|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CE2012.377.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 377E |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011 |
|
|
2012/C 377E/01 |
||
|
|
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011 |
|
|
2012/C 377E/02 |
||
|
2012/C 377E/03 |
||
|
2012/C 377E/04 |
||
|
2012/C 377E/05 |
||
|
2012/C 377E/06 |
||
|
2012/C 377E/07 |
||
|
2012/C 377E/08 |
||
|
|
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011 |
|
|
2012/C 377E/09 |
||
|
2012/C 377E/10 |
||
|
2012/C 377E/11 |
||
|
2012/C 377E/12 |
||
|
2012/C 377E/13 |
||
|
2012/C 377E/14 |
||
|
2012/C 377E/15 |
||
|
2012/C 377E/16 |
||
|
2012/C 377E/17 |
||
|
2012/C 377E/18 |
||
|
2012/C 377E/19 |
||
|
2012/C 377E/20 |
||
|
2012/C 377E/21 |
||
|
2012/C 377E/22 |
L-Azerbajġan |
|
|
2012/C 377E/23 |
Il-Bjelorussja |
|
|
2012/C 377E/24 |
||
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011 |
|
|
2012/C 377E/25 |
||
|
2012/C 377E/26 |
||
|
2012/C 377E/27 |
||
|
|
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011 |
|
|
2012/C 377E/28 |
||
|
2012/C 377E/29 |
||
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐. Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║. |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2011–2012 Dati tas-seduti: 10–12 ta' Mejju 2011 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 227 E, 2.8.2011. TESTI ADOTTATI
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/1 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Miżuri interim proposti għall-iffriżar u l-iżvelar tal-assi tad-debituri f'każijiet transkonfinali
P7_TA(2011)0193
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar miżuri interim proposti għall-iffriżar u l-iżvelar tal-assi tad-debituri f'każijiet transkonfinali (2009/2169(INI))
2012/C 377 E/01
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2007 dwar il-Green Paper dwar titjib fl-effiċjenza tal-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2009 dwar l-infurzar effikaċi tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini – il-programm ta’ Stokkolma (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma għall-2010-2014 – Ewropa Miftuħa u Sigura għas-Servizz u l-Protezzjoni taċ-Ċittadini (4), adottat mill-Kunsill Ewropew fil-10 ta’ Diċembru 2009 (5), u b'mod partikolari l-punt 3.4.2 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0147/2011), |
|
A. |
billi l-aktar għodda importanti tal-Unjoni fil-promozzjoni tat-tkabbir wara l-kriżi finanzjarja hija s-suq intern tagħha; billi huwa essenzjali li l-miljuni ta’ negozji u ċittadini li jagħmlu użu mis-suq intern u mid-dritt li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fl-UE ikollhom rimedji effikaċi fil-każ li jkollhom ilment kontra ċittadin jew negozju ieħor, |
|
B. |
billi s-suq intern u ż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jsiru realtà għaċ-ċittadini u n-negozji jekk kemm-il darba d-Dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, jiġi applikat b’mod effikaċi, mit-traspożizzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza għall-applikazzjoni u l-infurzar, |
|
C. |
billi l-livell attwali ta’ ġbir b’suċċess ta’ djun bejn il-fruntieri huwa baxx ħafna, kemm f'dawk li huma beni ta’ persuni naturali kif ukoll dawk ta’ impriżi; billi kif inhuma l-affarijiet din is-sitwazzjoni tiskoraġġixxi l-kummerċ bejn il-fruntieri, tibgħat messaġġ ta’ impunità lid-debituri inadempjenti u xxekkel il-prestazzjoni ekonomika tal-Unjoni, |
|
D. |
billi l-ispiża tal-ġbir tad-djun transkonfinali hija bħalissa projbittiva għall-kredituri f’każijiet fejn id-debitur ikollu beni f’bosta Stati Membri; billi wasal iż-żmien li jiġi ssimplifikat u mħaffef dan il-proċess ta’ ġbir, |
|
E. |
billi spejjeż projbittivi bħal dawn għandhom impatt negattiv fuq l-estensjoni tas-self transkonfinali u saħansitra tranżazzjonijiet kummerċjali transkonfinali, li jirrappreżentaw ostakolu ewlieni għall-funzjonament sħiħ tas-suq intern, |
|
F. |
billi l-eżekuzzjoni transkonfinali għandha tkun ta’ prijorità fis-suq intern u l-qrati għandu jkollhom il-ħila jaġixxu b'ħeffa ħalli jiffriżaw il-beni tad-debitur jew l-allegat debitur; billi fin-nuqqas ta’ tali faċilità kummerċjanti diżonesti u oħrajn li deliberatament jippruvaw jaħarbu mir-responsabilitajiet tagħhom jistgħu iċaqalqu l-beni tagħhom lejn ġurisdizzjonijiet oħrajn, u b'hekk iġiegħlu liċ-ċittadini u n-negozji ż-żgħar li diġà kellhom favur tagħhom deċiżjoni tal-qorti jmorru fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor biex jirkupraw il-beni, |
|
G. |
billi ordni għall-kxif ta’ informazzjoni dwar il-beni hija meħtieġa, fid-dawl tad-diffikultajiet prattiċi li l-kredituri jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom huma u jaċċedu għall-informazzjoni dwar id-debituri minn sorsi pubbliċi jew privati f’kuntest transkonfinali, |
|
H. |
billi l-azzjoni leġiżlattiva rikjesta f’din ir-riżoluzzjoni għandha tkun imsejsa fuq valutazzjonijiet dettaljati tal-impatt, kif rikjest mill-Parlament, |
|
I. |
billi l-informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri għall-infurzar ta’ ilmenti f’kull Stat Membru għandha tkun disponibbli permezz tal-portal Ewropew tal-e-Justice; billi għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar fl-Istati Membri biex jitħaffef l-irkupru tad-dejn, |
|
J. |
billi l-istrumenti proposti għandhom jikkumplimentaw l-liġi u l-inizjattivi tal-Unjoni eżistenti, partikolarment id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (6), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (7), ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (8), ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (9), u l-portal Ewropew e-Justice, |
|
K. |
billi l-istrumenti għandhom ikunu sempliċi u għandhom jevitaw id-dewmien u l-ispejjeż mhux neċessarji; billi għandhom ikunu disponibbli fejn xieraq ex parte, b’‘effett ta’ sorpriża’; billi l-jeddijiet tad-debituri u tal-allegati debituri għandhom ikunu ssalvagwardati kif għandu jkun ħalli jkun evitat kull użu ħażin tal-miżuri rikjesti, |
|
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta malajr lill-Parlament, abbażi tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, proposti leġiżlattivi dwar miżuri għall-iffriżar u l-kxif tal-beni tad-debituri u l-allegati debituri f’każijiet transkonfinali, wara r-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn taħt; |
|
2. |
Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; |
|
3. |
Iqis li l-proposta mitluba ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja għall-baġit tal-Unjoni; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonati dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. |
(1) ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 655.
(2) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 7.
(3) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 12.
(5) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 10-11 ta’ Diċembru 2009 – EUCO 6/09.
(8) ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1.
(9) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1.
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
ANNESS
RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI U L-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MRESSQA
Rakkomandazzjoni 1 (dwar il-forma u x-xorta tal-istrumenti li għandhom ikunu adottati)
Il-Parlament Ewropew jitlob l-istrumenti li ġejjin: ordni Ewropea għall-preservazzjoni tal-beni (EOPA) u ordni Ewropea għall-kxif tal-beni (EODA). Il-forma tal-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun dik ta’ regolament. Iż-żewġ strumenti għandhom jikkostitwixxu rimedji awtonomi addizzjonali għal dawk disponibbli fid-dritt nazzjonali. Għandhom japplikaw biss għal każijiet transkonfinali.
Rakkomandazzjoni 2 (dwar il-ġurisdizzjoni għall-ħruġ ta’ tali ordni)
Il-Parlament Ewropew iqis li l-istrumenti mitlubin għandu jkun fihom regoli ġurisdizzjonali uniformi li jispeċifikaw liema qrati nazzjonali huma kompetenti għall-ħruġ tagħhom. Dawn ir-regoli uniformi għandhom iqisu l-fatt li l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni sostantiva skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1) hija ġeneralment dik fl-aħjar qagħda li tittratta ordnijiet bħal dawn. Għandhom ukoll iqisu l-istadju li jkun intlaħaq fil-mori tal-proċedimenti ewlenin li fihom tintalab l-ordni.
Rakkomandazzjoni 3 (dwar il-ġurisdizzjoni għas-smigħ tal-eċċezzjonijiet għall-ordnijiet)
Il-Parlament Ewropew iqis li l-qorti li tkun bdiet l-EOPA jew l-EODA għandu jkollha l-ġurisdizzjoni esklussiva li tisma' l-eċċezzjonijiet għalihom meta tali eċċezzjonijiet ikunu jikkonċernaw l-effett fl-UE kollha ta’ ordni. Fejn l-eċċezzjoni tikkonċerna l-effett ta’ ordni fi Stat Membru speċifiku li ma jkunx dak tal-qorti li ħarġitu, din ir-regola tista' tittaffa, biex ikunu protetti d-debituri, l-allegati debituri u terzi, billi tingħata ġurisdizzjoni wkoll lill-qrati tal-Istat Membru li fih jinsabu l-beni. Il-kriterji għall-eċċezzjonijiet għall-ordnijiet għandhom ikunu elenkati b'mod eżawstiv fl-istrumenti mitlubin.
Rakkomandazzjoni 4 (dwar il-formula standard għat-talbiet għal ordnijiet u dwar ir-rapportaġġ)
Il-Parlament Ewoprew iqis li ż-żewġ ordnijiet għandhom ikunu jistgħu jintalbu permezz ta’ formula multilingwi, inkluż permezz tal-portal Ewropew e-Justice. Il-formola għandha tkun sempliċi kemm jista' jkun. Il-komunikazzjoni għandha wkoll tkun standardizzata b'konnessjoni mal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet (eż. fil-każ ta’ EOPA: ir-risposta tal-bank lill-awtorità infurzanti f'dak li għandu x'jaqsam mas-suċċess tal-mandat ta’ qbid, in-notifika tad-debitur, eċċ.).
Rakkomandazzjoni 5 (dwar ir-rapportaġġ)
Il-Kummissjoni għandha jkollha l-obbligu tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti mitlubin u, b'mod partikolari, kemm qabad l-użu tagħhom.
Rakkomandazzjoni 6 (dwar l-istadju tal-proċedimenti ewlenin li fih tali ordni tista' tinkiseb)
Il-Parlament Ewropew huwa tal-fehma li huwa essenzjali li tkun tista' tinkseb EOPA ex parte, jiġifieri mingħajr ma n-notifika inizjali tiġi notifikata lill-parti li l-beni tiegħu huma l-oġġett tan-notifika. L-ordni għandha tkun disponibbli qabel, matul, u wara l-proċedimenti ewlenin.
Rakkomandazzjoni 7 (dwar l-argumentazzjoni tal-kreditur)
Il-Parlament Ewropew iqis li l-għoti ta’ EOPA minn qorti nazzjonali għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-qorti. Barra minn hekk, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq l-attur li għandu jressaq każ prima facie tajjeb (fumus boni juris) u jistabbilixxi l-urġenza (periculum in mora). Dawn il-kriterji għandhom jiġu evalwati minn qrati nazzjonali abbażi tal-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Rakkomandazzjoni 8 (dwar l-ammont minimu ta’ tagħrif neċessarju għall-ħruġ ta’ EOPA)
Il-Parlament Ewropew huwa tal-fehma li għandu jkun hemm biżżejjed tagħrif preċiż dwar id-debitur jew l-allegat debitur, mingħajr ħtieġa ta’ numri ta’ kontijiet bankarji. Tali tagħrif għandu jkun biżżejjed għall-prevenzjoni ta’ konfużjoni f'każ ta’ omonimija.
Rakkomandazzjoni 9 (dwar l-eżegwibilità ta’ tali ordni)
Jekk l-ordni tkun inkisbet qabel id-deċiżjoni li tikkostitwixxi d-debitu, kif jiġri ħafna drabi, tali ordni għandha tkun eżegwibbli fl-UE kollha soġġetta għall-miżuri intermedji minimi neċessarji. Bil-kontra, jekk l-ordni tkun inkisbet wara deċiżjoni li tikkostitwixxi debitu, allura għandha tkun eżegwita fl-UE kollha mingħajr il-ħtieġa ta’ miżuri intermedji.
Rakkomandazzjoni 10 (dwar l-effett ta’ tali ordni)
Il-Parlament Ewropew huwa tal-opinjoni li l-effett tal-EOPA għandu jkun konfinat għall-mandat ta’ qbid tal-kontijiet bankarji u għall-iffriżar temporanju tad-depożiti bankarji, u lill-kreditur ma għandu jagħtih l-ebda forma ta’ proprjetà tal-beni. Għandha titqies ukoll il-kwestjoni ta’ jekk l-ordni tkunx tkopri tipi oħrajn ta’ beni, bħalma huma l-immobbli jew beni futuri (pretiża li daqt tkun pagabbli jew wirt).
L-EOPA ma għandhiex taffettwa aktar kontijiet bankarji minn kemm ikun neċessarju, u għandha tkun limitata għall-ammont tad-debitu flimkien mad-drittijiet legali u l-imgħax. Għandu jkun possibbli għall-qorti li toħroġha li tillimita l-ordni fiż-żmien billi tara kull każ x'ikun jirrikjedi u x'inhuma l-meriti tiegħu.
Rakkomandazzjoni 11 (dwar l-ipproċessar tal-EOPAs)
Il-Parlament Ewropew kieku jippreferi l-użu tas-sistema tat-trażmissjoni elettronika li tikkonnetti lill-qorti emittenti mal-bank li jkollu l-kontijiet, aċċessibbli permezz tal-portal Ewropew tal-e-Justice. B'danakollu, imma, xorta jibqa' miftuħ għal kull alternattiva.
Il-Parlament Ewropew huwa tal-fehma li l-EOPA għandha timponi fuq il-banek l-obbligu li jagħtu effett immedjat lill-ordni (jiġifieri f'termini ta’ żmien strettament definiti) u l-obbligu wkoll li jinformaw lill-awtorità infurzanti dwar jekk il-mandat ta’ qbid irnexxiex jew le. Dan l-ipproċessar għandu jkun konformi mar-regoli applikabbli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data.
Il-Parlament Ewropew iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal l-istrument mitlub b'mod li tkun imminimizzata l-ispiża tal-użu tiegħu. Minħabba d-differenzi sostanzjali fl-ispiża tal-mandati ta’ qbid għall-banek bejn l-Istati Membri, għandha titqies il-kwestjoni ta’ jekk l-istrument mitlub għandux jimmira li jarmonizza tali spejjeż, jew jekk għandux iħalli d-deċiżjoni fil-livell tal-Istati Membri. F'kull każ, tali spejjeż ma għandhomx jaqbżu massimu li jkun jinsab fir-regolament, għandhom ikunu trasaprenti, non-diskriminatorji, għandhom jirrflettu l-ispejjeż tabilħaqq inkorsi u għandhom iqisu t-twaqqif taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro u l-fatt li tali proċeduri għandhom kemm jista' jkun ikunu standardizzati.
Il-Parlament jitlob li jkun hemm qies dettaljat tal-kwestjoni ta’ min għandu jinkorri l-ispiża tal-ipproċessar ta’ EOPA, inkluż l-eżami tal-aqwa prattika f'livell nazzjonali u reġjonali.
Rakkomandazzjoni 12 (dwar is-salvagwardji proċedurali għad-debituri u l-allegati debituri)
Il-Parlament Ewropew iqis li l-istrument mitlub għandu jinkludi ġabra komprensiva ta’ salvagwardji għad-debituri u l-allegati debituri.
|
A. |
Meta mitlub qabel deċiżjoni li tikkostitwixxi debitu, l-għoti ta’ EOPA għandu jkun bil-kondizzjoni li l-attur jagħti xi tip ta’ garanzija fid-diskrezzjoni tal-qorti li toħroġha, ħalli jiġi kkompensat il-konvenut u kull terz għal danni mġarrba. Il-konvenut għandu ikun jista' jittermina l-EOPA billi jagħti garanzija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux ta’ xkiel għall-aċċess għal dawk b'mezzi finanzjarji limitati. |
|
B. |
Jekk EOPA tingħata mingħajr avviż (ex parte), il-konvenut għandu jkun formalment notifikat u għandu jingħatalu t-tagħrif kollu rikjest ħalli jħejji sottomissjoni ta’ eċċezzjonijiet għall-Ordni mingħajr dewmien wara l-eżekuzzjoni. |
|
C. |
Il-konvenut għandu jkollu l-jedd li jissottometti eċċezzjoni ex post għal EOPA. Il-kriterji għal tali eċċezzjoni għandhom ikunu armonizzati fl-istrument mitlub. Il-ġurisdizzjoni għas-smigħ ta’ tali eċċezzjoni għandha wkoll tkun armonizzata fl-istrument. |
|
D. |
Għandu jiġi prefiss terminu ċar għall-EOPA. B'mod partikolari, jekk il-proċedimenti ewlenin ma jkunux ġew intavolati, għandu jkun hemm terminu prefiss mill-qorti emittenti. |
|
E. |
L-istrument għandu debitament iqis id-diversità tal-prattiki f'livell domestiku f'dak li għandu x'jaqsam mat-tbatija tad-debitur, inklużi l-limiti eżistenti li taħthom ma jistax ikun hemm qbid fil-kont bankarju ta’ persuna naturali. Materji bħal dawn għalhekk għandhom jitħallew għad-dritt tal-Istat Membru fejn id-debitur jew l-allegat debitur ikollu r-residenza abitwali. B'danakollu, biex ikun hemm aktar ċertezza legali, l-Istati Membri għandu jkollhom l-obbligu jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar l-eżistenza ta’ tali eżenzjonijiet, li għandhom ikunu ppubblikati. |
|
F. |
L-EOPA għandha tippreċiża li l-kreditur jeżegwixxi EOPA b'riskju għalih innifsu u li għandu mnejn ikollu jikkompensa lid-debitur għal kull dannu mġarrab b'riżultat tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni. |
Rakkomandazzjoni 13 (dwar ix-xorta ta’ tali ordni)
Il-Parlament Ewropew iqis li għandu jkun possibbli li tintalab ordni mill-anqas wara deċiżjoni li tikkostitwixxi debitu. Il-Kummissjoni għandha tqis jekk l-ordni għandhiex tkun disponibbli fi stadju aktar bikri tal-proċedimenti, pereżempju meta l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tqis li hemm riskju reali li d-deċiżjoni tagħha ma tiġix eżeġwita, u liema salvagwardji għandhom jiġu attwati f'dan il-każ.
Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew iqis li kull Stat Membru għandu jkun rikjest minnu li jiddeċidi liema awtorità jew awtoritajiet huma kompetenti li jibdew EODA. Tali awtoritajiet indikati jkunu jistgħu joħorġu EODA fuq bażi tal-ħtiġiet ta’ kull każ, billi jqisu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ.
Rakkomandazzjoni 14 (dwar l-ambitu materjali ta’ tali ordni)
Il-Parlament Ewropew iqis li bħala regola ġenerali d-debituri għandu jkun rikjest minnhom li jikxfu l-beni kollha li jkollhom fiz-zona tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, ħalli jagħtu lill-kreditur l-usa' għażla possibbli ta’ azzjoni.
Rakkomandazzjoni 15 (dwar l-eżegwibilità ta’ tali ordni)
Il-Parlament Ewropew iqis li għandha tkun biss il-qorti jew l-awtorità li tkun ħarġet l-EODA li tkun tista' timmodifikaha jew twarrabha. Tali ordni għandha tkun eżegwibbli fl-UE kollha mingħajr ebda ħtieġa ta’ miżuri intermedji.
Rakkomandazzjoni 16 (dwar is-salvagwardji proċedurali għad-debituri u l-allegati debituri)
Il-Parlament Ewropew iqis li l-istrument mitlub għandu jinkludi ġabra komprensiva ta’ salvagwardji għad-debituri.
|
A. |
L-istrument għandu jsib ekwilibriju xieraq bejn il-jedd għall-protezzjoni tad-data personali, kif tiggarantixxi d-Direttiva 95/46/KE u kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-eżekuzzjoni effikaċi tad-deċiżjonijiet. B'mod partikolari, għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji biex jipproteġu t-tagħrif żvelat bħala riżultat ta’ EODA u biex jipprevjenu l-użu ħażin tagħha. |
|
B. |
L-EODA għandha tistabbilixxi li l-kreditur jeżegwixxi EODA b'riskju għalih innifsu u li għandu mnejn ikollu jikkompensa lid-debitur għal kull dannu mġarrab b'riżultat tal-miżuri tal-kxif. |
|
C. |
Il-pagament għad-dejn għandu jwassal li l-EODA titwarrab minnufih, inkluż fuq applikazzjoni unilaterali min-naħa tad-debitur bi prova li d-dejn tħallas. |
Rakkomandazzjoni 17 (dwar il-pieni għal stqarrijiet mhux korretti fid-dikjarazzjoni)
Il-Parlament Ewropew iqis li l-istrument mitlub għandu jiddelinea qafas ta’ pieni għan-non-ottemperanza jew stqarrijiet foloz, ħalli jikseb ottemperanza effikaċi u uniformi mal-ordni fiz-żona kollha tal-libertà, sigurtà u ġustizzja.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/7 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Governanza korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji
P7_TA(2011)0223
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-governanza korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji (2010/2303(INI))
2012/C 377 E/02
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0074/2011), |
Approċċ
|
1. |
Jilqa' b’sodisfazzjon il-Green Paper tal-Kummissjoni u l-opportunità li l-istrutturi tal-governanza korporattivi jittejbu fl-UE kollha; |
|
2. |
Jenfasizza li l-funzjonament adattat tas-suq intern jiddependi fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u, relatat ma' dan, fuq il-fiduċja li ċ-ċittadini u l-konsumaturi Ewropej għandhom fl-istituzzjonijiet u t-tranżazzjonijiet finanzjarji; jinnota li s-sistemi ta’ rimunerazzjoni applikati sa issa wasslu għal strutturi mhux adattati. |
|
3. |
Huwa konxju li wara l-kriżi finanzjarja, deher ċar li l-kwalità tal-ħarsien u tas-salvagwardji tal-konsumatur fis-settur tas-servizzi finanzjarji teħtieġ titjib tanġibbli u qawwi, b'mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tas-sorveljanza u tas-superviżjoni; |
|
4. |
Jemmen li s-settur finanzjarju għandu jissodisfa l-ħtiġijiet tal-ekonomija reali, jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' tkabbir sostenibbli u jagħti prova tal-ogħla grad possibbli ta' responsabilità soċjali; |
|
5. |
Jinnota li waqt il-kriżi finanzjarja ta’ dan l-aħħar ħafna istituzzjonijiet finanzjarji madwar id-dinja fallew bi spiża kbira għal dawk li jħallsu t-taxxa; jemmen li l-Kummissjoni qed tkun korretta li teżamina kull kawża possibbli ta' falliment fl-istituzzjonijiet finanzjarji bil-għan li tipprevjeni li sseħħ xi kriżi oħra; |
|
6. |
Jinnota nuqqas ta' valuri u etika fl-aġir ta' xi parteċipanti fis-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji; jenfasizza li s-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji jridu jqisu, bħala parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, l-interessi tal-partijiet kollha involuti, inklużi l-klijenti, l-azzjonisti u l-impjegati tagħhom; |
|
7. |
Jinnota li l-Att Sarbanes-Oxley tal-Istati Uniti ma kienx effettiv fil-ħarsien tal-istituzzjonijiet tal-Istati Uniti waqt il-kriżi finanzajrja, filwaqt li fl-istess ħin żied l-ispejjeż tal-konformità għall-kumpaniji kollha kkwotati fil-Borża, b’mod partikolari l-SMEs, naqqas il-kompetittività u xekkel il-ħolqien ta’ kumpaniji ġodda kkwotati fil-Borża; jenfasizza li ċ-ċirkustanzi ekonomiċi preżenti u l-ħtieġa tat-tkabbir jagħmluha ħaġa imperattiva li jiġi evitat effett ‘Sarbanes-Oxley’ min-naħa tal-UE; |
|
8. |
Jinnota d-diversità tat-tmexxija korporattiva fl-Unjoni Ewropea kollha u d-diversità tal-approċċi li l-Istati Membri jieħdu biex jirregolaw dawn l-istrutturi; jagħraf li approċċ ta’ ‘daqs wieħed jiġi lil kulħadd’ ma jkunx xieraq u jkun ta’ ħsara għall-kompetittività tal-istituzzjonijiet finanzjarji; josserva li s-superviżuri nazzjonali jifhmu f’dawn l-approċċi u f’ħafna każi jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jieħdu deċiżjonijiet f'konformità mal-prinċipji tal-UE; jisħaq b’danakollu li huma meħtieġa standards minimi f’saħħithom għalbiex tkun żgurata l-governanza t-tajba fis-settur finanzjarju kollu tal-UE; |
|
9. |
Jirrikonoxxi li l-qasam tal-governanza korporattiva qiegħed il-ħin kollu jevolvi; jemmen li huwa xieraq approċċ proporzjonat li jikkombina kemm ir-regolamenti msejsin fuq il-prinċipji u b’mira ċara u l-kodiċijiet flessibbli ta’ "ottempera jew spjega ruħek" tal-aqwa prattika fuq l-istess livell; jisħaq li dan għandu jkun kkomplementat b’valutazzjoni esterna regolari u b’superviżjoni regolatorja xierqa; |
|
10. |
Jemmen li f’oqsma oħrajn tista’ xorta waħda tkun aktar xierqa proċedura ta’ “ottempera jew spjega ruħek” imtejba bi skrutinju, u dan kwantu għar-rekwiżiti leġiżlattivi speċifiċi u verifiki aktar intrużivi fl-ottemperanza jew il-varjazzjoni, u li kemm il-valutazzjoni kwalitattiva kemm dik kwantittativa hija meħtieġa ħalli l-ottemperanza ma tiddeġenerax f'eżerċizzju ta' mmarkar tal-kaxxi vojta; |
|
11. |
Jitlob li l-Kun mmissjoni tassoġġetta kull proposta li hija tqis li ttejjeb il-governanza korporattiva tressaqha għal valutazzjoni tal-impatt tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż li tkun tiffoka fuq il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet finanzjarji jibqgħu jinżammu b’saħħithom, stabbli u kompetittivi ħalli jkunu jistgħu jwasslu t-tkabbir ekonomiku, filwaqt li tqis ukoll l-impatt tan-nuqqas ta’ regolamentazzjoni fuq l-istabilità finanzjarja u l-ekonomija reali; |
Riskju
|
12. |
Jinnota l-fatt li xi istituzzjonijiet finanzjarji u superviżuri naqsu milli japprezzaw li n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju li ġarrbu kkontribwew għall-kriżi finanzjarja; jemmen li governanza effettiva tar-riskji hija element essenzjali maġġuri għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet futuri; |
|
13. |
Jitlob li fl-istituzzjonijiet finanzjarji kollha tiġi stabbilita sistema effettiva ta’ governanza, b’immaniġġjar adegwat tar-riskji, konformità, funzjonijiet ta' verifika interna (u, fil-każ ta' min jinxurja, funzjonijiet attwarji), strateġiji, politiki, proċessi u proċeduri; |
|
14. |
Jenfasizza li r-riskju huwa intrinsiku u meħtieġ fis-settur finanzjarju sabiex tiġi pprovduta l-likwidità, titrawwem il-kompetittività, u jkun hemm kontribut għat-tkabbir ekonomiku u l-impiegi; huwa importanti għall-aħħar li l-bord jifhem u jevalwa b'mod dettaljat ir-riskju biex tiġi evitata kriżi finanzjarja futura; |
|
15. |
Jitlob li jiġu stabbiliti kumitati obbligatorji tar-riskji jew arranġament ekwivalenti fil-livell tal-bordijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li huma ekonomikament sinifikanti u fil-livell tal-bord tal-kumpaniji prinċipali għall-gruppi finanzjarji li huma ekonomikament sinifikanti; is-superviżuri tal-UE b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali relevanti għandhom jistabbilixxu kriterji u proċessi ta’ ‘persuni adatti u xierqa’ għall-uffiċjali anzjani u dawk kollha li jieħdu r-riskju materjali, li għandhom ikunu implimentati mill-istituzzjoni finanzjarja, u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw l-ottemperanza ma' dawn il-kriterji; |
|
16. |
Jemmen li l-kumitat tar-riskji jew korp ekwivalenti ieħor għandu jkun responsabbli mis-superviżjoni u mill-ogħti ta’ pariri lill-bord dwar l-esponimenti għar-riskju attwali tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata u għandu jagħti pariri dwar strateġiji tar-riskju futuri, inklużi strateġiji għall-ġestjoni tal-kapital u tal-likwidità, filwaqt li jqis il-valutazzjonijiet tal-istabilità finanzjarja żviluppati mis-superviżuri u mill-banek nazzjonali; |
|
17. |
Jisħaq li r-responsabilità aħħarija għall-governanza tar-riskju tmiss lill-bord, li għandu wkoll jieħu responsabilità li jiddimostra l-ottemperanza u l-formulazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru; |
|
18. |
Jenfasizza li f'kwalunkwe istituzzjoni t-teħid ta' riskji sproporzjonati mhux kompatibbli mal-iktar responsabbiltà importanti tal-membri tal-bord tagħha, jiġifieri strateġija kummerċjali fuq żmien twil u sostenibbli; |
|
19. |
Jemmen li l-kumpaniji għandhom jistabbilixxu proċedura interna, rieżaminata mis-superviżur, biex jindirizzaw dawk il-konflitti li jistgħu jinqalgħu bejn l-unità tal-ġestjoni tar-riskji u l-unità operazzjonali tagħhom; barra minn hekk għandu jkun hemm obbligu li l-bord tad-diretturi jgħarraf lill-awtoritajiet superviżorji bi kwalunkwe riskju sinifikanti li jkunu jafu bih; |
|
20. |
Huwa favur il-ħolqien ta’ kanali biex informazzjoni dwar kunflitti interni jew prattiki mhux xierqa f’kumpanija tgħaddi lill-kumitat tar-riskji jew lis-superviżuri esterni, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-prattiki kultant ikunu jvarjaw mill-politiki, u l-ġestjoni mhux dejjem tkun konxja tal-prattiki reali; |
|
21. |
Jinnota li s-sistema ta’ komunikazzjoni bejn il-funzjoni ta’ ġestjoni tar-riskju u l-bord tad-diretturi għandha titjieb bl-introduzzjoni ta’ proċedura fejn il-kunflitti u/jew il-problemi jiġu riferuti lejn il-livell ogħla ta’ risoluzzjoni; |
|
22. |
Jenfasizza li s-CRO għandu jkollu aċċess dirett għall-bord tal-kumpanija; bil-għan li jiġi żgurat li l-indipendenza u l-oġġettività tiegħu ma jiġux kompromessi, il-ħatra u t-tkeċċija tiegħu jiġu deċiżi mill-bord kollu kemm hu; |
|
23. |
Jissuġġerixxi wkoll li għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għar-reġistrar ta’ meta l-kumitat tar-riskju jiġi megħlub u r-reġistrazzjonijiet għandhom jingħataw lill-awdituri u lis-superviżuri; |
|
24. |
Jinnota d-Direttiva tat-Trasparenza, li tirrikjedi li l-istituzzjonijiet jiżvelaw ir-riskji prinċipali fir-rieżami tan-negozju tagħhom, u r-Raba’ Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji, li tirrikjedi li l-istituzzjonijiet jiddeskrivu s-sistemi ta’ kontroll interni tagħhom relatati mar-riskji tar-rappurtar finanzjarju; josserva li l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu rekwiżiti li jiżvelaw l-ippjanar ta' rkupru u r-rapporti superviżorji dwaru; |
|
25. |
Huwa tal-fehma li għandu jkun obbligatorju għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jfasslu rapport annwali, li ma jeħtieġx wisq burokrazija, dwar l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern u li l-bord tad-diretturi tagħhom jadotta dak ir-rapport; huwa tal-opinjoni, barra minn hekk, li r-rapport ta’ verifika annwali għandu jkollu parti korrispondenti għal reviżuri esterni; jenfasizza, madankollu, li għandu jiġi evitat “effett Sarbanes-Oxley” fl-UE; |
|
26. |
Huwa tal-opinjoni li għandha tingħata attenzjoni akbar lill-implimentazzjoni ta’ miżuri fl-istituzzjonijiet finanzjarji, li jżidu s-sensibilizzazzjoni tar-riskju, peress li t-tisħiħ ta’ kuxjenza dwar ir-riskju fil-livelli kollha ta’ impriża, anki fost il-ħaddiema, huwa determinanti biex tittejjeb il-ġestjoni tar-riskju; |
|
27. |
Jaqbel li huwa neċessarju li jissaħħew il-miżuri fil-livell tal-UE sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interessi ħalli jiġu protetti l-oġġettività u l-indipendenza tal-ġudizzju tal-membri tal-bord fis-settur bankarju, fis-settur tat-titoli u f'dak tal-assigurazzjoni; |
Bordijiet tad-diretturi
|
28. |
Jistieden lis-superviżuri nazzjonali jiżviluppaw kriterji oġġettivi għal test tal-‘persuna adattata u xierqa’ ħalli tiġi vvalutata l-adegwatezza ta’ individwi filwaqt li jitqiesu n-natura, il-kumplessità u d-daqs tal-istituzzjoni finanzjarja; is-superviżuri jridu jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom u l-proċeduri tagħhom ta’ approvazzjoni b’mod effiċjenti u f’waqtu bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-fehma tal-impriżi regolati; għal istituzzjonijiet maġġuri u sistematikament relevanti s-superviżuri għandhom iwettqu verifiki intrussivi rigward kemm id-diretturi huma adattati, esperti u diversi kemm individwalment u kemm kollettivament u kemm huma xierqa fir-rigward tal-ħatra, u għad-diretturi rigward il-kompożizzjoni usa' tal-korp ta’ tmexxija u kemm jiddedikaw ħin filwaqt li jitqiesu l-attivitajiet tagħhom; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa leġiżlazzjoni li tirrikjedi li l-istituzzjonijiet finanzjarji kbar jissottomettu l-bord tagħhom għal evalwazzjoni esterna regolari bl-għan li jiġu żgurati mhux biss standards għolja ta’ kontributi minn diretturi individwali, imma wkoll li l-bord bħala entità sħiħa u l-kumitati tiegħu ikunu f’pożizzjoni li jwettqu l-objettivi strateġiċi tal-istituzzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju; jirrikjedi lill-istituzzjonijiet finanzjarji kbar jikkonfermaw fir-rapporti annwali tagħhom li jkunu wettqu tali evalwazzjoni, jagħtu l-isem tal-evalwatur estern, deskrizzjoni tal-ambitu tal-evalwazzjoni u li huma jkunu aġixxew skont ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar; jistieden lill-ASE jiżviluppaw gwida dwar l-ambitu ta’ tali evalwazzjonijiet f’konsultazzjoni mal-industrija, mal-azzjonisti u mar-regolaturi; |
|
30. |
Jemmen li r-rwoli ta’ CEO u Chairman għandhom ikunu mifrudin minn xulxin, imma jinnota li hemm ċirkostanzi meta rwol kombinat għandu mnejn ikun neċessarju fit-terminu l-qasir; jenfasizza wkoll li fil-ġestjoni tal-kumpanija u fil-politika ta’ rimunerazzjoni l-prinċipji mnaqqxa fit-trattati Ewropej u fid-direttivi dwar ir-rimunerazzjoni ndaqs u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa jiġu rispettati u promossi; |
|
31. |
Jemmen li l-membri fuq bażi kollettivatal-bordijiet superviżorji jew unitarji għandhom jippossedu kwalifiki professjonali, għarfien u esperjenza riċenti u relevanti, inkluż fil-qasam finanzjarju, biex flimkien jiddirieġu l-impriża finanzjarja; jirrikjedi li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha ta' sinifikat ekonomiku jkollhom membri tal-bord li ma jkunux eżekuttivi; jemmen, iżda, li kull istituzzjoni finanzjarja għandu jkollha bord b’diversità fl-esperjenza, perizja u karattru ħalli tagħti ġestjoni soda u prudenti u li l-ħatriet isiru abbażi ta' mertu; |
|
32. |
Jenfasizza li diversità akbar fi ħdan bord amministrattiv tnaqqas il-vulnerabilità tas-settur finanzjarju għall-kriżijiet u tikkontribwixxi għall-istabilità ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan li jwassal għal żieda gradwali fid-diversità bejn is-sessi bil-għan li tinkiseb mill-inqas 30 % rappreżentanza għal kull sess fil-bordijiet tad-diretturi tal-istituzzjonijiet finanzjarji, u biex tiżgura li din il-mira tintlaħaq f’perjodu ta’ żmien prevedibbli u biex tikkunsidra miżuri li jsaħħu d-diversità f’termini ta’ sfond professjonali, soċjali u kulturali; |
|
33. |
Jenfasizza li diversità akbar fost il-membri tal-bordijiet aktarx ittejjeb il-kwalità tad-dibattitu u t-teħid ta’ deċiżjonijiet; |
|
34. |
Jenfasizza l-importanza tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord amministrattiv, partikolarment minħabba l-interess tagħhom fuq perjodu twil fi tmexxija sostenibbli tal-impriża, kif ukoll l-esperjenza tagħhom u l-għarfien tagħhom dwar l-istrutturi interni tal-impriża; |
|
35. |
Iqis li l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u l-awtoritajiet finanzjarji jridu jiżguraw proċessi ta’ ħatra miftuħa u indipendenti; |
|
36. |
Jenfasizza li d-diretturi għandhom jiddedikaw żmien suffiċjenti għat-twettiq ta' dmirijiethom, li l-linji gwida għalihom għandhom jiġu żviluppati minn kopri superviżorji tal-UE u għandhom ikunu mmoniterjati mill-bord u mill-korpi superviżorji nazzjonali; |
|
37. |
Jemmen li għandu jkun hemm preżunt kontra kull persuna li sservi fuq numru eċċessiv ta’ bordijiet ta’ diretturi ta’ gruppi finanzjarji differenti; |
|
38. |
Jitlob li jiġu implimentati b'mod effikaċi r-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-impjegati magħżula fil-kuntest tad-Direttiva 2001/86/KE li tikkomplementa l-Istatut tal-Kumpanija Ewropea; |
|
39. |
Huwa tal-opinjoni li kemm il-maniġment superjuri kif ukoll il-bord tad-diretturi għandhom ikunu effettivament responsabbli għall-istabbiliment u l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' governanza korporattiva fil-livelli kollha tal-kumpanija jew il-korporazzjoni; |
|
40. |
Jemmen li huwa neċessarju li jkun hemm standard minimu Ewropew definit b'mod ċar fir-rigward tar-responsabilità tal-membri tal-bordijiet amministrattivi fl-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
41. |
Jinnota li l-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment u l-banek ċentrali tal-Istati Membri kollha huma mmexxija minn gvernaturi rġiel; jinnota li huma ftit ħafna n-nisa li attwalment huma rappreżentati f'karigi governattivi fil-banek ċentrali tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
42. |
Jemmen li d-diretturi għandu jkollhom dmir ġenerali ta' kura u jkunu obbligati jirrapportaw ir-riskji sinifikanti lis-superviżuri; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri ta’ rappreżentanza sesswali ekwilibrata fir-rigward tal-ħatra ta' gvernaturi fil-korpi u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; |
|
44. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi politiki li jistgħu jgħinu lill-kumpaniji fis-settur finanzjarju fl-ambjent ekonomiku tal-lum biex jivvalorizzaw u jimmaniġġjaw rappreżentanza iktar ekwilibrata ta’ rġiel u nisa fil-korpi responsabbli mit-teħid ta' deċiżjonijiet; |
|
45. |
Jenfasizza li l-immaniġġjar korporattiv u l-politiki ta’ rimunerazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fil-pagi u ugwaljanza fit-trattament tan-nisa u l-irġiel stabbiliti bit-Trattati u bid-direttivi tal-UE, kif ukoll jippromwovuhom; |
Rimunerazzjoni
|
46. |
Jemmen li l-politiki tar-rimunerazzjoni jridu jkunu bbażati fuq il-prestazzjoni fit-tul tal-individwi u tal-azjendi tagħhom, biex jiġi żgurat li l-politiki ta' rimunerazzjoni ma jikkontribwixxux għal teħid ta' riskji eċċessiv, u li l-politiki ta' rimunerazzjoni jew il-pagamenti ma għandhom qatt jimminaw l-istabilità ta' azjenda; |
|
47. |
Jilqa’ l-bidliet fil-politika ta' rimunerazzjoni diġà introdotti mill-istituzzjonijiet finanzjarji, li jorbtu l-ħlas tal-bonus ma’ suċċess fit-tul tan-negozju u li dan ma jitħallasx qabel mill-inqas tliet snin; jilqa’ wkoll il-punt li talbiet għal ħlasijiet lura ta’ bonus huma possibbli, jekk l-objettivi ekonomiċi ma jintlaħqux; |
|
48. |
Jenfasizza li l-opzjonijiet kollha fuq l-ishma għandhom ikunu żvelati b'mod xieraq u għandu jkollhom perjodi ta' vestiment ta' mill-anqas tliet snin; jikkunsidra li għandu jsir użu akbar tal-istrumenti ta' kapital kontinġenti minflok l-ishma minħabba li għandhom inqas kunflitt ta' interess biex iħeġġu perspettivi għal żmien qasir; |
|
49. |
Jinnota li l-kwestjoni tar-rimunerazzjoni fl-istituzzjonijiet finanzjarji ġiet ittrattata fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (CRD III); |
|
50. |
Jenfasizza l-importanza ta' politika ta' rimunerazzjoni stretta kif prevista fid-Direttiva dwar ir-rekwiżiti ta' kapital (CRD III) u Solvenza II; jistenna li dawn u miżuri leġiżlattivi eżistenti oħra jiġu implimentati malajr bejn l-2011 u l-2013; jitlob lill-Kummissjoni tippubblika rapport ta' valutazzjoni fl-2015; |
|
51. |
Jirrikonoxxi li l-approċċi strutturali jvarjaw fost l-Istati Membri; jinkoraġġixxi prassi li jsaħħu l-governanza korporattiva skont il-forma legali, id-daqs, in-natura, il-kumplessità u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja; |
|
52. |
Jinnota li l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet eżistenti għar-rimunerazzjoni tad-diretturi ta' kumpaniji kkwotati la hija uniformi u lanqas sodisfaċenti; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tressaq leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE dwar ir-rimunerazzjoni għad-diretturi tal-kumpaniji kkowtati kemm sabiex jiġi żgurat li l-istruttura tar-rimunerazzjoni fil-kumpaniji kkwotati ma tinkoraġġix teħid ta' riskju eċċessiv kif ukoll sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-livell tal-UE; |
|
53. |
Jenfasizza b'mod partikolari t-tħassib li l-azzjonisti attwalment la jistgħu u lanqas ma huma jeżerċitaw kontroll xieraq fuq il-politiki ta' rimunerazzjoni fl-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
54. |
Jinsisti li hemm bżonn ta' trasparenza sħiħa sabiex l-azzjonisti jkunu jistgħu jwettqu superviżjoni xierqa tal-politiki ta' rimunerazzjoni, u jitlob b'mod partikolari l-pubblikazzjoni tal-għadd ta' persunal f'kull istituzzjoni li jirċievi rimunerazzjoni totali ta' iktar minn EUR 1 miljun, f'faxex ta' mill-inqas EUR 1 miljun; |
|
55. |
Huwa tal-fehma li l-azzjonisti għandhom jgħinu fid-determinazzjoni ta' politiki ta' rimunerazzjoni sostenibbli u għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni bid-dritt li jirrifjutaw il-politika ta' rimunerazzjoni li tiġi definita mill-kumitat għar-rimunerazzjoni fil-laqgħa ġenerali; |
Superviżuri, awdituri u istituzzjonijiet
|
56. |
Jemmen li djalogu msaħħaħ bejn tliet partijiet li huma s-superviżuri, l-awdituri (kemm dawk interni u kemm dawk esterni) u l-istituzzjonijiet jaf itejjeb il-possibilità tas-sejbien bikri ta' riskju sostanzjali jew sistemiku; jinkoraġġixxi lis-superviżuri, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, lill-awdituri u lill-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom f’diskussjonijiet miftuħa u jżidu l-frekwenza tal-laqgħat bil-għan li jiffaċilitaw is-superviżjoni prudenzjali; u jirrakkomanda wkoll li jsiru laqgħat bilaterali bejn l-awdituri u s-superviżuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin; jemmen li jmiss lill-Bord u lill-Awditur Intern li jiżguraw li l-kontrolli interni neċessarji jkunu f'posthom ħalli jsibu r-riskji sistemiċi u jistabbilixu proċedura għalbiex ikunu mgħarrfin il-bord u s-superviżuri b'dawn ir-riskji ħalli jevitaw il-konsegwenzi negattivi; |
|
57. |
Jenfasizza li r-rwol primarju ta’ awditur ma għandux jiġi kompromess bla bżonn mill-piż ta' dmirijiet żejda, bħalma huma l-eżami u l-valutazzjoni ta' tagħrif li mhuwiex għall-ivverifikar, li jaqgħu barra l-qasam tal-għarfien espert tagħhom; jemmen li l-awdituri għandhom jirrappurtaw direttament lis-superviżuri meta jkunu konxji minn xi ħaġa ta’ tħassib materjali għas-superviżjoni u għandhom jipparteċipaw fil-valutazzjonijiet panindustrijali ta’ kontrolli speċifiċi; |
|
58. |
Jinsisti li l-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u s-superviżuri nazzjonali għandhom iżommu standards għoljin ta' indipendenza u ekwivalenzi ta' governanza korporattiva; |
L-Azzjonisti u l-laqgħa ġenerali annwali (LĠA)
|
59. |
Jinkoraġġixxi lill-azzjonisti istituzzjonali jieħdu rwol aktar attiv biex iżommu l-bord u l-istrateġija tagħhom responsabbli sabiex b’mod xieraq jirriflettu l-interessi fit-tul tal-benefiċjarji tagħhom; |
|
60. |
Jitlob leġiżlazzjoni li tirrikjedi lil dawk kollha awtorizzati jiġġestixxu investimenti f'isem terzi fl-UE jiddikjaraw pubblikament jekk japplikawx kodiċi ta’ prattika tajba u jekk jimxux ma' dan il-kodiċi fir-rigward tal-iżvelar; u jekk dan ikun il-każ jindikaw liema kodiċi jużaw u għalfejn, u jekk le jispjegaw għalfejn ma jagħmlux dan; |
|
61. |
Jemmen li tranżazzjonijiet sinifikanti għandhom jirrikjedu l-approvazzjoni speċifika tal-azzjonisti jew jiġu soġġetti għal obbligu li l-azzjonisti jiġu mgħarrfa qabel ma t-tranżazzjoni tkun tista’ tiġi fis-seħħ, sakemm l-involviment tal-azzjonisti jkun fattibbli, jiġi ssodisfat il-prinċipju ta' kunfidenzjalità u ma tiddgħajjifx il-ħidma ta' kuljum tal-istituzzjoni finanzjarja; l-AETS tista’ toħroġ linji gwida dwar il-parametru referenzjarju xieraq b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali relevanti; |
|
62. |
Jagħraf li t-trasparenza hija meħtieġa fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati u li t-tranżazzjonijiet li jinvolvu parti relatata għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità tar-reġistrazzjoni fil-Borża u jkunu akkumpanjati minn ittra mingħand konsulent indipendenti li tkun tikkonferma li t-tranżazzjoni hija ġusta u raġonevoli, jew għandhom jiġu soġġetti għal votazzjoni tal-azzjonisti fejn il-parti relatata tiġi eskluża minn din il-votazzjoni; l-AETS tista’ toħroġ linji gwida dwar il-parametru referenzjarju xieraq b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali relevanti; |
|
63. |
Jitlob li jsiru elezzjonijiet annwali obbligatorji ta’ kull membru tal-bord jew talbiet annwali obbligatorji għall-approvazzjoni tal-politika tal-bord jew għall-kwittanza tal-bord waqt il-LĠA, bil-ħsieb li l-bord jiġi responsabilizzat aktar u bil-ħsieb li tiġi inkoraġġita kultura ta’ responsabilità akbar; |
|
64. |
Jitlob investigazzjoni tal-inibizzjoni fir-rigward ta' kontrolli effettivi min-naħa tal-azzjonisti u t-tneħħija tal-impedimenti regolatorji minn fuq il-kollaborazzjoni raġonevoli; |
|
65. |
Jitlob li tiġi introdotta votazzjoni elettronika sabiex tinkuraġġixxi l-azzjonisti jimpenjaw ruħhom fil-governanza korporattiva tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
66. |
Huwa tal-opinjoni li s-soċjetajiet kollha li jkollhom responsabilità limitata għandhom ikunu liberi biex jistipulaw fl-istatuti tagħhom jekk is-sħab tagħhom jistgħux jibqgħu anonimi jew għandhomx jissemmew u li, f’dan il-każ tal-aħħar, għandha tiġi adottata liġi biex tiggarantixxi li l-identitajiet tagħhom fil-fatt isiru pubbliċi; |
*
* *
|
67. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/13 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles mal-Indja
P7_TA(2011)0224
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar l-istat attwali tan-negozjati tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja
2012/C 377 E/03
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar Impriżi Multinazzjonali u d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Ministri tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta’ Novembru 2001 f'Doha, u b'mod partikolari l-paragrafu 44 tagħha, rigward Trattament Speċjali u Differenzjali (SDT), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2005 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Indja: Sħubija Strateġika (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-4 ta’ Ottubru 2006 bit-titolu 'L-Ewropa Globali: Kompetizzjoni Dinjija. Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi' (COM(2006)0567), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 dwar Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar il-Ftehim TRIPS u l-aċċess għall-mediċini (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2007 dwar l-Ewropa Globali: l-aspetti esterni tal-kompetittività (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Strateġija tal-Pajjiż li jikkonċerna l-Indja (2007-2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea għandha tkompli tagħti prijorità lil sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita permezz tad-WTO, li toffri l-aħjar prospetti għal kummerċ internazzjonali miftuħ u ekwu billi tistabbilixxi regoli xierqa u tassigura konformità magħhom, |
|
B. |
billi konklużjoni ta’ suċċess u bilanċjata tal-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp (DDA) hija ta’ importanza kruċjali kemm għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-Indja, u billi t-tali ftehim ma jipprekludix ftehim bilaterali WTO+ li jista' jkun kumplimentari għar-regoli multilaterali, |
|
C. |
billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar għajn ta’ Investiment Barrani Dirett (IBD) għall-Indja, li jirrappreżenta 27 % tal-IBD totali fl-2009; billi, iżda, is-sehem tal-UE matul dawn l-aħħar tliet snin naqas, minn 37 % tal-IBD totali fl-2007 għal 32 % fl-2008 u 27 % fl-2009, filwaqt li l-ħruġ tal-IBD tal-UE lejn iċ-Ċina fl-2009 kien notevolment ogħla minn dak lejn l-Indja, li jirrappreżenta EUR 5.3 biljun meta mqabbel ma’ EUR 3.1 biljun lejn l-Indja, |
|
D. |
billi l-Indja kienet is-sbatax-il sieħba kummerċjali l-aktar importanti tal-Unjoni Ewropea fl-2000 u fl-2010 kienet tikklassifika fit-tmien post (meta t-tali kummerċ kien jiswa EUR 67.8 biljun); billi, iżda, is-sehem relattiv tal-UE fis-suq Indjan naqas minn 23,2 % fl-1999 għal 14,5 % fl-2009, filwaqt li s-sehem fis-suq Ċiniż żdied b'erba' darbiet matul l-istess perjodu ta’ żmien, minn 2,6 % fl-1999 għal 11,3 % fl-2009, |
|
E. |
billi l-Indja hija l-akbar benefiċjarju tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (SPĠ); billi l-importazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mill-Indja b'rati preferenzjali jew mingħajr dazju kienu jiswew EUR 19.9 biljun fl-2009 u rrappreżentaw 83 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE mill-Indja, |
|
F. |
billi ż-żewġ partijiet jistennew li jassiguraw benefiċċji konsiderevoli mill-eliminazzjoni tat-tariffi, il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment u jerġgħu jaffermaw l-impenn tagħhom favur it-tnaqqis tat-tariffi u t-tkomplija tal-liberalizzazzjoni tal-istabbiliment u tal-kummerċ tas-servizzi, |
|
G. |
billi l-aċċess għas-suq għandu bżonn ikun akkumpanjat b'regoli u standards trasparenti u xierqa li jassiguraw li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tkun ta’ benefiċċju, |
|
H. |
billi l-aċċess għas-suq qiegħed ikun imxekkel minn ostakoli non-tariffarji (ONT) għall-kummerċ, bħal rekwiżiti tas-saħħa u sikurezza jew ostakoli tekniċi, restrizzjonijiet kwantitattivi, proċeduri ta’ konformità, mekkaniżmi ta’ difiża kummerċjali, proċeduri doganali, tassazzjoni interna u nuqqas ta’ adozzjoni ta’ normi u standards internazzjonali; |
|
I. |
billi għandhom jitqiesu saħansitra aktar l-elementi dwar ir-rikonoxximent, il-protezzjoni xierqa u effikaċi, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-drittitjiet ta’ proprjetà intellettwali (IPRs), inklużi privattivi, trade marks jew service marks, id-dritt tal-awtur u drittijiet simili, l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) (inklużi tikketti ta’ oriġini), id-disinn industrijali u t-topografiji taċ-ċirkwiti integrati, |
|
J. |
billi l-mediċini falsifikati potenzjalment jistgħu jikkawżaw ħsara lis-saħħa; billi l-UE u l-Indja għandhom jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex isibu tarf din il-problema, |
|
K. |
billi l-Indja tikkostitwixxi waħda mill-produtturi u esportaturi ewlenin ta’ mediċini ġeneriċi, |
|
L. |
billi s-suċċess u s-sostenibilità tal-programmi tas-saħħa jiddependu fil-biċċa l-kbira mid-disponibilità kontinwa ta’ mediċini ġeneriċi ta’ kwalità u bi prezz baxx; wara li kkunsidra li l-Indja għandha rwol kritiku bħala fornitur ta’ prodotti bħal dawn u li kien stabbilit li r-regoli dwar il-proprjetà intelletwali TRIPS+ għandhom impatt negattiv fuq id-disponibilità tal-mediċini ġeneriċi, |
|
M. |
billi l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni jipprevedi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi; billi dan jikkostitwixxi element essenzjali tal-ftehim, |
|
N. |
billi l-aċċess min-naħa tal-impriżi tal-UE għas-suq Indjan għadu qiegħed ikun imxekkel minn bosta ostakoli non-tariffarji (ONT), bħal rekwiżiti onerużi tas-saħħa u sikurezza jew ostakoli tekniċi, restrizzjonijiet kwantitattivi, proċeduri ta’ konformità, mekkaniżmi ta’ difiża kummerċjali, proċedura doganali, tassazzjoni interna, u nuqqas ta’ adozzjoni ta’ normi u standards internazzjonali; |
Kwistjonijiet ġenerali
|
1. |
Jemmen li l-FTA għandu jkun bilanċjat u kumpatibbli mar-regoli u l-obbligi tad-WTO; iqis li l-prijorità kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għadha s-suċċess tad-DDA u li n-negozjati mal-Indja dwar l-FTA għandhom għalhekk ikunu kumplimentari għar-regoli multilaterali; |
|
2. |
Jilqa' pożittivament l-eżitu tas-samit UE-Indja li sar f'Diċembru 2010 u jinkoraġġixxi l-partijiet fin-negozjati jaċċeleraw in-negozjati u jkomplu jikkonsultaw il-partijiet interessati ewlenin; ifakkar fl-impenn li ħadu l-UE u l-Indja biex iħaffu t-taħdidiet tal-FTA u biex jagħmlu progress sostanzjali u effiċjenti lejn konklużjoni bikrija ta’ ftehim ambizzjuż, bilanċjat u vast dwar il-kummerċ u l-investimenti; huwa diżappuntat li n-negozjati qed jimxu bil-mod; jistieden liż-żewġ partijiet jagħmlu sforz biex jikkonkludu FTA komprensiv, ambizzjuż u bilanċjat sal-aħħar tal-2011; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-gvernijiet statali u federali tal-Indja jissinkronizzaw il-politiki u l-proċeduri sabiex jippermettu li jkunu massimizzati l-profitti potenzjali; |
|
4. |
Ifakkar li l-objettivi tal-politika kummerċjali komuni għandhom ikunu kkoordinati bis-sħiħ mal-objettivi globali tal-Unjoni Ewropea, u li skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika kummerċjali komuni tal-UE għandha ssir "fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni", u li, skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hija għandha tikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-iżvilupp sostenibbli, il-qerda tal-faqar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
5. |
Jirrimarka, fid-dawl tal-komplimentarjetà taż-żewġ ekonomiji, il-potenzjal ta’ żieda fil-kummerċ u l-investimenti bejn l-UE u l-Indja u ta’ opportunijiet kummerċjali li joħorġu mill-FTA; iqis li l-FTA bejn l-UE u l-Indja huwa ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat, iżda jirrakkomanda li ssir evalwazzjoni tal-ispeċifiċitajiet settorjali eżistenti bil-għan li jiġu identifikati l-iżvantaġġi potenzjali tal-FTA għas-setturi sensittivi tal-UE; |
|
6. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi kapitolu dwar żvilupp sostenibbli ambizzjuż bħala parti essenzjali tal-FTA; |
Kummerċ tal-prodotti
|
7. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati ta’ ħafna simulazzjonijiet ta’ kummerċ ħieles li juru li l-FTA jwassal għal żieda fl-esportazzjonijiet u fl-importazzjonijiet kumplessivi kemm għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-Indja; jenfasizza li, bir-rata medja attwali ta’ tkabbir, il-kummerċ bilaterali mistenni jiżdied għal EUR 160.6 biljun sal-2015; |
|
8. |
Josserva li t-tariffi medji applikati tal-Indja niżlu iżda għadhom konsiderevolment ogħla mit-tariffi tal-Unjoni Ewropea; jiġbed b'mod partikolari l-attenzjoni għall-fatt li t-tariffa medja tal-Indja għall-Aċċess għas-Suq għall-Prodotti mhux Agrikoli (NAMA) bħalissa hija 10,1 % meta mqabbla mal-medja tal-UE ta’ 4 %, filwaqt li t-tariffa medja tal-Indja għall-agrikoltura hija 31,8 % meta mqabbla mal-medja tal-UE ta’ 13,5 %; |
|
9. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-objettiv għall-kummerċ industrijali għandu jkun l-eliminazzjoni reċiproka totali tad-dazji, b'asimmetrija fl-għażla taż-żmien, u li kwalunkwe eċċezzjoni possibbli għal dan l-objettiv għandha tkun limitata u suġġetta għal rieżami u ma għandhiex tinvolvi l-esklużjoni ta’ setturi ta’ importanza għaż-żewġ naħat, ngħidu aħna l-karozzi tal-passiġġieri; |
|
10. |
Josserva li l-ftehim għandu jirrispetta s-sensitivitajiet marbuta mal-kummerċ agrikolu, iżda dan ma għandux jipprevjeni l-ftuħ tas-suq f'setturi ta’ komplimentarjetà; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq kwalunkwe impatt negattiv fuq l-agrikoltura Ewropea, partikolarment fis-setturi tal-ftuħ tas-swieq, l-OĠM, il-ħalib, iċ-ċanga, il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u t-tikkettar ta’ oriġini; |
|
12. |
Iqis li hu importanti li l-FTA jinkludi kapitoli ambizzjużi dwar l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ u s-sanità kif ukoll miżuri fitosanitarji; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza, f'dan ir-rigward, kwistjonijiet pendenti bħall-benesseri tal-annimali; |
|
13. |
Jistieden liż-żewġ partijiet jiżguraw li r-regolamentazzjoni u l-ONT jitmexxew b'tali mod li l-kummerċ ġenerali ma jkunx imxekkel; jistieden kemm l-UE kif ukoll l-Indja jiżviluppaw dixxiplini effikaċi għall-prevenzjoni tal-emerġenza ta’ ostakoli ta’ regolamentazzjoni bla bżonn fil-konfront tal-kummerċ u jegħlbu l-ostakoli eżistenti filwaqt li jirrispettaw id-dritt ta’ regolamentazzjoni taż-żewġ naħat; |
|
14. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-FTA għandu jinkludi mekkaniżmu vinkolanti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-istati u dispożizzjoni dwar il-medjazzjoni dwar l-ONT, kif ukoll klawżola ta’ salvagwardja effikaċi; |
Kummerċ tas-servizzi, stabbiliment
|
15. |
Jirrikonoxxi li s-servizzi huma l-iktar parti tal-ekonomija Indjana li qed tikber b'rata mgħaġġla; jinnota li l-Indja għandha interessi offensivi fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-Mode 1 u l-Mode 4 tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS); jinnota li l-UE tixtieq tikkonkludi l-liberalizzazzjoni tal-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali fl-ambitu ta’ Mode 3 f'ħafna mis-servizzi; jinnota li l-ambizzjonijiet sħaħ tal-FTA ma jistgħux jintlaħqu mingħajr l-impenji fl-ambitu ta’ Mode 4; jenfasizza li hemm benefiċċji kbar ħafna konnessi mal-akkreditament nazzjonali u fl-UE kollha tal-kwalifiki professjonali u ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku u r-rekwiżiti tal-għoti ta’ liċenzji fi ħdan is-servizzi professjonali kemm fl-UE kif ukoll fl-Indja, li jistgħu jkunu koperti faċilment mill-FTA; jitlob, madankollu, li ssir analiżi bir-reqqa fir-rigward tal-Istati Membri individwali bil-għan li jiġu evitati konsegwenzi negattivi għas-suq tax-xogħol tal-UE, filwaqt li jkunu permessi, fl-ambitu ta’ Mode 4, permanenzi termporanji tal-professjonisti kkwalifikati meħtieġa; |
|
16. |
Jiġbed l-attenzjoni li l-liberalizzazzjoni tas-servizzi bl-ebda mod ma għandha tfixkel id-dritt ta’ regolamentazzjoni tas-servizzi, fosthom is-servizzi pubbliċi; |
|
17. |
Josserva li l-kummerċ bejn l-UE u l-Indja huwa relattivament żbilanċjat, billi l-UE tesporta 1,9 % tas-servizzi tagħha lejn l-Indja u din tal-aħħar tibgħat 11,6 % tal-esportazzjonijiet totali tagħha lejn l-UE; |
|
18. |
Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Indja tiżviluppa leġiżlazzjoni xierqa dwar il-protezzjoni tad-data li tkun tippermettilha tilħaq l-istatus ta’ pajjiż b'livell adegwat ta’ protezzjoni, b'hekk tħalli jew tippermetti t-trasferiment ta’ data personali mill-UE fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u f'konformità magħha; |
|
19. |
Iqis li l-kunsens li joperaw fl-Indja mogħti lill-kumpaniji barranin ta’ avukati u tal-kontabilità jaf iwassal għal benefiċċji sinifikanti għall-ekonomija u l-professjonijiet Indjani, kif anki għall-kumpaniji Ewropej b'kompetenzi fid-dritt internazzjonali u fil-kontabilità kif ukoll għall-klijenti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina mal-awtoritajiet Indjani l-opportunità u l-ambitu tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi ġuridiċi u dawk tal-kontabilità fl-FTA; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-Indja tkompli tiftaħ s-settur bankarju, tal-assigurazzjoni u tal-imnut tagħha konformement mar-riformi mħabbra mill-awtoritajiet Indjani fir-rikonoxximent tal-fatt li l-leġiżlazzjoni finanzjarja adegwata hija importanti biex tiggarantixxi sorveljanza tas-servizzi finanzjarji, tnaqqas ir-riskju sistemiku u tagħti l-ogħla livell possibbli ta’ ħarsien tal-konsumatur; |
Investimenti
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinnegozja kapitolu dwar l-investimenti bħala parti mill-FTA, b'hekk tippermetti li l-proċess ta’ investimenti fis-suq ta’ xulxin isir mingħajr intoppi billi tippromwovi u tipproteġi l-ftehimiet ta’ investimenti filwaqt li teżamina opportunitajiet immedjati; jissuġġerixxi li t-tali kapitolu dwar l-investimenti jaf jipprevedi t-twaqqif ta’ sistema ta’ punti uniċi ta’ informazzjoni għall-investituri fiż-żewġ ekonomiji, bil-għan li jispjegawlhom id-differenzi fir-regoli u l-prattiki marbuta mal-investimenti u jagħtu informazzjoni dwar l-aspetti ġuridiċi kollha; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investimenti ma jnaqqsux il-kapaċità tal-partijiet li joħorġu liċenzji obbligatorji jew ixekklu l-politiki tas-saħħa pubblika l-oħrajn; |
Akkwist pubbliku
|
23. |
Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Indja qablet li tinkludi l-akkwist pubbliku fl-FTA; jiddispjaċih, iżda, li dan seħħ biss f'livell federali; jistieden lill-Kummissjoni tinnegozja sistemi ta’ akkwist effikaċi u trasparenti; jistieden lill-Indja tapplika proċeduri trasparenti u ġusti meta taġġudika appalti pubbliċi u biex tagħti aċċess lis-sistemi ta’ akkwist pubbliku għall-impriżi Ewropej; jistieden lill-Indja tiggarantixxi l-aktar kopertura estiża possibbli, inkluż, b'mod partikolari, fl-impriżi tas-settur pubbliku; |
Kummerċ u kompetizzjoni
|
24. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fl-iżvilupp ta’ kapitolu dwar il-kummerċ u l-kompetizzjoni fl-FTA UE-Indja, u jistieden liż-żewġ partijiet jintensifikaw il-kooperazzjoni ta’ bejniethom fi kwistjonijiet marbuta mal-kompetizzjoni relatati mal-kummerċ, fid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u fil-politika industrijali u kummerċjali; |
|
25. |
Jilqa' pożittivament l-impenn tal-Indja favur reġim tal-IPRs sod u favur l-użu ta’ flessibilitajiet tal-ftehim TRIPS fil-leġiżlazzjoni internazzjonali u nazzjonali biex jiġu sodisfatti l-obbligi tagħha rigward is-saħħa pubblika b'rabta partikolari mal-aċċess għall-mediċini essenzjali; iħeġġeġ lill-Indja timplimenta u tinforza b'rigorożità t-tali reġim, filwaqt li ttejjeb l-aċċess għall-mediċini essenzjali; jistieden lill-UE u lill-Indja jiżguraw li l-impenji fl-ambitu tal-FTA ma jipprekludux l-aċċess għal mediċini essenzjali waqt li l-Indja qiegħda tiżviluppa l-kapaċità tagħha li tinbidel minn industrija ġenerika għal waħda bbażata fuq ir-riċerka; isostni l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja fl-industriji farmaċewtiċi rispettivi tagħhom ibbażati fuq ir-riċerka, bil-għan li jiġi aċċertat tkabbir benefiku reċiproku fihom; |
|
26. |
Jitlob lill-Kummissjoni ma titlobx esklussività tad-data fil-kuntest tan-negozjati dwar id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali kif imniżżel fir-Riżoluzzjoni tal-PE tat-12 ta’ Lulju 2007, u biex tagħraf li l-esklussività tad-data jkollha konsegwenzi kbar għall-produzzjoni ta’ mediċini ġeneriċi u b'hekk hija ta’ detriment għall-aċċess għal mediċini u għall-politika tas-saħħa pubblika ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Indjani konċernati jelaboraw flimkien definizzjoni komuni tal-mediċini falsifikati b'mod li jkunx ixekkel l-aċċess għall-mediċini essenzjali, u jikkoordinaw l-azzjoni biex jiġġieldu b'mod effikaċi l-falsifikazzjoni u, partikolarment, mediċini falsifikati li jikkawżaw ħsara lil saħħet il-pazjenti; |
|
28. |
Jenfasizza li livell għoli ta’ protezzjoni tal-IĠ, sa mhux aktar tard minn meta jidħol fis-seħħ l-FTA, huwa ta’ importanza kruċjali; |
Kummerċ u żvilupp sostenibbli
|
29. |
Jirrikonoxxi li kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli huwa parti essenzjali ta’ kwalunkwe FTA u jistieden liż-żewġ naħat jaqblu dwar kapitolu ambizzjuż li jirrifletti l-impenn komuni għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv abbażi ta’ valuri kondiviżi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi klawżoli ġuridikament vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-istandards soċjali u ambjentali u l-infurzar tagħhom, li jinkludu miżuri f'kaz ta’ ksur; |
|
30. |
Jitlob li dan il-kapitolu jkopri, tal-anqas, il-konformità mat-tmien konvenzjonijiet bażiċi u l-erba' konvenzjonijiet ta’ prijorità tal-ILO, kif ukoll l-istandards ambjentali li ntlaħaq ftehim internazzjonali dwarhom, u jipprovdi wkoll inċentivi lill-impriżi biex jidħlu f'impenji tar-responsabbiltà soċjali korporattiva; |
|
31. |
Jilqa' pożittivament l-isforzi kollha tal-Gvern Indjan biex jeqred it-tħaddim tat-tfal; jistieden lill-Gvern Indjan u lill-Kummissjoni jkomplu jiffinanzjaw l-attivitajiet immirati lejn l-possibilità li t-tfal imorru l-iskola; |
|
32. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġi garantit li l-kumpaniji tal-UE li jagħmlu użu taż-Żoni Ekonomiċi Speċjali jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tax-xogħol u drittijiet tax-xogħol oħrajn ibbażati fuq il-konvenzjonijiet ILO li ġew irratifikati mill-Indja; |
|
33. |
Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u s-sigurtà jikkostitwixxu elementi essenzjali tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Indja; jistieden, għaldaqstant, liż-żewġ naħat jiggarantixxu l-intensifikazzjoni tad-djalogu dwar kwistjonijiet miftuħa, b'riferiment partikolari għall-Kashmir; |
|
34. |
Jappoġġa bil-qawwa l-prattika tal-inklużjoni ta’ klawżoli vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali kollha tal-UE, b'mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni ċar u preċiż imfassal fuq l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou; |
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
|
35. |
Jistenna li l-Kunsill u l-Kummissjoni jippreżentaw l-FTA lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu skont t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (5); |
|
36. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iqisu bis-sħiħ it-talbiet tal-PE li ġew espressi f'din ir-riżoluzzjoni qabel jikkonkludu l-FTA; ifakkar li l-FTA jeħtieġ il-kunsens tal-PE sabiex jidħol fis-seħħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ma jipproponu l-ebda applikazzjoni proviżorja tal-ftehim qabel ma l-PE jkun ta l-kunsens tiegħu; |
Kunsiderazzjonijiet oħrajn
|
37. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress ta’ kif l-Indja qed issir donatur kif ukoll benefiċjarju tal-għajnuna għall-iżvilupp; |
|
38. |
Jinnota li, jekk il-kooperazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Indja hija bbażata fuq sistema ta’ valuri universalment kondiviżi, tista' toħloq standard għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħrajn; |
|
39. |
Iqis li l-UE għandha tagħti attenzjoni speċjali lis-settur tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-Indja, u għalhekk jissuġġerixxi li fil-programmi kollha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-UE u l-Indja, l-SMEs jistgħu jissaħħew permezz ta’ miżuri li jgħinu biex jiġu ffinanzjati proġetti lokali mmexxija mis-suq; |
|
40. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fl-Indja kollha qed tinxtered is-sistema tal-mikrokreditu, sistema li rebħet rikonoxximent bħala mezz effikaċi ta’ kif jinħoloq żvilupp immexxi mill-poplu; |
*
* *
|
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Indja. |
(1) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 589.
(2) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 166.
(3) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 591.
(4) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.
(5) Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/19 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Relazzjonijiet kummerċjali UE-Ġappun
P7_TA(2011)0225
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun
2012/C 377 E/04
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2009 dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-Kummerċ Internazzjonali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar il-kummerċ ta’ materja prima u ta’ prodotti bażiċi (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea li tiżgura aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2007 dwar Ewropa Globali – l-aspetti esterni tal-kompetittività (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020” (COM(2010)0612), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “L-Ewropa Globali: kompetizzjoni dinjija. Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi” (COM(2006)0567), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment ippubblikat fl-10 ta’ Marzu 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-18 ta’ Lulju 1991 li saret fl-Aja dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ġappun, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku bejn l-UE u l-Ġappun konkluż fl-2001 (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni rigward l-Attivitajiet Antikompetittivi bejn l-UE u l-Ġappun konkluż fl-2003 (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Għajnuna Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun konkluż fl-2008 (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ għaxar snin adottat waqt l-għaxar Samit bejn l-UE u l-Ġappun, li sar fi Brussell fit-8 ta’ Diċembru 2001, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt id-dsatax-il Samit UE-Ġappun, li sar f'Tokjo fit-28 ta’ April 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt it-tmintax-il Samit UE-Ġappun, li sar fi Praga fl-4 ta’ Mejju 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport minn Copenhagen Economics bl-isem “Assessment of barriers to trade and investment between the EU and Japan”, ippubblikat fit-30 ta’ Novembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun, ippubblikati fil-21 ta’ Frar 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra s-samit ippjanat bejn l-UE u l-Ġappun, li għandu jsir fi Brussell fil-25 ta’ Mejju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), hija l-aktar qafas xieraq għar-regolazzjoni u l-promozzjoni ta’ kummerċ miftuħ u ġust, |
|
B. |
billi huwa essenzjali li wieħed iqis il-ftehimiet multilaterali, plurilaterali u bilaterali bħala parti minn kaxxa tal-għodod komuni tal-affarijiet internazzjonali, u b'hekk huma elementi standard fir-relazzjonijiet politiċi u kummerċjali bbilanċjati u kumplimentari, |
|
C. |
billi l-UE għandha tibqa' kommessa li tikseb riżultat ibbilanċjat fl-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp bħala l-approċċ preferut tagħha, ħaġa li tappoġġa l-integrazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fis-sistema kummerċjali internazzjonali, filwaqt li tagħmel progress b'mod paralleli fi ftehimiet kummerċjali bilaterali u plurilaterali ma’ pajjiżi oħra industrijalizzati fejn huwa realistiku li nistennew li jkun hemm beneffiċċji reċiproċi u tkabbir ekonomiku f'iqsar żmien, |
|
D. |
billi fl-2009 l-UE u l-Ġappun irrappreżentaw flimkien iktar minn kwart tal-PDG dinji u iktar minn 20 % tal-kummerċ dinji, |
|
E. |
billi l-Ġappun u l-UE huma investituri sinifikanti fl-ekonomiji ta’ xulxin b'volum kombinat ta’ investiment dirett barrani li laħaq EUR 200 biljun fl-2009, |
|
F. |
billi fl-2010 l-ammont totali ta’ kummerċ bilaterali bejn l-UE u l-Ġappun, it-tielet l-ikbar ekonomija nazzjonali fid-dinja f'termini ta’ PDG, kien jiswa EUR 120 biljun; billi l-Ġappun huwa s-sitt l-ikbar sieħeb kummerċjali għall-UE, u billi l-UE hija t-tielet l-ikbar sieħba kummerċjali tal-Ġappun, |
|
G. |
billi kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni nnotaw li l-kapaċità tal-Ġappun li jneħħi l-ostakli regolatorji għall-kummerċ hija kundizzjoni preliminari għall-varar ta’ negozjati dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ġappun, li b'hekk tħeġġeġ integrazzjoni ekonomika eqreb bejn iż-żewġ sħab kummerċjali strateġiċi, |
|
H. |
billi l-UE u l-Ġappun qed jiffaċċaw sfidi komuni, bħall-qawmien politiku u ekonomiku taċ-Ċina, il-progress ekonomiku dejjem iktar kajman wara l-kriżi finanzjarja dinjija, it-tnaqqis demografiku, u bżonn dejjem jikber li jkun hemm aċċess għall-materji primi u s-sorsi tal-enerġija, kif ukoll l-iżgurar tal-istabilità fil-prezzijiet tagħhom, biex jikbru l-industriji rispettivi tagħhom, |
|
I. |
billi l-kummerċ miftuħ u ġust huwa għodda qawwija biex jinħoloq iktar tkabbir u benessri fis-soċjetà, filwaqt li jinbena fuq il-vantaġġi komparattivi ta’ kull ekonomija rispettiva u sinerġiji potenzjali li jirriżultaw minn integrazzjoni ekonomika ikbar u minn dħul ġdid f'ekonomija misjuqa mill-għarfien, |
|
J. |
billi kemm l-UE kif ukoll il-Ġappun għandhom tariffi ġeneralment baxxi fuq il-prodotti, b’aktar minn żewġ terzi tal-valur ta’ esportazzjoni tal-Unjoni lejn il-Ġappun ħielsa mid-dazji u iktar minn terz tal-valur ta’ esportazzjoni tal-Ġappun lejn l-UE, |
|
K. |
billi, minkejja dawn it-tariffi baxxi, il-volumi tal-kummerċ bilaterali bejn l-UE u l-Ġappun għadhom lura meta mqabbla mal-iskambji kummerċjali tal-UE mas-sħab kummerċjali prinċipali l-oħra tagħha, prinċipalment minħabba l-effetti negattivi tal-ostakli mhux tariffarji Ġappuniżi fuq l-opportunitajiet tan-negozji Ewropej għal aċċess għas-suq, |
|
L. |
billi l-istudju ta’ Copenhagen Economics ta’ Novembru 2009 stima li l-ispejjeż kummerċjali assoċjati ma’ ostakli mhux tariffarji (ONT) huma ogħla mil-livelli tariffarji eżistenti u li l-parti l-kbira tal-gwadanji ekonomiċi potenzjali tinsab fit-tneħħija ta’ dawn l-ONT; billi l-istudju jistima żidiet potenzjali fl-esportazzjonijiet tal-UE għall-Ġappun ta’ EUR 43 biljun u EUR 53 biljun għall-esportazzjonijet Ġappuniżi lejn l-UE jekk il-miżuri tariffarji u mhux tariffarji jitnaqqsu kemm jista' jkun, |
|
M. |
billi l-Kummissjoni fir-rapport tagħha tal-2011 dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment identifikat l-ostakli għall-aċċess għall-akkwist pubbliku, ir-rikonoxximent insuffiċenti tal-istandards internazzjonali fir-rigward tal-apparat mediku, u t-trattament preferenzjali għall-aħjar fornituri nazzjonali fis-servizzi finanzjarji (eż. servizzi tal-posta) bħala tliet oqsma maġġuri ta’ tħassib tal-UE fir-rigward tal-ostakli mhux tariffarji tal-Ġappun, |
|
N. |
billi l-protezzjoni tad-dritt ta’ proprjetà intelletwali u l-infurzar huma meqjusa bħala ta’ kwalità għolja fil-Ġappun; billi l-Ġappun u UE għandhom objettivi u approċċi komuni dwar materji relatati mad-dritt ta’ proprjetà intelletwali barra dwar l-indikazzjoni ġeografika, u t-tnejn ikkommettew ruħhom fil-ġlieda plurilaterali kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija bħala firmatarji tal-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, |
|
O. |
billi l-industrija tal-ICT fil-Ġappun hija settur ta’ valur miżjud kbir u sors ta’ tkabbir sew fl-UE kif ukoll fil-Ġappun, speċjalment fir-rigward tal-iżvilupp ulterjuri ta’ prodotti u servizzi intelliġenti; |
|
P. |
billi jeħtieġ li, f’kull diskussjoni kummerċjali mal-Ġappun, jitqajmu kwistjonijiet ta’ investiment u kummerċ fis-servizzi, b'mod li jiġi żgurat li l-ftuħ tas-suq ma jikkomprometti la r-regoli Ewropej u lanqas dawk Ġappuniżi dwar il-protezzjoni tas-servizzi pubbliċi u d-diversità kulturali, |
|
Q. |
filwaqt li jafferma mill-ġdid is-solidarjetà tiegħu mal-poplu Ġappuniż wara d-diżastri naturali riċenti, |
|
1. |
Iqis li s-sistema kummerċjali multilaterali, inkorporata fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tibqa' bil-bosta l-aktar qafas effettiv biex jintlaħaq il-kummerċ miftuħ u ġust madwar id-dinja; jemmen li l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għandhom jikkontribwixxu għal konklużjoni b'suċċess tan-negozjati tal-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp; |
|
2. |
Jenfasizza li huwa favur ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Ġappun, imma mhuwiex sodisfatt bil-progress negliġibbli li sar fil-Grupp ta’ Livell Għoli matul dawn l-aħħar snin; iqis li l-Ġappun, qabel ma jiġu varati n-negozjati, jeħtieġlu jagħmel impenji sinifikanti fuq it-tneħħija tal-ostakoli tal-kummerċ li jfixklu l-aċċess għall-akkwist pubbliku Ġappuniż; |
|
3. |
Jenfasizza li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ bejn l-UE u l-Ġappun għandha sseħħ flimkien ma’ – minflok ma ttellef – regoli dwar il-protezzjoni tas-servizzi pubbliċi u tad-diversità kulturali, u trawwem konverġenza regolatroja u adeżjoni ma’ standards multilaterali fejn dawn diġà jeżistu; |
|
4. |
Jisħaq fuq li huwa kommess li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ġappun billi jiffoka fuq it-tneħħija ta’ ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ u l-investiment, inklużi bosta regoli restrittivi u miżuri regolatorji li jħabbtu wiċċhom magħhom il-kumpaniji tal-UE li jkunu jridu aċċess għas-suq Ġappuniż; |
|
5. |
Iqis li, fin-negozjati kummerċjali mal-Ġappun, il-Kummissjoni għandha tikkoċentra, bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha, fuq it-tneħħija ta’ dawk l-ostakoli li l-aktar li jtellfu l-aċċess tas-suq lil SMEs Ewropej; |
|
6. |
Iqis li t-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tat-tariffi Ġappuniżi fuq il-prodotti tal-ICT, inklużi l-partijiet u l-komponenti tagħhom, iqawwu l-kompetittività u jiġġeneraw impjiegi ta’ kwalita għolja fl-UE; jitlob, barra minn hekk, kooperazzjoni intensifikata bejn l-UE u l-Ġappun fil-qasam tal-R&D u speċjalment fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjeta intellettwali, biex jitħaffef il-qsim tal-informazzjoni dwar il-privattivi bejn l-uffiċċji tal-privattivi rispettivi tagħhom; |
|
7. |
Jikkunsidra li l-livell ta’ ambizzjoni tal-Kummissjoni rigward il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ġappun, u b’mod speċjali rigward it-tkabbir tal-aċċess ta’ negozji Ewropej għas-suq, għandu jkun ikkumplimentat minn impenji komprensivi u maqbula b’mod konġunt dwar l-iżvilupp sostenibbli; |
|
8. |
Jenfasizza li l-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Ġappun mhux biss irendi benefiċċji f’termini ta’ żieda fil-kummerċ bilaterali fil-prodotti u s-servizzi, imma wkoll irawwem il-koooperazzjoni fuq il-prijoritajiet orizzontali tal-UE, bħalma huma l-kooperazzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni, dik regolatorja u fil-ġlieda kontra l-abbuż tas-suq, u, fl-aħħar nett iżda mhux l-anqas importanti, il-kooperazzjoni fit-trattament ta’ firxa wiesgħa ta’ sfidi ambjentali; |
|
9. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fid-diskussjonijiet kummerċjali kollha mal-Ġappun, jappoġġaw u jippromwovu inizjattivi bl-għan li jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali; |
|
10. |
Huwa tal-fehma li, valutazzjoni komprensiva tas-sostenibbiltà u tal-impatt hija ta’ importanza ewlenija għal valutazzjoni ġenerali tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta meta jkun il-waqt valutazzjoni bħal din, li tispjega fid-dettall b'mod partikolari l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli ta’ relazzjonijiet kummerċjali msaħħa bejn l-UE u l-Ġappun għas-setturi kollha involuti, u b'mod partikolari għas-setturi industrijali kollha u dawk aktar sensittivi, bħas-setturi tal-karozzi, tal-elettronika, tal-avjazzjoni u tal-makkinarju, |
|
11. |
Jirrakkomanda li miżuri effikaċi ta’ salvagwardja bilaterali jkunu inklużi fit-tfassil ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles Bejn l-UE u l-Ġappun biex jipprevjenu mewġa ta’ importazzjonijiet li tikkawża, jew thedded li tikkawża, ħsara serja lill-industriji tal-UE u tal-Ġappun, speċjalment f’setturi sensittivi bħall-industriji tal-karozzi, tal-elettronika u tal-makkinarju; |
|
12. |
Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ġappun għandu l-potenzjal li jwassal għal sitwazzjoni ta’ rebħ għaż-żewġ ekonomiji; |
|
13. |
Jenfasizza li l-Parlament se jintalab jagħti l-kunsens tiegħu għall-potenzjal tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ġappun; |
|
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern u l-parlament tal-Ġappun. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0068.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0434.
