tal-problemi tas-saħħa fuq is-sistemi tas-saħħa. Din l-azzjoni tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta’ saħħa marbuta man-Nutriment, il-Piż Żejjed u l-Obeżità stabbilita f’COM(2007) 279 finali tat-30 ta' Mejju 2007 (21). L-istħarriġ tal-COSI mwettaq mid-WHO jkejjel il-piż u t-tul ta’ tfal ta’ bejn is-6 u d-9 snin. Bħalissa dan l-istħarriġ qiegħed ikopri 15-il Stat Membru tal-UE. Din l-azzjoni testendi l-istħarriġ għall-Istati Membri li jifdal. L-estensjoni tal-istħarriġ għandha tgħin sabiex tiġi pprovduta dejta kompleta dwar mard relatat mal-piż żejjed u l-obeżità fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Din id-dejta tikkontribwixxi għar-riflessjoni fuq il-politika futura potenzjali u l-azzjoni li tirrigwardja t-tnaqqis tal-piż żejjed u l-obeżità.

[Għotja diretta lid-WHO]

Ammont indikattiv: EUR 300 000

4.2.3.2.   Komunikazzjoni dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika

Għarfien adegwat tal-fatturi ta’ riskju mill-pubbliku jista’ jgħin sabiex jitnaqqas il-piż tal-problemi tas-saħħa minn mard li ma jitteħidx fuq is-sistemi tas-saħħa. Bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta’ saħħa marbuta man-Nutriment, il-Piż Żejjed u l-Obeżità, din l-inizjattiva tfittex li tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jimmotivaw l-azzjoni fuq nutrizzjoni b’saħħitha u jinkoraġġixxu l-attività fiżika, u b’hekk tgħin sabiex tittejjeb is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE. Din l-azzjoni ser toħloq ukoll sinerġiji ma’ inizjattivi ta’ komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura fir-rigward tal-azzjoni fuq il-promozzjoni tas-saħħa fil-livell tal-UE, bħall-iskema agrikola ta’ frott għall-iskejjel u politiki u azzjoni dwar iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, il-kultura u l-isport. Hija ser tfittex ukoll li tikkoordina sa ħames avvenimenti/inizjattivi pilota ta’ informazzjoni u edukazzjoni mmirati għat-tfal, għall-ġenituri u għall-komunitajiet lokali. L-inizjattiva ser tinkludi wkoll il-produzzjoni ta’ materjal kreattiv multilingwi b’links għal azzjonijiet magħżula tal-UE u tal-Istati Membri. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Sejħa għal offerti]

4.2.3.3.   Studji dwar it-tabakk

Din l-azzjoni għandha l-għan li tiġbor informazzjoni u għarfien bħala appoġġ għall-politiki tal-UE dwar il-kontroll tat-tabakk b’mod ġenerali, u b’mod partikolari r-regolament dwar il-prodotti tat-tabakk, b’enfasi fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (22), fil-forma attwali jew futura tagħha. Din l-azzjoni għandha tliet pakketti ta’ ħidma.

L-ewwel pakkett ta’ ħidma jikkonċerna l-monitoraġġ u l-lokalizzazzjoni bil-għan li jiġu analizzati, deskritti u possibbilment iddisinjati l-istandards għal sistema li tiżgura t-traċċabilità sħiħa tal-prodotti tat-tabakk u ta’ karatteristiċi tas-sigurtà li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ prodotti “ġenwini”. Ir-riżultati mistennija huma: studju li jkopri r-reviżjoni tal-letteratura; ħarsa ġenerali u evalwazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi eżistenti għall-monitoraġġ u l-lokalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk u sabiex jiġu mgħammra b’karatteristiċi tas-sigurtà kontra l-kuntrabandu; l-identifikazzjoni ta’ alternattivi potenzjali għal u t-titjib tal-monitoraġġ u l-lokalizzazzjoni u/jew tal-karatteristiċi tas-sigurtà; analiżi tal-ispejjeż u tal-impatt ta’ soluzzjonijiet alternattivi; u rakkomandazzjonijiet għall-aktar soluzzjonijiet xierqa fil-livell tal-UE.

It-tieni pakkett ta’ ħidma jikkonċerna r-rwol tas-sustanzi addittivi u l-ippakkjar sabiex jiġu ddeterminati l-preferenzi tal-konsumaturi. Filwaqt li huwa magħruf sewwa li l-pakketti, it-togħmiet u addittivi oħrajn jagħmlu l-prodotti tat-tabakk aktar attraenti għaż-żgħażagħ, l-evidenza tar-rwol tal-karatteristiċi/sustanzi addittivi individwali tal-pakketti fil-preferenzi tad-ditti u l-bidu tat-tipjip fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa għadha qiegħda tikber. Ir-riżultati mistennija ta’ dan il-pakkett ta’ ħidma huma: studju aġġornat li jkopri l-identifikazzjoni tal-fatturi varji differenti li jħallu impatt fuq l-attrattività, il-preferenzi tal-konsumaturi u x-xejriet sottostanti u l-irfinar tal-metodi li jistabbilixxu liema togħmiet jagħtu togħma/aroma karatteristika lil prodott.

It-tielet pakkett ta’ ħidma jikkonċerna l-iżvilupp ulterjuri tal-istandards tat-tikkettar għal pakketti ta’ prodotti tat-tabakk.

In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 3-4.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.2.3.4.   Azzjoni konġunta li tappoġġja lill-Istati Membri sabiex imexxu ’l quddiem ħidma fuq il-prijoritajiet komuni skont l-istrateġija tal-UE dwar l-alkoħol

Din l-azzjoni konġunta għandha l-għan li tappoġġja lill-Istati Membri fil-prevenzjoni tal-konsum perikoluż tal-alkoħol sabiex b’hekk tittejjeb is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE u jitnaqqas il-piż tal-problemi tas-saħħa. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar l-alkoħol stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2006) 625 finali tal-24 ta' Ottubru 2006Strateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara rrelatata mal-alkoħol  (23). Din l-azzjoni tipprovdi inċentiv għall-Istati Membri sabiex jintensifikaw il-kooperazzjoni u jiżviluppaw approċċi komuni. Hija tiffoka fuq it-titjib tal-monitoraġġ tal-vizzji tax-xorb u l-ħsara relatata mal-alkoħol, kif ukoll fuq prattika tajba fl-għoti ta’ informazzjoni mmirata biex tħares lit-tfal u liż-żgħażagħ u biex tipprevjeni l-ħsara relatata mal-alkoħol fost l-adulti. Din l-azzjoni għandha tirriżulta f’ (a) rapport li jipprovdi dejta komparabbli dwar il-vizzji tax-xorb u l-ħsara relatata mal-alkoħol; (b) linji gwida għall-konsum tal-alkoħol b’riskju baxx maħsuba biex iħarsu lit-tfal u liż-żgħażagħ u biex jipprevjenu l-ħsara fost l-adulti; u (ċ) toolkit ta’ prattika tajba ta’ strumenti ppubblikati u online għat-tixrid ta’ linji gwida dwar ix-xorb b’riskju baxx u għodod oħrajn ta’ awtoġestjoni.

[Azzjoni konġunta]

Ammont indikattiv: EUR 1 500 000

4.2.3.5.   Appoġġ xjentifiku u tekniku għall-Forum tas-Saħħa tal-UE

Din l-azzjoni għandha l-għan li tipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-Forum tas-Saħħa Ewropew. L-involviment attiv tal-partijiet interessati mill-qasam tas-saħħa fl-iżvilupp tal-politika, b’referenza speċifika għall-Forum tas-Saħħa, huwa stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2007) 630 finali Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013. Din l-azzjoni tkopri l-organizzazzjoni ta’ u l-appoġġ għall-attivitajiet tal-Forum dwar il-Politika tas-Saħħa tal-UE u tal-Forum Miftuħ. Dan jinkludi l-komunikazzjoni u n-netwerking ma’ membri tal-Forum, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat u attivitajiet oħrajn tal-Forum dwar il-Politika tas-Saħħa tal-UE u tal-Forum Miftuħ; kif ukoll ħidma xjentifika u teknika relatata mal-prijoritajiet tal-Forum tas-Saħħa tal-UE. Il-ħidma tal-Forum tas-Saħħa tgħin ukoll sabiex tiżgura li l-attivitajiet tal-UE dwar is-saħħa jkunu rilevanti għal u jinftiehmu mix-xena tas-saħħa pubblika b’mod ġenerali. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.2.4.   Il-prevenzjoni ta’ mard serju u rari (il-Punt 2.2.2 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.2.4.1.   L-iżvilupp ta’ Gwida Ewropea dwar it-titjib tal-kwalità fil-kontroll komprensiv tal-kanċer

Din l-azzjoni għandha l-għan li tiżviluppa Gwida Ewropea dwar it-titjib tal-kwalità fil-kontroll komprensiv tal-kanċer. Din il-gwida għandha tindirizza aspetti varji tal-kontroll ikkoordinat u integrat tal-kanċer, inklużi l-prevenzjoni, l-iskrining, id-dijanjożi, it-trattament, is-segwitu, il-kura ta’ appoġġ, il-kura palljattiva, is-sopravivenza u r-riċerka. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-sħubija Ewropea għall-azzjoni kontra l-kanċer stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009) 291 finali tal-24 ta' Ġunju 2009 dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea  (24), u sejra tibni kemm fuq il-kisbiet tagħha kif ukoll fuq ir-riżultati tal-azzjoni preċedenti tal-UE dwar il-kanċer, bħall-iżvilupp tar-raba’ edizzjoni tal-‘Linji Gwida Ewropej għall-garanzija tal-kwalità fl-iskrining u d-dijanjożi tal-kanċer tas-sider’ (25), li tinkludi qafas għal servizzi komprensivi relatati mal-kanċer tas-sider.

[Azzjoni konġunta]

Ammont indikattiv: EUR 3 000 000

4.2.4.2.   Sorveljanza integrata tal-mard li ma jitteħidx

Din l-azzjoni għandha l-għan li tagħti ċ-ċans lill-UE u lid-WHO, bl-involviment tal-OECD, li jivvalutaw u jżidu l-kompletezza u l-puntwalità tad-dejta dwar il-mard kroniku u l-ġabra tagħha u li jidentifikaw proċess effettiv għal din il-ħidma. In-nuqqas ta’ dejta tajba, pereżempju dwar il-morbidità minn ċertu mard magħżul, il-fatturi tar-riskju u l-fatturi determinanti soċjali tagħhom, ixekkel l-iżvilupp ta’ politika bbażata fuq l-evidenza. Il-mard kroniku qiegħed jiżviluppa bħala qasam ta’ prijorità għal azzjoni dwar is-saħħa, filwaqt li l-aċċess f’waqtu għal dejta affidabbli huwa essenzjali. Kwalunkwe ġabra ta’ dejta sejra tintrabat mal-indikaturi u l-oqfsa eżistenti, jiġifieri s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa. Fuq perjodu ta’ żmien qasir, din l-azzjoni għandha tidentifika n-nuqqasijiet u tara kif tista’ tittejjeb il-ġabra tad-dejta eżistenti. Fuq perjodu ta’ żmien twil, hija għandha tgħin sabiex jittejbu u jiġu kkoordinati aħjar il-kwalità, il-kopertura u l-puntwalità tal-ġbir tad-dejta. Dan għandu jikkontribwixxi għal analiżi u rapportaġġ imtejba dwar mard kroniku li ma jitteħidx.

[Għotja diretta lid-WHO]

Ammont indikattiv: EUR 100 000

4.2.4.3.   Studju dwar l-ambitu tal-applikazzjoni ta’ azzjoni ta’ komunikazzjoni li tindirizza l-mard kroniku

Din l-azzjoni għandha l-għan li tagħmel studju dwar l-ambitu tal-applikazzjoni li jgħin fl-ittestjar ta’ għodod u metodi differenti sabiex ikun hemm komunikazzjoni aħjar u tqajjim ta’ kuxjenza dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa u l-azzjoni tal-UE għall-prevenzjoni tal-mard kroniku, bl-użu ta’ evidenza mix-xjenza soċjali u komportamentali. Il-mard kroniku jirrappreżenta l-akbar piż tal-mard fl-UE, iżda jista’ jiġi evitat b’mod effettiv jekk tittieħed azzjoni fuq il-fatturi ta’ riskju komuni. Dan l-istudju sejjer jiżviluppa għadd ta’ rakkomandazzjonijiet u proposti għal messaġġi bażiċi u sejjer jgħin fit-tfassil ta’ kampanji effettivi adattati għal gruppi fil-mira differenti. Din l-azzjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar il-piż żejjed u l-obeżità, l-istrateġija tal-UE dwar l-alkoħol u l-azzjoni tal-UE dwar it-tabakk. Hija tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċi innovattivi għal mard kroniku fis-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa tas-7 ta' Diċembru 2010 u għall-Proċess ta’ Riflessjoni dwar Mard Kroniku mniedi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.2.4.4.   Appoġġ għar-reġistri u n-netwerks ta’ mard rari fid-dawl tas-sostenibbiltà tagħhom

Din l-azzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi pjattaforma sostenibbli għall-koordinazzjoni u ż-żamma tar-reġistri u n-netwerks dwar mard rari. Ir-reġistri u n-netwerks huma strumenti ewlenin fiż-żieda tal-għarfien dwar mard rari u fl-iżvilupp ta’ riċerka klinika. Dawn huma l-uniku mod kif tinġabar id-dejta sabiex jinkiseb kampjun ta’ daqs suffiċjenti għar-riċerka epidemjoloġika u/jew għar-riċerka klinika. Din l-azzjoni sejra tibni fuq l-attivitajiet u l-esperjenzi żviluppati permezz ta’ inizjattivi ffinanzjati mill-programmi tas-Saħħa tal-UE u mill-programmi tar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

[Għotja għal proġett/Ftehim amministrattiv mal-JRC]

Ammont indikattiv: EUR 2 000 000

4.2.4.5.   Appoġġ għal netwerk ta’ informazzjoni dwar il-mesothelioma tal-pulmun

Din l-azzjoni għandha l-għan li tappoġġja l-ħolqien ta’ netwerk ta’ informazzjoni li jiffoka fuq l-aqwa prattiċi għat-trattament tal-mesothelioma tal-pulmun, li qiegħda ssir marda rari grazzi għall-isforzi li qegħdin isiru b’suċċess fil-prevenzjoni tagħha, kif ukoll it-tixrid ta’ tali prattiċi. Il-ġbir tal-għarfien espert mistenni jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż għas-sistemi tas-saħħa individwali. Din l-azzjoni għandha teskludi l-attivitajiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq il-post tax-xogħol.

[Għotja għal proġett]

Ammont indikattiv: EUR 830 900

4.3.   Azzjonijiet taħt it-tielet għan “Il-ġenerazzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa”

4.3.1.   Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa (il-Punt 3.2.1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.3.1.1.   It-titjib tal-puntwalità u l-komparabbiltà tad-dejta dwar is-saħħa

Din l-azzjoni sejra titwettaq mill-Eurostat bħala appoġġ għall-ħidma fuq is-sistemi tas-saħħa, it-tixjieħ attiv u b’saħħtu, is-Saħħa elettronika u l-informazzjoni dwar is-saħħa. Hemm żewġ pakketti ta’ ħidma. L-ewwel wieħed jinvolvi l-esplorazzjoni tal-fattibilità tal-produzzjoni ta’ dejta dwar l-infiq skont il-marda fil-livell tal-UE. L-għan huwa li tinkiseb dejta fil-livell tal-pazjenti b’informazzjoni dwar il-karatteristiċi tat-trattament u tal-pazjenti, l-użu proprju tar-riżorsi u dejta affidabbli dwar il-prezzijiet/l-ispejjeż, inkluża l-provvista ta’ dejta tajba dwar l-infiq privat. Dan il-pakkett ta’ ħidma għandu jindirizza wkoll il-ġbir ta’ dejta dwar l-ispejjeż indiretti, bħar-rabta mas-snin tal-ħajja mitlufa/it-telf ta’ snin potenzjali ta’ ħidma. Id-dejta dwar l-infiq skont il-marda tista’ tikkontribwixxi għal analiżi tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa permezz tal-provvista ta’ dejta dwar kemm jintefqu flus fuq il-prevenzjoni u t-trattament ta’ mard partikolari, iddiferenzjati skont l-età u s-sess. L-azzjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu tal-popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu fl-Ewropa għall-kura tas-saħħa.

It-tieni pakkett ta’ ħidma jiffoka fuq l-istatistika dwar il-kawżi tal-mewt. Huwa jfittex li jistabbilixxi sistema modernizzata u integrata għaċ-ċertifikazzjoni, l-ipproċessar u l-iskambju ta’ dejta dwar il-kawżi tal-mewt. Iċ-ċertifikazzjoni elettronika tal-kawżi tal-mewt tippermetti wkoll li tiġi prodotta informazzjoni dwar il-kawżi multipli tal-mewt, li hija ta’ interess akbar minħabba t-tixjieħ tal-popolazzjoni. L-għan huwa li jiżdiedu l-puntwalità u l-komparabbiltà aħjar tad-dejta. Dan għandu jikkontribwixxi għal allokazzjoni aħjar tar-riżorsi fl-Istati Membri permezz ta’ kodifikazzjoni mnaqqsa ta’ dejta multipla.

[Sottodelega lill-Eurostat]

Ammont indikattiv: EUR 1 000 000

4.3.1.2.   Is-Saħħa mal-Ewwel Daqqa t’Għajn - Ewropa 2014

Din l-azzjoni għandha l-għan li tmexxi ’l quddiem il-ħidma fuq l-indikaturi tal-kwalità tal-kura tas-saħħa u li, flimkien mal-OECD, tkompli tippubblika l-edizzjoni ta’ ‘Is-Saħħa mal-Ewwel Daqqa t’Għajn’ sabiex tiġi pprovduta l-aħħar dejta komparabbli dwar aspetti differenti tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri tal-UE, fil-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE u fil-pajjiżi kandidati tal-UE. Din l-azzjoni tfittex li tgħin lil dawk li jfasslu l-politika permezz tal-għoti ta’ evidenza tajba.

[Għotja diretta lill-OECD]

Ammont indikattiv: EUR 300 000

4.3.1.3.   It-tariffa ta’ sħubija tal-Kummissjoni lill-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tal-Kura tas-Saħħa

Din l-azzjoni timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2009)10213 finali) tal-21 ta' Diċembru 2009 dwar l-inkorporazzjoni tagħha bħala Organizzazzjoni Parteċipanti tal-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tal-Kura tas-Saħħa sat-tmiem tal-Programm tas-Saħħa attwali fl-2013. Id-Deciżjoni tistabbilixxi li t-tariffa ta’ sħubija tal-Kummissjoni għandha tkun ta’ EUR 500 000 kull sena. L-għan tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fl-Osservatorju huwa li tiġġenera u xxerred informazzjoni ta’ kwalità u evidenza azzjonabbli dwar is-sistemi tas-saħħa tal-UE. L-Osservatorju, li huwa repożitorju ta’ kompetenza teknika, analiżi indipendenti u pariri rispettati, huwa proġett ta’ sħubija tal-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-gvernijiet tal-Belġju, tal-Finlandja, tal-Irlanda, tan-Norveġja, tas-Slovenja, ta’ Spanja u tal-Isvezja, ir-Reġjun tal-Veneto fl-Italja, il-Kummissjoni Ewropea (matul il-perjodu kollu tal-Programm tas-Saħħa, 2009-2013), il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-Bank Dinji), l-Unjoni Franċiża tal-Fondi għall-Kura tas-Saħħa (UNCAM), l-Iskola tal-Ekonomija ta’ Londra (LSE) u l-Iskola ta’ Londra għall-Iġjene u l-Mediċina Tropikali (LSHTM). Il-Kummissjoni sejra tkun imsieħba privileġġata u t-temi ta’ interess għaliha ser jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma tal-Osservatorju.

[Azzjonijiet oħrajn]

Ammont indikattiv: EUR 500 000

4.3.2.   It-tixrid, l-analiżi u l-applikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-saħħa; il-provvista ta’ informazzjoni liċ-ċittadini, lill-partijiet interessati u lil dawk li jfasslu l-politika (il-Punt 3.2.2 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.3.2.1.   Bord ta’ esperti biex jipprovdu pariri dwar l-effikaċja u l-effettività tas-sistemi tas-saħħa

Din l-azzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi bord ta’ esperti multisettorjali u indipendenti sabiex jipprovdu pariri, fuq it-talba tal-Kummissjoni, dwar metodi effettivi ta’ investiment fis-saħħa skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2012/C 198/06) (26) tal-5 ta' Lulju 2012. Din l-azzjoni twieġeb għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar il-moviment lejn sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli. L-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew mistiedna jagħtu bidu għal proċess ta’ riflessjoni maħsub ‘biex jidentifika metodi effettivi ta’ investiment fis-saħħa, sabiex jiġu segwiti sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli’. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-proċess permezz ta’ miżuri xierqa, bħall-iffaċilitar tal-aċċess għal pariri esperti multisettorjali informali u indipendenti. L-indennizzi jitħallsu lill-membri tal-bord u lill-esperti mistiedna kif previst fid-Deċiżjoni (2012/C 198/06).

[Azzjonijiet oħrajn]

Ammont indikattiv: EUR 500 000

4.3.2.2.   Il-komunikazzjoni, il-promozzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-politiki tas-saħħa tal-UE u r-riżultati tal-programmi tas-Saħħa

Din l-azzjoni għandha l-għan li tipprovdi informazzjoni preċiża u f’waqtha dwar l-attivitajiet tas-saħħa pubblika tal-UE previsti fl-Artikolu 168 tat-TFUE u b’hekk tressaq lill-Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini. Hija għandha l-għan ukoll li xxerred b’mod wiesa’ r-riżultati tal-programmi tas-Saħħa kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Din l-azzjoni ser tgħin sabiex tinkiseb kopertura wiesgħa għall-attivitajiet tal-politika tas-saħħa tal-UE, u b’hekk tikseb appoġġ għalihom. Hija għandha tikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi ottimizzat l-impatt tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-programmi tas-Saħħa u b’hekk tgħin sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom.