(3) ĠU C 67E, 18.3.2010, p. 101.
(4) ĠU C 45E, 23.2.2010, p. 47.
(5) ĠU C 295E, 4.12.2009, p. 67.
(6) ĠU C 279E, 19.11.2009, p. 5.
(7) ĠU C 184E, 6.8.2009, p. 16.
(8) ĠU C 102E, 24.4.2008, p. 128.
(9) ĠU L 284, 29.10.2001, p. 3.
(10) ĠU L 183, 22.7.2003, p. 12.
(11) ĠU L 62, 6.3.2008, p. 24.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/23 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Il-preparazzjoni tal-foresti għat-tibdil fil-klima
P7_TA(2011)0226
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-foresti u t-tagħrif dwarhom fl-UE: il-preparazzjoni tal-foresti għat-tibdil fil-klima (2010/2106(INI))
2012/C 377 E/05
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni tal-Foresti u t-Tagħrif dwarhom fl-UE: il-preparazzjoni tal-foresti għat-tibdil fil-klima (COM(2010)0066), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Ġunju 2010 dwar il-preparazzjoni tal-foresti għat-tibdil fil-klima, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2010 dwar il-bijodiversità wara l-2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni ‧L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni‧ (COM(2009)0147) u r-riżoluzzjoni relatata tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (MCPFE) - FOREST EUROPE, id-diversi riżoluzzjonijiet tagħha u l-xogħol ta’ esperti fl-għoti ta’ linji gwida, kriterji u indikaturi għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill resolution tas-26 ta’ Frar 1999 dwar Strateġija forestali għall-Unjoni Ewropea (2) u r-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha (COM(2005)0084), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Foresti 2006-2011 (PAF) (COM(2006)0302) u l-evalwazzjoni intermedja tal-implimentazzjoni tiegħu (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (4), ir-Rapport Kompost dwar l-Istat ta’ Konservazzjoni tat-Tipi ta’ Ħabitats u tal-Ispeċijiet kif meħtieġ skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (COM(2009)0358) u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE rigward il-konservazzjoni tal-bijodiversità (5) u tat-3 ta’ Frar 2009 dwar in-natura selvaġġa fl-Ewropa (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza COP10 tal-UNEP dwar id-Diversità Bioloġika ta’ Nagoya f'Ottubru 2010 u l-objettivi tal-bijodiversità ta’ Aichi, b'mod partikolari l-impenn biex jiġu protetti 17 % taż-żoni terrestri u l-ilmijiet interni permezz ta’ miżuri ta’ konservazzjoni effikaċi, integrati fil-pajsaġġi usa', |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu ‧Formazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-foresti fl-Unjoni Ewropea: perċezzjonijiet pubbliċi tal-foresti u tal-forestrija‧ (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Protokoll ta’ Kjoto u r-rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar il-‧Gwida tal-Prattiki Tajba għall-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF)‧, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-bijomassa (COM(2005)0628), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli) (8), id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju [negozjar] ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (Direttiva ETS) (9), id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (Deċiżjoni tal-Kondiviżjoni tal-Isforzi) (10), ir-rapport tal-Kummissjoni dwar rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-użu ta’ sorsi ta’ bijomassa solida u gassuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ (COM(2010)0011), ir-Raba' Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC, Kapitolu 9: Forestrija u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar it-tħejjija ta’ rapport dwar skema ta’ sostenibbiltà għal użi tal-bijomassa bħala enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u l-ħidma li ssir mill-grupp espert dwar il-politika tal-klima għal-LULUCF (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudji tiegħu nru 449.292, li jivvalutaw il-Green Paper dwar il-protezzjoni tal-foresti u t-tagħrif dwarhom fl-UE, nru 440.429 dwar il-forestrija u l-skema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet u nru 449.237 dwar l-istrateġija Ewropea dwar il-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-laqgħa tat-13 ta’ Lulju 2010 fi Brussell tas-Sottogrupp tal-Forestrija tal-Intergrupp ‧Tibdil fil-Klima, Bijodiversità u Żvilupp Sostenibbli‧, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġ tal-2000 (il-Konvenzjoni ta’ Firenze), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (12) u r-rieżami tal-Reġim tal-UE tas-saħħa tal-pjanti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Sinteżi ta’ TEEB (L-Ekonomija tal-Ekosistemi u l-Bijodiversità) "Mainstreaming the Economics of Nature" u l-aġġornament tal-Kwistjonijiet Klimatiċi tat-TEEB, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 dwar il-prevenzjoni ta’ nirien fil-foresti fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 u d-9 ta’ Novembru 2010 dwar is-soluzzjonijiet innovattivi għall-finanzjament ta’ azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni finali tar-Regolament dwar Forest Focus (COM(2010)0430), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) Nru 9/2006 ‧Tipi ta’ foresti Ewropej: Kategoriji u tipi għar-rapportar u l-politika dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti‧, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport lid-DĠ tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali bit-titolu ‧L-Impatti tat-Tidbil fil-Klima fuq il-Foresti Ewropej u l-Għażliet għall-Adattament‧ (14); |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2009 lid-DĠ tal-Kummissjoni għall-Ambjent bit-titolu ‧Għażliet politiċi tal-UE għall-protezzjoni tal-foresti Ewropej kontra impatti li jagħmlu l-ħsara‧ (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 9/2004 dwar Miżuri ta’ silvikultura fl-ambitu tal-Politika tal-Iżvilupp Rurali (flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tan-netwerk ta’ esperti tal-FAO/UNECE/ILO fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni H1 ta’ Ħelsinki tal-MCPFE li tiddefinixxi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti bħala ‧il-ġestjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet tal-foresti b'mod u b'rata tali li jippermettulhom iżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-kapaċità li jiġu sodisfatti, attwalment u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, f'livell lokali, nazzjonali u dinji, mingħajr ma jikkawżaw ħsara lil ekosistemi oħrajn‧, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0113/2011), |
|
A. |
billi l-foresti u l-art bil-boskijiet ikopru 42 % tal-erja tal-UE u l-industriji bbażati fuq il-foresti, b'valur tal-bejgħ li jammonta għal aktar minn EUR 300 biljun, jipprovdu għal aktar minn 2 miljun impjieg, il-maġġoranza tagħhom rurali, u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku, impjiegi u l-prosperità permezz tal-provvista ta’ injam u opportunitajiet għat-turiżmu, |
|
B. |
billi l-foresti tal-UE jirrappreżentaw it-totalitajiet tal-bijosferi li jinkludu mhux biss siġar, li jipprovdu servizzi ekosistemiċi imprezzabbli fosthom is-sekwestru tal-karbonju, ir-regolarizzazzjoni tal-flussi tal-ilma, il-konservazzjoni tal-pajsaġġ, iż-żamma tal-fertilità tal-ħamrija, il-protezzjoni tal-ħamrija mill-erożjoni u mid-deżertifikazzjoni u l-protezzjoni mid-diżastri naturali, li kollha kemm huma huma ta’ importanza notevoli għall-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittidini Ewropej, |
|
C. |
billi madwar 40 % tal-foresti tal-UE huma ta’ proprjetà pubblika u madwar 60 % tal-foresti tal-UE jappartjenu għal aktar minn 10 miljun proprjetarju privat ta’ foresti, biex kemm il-partijiet interessati privati kif ukoll dawk pubbliċi għandhom responsabilità fir-rigward tal-protezzjoni tal-foresti u l-użu sostenibbli ta’ foresti permezz tal-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fil-post, |
|
D. |
billi, minkejja r-rati ta’ deforestazzjoni allarmanti f'diversi partijiet tad-dinja, it-tendenza fit-tul li tiżdied il-kopertura tal-foresti fl-UE hija stabbli u huwa stimat li l-karbonju tal-bijomassa mill-injam qiegħed jikber; billi, minkejja t-tendenza ġeneralment pożittiva, is-sekwestru tal-karbonju fl-Ewropa kollha għadu ferm taħt il-kapaċità naturali u aktarx jista' jerġa' lura għall-għajn, billi qiegħda tiżdied il-pressjoni biex jogħlew il-livelli ta’ ħsad u madwar 500 000 ettaru tal-foresti tal-UE jintilfu kull sena b'konsegwenza tan-nirien fil-foresti u deforestazzjoni illegali, |
|
E. |
billi 30 % tas-siti NATURA 2000 huma foresti u ħabitats oħrajn ta’ art bil-boskijiet, li jiżvolġu rwol importanti bħala rabtiet man-netwerks tal-bijotopi; u billi 66 % tat-tipi ta’ ħabitats forestali ta’ interess Komunitarju għandhom status ta’ konservazzjoni mhux favorevoli, |
|
F. |
billi l-foresti fil-muntanji jirrappreżentaw terz tal-art forestali totali tal-UE u huma element essenzjali tal-pajsaġġ naturali billi jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-art, għar-regolazzjoni tal-provvista tal-ilma; billi dawn il-foresti jiżvolġu rwol fundamentali fl-attività ekonomika lokali, |
|
G. |
billi l-protezzjoni tal-aħħar żoni ta’ natura selvaġġa li baqa' tista' tikkontribwixxi biex jieqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degrad tas-servizzi ekosistemiċi fl-UE sal-2020; |
|
H. |
billi huwa mbassar li l-ġenerazzjoni ta’ enerġija mill-bijomassa solida u mill-bijoskart se jkollha sehem ta’ 58 % tal-enerġiji rinnovabbli tal-UE sal-2020, u billi s-sehem tal-bijomassa tal-forestrija hu mistenni li jonqos f'termini relattivi, teżisti domanda li qiegħda tiżdied kostantement għall-injam bħala sors ta’ enerġija; billi għaldaqstant il-viġilanza hija meħtieġa għall-prevenzjoni tad-deforestazzjoni illegali u tal-intensifikazzjoni tal-prattiki tal-forestrija u jafu jżidu f'xi Stati Membri l-proporzjon bejn il-qtugħ ta’ siġar u t-tkabbir tagħhom b'aktar minn 100 %, b'hekk jiġu kkuntrastati l-objettivi fil-qasam tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità; billi l-enerġija mill-bijomassa għandha tkun inqas dipendenti fuq il-bijomassa tal-foresti, |
|
I. |
billi l-protezzjoni tal-foresti u l-funzjonijiet tagħhom għandha tkun integrata fil-politiki kollha tal-UE li jikkonċernaw il-foresti, |
|
J. |
billi l-foresti jikkostitwixxu ekosistemi ħajjin u f'evoluzzjoni li spiss jaqsmu l-fruntieri bejn l-istati, li jistgħu jkunu kklassifikati b'mod differenti bħaż-żoni bijoklimatiċi jew tipi ta’ foresta, bil-għan li d-deċiżjonijiet politiċi tal-UE jingħataw gwida, l-EEA żviluppat nomenklatura forestali speċifika; billi r-riżultati xjentifiċi l-aktar reċenti fl-oqsma kollha, bħall-‧qasma kontinentali‧, għandhom jitqiesu fil-politiki tal-UE li jikkonċernaw il-foresti u t-tali politiki għandhom jevitaw ir-riskju li jkunu wisq ġenerali biex ikunu siewja, |
|
K. |
billi tipi differenti ta’ foresti u s-settur forestali jistgħu jkunu esposti għal riskji bijotiċi u abijotiċi differenti u imprevedibbli minħabba t-tibdil fil-klima, bħal parassiti, tempesti, nixfiet u nirien, b'hekk ir-reżiljenza tal-foresti ssir is-sinsla tal-isforzi ta’ protezzjoni, |
|
L. |
billi l-informazzjoni soda u kumparabbli dwar l-istat tal-foresti tal-UE u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u x-xejriet produttivi fil-foresti hija prekundizzjoni għall-politika u l-ippjanar, inkluż il-kontribut tal-foresti għall-mitigazzjoni u l-adattatment għat-tibdil fil-klima; |
|
M. |
billi n-nirien fil-foresti u l-ħruq volontarju, li spiss isiru minħabba motivazzjoni differenti, jeqirdu aktar minn 400 000 ettaru ta’ foresta fis-sena, speċjalment, iżda mhux biss, fir-reġjun Mediterranju, b'telf enormi ta’ ħajja umana, proprjetà, impjiegi, bijodiversità u l-funzjonijiet protettivi tal-foresti; billi r-riġenerazzjoni wara n-nirien hija speċjalment diffiċli għall-foresti kollha, u fil-każ tan-netwerk NATURA 2000, ixxekkel l-ilħiq tal-objettivi tan-netwerk, |
|
N. |
billi l-White Paper hawn fuq imsemmija dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima tinkludi l-foresti bħala waħda mill-oqsma ta’ azzjoni ewlenin li tenfasizza li l-istrateġija tal-UE tal-forestrija għandha tkun aġġornata biex tinkludi aspetti relatati mat-tibdil fil-klima, |
|
O. |
billi 5 % biss tal-art forestali tal-Ewropa hija kkostitwita minn foresti antiki, primarji u mhux disturbati mill-attività tal-bniedem; billi l-perċentwal ċkejken ta’ foresti ta’ dan it-tip, flimkien mal-frammentazzjoni dejjem ikbar tal-artijiet li fadal tat-tipi kollha ta’ foresti, iżid il-vulnerabilità tal-foresti għat-theddid klimatiku, u jispjega parzjalment l-istat persistenti ta’ konservazzjoni skadenti ta’ bosta speċijiet forestali ta’ interess Ewropew, |
|
P. |
billi t-tisħiħ tal-funzjonijiet protettivi tal-foresti għandu jifforma parti mill-istrateġiji tal-UE u tal-Istati Membri għall-protezzjoni ċivili, speċjalment meta ffaċċjati b'fenomeni estremi relatati mal-klima bħan-nirien u l-għargħar, |
|
Q. |
billi r-rapport TEEB ppreżenta każ konvinċenti ta’ kostijiet-benefiċċji għall-investimenti pubbliċi f'approċċi ekosistemiċi għal adattament u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'mod partikolari rigward l-infrastruttura ekoloġika, bħar-restawr u l-konservazzjoni tal-foresti, |
|
R. |
billi d-diversi sistemi ta’ ġestjoni tal-foresti nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom ikunu rispettati kif ukoll megħjuna bil-għan li jżidu l-kapaċità ta’ adattament tagħhom, |
|
S. |
billi l-kapaċità tal-foresti Ewropej li jaġixxu bħala bjar ta’ assorbiment effikaċi tas-CO2, NH3 u NOX għadha mhux sfruttata biżżejjed u l-injam li joriġina minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli jaf ikollhom benefiċċji ta’ mitigazzjoni billi jservu bħala sostitut riċiklabbli u b'kontenut għoli ta’ karbonju għall-materjali b'intensità enerġetika għolja bħal ligi metalliċi, plastik u konkrit użati ħafna fil-kostruzzjoni u f'industriji oħrajn, |
|
T. |
billi skont id-data miġbura mill-Kummissjoni, is-sajf fin-naħa t'isfel tal-Ewropa se jisħon malajr bid-doppju milli fil-kumplament tal-Ewropa u l-ħalbiet tax-xita fis-sajf fin-Nofsinhar se jonqsu b'5 % kull għaxar snin, |
|
U. |
billi l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Foresti għandu erba' objettivi: it-titjib fit-tul tal-kompetittività, il-protezzjoni tal-ambjent, il-kontribut għall-kwalità tal-ħajja u t-trawwim tal-koordinament, u billi sar progress konsiderevoli l-aktar fl-ilħiq tal-ewwel objettiv, |
|
V. |
billi l-proċess Forest Europe diġà kiseb kunsens Ewropew fuq bażi volontarja dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti; billi l-kuntest attwali għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ma għandux rikonoxximent sħiħ u implimentazzjoni konsistenti; |
|
W. |
billi, fil-qafas tal-proċess Forest Europe, saru preparamenti kompluti għan-negozjati dwar strument ġuridikament vinkolanti u huwa mistenni li jittieħdu deċiżjonijiet relatati waqt il-konferenza li jmiss, li se ssir f'Oslo f'Ġunju 2011, |
|
X. |
billi r-Regolamenti dwar in-nirien fil-foresti (17) u dak ta’ Forest Focus (18) skadew u dan issarraf f'finanzjamenti inadegwati u f'nuqqas ta’ rapportar ad hoc, |
|
Y. |
billi s-selezzjoni ġenetika għandha timmira biex ittejjeb il-karatteristiċi ta’ adattament tal-ekosistema forestali, |
|
Z. |
billi hija meħtieġa aktar informazzjoni dwar l-influwenza tal-foresti fuq il-mudelli meteoroloġiċi fil-livell Ewropew, |
|
AA. |
billi r-rapport tal-2009 msemmi hawn fuq lill-Kummissjoni ‧Għażliet politiċi tal-UE għall-protezzjoni tal-foresti Ewropej kontra impatti dannużi‧ identifika u studja erba' għażliet politiċi, li jkopru t-tkomplija tal-approċċ attwali, il-metodu miftuħ ta’ koordinament, aktar monitoraġġ u l-introduzzjoni ta’ direttiva qafas dwar il-foresti, |
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-foresti u t-tagħrif dwarhom fl-UE: Il-preparazzjoni tal-foresti għat-tibdil fil-klima; iqis li għandha tissaħħaħ l-Istrateġija tal-UE dwar il-foresti bil-għan li titjieb il-ġestjoni sostenibbli u l-konservazzjoni, skont il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u l-proporzjonalità; |
|
2. |
Jenfasizza, madankollu, li skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-UE għandha tkun tista' tintervjeni fl-ambiti li fihom jintwera li l-objettivi tal-azzjoni prevista ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri; |
|
3. |
Jilqa' favorevolment l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-foresti għandhom jitqiesu bħala kontributur kbir biex tissolva l-kriżi tal-klima; jenfasizza li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti hija tal-ikbar importanza għall-UE biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha dwar il-klima u jingħataw is-servizzi ekosistemiċi neċessarji, bħall-bijodiversità, il-protezzjoni kontra d-diżastri naturali, u l-qbid tas-CO2 mill-atmosfera; |
|
4. |
Ifakkar li l-foresti jiffurmaw il-bijosferi li jinkludu ħafna aktar minn siġar, u li r-reżiljenza tagħhom għalhekk tiddependi mid-diversità bijoloġika mhux biss tas-siġar iżda ta’ kull organiżmu tal-foresta wkoll, partikolarment l-annimali selvaġġi li jgħixu fil-foresta, u li l-foresti huma essenzjali għall-adattament tas-soċjetajiet Ewropej għat-tibdil fil-klima; |
|
5. |
Ifakkar li l-foresti huma r-repożitorju prinċipali tal-karbonju u jiżvolġu rwol vitali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jenfasizza li għalhekk huwa vitali għall-UE li ssaħħaħ l-istrateġija tagħha biex tikkumbatti l-fatturi li qed jikkawżaw id-deterjorament tal-foresti, bħan-nirien u t-tniġġis atmosferiku; |
|
6. |
Jinsab konvint li s-sostenibbiltà ekoloġika hija prerekwiżit għat-tkomplija tal-funzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-foresti tal-UE; |
|
7. |
Jisħaq fuq ir-rwol li tiżvolġi l-bijodiversità forestali fl-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li jitjieb l-għarfien dwar l-indikaturi tal-bijodiversità forestali – inkluż b'mod partikolari dwar il-kapaċità ġenetika forestali – għal adattament aħjar; |
|
8. |
Jifraħ lill-Kummissjoni dwar l-analiżi eżawrjenti tat-theddid bijotiku u abijotiku fil-Green Paper tagħha, u jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn biex jiġu eżaminati, barra minn dan, fatturi oħra konnessi mal-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-foresti, bħad-defoljazzjoni, li jfakkar fl-irduddjar tas-superfiċje defoljata tal-quċċata tas-siġar fil-foresti tan-Nofsinhar tal-Ewropa fl-aħħar 20 sena, li wassal, f'termini ta’ konsegwenzi diretti, għat-tnaqqis tal-kapaċità u tal-effikaċja fil-proċessi tal-iffissar tal-karbonju u għat-tnaqqis tal-effett mitiganti tal-foresti f'perjodi ta’ nixfa jew f'mewġiet ta’ sħana minħabba t-telf prematur tal-weraq tas-siġar; |
|
9. |
Jirrikonoxxi l-kontributi importanti għal forestrija sostenibbli mill-iskemi eżistenti ta’ ċertifikazzjoni globali, bħall-Kunsill għall-Ġestjoni Forestali (Forest Stewardship Council - FSC) u l-Programm għall-Approvazzjoni tal-Iskemi ta’ Ċertifikazzjoni tal-Foresti (Programme for the Endorsement of Forest Certification Schemes - PEFC); |
Strateġija forestali u Pjan ta’ Azzjoni għall-Foresti tal-UE
|
10. |
Jenfasizza li l-Istrateġija Forestali tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Foresti hawn fuq imsemmija għandhom jiġu aġġornati sabiex jinkludu d-dimensjoni tat-tibdil fil-klima u kwistjonijiet usa' dwar il-ħarsien tal-foresti; ifakkar li dibattitu komprensiv dwar il-politika forestalii mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati kollha milquta mill-implimentazzjoni tal-miżuri proposti għandu jippreċedi kwalunkwe tali rieżami; |
|
11. |
Jilqa' b'sodisfazzjon is-suċċess tal-isforzi tal-UE biex tilħaq kompetittività dinji għall-industriji Ewropej bbażati fuq il-foresti; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi biex jilħqu l-objettivi ambjentali u tal-kwalità tal-ħajja tal-PAF li l-implimentazzjoni tiegħu attwalment qiegħda lura; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi tal-politika tal-UE li jkollha effett fuq il-foresti tal-UE sabiex teżamina jekk humiex koerenti u jekk jiggarantixxux il-protezzjoni tal-foresti; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi tal-finanzjament attwalment disponibbli għall-foresti u l-forestrija u talloka mill-ġdid il-fondi eżistenti li jħallu impatt negattiv fuq il-bijodiversità forestali, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Marzu 2010 hawn fuq imsemmija; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet definiti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2008 dwar industriji bbażati fuq il-foresti innovattivi u sostenibbli fl-UE (COM(2008)0113), u jqisu r-regolamentazzjoni eċċessiva taf tagħmel il-prodotti tal-injam inqas kompetittivi meta mqabbla mal-materjali mhux rinnovabbli u b'intensità enerġetika għolja; |
|
16. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-miżuri għall-protezzjoni tal-foresti għandhom jirriflettu n-natura transkonfinali tar-riskji bijotiċi u abijotiċi skont it-tip, iż-żona bijoklimatika u l-kundizzjonijiet reġjonali tagħhom; jenfasizza, barra minn hekk, li għandha tittieħed azzjoni biex tappoġġa, tikkoordina u tissupplementa l-inizjattivi politiċi tal-Istati Membri u tar-reġjuni meta l-UE tippreżenta valur miżjud, u skont in-nomenklatura forestali żviluppata mill-EEA; |
|
17. |
Jenfasizza li l-protezzjoni tal-foresti tiddependi minn impenn fit-tul min-naħa tal-Istati Membri, ir-reġjuni, l-industriji bbażati fuq il-foresti kif ukoll tas-sidien pubbliċi u privati tal-foresti; |
|
18. |
Iqis li l-foresti boreali tat-Tramuntana (taiga) u l-foresti tal-Mediterran huma ta’ valur kbir ħafna f'termini ta’ bijodiversità Ewropea u bħal bjar tal-karbonju atmosferiku u għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni msaħħa; |
|
19. |
Iqis li l-ippjanar forestali fit-tul għandu jkun flessibbli, parteċipattiv u juri kapaċità ta’ adattament meta wieħed iqis ix-xenarji kollha possibbli u jżomm f'moħħu l-ħafna għażliet għall-iżvilupp futur, li jipprovdi bażi realistika u affidabbli għall-appoġġ ta’ deċiżjoni dwar il-ġestjoni; iqis, barra minn hekk, li fil-livell tal-UE dan għandu jissawwar f'‧Forum dwar il-foresti‧ permanenti biex jiggarantixxi protezzjoni fit-tul tal-foresti; |
Ġestjoni sostenibbli tal-foresti
|
20. |
Jilqa' favorevolment is-suċċess ta’ Forest Europe fit-tisħiħ tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-ksib ta’ kunsens Ewropew dwar il-linji gwida, il-kriterji u l-indikaturi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti; josserva madankollu li l-kuntest attwali tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ma għandux implimentazzjoni konsistenti; |
|
21. |
Ifakkar li l-għan tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti huwa li tarmonizza l-aspetti relatati mal-produzzjoni u l-protezzjoni tal-foresti billi tiggarantixxi t-tkomplija tal-funzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom skont prijoritajiet nazzjonali u reġjonali; jirrimarka bi tħassib li x-xejra li qed tikber li l-foresti jkunu kkunsidrati biss minn perspettiva ekonomika, u jintesew l-aspetti ambjentali u soċjali tagħhom, hija inkumpatibbli mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti ħalli tikkomplimenta r-Regolament (UE) 995/2010 dwar l-Injam imsemmi hawn fuq biex jiġi assigurat li l-injam kollu jew il-prodotti tal-injam li jitpoġġew fis-suq Ewropew ikunu ġew minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli; |
|
23. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu bl-isforzi tagħhom biex itemmu d-deforestazzjoni illegali u l-kummerċ tal-injam li dan jipproduċi, għaliex dan jgħin fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni, id-degrad tal-foresti u t-telf ta’ bijodiversità; |
|
24. |
Jitlob li tissaħħaħ il-konnessjoni bejn il-programmi forestali nazzjonali (PFN) u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Foresti (PAF) permezz ta’ rappurtar strutturat lill-Kumitat Forestali Permanenti (KFP); |
|
25. |
Iqis li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti hija fundamentali għall-kapaċità kontinwa tal-foresti tal-UE biex iwettqu funzjonijiet ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri juru l-appoġġ tagħhom għall-proċess Forest Europe billi jagħmlu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti obbligatorja fl-Unjoni Ewropea; iqis, barra minn hekk, li impenn bħal dan ikun jgħin biex jiġu assimilati l-prinċipji ta’ sostenibbiltà fil-forestrija u jservu tal-aħjar sostenn possibbli għall-proċess Forest Europe u l-ftehimiet ġuridikament vinkolanti eżaminati minn Forest Europe u mill-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti; |
|
26. |
Huwa favur l-implimentazzjoni totali tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti attiva fil-kuntest ta’ PFN fit-tul li jinkorporaw il-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali, l-objettivi li jistgħu jitkejlu u l-kriterji ta’ evalwazzjoni u jieħdu kont taż-żieda fit-theddid fil-konfront tal-foresti minħabba t-tibdil fil-klima; |
|
27. |
Jenfasizza li l-pjanijiet għall-iżvilupp rurali u l-programmi operattivi ma għandhomx jitqiesu bħala ekwivalenti għall-PFN; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-PNF jikkunsidraw il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-istudji dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riżorsi tal-ilma, l-ekosistemi u l-bijodiversità, u li l-istrateġiji u l-programmi għall-iżvilupp rurali jkunu koerenti mal-programmi forestali, l-istrateġiji dwar il-bijodiversità u l-pjanijiet ta’ azzjoni fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli; |
|
28. |
Jirrimarka li d-diversità ġenetika, ir-riġenerazzjoni naturali u d-diversità fl-istruttura u fit-taħlita tal-ispeċijiet fost l-organiżmi kollha li jgħixu fil-foresta huma elementi komuni fl-għażliet ta’ adattament tal-foresti, li jkopru ż-żoni bijoklimatiċi, is-sistemi ta’ ġestjoni sostenibbli u t-tipi ta’ foresti kollha; jirrimarka wkoll li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti tiggarantixxi vijabbiltà ekonomika għall-foresti kummerċjali iżda ma timponihiex fil-każ ta’ dawk il-foresti b'funzjonijiet primarji differenti mill-produzzjoni tal-injam; |
|
29. |
Iqis li l-protezzjoni tal-foresti fuq perjodu twil ta’ żmien tiddependi fuq il-ħolqien u s-sostenn tal-ekosistemi forestali karatterizzati minn siġar differenti ħafna f'dik li hija kompożizzjoni, età u struttura; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu adottati s-sistemi nazzjonali tal-protezzjoni ċivili biex jiġi ffaċċjat l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-foresti; b'mod partikolari jħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni ħalli tkabbar ir-Riżerva Tattika Ewropea kontra in-Nirien fil-Foresti f'termini ta’ riżorsi u kapaċità; |
|
31. |
Iwissi kontra l-isfruttament kummerċjali illimitat ta’ riżorsi forestali li partikolarment fil-każ tal-foresti naturali, bosta drabi twassal għall-qerda irreversibbli tagħhom; |
|
32. |
Iqis li, minħabba l-importanza tagħhom għas-sekwestru tad-CO2, is-siġar tal-agroforestrija għandhom jitqiesu bl-istess mod bħal boskijiet tradizzjonali mhux produttivi, fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; |
Proposti ġenerali
|
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi bl-abbozzar tal-White Paper dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-UE billi tqis ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper, il-bżonn li jinħass fuq skala wiesgħa għat-tħejjija għat-tibdil fil-klima, l-istudju dwar l-għażliet politiċi u l-istudju dwar l-għażliet ta’ adattament; iqis li l-White Paper, barra milli tikkonferma l-kontribut tal-foresti lill-ekonomija permezz ta’ prodotti u servizzi forestali tal-injam u mhux, għandha tikkonċentra fuq iż-żamma u ż-żieda tal-foresti Ewropej, billi dawn jgħinu lis-soċjetajiet Ewropej jimmitigaw it-tibdil fil-klima u jadattaw għall-effetti tiegħu; iqis, barra minn hekk, li għandu jiġi garantit livell ogħla ta’ protezzjoni għall-ħabitats ta’ kwalità għolja u għal foresti protettivi b'funzjonijiet li jikkontrastaw l-għargħar, żerżiq tal-art, nirien, deżertifikazzjoni, telf tal-bijodiversità u katastrofi meteoroloġiċi estremi; iqsi li riżorsi finanzjarji adegwati, skambju ta’ għarfien u promozzjoni tar-riċerka u tal-informazzjoni bħala aspetti indispensabbli tal-proposti tal-Kummissjoni; |
|
34. |
Jerġa' jafferma l-fehmiet tiegħu dwar il-bżonn għal livelli ogħla ta’ finanzjamenti għall-miżuri ta’ protezzjoni tal-foresti tal-UE, permezz tal-pilastru ‧żvilupp rurali‧ tal-Politika Agrikola Komuni (PAK); jindika li l-isfidi l-ġodda involuti fit-tibdil fil-klima jagħmluha ċara li l-protezzjoni tal-foresti teħtieġ somom akbar ta’ finanzjament u li jistgħu jkunu meħtieġa forom ġodda ta’ assistenza; |
|
35. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistudja b'attenzjoni u tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-għażliet għall-pagament għas-servizzi ekosistemiċi li jagħrfu l-valur ekonomiku tagħhom u jippremjaw il-konservazzjoni tal-bijodiversità forestali kif ukoll ir-restawr tal-ekosistemi forestali; jenfasizza l-importanza li d-dinja tan-negozju tirrikonoxxi l-vantaġġi f'termini ta’ kredibbiltà, pubbliċità u ta’ benefiċċji finanzjarji li ġejjin mill-involviment tagħha fil-konservazzjoni tal-bijodiversità u fil-protezzjoni tal-foresti; |
|
36. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-prevenzjoni tan-nirien fil-Foresti billi tinkorpora l-finanzjamenti tal-pjanijiet ta’ prevenzjoni u tal-valutazzjoni tar-riskji, tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti (EFFIS), id-detezzjoni tan-nar, tal-infrastruttura, tat-taħriġ u l-edukazzjoni u tal-irkupru tal-foresti wara n-nirien, inkluża l-valutazzjoni li l-art li fuqha nqabad in-nar tkun suġġetta għal projbizzjoni ta’ bini ta’ 30 sena; |
|
37. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva li tipprojbixxi l-bini fuq art meqruda min-nirien li dwarha ġie aċċertat il-ħruq volontarju; |
|
38. |
Jappella għat-tneħħija tal-ostakli ġuridiċi għall-ġestjoni sostenibbli; |
|
39. |
Jindika l-ħtieġa biex jiġi stabbilit il-qafas finanzjarju meħtieġ biex itejjeb it-tifi tan-nar fil-foresti u wkoll jitlob biex tinġieb aktar flessibbiltà għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà; |
|
40. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva għat-tagħrif dwar il-foresti billi tqis it-theddid klimatiku u l-bżonn ta’ ġbir u tixrid tad-data rilevanti, armonizzata u paragunabbli dwar il-kopertura forestali, il-bijodiversità, it-theddid bijotiku u abijotiku u l-użu tal-art fil-kuntest tal-UNFCCC, tas-CBD u tal-kontijiet ambjentali; jistieden barra minn dan lill-Kummissjoni tikkompila u tissorvelja l-indikaturi relatati mal-funzjonijiet protettivi tal-foresti bħall-kapaċità ta’ assorbiment tal-ħamrija; |
|
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa r-riċerka dwar l-influwenza tal-foresti fuq il-mudelli meteoroloġiċi reġjonali fl-UE, sabiex tinforma l-istrateġiji tal-ġestjoni tal-foresti rigward il-bidliet f'termini ta’ daqs, kompożizzjoni u lok tal-foresti u l-impatt tat-tali bidliet; |
|
42. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jxerrdu linji gwida dwar l-aħjar prattiki bbażati fuq il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli biex jissodisfaw il-bżonnijiet tas-sidien privati u statali kif ukoll tal-komunitajiet lokali, bil-għan li tiġi garantita reżiljenza għat-tibdil fil-klima; jinnota wkoll l-importanza tal-iskambju tal-aħjar prattiki dwar kif kumpaniji u setturi tal-industrija jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi tal-bijodiversità permezz ta’ mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja u kif jistgħu jibnu rabta bejn konservazzjoni tal-bijodiversità u l-ġenerazzjoni ta’ dħul; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-politika ta’ komunikazzjoni u informazzjoni sabiex tkun żgurata l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, tinforma lill-pubbliku u tħeġġeġ l-użu tal-injam sostenibbli; |
|
43. |
Jenfasizza l-bżonn li jissaħħew l-isforzi ta’ koordinament u ta’ informazzjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-foresti; huwa tal-fehma li jinħtieġu sforzi akbar biex jiggarantixxu li l-miżuri interni tal-UE jkunu koerenti mad-dikjarazzjonijiet fil-qasam tal-politika esterna dwar il-foresti (kooperazzjoni, żvilupp, kummerċ fl-injam eżotiku, eċċ.); |
|
44. |
Iqis li l-foresti jiffurmaw parti mill-wirt kulturali u ambjentali kollettiv tal-umanità u s-siġar imponenti għandhom jiġu protetti sew jekk jinsabu f'foresti sew jekk le; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħorġu bi strateġija xierqa għall-protezzjoni tagħhom, inkluża l-kunsidrezzjoni tal-‧Osservatorji tal-Wirt Forestali‧; jinkoraġġixxi, barra minn hekk, lill-Istati Membri, biex fil-kuntest tal-politiki nazzjonali tagħhom, jippromwovu aċċess ugwali u pubbliku għall-foresti u għaż-żoni naturali, jirrikonoxxu li d-dritt ta’ aċċess pubbliku għall-foresti u għaż-żona naturali (allemansrätten) kif ipprattikata f'ċerti Stati Membri jġib bosta vantaġġi f'termini ta’ aċċess demokratiku għar-rikreazzjoni, il-valorizzazzjoni tal-ekosistemi u r-rispett tal-wirt naturali; |
|
45. |
Bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija UE 2020 fir-rigward tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali fil-qasam tal-foresti, jitlob lil kull Stat Membru jew reġjun jiżviluppa strateġija forestali li tinkludi r-riforestazzjoni tax-xtut tax-xmajjar, il-ġbir tal-ilma tax-xita, l-attivitajiet agrikoli u r-riżultati tar-riċerka għall-għażla tal-varjetajiet u tal-ispeċijiet tradizzjonali ta’ xtieli u siġar li jadattaw ruħhom aħjar għan-nixfa; |
Riċerka dwar il-foresti
|
46. |
Jenfasizza li, minkejja l-Ewropa bla dubju għandha kompetenzi tekniċi dwar il-forestrija, li ġejjin minn prattiki tradizzjonali fil-forestrija li ilhom żmien twil, jeħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji għar-riċerka fl-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-foresti; huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-inċertezza xjentifika dwar il-kalendarju u l-kobor tat-theddid għall-foresti f'żoni differenti, jeħtieġ li jiġu destinati finanzjamenti għar-riċerka dwar il-klima skont esiġenzi speċifiċi u soluzzjoni applikabbli għal żoni bijoklimatiċi differenti, bil-għan li titjieb il-bażi ta’ għarfien rilevanti; |
|
47. |
Jitlob lill-Istati Membri jwaqqfu programmi konġunti ta’ riċerka fuq perjodu twil ta’ żmien biex jitjieb l-għarfien tal-impatti u l-vulnerabbiltà u biex jiġu appoġġati miżuri ta adattament fis-settur forestali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi proġetti ta’ inklużjoni fil-qafas multiannwali għall-iżvilupp tar-riċerka u dak teknoloġiku marbuta mal-għarfien tal-ekosistemi forestali u l-kapaċitajiet tagħhom li jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan ta’ azzjoni biex jiġu protetti l-foresti tal-UE sabiex jantiċipa l-impatt negattiv tal-proliferazzjoni tal-insetti u l-mard ikkawżat mit-tibdil fil-klima; |
|
49. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu spinta lir-riċerka fil-qadam tat-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi tiegħu għall-foresti; irawmu sensibilizzazzjoni usa' tas-sinifikati varji tal-foresti u l-importanza tal-ġestjoni sostenibbli tagħhom; jagħtu sostenn lit-taħriġ inizjali u intern lill-impjegati fil-qasam tal-forestrija, b'attenzjoni fuq oqsma ta’ għarfien espert mistennija bħala meħtieġa bħala riżultat tat-tibdil fil-klima (il-promozzjoni tad-diversità, il-prevenzjoni tal-ħsara u l-irkurpu); u jinkoraġġixxu l-iskambju tal-għarfien u tal-esperjenzi; |
|
50. |
Iqis li, minħabba l-ħtieġa ta’ riċerka effikaċi fil-‧potenzjal ta’ difiża‧ tal-ekosistemi forestali, ta’ riċerka pronjostika u ta’ riċerka fl-istrateġiji biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima fis-settur forestali u tal-injam kollu, hemm ħtieġa ta’ koordinament u finanzjament fuq livell tal-Unjoni Ewropea; |
It-tieni pilastru tal-PAK
|
51. |
Jindika li t-taħdidiet dwar il-futur tal-PAK wara l-2013 għandhom iqisu l-fatt li l-foresti joffru funzjonijiet ambjentali essenzjali u jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-objettivi soċjali u ekonomiċi tal-iżvilupp rurali u tal-ekonomiji nazzjonali; jistieden għalhekk lill-Istati Membri u lir-reġjuni jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet forestali u mal-pubbliku ġenerali fit-tħejjija ta’ programmi ta’ żvilupp rurali biex jiggarantixxu koerenza bejn il-politiki tal-UE, u jqisu li l-forestrija, f'xi każijiet, tista' tkun settur indipendenti mill-ekonomija rurali; |
|
52. |
Ifakkar li l-foresti jiżvolġu rwol fundamentali fil-provvista ta’ beni soċjoekonomiċi u ambjentali pubbliċi għall-benesseri tas-soċjetà u għall-iżvilupp, partikolarment fiż-żona rurali; jistieden lill-Kummissjoni tfassal approċċ politiku li jirrikonoxxi dan ir-rwol, filwaqt li jirrispetta d-drittijiet ta’ proprjetà tas-sidien; |
|
53. |
Jilqa' favorevolment il-fatt li l-aħħar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-PAK (19) tirrikonoxxi r-rwoli importanti li jiżvolġu l-bdiewa bħala atturi indispensabbli fil-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti, bħala amministraturi tal-ekosistemi forestali li jipproteġuhom mit-theddid lill-bijodiversità – bħall-parassiti – u fuq kollox, attur strutturali fit-territorju, ladarba l-kontinwità tagħhom hija l-aktar mod effikaċi biex tiġi evitata d-depopolazzjoni; |
|
54. |
Isostni li l-produtturi rurali, il-gruppi ta’ produtturi u l-entitajiet pubbliċi għandhom isiru eliġibbli għall-miżuri tal-forestrija fit-tieni pilastru tal-PAK; iqis li l-UE għandha tkompli tipprovdi għajnuna għall-forestazzjoni fl-ambitu tal-programmi nazzjonali ta’ żvilupp rurali, filwaqt li taċċerta ruħha li dawn l-inizjattivi ma jindaħlux fis-suq u li l-miżuri ta’ forestazzjoni jiddependu fuq materjal lokali, reżistenti għall-parassiti u għan-nar u jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-bijodiversità; jenfasizza wkoll li l-isforzi ta’ forestazzjoni għandhom jagħtu prijorità lill-ispeċijiet tas-siġar li jtejbu konsiderevolment il-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità, filwaqt li jirrispettaw il-karatteristiċi tal-lok ta’ tħawwil, l-ispeċijiet awtoktoni u l-bżonn ta’ foresti mħallta; |
|
55. |
Jiġbed l-attenzjoni, kif kien għamel il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2010, għall-fatt li jistgħu jinqalgħu problemi gravi jekk il-foresti jiġu abbandunati sakemm ma jkunx aktar possibbli li jiġi żgurat li l-foresti jibqgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom; |
|
56. |
Iqis bħala neċessarju li jiġi inkoraġġit u sostnut it-twaqqif ta’ għaqdiet tal-produtturi u ta’ entitajiet ta’ ġestjoni forestali li jipprattikaw ġestjoni sostenibbli tal-foresti, partikolarment f'żoni kkaratterizzati b'foresti ta’ daqs żgħir, billi dan jgħin biex tiġi bbilanċjata l-provvista ta’ bosta prodotti u servizzi li joffru l-foresti; iqis li t-tali għaqdiet u entitajiet isaħħu s-setgħa ta’ negozjar tal-produtturi fil-katina tal-provvista tal-injam, jgħinu biex jinħolqu kundizzjonijiet ta’ parità filwaqt li jikkontribwixxu simultanjament biex jinstab tarf il-problemi tal-kriżi ekonomika, il-kompetizzjoni internazzjonali u t-tibdil fil-klima u l-ġlieda kontra d-deforestazzjoni illegali; |
|
57. |
Isostni li l-assistenza lill-atturi pubbliċi u privati li jipproteġu l-bijodiversità forestali tal-ispeċijiet, ħabitats u servizzi ekosistemiċi għandhom iżidu u jinkludu l-metodi ta’ protezzjoni volontarji u ż-żoni li jgħaqqdu s-siti NATURA 2000, billi l-bijodiversità hija kruċjali għaż-żamma, l-iżvilupp u l-adattament tal-agrikoltura; |
|
58. |
Jappella li s-sistema ta’ rimunerazzjoni bbażata fuq fatturi tkun sostitwita b'sistema ta’ kostijiet standard jew ibbażati fuq iż-żona; |
|
59. |
Jappella biex l-iżvilupp ta’ standard għall-prattiki ta’ forestrija tajbin jintuża bħala bażi għall-appoġġ fil-miżuri forestali kollha; |
|
60. |
Jappella għall-inklużjoni obbligatorja tal-miżuri għall-ambjent forestali u Natura 2000 fil-programmi ta’ żvilupp rurali u għall-appoġġ ibbażat fuq iż-żona għan-netwerk Natura 2000 fl-ambitu tal-pagamenti diretti; |
|
61. |
Jappella għall-inklużjoni ta’ miżura ġdida tal-PAK tal-‧konservazzjoni in-situ u ex-situ tal-materjal ġenetiku forestali identifikat f'ras il-għajn‧; |
|
62. |
Jirrifjuta bil-qawwa l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq ir-riżorsi ġenetiċi forestali; |
|
63. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-prospetti fit-tul tal-forestrija u tal-proġetti ta’ protezzjoni tal-foresti fil-finanzjamenti kollha tal-UE; |
Protezzjoni ċivili u prevenzjoni tan-nirien
|
64. |
Hu konvint li l-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti hija ħafna aktar kosteffikaċi milli tikkumbattihom; |
|
65. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa urġenti biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem adottati reċentement (20), speċjalment dawk rigward l-appoġġ għall-iskemi ta’ forestazzjoni/riforestazzjoni billi jagħtu preferenza lill-ispeċijiet awtoktoni u foresti mħallta, fl-interess tal-bijodiversità u r-reżistenza mtejba għan-nirien, il-tempesti u l-mard; Jiġbed l-attenzjoni wkoll għad-diffikultajiet miżjuda li jiffaċċjaw il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi fil-ġestjoni tan-nirien; jappella biex ikun provdut trattament speċjali lil dawn ir-reġjuni permezz ta’ diversi strumenti finanzjarji disponibbli, inkluż il-Fond ta’ Solidarjetà; |
|
66. |
Iqis li l-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti permezz ta’ ppjanar tal-pajsaġġ, il-konnettività, l-infrastruttura u t-taħriġ għandha tkun ankrata b'mod sod fil-politiki tal-UE dwar il-protezzjoni tal-foresti, l-adattament u l-protezzjoni ċivili; |
|
67. |
Jindika l-fatt li f'żoni niexfa u żoni f'riskju ta’ deforestazzjoni, ir-riforestazzjoni bi speċijiet produttivi tkun ta’ benefiċċju għall-abitanti u tiżgura l-involviment tagħhom fil-kompiti ta’ konservazzjoni u ta’ tifi tan-nar; |
|
68. |
Jenfasizza l-importanza inkontestabbli tas-sikurezza pubblika fiż-żoni forestali, li jipproteġu l-ħabitats umani mill-impatt negattiv ta’ fenomeni naturali; |
Rapportar u kontabbiltà tal-emissjonijiet
|
69. |
Iqis li l-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet (ETS) fil-forma attwali tagħha hija inkompatibbli mal-kontabbiltà tal-LULUCF primarjament bħala konsegwenza tad-differenza bejn ir-rekwiżiti annwali ta’ konformità għall-installazzjonijiet industrijali skont l-ETS u l-perjodi ta’ żmien itwal biex it-tibdiliet tal-ħażna ta’ karbonju fil-proprjetajiet ta’ fond iseħħu u jiġu osservabbli; u għalhekk ma għandha ssir l-ebda konnessjoni; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-aħjar mod kif tagħti finanzjamenti għall-iffrankar tal-karbonju mill-attivitajiet LULUCF; |
|
70. |
Jirrikonoxxi l-isfidi marbuta ma’ kull kunsiderazzjoni ta’ inklużjoni tal-LULUCF fost l-objettivi tal-Istati Membri skont id-Deċiżjoni tal-Kondiviżjoni tal-Isforzi; jesprimi b'mod partikolari tħassib għall-fatt li d-differenzi f'termini ta’ preċiżjoni tal-kontabblità u ta’ varjazzjoni wiesgħa naturali jafu jikkompromettu r-reġim ta’ konformità fl-ambitu tad-Deċiżjoni; jitlob għalhekk li jkun hemm objettivi separati għas-settur LULUCF; |
|
71. |
Jistqarr l-impenn tiegħu favur l-ilħiq tal-objettivi tal-istrateġija UE 2020 relatati mal-enerġija rinnovabbli u taż-2 gradi Celsius għat-tibdil fil-klima; jinsab madankollu mħasseb li t-termini ta’ żmien qosra użati fil-metodoloġija attwali ta’ kalkolu tal-gassijiet b'effett serra u b'konsegwenza ta’ dan l-ipoteżi ta’ newtralità tal-karbonju għall-bijomassa mill-injam, jafu jxekklu dan l-ilħiq; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-IPCC u tistabbilixxi metodoloġija ta’ kalkolu ġdida tal-gassijiet b'effett serra, li tikkontrolla l-perjodi ta’ żmien itwal u l-emissjonijiet tal-bijomassa mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-ġestjoni forestali li tivvaluta l-fluss tal-karbonju fuq livell nazzjonali, u li tintegra l-fażijiet differenti fil-forestrija (tħawwil, tnaqqis tad-densità u ħsad); |
|
72. |
Jiddikjara li l-kriterji attwali fil-qasam tal-bijofjuwil żviluppati mill-Kummissjoni mhumiex adatti fil-każ tal-bijomassa u jappella għall-iżvilupp ta’ kriterji tas-sostenibbiltà ġuridikament vinkolanti għall-bijomassa għall-użu tal-enerġija; jafferma li l-Kummissjoni għandha tikkonsulta x-xogħol u r-riżultati ta’ Forest Europe bil-għan li tiżviluppa kriterji li jkun fihom riskji possibbli ta’ distorsjoni fis-suq tal-enerġija rinnovabbli, ma jiddependux mill-ipoteżi tan-newtralità tal-karbonju, jittrattaw l-emissjonijiet indiretti u ma jikkompromettux l-objettivi tal-UE 2020 fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u tal-bijodiversità; josserva li l-implimentazzjoni dettaljata tal-kriterji għandha titħalla fil-livell lokali u jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi għas-siti; |
|
73. |
Jappella għall-applikazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ foresta bbażati fuq klassifikazzjoni ekoloġika tal-foresti bħal dik proposta mill-EEA fl-2007, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu differenza bejn foresti antiki b'emissjonijiet għoljin ta’ karbonju, il-monokulturi intensivi u tipi ta’ foresti oħrajn, inkluż il-makkja Mediterranja (ġmiem) skont il-bijoma u l-fażijiet ta’ suċċessjoni; |
|
74. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi protetta d-diversità tal-foresti fil-fażijiet kollha tas-suċċessjoni fi ħdan l-UE biex tiġi assigurata l-bijodiversità ta’ u fil-foresti, billi kull fażi ta’ suċċessjoni toħloq kundizzjonijiet għall-fażi suċċessiva u billi fl-assenza ta’ protezzjoni kkoordinata fil-varji fażijiet kollha, is-suċċessjoni fl-aħħar fażijiet se tkun ipperikolata bil-kbir; |
Dimensjoni esterna
|
75. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu fuq livell internazzjonali biex tiġi stabbilita definizzjoni ġdida tan-NU tal-foresti li tiċċara d-definizzjonijiet naturali tal-foresti fuq bażi ta’ bijoma u tiddistingwi bejn foresti indiġeni u dawk dominati minn monokulturi ta’ siġar u speċijiet mhux indiġeni; josserva, f'dan ir-rigward li – billi l-UE hija l-akbar donatur pubbliku ta’ għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw (is-settur forestali fl-2003 rċieva aktar minn EUR 600 miljun) – din id-definizzjoni taf iżżid bil-kbir il-koerenza tal-politiki u l-‧valur għall-fluss‧; jiddispjaċih li l-Green Paper naqset milli tirreġistra progress fil-konfront tal-bżonn ta’ koordinament tal-azzjonijiet tal-UE fi ħdan l-Unjoni u barra minnha u milli tilħaq ftehim dinji ġuridikament vinkolanti fl-ambitu tal-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti; |
|
76. |
Jinnota l-importanza tal-kooperazzjoni globali, kemm fil-livell amministrattiv u dak tar-riċerka, fl-istabbiliment ta’ standards, l-aħjar prattiki u t-trasferimenti tat-teknoloġija u l-kompetenzi xjentifiċi, partikolarment fil-kuntest tas-sistema REDD (tnaqqis ta’ emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degrad tal-foresti); jinnota wkoll li t-tqassim ġust tal-benefiċċji tas-sistema REDD ma jistax jinkiseb mingħajr il-kooperazzjoni attiva u l-iskambju tal-aħjar prattiki; jenfasizza l-importanza tal-programm GMES (Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà) fil-mappatura, is-sorveljanza u ċ-ċensiment taż-żoni forestali fil-livell Ewropew u fil-livell internazzjonali u l-kontribut li l-informazzjoni li tinġabar tista' tagħti lin-negozjati tan-NU dwar it-tibdil fil-klima; |
*
* *
|
77. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 81, 15.3.2011, p. 115.
(3) Kuntratt ta’ servizzi Nru 30-CE-0227729/00-59.
(4) ĠU L 20, 26.01.2010, p. 7.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0325.
(6) ĠU C 67E, 18.3.2010, p. 1.
(7) Appalt nru AGRI-2008-EVAL-10 // Kuntratt ta’ qafas Nru 30-CE-0101908/00-50.
(9) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.
(10) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(11) Rapport tas-16.9.2010.
(12) ĠU L 11 15.1.2000, p. 17.
(13) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.
(14) AGRI-2007-G4-06.
(15) ENV.B.1/ETU/2008/0049.
(16) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(17) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2158/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Kumunita min-nirien, (ĠU L 217, 31.7.1992, p. 3).
(18) Regolament (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 li jirrigwarda monitoraġġ ta’ foresti u interazzjonijiet ambjentali tal-Komunità (Ċentru tal-Foresta Forest Focus), (ĠU L 324, 11.12.2003, p. 1).
(19) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2010 bit-titolu "Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali." COM(2010)0672).
(20) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Aproċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (P7_TA(2010)0326).
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/35 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) fl-2009
P7_TA(2011)0227
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) fl-2009, ippreżentat lill-Parlament Ewropew b'applikazzjoni tal-Parti II, Taqsima G, paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (2010/2124(INI))
2012/C 377 E/06
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) fl-2009, ippreżentat lill-Parlament Ewropew f konformità mal-Parti II, Taqsima G, Paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali msemmi hawn fuq, tas-17 ta’ Mejju 2006, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Frar 2009 (2) u tal-10 ta’ Marzu 2010 (3) dwar ir-rapporti annwali tal-PESK tal-2007 u tal-2008 rispettivament, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2010 (4) dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar l-OSKE: rwol għall-UE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar r-responsabilizzazzjoni politika (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli fil-plenarja tal-Parlament Ewropew dwar l-organizzazzjoni bażika tal-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE tat-8 ta’ Lulju 2010 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-16 ta’ Settembru 2010 dwar ir-relazzjonijiet esteri tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0168/2011), |
|
A. |
billi l-UE għandha tiżviluppa aktar l-objettivi tal-politika estera tagħha u għandha tavvanza l-valuri u l-interessi tagħha mad-dinja kollha bl-għan globali li tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà, is-solidarjetà, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-promozzjoni tad-demokrazija, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dritt internazzjonali, l-appoġġ għall-istituzzjonijiet internazzjonali, il-multilateraliżmu effikaċi u r-rispett reċiproku fost in-nazzjonijiet, l-iżvilupp sostenibbli, il-kummerċ ħieles u ġust u l-qerda tal-faqar, |
|
B. |
billi l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona qed iġġib dimensjoni ġdida lill-azzjoni esterna Ewropea u se jkun strumentali biex jitjiebu l-koerenza, il-konsistenza u l-effikaċja tal-politika estera tal-UE u, b’mod iktar mifrux, l-azzjonijiet esterni, |
|
C. |
billi t-Trattat ta’ Lisbona qed joħloq momentum ġdid fil-politika estera tal-UE, li partikolarment jagħti l-għodod istituzzjonali u operattivi li jistgħu jippermettu lill-UE li jkollha rwol internazzjonali kompatibbli mal-istatus ekonomiku prominenti tagħha u mal-ambizzjonijiet tagħha u li torganizza ruħha b'tali mod biex tkun attur globali effettiv, kapaċi li jkollha sehem fir-responsabilità għas-sigurtà dinjija u li tkun mexxejja fid-definizzjoni ta’ reazzjonijiet komuni għall-isfidi komuni, |
|
D. |
billi l-momentum il-ġdid fl-azzjoni esterna Ewropea jirrikjedi wkoll li l-UE taġixxi b'mod aktar strateġiku sabiex ikollha piż fix-xena internazzjonali; billi l-kapaċità tal-UE li tinfluwenza l-ordni internazzjonali tiddependi mhux biss mill-koerenza bejn il-politiki, l-atturi u l-istituzzjonijiet tagħha imma wkoll minn kunċett strateġiku reali tal-politika estera tal-UE li għandha tgħaqqad flimkien l-Istati Membri kollha wara l-istess sensiela ta’ prijoritajiet u miri, sabiex dawn jitkellmu b'vuċi unika b'saħħitha fl-arena internazzjonali; billi l-politika barranija tal-UE għandhom jingħatawlha l-mezzi u l-istrumenti neċessarji ħalli tippermetti lill-Unjoni taġixxi b’mod effikaċi u konsistenti fix-xenarju dinji, |
|
E. |
billi qed issir trasformazzjoni sostanzjali tal-ordni internazzjonali attwali, sforz li fiġġew sfidi ġodda u l-ħolqien ta’ strutturi ta’ poter ġoddam, li jitolbu mill-UE li timpenja ruħha b'mod iktar attiv mal-poteri kurrenti u emerġenti tad-dinja kif ukoll mal-personaġġi mhux statali kif ukoll mas-sħab u l-istituzzjonijiet bilaterali u multilaterali sabiex ikunu promossi soluzzjonijiet effettivi għall-problemi li huma komuni għaċ-ċittadini Ewropej u għad-dinja b'mod ġenerali, li jista’ jkollhom impatt fuq is-sigurtà globali, |
|
F. |
billi anke l-momentum il-ġdid għandu bżonn iwassal għad-definizzjoni ta’ paradigma ġdida għas-sħubijiet strateġiċi tal-UE, kemm ġodda kif ukoll dawk antiki, u billi din għandha tkun ibbażata fuq valuri universali kondiviżi bħalma huma l-ħeġġa għad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet bażiċi, l-istat tad-dritt u d-dritt internazzjonali, kif ukoll il-benefiċċji u l-interessi reċiproċi u fehim komuni tas-sigurtá globali, |
|
G. |
billi l-iskrutinju parlamentari tal-politika estera tal-UE huwa essenzjali jekk l-azzjoni esterna Ewropea għandha tiġi mifhuma u appoġġata miċ-ċittadini tal-UE; billi l-iskrutinju jtejjeb il-leġittimità ta’ din l-azzjoni; billi l-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fl-UE għandhom ikunu determinati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, bi qbil mal-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll 1 tat-Trattat ta’ Lisbona, |
Ir-rapport annwali tal-Kunsill tal-2009 dwar il-PESK
|
1. |
Jilqa' r-rapport annwali tal-Kunsill u jfaħħar l-istruttura tiegħu trasparenti u bbażata fuq temi, li tipprovdi ħarsa ġenerali ċara lejn il-politiki u l-azzjonijiet fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni; jilqa' wkoll l-ambizzjoni tal-Kunsill li jenfasizza aktar u jiffoka b'mod iktar qawwi fuq il-kuntest reġjonali tal-kunflitti u l-kwistjonijiet; jisogħobih, madankollu, li r-rapport ma jressaq ebda approċċi possibli biex tinsab soluzzjoni għall-kunflitti u l-kwistjonijiet; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill ma jillimitax l-għan tar-rapport annwali tal-PESK għal sempliċi deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-PESK iżda jagħmlu strument iffukat fuq il-politika u soluzzjonijiet; hu tal-fehma li r-rapport għandu jipprovdi aktar minn katalogu tal-avvenimenti u l-iżviluppi u li għandu jindirizza wkoll il-kwistjoni tal-effikaċja tal-politika barranija tal-UE u l-mezzi neċessarji għall-persegwiment tal-objettivi tal-azzjoni esterna Ewropea; jitlob lill-Kunsill jinkludi wkoll fir-rapport, valutazzjoni tal-koordinazzjoni u l-koerenza bejn il-PESK u l-politiki esterni l-oħra tal-Unjoni, kif ukoll rakkomandazzjonijiet strateġiċi u organizzattivi għall-futur fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-azzjonijiet fil-qafas tal-PESK; |
|
3. |
Jemmen li r-rapport annwali dwar il-PESK għandu jkun imsejjes fuq il-qafas istituzzjonali l-ġdid maħluq mit-Trattat ta’ Lisbona u għandu jservi ta’ strument għal djalogu interistituzzjonali mtejjeb, partikolarment billi jiddiskuti dwar l-implimentazzjoni ta’ strateġija tal-UE dwar il-politika estera, jevalwa l-effettività tagħha u jindika d-direzzjoni tagħha fil-ġejjieni; |
It-tisħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona
|
4. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu favur l-iżvilupp ta’ strateġija tal-politika estera tal-UE bbażata fuq l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat UE), li għandha tidentifika b'mod ċar l-interessi tal-UE għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni; jistieden lir-Viċi-President/ir-Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) biex tuża bis-sħiħ is-setgħat tagħha biex tniedi, timplimenta, tiżgura l-konformità mal-PESK, bl-inklużjoni tal-korpi rilevanti tal-Parlament bi sħiħ ma’ dan l-objettiv; |
|
5. |
Jisħaq li hemm bżonn li tissaħħaħ il-koerenza bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), l-Istati Membri u l-Kummissjoni taħt it-tmexxija tal-VP/RGħ; jitlob li jitjiebu s-sinerġiji bejn l-UE u l-livell nazzjonali u li titjieb il-koordinazzjoni bejn id-diversi atturi istituzzjonali, bil-għan li jiġu integrati aħjar l-istrumenti u l-politiki relevanti kollha u li jitwassal messaġġ uniku tal-UE dwar kwistjonijiet politiċi prinċipali; iqis li l-kooperazzjoni fil-livelli kollha bejn is-SEAE, il-korpi relevanti u l-kumitati fil-Parlament Ewropew u s-servizzi rispettivi fil-Kummissjoni hija essenzjali sabiex l-UE tkun tista’ tiżviluppa approċċ strateġiku lejn il-viċinat tagħha u lejn pajjiżi kandidati, sħab bi prospetti ta’ sħubija u pajjiżi sħab oħra, kif ukoll lejn oqsma ta’ politika oħra bħad-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tad-demokrazija, il-kummerċ, l-iżvilupp, is-sigurtà enerġetika u l-ġustizzja u l-intern; |
|
6. |
Jistenna li s-SEAE, permezz tal-promozzjoni ta’ koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn il-PESK u l-politiki esteri oħrajn, jgħin fit-tisħiħ tal-irwol u l-influwenza tal-UE fl-istadju dinji u jkun possibbli għaliha li tipproġetta l-interessi u l-valuri tagħha b'mod iktar effiċjenti, b'tali mod li jkun jaqbel mal-istatus kummerċjali u ekonomiku internazzjonali eżistenti tagħha; jistieden lill-VP/RGħ toħloq l-istrutturi u l-mekkaniżmi neċessarji ta’ koordinazzjoni fis-SEAE; |
|
7. |
Jinnota, madankollu, li parallellament għat-twaqqif tas-SEAE, il-ksib tal-koerenza u l-effikaċja sħaħ fil-politiki komuni tal-UE se jirrikjedi, l-ewwel nett, li l-Istati Membri tal-UE jegħlbu politikament il-perpsettivi differenti tagħhom dwar kwistjonijiet prinċipali tal-politika estera; iqisha bħala ħaġa essenzjali, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri mhux biss jaqblu dwar strateġija komuni għall-politika estera u ta’ sigurtà imma wkoll li jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jappoġġaw il-pożizzjonjiet tal-UE; |
|
8. |
Jiddispjaċih li f’bosta każijiet, id-dikjarazzjonijiet minn rappreżentanti individwali jew ta’ grupp ta’ Stati Membri tal-UE ħallew l-impressjoni ta’ firda u għamlu x-xogħol tal-VP/RGħ partikolarment diffiċli; jitlob għalhekk lill-Istati Membri joqogħdu lura minn tali azzjonijiet u stqarrijiet individwali u mhux ikkoordinati u li jikkontribwixxu għal PESK effikaċi u viżibbli; jitlob mill-banda l-oħra li l-VP/RGħ ssemma’ b’mod ċar il-pożizzjonijiet tal-UE, tirreaġixxi malajr u viżibilment, u tagħti profil aktar ċar u speċifiku lill-PESK; |
|
9. |
Jisħaq li r-rwol tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) b'mod ġenerali għandu jkun li jirrappreżentaw u jikkoordinaw il-politika tal-UE lejn ir-reġjuni b'interessi strateġiċi u ta’ sigurtà speċifiċi għall-UE li jirrikjedu preżenza u viżibilità kontinwa tal-UE; hu tal-fehma li għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni mill-qrib bejn ir-RSUE u d-dipartimenti rilevanti tas-SEAE u li għandhom jitqiesu mill-ġdid kwistjonijiet tematiċi importanti, li preċedentement kienu koperti mir-Rappreżentanti Personali,u għandhom jitressqu proposti sabiex dan ir-rwol jittieħed minn uffiċċjali għoljin tas-SEAE jew minn RSUE; iqisha bħala ħaġa essenzjali li d-definizzjoni tar-rwol u l-mandati tar-RSUE issir suġġetta għal konsultazzjoni minn qabel mal-Parlament u li jitressqu proposti, bi qbil mal-Artikolu 36(1) tat-TUE, dwar il-proċeduri u l-mandat tad-dokumenti ta’ tagħrif u tar-rapporti li għandhom jingħataw għad-dispożizzjoni tal-Parlament mir-RSUE; |
|
10. |
Ifakkar fil-prerrogattiva tiegħu tat-Trattat li jiġi kkonsultat fl-oqsma tal-PESK u tal-PSDK, li l-opinjonijiet tiegħu jitqiesu b'mod xieraq u li jagħmel rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-VP/RGħ tikkonsolida d-doveri ta’ konsultazzjoni u rrapurtar mwettqa s'issa mill-Kummissjoni u l-Kunsill fil-qasam tal-azzjoni estera; jitlob lill-Kunsill jadotta approċċ kostruttiv fil-qafas tal-kumitat għall-konċiljazzjoni għall-istrumenti ta’ assistenza esterna, inkluż l-Istrument għall-Istabilità, billi jirrikonoxxi d-dritt tal-Parlament għall-iskrutinju demokratiku tad-dokumenti ta’ strateġija u pjanijiet ta’ azzjoni pluriennali, kif jingħad fl-Artikolu 290 TFUE; |
|
11. |
Jisħaq li l-Ftehim Interistituzzjonali revedut tal-2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda għandu jipprovdi iktar trasparenza fil-proċedura baġitarja tal-PESK u għandu jindirizza b'mod xieraq ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-awtorità baġitarja sabiex dik l-awtorità tkun informata b'mod sħiħ u regolari dwar l-isfond, il-kuntest u l-implikazzjonijiet finanzjarji tad-deċiżjonijiet politiċi f'dan il-qasam politiku; hu tal-fehma li l-Parlament Ewropew għandu jirċievi informazzjoni xierqa qabel l-adozzjoni ta’ mandati u strateġiji fl-isfera tal-PESK; jilqa' l-appoġġ espress mill-VP/RGħ għall-proposta li l-missjonijiet kollha importanti tal-PSDK għandhom jiġu identifikati fil-baġit; jemmen, f’dan ir-rigward, li t-trasparenza sħiħa u l-iskrutinju demokratiku jirrikjedu linji tal-baġit separati għal kull missjoni individwali; itenni l-pożizzjoni tiegħu li, sabiex tiżdied il-leġittimità demokratika tal-PESK, il-korpi kompetenti tal-Parlament għandhom jiġu kkonsultati qabel it-tnedija tal-missjonijiet tal-PSDK u għandhom ikunu jistgħu jissorveljaw kif xieraq il-missjonijiet tal-PSDK b'mod partikolari; jisħaq li sabiex jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ kredibilità u ta’ awtodefinizzjoni fit-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jiġu allokati riżorsi baġitarji adegwati għall-objettivi tal-PESK; |
|
12. |
Iqis li l-laqgħat konġunti regolari ta’ konsultazzjoni dwar il-PESK għandhom ikunu kkumplimentati minn laqgħat addizzjonali li għandhom isiru jekk ikun hemm bżonn li tiġi provduta informazzjoni ex-ante; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li l-laqgħat għandhom ukoll ikunu mmirati lejn it-tagħlim ta’ lezzjonijiet strateġiċi u politiċi militari prinċipali sabiex jitjiebu l-ippjanar u l-ġestjoni ta’ missjonijiet futuri u sabiex jiġi megħjun l-iżvilupp ta’ approċċ li jħares 'l quddiem għall-bżonnijiet tal-futur; ifakkar, barra minn dan, fid-dritt tiegħu li jiġi kkonsultat u l-bżonn li jiġi infurmat kif xieraq dwar l-arranġamenti tal-finanzjament urġenti ta’ ċerti inizjattivi mnedija taħt il-PESK bi qbil mal-Artikolu 41(3) tat-TUE; |
|
13. |
Jappoġġja, b'konformità mal-ftehim li nlaħaq fil-kwadrilogu ta’ Madrid dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-SEAE, u konformi mar-Regolament Finanzjarju kif modifikat fir-rigward tas-SEAE, il-ħoliqien fil-baġit tal-2011 ta’ punti tal-baġit dedikati għat-tliet missjonijiet maġġuri taħt is-PESK/PSDK; jemmen li l-identifikazzjoni aħjar tal-missjonijiet iżżid kemm it-trasparenza kif ukoll ir-responsabilizzazzjoni tas-PESK/PSDK u sservi l-interessi tal-UE; jenfasizza li l-identifikazzjoni tal-missjonijiet maġġuri tal-PESK / PSDK m'għandhiex tkun detrimentali għall-informazzjoni u t-trasparenza rigward missjonijiet ta’ dimensjoni iżgħar u ta’ anqas viżibilità politika; |
|
14. |
Iqis madankollu li din in-nomeklatura ġdida hija l-prirekwiżit minimu u hija biss l-ewwel pass għal baġit tal-PESK dettaljat b'mod sħiħ li tkun tista' tippermetti sinteżi kompleta u segwitu tal-missjonijiet fl-ambitu ta’ din il-politika; huwa tal-fehma li nomeklatura ġdida bħal din la m'hi se thedded il-flessibilità indispensabbli tal-baġit tal-PESK u lanqas il-kontinwità tal-azzjoni tal-missjonijiet diġà mibdija; |
|
15. |
Ifakkar fl-ispirtu tat-TFUE li għandu l-iskop li jagħmel il-kodeċiżjoni bħala l-proċedura ġenerali u li, b'analoġija, twassal għat-tneħħija ta’ klawsoli speċifiċi jew proċeduri li qabel kienu japplikaw għal xi strumenti jew politiki taħt it-Trattat preċedenti u l-Ftehim Interistrituzzjonali; jikkonferma b'dan u hawnhekk li d-dispożizzjonijiet li jirrestrinġu l-flessibilità tal-finanzjament tal-PESK issa huma bla bażi; jenfasizza, b'konformità ma’ dak t'hawn fuq u sabiex tisseddaq l-effiċjenza u r-responsabilizzazzjoni tal-PESK, li kultura ġdida ta’ djalogu, fiduċja reċiproka u skambju ta’ informazzjoni għandhom saflaħħar jinfirxu fir-relazzjonijiet interistituzzjonali, kemm fil-fażi ta’ definizzjoni kif ukoll fit-tmexxija u fażijiet ta’ evalwazzjoni a posteriori; |
|
16. |
Jenfasizza li fil-kuntest ta’ riflessjonijiet futuri dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020, jeħtieġ li ssir analiżi bir-reqqa tar-rekwiżiti finanzjarji tal-PESK għal perjodu twil ta’ żmien; |
|
17. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li skont it-termini tal-Artikolu 218(6) tat-TFUE, l-opinjoni/approvazzjoni tal-Parlament Ewropew huwa/hija meħtieġ/a għal kull ftehim internazzjonali inklużi dawk prinċipalment marbutin mal-PESK, bl-eċċezzjoni waħdanija ta’ dawk marbutin esklussivament mal-PESK; skont it-termini tal-Artikolu 218(10) tat-TFUE, għandha tiġi provduta informazzjoni sħiħa lill-Parlament fl-istadji inizjali, tan-negozjati u finali tal-proċedura li twassal għall-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali; jistenna li l-VP/RGħ tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha dwar in-negozjati matul il-proċedura, inklużi d-direttivi tan-negozjati u l-abbozzi ta’ test tan-negozjati, u jfakkar li fid-dikjarazzjoni dwar ir-responsabilizzazzjoni politika l-VP/RGħ ntrabtet li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Qafas dwar il-ftehimiet internazzjonali fir-rigward tad-dokumenti kunfidenzjali tal-PESK; jitlob li jiġi stabbilit modus operandi effiċjenti li jgħaqqad flimkien l-osservanza tal-prerrogattivi tal-Parlament mal-grad neċessarju ta’ kunfidenzjalità; jemmen li huwa meħtieġ ftehim komprensiv li jinvolvi l-istituzzjonijiet kollha u li jkopri l-korpi kollha tal-UE sabiex ikun regolat l-aċċess għad-dokumenti kunfidenzjali mill-Membri tal-Parlament; |
|
18. |
Jinnota l-obbligu tiegħu skont it-Trattat li jiddetermina, flimkien mal-parlamenti nazzjonali, l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni interparlamentari regolari, b’mod partikolari fil-qasam tal-politika komuni barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża; jiddispjaċih li s'issa għad ma ntlaħaqx ftehim dwar kif għandu jitmexxa dan l-eżerċizzju; jinsisti li li r-rappreżentanza tiegħu stess f'kull sura forma ta’ kooperazzjoni interparlamentari għandha tkun ta’ daqs li jirrifletti l-firxa u l-importanza tar-rwol tiegħu fl-affarijiet esterni, u, minħabba f'hekk itenni r-rieda tiegħu li jilħaq ftehim mal-parlamenti nazzjonali li għandu jwassal għal tisħiħ reali tad-dimensjoni parlamentari tal-Unjoni Ewropea bħala attur globali; |
Il-kwistjonijiet tematiċi prinċipali tal-PESK
|
19. |
Jenfasizza li l-azzjonijiet tal-PSDK għandhom jiddaħħlu f'politika komprensiva li timmira lejn il-pajjiżi u r-reġjuni fi kriżi fejn il-valuri u l-interessi strateġiċi tal-UE u fejn l-operazzjonijiet tal-PESK jagħtu valur miżjud reali fil-promozzjoni tal-paċi, l-istabilità u l-istat tad-dritt; jisħaq, barra minn hekk, dwar il-ħtieġa ta’ proċess ta’ teħid it-tagħlimiet li jkun aktar preċiż fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni b’suċċess ta’ kull operazzjoni u tal-impatt tagħha fit-tul fil-post; |
|
20. |
Jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jegħlbu l-iżbilanċ bejn il-kapaċitajiet ta’ pjanifikazzjoni ċivili u dik militari fis-SEAE, u żżid l-għadd ta’ persunal fl-oqsma tal-ġustizzja, l-amministrazzjoni ċivili, id-dwana u l-medjazzjoni, b’tali mod li tiżgura li l-missjonijiet tal-PSDK ikunu jistgħu jingħataw għarfien espert adegwat u suffiċjenti; |
|
21. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm koordinazzjoni ottima bejn ir-reazzjonijiet tal-UE għad-diżastri u strumenti oħra tal-UE - bħall-missjonijiet ċivili u/jew militari tal-CSDP - li diġà qed jitniedu fil-post jew jistgħu jiġu stabbiliti wara kriżi; huwa tal-fehma li f’bosta każijiet distinzjoni riġida wisq bejn l-operazzjonijiet militari u ċivili tal-ġestjoni tal-kriżi tirrifletti mudelli istituzzjonali pjuttost mhux aġġornati u li l-interazzjoni ċivili-militari tista’ tirrispondi aħjar għar-realtajiet fil-post; jisħaq, għalhekk, dwar il-ħtieġa ta’ valutazzjoni sistematika skont il-każ tal-ħtiġijiet ħalli tiġi żgurata l-iktar reazzjoni xierqa peress li ċerti każijiet jistgħu jieħtieġu kuombinazzjoni ta’ strumenti militari u ċivili, abbażi ta’ fehim komprensiv tar-rabtiet bejn is-sigurtà u l-iżvilupp; |
|
22. |
Iqisha bħala prijorità strateġika tal-UE li jissaħħu s-sħubijiet internazzjonali tal-ġestjoni tal-kriżi u li jitjieb id-djalogu ma’ atturi oħra maġġuri tal-ġestjoni tal-kriżi - bħan-Nazzjonijiet Uniti, in-NATO, l-Unjoni Afrikana (UA), l-OSKE u pajjiżi terzi bħall-Istati Uniti tal-Amerika, it-Turkija, in-Norveġja u l-Kanada - u li jiġu sinkronizzati l-azzjonijiet, tinxtered l-informazzjoni u jitqiegħdu flimkien ir-riżorsi fl-oqsma taż-żamma tal-paċi u tal-bini tal-paċi, inkluża l-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kriżi u, b'mod partikolari, is-sigurtà marittima, kif ukoll il-ġlieda kontra t-terroriżmu skont il-liġi internazzjonali; |
|
23. |
Jisħaq li t-twaqqif tas-SEAE għandu jagħti lill-UE opportunità unika li timplimenta l-impenji tagħha dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi, b’riferiment partikolari għall-Programm ta’ Gothenburg, u biex twessa’ aktar il-kapaċità tal-UE li tipprevjeni l-kunflitti bħala alternattiva għall-ġestjoni tal-kriżijiet; għal dan il-fini, jisħaq fuq l-importanza li tingħata l-istess importanza lid-Direttorat għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti u l-Politika ta’ Sigurtà bħalma tingħata lil direttorati oħrajn billi jingħataw riżorsi adegwati għall-ipprogrammar tal-politika u bit-tisħiħ tal-konnessjonijiet mad-dipartimenti ġeografiċi u bit-twaqqif ta’ relazzjonijiet formali mal-Gruppi ta’ Ħidma relevanti tal-Kunsill; huwa tal-fehma li s-separazzjoni eżistenti bejn l-istruttura tal-ġestjoni tal-kriżi u d-Direttorat għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti u l-Politika ta’ Sigurtà għandha wkoll titqies mill-ġdid; |
|
24. |
Javża dwar ir-riskju li l-Istati Membri tal-UE jsiru dipendenti żżejjed minn pajjiżi terzi għall-provvista enerġetika tagħhom, ħaġa li tista’ fl-aħħar mill-aħħar iddgħajjef l-indipendenza tal-politika estera tal-UE; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-kunċett tas-sigurtà enerġetika huwa fundamentalment marbut mas-sigurtà tal-forniment; ifakkar, għalhekk, fil-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-isfidi enerġetiċi permezz tal-promozzjoni kemm tal-għejun enerġetiċi rinnovabbli u domestiċi, kemm dawk fossili indiġeni, bit-tlestija ta’ suq enerġetiku intern effikaċi u l-implimentazzjoni ta’ politika estera Ewropea komuni tal-enerġija, ibbażata fuq koordinazzjoni aħjar tal-politiki tal-Istati f’dan il-qasam, id-diversifikazzjoni tal-fornituri tal-enerġija u l-faċilitazzjoni ta’ proġetti ta’ infrastruttura enerġetika strateġiċi bħal Nabucco jew alternattivi oħrajn fattibbli ta’ kuridur fin-Nofsinhar; jappoġġa network enerġetiku Ewropew integrat u interoperabbli; jiddispjaċih li l-Istati Membri huma attivament imdaħħlin fl-appoġġ għal inizjattivi li fir-realtà jikkonkorru kontra l-isforzi favur l-iżgurar u d-diversifikar tal-għejun ta’ fornitura enerġetika; |
|
25. |
Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta sa Ġunju 2011 komunikazzjoni dwar is-sigurtà tal-provvista u l-kooperazzjoni internazzjonali bl-għan li jissaħħu aktar il-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam tal-enerġija; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-VP/RGħ biex issegwi b'determinazzjoni r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament għall-iżvilupp ta’ politika koerenti u koordinata, b'mod partikolari billi tiġi promossa l-koeżjoni tal-UE fid-djalogu kostruttiv mal-fornituri tal-enerġija, u partikularment mar-Russja kif ukoll il-pajjiżi ta’ tranżitu; hu tal-opinjoni li s-sigurtà enerġetika għandha wkoll tkun kompletament riflessa fil-politika ta’ tkabbir u ta’ viċinat tal-UE, inkluż permezz tad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni prattika ma’ sħab; |
|
26. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ġenerazzjoni ġdida ta’ sfidi u riskji għas-sigurtà, pereżempju attakki ċibernetiċi, ferment soċjali, tixwix politiku, netwerks kriminali globali u attivitajiet ekonomiċi li jipperikolaw l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-demokrazija, u jenfasizza l-importanza tal-formulazzjoni ta’ strateġiji adegwati għal dawn l-iżviluppi; |
|
27. |
Jissottolinja l-ħtieġa ta’ koordinament tat-tħejjija tal-ilqugħ għat-theddid mhux konvenzjonali, bħalma huwa t-theddid ċibernetiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iwettqu analiżi fil-fond tat-theddid u l-ħtiġiet f’dan il-qasam riżultanti fi strateġija Ewropea għaċ-ċibersigurtà multidimensjonali u komprensiva li għandha tinkludi l-pjanijiet ta’ kontinġenza f’każ ta’ ċiberattakki; |
|
28. |
Jirrimarka li l-politika barranija Ewropea għandha tqis id-dimensjoni esterna taż-żona Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja; itenni l-importanza tal-ġestjoni tal-immigrazzjoni b'ordni; iqis li huwa essenzjali li tkun żgurata l-kooperazzjoni kemm tal-pajjiżi tal-oriġini kemm dawk tat-tranżitu, kif ukoll li titħeġġeġ attitudni ta’ kooperazzjoni b’saħħitha fost dawk il-pajjiżi bl-applikazzjoni ta’ politika ta’ kundizzjonalità pożittiva; |
|
29. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-UE għandha ssaħħaħ ir-rwol mexxej tagħha fil-qasam tal-governanza dinjija tal-klima u tiżviluppa aktar djalogu ma’ atturi ewlenin oħra, bħall-ekonomiji emerġenti (iċ-Ċina, il-Brażil, l-Indja), ir-Russja, l-Istati Uniti u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li t-tibdil fil-klima sar element kruċjali tar-relazzjonijiet internazzjonali; |
|
30. |
Huwa tal-fehma li, biex tkun konsistenti mal-valuri proprji tal-UE, il-politika estera u l-azzjoni esterna tal-UE għandhom jagħtu prijorità lill-promozzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba u soċjetajiet ġusti, peress li soċjetà demokratika bbażata fuq ir-regoli hija l-bażi għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tat-tisħiħ tal-istabilitá; għalhekk itenni l-pożizzjoni tiegħu li d-drittijiet tal-bniedem iridu jkunu integrati b’mod sod fil-politika barranija tal-UE; jemmen li l-istruttura istituzzjonali l-ġdida tal-UE, b’referenza partikulari għas-SEAE u d-dipartiment dedikat tiegħu, toffri opportunità biex jitjiebu l-koerenza u l-effettività tal-UE f’dan il-qasam; iħeġġeġ lill-VP/RGħ ssegwi, b’mod proattiv, oermezz ta’ relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi u l-parteċipazzjoni attiva f’for a internazzjonali, l-impenn ta’ pajjiżi terzi għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll titkellem kontra l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u ma żżommx lura milli tieħu miżuri adegwati jekk jinkisru; meta titqies iiż-żieda fil-ksur gravi tal-libertà tat-twemmin, jistieden lill-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa u tintegra l-libertà tat-twemmin fil-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
31. |