Il-pakkett ta’ ħidma dwar il-komunikazzjoni u l-promozzjoni jikkonsisti minn: (a) l-organizzazzjoni tal-ħames Premju għall-Ġurnalisti tal-UE; (b) it-tixrid tar-riżultati tat-tieni programm tas-Saħħa fil-livell tal-UE; u (3) it-tixrid ta’ informazzjoni dwar inizjattivi tal-politika tas-saħħa tal-UE u azzjoni relatata. L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati jinkludu t-tħejjija u t-tixrid ta’ materjal awdjoviżiv u pubblikazzjonijiet f’format elettroniku u fuq karta, workshops u laqgħat ta’ esperti, kif ukoll stands ta’ informazzjoni u materjal ieħor ta’ komunikazzjoni u promozzjoni.

Il-pakkett ta’ ħidma dwar it-tixrid għandu l-għan li jipprovdi lill-Istati Membri b’għodod u servizzi operattivi għat-tixrid effettiv fl-Istati Membri tar-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-programmi tas-Saħħa. Dawn jinkludu konferenzi u workshops u mezzi xierqa oħrajn għat-tixrid b’mod effettiv tar-riżultati lil udjenzi differenti. Dan il-pakkett ta’ ħidma jwieġeb għar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni finali ex-post tal-programm tas-Saħħa Pubblika (2003-2007) (27) u tal-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm tas-Saħħa (2008-2013) (28). In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 10 skont kuntratt ta’ qafas eżistenti. Barra minn hekk, ser tiġi mnedija wkoll sejħa għal offerti għat-tixrid fil-livell tal-UE.

[Kuntratti ta’ qafas]

4.3.2.3.   Applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni bħala appoġġ għall-politiki dwar is-saħħa pubblika

L-għan tal-miżuri koperti minn din l-azzjoni huwa l-appoġġ għall-politiki tal-UE dwar is-saħħa pubblika kif stabbilit fl-Artikolu 168 tat-TFUE permezz tat-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ applikazzjonijiet rilevanti tal-IT. Dawn l-għodod tal-IT jappoġġjaw ukoll l-Istrateġija Ewropa 2020, bħall-promozzjoni ta’ tixjieħ attiv u b’saħħtu u tas-Saħħa elettronika, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa u l-iżgurar ta’ aċċess aħjar għas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Din li ġejja hija lista indikattiva tal-applikazzjonijiet li għandhom jiġu koperti minn din l-azzjoni: il-Portal tas-Saħħa Pubblika; l-Ewrobarometri, it-Tagħlim elettroniku; IDB (Database tal-Korrimenti) u ECHI; MediEQ, EuroMedStat, Euphix, Dejta dwar is-Saħħa; Portal tal-Kriżijiet; EHIS (HEIDI – Is-Saħħa fl-Ewropa: Interfaċċja tal-Informazzjoni u d-Dejta) Wiki; HEDIS (Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa u ta’ Informazzjoni dwar il-Mard) u MedIsys (Sistema ta’ Intelliġenza Medika); Ras-BICHAT (skambju ta’ informazzjoni dwar is-sistema ta’ twissija rapida dwar it-theddid għas-saħħa minħabba r-rilaxx deliberat ta’ aġenti kimiċi, bijoloġiċi u radjunukleari), Ras-Chem (sistema ta’ twissija rapida għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar inċidenti li jinkludu aġenti kimiċi); Pjattaformi dwar id-Dieta, l-Alkoħol u s-Saħħa Mentali; Pjattaforma dwar l-Innovazzjoni tas-Saħħa; applikazzjonijiet relatati mad-demm, iċ-ċelloli, it-tessuti u t-tabakk, inklużi SARE u Rapid Alert Blood; Database ta’ Esperti; NanoHazard; Spindex, Manif, l-Assessuri tar-Riskji; Scoma; u l-kura tas-saħħa transkonfinali. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 20.

[Kuntratti ta’ qafas]

4.3.3.   Analiżi u rapportaġġ (il-Punt 3.2.3 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)

4.3.3.1.   Rapporti tas-saħħa u analiżi ekonomika

Din l-azzjoni għandha l-għan li tipproduċi informazzjoni, fil-forma ta’ rapporti u analiżi ekonomika, li hija meħtieġa fi żmien qasir sabiex tappoġġja l-iżvilupp jew l-implimentazzjoni ta’ politiki jew leġiżlazzjoni u l-evalwazzjoni tal-effetti tal-implimentazzjoni tal-politika. Ir-rapporti tas-saħħa fittxew li jipprovdu informazzjoni tajba u strutturata sewwa dwar kwistjonijiet topiċi għaċ-ċittadini tal-UE, il-partijiet interessati u dawk li jfasslu l-politika. L-analiżi ekonomika sejra tipprovdi informazzjoni dwar is-saħħa u fenomeni relatati mas-saħħa li sservi bħala evidenza tajba għat-tfassil tal-politika. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ bejn 1 u 4.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.3.3.2.   Studju dwar l-ekonomija tal-iskemi ta’ finanzjament tal-kura tas-saħħa primarja

Din l-azzjoni għandha l-għan li twettaq studju dwar l-ekonomija tal-iskemi ta’ finanzjament tal-kura tas-saħħa primarja. Din l-azzjoni twieġeb għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar il-moviment lejn sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli. L-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew mistiedna jaqsmu esperjenzi, l-aqwa prattiċi u għarfien espert sabiex jifhmu u jwieġbu b’mod adegwat għall-ħtiġijiet tas-saħħa dejjem jikbru u jinbidlu tas-soċjetà, partikolarment minħabba popolazzjoni li qiegħda tixjieħ. Huma ġew mistiedna wkoll biex ifasslu investimenti fis-settur tas-saħħa b’mod effettiv u effikaċi, kif ukoll sabiex jikkooperaw fuq il-kejl u l-monitoraġġ tal-effettività ta’ dawk l-investimenti. L-istudju jfittex li jidentifika t-tipoloġiji eżistenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tal-fornituri individwali tal-kura tas-saħħa primarja, bħal ħlas għas-servizz, ħlas fuq kull ras, persunal b’salarju, sistemi mħalltin, u f’livelli organizzattivi ogħla, bħal sistemi ta’ envelopp ta’ somma f’daqqa u korrezzjonijiet ta’ taħlita ta’ każijiet. Huwa għandu l-għan ukoll li jidentifika lezzjonijiet tal-aqwa prattika u jiddetermina l-profitti potenzjali għall-Istati Membri f’termini ta’ eżiti tal-pazjenti u baġits għall-kura tas-saħħa pubblika. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.3.3.3.   Studju dwar is-sistemi eżistenti tal-prezzijiet u tat-tariffi fl-Istati Membri għad-definizzjoni ta’ kura tas-saħħa bi spejjeż intensivi

Din l-azzjoni għandha l-għan li tgħin fid-definizzjoni ta’ kura tas-saħħa bi spejjeż intensivi. Hija tfittex li tidentifika l-kriterji oġġettivi possibbli u probabbli għall-kalkolazzjoni tal-ispejjeż fil-provvista tal-kura tas-saħħa u li tiddetermina kif għandha tiġi definita l-kura tas-saħħa bi spejjeż intensivi abbażi ta’ dawn il-kriterji. Hija tfittex ukoll li tara x’inhu l-aħjar mod biex tiddefinixxi kura tas-saħħa ‘speċjalizzata ħafna’. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.3.3.4.   Analiżi tat-Tabella tal-Ħajja: valutazzjoni tal-kost-effettività tas-sistema tas-saħħa fl-Istati Membri

Din l-azzjoni tfittex li tipprovdi valutazzjoni tal-kost-effettività tas-sistema tas-saħħa fl-Istati Membri. Hija għandha l-għan li tħoll uħud mill-kumplessitajiet li huma inerenti għall-kejl tal-prestazzjoni tas-sistema tas-saħħa fil-livell tal-popolazzjoni. Din l-azzjoni twieġeb għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar il-moviment lejn sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli, li stiednu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkooperaw fil-kejl u l-monitoraġġ tal-effettività tal-investimenti fil-qasam tas-saħħa. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Sejħa għal offerti]

4.3.3.5.   Evalwazzjoni tal-programm tas-Saħħa (2008-2013)

Din l-azzjoni għandha l-għan li tikkonforma mar-rekwiżit tal-Artikolu 13(3)(ċ) tad-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport estern u indipendenti ta’ evalwazzjoni ex-post li jkopri l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015. Ir-rapport li jirriżulta minn din l-azzjoni għandu jivvaluta l-implimentazzjoni u l-eżiti tal-programm u jipprovdi rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-programm fil-ġejjieni. In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 1.

[Kuntratt ta’ qafas]

4.3.3.6.   Stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar is-sigurtà tal-pazjenti u r-reżistenza antimikrobika

Din l-azzjoni għandha l-għan li tagħmel żewġ stħarriġiet tal-Ewrobarometru, li wieħed minnhom ikun jiffoka fuq is-sigurtà tal-pazjenti. L-ewwel stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar is-sigurtà tal-pazjenti kien sar wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (2009/C 151/01) (29). Dan l-istħarriġ sejjer jidentifika l-iżviluppi f’dak li għandu x’jaqsam mal-perċezzjoni dwar is-sigurtà tal-pazjenti, l-għarfien dwar id-drittijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-esperjenza ta’ avvenimenti avversi. L-għan huwa li tiġi pprovduta analiżi tax-xejriet tal-perċezzjonijiet u tal-esperjenzi taċ-ċittadini erba’ snin wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni. L-istħarriġ ser jgħin ukoll fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni.

It-tieni stħarriġ sejjer jiffoka fuq ir-reżistenza antimikrobika (AMR), bħala segwitu għal stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar fl-2010. L-istħarriġ sejjer jidentifika l-evoluzzjoni tal-imġiba fir-rigward tal-AMR u l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fil-mediċina għall-użu mill-bniedem. Huwa għandu jiġi mniedi fl-aħħar tal-2013 bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011) (748) tal-15 ta' Novembru 2011Pjan ta’ azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta’ Reżistenza Antimikrobika  (30).

In-numru indikattiv ta’ kuntratti previsti huwa ta’ 2.

[Kuntratt ta’ qafas]


(1)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2007:0630:FIN:MT:PDF

(2)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:2020:FIN:MT:PDF

(3)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0546:FIN:MT:PDF

(4)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0682:FIN:MT:PDF

(5)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0758:FIN:MT:PDF

(6)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52009DC0569:MT:NOT

(7)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.

(8)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.

(9)  ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30.

(10)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 14.

(11)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45

(12)  ĠU C 151, 3.7.2009, p. 1

(13)  ĠU L 348, 31.12.2010, p. 74.

(14)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(15)  DOK 9489/10.

(16)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/lsa/118282.pdf

(17)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2009:0567:FIN:MT:PDF

(18)  ĠU C 202, 8.7.2011, p. 10.