Jikkunsidra l-kwistjoni tal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin fid-dinja - notevolment tal-Kristjani, minoranzi ppersegwitati jew ipperikolati u dissidenti reliġjużi - u d-djalogu interreliġjuż bħala kwistjoni ewlenija ġdida għall-PESK; jenfasizza li l-libertà tar-reliġjon u t-twemmin hija dritt tal-bniedem fundamentali, u d-djalogu interreliġjuż strument biex jiġu ffaċċjati d-diskriminazzjoni u l-vjolenza mmotivati mir-reliġjon u b'hekk tikkontribwixxi għall-istabilità politika u tas-soċjetà; għalhekk jitlob lill-VP/RGħ biex tiżviluppa urġentement strateġija tal-UE dwar l-infurzar tad-dritt tal-bniedem tal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin; għalhekk jistieden lill-VP/RGħ ukoll biex tistabbilixxi kapaċità permanenti fi ħdan id-direttorat tad-drittijiet tal-bniedem tas-SEAE biex timmonitorja s-sitwazzjoni rigward restrizzjonijiet mill-gvernijiet u s-soċjetajiet tal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin u d-drittijiet marbuta magħha; |
|
32. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tiżgura li l-politiki tal-PESK u l-azzjonijiet jimplimentaw bis-sħiħ il-UNSCR 1325 (2000) dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, li titlob il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-aspetti kollha u fil-livelli kollha tas-soluzzjoni ta’ kunflitt; jitlob ukoll li l-politiki tal-PESK iqisu l-UNSCR 1820 (2008) dwar il-vjolenza sesswali f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet sussegwenti UNSCR 1888 (2009), 1889 (2009) u 1960 (2010), li jibnu fuq ir-riżoluzzjonijiet imsemmija qabel; jitlob lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kapijiet ta’ Missjoni tal-PSDK sabiex jagħmlu l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni ma’ organizzazzjonijiet lokali tan-nisa element standard ta’ kull missjoni; jinnota b’dispjaċir li s'issa mara waħda biss kienet innominata għal kariga għolja fis-SEAE u li hemm biss mara waħda fost ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE; |
Id-diplomazija multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali
|
33. |
Jenfasizza li l-multilateraliżmu effettiv għandu jkun it-tħassib strateġiku prinċipali tal-Unjoni u li, f'dan il-kuntest, l-UE għandu jkollha rwol mexxej fil-kooperazzjoni internazzjonali, tappoġġa l-istituzzjonijiet internazzjonali, tiffaċilita l-kunsens internazzjonali u tavvanza l-azzjoni dinjija; jenfasizza l-bżonn urġenti li jiġu indirizzati kwistjonijiet dinjija ta’ tħassib komuni għaċ-ċittadini tal-UE, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-pandemiji u t-tibdil fil-klima, iċ-ċibersigurtà, l-iżgurar tal-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) u l-qerda tal-faqar, l-iżgurar tas-sigurtà enerġetika, in-nonproliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa u d-diżarm, is-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti, l-immaniġġjar tal-migrazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa għal monitoraġġ aħjar tal-fondi tal-UE skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 15/2009; |
|
34. |
Jilqa' l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea ġenerali tan-NU dwar il-parteċipazzjoni tal-UE fil-ħidma tan-NU fit-3 ta’ Mejju 2011, li tieħu kont tal-bidliet istituzzjonali introdotti mit-Trattat ta’ Liżbona u tippermetti r-rappreżentanti tal-UE jippreżentaw u jippromwovu l-pożizzjonijiet tal-UE fin-NU fi żmien debitu u b'mod effiċjenti; iqisha essenzjali li wieħed jopera mas-sħab strateġiċi tal-UE sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi reġjonali u dinjija ewlenin; jirrakkomanda, barra minn hekk, li s-sħubijiet strateġiċi jingħataw dimensjoni multilaterali billi jiġu inklużi kwistjonijiet dinjija fl-aġendi għas-samits bilaterali u multilaterali tal-UE; jistieden lill-Franza u lir-Renju Unit, bħala membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC), u skont l-Artikolu 34(2) TUE, biex jistiednu lill-VP/RGħ biex tippreżenta l-pożizzjoni tal-Unjoni kull meta l-UE jkollha pożizzjoni dwar suġġett fuq l-aġenda tal-UNSC; huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha tiġi rrappreżentata bħala tali fl-organizzazzjonijiet finanzjarji multilaterali, b'mod partikolari l-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji, mingħajr preġudizzju għar-rappreżentanza tal-Istati Membri; |
|
35. |
Hu tal-opinjoni li l-UE għandha taħtaf l-opportunità tal-adozzjoni tal-Kunċett Strateġiku tan-NATO l-ġdid biex issaħħaħ b’mod sustanzjali s-sħubija tagħha man-NATO, filwaqt li fl-istess ħin tiżviluppa l-politiki esteri, ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE; jilqa’, bħħala pass pożittiv f'dan ir-rigward, il-ġabra ta’ proposti konkreti preżentat mill-VP/RGħ lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, li għandha l-għan tal-adozzjoni ta’ relazzjoni bejn organizzazzjoni u oħra; jenfasizza li l-UE hija kkonċernata mill-parti l-kbira tat-theddid għas-sigurtà identifikat min-NATO fil-Kunċett Strateġiku l-ġdid tagħha; jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jinstabu modi prammatiċi biex jiġu solvuti d-diffikultajiet pendenti; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-UE biex teżerċita l-influwenza tagħha għall-konklużjoni b’suċċess tal-proċess ta’ sejba ta’ soluzzjoni komprensiva tal-problema ta’ Ċipru, li ssolvi d-differenzi bejn Ċipru u t-Turkija, li qed ixekklu l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-UE u n-NATO; |
|
36. |
Iqis li hu importanti li jiġi żgurat li l-forzi u l-kapaċitajiet eżistenti li huma maqsuma fi grad għoli bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet jintużaw bl-iktar mod effiċjenti possibbli u li jkunu ottimizzati l-kundizzjonijiet għas-sigurtà tat-truppi Ewropej u l-operaturi ċivili; jistieden lin-NATO żżomm lura milli tiżviluppa kapaċità ċivili għall-ġestjoni ta’ kriżijiet li tkun qed tidduplika l-istrutturi u l-kapaċitajiet tal-UE; jitlob għal strateġija koerenti ta’ nonproliferazzjoni nukleari u diżarm fil-qafas tal-kooperazzjoni UE-NATO u skont il-pjan ta’ azzjoni tad-dikjarazzjoni tal-Konferenza għar-Revizjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-2010; iħeġġeġ kemm lin-NATO kif ukoll lir-Russja iwettqu ħidma għal relazzjoni iktar stabbli abbażi tal-fiduċja reċiproka; |
|
37. |
Jirrikonoxxi li l-OSKE għandu bżonn jissaħħaħ u li jiġu affermati mill-ġdid il-valuri tagħha; jemmen fermament li l-UE għandha timpenja ruħha b'mod effettiv fit-tisħiħ tal-OSKE, anke billi tiżgura li l-proċess ma jirriżulta fid-dgħjufija tal-ebda waħda mit-tliet dimensjonijiet ta’ dik l-organizzazzjoni (politika militari, ekonomika u ambjentali u umana); jenfasizza li l-UE għandha wkoll tiġbed l-attenzjoni lejn l-imporortanza li l-Proċess ta’ Corfu jitkompla u li jkun hemm laqgħat regolari ta’ livell għoli sabix jingħata sfond politiku lill-attivitajiet tal-OSKE u sabiex tittejjeb il-viżibilità tagħbhom; |
|
38. |
Jirrikonoxxi l-istatus u l-importanza internazzjonali li dejjem qed jiżdiedu tal-Artiku u jitlob politika sostenibbli, f'kuntest soċjali, ambjentali u ekonomiku, għall-Artiku li tqis id-drittijiet tal-popolazzjoni lokali u tal-indiġeni; iqis il-Kunsill tal-Artiku, il-Politika tad-Dimensjoni tat-Tramuntana u l-Kunsill Barents Euro-Artiku bħala punti ċentrali għall-kooperazzjoni fl-Artiku u jappoġġa l-aspirazzjoni tal-UE li ssir osservatriċi permanenti fil-Kunsill tal-Artiku; jenfasizza l-bżonn ta’ unità Artika fi ħdan is-SEAE; |
Ir-relazzjonijiet Transatlantiċi
|
39. |
Itenni l-impenn tiegħu għas-sħubija transatlantika bħala element importanti u wieħed mill-pilastri ewlenin tal-azzjoni esterna tal-UE; jitlob lill-UE, barra minn hekk, tikkonferma mill-ġdid l-impenn tagħha għall-partenarjat transatlantiku mal-Istati Uniti u l-objettiv ta’ suq transatlantiku mingħajr xkiel, li għandu jkun is-sies għal sħubija transatlantika msaħħa; iħeġġeġ lill-VP/RGħ taħdem għal koordinazzjoni aħjar u akbar bejn l-UE u l-eqreb alleat tagħha, l-Istati Uniti; jitlobha tiżgura li l-UE taġixxi ta’ sieħba koerenti, attiva iżda awtonoma tal-Istati Uniti fit-tisħiħ, fost affarijiet oħra, tas-sigurtà u tal-istabilità dinjija, fil-promozzjoni tal-paċi u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ, barra minn hekk, l-adozzjoni ta’ approċċ konġunt għall-isfidi globali bħall-proliferazzjoni nukleari, it-terroriżmu, it-tibdil fil-klima u s-sigurtà enerġetika u l-iżgurar ta’ approċċ konġunt għall-governanza dinjija bl-appoġġ u r-riforma ta’ istituzzjonijiet internazzjonali u l-promozzjoni tar-rispett tal-liġi internazzjonali u soluzzjoni paċifika tal-kunflitti; jistieden lill-VP/RGħ biex tikkoordina mill-qrib u tiżviluppa sinerġiji mal-Istati Uniti bil-għan li jiġu żgurati l-istabilità u s-sigurtà fil-kontinent Ewropew u globalment, inkluża l-abbażi ta’ hi attraenti l-kooperazzjoni mal-atturi rilevanti bħar-Russja, iċ-Ċina, l-Indja u t-Turkija u fir-rigward ta’ stabilità fiż-żona akbar tal-Lvant Nofsani, il-Mediterran, l-Iran, l-Afganistan u l-Pakistan; |
|
40. |
Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva UE-Stati Uniti għat-titjib tas-sitwazzjoni tas-sigurtà madwar iż-żona akbar tal-Lvant Nofsani, l-Iran, l-Afganistan u l-Pakistan li tkun tinvolvi kooperazzjoni mat-Turkija, ir-Russja u ċ-Ċina; |
Il-Balkani tal-Punent
|
41. |
Jikkonferma l-perspettiva tas-sħubija fl-UE tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jenfasizza l-importanza ta’ impenn kontinwu fil-proċess ta’ tkabbir kemm mill-pajjiżi tar-reġjun kif ukoll mill-UE; ifakkar li l-prospettiva tat-tkabbir tal-UE hija inċentiv importanti għall-kontinwazzjoni tar-riformi politiċi u ekonomiċi fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, li tikkontribwixxi għall-istabbiltà effettiva u l-iżvilupp tar-reġjun; |
|
42. |
Jagħraf il-progress li sar mill-pajjiżi kollha tar-reġjun fi triqthom lejn l-UE; jinnota, madankollu, li l-instabilità politika u d-dgħufija istituzzjonali, flimkien ma’ kwistjonijiet bilaterali li għadha ma nstabitx soluzzjoni għalihom, qed ixekklu iktar progress ta’ xi pajjiżi lejn l-integrazzjoni fl-UE; jenfasizza li l-Unjoni teħtieġ viżjoni ċara u komuni dwar ir-reġjun; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni biex jinvolvu ruħhom attivament fis-soluzzjoni tal-problemi persistenti; |
|
43. |
Jinnota l-fatt li s-sitwazzjoni fil-Kosovo għadha stabbli u paċifika, iżda fraġli; hu mħasseb dwar il-problemi serji u l-ksur tal-liġi elettorali li sar f'diversi muniċipalitajiet matul l-elezzjonijiet riċenti u jitlob lill-UE timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-demokrazija fil-Kosovo; iħeġġeġ lil dawk kollha involuti biex jieħdu passi għat-titjib tad-drittijiet demokratiċi u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja għall-persuni kollha li jgħixu fil-Kosovo I jenfasizza l-importanza ta’ riforma elettorali u l-elezzjonijiet ġusti bħala parti mit-tranżizzjoni demokratika tal-Kosovo għaddejja bħalissa; jitlob lill-politikanti tal-Kosovo jirrispettaw il-Kostituzzjoni; iħeġġeġ lill-Gvern il-ġdid tal-Kosovo u l-parlament itejbu l-proċess elettorali fil-ġejjieni sabiex jiżguraw id-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini tal-Kosovo kollha u jtejbu l-prospettivi tal-integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo; huwa konxju li mhux l-Istati Membri kollha rrikonoxxew l-indipendenza tal-Kosovo; |
|
44. |
Jilqa’ d-djalogu bejn il-Kosovo u s-Serbja u jenfasizza li jistgħu jikkontribwixxu għall-istabilità mhux biss madwar il-Kosovo iżda wkoll fir-reġjun kollu u jgħinu biex tittejjeb is-sitwazzjoni għan-nies kollha fil-Kosovo; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Missjoni tal-Istat tad-Dritt tal-EULEX fil-Kosovo biex tindirizza l-problema tal-persuni neqsin b'rabta mal-kunflitt tal-Kosovo u biex tinvestiga l-kriminalità organizzata u tressaq quddiem qorti lill-persuni kriminali involuti, b'mod partikolari bħala reazzjoni għall-allegazzjonijiet ta’ trattament inuman u traffikar ta’ organi matul u eżatt wara l-kunflitt; jitlob investigazzjoni bir-reqqa mill-EULEX ta’ dawn l-allegazzjonijiet u proċessi eżemplari għal dawk kollha li eventwalment jinstabu responsabbli; itenni l-bżonn li l-EULEX tappoġġa u tgħin lill-amministrazzjoni lokali b’governanza tajba u tiżgura li l-missjoni tista' tiffunzjona b'mod effikaċi madwar it-territorju kollu tal-Kosovo billi żżid l-attivitajiet tagħha fit-Tramuntana tal-Kosovo; jitlob lill-Kummissjoni tibda immedjatament djalogu dwar il-viża mal-awtoritajiet ta’ Prishtina sabiex ikun definit il-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża; |
|
45. |
Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni biex itejbu d-djalogu mal-mexxejja politiċi fil-Bosnja-Ħerzegovina wara l-elezzjonijiet, sabiex jgħinu biex dak il-pajjiż u n-nies tiegħu jibqgħu fit-triq lejn l-integrazzjoni fl-UE; hu tal-fehma li l-Bosnja-Ħerzegovina għamlet progress limitat dwar ir-riformi relatati mal-proċess ta’ integrazzjoni fl-UE u li l-aġendi etniċi u tal-entità prevalenti jistgħu jxekklu l-issodisfar tar-rekwiżiti għas-sħubija fl-UE u fin-NATO; |
|
46. |
Jinsab imħasseb ħafna mill-kunflitt intern li għaddej fl-Albanija u jistieden lill-gvern u lill-oppożizzjoni jżommu lura mill-użu tal-forza u jibdew djalogu ġdid ħalli jtemmu l-kunflitt u jsibu kompromess sostenibbli; jilqa’ f'dan ir-rigward l-inizjattiva meħuda mir-rappreżentant tal-VP/RGħ f'koordinazzjoni mal-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika tal-Viċinat; |
Is-sħubija tal-Lvant
|
47. |
Jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni biex iżommu l-impenn tagħhom lejn is-Sħubija tal-Lvant mal-ġirien Ewropej tagħna tal-Lvant, fid-dawl tas-sħubija politika u l-integrazzjoni ekonomika tagħhom, inkluż fiż-żona tal-enerġija, fuq il-bażi ta’ valuri Ewropej komuni u f'qafas ta’ kundizzjonijiet u inċentivi maħsuba biex iġibu riformi; ifakkar li l-kunflitti li għadhom mhux riżolti jżommu lill-partijiet involuti f’sitwazzjoni fejn il-paċi ma tkunx sostenibbli; jistieden lill-partijiet involuti jfittxu soluzzjoni paċifika fuq perjodu ta’ żmien twil; jenfasizza kemm hu importanti li jitqiesu l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fin-negozjati li għaddejjin dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; jitlob li jittieħdu inizjattivi u azzjonijiet li jrawmu u javvanzaw il-kooperazzjoni reġjonali fil-Kawkasu tan-Nofsinhar; |
|
48. |
Jittama li l-proċess tar-riforma tal-Politika Ewropea tal-Viċinat imniedi mill-Kummissjoni se jwassal għal viżjoni strateġika ġdida u approċċ differenzjat fl-istess politika, rigward l-oqsma ta’ interess, skont id-diversità tal-interessi tal-Unjoni, u tal-isfidi u t-theddid reġjonali li tiffaċċja; |
|
49. |
Jafferma mill-ġdid in-neċessità ta’ approċċ koerenti fil-proċessi ta’ kooperazzjoni reġjonali permezz tal-operazzjonalizzazzjoni tal-inizjattivi u l-istrumenti proposti mill-UE għall-viċinat tal-Lvant (is-Sħubija tal-Lvant, is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed /l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed eċċ); huwa tal-opinjoni li huwa neċessarju li jiġu żgurati l-komplementarjetà u d-divrenzjar bejn l-inizjattivi proposti, speċjalment fil-livell ta’ proġett, għall-użu aktar effiċjenti ta’ riżorsi u għall-ilħuq ta’ riżultati konkreti; |
|
50. |
Jikkundanna r-repressjoni li saret mir-reġim tal-President tal-Bjelorussja Lukashenko kontra l-membri tal-oppożizzjoni, il-ġurnalisti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet presidenzjali tad-19 ta’ Diċembru 2010 u jitlob għall-ħelsien immedjat ta’ dawk kollha li ġew miżmuma u li dawn jinħelsu mill-akkużi kollha kontrihom; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill fil-31 ta’ Jannar 2011 għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni tal-viża u l-iffriżar tal-beni finanzjarji ta’ 157 uffiċjal magħżul tal-Bjolorussja; jieħu l-pożizzjoni li s-sanzjonijiet kontra l-uffiċjali tal-gvern tal-Bjelorussja għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-priġunieri politiċi kollha jinħelsu mill-ħabsijiet Bjelorussi; jilqa’ r-riżultat tal-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi dwar ‘Solidarjetà mal-Bjelorussja’ tat-2 ta’ Frar 2011, li matulha l-UE wiegħdet 17.3 miljun euro għall-azzjonijiet b’appoġġ għas-soċjetà ċivili, b’mod partikulari studenti u midja indipendenti; hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-kuntatti bejn l-UE u l-Bjelorussja bejn persuna u oħra; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma wettqux dan sabiex jieħdu passi unilaterali biex jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viżi u biex inaqqsu l-prezz ta’ viża fuq terminu ta’ żmien qasir, partikolarment il-viża ta’ Schengen, li hi l-aktar rilevanti għas-soċjetà usa', l-istudenti u żgħażagħ oħra; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-Bjelorussja ma tiġix iżolata, partikularment minn ofqsa reġjonali eżistenti; |
|
51. |
Jitlob għat-twaqqif fil-pront tal-Assemblea Parlamentari għall-Viċinat ta’ Lvant (EURONEST), mingħajr il-parteċipazzjoni tal-Parlament Bjeloruss, u b'hekk jiġi enfasizzat l-irwol tiegħu fit-tisħiħ tad-demokrazija u tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-importanza tiegħu fit-titjib tad-dimensjoni parlamentari tas-Sħubija; |
|
52. |
Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ progress sostanzjali rigward is-soluzzjoni tal-kunflitti ffriżati fil-Kawkasu tan-Nofsinhar; jenfasizza li dan huwa ostakolu li jfixkel l-iżvilupp ta’ dimensjoni multilaterali u reġjonali ġenwina tas-Sħubija tal-Lvant; jistenna impenn isħaħ tas-SEAE fir-reġjun u jitlob li jittieħed rwol aktar proattiv mmirat għall-faċilitazzjoni tad-djalogu bejn il-partijiet, l-iżvilupp ta’ miżuri tal-bini ta’ fiduċja, l-inkoraġġiment ta’ kuntatti bejn in-nies biex b'hekk titwitta t-triq għal soluzzjoni dejjiema; |
|
53. |
Jenfasizza l-importanza ta’ rwol aktar attiv tal-UE fis-soluzzjoni tal-kunflitti ffriżati fit-Transnistrija u l-Kawkasu tan-Nofsinhar; |
|
54. |
Ifaħħar u jappoġġa l-impenn tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova li jsaħħu r-relazzjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-iżvilupp ta’ djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, u l-bidu ta’ negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles; |
L-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Baħar l-Iswed
|
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef l-implimentazzjoni tal-proġetti li huma parti mis-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed u żżomm din il-kwistjoni fuq l-aġenda tas-SEAE; |
|
56. |
Jenfasizza l-importanza tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed fis-Sħubija tal-Lvant u jikkunsidra li involviment akbar tal-Unjoni Ewropea hu meħtieġ f'dan ir-rigward; |
L-Asja Ċentrali
|
57. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal kbir ta’ żvilupp ta’ kooperazzjoni strateġika bejn l-UE u l-Asja Ċentrali; billi jqis il-pożizzjoni ġeopolitika tar-reġjun, u jitlob għal kooperazzjoni msaħħa sabiex jiġu affrontati l-isfidi komuni fil-qasam tas-sikurezza kif ukoll fil-kwistjonijiet politiċi, ekonomiċi u tal-enerġija; jenfasizza l-urġenza li kwistjonijiet tal-ġestjoni tal-ilma jiġu ttrattati fil-livell reġjonali għall-promozzjoni ta’ żvilupp komprensiv sostenibbli, it-titjib tas-sigurta umana, il-faċilitazzjoni tar-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u l-prevenzjoni tal-kunflitti; |
Ir-Russja
|
58. |
Jistieden lill-VP/RGħ sabiex tiżgura li l-approċċ tal-UE lejn ir-Russja, inkluż fin-negozjati dwar ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja, ikun koerenti; iħeġġiġha, barra minn hekk, tiżgura li t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, inkluża l-liġi internazzjonali, il-prinċipji ta’ reċiproċità u t-trasparenza, kif ukoll impenn għall-valuri tad-demokrazija pluralista u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, jikkostitwixxu l-bażi tal-ftehim kompensiv il-ġdid; jenfasizza li impenn biex titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u tiġi miġġielda l-korruzzjoni, partikolarment fis-sistema ġudizzjarja, għandu jkun parti integrali ta’ dan il-ftehim il-ġdid; jistenna progress kostanti fin-negozjati attwali; |
|
59. |
Jenfasizza li t-tisħiħ tal-istat ta’ dritt fl-oqsma kollha tal-ħajja pubblika Russa, inkluża l-ekonomija, tgawdi minnu s-soċjetà kollha kemm hi; jitlob għat-tisħiħ tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u r-Russja sabiex jiġu promossi bidliet pożittivi fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja; jitlob għal azzjonijiet u għall-implimentazzjoni ta’ inizjattivi li jsaħħu l-kuntatti bejn is-soċjetajiet ċivili tal-Ewropa u r-Russja u li jsaħħu s-soċjetà ċivili Russa; jisħaq l-importanza tas-Sħubija għall-Modernizzazzjoni f'dan il-kuntest; jenfasizza fl-istess ħin il-ħtieġa għal sħubija bi spinta ġdida mar-Russja, ibbażata fuq ir-rispett reċiproku u r-reċiproċità, dwar il-kwistjonijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, is-sigurtà u l-provvista tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, id-diżarm, il-prevenzjoni tal-kunflitti u nonproliferazzjoni nukleari, anke b'referenza għall-Iran, l-Afganistan u l-Lvant Nofsani, bil-għan li jissaħħu s-sigurtà u l-istabilità dinjija; |
|
60. |
Jistieden lill-VP/RGħ tintensifika d-diskussjonijiet mar-Russja sabiex tiżgura t-twettiq mhux kundizzjonali u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijet kollha tal-ftehim tal-2008 bejn ir-Russja, l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja kif ukoll biex taħdem lejn is-sejba ta’ soluzzjoni finali għal dan il-kunflitt li tirrispetta l-integrità territorjali tal-Ġeorġja; huwa tal-opinjoni li r-Russja għandha, b'mod partikolari, tiggaranatixxi aċċess sħiħ u mhux limitat għall-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea (EUMM) fl-Abkazja u l-Ossezja tan-Nofsinhar; jenfasizza n-neċessità li tiġi pprovduta stabilità fir-reġjuni tal-Ġeorġja msemmija hawn fuq; |
It-Turkija
|
61. |
Jenfasizza l-bżonn ta’ approċċ strateġiku fit-tul li għandu jseħħ kemm mill-UE u ukoll mit-Turkija rigward ir-relazzjoni futura tagħhom; jilqa' d-dikjarazzjoni mill-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010 li titlob kooperazzjoni intensifikata fi kwistjonijiet ta’ politika ta’ sigurtà u esterna ta’ interess reċiproku; huwa tal-opinjoni li l-politika esterna aktar u aktar attiva ta’ Ankara tippreżenta sfidi u opportunitajiet ġodda għall-PESK; iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tinvoli t-Turkija fi djalogu istituzzjonalizzat dwar kwistjonijiet strateġiċi ewlenija – bħall-politika tal-enerġija, l-istabbiltà fil-Balkani tal-Punent u fir-reġjuni tal-Kawkasu, il-programm nukleari tal-Iran, jew il-qawmien demokratiku li qed iseħħ fil-Lvant Nofsani – biex b'hekk tiżgura konverġenza aħjar tal-objettivi kif ukoll iddaħħal dinamiżmu ġdid fir-relazzjonijiet bilaterali; jenfasizza, madankollu, li tali djalogu ma għandux jissostitwixxi l-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija iżda għandu jikkomplementah u jsaħħu; |
|
62. |
Jiddispjaċih li l-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija huwa virtwalment staġnat; ifakkar li l-Istati Membri kollha tal-UE u t-Turkija huma responsabbli b'mod konġunt biex jeliminaw l-ostakoli għall-adeżjoni tat-Turkija mal-UE; iwwisi dwar problemi serji fit-tul jekk ir-relazzjoni bejn l-UE u t-Turkija ma tkunx stabbilizzata u l-UE u n-NATO jkomplu jiġu impediti milli jilħqu l-objettiv tagħhom ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib; jittama f'kull każ li t-Turkija tkompli l-modernizzazzjoni tagħha skont il-kriterji Ewropej; |
Il-Lvant Nofsani u l-Mediterran
|
63. |
Jappoġġa l-fatt li reġgħu bdew id-diskussjonijiet diretti dwar il-paċi bejn l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana u jenfasizza l-bżonn li jsiru negozjati bis-sens f'qafas ta’ żmien limitat u f'atmosfera ta’ fiduċja reċiproka, atmosfera li tista' teżisti biss jekk il-politika tal-kontinwazzjoni tal-bini ta’ abitazzjonijiet titwaqqaf immedjatament mill-Iżrael; ifakkar li l-UE hija l-akbar kontributur għall-Awtorità Palestinjana u s-sieħba kummerċjali prinċipali tal-Iżrael, u b'hekk għandha interess dirett f'li tikkonvinċi ż-żewġ partijiet biex jaffrontaw malajr kemm jista' jkun il-kwistjonijiet fundamentali li għandhom jiġu riżolti (b'mod partikolari r-refuġjati, il-konfini u l-istatus ta’ Ġerusalem) u biex ikun hemm Stat tal-Palestina vjabbli ħdejn u fil-paċi mal-Istat tal-Iżrael; jenfasizza l-bżonn ta’ soluzzjoni li tinvolvi żewġ stati u jirrikonoxxi d-dritt tat-tnejn li jgħixu ħdejn xulxin f'sikurezza, prosperità u paċi; jilqa', għalhekk, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta’ Paċi tal-Lvant Nofsani tat-13 ta’ Diċembru 2010 u l-intenzjoni ddikjarata tal-UE li tgħin lill-partijiet jilħqu dan l-objettiv; |
|
64. |
Jistieden lill-UE, b'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2009, biex tieħu rwol politiku iktar qawwi li jaqbel mal-impenn finanzjarju tagħha fir-reġjun; jinsab konvint li hemm ħtieġa urġenti għal tiswir mill-ġdid komprensiv tal-politika tal-UE lejn il-Lvant Nofsani, sabiex din twettaq rwol politiku deċiżiv u koerenti, akkumpanjat minn għodod diplomatiċi effettivi, fl-interess tal-paċi u s-sigurtà f'dan ir-reġjun qarib ta’ interess strateġiku vitali għall-UE; jistieden lill-VP/RGħ tippreżenta strateġija Ewropea ġdida għar-reġjun li tindika l-interessi, l-għanijiet u l-mezzi tal-UE, li tippromwovi d-demokrazija u l-istat ta’ dritt fir-reġjun u li talloka riżorsi primarjament għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili; |
|
65. |
Huwa mħasseb ħafna bl-użu tal-forza kontra r-residenti tal-Kamp ta’ Ashraf fl-Iraq li rrizżultat f’bosta nies midruba u jiddeplora t-telf ta’ ħajjiet; jistieden lill-Gvern tal-Iraq sabiex iżomm lura mill-użu tal-forza u sabiex jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem tar-residenti tal-Kamp; jitlob li jkun hemm investigazzjoni indipendenti internazzjonali, inkluż aċċess liberu għall-Kamp Ashraf, sabiex issir evalwazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni fuq il-post; jistieden lill-partijiet kollha sabiex juru moderazzjoni u jsibu soluzzjoni paċifika u sostenibbli għas-sitwazzjoni; |
|
66. |
Jiddikjara s-solidarjetà tiegħu maċ-ċittadini fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar li qed jiġġieldu għad-demokrazija, il-libertà u l-ġustizzja soċjali; jitlob lill-UE toffri appoġġ u aspirazzjonijiet ġodda għad-demokrazija, il-libertà u l-ġustizzja soċjali; jibqa’mħasseb dwar in-nuqqas, fil-politika Mediterranja tal-UE, ta’ viżjoni strateġika ċara għal żmien twil għall-progress u l-iżvilupp tar-reġjun; jitlob għal kjarifika u titjib tal-bażi loġika, l-objettivi u l-metodi operattivi tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM); iqis għalhekk li hu tal-ikbar importanza u urġenza li jerġa’ jsir eżami u tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-Mediterranean u jħeġġeġ, f’dan ir-rigward, li r-Rieżami Strateġiku tal-PEV għandu jqis u jirrifletti kompletament l-iżviluppi l-ġodda fir-reġjun u jistabbilixxi djalogu politiku mal-ġirien tan-Nofsinhar tal-UE; jitlob, barra minn hekk, li l-Unjoni għall-Mediterran titfassal mill-ġdid sabiex tikkontribwixxi b'mod attiv u effiċjenti għal soċjetajiet demokratiċi, sostenibbli u ġusti fir-reġjun kollu; jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni tan-nisa fit-tranżizzjoni demokratika u r-riformi istituzzjonali; jerġa' jenfasizza li t-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat ta’ dritt, il-governanza tajba, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma elementi essenzjali ta’ dan id-djalogu; |
|
67. |
Ifakkar fir-rwol tiegħu fi ħdan il-proċedura baġitarja tal-UE u jenfasizza l-bżonn li tkun żgurata l-leġittimità demokratika tal-UgħM u li d-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod trasparenti u li l-Parlament Ewropew, l-Assemblea Parlamentari tal-UgħM u l-parlamenti nazzjonali jkunu involuti fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; |
|
68. |
Isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tat-Tuneżija, tal-Eġittu, u ta’ pajjiżi oħra fir-reġjun; jappoġġa l-aspirazzjonijiet ġodda tan-nies għad-demokrazija, il-libertà u l-ġustizzja soċjali; jistieden lill-UE tibni sħubija abbażi tal-interess reċiproku u li tiffoka fuq l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex tgħin biex ittaffi l-kriżi ekonomika u soċjali attwali f’dawn il-pajjiżi, u biex tipprovdi l-għajnuna li tista’ tkun meħtieġa biex tappoġġa r-riformi politiċi attwali u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ tal-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali, sistema ġudizzjarja indipendenti, it-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-formazzjoni ta’ partiti politiċi pluralisti fi ħdan sistema sekulari; jilqa’ r-referendum dwar ir-riformi kostituzzjonali fl-Eġittu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jkomplu bir-reviżjoni tal-Kostituzzjoni u l-liġi elettorali bil-ħsieb li dan jirriżulta f’elezzjonijiet ħielsa u ġusti; |
|
69. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ koeżjoni bejn l-Istati Membri dwar kif għandhom jindirizzaw is-sitwazzjoni fil-Libja, li jnaqqas l-ambitu għal azzjonijiet tal-PESK komprensivi mill-VP/RGħ dwar din il-kwistjoni; jilqa’ madankollu d-deċiżjoni tal-Kunsill li jistabbilixxi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea f’appoġġ tal-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja f’reazzjoni għas-sitwazzjoni ta’ kriżi fil-Libja, l-hekk imsejħa operazzjoni EUFOR Libja; |
|
70. |
Jenfasizza li r-repressjoni vjolenti kontra min jipprotesta paċifikament fis-Sirja, b’mijiet maqtula u arrestati, trid tintemm immedjatament; jitlob lill-President u lill-Gvern tas-Sirja sabiex jindirizzaw it-talbiet leġittimi tal-poplu Sirjan billi jinbeda djalogu nazzjonali ġenwin bl-iskop li jiġu implimentati riformi politiċi, ekonmici u soċjali essenzjali u tintemm il-politika ta’ repressjoni tal-oppożizzjoni politika, is-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa’ r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li tikkundanna l-vjolenza tal-Gvern tas-Sirja kontra dimostranti paċifiċi u li tintbgħat missjoni fil-pajjiż mill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex tinvestiga l-fatti; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri sabiex fir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-pajjiż jqisu bis-sħiħ il-grajjiet li qed iseħħu fis-Sirja; |
|
71. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Baħrejn u l-Jemen biex ma jużawx il-forza kontra min jipprotesta u jirrispettaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta’ għaqda u espressjoni; jenfasizza li dawk responsabbli għall-imwiet u l-ġrieħi kkawżati għandhom, mill-aktar fis possibbli, jinżammu responsabbli minn dan u jitressqu l-qorti jew qabel il-qrati nazzjonali jew qabel il-Qorti Kriminali Internazzjonali fl-Aja; jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw l-aspirazzjonijiet demokratiċi paċifiċi tan-nies tal-Baħrejn u l-Jemen, jirrieżaminaw il-politiki tagħhom lejn dawk il-pajjiżi, jirrispettaw il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjoni ta’ Armi, u jkunu lesti jgħidnu, f’każ ta’ impenn serju mill-awtoritajiet nazzjonali, fl-implimentazzjoni ta’ aġendi ta’ riforma politika, ekonomika u soċjali f’dawk il-pajjiżi; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-Baħrejn u b'mod partikolari s-sentenza tal-mewt mogħtija lil erba' protestaturi fit-28 ta’ April 2011; jistieden lill-VP/RGĦ biex tagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet tal-Baħrejn biex tadotta moratorju fuq eżekuzzjonijiet kif ukoll biex tiżgura proċessi ġusti b'rappreżentazzjoni legali adegwata u d-dritt għall-appell; |
|
72. |
Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għat-Tribunal Speċjali għal-Libanu (STL) bħala qorti indipendenti, maħluq mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1757 u sabiex jilħaq l-ogħla standards legali; jafferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tiegħu għas-sovrenità, l-unità u l-integrità territorjali fil-Libanu u għall-funzjonament sħiħ tal-istituzzjonijiet kollha Libaniżi; jisħaq li l-istabilità interna u r-rispett għal-liġi internazzjonali huma kompletament kompatibbli; jistieden lill-forzi politiċi Libaniżi kollha jkomplu jieħdu sehem fi djalogi miftuħa u konstruttivi sabiex jiffavorixxu l-benesseri, il-prosperità u s-sigurtà liċ-ċittadini Libaniżi kollha; ifaħħar ir-rwol kruċjali tal-Forza Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu (UNIFIL) u jitlob għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tar-Riżoluzzjoni 1701 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; |
L-Asja
|
73. |
Jisħaq li l-punt inizjali għal kwalunkwe soluzzjoni għaż-żmien twil għall-kriżi Afgana għandu jkun l-interessi taċ-ċittadini Afgani fir-rigward tas-sigurtà interna, il-protezzjoni ċivili, u l-progress ekonomiku u soċjali, u għandu jinkludi miżuri konkreti għall-eliminazzjoni tal-faqar, id-diskriminazzjoni kontra n-nisa, għat-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta’ dritt, kif ukoll mekkaniżmi ta’ rikonċiljazzjoni, it-tmiem tal-produzzjoni tal-opju, eżerċizzju robust tal-bini tal-istat, l-integrazzjoni tal-Afganistan fil-komunità internazzjonali u t-tkeċċija tal-Al Qa'ida mill-pajjiż; jenfasizza li l-Afganistan għandu jingħata forza tal-pulizija kapaċi li tiżgura standard minimu ta’ sigurtà li jippermetti l-irtirar sussegwenti ta’ preżenza militari barranija mill-pajjiż; itenni l-pożizzjoni tiegħu li impenn sinifikanti tal-UE u l-komunità internazzjonali b'mod ġenerali fl-Afganistan għandu jiffoka fuq l-appoġġ tal-Afgani fil-bini tal-istat tagħhom, b’istituzzjonijiet demokratiċi aktar b’saħħithom li jkunu kapaċi jirrappreżentaw lin-nies, jiżguraw l-istat tad-dritt, il-paċi, l-integrità territorjali, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja għaċ-ċittadini kollha u partikolarment għan-nisa u t-tfal, filwaqt li jirrispettaw it-tradizzjonijiet storiċi, reliġjużi, spiritwali u kulturali tal-komunitajiet etniċi u reliġjużi kollha tal-pajjiż; ifakkar ukoll l-importanza tal-appoġġ tas-soċjetà ċivili, il-bini ta’ istituzzjonijiet demokratiċi, bħat-taħriġ tal-forzi ta’ sigurtà u tas-sistema ġudizzjarja, u l-appoġġ ta’ midja indipendenti, tal-NGOs u l-iskrutinju parlamentari; |
|
74. |
Itenni l-fehma tiegħu li l-Pakistan għandu rwol prinċipali fir-reġjun u li Pakistan stabbli, sekulari, u legali huwa ta’ importanza vitali għall-istabilità fl-Afganistan u fir-reġjun iktar wiesa'; jisħaq, barra minn hekk, fuq ir-rwol potenzjali tal-Pakistan fil-proċess ta’ paċi Afgan; jenfasizza li l-Pakistan m'għandux iservi ta’ kenn għall-al-Qa'ida jew għat-Taliban-; jirrikonoxxi li l-għargħar devastanti ta’ Awwissu 2010 kien daqqa ta’ ħarta għall-gvern il-ġdid tal-Pakistan, li kien qed jibda jimxi 'l quddiem fit-trattament ta’ diversi sfidi; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien mal-komunità internazzjonali usa', biex jirreaġixxu b'turija b'saħħitha ta’ solidarjetà u b'appoġġ konkret għall-bżonn urġenti tal-Pakistan ta’ bini mill-ġdid u rijabilitazzjoni wara l-għargħar u għat-tamiet tal-pajjiż li jibni soċjetà b'saħħitha u prospera; jilqa' u jinkoraġġixxi iktar l-isforzi tal-UE li ssaħħaħ l-appoġġ politiku biex iżżid il-bini tal-istituzzjonijiet u tal-kapaċitajiet fil-Pakistan u biex tgħin lill-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Pakistan jiġġieldu kontra l-estremiżmu, b'mod partikolari billi jaġixxu favur l-abolizzjoni tal-liġijiet dwar id-dagħa u billi jsostnu s-soċjetà ċivili tal-Pakistan; jistieden lill-Pakistan jaderixxi immedjatament għat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni u jikkoopera kompletament mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika billi jiżvela l-ħażna u l-faċilitajiet nukleari tal-Pakistan; |
|
75. |
Jappoġġa bis-sħiħ l-impenn tal-E3+3 biex ifittxu soluzzjoni nnegozjata minn kmieni għall-kwistjoni nukleari Iranjana sabiex terġa' tinkiseb il-fiduċja internazzjonali fin-natura esklussivament paċifika tal-programm nukleari tal-Iran, skont prinċipju fundamentali tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni; jappoġġa l-approċċ fuq żewġ binarji tal-Kunsill immirat lejn is-sejba ta’ soluzzjoni diplomatika peress li din hija l-unika soluzzjoni vijabbli għal reazzjoni għall-kwistjoni nukleari tal-Iran; jiddispjaċih li r-Riżoluzzjoni 1929(2010) tal-UNSC li tintroduċi r-raba' sensiela ta’ sanzjonijiet fuq l-Iran dwar il-programm nukleari tiegħu u l-miżuri restrittivi addizzjonali mħabbra mill-UE, l-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Kanada u l-Awstralja ma setgħetx tiġi evitata minħabba nuqqas min-naħa tal-Iran biex tikkoopera bi sħiħ mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) rigward l-għanijiet tal-programm nukleari tagħha; jenfasizza li soluzzjoni għall-kwistjoni nukleari ma tistax tinsab għad-detriment tal-appoġġ tal-UE għas-soċjetà ċivili Iranjana u l-pretensjonijiet ġusti tagħha għad-drittijiet tal-bniedem universali u elezzjonijiet verament demokratiċi; |
|
76. |
Jikkundanna bil-qawwi r-retorika provokattiva, infjammatorja, anti-Semitika kontinwa tal-President tal-Iran, li talab biex l-Iżrael tinqered, u partikolarment jiddispjaċih mit-theddidiet li saru kontra l-eżistenza proprja tal-Istat tal-Iżrael; huwa imħasseb ħafna dwar iż-żieda esponenzjali fin-numru ta’ eżekuzzjonijiet fl-Iran li għandhom jitqiesu bħala qtil statali extraġudizzjarju fid-dawl tan-nuqqas ta’ kwalunkwe proċedura ġudizzjarja kif ukoll ir-ripressjoni kontinwa u sistematika taċ-ċittadini li jixtiequ aktar libertà u demokrazija; jenfasizza li l-kuntatti uffiċjali reċiproċi bejn id-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Majlis għandhom jintużaw ukoll biex jindirizzaw il-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkunu suġġetti għall-possibbiltà ta’ aċċess ħieles għal żjarat lill-priġunieri politiċi u attivisti għad-drittijiet tal-bniedem u r-rappreżentanti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħmlu skambju ħieles ta’ kull tip ta’ opinjoni politika; jitlob lill-VP/RGħ tagħmel arranġamenti għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ Delegazzjoni tal-UE fl-Iran sabiex tkun tista’ timmonitorja, mill-perspettiva tal-UE, is-sitwazzjoni fil-post; iħeġġeġ lir-reġim Iranjan jastjeni minn indħil fl-affarijiet interni tal-Iraq; |
|
77. |
Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-intensifikazzjoni tad-djologi settorali maċ-Ċina u jistieden li jkun hemm ħidma konġunta konċertata dwar kwistjonijiet kontroversjali enfasizzati fis-Samit riċenti bejn l-UE u ċ-Ċina; jilqa' l-progress lejn governanza ekonomika u ġudizzjarja aħjar; huwa mħasseb sew dwar il-ksur sever u sistematiku kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, inkluż id-drittijiet tal-minoranzi u partikolarment dawk tat-Tibetani, l-Uighurs u l-Mongols, u jistieden lill-VP/RGħ issaħħaħ id-djalogu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem ikunu dejjem fuq l-aġenda; |
|
78. |
Jindika li r-relazzjonijiet mal-Ġappun se jiġu affettwati ħafna mit-terremot terribbli, it-tsunami u l-katastrofu nukleari sussegwenti li laqtu lill-pajjiż u jistenna li l-UE turi s-solidarjetà tagħha u tipprovdi l-appoġġ sabiex tgħin lill-awtoritajiet Ġappuniżi biex ikampaw mad-diżastru; iqis li, partikolarment wara l-avvenimenti drammatiċi riċenti, ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Ġappun, pajjiż li għandu l-istess valuri demokratiċi u tħassib dwar d-drittijiet tal-bniedem bħall-UE, għadhom estremament importanti kemm f'termini ekonomiċi kif ukoll fir-rigward tal-ħidma konġunta f'fora multinazzjonali; jenfasizza li l-enfasi kurrenti fuq iċ-Ċina m'għandhiex tinsa l-isforzi neċessarji biex tiżdied il-kooperazzjoni mal-Ġappun u biex jitneħħew l-ostakli li għad baqa' għall-interpenetrazzjoni ekonomika; |
|
79. |
Jilqa' l-passi li ttieħdu mill-partiti miż-żewġ naħat tal-Fliegu tat-Tajwan, li rriżultaw fl-iffirmar ta’ madwar 15-il ftehim, inkluż il-Ftehim Qafas dwar il-Kooperazzjoni Ekonomika (ECFA) u ftehim dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f'Ġunju 2010; peress li l-espansjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi man-naħa l-oħra tal-flieġu hija fl-interess taż-żewġ naħat u tal-UE, jappoġġa bis-sħiħ it-tisħiħ tar-rabtiet ekonomiċi tal-UE u t-Tajwan u l-iffirmar ta’ ftehim dwar il-kooperazzjoni ekonomika bejn l-UE u t-Tajwan; itenni l-appoġġ tiegħu għall-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan bħala osservatur fl-oganizzazzjonijiet u l-attivitajiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO); ifaħħar id-deċiżjoni tal-UE li tagħti eżenzjoni tal-viża liċ-ċittadini tat-Tajwan, li ser tikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment bejn l-UE u t-Tajwan kif ukoll tal-kuntatt bejn il-popli; |
|
80. |
Jirrikonoxxi l-importanza enormi tal-Indja bħala setgħa ekonomika u reġjonali emerġenti u bħala sieħba demokratika importanti għall-Ewropa; ifaħħar il-kooperazzjoni tal-Indja mal-UE, b'mod partikolari fl-Afganistan u bl-operazzjoni Atalanta; jitlob kooperazzjoni aktar mill-qrib fuq kwistjonijiet relatati mad-diżarm nukleari, it-tibdil fil-klima, il-governanza ekonomika dinjija u l-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-isfidi għal-libertajiet ċivili u d-drittijiet tal-bniedem f'Jammu u Kashmir u rigward il-persistenza tad-diskriminazzjoni kulturali abbażi tal-kasta; jistenna li s-sħubija strateġika mal-Indja tiżviluppa bi qbil mal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunta, sabiex tagħti riżultati konkreti; jistenna bil-ħerqa għall-konklużjoni bikrija u l-firma ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles iżda, fl-istess ħin, jenfasizza l-importanza li n-negozjati attwali dwar ftehim bħal dan bl-ebda mod ma għandhom ifixxklu l-isforzi biex jitnaqqas il-faqar fl-Indja; |
L-Afrika
|
81. |
Jesprimi appoġġ u inkoraġġiment qawwija għas-sħubijiet mal-Unjoni Afrikana u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani oħra fl-indirizzar tat-tħassib dwar l-istabilità u s-sigurtà fil-kontinent Afrikan u fl-iżgurar tal-progress f'oqsma prinċipali oħra, bħall-governanza demokratika u d-drittijiet tal-bniedem, it-tibdil fil-klima u l-kisba tal-MDGs; jemmen li l-proċess ta’ pussess u ta’ teħid ta’ poter progressivi tal-Unjoni Afrikana fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ sigurtà u stabilità fil-kontinent Afrikan, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-missjonijiet taż-żamma tal-paċi, jirrikjedi l-konsolidazzjoni tal-bini tal-istituzzjonijiet u l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-Unjoni Afrikana, u li l-UE għandha tgħid lill-Unjoni Afrikana f'dan ir-rigward; |
|
82. |
Jesprimi l-appoġġ tiegħu għad-deċiżjoni li jitfassal approċċ kompensiv tal-UE għar-reġjun tal-Qarn tal-Afrika, li jgħin fil-bini mill-ġdid ta’ istituzzjonijiet statali fis-Somalja u li jorbot flimkien is-sigurtà tal-bniedem mal-iżvilupp, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa u b'hekk jiġbor fih l-istrumenti kollha tal-UE bil-għan li jipprovdi soluzzjonijiet għaż-żmien twil; |
|
83. |
Jilqa' r-rieda tal-UE li tappoġġa l-implimentazzjoni paċifika tal-Ftehim Komprensiv ta’ Paċi fis-Sudan u li taħdem lejn l-istabilità reġjonali għaż-żmien twil; jisħaq, fl-istess ħin, fuq il-bżonn li jiġġeddu l-isforzi biex tiġi indirizzata l-insigurtà u biex tinkiseb soluzzjoni għall-paċi fid-Darfur; huwa tal-opinjoni li l-indipendenza li ġejja fis-Sudan tan-Nofsinhar għandha implikazzjonijiet għall-istabbiltà ta’ stati diviżi kulturalment u tinvolvi sfidi li għalihom il-VP/RGħ għandha tkun ippreparata; jifraħ lill-poplu tas-Sudan fuq l-iżvolġiment tajjeb tar-referendum fis-Sudan tan-Nofsinhar, kif ikkonfermat mill-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE; jistieden lill-UE tkompli tappoġġa l-isforzi li saru mill-partijiet sabiex isir progress fuq il-kwistjonijiet pendenti taħt il-Ftehim ta’ Paċi Komprensiv, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tar-refuġjati u dawk li rritornaw, u tikkunsidra l-miżuri neċessarji sabiex tiġi garantita s-sostenibbiltà tar-relazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar wara r-referendum; |
|
84. |
Ifakkar li Alassane Ouattara huwa l-uniku rebbiegħ leġittimu tal-elezzjonijiet presidenzjali li saru f’Côte d’Ivoire fit-28 ta’ Novembru 2010 u li r-riżultati tal-elezzjoni ma tistax tiġi sfidata; jieħu nota tal-arrest tal-mexxej attwali Laurent Gbagbo u jispera li dan se jikkontribwixxi għat-tmiem tal-vjolenza; iħeġġeġ lill-forzi politiċi u armati kollha fil-pajjizi biex jirrispettaw ix-xewqa tal-elettorat Ivorjan u jiżguraw t-trasferiment paċifiku tal-poter mingħajr dewmien, u jitlob f’dan ir-rigward, għar-ristawr tal-liġi u l-ordni; jistieden lill-UE tappoġġa bi sħiħ lill-President Quattara fi sforzi mmirati lejn ir-rikonċiljazzjoni, l-irkupru u l-iżvilupp kif ukoll fil-promozzjoni tal-prosperità u l-istabilità għall-persuni mill-Côte d’Ivoire; |
|
85. |
Jemmen li l-UE għandha tadotta approċċ komprensiv għat-tħassib dwar is-sigurtà u l-istabilità fir-reġjun ta’ Sahel; jinsisti li t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata transkonfinali (drogi, armi, sigaretti, traffikar tal-bnedmin) jikkostitwixxu theddid serju mhux biss għall-pajjiżi tar-reġjun iżda wkoll direttament għall-Unjoni Ewropea; iqis neċessarju li l-UE tgħin il-pajjiżi tar-reġjun jiżviluppaw politiki u strumenti li jindirizzaw dan it-theddid għas-sikurezza li dejjem qed jiżdied billi tuża l-istrumenti kollha relevanti tal-UE biex jintemmu l-kunflitti persistenti bħall-kunflitt tas-Saħara tal-Punent u biex jiġu promossi riformi demokratiċi fil-pajjiżi kollha tar-reġjun, jinqered il-faqar, jiġi garantit l-iżvilupp sostenibbli, jiġi indirizzat it-tħassib dwar it-tibdil fil-klima fir-reġjun, jiġu ġestiti l-flussi migratorji min-Nofsinhar għan-Nofsinhar u min-Nofsinhar għat-Tramuntana u jiġu żgurati d-demokrazija u l-bini tal-istituzzjonijiet (b'mod partikolari s-settur tas-sikurezza) u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jemmen li l-proċess ta’ bini ta’ kunsens fost il-pajjiżi tar-reġjun, b'kooperazzjoni mal-Unjoni Afrikana u bil-pussess progressiv tagħha, għandu wkoll jiġi implimentat; |
|
86. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward taż-Żimbabwe li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ċerti politikanti, uffiċjali u kumpanniji li jżommu r-reġim ta’ Mugabe fis-setgħa; jiddispjaċih li għandha ma seħħitx bidla demokratika suffiċjenti u jistieden lill-pajjiżi tal-SADC b'mod partikolari, jgħinu li jiġi żgurat li ż-Żimbabwe jimxi b'mod rapidu lejn elezzjonijiet ħielsa u ġusti fil-preżenza ta’ osservaturi internazzjonali u li jersaq b'mod rapidu lejn transizzjoni bla intoppi tas-setgħa; |
|
87. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tmiem tal-Missjoni tal-PSDK fil-Ginea Bissaw f’Settembru 2010 u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-VP/RGħ jikkunsidraw modi ġodda ta’ kif tiġi miġġielda l-kriminalità fil-Ginea Bissaw, sabiex jiġi evitat li dan il-pajjiż isir narko-stat ieħor; |
L-Amerika Latina
|
88. |
Jilqa' l-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali u dwar Ftehim Kummerċjali bejn Bosta Partijiet mal-Perù u l-Kolombja; jisħaq, madankollu, li l-UE għandha tkompli tagħti prijorità lill-proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali fl-Amerika Latina; jinnota b'sodisfazzjon li n-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Mercosur reġgħu bdew, u jistieden biex dawn jiġu konklużi malajr u bla problemi; |
|
89. |
Jirrikonoxxi r-riżultati pożittivi tas-Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew f'Madrid u jissottolinja l-bżonn li tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Madrid; ifakkar fil-bżonn li tiġi adottata Karta Ewro-Latinamerikana għall-Paċi u s-Sigurtà u li din il-karta tkun tinkludi, fuq il-bażi tal-Karta tan-NU u l-liġi internazzjonali relatata, strateġiji u linji gwida għal azzjoni konġunta fl-oqsma tal-politika u tas-sigurtà biex taffronta t-theddidiet u l-isfidi komuni; |
*
* *
|
90. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lill-President fil-kariga tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. |
(2) ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 54.
(3) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 51.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0280.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0399.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0280, it-tieni anness.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/51 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-iżvilupp tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona
P7_TA(2011)0228
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-politika ta’ sigurtà u ta’ diviża wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2010/2299(INI))
2012/C 377 E/07
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà bit-titolu ‧Ewropa Sigura f’Dinja Aħjar‧, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha bit-titolu ‧Nipprovdu s-Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel‧, approvat mill-Kunsill Ewropew tal-11-12 ta’ Diċembru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill (tad-Difiża) għall-Affarijiet Barranin dwar il-PSDK adottati fid-9 ta’ Diċembru 2010 u fil-31 ta’ Jannar 2011; |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżultat tas-Summit Renju Unit-Franza dwar il-kooperazzjoni għas-sigurtà u d-difiża tat-2 ta’ Novembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna għall-Unjoni Ewropea, approvata mill-Kunsill Ewropew fil-25-26 ta’ Marzu 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ċivili-militari (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0166/2011), |
Politika tas-sigurtà u politika barranija
|
1. |
Ifakkar li s-sistema internazzjonali għaddejja minn tibdil rapidu u profond, xprunata mit-trasferiment ta’ poter lejn atturi emerġenti internazzjonali u interdipendenza li qed tidħol iktar fil-fond u li tkopri problemi ekonomiċi u finanzjarji, id-deterjorament ambjentali u t-tibdil fil-klima, l-iskarsezza tal-enerġija u r-riżorsi, u sfidi interkonnessi tas-sigurtà |
|
2. |
Jirrikonoxxi li, f’kuntest globali turbolenti u fi żmien ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, l-UE qed tintalab issaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha biex tippreserva l-valuri tagħha, issegwi l-interessi tagħha, u tipproteġi ċ-ċittadini tagħha billi tiżviluppa viżjoni maqsuma ma’ ħaddieħor tal-isfidi u t-theddidiet ewlenin, u billi tallinja l-kapaċitajiet u r-riżorsi tagħha biex twieġeb għalihom b’mod suffiċjenti, u b’hekk tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-paċi u s-sigurtà globali internazzjonali, inkluż billi ssegwi multilateraliżmu effettiv; |
|
3. |
Huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-awtonomija strateġika fl-affarijiet ta’ sigurtà tfisser, għall-UE, il-kapaċità li taqbel dwar objettivi politiċi komuni u linji gwida strateġiċi, li tistabbilixxi partnerships strateġiċi ma’ firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, inkluż in-NATO, u stati, li tiġbor informazzjoni adegwata u tiġġenera analiżi u valutazzjonijiet konġunti, li tikkontrolla u, fejn ikun meħtieġ, tiġbor flimkien riżorsi finanzjarji, ċivili u militari, tippjana u tmexxi operazzjonijiet effettivi ta’ ġestjoni ta’ kriżi tul il-firxa estiża tal-missjonijiet tat-tip ta’ Petersberg, u li tfassal u timplimenta politika tad-difiża komuni, billi tpoġġi l-ewwel sisien tanġibbli li fuqhom tinbena difiża komuni; |
|
4. |
Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), introdotta mit-Trattat ta’ Lisbona, tipprovdi dikjarazzjoni politika soda tal-intenzjoni tal-Unjoni li taġixxi bħala forza għall-istabilità fid-dinja u tipprovdi qafas legali ċar għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħha fil-persegwiment ta’ politika barranija u tas-sigurtà permezz ta’ approċċ komprensiv li jeħtieġ l-użu tal-istrumenti kollha disponibbli għall-UE u l-Istati Membri tagħha, biex jipprevjenu u jimmaniġġjaw kriżijiet u kunflitti, u biex jibnu paċi dejjiema; |
|
5. |
B’mod partikolari, ifakkar li:
|
|
6. |
Jenfasizza li d-dover tal-konsistenza kif definit mit-Trattat, il-formulazzjoni l-ġdida tal-kliem tal-Artikolu 40 tat-TUE (li jistipula li l-implimentazzjoni kemm tal-PESK u kif ukoll tal-politiki l-oħra tal-UE ma għandhiex teffettwa l-applikazzjoni tal-proċeduri rispettivi), u l-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (ara l-kawża SALW) jipproteġu kemm il-primat tal-metodu tal-Komunità u l-fatturi distintivi u l-prerogattivi tal-PESK, filwaqt li jinkoraġġixxu l-konverġenza tal-politiki, l-istrumenti, ir-riżorsi differenti, u l-bażijiet legali f’approċċ ħolistiku u komprensiv, fejn il-kontribuzzjoni għall-paċi u s-sigurtà fid-dinja ssir objettiv trasversali tal-azzjoni esterna u interna tal-UE u l-PSDK hija waħda mill-istrumenti tagħha; jinnota li l-assi militari jistgħu jiġu skjerati wkoll fil-każ ta’ diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem, kif muri fil-prattika bil-koordinazzjoni tal-Persunal Militari tal-UE tal-kapaċitajiet militari b’appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja mmexxijin min-nies ċivili waqt l-għargħar fil-Pakistan fis-sajf tal-2010 skont il-Linji Gwida tan-NU applikabbli dwar l-użu tal-Assi Militari u ta’ Difiża Ċivili fl-għajnuna internazzjonali għad-diżastri (il-Linji Gwida ta’ Oslo) u wara talba mill-Kummissjoni; |
|
7. |
Jesprimi tħassib, għalhekk, li aktar minn sena wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għad ma hemmx sinjali ċari ta’ approċċ komprensiv post-Lisbona tal-UE li jippermetti li jingħelbu ostakli proċedurali u istituzzjonali tradizzjonali, filwaqt li jiġu ppreservati prerogattivi legali rispettivi meta s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej tkun fir-riskju; |
|
8. |
Huwa konvint li politika tas-sigurtà esterna kredibbli teħtieġ interdipendenza aktar approfondita bejn l-Istati Membri u koeżjoni interna, fiduċja reċiproka u solidarjetà akbar, simili għal dak li nkiseb fl-isfera tas-sigurtà interna permezz tal-kooperazzjoni Schengen (fejn il-pajjiżi tax-Schengen, filwaqt li jipproteġu l-konfini tagħhom, ikunu qed jipproteġu l-konfini ta’ Stati Membri oħra, regoli nazzjonali jiksbu ambitu kontinentali, u l-kompiti relatati mal-ħarsien tas-sigurtà nazzjonali jistgħu jitwettqu wkoll fit-territorju ta’ stat ieħor jew fi skwadri konġunti li joperaw bi qbil mal-istandards Ewropej); |
|
9. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ rieda tal-Istati Membri li jiddefinixxu pożizzjoni komuni dwar il-kriżi tal-Libja, dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-1973 u l-modi biex tiġi implimentata; jesprimi tħassib kbir dwar ir-riskju li jiġu kkunsidrati koalizzjonijiet ad hoc ta’ dawk li għandhom din ir-rieda jew kooperazzjoni bilaterali bħala sostituti vijabbli għall-PSDK, peress li l-ebda Stat Ewropew ma għandu l-kapaċità li jkun attur sinifikattiv ta’ sigurtà u difiża fis-seklu 21. ifakkar li t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi għall-possibilità li l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ta’ ġestjoni tal-kriżi tiġi fdata f’idejn grupp ta’ Stati Membri, iżda biss fi ħdan qafas ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tiddefinixxi l-objettivi, l-ambitu u l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom, u bl-assoċjazzjoni tal-VP/RGĦ; jinsisti li hija essenzjali reazzjoni komuni għall-iżviluppi fil-Libja biex jiġi fformulat approċċ ġdid kredibbli għall-politika tagħna għall-viċinat tan-nofsinhar; itenni li l-mandat li ngħata mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1973 (2011) biex jiġu protetti ċ-ċittadini Libjani ma għandux ikun eżaġerat permezz tal-użu mhux proporzjonali tal-forza; jistieden lir-VP/RGħ biex tieħu miżuri konkreti biex tiżgura l-waqfien mill-ġlied bikri sabiex jitwaqqaf it-tixrid tad-demm u t-tbatija tal-poplu Libjan; iħeġġeġ lir-VP/RGħ ikollha rwol b’saħħtu u dirett fit-tkattir tal-inizjattivi politiċi f’din id-direzzjoni; iqis li hu kruċjali li ssir ħidma mill-qrib mal-Kunsill Nazzjonali Tranżizzjonali Interim, l-Unjoni Afrikana u l-Lega Għarbija sabiex il-kunflitt militari attwali jkun direzzjonat lejn soluzzjonijiet politiċi u diplomatiċi, inkluż l-għan li tiġi żgurata r-riżenja tar-reġim ta’ Gaddafi; jenfasizza li l-elaborazzjoni ta’ strateġija għar-reġjun Sahel u l-Qarn tal-Afrika hija għaldaqstant opportunità konkreta oħra biex turi l-kapaċità tal-UE li taġixxi kemm dwar is-sigurtà kif ukoll dwar l-isfidi ta’ żvilupp; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew iwettaq il-kompiti tiegħu li jidentifika l-interessi strateġiċi u l-objettivi politiċi tal-UE billi jfassal strateġija ta’ politika estera Ewropea ingranata mal-iżviluppi internazzjonali, li għandha tkun ibbażata fuq konverġenza reali tad-dimensjonijiet differenti tal-azzjoni esterna tal-UE u soġġetta għal rieżami regolari; jistieden lir-RGħ/VP u lill-Kunsill biex jibnu fuq il-kunċett tas-sigurtà tal-bniedem biex jagħmluh iċ-ċentru tal-Istrateġija tal-Politika Barranija Ewropea u jsarrfuh f’linji gwida ta’ politika tanġibbli; |
|
11. |
Jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-President tiegħu jaffrontaw dan l-inkarigu billi jidħlu fi djalogu politiku mal-Parlament Ewropew u jiddiskuti r-rakkomanzazzjonijiet tal-Parlament Ewropew; isostni li tali djalogu huwa meħtieġ fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ġodda tat-Trattat u tal-ħtieġa li tiġi stipulata u implimentata l-Istrateġija tal-Politika Barranija, li tkun ġejja minn approċċ kompensiv u effettiv; jissuġġerixxi li tali djalogu jeħtieġ li jsir fuq bażi regolari, u li jiffoka fuq il-progress milħuq daqs kemm fuq il-prospetti; |
|
12. |
Jinnota li r-rwol mogħti lill-Parlament Ewropew bħala entità li tirrappreżenta direttament liċ-ċittadini tal-UE jagħmlu l-Parlament sors kruċjali ta’ leġittimità demokratika għall-PESK/PSDK u jagħtu piż qawwi lid-dritt tiegħu li jistenna li l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jiġu kkunsidrati b’mod xieraq; |
|
13. |
Jinnota, barra minn hekk, li bis-saħħa tat-Trattat, il-VP/RGħ huwa suġġett għal vot ta’ kunsens mill-Parlament Ewropew, u l-Parlament jippareteċipa fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-baġit tal-azzjoni esterna tal-UE, inklużi l-missjonijiet ċivili tal-PSDK u l-PESK u l-ispejjeż amministrattivi li jqumu mill-koordinament militari tal-UE, u li l-kunsens tiegħu huwa essenzjali sabiex l-istrateġiji tal-UE jiġu tradotti f’liġijiet u biex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali, inklużi ftehimiet relatati prinċipalment mal-PESK, bl-unika eċċezzjoni tal-ftehimiet relatati biss mal-PESK; |
|
14. |
Jixtieq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali tal-UE fl-eżerċitar tal-iskrutinju demokratiku fuq il-PESK u l-PSDK, bil-mira li tissaħħaħ reċiprokament l-influwenza rispettiva tagħhom fuq l-għażliet politiċi magħmula mill-istituzzjonijiet l-oħra Ewropej u mill-Istati Membri, filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ il-prerogattivi tal-politika tad-difiża eżistenti tal-parlamenti nazzjonali;jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ ftehim fil-Konferenza tal-Kelliema tal-UE tal-4/5 ta’ April 2011 dwar il-karatteristiċi ta’ konferenza interparlamentari dwar il-PESK/PSDK u jistenna bil-ħerqa li jintlaħaq ftehim mal-parlamenti nazzjonali dwar forom ġodda ta’ kooperazzjoni interparlamentari f’dan il-qasam; ifakkar li l-Artikolu 9 tal-Protokoll 1 tat-Trattat ta’ Lisbona dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali jiddikjara b’mod ċar li l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fi ħdan l-Unjoni għandha tiġi determinata flimkien bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; |
|
15. |
Jenfasizza r-rwol li t-Tratttati assenjaw lill-Kummissjoni meta twettaq il-politiki u l-miżuri marbuta mad-dimensjonijiet l-oħra tal-azzjoni esterna tal-UE, meta tipproponi inizjattivi leġiżlattivi, u meta timplimenta l-baġit u timmaniġġja l-programmi tal-Komunità, u torganizza rappreżentazzjoni esterna tal-UE ħlief fil-każ tal-PESK; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom sabiex jiżguraw, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi rispettivi ta’ xulxin, jaħdmu għal konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-UE għal użu aktar effettiv tal-istrumenti tal-PSDK; |
|
16. |
Jinnota li l-poteri u r-responsabilitajiet tal-VP/RGħ ma jikkostitwixxux sempliċement li “tilbes kappell doppju”, iżda jirrappreżentaw fużjoni ta’ funzjonijiet u sorsi leġittimi, li jagħmel ir-rwol tagħha ċentrali għall-proċess li ġġib f’relazzjoni koerenti l-istrumenti, l-atturi u l-proċeduri varji tal-azzjoni esterna tal-UE; jistieden lill-VP/RGħ tinterpreta r-rwol tagħha bħala wieħed proattiv u sabiex tmexxi djalogu kostruttiv mal-Parlament fil-qafas ta’ sforz doppju li jippromwovi kunsens politiku fost l-Istati Membri dwar id-direzzjonijiet strateġiċi, u tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal biex il-PESK-PSDK taġixxi b’sinerġija mas-setturi l-oħra tal-azzjoni esterna tal-UE u mal-politiki interni tal-UE b’impatt u implikazzjonijiet fil-livell estern; |
|
17. |
Iqis li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu rwol ewlieni biex joħloq approċċ komprensiv u effettiv, ibbażat fuq integrazzjoni sħiħa tal-PSDK, il-PESK u d-dimensjonijiet l-oħra tal-azzjoni esterna tal-UE, l-aktar il-politiki ta’ sigurtà fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-kummerċ u l-enerġija; jilqa’ r-riżultat tan-negozjati, li serva biex jistabbilixxi l-SEAE bħala struttura biex tassisti lill-istituzzjonijiet tal-UE u d-dimensjonijiet varji tal-azzjoni esterna tal-UE u kkonferixxa firxa wiesgħa ta’ poteri u responsabilitajiet fuqu, filwaqt li pprovda rabta solida mal-Kummissjoni mingħajr ma tnaqqsu bl-ebda mod il-prerogattivi tal-Kummissjoni, u jittama li r-responsabilità assenjata lill-SEAE għall-ippjanar strateġiku tal-istrumenti finanzjarji relatati mal-azzjoni esterna tal-UE se jittraduċu ruħhom f’użu effettiv, koerenti tagħhom biex ikomplu jitkattru l-prinċipji u l-objettivi tal-UE; |
|
18. |
Itenni l-fehma tiegħu li l-istrutturi u l-kapaċitajiet tal-istrutturi tal-ġestjoni tal-kriżi ċivili u miltari għandha tiġi kkoordinata aktar mill-qrib u għandha taġixxi b'sinerġija akbar fi ħdan approċċ komprensiv, mingħajr ma jibdlu d-distinzjonijiet bejn r-rwoli ċivili u militari u l-proċeduri differenti ta’ teħid ta’ deċiżjoni u l-katini tat-tmexxija; |
|
19. |
Jiddispjaċih mill-fatt li l-organigramma provviżorja tal-SEAE ma tinkludix l-unitajiet kollha eżistenti varji li jittrattaw l-ippjanar u l-ipprogrammar tar-reazzjoni għall-kriżi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi bl-istrutturi tal-PSDK, b’konformità mal-ftehim ta’ Madrid; jitlob l-ewwel nett, f’dan il-kuntest, għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat regolari ta’ bord ta’ ġestjoni tal-kriżi, li jikkonsisti f’persunal mis-CMPD (id-Direttorat għall-Maniġġar ta’ Kriżijiet u l-Ippjanar), is-CCPC (il-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija), l-EUMS (il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea), l-EU SITCEN (iċ-Ċentru ta’ Sitwazzjonijiet), l-unitajiet tal-bini tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni u l-politika tas-sigurtà, il-President tal-PSC, l-uffiċċju ġeografiku u dipartimenti oħra tal-politika, skont iċ-ċirkostanzi, u l-istrutturi tal-għajnuna umanitarja u ta’ protezzjoni ċivili tal-Kummissjoni, impoġġija taħt l-awtorità tal-VP/RGħ u s-Segretarju Ġenerali eżekuttiv u bil-parteċipazzjoni tal-istrutturi interni, tal-għajnuna umanitarja u ta’ protezzjoni ċivili tal-Kummissjoni, skont iċ-ċirkostanzi; tali laqgħat għandhom ikunu kkoordinati mid-Direttur Maniġerjali tar-Reazzjoni għall-Kriżi; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-bord ikun mgħammar b’sistema effiċjenti ta’ allerta u emerġenza u sala kbira għal operazzjonijiet fuq skala kbira, li tkun lokalizzata fi ħdan l-SEAE, sabiex il-kontrolli jkunu jistgħu jsiru 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, u b’hekk jiġi evitat l-irduppjar preżenti fl-operazzjonijiet (b’seba’ swali ta’ operazzjonijiet), li ċertament mhuwiex kompatibbli mal-bżonn ta’ kontroll adegwat u sistema ta’ reazzjoni rapida biex taffronta l-kriżijiet; iqis li l-koordinazzjoni u l-iskambju regolari għandhom jiġu żgurati bejn din is-sistema u ċ-ċentru Ewropew għal rispons ta’ emerġenza li attwalment qed jiġi żviluppat mill-Kummissjoni biex jiġu ggarantiti sinerġiji xierqa filwaqt li jirrispettaw il-kompetenzi ta’ xulxin; it-tieni, jitlob li jkun hemm struttura permanenti li tinvolvi lill-atturi msemmijin hawn fuq u li tmur lil hinn mill-ġestjoni ta’ kriżi akuta sabiex jiġu żviluppati approċċi komuni, f’oqsma bħall-istat tad-dritt jew ir-riforma tas-settur tas-sigurtà; it-tielet, jitlob li jsir, f’nofs it-terminu, rieżami tal-istruttura attwali sabiex jiġu stabbiliti ppjanar strateġiku u żvilupp konċettwali tabilħaqq integrati fil-qasam tal-ġestjoni ta’ kriżi u l-bini tal-paċi għas-servizz tal-azzjoni esterna; |
|
20. |
Jemmen li l-Bord ta’ ġestjoni tal-Kriżi għandu jipprovdi lill-SEAE bi ppjanar ta’ kontinġenza unifikat b’relazzjoni ma’ xenarji potenzjali u sitwazzjonijiet ta’ kriżi u, it-tieni, anki permezz ta’ pjattforma ta’ kriżi għar-reazzjoni prattika għall-kriżi, li joperaw kemm fi Brussell u kemm fil-post biex jikkoordinaw l-użu ta’ strumenti finanzjarji varji u l-iskjerament tal-kapaċitajiet disponibbli għall-UE, mingħajr ma jiġu mminati l-proċeduri speċifiċi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u l-bażijiet legali li japplikaw għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ċivili u miltari skont il-PESK/PSDK jew għall-użu ta’ strumenti tal-Komunità; |
|
21. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-istrutturi, id-dipartimenti u l-unitajiet ta’ reazzjoni għall-kriżi ċivili u militari fi ħdan l-SEAE u l-Kummisssjoni, li jinfirxu u jiġu organizzati b’mod aktar razzjonali, u b’mod partikolari:
|
|
22. |
Jiddispjaċih li r-riżultati skarsi miksuba mill-proċess tal-Objettiv Primarju Ċivili 2010 rigward il-kapaċitajiet ċivili, u partikolarment id-diskrepanza bejn il-persunal assenjat mill-Istati Membri fuq il-karta u n-numri realment disponibbli għall-missjonijiet, il-progress modest rigward it-taħriġ tar-riżorsi umani (nuqqas ta’ standards komuni, numru limitat ta’ programmi ta’ formazzjoni karikati fuq il-programmi Schoolmaster, li joffri opportunità ta’ taħriġ fl-ambjent tas-softwer Goalkeeper); jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jieħdu passi koordinati biex jirriattivaw l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ċivili, speċjalment fir-rigward tar-reklutaġġ, bilanċ bejn is-sessi, il-formazzjoni u l-iskjerament; b’mod partikolari jenfasizza l-importanza li jitkompla l-bini fuq il-wirt taż-żewġ Objettivi Primarji Ċivili li wettqet l-UE s’issa sabiex tilqa’ dawn l-isfidi prominenti; jappella għat-twaqqif ta’ mekkaniżmu komunitarju għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili, speċjalment il-formazzjoni u t-tkabbir tal-parti ċivili tal-kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u Difiża; |
Sigurtà u Difiża
|
23. |
Jafferma mill-ġdid li kapaċitajiet militari kredibbli u affidabbli huma sine qua non għal PSDK awtonoma u għal approċċ kompensiv u li l-Istati Membri jeħtieġ li jipprovduhom; barra minn hekk jenfasizza li dawk il-kapaċitajiet militari jistgħu jiġu applikati għal diversi skopijiet, mhux l-inqas għal dawk ċivili, b’konformità mal-prinċipji fil-bażi ta’ azzjonijiet tal-UE fix-xena internazzjonali u n-natura awtonoma tal-ordni legali tal-UE; |
|
24. |
Jiddispjaċih dwar il-kuntrast qawwi bejn il-200 biljun EUR li ntefqu kull sena mill-Istati Membri fuq id-difiża, in-nuqqas ta’ mezzi għad-dispożizzjoni tal-UE u l-konferenzi għall-ġenerazzjoni tal-forzi għall-operazzjonijiet militari tal-UE, li sfortunatament ġew imtawla żżejjed, fi żmien meta hemm tnaqqis fil-kapaċitajiet u l-persunal; jiddeplora l-fatt li għal aktar minn tnax-il sena l-metodu tal-proċess tal-ġenerazzjoni tal-forzi ma rriżulta f’ebda titjib de facto rigward il-kwantità u l-kwalità tal-kapaċitajiet militari disponibbli għall-missjonijiet PSDK; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi vvalutat it-titjib tal-kapaċitajiet militari fuq bażi regolari; jinnota li jeżisti nuqqas ta’ qbil dejjem jikber bejn id-domanda li qed tiżdied minn barra l-pajjiż u r-riżorsi li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli għall-Unjoni; |
|
25. |
Jinnota bi tħassib li l-awsterità ekonomika attwali tista’ twassal għal tnaqqis li ma ġiex koordinat fil-livell Ewropew u għal irduppjar kontinwu li jista’ jpoġġi fid-dubju l-PSDK bħala tali, filwaqt li l-effett finali għandu jkun li jħeġġeġ lill-Istati Membri jersqu lejn infiq aktar intelliġenti għad-difiża, fejn iġibu flimkien u jaqsmu bejniethom proporzjon akbar tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ difiża, il-baġit u l-bżonnijiet tagħhom, filwaqt li jiksbu aktar sigurtà għaċ-ċittadini tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw trasparenza akbar rigward il-baġits tad-difiża rispettivi tagħhom; |
|
26. |
Ifakkar li l-PESK u l-PSDK għandhom ukoll iwasslu għad-diżarm u n-nuqqas ta’ tixrid ta’ armi li jvarjaw minn armi żgħar u ħfief (SALW) sa testati nukleari u missili ballistiċi; iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tagħti prijorità lil din il-politika billi tippromwovi sensiela ġdida ta’ miżuri proattivi li jindirizzaw il-kwistjoni tal-mini tal-art, il-munizzjoni tat-tip cluster, il-munizzjon bl-uranju mfaqqar, u armi żgħar u ħfief, armi bijoloġiċi, kimiċi u nukleari tal-qerda tal-massa u l-mezz ta’ forniment tagħhom; iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-NTP fl-2010 u l-pjan ta’ azzjoni tagħha dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni tal-armi; |
|
27. |
Jiddeplora l-irduppjar fuq skala kbira ta’ xogħol fil-programmi ta’ difiża fl-UE, bħal per eżempju fil-każ tal-programmi dwar il-vetturi armati, li jammontaw għal aktar minn għoxrin, is-sitt programmi differenti tas-sottomarini tal-attakk, il-ħames programmi tal-missili ground-to-air, u t-tliet programmi ta’ ajruplani tal-ġlied, u l-konsegwenzi tiegħu, fis-sens li l-ekonomiji ta’ skala ma jinkisbux, ir-riżorsi ekonomiċi limitati jinħlew u l-prezzijiet tat tagħmir Ewropew għad-difiża jkunu minfuħin iż-żejjed; barra minn hekk dan iwassal biex il-Bażi Teknoloġika u Industrijali tad-Difiża Ewropea (BTIDE) tinżamm frammentata, tfixkel il-kompetittività tas-settur industrijali kollu relatat mas-sigurtà fl-Ewropa u f’dan ir-rigward jipperikola direttament it-tmexxija u l-impjiegi teknoloġiċi; |
|
28. |
Jaffirma mill-ġdid li l-punti kollha ta’ hawn fuq għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ determinazzjoni politika komuni ċara u fuq perjodu ta’ żmien twil, b’użu sħiħ tal-potenzjal li joffri t-Trattat ta’ Lisbona, u kwalunkwe politika tad-difiża komuni maħsuba biex tersaq gradwalment lejn difiża komuni għandha sservi biex issaħħaħ l-abilità tal-UE li tirrispondi għall-kriżi u tipprovdi għall-bini tal-paċi fuq żmien twil, u fuq kollox tiggarantixxi l-kapaċità tal-Ewropa biex taġixxi; jitlob li laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tkun iddedikata lis-sigurtà u lid-difiża Ewropea; iġedded it-talba tiegħu għat-tfassil ta’ White Paper dwar is-sigurtà u d-difiża Ewropea, li għandha tiġi stabbilita fi proċess li jinkludi l-partijiet kollha interessati tal-UE, u li tkun ibbażata fuq ir-reviżjonijiet tad-difiża u s-sigurtà nazzjonali fl-Istati Membri kollha li jaqblu fuq mudell komuni u jippermettu komparabilità diretta tal-punti sodi u dgħajfin fil-kapaċitajiet attwali u l-assunzjonijiet ta’ ppjanar; |
|
29. |
Jistieden bil-qawwa lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża bħala l-aġenzija esperta tal-UE fdata bir-rwol li tidentifika u tiżviluppa l-kapaċitajiet ta’ difiża fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżi u li tippromwovi u ssaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea dwar l-armamenti; |
|
30. |
Jinnota li l-ftehim bejn Franza u l-Gran Bretannja tat-2 ta’ novembru 2010 dwar kooperazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża tnieda barra l-qafas tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; jittama madankollu li dan l-aħħar attentat għall-kollaborazzjoni bejn Franza u l-Gran Brittanja tista’ sservi bħala mezz għal progress ulterjuri fil-livell Ewropew b’konformità mal-qafas istituzzjonali tal-Unjoni u l-ħtiġijiet loġiċi ta’ razzjonalizzazzjoni, interoperabilità u kosteffettività; jenfasizza li l-EDA jista’ jkollha rwol ta’ sostenn f’dal-kuntest; iqis li l-kooperazzjoni attwali fid-difiża bejn Franza u l-Gran Brettanja għandha tipprovdi pjan direzzjonali għal kooperazzjoni aktar effettiva fid-difiża Ewropea bbażata fuq l-ippjanar tal-kapaċità u d-dipendenza reċiproka; iħeġġeġ lill-gvernijiet ta’ Franza u r-Renju Unit biex jimpenjaw ruħhom għall-ġbir u qsim tal-arranġamenti multilaterali Ewropej futuri; |
|
31. |
Jinnota li l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO), kif huwa pprovdut fit-Trattat, tipprovdi salvagwardji u obbligi legali, u hija wkoll strument biex jiġi promoss użu aħjar tal-assi tal-PSDK fi żminijiet ta’ awsterità ekonomika u biex jingħeleb in-nuqqas ta’ kunsens fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jiddeterminaw l-għanijiet u s-sustanza ta’ tali kooperazzjoni mingħajr dewmien aktar, billi jinvolvu lill-Istati Membri kollha li jagħtu prova tagħhom infushom li jkunu kemm politikament disposti kif ukoll militarment kapaċi; |
|
32. |
Jemmen li r-rwol tal-Ministri tad-difiża għandu jissaħħaħ fil-qafas tal-konfigurazzjoni tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin; |
|
33. |
Ifakkar li l-klawsola dwar l-għajnuna reċiproka tirrappreżenta obbligu legali tas-solidarjetà effikaċi fil-każ li jseħħ attakk estern kontra kwalunkwe mill-Istati Membri, mingħajr kunflitt mar-rwol tan-NATO fl-arkitettura tas-sigurtà Ewropea, filwaqt li tiġi rrispettata n-newtralità ta’ xi Stati Membri; Jirrakkomanda, għalhekk, li l-impatt reali tal-klawsola dwar l-assistenza reċiproka jitqies serjament fil-każ ta’ aggressjoni armata fit-territorju ta’ Stat Membru, bl-indirizzar tal-problemi mhux risolti rigward id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, li tneħħew mill-abbozz tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jitlob għat-tfassil ta’ linji gwida, bżonn imperattiv li rriżulta mhux l-inqas mit-terminazzjoni reċenti tat-Trattat ta’ Brussell modifikat (UEP); |
|
34. |
Jirrikonoxxi li fi ħdan il-proċess ta’ żvilupp tal-PSDK wasal iż-żmien biex dak li nkiseb bil-politika u l-istituzzjonijiet issa jiġi segwit minn kisbiet konkreti fil-qasam tal-kapaċitajiet militari; jinnota li d-dispożizzjonijiet introdotti mit-Trattat ta’ Lisbona joffru potenzjal kbir għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ dawn il-kapaċitajiet u biex jiġi stipulat qafas progressiv għall-politika tad-difiża tal-UE u jsostni li għandhom jitpoġġew fil-prattika b’mod effettiv u bħala kwistjoni ta’ urġenza; |
|
35. |