(19)  ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.

(20)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2012:0173:FIN:MT:PDF

(21)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2007:0279:FIN:MT:PDF

(22)  ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.

(23)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/en/com/2006/com2006_0625en01.pdf

(24)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2009:0291:FIN:MT:PDF

(25)  http://bookshop.europa.eu/is-bin/INTERSHOP.enfinity/WFS/EU-Bookshop-Site/mt_MT/-/EUR/ViewPublication-Start?PublicationKey=ND7306954

(26)  ĠU C 198, 6.7.2012, p. 7

(27)  http://ec.europa.eu/health/programme/docs/ex_post_evaluation_en.pdf

(28)  http://ec.europa.eu/health/programme/docs/mthp_final_report_oct2011_en.pdf

(29)  http://ec.europa.eu/health/patient_safety/docs/council_2009_en.pdf

(30)  http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/docs/communication_amr_2011_748_mt.pdf


ANNESS II

Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal proġetti taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008–2013)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(1)(a)

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.   Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa.

2.   L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

Regola dwar il-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sors differenti mill-fondi tal-UE, jew permezz tar-riżorsi proprji tal-benefiċjarju jew inkella permezz tar-riżorsi finanzjarji tal-partijiet terzi (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 172 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni),

Regola ta’ non-profitt: l-għotja ma jistax ikollha l-għan jew l-effett li tipproduċi profitt għall-benefiċjarju (l-Artikolu 109(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 165 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni),

Regola ta’ non-retroattività: l-infiq eliġibbli għall-finanzjament għandu jsir wara li jiġi ffirmat il-ftehim. F’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun aċċettabbli li jiġi kkunsidrat l-infiq li jkun sar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja, iżda mhux qabel (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju),

Regola ta’ non-kumulazzjoni: tista’ tingħata għotja waħda biss għal proġett speċifiku lil benefiċjarju partikolari (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1).

3.   Il-proposti għall-azzjonijiet jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:

kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà (l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju),

kriterji tal-għażla, sabiex tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant sabiex iwassal sat-tmiem ta’ azzjoni proposta (l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju),

kriterji tal-għoti, sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-proposta b’kunsiderazzjoni tal-ispiża tagħha.

Dawn il-kategoriji ta’ kriterji għandhom jiġu kkunsidrati b’mod konsekuttiv waqt il-proċedura tal-evalwazzjoni. Proposta li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti taħt kategorija waħda ma tiġix ikkunsidrata fl-istadju tal-evalwazzjoni ta’ wara u konsegwentement tiġi miċħuda.

4.   Il-proġetti għandhom:

ikollhom karattru innovattiv u ma jkunux ta’ natura rikorrenti,

ikunu ta’ daqs suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu għanijiet ambizzjużi b’valur miżjud Ewropew għoli u sabiex tiġi implimentata strateġija ta’ disseminazzjoni Ewropea effikaċi,

jipprovdu valur miżjud fuq livell tal-UE fuq is-saħħa: il-proġetti għandhom jipproduċu ekonomiji ta’ skala rilevanti, jinvolvu numru xieraq ta’ pajjiżi eliġibbli fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġett u jkunu applikabbli f’post ieħor,

jikkontribwixxu għal u jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ politiki tal-UE fil-qasam tas-saħħa,

ikollhom struttura ta’ ġestjoni effikaċi, proċess ċar ta’ evalwazzjoni u deskrizzjoni preċiża tar-riżultati mistennija,

jinkludu pjan għall-użu u t-tixrid tar-riżultati fuq livell tal-UE lil udjenzi fil-mira xierqa.

2.   KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ

1.   L-applikanti jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-għoti taħt il-Programm tas-Saħħa jekk ikunu jinsabu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 (1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, iffirmata u datata kif xieraq, fejn jistqarru li huma ma jinsabu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

2.   Proposti li jinvolvu biss pajjiż jew reġjun ta’ pajjiż wieħed eliġibbli jiġu miċħuda.

3.   Proposti li jaslu wara l-iskadenza għall-irċevuta, proposti mhux kompluti jew proposti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali preskritti fis-sejħa għal proposti ma jiġux ikkunsidrati għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta’ żbalji klerikali ovvji skont it-tifsira tal-Artikolu 178(2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

Kull applikazzjoni għandu jkollha d-dokumenti mitluba fis-sejħa għal proposti, inklużi:

dejta amministrattiva dwar l-imsieħeb ewlieni u l-imsieħba assoċjati,

deskrizzjoni teknika tal-proġett,

baġit globali tal-proġett u l-livell mitlub ta’ kofinanzjament tal-UE.

Evidenza: Kontenut tal-applikazzjoni.

4.   L-azzjonijiet li jkunu diġà bdew sad-data li fiha tiġi rreġistrata l-applikazzjoni għall-għotja jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-Programm tas-Saħħa.

Evidenza: Id-data tal-bidu u t-tul ta’ żmien skedati għall-azzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja.

3.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà li jkunu eliġibbli għal evalwazzjoni. Għandhom jintlaħqu l-kriterji tal-għażla li ġejjin:

1.   Il-kapaċità finanzjarja

L-applikanti għandu jkollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament sabiex ikunu jistgħu jsostnu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq l-attività u sabiex jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu l-kontijiet tal-profitti u tat-telf tagħhom u l-karti tal-bilanċ tal-aħħar sentejn finanzjarji sħaħ.

Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tapplikax għall-korpi pubbliċi, għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa minn ftehimiet intergovernattivi jew għall-aġenziji speċjalizzati maħluqa minn dawn tal-aħħar.

2.   Il-kapaċità operattiva

L-applikanti għandu jkollhom ir-riżorsi, il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa sabiex iwasslu sat-tmiem l-azzjoni proposta.

Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu r-rapport l-iżjed riċenti tal-attività annwali tal-organizzazzjoni, inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-membri kollha tal-persunal professjonali rilevanti fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-azzjoni proposta.

3.   Dokumenti addizzjonali li għandhom jiġu pprovduti fuq talba tal-Kummissjoni

Jekk jintalbu jagħmlu dan, l-applikanti għandhom jipprovdu rapport ta’ verifika esterna magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħti valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant.

4.   KRITERJI TAL-GĦOTI

Huma biss dawk il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla li jkunu eliġibbli għal aktar evalwazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

1.   Politika u rilevanza kuntestwali (40 punt, livell limitu: 20 punt):

(a)

Il-kontribuzzjoni tal-proġett biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet definiti fil-pjan ta’ ħidma għall-2013 (8 punti);

(b)

Ir-rilevanza strateġika fir-rigward tal-Istrateġija għas-Saħħa tal-UE (2) u fir-rigward tal-kontribuzzjoni mistennija għall-għarfien u l-implikazzjonijiet eżistenti għas-saħħa (8 punti);

(c)

Il-valur miżjud fuq livell tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika (8 punti):

impatt fuq il-gruppi fil-mira, effett fit-tul u effett ta’ multiplikazzjoni potenzjali, bħal attivitajiet replikabbli, trasferibbli u sostenibbli,

kontribuzzjoni għall-kumplimentarjetà, is-sinerġija u l-kompatibbiltà ma’ politiki u programmi rilevanti tal-UE;

(d)

Pertinenza tal-kopertura ġeografika (8 punti):

L-applikanti għandhom jiżguraw li l-kopertura ġeografika tal-proġett tkun proporzjonata mal-għanijiet tiegħu, u tispjega r-rwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala msieħba u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew il-popolazzjonijiet destinatarji li jirrappreżentaw;

(e)

Kuntest soċjali, kulturali u politiku (8 punti):

L-applikanti għandhom jispjegaw kif il-proġett jirrelata mas-sitwazzjoni tal-pajjiżi jew taż-żoni speċifiċi involuti, billi jiżguraw il-kompatibbiltà tal-azzjonijiet previsti mal-kultura u l-fehmiet tal-gruppi fil-mira.

2.   Kwalità teknika (30 punt, livell limitu: 15-il punt)

(a)

Bażi tal-evidenza (6 punti):

L-applikanti għandhom jinkludu analiżi tal-problemi u jiddeskrivu b’mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effettività u l-applikabbiltà tal-miżuri proposti;

(b)

Speċifikazzjoni tal-kontenut (6 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-għanijiet u l-objettivi, il-gruppi fil-mira, inklużi l-fatturi ġeografiċi rilevanti, il-metodi, l-effetti previsti u r-riżultati;

(c)

In-natura innovattiva, il-kumplimentarjetà teknika u l-evitar tad-duplikazzjoni ta’ azzjonijiet eżistenti oħrajn fuq livell tal-UE (6 punti):

L-applikanti għandhom jidentifikaw b’mod ċar il-progress li mistenni jirriżulta mill-proġett f’qasam partikolari relatat mal-ogħla livell ta’ żvilupp u jiżguraw li ma jkun hemm la dupplikazzjoni inadegwata u lanqas sovrapożizzjoni, la parzjali u lanqas totali, bejn proġetti u attivitajiet li diġà twettqu fuq livell tal-UE u fuq livell internazzjonali;

(d)

Strateġija ta’ evalwazzjoni (6 punti):

L-applikanti għandhom jispjegaw b’mod ċar il-metodi proposti u l-indikaturi magħżula u l-adegwatezza tagħhom;

(e)

Strateġija ta’ disseminazzjoni (6 punti):

L-applikanti għandhom juru b’mod ċar l-adegwatezza tal-istrateġija u tal-metodoloġija previsti sabiex jiżguraw it-trasferibbiltà tar-riżultati u s-sostenibbiltà tad-disseminazzjoni.

3.   Il-baġit u l-kwalità tal-ġestjoni (30 punt, livell limitu: 15-il punt):

(a)

Ippjanar u organizzazzjoni (5 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-attivitajiet li jkunu sejrin iwettqu, l-iskeda taż-żmien u l-avvenimenti importanti, ir-riżultati li għandhom jinkisbu, in-natura u d-distribuzzjoni tal-kompiti, u jipprovdu analiżi tar-riskji;

(b)

Il-kapaċità organizzattiva (5 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-persunal, ir-responsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-monitoraġġ u s-sorveljanza;

(c)

Il-kwalità tas-sħubija (5 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar is-sħubiji previsti f’termini ta’ estensività, irwoli u responsabbiltajiet, ir-relazzjonijiet bejn l-imsieħba, kif ukoll is-sinerġija u l-kumplimentarjetà tal-imsieħba u l-istruttura tan-netwerk;

(d)

Strateġija ta’ komunikazzjoni (5 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istrateġija tal-komunikazzjoni f’termini tal-ippjanar, il-gruppi fil-mira, l-adegwatezza tal-mezzi użati u l-viżibbiltà tal-kofinanzjament tal-UE;

(e)

Baġit ġenerali u dettaljat, inkluża ġestjoni finanzjarja (10 punti, livell limitu: 5 punti):

 

L-applikanti għandhom jiżguraw li l-baġit ikun rilevanti, addattat, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu, bejn l-imsieħba u fir-rigward tal-għanijiet speċifiċi tal-proġett. Il-baġit għandu jiġi distribwit bejn l-imsieħba fuq livell raġonevoli minimu, bl-evitar ta’ frammentazzjoni eċċessiva.