Jirrakkomanda lill-Istati Membri li jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ għall-forniment u s-sostenibilità tal-kapaċitajiet militari, billi jirrispondu għat-tendenza lejn enfasi akbar fuq l-aspetti kwalitattivi; jaqbel mat-talbiet magħmula mil-laqgħa informali tal-Ministri tad-Difiża li saret f’Ghent fil-karta bejn il-Ġermanja u l-Isvezja u l-inizjattiva ta’ Weimar u jitlob biex il-fażi operattiva tibda mingħajr dewmien, b’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2010, li fihom il-Ministri tad-Difiża ftiemu li l-EDA għandha tintensifika l-ħidma tagħha biex tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ oqsma biex jingħaqdu flimkien u jinqasmu l-kapaċitajiet militari bejn il-pajjiżi, inkluż permezz tal-appoġġ ta’ tim ta’ nies intelliġenti; jenfasizza l-ħtieġa biex dan l-approċċ ġdid għall-iżvilupp tal-kapaċità jirnexxi; jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-iskadenza ffissata mill-Kunsill ta’ Diċembru 2010; ifakkar li l-Kapijiet tal-Istat Maġġur tal-forzi armati tal-UE ġew inkarigati biex jeżaminaw il-kapaċitajiet tagħhom sa Mejju 2011, li l-Istaff Militari tal-UE kien ikkummissjonat biex juża din id-data biex jipproduċi idea ġenerali sa nofs l-2011 u li l-Ministri tad-Difiża tal-UE se jilħqu konklużjonijiet finali sal-aħħar ta’ din is-sena; jistieden lill-Aġenzija biex tagħmel din l-inizjattiva ġdida l-prijorità tagħha u biex telenka proġetti ġodda potenzjali ta’ kooperazzjoni (pereżempju f’oqsma bħall-komunikazzjonijiet bis-satellita, appoġġ mediku, loġistiki navali u sigurtà ċibernetika), sabiex jiġi evitat irduppjar tal-ispejjeż u tiżdied l-interoperabilità; |
|
36. |
Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin ta’ Jannar 2011, li talab lill-VP/RGħ ssegwi s-suġġetti mqajma fl-inizjattiva ta’ Weimar sabiex tippermetti li jittieħdu miżuri prattiċi fuq il-bażi ta’ rapport li għandha tgħaddi lill-Kunsill Affarijiet Barranin sa nofs l-2011, bil-ħsieb li jinkisbu riżultati konkreti sa tmiem is-sena possibilment, inkluż il-potenzjal għall-estensjoni ta’ tali inizjattivi biex jinkludu Stati Membri oħra interessati; |
|
37. |
Jafferma mill-ġdid il-bżonn li jiġi superat il-bilanċ attwali f’termini ta’ kapaċitajiet ta’ ppjanar u t-tmexxija ta’ operazzjonijiet ċivili u militari billi l-UE tiġi pprovduta kapaċità ċivili-militari ta’ ppjanar u tmexxija jew kwartieri Ġenerali Operattivi (OHQ) li jippermettu r-reazzjoni tal-UE aktar reattiva u kosteffettiva; jinnota li l-arranġamenti Berlin Plus kellhom użu limitat, peress li sa issa kienu limitati għal rilevament ta’ missjonijiet tan-NATO diġà eżistenti, u jiġbed l-attenzjoni lejn problemi konnessi mal-mudell tal-“framework nation track”, li huwa bbażat fuq l-użu ta’ ħames OHQs nazzjonali, li jżid in-nuqqas ta’ ppjanar minn qabel għad-diffikultajiet fil-ġenerazzjoni tal-forza u l-komplessità mkabbra tal-koordinament tal-kapaċitajiet ċivili u militari; |
|
38. |
Iqis li ċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet eżistenti, għalkemm jikkostitwixxi l-ewwel pass pożittiv, huwa inadegwat fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-livell tal-ambizzjoni ta’ OHQ permanenti u li minflok għandu jsir permanenti u jingħata l-pożizzjoni li jkun fil-qagħda li jimmaniġġja missjonijiet akbar, li għandu jingħata riżorsi ta’ persunal u infrastrutturi operattivi adegwati u tiġi indirizzata l-inaffidabilità tal-infrastruttura tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni tal-UE; li r-raġuni prinċipali tagħha hija li mhemmx struttura permanenti ta’ kmand u kontroll (C2) (u qafas legali relevanti), fatt li jista’ jeffettwa ħażin ukoll il-konsapevolezza sitwazzjonali; jiffavorixxi l-kolokazzjoni ta’ OHQ militari ma’ HQ ċivili, sabiex jingħata permes lill-firxa kollha tal-operazzjonijiet militari u ċivili, billi jiġu sfruttati għalkollox l-effetti ta’ sinerġija filwaqt li jiġu rispettati l-katini ta’ tmexxija ċivili u militari distintivi u l-proċeduri differenti ta’ teħid ta’ deċiżjoni u l-arranġamenti finanzjarji; |
|
39. |
Jilqa’ l-fatt li, fit-tweġiba tagħha għall-inizjattiva ta’ Weimar, il-VP/RGħ irrikonoxxiet il-ħtieġa ta’ kapaċità ta’ tmexxija militari tal-UE; isostni li l-analiżi kost-effiċjenti li talbet il-VP/RGħ għandha tinkludi l-ispejjeż li jqumu mill-fatt li l-UE ma għandhiex OHQ; jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jippromwovi studju dwar dan il-punt u l-ispiża possibbli tal-istruttura l-ġdida u l-arranġamenti ta’ finanzjament tagħha; |
|
40. |
Jirrikonoxxi l-validità tal-Battlegroups, iżda jagħmel sejħa biex il-kunċett u l-istruttura tal-Battlegroups, li sa issa ma ġewx skjerati, jiġu eżaminati mill-ġdid għal grad akbar ta’ flessibilità u effiċjenza; jemmen li
|
|
41. |
Jenfasizza r-referenza tat-Trattat għal-politika Ewropea ta’ kapaċitajiet u armamenti li għandha tiġi definita bil-parteċipazzjoni tal-EDA u jitlob għall-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-Istati Membri Ewropej għal dan il-għan fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ tali politika; |
|
42. |
Jinkoraġġixxi kooperazzjoni mill-qrib l-Aġenzija u l-Kummissjoni bl-intenzjoni li jsaħħu l-kapaċitajiet b’użu doppju sabiex jinstab l-aktar approċċ komprensiv għar-riċerka relatata mas-sigurtà u biex jipprofittaw minn immaniġġjar sinerġiku tar-riżorsi ċivili-militari, b’mod partikolari permezz tat-tema tas-sigurtà tal-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku; jilqa’, għaldaqstant, il-prospettiva tat-Tmien Programm ta’ Qafas, li se jkopri wkoll is-sigurtà esterna; u jistieden lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi r-realtà tan-natura ċivili-militari tal-ġestjoni tal-kriżi u jqis li l-finanzjament tar-riċerka tas-sigurtà u d-difiża għandhom applikazzjonijiet ċivili bil-fondi Komunitarji; jinnota, madankollu, li din il-kooperazzjoni m’għandhiex teċċedi dak li hu meħtieġ rigward il-kooperazzjoni ċivili-militari fiż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali kif ukoll l-attivitajiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet; |
|
43. |
Iħeġġeġ lill-kap tal-EDA (RGħ/VP) kif ukoll lill-Kunsill biex iwettqu fil-ħin Azzjoni Konġunta ġdida tal-Kunsill dwar it-Twaqqif tal-EDA bbażata fuq ir-rwol ġdid tal-EDA kif deskritt fit-Trattat ta’ Lisbona; jiddubita l-bażi legali attwali tal-EDA li tmur lura għall-2004 minħabba t-Trattat ta’ Lisbona u l-implikazzjonijiet għall-EDA; jistieden lill-Kunsill jinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-bidliet meħtieġa għal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill dwar it-Twaqqif tal-EDA, li jirriżulta mill-inklużjoni tal-EDA fit-Trattat ta’ Lisbona; |
|
44. |
Jitlob għat-twaqqif ta’ sħubija b’saħħitha bejn il-Kummissjoni, il-Parlament, l-EDA u l-Istati Membri parteċipanti fil-preparazzjonijiet għat-Tmien Programm ta’ Qafas bil-ħsieb ta’ investimenti f’oqsma tat-teknoloġija ta’ interess komuni fil-livell tal-UE, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu, mhux l-inqas, li l-ammont li ntefaq fl-Ewropa għall-investiment għar-Riċerka u l-Iżvilupp relatati mad-difiża huwa attwalment ekwivalenti għal madwar 10 % tal-figura tal-Istati Uniti; |
|
45. |
Jitlob għal kooperazzjoni b’saħħitha bejn l-EDA u l-Organisation Conjointe de Coopération en matière d'Armement (OCCAR); jitlob informazzjoni mingħand il-kap tal-EDA (RGħ/VP) dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-Arranġament Amministrattiv għall-kooperazzjoni tagħhom li bdiet f’April 2009; |
|
46. |
Jafferma mill-ġdid li wieħed mill-prerekwiżiti għal PSDK awtonomu u kredibbli huwa l-ħolqien ta’ suq Ewropew tad-difiża u s-sigurtà aktar kompettittiv u effiċjenti, miftuħ għall-kuntratti pubbliċi, b’Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea msaħħa (EDTIB) li tqis kapaċitajiet industrijali ewlenin, sikurezza fil-provvista bejn il-pajjiżi, kooperazzjoni adattata fis-suq tat-tagħmir għad-difiża, bażi tal-fornitur aktar profonda u diversifikanti u kooperazzjoni akbar fl-armamenti); |
|
47. |
Jinnota li huwa essenzjali, għas-suq tad-difiża, li d-direttivi segwenti jiġu trasposti f’liġijiet nazzjonali mill-Istati Membri kollha:
jirrakkomanda li l-Istati Membri jikkonformaw strettament mad-data ta’ skadenza, taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, u li jfasslu r-regolamenti neċessarji ta’ implimentazzjoni u jħarrġu l-persunal relevanti biex jinfurzaw ir-regoli l-ġodda; jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu kas tan-Noti Gwida maħruġa mill-Kummissjoni; |
|
48. |
Jirrakkomanda li l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni li tiddefinixxi r-regoli unifikati dwar il-kontroll tal-esportazzjoni teknoloġika u militari adottata fit-8 ta’ Diċembru 2008 tkun riveduta b’mod urġenti, sabiex tiġi assigurata l-konformità stretta u konsistenti mill-awtoritajiet nazzjonali kollha involuti f’kull Stat Membru; |
|
49. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirrispettaw il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-EDA dwar l-akkwist fil-qasam tad-difiża u l-Kodiċi ta’ Kondotta tagħha dwar il-kumpens, sabiex jiġi evitat il-ksur tar-regoli tas-suq intern u jonqsu l-opportunitajiet għall-korruzzjoni; |
|
50. |
Jenfasizza li sabiex jissaħħaħ is-suq tas-sigurtà u tad-difiża emerġenti Ewropew, għandu jinstab rimedju għall-vojt f’termini ta’ regolamenti u standards, peress li din is-sitwazzjoni tillimita l-opportunitajiet tas-suq kemm għall-atturi kbar u għall-SMEs u tostakola l-interoperabilità fost is-sistemi tas-sigurtà; jappoġġa bis-sħiħ il-ħidma tal-EDA fil-qafas tal-bażi legali ġdida pprovduta mit-Trattat ta’ Lisbona; jiffavorixxi kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-EDA u l-Kummissjoni biex jinħoloq suq Ewropew għad-difiża; jitlob lill-Kummissjoni tniedi, b’kooperazzjoni mal-EDA, riflessjoni preliminari dwar politika industrijali Ewropea fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà; |
|
51. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri parteċipanti jittrattaw il-parteċipazzjoni tagħhom fl-EDA bħala impenn permanenti u jipprovdu l-Aġenzija bir-riżorsi umani u ekonomiċi meħtieġa; jitlob li l-infiq allokat għall-proġetti u l-istudji operattivi (li sa issa, bħala medja, ikopri 25 % tal-baġit) jiżdied, jekk il-vetoes fuq żidiet fil-baġit ikomplu sejrin għal perjodu twil, ħaġa mhux mixtieqa; |
|
52. |
Jistieden lill-Istati Membri parteċipanti biex iżidu max-xogħol u l-inizjattivi biex ikunu ppreżentati mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta’ kap tal-Aġenzija u jħeġġiġha tistabbilixxi metodi ta’ ħidma li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri parteċipanti biex jieħdu r-responsabilità bħala dawk li jieħdu d-deċiżjoni, u konsistenti man-natura intergovernattiva tal-Aġenzija u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat, bl-idea li jinbena kunsens politiku; |
|
53. |
Iqis li l-ħolqien ta’ miżuri regolatorji tal-UE inkluża sistema normattiva komprensiva għat-twaqqif, ir-reġistrazzjoni, il-ħruġ ta’ liċenzji, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar ksur tal-liġi applikabbli minn kumpaniji militari u tas-sigurtà privati (PMS) – kemm fil-livell intern kif ukoll estern – huwa meħtieġ; |
|
54. |
Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jibdew azzjonijiet xierqa:
|
Sigurtà esterna u interna
|
55. |
Iqis li l-aspetti esterni u interni tas-sigurtà tal-UE għandhom ikunu trattati bħala dimensjonijiet kumplimentari tal-istess strateġija, kif il-Kunsill Ewropew wera biċ-ċar mil-laqgħat tiegħu f'Tampere (1999), Feira(2010), u Stokkolma (2010), meta adotta l-objettivi tal-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja Ewropea għall-perjodu 2010-2014; jenfasizza li taħt l-ebda ċirkostanza ma huma negozjabbli l-valuri u n-normi ċentrali bħad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-liġi umanitarja fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, u li waħda mill-konklużjonijiet tal-Kumitat Temporanju tal-Parlamenti Ewropej dwar l-allegat użu ta’ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasportazzjoni u d-detenzjoni illegali ta’ priġunieri hija li l-politiki u l-miżuri nazzjonali u tal-UE kontra t-terroriżmu jeħtieġu aktar sorveljanza parlamentari; |
|
56. |
Iqis li saret dejjem aktar ċara fi żminijiet moderni, u speċjalment mill-11 ta’ Settembru, li bosta theddidiet transnazzjonali bħat-terroriżmu, it-tixrid tal-armi tal-qerda tal-massa, il-kriminalità organizzata, il-kriminalità fuq l-Internet, id-drogi u t-traffikar tal-bnedmin ma jistgħux jiġu indirizzati mingħajr azzjoni koordinata li tinvolvi politiki tas-sigurtà “esterni” u miżuri u għodod leġiżlattivi u politiċi “interni”, kif diġà ġie enfasizzat fl-ewwel Pjan ta’ Azzjoni kontra t-terroriżmu tal-Unjoni Ewropea (2001) u l-Istrateġija Kontra t-Terroriżmu tal-Unjoni Ewropea (2005); ifakkar li r-rapport ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill tal-2008 tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà jfakkar li nuqqas minn naħa ta’ Stat jaffettwa s-sigurtà Ewropea, kif juri l-każ tas-Somalja; |
|
57. |
Jirrikonoxxi li l-konnessjonijiet bejn il-politiki esterni u interni tas-sigurtà saru aktar u aktar ċari fl-Istati Membri u notevolment fil-pajjiżi terzi bħall-Istati Uniti, fejn id-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (DHS), stabbilit fl-2003 bit-twaħħid flimkien ta’ 22 aġenzija federali, issa jimpjega ’l fuq minn 200 000 uffiċjal u għandu baġit annwali ta’ iżjed minn USD 40 biljun; jikkunsidra li mhijiex sorpriża li l-missjonijiet prinċipali tad-DHS huma, sa ċertu punt, l-istess bħal dawk li l-Unjoni Ewropea rabtet mal-ħolqien ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (protezzjoni tal-fruntieri esterni, migrazzjoni, antiterroriżmu); |
|
58. |
Jilqa’ l-fatt li dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattat ta’ Lisbona jirriflettu l-adattazzjoni għall-kuntest imsemmi hawn fuq u l-bżonn li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn is-sigurtà esterna u interna, inkluż dan li ġej:
|
|
59. |
Iqis li l-Istrateġija ta’ Sigurtà Ewropea (2003) u l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna (2010) jidentifikaw b’mod koerenti għadd ta’ oqsma komuni – bħat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u s-sigurtà ċibernetika – li għandhom implikazzjonijiet fiż-żewġ dimensjonijiet tas-sigurtà; jaqbel, għalhekk, li l-mod biex jinġiebu flimkien id-dimensjonijiet interni u esterni għandu jitjieb, idea li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata: “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura”(2010) (COM(2010)0673); |
|
60. |
Iqis li l-kumplimentarità tal-objettivi ta’ sigurtà esterna u interna hija riflessa mill-fatt li:
|
|
61. |
Huwa tal-fehma li l-inizjattivi kollha elenkati hawn fuq jistgħu, għalhekk, jiġu mnedija biss b’bażi legali soda u miżuri leġiżlattivi li jistgħu jiġu adottati taħt il-kompetenza ordinarja interna tal-UE, li għaliha maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill hija r-regola u li tinvolvi wkoll kodeċiżjoni fil-Parlament u, fl-aħħar iżda mhux l-inqas, rieżami ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
62. |
Huwa tal-opinjoni li l-loġika mbagħad se timplika li, fejn l-istess theddid jeħtieġ l-attivazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà esterni u interni, l-UE għandha tagħti prijorità lill-miżuri l-aktar effiċjenti, u legalment sodi, disponibbli, billi dawn tal-aħħar ikunu dawk ġejjin mill-kompetenza interna; jikkunsidra li r-rwol tal-Parlament għandu jkun ukoll deċiżiv fir-rigward tal-istrateġiji u l-miżuri speċifiċi relatati tal-PESK; |
|
63. |
Ifakkar lill-Kunsill u lill-Viċi President/Rappreżentant għoli li huma obbligati jżommu lill-Parlament infurmat dwar l-istat tar-relazzjonijiet esterni u b’mod partikolari r-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom qed jiġu negozjati ftehimiet internazzjonali jew ġew konklużi fl-interess tal-UE; ifakkar lill-Kunsill li, fejn ma jirrelatawx esklużivament mal-PESK, il-ftehimiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu negozjati u konklużi b’tali mod li jippermetti lill-Parlament ikun infurmat u involut skont l-Artikolu 218(6) tat-TFUE; filwaqt li jżomm f’moħħu dan il-punt, jirriserva d-dritt li jiddetermina jekk il-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, rigward il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea ma jindaħalx fl-eżerċizzju tal-prerogattivi konferiti lilha mit-Trattat; |
Sigurtà permezz tal-operazzjonijiet
|
64. |
Jilqa’ l-fatt li mill-2003 l-UE ħadet f’idejha operazzjonijiet numerużi (24) fi tliet kontenenti bl-involviment ta’ tipi differenti ta’ intervent, fil-parti l-kbira ċivili li jiffukaw fuq il-pulizija, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) u l-konsolidament tal-istat tad-dritt; jinnota li minn 24 missjoni PSDK s’issa 16 kienu ta’ natura ċivili; |
|
65. |
Jinnota li din it-tendenza hija kkonfermata mill-karatteristiċi tat-13-il missjoni attwali u li, ’il-fuq u lil hinn minn din il-klassifikazzjoni, il-missjonijiet qed jintalbu dejjem iżjed li jassumu karattru “multifunzjonali”, bħal fil-każ ta’ EULEX Kosovo, li jgħaqqad bosta funzjonijiet (il-pulizija, id-dwana u l-ġudikatura) b’funzjonijiet ta’ taħriġ, monitoraġġ u assistenza kif ukoll ħidmiet eżekuttivi, jew il-missjoni l-aktar reċenti EUTM Somalia, ibbażata fl-Uganda u maħsuba biex tipprovdi taħriġ militari lill-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali Tranżitorju, li huwa eżempju ta’ enfasi akbar fuq kompiti relatati mal-SSR fil-ġestjoni tal-kriżi militari; |
|
66. |
Jilqa’ r-rieżami tal-kunċetti ċivili PSDK li għadhom għaddejjin; jinnota b’mod partikolari li l-istat tad-dritt se jidher bħala kunċett ċentrali għall-missjonijiet ċivili li jkopru l-pulizija, il-ġustizzja, l-amministrazzjoni ċivili, id-dwana, il-monitoraġġ mal-konfini u oqsma oħra ta’ użu għall-pjanifikaturi u l-esperti fil-post fil-bini u t-twettiq ta’ missjonijiet b’kompiti ta’ tisħiħ u/jew sostituzzjoni (kompiti eżekuttvi); jaqbel mal-ħidma li qed issir biex jiġi żviluppat il-kunċett tal-missjonijiet tal-ġustizzja PSDK, filwaqt li josserva li għandu jiġi evitat rduppjar ta’ ħidma li m’hemmx bżonnha ma’ programmi possibbli tal-Komunità; jappella, f’dan ir-rigward, biex tkun provduta informazzjoni dettaljata urġenti mir-RGħ/VP lill-Parlament Ewropew dwar il-kiri ta’ kumpaniji privati tas-sigurtà u militari (PMSCs) fil-missjonijiet PSDK u l-PESK, li jispeċifikaw ir-rekwiżiti u l-istandards korporattivi professjonali mitluba mill-kuntratturi, ir-regolamenti applikabbli u r-responsabilitajiet u l-obbligi legali, il-mekkaniżmu għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni tal-effikaċja u l-ispejjeż involuti; |
|
67. |
Jirrikonoxxi wkoll li t-Trattat ta’ Lisbona pprovda għall-estensjoni tal-missjonijiet tat-tip ta’ Petersberg, li de facto diġà kienu qed isiru fis-snin qabel ma daħal fis-seħħ it-Trattat, u permezz ta’ dan irriżultat innovazzjoni u pprovda qafas politiku u legali msaħħaħ b’konsistenza mar-realtà; |
|
68. |
Iħeġġeġ sabiex l-esperjenza miksuba tiġi sfruttata biex jingħata impetu lill-missjonijiet (il-missjoni EUTM Somalia huwa l-uniku intervent ġdid li nbeda fl-aħħar sentejn), peress li l-missjonijiet huma l-punt ta’ referenza tal-mandat tal-PSDK u għalhekk tal-kredibilità tal-UE bħala attur internazzjonali; |
|
69. |
Jinnota li jeħtieġ b’mod urġenti li jsir progress konkret u ċar fir-rigward ta’ bosta aspetti tekniċi, legali, operazzjonali u fuq kollox politiċi u strateġiċi; jirrakkomanda bis-saħħa li kull missjoni għandha tkun imdaħħla fi strateġija politika ċara (fuq terminu medju u fit-tul) u jenfasizza li l-missjonijiet ma jittiħdux bħala sostitut għall-politika; iqis tali rabta bħala waħda essenzjali sabiex jiġi żgurat is-suċċess operattiv tal-interventi u, b’mod aktar ġenerali, jinkiser iċ-ċirku vizzjuż li fih, il-PSDK, aktar milli tkun għodda tal-PESK, għandha t-tendenza li tissostitwiha, bl-inkonsistenzi kollha li dan iġib miegħu; |
|
70. |
Jinnota bi tħassib li s'issa għad ma hemmx rabta ma’ strateġija politika ċara u fil-biċċa l-kbira tal-każi għadha mhix qed tiġi provduta; nuqqas li jolqot ħażin l-effikaċja u l-effiċjenza tal-missjonijiet, pereżempju:
|
|
71. |
Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jmexxi l-operazzjoni EUFOR Libya b'appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ assistenza umanitarja jekk mitlub mill-UN OCHA; jappella lill-Kunsill biex jipprovdi għajnuna umanitarja immedjata f’Misrata u ċentri ta’ popolazzjoni oħra, speċifikament b’mezzi navali; hu mħasseb ħafna dwar iż-żieda tal-għadd ta’ vittmi fil-kunflitt fil-Libja u r-rappurtar tal-użu tal-munizzjoni tat-tip cluster u armi oħra min-naħa tar-reġim ta’ Gaddafi kontra l-popolazzjoni ċivili; jiddispjeċih ħafna li l-mandat tal-EUFOR kien limitat għal aspetti umanitarji meta kien hemm każ ċar biex l-UE tieħu t-tmexxija fis-sorveljanza marittima (infurzar tal-embargo u l-assistenza għal Frontex) u fl-assistenza umanitarja u l-protezzjoni taċ-ċivili fil-Libja; ifakkar, f’dan ir-rigward, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2011 li talbet lill-VP/RGĦ tesplora l-possibilità ta’ nfurzar tal-embargo billi jintużaw assi tal-ajru u navali tal-PSDK; jiddispeċih dwar id-deċiżjoni ta’ xi Stati Membri li jagħmlu veto fuq mandat usa’ għal EUFOR Libya, filwaqt li fl-istess ħin mexxew tali operazzjonijiet waħedhom; jitlob li jingħata bidu għal ippjanar ta’ operazzjoni potenzjali PSDK fi żmien medju sa żmien twil fil-Libja fl-oqsma tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, il-bini ta’ istituzzjonijiet u l-ġestjoni tal-fruntieri; |
|
72. |
Jitlob li jkun hemm koordinament mill-qrib fuq il-post, fejn il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet (issa uffiċjali tal-SEAE u mhux aktar tal-Kummissjoni) u l-RSUE se jkollhom rwol kruċjali x’jiżvolġu; jikkunsidra li tali koordinament għandu japplika fuq diversi livelli, b'mod partikulari:
|
|
73. |
Jirrakkomanda li l-mekkaniżmu ATHENA jiġi rriformat bl-intenzjoni li jiġi rrazzjonalizzat u jiżdied l-proprozjoni tal-ispejjeż komuni (attwalment stmati għal madwar 10 %) sabiex ikun jista' jkun hemm kondiviżjoni tal-piżijiet aktar ġusta fl-operazzjonijiet militari, fejn il-parteċipanti f'missjoni, li diġà jġorru responsabilità kbira f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji u l-ispejjeż, fil-qagħda preżenti qed ikollhom iġorru responsabilità ekonomika saħansitra akbar; |
|
74. |
Jilqa' l-eżitu li nkiseb skont il-ftehimiet ta’ Madrid dwar l-istabbiliment tas-SEAE, li ppermetta li jiġu pprovduti tliet intestaturi baġitarji għall-missjonijiet ewlenin tal-PSDK (EULEX Kosovo, EUPOL Afganistan, u EUMM Ġeorġja) bl-intenzjoni li tiżdied it-trasparenza u jitjieb l-iskrutinju parlamentari tan-nefqa; jenfasizza l-ħtieġa biex li tiġi allokata linja waħda tal-baġit għal kull missjoni PSDK; jiddikjara li hu lest jikkoopera mal-President permanenti l-ġdid tal-PSC sabiex jittejbu u tissaħħaħ l-effikaċità tal-laqgħat konsultattivi konġunt dwar il-PESK, b’mod konformi mad-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President dwar ir-responsabilità politika li ntlaħaq qbil dwarha f’Madrid; jiddikjara l-interess tiegħu biex jitgħallem mill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerka u parlamenti nazzjonali oħra f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proċeduri u metodi dwar kif jiġu skrutinizzati l-politiki tas-sigurtà u tad-difiża; |
|
75. |
Jitlob li jiġi stabbilit, kif previst fit-Trattat ta’ Lisbona, il-fond ta’ tnedija għall-attivitajiet preparatorji fil-perjodu li jwassal għal operazzjonijiet militari biex jitħaffef il-pagament tal-fondi, u li din il-miżura tkun koperta mill-proposta għar-rieżami tal-mekkaniżmu ATHENA; |
|
76. |
Jirrakkomanda li jittieħdu passi biex tiġi rranġata d-diffikultà li jinstabu professjonisti għall-missjonijiet ċivili (bħal fil-każ tal-missjonijiet EULEX Kosovo u EUPOL Afganistan), li ġie ppruvat li huma l-aktar forma frekwenti ta’ intervent, u li jiġu previsti kif meħtieġa skjerar ta’ malajr u sostenibilità; |
|
77. |
Jirrakkomanda, fir-rigward tal-integrazzjoni tas-sessi b'mod konformi ma’ UNSCR 1325 u sabiex il-missjonijiet ċivili u militari jsiru aktar effikaċi, li l-persunal femminili għandu jkun involut bil-mod xieraq f'kull livell tal-ġestjoni tal-kriżijiet; jenfasizza l-ħtieġa li jkunu inklużi n-nisa fil-pożizzjonijiet ta’ livell għoli fit-teħid tad-deċiżjonijiet, fil-konsultazzjonijiet regolari mas-soċjetà ċivili inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa, u biex tissaħħaħ il-kapaċità biex issir ħidma fuq kwistjonijiet relatati mas-sessi fi ħdan il-missjonijiet; jitlob li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati dwar ilmenti pubbliċi fil-kuntest tal-missjonijiet PSDK, li b’mod partikolari jgħinu r-rappurtar ta’ vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq is-sessi; jistieden lill-VP/RGħ tinkludi rapport dettaljat dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà fl-evalwazzjoni ta’ kull sitt xhur tal-missjonijiet PSDK; jenfasizza li huwa importanti li l-UE taħtar aktar uffiċjali tal-pulizija u suldati nisa għall-missjonijiet PSDK, fejn il-kontinġent tal-uffiċjali tal-pulizija nisa fi ħdan il-forza għaż-żamma tal-paċi tan-NU fil-Liberja jista’ jittieħed bħala mudell; |
|
78. |
Jistieden lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tieħu l-passi meħtieġa biex jiġi ottimizzat l-użu potenzjali tar-riżorsi u l-kapaċitajiet Ewropej għall-missjonijiet ċivili u jinnota bi tħassib li qed jiġġarrbu spejjeż għoljin għas-sigurtà tal-missjonijiet EUJUST LEX Iraq u EUPOL Afganistan, peress li l-miżuri kkonċernati ġew fdati lil kumpaniji tas-sigurtà privati; |
|
79. |
Iħaddan il-bżonn għal proċeduri aktar robusti, stabbiliti uffiċjalment fil-livell istituzzjonali, sabiex tkun tista' tiġi vvalutata – fuq bażi regolari u mibnija fuq kriterji komuni - it-tmexxija tal-missjonijiet fuq il-post; jemmen li dan jippermetti li l-esperjenza miksuba tiġi vvalorizzata minn perspettiva politika u strateġika, teknika, legali u operattiva, u fuq perjodu twil jista' jipprovdi punt ta’ tluq biex jittejbu l-interventi attwalment għaddejjin u biex jiġu applikati kriterji għall-kriżijiet emerġenti sabiex ikun hemm l-aħjar bilanċ possibbli bejn l-interessi strateġiċi u r-riżorsi disponibbli; |
Sigurtà fil-partnership
|
80. |
Jafferma li t-tendenza lejn il-multipolarità fis-sistema internazzjonali u l-istabbiliment ta’ sħubiji strateġiċi trid titħaddan f’impenn attiv lejn il-promozzjoni tal-multilateraliżmu, peress li din hi d-dimensjoni l-aktar konsistenti mar-rispett għall-istat tad-dritt b’mod universali, man-natura speċifika tal-UE u mal-interdipendenza dejjem tikber li tikkaratterizza l-globalizzazzjoni; |
|
81. |
Itenni li l-UE tirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tirrikonoxxi li r-responsabilità primarja għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali fid-dinja hija tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; |
|
82. |
Jinnota li t-Trattat ta’ Lisbona jimponi obbligu fuq l-UE li tippromwovi soluzzjonijiet multilaterali, b'mod partikulari fin-NU, u li l-azzjoni internazzjonali tal-UE trid tkun imsejsa fuq il-prinċipji tal-Karta tan-NU; il-liġi internazzjonali u l-prinċipji u l-valuri tal-UE; |
|
83. |
Jirrikonoxxi li, minn perspettiva legali, it-Trattat ta’ Lisbona għeleb id-dikotomija preċedenti bejn il-politiki tal-Unjoni u tal-Komunità billi kkonferixxa personalità ġuridika unika u billi saħħaħ l-awtonomija tal-ordni ġuridika tal-UE vis-à-vis l-liġi internazzjonali, anke meta tkun kkonċernata s-sigurtà internazzjonali, kif diġà ddikjarat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Kadi (skont liema "l-liġi internazzjonali tista’ tidħol f’dik is-sistema legali biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-prinċipji kostituzzjonali tal-Komunità"); |
|
84. |
Jistieden lil dawk l-Istati Membri li jpoġġu fuq il-Kunsill ta’ Sigurtà tan-NU jiddefendu l-pożizzjonijiet u l-interessi komuni tal-UE u jaħdmu favur riforma tan-NU fejn l-UE nnifisha jkun jista' jkollha s-siġġu permanenti tagħha; |
|
85. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NU fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżijiet, speċifikament waqt l-istadji bikrin ta’ kriżi u r-rikostruzzjoni ta’ wara l-konflitti, b’rabta mill-qrib mal-istrutturi xierqa tal-SEAE li għadu kif ġie stabbilit; |
|
86. |
Jistieden lil-Istati Membri biex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi razzjonalizzata l-parteċipazzjoni effettiva tal-UE fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; |
|
87. |
Jikkonferma li n-NATO hija l-pedament tad-difiża kollettiva għal dawk l-Istati Membri li huma membri tagħha u li tilħaq lil hinn mill-Istati Membri tagħha; ifakkar fil-ħtieġa għall-kooperazzjoni kostruttiva bejn l-UE u n-NATO, b’mod partikolari fejn iż-żewġ organizzazzjonijiet huma attivi fl-istess xenarji tal-operazzjonijiet; jistenna b’ħerqa l-proposti tar-Rappreżentant Għoli kif inkarigata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Settembru 2010 li jirreferu għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-Nato fil-ġestjoni tal-kriżijiet; |
|
88. |
Jilqa’ l-ftehim dwar il-kunċett strateġiku l-ġdid tan-NATO dwar it-tisħiħ ulterjuri tas-sħubija strateġika UE-NATO; itenni li l-biċċa l-kbira tat-theddid identifikat fil-kunċett tal-istrateġija ġdida huma wkoll kondiviżi mill-UE u jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni UE-NATO fil-ġestjoni tal-kriżijiet fl-ispirtu ta’ tisħiħ reċiproku u b’rispett għall-awtonomija deċiżjonali tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn tal-isforzi u r-riżorsi fil-ġestjoni tal-kriżi, u jistieden lill-UE u lin-NATO jintensifikaw il-kooperazzjoni ta’ bejniethom permezz tal-mezzi rispettivi tagħhom; iħeġġeġ lin-NATO biex tillimita b’mod strett l-iżvilupp ta’ kapaċità ċivili sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni; |
|
89. |
Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-kontinent Afrikan għas-sigurtà tal-UE u għaż-żamma tal-paċi u l-prevenzjoni tal-konflitti; jappoġġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana fis-Sħubija għall-Paċi u s-Sigurtà b’mod konġunt mal-Istrateġija Konġunta Afrika-UE; jiffavorixxi involviment u responsabilità akbar tal-Unjoni Afrikana, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-kriżijiet, u jtenni l-ħtieġa għall-Kummissjoni u l-Istati Membri li jagħmlu l-biċċa tagħhom billi jieħdu miżuri prattiċi biex jiġġieldu t-traffikar ta’ armi ħfief u żgħar u l-firxa tagħhom; jappoġġa l-wegħda fid-Dikjarazzjoni ta’ Tripoli biex l-arkitettura Afrikana għall-paċi u s-sigurtà ssir kompletament operattiva; |
|
90. |
Jirrakkomanda, b'mod partikulari, li għandhom jiġu żviluppati l-kapaċitajiet ta’ prevenzjoni Afrikani ta’ twissija bikrija u ta’ kunflitt, li "l-grupp tal-għorrief" jitqiegħed f'pożizzjoni aktar effikaċi għall-medjazzjoni, u li l-istudji jiffokaw fuq il-modi kif jingħata effett għar-rakkomandazzjoni fir-Rapport Prodi dwar il-finanzjament tal-operazzjonijiet Afrikani għaż-żamma tal-paċi; iħeġġeġ biex ir-relazzjonijiet ikollhom bażi kollaborattiva u li l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet subreġjonali Afrikani jissaħħu; |
|
91. |
Ifakkar li, apparti s-sħubiji ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħan-NU, in-NATO u l-Unjoni Afrikana, għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi individwali fil-kuntest tal-PSDK; jinnota li l-esperjenza turi li l-pajjiżi terzi jistgħu jġibu magħhom assi, riżorsi umani u kompetenza importanit għall-missjonijiet tal-PESK, bħal fil-kuntest tal-missjoni EUFOR Ċad/CAR, li għaliha r-Russja pprovdiet il-ħelikopters meħtieġa ħafna, u l-missjoni EUFOR Althea, li għaliha pajjiżi bħat-Turkija u l-Marokk ikkontribwixxew kontinġenti sostanzjali ta’ truppi; jemmen, barra minn hekk, li l-involviment ta’ pajjiżi terzi jista’ jsaħħaħ il-leġittimità tal-operazzjonijiet tal-PSDK u jgħin biex jitwaqqaf djalogu aktar estensiv dwar is-sigurtà mas-sħab importanti filwaqt li jibqgħu impenjati biex jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
|
92. |
Jikkunsidra li t-tali djalogu għandu jindirizza l-valutazzjoni ta’ theddid rispettiva, jinvolvi (fejn rilevanti) il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fl-eżerċizzji u l-attivitajiet ta’ taħriġ tal-UE u jwassal għal involviment reċiproku aktar mill-qrib komplessivament; jemmen li l-ostakli proċedurali għandhom jiġu affrontati sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u jiġi evitat id-dewmien li jista' jinvolvi negozjar dwar kull kontribut speċifiku; hu tal-fehma li l-ftehimiet qafas u l-proċeduri standard jistgħu jiġu stabbiliti, għal dan il-għan, ma’ xi pajjiżi terzi biex jiġi ffaċilitat il-kontribut tagħhom; |
|
93. |
Jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni dwar il-PSDK mal-ġirien tal-UE, li għandha tkun reġjonalment ibbilanċjata u tipprovdi firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet li jikkatalizzaw ir-riformi fis-settur tas-sigurtà fl-Istati msieħba u mhux biss jgħinu biex jiġu ġġenerati kapaċitajiet ċivili u militari biex is-sħab tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-missjonijiet tal-PSDK iżda wkoll jagħtuha appoġġ aktar b’saħħtu fil-ġestjoni tas-sigurtà reġjonali; |
*
* *
|
94. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tan-NATO. |
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0419.
(3) ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 63.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/66 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha fl-organizzazzjonijiet multilaterali
P7_TA(2011)0229
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha fl-ambitu tal-organizzazzjonijiet multilaterali (2010/2298(INI))
2012/C 377 E/08
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar it-tema ‧Għal governanza ġdida tal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali‧ (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, espress fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 21(1) u (2)(h) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, li jitolbu li l-Unjoni tippromwovi soluzzjonijiet għal problemi komuni, partikolarment fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, u sabiex tikseb grad għoli ta' kooperazzjoni biex tiġi promossa sistema internazzjonali bbażata fuq kooperazzjoni multilaterali iktar b’saħħitha u governanza globali tajba, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-AĠNU dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti2 li ġiet adottata fit-3 ta' Mejju 2011 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-UE għall-65 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottati mill-Kunsill fil-25 ta’ Mejju 2010 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-arranġamenti interni stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Settembru 2010 biex tittejjeb il-politika esterna tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ approċċ iktar integrat (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà (ESS) intitolata ‘Ewropa Sigura f’Dinja Aħjar’, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha bit-titolu ‘Nipprovdu s-Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel’, tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu ‘L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti: L-Għażla tal-Multilateraliżmu’ (COM(2003)0526), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar it-tisħiħ tal-OSKE – rwol għall-UE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-aspetti istituzzjonali tal-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 destinata lill-Kunsill dwar il-65 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar ir-rwol tan-NATO fl-istruttura ta' sigurtà tal-UE (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2006 dwar ir-reviżjoni strateġika tal-Fond Monetarju Internazzjonali (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0181/2011), |
|
A. |
billi l-proċessi ta' globalizzazzjoni jinvolvu medda wiesgħa ta’ opportunitajiet, sfidi u theddidiet għall-governanza globali filwaqt li jiżvelaw nuqqasijiet soċjali u fallimenti, inkluż fis-swieq finanzjarji, fis-sigurtà tal-enerġija, fil-ġlieda kontra l-faqar, fil-politika dwar it-tibdil fil-klima u fil-ksur tad-drittijiet umani; billi sfidi u theddidiet globali jeħtieġu kooperazzjoni dinjija u azzjoni kollettiva sabiex jiġu trattati kif ukoll istituzzjonijiet effettivi u regoli leġittimi; filwaqt li, sabiex l-organizzazzjonijiet internazzjonali ikunu leġittmi u effettivi, jeħtiġilhom jirriflettu l-interessi tal-istati kollha fid-dinja multipolari, |
|
B. |
billi l-impenn tal-UE għal multilateraliżmu effettiv, kif imniżżel fl-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea tal-2003, huwa l-prinċipju ta' gwida tal-azzjoni esterna Ewropea; billi l-UE – bl-esperjenza interna tagħha ta' kooperazzjoni fost nazzjonijiet u istituzzjonijiet, ordni bbażata fuq ir-regoli u multilateraliżmu fuq skala multipla - għandha responsabbiltà globali speċjali li għandha tkompli tħares; billi l-UE hija mgħammra b'set ta' valuri – eż. ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, il-fraternità u l-istat tad-dritt – u għodod tal-politika, inkluża personalità legali unika, meħtieġa biex issaħħaħ l-istrutturi multilaterali, |
|
C. |
billi l-valur miżjud tas-sħubija tal-UE f’organizzazzjonijiet multilaterali jinsab fl-oqsma fejn għandha kompetenzi esklużivi jew maqsuma: kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, il-politika ambjentali, l-għajnuna tal-iżvilupp, u l-politika ta’ sigurtà u difiża: billi l-UE jista’ jkollha wkoll valur miżjud f’dawk l-organizzazzjonijiet multilaterali jew samits li fihom mhux il-membri kollha tagħha huma rappreżentati, |
|
D. |
billi t-Trattat ta' Lisbona, billi jintroduċi l-peronalità legali tal-Unjoni, itejjeb il-kapaċita tal-UE li tissieħeb f’diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, jafdalha firxa usa’ ta’ kompetenzi fl-azzjoni esterna tagħha, jipprovdi lill-Unjoni l-opportunità li jkollha vuċi iktar ċara u b'saħħitha fid-dinja, l-aktar permezz tal-ħolqien tal-kariga ta’ Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), kif ukoll jinkoraġġixxi kull tip ta' kooperazzjoni ta' benefiċċju reċiproku ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali relevanti, u filwaqt li jippermetti li l-Unjoni torganizza lilha nnifisha b'tali mod li ssir protagonista globali effettiv, |
|
E. |
billi l-Unjoni, skont l-Artikolu 21.2.h. TUE, għandha tippromwovi sistema internazzjonali bbażata fuq kooperazzjoni multilaterali iktar b'saħħitha u governanza globali tajba u billi l-Istati Membri tal-UE, abbażi tal-Artikolu 32 TUE, għandhom jiżguraw, permezz tal-konverġenza tal-azzjonijiet tagħhom, li l-Unjoni tkun tista’ turi l-interessi u l-valuri tagħha fix-xena internazzjonali; billi l-impenn tal-UE biex issir attur globali jeħtieġ il-kapaċità u r-rieda li tipproponi riformi komprensivi tal-organizzazzjonijiet u l-fora multilaterali, |
|
F. |
billi t-Trattat ta' Lisbona ħoloq strutturi permanenti ġodda għar-rappreżentanza esterna tal-UE, li jipprovdu li r-rappreżentanti l-ġodda tal-UE jassumu funzjonijiet li qabel kienet taqdihom il-Presidenza b'rotazzjoni tal-UE, u billi l-ħolqien tal-SEAE jipprovdi opportunità li teżerċita diplomazija multilaterali effiċjenti, |
|
G. |
billi r-rappreżentanza tal-UE u l-Istati Membri tagħha f'organizzazzjonijiet multilaterali, samits informali u reġimi internazzjonali hi frammentata, spiss ineffettiva, u għadha tvarja ħafna; billi r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni żviluppat b'mod mhux iffukat, inkonsistenti u daqsxejn ad hoc; billi rappreżentanza esterna frammentata x'aktarx li ddgħajjef il-messaġġ u l-impenn tal-UE favur multilateraliżmu effettiv u governanza globali, u billi kompetenzi dgħajfa tal-UE u mekkaniżmi ta' koordinazzjoni mhux effettivi jistgħu jimpedixxu lill-UE milli titkellem b'vuċi waħda fl-arena internazzjonali, b’hekk jilimitaw il-kapaċità tagħha li tiddeċiedi u jnawru l-kredibbiltà tagħha; billi l-massimizzazzjoni tal-potenzjal sħiħ tat-Trattat fl-isfera internazzjonali jeħtieġ rieda politika u flessibilità qawwija min-naħa tal-Istati Membri f'dak li jirrigwarda r-rappreżentanza tagħhom, u filwaqt li l-istatus tal-UE f'organizzazzjonijiet internazzjonali spiss ma jlaħħaqx mal-iżvilupp tal-kompetenzi tal-UE, |
|
H. |
billi r-rappreżentanza esterna tal-UE fix-xena multilaterali tvarja minn istanzi fejn l-Istati Membri kollha huma membri sħaħ u l-UE hi osservatur (eż. IMFC, Kumitat għall-Iżvilupp, Kunsill Ewropew), filwaqt li tgħaddi minn każijiet fejn l-Istati Membri kollha kif ukoll l-UE huma membri sħaħ (eż. FAO, WTO) jew parteċipanti sħaħ (eż. G-8/G-20), sa organizzazzjonijiet fejn xi Stati Membri tal-UE jaġixxu bħala membri sħaħ u l-UE ma għandha l-ebda status (Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, xi istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali); billi l-maġġoranza ta' sitwazzjonijiet kumplessi jinqalgħu fejn l-UE u Stati Membri jkollhom kompetenzi komuni, jew jikkombinaw kompetenzi esklussivi u komuni, |
|
I. |
billi l-kriżi finanzjarja globali ħaffet it-trasferiment tal-piż ekonomiku relattiv minn ekonomiji avvanzati lejn swieq emerġenti, u billi meta mqabbel ma dan l-isfond, l-UE ikollha biss vuċi b'saħħitha u effettiva fid-dinja jekk hija tagħti messaġġ uniku, |
|
J. |
billi l-Istati Membri tal-UE qed jipprijoritizzaw ir-riforma u jsaħħu n-NU sabiex tipprovdi rappreżentanza iktar ekwa, biex jiġu riflessi r-realtajiet ġeopolitiċi tal-lum li qegħdin jinbidlu fis-sħubija tal-Kunsill tas-Sigurtá, u biex jagħmluha kapaċi tissodisfa r-responsabbilitajiet tagħha u taġixxi effettivament billi tipprovdi soluzzjonijiet għal sfidi globali u twieġeb għal theddidiet prinċipali; billi l-UE tipprovdi iktar minn terz tal-baġit regolari tan-NU, iktar minn tnejn minn kull ħames operazzjonijiet tal-paċi tan-NU, u madwar nofs il-kontribuzzjonijiet għal fondi u programmi tan-NU, u billi l-impenn finanzjarju tagħha għandu jkun konsistenti mal-piż politiku, |
|
K. |
billi l-mekkaniżmi istituzzjonali bħall-koordinazzjoni dejjem eqreb u effettiva bejn l-Istati Membri tal-UE jistgħu jidhru bħala mezzi biex jinkiseb l-objettiv tar-rappreżentanza esterna konġunta tal-UE u l-Istati Membri tagħha, u billi konsultazzjonijiet bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew fl-oqsma tas-PESK/PSDK jistgħu jsiru katalist f'dan il-proċess, |
|
L. |
billi r-riforma tal-2010 tad-dritt tal-vot u tal-kwota tal-Fond Monetarju Ewropew u l-Bank Dinji tirriżulta f'żieda sinifikanti fil-voti u r-rappreżentanza tas-swieq emerġenti u ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ambitu tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, li ġiet faċilitata minn kontribuzzjonijiet Ewropej, billi r-rwol ewlieni tal-UE – minkejja d-daqs tal-kontribuzzjoni tagħha għall-kapital ta' dawn l-istituzzjonijiet – ma jikkorrispondix bis-sħiħ mar-relevanza tagħha fl-ekonomija l-kummerċ mondjali u billi l-istruttura attwali tar-rappreżentanza esterna tinvolvi spejjeż għoljin ta' tranżazzjoni u ta' koordinazzjoni, |
|
M. |
billi l-oġġettiv komuni tal-akkwist ta' ‘sħubija strateġika’ għandu jippermetti iktar massimizzazzjoni tal-assi taż-żewġ organizzazzjonijiet u jassigura kooperazzjoni effettiva; billi l-UE u n-NATO għandhom jiżguraw il-ġestjoni ta' kriżijiet sabiex jidentifkaw l-aħjar rispons possibbli għal kriżi, b’azzjoni verament ikkoordinata u li tisfrutta l-għarfien espert u r-riżorsi taż-żewġ organizzazzjonijiet, skont il-konklużjonijiet tas-Samit ta’ Washington tan-NATO tal-1999 u l-Kunsill Ewropew ta’ Nizza tal-2002, id-Dikjarazzjoni Konġunta tan-NATO u l-UE tas-16 ta’ Diċembru 2002, u billi jitqies ir-riżultat tas-Samit ta’ Lisbona tan-NATO ta’ Novembru 2010, |
|
N. |
billi d-diplomazija ta' samit internazzjonali għandha ssaħħaħ il-potenzjal tagħha sabiex tistimula kooperazzjoni multilaterali iktar wiesgħa, bil-ħsieb li tinħoloq sigurtà globali permezz tal-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u tissaħħaħ is-sigurtà tal-bniedem, |
|
O. |
billi t-tibdiliet demografiċi drammatiċi li qed iseħħu, kemm fl-UE kif ukoll barra, se jkollhom konsegwenzi għall-multilateraliżmu, hekk kif realitajiet ġodda qed joħolqu pressjoni għall-ħtieġa ta' adattament ta' sħubija, siġġijiet u drittijiet tal-vot f'organizzazzjonijiet multilaterali; billi l-UE, għaldaqstant, hija u tibbilanċja mill-ġdid ir-rappreżentanza tagħha, proċess li inevitabbilment se jkollu effett sostanzjali fuq pajjiżi tal-UE, għandha titlob - billi tuża bis-sħiħ l-istrumenti diplomatiċi tagħha - impenn mill-ekonomiji emerġenti għal imġiba kostruttiva fis-sistema multilaterali, bħal fl-oqsma tal-iżvilupp sostenibbli, il-qerda tal-faqar, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata internazzjonali u t-tibdil fil-klima; billi l-parteċipazzjoni tal-UE fi strutturi emerġenti għal tmexxija globali u n-negozjazzjoni ta' regoli u prinċipji ġodda jeħtieġu kompromessi ma' dawk il-pajjiżi u atturi ġodda li qed jagħmlu sforzi sabiex il-vuċijiet tagħhom jinstemgħu fix-xenarju internazzjonali, |
|
P. |
billi l-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, partikolarment id-drittijiet tan-nisa u t-tfal u l-libertà tal-espressjoni, l-istat tad-dritt, it-tisħiħ tas-sigurtà, l-istabbiltà demokratika, il-prosperità, u id-distribuzzjoni ġusta tad-dħul, il-ġid u l-opportunitajiet fis-soċjetà għandhom ikunu fil-qalba tal-azzjoni esterna kollha tal-UE; billi iktar tisħiħ tas-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali, biex tiġi promossa r-responsabbiltà għal azzjonijiet u tintemm l-impunità, u tiġi promossa l-ħidma importanti tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) bħala l-unika istituzzjoni ġudizzjarja indipendenti u permanti, għandhom ikunu parti integrali tal-azzjoni esterna tal-UE, |
Intejbu r-rwol tal-UE fis-sistema multilaterali
|
1. |
Jinnota li l-mekkaniżmi tal-UE għall-bini ta' kunsens u għat-teħid ta’ azzjoni maqbula jagħmluha mudell għal ordni internazzjonali bbażat fuq regoli u b'hekk jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tikkoopera mal-poteri reġjonali u tipparteċipa b’mod attiv fil-bini u t-titjib ta’ ambjent internazzjonali li jħalli lill-UE tippromwovi, kif jesiġi t-Trattat, il-valuri u l-interessi tagħha; partikolarment f'dawk l-oqsma fejn għandha kompetenzi esklussivi jew konġunti, u jqisu essenzjali, rigward l-aspirazzjoni tal-UE u l-ħtieġa li tkun attur globali effettiv u tissalvagwardja l-pożizzjoni tagħha, li ssaħħaħ il-koordinazzjoni interna meħtieġa biex titkellem b'vuċi waħda, l-abbilità li tifforma kooperazzjoni multilaterali u tmexxi azzjoni kollettiva f’ħidma fuq sfidi internazzjonali, jiġifieri dawk li joriġinaw mir-responsabilità tal-protezzjoni tas-sigurtà umana u l-bżonn li din tittejjeb, bħala mezz għall-ilħiq tas-sigurtà globali; |
|
2. |
Jenfasizza ż-żieda kbira fil-kriżijiet politiċi u umanitarji fid-dinja li titlob għal azzjoni multilaterali tal-UE mtejba u aktar preventiva; jisħaq għalhekk fuq il-bżonn tal-UE li taħtaf il-mument u tagħmel użu aħjar tal-istrumenti tal-politika barranija tagħha sabiex tiżgura li jkun hemm użu aħjar tal-lieva tagħha fl-organizzazzjonijiet multilaterali u biex ikollha rwol prinċipali biex tindirizza b’mod effettiv il-kriżijiet internazzjonali attwali u futuri; |
|
3. |
Jemmen li jeħtieġ jiġu involuti aktar l-atturi mhux statali fit-tfassil tal-politiki multilaterali, li tiġi promossa u ffaċilitata konsultazzjoni mtejba mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali fl-istrutturi ta’ governanza futuri tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jirrikonoxxi l-esperjenza, ir-riżorsi u l-involviment tagħhom bħala importanti biex jiżdiedu l-leġittimità u l-effettività tal-kooperazzjoni multilaterali; ifakkar li l-approċċ minn isfel għal fuq huwa bżonnjuż biex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet tal-kriżijiet; |
|
4. |
Jenfasizza li l-Unjoni – billi ttejjeb il-kooperazzjoni, l-istituzzjonijiet u tinvolvi l-parteċipanti kollha – għandu jkollha rwol attiv u ewlieni fir-riforma globali tal-governanza sabiex l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali tagħmilhom iktar leġittimi, effettivi u aktar iwasslu għal responsabbiltà konġunta, filwaqt li tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħha, timxi mal-objettivi u l-prijoritajiet tagħha u tippromwovi l-prinċipji, valuri u interessi tagħha biex tifforma dan il-proċess; jinsisti li l-VP/HR u l-Kummissjoni għandhom,f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, jevalwaw perjodikament il-kontribuzzjoni tagħhom fir-riforma tat-tmexxija globali u kif ir-riformi jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-UE biex tidentifika u tistabbilixxi rwol iktar b'saħħtu għaliha; |
|
5. |
Huwa tal-opinjoni li Stati Membri tal-UE għandhom ikomplu jikkunsidraw lill-UE, u joqogħdu fuqha, bħala multiplikatur tal-poter fl-ilħuq tal-objettivi li ma jistgħux jiġu akkwistati b’mod indipendenti u li l-fatt li jitkellmu b'leħen wieħed tal-UE mhux biss iżid il-probabbiltà ta’ suċċess imma wkoll itejjeb il-leġittimità u l-kredibbiltà tal-UE bħala attur internazzjonali importanti fid-dinja interpolari emerġenti; |
|
6. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi applikat approċċ strateġiku u raġunament koerenti fir-rappreżentanza esterna bl-iżvilupp ta' strateġija mfassla tal-UE fir-rigward ta’ kull organizzazzjoni multilaterali bil-għan li ttejjeb ir-rwol tal-UE u ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha; jitlob lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni biex ifasslu White Paper dwar ir-rwol tal-UE f'organizzazzjonijiet multilaterali li tipproponi approċċ komprensiv u strateġiku kemm għall-futur fi żmien qasir u fi żmien medju sal-2020; |
|
7. |
Ifakkar li r-rwol tal-VP/RGħ huwa li tirrappreżenta d-diplomazija Ewropea u tkun il-leħen tagħha, u għal dik ir-raġuni, il-pożizzjoni tagħha trid tiġi affermata fl-organizzazzjonijiet multilaterali; |
|
8. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex jirrevedu b'mod sistematiku u strateġiku l-arranġamenti attwali għar-rappreżentanza tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet multilaterali u jsibu modi fejn ir-rappreżentanza esterna tal-UE tista' tissaħħaħ progressivament skont il-kompetenzi tagħha u l-innovazzjonijiet istituzzjonali tat-Trattat ta' Lisbona, billi jagħmlu bilanċi ġodda bejn istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha; minbarra dan, iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jidentifikaw l-entitajiet fejn id-dispożizzjonijiet attwali m'għadhomx fis-seħħ, huma anomali jew ineffiċjenti, u għandhom jerġgħu jiġi eżaminati mill-ġdid u emendati; għalhekk jisħaq fuq il-bżonn għal aktar konsistenza rigward it-tipi differenti tal-istatus tal-UE f’organizzazzjonijiet multilaterali u skemi tat-trattat bħala fatt ta’ loġika istituzzjonali, u jitlob lill-Kunsill biex ifassal qafas ċar; |
|
9. |
Jikkunsidra li fiż-żminijiet attwali ta' awsterità fiskali u tnaqqis fil-baġit, il-kooperazzjoni Ewropea mhijiex għażla fakultattiva iżda neċessità; jilqa' b'sodisfazzjon ekonomiji ta' skala bl-għan li jaġġornaw, jirrazzjonalizzaw u jikkonċentraw id-diplomazija kollettiva tal-Istati Membri permezz tal-SEAE, il-Kummissjoni u Delegazzjonijiet tal-UE bl-għan li jelimina kumplikazzjonijiet proċedurali mhux meħtieġa u duplikazzjoni ta' preżenzi f'bosta fora internazzjonalili tiswa ħafna flus; jikkunsidra li hu essenzjali, f'dan ir-rigward, li jiġi akkwistat appoġġ għal dan il-kawża minn membri oħra ta' organizzazzjonijiet multilaterali, li jeħtieġu preparazzjoni bir-reqqa; |
|
10. |
Hu tal-fehma li, bħala regola ġenerali u fl-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona, f'każijiet ta' kompetenzi esklussivi, l-UE għandha tkun l-attur preeminenti bi sħubija sħiħa fl-organizzazzjoni multilaterali kkonċernata, filwaqt li l-Istati Membri tagħha jistgħu ukoll – iżda mhux neċessarjament – ikunu preżenti bħala membri, iżda normalment mingħajr rwol independenti; jidhirlu li, jekk Stati Membri iżommu r-rappreżentanza nazzjonali tagħhom f'organizzazzjonijiet fejn l-UE tgawdi kompetenzi esklussivi, huma għandhom jappoġġaw il-pożizzjoni espressa mill-UE li titkellem f'isimhom; huwa tal-fehma li, minbarra dan, fejn ikun hemm kompetenzi komuni tal-Unjoni, l-istandard għandu jkun li sew l-UE kif ukoll l-Istati Membri tagħha jkunu membri; filwaqt li jevita mġiba ta' vvutar differenti mill-UE u mill-Istati Membri tagħha; |
|
11. |
Jisħaq fuq il-bżonn, fid-dawl tar-reazzjoni mdewma u mhux uniformi tal-Istati Membri tal-UE għall-inkwiet politiku li qed jinfirex mal-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani, li jkun hemm użu aħjar tal-innovazzjonijiet istituzzjonali tat-Trattat ta’ Lisbona sabiex jaġixxu b’mod aktar rapidu u koerenti; barra minn hekk, jisħaq fuq il-bżonn għall-UE li ttejjeb il-prevenzjoni tal-kunflitti tagħha u l-ħiliet tal-immaniġġjar tal-kriżi sabiex jiġu indirizzati b’mod proattiv il-kriżijiet futuri; |
|
12. |
Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-UE fil-missjoni kontra l-piraterija ATALANTA fejn il-forza navali tal-UE qed tieħu rwol ewlieni f’kuntest multilaterali billi tappoġġa l-missjoni tal-Unjoni Afrikana (AMISOM) u permezz tal-koordinazzjoni tat-teatru man-NATO u l-flotot nazzjonali; |
|
13. |
Jirrimarka li Delegazzjonijiet tal-UE li jagħtu servizz lil gruppi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, jiġifieri fi New York, Ġinevra, Pariġi, Ruma, Vjenna u Nairobi, għandhom bżonn infurzar sostanzjali ta' riżorsi umani kkwalifikati sabiex jirrapreżentaw l-interessi tal-UE b'suċċess u b'mod effiċjenti; jenfasizza, fl-istess ħin,il-bżonn li jiġu pprovduti riżorsi kumplementari fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE, b’mod partikolari fl-istrutturi għall-ġestjoni ta’ kriżi u fid-DĠ Kwistjonijiet Globali u Multilaterali; |
Ir-rwol tal-UE fis-sistema tan-NU
|
14. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, fid-dawl tal-fatt li n-NU hija l-unika organizzazzjoni internazzjonali li fiha l-istati kollha tad-dinja huma rrappreżentati u l-forum primarju li fih jista' jintlaħaq multilateraliżmu effettiv u infurzat, ħalli jsaħħu r-rwol tal-UE u l-kapaċità tagħha f'dan il-qafas mulilaterali globali; jissottolinja l-ħtieġa biex l-UE taqleb f’azzjoni l-appoġġ strateġiku tagħha għan-NU, partikolarment fir-rigward tal-politika u l-mezzi għal azzjoni tagħha fil-qasam umanitarju (rispons għall-kriżijiet u ta’ emerġenza, għajnuna għall-iżvilupp, azzjoni biex tiġġieled il-faqar, mobilizzazzjoni tal-għajnuna ta’ emerġenza u riżorsi li jittrattaw id-diżastri naturali) u fil-qasam tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti; jitlob lill-UE biex tieħu pożizzjoni konsistenti ħalli tħeġġeġ ir-rinforz tal-istrumenti ċivili tan-Nazzjonijiet Uniti u l-konformità stretta mal-liġi internazzjonali u l-applikazzjoni tagħha mill-istati, gruppi ta’ stati u sħab multilaterali kollha; |
|
15. |
Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha, meta jitqies li f’ħafna programmi u konferenzi tan-NU (UNDP, UNCTAD, OHCHR, UNHRC), l-UE hija sempliċiment osservatur, minkejja li hija kontributur finanzjarju importanti u għandha interessi ta’ politika ewlenin, biex ifittxu soluzzjonijiet għal din id-diskrepanza; |
|
16. |
Jinsisti dwar il-ħtieġa li jsir bilanċ istituzzjonali ġdid bejn ir-rwol emerġenti tal-G-20, in-NU u l-aġenziji tagħha kif ukoll l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex itejbu l-governanza globali u jfittxu soluzzjonijiet biex ikomplu jtejbu l-koordinazzjoni bejn formazzjonijiet G u s-sistema tan-NU, fejn dimensjoni ekonomika tkun tista' tiġi koperta b'mod utli minn dawn il-gruppi, sakemm in-NU żżomm ir-rwol ċentrali u tibqa' l-korp leġittimu għall-azzjoni globali; filwaqt li jikkunsidra l-G-8 u G-20 bħala fora importanti għad-definizzjoni ta' tweġibiet globali li għalihom l-UE għandha tkompli tikkontribwixxi b'mod attiv permezz ta' pożizzjonijiet koordinati, jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex ifittxu titjib għall-governanza globali li jisfruttaw sinerġiji u kumplimentaritajiet u ma jiħdux ir-riskju li jnaqqru s-sistema tan-NU; |
L-Assemblea Ġenerali tan-NU (UNGA)
|
17. |
Filwaqt li jżommu l-istatus ta' osservatur tal-UE fil-UNGA, u konformi mal-Karta tan-NU u n-natura intergovernattiva tan-NU, iħeġġeġ lill-UE biex tassigura – sabiex tagħti kunsens lir-rappreżentanti ġodda tal-UE biex jitkellmu effettivament u f'waqtu dwar kwistjonijiet globali – li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-parteċipazzjoni effettiva tal-UE fix-xogħol tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, filwaqt li jsir użu sħiħ tas-setgħat kollha konferiti fuqha permezz tal-istatus tagħha bħala organizzazzjoni ta' integrazzjoni reġjonali, billi tikkonsulta b'mod sħiħ u komprensiv mal-Istati membri tan-NU; |
|
18. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni fit-3 ta' Mejju 2011 tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-parteċipazzjoni tal-UE fix-xogħol tan-NU, li tqis il-bidliet istituzzjonali b'riżultat tat-Trattat ta' Lisbona u tippermetti lir-rappreżentanti tal-UE jippreżentaw u jippromwovu l-pożizzjonijiet tal-UE fin-NU b'mod effiċjenti u f'waqtu permezz ta' ġabra ta' modalitajiet li jagħtu lid-delegazzjoni tal-UE d-dritt li tagħmel interventi, kif ukoll id-dritt għat-tweġiba u l-abilità li tippreżenta proposti u emendi orali; |
|
19. |
Fid-dawl tar-rwol miżjud ta’ blokok reġjonali f’affarijiet internazzjonali, u b’rispett sħiħ għan-natura intergovernattiva tan-NU, jitlob lill-Istati Membri tal-UE biex iħeġġu bidla fl-istruttura tas-sħubija tal-UNGA, filwaqt li jitħeġġeġ l-istatus tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-integrazzjoni (RIOs) b’livell avvanzat ta’ integrazzjoni bħal ma huwa l-fatt li jkollhom il-personalità legali tagħhom stess, li tagħmilhom osservaturi mtejba; |
Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU)
|
20. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal riforma komprensiva tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fuq il-bażi tal-ewwel test ta' negozjati u ta' appoġġ wiesa' għar-riforma tal-KSNU, sabiex ikun hemm kjarifika akbar dwar il-kompetenzi tal-KSNU fir-rigward tal-korpi l-oħrajn tan-NU u rieżami tal-metodi ta’ ħidma tal-KSNU; jissottolinja wkoll il-ħtieġa li tiġi infurzata l-leġittimità tal-KSNU, ir-rappreżentanza reġjonali u l-effiċjenza u biex joħloq pożizzjoni iktar koesiva fost l-Istati Membri tal-UE dwar il-kwistjonijiet ta' leġittimità, kompożizzjoni, effiċjenza u rappreżentanza reġjonali; |
|
21. |
Jerġa' jtenni l-opinjoni, b'mod konsistenti mal-finijiet tat-Trattat ta' Lisbona li jtejjeb il-politka barranija tal-UE u r-rwol tal-UE fil-paċi globali, is-sigurtà u r-regolazzjoni, li siġġu permanenti għall-UE f'KSNU mkabbar u riformat jibqa’ għan ċentrali u fit-tul tal-Unjoni Ewropea; jitlob lill-VP/RGħ tieħu inizjattiva b’mod urġenti biex l-Istati Membri jiżviluppaw pożizzjoni komuni għal dak il-għan; jissuġġerixxi, sabiex jintlaħaq dak l-għan fil-futur, li jsir xogħol fuq il-koordinazzjoni minn qabel tal-pożizzjonijiet fil-Kunsill tal-UE, l-introduzzjoni ta’ membri ġodda tal-KSNU u riforma fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-KSNU lejn l-użu possibli ta' maġġoranza superkwalifikata; |
|
22. |
Jistieden lill-VP/RGħ, sabiex fil-kariga tagħha bħala President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tfittex pożizzjonijiet komuni tal-UE dwar kwistjonijiet li għandhom jiġu deċiżi fil-KSNU sabiex dawn il-pożizzjonijiet jiġu implimentati permezz ta' prattika ta' votazzjoni konġunta; jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri tal-UE biex ikollhom rwol iktar attiv fl-istabbliment ta' mekkaniżmi kooperattivi bl-għan li jiżguraw li Stati Membri tal-UE li jinstabu fil-KSNU jiddefendu fihom pożizzjonijiet komuni tal-UE; |
|
23. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE b'siġġijiet fil-KSNU biex iżommu lil Stati Membri oħra tal-UE informati tajjeb dwar il-pożizzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom u biex jaqsmu informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-KSNU u ma’ Stati Membri oħra tal-UE; jilqa' b'sodisfazzjon il-prattika stabbilita dan l-aħħar fejn rappreżentant tal-UE ġeneralment jiġi mistieden jattendi d-deliberazzjonijiet tal-KSNU u jipparteċipa bi dritt limitat li jesprimi ruħu fil-KSNU; |
Il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (UN HRC)
|
24. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu koordinati pożizzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE u li tiżdied il-koerenza, il-viżibilità u l-kredibilità tal-azzjonijiet tal-UE fil-UN HRC; jilqa' l-istabbiliment tad-Direttorat għad-Drittijiet Umani u d-Demokrazija fis-sistema tal-SEAE u jħeġġeġ lill-VP/RGħ tiżgura li l-arranġamenti l-ġodda jżidu l-kapaċità tal-UE li tipparteċipa u tikkoopera dwar inizjattivi konġunti, b'mod transreġjonali, ma' pajjiżi minn blokok oħrajn; hu tal-fehma li għandhom jiġu stabbiliti kriterji ta' sħubija ċari fil-UN HRC u li dawk il-pajjiżi fejn il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem huma spissi u mifruxa m'għandhomx jitħallew isiru membri ta' dan il-korp; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-VP/RGħ jieħdu azzjoni ħalli jiffinalizzaw, malajr kemm jista' jkun, l-amalgamazzjoni ta’ dawk li dari kienu d-delegazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni f'Ġinevra; |
Ir-rwol tal-UE fl-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI)
|
25. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jsir rieżami tal-arranġamenti għar-rappreżentanza taż-żona tal-euro/tal-UE f'korpi internazzjonali fil-qasam tal-istabbiltà ekonomika, monetarja u finanzjarja bi qbil mar-rwol tagħha bħala waħda mis-setgħat ekonomiċi dinjija ewlenin; |
Fond Monetarju Internazzjonali (FMI)
|
26. |
Jinsisti, minħabba l-kompetenzi ekonomiċi u monetarji tal-UE, ir-relevanza globali taż-żona euro u r-responsabbiltà miżjuda tagħha rigward l-istabbiltà tal-ekonomija globali, li għandha tiġi preżentata opinjoni waħda f'kontributi għall-governanza ekonomika u finanzjarja; |
|
27. |
Filwaqt li l-Ġermanja, l-Ingilterra u Franza attwalment għandhom siġġijiet uniċi fil-FMI u l-Istati Membri tal-UE li jifdal huma mifruxa fuq seba' kostituzzjonijiet, iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jindirizzaw il-kwistjoni ta' rappreżentanza ekonomika u finanzjarja esterna ineffettiva, li tillimita l-influwenza tal-UE minkejja li l-Istati Membri tal-UE flimkien għandhom iktar minn 30 fil-mija tal-voti fil-FMI; billi l-politika monetarja hi kompetenza esklussiva tal-UE għal dawk l-Istati Membri li għandhom munita unika, iħeġġeġ l-UE u l-Istati Membri relevanti biex jaqblu immedjatament dwar siġġu komuni u dwar il-kostitwenza tal-Bord Eżekuttiv tal-FMI, li possibilment jibda bħala kostitwenza tal-euro, bil-ħsieb li għal tul ta' żmien, jassigura rappreżentanza konsistenti tal-UE, li tinvolvi l-Kummissjoni, suġġetta għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew; |
|
28. |
Ifakkar lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu użu mill-opportunità tal-elezzjoni regolari li jmiss tad-Diretturi Eżekuttivi tal-FMI fl-2012, biex jirrazzjonalizzaw u jippromwovu sforzi konġunti għall-ġbir flimkien tal-Istati Membri kollha f'sede unika għaż-żona tal-euro għall-unjoni monetarja u għall-kostitwenza tal-bqija tal-Istati Membri li m'għandhomx l-euro; |
|
29. |
Billi la l-Kummissjoni, la l-Presidenza rotanti tal-Kunsill u lanqas il-grupp tal-ministri finanzjarji taż-żona euro ma għandhom rappreżentanza formali fuq il-Bord Eżekuttiv tal-FMI, u l-BĊE hu biss osservatur ta' punti tal-aġenda b'relevanza għalih, il-ħtieġa għall-Kummissjoni u l-BĊE, bħala l-korpi tal-Unjoni għal politiki monetarji u ekonomiċi, li jingħataw status sħiħ ta' osservaturi fuq il-Bord Eżekuttiv tal-FMI sabiex jittrattaw l-anomalija sinifikanti ta' rappreżentanza inadegwata fihom; |
Il-Bank Dinji (BD) u l-Banek ta' Żvilupp Multilaterali ewlenin
|
30. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Memri biex jindirizzaw, bi ftehim mas-sħab tagħhom, l-anomalija istituzzjonali fejn l-UE hija kontributur prinċipali tal-fondi fiduċjarji tal-BD – fil-fatt donatur ikbar tal-għajnuna minn kull wieħed mill-Istati Membri tagħha – u s-sħubijiet operazzjonali tagħha mal-Bank fir-reġjuni Ewropej u Afrikani huma mportanti, iżda għad m'għandhiex status ta' osservatur fuq il-Bord Eżekuttiv (biss fil-kumitat ministerjali tal-politika); jisħaq dwar l-importanza tal-UE kollha kemm hi bħala l-akbar donatur globali u jenfasizza l-isforzi magħmula mill-Unjoni biex tikkoordina, tallinja u tnaqqas il-frammentazzjoni tal-programmi ta' għajnuna tagħha, b'mod partikolari permezz tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp; fid-dawl ta' dan jagħraf l-importanza li tħaddem sforzi biex takkwista siġġu bħala osservaturi fuq il-Bord Eżekuttiv u taspira biex tirriforma gruppi ta' pajjiżi politikament skaduti, billi tiġbor flimkien Stati Membri tal-UE taħt l-istess kostitwenza; ifakkar li l-istess prinċipju ta' ġbir flimkien tal-Istati Membri taħt il-kostitwenza tal-UE għandu japplika wkoll għall-Banek ta' Żvilupp Multilaterali ewlenin, b'mod partikolari l-Bank Asjatiku għall-Iżvilupp, il-Bank Inter-Amerikan għall-Iżvilupp u l-Bank Afrikan għall-Iżvilupp; |
Il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI).
|
31. |
Filwaqt li jinnota li l-BĦI hu istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li tiġbor il-banek ċentrali tal-iktar pajjiżi avvanzati, ukoll bis-sħubija l-aktar reċenti tal-banek taċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja, u minħabba l-kompetenza esklussiva tal-BĊE fuq il-politika monetarja, jipproponi li l-BĊE jkun l-uniku rappreżentant taż-żona tal-euro fil-Bord tal-BĦI, u li l-Kummissjoni tkun l-uniku rappreżentant tal-UE fil-Kumitat ta' Basel għas-Sorveljanza Bankarja; |
Ir-rwol tal-UE f'organizzazzjonijiet multilaterali tas-sigurtà
Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO)
|
32. |
Jistieden lill-UE u lin-NATO, peress li diġà jsiru laqgħat ġenerali fil-livelli kollha, li diġà ġew stabbiliti arranġamenti militari permanenti u ġew organizzati laqgħat okkażjonali konġunti bejn il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) tal-UE u l-Kumitat tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana tan-NATO, biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom favur l-istabbiliment ta' qafas għal kooperazzjoni integrata li tinkludi strutturi permanenti għall-kooperazzjoni; jistieden li jkun hemm kuntatti sistematiċi bejn is-Segretarju Ġenerali tan-NATO u r-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni; jipproponi li jiġu studjati l-implikazzjonijiet tal-ħolqien tal-istatus ta' osservatur reċiproku għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-NAC u l-PSC sabiex itejjeb l-arranġamenti kooperattivi fl-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona u wara l-adottar min-NATO tal-kunċett ġdid strateġiku tiegħu u minħabba l-ambizzjoni li tiġi żviluppata sħubija strateġika UE-NATO; jilqa' f'dan ir-rigward il-kooperazzjoni eżistenti mal-Parlament Ewropew u l-parteċipazzjoni tiegħu fl-Assemblea Parlamentari tan-NATO; |
|
33. |
Hu tal-fehma li għandhom jissaħħu l-arranġamenti li jippermettu lill-UE tagħmel rikors għall-assi u l-ħiliet tan-NATO; jenfasizza l-ħtieġa li ż-żewġ organizzazzjonijiet jiżviluppaw approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-kriżi, li spiss jeħtieġ reazzjoni ċivili-militari b'ħidmiet simultanji; itenni t-twemmin tiegħu li din tal-aħħar hi kompatibbli mal-iżvilupp fuq Ewropa għad-Difiża awtonoma permezz ta' kooperazzjoni permanenti strutturata u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA); |
L-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE)
|
34. |
Fil-kuntest ta' ftehim formali bejn l-UE u l-OSKE, jappella għal riflessjoni serja dwar kif l-UE tista' tieħu responsabbiltajiet akbar u tipparteċipa b'mod aktar effiċjenti sabiex jintlaħqu għanijiet konġunti, fejn l-implimentazzjoni ta' sistema ta' qbil permanenti dwar inizjattivi konġunti u l-koordinament tal-awtoritajiet lokali jafu jkunu strumenti xierqa; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri u l-Kunsill Permanenti tal-OSKE biex jiżviluppa mekkaniżmu bl-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet; billi l-Artikolu 220(1) tat-TFUE b'mod espliċitu jżid l-OSKE mal-lista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fejn għandhom jiġu stabbiliti ‧forom approprjati ta' kooperazzjoni‧, jenfasizza l-bżonn li l-VP/RGħ tirrapreżenta lill-UE bħala osservatur fl-OSKE; jenfasizza l-ħtieġa li l-Assemblea Parlamentari tal-OSKE u l-Parlament Ewropew jistabbilixxu mekkaniżmi ta' kooperazzjoni effettiva fil-qasam tal-missjonijiet għall-elezzjonijiet, bil-għan li jingħelbu xi wħud min-nuqqasijiet li nqalgħu f'ċerti okkażjonijiet; |
|
35. |
Jesprimi għal darb'oħra t-tama tiegħu li jara l-ħolqien ta' politika Ewropea ta' difiża, li qed issir aktar urġenti, fi żmien meta d-dinja qed tiffaċċja żidiet sinifikanti fl-instabilità u fit-theddid; |
Ir-rwol tal-UE f'organizzazzjonijiet multilaterali oħra
Il-Kunsill tal-Ewropa (KtE).
|
36. |
Sabiex itejjeb il-kooperazzjoni multilaterali UE-Kunsill tal-Ewropa fl-oqsma li huma mportanti għall-UE kif ukoll għall-KtE, pereżempju l-istat tad-dritt, id-demokrazija, l-edukazzjoni, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa, inkluż fuq l-internet u l-governanza tajba, peress li l-UE hi l-ikbar kontributur ta' programmi konġunti ta' tħaddim mal-KtE, tissottolinja l-ħtieġa li jiġu riformati l-preżenza tal-UE u l-istatus ta' osservatur fil-KtE; jirrakomanda li l-UE tikkoordina aktar xogħolha mal-KtE fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza taż-żewġ istituzzjonijiet fl-oqsma msemmija qabel; speċjalment bit-tħejjija għall-adeżjoni li jmiss tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, jenfasizza d-dritt tal-attendenza, bi drittijiet tal-vot f'isem l-UE, laqgħat tal-Kumitat tal-Ministri tal-KtE meta jaqdi, inter alia, il-funzjoni tiegħu ta' monitoraġġ tal-eżekuzzjoni ta' ġudizzji maħruġa mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jissottolinja wkoll id-dritt tal-UE li tkun rappreżentata fil-Kumitat ta' Direzzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem - speċjalment wara l-adeżjoni tagħha mal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, li għandu jagħti lill-UE dritt ġenerali li tipparteċipa b'mod sħiħ fil-Kumitat tal-Ministri tal-KtE u tivvota, id-dritt li taħtar imħallef fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll id-dritt tal-Parlament Ewropew li jipparteċipa fl-Assemblea Parlamentari tal-KtE meta din tal-aħħar taħtar l-imħallfin; jenfasizza li sabiex iżżid l-effikaċja tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell pan-Ewropew, l-UE għandha taċċedi ukoll għall-korpi l-oħra tal-KtE bħall-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura (CPT), il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ); |
l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Ekonomika (OECD)
|
37. |
Jagħraf il-ħtieġa, fid-dawl tal-Artikolu 220(1) TFUE li jitlob għal "forom kollha xierqa ta' kooperazzjoni" mal-OECD; li naspiraw li l-istatus attwali tal-UE bħala osservatur fl-OECD jissaħħaħ għal dak ta' membru sħiħ, fid-dawl tal-kompetenzi sostanzjali, esklussivi u konġunti, f'tista' tgħid il-kumitati kollha tal-OECD; |
L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO)
|
38. |
Iqis li r-rwol tal-UE fid-WTO jservi ta’ wieħed mill-mudelli għall-azzjonijiet tal-UE f’organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, ladarba (inklużi l-l-UNCTAD u l-OECD), permezz tal-kompetenza esklużiva tagħha, l-UE hija membru sħiħ tad-WTO u tinnegozja f'isem l-Istati Membri kollha tal-UE, waqt li fl-istess ħin l-Istati Membri kollha huma wkoll membri tad-WTO u jaħdmu flimkien biex jaġixxu ta’ blokk uniku; |
|
39. |
Huwa tal-fehma li l-ħolqien ta’ żewġ delegazzjonijiet separati tal-UE f’Ġinevra bħala riżultat tat-Trattat ta' Lisbona, waħda għad-WTO u l-oħra għan-NU, għandu jsaħħaħ il-kapaċità ta’ koordinazzjoni, il-preżenza u l-viżibilità tal-UE, iżda jenfasizza kemm hu importanti li tkun żgurata l-koerenza tal-azzjonijiet bejn iż-żewġ delegazzjonijiet sabiex tkun tista’ tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol; |
|
40. |
Jitlob li l-UE tqis u tiddefendi interessi Ewropej speċifiċi fid-WTO; b’mod partikolari hija għandha tesiġi trattament partikolari tal-kwistjonijiet agrikoli u tiżgura d-difiża ta’ ċerti reġjuni jew setturi Ewropej sensittivi, kif ukoll tippromwovi l-kummerċ ġust li jippermetti l-iżvilupp sostenibbli; |
|
41. |
Jitlob li titqies bis-sħiħ il-kwestjoni ta’ kif jista’ jkun meqjus aħjar it-tħassib mhux relatat mal-kummerċ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tad-WTO, sabiex il-membri jkunu jistgħu jsegwu objettivi leġittimi ta' politika waqt li jissalvagwardjaw l-aċċess għas-suq; f’dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata l-konsistenza tal-politika tal-kummerċ ma’ politiki oħra tal-UE u l-liġi internazzjonali, u li l-azzjonijiet tad-WTO jkunu konsistenti ma’ azzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u jappoġġawhom reċiprokament; |
|
42. |
Jidentifika s-setgħat ta’ implimentazzjoni tad-WTO maħluqa permezz tal-entità tas-soluzzjoni tat-tilwim tagħha bħala element ewlieni ta' suċċess ta'd in l-organizzazzjoni; |
Ir-rwol tal-UE fid-‘diplomazija tas-samits’ – ambizzjonijiet fil-G-8 u l-G-20
|
43. |
Filwaqt li jinnota l-piż ekonomiku u finanzjarju globali, il-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi strateġiċi tal-UE fix-xena internazzjonali u l-fatt li l-aġendi tas-samit tal-G-8 twessgħu b'mod konsiderevoli biex jindirizzaw sensiela ta' politiċi ta' sigurtà, li jvarjaw mid-drittijiet tal-bniedemi, għas-sigurtà reġjonali sal-kontroll tal-armi, hu tal-opinjoni li l-UE għandha tipparteċipa fil-proċess tal-G-7/G-8 u għandha tiġi rappreżentata b'mod sħiħ fil-laqgħat tal-ministri tal-finanzi tal-G-7; jimmarka l-ħtieġa għal titjib fil-koordinazzjoni tal-UE qabel il-laqgħat tal-G-7 u G-8, b'mod partikolari billi tiġi żgurata l-parteċipazzjoni mill-qrib tal-Parlament Ewropew; |
|
44. |
Meta wieħed jikkunsidra l-kompetenzi esklussivi jew komuni tal-UE f'żoni fejn il-G-20 teżerċita influwenza sinifikanti u dejjem tikber (jiġifieri regolazzjoni tas-suq finanzjarju, koordinazzjoni tal-politika ekonomika, inklużi kwistjonijiet tar-rata tal-kambju, is-sistema monetarja internazzjonali, appoġġ fl-iżvilupp, kwistjonijiet kummerċjali multilaterali, il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus, l-ambjent jew sikurezza tal-enerġija), tistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jikkollaboraw mas-sħab tagħhom biex jinkiseb il-koordinament u l-allinjament sħiħ tal-messaġġi fost il-ħames pajjiżi Ewropej u r-Rappreżentant tal-UE li jipparteċipaw fid-diskussjonijiet tal-G-20 sabiex jassikuraw parteċipazzjoni effikaċi tal-UE fil-laqgħat ministerjali tal-G-20; |
|
45. |
Jinnota koperazzjoni akbar mal-Istati Uniti fil-fora ‘mini-laterali’ relatati ma’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi speċifiċi, mill-G-8 għall-Grupp ta’ Kuntatt dwar il-Balkani, mill-Kwartett tal-Lvant Nofsani għall-5+1 dwar l-Iran; ifakkar li l-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà bejn il-Membri tagħha u għalhekk, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma’ msieħba dwar deċiżjonijiet ta’ interess komuni li fl-aħħar mill-aħħar għandhom iwasslu għal soluzzjonijiet multilaterali effettivi u konsistenti għall-benefiċċju tal-partijiet kollha kkonċernati; jistieden għalhekk lill-VP/RGħ tindirizza l-isfidi attwali għall-multilateraliżmu effettiv u jemmen li strateġija riveduta dwar din il-kwistjoni għandha timmira li tikseb viżibilità u rikonoxximent akbar għall-UE, inkluż l-obbligu li l-"mini gruppi" jikkonsultaw is-sħab tal-UE u jiksbu mandat mill-UE; |
*
* *
|
46. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri tal-UE u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 43.
(2) Riżoluzzjoni A/RES/65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU: il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti.
(3) Kunsill tal-Unjoni Ewropea 10170/10.
(4) EUCO 21/01/10 REV 1 Anness I.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0399.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0377.
(7) Testi adottati, P7_TA(2010)0184.
(8) ĠU C 4 E, 7.1.2011, p. 49.
(9) ĠU C 76E, 25.3.2010, p. 69.
(10) ĠU C 291E, 30.11.2006, p. 118.
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/77 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Żgħażagħ Attivi - qafas biex jittejbu s-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ
P7_TA(2011)0230
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar Żgħażagħ Attivi - qafas biex jittejbu s-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ (2010/2307(INI))
2012/C 377 E/09
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta' Ġunju 2010 dwar "Impetu ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020" (COM(2010)0296), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2010 bit-titolu "Żgħażagħ mobbli: Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea" (COM(2010)0477), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu "EWROPA 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 bit-titolu ‘Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni’ (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (‘ET 2020’) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ u dwar kompetenzi li jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u l-inizjattiva “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda” (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-istrateġija l-ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, speċifikament il-parti li tikkonferma l-miri ewlenin dwar it-titjib tal-livelli edukattivi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli, li jirrikonoxxu l-importanza ta' approċċ transsettorjali aktar integrat bħala reazzjoni għall-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ Jannar 2011 (6), u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2011 (7) dwar l-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7–0169/2011), |
|
A. |
billi, fil-prospettiva tal-istrateġija UE 2020, l-għerf u l-kapaċitajiet taż-żgħażagħ huma essenzjali biex jinkisbu l-objettivi ta' tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli, |
|
B. |
billi Żgħażagħ Attivi (YoM), inizjattiva emblematika tal-istrateġija UE 2020, hi mmirata biex issaħħaħ il-ġibda tal-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa u l-kwalità globali ta' kull livell tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-kwalità tal-mobilità tal-istudent u tal-ħaddiem permezz ta' użu aħjar tal-programmi eżistenti Ewropej, |
|
C. |
billi l-"Istrateġija UE 2020" tiddikjara li, "sal-2020, iż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa jrid ikollhom il-possibilità li jqattgħu parti mill-mogħdija tagħhom fl-edukazzjoni fi Stati Membri oħrajn", |
|
D. |
billi ż-żgħażagħ għandhom irwol fundamentali fil-kisba tal-ħames miri ewlenin tal-UE għall-2020: l-impjiegi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-klima u l-enerġija, l-edukazzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar, |
|
E. |
billi l-inizjattiva Żgħażagħ Attivi ssaħħaħ l-Istrateġija eżistenti tal-UE għaż-Żgħażagħ (COM(2009)0200) billi tarma liż-żgħażagħ bl-għerf, il-kapaċitajiet u l-kompetenzi meħtieġa għax-xogħol u l-ħajja, |
|
F. |
billi ż-żgħażagħ batew b'mod partikularment ħażin minħabba l-kriżi u r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE hi ta' aktar minn 20 %, li hi darbtejn il-medja għall-adulti, u f'xi Stati Membri hi aktar minn 40 %, |
|
G. |
billi r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ li toqrob il-21 % hi waħda mill-isfidi l-aktar urġenti li qed taffaċċja l-Ewropa, |
|
H. |
billi, minħabba l-kriżi ekonomika, l-Istati Membri qed inaqqsu l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod li jaffetwa direttament il-prospetti taż-żgħażagħ għall-ġejjieni, waqt li l-Ewropa qed taffaċċja sfida demografika dejjem tiżdied għall-kisba tat-tkabbir mixtieq, |
|
I. |
billi l-kostijiet ekonomiċi ta' nuqqas ta' rendiment edukattiv huma sinifikattivament ogħla mill-kostijiet tal-kriżi finanzjarja, |
|
J. |
billi l-kriżi enfasizzat il-ħtieġa li l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna jiġu rriformati, u l-importanza ewlenija ta' sistemi għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità għolja fuq xiex jissejsu dawn ir-riformi, biex l-Ewropa tkun armata aħjar biex taffaċċja l-isfidi ta' llum u ta' għada, |
|
K. |
billi, minħabba d-deklin progressiv fl-investiment pubbliku fl-universitajiet u ż-żieda sussegwenti fil-miżati u/jew it-tnaqqis fl-appoġġ soċjali u l-għotjiet għall-istudju, għadd dejjem jikber ta' studenti qed jitlaq qabel iż-żmien mis-sistema universitarja, fatt li qed iwassal biex id-distakk soċjali jsir dejjem iktar estensiv, |
|
L. |
billi l-kapital uman hu għodda strateġika biex jiġi żgurat żvilupp ekonomiku u soċjali b'suċċess tas-soċjetajiet tagħna, |
|
M. |
billi, abbażi tad-data tal-Europass, numru dejjem jiżdied ta' żgħażagħ qed jesprimu xewqa li jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' edukazzjoni jew xogħol, |
|
N. |
billi l-edukazzjoni hi fundamentali biex jitrawmu l-kreattività u l-potenzjal innovattiv taż-żgħażagħ; billi l-edukazzjoni tagħti lin-nies l-għodda neċessarja biex jiżviluppaw intelletwalment, jidħlu fis-suq tax-xogħol, jiżviluppaw bħala persuna u jassumu r-rwol soċjali u ċiviku tagħhom, |
|
O. |
billi diversi riċerki juru li l-mobilità tikkontribwixxi lejn sens ta' ċittadinanza Ewropea u involviment fil-proċessi demokratiċi, |
|
P. |
billi l-aċċess għall-programmi ta' mobilità m'għandux ikun possibbli biss għall-istudenti universitarji, iżda ukoll għaż-żgħażagħ b'livell ta' kwalifiki baxx, peress li dan l-aċċess jista' jżid l-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol, |
|
Q. |
billi l-programmi ta' mobilità għandhom ikunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, irrispettivament mit-tip ta' edukazzjoni li jkunu għażlu, |
|
R. |
billi n-numru ta' żgħażagħ li jistgħu jsiefru, b'mod partikulari skont il-programmi tal-UE, mhuwiex qed jiżdied malajr biżżejjed, |
|
S. |
billi l-proċess ta' Bologna, fl-ewwel deċennju tiegħu, iltaqa' ma' ħafna diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-objettivi tiegħu għall-iżvilupp tal-qasam tal-edukazzjoni ogħla Ewropea, |
|
T. |
billi t-tnaqqis tan-numru ta' persuni li jitilqu prematurament mill-iskola jiżvolġi rwol pivotali kemm biex iż-żgħażagħ ma jirriskjawx l-esklużjoni soċjali u l-faqar, kif ukoll biex jittejjeb u jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol, |
|
U. |
billi t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol tippreżenta liż-żgħażagħ bi sfida ewlenija, |
|
V. |
billi l-volontarjat jirrappreżenta opportunità importanti għall-akwiżizzjoni ta' aktar kompetenzi permezz ta' taħriġ informali u mhux formali, l-assunzjoni ta' responsabilità soċjali, il-fehim tal-importanza tal-integrazzjoni soċjali u l-iżvolġiment ta' rwol attiv bħala ċittadini Ewropej f'firxa wiesgħa ta' oqsma, u billi dik l-opportunità għandha tiġi promossa, speċjalment fil-qafas tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011, |
|
W. |
billi l-organizzazzjonijiet għaż-żgħażagħ huma l-fornituri ewlenin ta' edukazzjoni mhux formali, komplimentarja għall-edukazzjoni formali, li hi essenzjali biex iż-żgħażagħ jiġu armati bil-kapaċitajiet u l-kompetenzi sabiex isiru ċittadini attivi u jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol; permezz ta' dan, l-organizzazzjonijiet għaż-żgħażagħ jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija UE 2020, |
|
X. |
billi l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jirrappreżentawhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet hu essenzjali sabiex jipprovdilhom sens ta' sjieda u jiżgura li qed jikkontribwixxu b'mod attiv il-fehmiet tagħhom għal strateġija taż-żgħażagħ, |
|
Y. |
billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-inizjattiva Żgħażagħ Attivi hu t-tisħiħ tal-koeżjoni Ewropea u t-tiswir ta' ċittadini b'għarfirn tal-identità Ewropea tagħhom, |
Rimarki ġenerali u appoġġ finanzjarju
|
1. |
Jilqa' l-inizjattiva Żgħażagħ Attivi bħala inizjattiva politika biex jitħeġġu l-programmi eżistenti fil-qasam tal-edukazzjoni, il-mobilità u l-impjiegi għaż-żgħażagħ u bħala inċentiv għall-Istati Membri biex jilħqu l-miri tal-istrateġija UE 2020; |
|
2. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-inizjattiva Żgħażagħ Attivi tħeġġeġ lill-istabbilimenti tal-edukazzjoni ogħla jgħollu l-istandards tagħhom billi jrawmu koperazzjoni akbar mal-istabbilimenti fid-dinja kollha u jindika li l-koperazzjoni mal-istabbilimenti tal-Istati Uniti jistgħu jkunu ta' benefiċċju partikulari f'dan ir-rigward; |
|
3. |
Jindika li l-investiment fl-edukazzjoni hu, bla ebda dubju, essenzjali għat-tkabbir u żvilupp sostenibbli u li, anke fi żminijiet ta' kriżi ekonomika, il-finanzjament ta' programmi taż-żgħażagħ u edukattivi m'għandux jiġi kkunsidrat bħala spiża fiż-żmien attwali, imma bħala investiment fil-ġejjieni tal-Ewropa; |
|
4. |
Jenfasizza li l-objettiv tal-inizjattivi kollha taż-żgħażagħ għandu jkun dak li jagħti direzzjoni liż-żgħażagħ kollha ħalli jkunu integrati b'suċċess fis-soċjetà u biex jippreparahom fuq bażi kontinwa fl-Ewropa tal-ġejjieni, jiġifieri li jingħataw ukoll l-opportunitajiet biex jidħlu għal attivitajiet soċjali u jgħinu jiffurmaw is-soċjetà u li jsir possibbli li ż-żgħażagħ kollha jiggwadanjaw mill-benefiċċji li joffru edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni ogħla u dik mhux formali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u t-taħriġ ulterjuri li jqiegħed tensjoni fuq l-ilħuq tar-rekwiżiti ta' soċjetà moderna, kompetittiva, inklużiva u sostenibbli, sabiex jitħaffilhom il-proċess biex jidħlu fis-suq tax-xogħol; |
|
5. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-kriżi ma tridx tintuża bħala raġuni biex jitnaqqsu l-ispejjeż edukattivi, peress li l-edukazzjoni ta' livell ogħla għaż-żgħażagħ hi meħtieġa biex jintgħeleb l-impatt tal-kriżi; |
|
6. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li, skont il-Kummissjoni, l-iskedi nazzjonali mfasslin mill-Istati Membri bħala kontribut ulterjuri biex jintlaħqu l-objettivi edukattivi tal-istrateġija ‧Ewropa 2020‧ mhumiex biżżejjed; |
|
7. |
Jirrikonoxxi l-fatt li wieħed mill-għanijiet tal-edukazzjoni ogħla jrid ikun l-iżgurar tal-impjegabilità, imma jindika li trid wkoll tistimola l-kreattività u l-innovattività taż-żgħażagħ u tgħinhom jiżviluppaw intelletwalment u soċjalment; |
|
8. |
Jirrikonoxxi li s-suċċess tal-inizjattiva Żgħażagħ Attivi jiddependi fil-biċċa l-kbira tiegħu fuq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fundamentali tagħha min-naħa tal-Istati Membri; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni timmonitorja u tanalizza b'attenzjoni l-elementi kruċjali waqt il-proċess ta' implimentazzjoni bl-intenzjoni li tgħin lill-Istati Membri u tiżgura koordinament aħjar bejnithom fil-proċess; |
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament dwar l-effikaċità tal-azzjonijiet fundamentali tal-inizjattiva Żgħażagħ Attivi u l-progress reġistrat mill-Istati Membri; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej biex ifasslu djalogu strutturat qawwi fil-qasam tal-edukazzjoni fi ħdan il-qafas tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020, ħalli jinkludu bis-sħiħ l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-parteċipanti interessati oħrajn fl-implimentazzjoni ta' miżuri edukattivi, bħala segwitu għall-Inizjattiva għaż-Żgħażagħ f'kooperazzjoni maż-żgħażagħ, biex jiddibattu l-prijoritajiet u l-azzjonijiet għaż-żgħażagħ, biex b'hekk iż-żgħażagħ jingħataw iktar opportunitajiet biex jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet li jolqtuhom; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fil-proposta tagħha għal Qafas Finanzjarju Multiannwali(MFF) l-ġdid, biex tkompli żżid progressivament l-investimenti fil-programmi tal-mobilità u ż-żgħażagħ bħat-Tagħlim Tul il-Ħajja (Erasmus, Leonardo da Vinci, Comenius, Grundtvig), Marie Curie, Erasmus Mundus u Żgħażagħ fl-Azzjoni, fil-forma attwali tagħhom, kif ukoll fis-Servizz Volontarju Ewropew; jitlob li ssir promozzjoni aktar effikaċi ta' dawn il-programmi u li l-gruppi tal-popolazzjoni fil-mira tagħhom isiru aktar konxji tal-opportunitajiet li jipprovdu; titlob għal investiment kontinwu fil-koperazzjoni mal-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati. kif ukoll tippreżenta proposta għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi tal-mobilità u ż-żgħażagħ f'konformità mal-objettivi tal-istrateġija UE 2020; |
|
12. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-ebda żagħżugħ li jkun kellu problemi fil-karriera edukattiva tiegħu għal kwalunkwe raġuni m'għandu jkun mitluf għall-ħajja tax-xogħol, imma li minflok iż-żgħażagħ ta' dan it-tip iridu jirċievu appoġġ immirat; jinnota li l-aċċess għall-edukazzjoni m’għandux ikun kwistjoni tal-istatus soċjali jew ekonomiku tal-ġenituri; jenfasizza l-importanza partikolari li l-livelli edukattivi jippermettu l-mobilità orizzontali kemm fit-taħriġ skolastiku u f'dak vokazzjonali; |
|
13. |
Jenfasizza li għandha tissaħħaħ il-ġibda tal-mobilità u li l-appoġġ finanzjarju għandu jkun wiesa’ u biżżejjed, u għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawk l-aktar żvantaġġati; jtenni li din il-pożizzjoni għandha tiġi riflessa fil-perspettiva MFF li jmiss; jitlob, bil-għan li titjieb il-mobilità fit-taħriġ, biex jiżdied is-sehem tal-baġit maħsub għall-Programm Leonardo; |
|
14. |
Jenfasizza li hemm bżonn ta' finanzjament ambizzjuż biex jintlaħaq l-objettiv li kulħadd jingħata l-opportunità li jwettaq parti mill-edukazzjoni u t-taħriġ tiegħu barra; hu tal-fehma li l-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jkunu prijorità għall-Unjoni Ewropea u li dan l-objettiv għandu jkun rifless fil-prospettiva MFF li jmiss; |
|
15. |
Jitlob li l-programmi edukattivi mmirati għall-promozzjoni tal-mobilità jiġu estiżi lil hinn mill-2013 u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-fondi allokati għal programmi simili meta jitfasslu l-programmi qafas futuri; |
|
16. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea tutilizza l-istrumenti finanzjarji proprji tagħha sabiex tgħin liż-żgħażagħ, billi tagħmel użu aħjar tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment; |
|
17. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw investiment akbar fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ f'kull livell u jappoġġaw finanzjarjament l-implimentazzjoni tal-programmi ta' mobilità tal-UE fil-livell nazzjonali, kif ukoll jiżguraw jew jgħollu l-kwalità tal-edukazzjoni b'mod ġenerali; |
|
18. |
Jinsab konvint li l-programm Żgħażagħ Attivi hu kruċjali għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa u li dan il-programm għandu jissaħħaħ u jitkompla; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni żżomm Programm Żgħażagħ Attivi fl-MFF li jmiss; |
|
19. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-programm Żgħażagħ Attivi, li hu strumentali biex iż-żgħażagħ jiġu involuti fis-soċjetà, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu tal-għerf miksub mill-programm Żgħażagħ Attivi; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimmiraw għal investiment totali ta' mill-inqas 2 % tal-PDG fl-edukazzjoni ogħla, rata li hi rrakkomandata mill-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-Impjiegi bħala r-rata minima rikjesta għall-ekonomiji li jagħmlu użu intensiv tal-għerf; |
|
21. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-programmi edukattivi flessibbli li huma kompatibbli mal-impjieg simultanju; |
Iż-żgħażagħ u l-mobilità
|
22. |
Jistieden liż-żgħażagħ jipparteċipaw b'mod attiv f'kull stadju tal-programmi tal-UE, mit-tfassil sal-implimentazzjoni; |
|
23. |
Jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ ikunu inklużi mhux biss fis-suq tax-xogħol u l-ekonomija, iżda wkoll fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa; jitlob lill-Kummissjoni biex tħejji Green Paper dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ |
|
24. |
Jaqbel li l-azzjoni trid tittieħed minn età bikrija sabiex ir-rata ta' dawk li jitilqu prematurament mill-iskola titnaqqas għal anqas minn 10 %, kif miftiehem fl-Istrateġija UE 2020, b'enfasi speċjali fuq żoni żvantaġġjati; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu r-rati ta' dawk li ma jkomplux l-iskola; |
|
25. |
Jenfasizza li r-rata ta' dawk li jitilqu prematurament mill-iskola, bħala fattur ta' riskju magħruf għall-esklużjoni futura kemm mill-impjieg u kemm mis-soċjetà, trid titnaqqas drastikament; jisħaq fuq il-fatt li dan il-fenomenu jrid jiġi indirizzat b'mod li jolqot diversi aspetti, marbut mal-miżuri soċjali għat-tisħiħ tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-inħawi żvantaġġati; |
|
26. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, fid-dawl tal-fatt li l-mobilità taż-żgħażagħ tista' tgħin fl-appoġġ tal-proċessi demokratiċi, jistabbilixxu qafas li jippermetti li ż-żgħażagħ mill-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) jieħdu sehem attiv fl-inizjattiva Żgħażagħ Attivi, biex b'hekk jingħataw opportunitajiet għal tagħlim aħjar liż-żgħażagħ kemm mill-Istati Membri tal-UE u kemm mill-pajjiżi tal-PEV b'opportunitajiet ta' tagħlim aħjar; |
|
27. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi ffaċilitata wkoll il-mobilità tal-għalliema, ta' dawk li jaħdmu fl-oqsma taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni, peress li jistgħu jaġixxu ta' katalisti għaż-żgħażagħ li jiġu taħt is-superviżjoni tagħhom; |
|
28. |
Jirrikonoxxi l-kontribut importanti tal-gvernijiet reġjonali u lokali biex iqanqlu l-mobilità; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu wkoll attenzjoni u appoġġ speċjali lil dawk li qed jirriskjaw l-aktar, il-kategoriji taż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet u dawk li qed ifittxu ċans ieħor biex jerġgħu lura fl-edukazzjoni wara li jkunu telqu; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali dwar ix-xkiel prattiku għall-mobilità, u tieħu l-passi kollha meħtieġa biex teliminah sabiex tiżgura mobilità ta' kwalità għolja aċċessibbli għal kulħadd, tul il-proċess sħiħ tal-edukazzjoni, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET); hu tal-fehma li t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Mobilità proposta mill-Kummissjoni għandha tkun utli ħafna fil-kisba ta' dan l-objettiv; |
|
31. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu aktar inizjattivi għall-mobilità taż-żgħażagħ anke fir-reġjuni ta' ħdejn l-UE; |
|
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti biex tħeġġeġ il-mobilità bil-għan li tippromwovi l-edukazzjoni, l-impjieg u r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali; |
|
33. |
Jinnota l-importanza li jittieħdu miżuri li jiżguraw li ż-żgħażagħ, inkluż dawk ġejjin minn żoni żvantaġjati, ikunu mobbli f'kull stadju tal-edukazzjoni tagħhom, sabiex tiġi żgurata l-portabilità sħiħa tal-għotjiet meta jkunu barra, u li r-riżultati u l-kwalifiki interim tagħhom huma rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha, kif issuġġerit mill-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; |
|
34. |
Jirrikonoxxi li ż-żgħażagħ b'diżabilità, kif ukoll iż-żgħżagħ li jkollhom it-tfal, iridu jingħataw appoġġ addizzjonali biex jiksbu aċċess għall-programmi ta' mobilità eżistenti u biex jisfruttaw il-vantaġġi kollha tagħhom u jsibu bilanċ bejn l-istudju, ix-xogħol u l-ħajja; |
|
35. |
Ifakkar li, apparti l-mobilità internazzjonali, għandha titħeġġeġ l-internazzjonalizzazzjoni fl-ambjent domestiku, u jingħata appoġġ għall-ħolqien ta' netwerk ta' koperazzjoni internazzjonali mill-università u l-pajjiż tad-domiċilju tal-istudent; jenfasizza l-potenzjal tal-mobilità virtwali għaż-żgħażagħ bħala suppliment għall-mobilità ġeografika; |
|
36. |
Jenfasizza l-importanza tar-rikonoxximent tal-kapaċitajiet miksuba permezz ta' kull forma ta' tagħlim, inkluż it-tagħlin mhux formali u informali, u l-irwol tagħhom fl-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi importanti li għandu jiżgura għaċ-ċittadini l-aċċess għal u l-adattabilità tagħhom għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jitlob biex il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba b'dan il-mod jiġu nklużi fit-Tabella għall-Valutazzjoni tal-Mobilità; |
|
37. |
Jirrakkomanda wkoll li jitħeġġu proġetti li jsostnu t-trażmissjoni tal-għerf u l-kapaċitajiet minn ġenerazzjoni għall-oħra; jiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċji li jistgħu jinkisbu mill-kapital ta' kapaċitajiet u ta' kultura ta' studenti internazzjonali mobbli; |
|
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija komprensiva għall-promozzjoni tal-edukazzjoni mhux formali u tappoġġja l-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali; |
|
39. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-mobilità fit-tisħiħ tas-sens ta' ċittadinanza Ewropea, it-tisħiħ tal-kultura Ewropea u l-valuri Ewropej ta' rispett reċiproku, it-tisħiħ tal-involviment taż-żgħażagħ fil-proċess demokratiku u l-bini ta' dimensjoni Ewropea aktar b'saħħitha fost iż-żgħażagħ; |
|
40. |
Ifakkar lill-Istati Membri jintroduċu t-tagħlim tal-‧lingwa materna + 2‧ fi stadju bikri tal-ħajja u tul l-edukazzjoni tat-tfal iż-żgħar; jindika li għal dawk li ma jkunux jafu lingwa oħra, il-mobilità qatt mhu se ssir realtà; jindika l-importanza li dak li jkun jitgħallem il-lingwa tal-pajjiżi ġirien; |
|
41. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-mobilità fit-tagħlim u l-impjiegi billi: (a) iżidu l-għarfien u d-disponibilità aktar faċli tal-informazzjoni għaż-żgħażagħ interessati kollha; (b) jenfasizzaw il-valur miżjud tal-mobilità fl-istadji bikrija tal-edukazzjoni; (c) jiżguraw li jiġu validati l-eżiti ta' tagħlim mill-esperjenzi tal-mobilità bejn l-Istati Membri; u (d) li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jistimulaw l-koperazzjoni fost l-awtoritajiet rilevanti fost l-Istati Membri; |
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-mobilità fit-tagħlim u fl-impjiegi billi: (a) issaħħaħ il-programmi edukattivi u taż-żgħażagħ tal-UE, bħall-Erasmus, Leonardo u Żgħażagħ Attivi; (b) issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-għodod u l-istrumenti Ewropej eżistenti, bħas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS) u l-Europass; u (c) tiżviluppa l-għodod ġodda li diġà eżaminat, bħas-sit Żgħażagħ Attivi, il-karta Żgħażagħ Attivi, il-passaport ta' ħiliet Ewropej u l-proġett pilota "L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek"; |
|
43. |
Jilqa' l-azzjonijiet fundamentali ġodda tal-inizjattiva Żgħażagħ Attivi, bħal sit uniku u ċentrali fuq l-internet dwar il-mobilità, karta tal-mobilità li tkun tikkumplimenta u ssaħħaħ is-suċċess tal-karti taż-żgħażagħ u tal-istudenti diġà stabbiliti u Passaport ta' Ħiliet Ewropew li għandu jsir portafoll onlajn tat-tagħlim tul il-ħajja, li kollha kemm huma jaġġornaw għodda utli li diġà teżisti fil-qasam tal-mobilità; jitlob, barra minn hekk, għal viżibilità akbar għall-programmi eżistenti u futuri kollha; |
L-edukazzjoni ogħla Ewropea u l-proċess ta' Bologna
|
44. |
Jisħaq fuq l-importanza li jinfetaħ djalogu ġdid, aktar kostruttiv bejn il-partijiet interessati kollha fil-proċess ta' Bologna, waqt li jitqiesu u jintiżnu l-esperjenzi pożittivi tiegħu, kif ukoll il-problemi tiegħu, sabiex ikompli jittejjeb; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-punt fokali tal-Aġenda ta' Modernizzazzjoni għall-Universitajiet, u ġġedded il-prijoritajiet biex jintlaqgħu l-isfidi l-ġodda bħad-Dimensjoni Soċjali tal-edukazzjoni ogħla, il-promozzjoni tat-Tagħlim Iffukat fuq il-Istudent u l-appoġġ tal-Istati Membri biex jinlaħaq il-parametru ta' referenza ta' 40 % ta' riżultati; |
|
46. |
Jemmen b'mod qawwi li l-awtonomija tal-universitajiet hi meħtieġa imma fl-istess ħin jisħaq fuq ir-responsabilità tal-universitajiet lejn is-soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fir-riforma u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla; |
|
47. |
Jindika l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn is-sistemi ta' edukazzjoni ogħla fuq naħa u l-ħtiġijiet tal-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali fuq l-oħra, u li dawn jintrabtu permezz ta' kurrikuli adegwati li jarmaw lin-nies bil-kompetenzi u l-kapaċitajiet neċessarji għas-soċjetà u l-ekonomija tal-ġejjieni; |
|
48. |
Jistieden lill-Istati Membri, awtoritajiet reġjonali u lokali biex jippromwovu u jsaħħu l-koperazzjoni bejn l-universitajiet, iċ-ċentri VET u s-settur privat, sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-universitajiet u l-impriżi bl-intenzjoni li jiġi żgurat koordinament aħjar bejn it-tliet naħat tat-trijangolu tal-għerf, speċifikament ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni; |
|
49. |
Jenfasizza l-importanza tal-programmi għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni li jeżistu taħt il-Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-politika ta' koeżjoni, u tal-iżgurar ta' koordinament aħjar mal-miżuri edukattivi; jikkunsidra, barra minn hekk, li l-koperazzjoni transkonfinali hi essenzjali għas-suċċess tal-inizjattiva "Żgħażagħ Attivi"; jistieden għaldaqstant lill-partijiet interessati jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet disponibbli taħt l-Objettiv tal-Koperazzjoni Territorjali tal-politika ta' koeżjoni; |
|
50. |
Jenfasizza l-importanza ta' arranġamenti ta' taħriġ flessibbli bħalma huma l-universitajiet miftuħa u aktar użu ta' faċilitajiet onlajn ta' edukazzjoni ulterjuri, biex iż-żgħażagħ kollha jingħatalhom aċċess għal standard għoli ta' edukazzjoni li jwassalhom għal livell avvanzat u jiġi żgurat li mhumiex se jkunu mċaħħda minn din l-opportunità minħabba d-distanzi jew it-tqassim tal-ħin; iqis li, minħabba d-dħul ittardjat taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u l-problemi fl-iżgurar tas-sostenibilità fl-iskemi tas-sigurtà soċjali, huwa importanti ħafna li jinħolqu l-kondizzjonijiet xierqa biex dak li jkun jgħaqqad ħajja ta' studju u ta' xogħol; |
|
51. |
Jinkoraġġixxi lill-universitajiet iqarrbu l-programmi u l-istrutturi tagħhom lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tas-suq tax-xogħol, jikkunsidraw il-ħtiġijiet tan-negozji meta jkunu qed jiżviluppaw il-kurrikuli u jimmiraw li jsibu metodi ġodda ta' koperazzjoni ma' kumpaniji privati u pubbliċi, waqt li jinkoraġġixxu u jappoġġaw il-ħolqien ta' sħubijiet pubbliċi privati (PPP) u sponsorizzazzjonijiet filwaqt li jippromwovu u jappoġġjaw l-imprenditorjat fost iż-żgħażagħ; |
|
52. |
Jindika l-ħtieġa li l-universitajiet jiżviluppaw programmi li jħeġġu l-imprenditorjat fost l-istudenti permezz ta' programmi ta' taħriġ, u billi jwaqqfu punti ta' kuntatt mal-atturi finanzjarji li jkunu interessati li jappoġġaw proġetti innovattivi; |
|
53. |
Jenfasizza l-importanza li jiġi promoss l-imprenditorjat, u li ż-żgħażagħ jiġu appoġġati biex jibdew in-negozju tagħhom, u li jiġi promoss u estiż il-programm Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ; jirrakkomanda għalhekk, l-implimentazzjoni ta' kampanja ta’ informazzjoni tal-UE fl-istituti tal-edukazzjoni, li tkopri l-imprenditorjat, il-kapital biex jinbeda negozju, it-tassazzjoni tan-negozji li għadhom jibdew, u appoġġ għat-taħriġ kontinwu; |
|
54. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi database ta' proġetti innovattivi biex tiffaċilita skambju tal-prattiki tajbin bejn il-proġetti li jkunu diġà ġew sperimentati u verifikati minn Stati Membri jew universitajiet, sabiex il-gradwati u l-intrapriżi jsiru jafu lil xulxin u jiġi żgurat li l-gradwati jkollhom aċċess immedjat għad-dinja tax-xogħol; |
|
55. |
Jirrikonoxxi l-valur meta l-istudenti jiġu offruti għotjiet għall-istudju minn intrapriżi privati; |
|
56. |
Jissuġġerixxi li, minflok is-sistema għall-klassifikazzjoni globali tal-universitajiet, il-Kummissjoni tintroduċi sistema bbażata fuq l-informazzjoni dwar il-programmi tal-universitajiet Ewropej li, fost affarijiet oħra, tkun tirrapporta b'mod regolari lill-pubbliku dwar l-impjegabilità tal-istudenti f'kull programm u dwar opportunitajiet ta' mobilità; |
|
57. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq l-isforzi kollha meħtieġa biex jitwettaq iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, li toffri appoġġ aktar qawwi għall-mobilità ta' riċerkaturi żgħażagħ sabiex tiġi promossa l-eċċellenza Ewropea fil-qasam tar-riċerka; |
|
58. |
Jemmen li hemm bżonn li l-Istati Membri jiżguraw li tkun disponibbli sistema ta' għotjiet li jippermettu l-aċċess għall-edukazzjoni ogħla għaż-żgħażagħ irġiel u nisa fuq bażi ekwa, bl-għan li jiġi evitat kull irduppjar ta' inugwaljanzi u b'enfasi speċjali fuq l-edukazzjoni terzjarja; |
L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
|
59. |
Jistieden lill-Istati Membri jimmodernizzaw u jżidu l-ġibda u l-kwalità tal-VET, sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol li qed jinbidel, li sal-2020 se jirrikjedi għerf u kapaċitajiet ġodda bbażati fuq diplomi li għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament fl-Istati Membri kollha; f'dan ir-rigward, jenfasizza s-suċċess kbir tas-sistemi ta' edukazzjoni dupliċi fl-Istati Membri rispettivi; |
|
60. |
Jenfasizza li l-adattament tas-sistemi edukattivi u t-taħriġ vokazzjonali mal-ħiliet li se jkollu bżonn is-suq tax-xogħol fil-ġejjieni huwa importanti ħafna biex jingħeleb il-qgħad fost iż-żgħażagħ, u għalhekk it-tranżizzjoni mill-iskola, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jew l-edukazzjoni ogħla għall-impjiegi għandha titħejja aħjar u ssegwi direttament l-edukazzjoni jew it-taħriġ; hu tal-fehma li għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, is-setturi differenti tas-suq tax-xogħol u dawk li jħaddmu, ngħidu aħna, ma' speċjalisti f'diversi oqsma jagħtu lezzjonijiet jew seminars biex jiffamiljarizzaw lill-istudenti max-xogħol li jkunu se jibdew jagħmlu; |
|
61. |
Jenfasizza għalhekk l-importanza ewlenija li għandha l-implimentazzjoni effikaċi tal-inizjattiva tal-‧Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ‧ u li din issir għodda għal integrazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol; jenfasizza li l-Istati Membri sal-lum għadhom ma impenjawx ruħhom b'mod konvinċenti li se jimplimentaw il-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ u jistedinhom jagħmlu hekk malajr; |
|
62. |
Hu tal-fehma li l-mobilità għall-kisba ta’ ħiliet ġodda hija għodda b’saħħitha sabiex jitjiebu l-ħiliet u l-kompetenzi, l-iżvilupp personali u ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ; hu tal-fehma li l-mobilità volontarja fil-qafas tal-edukazzjoni skolastika u t-taħriġ vokazzjonali, it-taħriġ ulterjuri u l-edukazzjoni ogħla għandha għalhekk tkun promossa għaż-żgħażagħ kollha, irrispettivament mill-isfond finanzjarju, soċjali u etniku tagħhom, it-tip ta' edukazzjoni jew taħriġ li qed jieħdu, id-diżabilitajiet, il-problemi ta' saħħa jew is-sitwazzjoni ġeografika tagħhom, u għandha titħeġġeġ minn gwida u konsulenza professjonali li titqiegħed għad-dispożizzjoni matul il-proċess kollu; |
|
63. |
Jenfasizza li l-mobilità m'għandhiex tbaxxi l-istandards soċjali fil-pajjiż ospitanti; jenfasizza l-importanza tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati skolari, ta' taħriġ vokazzjonali u universitarji kif ukoll tal-kwalifiki tat-taħriġ ulterjuri mwettaq fi ħdan l-UE; |
|
64. |
Jitlob implimentazzjoni xierqa tal-ECVET, l-EQF u l-ECTS; jagħmilha ċara li r-rikonoxximent reċiproku pprovat għandu jingħata fl-ewwel 12-il xahar mid-data meta tinkiseb il-kwalifika; jindika li l-Parlament għandu jżomm ruħu regolarment informat bis-saħħa tal-indikaturi tal-mobilità; |
|
65. |
Jisħaq fuq l-importanza li jingħata appoġġ għall-mobilità fil-qasam tal-VET, inklużi l-apprendistati, billi l-istudenti u l-apprendisti tal-VET f'dan il-qasam jingħataw informazzjoni, pariri, gwida u strutturi ospitanti meta jkunu msefrin; iqiegħed enfasi partikulari fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti sħubijiet maċ-ċentri ta' taħriġ u l-organizzazzjonijiet tan-negozji bil-ħsieb li tiġi ggarantita d-disponibilità tal-opportunitajiet għal mobilità ta' kwalità għolja u li jsiru parti integrali mill-mogħdija tat-tagħlim; |
|
66. |
Jenfasizza d-diffikultajiet li wieħed jaffaċċja meta jgħaddi lejn l-edukazzjoni ogħla mill-VET, u jisħaq li l-istituzzjonijiet tat-tagħlim iridu jadattaw ruħhom biex jiffaċilitaw din it-tranżizzjoni; |
|
67. |
Jisħaq fuq il-fatt li, peress li jipprovdu liż-żgħażagħ bl-għerf u l-kapaċitajiet, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni u t-taħriġ ogħla jistgħu jtejbu l-motivazzjoni u l-ottimiżmu taż-żgħażagħ, kif ukoll jgħinuhom jibnu l-awtostima tagħhom; |
It-tranżizzjoni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol
|
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu x-xogħol volontarju billi, pereżempju, jagħtuh bażi ġuridika soda u jirrikonoxxuh bħala żmien ta' ħidma, biex b'hekk isir għażla valida għaż-żgħażagħ, speċjalment meta jkunu fi stat ta' qgħad; |
|
69. |
Jenfasizza b'mod qawwi li d-dħul mingħajr xkiel taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, primarjament jiddependi fuq il-modernizzazzjoni, inkluż f'termini tal-kurrikulu tagħhom, tal-istituzzjonijiet u l-universitajiet tal-VET, bil-għan li jiżguraw il-kwalità ta' programmi ta' studju ta' tagħlim u tqabbil għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; |
|
70. |
Jenfasizza l-importanza ta' aktar flessibilità fl-orarji tal-ħinijiet universitarji għall-istudenti li jkunu diġà bdew jaħdmu u li jridu jistudjaw fl-istess ħin; |
|
71. |
Jenfasizza li ż-żgħażagħ għandu jingħatalhom aċċess għall-VET matul l-impjieg tagħhom, li jippermettilhom jakkumulaw taħriġ waqt ix-xogħol, u li l-metodu tat-tagħlim kontinwu u tul il-ħajja u l-iżvilupp professjonali għandu jkun sostnut sa mill-ewwel xogħol tagħhom, u li l-Istati Membri iridu jintalbu jistabbilixxu sistemi għall-konsulenza indipendenti dwar it-taħriġ ulterjuri bil-ħsieb li jkun hemm garanzija li t-taħriġ ulterjuri jibda jsir sistematikament; |
|
72. |
Jenfasizza li l-kwalità għolja tat-taħriġ inizjali edukattiv u vokazzjonali li jkopri s-snajja' u l-professjonijiet kollha żżid l-opportunitajiet tal-impjiegi għaż-żgħażagħ u fl-istess ħin tiggarantixxi lil kull min hu fin-negozju provvista ta' ħaddiema kapaċi; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu korpi ta’ strumenti ta’ kontroll adegwati sabiex jiżguraw li jingħata din it-tip ta' edukazzjoni u taħriġ; |
|
73. |
Jappoġġa b'mod qawwi l-mira tal-UE li 40 % taż-żgħażagħ jispiċċaw l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti (jiġifieri edukazzjoni ogħla u vokazzjonali); |
|
74. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' strumenti ta' gwida għaż-żgħażagħ biex jgħinuhom fl-għażliet edukattivi u professjonali tagħhom mill-iskejjel primarji sa livelli ogħla ta' edukazzjoni u taħriġ sabiex jitħejjew aħjar għal tranżizzjoni bla intoppi lejn ħajja attiva; hu tal-fehma li għandhom jittieħdu miżuri biex jissaħħaħ ir-rwol tal-ambjent familjari u soċjali taż-żgħażagħ flimkien mal-iskola tagħhom biex jiggwidawhom fl-għażliet professjonali tagħhom u biex isibu xogħol; barra minn hekk, f’ħafna każijiet jinħtieġ ukoll appoġġ individwali u mmirat li jakkumpanja liż-żgħażagħ waqt l-għażla tal-professjoni tagħhom u d-dħul fil-ħajja tax-xogħol; |
|
75. |
Jistieden l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja jinkludu, skema ta' taħriġ imħallsa b'mod adegwat u ta' kwalità għolja fi programmi ta' studju, fejn meħtieġ, sabiex jippermettu liż-żgħażagħ iħejju lilhom infushom għall-ħajja tax-xogħol u speċjalment biex jitħallew ikollhom aċċess għal impjiegi li jeħtieġu kwalifiki ta' livell għoli; jinnota li dawn l-perjodi ta' prattika m'għandhomx jieħdu post impjiegi reali u għandhom joffru paga adegwata u protezzjoni soċjali u jenfasizza l-ħtieġa tar-rikonoxximent ta' dawn l-iskemi ta' taħriġ mis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki li jippromwovu r-reklutaġġ taż-żgħażagħ; |
|
76. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi fil-livell Ewropew li jirrikonoxxu l-perjodi ta' prattika bħala perjodu ta' impjieg għall-finijiet ta' sigurtà soċjali, kif diġà qed iseħħ f'xi Stati Membri; |
|
77. |
Jemmen li hu vitali li jiġu appoġġati l-inizjattivi tas-settur privat immirati lejn iż-żgħażagħ, bil-ħsieb li jiġi promoss il-ħolqien tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali; |
|
78. |
Jindika l-ħtieġa li l-istorja u l-kultura Ewropej jintużaw bħala għodda eċċellenti għall-intensifikazzjoni tal-integrazzjoni Ewropea; |
|
79. |
Jemmen li s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja jistgħu jgħinu biex itejbu l-possibilitajiet taż-żgħażagħ li jsibu xogħol sodisfaċenti, li konsegwentement għandu jżid il-kunfidenza tagħhom fil-ġejjieni, jagħti l-ispinta lill-kreattività tagħhom u b'hekk jikkontribwixxu għall-prosperità tas-soċjetà; |
|
80. |
Jirrikonoxxi r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tat-taħriġ u l-mobilità; hu tal-fehma li l-kompetenzi u l-esperjenza tagħhom għandhom jitqiesu kumplimentari għall-azzjoni tal-UE; jenfasizza li, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha, l-UE għandha tiżviluppa approċċ ta’ sħubija, l-aktar mal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
Is-sitwazzjoni ta' impjieg għaż-żgħażagħ
|
81. |
Jenfasizza li, għaż-żgħażagħ, is-sitwazzjoni tal-impjiegi tiddependi fuq il-politiki ekonomiċi ġenerali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jersqu lejn l-investimenti u l-ħolqien tal-impjiegi; jindika li l-miżuri ta’ awsterità, ngħidu aħna, bi tnaqqis fil-baġits tas-sistema edukattiva u f'dak għall-ħolqien tal-impjiegi, ma jgħinux liż-żgħażagħ u jistgħu potenzjalment jagħmlu ħsara lis-soċjetà u l-ekonomija fuq medda itwal ta’ żmien; |
|
82. |
jenfasizza li għandu jkun hemm rabta mill-qrib bejn l-inizjattivi emblematiċi li għandhom l-għan li jaffrontaw il-qgħad, bħalma huma l-inizjattivi “Żgħażagħ Attivi” u “Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda”; jemmen li s-sħab soċjali, ir-rappreżentanti kummerċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti fl-iżvilupp ta’ strateġija sostenibbli biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, fejn għandu jkun hemm rikonoxximent u ċertifikazzjoni formali u reċiproki, li jkopru l-UE kollha, tal-kompetenzi rikonoxxuti fil-kwalifiki formali u informali – f'konformità mas-sistema tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki tal-UE – u miksuba matul sitwazzjonijiet ta' tagħlim formali, mhux formali u informali; |
|
83. |
Jenfasizza li, bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-qgħad fost iż-żgħażagħ – li skont l-ILO mhux ikkawżat mil-livelli tad-dħul u tal-ispejjeż tax-xogħol mhux marbutin mas-salarji, mid-drittijiet tal-parteċipazzjoni u mill-istandards tas-sigurtà soċjali – sar sfida kbira mifruxa mal-UE kollha, u sal-lum għadu ma ġiex indirizzat biżżejjed mill-UE u mill-Istati Membri; jenfasizza li l-qgħad f’età żgħira jpoġġi lill-individwu f’riskju verament għoli tal-faqar fit-tul taż-żmien; jenfasizza l-bżonn ta' impjiegi ta' kwalità sabiex jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jaqgħu fil-kategorija ta' dawk li jibqgħu fqar minkejja li jaħdmu; |
|
84. |
Jenfasizza li l-kuntratti tax-xogħol u tat-taħriġ għandhom jipprovdu drittijiet soċjali għal kulħadd sa mill-ewwel jum tax-xogħol; jirrifjuta kwalunkwe proposta li titbiegħed minn dan il-prinċipju; jenfasizza li l-perijodi ta' preavviż dwar tmiem ta' impjieg m’għandhomx jitqassru, li l-arranġamenti stabbiliti fil-ftehimiet kollettivi u d-dispożizzjonijiet statutorji għandhom japplikaw l-istess bħal dawk ta' ħaddiema regolari, u li d-drittijiet parteċipatorji u l-libertà ta' assoċjazzjoni għandhom ikunu applikati bla restrizzjonijiet sa mill-ewwel jum tax-xogħol; |
|
85. |
Jitlob għal qafas tal-UE li jistabbilixxi d-drittijiet u l-arranġamenti ta' protezzjoni għal impjiegi atipiċi u prekarji waqt li jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
86. |
Jenfasizza li ż-żgħażagħ għandhom ikunu protetti mid-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, speċjalment minħabba l-età u l-esperjenza professjonali tagħhom, bis-saħħa tal-implimentazzjoni effikaċi tad-Direttiva 2000/78/KE; jistieden lill-Istati Membri kollha jiffurmaw strateġija nazzjonali biex jiġi affrontat il-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
|
87. |
Jenfasizza li t-tħassib ewlieni taż-żgħażagħ huwa li jkunu indipendenti u li jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u għal akkomodazzjoni diċenti bi prezz raġonevoli, filwaqt li jkunu jistgħu jitħarrġu, jaħdmu u jiżviluppaw lilhom infushom; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jneħħu d-diskriminazzjoni relatata mal-età rigward l-aċċess għal skemi ta' assistenza soċjali; |
|
88. |
Itenni l-importanza ta’ objettivi speċifiċi u verifikabbli assoċjati ma’ mezzi finanzjarji adegwati għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tal-linji gwida integrati biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ; jenfasizza, għalhekk, li l-Istati Membri fil-Programmi tar-Riforma Nazzjonali tagħhom għandhom jikkommettu ruħhom biex, sal-2014, iżidu b’10 % r-rata tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-25 sena u biex iżidu r-rata ta' impjieg taż-żgħażagħ (għal dawk li mhumiex fl-edukazzjoni) sa 75 % sal-2020; |
|
89. |
Jinnota li, peress li, sal-2020, madwar 35 % tal-impjiegi kollha li jsiru disponibbli se jkunu qed jitolbu kwalifiki għolja flimkien mal-ħila ta' adattabilità u innovazzjoni, għandhom isiru sforzi intensivi biex jiżdied il-proporzjon ta' persuni bejn it-30 u l-34 b'lawrija universitarja jew bi kwalifika ekwivalenti għal mill-inqas 40 %. |
|
90. |
Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-linji gwida integrati hija fir-responsabilità tal-Istati Membri, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tappoġġa u tikkontrolla l-azzjoni fuq livell nazzjonali permezz tal-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni (MMK); hu tal-fehma li l-gruppi fil-mira u l-indikaturi proposti fl-inizjattiva għandhom jiġu sorveljati mill-Kummissjoni u li l-progress għandu jitkejjel matul l-implimentazzjoni permezz ta’ indikaturi ċari; |
|
91. |
Hu tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jipprovdu l-informazzjoni, l-għażla u t-taħriġ kollu possibbli biex jgħinu liż-żgħażagħ iwettqu l-potenzjal tagħhom, iżda jemmen bil-qawwa li dan kollu l-aħjar jingħata minn nies li jaħdmu fuq il-post lokalment f’kull Stat Membru, |
|
92. |
Hu tal-fehma li għandhom jiġu żviluppati aktar is-servizzi ta’ gwida għall-karriera u għall-orjentament vokazzjonali ta’ kwalità; jenfasizza l-importanza li jiġu involuti s-sħab soċjali fit-tfassil, l-organizzazzjoni, il-forniment u l-iffinanzjar tagħhom sabiex jiġu assigurati r-relevanza u l-effikaċja tagħhom għas-suq tax-xogħol; |
|
93. |
Jenfasizza l-importanza, f'termini ta' responsabilità soċjali korporattiva, tal-għajnuna liż-żgħażagħ biex jagħżlu karrieri xierqa għalihom, billi jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol kemm nazzjonali kif ukoll Ewropew, u jindika li inizjattivi simili jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperjenzi prattiċi ta' xogħol; |
|
94. |
Hu tal-fehma li l-għażliet tax-xogħol għadhom ibbażati ħafna skont is-sessi, u li dan huwa komponent li jżid l-inugwaljanza tas-sessi; jenfasizza li dan għandu impatt fuq il-qgħad u l-faqar fost in-nisa; jenfasizza li għandha tispiċċa d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi; |
|
95. |
Jenfasizza li għandhom jittieħdu miżuri biex tkun ippreżentata stampa komprensiva ġenerali tal-mogħdijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u tal-karrieri li jistgħu jintgħażlu 'l quddiem, ngħidu aħna, bil-għajnuna ta' konsulenti speċjalizzati fl-ugwaljanza, u li għandu jsir tentattiv biex il-bniet, sa minn età ċkejkna, jibdew jinteressaw ruħhom u jiġu appoġġati, b'mod partikulari fl-għażla ta' suġġetti MINT (Matematika, l-Informatika, ix-Xjenzi Naturali, u t-Teknoloġija) u f'oqsma ta' importanza strateġika għal dak li għandu x'jaqsam mal-żvilupp professjonali, u għas-subien fil-professjonijiet soċjali, tat-tagħlim u tal-kura; |
|
96. |
Jenfasizza li, fid-dawl ta' nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa fil-ġejjieni, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi li jrawmu l-potenzjal tal-bniet u tan-nisa permezz ta', b'mod partikulari, programmi speċifiċi li jagħtu appoġġ u li jinkoraġġixxu t-tħejjija tal-bniet għal professjonijiet xjentifiċi u tekniċi; |
|
97. |
Jilqa’ r-rwol ikbar li qed jiżvolġi l-BEI biex jistabbilixxi programmi ta’ finanzjament għall-istudenti kif ukoll l-appoġġ li qed jagħti liż-żgħażagħ biex iwaqqfu n-negozji tagħhom; jemmen li l-BEI għandu jkabbar l-irwol tiegħu billi jinvesti b’mod selettiv fis-setturi ta' valur miżjud għoli fl-Istati Membri u l-aktar f’dawk l-impriżi li qed jagħmlu l-ikbar sforzi biex jimpjegaw liż-żgħażagħ waqt li jagħtuhom taħriġ ta’ kwalità għolja; |
|
98. |
Jenfasizza li ż-żgħażagħ li għandhom inqas ċansijiet biex jibdew il-ħajja, b'enfasi speċjali fuq il-grupp NEET (Barra mill-Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ), għandhom ikunu appoġġati jew saħansitra segwiti skont il-bżonnijiet individwali tagħhom, b'enfasu fuq it-tkabbir tal-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-aċċess tagħhom għal xogħlijiet ta' kwalità; |
|
99. |
Iqis li l-postijiet ta’ taħriġ b'xejn iffinanzjat pubblikament u sistema standardizzata ta' assistenza ta' taħriġ jistgħu jkunu strumenti effikaċi għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ li huma partikolarment żvantaġġati fis-suq tax-xogħol; |
|
100. |
Jenfasizza madankollu li l-integrazzjoni fl-ewwel suq tax-xogħol hija essenzjali u li kwalunkwe miżura ta’ integrazzjoni għandha timmira li tidħol fis-suq tax-xogħol regolari sa minn stadju bikri u jeħtieġ li jkun megħjun b’miżuri t’appoġġ li jiffokaw fuq il-bżonn tal-individwu; |
|
101. |
Jenfasizza d-diffikultajiet speċifiċi li jsibu żgħażagħ foqra biex jagħmlu esperjenza barra pajjiżhom minħabba limitazzjonijiet finanzjarji u lingwistiċi, u f’xi każijiet id-diskriminazzjoni tal-post minħabba d-distanza; hu konvint li l-appoġġ finanzjarju jrid jindirizza specjalment il-bżonnijiet ta’ dawk l-aktar żvantaġġati; |
|
102. |
Jenfasizza l-importanza li jinħolqu opportunitajiet ta' impjieg għaż-żgħażagħ b’diżabilità, billi jiġu stabbiliti programmi ta’ taħriġ adattati b'mod xieraq, u jiġu promossi iktar għajnuniet għar-reklutaġġ f’dan is-settur importanti tal-popolazzjoni żagħżugħa, fl-interess ta' aktar inklużjoni u kisba tal-potenzjal taż-żgħażagħ fis-soċjetà; |
|
103. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw il-kampanji tal-informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ għaż-żgħażagħ b’diżabilità, bħal, ngħidu aħna, il-proġett "Exchange Ability", żviluppat mill-Forum Ewropew għall-Persuni b’Diżabilità, u n-Netwerk għall-Istudenti tal-programm Erasmus; |
|
104. |
Jenfasizza li l-programm ta’ ħidma tal-2009-2012 tal-Eurofound jinkludi l-proġett speċifiku ‘Inklużjoni attiva għal żgħażagħ b’diżabilitajiet jew bi problemi ta’ saħħa’, u jindika r-rwol kruċjali taċ-ċentri ta’ taħriġ li joffru taħriġ dwar ħiliet soċjali u professjonali għal żgħażagħ b’diżabiltajiet u dawk li trabbew taħt kura istituzzjonali; jitlob l-appoġġ għall-iżvilupp u l-użu ta’ dawn iċ-ċentri ta’ taħriġ fejn meħtieġa; |
|
105. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri biex jikkjarifikaw għal kollox is-sitwazzjoni f'livell nazzjonali u Ewropew rigward iż-żgħażagħ li huma qiegħda u li mhux qed isegwu programmi edukattivi jew ta' taħriġ; jistieden lill-Kummissjoni tikkopera mal-Istati Membri biex jidentifikaw r-raġunijiet għall-marġinalizzazzjoni taż-żgħażagħ u jirrakkomandaw il-modi ta' kif jistgħu jerġgħu jintegrawhom, kif ukoll biex jittieħdu l-passi biex jirmedjaw il-problema bis-saħħa tal-kisba tal-objettivi relevanti matul l-għaxar snin li ġejjin, rigward l-impjegabilità u l-kompetittività tal-forza tax-xogħol Ewropea, u rigward it-tnaqqis fir-rati ta' dawk iż-żgħażagħ li jitilqu mill-iskola prematurament; |
|
106. |
Jenfasizza li l-apprendistati huma għajnuna xierqa biex iż-żgħażagħ jieħdu d-deċiżjoni t-tajba rigward il-karriera tagħhom f'kull stadju tal-proċess biex jintgħażel impjieg, u jisħaq fuq il-bżonn li jkunu fformulati standards minimi għal dawn il-perjodi ta' prattika, bħal, ngħidu aħna, id-drittijiet għal paga u dawk soċjali, inklużi l-arranġamenti tal-protezzjoni soċjali u s-sigurtà soċjali, sabiex titjieb il-kwalità tal-perjodi ta' prattika filwaqt li jkun żgurat il-valur edukattiv tagħhom; |
|
107. |
Itenni li l-perjodi ta' prattika m'għandhomx jieħdu post l-impjiegi reali u għandhom ikunu strettament limitati biż-żmien; jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti għal qafas ta' kwalità Ewropew legalment vinkolanti għall-perjodi ta' prattika għal kull forma ta' edukazzjoni u taħriġ sabiex jipprevjeni lil min ikun qed jagħmel perjodu ta' prattika milli jiġu sfruttati, u li l-Kummissjoni għandha tippreżenta pjan ta' azzjoni b'kalendarju inkluża d-deskrizzjoni ġenerali ta' kif dan il-qafas ta' kwalità se jkun qed jiġi implimentat; |
|
108. |
Jilqa’ l-inizjattiva 'L-ewwel impjieg EURES tiegħek' biex tippromwovi l-mobilità professjonali, li għandha tkun marbuta mill-qrib mal-'Monitoraġġ tal-Postijiet Vakanti Ewropej', sabiex il-ħaddiema u dawk li jħaddmu jingħataw stampa aktar komprensiva u trasparenti tas-suq tax-xogħol tal-UE, bil-għan li l-postijiet battala jimtlew minn persuni xierqa kemm jista’ jkun malajr; dan m’għandux iwassal, però, għal telf ta’ mħuħ minn ċerti partijiet tal-UE; |
|
109. |
Jenfasizza li l-miżuri attivi għas-suq tax-xogħol ikkoordinati mill-UE, bħalma huma l-programmi tax-xogħol għaż-żgħażagħ iffinanzjati mis-settur pubbliku, u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda, sostenibbli u tajbin - bir-remunerazzjoni kif suppost - u negozji ġodda, kif ukoll il-promozzjoni ta' kultura kummerċjali fl-iskejjel, inċentivi għal inizjattivi ġodda, l-assistenza teknika għal negozji ġodda, is-semplifikazzjoni amministrattiva li tkun tħaffef il-formalitajiet, in-netwerks tas-servizz lokali li jiffaċilitaw l-immaniġġjar, u l-kuntatti mal-universitajiet u maċ-ċentri tar-riċerka li jippromwovu l-innovazzjoni tal-prodotti u tal-proċessi, ir-rikonoxximent tax-xogħol volontarju bħala esperjenza professjonali u l-promozzjoni tal-intraprenditorijat huma elementi essenzjali biex ikun affrontat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex ikun appoġġat l-iżvilupp inklussiv; |
|
110. |
Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim u l-edukazzjoni mhux formali u informali u l-ħidma volontarja għall-iżvilupp taż-żgħażagħ; jenfasizza li l-kompetenzi miksuba mhux biss joffru liż-żgħażagħ opportunitajiet għad-dħul tagħhom fid-dinja tax-xogħol, iżda wkoll jgħinuhom jinvolvu ruħhom b’mod attiv fis-soċjetà u jerfgħu r-responsabilità ta’ ħajjithom; |
|
111. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-għan aħħari tal-inizjattiva Żgħażagħ Attivi mhuwiex biss li ttejjeb is-sistemi edukattivi Ewropej u żżid l-impjegabilità taż-żgħażagħ imma wkoll li toħloq ambjent soċjali fejn kull żagħżugħ ikun jista' jilħaq il-potenzjal u l-aspirazzjonijiet tiegħu; |
*
* *
|
112. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0166.
(3) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(4) ĠU C 135, 26.5.2010, p. 2 u p. 8.
(5) ĠU C 326, 3.12.2010. p. 9.
(6) KtR 292/2010
(7) SOC/395.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/89 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
It-tagħlim fl-ewwel snin tat-tfulija
P7_TA(2011)0231
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar it-Tagħlim fl-Ewwel Snin tat-Tfulija fl-Unjoni Ewropea (2010/2159(INI))
2012/C 377 E/10
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari l-Artikoli 3, 18 u 29 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Il-Kura u l-Edukazzjoni Bikrija tat-Tfal: Nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta’ għada” (COM(2011)0066), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament intitolata "L-effiċjenza u l-ekwità fis-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ Ewropej" (COM(2006)0481), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2010 dwar il-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-edukazzjoni ta’ tfal bi sfond ta’ migrazzjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (‘ET 2020’) (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-"Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil-21 ta’ Novembru 2008 dwar it-tħejjija taż-żgħażagħ għas-seklu 21: aġenda għall-koperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel’ (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar "Il-multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni" (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7–0099/2011), |
|
A. |
billi t-tagħlim fl-ewwel snin tat-tfulija jqiegħed il-pedamenti għat-tagħlim tul il-ħajja ta’ suċċess, li huwa importanti ferm biex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, |
|
B. |
billi t-tfal fl-ewwel snin tat-tfulija huma partikolarment kurjużi, riċettivi u lesti jitgħallmu, u billi, f'din l-età, jissawru ħiliet importanti bħall-kapaċità li dak li jkun jitkellem u jesprimi lilu nnifsu, kif ukoll il-ħiliet soċjali; billi ta’ din l-età jitpoġġew is-sisien għall-perkors skolastiku u vokazzjonali futur tat-tfal, |
|
C. |
billi, fl-UE kollha, l-edukazzjoni u l-kura fl-ewwel snin tat-tfulija jingħataw b'modi differenti, b'diversi definizzjonijiet ta’ ‧kwalità‧ li jiddependu ħafna mill-valuri kulturali tal-istati u r-reġjuni u mill-interpretazzjoni tagħhom ta’ 'tfulija', |
|
D. |
billi hemm rabta ċara bejn ambjent ta’ oriġini fqir u żvantaġġat u riżultati edukattivi baxxi, u billi ntwera li l-familji minn ambjent ta’ dan it-tip huma l-aktar li jgawdu minn aċċess għas-servizzi ta’ edukazzjoni u kura fl-ewwel snin tat-tfulija; billi l-probabilità li dawn il-gruppi żvantaġġati jfittxu aċċess għas-servizzi ta’ edukazzjoni u kura fl-ewwel snin tat-tfulija hi aktar baxxa minħabba kwistjonijiet ta’ disponibilità u ta’ affordabilità; |
|
E. |
billi hemm it-tendenza li l-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija jingħataw anqas attenzjoni u anqas investiment minn kull stadju ieħor tal-edukazzjoni, minkejja evidenza ċara li l-investiment fihom iħalli frott kbir, |
|
F. |
billi l-miri tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija spiss huma indirizzati żżejjed lejn il-ħtiġijiet is-suq tax-xogħol, u jiffukaw wisq fuq il-bżonn li jiżdied l-għadd ta’ nisa li jaħdmu u ftit wisq fuq il-ħtiġijiet u l-aħjar interessi tat-tfal, |
|
G. |
billi ħafna familji għandhom diffikultajiet kbar biex jirrikonċiljaw l-obbligi familjari mal-limitazzjonijiet tax-xogħol b'konnessjoni mat-tibdil attwali fis-suq tax-xogħol, bħat-tendenza li l-impjegati jiġu rikjesti jaħdmu ħinijiet atipiċi u flessibbli u ż-żieda ta’ impjiegi bla sigurtà, |
|
H. |
billi hemm rabta diretta bejn il-benesseri tal-ġenituri u tat-tfal u l-forniment ta’ servizzi fl-ewwel snin tat-tfulija, f'dak li għandu x'jaqsam kemm mal-kwantità, kif ukoll mal-kwalità tagħhom, |
|
I. |
billi tradizzjonalment il-kura tat-tfal tqieset bħala x-xogħol naturali tan-nisa, u dan wassal biex, fil-qasam tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, jaħdmu n-nisa b'mod predominanti, |
|
J. |
billi l-kwalifiki tal-persunal ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri u bejn tipi ta’ fornituri, u billi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri m'hemm l-ebda obbligu għall-fornituri tal-edukazzjoni preprimarja li jimpjegaw persunal bi kwalifiki speċifiċi, |
|
K. |
billi, fil-livell tal-UE, ftit li xejn saret riċerka dwar l-edukazzjoni tat-tfal żgħar li tista' tgħin fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politiki dwar il-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija fl-UE kollha, |
Approċċ li jiffoka fuq it-tfal
|
1. |
Jilqa' l-miri li ġejjin, stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona "biex tiġi pprovduta kura tat-tfal sal-2010 lil mill-inqas 90 % tat-tfal bejn it-3 snin u l-età tal-iskola obbligatorja u lil mill-inqas 33 % tat-tfal taħt l-età ta’ 3 snin"; isostni, madankollu, li l-Kunsill u l-Kummissjoni jridu jirrevedu u jaġġornaw dawn il-miri, billi jqiegħdu l-bżonnijiet u l-aħjar interessi tat-tfal fil-qofol tal-politiki tagħhom dwar il-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; |
|
2. |
Jirrikonoxxi l-fatt li l-istrateġija Ewropa 2020, li l-għan tagħha huwa li toħloq soċjetà inklużiva billi żżid l-impjiegi, tnaqqas ir-rata ta’ dawk li jitilqu mill-iskola prematurament u tnaqqas il-faqar, ma tistax titwettaq sakemm it-tfal kollha jingħataw bidu xieraq fil-ħajja; |
|
3. |
Jinnota li l-ewwel snin tat-tfulija huma kruċjali għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ konjittivi, sensorji u taċ-ċaqliq, l-iżvilupp tal-emozzjonijiet u dak personali u t-tagħlim tal-lingwi, u jqiegħdu wkoll il-pedamenti għat-tagħlim tul il-ħajja; jirrikonoxxi li l-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija jappoġġaw l-iżvilupp mentali u fiżiku b'saħħtu tat-tfal, u jippermettilhom isiru bnedmin aktar ekwilibrati; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Istati Membri jikkunsidraw li jintroduċu sena obbligatorja ta’ kindergarten qabel ma tibda l-iskola proprja; |
|
4. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-iżvilupp bikri ta’ stil ta’ ħajja li jiffavorixxi s-saħħa, bħal drawwiet nutrittivi tajbin u eżerċizzju xieraq u bbilanċjat, jista’ jkollu impatt profond fuq l-iżvilupp fiżiku u mentali u jkun element li jiddetermina b'mod fundamentali s-saħħa matul il-ħajja; iwissi kontra l-inklużjoni minn kmieni wisq tat-tfal f'attivitajiet sportivi intensivi, orjentati lejn ir-riżultati; |
|
5. |
Ifakkar fl-importanza ta’ kull tagħlim fi stadju bikri fil-ksib tal-għerf, partikolarment fir-rigward tat-tagħlim tal-lingwi, il-multilingwiżmu u d-diversità lingwistika; |
|
6. |
Jinkoraġġixxi l-introduzzjoni u ż-żamma ta’ mudelli pedagoġiċi innovattivi għat-tagħlim tal-lingwi, b’mod partikolari fil-crèches u l-kindergartens multilingwi li jissodisfaw l-objettiv stabbilit f’Barċellona fl-2002, li jinkludi t-tagħlim ta’ lingwi reġjonali, tal-minoranzi u tal-ġirien; |
|
7. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jiġu żviluppati u jittejbu l-istituzzjonijiet edukattivi (faċilitajiet għal wara l-iskola), li jieħdu ħsieb it-tfal wara l-ħinijiet normali tal-kindergartens; |
|
8. |
Jenfasizza li, minbarra l-edukazzjoni u l-kura, it-tfal kollha għandhom id-dritt li jistrieħu, jiddevertu u jilagħbu; |
Il-forniment universali tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija
|
9. |
Jinnota li skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009, l-iżvantaġġ edukattiv għandu jkun indirizzat billi jiġu pprovduti edukazzjoni ta’ kwalità għolja u appoġġ immirat fl-ewwel snin tat-tfulija, u billi tiġi promossa l-edukazzjoni inklużiva; |
|
10. |
Jirrikonoxxi l-fatt li, filwaqt li gruppi soċjali żvantaġġati jistgħu jgawdu minn għajnuna addizzjonali, il-forniment tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija idealment għandu jkun universali għall-ġenituri u għat-tfal kollha, irrispettivament mill-ambjent ta’ oriġini u mill-qagħda finanzjarja tagħhom; |
|
11. |
Jenfasizza li, meta jkun xieraq, it-tfal b'diżabilitajiet għandhom jieħdu sehem fis-servizzi ġenerali tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, u li, meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu offruti għajnuna speċjalizzata addizzjonali; |
|
12. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Persuni b’Diżabilitajiet mingħajr dewmien; |
|
13. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom jippermettu approċċi pluralistiċi fil-kuntest tal-kurrikulu preskolastiku u l-prattika relatata; |
Involviment mal-ġenituri
|
14. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-ommijiet u l-missirijiet it-tnejn huma sħab ugwali fil-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; jinnota li s-servizzi tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija għandhom ikunu għalkollox parteċipattivi, billi jinvolvu lill-persunal, lill-ġenituri u, meta jkun possibbli, lit-tfal infushom kollha; |
|
15. |
Jenfasizza li l-għoti ta’ perjodi ta’ liv tal-maternità u tal-paternità ta’ tul ta’ żmien biżżejjed u l-implimentazzjoni ta’ politiki tas-suq tax-xogħol effiċjenti u flessibbli huma komponenti essenzjali f'politika effikaċi dwar il-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; |
|
16. |
Jinkuraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu fi programmi ta’ edukazzjoni għall-ġenituri u, meta jkun xieraq, jipprovdu forom oħra ta’ assistenza, bħal servizzi ta’ żjarat id-dar, għall-ġenituri li jeħtieġu għajnuna addizzjonali; isostni, barra minn hekk, li l-ġenituri għandhom jingħataw aċċess b'xejn, b’limiti minimi baxxi u fuq il-post għal servizzi ta’ konsulenza fil-crèches; |
|
17. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-attivitajiet kulturali huma sors ta’ arrikkiment għat-tfal, jiffavorixxu d-djalogu bejn kulturi differenti u jiżviluppaw l-ispirtu ta’ ftuħ u tolleranza; ifakkar, f’dan ir-rigward, li hu importanti li timijiet ta’ professjonisti li jaħdmu mat-tfal u għalihom jorganizzaw attivitajiet interkulturali mat-tfal u l-ġenituri tagħhom; |
|
18. |
Jinnota li t-tfal ta’ ġenituri mingħajr status ta’ residenza legali għadhom mhux qed jingħataw aċċess għal tagħlim fl-ewwel snin tat-tfulija fl-Istati Membri kollha; |
|
19. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu lit-tfal ta’ persuni li qed jitolbu ażil, ta’ rifuġjati, ta’ persuni bi status ta’ protezzjoni sussidjarja jew ta’ persuni li jitħallew jibqgħu fil-pajjiż għal raġunijiet umanitarji aċċess għal edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, sabiex ma jitrażżnulhomx l-opportunitajiet tagħhom fil-ħajja ma sa mill-bidu nett; |
Integrazzjoni aħjar tas-servizzi
|
20. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jintegraw is-servizzi ta’ kura u edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, waqt li jipprovdu appoġġ għall-iżvilupp tagħhom u l-attivijiet relatati, kif ukoll koperazzjoni u koodinament aħjar bejn l-istituzzjonijiet u l-ministeri differenti li jaħdmu fuq il-politiki u l-programmi għall-ewwel snin tat-tfulija; |
|
21. |
Jitlob lill-Istati Membri jippermettu awtonomija suffiċjenti lis-servizzi ta’ kura u edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, sabiex dawn ikunu jistgħu jippreservaw l-uniċità u l-kreattività tagħhom fl-isforzi tagħhom li jsibu soluzzjonijiet għall-benessri tat-tfal; |
|
22. |
Jenfasizza l-importanza ta’ servizzi innovattivi għall-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, li jkollhom karattru lokali u li jgħaqqdu flimkien lill-membri tal-komunità mis-setturi tas-saħħa, soċjali, edukattivi, kulturali u oħrajn; |
|
23. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu u jiffinanzjaw, b’sinerġija mal-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet mhux għall-qligħ, miżuri u proġetti li joffru servizzi tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija lit-tfal minn gruppi soċjali żvantaġġati, filwaqt li jassiguraw il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tagħhom; |
|
24. |
Jirrikonoxxi li hemm bżonn li jitqiesu d-diversità tal-kundizzjonijiet varji tal-ħajja tal-familji u l-ħtiġijiet differenti li jimxu id f’id magħhom, u jistenna li jara l-forniment ta’ firxa varjata, flessibli u innovattiva ta’ kura u edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; |
|
25. |
Jitlob li jiġi żviluppat qafas Ewropew għas-servizzi ta’ kura u edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija li jirrispetta d-diversità kulturali tal-Istati Membri u jenfasizza l-objettivi u l-valuri kondiviżi; |
Benefiċċji ekonomiċi
|
26. |
Jenfasizza li fi klima ekonomika instabbli, m'għandniex nittraskuraw li ninvestu sostanzjalment fis-servizzi tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiddedikaw ir-riżorsi xierqa għas-servizzi ta’ kura u edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; |
|
27. |
Itenni li ntwera li l-investiment fil-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija jkollu benefiċċji ekonomiċi u soċjali aktar 'il quddiem, bħal aktar kontributi fiskali permezz ta’ forza tax-xogħol imsaħħa, kif ukoll anqas spejjeż relatati mas-saħħa fil-futur, iżgħar rati ta’ kriminalità u anqas każi ta’ mġiba antisoċjali; jenfasizza li l-prevenzjoni hija għodda aktar effikaċi, u aktar kost-effiċjenti, mill-intervent fi stadju aktar tard; |
|
28. |
Jagħraf li edukazzjoni ta’ kwalità fl-ewwel snin tista' tgħin biex tnaqqas ir-rata ta’ dawk li jitilqu prematurament mill-iskola, telimina l-iżvantaġġi edukattivi tat-tfal ġejjin minn grupp soċjali żvantaġġati u tnaqqas l-inugwaljanzi soċjali li jirriżultaw minnhom, li kollha kemm huma jolqtu lis-soċjetà bħala entità sħiħa; jinnota li ż-żgħażagħ minn gruppi soċjali vulnerabbli huma partikolarment f'riskju; |
|
29. |
Jenfasizza li s-servizzi ta’ kura u edukazzjoni ta’ kwalità għolja fl-ewwel snin tat-tfulija huma kumplementari, u mhux sostituti, għal sistema ta’ ħarsien soċjali b'saħħitha li tinkorpora firxa wiesgħa ta’ għodda kontra l-faqar; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-faqar soċjetali; |
Persunal u servizzi ta’ kwalità
|
30. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-perjodu preskolastiku hu l-aktar żmien importanti fl-iżvilupp emottiv u soċjali tat-tfal u li l-persunal li jaħdem mat-tfal preskolastiċi jrid għaldaqstant ikollu l-kwalifiki xierqa; jenfasizza li l-benesseri u s-sikurezza tat-tfal huma tal-ogħla importanza meta jkun qed jiġi rreklutat il-persunal; |
|
31. |
Jinnota li l-effetti pożittivi ta’ programmi ta’ intervent bikri jistgħu jinżammu fuq żmien twil biss jekk jiġu segwiti b’edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja; |
|
32. |
Jirrikonoxxi li l-aktar impatt notevoli fuq il-kwalità tas-servizzi ta’ kura u edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija jiġi meta, mat-tfal żgħar, ikun qed jaħdem persunal kwalifikat u imħarreġ sew, u għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri jgħollu l-istandards professjonali billi jintroduċu kwalifiki rikonoxxuti għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; jinnota li fatturi oħra, inkluż il-proporzjon bejn il-persunal u t-tfal, il-kobor tal-grupp u l-kontenut tal-kurrikulum, ukoll jistgħu jaffettwaw il-kwalità; |
|
33. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar konnessjonijiet u trasferimenti ta’ approċċi bejn l-edukaturi fil-qasam tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija u l-għalliema tal-iskejjel primarji, b’attenzjoni speċifika fuq il-kontinwità tal-metodi ta’ tagħlim; |
|
34. |
Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw mekkaniżmi biex jivvalutaw il-forniment tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija u jiżguraw li l-istandards ta’ kwalità jiġu sodisfatti, sabiex is-servizzi ta’ kura u edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija jiġu mtejba; |
|
35. |
Jitlob, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew dwar il-Kwalifiki, biex titqies il-kwalità tal-edukazzjoni u b'hekk ir-riżultati tat-tagħlim; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ kontinwu għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija sabiex iżidu u jaġġornaw il-kapaċitajiet speċifiċi tagħhom; |
|
36. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw li idealment il-persunal kwalifikat kollu għall-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija jitħallas salarju konformi ma’ dak tal-għalliema fl-iskejjel primarji; |
|
37. |
Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-problema tal-ġeneri fix-xogħol ta’ kura billi jimplimentaw politiki mfasslu biex jiżdiedu n-numri ta’ rġiel fil-korsijiet tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; |
Riċerka u skambju tal-aħjar prattiki
|
38. |
Jinnota li minkejja l-eżistenza ta’ ammonti vasti ta’ data empirika dwar it-tfal żgħar minn xi Stati Membri (miġbura, inter alia, min-National Association for the Education of Young Children, il-UNICEF, l-International Early Years Education Journal u l-OECD), xorta waħda għad hemm il-bżonn li nifhmu aħjar l-iżvilupp tat-tfulija fl-edukazzjoni fl-ewwel snin; jitlob, għalhekk, li jsiru investigazzjoni u riċerka ulterjuri, u skambju tar-riżultati fl-UE kollha, waqt li titqies id-diversità kulturali tal-Istati Membri; |
|
39. |
Jiddispjaċih li l-fondi strutturali tal-UE u skemi bħal Comenius, li jippermettu li l-edukaturi jieħdu sehem fi skambji għall-UE kollha, ma jintużawx biżżejjed; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għarfien ta’ skemi u fondi ta’ dan it-tip fost l-edukaturi tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; |
|
40. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippromwovi l-identifikazzjoni u l-iskambju tal-politiki u l-prattiki tajbin permezz tal-metodu miftuħ ta’ koordinament, kif imsemmi fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, u jirrakkomanda li l-Istati Membri jikkoperaw u jiskambjaw l-aħjar prattiki sabiex itejbu l-programmi eżistenti tal-kura u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija; |
*
* *
|
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.
(2) ĠU C 339, 14.12.2010, p. 1.
(3) ĠU C 135, 26.5.2010, p. 2.
(4) ĠU C 301, 11.12.2009, p. 5.
(5) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(6) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 20.
(7) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 12.