 

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar iċ-ċirkwiti finanzjarji, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri tar-rapportaġġ u l-kontrolli.

Kwalunkwe proposta li ma tilħaqx il-limiti kollha tiġi miċħuda.

Wara l-evalwazzjoni, titħejja lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, li jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-proposti li jkunu l-ogħla fil-klassifika jingħataw kofinanzjament skont id-disponibbiltà tal-baġit.


(1)  Dan ifisser li azzjoni speċifika, sottomessa minn applikant wieħed għal għotja, tista’ tiġi approvata għal kofinanzjament mill-Kummissjoni darba biss, irrispettivament mit-tul ta’ din l-azzjoni.

(2)  COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_mt.htm


ANNESS III

Kriterji għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-funzjonament ta’ korp mhux governattiv jew netwerk speċjalizzat (għotjiet operattivi) taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(1)(b)

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.

Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa.

2.

L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

Regola dwar il-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sors differenti mill-fondi tal-UE, jew permezz tar-riżorsi proprji tal-benefiċjarju jew inkella permezz tar-riżorsi finanzjarji tal-partijiet terzi (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 172 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni).

Regola ta’ non-profitt: l-għotja ma jistax ikollha l-għan jew l-effett li tipproduċi profitt għall-benefiċjarju (l-Artikolu 109(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 165 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni).

Regola ta’ non-retroattività: l-infiq eliġibbli għall-finanzjament għandu jsir wara li jiġi ffirmat il-ftehim. F’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun aċċettabbli li jiġi kkunsidrat l-infiq li jkun sar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja, iżda mhux qabel (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju).

Regola ta’ non-kumulazzjoni: tista’ tingħata għotja operattiva waħda biss lil benefiċjarju partikolari għal kull sena finanzjarja (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1).

3.

Il-proposti għall-azzjonijiet jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:

kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà (l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju),

kriterji tal-għażla, sabiex tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant sabiex iwassal sat-tmiem ta’ azzjoni proposta (l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju),

kriterji tal-għoti, sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-proposta b’kunsiderazzjoni tal-ispiża tagħha.

Dawn il-kategoriji ta’ kriterji għandhom jiġu kkunsidrati b’mod konsekuttiv waqt il-proċedura tal-evalwazzjoni. Proposta li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti taħt kategorija waħda ma tiġix ikkunsidrata fl-istadju tal-evalwazzjoni ta’ wara u konsegwentement tiġi miċħuda.

2.   KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ

1.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija mill-UE jistgħu jkunu relatati mal-funzjonament ta’ korp mhux governattiv jew mal-ispejjeż assoċjati mal-koordinazzjoni ta’ netwerk speċjalizzat minn korp mingħajr skop ta’ qligħ. Netwerk speċjalizzat huwa netwerk li jirrappreżenta korpi mingħajr skop ta’ qligħ attivi fl-Istati Membri jew f’pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programm tas-Saħħa u li jippromwovu prinċipji u politiki konsistenti mal-għanijiet tal-programm, li jkollhom rekord ta’ xogħol rilevanti ta’ kisbiet konġunti (pereżempju; proġetti li jkunu ntemmu b’suċċess u/jew pubblikazzjonijiet konġunti) u regoli stabbiliti ta’ kollaborazzjoni (pereżempju; SOPs jew memorandum ta’ ftehim). Organizzazzjoni jew netwerk speċjalizzat jistgħu jirċievu finanzjament jekk:

ikunu mingħajr skop ta’ qligħ u indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta’ negozju jew minn interessi konfliġġenti oħrajn,

ikollhom membri f’mill-inqas nofs l-Istati Membri,

ikollhom kopertura ġeografika bbilanċjata,

bħala l-iskop primarju tagħhom ikollhom wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-Programm tas-Saħħa,

ma jkollhomx il-mira li jilħqu għanijiet ġenerali li jkunu direttament jew indirettament kontrarji għall-politiki tal-UE jew ma jkollhomx immaġini li tkun ta’ ħsara għall-immaġini tal-UE,

ikunu pprovdew lill-Kummissjoni kontijiet sodisfaċenti tas-sħubija, ir-regoli interni u s-sorsi ta’ finanzjament tagħhom,

ikunu pprovdew lill-Kummissjoni l-programm ta’ ħidma annwali tagħhom għas-sena finanzjarja u r-rapport tal-attività annwali l-iżjed riċenti u, jekk ikun disponibbli, ir-rapport ta’ evalwazzjoni l-iżjed riċenti,

ma jkunu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

L-applikanti li jaħdmu ma’ atturi tas-settur privat meqjusa bħala ineliġibbli minħabba n-natura tal-attività tagħhom li ma tkunx konformi mal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat tal-UE jistgħu jiġu kkunsidrati bħala mhux aċċettabbli.

2.

Proposti li jaslu wara l-iskadenza għall-irċevuta, proposti mhux kompluti jew proposti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali preskritti fis-sejħa għal proposti ma jiġux ikkunsidrati għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta’ żbalji klerikali ovvji skont it-tifsira tal-Artikolu 178 (2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

3.

Il-kriterju ‘indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta’ negozju jew minn interessi konfliġġenti oħrajn’ sejjer jiġi vvalutat skont l-Anness VI.

3.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà li jkunu eliġibbli għal evalwazzjoni.

Il-kriterji tal-għażla jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-organizzazzjoni li tkun qiegħda tapplika sabiex twassal sat-tmiem il-programm ta’ ħidma propost.

Huma biss dawk l-organizzazzjonijiet li jkollhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw il-funzjonament tagħhom li jistgħu jingħataw għajnuna finanzjarja. Bħala evidenza ta’ dan huma għandhom:

jehmżu kopja tal-kontijiet annwali tal-organizzazzjoni għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni għall-għotja ssir minn organizzazzjoni Ewropea ġdida, l-applikant għandu jipproduċi l-kontijiet annwali (inklużi l-karta tal-bilanċ u d-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf) tal-organizzazzjonijiet membri tal-korp il-ġdid għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni,

jippreżentaw baġit preliminari dettaljat għall-organizzazzjoni, ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u nfiq,

jehmżu rapport ta’ verifika esterna magħmul minn awditur approvat għal applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi ta’ iżjed minn EUR 100 000, waqt li jiċċertifikaw il-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħmlu valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjoni li tkun qiegħda tapplika.

Huma biss dawk l-organizzazzjonijiet li jkollhom ir-riżorsi operattivi, il-ħiliet u l-esperjenza professjonali meħtieġa li jistgħu jingħataw għajnuna finanzjarja. Għal dan il-għan, għandha tiġi mehmuża l-informazzjoni li ġejja bħala appoġġ għall-applikazzjoni:

ir-rapport l-iżjed riċenti tal-attivitajiet annwali tal-organizzazzjoni, jew, fil-każ ta’ organizzazzjoni li tkun għadha kif ġiet kostitwita, il-curricula vitae tal-membri tal-bord tal-ġestjoni u persunal ieħor u r-rapporti tal-attivitajiet annwali tal-organizzazzjonijiet membri tal-korp il-ġdid,

kwalunkwe referenza konnessa mal-parteċipazzjoni f’azzjonijiet iffinanzjati mill-UE jew applikazzjonijiet għalihom, il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja u l-konklużjoni ta’ kuntratti mill-baġit tal-UE.

4.   KRITERJI TAL-GĦOTI

Huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla li jkunu eliġibbli għal evalwazzjoni.

Il-kriterji tal-għoti jagħmluha possibbli li jintgħażlu programmi ta’ ħidma li jistgħu jiggarantixxu konformità mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE u li jistgħu jiggarantixxu tixrid u komunikazzjoni xierqa, inkluża l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-UE.

Għal dan il-għan, il-programm ta’ ħidma annwali ppreżentat bil-għan li jinkiseb finanzjament tal-UE għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

1.

Il-politika u r-rilevanza kuntestwali tal-korp mhux governattiv jew il-programm ta’ ħidma annwali tan-netwerk speċjalizzat (25 punt, livell limitu: 13-il punt):

(a)

Il-konsistenza tal-programm ta’ ħidma annwali mal-Programm tas-Saħħa u l-pjan ta’ ħidma annwali tiegħu f’termini li jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom (10 punti);

(b)

L-attivitajiet tal-organizzazzjoni (2) għandhom jiġu deskritti fir-rigward tal-prijoritajiet imniżżla b’mod dettaljat fil-pjan ta’ ħidma għall-2013 tal-Programm tas-Saħħa (10 punti);

(c)

Il-pertinenza tal-kopertura ġeografika tal-korp mhux governattiv jew netwerk speċjalizzat. Il-programm ta’ ħidma annwali tal-applikant għandu jinkludi attivitajiet b’numru rappreżentattiv ta’ pajjiżi parteċipanti (5 punti).

2.

Il-kwalità teknika tal-programm ta’ ħidma annwali propost (40 punt, livell limitu: 20 punt):

(a)

Għan tal-programm ta’ ħidma annwali: il-programm ta’ ħidma tal-applikant għandu jiddeskrivi b’mod ċar l-għanijiet kollha tal-organizzazzjoni jew in-netwerk speċjalizzat u l-adattabilità tagħhom sabiex jinkisbu r-riżultati mistennija. L-applikanti għandhom juru li l-programm ta’ ħidma sottomess jagħti dehra eżatta u ġusta tal-attivitajiet kollha ppjanati għall-organizzazzjoni/netwerk speċjalizzat fl-2013, inklużi dawk l-attivitajiet li ma jaqgħux taħt il-pjan ta’ ħidma għall-2013 tal-Programm tas-Saħħa (10 punti);

(b)

Qafas operattiv: il-programm ta’ ħidma ta’ kull applikant għandu jiddeskrivi b’mod ċar l-attivitajiet ippjanati, il-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-iskedi taż-żmien tal-parti tal-programm ta’ ħidma tagħhom li hija konsistenti mal-pjan ta’ ħidma għall-2013 tal-Programm tas-Saħħa u jiddeskrivi r-relazzjoni tiegħu ma’ partijiet oħrajn tal-attività tagħhom (10 punti);

(c)

Strateġija ta’ evalwazzjoni: il-programm ta’ ħidma ta’ kull applikant għandu jiddeskrivi b’mod ċar l-evalwazzjoni interna u esterna tal-attivitajiet tagħhom u l-indikaturi li għandhom jintużaw (10 punti);

(d)

Strateġija ta’ disseminazzjoni: l-applikanti għandhom juru b’mod ċar l-adegwatezza tal-azzjonijiet u l-metodi għall-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni (10 punti).