(8) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 59.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/95 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u l-Mawritanja
P7_TA(2011)0232
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd UE-Mawritanja
2012/C 377 E/11
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 208 u 218 TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1801/2006 tat-30 ta’ Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (1), |
|
— |
wara li kkunsidra ż-żjara tal-Kumitat għas-Sajd fil-Mawritanja f’Novembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija orali lill-Kummissjoni dwar negozjati rigward it-tiġdid tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (O-000038/2011 – B7-0018/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-protokoll attwali tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd (FSS) mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja jiskadi fil-31 ta’ Lulju 2012, u billi l-Kummissjoni Ewropea biħsiebha tibda negozjati għat-tiġdid tiegħu, li għalihom talbet mandat preskrittiv mill-Kunsill, |
|
B. |
billi l-FSS mal-Mawritanja ddispona kontribut finanzjarju ta' EUR 305 miljun fuq erba' snin u b'hekk dan il-ftehim internazzjonali għamlu importanti għall-Mawritanja peress li l-pagament u d-drittijiet għal-liċenzji tal-UE jikkostitwixxu madwar terz mid-dħul kollu tal-istat, |
|
C. |
billi s-settur tas-sajd tal-Mawritanja huwa estremament importanti għall-ekonomija tal-pajjiż, għax jirrappreżenta 10 % tal-PDG tal-pajjiż u bejn 35 % u 50 % tal-esportazzjonijiet tiegħu, kif ukoll jikkontribwixxi 29 % tad-dħul tal-baġit nazzjonali, |
|
D. |
billi l-Mawritanja hija wieħed fost l-ifqar pajjiżi fl-Afrika, ikklassifikat bħala Pajjiż Fqir b'Ħafna Dejn (HIPC) u finanzjarjament dipendenti mill-assistenza barranija, u kkaratterizzat minn instabbiltà politika konsiderevoli, |
|
E. |
billi l-kooperazzjoni trid tkun ibbażata fuq l-interess komuni u tieħu s-sura ta' inizjattivi u miżuri li, b'mod konġunt jew separatament, ikunu kumplementari u jiżguraw politiki konsistenti, |
|
F. |
billi, waqt iż-żjara riċenti tiegħu fil-Mawritanja, il-Kumitat għas-Sajd ma rnexxilux jiċċara diversi kwestjonijiet importanti relatati mal-politika tas-sajd fil-pajjiż, inkluż l-istatus tal-istokkijiet u l-livell tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-flotot tal-Mawritanja u oħrajn, |
|
G. |
billi, skont l-Artikoli 61 u 62 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, is-sajd għandu jiġi mmaniġġjat b'tali mod li “l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet li jinqabdu jinżammu jew jerġgħu jinġiebu fil-livelli li jistgħu jagħtu l-ogħla qabdiet sostenibbli, fil-qies ta' fatturi ambjentali u ekonomiċi relevanti”, |
|
H. |
billi l-FSS ikkontribwixxa għall-isfruttament żejjed ta' xi stokkijiet, partikularment il-qarnit, u għaldaqstant naqqas l-opportunitajiet tas-sajd għas-sajjieda tal-Mawritanja u ta vantaġġ kompetittiv lill-industrija tal-UE minħabba t-tariffi sussidjati għall-aċċess għall-bastimenti tal-UE, |
|
I. |
billi huwa essenzjali, meta jiġu negozjati l-opportunitajiet ta' sajd tal-protokoll il-ġdid, li jitqiesu r-relazzjonijiet tal-Mawritanja ma’ pajjiżi terzi li wkoll jistadu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tagħha permezz ta' ftehimiet bilaterali jew privati, |
|
J. |
billi l-Artikolu 218 TFUE jipprovdi dwar kundizzjonijiet ċari skont liema l-Parlament għandu jkun involut f'deċiżjonijiet dwar ftehimiet tas-sajd, u billi dawn jiġġustifikaw ix-xewqa tal-Parlament li jikkontribwixxi għall-proċess, filwaqt li jindika l-prijoritajiet tiegħu għal—protokolli l-ġodda li għandhom jiġu nnegozjati, |
|
K. |
billi l-Anness II tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea jirregola l-mogħdija ta' informazzjoni kunfidenzjali lill-Parlament u t-trattament ta' tali informazzjoni, kif definit fil-punt 1.2 tal-Anness II, mill-Kummissjoni b'konnessjoni mal-eżerċizzju tal-prerogattivi u l-kompetenzi tal-Parlament; billi ż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jaġixxu skont l-obbligi reċiproċi tagħhom ta' koperazzjoni sinċiera, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka sħiħa u b'ottemperanza mill-aktar stretta mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, |
|
L. |
billi, minħabba l-iżvilupp skars tas-settur tas-sajd fil-Mawritanja, inkluż in-nuqqas ta' portijiet sinifikanti għall-ħatt barra Nouadhibou, il-pajjiż huwa mċaħħad mill-valur miżjud li kien jikseb li kieku kien qed jisfrutta r-riżorsi tas-sajd tiegħu huwa stess (inklużi l-ipproċessar u l-bejgħ tal-ħut), |
|
M. |
billi l-linji ta' appoġġ li ġejjin għas-settur tas-sajd tal-Mawritanja ma ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti: il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-industrija tradizzjonali ta' skala żgħira tas-sajd ta' mal-kosta u tal-industriji relatati mas-sajd; l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-portijiet u kundizzjonijiet aħjar għall-ħatt tal-qabdiet; l-iżvilupp ta' proġetti tal-akkwakultura; u monitoraġġ u sorveljanza mtejba fuq il-baħar, |
|
1. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jinfetħu n-negozjati għat-tiġdid tal-protokoll bejn l-UE u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja, filwaqt li jissottolinja li għandu jinżamm biss jekk ikun ta' benefiċċju reċiproku, aġġustat kif jixraq u implimentat b'mod korrett; |
|
2. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tiddaħħal klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
3. |
Jinsisti li kwalunkwe u kull aċċess negozjat għall-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ibħra tal-Mawritanja għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' stokkijiet żejda, kif deskritt fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar; jenfasizza, b'mod partikolari, li għandu jkun hemm valutazzjoni rigoruża tal-istokkijiet kollha li qed ikun imfittex aċċess għalihom jew li aktarx jinqabdu mill-flott tal-UE bħala qbid inċidentali; jisħaq li kull aċċess mogħti lill-UE għandu jkun marbut ma’ dawk ir-riżorsi li ma jkunux jistgħu jinqabdu mill-flotta tal-Mawritanja; jisħaq li, jekk kemm-il darba jkun neċessarju tnaqqis fl-isforzi, dawk il-flotot ta' pajjiżi terzi (UE u oħrajn) li jikkawżaw l-akbar danni ambjentali għandhom ikunu l-ewwel li jagħmlu tali tnaqqis; |
|
4. |
Jinsisti fuq ir-riċeviment ta' dejta affidabbli dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-qabdiet minn pajjiżi terzi fl-ibħra tal-Mawritanja biex tkun possibbli l-identifikazzjoni ta' kull riżorsa li tkun f'eċċess; jemmen li, fil-każ ta' dawk l-istokkijiet kondiviżi ma’ Stati oħrajn tal-Afrika tal-Punent, il-livell ta' aċċess għas-sajd fil-Mawritanja għandu jkun negozjat bil-qies dovut għal-livelli ta' sajd fl-istati l-oħrajn; |
|
5. |
Jinnota bi tħassib mhux żgħir li l-valutazzjoni ex-post ikkonkludiet li l-parti l-kbira tal-istokkijiet fil-Mawritanja kienu jew sfruttati għalkollox jew saħansitra sfruttati żżejjed, u rrakkomandat tnaqqis fl-isforz tas-sajd għal dawk l-istokkijiet; jemmen li l-Kumitat Xjentifiku Konġunt għandhom jingħatawlu riżorsi biżżejjed ħalli jkun jista' jagħmel xogħlu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddiskuti mal-Mawritanja l-iżvilupp tal-pjanijiet fit-tul għall-ġestjoni tas-sajd li jkunu jinkludu l-allokazzjonijiet kollha tas-sajd mill-awtoritajiet tal-Mawritanja, kemm lill-flotot nazzjonali tagħhom kemm lill-flotot ta' pajjiżi terzi, inkluża l-eliminazzjoni ta' kull sovrakapaċità tal-flotot; |
|
6. |
Jemmen li l-informazzjoni xjentifika relevanti kollha, inklużi r-rapporti tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt, id-dejta dwar il-qabdiet mill-flotot tal-UE u l-informazzjoni dwar il-kundanni għall-infrazzjonijiet, għandhom jingħaddu lill-Parlament u jkunu fid-dominju pubbliku; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet tal-Mawritanja jagħtu garanzija dwar l-interpretazzjoni tagħhom tal-miżuri ta' kontroll; itenni, b'mod partikolari, li l-bastimenti tal-UE huma mgħammrin b'sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), u li dan għandu jkun l-istrument użat għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni tagħhom; jissottolinja li d-dipendenza fuq l-istima viżiva approssimattiva tad-distanza mill-kosta għandha tkun projbita, billi ntwera li mhijiex affidabbli u wasslet għal inċertezza ġuridika għall-flotta; jisħaq li kull sistema alternattiva għandha tkun bi qbil reċiproku bil-quddiem; jemmen li s-sinjali tal-pożizzjoni għandhom jiġu trażmessi direttament lill-awtoritajiet tal-Mawritanja f'ħin reali; jemmen ukoll li l-protokoll għandu jippreskrivi li jekk is-sistema VMS ta' bastiment ma tibqax taħdem, il-bastiment għandu jara li s-sistema tissewwa fi żmien ġimagħtejn, inkella l-awtorizzazzjoni tiegħu li jistad tkun sospiża sa ma jitlestew it-tiswijiet; |
|
8. |
Ifisser it-tħassib tiegħu dwar il-proċeduri għat-tlugħ abbord il-bastimenti tal-UE mill-awtoritajiet tal-Mawritanja, li hi problema rikorrenti; iqiegħed f'dubju l-ottemperenza tal-awtoritajiet tal-Mawritanju mal-Kapitolu VI tal-Anness II tal-protokoll, b'mod partikolari l-paragrafu 3 tiegħu, li għandu x'jaqsam mal-proċeduri tat-tlugħ abbord tal-bastimenti; |
|
9. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinnegozja simultanjament l-opportunitajiet ta' sajd għal kategoriji differenti ta' bastimenti u l-miżuri tekniċi li għandhom jiġu applikati f'kull każ, ħalli jiġu evitati utlizzazzjoni mhux suffiċjenti u sitwazzjonijiet fejn is-sajd jispiċċa jkun impossibbli minħabba f'miżuri tekniċi, li jwasslu għal telf sostanzjali fid-dħul; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd skont l-FSS jissodisfaw l-istess kriterji ta' sostenibilità bħall-attivitajiet ta' sajd fl-ibħra tal-UE, inklużi dawk marbutin mas-selettività; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu mal-Mawritanja bil-għan li l-pajjiż jiġi megħjun jiżviluppa aktar politika responsabbli dwar is-sajd li tissodisfa kemm ir-rekwiżiti tal-konservazzjoni kif ukoll l-objettiv tal-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tar-riżorsi tas-sajd; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-FAO ikun irrispettat, speċjalment fir-rigward tar-rakkomandazzjoni li jingħata aċċess preferenzjali lis-sajjieda tradizzjonali għar-riżorsi fl-ibħra tal-Mawritanja; |
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Mawritanja tirratifika l-istrumenti internazzjonali relevanti dwar is-sajd, bħall-Ftehim dwar l-Istati Portwali u l-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut; |
|
12. |
Jemmen li l-ftehimiet tas-sajd bejn l-UE u pajjiżi terzi għandhom jiġu preċeduti minn dibattitu wiesa' fil-pajjiżi kkonċernati, li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-parlamenti nazzjonali, għall-promozzjoni ta' aktar demokrazija u trasparenza: |
|
13. |
Jemmen li l-flus imħallsa bħala kumpens għall-aċċess għall-istokkijiet tal-ħut fl-ibħra tal-Mawritanja għandhom jiġu separati b'mod ċar mill-appoġġ finanzjarju għall-programm settorjali mutliannwali għas-sajd fil-Mawritanja, b'tali mod li kwalunkwe tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd m'għandux iwassal għal tnaqqis fil-ħlasijiet tal-UE skont il-programm mutliannwali; |
|
14. |
Jemmen ukoll li l-appoġġ finanzjarju għall-programm multiannwali għas-sajd tal-Mawritanja jeħtieġlu jkun konformi mal-ħtiġijiet tal-pajjiż għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, b'mod partikulari l-ġestjoni (ir-riċerka, il-kontroll, il-mekkaniżmi għall-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, l-infrastrutturi, eċċ.), kif espressi fil-qafas ta' kooperazzjoni u żvilupp bejn l-UE u l-Mawritanja; isostni li l-appoġġ finanzjarju skont l-FSS għandu jappoġġa u jtejjeb l-objettivi tal-UE dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, bil-għan li l-obbligu legali tal-UE skont l-Artikolu 208 TFUE li tiżgura koerenza tal-politki għall-iżvilupp; |
|
15. |
Iqis li jeħtieġ li titwettaq evalwazzjoni komprensiva u dettaljata tar-raġunijiet għala ma ntlaħqux b'mod adegwat l-objettivi rigward il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u d-diversi linji ta' appoġġ għas-settur tas-sajd fil-Mawritanja; jenfasizza li din l-evalwazzjoni jeħtiġilha tinvolvi l-awtoritajiet tal-Mawritanja; |
|
16. |
Jemmen li l-FSS jeħtieġlu jinkludi mekkaniżmi adegwati ta' sorveljanza biex jiżguraw li l-fondi allokati għall-iżvilupp, u b'mod partikoalri għat-titjib tal-infrastruttura fis-settur tas-sajd, jintużaw sewwa; |
|
17. |
Jilqa' r-rieda tal-Kumitat Konsultattiv Reġjonali għad-Distanzi Twal li s-sidien tal-bastimenti jħallsu sehem ġust għall-valur tal-qabda; |
|
18. |
Jirrikonoxxi l-investimenti sinifikanti li kemm l-UE kemm ċerti Stati Membri għamlu u segwew fil-Mawritanja, imma jitlob li jsiru sforzi akbar sew mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri għall-ilħiq ta' koordinament akbar tal-kontibuzzjonijiet finanzjarji tagħhom, ħalli jkun hemm kooperazzjoni reali fil-ikuntest tal-żvilupp tal-Mawritanja u tkun evitata duplikazzjoni mhux koordinata; |
|
19. |
Jemmen li, kif previst fl-Artikolu 6(3) tal-protokoll attwali, l-UE għandha tappoġġa l-kostruzzjoni l-aktar rapida possibbli ta' faċilitajiet adegwati għall-ħatt tal-qabdiet matul il-kosta ċentrali u tan-Nofsinhar tal-Mawritanja, ikluż – imma mhux biss – Nouakchott, ħalli l-ħut li jinqabad fl-ilmijiet tal-Mawritanja jkun jista' jinħatt l-art f'portijiet nazzjonali u mhux barra l-pajjiż, kif spiss jiġri llum; jemmen li dan għandu jkattar il-konsum tal-ħut lokali u jappoġġa l-impjiegi lokali; |
|
20. |
Huwa tal-fehma li dan it-titjib, ikkombinat mat-tneħħija tal-bastimenti mgħarrqa u l-mmodernizzazzjoni tal-port ewlieni ta' Nouadhibou, għandu jippermetti li l-flotta tal-UE topera aktar effikaċement, jiffaċilita l-influssi ta' investiment u jkabbar l-impatt tal-FSS fuq l-ekonomija lokali; |
|
21. |
Jissottolinja l-ħtieġa li l-Parlament ikun imdaħħal għalkollox kemm fil-proċess ta' negozjati kemm fil-monitoraġġ fit-tul tal-funzjonament tal-Protokoll il-ġdid ħalli jottempera ruħu mal-obbligi tiegħu skont it-TFUE rigward l-għoti sħiħ u f'waqtu tal-informazzjoni lill-Parlament; ifakkar fil-konvinzjoni tiegħu li l-Parlament għandu jkun irrappreżentat fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ikkontemplat fil-ftehimiet tas-sajd u jinsisti li s-soċjetà ċivili, inklużi r-rappreżentanti kemm tal-UE kemm tas-settur tas-sajd tal-Mawritanja, għandha wkoll tieħu sehem f'dawn il-laqgħat; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Parlament valutazzjoni ex-post tal-protokoll attwali bħala dokument mhux klassifikat, b'tali mod li l-Membri tiegħu jkunu jistgħu jagħmlu ġudizzju infurmat fuq jekk l-objettivi definiti f'dan il-ftehim intlaħqux jew le u, għalhekk, jekk għandhomx jagħtu l-kunsens tagħhom għat-tiġdid tal-protokoll; |
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Mawritanja. |
(1) ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/99 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Akkwist pubbliku
P7_TA(2011)0233
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-aċċess ugwali għas-swieq tas-settur pubbliku fl-UE u f'pajjiżi terzi u dwar ir-reviżjoni tal-qafas legali tal-akkwist pubbliku inklużi l-konċessjonijet
2012/C 377 E/12
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u d-Direttivi 89/665/KEE, 92/13/KEE u 2007/66/KE rigward il-proċeduri ta’ rieżami dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, mill-Professur Mario Monti, bit-titlu ‘Strateġija ġdida għas-Suq Uniku – għas-servizz tal-Ekonomija u s-Soċjetà Ewropea’, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titlu ‘Lejn Att dwar is-Suq Uniku – Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna’ (COM(2010)0608), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku - ‘Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti’ (COM (2011)0015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi suq tal-akkwist pubbliku li jopera tajjeb hu ta’ importanza essenzjali sabiex jissaħħaħ is-Suq Uniku, tkun stimolata l-innovazzjoni, jitrawmu t-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività, ikun promoss livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali, tal-klima u tad-drittijiet soċjali fl-UE u jinkiseb valur ottimali għall-awtoritajiet pubbliċi, ċ-ċittadini u dawk li jħallsu t-taxxi, |
|
B. |
billi speċjalment fil-perspettiva tas-superament tal-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-ħarsien kontra kull kriżi futura, l-akkwist pubbliku huwa ta’ rilevanza kruċjali, billi jservi ta’ katalist għar-rivitalizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE u għaldaqstant għall-impjiegi u l-benessri fl-UE, |
|
C. |
billi proċess sod u maħsub tajjeb ta’ titjib tal-qafas legali għall-akkwist pubbliku hu ta’ importanza vitali għall-benessri taċ-ċittadini tal-UE, għall-konsumaturi tal-UE u għan-negozji tal-UE, għall-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali u għaldaqstant għall-approvazzjoni tal-UE bħala entità, |
|
D. |
billi f'dak li għandu x'jaqsam ma’ kwantità ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tar-rieżami tal-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, għandhom jitqiesu l-prijoritajiet differenti f'termini ta’ urġenza kif ukoll ta’ rabta tematika, minħabba żviluppi politiċi li għaddejjin bħalissa fuq livell Ewropew u internazzjonali, |
|
E. |
billi sett estensiv ta’ mistoqsijiet fi ħdan il-qafas tradizzjonali tal-akkwist pubbliku u l-kwistjoni marbuta mill-qrib mal-konċessjonijiet jeħtieġu valutazzjoni koerenti bbażata fuq konsultazzjoni konsistenti mal-partijiet ikkonċernati, |
|
F. |
billi l-kwistjoni speċifika tas-salvagwardja tat-trattament ugwali u l-kompetizzjoni ġusta fis-swieq tal-akkwist pubbliku fl-UE u f'pajjiżi terzi teħtieġ b'mod urġenti aktar attenzjoni politika, speċjalment fid-dawl tal-problemi attwali marbuta mal-aċċess għas-swieq tas-settur pubbliku f'pajjiżi terzi, il-progress kajman fin-negozjati dwar ir-rieżami tal-ftehim dwar il-kuntratti pubbliċi (GPA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u r-riluttanza ċara ta’ bosta pajjiżi terzi li jingħaqdu mal-GPA, |
|
1. |
Jirreferi għall-kummenti tiegħu li jinsabu fir-riżoluzzjoni tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwist pubbliku, u speċjalment fil-paragrafu 46 ta’ din ir-riżoluzzjoni li fiha jintqal li, waqt li jargumenta bis-saħħa kontra miżuri protezzjonisti fil-qasam tal-akkwist pubbliku fuq livell globali, jemmen bil-qawwa fil-prinċipju ta’ reċiproċità, benefiċċju reċiproku u proporzjonalità f'dak il-qasam; u jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi dettaljata tal-benefiċċji potenzjali u l-problemi assoċjati bl-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet proporzjonali u mmirati dwar aċċess għal partijiet tas-swieq tal-akkwist tal-UE, kif ukoll valutazzjoni tal-impatt li tanalizza meta tista' tintuża u valutazzjoni tal-bażi legali li strument bħal dan għandu jadotta għal dawk is-sħab kummerċjali li jibbenefikaw minn ftuħ tas-suq tal-UE iżda li ma urew ebda intenzjoni li jiftħu s-swieq tagħhom għall-kumpaniji tal-UE, filwaqt li jkompli jħeġġeġ is-sħab tal-UE biex joffru arranġamenti għal aċċess tas-suq reċiproku u proporzjonali għall-kumpaniji Ewropej qabel ma jkun propost kwalunkwe test ieħor fil-qasam tal-akkwist pibbliku; |
|
2. |
Hu tal-opinjoni li l-ispirtu ta’ reċiproċità pożittiva u trasparenza fil-fatt se jiżgura ftuħ akbar tas-swieq tal-akkwist pubbliku u jevita miżuri protezzjonistiċi bl-użu tal-għodda eżistenti kollha disponibbli; |
|
3. |
Jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni tipprovdi d-data dwar il-livell ta’ ftuħ tal-akkwist pubbliku u tiggarantixxi r-reċiproċità mal-pajjiżi industrijalizzati u mal-ekonomiji emerġenti ewlenin l-oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni tistudja modi ġodda kif ittejjeb l-aċċess tal-impriżi Ewropej għas-swieq tal-akkwist pubbliku barra mill-UE, bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ parità kemm għall-impriżi Ewropej kif ukoll għal dawk barranin li jikkompetu fl-aġġudikazzjoni tal-appalti pubbliċi; jipproponi, f'termini aktar ġenerali, li l-ftehimiet kummerċjali futuri nnegozjati mill-Unjoni għandhom jinkludu kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli, ispirat mill-prinċipji tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji kif definit mill-aġġornament tal-2010 tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali; |
|
4. |
Konvint li sabiex ikunu evitati miżuri protezzjonisti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi tal-esportaturi tal-UE anki f'oqsma differenti mis-swieq tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni għandha tfittex li tindividwa miżuri adegwati li ma jippermettux kontromiżuri nazzjonali jew Komunitarji ġenerali, iżda li dawn ikunu bbażati fuq għodda xierqa fil-qasam tal-akkwist pubbliku; |
|
5. |
F'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi assoċjati ma’ offerti straordinarjament baxxi u biex jiġu proposti soluzzjonijiet xierqa; |
|
6. |
Jirrakomanda lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu tagħrif bikri u suffiċjenti lill-offerenti l-oħra f'każ ta’ offerti baxxi mhux normali, sabiex ikun jistgħu jevalwaw jekk hemmx bażi għal ftuħ ta’ proċedura ta’ rieżami; |
|
7. |
Iqis bħala bżonn urġenti li l-UE tikseb koerenza akbar bejn il-politika komuni tal-kummerċ estern tal-UE u l-prattiki fi Stati Membri li jaċċettaw offerti eċċezzjonalment baxxi ta’ kumpaniji minn pajjiżi li mhumiex firmatarji tal-GPA, bi żvantaġġ għall-kumpaniji tal-UE u standards tax-xogħol, soċjali u ambjentali eżistenti fl-Istati Membri tal-UE; |
|
8. |
Minħabba l-mistoqsija 114 tal-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbbliku li titlob għal klassifikazzjoni fl-importanza u għall-prijoritajiet ewlenin fost il-bosta kwistjonijiet imqajma fil-Green Paper, l-isostni importanza li jinkisbu soluzzjonijiet effikaċi dwar il-bżonn ta’ aċċess tas-suq ġust, miftuħ u bilanċjat minkejja l-indirizzar fil-ħin ta’ kwistjonijiet urġenti, bħas-semplifikazzjoni u l-kjarifika tar-regoli, it-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-appalti pubbliċi, il-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-akkwist pubbliku u sussegwentement il-kunsiderazzjoni ta’ aspetti oħrajn tar-rieżami tal-akkwist pubbliku fir-rigward tal-konċessjonijiet; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex qabel kollox tindirizza l-kwistjoni tas-semplifikazzjoni tar-regoli, il-kisba ta’ aċċess bilanċjat tajjeb għas-swieq tas-settur pubbliku, titjieb tal-aċċess għall-SMEs, u biex wara twettaq rieżami tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, sabiex tippermetti għal involviment validu meħtieġ tal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, iżda anki taċ-ċittadini u n-negozji, bil-għan li jinkiseb ir-rikonoxximent meħtieġ ta’ dawn il-kwistjonijiet importanti kollha marbuta mas-Suq Uniku, li huma ferm rilevanti għall-benessri ġenerali tal-UE; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u l-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0173.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/101 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Kriżi fis-settur Ewropew tas-sajd minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt
P7_TA(2011)0234
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kriżi fis-settur Ewropew tas-sajd minħabba ż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt
2012/C 377 E/13
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-enerġija hija fattur sinifikattiv tal-kost tal-operazzjonijiet fil-qasam tas-sajd, u billi l-kost tas-sajd huwa dipendenti ħafna mill-prezz taż-żejt, |
|
B. |
billi ż-żieda riċenti fil-prezzijiet taż-żejt affettwat il-vijabilità ekonomika tas-settur tas-sajd u hija l-kawża tal-inkwiet ta’ ħafna sajjieda dwar kif se jibbilanċjaw dawn l-ispejjeż addizzjonali, billi ż-żieda fil-prezz taż-żejt taffettwa direttament id-dħul tas-sajjieda, |
|
C. |
billi minħabba li d-dħul u s-salarji tal-ħaddiema li jaħdmu fl-industrija tas-sajd huma insikuri b’riżultat ta’ bosta fatturi, bħalma hija n-natura irregolari tas-sajd, l-approċċi tal-kummerċjalizzazzjoni użati, u l-mod li bih jiġi stabbilit il-prezz tal-ewwel bejgħ, li jfisser li ċerti forom ta’ għajnuniet nazzjonali u Komunitarji jeħtieġ jinżammu, |
|
D. |
billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika qed ikollha impatt fuq is-setturi industrijali u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), b’mod partikolari, u qed tipperikola l-attività u l-impjiegi fis-settur primarju u dak sekondarju, |
|
E. |
billi l-Kummissjoni addottat miżuri ta’ emerġenza temporanji fl-imgħoddi ħalli jintegħlbu d-diffikultajiet li jħabbat wiċċu magħhom is-settur tas-sajd u dan filwaqt li kienu qed jogħlew il-prezzijiet tal-fjuwil, |
|
F. |
billi l-prezz tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura huwa stabbilit mill-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda u li, minħabba d-dipendenza għolja tal-Unjoni Ewropea mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (60 %), biex tiżgura l-provvisti għas-suq intern tagħha, il-produtturi ftit li xejn għandhom influwenza fuq il-livell tal-prezz tal-prodotti tas-sajd, |
|
G. |
billi l-Kummissjoni tawtorizza lill-Istati Membri jagħtu għajnuna de minimis, sa massimu ta’ EUR 30 000 fuq perijodu ta’ tliet snin u għal kull benefiċjarju, lill-impriżi tal-akkwakultura, |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli li bosta sajjieda Ewropej qed iħabbtu wiċċhom magħha, u li ġiet aggravata miż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil; ifisser is-sostenn tiegħu għas-sajjieda tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu l-miżuri xierqa ħalli jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri ta’ emerġenza ħalli tkun imtaffija s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli li s-sajjieda Ewropej jinsabu fiha, billi jitqiesu wkoll id-diffikultajiet finanzjarji li bosta pajjiżi qed ikollhom jiffaċċjaw; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tgħolli l-massimu tal-għajnuna de minimis minn EUR 30 000 għal EUR 60 000 għal kull azjenda għal perijodu tranżitorju ta’ tliet snin, u fl-istess waqt tiżgura li s-sostenibilità ambjentali u soċjali ma jkunux imminati u li ma jkunx hemm distorsjoni fil-konkorrenza bejn l-Istati Membri; |
|
4. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jsir użu sħiħ mill-possibiltajiet u l-marġni finanzjarji kollha disponibbli fi ħdan il-qafas tal-baġit tal-Komunità għas-sajd sabiex jiġu ffinanzjati miżuri ta’ appoġġ straordinarji għall-industrija, li jgħinuha tegħleb id-diffikultajiet li rriżultaw miż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil sakemm jiġu implimetati tipi oħrajn ta’ miżuri; |
|
5. |
Jitlob għall-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi għat-titjib tal-prezz tal-ewwel bejgħ u l-promozzjoni ta’ distribuzzjoni ġusta u xierqa tal-valur miżjud fil-katina tal-valur fis-settur tas-sajd, billi jogħlew il-prezzijiet imħallsin fl-istadju tal-produzzjoni u jinżammu baxxi kemm jista' jkun il-prezzijiet għall-konsumaturi finali; |
|
6. |
Jinsisti li l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) għandu jissokta jagħtu l-għajnuna għat-titjib tas-selettività tat-tagħmir tas-sajd u għar-rimpjazzament tal-magni minħabba s-sikurezza, il-protezzjoni ambjentali u/jew l-ekonomija tal-fjuwil - fuq kollox għas-sajjieda tradizzjonali u ta’ max-xtut li jaħdmu fuq skala żgħira; jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan għat-terminu medju u fit-tul immirat lejn it-titjib tal-effiċjenza tal-fjuwil fil-qasam tas-sajd (inkluża l-akkwakultura): barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fil-proposti li ġejjin dwar ir-riforma tas-PKS u, b’mod partikolari, fil-proposta tagħha għal regolament dwar ir-riforma tal-FES, miżuri adegwati għat-titjib tal-effiċjenza tal-fjuwil fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura; |
|
7. |
Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi pjan ta’ azzjoni għar-reġjuni tax-xtut u l-gżejjer li għandhom settur tas-sajd attiv; |
|
8. |
Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi, b’mod urġenti, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, investiment f’teknoloġiji ġodda sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd, kif ukoll biex titnaqqas id-dipendenza tas-sajjieda fuq il-fjuwils fossili, |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti ta’ l-Istati Membri. |
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/102 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Rieżami tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
P7_TA(2011)0235
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
2012/C 377 E/14
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2011 bit-titolu 'Reviżjoni tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa’ (COM(2011)0078), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar l-Att tan-Negozji Żgħar (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2011 dwar aspetti prattiċi rigward ir-reviżjoni tal-istrumenti tal-UE biex jappoġġjaw lill-SMEs fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar Politika Industrijali għall-Era Globalizzata (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115 u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi t-23 miljun intrapriża żgħira u ta’ daqs medju fl-UE (SMEs), li jirrappreżentaw madwar 99 % tal-intrapriżi kollha u li jipprovdu iktar minn 100 miljun impjieg, jagħtu kontribut fundamentali għat-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-ħolqien tal-impjiegi, huma sors ewlieni ta’ innovazzjoni, jiżvolġu rwol vitali għaż-żamma u ż-żieda tal-impjiegi, u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali tal-inizjattivi ewlenin tal-istrateġija UE 2020, |
|
B. |
billi l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) huwa bbażat fuq numru ta’ pilastri tal-politika importanti, bħall-aċċess għall-finanzi, aċċess għas-swieq (suq uniku, swieq internazzjonali, akkwist pubbliku) u regolamentazzjoni aħjar; billi l-progress bejn l-Istati Membri fit-teħid ta’ passi konkreti biex itejbu l-ambjent tan-negozju għall-SMEs huwa varjabbli u ta’ sikwit marġinali minkejja l-impenn politiku ddikjarat għall-prinċipji tal-SBA, |
|
C. |
billi l-SMEs għadhom jiffaċċjaw problemi sinifikanti biex jestendu l-attivitajiet tagħhom, itejbu l-kapaċità tagħhom għall-innovazzjoni u għall-aċċess tas-swieq, li l-kawżi tagħhom huma primarjament id-diffikultajiet li jkollhom biex jiksbu finanzjament kif ukoll il-piżijiet amministrattivi persistenti, li għandhom jitnaqqsu iktar, |
|
D. |
billi l-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) kien ta’ suċċess, bil-100 000 SME parteċipanti jibbenefikaw mill-programm, b’iktar mistennija jibbenefikaw sal-aħħar tat-terminu tiegħu fl-2013, |
Implimentazzjoni tal-SBA
|
1. |
Jilqa’ r-reviżjoni tal-SBA mill-Kummissjoni u jesprimi appoġġ għall-proposti l-ġodda ffukati fuq it-titjib ulterjuri tal-aċċess għall-finanzi, it-titjib tal-aċċess għas-suq u t-tkomplija tat-tnaqqis tal-burokratizzazzjoni permezz ta’ governanza u monitoraġġ imsaħħa u permezz ta’ regolamentazzjoni intelliġenti u miżuri bħall-analiżi tal-prestazzjoni tal-SMEs; |
|
2. |
Jilqa’, barra minn hekk, l-adozzjoni b’suċċess ta’ kważi kull proposta leġiżlattiva taħt l-Att; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jadottaw mingħajr dewmien l-aħħar proposta li fadal relattiva għall-Istatut għal Kumpanija Privata Ewropea, li jippermetti lill-SMEs jagħmlu l-kummerċ madwar l-UE filwaqt li jnaqqsu l-ispejjeż, u jħeġġeġ it-tkabbir f'dan il-qasam, jippromwovi t-tnaqqis ta’ 25 % tal-piż amministrattiv indikat fl-SBA, jikkontribwixxi għall-effettività tal-Att dwar is-Suq Uniku, jopponi kwalunkwe politika ekonomika protezzjonista tal-Istati Membri u jistimula n-negozju; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw bil-ħeffa d-Direttiva riveduta dwar il-Ħlasijiet Tard sabiex jiġġieldu b’mod effettiv il-ħlasijiet tard u l-effetti negattivi tagħhom b’mod partikolari fuq l-SMEs; f'dan ir-rigward jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex timplimenta l-proġett pilota approvat b’appoġġ għall-SMEs fit-twaqqif ta’ sistemi effiċjenti tal-ġestjoni tal-kreditu, li jiffaċilitaw l-irkupru transkonfinali tad-djun; |
|
4. |
Jirrimarka li l-livell ta’ implimentazzjoni tal-miżuri previsti fl-SBA jvarja minn Stat Membru għall-ieħor; għal dan il-għan, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-sforzi tagħhom f'dan ir-rigward u biex jieħdu impenji konkreti fil-Kunsill tal-Kompettitività li jmiss; |
|
5. |
Iqis li l-monitoraġġ regolari tal-Kummissjoni għandu jiżgura li l-implimentazzjoni titwettaq b'mod sistematiku u komprensiv; jemmen li l-Kummissjoni għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha strumenti aktar effettivi biex tinkoraġġixxi l-Istati Membri jimplimentaw il-prinċipji tal-SBA u jitlobha tirrapporta kull sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-SBA kemm fil-livell Ewropew u kemm f’dak ta’ Stati Membri; |
|
6. |
Jilqa’ l-ħatra mill-Kummissjoni ta’ Mibgħut għall-SMEs, u jappoġġja l-mandat tiegħu biex jimmonitorja l-progress tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-SBA u jippromwovi l-interessi tal-SMEs fil-Kummissjoni kollha, u b’hekk jiżgura b’mod partikolari l-applikazzjoni effetiva tal-prinċipju "Aħseb Żgħir l-Ewwel"; jistieden lill-Istati Membri sabiex jaħtru mibgħuta nazzjonali għall-SMEs sabiex jikkoordinaw il-politiki għall-SMEs u jikkontrollaw l-implimentazzjoni tal-SBA fost l-amministrazzjonijiet differenti; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-perspettiva tar-rwol trasversali tal-politika għall-SMEs u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-politika, tinnomina Deputati Diretturi-Ġenerali għall-kwestjonijiet rilevanti għall-SMEs fid-DĠ rilevanti (bħad-DĠ Riċerka, Ambjent, Suq Intern, Impjiegi, Kummerċ) li jikkollaboraw mill-qrib mal-Mibgħut għall-SMEs; |
|
8. |
Huwa mħsaseb li t-test tal-SMEs, skont il-Kummissjoni, ma kienx applikat b'mod xieraq u konsistenti fil-proposti leġiżlattivi l-ġodda kollha, partikolarment fil-livell nazzjonali; għalhekk jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiżguraw li kull leġiżlazzjoni ġdida tiġi evalwata f'termini tal-impatt potenzjali tagħha fuq l-SMEs u li t-test tal-SMEs ikun applikat regolarment bħala parti mill-valutazzjonijiet tal-impatt; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-istandards u r-rekwiżiti minimi, ibbażati fuq l-aħjar prattika, għat-test tal-SMEs sabiex ikunu applikati fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; |
|
9. |
Jenfasizza li l-istudji tal-impatt, inkluż it-test tal-SMEs, għandhom isiru b’mod kompletament indipendenti u dejjem għandhom ikunu bbażati fuq analiżi oġġettiva u raġunata tal-effetti potenzjali; iqis għalhekk li l-membri tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt għandhom jiġu maħtura mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni, u m’għadhomx jibqgħu suġġetti għall-istruzzjonijiet tal-President tal-Kummissjoni; jissuġġerixxi li l-Mibgħut għall-SMEs ikun membru permanenti tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt biex jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tat-test tal-SMEs; |
Regolamentazzjoni intelliġenti
|
10. |
Iwissi kontra t-tkomplija tal-burokrazija u l-piżijiet amministrattivi li huma sors prinċipali ta’ xkiel għall-SMEs; jilqa’ l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-Istati Membri għandhom jevitaw iż-żidiet mhux meħtieġa (‘gold-plating’) billi jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE meta jittrasponu d-Direttivi fil-liġi nazzjonali; huwa tal-opinjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw tabelli ta’ korrelazzjoni meta jittrasponu d-direttivi Ewropej fil-liġijiet nazzjonali, b’hekk juru biċ-ċar liema parti tal-proposta hija bbażata fuq il-liġi Ewropea u liema parti ġejja mil-leġiżlazzjoni nazzjonali addizzjonali; |
|
11. |
Jenfasizza l-importanza tal-gvern elettroniku u l-prinċipju ta’ ‘darba biss’, li skontu l-awtoritajiet tal-Istat Membri m'għandhomx jidduplikaw it-talbiet għall-informazzjoni; |
|
12. |
Jilqa’ l-isforz li għamlet mill-ġdid il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha biex tħeġġeġ it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fuq l-SMEs fil-livell nazzjonali peress li mhux l-Istati Membri kollha introduċew, jew qed jilħqu, miri nazzjonali għal dan it-tnaqqis; jistieden impenn politiku aktar b'saħħtu mill-Istati Membri biex jistabilixxu dawn il-miri, u biex jinfurzawhom; |
|
13. |
Jenfasizza li l-piż amministrattiv huwa relattivament ogħla iktar ma jkun żgħir id-daqs tal-kumpanija u għalhekk jitlob li ssir differenzazzjoni bejn in-negozji mikro, żgħar u medji; jisħaq li l-mikronegozji (< 10 impjegati) jikkostitwixxu 91.8 % tan-negozji kollha tal-UE u għalhekk ħaqqhom iktar attenzjoni u approċċ imfassal speċifikament għalihom; |
Aċċess għall-finanzi
|
14. |
Jenfasizza li strateġija ta’ suċċess biex trawwem SMEs innovattivi m'għandhiex tkun ibbażata fuq l-offerta ta’ aktar sussidji iżda fuq il-ħolqien ta’ ambjent tan-negozju fejn l-SMEs ikollhom aktar libertà reali, stimolanti, eċċitanti, bi prezz baxx, effikaċi, ħolistika u komprensiva u aċċess aħjar għall-forom kollha ta’ strumenti ta’ fondi u finanzjament, bħal għotjiet, garanziji u finanzjament ta’ ishma; jinnota li ċertu livell ta’ falliment huwa inerenti fl-innovazzjoni, u għalhekk jenfasizza l-importanza ta’ finanzjament ta’ ‘ċans ieħor’ għall-imprendituri tal-SMEs falluti li ma jkunux ħatja ta’ frodi; |
|
15. |
Jitlob b’mod partikolari titjib fl-aċċess għall-appoġġ finanzjarju għall-istadji inizjali ta’ innovazzjoni fil-forma ta’ fondi għall-bidu, fondi għall-bidu minn investituri privati u iktar finanzjament ta’ ishma u ta’ kważi-ishma għall-appoġġ ta’ kumpaniji ġodda u kumpaniji innovattivi żgħar, fil-livelli tal-UE, reġjonali u lokali; jenfasizza l-ħtieġa fir-rigward ta’ dawn l-aspetti li jitwaqqaf Fond ta’ Kapital ta’ Riskju; jikkunsidra li l-Unjoni għandha twessa’ l-prodotti permanenti għall-kondiviżjoni tar-riskji offruti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) permezz tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF); jenfasizza r-rwol importanti li l-BEI jista' jkollu, b'mod partikolari billi jkattar programmi, bħall-JASMINE u l-JEREMIE, li jistgħu jipprovdu appoġġ sostenibbli biex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-SMEs; |
|
16. |
Iqis li, sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti l-ġodda Basel III dwar il-banek ma jkollhom ebda impatt fuq il-finanzjament tagħhom għall-SMEs, għandha tingħata attenzjoni speċifika lil test komprensiv għall-SMEs bħala parti mill-evalwazzjoni tal-impatt għar-regolament CRD IV li qed jitħejja bħalissa, u għall-identifikazzjoni ta’ miżuri biex ikun żgurat li l-banek ikomplu jwettqu l-funzjoni soċjetarja tagħhom li jiffinanzjaw l-ekonomija reali u li jsir iktar enfasi fuq livell tal-UE fuq il-provvediment ta’ skemi ta’ garanzija bħala metodu ta’ finanzjament alternattiv; |
|
17. |
Jilqa’ f’dan ir-rigward, il-fatt li l-BEI fada EUR 1 biljun biex jiġu investiti f'ismha f’ismu mill-Fond Ewropew tal-Investiment bħala Faċilità Mezzanina għat-Tkabbir permezz ta’ fondi ta’ investiment bil-mira ta’ SMEs madwar l-Ewropa li qed jikbru, u huma innovattivi u kompetittivi; jitlob, għaldaqstant, żieda ulterjuri fil-fondi għal dawn l-istrumenti finanzjarji, ladarba dawn jgħinu fil-promozzjoni tal-innovazzjoni li hija l-bażi għall-kompetittività Ewropea; |
|
18. |
Jappoġġa bis-sħiħ is-CIP u s-suċċess bil-provi tiegħu u jwissi dwar l-impatt possibbli fuq l-effiċjenza u l-flessibilità tiegħu jekk l-istruttura tiegħu tinbidel wara l-amalgamazzjoni potenzjali tiegħu fil-programm ta’ riċerka futur tal-UE; jitlob li s-CIP jibqa’ programm indipendenti u ewlieni għall-SMEs; linja speċifika tal-baġit tal-SBA għandha tkun implimentata fil-programm CIP futur biex tiffinanzja prijoritajiet speċifiċi tal-SBA; |
|
19. |
Jiddispjaċih li sa tmiem l-2009 biss 75 % tal-ammont totali ta’ EUR 21 biljun f’appoġġ finanzjarju tqiegħed kompletament għad-dispożizzjoni – permezz ta’ banek intermedjarji – għal biss 50 000 SME minn 23 miljun; għalhekk, jitlob li jittieħdu miżuri biex jagħmlu l-mekkaniżmu ta’ ħlas, speċjalment is-sistema ta’ bank intermedjarju, aktar trasparenti, aċċessibbli u effiċjenti biex ikun evitat li jibda jkun hemm defiċits u biex tkun tista’ tintlaħaq il-mira tas-self tal-ammont sħiħ ta’ EUR 30 biljun lill-SMEs bejn l-2008 u l-2011; |
Aċċess għas-swieq
|
20. |
Jilqa’ l-adozzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku, ibbażat fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew, f'konformità mar-rapport Monti; jilqa’ miżuri leġiżlattivi partikolari li jippermettu lill-SMEs biex jaħsdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku, bħar-regoli Ewropej għal fondi kapitali ta’ riskju, bażi fiskali korporattiva komuni u konsolidata (CCCTB), regoli riveduti tal-VAT u s-simplifikazzjoni tad-Direttivi tal-Kontabilità; iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jimpenja ruħu bis-sod għall-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku, b'mod partikolari l-adozzjoni ta’ miżuri prijoritarji tiegħu sal-aħħar tal-2012; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkunsidraw bir-reqqa l-interessi tal-SMEs għall-miżuri kollha matul dan il-proċess; |
|
21. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ u tespandi r-rwol tan-Netwerk tal-Ewropa għall-Intrapriżi (EEN) sabiex tgħin u tappoġġa negozji żgħar fl-isforzi kollha marbuta mal-isfruttar aktar effiċjenti tal-opportunitajiet offruti mis-suq uniku; |
|
22. |
Iqis li d-djalogu bejn l-SMEs u x-xerrejja pubbliċi għandu jissaħħaħ bil-ħsieb li tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti; f'dan is-sens, jissuġġerixxi li jkunu esplorati modi kif l-SMEs jistgħu jkunu mgħejjuna jiffurmaw sħubijiet u konsorzji u biex jibbidjaw b'mod konġunt fis-sejħiet għall-offerti pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-impatt u biex teżamina l-limiti massimi għall-akkwist pubbliku tal-UE, mossa li tippermetti lill-SMEs jipparteċipaw f’kuntratti li inkella jkunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi u għalhekk ma jkunux jistgħu jirbħuhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif tista’ ttejjeb il-pubblikazzjoni tan-notifiki kollha dwar l-akkwist pubbliku madwar l-Ewropa u biex telimina l-piż amministrattiv li ma jħallix lill-kumpaniji Ewropej jipparteċipaw fl-akkwist pubbliku transkonfinali; jistieden lill-Istati Membri biex japplikaw b’mod aktar sistematiku l-‘Kodiċi Ewropew ta’ Prassi Tajba li tiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għal kuntratti pubbliċi’; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-proposti li jmiss għall-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni, biex tiżgura li l-interessi tal-SMEs ikunu rappreżentati b'mod xieraq fil-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej u biex l-istandards isiru aktar aċċessibbli għall-SMEs; |
|
24. |
Jenfasizza l-irwol ta’ inizjattivi bħall-Iskema ta’ Riċerka għall-Innovazzjoni tan-Negozji ż-Żgħar (SBRI) fl-għajnuna lill-korpi tas-settur pubbliku biex jixtru r-riċerka u l-iżvilupp mingħand negozji żgħar bil-ħsieb li jistabbilixxu soluzzjonijiet għall-bżonnijiet pubbliċi filwaqt li jrawmu l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi innovattivi; |
Appoġġ għall-SMEs
|
25. |
Itenni t-talba preċedenti tiegħu għall-istabbiliment ta’ punti nazzjonali ta’ informazzjoni li tingħata personalment jew b’mod elettroniku u aġenziji ta’ appoġġ għall-SMEs skont il-prinċipju ta’ ‘punt uniku ta’ servizz’, li joffru aċċess għal sorsi varji ta’ informazzjoni u servizzi ta’ appoġġ, strutturati skont iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ negozju; |
|
26. |
Iqis li n-negozji ż-żgħar għandhom ikunu megħjjuna biex tiżdied l-abilità tagħhom li jikkompetu fis-swieq internazzjonali billi: tissaħħaħ l-abilità tagħhom li jesportaw; tinxtered l-informazzjoni dwar programmi u inizjattivi li jiffaċilitaw aċċess għas-suq internazzjonali u l-penetrazzjoni ta’ oġġetti u servizzi offruti mill-SMEs; ikun żgurat li l-interessi ta’ negozji żgħar ikunu rrappreżentati b'mod xieraq fin-negozjati kummerċjali bilaterali u multilaterali; |
|
27. |
Jappoġġa l-Inizjattiva tal-Kummissjoni ‘Ċans Ieħor’ għall-SMEs, li se tkun inkluża fil-qafas tal-Ġimgħa Ewropea għall-SMEs; |
Ir-riċerka u l-innovazzjoni
|
28. |
Jitlob li jsiru sforzi kontinwi għas-simplifikazzjoni ta’ finanzjament għal riċerka, żvilupp u innovazzjoni (R&D&I) u l-ġestjoni xierqa tal-programmi, b'mod partikolari għall-benefiċċju tal-SMEs u kif deskritt fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar ‘is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka’ u tas-16 ta’ Frar 2011 dwar ‘l-aspetti prattiċi rigward ir-reviżjoni tal-istrumenti tal-UE maħsuba biex jingħata appoġġ finanzjarju għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss’; |
|
29. |
Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi regoli amministrattivi u finanzjarji eħfef għall-SMEs kif ukoll bħala sett ta’ strumenti simplifikati biex isaħħu l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni tagħhom matul iċ-ċiklu sħiħ tal-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni mhux teknoloġika, fil-kuntest tal-qafas ta’ finanzjament futur għar-Riċerka futura u l-Innovazzjoni u, b'mod partikolari, programmi suċċessuri tal-FP7 u s-CIP; ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-importanza li tagħti appoġġ lokali lill-SMEs, pereżempju, permezz tal-involviment ta’ ċentri ta’ innovazzjoni, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet tan-negozju u raggruppamenti ta’ innovazzjoni; |
|
30. |
Jitlob l-adozzjoni ta’ privattiva Ewropea waħdanija u l-iżvilupp ulterjuri u l-koordinazzjoni Ewropea ta’ strumenti u programmi (bħal vawċers ta’ innovazzjoni) li jippromwovu l-kapaċità ta’ ġestjoni tal-innovazzjoni tal-SMEs, l-aċċess tagħhom għal servizzi ta’ riċerka u innovazzjoni u servizzi oħra għan-negozju msejsa fuq l-għarfien (mudelli għan-negozju, valutazzjoni tar-riskju, eċċ); jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għall-aħjar prattiki tal-Istati Membri inkwantu ċentri ta’ trasferiment tat-teknoloġija bbażati fl-universitajiet li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għar-riċerka u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummisjoni biex tevalwa l-fattibilità tal-ħolqien ta’ fond Ewropew għall-privattivi biex jiffaċilita dan it-trasferiment ta’ teknoloġija bejn iċ-ċentri ta’ riċerka u n-negozji, b'mod partikolari l-SMEs innovattivi; |
|
31. |
Iqis b’dispjaċir il-fatt li ftit mill-SMEs innovattivi tagħna jikbru f’kumpaniji kbar li jinvolvu għadd kbir ta’ persuni; jinnota li hemm ukoll anqas kumpaniji innovattivi żgħar u intensivi fir-Riċerka u l-Iżvilupp fl-Istati Uniti u li nuqqasijiet serji f’termini ta’ innovazzjoni u ħiliet elettroniċi iwaqqfu lill-SMEs milli jadottaw mudelli kummerċjali intelliġenti u innovattivi u teknoloġiji ġodda; |
|
32. |
Jistieden lill-gvernijiet nazzjonali jikkunsidraw inċentivi fiskali għall-intrapriżi ġodda żgħar u innovattivi għall-ewwel snin ta’ operazzjoni tagħhom; |
Ħiliet, edukazzjoni u taħriġ professjonali
|
33. |
Jiddispjaċih li l-SBA ma jagħtix biżżejjed attenzjoni għall-kwistjonijiet soċjali u tas-suq tax-xogħol li jaffettwaw l-intraprenditorija u l-kapaċitajiet tal-SMEs li jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom biex iħaddmu u jimpjegaw ħaddiema bil-ħiliet xierqa; |
|
34. |
Jirrikonoxxi li t-tkabbir u l-innovazzjoni jingħataw l-ikbar spinta mill-SMEs intraprenditorjali; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni akbar lit-trawwim tal-iżvilupp ta’ mentalità intraprenditorjali fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, billi jintużaw metodi innovattivi bħal kumpaniji fuq skala żgħira ta’ veru fl-edukazzjoni sekondarja; jenfasizza kemm hu importnati li jkun appoġġat l-iżvilupp tal-ħiliet maniġerjali u diġitali li n-negozji ż-żgħar jeħtieġu biex ikollhom suċċess fl-ambjent attwali tas-suq; |
|
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jippromwovu inizjattivi li jappoġġjaw identifikazzjoni u tbassir aħjar tal-ħiliet li l-SMEs jiġu bżonn, b'mod partikolari biex dawn ikunu jistgħu joperaw b'mod aktar sostenibbli, u jiżviluppaw strateġiji għall-edukazzjoni intraprenditorjali u t-taħriġ professjonali bbażati fuq l-aħjar prattiki mill-Istati Membri; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel permanenti l-programm ‘programmi Erasmus għall-intraprendituri żgħażagħ’ b'baġit suffiċjenti, fuq il-bażi tar-riżultati inkoraġġanti ħafna tal-azzjoni preparatorja avolja dan għadu qed jopera biss fuq skala limitata; |
Effiċjenza fir-riżorsi
|
37. |
Jilqa’ r-rikonoxximent mill-Kummissjoni li l-SMEs għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fit-tranżizzjoni għal ekonomija effiċjenti fir-riżorsi; jemmen li r-realizzazzjoni tal-objettivi tal-effiċjenza fir-riżorsi teħtieġ approċċ mibni fuq katina ta’ valuri; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tistabbilixxi proġetti u attivitajiet ikkoordinati mill-SMEs settorjali bl-għan li jiġu identifikati innovazzjonijiet potenzjali effiċjenti fir-riżorsi fil-qafas tal-ktajjen ta’ valur u ta’ forniment; |
|
38. |
Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-addozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni; jitlob li jittieħdu miżuri ambizzjużi ta’ appoġġ għall-SMEs fl-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet ekoinnovattivi fl-istadji kollha tal-katina tal-valur, inkluż it-tfassil; jemmen li huwa meħtieġ li jiżdiedu l-fondi għal inizjattivi f'dan il-qasam, pereżempju, permezz tas-CIP futur, iżda wkoll permezz tal-użu mmirat tal-Fondi Strutturali; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta darbtejn fis-sena dwar il-progress tal-Istati Membri fit-trawwim tal-ekoinnovazzjoni min-naħa tal-SMEs; |
|
39. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija tal-SMEs, la biss sa 24 % tal-SMEs illum huma attivament involuti f’azzjonijiet biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom; jenfasizza li l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija li jkunu kosteffettivi jgħinu lill-SMEs inaqqsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom u jżidu l-kapaċità tagħhom li jinvestu flushom mill-ġdid; jemmen li hemm ħtieġa qawwija tal-promozzjoni tat-titjib tal-kultura ta’ ‘kontenut baxx ta’ karbonju’ min-naħa ta’ intraprendituri żgħar u medji; jenfasizza li filwaqt li hemm mill-inqas konsulent finanzjarju wieħed disponibbli għal kull SME, ftit hemm esperti li jipprovdu pariri lill-SMEs dwar l-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija; |
|
40. |
Jinnota l-kummerċ illegali li qiegħed jikber fl-Istati Membri kollha fi prodotti foloz u ppiratati importati minn pajjiżi terzi li qegħdin jheddu l-kompetittività tal-SMEs Ewropej; |
*
* *
|
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 48.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0057.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0093.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/108 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Unjoni tal-Innovazzjoni: Inbiddlu l-Ewropa għad-dinja wara l-kriżi
P7_TA(2011)0236
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar Unjoni tal-Innovazzjoni: Inbiddlu l-Ewropa għad-dinja wara l-kriżi (2010/2245(INI))
2012/C 377 E/15
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 bit-titolu ‘Ewropa 2020 Inizzjattiva Ewlenija: Unjoni tal-Innovazzjoni’ (COM(2010)0546), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 179(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li skont it-termini tiegħu ‘(1) l-Unjoni għandu jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta' riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġixxi l-iżvilupp tal-kompetittività tagħha u tal-industrija tagħha, kif ukoll li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka li huma meqjusa meħtieġa għal Kapitoli oħra tat-Trattati’, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni fl-inizjattiva ewlenija Unjoni ta' Innovazzjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu ‘Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bit-titolu ‘Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza – Inizzjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020’ (COM(2011)0021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2010 bl-isem “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011 bit-titolu ‧Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050‧ (COM(2011)0112), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar politika industrijali għall-era globalizzata (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-politika Komunitarja għall-innovazzjoni f’dinja li qed tinbidel (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Programmi Qafas tar-Riċerka (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011 dwar l-innovazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-3049 laqgħa tal-Kunsill għall-Kompetittività tal-25 u s-26 ta’ Novembru 2010, dwar Unjoni tal-Innovazzjoni għall-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-3035 laqgħa tal-Kunsill għall-Kompetittività tat-12 ta' Ottubru 2010 dwar ‧nagħmlu l-programmi ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni tal-UE aktar attraenti: l-isfida tas-simplifikazzjoni’, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2010 bit-titolu ‧Politika Industrijali Integrata għall-Era Globalizzata: Il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali’ (COM(2010)0614), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 bit-titolu ‘Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020’ (COM(2010)0553), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2009 bit-titolu ‘Tħejjija għall-ġejjieni tagħna: Żvilupp ta' strateġija komuni għal teknoloġiji abilitanti essenzjali fl-UE” (COM(2009)0512), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2009 bit-titolu ‘Strateġija għar-R&D u l-Innovazzjoni fil-qasam tal-ICT fl-Ewropa: Ngħollu l-mira’ (COM(2009)0116), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu ‧L-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi‧, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2011 bit-titolu ‘Reviżjoni tal-Att Ewropew għan-Negozji ż-Żgħar’ (COM(2011)0078), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2007 bit-titolu ‘Informazzjoni xjentifika fl-era diġitali: aċċess, disseminazzjoni u preservazzjoni’ (COM(2007)0056, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ‧Nippromwovu Mudelli ta’ Negozju Innovattivi b’Benefiċċji Ambjentali‧ ta’ Novembru 2008 li tħejja f’isem il-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0162/2011), |
|
A. |
billi, skont l-Artikolu 179(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni għandha tinkuraġġixxi l-impriżi, inklużi l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, ċ-ċentri ta' riċerka u l-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku ta' kwalità għolja; għandha tappoġġa l-isforzi tagħħom biex jikkooperaw ma' xulxin, notevolment billi tippermetti li r-riċerkaturi jikkooperaw liberament b'mod transkonfinali u billi tgħin lill-impriżi sabiex jisfruttaw il-potenzjal tas-suq intern, b'mod partikolari permezz tal-ftuħ ta' kuntratti pubbliċi nazzjonali, id-definizjoni ta' livelli komuni u t-tneħħija ta' xkiel legali u fiskali għal dik il-kooperazzjoni,' |
|
B. |
billi l-aċċellerazzjoni tar-riċerka u tal-innovazzjoni mhijiex biss essenzjali biex jinkiseb mudell ekonomiku sostenibbli u kompettittiv u jiġu żgurati l-impjiegi għall-futur, iżda tiġġenera wkoll soluzzjonijiet għall-isfidi l-kbar komuni soċjetali li qed taffaċċa s-soċjetà Ewropea, b'mod partikolari:
|
|
C. |
billi sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni jeħtieġ li:
|
|
D. |
billi r-rieda li jittieħdu riskji hija prerekwiżit neċessarja għal innovazzjoni b'suċċess, |
|
E. |
billi sabiex tinżamm il-kompetittività Ewropea hi meħtieġa bidla fil-kultura sabiex jittejjeb l-intraprenditorjat u l-potenzjal għall-innovazzjoni Ewropew; billi jeħtieġ li jsiru bidliet sabiex jitfaħħar it-teħid tar-riskju u jittejbu l-kundizzjonijiet għal intraprendituri u intrapriżi innovattivi għadhom fil-bidu, |
|
F. |
billi mil-lat tal-kuntest ekonomiku globali l-Unjoni Ewropea trid tieħu qagħda offensiva u tadotta pożizzjoni soda minn ta’ quddiem nett fil-kompetittività, l-UE għandha għalhekk tinvesti fi splużjoni ta’ innovazzjoni, |
|
G. |
billi l-Ewropa teħtieġ sistema moderna, affordabbli u li taħdem sew ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex tiġi promossa l-innovazzjoni u tissaħħaħ l-kompetittività tagħha, |
|
H. |
billi l-IPRs jikkostitwixxu prerekwiżit ewlieni għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bi proporzjon kbir ta' kapital, |
|
I. |
billi l-akbar opportunità biex tissaħħaħ l-innovazzjoni fl-Ewropa fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija l-ħolqien tal-privattiva tal-UE, |
|
J. |
billi sistema moderna ta' trademarks tal-Unjoni hija essenzjali sabiex jitħarsu l-valuri rrappreżentati minn investimenti li jsiru minn kumpaniji Ewropej fid-diżinn, il-ħolqien u l-innovazzjoni, |
|
K. |
billi l-allokazzjoni ta' 3 % tal-PGD tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp sal-2020 jista' joħloq 3,7 miljun impjieg u l-PGD jista' jiżdied b'madwar EUR 800 miljun sal-2025, |
|
L. |
billi 30 % biss tar-riċerkaturi Ewropej huma nisa u 13 % biss tal-kapijiet tal-istutuzzjonijiet ta' riċerka huma nisa, |
Approċċ integrat u interdixxiplinarju
|
1. |
Jilqa' l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni, li s'issa kien l-aktar tentattiv sinifikattiv u konkret biex tiġi introdotta politika Ewropea tal-innovazzjoni li tkun integrata, strateġika u orjentata lejn in-negozju, ħalli tissupplementa l-isforzi tal-istati membri, li permezz tagħha l-innovazzjoni tkun immexxija u l-progress ikun osservat fuq l-ogħla livell politiku, li s-suċċess tagħha madankollu jiddependi mill-kooperazzjoni sħiħa tal-Istati Membri, inkluż permezz tal-appoġġ finanzjarju tagħhom u l-konsolidazzjoni fiskali intelliġenti, bil-għoti ta' prijorità għall-infiq sostenibbli li jkun favur it-tkabbir f'oqsma bħalma huma l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-edukazzjoni, b’mod li l-objettivi komuni tal-innovazzjoni jmexxu l-politiki tagħhom fl-oqsma relevanti kollha; jilqa’ bi pjaċir l-approċċ strateġiku tal-Kunsill tal-Ewropa fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011; |
|
2. |
Jappoġġa l-inizjattiva tal-Unjoni tal-innovazzjoni bħala pilastru ewlieni tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali fl-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni inklużiva fil-livelli kollha, inklużi l-Edukazzjoni Vokazzjonali u t-Taħriġ; |
|
3. |
Jitlob li jkun hemm kunċett wiesa' tal-innovazzjoni li jkun jiffoka fuq l-impatt u jmur oltre l-innovazzjoni teknoloġika u orjentata għall-prodott, li jkun jinvolvi lill-istakeholders kollha, b'mod partikolari lill-impriżi, u jkun jaċċentwa l-bosta rwoli li jagħtu setgħa liċ-ċittadini filwaqt li jwettaq bidla fil-mentalità; ifakkar li l-innovazzjoni tfisser l-applikazzjoni ta' ideat fil-prattika b'suċċess u hija mmirata lejn prodotti, proċessi, servizzi, movimenti, sistemi u strutturi organizzattivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta definizzjoni tal-innovazzjoni; |
|
4. |
Iqis li l-innovazzjoni fl-oqsma tal-għarfien u tal-attività ekonomika u soċjali kollha, għandha titmexxa minn kriterji ta’ interess pubbliku, mit-titjib tal-kwalità tal-ħajja, mill-promozzjoni tal-benesseri soċjali u l-preservazzjoni tal-ambjent u tal-bilanċ naturali; |
|
5. |
Hu tal-fehma li, peress li l-innovazzjoni hija kunċett kumpless, għandhom jissaħħu l-isforzi ta’ innovazzjoni mhux teknoloġika, u li, f’dan il-kuntest, għandhom jitferrxu l-aħjar prattiki rigward dan it-tip ta’ innovazzjoni, u għandhom jiġu speċifikati r-regoli l-kundizzjonijiet dwar l-aċċess għall-finanzjament tal-UE abbażi ta’ approċċ miftuħ u li jinkludi kollox; |
|
6. |
Jitlob li ssir distinzjoni ċara bejn ‧innovazzjoni oriġinali‧, jiġifieri xi ħaġa li saret għall-ewwel darba u li mhiex disponibbli fuq is-suq, minn titjib kummerċjali jew tibdiliet fil-prodott, servizzi, proċessi jew movimenti li huma diġà preżenti fuq is-suq; |
|
7. |
Jikkunsidra li l-innovazzjoni soċjoekonomika għandha bżonn tkun definita b'mod preċiż imma flessibbli, għax f'ħafna każijiet ma tiħux l-għamla ta' prodott jew tal-applikazzjoni ta' soluzzjoni teknika iżda tieħu l-għamla ta' tibdiliet interkonessi, fit-tul, tekniċi u ta' ġestjoni li jikkostitwixxu proċess; |
|
8. |
Jiġbed l-attenzjoni li l-miri kif stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020, l-Istrateġija għall-Effiċjenza tal-Enerġija 2020, l-Inizjattiva għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi, l-Inizjattiva għall-Materja Prima, l-Istrateġija għall-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020, li taw bidu għall-pass prinċipali lejn il-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija 2050 u l-Pjan ta’ Direzzjoni għal Ekonomija b'Livell Baxx ta' Emissjonijiet ta' Karbonju sal-2050 għandhom jingħataw prijorità fl-Unjoni tal-Innovazzjoni; |
|
9. |
Jirrimarka li l-internazzjonalizzazzjoni u l-innovazzjoni huma ewlenin għall-kompetittività esterna u għat-tkabbir u huma kruċjali għall-objettivi strateġiċi tal-UE 2020; |
|
10. |
Jenfasizza l-importanza tat-teknoloġiji rinovabbli u effiċjenti mil-lati tal-klima u tal-enerġija fil-bidla favur ekonomija globali sostenibbli; jirrikonoxxi l-pożizzjoni ta' tmexxija li għandha l-UE f'ħafna setturi ewlenin rigward il-produzzjoni industrijali li jiffavorixxu l-klima u b'użu effiċjenti tar-riżorsi; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi strateġiji fuq l-internazzjonalizzazzjoni u l-innovazzjoni f'dawn is-setturi; |
|
11. |
Jirrikonoxxi li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-isforzi lejn effiċjenza tal-enerġija u d-dematerjalizzazzjoni tal-produzzjoni industrijali teħtieġ politika attiva fuq id-disseminazzjoni globali ta' teknoloġiji ġodda; |
|
12. |
Jenfasizza li l-oqsma tal-ħarsien tal-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sigurtà tal-ikel kif ukoll il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima huma fost dawk li l-iktar jeħtieġu sforz ta’ innovazzjoni msaħħaħ li jinkludi t-tisħiħ tal-bażi xjentifika u teknoloġika attwali; jisħaq li l-programmi ta’ riċerka u l-innovazzjoni tal-ġejjieni tal-UE se jeħtieġu li jqisu dawn l-oqsma b’mod adegwat; għal dan il-għan, jenfasizza l-bżonn għall-adozzjoni ta’ approċċ transsettorjali bbażat fuq ir-reżistenza tal-ekosistema; |
|
13. |
Jinnota li l-frammentazzjoni tas-suq fl-oqsma kulturali u kreattivi sseħħ ukoll minħabba d-diversità kulturali u l-preferenza tal-lingwa tal-konsumaturi; |
|
14. |
Jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq l-isfidi soċjetali kbar, u jisħaq li l-innovazzjoni u r-riċerka huma meħtieġa ħalli tiżdied il-produttività tar-riżorsi, l-użu u s-sostituzzjoni sostenibbli filwaqt li, fl-istess ħin, jinstabu mezzi ġodda kif tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi u l-konsum tal-enerġija; |
|
15. |
Jirrimarka li għandna nevitaw li nirrestrinġu l-prijoritizzazzjoni tal-innovazzjonijiet għal oqsma limitati, sabiex fit-tul ma nitilfux potenzjal innovattiv ta' valur; |
|
16. |
Hu tal-fehma li l-innovazzjoni jista' jkollha rwol importanti fit-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali billi ttejjeb il-kwalità tas-servizzi provduti u li għalhekk għandhom jitwaqqfu programmi speċifiċi ta' taħriġ professjonali; |
|
17. |
Jinnota li, f'ekonomija tas-suq, l-innovazzjoni mhiex esklussivament maħsuba biex tilqa' l-isfidi maġġuri tas-soċjetà iżda għandha wkoll rwol importanti fil-manifattura ta' prodotti faċli għall-użu mill-konsumatur u attraenti fl-oqsma tad-divertiment, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-kultura u tal-ispettaklu; jinnota li hemm suq internazzjonali wiesgħa għall-prodotti innovattivi ta' divertiment b' teknoloġija avvanzata (smart phones, tablet PCs, logħob console, apparati li jinġarru ta' rikreazzjoni eċċ.), kif ukoll suq dinji għan-netwerking soċjali u servizzi online innovattivi, li fihom impriżi Ewropej għandhom rwol ta' importanza żgħira; |
|
18. |
Jisħaq dwar l-importanza tal-inizjattivi flagship tal-Politika għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi u għall-Industrija, u tal-isforzi li jinfatam it-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi naturali, billi tkun appoġġjata ċ-ċaqliqa lejn ekonomikja li temetti ftit karbonju u tkun imsejsa fuq l-għarfien, jiżdied l-użu tar-riżorsi enerġetiċi rinnovabbli u sostenibbli, jiżdied it-tnaqqis fil-karbonja u t-teknooloġiji aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u t-trasport sostenibbli, titjieb fl-istess waqt il-kompetittitività tal-kumpaniji Ewropej; |
|
19. |
Ifakkar li d-dinja diġitali u l-ICTs huma magni tal-innovazzjoni u għalhekk l-aċċess għal broadband ta’ spîd għoli huwa prekondizzjoni essenzjali, ukoll għall-Partenarjati Ewropej għall-Innovazzjoni (EIPs), billi jgħolli l-koperazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; f’dan is-sens, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jgħollu l-livell tal-implimentazzjoni tagħhom tal-internet ta’ spîd għoli kif ukoll il-promozzjoni tal-e-inizjattivi li jippermettu l-eżekuzzjoni rapida tal-Aġenda Diġitali tal-UE; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti konsiderazzjoni xierqa lit-teknoloġiji li jsejsu s-sistemi sostenibbli “aktar għaqli” li jippermettu lid-ditti jiżviluppaw servizzi f’ħin reali f’setturi tant differenti bħal servizzi tat-trasport u loġistika, kostruzzjoni u mmaniġġjar ta’ faċilitajiet, distribuzzjoni tal-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet u servizzi finanzjarji; |
|
21. |
Jenfasizza li s-suċċess tar-riċerka u ta' politika ta' innovazzjoni jiddependi fuq:
Jenfasizza li l-iskop ewlieni tal-politika tal-Unjoni tal-Innovazzjoni għandu jkun il-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni tal-politiki u l-koerenza fost l-istrumenti varji tagħhom u l-ħolqien ta’ sinerġiji f’dak li għandu x’jaqsam mal-politika tal-innovazzjoni permezz tal-adozzjoni ta' approċċ verament olistiku ffukat fuq l-isfidi soċjetai l-kbar; |
|
22. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-politika tal-kummerċ u tal-innovazzjoni tal-UE tinbidel f'mezz reali li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi, għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli globali; jemmen bis-sħiħ li l-konsistenza bejn l-aspetti interni u esterni tal-politiki tal-UE huma indispensabbli u li l-iffurmar ta' politika ġdida dwar il-kummerċ trid tkun konsistenti ma' politika b'saħħitha dwar l-industrija u l-innovazzjoni li toħloq l-impjiegi, biex tiżgura t-tkabbir ekonomiku u finalment tiġġenera tkattir u titjib tal-impjiegi; |
|
23. |
Jenfasizza r-relazzjoni tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir bħala għodda kruċjali għall-kooperazzjoni msaħħa, li turi l-progress annwali fl-Istati Membri; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema integrata ta’ indikaturi, li tqis id-diversità tas-sistemi ekonomiċi eżistenti fl-Istati Membri u li tinvolvi impriżi ħalli jkunu permessi monitoraġġ u valutazzjoni għall-progress u l-impatt li jitkejjel tal-politiki u l-programmi tal-innovazzjoni; jitlob li jkun hemm il-ħolqien ta' infrastrutturi affidabbli tad-dejta li jgħinu fil-monitoraġġ tal-iżviluppi għall-finanzjament tar-riċerka u jħeġġeġ aktar żvilupp tal-‘iscoreboard‧ permezz tal-koperazzjoni internazzjonli, u bħala sistemi li tkun aktar imsejsa fuq l-indikaturi u l-evidenza li tkejjel il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE f’termini assoluti filwaqt li tuża intelliġentement ir-riżorsi disponibbli; |
|
25. |
Jinnota li l-innovazzjoni u l-kreattività huma proċessi li, sa ċertu punt, jistgħu jiġu kkultivati, mgħallma u msaħħa; iħeġġeġ, għalhekk, li l-innovazzjoni u l-kreattività jiġu inklużi fuq livell ogħla fis-sistema edukattiva tal-Istati Membri tal-UE; jitlob rikonoxximent u disseminazzjoni tal-aħjar prattika fir-rigward tal-kreattività u tal-kurrikuli edukattivi innovattivi u tal-metodi ta' istruzzjoni li jużaw l-Istati Membri; |
|
26. |
Jenfasizza r-rwol kruċjali li se jkollha l-ekoinnovazzjoni biex jintlaħqu l-miri tal-UE tal-2020; jitlob għalhekk l-adozzjoni tal-Pjan ambizzjuż ta' Azzjoni ta' Ekoinnovazzjoni li jipproponi miżuri biex l-ekoinnovazzjoni tiġi introdotta f'kull pass tal-katina tal-valuri, inkluż id-disinn u ż-żieda tal-fondi għal inizjattivi f'dan il-qasam permezz tal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni; |
|
27. |
Jemmen li, peress li l-innovazzjoni ħafna drabi hi marbuta mas-suq u tiżviluppa permezz ta' mezzi mhux formali, l-UE għandha tirfina l-metodi tagħha ta' evalwazzjoni tal-innovazzjoni biex jirriflettu l-fatt li ma jistgħux jintużaw l-istess kriterji biex tivvaluta kull qasam; |
|
28. |
Jenfasizza l-periklu tat-termini ‧innovazzjoni‧ li ssir klixé użata ta' spiss li tnissel kompjaċenza sempliċiment permezz ta' użu ripettitiv; l-innovazzjoni waħedha mhiex rimedju biex taffaċċa kull problema u ma tistax titqajjem meta wieħed irid fi żmienijiet ta' kriżi ekonomika u soċjali. Bil-maqlub, għandha tkun sforz kostanti fis-settur pubbliku u privat u għandha tkun appoġġjata b'mod attiv permezz ta' strateġiji ta' edukazzjoni koeżiva, ta' riċerka, industrijali, soċjali u ambjentali min-naħa tal-UE u l-Istati Membri tagħha; |
|
29. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-industriji kulturali u kreattivi fil-kuntest tal-innovazzjoni, meta jitqies li l-istudji juru li l-kumpaniji li jagħmlu użu proporzjonalment akbar mis-servizzi tal-industriji kulturali u kreattivi għandhom prestazzjoni li b'mod sinifikanti hija aħjar fir-rigward tal-innovazzjoni; |
|
30. |
Jafferma l-prinċipju tan-newtralità tan-netwerk u tal-istandards miftuħa bħala xpruni tal-innovazzjoni; |
Soċjetà ta’ Innovazzjoni li ddur madwar iċ-Ċittadin
|
31. |
Jisħaq li t-talbiet taċ-ċittadini u l-impenn attiv tan-negozji jagħtu impetu kruċjali lill-innovazzjoni; jinnota li l-ħolqien ta' soċjetà innovattiva għalhekk għandu jkun ibbażat fuq il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tagħha, billi jingħataw l-oportunità li jleħħnu l-bżonnijiet u l-potenzjal tal-kreattività tagħhom permezz ta' approċċ minn isfel għal fuq u billi jiġu pprovduti soluzzjonijiet innovattivi li jippermettu liċ-ċittadini individwali jikkontribwixxu għall-effiċjenza tar-riżorsi; |
|
32. |
Jisħaq dwar il-ħtieġa li tinħoloq kultura ta’ tagħlim, kurżità u teħid ta’ riskji; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha biex iġibu bidla fil-mentalità favur ħsieb innovattiv u mmexxi mill-kurżità u t-teħid tar-riskji u attitudni li tittollera aktar il-falliment, billi jinkuraġġixxu bidliet lejn tendenzi sostenibbli tal-konsumatur u billi jippromwovu b'mod attiv l-involviment taċ-ċittadini u tan-negozji fl-innovazzjoni u f’sistema ta’ innovazzjoni miftuħa; jisħaq li l-innovazzjoni bħala proċess li la tista' u lanqas għandha tkun kompletament immexxija mill-gvernijiet, għandha bżonn kundizzjonijiet favorevoli li jippermettu flessibbiltà suffiċjenti biex tappoġġa żviluppi mhux previsti; |
|
33. |
Iqis li l-avvanz tal-għarfien u l-applikazzjonijiet multipli tiegħu ma jeliminawx il-ħtieġa għal valutazzjoni aktar miftuħa u parteċipatorja dwar l-implikazzjonijiet etiċi, soċjali u politiċi ta’ dawk l-applikazzjonijiet; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ promozzjoni u ta’ tixrid ta’ kultura xjentifika fost il-pubbliku ġenerali; |
|
34. |
Iqis li għandhom jittieħdu passi li jappoġġaw inizjattivi maħsuba għall-promozzjoni tad-djalogu xjentifiku u t-tixrid tar-riżultati mal-akbar ammont ta' nies possibbli, kif ukoll mal-komunità xjentifika, li jżidu r-rwol tas-soċjetà ċivili fir-riċerka; |
|
35. |
Jikkunsidra li għandha tingħata prijorità biex jitħeġġeġ l-iżvilupp fil-livell reġjonali ta’ kultura ta’ innovazzjoni, kemm fost l-imprendituri, iż-żgħażagħ li jkunu qed iwettqu taħriġ vokazzjonali u l-ħaddiema, kif ukoll fost is-sħab li jkollhom influwenza fuq l-attivitajiet kummerċjali, bħal dawk responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell pubbliku reġjonali, iċ-ċentri ta’ riċerka, ir-raggruppamenti kummerċjali u l-entitajiet ta’ finanzjament, li sikwit ma jkunux konxji biżżejjed tal-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni tal-kumpaniji fir-reġjun tagħhom, b’mod partikulari tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi l-mikroimpriżi u d-ditti artiġjanali); |
|
36. |
Jenfasizza li ftehim xieraq tal-progress xjentifiku u x'jinvolvi huwa essenzjali jekk il-pubbliku għandu jiġi involut fl-isforz tal-innovazzjoni; jitlob li jiżdied it-tixrid tal-għarfien xjentifiku u teknoloġiku; jenfasizza l-importanza kemm tal-edukazzjoni tul il-ħajja kif ukoll tal-miżuri mmirati speċifikament għall-gruppi ta' popolazzjoni li għandhom aċċess inqas faċli għax-xjenza u t-teknoloġija f'komunitajiet rurali partikolari; |
|
37. |
Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-iżvilupp ta' mudelli ekonomiċi sostenibbli bbażati fuq l-innovazzjoni u l-kreattività li joħolqu u jipproteġu l-impjiegi ta' kwalifiki għoljin fl-Ewropa; |
|
38. |
Jenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni minn isfel ’il fuq u ambjent miftuħ għal ideat kreattivi, sabiex jitħeġġeġ it-tkabbir tal-produttività, tingħata s-setgħa lill-impjegati u jiġu żviluppati soluzzjonijiet għall-bżonnijiet soċjali mhux milħuqa (bħalma huma l-inklużjoni u l-immigrazzjoni); |
|
39. |
Jitlob li jkun ikkomplimentat il-finanzjament up-front kurrenti b'mekkaniżmu ġdid ta' finanzjament, bħalma huma l-kompetizzjonijiet bi premji jew premji ta' inkoraġġiment għall-innovaturi Ewropej (individwi jew skwadri) għall-inkoraġġiment tatl-ideat u l-ippremjar tal-invenzjonijiet, ngħidu aħna f'oqsma soċjali ta' valur li bihom jinħoloq l-għarfien bħala beni pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra jekk pilota bikri ta’ sistema ta’ premjijiet fi ħdan il-Partenarjat Ewropew għall-Innovazzjoni pilota dwar it-tixjiħ f’saħħtu jkunx xieraq; |
|
40. |
Jenfasizza li l-innovazzjoni soċjali tirrigwarda soluzzjonijiet ġodda u effikaċi għal bżonnijiet soċjali l-aktar urġenti, maħluqa minn individwi jew organizzazzjonijiet b'importanza soċjali, u mhux neċessarjament kummerċjali; inoltre jisħaq li l-innovazzjoni soċjali tagħti oppotunità liċ-ċittadini, f’kull rwol, li jtejbu l-ambjent tagħhom tax-xogħol u tal-ħajja u b’hekk ikunu jistgħu jsaħħu l-mudell soċjali Ewropew; |
|
41. |
Jenfasizza r-rwol li għandu s-settur tal-ekonomija soċjali (kooperattivi, impriżi mutwi, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet) fl-innovazzjoni soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-mezzi biex jiġu ssodisfati ħtiġijiet li ma jitqiesux mis-suq u mill-forom konvenzjonali ta' intraprenditorjat; |
|
42. |
Jikkunsidra li l-istrateġija tal-Innovazzjoni tal-UE għandha tħoll il-potenzjal tal-impjegati billi tagħti ċans lill-impjegati li mhumiex akkademiċi li jagħmlu parti minn tipi ta' skemi differenti u proġetti ta' innovazzjoni tal-UE u li jkunu jistgħu jipparteċipaw fihom; |
|
43. |
Jinnota li, fil-każ tal-innovazzjoni, l-istrateġija tal-Unjoni tal-Innovazzjoni trid tirrikonoxxi l-importanza tal-ideat, suġġerimenti u kompetenzi tal-impjegati komuni. Bosta studji jiġbdu l-attenzjoni lejn il-fatt li l-innovazzjoni mmexxija mill-impjegat mhux biss hija tajba għan-negozju iżda wkoll għas-sodisfazzjon tal-impjieg – u – jekk issir kif suppost - hi xi ħaġa li tista' finalment tnaqqas l-istress; |
|
44. |
Jitlob lill-UE, lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jniedu proġett pilota u tippromwovu r-riċerka fuq l-innovazzjoni soċjali u li jagħtu fondi pubbliċi b’appoġġ għall-istess kif ukoll għas-sħubijiet pubbliċi-privati, li jistgħu jiswew ta’ bażi għall-attivitajiet futuri f’dan il-qasam; jisħaq li l-innovazzjoni soċjali għandha tkun inkluża fi programmi ta' finanzjament u ta' appoġġ bħalma huma l-Fond Soċjali Ewropew, il-Programmi Qafas (FPs) u l-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP); |
|
45. |
Jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka fil-qasam mediku, li flimkien mal-applikazzjonijiet innovattivi, tħeġġeġ it-tkabbir u l-benessri f'soċjetà li qed tixjieħ; jappoġġa l-kooperazzjoni mill-qrib bejn dipartimenti tar-riċerka tal-universitajiet u l-industrija medika sabiex jiġġeneraw prodotti u servizzi li ċ-ċittadini tal-UE se jeħtieġu b'mod urġenti fid-deċennju li ġej; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tissupplimenta r-riżorsi tal-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE biex tkun żgurata l-implimentazzjoni sostenibbli tal-Infrastrutturi ta’ Riċerka Bioloġiċi u tax-Xjenzi Mediċi bħala servizz pubbliku tar-Riċerka u l-Iżvilupp, orjentati lejn kwalità ta’ ħajja aħjar taċ-ċittadini, li hu mod kif soċjetà bbażata fuq l-għarfien titmexxa ‧l quddiem u tkun tista‧ taffronta l-isfidi tas-soċjetà fl-Ewropa; |
|
47. |
Iqis li enfasi akbar fuq il-politika tal-innovazzjoni tirrappreżenta opportunità għall-immodernizzar u t-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi kemm fl-oqsma eżistenti kif ukoll f’dawk emerġenti, f’firxa sħiħa ta’ oqsma tal-ħajja ekonomika u soċjali, biex b’hekk jissaħħu l-kwalità u l-effikaċja, il-ħolqien tal-impjiegi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; |
|
48. |
Iqis li l-koordinament aktar mill-qrib tal-isforzi fl-STI m'għandux jimplika diżinvestiment jew nuqqas ta' investiment fir-rigward tal-ħila xjentifika ta' ċerti Stati Membri u reġjuni, bi ħsara għal oħrajn; jemmen li minflok, din għandha tfisser investiment fl-iżvilupp ta’ bażi tal-STI soda u konsistenti f’pajjiżi u f’reġjuni differenti, skont il-karatteristiċi u l-livelli ta’ żvilupp tagħhom, bil-għan li tingħata promozzjoni lis-sinerġiji ta’ benefiċċju u ta’ kooperazzjoni utli; |
|
49. |
Jisħaq l-importanza tal-modernizzazzjoni tas-sistema edukattiva; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni ħallu jtejbu l-ħiliet u t-taħriġ imprenditorjali u kwantittattiv tal-Ewropej (żgħażagħ) billi jinkorporaw l-imprenditorija, il-kreatività u l-innovazzjoni f’oqsma kollha tal-edukazzjoni u jtejbu l-kapital uman li jippermettilhom ikollhom rwol attiv fl-innovazzjoni, pereżempju permezz tal-programm “Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ” tal-Kummissjoni, filwaqt li jissalvagwardjaw is-snajja’ bħala għajn ta’ innovazzjoni; |
|
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem aktar mill-qrib mal-Istati Membri sabiex isiru previżjonijiet għal żmien medju u fit-tul dwar il-ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol u biex jiġu inkoraġġiti sħubijiet bejn l-universitajiet u s-settur tan-negozju biex titjieb it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol filwaqt tingħata għajnuna biex tinħoloq soċjetà innovattiva bbażata fuq l-għerf, tiġi żviluppata r-riċerka applikata u jinħolqu prospetti ta' xogħol aħjar għall-gradwati; |
|
51. |
Jinnota li fi żminijiet ta’ kriżi, huwa essenzjali li jiġu attirati ż-żgħażagħ lejn it-tipi l-ġodda ta' impjiegi disponibbli u li jkun żgurat li l-programmi tal-ħiliet jippromwovu l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, bil-ħsieb li jkunu jistgħu japprofittaw ruħhom mill-potenzjal ta’ impjiegi, sabiex tiġi miġġielda r-rata għolja tal-qgħad fost iċ-ċittadini ta' taħt il-25 sena u sabiex isir kapital mill-ħiliet tal-ġenerazzjoni żagħżugħa fl-użu ta' teknoloġiji ġodda; |
|
52. |
Jitlob li jsir sforz sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet tal-ħiliet fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika; jenfasizza l-importanza li tiżdied il-kwalità tat-taħriġ, jitjieb l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali, ikun promoss it-taħriġ kontinwu tal-impjegati, filwaqt li jsiru arranġamenti għall-aċċess u l-organizzazzjoni ta’ dan it-taħriġ li huma inklużivi u ma jiddiskriminawx kontra n-nisa; hu tal-fehma, madankollu, li dawn il-miżuri għandhom ikunu mmirati primarjament għal ħaddiema li jiġi assenjat lilhom xogħol li jeħtieġ inqas kwalifiki milli kien meħtieġ qabel, li huma f'riskju li jitilfu l-impjiegi tagħhom minħabba l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda, u dawk li ġew issensjati minħabba li m'għandhomx il-ħiliet meħtieġa mir-ristrutturar u mill-konverżjoni; ifakkar ukoll fil-bżonn li jiġu żviluppati l-attivitajiet ta’ taħriġ kollha b’mod aktar komprensiv, fil-livelli kollha ta’ taħriġ, sabiex tissaħħaħ il-kreattività, l-innovazzjoni u l-imprenditorjat; |
|
53. |
Jenfasizza l-importanza li jiżdied il-livell tat-tagħlim tul il-ħajja u li jiġu żviluppati attivitajiet ta' taħriġ għal kulħadd sabiex jiżdiedu l-ekoinnovattività u l-imprenditorjat u biex jiġi żgurat li l-forza tax-xogħol tkun tista' taġġusta l-ħiliet tagħha għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol ta' ekonomija aktar sostenibbli bbażata fuq kunċetti ta' taħriġ ibbażati fuq il-kompetenza; jistieden lill-Istati Membri, lil min iħaddem u lill-impjegati biex jagħrfu bħala responsabilità konġunta l-ġestjoni tal-ħiliet, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja għall-innovazzjoni, bħalma ġie rrikonoxxut fil-ftehim ta’ qafas tas-sħab soċjali tal-2002 dwar it-tagħlim tul il-ħajja; |
|
54. |
Jirrimarka li, meta jitqies in-nuqqas ta' studenti tal-edukazzjoni ogħla fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija, jeħtieġ li jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-ebda student ma jabbanduna l-istudji tiegħu jew ikun limitat fl-għażla tiegħu ta' stabbiliment edukattiv minħabba raġunijiet finanzjarji, u li għalhekk huwa neċessarju li jitkompla jiġi promoss l-aċċess għal self minn banek li jista' jiġi parzjalment iffinanzjat mill-Istati Membri; |
|
55. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu identifikati ‧innovaturi reqdin‧, b’mod partikulari fost l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jindika r-rwol importanti li jiżvolġu l-organizzazzjonijiet intermedji fl-identifikazzjoni tal-innovaturi reqdin, fil-forniment ta’ inċentivi, fl-għoti ta’ pariri u fl-appoġġ għall-innovazzjoni; hu tal-fehma li dawn l-organizzazzjonjiet għandhom jissaħħu u li għandu jiġi żviluppat għalihom programm immirat lejn it-titjib tat-taħriġ, tal-kwalifiki u tal-għarfien espert, u li fil-ġejjieni għandha tikber l-importanza ta' mudelli għal korsijiet ta' taħriġ bi skop doppju għal żewġ professjonijiet; |
|
56. |
Itenni l-importanza li jinkiseb nukleu ta' kompetenzi bażiċi u livell tajjeb ta' kultura ġenerali biex tiġi żgurata addattabilità aħjar għall-ambjent tax-xogħol; jenfasizza li, f'dan il-kuntest, it-tagħlim tal-lingwi huwa ta' importanza partikolari; |
|
57. |
Jistieden lill-Istati Membri joħolqu raggruppamenti u kundizzjonijiet li permezz tagħhom tiġi aċċellerata l-innovazzjoni u jappoġġaw l-iżvilupp ta' sħubijiet aktar b'saħħithom bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u d-dinja kummerċjali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak internazzjonali, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet tan-negozji meta jiżviluppaw il-kurrikula; |
|
58. |
Iqis li huwa essenzjali li jiġu stabbiliti programmi b'mod speċifiku biex tiġi promossa kultura xjentifika u teknoloġika bħala parti mill-miżuri biex tiġi promossa l-innovazzjoni fl-oqsma kollha; |
|
59. |
Jappoġġja l-proposta tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħolqien ta’ “netwerk virtwali ta’ kreattività” li jkun miftuħ għal kulħadd (negozji, awtoritajiet lokali u reġjonali, l-awtoritajiet pubbliċi ċentrali, is-settur privat u ċ-ċittadini) u li jipprovdi pariri, assistenza u aċċess għal kapital ta’ riskju u servizzi tekniċi; jenfasizza li netwerk virtwali joffri l-vantaġġ addizzjonali li jipprovdi, lill-abitanti ta’ gżejjer, reġjuni periferiċi, żoni rurali u muntanjużi u żoni b’popolazzjoni ta’ densità baxxa, aċċess aktar faċli għal pariri esperti, edukazzjoni u informazzjoni, appoġġ għan-negozju u gwida finanzjarja |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel progress fit-titjib ta' prospettivi ta' karrieri għar-riċerkaturi u żżidilhom il-mobilità bejn is-setturi tar-riċerka u minn naħa għal oħra tal-fruntieri nazzjonali. Dan jgħin biex jiżgura forniment adegwat ta' riċerkaturi u jsaħħaħ il-kwalità tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. Ir-riċerkaturi madwar l-UE għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mit-taħriġ xieraq, kundizzjonijiet ta' karriera attraenti u tneħħija ta' ostakoli għall-mobilità; |
|
61. |
Jinnota li l-innovazzjoni soċjali hi sfida ta' Kapital Uman fejn l-Universitajiet għandu jkollhom rwol imsaħħaħ permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ tul il-ħajja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija; jenfasizza l-importanza ta' Universitajiet aktar miftuħa u mmodernizzati u l-bżonn ta' awtonomija akbar tal-Università biex tiddefinixxi prijoritajiet strateġiċi u azzjoni proprja bħala reazzjoni għall-prijoritajiet soċjetali; |
|
62. |
Jenfasizza, sabiex tiġi żgurata integrazzjoni akbar tal-komponenti tat-trijangolu tal-għarfien, il-bżonn ta' promozzjoni tal-politiki biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u d-dinja tan-negozju fl-iżvilupp ta' kurrikuli u programmi ta' dottorat; |
|
63. |
Jitlob lill-Kummisjoni toħloq pjattaforma diġitali "Innovazzjoni Miftuħa" fejn problemi ta' politika madwar l-Ewropa jkunu jistgħu jintbagħtu, u ideat u soluzzjonijiet ikunu jistgħu jitressqu minn ċittadini u dawk kollha interessati madwar l-Ewropa; |
|
64. |
Jinnota n-nuqqas rigward kompetenzi li hemm fl-Universitajiet f’dak li jolqot interazzjoni aħjar u proattiva mas-settur tan-negozju; Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tniedi programm mal-Ewropa kollha għat-taħriġ u l-edukazzjoni ta’ mamiġers ta’ universitajiet, ta’ uffiċjali għat-trasferiment tat-teknoloġija, u ta’ brokers professjonali tat-teknoloġija u sabiex toħroġ linji gwida għall-professjonalizzazzjoni ta’ karrieri bħal dawn fl-Universitajiet; |
Is-semplifikazzjoni, it-tnaqqis tal-frammentazzjoni, il-finanzjament u l-istandardizzazzjoni
|
65. |
Jenfasizza li hemm kosts ta’ opportunità importanti assoċjati ma’ setturi ta’ nfiq tal-UE iktar tradizzjonali u jindika l-ħtieġa li l-prijoritajiet strateġiċi UE2020 jiġu allinjati mal-politika baġitarja; għalhekk jitlob biex sehem ikbar tal-baġit tal-UE jiġi allokat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni; |
|
66. |
Jenfasizza d-daqs żgħir tal-baġit tal-UE għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni meta mqabbel mal-baġits tal-Istati Membri li jirrappre\entaw il-biċċa l-kbira tal-finanzjament pubbliku għar-riċerka; għalhekk, jitlob għal enfasi ikbar fuq l-istrumenti ta’ finanzjament b’effett ta’ massimizzazzjoni tan-nefqa ta’ riċerka nazzjonali, fuq l-investiment privat, u fuq il-finanzjament tal-BEI, biex tiġi promossa l-koordinazzjoni tal-isforzi u biex jiġi stimulat l-investiment sal-miri Ewropej; |
|
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħaqqad skemi ta’ għajnuna eżistenti ma’ strutturi ta’ appoġġ sabiex tqarreb lejn sistema sempliċi u aċċessibbli biex tħaffef l-innovazzjoni, tiffoka fuq l-isfidi soċjetali l-kbar u tipprevjeni l-frammentazzjoni u l-burokrazija; |
|
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-iskemi eżistenti ta’ assistenza u strutturi ta’ appoġġ u twaqqaf ‧punt ta' waqfa waħda‧ b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jiġifieri, bank ta' servizz fejn il-partijiet interessati kollha (speċjalment l-impriżi innovattivi ż-żgħar u ta’ daqs medju) – inklużi l-gvern lokali u reġjonali – jistgħu jfittxu l-informazzjoni u japplikaw għal appoġġ finanzjarju jew jiġu f'kuntatt ma' sħab potenzjali; |
|
69. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jappoġġa lill-SMEs mill-ewwel stadju ta’ innovazzjoni sat-tmiem, sabiex ikunu jistgħu jinnovaw u jipparteċipaw fil-Programmi ta’ Appoġġ Ewropej; |
|
70. |
Huwa favur strateġiji ta’ internazzjonalizzazzjoni tar-ragruppamenti maħsuba għall-istabbiliment ta’ appoġġ xieraq u sistemi ta' gwida għall-SMEs; |
|
71. |
Jenfasizza l-ħtieġa li r-raggruppamenti Ewropej itejbu l-profil tagħhom u jsiru iktar effikaċi biex juru s-suċċessi u r-riżultati tagħhom; hu tal-fehma li għandha tiġi stabbilita pjattaforma ta’ servizz għall-SMEs innovattivi fil-forma ta’ rabta ta’ raggruppamenti billi jingħaqdu diversi raggruppamenti u parks teknoloġiċi fl-Ewropa u madwar id-dinja (pereżempju, fiż-żona tal-Mediterran); |
|
72. |
Jenfasizza li l-investiment fir-riċerka u fl-iżvilupp għandu t-tendenza li jonqos f'perjodi ta' kriżi ekonomika, avolja ġie ppruvat li dawk il-kumpaniji u l-Istati Membri li jinvestu l-aktar matul perjodi bħal dawn huma dawk li jiggwadanjaw l-akbar vantaġġ komparattiv fis-suq; |
|
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni ddaħħal qafas wieħed ta’ politika għall-appoġġ u finanzjament tal-innovazzjoni b’regoli uniformi, toħloq sinerġiji u twaħħad il-programmi ta’ appoġġ għar-Riċerka, L-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (R&D&I), fejn dan ikun possibbli, u li tappoġġja l-innovazzjoni, billi tidderiġi iktar fondi lejn l-innovazzjoni u billi tħeġġeġ aktar involviment tas-settur finanzjarju; ifakkar lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-impenn tagħhom biex jiddedikaw id-dħul mill-ETS għall-finanzjament ta’ azzjonijiet relatati mal-klima, inklużi proġetti ta’ innovazzjoni; |
|
74. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra programmi ffinanzjati minn fondi differenti għall-Istati Membri u r-reġjuni li jixtiequ jużawhom; jikkunsidra li dan jikkontribwixxi għall-ħidma b’mod iktar integrat u flessibbli u jżid l-effikaċja tal-interazzjoni bejn id-diversi fondi (il-Fondi Strutturali u l-Programmi Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp); |
|
75. |
Jingħaqad mal-Kunsill fis-sejħa għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll, u bejn it-teħid tar-riskju u l-evitar tar-riskju, filwaqt li jiġi rikonoxxut li r-riċerka u l-innovazzjoni huma attivitajiet ta’ riskju kbir mingħajr garanzija ta’ riżultati; |
|
76. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dawk li jipparteċipaw fil-proċess ta’ innovazzjoni għandhom jindirizzaw id-diversi proċeduri u l-kriterji ta’ eliġibilità kemm fil-programmi Ewropej varji kif ukoll bejn dawn u l-programmi nazzjonali; dan iwassal għal burokrazija, spejjeż kbar u ħela ta’ ħin u opportunitajiet; Jitlob għal impenn konġunt min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimplimentaw proċess ta’ simplifikazzjoni u konverġenza fir-rigward tal-proċeduri ta’ selezzjoni u l-kriterji ta’ eliġibilità użati fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni; |
|
77. |
Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta lill-Parlament Ewropew evalwazzjoni esterna dwar l-istrumenti ta’ innovazzjoni maħluqa fi ħdan is-Seba’ Programm Qafas bħall-Pjattaformi Teknoloġiċi u l-JTIs fejn l-evalwazzjoni għandha tinkludi attivitajiet, sejħiet, proġetti ta’ innovazzjoni u riżultati (jekk jeżistu) u l-kontribut ekonomiku mill-fondi pubbliċi u privati; |
|
78. |
Itenni l-ħtieġa għal żieda sinifikanti fl-investiment għar-Riċerka u l-Iżvilupp, kemm dak privat u dak pubbliku, sabiex l-industrija tal-UE tibqa’ fuq quddiem nett fil-qasam tat-teknoloġija u tibqa' kompetittiva fix-xena internazzjonali f’oqsma bħalma huma dawk tat-trasport u l-effiċjenza fl-enerġija; barra minn hekk, hi meħtieġa żieda fil-finanzjament pubbliku tar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni sabiex jissaħħaħ l-investiment privat; |
|
79. |
Jitlob biex il-programm qafas futur irawwem l-użu massimu tas-sejbiet tar-riċerka billi jorbothom mal-proċess tal-innovazzjoni permezz tal-ambitu tal-finanzjament tal-proġetti biex ikunu inklużi l-istadji ta’ dimostrazzjoni u l-prototipi; |
|
80. |
Jenfasizza l-importanza ta’ għajnuna aħjar fl-implimentazzjoni ta’ politiki u programmi li jsaħħu s-sinerġija fi ħdan il-katina ta’ infrastrutturi tar-riċerka u l-iżvilupp – innovazzjoni – ħolqien tax-xogħol; |
|
81. |
Simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja ta’ proċeduri ta’ finanzjament pubbliku, partikolarment fil-Programmi Qafas tal-UE, hija prerekwiżit għall-istabbilità, iċ-ċertezza legali għall-parteċipanti u b’konsegwenza, żieda fil-parteċipazzjoni tal-industriji; |
|
82. |
Itenni li l-Programmi Qafas għandhom ikomplu jappoġġaw riċerka kollaborattiva fl-industrija, minħabba li dan isaħħaħ il-fondi industrijali u għandu influwenza pożittiva fuq il-ħolqien ta’ innovazzjoni produttiva fis-suq uniku; |
|
83. |
Iħeġġeġ iż-żamma ta' bażi soda ta' eċċellenza fir-riċerka bażika, permezz tal-bini fuq is-suċċess tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) u ż-żamma ta’ bażi b’saħħitha għar-riċerka xjentifika applikata u l-innovazzjoni, billi tinħoloq aġenzija fuq il-mudell tal-ERC għar-riċerka applikata u l-innovazzjoni, fejn jingħaqdu strutturi eżistenti kif xieraq; |
|
84. |
Jemmen li l-innovazzjoni u l-kreattività huma elementi prinċipali għall-irkupru ekonomiku tal-Unjoni u li wieħed m'għandux jissottovaluta l-importanza tal-konverżjoni tal-innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni fi prodotti u servizzi ġodda; |
|
85. |
Ifakkar li l-innovazzjoni hija l-applikazzjoni b’suċċess ta’ ideat fil-prattika u jaċċentwa r-rabta fundamentali bejn l-innovazzjoni u s-suq; għalhekk, għandhom ikunu disponibbli strumenti finanzjarji xieraq li jaċċelleraw l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji, servizzi jew proċessi ta’ suċċess fis-suq tal-UE, partikolarment dawk li jindirizzaw l-isfida kbar tas-soċjetà; |
|
86. |
Hu tal-fehma li l-isfruttar kummerċjali tas-sejbiet tar-riċerka fl-UE hu wisq bil-mod jew mhux suffiċjenti, u jirrakkomanda li jiġu stabbiliti inkubaturi tan-negozji li jfittxu l-innovazzjonijiet b'mod attiv u jkunu f'kuntatt ma' stabbilimenti tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka, u li l-kompitu tagħhom ikun li jippromwovu l-isfruttament kummerċjali tas-sejbiet tar-riċerka, pereżempju permezz tal-kuntatti mal-impriżi jew billi jgħinu biex jinstabu investituri privati jew kapital inizjali għall-istabbiliment ta' negozji ġodda; |
|
87. |
Jenfasizza l-ħtieġa, biex jiġu stimulati d-domanda u s-suq għal prodotti innovattivi, li tiġi promossa l-innovazzjoni billi jinħolqu opportunitajiet ġodda tas-suq; |
|
88. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiddefinixxu u jimplimentaw oqsfa ta’ politika mmirati li jistimolaw l-aċċess rapidu tal-innovazzjonijiet ta' valur għall-utenti fl-UE, u li jiżguraw li innovazzjoni ġodda jkunu jistgħu jilħqu l-utenti aħħarija tagħhom fi żmien raġjonevoli; |
|
89. |
Jenfasizza l-importanza li ssir differenza bejn l-innovazzjoni u r-riċerka; jindika li l-innovazzjoni hija proċess soċjoekonomiku trasversali kumpless, li jinvolvi sforzi biex jiżdiedu n-nefqa fir-riċerka u l-iżvilupp, u l-appoġġ għall-SMEs u għall-attivitajiet ta’ teknoloġija avvanzata u li jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ sistemi integrati bbażati fuq il-karatteristiki u l-ispeċifiċitajiet tat-territorji differenti; |
|
90. |
Jistieden lill-Kummissjoni torbot l-istrumenti ta' finanzjament aktar mill-qrib mal-innovazzjoni orjentata lejn id-domanda u tidderiġi dan l-appoġġ lejn l-SMEs u l-kumpaniji li għadhom jibdew li jkollhom bżonn aċċess bikri għas-swieq tal-UE jew internazzjonali; iqis għalhekk li hu neċessarju li jkunu approvati “Regoli ta’ Parteċipazzjoni” ċari u speċifiċi li jkun fihom miżuri li jkattru l-parteċipazzjoni mill-impriżi żgħar u mikro; |
|
91. |
Jenfasizza l-importanza ta’ programmi dottorali għall-innovazzjoni Ewropea u jipproponi l-iżvilupp ta’ qafas Ewropew għall-programmi dottorali li jħeġġu t-tagħlim tul il-ħajja u jinvolvu negozji fl-appoġġ, il-promozzjoni u l-użu tar-riżultati tar-riċerka; jitlob lill-Istati Membri jeliminaw kwalunkwe ostakolu leġiżlattiv jew amministrattiv li jista’ jillimita l-aċċess tal-partijiet interessati għall-programmi dottorali; |
|
92. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra programmi ffinanzjati minn fondi differenti għall-Istati Membri u r-reġjuni li jixtiequ jużawhom; iqis li dan jikkontribwixxi għall-ħidma b’mod iktar integrat u flessibbli u jżid l-effikaċja bejn id-diversi fondi (il-Fondi Strutturali u l-Programmi Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp); |
|
93. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm appoġġ għall-arkitettura finanzjarja komposta, kif ukoll l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi finanzjarji ġodda, filwaqt li jingħaqdu strumenti awtomatiċi ma strumenti bbażati fuq għotjiet sabiex jitrawmu investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-miri strateġiċi tar-Riċerka u l-Iżvilupp; |
|
94. |
Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħelsien ta’ approprjazzjonijiet sal-2014 sabiex tgħin biex jiżdied u jittejjeb il-finanzjament privat meħtieġ għall-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa; |
|
95. |
Jirrakkomanda bidla tal-mandat tal-BEI biex jiġi permess finanzjament ta’ riċerka u innovazzjoni ta' riskju u qrib is-suq; fid-dawl ta’ dan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tespandi Faċilità għall-Finanzjament bil-Qsim tal-Riskju (l-RSFF) tal-BEI, li kellha suċċess, billi:
|
|
96. |
Huwa tal-opinjoni li fond ta’ finanzjament Ewropew għall-innovazzjoni għandu jiġi stabbilit biex tingħata spinta lill-investiment f’SMEs innovattivi permezz tal-qsim ta’ riskji li jinvolvi l-isfruttar ta’ riżorsi privati; |
|
97. |
Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu definiti investimenti speċifiċi maħsuba għal kumpaniji ġodda innovattivi; |
|
98. |
Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi proporzjon ikbar ta' riċerka viċin is-suq għal proġetti ta’ dimostrazzjoni, għal strumenti ta’ debitu u ekwità fil-programmi futuri ta’ qafas, li jkun jistgħu jagħmlu leverage ta’ aktar kapital privat bħalma huma l-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), u tagħti lill-SMEs aċċess fl-Ewropa kollha għalihom; jenfasizza l-ħtieġa li jonqsu d-disparitajiet ta' finanzjament għal kumpaniji ġodda (transkonfinali); |
|
99. |
Jenfasizza li komprensjoni aħjar tal-ispeċifitajiet assoċjati mad-daqs u l-iżvilupp tal-kumpanija, l-istadju u s-settur tal-attività huma meħtieġa meta jkun qegħdin jitfasslu l-istrumenti tal-fondi; jitlob li tittieħed azzjoni urġenti ħalli jkunu ttrattati l-imblokki fl-istadji inizjali tal-innovazzjoni b’aċċess imtejjeb għal seed funding, angel funding u aktar finanzjament ta’ ekwità u kważi-ekwità kemm f’livell ta’ UE kemm f’livell reġjonali u lokali; |
|
100. |
Jenfasizza li l-potenzjal tal-iżvilupp tal-kapital ta’ riskju fl-UE huwa ’l bogħod milli jiġi sfruttat minħabba differenzi fir-regoli u fl-arranġamenti ta’ tassazzjoni nazzjonali; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex sal-2012 tiżgura li fondi ta’ Kapital ta’ Riskju stabbiliti fi kwalunkwe Stat Membru jkunu jistgħu jiffunzjonaw u jinvestu b’mod ħieles fl-UE u għalhekk jinħoloq “Suq Uniku ta’ Kapital ta’ Riskju tal-UE” ġenwin; |
|
101. |
Jitlob għal iktar żvilupp tal-istrumenti u l-mekkaniżmi għat-titjib tal-aċċess tal-SMEs għas-servizzi tar-riċerka u l-innovazzjoni (bħal vawċers tal-innovazzjoni) u servizzi bbażati fuq l-għarfien oħra (l-immudellar, il-valutazzjoni tar-riskji, eċċ) li huma kruċjali biex l-SMEs ikunu jistgħu jinnovaw u jsibu soluzzjoni innovattiva għas-suq; |
|
102. |
Jenfasizza l-benefiċċji fin-negozju u l-ekoeffiċjenza tas-sistemi tal-prodotti u s-servizzi u l-mudelli tan-negozju orjentati lejn il-funzjoni u jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija f’dan il-qasam; |
|
103. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jerġgħu jevalwaw is-sistema kollha tal-innovazzjoni bl-għan li jitneħħew l-ostakli finanzjarji u amministrattivi bla bżonn, pereżempju:
|
|
104. |
Jiddispjaċih li l-protokolli tal-innovazzjoni huma soġġetti għal proċessi ta’ approvazzjoni burokratiċi twal li jrażżnu l-innovazzjoni, jillimitaw il-kompetittività tas-suq tal-UE u jwaqqfu l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku fil-komunità medika, biex b'hekk iwasslu għal dewmien fit-twassil tal-benefiċċji għall-pazjenti; |
|
105. |
Jenfasizza l-importanza li tingħata prijorità lir-reviżjoni tad-direttiva dwar il-provi kliniċi fi djalogu mar-riċerkaturi, bil-għan li jiġi żgurat qafas regolatorju mtejjeb għall-iżvilupp ta' prodotti mediċinali u li jitqabblu kuri alternattivi ma' prodotti mediċinali fir-riċerka klinika (kif iddikjarat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Innovazzjoni u s-Solidarjetà fil-Farmaċewtiċi adottati fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2010); |
|
106. |
Jenfasizza l-importanza kbira li jintuża għarfien ġdid biex jinħolqu modi ġodda u aħjar li jipprevjenu, isibu, u jfejqu l-kanċer u li jiġu promossi mekkaniżmi rapidi li jagħmlu dawn l-iskoperti disponibbli għall-pazjenti; |
|
107. |
Jenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni fit-Trijangolu tal-Għarfien u jisħaq dwar il-ħtieġa tal-iżvilupp ta’ kultura ta’ innovazzjoni fil-perspettiva finanzjarja u l-perspettivi ta’ wara l-2013; |
|
108. |
Jistieden lill-Istati Membri, b’kooperazzjoni mill-qrib mar-reġjuni, jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-Fondi Strutturali għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fil-perjodu finanzjarju attwali, filwaqt li jindirizzaw l-isfidi soċjetali l-kbar, jagħmlu sforz biex jilħqu koeżjoni fl-innovazzjoni u fir-riċerka u jallinjaw il-prijoritajiet tal-Fondi Strutturali mal-objettivi UE2020; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jevitaw xogħol doppju li jiswa l-flus billi jippromwovu strategiji speċjalizzati intelliġenti u mmirati iktar; iqis li r-reġjuni għandhom jingħataw inċentivi biex jippromwovu din l-istruttura ta' speċjalizzazzjoni Ewropea; |
|
109. |
Jenfasizza li l-fondi ta’ koeżjoni ppjanati għall-innovazzjoni fil-biċċa l-kbira tagħhom jispiċċaw ma jintnefqux minħabba rekwiżiti amministrattivi mhux xierqa u minħabba l-ħtieġa għal fondi li jmorru flimkien li ma jkunux disponibbli fi żminijiet ta' restrizzjoni finanzjarja; jinnota li dan il-fatt jikkontribwixxi għat-tkabbir tad-disparità ekonomika fost l-Istati Membri, li tinsab fil-qalba tal-kriżi attwali taż-żona tal-Euro; jitlob riforma u s-simplifikazzjoni tal-fondi strutturali, biex ikunu aċċessibbli għall-istrutturar mill-ġdid tal-atturi ekonomiċi involuti, partikolarment l-SMEs; |
|
110. |
Jemmen li l-istabbiliment ta’ referenzi u standards wera li kien katalist b’saħħtu għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-kompetittività sostenibbli f’bosta setturi industrijali; Jingħaqad mal-Kunsill u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti biex il-proċeduri ta' standardizzazzjoni jiġu aċċellerati, issimplifikati, b’inqas spejjeż u jiġu mmodernizzati permezz ta’ iktar trasparenza u involviment ikbar tal-partijiet interessati, biex b'hekk jiġġeneraw reazzjoni Ewropea b'aktar ħeffa għall-iżviluppi innovattivi tas-suq globali; jitlob lill-Kummissjoni biex tqis bis-serjetà l-mekkaniżmi innovattivi li jirnexxu bħall-istabbiliment ta’ standards miftuħa li jintegraw lill-partijiet interessati tul il-katina tal-valur; |
|
111. |
Jirrimarka li l-istandardizzazzjoni tista' żżid l-innovazzjoni u l-kompetittività billi tiffaċilita l-aċċess għas-swieq u billi tippermetti l-interoperabilità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar ħalli tippromwovi l-inklużjoni tal-istandards Ewropej, l-aktar fl-oqsma soċjali u ambjentali, fil-ftehimiet futuri rigward il-kummerċ ħieles; |
|
112. |
Jenfasizza għalhekk li l-istrateġiji kollha marbuta mat-trasformazzjoni tal-Ewropa għal dinja wara l-kriżi għandhom ikunu ggwidata mill-ħolqien tal-impjiegi sostenibbli; |
|
113. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ssegwi r-rakkomandazzjoni tal-Evalwazzjoni Interim tas-Seba' Programm Qafas (Grupp ta' Esperti), meta titlob li jitqies moratorju fuq l-istrumenti ġodda sakemm dawk eżistenti jkunu ġew żviluppati biżżejjed u evalwati kif xieraq; għalhekk, jitlob għal prekawzjoni partikolari sabiex tiġi evitata proliferazzjoni li tfixkel ta' strumenti; |
|
114. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament evalwazzjoni esterna tal-istrumenti ta' innovazzjoni maħluqa taħt is-Seba' Programm Qafas, bħal, pereżempju, il-pjattaformi teknoloġiċi u l-JETIs (Inizjattivi Konġunti Ewropej fil-qasam tat-Teknoloġija), u jqis li l-evalwazzjoni għandha tkopri l-attivitajiet, it-talbiet biex jitressqu proposti, il-proġetti ta' innovazzjoni, ir-riżultati (jekk disponibbli), kif ukoll il-kontribuzzjoni ekonomika minn fondi pubbliċi u privati. |
|
115. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tal-mira ta’ finanzjament tal-2020 għall-iżvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija sabiex dawn jammontaw għal 3 % tal-PGD u sabiex jingħaraf li r-riċerka u l-innovazzjoni huma l-uniċi mezzi sikuri biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku fl-UE, biex tqis il-possibbiltà tal-istabbiliment ta' livell minimu vinkolanti interim ta’ finanzjament għall-Istati Membri għall-iżvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija li jkun jammonta għal madwar 1 % tal-PGD sal-2015; |
|
116. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-innovazzjoni hija essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u li l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tirrekluta madwar miljun riċerkatur addizzjonali biex tilħaq l-għan li tonfoq 3 % tal-PGD fuq ir-riċerka u l-iżvilupp kif stipulat fl-Istrateġija Ewropa 2020; jemmen li dan l-għan jista' jintlaħaq aktar faċilment billi jiżdied b'mod sostanzjali n-numru ta' riċerkaturi nisa, li jammontaw biss għal 39 % tar-riċerkaturi impjegati fis-settur pubbliku u fl-edukazzjoni ogħla u 19 % tar-riċerkaturi li jaħdmu fis-settur privat (6); |
|
117. |
Jappoġġa l-objettiv li jiżdied b'miljun in-numru ta' riċerkaturi fl-UE sal-2020, u josserva li investiment enormi bħal dan ikollu effetti ta' multiplikatur sinifikanti fuq l-impjiegi, iżda fl-istess ħin iqis li dan huwa objettiv ambizzjuż ħafna li jirrikjedi li jiġu stabbiliti objettivi għal kull pajjiż individwali u li jsiru sforzi mmirati; jinnota li s-settur pubbliku ma għandux neċessarjament il-fondi biżżejjed biex jagħmel dan, jiġifieri għalkemm hemm bżonn qawwi li jiżdied l-għadd ta' postijiet għar-riċerkaturi fi stabbilimenti tal-edukazzjoni ogħla u f'istituti pubbliċi ta' riċerka, il-biċċa l-kbira tar-riċerkaturi se jiġu impjegati fis-settur privat; jinnota li l-attenzjoni għandha tiffoka anqas fuq in-numru ta’ riċerkaturi u aktar fuq l-innovazzjoni tagħhom, il-kwalità tal-edukazzjoni tagħhom, id-diviżjoni Ewropea tax-xogħol fil-qasam tar-riċerka, ir-riżorsi għar-riċerka u l-kwalità tar-riċerka; |
|
118. |
Jilqa' bi pjaċir l-appoġġ tal-Kummissjoni għal innovazzjoni miftuħa u kollaborattiva li se ġġib benefiċċji soċjali u ekonomiċi fuq perjodu twil ta' żmien; japprova f'dan il-kuntest l-impenn tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tixrid, it-trasferiment u l-użu tar-riżultati tar-riċerka, inklużi l-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet u għad-data minn riċerka ffinanzjata pubblikament; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssib il-mezzi meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, u jenfasizza r-rwol li Europeana jista' jkollha f'dan il-qasam; |
Is-suq uniku u l-proprjetà intellettwali
|
119. |
Jisħaq li s-suq uniku tal-Ewropa jrid ikun lest b'urġenza għall-oġġetti u s-servizzi kollha, inklużi l-prodotti tas-saħħa innovattivi, biex b'hekk jipprovdi aċċess għal 500 miljun konsumatur; itenni li sfida kbira għas-suq uniku Ewropew hija l-frammentazzjoni tal-liġijiet u l-proċessi ta’ validazzjoni; |
|
120. |
Jenfasizza li f’xi setturi, bħal dak tas-saħħa, ir-riżultati tar-riċerka wasslu għall-innovazzjoni kull darba li x-xjenza ppermettiet, u għalhekk iqis li l-pessimiżmu tal-Kummissjoni fir-rigward tal-innovazzjoni f’ħafna każijiet mhuwiex ġustifikat; |
|
121. |
Jenfasizza li l-prattiki attwali ta' ħruġ ta' liċenzji jikkontribwixxu għall-frammentazzjoni tas-suq intern tal-UE; jinnota li għalkemm sar progress, id-domanda tal-konsumaturi għal liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali għal użi transkonfinali u online ma ġietx indirizzata b'mod sodisfaċenti; |
|
122. |
Ifakkar li l-objettiv tal-UE huwa li tippromwovi l-industriji kulturali kreattivi kemm online kif ukoll offline u jqis li l-għan għandu jkun l-użu wiesa' ta' liċenzji pan-Ewropej skont id-domandi tas-suq u tal-konsumaturi u li, jekk dan ma jistax jintlaħaq f'perjodu qasir ta' żmien, għandha ssir valutazzjoni komprensiva tal-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jiġu affrontati l-ostakli potenzjali kollha għall-ħolqien ta' suq intern effikaċi tal-UE, inkluż il-prinċipju tat-territorjalità; |
|
123. |
Jilqa' r-reviżjoni mill-Kummissjoni tas-sistema Ewropea tat-trademarks u jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni tiżgura li t-trademarks ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess livell ta' protezzjoni kemm fl-ambjent online kif ukoll f'dak offline; |
|
124. |
Jisħaq li sistema b'saħħitha, ibbilanċjata u implimentata sew ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) li tikkontribwixxi għal aktar trasparenza u tipprevjeni kwalunkwe frammentazzjoni hi waħda mill-kundizzjonijiet ta' qafas prinċipali għall-innovazzjoni; jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipprevjeni l-IPR milli jikkostitwixxu ostakolu għall-kompetizzjoni u l-innovazzjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva dwar il-proprjetà intellettwali – u fejn xieraq tippreżenta proposti leġiżlattivi – li tibbilanċja d-drittijiet tal-inventuri mal-promozzjoni ta' użu wiesa' tal-għarfien u l-invenzjonijiet u l-aċċess għalihom; |
|
125. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-iżgurar li l-SMEs ikunu jistgħu jużaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrijali b'mod effiċjenti; |
|
126. |
Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-problemi speċifiċi li jiltaqgħu magħhom l-SMEs fir-rigward tal-affermazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom skont il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” stabbilit mill-Att tan-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa, inter alia billi jiġi applikat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għall-SMEs; |
|
127. |
Huwa tal-fehma li infurzar li jiffunzjona sew tal-IPRs iżid l-inċentivi għall-kumpaniji biex jiżviluppaw prodotti innovattivi u għalhekk iżid il-firxa ta' prodotti u servizzi disponibbli għall-konsumaturi; |
|
128. |
Jitlob l-introduzzjoni ta' privattiva Ewropea unika bbilanċjata; jilqa', sadanittant, l-appoġġ wiesa' fil-Kunsill għall-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa dwar privattiva unika tal-UE biex tibda fl-2011; |
|
129. |
Jirrimarka li għandhom jiġu adottati il-privattiva unika Ewropea u l-Istatut tal-Kumpanija Ewropea sabiex jippromwovu t-tranżizzjoni għal kummerċ barra mis-suq Komunitarju; jenfasizza l-bżonn ta’ tnaqqis fl-ispejjeż ta' privattivi tal-UE u tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fid-dawl tad-differenzi ekonomiċi eżistenti fl-Istati Membri tal-UE, sabiex dawn ikunu iktar kompetittivi meta mqabbla mal-prezzijiet fl-Istati Uniti u fil-Ġappun; |
|
130. |
Jitlob l-ikkompletar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka – obbligu skont it-Trattat – sal-2014, sabiex l-UE tkun tista' żżomm u tattira l-aqwa talent, timmassimizza l-libertà tal-moviment tar-riċerkaturi u tippromwovi l-attività transkonfinali tal-istituti tar-riċerka u tat-teknoloġija kif ukoll it-tixrid, it-trasferiment u l-isfruttar tar-riżultati tar-riċerka; jenfasizza li għalhekk ikun ta’ importanza kbira li jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ finanzjament xierqa; |
|
131. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi politiki li jinkoraġġixxu r-riċerkaturi jibqgħu fl-Istati Membri tal-UE billi jippromwovu kundizzjonijiet attraenti ta' xogħol fl-istituti ta' riċerka pubbliċi; |
|
132. |
Jemmen li politika effiċjenti ta' innovazzjoni u ta' tkabbir trid bilfors tinvesti fi programmi ta' riċerka li jiffaċilitaw il-mobilità u l-iskambji bejn ir-riċerkaturi fil-livell internazzjonali u jsaħħu l-kooperazzjoni bejn id-dinja tax-xjenza u dik kummerċjali (Azzjonijiet Marie Curie); |
|
133. |
Jenfasizza l-importanza li jinħolqu, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali, kundizzjonijiet favorevoli u inċentivi sabiex tingħata spinta lill-parteċipazzjoni fl-istudji dottorali, kif ukoll lill-parteċipazzjoni fir-riċerka innovattiva, biex titwaqqaf il-ħarba tal-imħuħ u biex l-UE tkun tista' tieħu benefiċċji sostanzjali, filwaqt li ssaħħaħ il-kompetittività tagħha permezz ta' riċerka u studji avvanzati u innovattivi; |
|
134. |
Jitlob reviżjoni mħeffa tal-leġiżlazzjoni dwar it-trademark Komunitarju u, f’dan ir-rigward, it-teħid ta’ passi xierqa biex jiġi żgurat li t-trademarks jingħataw l-istess livell ta’ protezzjoni kemm f’ambjenti fuq l-internet kif ukoll mhux fuq l-internet; |
|
135. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi żviluppat suq tal-għarfien Ewropew għall-IPR u l-għoti ta' liċenzji sa tmiem l-2011, inkluż l-aċċess iffaċilitat għal proprjetà intellettwali mhux użata, fost affarijiet oħra, billi titħeġġeġ il-formazzjoni ta’ pjattaformi ta’ privattivi komuni u gruppi ta’ privattivi; |
|
136. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti leġiżlattivi meħtieġa għall-ħolqien ta' Suq Diġitali Uniku li jiffunzjona bis-sħiħ sal-2015, peress li dan se jtejjeb b'mod sinifikanti l-kundizzjonijiet qafas għall-innovazzjoni; jisħaq li l-inizjattivi għandhom ikunu ambizzjużi b'mod partikolari f'oqsma prinċipali bħad-dritt tal-awtur, il-kummerċ elettroniku, inkluża politika tal-konsumatur għall-kummerċ elettroniku, u l-użu tal-informazzjoni tas-settur pubbliku; |
|
137. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ipoġġu t-tlestija tas-Suq Uniku, inklużi miżuri li jippromwovu s-Suq Diġitali Uniku, fil-qalba tal-politika ta' innovazzjoni, peress li din se tikseb prezzijiet aħjar u iktar kwalità għall-konsumaturi, tappoġġa l-iżvilupp ta' prodotti innovattivi, tkattar il-ħolqien tal-impjiegi fl-UE u tiġġenera opportunitajiet ġodda ta' tkabbir fl-UE fis-swieq pilota; |
|
138. |
Jindika li, li kieku kellna noqorbu lejn suq innovattiv uniku, irid jintlaħaq ftehim dwar il-metodi ta’ valutazzjoni tal-benefiċċji ekonomiċi u soċjali, diretti u indiretti, fuq terminu ta’ żmien qasir u twil; |
Akkwist pubbliku
|
139. |
Ifakkar li l-akkwist pubbliku, li jirrappreżenta 17 % tal-PDG annwali tal-UE, għandu rwol importanti fis-suq uniku Ewropew u biex jistimula l-innovazzjoni; |
|
140. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw b'mod strateġiku l-akkwist pubbliku li jindirizza l-isfidi soċjali, jistimulaw l-innovazzjoni u jidderieġu l-baġit tal-akkwist pubbliku tagħhom lejn prodotti, proċessi u servizzi innovattivi, sostenibbli u ekoeffiċjenti, filwaqt li jitqies li l-irħas offerta mhijiex dejjem l-iktar waħda vijabbli ekonomikament; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni:
|
|
141. |
Jinsisti li l-innovazzjoni għandha tkun element ewlieni tal-politika pubblika f’oqsma bħall-ambjent, l-ilma, l-enerġija, it-trasport, it-telekomunikazzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni; jisħaq dwar il-ħtieġa tal-promozzjoni tat-tixrid u l-assorbiment wiesa' tal-innovazzjoni fis-settur pubbliku, f’intrapriżi privati u speċjalment fl-SMEs; |
|
142. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-isforzi tas-settur pubbliku biex jadotta approċċi innovattivi u biex iniedu l-programm il-ġdid ta' riċerka dwar l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, pereżempju fl-oqsma tal-gvern elettroniku, is-saħħa elettronika u l-akkwist elettroniku, u wkoll biex ixerrdu l-aħjar prassi fl-amministrazzjoni pubblika, ħaġa li tnaqqas il-burokrazija u tħaddan politiki ċċentrati fuq iċ-ċittadin; jenfasizza l-importanza tas-settur pubbliku fit-tisħiħ tal-fiduċja pubblika fis-suq diġitali intern; |
|
143. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jinkoraġġixxu l-użu tal-akkwist elettroniku u speċjalment l-użu tal-akkwist prekummerċjali, inluż l-akkwist konġunt u elettroniku, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa lill-osservanza tar-regoli tal-protezzjoni tad-data bħala parti integrali mill-istrateġija innovattiva tal-UE; jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni, bħala parti mir-reviżjoni ġenerali tal-qafas legali għall-akkwist pubbliku, biex tiċċara u tissimplifika r-regoli relevanti u tagħmilha possibbli għall-awtoritajiet kontraenti li jagħmlu użu iktar trasparenti tal-akkwist prekummerċjali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-inklużjoni trasparenti ta' kriterji soċjali, ambjentali, ta' kummerċ ġust u innovattivi li jkunu speċifikati u reali fl-akkwist pubbliku mingħajr ma jiġi pperikolat l-involviment attiv tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju fil-proċess tat-tfassil ta' soluzzjonijiet ġodda u innovattivi u filwaqt li jiġu osservati r-regoli applikabbli tal-kompetizzjoni; |
|
144. |
Jinnota li l-SMEs innovattivi jħabbtu wiċċhom ma problemi fl-aċċess għall-finanzjament għall-internazzjonalizzazzjoni u l-assigurazzjoni ta’ kreditu kummerċjali internazzjonali, fost ostakoli oħra, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri ta’ appoġġ ġodda għall-SMEs fil-qafas tal-Att tan-Negozji ż-Żgħar rivedut u l-Komunikazzjoni mistennija dwar il-Politika tal-Kummerċ Internazzjonali u l-SMEs; |
|
145. |
Jenfasizza li hemm bżonn ta' reċiproċità internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għal swieq ta' akkwist pubbliku, biex b'hekk tingħata l-opportunità lin-negozji tal-UE jikkompetu b'kundizzjonijiet ġusti internazzjonalment; |
|
146. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikulari lill-ostakoli mhux relatati mat-tariffi, li, minħabba li t-tariffi qegħdin gradwalment jitnaqqsu jew jitneħħew, għandhom it-tendenza li jsiru l-ostakoli ewlenin għall-kummerċ internazzjonali; iqis bħala mhux ġustifikati l-ostakoli kollha li jirriżultaw mill-implimentazzjoni inkonsistenti ta' regoli kummerċjali bilaterali u multilaterali; iqis bħala ġustifikati, min-naħa l-oħra, l-ostakoli kollha li jirriżultaw minn attivitajiet leġittimi leġiżlattivi u amministrattivi minn awtoritajiet pubbliċi li joriġinaw minn oqsma mhux kummerċjali imma li għandhom konsegwenzi mhux intenzjonati fuq il-kummerċ, li t-tneħħija tagħhom għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni u d-deliberazzjoni pubblika; |
|
147. |
Jirrikonoxxi li t-trasferiment tat-teknoloġija fl-interess tal-iżvilupp u rigward l-ilħiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju jeħtieġ ikun aspett importanti fil-politika kummerċjali Ewropea, imma jirrikonoxxi li t-trasferiment tal-għarfien dwar it-teknoloġija ta' livell għoli tal-UE lil pajjiżi terzi għandha tissorveljah il-Kummissjoni biex tikseb informazzjoni aħjar fuq il-forom tal-innovazzjoni u l-iżviluppi futuri, u biex tevita l-kompetizzjoni inġusta; |
|
148. |
Jenfasizza r-rwol importanti li jista’ jkollhom l-SMEs jekk ir-regoli tal-akkwist pubbliku jitfasslu b’rekwiżiti li jistgħu jiġu adattati (inklużi rekwiżiti tal-kapital u d-daqs tal-kuntratti) skont id-daqs tan-negozji li jipparteċipaw; |
|
149. |
Jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-UE u l-Istati Membri tagħha f’kooperazzjoni xjentifika ma’ pajjiżi terzi; hu tal-opinjoni li l-intrapriżi tal-UE għandhom jiggarantixxu aċċess aħjar għal programmi ta’ riċerka u żvilupp f’pajjiżi terzi; |
|
150. |
Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri għandhom jaġixxu b’mod ikkoordinat dwar ftehimiet u miżuri fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija marbuta ma’ pajjiżi terzi; hu tal-opinjoni li għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-potenzjal għal ftehimiet qafas mill-UE u l-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi; |
Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni (EIPs)
|
151. |
Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni (EIPs) fejn:
|
|
152. |
Jisħaq li l-EIPs:
Għalhekk jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tippromwovi u tappoġġa inizjattivi oħra bbażati fuq il-prinċipju tas-Sħubiji tal-Innovazzjoni Ewropej; |
|
153. |
Iqis eżemplari l-objettiv assenjat lis-sħubija pilota dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu li jestendi l-għomor b'saħħtu b'sentejn sal-2020, u hu tal-fehma li għandhom jiġu stabbiliti objettivi ċari għas-sħubiji innovattivi kollha, li mingħajr miżuri innovattivi, ikunu nieqsa mill-viżjoni u mill-motivazzjoni u jsir iktar diffiċli li jiġu stabbiliti objettivi interim u parzjali li jkunu jistgħu jitkejlu; |
|
154. |
Jilqa’ s-“Sħubijiet Ewropej tal-Innovazzjoni” maħsuba biex iżidu u jikkoordinaw l-investimenti fir-Riċerka u l-Iżvilupp kif ukoll biex l-akkwist pubbliku jkun ikkoordinat aħjar biex titħaffef l-introduzzjoni ta’ innovazzjonijiet fis-suq. jenfasizza madankollu li l-politiki ta’ akkwist ma għandhomx jitfasslu biex jieħdu post is-swieq privati jew biex joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni iżda biex jiffaċilitawhom, jistimulaw id-diffużjoni tal-innovazzjoni, waqt li l-swieq jinżammu liberi li jimxu f'direzzjonijiet ġodda; |
|
155. |
Jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti fir-Regolament għall-fondi differenti fil-perjodu 2014-2020, sabiex tkun faċilitata s-Sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea f’termini konkreti; |
|
156. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament dwar l-EIPs kollha, u darbtejn fis-sena dwar l-ewwel proġett pilota u jitlob li l-Parlament Ewropew ikun involut fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-EIPs; |
|
157. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sħubija ta’ innovazzjoni għall-materji primi; |
Ir-reġjun bħala sieħeb importanti
|
158. |
Jenfasizza li l-involviment sħiħ tal-awtoritajiet reġjonali u lokali huwa kruċjali biex jinkisbu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, minħabba li għandhom rwol importanti fil-ġabra flimkien tan-negozji, l-istituti tal-għarfien, l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadin fl-istandard "diamond 4", biex b'hekk iservu ta' intermedjarju bejn dawn l-atturi varji, l-Istati Membri u l-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tissuġġerixxi oqsma għal diskussjoni u arranġamenti operattivi li permezz tagħhom ir-reġjuni jkunu jistgħu jipparteċipaw u jagħtu kontribut fir-reazzjoni l-aktar xierqa għall-isfidi soċjetali l-kbar, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà filwaqt li fl-istess ħin jiġu rikonoxxuti l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni differenti; |
|
159. |
Jinnota l-konklużjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni tal-2009 dwar l-effetti sproporzjonati li l-kriżi ekonomika u finanzjarja qed ikollha f’pajjiżi u f’reġjuni differenti, li qegħdin jimminaw l-għan ta’ konverġenza; jinsab imħasseb li r-restrizzjonijiet baġitarji attwali imposti fuq l-Istati Membri jistgħu jwasslu għal restrizzjonijiet akbar fuq l-investiment fl-STI, b’effetti potenzjalment ta’ ħsara; jaqbel li l-inizjattiva tal-"Unjoni tal-Innovazzjoni” għandha tinkludi l-Istati Membri u r-reġjuni kollha u li dan hu essenzjali biex jiġi evitat il-ħolqien ta’ “diskrepanza tal-innovazzjoni" bejn pajjiżi u reġjuni b’innovazzjoni akbar jew anqos; |
|
160. |
Jistieden lir-reġjuni kollha jinvestu fl-innovazzjoni u jaġġustaw l-istrateġiji għall-innovazzjoni tagħhom biex iżidu l-effiċjenza tagħhom, itejbu l-kapital uman tagħhom u jsaħħu l-kapaċità u r-rieda tal-impriżi tagħhom li jkunu innovattivi u kompetittivi fil-livell internazzjonali; |
|
161. |
Jindika li dawk li huma responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell reġjonali għandhom ikunu kompletament konxji mill-potenzjal għat-tkabbir ekonomiku li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni joffru fir-reġjuni kollha, peress li l-biċċa l-kbira tal-innovazzjonijiet jinħolqu fil-livell tal-interfaċċja prattika (innovazzjonijiet ibbażati fuq id-domanda u fuq l-utent) u fil-biċċa l-kbira tagħhom huma ffinanzjati mill-FEŻR; jinnota għalhekk li, sal-punt li l-attivitajiet ta' innovazzjoni mhux bilfors jew mhux prinċipalment jirrikjedu l-eżistenza ta' stabbilimenti ta' edukazzjoni ogħla, anke dawk ir-reġjuni mingħajr universitajiet u ċentri ta’ riċerka għandhom ikunu kapaċi jiżviluppaw il-kapaċitajiet ta' innovazzjoni proprji u jisiltu l-benefiċċju massimu mir-riżorsi u mill-beni reġjonali u lokali f’termini ta’ potenzjal ta' innovazzjoni; |
|
162. |
Jinnota li t-trawwim tal-innovazzjoni fil-livell reġjonali jista’ jgħin sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi reġjonali; minkejja dan, jinkuraġġixxi l-livelli differenti (reġjonali, nazzjonali u tal-UE) biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom b’mod aktar effikaċi bħala parti mill-ippjanar tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp madwar l-Ewropa; |
|
163. |
Jindika li l-innovazzjoni – kemm fit-tfassil tal-politika u fl-attivitajiet tan-negozji u taċ-ċentri ta' riċerka – hija ta’ importanza fundamentali biex tingħata sostanza lill-politika ta’ koeżjoni territorjali tal-UE u li, minħabba n-natura proprja tagħha, tista’ tagħti kontribut deċiżiv biex jintlaħqu l-objettivi ta’ koeżjoni u biex jingħelbu l-ostakoli għal din il-koeżjoni fiż-żoni b’karatteristiki ġeografiċi u demografiċi speċifiċi; |
|
164. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-kontribut li d-diversità kulturali tagħti lill-innovazzjoni; jikkunsidra, f’dan ir-rigward, li l-azzjoni biex tiġi ssalvagwardjata u promossa d-diversità kulturali reġjonali għandha tingħata rwol prominenti fil-politika ta’ innovazzjoni; |
|
165. |
Jisħaq fuq ir-rwol fundamentali tar-reġjuni fit-tfassil tal-politiki biex jistimulaw l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali; jindika madankollu li, f’ħafna Stati Membri, il-baġits reġjonali u lokali mhumiex biżżejjed u l-baġits nazzjonali għall-innovazzjoni huma baxxi; |
|
166. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-potenzjal innovattiv sħiħ tar-reġjuni tal-UE għandu jitqanqal sabiex jintlaħaq l-objettiv Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u jindika li l-politika reġjonali futura għandha titratta din l-isfida bħala prijorità ewlenija; jemmen li din il-prijoritizzazzjoni tapplika għall-objettivi kollha tal-politika reġjonali, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kompetittività tal-Ewropa tkun garantita skont standards dinjijin; jitlob li l-industrija tiġi involuta fl-ekoinnovazzjoni, billi l-imprendituri għandhom rwol importanti ħafna fit-tixrid tal-ekoinnovazzjoni b'mod aktar estensiv fil-livell reġjonali; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-informazzjoni għall-imprendituri – billi jintwerew opportunitajiet kummerċjali ġodda – se tkun kruċjali għas-suċċess ta' strateġija mmirata għall-iżvilupp ta' ekonomiji b'użu effiċjenti tar-riżorsi u ta' industriji sostenibbli; |
|
167. |
Jenfasizza r-rwol tal-potenzjal innovattiv ta' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE iżda li jikkooperaw mal-UE fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, u jitlob li dawn il-pajjiżi jiġu inklużi fl-inizjattiva tal-"Unjoni tal-Innovazzjoni"; |
|
168. |
Jenfasizza l-potenzjal kbir tal-bliet għar-riċerka u l-innovazzjoni; jemmen li politika urbana aktar intelliġenti, u l-inizjattiva ta’ ‘Bliet Intelliġenti’ fil-qasam tal-enerġija, bbażata fuq l-avvanzi teknoloġiċi u li tindirizza l-fatt li 80 % tal-popolazzjoni tal-Ewropa tgħix fil-bliet, li propju fihom insibu l-akbar differenzi soċjali, tikkontribwixxi għal innovazzjoni ekonomika sostenibbli; |
Implimentazzjoni tal-Istrateġija
|
169. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ssarraf id-dokument strateġiku attwali “Unjoni tal-Innovazzjoni” fi pjan ta’ azzjoni b’objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu u miri b’tul ta’ żmien speċifiku; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja l-progress regolarment, billi tivvaluta l-ostakoli u tistabbilixxi mekkaniżmu li jiffaċilita t-titjib, b’rapporti regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; |
|
170. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-istrumenti speċifiċi tal-Politika ta’ Innovazzjoni Ewropea mal-kompetituri esterni ewlenin tagħna (l-Istati Uniti, il-Ġappun, u l-pajjiżi BRIC) u tirraporta dwar ir-rendiment komparattiv tagħhom fir-rigward tal-innovazzjoni; |
*
* *
|
171. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0398.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0093.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0209.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0223.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0401.
(6) Stqarrija għall-stampa bit-titlu ‘She Figures 2009 – major findings and trends’, Kummissjoni Ewropea, 2009, http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=MEMO/09/519&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/128 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Konvenzjoni tal-ILO issupplimentata b'rakkomandazzjoni dwar il-ħaddiema domestiċi
P7_TA(2011)0237
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal Konvenzjoni tal-ILO issupplimentata b’rakkomandazzjoni dwar il-ħaddiema domestiċi
2012/C 377 E/16
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-24 ta' Frar 2011 lill-Kummissjoni dwar il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-ħaddiema domestiċi (O-000092/2011 – B7-0305/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-23 ta’ Marzu 2006 dwar sfidi demografiċi u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2008 dwar l-istrateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta’ soċjetà inklużiva fl-Ewropa (4), |
|
— |
wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta' djalogu soċjali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (direttiva qafas) (6) u d-direttivi individwali tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2006 bit-titolu "Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd - Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-aġenda tax-xogħol deċenti għal kulħadd" (COM(2006)0249), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Mejju 2007 (7) dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapporti IV(1) u IV(2) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, bl-isem "Xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi", imħejji għad-99 sessjoni tal-Konferenza tax-Xogħol Internazzjonali f'Ġunju 2010, u r-Rapporti IV(1) (jekk l-imsejjaħ "Brown Report") u IV(2) (jew l-hekk imsejjaħ "Blue Report", ippubblikat f'żewġ volumi) bl-isem "Xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi", imħejji għall-100 sessjoni tal-Konferenza tax-Xogħol Internazzjonali f'Ġunju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-professjonalizzazzjoni tax-xogħol domestiku (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB), b'mod partikolari l-Artikolu 4.1 li jipprojbixxi l-iskjavitù u s-servilità, u l-Artikolu 14 li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Istatus Legali tal-Ħaddiema Migranti (1977), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Ewropew dwar l-impjieg "Au Pair" (1969), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1663 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet ta' Ħaddiema Domestiċi (2004), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-kriżi eliminat miljuni ta’ impjiegi u aggravat il-prekarjetà tal-impjiegi kif ukoll il-faqar; billi 17 % tar-residenti tal-UE jinsabu f'riskju ta' faqar; u billi 23 miljun resident tal-UE huma qiegħda, |
|
B. |
billi f'xi pajjiżi ħafna mix-xogħol domestiku jseħħ fl-ekonomija informali, b'kundizzjonijiet ta' impjieg prekarji u/jew bħala xogħol mhux dikjarat, |
|
C. |
billi fil-pajjiżi industrijalizzati x-xogħol domestiku jammonta għal bejn il-5 u 9 % tal-impjieg kollu, billi l-maġġoranza l-kbira tan-nies impjegati f'dan is-settur huma nisa; billi dan ix-xogħol hu sottovalutat, b'paga baxxa u informali, u billi l-vulnerabilità ta' ħaddiema domestiċi tfisser li spiss jiġu diskriminati u jistgħu faċilment jiġu soġġetti għal trattament mhux ugwali, mhux ġust u abbużiv, |
|
D. |
billi l-ħaddiema immigranti b'impjiegi temporanji bi kwalifiki baxxi fil-periferija tas-suq tax-xogħol jew impjiegi bħala ħaddiema domestiċi jistgħu jkunu esposti għal diskriminazzjoni multipla, peress li spiss jaħdmu f'kundizzjonijiet foqra u irregolari; billi għandhom isiru sforzi biex jiġu minimizzati t-trattament ħażin tal-ħaddiema migranti, il-ħlasijiet irregolari tagħhom u l-atti ta’ vjolenza jew abbuż sesswali kontrihom; billi dawn spiss ma jkunux konxji mid-drittijiet tagħhom, ikollhom aċċess ristrett għas-servizzi pubbliċi jew jiffaċċjaw problemi biex jaċċedu għalihom, ikollhom għarfien limitat tal-lingwa lokali u jkollhom nuqqas ta' netwerks soċjali; u billi, l-ħaddiema domestiċi li jakkumpanjaw lil min iħaddimhom minn pajjiż terz huma partikolarment vulnerabbli, |
|
E. |
billi l-għan tal-konvenzjoni hu li tipprovdi rikonoxximent legali għax-xogħol domestiku bħala xogħol, li testendi d-drittijiet lill-ħaddiema domestiċi kollha u li tipprevjeni l-ksur u l-abbużi sabiex jingħata qafas legali għall-ħaddiema domestiċi kollha u tiżgura li x-xogħol tagħhom ma jseħħx barra mill-qafas regolatorju, |
|
F. |
billi ħafna minn dawk li jimpjegaw ħaddiema domestiċi huma stess ma jifhmux biżżejjed jew għandhom nuqqas ta’ parir u assistenza xierqa rigward il-liġi tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-obbligi ta' min jimpjega ħaddiema domestiċi, |
|
G. |
billi l-au pairs huma grupp ta’ ħaddiema domestiċi li ta’ sikwit ma jitqisux bħala ħaddiema regolari; billi bosta rapporti jindikaw li dan jista’ jwassal għal abbuż billi pereżempju l-au pairs jiġu sfurzatu jaħdmu sigħat eċċessivi; billi l-au pairs għandhom jirċievu protezzjoni ugwali bħal ħaddiema domestiċi oħrajn, |
|
1. |
Jilqa' u jappoġġja l-inizjattiva tal-ILO għall-adozzjoni ta' konvenzjoni issupplimentata b'rakkomandazzjoni dwar xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi; jitlob lill-pajjiżi tal-UE li huma membri tal-ILO jadottaw dawn l-istrumenti fil-Konferenza tal-ILO f'Ġunju 2011; jitlob lill-Istati Membri tal-UE jirratifikaw u jimplimentaw il-konvenzjoni u r-rakkomandazzjoni minnufih; |
|
2. |
Iqis li l-adozzjoni, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni tal-ILO dwar xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi jista' jkollhom impatt billi jnaqqsu ċ-ċifri ta' foqra li jaħdmu; |
|
3. |
Iqis li l-adozzjoni, ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjoni bħal din għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' waħda mill-aktar kategorji vulnerabbli ta' ħaddiema; |
|
4. |
Iqis li l-addozzjoni, ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjoni bħal din m'għandhomx biss ittejbu l-pożizzjoni ta' numru kbir ta' nisa fis-suq tax-xogħol għal xogħol domestiku billi jiżgurawlhom kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti, iżda wkoll isaħħu l-grad ta' inklużjoni soċjali tagħhom; |
|
5. |
Jappoġġa bis-sħiħ l-approċċ għall-impjiegi bbażat fuq id-drittijiet fl-abbozz tat-test tal-konvenzjoni u tar-rakkomandazzjoni; jirrikonoxxi l-iffukar fuq il-ħolqien ta' xogħol deċenti għal ħaddiema domestiċi, u jappoġġa d-definizzjoni ta' ħaddiem domestiku kif stipulat fil-konvenzjoni; jilqa' l-fatt li l-konvenzjoni tiddikjara biċ-ċar li kull ħaddiem koprut minn din id-definizzjoni għandu d-dritt li jiġi trattat b'mod konsistenti mal-istandards tax-xogħol ewlenin, is-sigurtà soċjali, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u trattament indaqs waqt li jkun qed ifittex impjieg jew waqt li jkun f'impjieg, il-protezzjoni kontra l-prattiki abbużivi mill-aġenziji ta' impjieg, taħriġ u żvilupp tal-karriera, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà, il-protezzjoni tal-maternità u d-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol/ta' mistrieħ, il-protezzjoni kontra l-abbużi u fastidju, il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' rappreżentanza, negozjar kollettiv u taħriġ tul il-ħajja; jappoġġa l-fatt li l-konvenzjoni titlob li jkun hemm età minima għal impjieg u li jitneħħew id-diskrepanzi tal-ġeneru u tal-paga etnika; |
|
6. |
Jitlob li jkun hemm aċċess usa' għal faċilitajiet tal-kura tat-tfal u tal-anzjani ta' kwalità għolja li jkunu disponibbli minnufih u għall-but ta' kulħadd, biex b'hekk jiżgura li l-ħaddiema ma jiġux mġiegħla jerfgħu dawn id-dmirijiet fuq bażi informali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-impjiegi prekarji ta' kura domestika, fejn ikun possibbli, jinbidlu f'impjiegi sostenibbli, deċenti u mħallsin tajjeb; |
|
7. |
Jitlob l-iżvilupp ta' kampanja għal trasformazzjoni gradwali ta' ħaddiema prekarji f'ħaddiema regolari; jitlob l-approvazzjoni ta' programm immirat għall-edukazzjoni tal-ħaddiema dwar l-impatti tax-xogħol prekarju, inkluż l-implikazzjonijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol; |
|
8. |
Jemmen li l-użu tal-aħjar prattika minn ċerti reġjuni jew Stati Membri, pereżempju kuntratti mudell, jista' jipprovdi forom ta' impjieg aktar stabbli għall-ħaddiema domestiċi impjegati ma' familji fid-djar; |
|
9. |
Jemmen li l-konvenzjoni għandha tiffoka fuq il-promozzjoni ta' impjiegi ta' kwalità għolja u fuq l-iżvilupp ta' dispożizzjonijiet tax-xogħol li jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema domestiċi b'mod effettiv, li jiżgurawlhom trattament ugwali, li joffru livell ta' protezzjoni massimu u jissalvagwardjaw id-dinjità personali tagħhom; |
|
10. |
Jinnota li t-tendenza lejn żieda fil-proporzjon ta' kuntratti mhux standard jew atipiċi għandha dimensjoni qawwija ġenerazzjonali u dwar il-ġeneru u dan għandu jiġi rikonoxxut fit-test tal-konvenzjoni u r-rakkomandazzjoni; |
|
11. |
Jinnota li l-qgħad għoli u s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol jeħtieġ li jingħelbu billi l-ħaddiema kollha jingħataw drittijiet ugwali u jsir investiment fil-ħolqien tal-impjiegi, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; |
|
12. |
Jenfasizza li l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat għandha tkun akkumpanjata b’miżuri biex jinħolqu impjiegi alternattivi u biex in-nies jiġu mgħejjuna fl-aċċess għas-suq tax-xogħol miftuħ, inkluż permezz ta’ xogħol għal rashom ġenwin; |
|
13. |
Jemmen li fil-konvenzjoni għandhom jiġu promossi politiki li jippermettu lin-nies kollha, inkluż dawk l-aktar debboli u l-aktar żvantaġġati, sabiex dawn ikollhom aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol formali u għal opportunitajiet indaqs; |
|
14. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Immigranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta’ Diċembru 1990 (9); |
|
15. |
Iqis li l-problema tax-xogħol mhux dikjarat teħtieġ tiġi tratatta; jiddikjara li s-settur tax-xogħol domestiku hu kkaratterizzat minn livell għoli ta' informalità u ta' xogħol mhux dikjarat, li ħafna ħaddiema immigranti huma impjegati f'dan is-settur u li d-drittijiet tagħhom spiss jinkisru; iqisha wkoll essenzjali li niġġieldu kontra x-xogħol prekarju b’mod ġenerali, billi nżommu f'moħħna li din il-problema taffettwa b’mod partikulari l-ħaddiema immigranti, u b'hekk is-sitwazzjoni diġà vulnerabbli tagħhom tmur għall-agħar; |
|
16. |
Hu tal-fehma li jista' jkun meħtieġ li l-leġiżlazzjoni tiġi adattata biex toħloq arranġamenti kuntrattwali flessibbli u siguri li jiggarantixxu trattament ugwali; iqisha bħala ħaġa essenzjali li tiġi eżaminata s-sitwazzjoni speċifika li jħabbtu wiċċhom magħha l-ħaddiema immigranti u l-familji tagħhom; |
|
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-ILO. |
(1) ĠU C 292E, 1.12.2006, p. 131.
(2) ĠU C 41E, 19.2.2009, p. 14.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0365.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0375.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0263.
(6) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(7) ĠU C 102E, 24.4.2008, p. 321.
(8) KESE/SOC/372, 26 ta' Mejju 2010.
(9) A/RES/45/158.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/131 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Reżistenza għall-antibijotiċi
P7_TA(2011)0238
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi
2012/C 377 E/17
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar strateġija ġdida għas-saħħa tal-annimali għall-Unjoni Ewropea 2007-2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi u r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Konġunta dwar ir-reżistenza antimikrobika (RAM) li tiffoka fuq l-infezzjonijiet żoonotiċi miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA), u l-Kumitat Xjentifiku tar-Riskji tas-Saħħa li Qed Jitfaċċaw u li Għadhom Kif Ġew Identifikati (SCENIHR), il-Ġurnal tal-EFSA 2009; 7(11):1372, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Mistoqsija b’talba għal tweġiba Orali (O-000048/2011 – B7-0304/2011) lill-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2011 dwar ir-Reżistenza għall-antibijotiċi, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO dwar "L-Impatt Mediku tal-Użu tal-Antimikrobiċi fl-Annimali tal-Ikel", |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-proposta għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi fil-mediċina umana (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi r-reżistenza antimikrobika (RAM) hija kwistjoni marbuta mas-saħħa tal-annimali għas-settur Ewropew tal-bhejjem speċjalment meta t-trattament ma jaħdimx; billi linji gwida dwar l-użu prudenti tal-antimikrobiċi diġà nħarġu f'diversi Stati Membri, u dan wassal għal tnaqqis fl-użu tal-antimikrobiċi, |
|
B. |
billi s-settur tal-bhejjem (settur tal-ħalib, laħam taċ-ċanga, laħam tal-majjal u tat-tajr, bajd, ħalib tan-nagħġa u tal-mogħża u produzzjoni tal-laħam) għandu rwol ewlieni fl-ekonomija agrikola Ewropea, |
|
C. |
billi l-għan ewlieni tal-bdiewa huwa li jżommu lill-bhejjem tagħhom b'saħħithom u produttivi permezz ta’ prattiki agrikoli tajbin (iġjene, għalf adegwat, trobbija xierqa tal-annimali, ġestjoni responsabbli tas-saħħa tal-annimali), |
|
D. |
billi, minkejja l-miżuri meħuda mill-bdiewa, l-annimali xorta waħda jistgħu jimirdu u jridu jiġu ttrattati, |
|
E. |
billi l-antimikrobiċi, meta jintużaw sew, huma għodda utli li tgħin lill-bdiewa jżommu lill-bhejjem tagħhom b'saħħithom u produttivi u li tiżgura l-benessri tal-annimali, |
|
F. |
billi s-settur agrikolu Ewropew tal-bhejjem irid jiddependi mis-sikurezza u l-effikaċja tat-trattamenti antimikrobiċi għall-ġejjieni, |
|
G. |
billi jeħtieġ li l-amministrazzjoni ta’ antimikrobiċi lill-annimali kif ukoll lill-bnedmin tqis it-theddida potenzjali tar-reżistenza antimikrobika (RAM), |
|
H. |
billi parti konsiderevoli mill-antimikrobiċi hija preskritta għall-użu fl-annimali u r-RAM taffettwa kemm lill-bnedmin kif ukoll lill-annimali u tista' tgħaddi mill-bniedem għall-annimali u viċi versa, din hija kwistjoni li verament tolqot iż-żewġ oqsma li titlob approċċ ikkoordinat fil-livell komunitarju, |
|
I. |
billi r-reżistenza antimikrobika fil-bnedmin sikwit hija kkawżata minn dożi inadegwati ta’ antibijotiċi, minn trattamenti mhux korretti u permezz tal-esponiment kontinwu tal-patoġeni għall-aġenti antimikrobiċi fl-isptarijiet, |
|
J. |
billi t-trażmissjoni ta’ batterji patoġeniċi li fihom ġeni RAM tikkostitwixxi theddida partikolari għall-persuni, bħall-bdiewa u l-ħaddiema agrikoli, li kuljum jiġu f'kuntatt mal-annimali, |
|
K. |
billi l-annimali li jgħixu f'kundizzjonijiet ta’ densitajiet kbar jistgħu jiffavorixxu rati ogħla ta’ mard; billi l-użu inadegwat tal-antimikrobiċi fl-annimali ġeneralment jista' jitqies bħala fattur ta’ riskju għat-tfaċċar ta’ reżistenza b'konsegwenzi għas-saħħa pubblika u tal-annimali, |
|
L. |
billi r-rwol tal-annimali, tal-ikel li joriġina mill-annimali u tal-batterji reżistenti li jinsabu fit-trobbija tal-annimali, fir-rigward tat-trasferiment tar-RAM lill-bnedmin u tal-perikli potenzjali tiegħu jista' jkun li mhuwiex ċar biżżejjed, |
|
M. |
billi l-użu tal-antimikrobiċi f'livelli sottoterapewtiċi għal perjodi mtawla ġeneralment joħloq riskju akbar li tiżviluppa r-RAM u/jew li r-RAM tiġi amplifikata u tinfirex, meta mqabbel mat-trattamenti terapewtiċi, |
|
N. |
billi l-użu ta’ antimikrobiċi f'livelli sottoterapewtiċi huwa pprojbit fl-UE, |
|
O. |
billi użu mnaqqas tal-antimikrobiċi, fuq perjodu twil ta’ żmien, jirriżulta f'anqas spejjeż kemm għall-bdiewa kif ukoll għas-soċjetà kollha, sakemm tinżamm l-effiċjenza tal-antimikrobiċi, |
|
P. |
billi l-użu eċċessiv u inadegwat tal-bijoċidi jista’ wkoll jikkontribwixxi għar-RAM, |
|
Q. |
billi d-dekontaminazzjoni kimika tal-karkassi tat-tbiċċir, li hija illegali fl-Ewropa, tista’ wkoll tikkontribwixxi għar-RAM, |
|
R. |
billi l-ikel jista' jkun li hu mezz importanti għat-trasmissjoni tar-RAM, |
|
S. |
billi l-annimali li ma jipproduċux ikel, bħalma huma l-annimali kumpanni, jistgħu wkoll iservu ta’ ħażna u jiffaċilitaw it-trasmissjoni tar-RAM, li jfakkarna fl-użu tal-mediċini antimikrobiċi maħsuba għall-użu mediku tal-bnedmin anke jekk dan l-użu ma jkunx speċifikat fil-fuljett, |
|
T. |
billi t-trobbija tal-bhejjem moderna mingħajr il-possibilità li jintużaw kwalunkwe antimikrobiċi biex jiġi ttrattat il-mard illum il-ġurnata tidher li mhix ħaġa fattibbli, stat ta’ saħħa tajjeb tal-annimali u użu razzjonali u responsabbli ta’ antimikrobiċi jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tixrid tar-RAM, |
|
U. |
billi r-reżistenza antimikrobika fl-annimali tvarja bejn speċijiet differenti u forom differenti ta’ trobbija tal-annimali, |
|
V. |
billi l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010, enfasizza r-rabta li hemm bejn l-istat tas-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika u ħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-problema li qed tikber tar-RAM fl-annimali b’mod responsabbli, |
|
W. |
billi, b’mod partikolari, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tiġbor u tanalizza d-data dwar l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali, fosthom l-antimikrobiċi, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-użu effikaċi ta’ tali prodotti, |
Attivitajiet konġunti ta’ ġbir ta’ data
|
1. |
Jilqa’ l-isforzi li jsiru mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tagħha fir-rigward tal-attivitajiet konġunti ta’ ġbir ta’ data f'dan il-qasam, b'mod partikolari l-inizjattiva fl-2009 biex jinħoloq l-ESVAC (Sorveljanza Ewropea tal-Konsum Veterinarju tal-Antimikrobiċi); jiddispjaċih li l-Istati Membri għadhom ma ngħaqdux kollha man-netwerk tal-ESVAC u jistieden lil aktar pajjiżi jingħaqdu; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lin-netwerk tal-ESVAC riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex twettaq il-kompiti tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, bla dewmien, qafas ġuridiku adegwat sabiex l-Istati Membri jingħataw l-awtorità li jwettqu ġbir effiċjenti ta’ data; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel ħilitha favur ġbir ta’ data li jkun armonizzat u paragunabbli, anke b'attivitajiet li jsiru f'pajjiżi terzi bħall-Istati Uniti; |
|
3. |
Jagħraf li l-ġbir u l-analiżi kif suppost ta’ data komparabbli fir-rigward tal-bejgħ ta’ aġenti veterinarji - u l-użu sussegwenti ta’ tali prodotti fuq l-annimali - huwa l-ewwel pass importanti; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jibni stampa sħiħa ta’ meta, fejn, kif u fuq liema annimali fil-fatt qed jintużaw l-antimikrobiċi llum il-ġurnata, mingħajr ma jinħolqu piżijiet finanzjarji jew amministrattivi addizzjonali għall-bdiewa u għal sidien oħra ta’ annimali; |
|
4. |
Jenfasizza li d-data mhux biss għandha tinġabar, imma għandha wkoll tiġi analizzata kif suppost u dak li joħroġ mill-analiżi jitqiegħed fil-prattika, u għandhom jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri; filwaqt li jitqiesu wkoll id-differenzi bejn l-ispeċijiet ta’ annimali u l-forom ta’ trobbija tal-annimali; |
|
5. |
Jirrikonoxxi l-fatt li tali data trid titqies skont il-kuntest billi l-prattika u l-intensità agrikoli jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor; |
Ir-riċerka
|
6. |
Jitlob li ssir aktar riċerka dwar antimikrobiċi ġodda kif ukoll dwar alternattivi (tilqim, bijosigurtà, tnissil u trobbija għar-reżistenza) u li jkun hemm strateġiji bbażati fuq l-evidenza biex jiġi evitat u kkontrollat il-mard li jittieħed fl-annimali; jenfasizza l-importanza tal-Programmi Qafas tal-UE dwar ir-Riċerka f'dan ir-rigward; jenfasizza f’dan il-kuntest kemm hu importanti li jiġu żviluppati sistemi tajba għat-trobbija tal-bhejjem li jnaqqsu l-ħtieġa li l-antibijotiċi jiġu preskritti; |
|
7. |
Jitlob li r-riżorsi tar-riċerka kemm mil-lat uman u kemm mil-lat veterinarju jiġu kkoordinati aħjar, billi jinħoloq netwerk tal-istituti tar-riċerka eżistenti; |
|
8. |
Jitlob li ssir riċerka dwar ir-rwol tal-annimali, l-ikel li joriġina mill-annimali, is-sistemi ta’ produzzjoni sostenibbli, fosthom dwar razez b'saħħithom, il-lonġevità tal-annimali, il-ġestjoni mtejba tal-merħliet, il-prevenzjoni bikrija tal-mard, l-eżerċizzju u l-aċċess għal spazji miftuħa, densitajiet iżgħar tal-animali u kundizzjonijiet oħra li jiggarantixxu li l-ħtiġijiet bijoloġiċi tal-annimali jiġu ssodisfati; kif ukoll dwar ir-rwol tal-batterji reżistenti li jinsabu fit-trobbija tal-annimali, fir-rigward tat-trasferiment tar-RAM lill-bnedmin u tal-periklu potenzjali li jirriżulta minnu; |
Il-monitoraġġ u s-sorveljanza
|
9. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha jwettqu sorveljanza u monitoraġġ sistematiċi regolari tar-RAM kemm fil-bhejjem li jipproduċu l-ikel u kemm fl-annimali kumpanni, mingħajr ma joħolqu piżijiet finanzjarji u amministrattivi addizzjonali għall-bdiewa jew għal sidien oħra ta’ annimali jew għall-veterinarji; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm data armonizzata, inkluż tagħrif dwar il-fatturi ta’ riskju, li għandha tkun disponibbli faċilment minn punt ta’ aċċess uniku; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ rapporti annwali mill-Istati Membri li jkun fihom data li tippermetti li jitqabblu r-riżultati tal-Ewropa kollha; |
|
10. |
Jitlob li l-baġits futuri tal-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel (FVO) u tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) jirriflettu l-fatt li hemm ħtieġa akbar li jkomplu jsiru aktar spezzjonijiet u analiżijiet f’dan il-qasam; |
|
11. |
Jistieden lill-partijiet interessati kollha jagħrfu r-responsabilità tagħhom biex jipprevjenu kemm l-iżvilupp u kemm it-tixrid tar-RAM, kull waħda fil-qasam ta’ attività proprja tagħha bħalma huma l-mediċina veterinarja u t-trobbija tal-bhejjem; |
|
12. |
Jissuġġerixxi li l-monitoraġġ armonizzat tar-RAM fil-batterji ta’ indikazzjoni (bħal E. coli u E. enterococci) għandu jkun stabbilit skont pariri xjentifiċi; |
L-effiċjenza miżmuma tal-antimikrobiċi
|
13. |
Jenfasizza li l-objettiv aħħari hu li l-antimikrobiċi jibqgħu jinżammu bħala għodda effettiva biex jiġi miġġieled il-mard, kemm fl-annimali u kemm fil-bnedmin, filwaqt li l-antimikrobiċi jintużaw biss meta verament ikun meħtieġ; |
|
14. |
Jitlob li jsir użu prudenti u responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali u li jingħata aktar tagħrif lill-veterinarji u lill-bdiewa biex l-iżvilupp tar-RAM jitnaqqas kemm jista' jkun; jitlob li jkun hemm skambju tal-aħjar prattiki bħall-aċċettazzjoni ta’ linji gwida dwar l-użu prudenti tal-antimikrobiċi bħala għodda importanti biex jiġi miġġieled l-iżvilupp tar-RAM; |
|
15. |
Jitlob li jiġu stabbiliti prattiki tajba għat-trobbija tal-bhejjem, li jnaqqsu għall-minimu possibbli r-riskju għar-RAM; jenfasizza li dawn il-prattiki għandhom japplikaw b'mod partikolari għall-frieħ li huma raggruppati minn diversi persuni li jrabbu l-bhejjem u għalhekk iżidu r-riskju ta’ mard li jittieħed; |
|
16. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-FVO jiżguraw kontroll aħjar fuq l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni (2006) fuq l-użu tal-antimikrobiċi bħala promoturi tat-tkabbir; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem favur projbizzjoni internazzjonali fuq l-użu tal-antimikrobiċi bħala promoturi tat-tkabbir fl-għalf, u biex tqajjem din il-kwistjoni fin-negozjati bilaterali tagħha ma’ pajjiżi terzi bħall-Istati Uniti; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja kif l-Istati Membri qed jimplimentaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti rilevanti dwar l-antimikrobiċi; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni multiannwali wiesa’ kontra r-RAM fil-qafas tal-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali; jemmen li pjan ta’ azzjoni bħal dan għandu jkopri lill-annimali kollha fl-istrateġija tal-UE dwar il-benessri tal-annimali, inklużi l-annimali kumpanni, u tenfasizza l-konnessjoni loġika bejn is-saħħa tal-annimali u l-użu tal-antimikrobiċi, kif ukoll ir-rabta li hemm bejn is-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-bnedmin; |
|
20. |
Jemmen li dan il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi analiżi dettaljata tal-modi differenti li bihom l-antimikrobiċi jintużaw bħala profilassi, sabiex tintemm il-kontroversja dwar x'inhi profilassi ta’ rutina u x'inhi profilassi aċċettabbli; |
|
21. |
Billi l-proteini tal-annimali pproċessati minn annimali li ma jixtarrux juru benefiċċji intrinsiċi nutrittivi u għas-saħħa tal-annimali, li jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti lid-dieti bilanċjati għall-annimali monogastriċi inkluż il-ħut imrobbi fil-farms filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxi għal użu mnaqqas tal-antimikrobiċi, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tneħħi r-restrizzjonijiet attwali skont kundizzjonijiet li jiżguraw livell massimu ta’ sikurezza tal-ikel; |
*
* *
|
22. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 89.
(2) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 25.