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni (35 punti, livell limitu: 18-il punt):

(a)

Ippjanar tal-ħidma annwali: l-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-attivitajiet li jkunu sejrin iwettqu, l-iskeda taż-żmien u l-avvenimenti importanti, ir-riżultati li għandhom jinkisbu, in-natura u d-distribuzzjoni tal-kompiti, u jipprovdu analiżi tar-riskji (10 punti);

(b)

Kapaċità organizzattiva: l-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar il-proċess tal-ġestjoni, ir-riżorsi umani u l-kompetenzi tal-persunal, ir-responsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-monitoraġġ u s-sorveljanza. L-applikanti għandhom jispeċifikaw ukoll b’mod ċar ir-relazzjonijiet tax-xogħol mal-imsieħba u l-partijiet interessati rilevanti (10 punti);

(c)

Baġit ġenerali u dettaljat: l-applikanti għandhom jiżguraw li l-baġit ikun rilevanti, addattat, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu u għall-attivitajiet ippjanati (10 punti);

(d)

Ġestjoni finanzjarja: l-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar iċ-ċirkwiti finanzjarji, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri tar-rapportaġġ u, fejn ikun possibbli, il-kontrolli (5 punti).

Kwalunkwe proposta li ma tilħaqx il-limiti kollha tiġi miċħuda.

Wara l-evalwazzjoni, titħejja lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, li jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-proposti li jkunu l-ogħla fil-klassifika jingħataw kofinanzjament skont id-disponibbiltà tal-baġit.


(1)  Dan ifisser li l-programm ta’ ħidma annwali sottomess minn applikant wieħed għal għotja operattiva jista’ jiġi approvat darba biss għal kofinanzjament mill-Kummissjoni.

(2)  L-attivitajiet ta’ lobbying immirati esklussivament għal istituzzjonijiet tal-UE huma esklużi mill-finanzjament.


ANNESS IV

Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(3)

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.

Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa.

2.

L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

Regola dwar il-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sors differenti mill-fondi tal-UE, jew permezz tar-riżorsi proprji tal-benefiċjarju jew inkella permezz tar-riżorsi finanzjarji tal-partijiet terzi (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 172 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni).

Regola ta’ non-profitt: l-għotja ma jistax ikollha l-għan jew l-effett li tipproduċi profitt għall-benefiċjarju (l-Artikolu 109(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 165 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni).

Regola ta’ non-retroattività: l-infiq eliġibbli għall-finanzjament għandu jsir wara li jiġi ffirmat il-ftehim. F’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun aċċettabbli li jiġi kkunsidrat l-infiq li jkun sar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja, iżda mhux qabel (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju).

Regola ta’ non-kumulazzjoni: tista’ tingħata għotja waħda biss għal azzjoni konġunta speċifika lil benefiċjarju partikolari (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1).

3.

Il-proposti għall-azzjonijiet jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:

kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà (l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju),

kriterji tal-għażla, sabiex tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant sabiex iwassal sat-tmiem ta’ azzjoni proposta (l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju),

kriterji tal-għoti, sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-proposta b’kunsiderazzjoni tal-ispiża tagħha.

Dawn il-kategoriji ta’ kriterji għandhom jiġu kkunsidrati b’mod konsekuttiv waqt il-proċedura tal-evalwazzjoni. Proposta li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti taħt kategorija waħda ma tiġix ikkunsidrata fl-istadju tal-evalwazzjoni ta’ wara u konsegwentement tiġi miċħuda.

2.   KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ

1.

L-azzjonijiet konġunti jistgħu jiġu implimentati ma’ korpi pubbliċi jew korpi mhux governattivi:

li huma mingħajr skop ta’ qligħ u indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta’ negozju jew minn interessi konfliġġenti oħrajn,

li, bħala l-iskop primarju tagħhom, ikollhom wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-Programm tas-Saħħa,

li ma jkollhomx il-mira li jilħqu għanijiet ġenerali li jkunu direttament jew indirettament kontrarji għall-politiki jew għall-valuri tal-UE kif stabbilit fit-Trattati,

li jkunu pprovdew lill-Kummissjoni kontijiet sodisfaċenti tal-isħubija, ir-regoli interni u s-sorsi ta’ finanzjament tagħhom,

li jiġu nnominati permezz ta’ proċedura trasparenti mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti kkonċernata u li tkun qablet magħha l-Kummissjoni,

li ma jkunu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

L-applikanti li jaħdmu ma’ atturi tas-settur privat meqjusa bħala ineliġibbli minħabba n-natura tal-attività tagħhom li ma tkunx konformi mal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat tal-UE jistgħu jiġu kkunsidrati bħala mhux aċċettabbli.

2.

Proposti li jaslu wara l-iskadenza għall-irċevuta, proposti mhux kompluti jew proposti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali preskritti fis-sejħa għal proposti ma jiġux ikkunsidrati għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta’ żbalji klerikali ovvji skont it-tifsira tal-Artikolu 178 (2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

3.

Il-kriterju ‘indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta’ negozju jew minn interessi konfliġġenti oħrajn’ sejjer jiġi vvalutat skont l-Anness VI.

3.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà li jkunu eliġibbli għal evalwazzjoni.

Il-kriterji tal-għażla jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant sabiex iwassal sat-tmiem l-azzjoni proposta.

L-applikanti għandu jkollhom ir-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa sabiex jikkompletaw l-azzjoni proposta.

L-applikanti għandu jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati sabiex isostnu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq l-attività u sabiex jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Kull applikant għandu jipprovdi:

stima baġitarja ċara, eżawrjenti u dettaljata tajjeb tal-ispejjeż b’konnessjoni mal-attivitajiet korrispondenti mwettqa minn kull korp li jkun qed jieħu sehem fl-azzjoni konġunta,

kopja tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni (għall-korpi mingħajr skop ta’ qligħ minbarra l-korpi pubbliċi).

4.   KRITERJI TAL-GĦOTI

Huma biss dawk l-azzjonijiet konġunti li jissodisfaw il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla li jkunu eliġibbli għal aktar evalwazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

1.

Politika u rilevanza kuntestwali (40 punt, livell limitu: 20 punt):

(a)

Il-kontribuzzjoni tal-azzjoni konġunta sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet definiti fil-pjan ta’ ħidma għall-2013 (8 punti);

(b)

Ir-rilevanza strateġika fir-rigward tal-Istrateġija għas-Saħħa tal-UE (2) u fir-rigward tal-kontribuzzjoni mistennija għall-għarfien u l-implikazzjonijiet eżistenti għas-saħħa (8 punti);

(c)

Il-valur miżjud fuq livell tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika (8 punti):

impatt fuq il-gruppi fil-mira, effett fit-tul u effett ta’ multiplikazzjoni potenzjali, bħal attivitajiet replikabbli, trasferibbli u sostenibbli,

kontribuzzjoni għall-kumplimentarjetà, is-sinerġija u l-kompatibbiltà ma’ politiki tal-UE rilevanti u programmi oħrajn;

(d)

Pertinenza tal-kopertura ġeografika (8 punti):

L-applikanti għandhom jiżguraw li l-kopertura ġeografika tal-azzjoni konġunta tkun addattata fir-rigward tal-għanijiet tagħha, u jispjegaw ir-rwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala msieħba u r-rilevanza tar-riżorsi tal-azzjoni konġunta jew il-popolazzjonijiet destinatarji li jirrappreżentaw. Proposti li jinvolvu biss pajjiż jew reġjun ta’ pajjiż wieħed eliġibbli jiġu miċħuda;

(e)

Kuntest soċjali, kulturali u politiku (8 punti):

L-applikanti għandhom jispjegaw kif l-azzjoni konġunta tirrelata mas-sitwazzjoni tal-pajjiżi jew taż-żoni speċifiċi involuti, billi jiżguraw il-kompatibbiltà tal-attivitajiet previsti mal-kultura u l-fehmiet tal-gruppi fil-mira.

2.

Kwalità teknika (30 punt, livell limitu: 15-il punt):

(a)

Bażi tal-evidenza (6 punti):

L-applikanti għandhom jinkludu analiżi tal-problemi u jiddeskrivu b’mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effettività u l-applikabbiltà tal-miżuri proposti;

(b)

Speċifikazzjoni tal-kontenut (6 punti)

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-għanijiet u l-objettivi, il-gruppi fil-mira, inklużi l-fatturi ġeografiċi rilevanti, il-metodi, l-effetti previsti u r-riżultati;

(c)

In-natura innovattiva, il-kumplimentarjetà teknika u l-evitar tad-duplikazzjoni ta’ azzjonijiet eżistenti oħrajn fuq livell tal-UE (6 punti):

L-applikanti għandhom jidentifikaw b’mod ċar il-progress li mistenni jirriżulta mill-azzjoni konġunta f’qasam partikolari relatat mal-ogħla livell ta’ żvilupp u jiżguraw li ma jkun hemm la dupplikazzjoni inadegwata u lanqas sovrapożizzjoni, la parzjali u lanqas totali, bejn proġetti u attivitajiet li diġà twettqu fuq livell tal-UE u fuq livell internazzjonali;

(d)

Strateġija ta’ evalwazzjoni (6 punti):

L-applikanti għandhom jispjegaw b’mod ċar il-metodi proposti u l-indikaturi magħżula u l-adegwatezza tagħhom;

(e)

Strateġija ta’ disseminazzjoni (6 punti):

L-applikanti għandhom juru b’mod ċar l-adegwatezza tal-istrateġija u tal-metodoloġija previsti sabiex jiżguraw it-trasferibbiltà tar-riżultati u s-sostenibbiltà tad-disseminazzjoni.

3.

Il-baġit u l-kwalità tal-ġestjoni (30 punt, livell limitu: 15-il punt):

(a)

Ippjanar u organizzazzjoni (5 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-attivitajiet li jkunu sejrin iwettqu, l-iskeda taż-żmien u l-avvenimenti importanti, ir-riżultati li għandhom jinkisbu, in-natura u d-distribuzzjoni tal-kompiti, u jipprovdu analiżi tar-riskji;

(b)

Il-kapaċità organizzattiva (5 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-persunal, ir-responsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-monitoraġġ u s-sorveljanza;

(c)

Il-kwalità tas-sħubija (5 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar is-sħubiji previsti f’termini ta’ estensività, irwoli u responsabbiltajiet, ir-relazzjonijiet bejn l-imsieħba, kif ukoll is-sinerġija u l-kumplimentarjetà tal-imsieħba u l-istruttura tan-netwerk;

(d)

Strateġija ta’ komunikazzjoni (5 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istrateġija tal-komunikazzjoni f’termini tal-ippjanar, il-gruppi fil-mira, l-adegwatezza tal-mezzi użati u l-viżibbiltà tal-kofinanzjament tal-UE;

(e)

Baġit ġenerali u dettaljat, inkluża ġestjoni finanzjarja (10 punti, livell limitu: 5 punti):

 

L-applikanti għandhom jiżguraw li l-baġit ikun rilevanti, addattat, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu, bejn l-imsieħba u fir-rigward tal-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni konġunta. Il-baġit għandu jiġi distribwit bejn l-imsieħba fuq livell raġonevoli minimu, bl-evitar ta’ frammentazzjoni eċċessiva.

 

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar iċ-ċirkwiti finanzjarji, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri tar-rapportaġġ u l-kontrolli.

Kwalunkwe proposta li ma tilħaqx il-limiti kollha tiġi miċħuda.

Wara l-evalwazzjoni, titħejja lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, li jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija.


(1)  Dan ifisser li azzjoni speċifika, sottomessa minn applikant wieħed għal għotja, tista’ tiġi approvata darba biss għal kofinanzjament mill-Kummissjoni, irrispettivament mit-tul ta’ din l-azzjoni.

(2)  COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_mt.htm


ANNESS V

Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal konferenzi taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008–2013)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(1)(a)

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.

Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa.

2.

L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

Regola dwar il-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sors differenti mill-fondi tal-UE, jew permezz tar-riżorsi proprji tal-benefiċjarju jew inkella permezz tar-riżorsi finanzjarji tal-partijiet terzi (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 172 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni).

Regola ta’ non-profitt: l-għotja ma jistax ikollha l-għan jew l-effett li tipproduċi profitt għall-benefiċjarju (l-Artikolu 109(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 165 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni).

Regola ta’ non-retroattività: l-infiq eliġibbli għall-finanzjament għandu jsir wara li jiġi ffirmat il-ftehim. F’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun aċċettabbli li jiġi kkunsidrat l-infiq li jkun sar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja, iżda mhux qabel (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju).

Regola ta’ non-kumulazzjoni: tista’ tingħata għotja waħda biss għal konferenza speċifika lil benefiċjarju partikolari (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1).

3.

Il-proposti għall-azzjonijiet jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:

kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà (l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju),

kriterji tal-għażla, sabiex tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant sabiex iwassal sat-tmiem ta’ azzjoni proposta (l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju),

kriterji tal-għoti, sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-proposta b’kunsiderazzjoni tal-ispiża tagħha.

Dawn il-kategoriji ta’ kriterji għandhom jiġu kkunsidrati b’mod konsekuttiv waqt il-proċedura tal-evalwazzjoni. Proposta li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti taħt kategorija waħda ma tiġix ikkunsidrata fl-istadju tal-evalwazzjoni ta’ wara u konsegwentement tiġi miċħuda.

2.   KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ

1.

L-applikanti jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għotja taħt il-Programm tas-Saħħa jekk huma jkunu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 (1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, iffirmata u datata kif xieraq, fejn jistqarru li huma ma jinsabu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

2.

Proposti li jaslu wara l-iskadenza għall-irċevuta, proposti mhux kompluti jew proposti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali preskritti fis-sejħa għal proposti ma jiġux ikkunsidrati għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta’ żbalji klerikali ovvji skont it-tifsira tal-Artikolu 178 (2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

3.

Kull applikazzjoni għandu jkollha d-dokumenti mitluba fis-sejħa għal proposti, inklużi:

dejta amministrattiva dwar l-imsieħeb ewlieni,

deskrizzjoni teknika tal-konferenza,

baġit globali tal-proġett u l-livell mitlub ta’ kofinanzjament tal-UE.

Evidenza: Kontenut tal-applikazzjoni.

4.

L-azzjonijiet li jkunu diġà bdew sad-data li fiha tiġi rreġistrata l-applikazzjoni għall-għotja jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-Programm tas-Saħħa. It-tul ta’ żmien tal-azzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

Evidenza: Id-data tal-bidu u t-tul ta’ żmien skedati tal-azzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja.

3.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà li jkunu eliġibbli għal evalwazzjoni. Għandhom jintlaħqu l-kriterji tal-għażla li ġejjin:

1.

Il-kapaċità finanzjarja

L-applikanti għandu jkollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament sabiex ikunu jistgħu jsostnu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq l-attività u sabiex jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu l-kontijiet tal-profitti u tat-telf tagħhom u l-karti tal-bilanċ tal-aħħar sentejn finanzjarji sħaħ.

Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tapplikax għall-korpi pubbliċi, għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa minn ftehimiet intergovernattivi jew għall-aġenziji speċjalizzati maħluqa minn dawn tal-aħħar.

2.

Il-kapaċità operattiva

L-applikanti għandu jkollhom ir-riżorsi, il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa sabiex iwasslu sat-tmiem l-azzjoni proposta.

Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu r-rapport l-iżjed riċenti tal-attività annwali tal-organizzazzjoni, inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-membri kollha tal-persunal professjonali rilevanti fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-azzjoni proposta.

3.

Dokumenti addizzjonali li għandhom jiġu pprovduti fuq talba tal-Kummissjoni

Jekk jintalbu jagħmlu dan, l-applikanti għandhom jipprovdu rapport ta’ verifika esterna magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħti valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant.

4.   KRITERJI TAL-GĦOTI

1.

Kontenut tal-proposta (60 punt, livell limitu: 30 punt):

(a)

Ir-rilevanza tal-kontenut u r-riżultati mistennija tal-avveniment b’konnessjoni mal-għanijiet u l-prijoritajiet deskritti fil-pjan ta’ ħidma għall-2013 (15-il punt);

(b)

Parteċipazzjoni (15-il punt):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar in-numru mistenni u l-profil/funzjoni tal-parteċipanti destinatarji fl-avveniment, billi jagħmlu referenza għad-distribuzzjoni mill-Istat Membru, l-organizzazzjoni u t-tip ta’ kompetenza;

(c)

Dimensjoni Ewropea (15-il punt):

Il-konferenzi għandu jkollhom dimensjoni wiesgħa fuq livell tal-Unjoni Ewropea, b’parteċipanti minn 10 pajjiżi jew aktar li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm tas-Saħħa;

(d)

Metodoloġija tas-segwitu u l-evalwazzjoni (15-il punt):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istrateġija tad-disseminazzjoni. Għandha tiġi prrovduta evalwazzjoni adegwata bbażata fuq pjan ta’ evalwazzjoni b’disinn, metodu, responsabbiltajiet u ħinijiet korrispondenti bl-użu ta’ indikaturi.

2.

Kwalità tal-ġestjoni (40 punt, livell limitu: 20 punt):

(a)

Ippjanar tal-avveniment (15-il punt):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar il-metodoloġija, l-għodod, l-iskeda taż-żmien u l-avvenimenti ewlenin, ir-riżultati li għandhom jintlaħqu, in-natura u d-distribuzzjoni tal-kompiti u ċ-ċirkwiti finanzjarji, u jipprovdu analiżi tar-riskji;

(b)

Kapaċità organizzattiva (10 punti):

L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-persunal, ir-responsabbiltajiet, it-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-sorveljanza;

(c)

Baġit ġenerali u dettaljat (15-il punt):

L-applikanti għandhom jiżguraw li l-baġit ikun rilevanti, addattat, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu u fir-rigward tal-għan(ijiet) tal-konferenza.

Kwalunkwe proposta li ma tilħaqx il-limiti kollha tiġi miċħuda.

Wara l-evalwazzjoni, titħejja lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, li jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-proposti li jkunu l-ogħla fil-klassifika jingħataw kofinanzjament skont id-disponibbiltà tal-baġit.


(1)  Dan ifisser li azzjoni speċifika, sottomessa minn applikant wieħed għal għotja, tista’ tiġi approvata darba biss għal kofinanzjament mill-Kummissjoni, irrispettivament mit-tul ta’ din l-azzjoni.


ANNESS VI

Kriterji għall-indipendenza minn interessi industrijali, kummerċjali u tan-negozju jew minn interessi konfliġġenti oħrajn applikabbli għal għotjiet operattivi u għotjiet għal azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(1) (b) u l-Artikolu (3)

Interess konfliġġenti jseħħ meta individwu jew organizzazzjoni jkollhom interessi multipli, li wieħed minnhom possibbilment ikun jista’ jikkorrompi l-motivazzjoni għal aġir fl-ieħor.

Il-kriterju “indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta” negozju jew minn interessi konfliġġenti oħrajn’ jirreferi għal tliet rekwiżiti li għandhom jintlaħqu kollha mill-organizzazzjoni applikanti:

1.   INDIPENDENZA LEGALI

Sabiex tkun eliġibbli għal finanzjament, NGO għandha tkun indipendenti minn entitajiet oħrajn li jirrappreżentaw l-industrija, il-kummerċ u n-negozju jew interessi konfliġġenti oħrajn.

Żewġ entitajiet legali għandhom jiġu kkunsidrati bħala indipendenti minn xulxin meta l-ebda waħda minnhom ma tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett tal-oħra jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta’ parti terza bħall-oħra.

B’mod partikolari, il-kontroll jista’ jieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

iż-żamma diretta jew indiretta ta’ iżjed minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-entità legali kkonċernata, jew ta’ maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-assoċjati ta’ dik l-entità;

(b)

iż-żamma diretta jew indiretta ta’ setgħat tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, bil-fatt jew skont il-liġi, fl-entità legali kkonċernata.

Madankollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn entitajiet legali fihom infushom ma għandhomx jitqiesu bħala li jikkostitwixxu relazzjonijiet ta’ kontroll:

(c)

iż-żamma diretta jew indiretta ta’ iżjed minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-organizzazzjoni applikanti jew maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-assoċjati tal-entitajiet legali tkun miżmuma mill-istess korp pubbliku;

(d)

l-entitajiet legali kkonċernati jkunu l-proprjetà jew ikunu ssorveljati mill-istess korp pubbliku.

2.   INDIPENDENZA FINANZJARJA

Sabiex jiġu kkunsidrati bħala indipendenti, l-organizzazzjonijiet applikanti għandhom jikkommettu ruħhom b’mod unilaterali li ma jirċevux aktar minn 20 % tal-finanzjament ewlieni tagħhom minn organizzazzjonijiet tas-settur privat (1) li jirrappreżentaw interess konfliġġenti, jew minn sorsi oħrajn li jirrappreżentaw interess konfliġġenti matul is-snin finanzjarji koperti mill-għotja.

Il-finanzjament ewlieni għandu jfisser il-finanzjament meħtieġ għall-istruttura bażika ta’ organizzazzjoni, inklużi s-salarji tal-persunal full-time, il-faċilitajiet, it-tagħmir, il-komunikazzjonijiet u l-ispejjeż diretti tal-ħidma ta’ kuljum. Il-finanzjament ewlieni jinkludi wkoll il-finanzjament tal-attivitajiet kollha permanenti jew li jiġu ripetuti b’mod regolari. Ir-rekwiżiti tal-finanzjament ewlieni ħafna drabi jiġu bbaġitjati b’mod separat minn spejjeż oħrajn bħal azzjonijiet jew proġetti speċifiċi.

3.   TRASPARENZA TAL-ATTIVITAJIET U L-FINANZJAMENT TAL-APPLIKANT

L-attivitajiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-applikant (2).

L-informazzjoni kollha dwar il-finanzjament għandha ssir disponibbli lill-pubbliku permezz tal-websajt tal-applikant, maqsuma skont it-tip (il-finanzjament ewlieni u tal-proġett, il-kontribuzzjoni in natura) u skont l-entità tal-finanzjament.

Id-dikjarazzjonijiet eżistenti dwar il-pożizzjoni tal-applikanti fir-rigward tar-rekwiżit fuq it-trasparenza għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

4.   VALUTAZZJONI TAL-INDIPENDENZA

L-indipendenza u t-trasparenza legali jiġu vvalutati fuq bażi tal-aktar informazzjoni riċenti disponibbli pprovduta mill-applikant flimkien mal-applikazzjoni. L-indipendenza finanzjarja għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-informazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja li għaliha tingħata l-għotja fil-ħin tar-rapport finali. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont il-formola ppubblikata mas-sejħa għall-proposti u għandha tkun iċċertifikata minn awditur indipendenti. Jekk dawn il-kontijiet juru li matul kwalunkwe waħda mis-snin finanzjarji koperti mill-għotja, il-benefiċjarji jkunu rċevew aktar minn 20 % tal-finanzjament ewlieni tagħhom minn organizzazzjonijiet tas-settur privat li jirrappreżentaw interess konfliġġenti, jew minn sorsi oħrajn li jirrappreżentaw interess konfliġġenti, l-ammont kollu tal-għotja għandu jiġi rkuprat.


(1)  It-terminu “settur privat” ikopri l-kumpaniji/l-intrapriżi/il-korporazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tan-negozju jew entitajiet oħrajn “bi skop ta’ qligħ”, irrispettivament min-natura legali tagħhom (irreġistrati/mhux irreġistrati), il-proprjetà (ta’ proprjetà totali jew parzjali privata/ta’ proprjetà totali jew parzjali tal-istat) jew id-daqs (kbar/żgħar), jekk ma jkunux ikkontrollati mill-pubbliku.

(2)  Għandhom jiġu elenkati l-kollaboraturi f’pożizzjoni li tista’ twassal għal konflitt ta’ interess (l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 34 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni).


ANNESS VII

Kriterji għal utilità eċċezzjonali għal għotjiet għal proġetti, għotjiet operattivi u azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(1)(a), l-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 4(3)

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

Jista’ jingħata l-permess għal utilità eċċezzjonali għall-proposti li jkollhom valur miżjud Ewropew għoli ħafna fl-oqsma li ġejjin:

Kontribuzzjoni għal:

titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, kif imkejjel fejn possibbli permezz ta’ indikaturi xierqa, inkluż l-indikatur tas-Snin ta’ Ħajja b’Saħħitha,

tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE u bejniethom,

bini ta’ kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki effettivi dwar is-saħħa pubblika, b’mod partikolari f’oqsma ta’ ħtieġa għolja,

involviment ta’ atturi ġodda (mhux tradizzjonali) għas-saħħa f’azzjonijiet sostnuti, kooperattivi u etikament tajbin, kemm f’livell reġjonali jew lokali u kif ukoll fil-pajjiżi parteċipanti. Dan jinkludi s-settur pubbliku, is-settur privat u l-partijiet interessati fis-soċjetà ċivili usa’ li l-miri primarji tagħhom mhumiex limitati għas-saħħa pubblika (pereżempju miż-żgħażagħ, il-gruppi etniċi u sferi oħrajn ta’ interess pubbliku bħall-ambjent u l-isport).

Il-proposti li jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu bħala li huma ta’ utilità eċċezzjonali. L-applikanti għandhom ikunu kapaċi juru kif l-azzjoni proposta għandha tikkontribwixxi għall-oqsma msemmija hawn fuq billi tikkonforma mal-kriterji speċifikati hawn taħt.

2.   L-UTILITÀ EĊĊEZZJONALI TAL-PROĠETTI

Kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull benefiċjarju (jiġifieri għal kull benefiċjarju ewlieni u għal kull benefiċjarju assoċjat) ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tista’ tiġi kkunsidrata meta proposta tkun ta’ utilità eċċezzjonali, kif speċifikat taħt it-taqsima “Prinċipji ġenerali” ta’ hawn fuq. Mhux aktar minn 10 % tal-proġetti ffinanzjati għandhom jirċievu kofinanzjament tal-UE ta’ aktar minn 60 %. Il-proposti għall-proġetti li jitolbu aktar minn 60 % tal-kofinanzjament għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

Mill-inqas 60 % tal-baġit totali tal-azzjoni għandu jintuża għall-finanzjament tal-persunal. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jippromwovi l-bini tal-kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki effettivi dwar is-saħħa pubblika.

Mill-inqas 25 % tal-baġit tal-azzjoni proposta għandu jiġi allokat lill-Istati Membri bi PDG per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport statistiku tiegħu) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha tal-UE. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fost l-Istati Membri tal-UE.

Għandu jintlaħaq riżultat ta’ mill-inqas ħames marki minn tmienja għall-kriterji tal-għoti kollha skont il-blokk tar-rilevanza tal-politika msemmi fl-Anness II. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi t-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, fis-sens tat-titjib tar-rilevanza tal-politika.

Mill-inqas 10 % tal-baġit għandu jiġi allokat għall-organizzazzjonijiet li ma jkunu rċevew l-ebda finanzjament taħt il-Programm tas-Saħħa fl-aħħar ħames snin. Dan il-kriterju huwa maħsub biex jippromwovi l-involviment ta’ atturi ġodda għas-saħħa.

3.   L-UTILITÀ EĊĊEZZJONALI TAL-GĦOTJIET OPERATTIVI

Tista’ tiġi kkunsidrata kontribuzzjoni massima tal-UE ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli fejn proposta għal għotja operattiva tkun ta’ utilità eċċezzjonali, kif speċifikat taħt it-taqsima “Prinċipji ġenerali” ta’ hawn fuq. Il-proposti għal għotjiet operattivi li jitolbu aktar minn 60 % ta’ kofinanzjament ikollhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

Mill-inqas 25 % tal-membri jew tal-membri kandidati tal-korpi jew organizzazzjonijiet mhux governattivi li jifformaw in-netwerk speċjalizzat jiġu minn Stati Membri bi PDG per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport statistiku tagħha) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha.

It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fuq livell reġjonali, nazzjonali jew tal-UE jintwera fil-missjoni kif ukoll fil-programm ta’ ħidma annwali tal-organizzazzjoni applikanti/netwerk speċjalizzat.

4.   L-UTILITÀ EĊĊEZZJONALI TAL-AZZJONIJIET KONĠUNTI

Kontribuzzjoni massima tal-UE ta’ 70 % tal-ispejjeż eliġibbli tista’ tiġi kkunsidrata meta proposta għal azzjoni konġunta tkun ta’ użu eċezzjonali, kif speċifikat taħt it-taqsima “Prinċipji ġenerali” ta’ hawn fuq. Il-proposti għal azzjonijiet konġunti li jitolbu aktar minn 50 % tal-kofinanzjament għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

Mill-inqas 60 % tal-baġit totali tal-azzjoni għandu jintuża għall-finanzjament tal-persunal. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jippromwovi l-bini ta’ kapaċitajiet għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki effikaċi dwar is-saħħa pubblika.

Mill-inqas 25 % tal-baġit tal-azzjoni proposta għandu jiġi allokat lil Stati Membri bi PDG per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport statistiku tiegħu) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha tal-UE. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa fost l-Istati Membri tal-UE.

Għandu jintlaħaq riżultat ta’ mill-inqas ħames marki minn tmienja għall-kriterji tal-għoti kollha skont il-blokk tar-rilevanza tal-politika msemmi fl-Anness IV. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi t-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, fis-sens tat-titjib tar-rilevanza tal-politika.

Mill-inqas 10 % tal-baġit għandu jiġi allokat għall-organizzazzjonijiet li ma jkunu rċevew l-ebda finanzjament taħt il-Programm tas-Saħħa fl-aħħar ħames snin. Dan il-kriterju huwa maħsub biex jippromwovi l-involviment ta’ atturi ġodda għas-saħħa.

Fl-azzjoni konġunta għandhom jipparteċipaw korpi minn mill-inqas 10 pajjiżi parteċipanti jew korpi minn tliet pajjiżi parteċipanti, fejn l-azzjoni tiġi proposta minn korp minn Stat Membru li jkun aċċeda għall-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Mejju 2004 jew minn pajjiż kandidat.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/41


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6758 – Bunge Group/MBF/Novaol Austria)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 378/08

1.

Fid-29 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Bunge Group (“Bunge”, l-Isvizzera), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv fuq Mannheim Bio Fuel GmbH (“MBF”, il-Ġermanja) u Novaol Austria GmbH (“Novaol”, l-Awstrija), li bħalissa huma t-tnejn kkontrollati minn Diester Industrie International SAS (“DII”), impriża konġunta bejn Diester Industries SAS (“Diester”, Franza) u Bunge, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bunge: in-negozju agrikolu globali u kumpanija tal-ikel bl-erba’ diviżjonijiet li ġejjin: (i) negozju agrikolu (ii) zokkor u bijoenerġija, (iii) ikel u ingredjenti u (iv) fertilizzanti,

għal MBF u Novaol: il-produzzjoni u l-bejgħ tal-bijodiżil u l-gliċerina mhux raffinata, prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-bijodiżil.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6758 – Bunge Group/MBF/Novaol Austria, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/42


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6782 – H.I.G. Europe Capital/Petrochem Carless Holdings)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 378/09

1.

Fit-28 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha H.I.G Europe Capital Partners L.P. (“H.I.G.”, ir-Renju Unit) permezz tal-kumpanija tal-portafoll tagħha Haltermann Holding GmbH (“Haltermann”, il-Ġermanja) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Petrochem Carless Holdings Ltd. (“PCHL”, ir-Renju Unit), permezz ta’ xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

H.I.G.: impriża tal-investimenti fl-ekwità privata,

Haltermann: il-produzzjoni u l-forniment ta’ kimiċi bbażati fuq l-idrokarbur,

PCHL: kumpanija possedenti ta’ Petrochem Carless Limited, attiva fil-produzzjoni u l-provvista ta’ fjuwils raffinati, petrokimiċi, fluwidi awtomotivi, u kimiċi ta' speċjalità.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6782 – H.I.G. Europe Capital/Petrochem Carless Holdings, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/43


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6681 – Strategic Value Partners/Kloeckner Holdings)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 378/10

1.

Fit-30 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Strategic Value Partners LLC (“SVP”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Kloeckner Holdings GP SA (“KH”, il-Lussemburgu), il-kumpanija possedenti aħħarija ta’ Klöckner Pentaplast Group (“KPG”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-SVP: ditta ta’ investiment li timmaniġġja fondi ħeġġ u fondi ta’ ekwità privata u tinvesti f’fondi pubbliċi u privati fi swieq ta' ekwità, swieq ta’ dejn u swieq oħrajn ta’ investiment alternattiv madwar id-dinja. Waħda mill-kumpaniji fil-portafoll tal-SVP, Vestolit GmbH & Co. KG, hija manifattur tal-klorur tal-polivinil (PVC),

għall-KH: il-kumpanija possedenti aħħarija tal-KPG li hi attiva fil-produzzjoni ta’ films riġidi tal-plastik għall-imballaġġ ta’ prodotti farmaċewtiċi, strumenti mediċi, ikel, l-elettronika u oġġetti għal użu ġenerali, kif ukoll applikazzjonijiet tekniċi u speċjalizzati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6681 – Strategic Value Partners/Kloeckner Holdings, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).