(3) ĠU C 112 E, 9.5.2002, p. 106.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/135 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE
P7_TA(2011)0239
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE (2010/2161(INI))
2012/C 377 E/18
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidraw l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (Konvenzjoni UNESCO), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi programm ta’ koperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1983/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra L-aġenda Ewropea għal kultura f’dinja li qed tiġi gglobalizzata (COM(2007)0242), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura (COM(2010)0390), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar ‘Europeana – il-passi li jmiss’ (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 u d-19 ta’ Novembru 2010 dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2011 – 2014 (2010/C 325/01) (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha (2008/C 320/04) (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (2000), u b'mod partikolari l-artikoli taħt it-titolu: ‘Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba’, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti "Keeping the promise: united to achieve the Millennium Development Goals" tat-22 ta’ Settembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti "Culture and Development" (Il-Kultura u l-Iżvilupp) tal-20 ta’ Diċembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (8), kif emendat l-ewwel fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (9) u kif emendat għat-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali fl-anness tal-mudell tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0112/2011), |
|
A. |
billi l-UE hija komunità ta’ valuri b’diversità kulturali, li l-motto tagħha – “Unità fid-Diversità” – jiġi realizzat b’diversi modi, |
|
B. |
billi t-tkabbir suċċessiv tal-UE, il-mobilità personali fiż-żona komuni Ewropea, il-flussi ta’ migrazzjoni stabbiliti u ġodda u skambji ta’ kull tip mal-bqija tad-dinja jgħinu biex titrawwem dik id-diversità kulturali, |
|
C. |
billi l-kultura għandha l-valur intrinsiku tagħha, tarrikkixxi ħajjet in-nies u tippromwovi l-fehim u r-rispett reċiproċi, |
|
D. |
billi l-Aġenda Ewropea għall-Kultura tistabbilixxi l-għan strateġiku għall-promozzjoni tal-kultura bħala element essenzjali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE, |
|
E. |
billi l-kultura tista’ u għandha tiffaċilita l-iżvilupp, l-inklużjoni, l-innovazzjoni, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-edukazzjoni, il-prevenzjoni tal-kunflitti u r-rikonċiljazzjoni, il-fehim reċiproku, it-tolleranza u l-kreattività, |
|
F. |
billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, iċ-ċittadini, in-negozji u s-soċjetà ċivili kemm fl-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi huma protagonisti ewlenin fir-relazzjonijiet kulturali, |
|
G. |
billi l-beni kulturali, inkluż l-isport, jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u mhux materjali tal-UE, u jrawmu t-twettiq ta’ soċjetà bbażata fuq l-għarfien, b’mod partikolari permezz tal-industriji u t-turiżmu kulturali, |
|
H. |
billi l-artisti jaġixxu bħala diplomati kulturali de facto billi jiskambjaw u jikkonfrontaw valuri estetiċi, politiċi, morali u soċjali differenti, |
|
I. |
billi t-teknoloġiji tal-midja u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni ġodda, bħall-Internet, għandhom il-potenzjal li jkunu strument għal-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu, l-iskambju tal-informazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp, il-libertà ta’ assemblea, id-demokrazija u l-inklużjoni, u li jiffaċilitaw l-aċċess għall-kontenut kulturali u għall-edukazzjoni, |
|
J. |
billi l-kooperazzjoni u d-djalogu kulturali, li huma l-bażijiet fundamentali għad-diplomazija kulturali, jistgħu jservu bħala strumenti għall-paċi dinjija u l-istabilità, |
Il-Kultura u l-valuri Ewropej
|
1. |
Jenfasizza n-natura trażversali u l-importanza tal-kultura fl-aspetti kollha tal-ħajja, u jemmen li l-kultura għandha titqies fil-politiki esterni kollha tal-UE, b'konformità mal-Artikolu 167(4) TFUE; |
|
2. |
Jisħaq fuq il-bżonn li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jirrikonoxxu aħjar il-valur tal-kultura bħala promotriċi tat-tolleranza u tal-fehim, kif ukoll l-kultura bħala strument għat-tkabbir u għal soċjetajiet iktar inklussivi; |
|
3. |
Jitlob għall-kooperazzjoni mar-reġjuni f'kull Stat Membru fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki kulturali; |
|
4. |
Jenfasizza li l-libertajiet demokratiċi u fundamentali, bħal-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-istampa, il-libertà mill-bżonn u l-libertà mill-biża’, il-libertà mill-intolleranza, il-mibgħeda u l-libertà ta’ aċċess għall-informazzjoni stampata u diġitali, kif ukoll il-privileġġ tal-konnessjoni u l-komunikazzjoni - online u offline - huma prekondizzjonijiet għall-espressjoni kulturali, l-iskambji kulturali u d-diversità kulturali; |
|
5. |
Ifakkar dwar l-importanza tal-protokolli tal-kooperazzjoni kulturali u l-valur miżjud tagħhom fil-ftehimiet bilaterali dwar l-iżvilupp u l-kummerċ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrappreżenta l-istrateġija tagħha fuq protokolli tal-kooperazzjoni kulturali futuri u tikkonsulta mal-Parlament u s-soċjetà ċivili dwar din l-istrateġija; |
|
6. |
Itenni li l-kultura għandha rwol fil-ftehimiet bilaterali dwar l-iżvilupp u l-kummerċ, u permezz ta’ miżuri bħall-istrumenti Ewropej għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, għall-Istabbiltà, għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem u għal Qabel l-Adeżjoni, il-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP), is-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), li kollha għandhom riżorsi allokati għall-programmi kulturali; |
|
7. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni tranżatlantika mal-istati Ewropej ġirien hija importanti għat-trawwim tal-interessi konġunti u l-valuri komuni; |
|
8. |
Jagħti valur lill-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat bi rwol b'saħħtu għas-soċjetà ċivili, inklużi n-netwerks ta’ NGOs u dawk kulturali Ewropej, meta jiġu indirizzati l-aspetti kulturali u r-relazzjonijiet esterni tal-UE; |
Programmi tal-UE
|
9. |
Jinsab imħasseb dwar il-frammentazzjoni tal-politiki u l-proġetti kulturali esterni tal-UE, li qed tostakola l-użu strateġiku u effikaċi tar-riżorsi kulturali u l-iżvilupp ta’ strateġija komuni viżibbli tal-UE għall-aspetti kulturali tar-relazzjonijiet esterni tal-UE; |
|
10. |
Iħeġġeġ l-integrazzjoni tal-operazzjonijiet interni fil-Kummissjoni fost DĠ varji li jiffokaw fuq ir-relazzjonijiet esterni (politika tal-affarjiet barranin, tkabbir, kummerċ, żvilupp), l-edukazzjoni u l-kultura kif ukoll l-aġenda diġitali; |
|
11. |
Jgħid illi l-iskambji kulturali u edukattivi jistgħu potenzjalment isaħħu lis-soċjetà ċivili, jippromwovu d-demokrazija u l-governanza tajba, iħeġġu l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jipprovdu bażijiet għal kooperazzjoni dejjiema; |
|
12. |
Jappoġġa l-involviment dejjem jiżdied tal-pajjiż terzi fil-programmi tal-UE għall-mobilità, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u jitlob biex l-aċċess għal dawn il-programmi għaż-żgħażagħ minn pajjiżi terzi, bħall-pajjiżi Ewropej ġirien; |
|
13. |
Jitlob strateġiji koerenti li jrawmu l-mobilità taż-żgħażagħ u l-mobilità tal-professjonisti tal-kultura, l-artisti u l-kreaturi, għall-iżvilupp kulturali u edukattiv (inkluża l-midja u l-għarfien tal-ICT), l-aċċess għall-espressjoni artistika fil-forom kollha tagħha; iħeġġeġ għalhekk is-sinerġiji bejn il-programmi kulturali, sportivi, edukattivi, tal-midja, tal-multilingwiżmu u taż-żgħażagħ; |
|
14. |
Iħeġġeġ il-kooperazzjoni ma’ min jipprattika, ma’ organizzazzjonijiet medjatriċi u mas-soċjetà ċivili, kemm fl-Istati Membri kif ukoll f’pajjiżi terzi, fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki kulturali esterni u fil-promozzjoni ta’ avvenimenti u skambji kulturali ħalli jittejjeb il-fehim reċiproku filwaqt li titqies id-diversità kulturali u lingwistika Ewropea; |
|
15. |
Jitlob għall-ħolqien ta’ viża kulturali għaċ-ċittadini, artisti u professjonisti oħra ta’ pajjiżi terzi fil-qasam kulturali, skont il-mudell tal-Programm għall-Viża Xjentifiku eżistenti li ilu implimentat mill-2005; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tipproponi inizjattiva ta’ viża għal żmien qasir ħalli jitneħħew l-ostakoli għall-mobilità fis-settur kulturali; |
Midja u teknoloġiji informatiċi ġodda
|
16. |
Jisħaq fuq l-importanza li l-UE li taħdem madwar id-dinja biex tippromwoni r-rispett għall-libertà tal-espressjoni, il-libertà għaċ-ċirkulazzjoni tal-istampa u l-libertà tal-aċċess għall-midja awdjoviżiva u t-teknoloġiji informatiċi ġodda, b'mod konformi mar-regoli tad-dritt tal-awtur; |
|
17. |
Jikkundanna l-fatt li r-reġimi ripressivi qed jiċċensoraw u jimmonitorjaw l-internet dejjem iktar, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-libertà tal-aċċess għall-internet madwar id-dinja; |
|
18. |
Jafferma mill-ġdid il-prinċipju tan-newtralità tal-internet, li kien maħsub biex jiżgura li l-Internet jibqa' teknoloġija ħielsa u miftuħa li trawwem il-komunikazzjoni demokratika; |
|
19. |
Jenfasizza r-rwol tal-Internet bħala strument għall-promozzjoni tal-kultura Ewropea u jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw aktar l-investiment fl-Internet broadband fl-UE kollha; |
|
20. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-midja l-ġdida u, qabel kollox, tal-Internet bħala pjattaformi ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni ħielsa, faċilment aċċessibbli u prattiċi, li għandhom jintużaw attivament, ġewwa u barra l-UE, fil-kuntest tad-djalogu interkulturali; barra minn hekk, jenfasizza l-importanza tal-midja l-ġdida fil-provvista ta’ aċċess għall-beni u l-kontenuti kulturali u biex l-Ewropa ssir iktar magħrufa f’termini ta’ wirt kulturali u storiku, ġewwa u barra l-UE, kif muri mill-proġetti ewlenin bħal Europeana; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni toħloq portal ċentrali tal-Internet li jipprovdi informazzjoni fuq il-programmi ta’ appoġġ attwali tal-UE fl-ambitu tar-relazzjonijiet esterni li għandu element kulturali u fuq l-ippjanar u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali mifruxa mal-Ewropa kollha mir-rappreżentazzjonijiet barranin tal-UE kif ukoll li jaġixxi bħala pjattaforma ċentrali ta’ informazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta’ netwerks bejn il-professjonisti tal-kultura, l-istituzzjonijiet u s-soċjeta ċivili, u li fl-istess waqt ikun fih links għal avvenimenti sponsorjati mill-UE, bħal Europeana; |
Diplomazija kulturali u kooperazzjoni kulturali
|
22. |
Jenfasizza l-importanza tad-diplomazija kulturali u tal-kooperazzjoni kulturali għall-progress fid-dinja kollha u għall-komunikazzjoni tal-interessi u l-valuri tal-UE u tal-Istati Membri u tal-valuri li jiffurmaw il-kultura Ewropea; jenfasizza l-bżonn li l-UE taġixxi bħala protagonista (dinjija) b'responsabbiltà u b’perspettiva globali; |
|
23. |
Jargumenta li l-azzjonijiet esterni tal-UE għandhom jiffokaw primarjament fuq il-promozzjoni tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ internazzjonali u l-iżvilupp ekonomiku, mingħajr ma jintesew l-aspetti kulturali tad-diplomazija; |
|
24. |
Jisħaq fuq il-bżonn li jitfasslu strateġiji effettivi għal diskussjonijiet interkulturali u jikkunsidra li approċċ multikulturali bħal dan jista' jiffaċilita l-konklużjoni ta’ ftehimiet li joħolqu benefiċċju, li jqiegħdu lill-UE u lil pajjiżi terzi sħab f'kundizzjonijiet ugwali; |
|
25. |
Iħeġġeġ li persuna waħda f’kull rappreżentazzjoni tal-UE barra l-Unjoni tassumi r-responsabilità għall-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet u l-interazzjonijiet kulturali bejn l-UE u pajjiżi terzi, u għall-promozzjoni tal-kultura Ewropea, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-protagonisti kulturali u ma’ organizzazzjonijiet bbażati fuq netwerk, bħall-EUNIC; |
|
26. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġi adottat approċċ komprensiv fil-medjazzjoni kulturali u fl-iskambju kulturali u r-rwol tal-kultura fil-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-twaqqif tal-paċi; |
|
27. |
Iħeġġeġ it-tnedija ta’ djalogi ta’ politika dwar il-kultura, bħal dak li nbeda reċentement bejn l-UE u l-Indja, ħalli jissaħħu l-kuntatti bejn in-nies; |
|
28. |
Iħeġġeġ it-twaqqif ta’ prijoritajiet direttament marbuta mad-dimensjoni kulturali fl-EIDHR, inkluż it-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitt, il-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili u r-rwol ta’ teknoloġiji ġodda fir-rigward tal-libertà ta’ espressjoni, il-parteċipazzjoni demokratika u d-drittijiet tal-bniedem; |
Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE u s-Servizz Ewropew ghall-Azzjoni Esterna (SEAE)
|
29. |
Jistenna li l-abbozz tal-karta organizzattiva tas-SEAE jinkludi pożizzjonijiet imfassla għall-aspetti kulturali u jissuġġerixxi li titwaqqaf unità ta’ koordinazzjoni għal dan l-għan; |
|
30. |
Jistieden lis-SEAE biex jikkoordina l-użu strateġiku tal-aspetti kulturali tal-politika esterna, billi l-kultura tiddaħħal b’mod sistematiku u konsistenti fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u billi jikkontribwixxi għall-komplimentarjetà mal-politiki kulturali esterni tal-Istati Membri; |
|
31. |
Jitlob li jkun hemm taħriġ adegwat u fit-tul tal-persunal tas-SEAE fir-rigward tal-aspetti kulturali u diġitali tal-politika esterna, biex ikunu jistgħu jipprovdu koordinazzjoni f’dan il-qasam lid-delegazzjonijiet tal-UE, għal possibilitajiet komuni ta’ taħriġ Ewropew għall-esperti nazzjonali u l-persunal tal-istituti kulturali, u għal faċilitajiet ta’ taħriġ miftuħa għall-partiċipazzjoni fuq livell globali; |
|
32. |
Jitlob li tiġi inkluża DĠ Diplomazija Kulturali u Diġitali fl-organizzazzjoni tas-SEAE; |
|
33. |
Iħeġġeġ lis-SEAE, fl-iżvilupp tar-riżorsi u l-kompetenzi tiegħu fl-ambitu kulturali, biex jikkoopera man-netwerks bħall-EUNIC ħalli jitgħallem mill-esperjenza tagħhom bħala konnessjonijiet indipendenti bejn l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet ta’ medjazzjoni kulturali u joħloq u juża s-sinerġiji; |
|
34. |
Iħeġġeġ lis-SEAE jieħu kont taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tal-UE riċentement stabbilit bħala strument li għandu jintuża ma’ pajjiżi terzi sabiex jittejbu l-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej; |
|
35. |
Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi taskforce interistituzzjonali għall-kultura fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-UE biex jiġu żviluppati u mwessgħin il-koordinazzjoni, l-integrazzjoni, l-istrateġija u l-qsim tal-aħjar prattika u, f'dan ir-rigward, tieħu kont tal-attivitajiet u l-inizjattivi tal-Kunsill tal-Ewropa u tirrapporta lill-Parlament fuq ix-xogħol tat-taskforce; |
|
36. |
Jipproponi li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament b'rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni dwar ir-rwol tal-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE; |
|
37. |
Jipproponi l-ħolqien ta’ Sistemi ta’ Informazzjoni speċifiċi sabiex isostnu l-mobbiltà tal-artisti u professjonisti oħra fil-qasam kulturali kif maħsub fl-istudju bit-titolu "Information systems to support the mobility of artists and other professionals in the culture field: a feasibility study" (11); |
|
38. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar strateġija dwar il-kultura u l-kooperazzjoni kulturali fl-azzjonijiet esterni tal-UE fl-2011, segwita minn komunikazzjoni; |
|
39. |
Iħeġġeġ li jittieħdu passi konkreti biex jiżdied il-bini tal-kapaċità permezz tal-involviment tas-soċjetà ċivili, u l-finanzjament ta’ inizjattivi indipendenti; |
Konvenzjoni UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali
|
40. |
Jistieden lis-SEAE iħeġġeġ lil pajjiżi terzi biex jiżviluppaw politiki dwar il-kultura u jitlob sistematikament lil pajjiżi terzi jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni UNESCO; |
|
41. |
Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-importanza tal-impenji li taw meta rratifikaw il-Konvenzjoni UNESCO, peress li l-protezzjoni tad-diversità kulturali fid-dinja teħtieġ politika uniformi u bbilanċjata fil-qasam diġitali; |
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont xieraq tan-natura doppja tal-prodotti u s-servizzi kulturali fin-negozjati ta’ ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali u fil-konklużjoni ta’ protokolli kulturali u tagħti trattament preferenzjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bi qbil mal-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni UNESCO; |
|
43. |
Jilqa' l-iffirmar riċenti ta’ ftehim bejn l-UE u l-UNESCO għal struttura ta’ konsulenza ta’ valur ta’ EUR 1 miljun intiża sabiex issostni l-governanza tas-settur kulturali u tippermetti lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jieħdu vantaġġ mill-għarfien tal-esperti fit-tfassil ta’ politiki kulturali effettivi u sostenibbli; |
|
44. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jintensifikaw l-isforzi ta’ kooperazzjoni tagħhom sabiex itejbu aktar l-oqfsa legali nazzjonali u l-politiki għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u l-beni kulturali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-oqfsa legali internazzjonali, inklużi miżuri sabiex jiġi miġġieled it-traffikar illegali tal-beni kulturali u l-proprjetà intelletwali; iħeġġiġhom jimpedixxu l-approprjazzjoni illegali tal-wirt kulturali u l-prodotti ta’ attività kulturali, filwaqt li fl-istess ħin jirrikonoxxi l-importanza tad-dritt tal-awtur u l-proprjetà intellettwali fiż-żamma tal-għajxien ta’ dawk involuti fil-kreazzjoni kulturali; |
|
45. |
Jitlob li jkun hemm strateġija koerenti tal-UE għall-promozzjoni internazzjonali tal-attivitajiet u l-programmi kulturali Ewropej ibbażata fuq il-protezzjoni tad-diversità u n-natura doppja tal-prodotti u l-attivitajiet kulturali li tkopri, fost oħrajn, koordinazzjoni iktar effettiva ta’ programmi ta’ politiki esterni tal-UE diġà eżistenti mal-elementi kulturali u l-implimentazzjoni tagħhom fi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi, u konsistenza mal-klawsoli ta’ kompatibbiltà kulturali mdaħħla fit-Trattati Ewropej, il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-Konvenzjoni UNESCO; |
|
46. |
Jitlob li jkun hemm strateġija koerenti għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u naturali, kemm tanġibbli kif ukoll le, u kooperazzjoni internazzjonali fiż-żoni ta’ kunflitt, pereżempju permezz ta’ Blue Shield, li tagħti lill-kultura rwol fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fis-sejba mill-ġdid tal-paċi; |
|
47. |
Jitlob lill-persunal li jintbagħat f’żoni ta’ kunflitt jew f'żoni li fihom kien hemm kunflitt, biex jiġi mħarreġ dwar l-aspetti kulturali tal-azzjoni, biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali u jiġu promossi r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; |
|
48. |
Jixtieq jiżgura li, fil-qafas ta’ strumenti finanzjarji eżistenti, programmi operattivi jkunu ffokati fuq is-simplifikazzjoni, l-effiċjenza u l-koordinazzjoni tal-politiki tal-UE; |
|
49. |
Iħeġġeġ il-promozzjoni tar-rwol tal-kultura fl-EIDHR, fix-xogħol tiegħu fuq it-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitt, il-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili u r-rwol ta’ teknoloġiji ġodda fir-rigward tal-libertà ta’ espressjoni, il-parteċipazzjoni demokratika u d-drittijiet tal-bniedem; |
|
50. |
Jirrikonoxxi li, kif imniżżel fid-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, drittijiet kulturali huma drittijiet tal-bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u jirrikonoxxi għalhekk il-konnessjoni bejn diversità kulturali u drittijiet tal-bniedem, iżda joġġezzjona għall-użu ta’ argumenti kulturali bħala ġustifikazzjoni għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
51. |
Jipproponi l-inklużjoni ta’ kapitolu dwar il-kultura fir-Reviżjoni Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-integrazzjoni tal-kultura fil-ħidma tad-delegazzjonijiet interparlamentari; |
|
52. |
Jisħaq li l-iżvilupp ta’ attivitajiet kulturali m’għandux jintuża bħala argument favur ir-restrizzjoni tal-moviment liberu tal-professjonijiet kulturali bejn l-UE u pajjiżi terzi; |
|
53. |
Jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet kulturali ma’ pajjiżi li magħhom ma hemm l-ebda forma ta’ sħubija oħra bħala l-ewwel pass għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet ulterjuri; |
*
* *
|
54. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.
(3) ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10.
(4) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 44.
(5) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 16.
(6) ĠU C 325, 2.12.2010, p. 1.
(7) ĠU C 320, 16.12.2008, p. 10.
(8) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(9) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.
(10) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(11) DĠ Edukazzjoni u Kultura tal-Kummissjoni Ewropea, Marzu 2009.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/142 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
L-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi
P7_TA(2011)0240
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar "L-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi" (2010/2156(INI))
2012/C 377 E/19
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/515/KE tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta’ Jannar 2008 dwar Kontenut Kreattiv Onlajn fis-Suq Uniku (COM(2007)0836), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar "Europeana - il-passi li jmiss" (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatus soċjali tal-artisti (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar il-Kultura bħala Katalist għall-Kreattività u l-Innovazzjoni (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010, intitolata "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata "L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew" (COM(2010)0352), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Awwissu 2010, intitolata "Aġenda Diġitali għall-Ewropa" (COM(2010)0245/2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2009, intitolata "Id-Dritt tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien" (COM(2009)0532), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2010, intitolata "L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi" (COM(2010)0183), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0143/2011), |
|
A. |
billi l-industriji kulturali u kreattivi karatteristikament għandhom natura doppja, liema natura hija ekonomika fis-sens li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku permezz tal-impjiegi, tat-tkabbir ekonomiku u tal-ħolqien tal-ġid, iżda anki kulturali, grazzi għal attivitajiet li jintegraw lill-individwi soċjalment u kulturalment fis-soċjetà u li jinvolvu lill-istess ċittadini fil-promozzjoni tal-valuri u l-identitajiet kulturali u fl-iżvilupp tal-patrimonju kulturali Ewropew, |
|
B. |
billi din in-natura doppja tiddistingwihom minn industriji oħra, trid titqies l-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri speċifiċi, |
|
C. |
billi din in-natura speċifika hi rikonoxxuta u promossa mill-UE fix-xena internazzjonali, peress li l-UE adottat politika ta’ żamma tal-koperazzjoni kulturali tagħha fid-WTO u rratifikat il-Konvenzjoni tal-Unesco, |
|
D. |
billi l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) jipprevedi d-dritt li jiġu implimentati politiki għall-protezzjoni tad-diversità kulturali, li huwa sistematikament applikat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, |
|
E. |
billi, f'konformità mal-Artikolu 167(4) TFUE, hemm bżonn li l-kultura tiġi integrata fil-politiki Ewropej l-oħra, kemm interni kif ukoll esterni, u li f'dan ir-rigward tingħata attenzjoni partikulari, fil-kuntest tal-globalizzazzjoni attwali, għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali, |
|
F. |
billi l-Konvenzjoni tal-Unesco tirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-industriji kulturali u kreattivi fil-produzzjoni, it-tqassim u l-forniment ta’ aċċess għal firxa wiesgħa ta’ beni u servizzi kulturali u tinkoraġġixxu l-koperazzjoni internazzjonali, |
|
G. |
billi l-Istati Membri għandu jkollhom ir-rieda li jappoġġaw il-kultura u l-kreattività bħala fatturi fundamentali għall-preżervazzjoni u t-tisħiħ tal-patrimonju kulturali u tal-pajsaġġ, li għandhom jiġu protetti u konservati biex jassistu fil-ħolqien ta’ sens ta’ identità u tiżdied il-kuxjenza kulturali tal-pubbliku, |
|
H. |
billi, fl-UE, l-industriji kulturali u kreattivi jiżvolġu, rwol ewlieni fil-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, tal-pluraliżmu u tal-koeżjoni soċjali u territorjali, iżda anke fid-demokratizzazzjoni tal-aċċess għall-kultura u l-promozzjoni tad-djalogu interkulturali fl-UE kollha kemm hi, |
|
I. |
billi d-diversità kulturali tal-Ewropa, u, b'mod partikulari, il-patrimonju vast tagħha fir-rigward tal-lingwi u l-kulturi reġjonali, hi l-materja prima insostitwibbli għall-industriji kulturali u kreattivi, |
|
J. |
billi trid tingħata attenzjoni partikulari lill-ispeċifiċitajiet kulturali u lingwistiċi fid-dibattitu dwar l-isabbiliment ta’ suq uniku fis-settur tal-kontenut kreattiv, |
|
K. |
billi l-industriji kulturali u kreattivi huma laboratorji għall-innovazzjoni artistika, teknika u ġestjonali u billi jippermettu disseminazzjoni aktar estensiva tax-xogħlijiet u tal-artisti fil-livell Ewropew u internazzjonali, |
|
L. |
billi s-settur tal-industriji kulturali u kreattivi jissaħħaħ u l-viżibilità tiegħu tiġi ggarantita permezz ta’ diversi inizjattivi mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ewropa, bħall-‘Europe Prize’ (il-Premju tal-Ewropa), il-Premju LUX, u r-Rotot Kulturali, |
|
M. |
billi l-industriji kulturali u kreattivi għandhom rwol x'jiżvolġu fil-preżervazzjoni tal-ħiliet u l-kapaċitajiet distintiva, imprezzabbli u uniċi permezz tal-fużjoni tal-kreattività kontemporanja u l-esperjenza li ilha teżisti; billi, b'mod speċjali f'ċerti setturi bħal, pereżempju, il-moda, il-produzzjoni tal-arloġġi u l-ġojjellerija, ir-reputazzjoni u s-suċċess dinjijin tal-industriji Ewropej fis-settur huma msejsa fuq il-ħiliet manwali u l-kompetenza tal-artiġjani u l-kreaturi, |
|
N. |
billi attwalment l-artisti m’għandhomx l-istatus legali, fil-livell tal-UE, li jqis n-natura speċifika ta’ xogħolhom u tal-karriera tagħhom, fir-rigward tal-mobilità, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali b’mod partikulari, |
|
O. |
billi l-industriji kreattivi u kulturali, li jgħoddu għal 5 miljun impjieg u 2.6 % tal-PDG tal-UE, huma wieħed mill-muturi ewlenin għat-tkabbir fl-UE, peress li joħolqu impjiegi ġodda, jiżvolġu rwoli fundamentali fil-katini tal-valur globali u jqanqlu l-innovazzjoni, jipprovdu valur miżjud bħala fattur għall-koeżjoni soċjali u jservu bħala għodda effiċjenti fil-ġlieda kontra r-riċessjoni attwali, |
|
P. |
billi l-industriji kulturali u kreattivi jinfluwenzaw kważi kull settur ekonomiku ieħor, billi jipprovdulhom l-innovazzjonijiet deċiżivi għall-kompetittività, speċjalment fir-rigward tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, |
|
Q. |
billi dawn l-industriji jikkostitwixxu mutur ta’ spinta għall-ekonomiji fl-era diġitali, peress li jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u billi jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-obbjettivi tal-istrateġija "Ewropa 2020", |
|
R. |
billi l-industriji kreattivi u kulturali jistgħu joħolqu l-ġid u l-impjiegi jekk jingħataw il-mezzi sabiex ikunu kompetittivi mal-industriji kulturali u kreattivi tal-pajjiżi barra mill-UE fil-kuntest ta’ strateġija Ewropea dwar il-kompetizzjoni internazzjonali, |
|
S. |
billi wħud minn dawk involuti fl-industriji kreattivi u kulturali jaħdmu għal rashom, |
|
T. |
billi l-industriji kulturali u kreattivi huma suq li qed jikber fl-UE u qasam fejn għandha l-potenzjal li tkun minn ta’ quddiem fis-suq globali, |
|
U. |
billi l-iżvilupp tal-kummerċ tal-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi hu pilastru importanti għall-kultura, l-iżvilupp u d-demokrazija, |
|
V. |
billi l-kreattività tiddependi fuq l-aċċess għall-għerf, għax-xogħlijiet u għall-kontenut kreattiv eżistenti, |
|
W. |
billi r-rwol tal-kontenut kulturali fl-ekonomija diġitali hu kruċjali; billi t-tkabbir diġitali tal-Ewropa fil-ġejjieni se jiddependi fuq jekk ikollhiex provvista varjata ta’ kontenut kulturali ta’ kwalità għolja, |
|
X. |
billi l-era diġitali tiftaħ possibilitajiet ġodda għal dawn l-industriji billi tintroduċi mudelli ekonomiċi ġodda li jippermettu li l-konsumatur ikollu aċċess għal firxa ta’ prodotti ta’ kwalità għolja, |
|
Y. |
billi l-industrija tal-kontenut qed tagħmel sforz konsiderevoli biex tiżviluppa offerti legali dwar il-kontenut kulturali onlajn u l-partijiet interessati kollha għandhom jingħaqdu flimkien biex iqajmu kuxjenza dwar l-offerti legali eżistenti ta’ kontenut onlajn, |
|
Z. |
billi l-gazzetti u l-magażins huma komponenti essenzjali tal-industriji kulturali kif ukoll tal-panorama tal-midja Ewropea pluralistika u varjata, |
|
AA. |
billi l-era diġitali tippreżenta wkoll sfidi fir-rigward tas-sostenibilità tas-setturi tradizzjonali ta’ dawn l-industriji, inklużi l-pubblikazzjoni tal-kotba, il-bejgħ tal-kotba u tal-midja stampata, |
|
AB. |
billi, sabiex jiffjorixxu, l-industriji kulturali u kreattivi tal-Ewropa jirrikjedu sistema moderna, aċċessibbli u legalment ċerta għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, |
|
AC. |
billi hu essenzjali li tiġi żgurata l-edukazzjoni artistika u kulturali taċ-ċittadini u li jiġi apprezzat il-proċess kreattiv għall-iżvilupp tal-kreattività, il-konoxxenza tal-arti, il-kultura, il-patrimonju kulturali u d-diversità kulturali tal-UE, l-edukazzjoni għandha tiġi estiża għat-tagħlim mhux biss dwar id-drittijiet diġitali iżda anke l-obbligi, biex b’hekk jitrawmu l-fehim u r-rispett aħjar tax-xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, |
|
AD. |
billi l-avvanzi teknoloġiċi fl-industriji kulturali u kreattivi bl-ebda mod ma jbiddlu l-ħtieġa fundamentali li jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, |
|
AE. |
billi huma rikjesti komformità aħjar mal-qafas legali eżistenti li jħares dawn id-drittijiet, kif ukoll riformi rigward, inter alia, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri għal-liċenzji fl-industriji kulturali, sabiex ikun jista' jinkiseb kull vantaġġ li joffru l-possibilitajiet ġodda, waqt li tiġi ggarantita sistema bbilanċjata tajjeb ta’ ħarsien tad-drittijiet li tqis l-interessi kemm tal-kreaturi, kif ukoll tal-konsumaturi, |
|
AF. |
billi hi essenzjali sistema moderna għat-trademarks tal-Unjoni sabiex jitħares il-valur rappreżentat mill-investimenti li jsiru mill-kumpaniji Ewropej fid-disinn, il-ħolqien u l-innovazzjoni, |
|
AG. |
billi jrid ikun hemm garanzija ta’ investimenti strateġiċi għall-industriji kulturali u kreattivi, pereżempju, permezz tal-aċċess għal finanzjament li jkun adattat għall-ispeċifiċitajiet u l-bżonnijiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiżvolġu sehem sħiħ biex jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea, |
|
AH. |
billi l-industriji kulturali u kreattivi jiżvolġu rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ ċentri ta’ kreattività fil-livell lokali u reġjonali, li jagħmlu lir-reġjuni iktar attraenti u jippermettu li n-negozji u l-impjiegi b'għeruq fit-tessut ekonomiku lokali u reġjonali jinħolqu u jiġu żviluppati, biex ir-reġjuni jsiru aktar attraenti għat-turisti, jippromwovu t-twaqqif ta’ negozji ġodda u jsaħħu l-prfil ta’ dawn ir-reġjuni, u jippromwovu s-settur kulturali u artistiku u l-preżervazzjoni, il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-patrimonju kulturali Ewropew grazzi għal diversi aġenziji bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, |
|
AI. |
billi l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija u l-pjan ta’ azzjoni reġjonali tiegħu ġew approvati u allokati fondi għall-2011-2013, |
|
AJ. |
billi r-rwol tal-Alleanza Ewropea tal-Industriji Kreattivi għandu jissaħħaħ, |
Ir-rwol dinamiku tal-industriji kulturali u kreattivi fl-Unjoni Ewropea
|
1. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu analizzati l-industriji kulturali u kreattivi u l-impatt tal-attivitajiet tagħhom fuq l-ekonomija Ewropea, billi jiġu identifikati, definiti u deskritti waħda waħda, biex jiġu enfasizzati l-karatteristiki tagħhom, ikun hemm fehim aħjar tal-miri u l-problemi tagħhom u biex jiġu implimentati miżuri iktar effikaċi; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissokta bl-isforzi tagħha biex tipproduċi definizzjoni aħjar tal-industriji kulturali u kreattivi sabiex jiġi analizzat fil-fond l-impatt tagħhom fuq it-tkabbir u l-kompetittività internazzjonali fuq perjodu ta’ żmien twil u biex trawwem aktar rikonoxximent tal-karatteristiki speċifiċi tas-settur; |
|
3. |
Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b'mod qawwi għall-protezzjoni u l-appoġġ tal-patrimonju kulturali tagħhom, billi jirrikonoxxu li biex l-industriji kulturali u kreattivi jiżviluppaw hemm bżonn ekonomija doppja fejn ikun hemm koeżistenza tal-investiment pubbliku u dak privat; |
|
4. |
Jikkunsidra li l-industriji kulturali u kreattivi għandhom ikunu fiċ-ċentru ta’ aġenda politika Ewropea ġdida f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-settur u fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni, u li l-Programm Kultura tal-futur għandu jirrifletti l-ħtiġijiet tas-settur kulturali u kreattiv fl-era diġitali permezz ta’ approċċ iktar prammatiku u iktar komprensiv; |
|
5. |
Jirrikonoxxi li, bħala għejjun tal-innovazzjoni ekonomika u soċjali f'ħafna setturi oħra tal-ekonomija, l-industriji kulturali u kreattivi għandhom setgħa kbira ta’ sinerġizzazzjoni; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tappoġġa, tippromwovi u tiffaċilita l-żvilupp ta’ qafas kulturali u kreattiv billi trawwem sistema ta’ kooperazzjoni iktar elaborata bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, ibbażata fuq il-kondiviżjoni tal-esperjenzi dwar prattika tajba; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess ta’ segwitu għall-Green Paper, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal White Paper, fil-prospettiva tal-importanza li dejjem qed tikber tal-industriji kulturali u kreattivi, kif ukoll tal-objettiv li jissaħħaħ dan is-settur, objettiv li hu ta’ importanza strateġika biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
Edukazzjoni, taħriġ u qawmien ta’ kuxjenza
|
8. |
Iħeġġeġ kemm lill-Istati Membri u kemm lill-Kummissjoni jippromwovu l-edukazzjoni artistika u kulturali (b'enfasi partikulari fuq il-kreattività) f’kull età, mill-edukazzjoni primarja sal-edukazzjoni ogħla u/jew vokazzjonali, u jiżviluppaw il-ħiliet imprenditorjali tal-kreaturi, anke fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja, partikolarment minħabba r-rwol tagħha biex tqajjem kuxjenza dwar il-kreattività u biex tgħallem l-użu tajjeb tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u r-rispett għall-proprjetà intellettwali; |
|
9. |
Jindika l-vantaġġi ta’ edukazzjoni li tgħaqqad l-għarfien teoretiku tal-istorja tal-kultura u tal-arti mal-ħolqien artistiku applikat u l-ġestjoni tal-assi kulturali, fl-impriżi, fl-istudios, eċċ. bl-għan li jissaħħu kemm il-ħiliet teoretiċi u kemm dawk prattiċi; |
|
10. |
Jenfasizza l-importanza ta’ programmi edukattivi li jiffokaw fuq it-taħriġ vokazzjonali, l-iżvilupp ta’ ideat u l-irrakkuntar ta’ stejjer, il-ħiliet diġitali, il-ħiliet tekniċi, imprenditorjali u tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluż l-użu tan-netwerks soċjali, u l-ħiliet tal-ħaddiema; |
|
11. |
Jenfasizza l-potenzjal tal-koperazzjoni u d-djalogu mill-qrib bejn l-industriji kulturali u kreattivi, l-universitajiet, iċ-ċentri għar-riċerka, l-iskejjel tal-arti u l-istabbilimenti tal-arti li jipprovdu programmi ta’ taħriġ konġunti u opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja; |
|
12. |
Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-ħtieġa urġenti li jirrikonoxxu l-kwalifiki vokazzjonali fl-industriji kulturali u kreattivi, jippromwovu l-mobilità tal-istudenti u tal-letturi u jiżviluppaw ulterjurment il-perjodi ta’ prattika għal esperjenza ta’ taħriġ u xogħol għall-artisti u l-kreaturi; |
|
13. |
Jitlob lill-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jespandu l-qafas għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u tal-korsijiet ta’ taħriġ, bil-prospettiva, li mhix l-anqas importanti, li jiġu inklużi l-ħiliet ġodda rikjesti mis-settur tal-industriji kulturali u kreattivi; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi programmi ta’ riċerka u sħubija konġunti bejn l-industriji kulturali u kreattivi u s-settur tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (inkluż it-taħriġ waqt is-servizz), biex b'hekk iċ-ċittadin jingħata ħiliet kreattivi u interkulturali, tiffaċilita l-użu ta’ tekniki ġodda u għodod kreattivi ġodda fis-settur tal-edukazzjoni, tintensifika l-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja – partikularment permezz tal-użu tal-Fond Soċjali Ewropew – minħabba r-ritma tal-bidla teknoloġika f'dan il-qasam, u, bil-kontra, permezz tar-riċerka u l-edukazzjoni, iġġedded l-industriji kulturali u kreattivi; |
|
15. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu d-disponibilità ta’ taħriġ maniġerjali, kummerċjali u imprenditorjali speċifikament imfassal għall-professjonisti tal-industriji kulturali u kreattivi, sabiex jiġu mgħammra bil-ħiliet komunikattivi u imprenditorjali rikjesti f'ambjent soċjoekonomiku dejjem jevolvi; jinnota l-esperjenza pożittiva fit-taħriġ u l-ġestjoni żviluppata fil-qasam awdjoviżiv mill-programm MEDIA u jittama li jara l-Programm Kultura mgħammar bi strumenti simili; |
|
16. |
Jipproponi l-ħolqien ta’ proġetti pilota ġodda skont il-programmi Erasmus u Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ biex ikun hemm aktar kollaborazzjoni bejn l-universitajiet u l-impriżi fis-settur kulturali u kreattiv; |
|
17. |
Jenfasizza l-ħtieġa għat-trażmissjoni tat-tekniki u l-għerf, u l-valur tat-tisħiħ tat-tagħlim u t-twaqqif ta’ programmi ta’ taħriġ professjonali ffokati fuq is-settur kulturali u kreattiv, tal-isfruttament aħjar tal-użu ta-programmi u l-kurrikuli eżistenti, billi tingħata edukazzjoni fuq diversi dixxiplini u jiġu promossi l-koperazzjoni u s-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-istudenti, il-professjonisti mis-settur kulturali u kreattiv, l-impriżi ta’ kull daqs, inkluż dawk tas-settur privat u dak pubbliku, l-artiġjani u l-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
18. |
Jirrikonoxxi l-importanza li għandhom l-industriji kulturali u kreattivi fit-trawwim tal-iżvilupp ta’ kontenut Ewropew, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-konverġenza kulturali tal-Istati Membri u relazzjoni aktar mill-qrib bejn il-popli tagħhom; |
|
19. |
Jisħaq fuq il-fatt li t-tagħlim u l-ħiliet interkulturali jgħinu lin-nies jifhmu kulturi oħrajn u għaldaqstant jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali; |
Kundizzjonijiet ta’ ħidma u imprenditorjat
|
20. |
Jirrikonoxxi l-impatt, il-kompetittività u l-potenzjal futur tal-industriji kulturali u kreattivi bħala mutur importanti għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa li jista’ jiżvolġi rwol deċiżiv fl-irkupru ekonomiku tal-UE; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi lill-industriji kulturali u kreattivi bħala parti produttiva tal-ekonomija Ewropea, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tagħhom biex jgħinu lil setturi oħrajn tal-ekonomija jsiru iktar kompetittivi; |
|
22. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati il-kundizzjonijiet ta’ ħidma u l-aspetti ekonomiċi, soċjali, legali u fiskali ta’ dawn is-setturi, b’referenza partikolari għad-dimensjoni imprenditorjali tal-industriji kulturali u kreattivi u għall-kondizzjonijiet ta’ ħidma; |
|
23. |
Jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-pagi u tat-titjib tal-grad kemm l-impjiegi jikkorrispondu mal-livell tal-kwalifiki; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tanalizza l-impatt li l-industriji kulturali u kreattivi għandhom fuq l-ekonomija tal-UE, u tippubblika gwida għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni dwar l-impjiegi u l-ħolqien tal-ġid kummerċjali f’kull fergħa tas-settur; |
|
25. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat sens qawwi ta’ imprenditorjat kulturali u kreattiv fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew; |
|
26. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu l-kundizzjonijiet ottimali biex jiġu impjegati żgħażagħ bi kwalifika universitarja u professjonisti żgħażagħ minn dan is-settur u li jittrawmu l-opportunitajiet għalihom biex isiru imprendituri, kif ukoll li jitħarrġu fl-aspetti speċifiċi ekonomiċi, fiskali, finanzjarji u teknoloġiċi tad-dinja kulturali u kreattiva, kif ukoll fl-oqsma tal-komunikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u tat-trasferiment tal-għerf interġenerazzjonali; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea timplimenta pjattaforma multilingwistika sabiex dawk li jaħdmu fis-settur kulturali u kreattiv ikunu jistgħu jingħaqdu ma’ netwerk fil-livell Ewropew fejn ikunu jistgħu jiskambjaw l-esperjenzi, l-aħjar prattiki u l-kompetenza, u jikkoperaw fuq proġetti konġunti jew proġetti pilota b’dimensjoni transnazzjonali u transkonfinali u jsibu informazzjoni kompluta dwar il-leġiżlazzjoni fis-seħħ (bħal kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet soċjali) u dwar il-possibilitajiet għal finanzjament; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu għal darba oħra taħt l-intestatura ta’ industriji kulturali u kreattivi lill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-operaturi tal-ekonomija soċjali – kif definiti fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali – billi huma attivi fis-setturi rilevanti għall-industriji kulturali u kreattivi, biex b’hekk jippermettu l-adozzjoni ta’ benefiċċji fiskali, aċċess faċli għas-self u protezzjoni tal-impjiegi; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta u tirrikonoxxi l-azzjonijiet immexxija mis-servizzi kulturali, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-inizjattivi privati involuti fl-iżvilupp ta’ ekonomija inklużiva kreattiva; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu u jinkorporaw il-prattiki tajbin imfassla biex jiffaċilitaw l-aċċess għaż-żgħażagħ (ikun xi jkun l-istatus tagħhom bħala studenti, apprentisti, min qed jitħarrġu, min qed ifittex xogħol, eċċ.), u dawk l-aktar vulnerabbli għall-kultura u għall-kontenuti kreattiv – perezempju, prezzijiet mnaqqsa, vawċers kulturali u attivitajiet kulturali b'xejn; |
Status ta’ artisti
|
30. |
Itenni li jrid jinħoloq l-istatus ta’ artist Ewropew sabiex l-artisti jkunu jistgħu jgawdu kundizzjonijiet ta’ ħidma sodisfaċenti u miżuri adegwati fir-rigward tas-sistemi fiskali, id-dritt tagħhom għax-xogħol, id-drittijiet tas-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-awtur biex titjieb il-mobilità fl-UE; |
|
31. |
Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom m’għamlux dan biex jieħdu azzjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-UNESCO Recommendation dwar l-Istatus tal-Artist; |
Snajja' artistiċi
|
32. |
Jindika li s-snajja’ artistiċi jikkostitwixxu wieħed mill-pilastri li fuqhom huma msejsa l-patrimonju kulturali u l-ekonomija tagħna, u li għaldaqstant hemm bżonn li tiġi ssalvagwardjata l-kontinwità tagħhom permezz tal-mekkaniżmi xierqa għat-trażmissjoni tal-għerf u l-ħiliet, kif enfasizzat fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta’ April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa; |
|
33. |
Itenni l-għan tal-preżervazzjoni tan-natura speċifika ta’ xi snajja’ u t-trasferiment tal-għerf, speċjalment fis-settur kulturali, kreattiv u tal-artiġjanat, u tal-garanzija mekkaniżmi għat-trasferiment tal-għerf; jipproponi li jitħeġġeġ l-istabbiliment fil-livell lokali, reġjonali u territorjali tal-workshops għat-trasferiment tal-għerf, b’mod partikolari għas-settur kreattiv tradizzjonali; |
|
34. |
Jindika li l-mudell ekonomiku għall-industriji kulturali u kreattivi, inkluż fis-settur tal-lussu li hu rappreżentattiv tiegħu, huwa bbażat fuq l-innovazzjoni, il-kreattività kostanti, il-fiduċja tal-konsumatur u l-investiment fl-impjiegi li sikwit jirrikjedu livell għoli ta’ ħiliet u jinvolvu għerf uniku; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi s-sostenibilità ta’ dan il-mudell ekonomiku fil-proposti tagħha li jaffettwaw l-industriji kulturali u kreattivi billi tiżviluppa qafas regolatorju adattat għall-karatteristiki speċifiċi tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; |
|
35. |
Jenfasizza l-periklu ta’ nuqqas ta’ ħaddiema f’xi wħud mis-snajja’ li jirrikjedu livell għoli ta’ ħiliet jew snajja’ speċifiċi ħafna u li jikkontribwixxu għall-eżistenza tal-industriji kulturali u kreattivi fl-UE u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa, flimkien mal-impriżi, biex jiżguraw li dawn il-ħiliet uniċi jiġu ppreżervati, u biex jiffaċilitaw it-taħriġ ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ artiġjani u ħaddiema li jispeċjalizzaw f’dawn is-snajja'; |
Titjib tad-distribuzzjoni tax-xogħlijiet fl-era diġitali
|
36. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu d-distribuzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet fl-UE kollha; |
|
37. |
Jirrikonoxxi li l-innovazzjoni għandha tiġi promossa mhux biss fil-produzzjoni teknoloġika iżda anke fil-proċessi ta’ ġestjoni, kif ukoll fl-iżvilupp tal-proġetti nnifishom u fid-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom; |
|
38. |
Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li jiġu stabbiliti azzjonijiet speċifiċi u għodod adegwati biex l-industriji kulturali u kreattivi Ewropej, b'mod partikulari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, jiġu appoġġjati u żviluppati, bil-għan li jitjiebu l-ħolqien, il-produzzjoni, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni tal-beni u s-servizzi kulturali; |
|
39. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-użu fuq l-internet jista’ jirrappreżenta opportunità reali għal diffużjoni u ċirkolazzjoni aħjar tax-xogħlijiet Ewropej, b’mod partikolari x-xogħlijiet awdjoviżivi, f’kundizzjonijiet fejn il-provvista legali tista’ tiżviluppa f’ambjent ta’ kompetizzjoni b'saħħitha li taffronta b’mod effikaċi l-provvista illegali ta’ xogħlijiet protetti u fejn jistgħu jiġu żviluppati modi ġodda għar-rimunerazzjoni tal-kreaturi li jinvolvuhom finanzjarjament fis-suċċess ta’ xogħlijiethom; |
|
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni stretta tal-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (11), li tipprevedi li l-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba jippromwovu l-produzzjoni tax-xogħlijiet Ewropej u l-aċċess għalihom u jirrappurtawlha dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni sa mhux iktar tard mill-2012; |
|
41. |
Jenfasizza li sabiex tiġi ggarantita distribuzzjoni aħjar tax-xogħlijiet u tar-repertorji Ewropej, iridu jiġu introdotti inizjattivi maħsuba għat-titjib u għall-promozzjoni tat-traduzzjoni, id-doppjaġġ, is-sottotitolar, is-sopratitolar u d-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet kulturali Ewropej u għat-tfassil ta’ miżuri speċifiċi f'dawn l-oqsma bħala parti mill-ġenerazzjoni l-ġdida tal-Programmi MEDIA u Kultura għall-perjodu 2014-2020; |
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ it-tkabbir tal-industriji kulturali u kreattivi, speċjalment fuq l-internet, billi tieħu l-passi rilevanti biex tiżgura li l-partijiet interessati kollha jaqsmu r-responsabilità għall-protezzjoni ugwali tal-prodotti u s-servizzi fl-ambjent diġitali biex ikun hemm aktar fiduċja min-naħa tal-konsumatur fuq l-internet; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas legali biex tiżgura livell għoli ta’ fiduċja fl-ispazju diġitali – kummerċjali u mhux – sabiex l-industriji kulturali u kreattivi, min-naħa l-waħda, u l-konsumaturi, mill-oħra, ikunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-kanali ta’ distribuzzjoni diġitali mingħajr il-biża’ li jiġu mfixkla minn prattiki qarrieqa jew abbużivi; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw b’mod partikolari r-rwol tal-libreriji bħala istituzzjonijiet għat-tixrid tal-kultura u bħala fora għad-djalogu; jikkunsidra li l-libreriji, flimien mas-settur edukattiv u kulturali, għandhom jingħataw ir-responsabilità u r-riżorsi għat-tranżizzjoni diġitali; ifakkar li dan il-proċess huwa wieħed urġenti, billi l-libreriji Ewropej anki issa għandhom biss mezzi limitati biex jaqilbu b’mod sodisfaċenti għall-midja diġitali; |
|
45. |
Jisħaq b'mod partikulari fuq l-importanza li tiġi estiża l-librerija diġitali Ewropea u li tiġi żviluppata bħala punt fokali għall-projezzjoni tal-patrimonju kulturali, il-memorja kollettiva u l-kreattività tal-Ewropa, u bħala punt ta’ tluq għall-attivitajiet edukattivi, kulturali, innovattivi u imprenditorjali; jirrimarka li l-iskambji artistiċi jikkostitwixxu wieħed mill-pilastri li fuqhom jistrieħu l-patrimonju kulturali u l-ekonomija tagħna, u li l-kontinwità tagħhom għalhekk għandha tiġi ssalvagwardjata permezz ta’ mekkaniżmi xierqa għat-trasferiment tal-għerf u tal-kapaċitajiet; |
|
46. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-isfidi li jiffaċċjaw is-setturi tradizzjoni tal-industriji kulturali u kreattivi, bħal pereżempju l-pubblikazzjoni tal-kotba, il-bejgħ tal-kotba u l-midja stampata; |
|
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi għall-promozzjoni u ż-żieda tal-litteriżmu diġitali minħabba l-bidla dejjem tikber lejn il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kontenut diġitali mill-industrija tal-pubblikazzjoni; jisħaq li l-pubblikaturi għandhom ikunu involuti mill-qrib fl-inizjattivi dwar il-litteriżmu fil-midja diġitali; |
Lejn suq intern għall-kontenut kulturali u kreattiv
|
48. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jistabbilixxu suq uniku diġitali Ewropew u mekkaniżmi ta’ appoġġ tekniku u finanzjarju għall-industriji kulturali u kreattivi bil-ħsieb li jiġi diġitalizzat il-patrimonju kulturali, kif ukoll jintroduċu standards Ewropej komuni; |
|
49. |
Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni u s-suċċess ta’ malajr tal-inizjattiva tal-Aġenda Diġitali bil-għan li l-industriji kulturali u kreattivi jkunu jistgħu jibbenefikaw għalkollox u jadattaw b'suċċess għall-opportunitajiet kollha maħluqa mill-broadband estensiv ta’ veloċità għolja u mit-teknoloġiji wireless ġodda; |
|
50. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-passi meħtieġa biex jimplimentaw suq intern Ewropew għall-kontenut kulturali u kreattiv fuq l-internet u jiggarantixxu l-aċċess għaċ-ċittadini Ewropej għal dan il-kontenut, waqt li jiżguraw il-protezzjoni u r-rimunerazzjoni ġusta għal dawk li għandhom id-dritt għalihom, u l-konsolidazzjoni tal-kanali kollha ta’ finanzjament għas-settur kreattiv; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-mudelli ekonomiċi ġodda u innovattivi fis-settur kulturali u kreattiv, li huma adattati għall-impatt tal-globalizzazzjoni u l-isfidi tal-era diġitali, speċifikament f’dak li jirrigwarda l-industriji tal-kontenut; |
|
52. |
Jenfasizza l-importanza, biex jinħolqu kundizzjonijiet ta’ aċċess ugwali għall-pjattaformi u tagħmir ġodda, tal-interoperabilità u l-istandards; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-interoperabilità bejn il-pjattaformi, tiżviluppa standards li jgħinu biex jinħoloq suq li jiffaċilita l-innovazzjoni u tevita li tuża sistemi li jistgħu jrażżnu l-aċċess għal kontenut diversifikat; |
|
53. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu, id-disseminazzjoni u l-iżvilupp ta’ software open source u standards miftuħin li jirrappreżentaw potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività, id-disseminazzjoni tal-għerf u l-ħolqien tal-impjiegi; |
|
54. |
Jinnota li l-frammentazzjoni tas-suq fis-setturi kulturali u kreattivi hija parzjalment dovuta għad-diversità kulturali u l-preferenza lingwistiċi tal-konsumaturi; |
|
55. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġi kkunsidrat l-aħjar mod kif jiġi adattat il-qafas legali – u b’mod partikulari r-regoli dwar il-politika għall-kompetizzjoni – għall-qagħda speċifika tas-settur kulturali sabiex jiġu ggarantiti d-diversità kulturali, kif ukoll l-aċċess tal-konsumatur għal firxa ta’ kontenut u servizzi kulturali ta’ kwalità għolja; |
|
56. |
Jinnota li l-kummerċ diġitali u l-internet qed jiżviluppaw b'pass mgħaġġel, bil-"ġenerazzjonijiet" tat-teknoloġija jiqsaru ġeometrikament; jemmen, għaldaqstant, li għandhom isiru tentattivi biex ir-reazzjoni regolatorja tal-UE ssir konformi mar-rekwiżiti soċjali u kummerċjali attwali sabiex ma titlifx is-sens tagħha billi taqa' lura u xxekkel l-isfruttar sħiħ tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi tal-Istati Membri tal-UE; |
|
57. |
Jenfasizza l-ħtieġa li ssir riflessjoni dwar il-kundizzjonijiet ottimali għall-iżvilupp ta’ dan is-suq uniku, b'mod partikulari fir-rigward tat-tassazzjoni, pereżempju, fir-rigward tat-tnaqqis f’ras il-għajn applikabbli għad-dħul mid-drittijiet tal-awtur, billi tippermetti l-introduzzjoni ta’ rata tal-VAT imnaqqsa għall-beni u s-servizzi kulturali kemm fuq l-internet u kemm mhux, sabiex tippromwovi l-iżvilupp tagħhom; |
|
58. |
Jisħaq fuq il-fatt li r-regoli tal-VAT u n-nuqqas ta’ metodi ta’ ħlas aċċessibbli għall-bejgħ fuq l-internet joħolqu wkoll ostaklu għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern u hemm bżonn jiġu indirizzati b'urġenza; |
|
59. |
Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tippreżenta, kemm jista' jkun malajr, proposti leġiżlattivi konkreti dwar kif jistgħu jiġu affrontati dawn il-kwistjonijiet sabiex jintgħelbu l-ostakli eżistenti għall-iżvilupp tas-suq intern, b'mod partikolari fl-ambjent fuq l-internet, filwaqt li jiġu rrispettati d-domanda tal-konsumatur u d-diversità kulturali; |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, b’referenza għall-inizjattiva emblematika “Aġenda Diġitali”, il-ħtieġa li jiġi appoġġat l-aġġustament tas-settur Ewropew tal-pubblikazzjoni elettronika għall-isfidi imposti mill-kompetizzjoni, billi jinħolqu kondizzjonijiet li jiffavorixxu l-interoperabilità tas-sistemi, it-trasferibilità minn apparat għall-ieħor u l-kompetizzjoni ġusta; |
Id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali
|
61. |
Jenfasizza li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma assi fundamentali għall-kumpaniji kreattivi u inċentiv għall-kreattività individwali u l-investiment fil-ħolqien; jitlob, għaldastant, skemi biex l-industriji kulturali u kreattivi jiġu mgħejjuna jadattaw għall-bidla diġitali permezz ta’ servizzi ġodda fuq l-internet ibbażati fuq forom ġodda ta’ ġestjoni tad-drittijiet li jippromwovu d-drittijiet tal-awturi; jitlob, ukoll, għal qafas regolatorju bbilanċjat li jirregola l-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; |
|
62. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal infurzar effikaċi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-ambjenti tal-internet u mhux, u, f'dak ir-rigward, jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe miżura għandha tkun evalwata b'attenzjoni sabiex tiggarantixxi l-effiċjenza, il-proporzjonalità u l-konformità tagħhom mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
63. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadatta d-dritt tal-awtur għall-era diġitali biex tippermetti lill-industriji kulturali u kreattivi jaħsdu l-benefiċċji maħluqa mit-teknoloġija diġitali u l-konverġenza tal-mezzi ta’ komunikazzjoni u tikkunsidra modi speċifiċi kif tiffaċilita l-użu tal-kontenut kreattiv u l-materjal arkivjat u sistemi one-stop-shop faċli biex jinkisbu permessi għall-użu tad-drittijiet; |
|
64. |
Jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq ir-rwol essenzjali tas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur għall-iżvilupp tal-kreattività Ewropea u l-ekonomija diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, fil-kuntest tat-tfassil li għaddej attwalment ta’ proposta għal direttiva dwar il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet, qafas legali xieraq għas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u r-riaggregazzjoni tar-repertorju tad-drittijiet tal-awtur; |
|
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippermetti l-vijabilità ta’ sistema ta’ liċenzjar pan-Ewropea li tkun tibni fuq il-mudelli ta’ liċenzji individwali u kollettivi eżistenti tad-drittijiet f’diversi territorji u tiffaċilita t-tnedija ta’ servizzi b’għażla varjata ta’ kontenut, biex b’hekk jiżdied l-aċċess legali għall-kontenut kulturali fuq l-internet; |
|
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar metodi effikaċi bil-għan li jqajmu l-kuxjenza pubblika dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali; |
|
67. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien mal-partijiet interessati, jorganizzaw kampanja biex titqajjem kuxjenza fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali, speċjalment fost il-konsumaturi żgħażagħ Ewropej, dwar il-ħtieġa li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali; |
|
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaffrontaw il-prattiki kummerċjali abbużivi u l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li tagħhom jistgħu jkunu vittmi l-industriji kulturali u kreattivi kemm fl-ekonomija reali, kif ukoll f’dik diġitali; |
|
69. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li finalment tiġi indirizzata “l-karestija ta’ kotba” esperjenzata minn dawk b'diżabilità fil-vista u dawk b’diżabilità biex jaqraw il-kitba stampata; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet biex jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-persuni b’diżabilitajiet igawdu minn aċċess għall-materjal kulturali f’formati aċċessibbli, u biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jikkostitwixxux xkiel mhux raġonevoli jew diskriminatorju għall-aċċess għall-materjal kulturali minn persuni b’diżabilitajiet; |
|
70. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem b'mod attiv u pożittiv fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) biex jinstab qbil dwar norma legali vinkolanti, ibbażata fuq il-proposta għal trattat imfassla mill-Unjoni Dinjija għall-Persuni Neqsin mid-Dawl u mqiegħda fuq il-mejda fil-WIPO fl-2009; |
|
71. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissolva l-kwistjoni ta’ xogħlijiet orfni; jilqa’ l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni biex tippreżenta proposti f’dan il-qasam; jinnota li l-problema ta’ xogħlijiet orfni u “l-ħofra s-sewda tas-seklu għoxrin” mhumiex limitati għax-xogħlijiet stampati bħal pereżempju l-kotba u r-rivisti, iżda hija estiża għal kull tip ta’ xogħol, inklużi r-ritratti, il-mużika u x-xogħlijiet awdjoviżivi; |
|
72. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-appoġġ finanzjarju għall-inizjattivi tas-settur privat biex jinħolqu drittijiet u databases tar-repertorji estensivament aċċessibbli dwar ir-repertorji mużikali, awdjoviżivi u ta’ tip ieħor; id-databases ta’ dan it-tip iżidu t-trasparenza u jissemplifikaw il-proċeduri għall-ksib ta’ permessi għall-użu tad-drittijiet; |
|
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ it-twaqqif ta’ mekkaniżmu alternattiv ekwu, imparzjali u effikaċi għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-partijiet interessati kollha; |
|
74. |
Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tqis il-problemi speċifiċi li jiltaqgħu magħhom l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju meta jiġu biex jasserixxu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom f'konformità mal-prinċipju ‧Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir‧ stabbilit mill-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa, inter alia billi jiġi applikat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; |
|
75. |
Jilqa' r-reviżjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-UE tat-trademarks u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li jittieħdu l-passi rilevanti biex jiġi żgurat li t-trademarks ikunu jistgħu jgawdu mill-istess livell ta’ protezzjoni fl-ambjent tal-internet u mhux; |
Finanzjament għall-industriji kulturali u kreattivi
|
76. |
Ifakkar li l-politiki u l-miżuri kollha għall-appoġġ u l-finanzjament għall-industriji kulturali u kreattivi għandhom iqisu l-karatteristiki ta’ kull fergħa tas-settur; |
|
77. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-industriji kulturali u kreattivi l-istatus ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju minnhom innifishom fir-rigward tal-arranġamenti kollha għall-aċċess għall-kreditu, l-appoġġ tal-bidu u l-protezzjoni tal-impjiegi, li għandhom ikunu adattati b’mod adegwat għall-ispeċifiċitajiet tas-settur, b’referenza partikulari għall-kapitalizzazzjoni baxxa, id-ditta bħala assi, ir-riskju għoli fl-istadju bikri, l-impatt kbir tat-teknoloġija informatika, l-impjieg irregolari u l-ħtieġa għal servizzi ċentralizzati; |
|
78. |
Jistieden lill-atturi kollha kkonċernati jikkunsidraw li jintroduċu strumenti finanzjarji ġodda innovattivi, kemm f'livell Ewropew, kif ukoll f'dak nazzjonali, bħall-miżuri ta’ garanzija bankarja, self antiċipat ripagabbli u fondi ta’ kapital ta’ riskju, li jqisu l-ħtiġijiet ta’ dawn l-industriji u speċjalment il-fatt li l-unika forma ta’ kapital għall-kreaturi, f’ħafna każijiet, mhijiex waħda materjali; |
|
79. |
Jargumenta favur il-mobilizzazzjoni tal-fondi u tal-programmi eżistenti tal-UE (bħall-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament), u l-applikazzjoni semplifikata għalihom, għall-iżvilupp tal-impriżi żgħar u tal-mikroimpriżi fis-settur kulturali u kreattiv, bil-ħsieb li jiġi ottimizzat l-appoġġ għall-impriżi billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta’ finanzjament; |
|
80. |
Jipproponi l-introduzzjoni ta’ mikrofinanzjamenti fuq żmien qasir biex jitħeġġu l-isperimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ proġetti kulturali u kreattivi innovattivi; |
|
81. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tivvaluta r-rilevanza tal-fondi strutturali, kif ukoll tal-programmi attwali u futuri fl-oqsma tal-kultura, tal-midja awdjoviżiva, taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni, f’termini tal-potenzjal tagħhom biex javvanzaw is-settur kreattiv, u li ssawwar konklużjonijiet u taġixxi fuqhom biex ikun hemm politika ta’ appoġġ aħjar; |
|
82. |
Jirrikonoxxi, ukoll, l-effikaċja tal-programmi tal-UE, bħall-Programm għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività, biex l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jkun jista’ jkollhom aċċess għall-finanzjament, u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-possibilità li jitfasslu programmi speċifiċi simili għall-industriji kulturali u kreattivi; |
|
83. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkundsidra li tistabbilixxi linja baġitarja speċifika taħt l-inizjattiva emblematika "Aġenda Diġitali" bħala appoġġ għall-bidla lejn sistemi diġitali fis-swali taċ-ċinema Ewropej, sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkollhom aċċess għall-kontenut li jirrifletti l-identitajiet differenti tal-Ewropea u sabiex is-settur tal-films Ewropew kollu kemm hu jsir aktar kompetittiv; |
|
84. |
Jenfasizza l-importanza ta’ patroċinji u sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat fil-finanzjament u l-appoġġ għall-attivitajiet kulturali u kreattivi, u jitlob li jittejjeb l-aċċess għall-kreditu għal dawn is-setturi u li jiġu eżaminati formuli alternattivi bħall-eżenzjoni mit-taxxa jew l-inċentivi fiskali biex jitħeġġeġ l-patroċinju mill-impriżi; |
|
85. |
Jisħaq fuq l-importanza li l-professjonisti fis-settur bankarju jkunu mħarrġa biex jipprovdu konsulenza dwar il-finanzjament ta’ proġetti kulturali u kreattivi biex ikun hemm aċċess aħjar għall-kreditu mill-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
86. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati servizzi ta’ konsultazzjoni u konsulenza dwar il-finanzi u l-ġestjoni kummerċjali biex dawk li jaħdmu fis-settur kulturali u kreattiv, u b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u n-negozji żgħar ħafna, ikunu jistgħu jifhmu l-għodod meħtieġa għal ġestjoni kummerċjali tajba sabiex jitjiebu l-ħolqien, il-produzzjoni, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni tal-beni u s-servizzi kulturali; |
|
87. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħarrġu professjonisti kapaċi jiżguraw il-vijabilità ekonomika u finanzjarja ta’ proġetti kulturali u kreattivi sabiex jitjieb l-aċċess għall-kreditu quddiem istituzzjonijiet finanzjarji u bankarji li ġeneralment ma jkunux familjari mal-karatteristiki speċifiċi ta’ dan is-settur; |
|
88. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Aġenda Diġitali, tgħin lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fl-industriji kulturali u kreattivi fit-tfittxija tagħhom għal mudelli kummerċjali innovattivi fuq l-internet li jkunu kompetittivi u favorevoli għall-konsumatur u bbażati fuq il-kofinanzjament u l-kondiviżjoni tar-riskji bejn l-industriji kulturali u kreattivi u l-intermedjarji; |
|
89. |
Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-proċeduri tal-akkwist pubbliċi ma jinvolvux spejjeż u burokrazija żejda bla bżonn għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; |
|
90. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tat-tnedija f’Diċembru 2011 tat-tmien Programm Qafas għar-Riċerka, tipprovdi fondi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti imprenditorjali u negozji ġodda proposti minn żgħażagħ taħt il-35 sena fis-settur tal-industriji kulturali u kreattivi; |
|
91. |
Jitlob li jingħata finanzjament ta’ prijorità taħt il-programm ENPI RIP 2011-2013 lill-industriji kulturali u kreattivi, b’referenza partikolari għas-settur awdjoviżiv u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi fir-reġjun Ewro-Mediterran; |
|
92. |
Jissuġġerixxi li jintuża l-qafas tal-Alleanza tal-Industriji Kreattivi Ewropej (AIKE) biex tiġi pprovduta pjattaforma għall-aċċess għall-informazzjoni u konsulenza dwar l-istat ta’ tħejjija għall-investiment u strateġiji kummerċjali fuq żmien twil, l-aċċess għas-self, fondi ta’ garanzija u investiment transkonfinali mis-settur privat, u jitlob li tiġi esplorata l-possibilità li jitwaqqaf Bank tal-Industriji Kreattivi; |
|
93. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajet lokali u reġjonali joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-industriji kulturali u kreattivi biex jistabbilixxu kuntatt mal-organizzazzjoni li x’aktarx jipprovdulhom finanzjament, u jistieden lil dawk l-awtoritajiet iqajmu kuxjenza fost l-organizzazzjonijiet finanzjarji dwar is-sitwazzjoni speċifika tal-industriji kulturali u kreattivi biex jikkonvinċuhom jinvestu f’dawn l-industriji u, b’mod aktar partikolari, fl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u f’negozji żgħar ħafna, abbażi ta’ proġetti kulturali b’potenzjal ekonomiku qawwi; |
|
94. |
Iħeġġeġ lill-korpi lokali, territorjali u reġjonali jaraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji jsiru iktar konxji dwar il-karatteristiki speċjali tal-industriji kulturali u kreattivi sabiex dawn ikunu motivati jinvestu f’dawn l-industriji u b’mod partikolari fl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; |
Koperazzjoni lokali u reġjonali
|
95. |
Jenfasizza li l-industriji kulturali u kreattivi ta’ spiss jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni tal-ekonomiji lokali f'diffikultà billi jħeġġu l-feġġa ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda, joħolqu impjiegi ġodda u sostenibbli u jsaħħu l-attraenza tar-reġjuni u l-bliet Ewropej, biex b'hekk jaqdu l-interessi tal-koeżjoni soċjali u territorjali; |
|
96. |
Jenfasizza li l-kultura għandha rwol essenzjali x'tiżvolġi f’termini tal-iżvilupp sostenibbli tat-territorji transkonfinali u huwa konxju mill-fatt li l-infrastrutturi u l-faċilitajiet tal-industriji kulturali u kreattivi jistgħu jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-koeżjoni territorjali; jemmen li t-tqanqil tal-kultura u tal-kreattività hu parti integrali mill-koperazzjoni territorjali li għandha tissaħħaħ; |
|
97. |
Jistieden lill-korpi kollha involuti fil-livell lokali jużaw il-programmi ta’ koperazzjoni territorjali sabiex jużaw u jittrasferixxu l-aħjar prattiki għall-iżvilupp tas-settur tal-industriji kulturali u kreattivi; |
|
98. |
Jirrakkomanda, min-naħa l-waħda, li titwettaq riċerka iktar intensiva dwar l-interdipendenza tal-provvista tal-kultura u l-lokalità tan-negozji kulturali u kreattivi, kif ukoll is-sinifikat mifrux mal-UE tal-kultura bħala fattur fid-deċiżjonijiet tal-kumpaniji fejn jistabbilixxu ruħhom; u, mill-oħra, li jingħata appoġġ lir-riċerka akkademika dwar l-impatt li għandhom in-negozji kulturali u kreattivi fuq il-postijiet fejn jistabbilixxu ruħhom; |
|
99. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkatalogaw l-għerf disponibbli dwar il-prattiki, il-ħtiġijiet u l-esperjenzi t-tajba tal-koperazzjoni kulturali u kreattiva transkonfinali u territorjali, sabiex tinkiseb ħila speċifika fil-kultura, il-kreattività u t-territorji transkonfinali (partikolarment f’oqsma li ftit li xejn huma esplorati bħar-rabta bejn il-kultura, il-kreattività u l-ekonomija) u sabiex jitfasslu strateġiji transkonfinali għall-ġestjoni tal-patrimonju u r-riżorsi kulturali; |
|
100. |
Jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jistabbilixxu postijiet għal-laqgħat u jistabbilixxu l-bażi għall-ħolqien ta’ netwerks lokali biex titqajjem kuxjenza dwar l-industriji kulturali u kreattivi fost dawk li jaħdmu fis-settur, permezz tal-kondiviżjoni tal-kompetenzi, l-esperimentazzjoni, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ fit-teknoloġiji l-ġodda, bħat-teknoloġiji diġitali, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali permezz ta’ taħriġ, dibattiti u avvenimenti artistiċi u kulturali oħra, u jiżviluppaw ċentri ta’ kreattività u inkubaturi li jippermettu li l-professjonisti żgħażagħ u n-negozji kreattivi jaħdmu f’netwerk, jippromwovu l-innovazzjoni u jżidu l-viżibilità tas-settur; |
|
101. |
Jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħaqdu flimkien f’netwerks bil-ħsieb li jagħmlu skambju il-prattiki tajbin u jwaqqfu proġetti pilota transkonfinali u transnazzjonali; |
|
102. |
Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwwixxu b’mod sinifikanti għal tixrid u ċirkolazzjoni aħjar tal-beni kulturali billi jorganizzaw, jappoġġaw u jippromwivu avvenimenti kulturali; |
|
103. |
Jinnota li l-infrastrutturi u l-faċilitajiet kulturali u kreattivi jiżvolġu rwol importanti fl-iżvilupp tal-ambjent fiżiku tal-bliet, fil-ħolqien ta’ ambjent attraenti għall-investiment u, b’mod partikolari, fir-rijabilitazzjoni u r-rivitalizzazzjoni tad-distretti industrijali antiki, u li l-patrimonju kulturali jagħti valur miżjud u jżid l-individwalità fl-iżvilupp u t-tiġdid taż-żoni rurali, speċjalment permezz tal-kontribut tiegħu għat-turiżmu rurali u l-prevenzjoni tad-depopolazzjoni ta’ dawn iż-żoni; |
|
104. |
Jikkunsidra wkoll li hu fattur sinifikanti ħafna fil-kuntest tal-istrateġiji għar-rijabilitazzjoni ta’ distretti industrijali antiki, kif ukoll fil-politiki għad-definizzjoni tal-isferi settorjali l-ġodda tat-turiżmu li qed jitfaċċaw u fid-definizzjoni mill-ġdid tat-turiżmu tradizzjonali; |
|
105. |
Jemmen għalhekk li l-istabbiliment ta’ industriji kulturali u kreattivi u l-iżvilupp ta’ dawk li diġà jeżistu jridu jiġu appoġġati permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp nazzjonali, reġjonali u lokali, fi sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi li jirrappreżentaw id-diversi oqsma politiċi, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili rilevanti; |
|
106. |
Iħeġġeġ għalhekk lill-Istati Membri u lir-reġjuni joħolqu opportunitajiet għall-koperazzjoni ta’ dan it-tip, ifasslu politiki li jagħqdu l-investiment fl-infrastruttura mal-investiment fil-kapital uman, u jesploraw l-iskemi ta’ vawċers ta’ innovazzjoni biex jgħinu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u lill-individwi kreattivi u kulturali jiksbu ħiliet professjonali; |
|
107. |
Jemmen li l-Kummissjoni tista’ tagħti iktar attenzjoni lill-arranġamenti ta’ ġemellaġġ bejn il-bliet, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni, li għal ħafna snin ipprovdew forum eċċellenti għall-koperazzjoni kulturali u kreattiva u għall-iskambju tal-informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, f'koperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet Ewropej tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, inizjattivi ta’ ġemellaġġ u skambju moderni u ta’ kwalità għolja li jinvolvu lill-partijiet kollha tas-soċjetà; |
|
108. |
Jissuġġerixxi t-twaqqif ta’ programm ta’ azzjoni ddedikat għall-promozzjoni u l-koperazzjoni kulturali transkonfinali, bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Volontarjat; |
Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura
|
109. |
Jenfasizza r-rikonoxximent estensiv tal-inizjattiva tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura bħala "laboratorja" għall-iżvilupp urban permezz tal-kultura; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi din l-inizjattiva u tiżgura l-kundizzjonijiet tajbin għat-trasferiment tal-aħjar prattiki, il-koperazzjoni kulturali u t-twaqqif ta’ netwerks għall-kondiviżjoni tal-esperjenza dwar l-opportunitajiet tal-industriji kulturali u kreattivi sabiex isir użu mill-potenzjal sħiħ ta’ dawn is-setturi; |
|
110. |
Jitlob li jiġi inkluż dibattitu dwar il-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi fil-programm tal-avvenimenti li jiċċelebraw il-Kapitali Ewropej tal-Kultura; |
Il-moda u t-turiżmu
|
111. |
Jikkunsidra li l-moda u t-turiżmu kulturali u sostenibbli għandhom jiżdiedu mas-setturi identifikati fil-Green Paper bħala dawk is-setturi li jiffurmaw parti mill-industriji kulturali u kreattivi; jindika li ż-żewġ setturi huma kkaratterizzati minn grad għoli ta’ kreattività u spirtu imprenditorjali li għandhom impatt sinifikattiv fuq l-ekonomija u l-kompetittività internazzjonali tal-UE; |
|
112. |
Jenfasizza l-importanza konsiderevoli tat-turiżmu għall-industriji kulturali u kreattivi u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-bliet u r-reġjuni jagħmlu użu ikbar mill-kultura bħala assi uniku, jikkoperaw iktar mill-qrib ma’ xulxin fil-qasam tat-turiżmu kulturali, jiżviluppaw forom ta’ koperazzjoni bejn is-settur kulturali u dak tat-turiżmu u jappoġġaw liż-żewġ setturi fi sforzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konġunta; |
Ir-relazzjonijiet internazzjonali u l-kummerċ
|
113. |
Jenfasizza l-importanza tal-Konvenzjoni tal-Unesco msemmija hawn fuq bħala strument essenzjali biex jiġi ggarantit li "l-eċċezzjoni kulturali" fil-kummerċ internazzjonali fil-prodotti u s-servizzi ta’ natura kulturali u kreattiva tinżamm fi ħdan il-qafas internazzjonali tad-WTO; |
|
114. |
Jinnota li fir-rigward tal-promozzjoni tal-iskambju u d-diversità kulturali, l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi huwa soġġett għal ħafna barrieri tariffarji u mhux tariffarji li, flimkien man-nuqqas ta’ sigurtà tan-netwerks għad-distribuzzjoni u l-isfruttar, jagħmluha diffiċli biex il-kultura Ewropea jkollha preżenza ġenwina; |
|
115. |
Jisħaq fuq il-potenzjal kbir tal-industrija kulturali u kreattiva fil-kummerċ internazzjonali u jassumi li s-sinifikat tagħha qed jiġi sottovalutat minħabba d-diffikultà biex tinġabar id-data; |
|
116. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-prospettiva tal-proliferazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali, tressaq lill-Parlament strateġija ċara u ġenerali dwar il-protokolli ta’ koperazzjoni kulturali mehmużin ma’ dawk il-ftehimiet, bil-ħsieb li l-offerta Ewropea ta’ koperazzjoni tiġi adattata għall-ħtiġijiet u l-karatteristiki speċifiċi tal-industriji kulturali u kreattivi fil-pajjiżi sħab, f’konformità mal-impenji meħuda fid-WTO u mal-ispirtu u l-kelma tal-Konvenzjoni tal-Unesco; |
|
117. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħtu spinta lill-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi kulturali u kreattivi u jistinkaw biex iżidu l-prominenza tal-industriji kulturali u kreattivi tal-Ewropa barra mill-UE; |
*
* *
|
118. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 201, 25.7.2006, p. 15.
(3) ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.
(5) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 16.
(6) ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 16.
(7) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 32.
(8) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 25.
(9) ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 223.
(10) http://ec.europa.eu/culture/our-policy-development/doc/CONS_NATIVE_CS_2009_08749_1_EN.pdf
(11) ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/155 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Sarajevo bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura 2014
P7_TA(2011)0241
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar Sarajevo bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2014
2012/C 377 E/20
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 167(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura mill-2007 sal-2019 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Fehim li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni sħiħa tal-Bosnja-Ħerzegovina fil-Programm Kultura 2007-2013 ffirmat fil-21 ta’ Diċembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi ġiet stabbilita azzjoni Komunitarja intitolata ‧Kapitali Ewropea tal-Kultura‧ sabiex tkun enfasizzata r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej u l-karatteristiċi komuni tagħhom, kif ukoll sabiex tippromwovi ftehim reċiproku akbar bejn iċ-ċittadini Ewropej, |
|
B. |
billi attwalment id-deċiżjoni msemmija hawn fuq dwar it-twaqqif ta’ azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura mill-2007 sal-2019 tapplika biss għall-Istati Membri tal-UE, |
|
C. |
billi f'diversi okkażjonijiet ingħatat l-oppportunità biex jintrebaħ it-titlu ta’ ‧Kapitali Ewropea tal-Kultura‧ lil pajjiżi Ewropej terzi, |
|
D. |
billi Sarajevo għandu post speċjali fl-istorja u l-kultura Ewropea u fl-2014 se jikkommemora diversi anniversarji importanti, |
|
E. |
billi l-Kunsill tal-Belt ta’ Sarajevo u operaturi kulturali lokali ħejjew ħafna xogħol fil-kandidatura tagħhom għal dan it-titlu, |
|
1. |
Jistieden lill-Kunsill biex jippremja, b'mod eċċezzjonali, it-titlu ta’ ‧Kapitali Ewropea tal-Kultura‧ lil Sarajevo fl-2014; |
|
2. |
Jemmen li din l-inizjattiva se tkun qed tirrappreżenta pass importanti lejn is-sorpassar ta’ qasmiet Ewropej li seħħew fl-imgħoddi u se tkun qed tpoġġi fid-dawl l-Ewropa Ġdida bin-nomina ta’ ‧Kaptali Ewropea tal-Kultura‧ lil belt li matul is-seklu 20 kienet lok ta’ ġrajjiet traġiċi tassew; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni. |
(1) ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/156 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Sri Lanka: segwitu tar-rapport tan-NU
P7_TA(2011)0242
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka
2012/C 377 E/21
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-31 ta’ Marzu 2011 tal-Panel ta’ Esperti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Obbligu ta’ Rendikont fis-Sri Lanka, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-25 ta’ April 2011 dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-panel ta’ esperti dwar is-Sri Lanka, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet li s-Sri Lanka hija firmatarja tagħhom, li jirrikjedu minnha li tinvestiga allegazzjonijiet ta’ vjolazzjonijiet tad-dritt umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tipproċedi kontra dawk responsabbli, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar il-Ħatra ta’ Panel ta’ Esperti tan-NU dwar Kwistjonijiet marbuta mal-Obbligu ta’ Rendikont fis-Sri Lanka, li saret f’isem l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2010 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li saret mill-VP/RGħ fl-10 ta’ Mejju 2011 dwar ir-rapport tal-Panel ta’ Esperti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Obbligu ta’ Rendikont fis-Sri Lanka, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Frar 2009 (1), tat-12 ta’ Marzu 2009 (2) u tat-22 ta’ Ottubru 2009 (3) dwar is-Sri Lanka, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tieni Protokoll Addizzjonali, relatat mal-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Kunflitti Armati Mhux Internazzjonali, għar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi f’Mejju 2009 l-kunflitt li kien ilu għaddej fis-Sri Lanka wasal fi tmiemu meta ċedew il-Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) u miet il-mexxej tagħhom; billi l-kunflitt intemm b’numru kbir ta’ Sri Lankiżi jgħixu bħala persuni spustati internament speċjalment fit-Tramuntana tal-pajjiż, |
|
B. |
billi fl-aħħar xhur tal-kunflitt, ġlied qalil f’żoni ċivili wassal għal dak li hu stmat li hu eluf ta’ mwiet u korrimenti ta’ persuni ċivili, |
|
C. |
billi fit-23 ta’ Mejju 2009, matul żjara ta’ Ban Ki-Moon fis-Sri Lanka ftit wara t-tmiem tal-kunflitt, il-President Mahinda Rajapaksa u Ban Ki-Moon ħarġu dikjarazzjoni konġunta li fiha s-Segretarju Ġenerali tan-NU enfasizza l-importanza tal-proċess ta’ rendikont u l-Gvern tas-Sri Lanka qabel li jieħu miżuri biex jindirizza l-allegazzjonijiet ta’ ksur tal-liġijiet tal-gwerra, |
|
D. |
billi fil-15 ta’ Mejju 2010, il-Gvern tas-Sri Lanka ħatar Kummissjoni bi tmien membri dwar il-Lezzjonijiet tal-Kunflitt u r-Rikonċiljazzjoni (LLRC) biex tinvestiga l-avvenimenti fis-Sri Lanka bejn Frar 2002 u Mejju 2009, bl-għan li jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni fil-pajjiż, |
|
E. |
billi fit-22 ta’ Ġunju 2010 s-Segretarju Ġenerali tan-NU ħabbar il-ħatra ta’ panel ta’ esperti biex jagħtuh pariri dwar il-kwistjoni tal-obbligu ta’ rendikont fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ vjolazzjonijiet tad-dritt umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali matul l-aħħar stadji tal-kunflitt fis-Sri Lanka, |
|
F. |
billi r-rapport tan-NU, ippubblikat fil-25 ta’ April 2011, sab li kienu kredibbli l-allegazzjonijiet li kemm il-qawwiet tal-gvern kif ukoll il-LTTE wettqu operazzjonijiet militari "mingħajr ebda kunsiderazzjoni għall-protezzjoni, id-drittijiet, il-benessri u l-ħajja ta’ persuni ċivili u naqsu milli jirrispettaw ir-regoli tad-dritt internazzjonali", |
|
G. |
billi l-komunità internazzjonali, fl-istadji finali tal-kunflitt, ripetutament talbet lill-Gvern tas-Sri Lanka jippermetti li l-osservaturi internazzjonali jidħlu fil-pajjiż biex jissorveljaw is-sitwazzjoni umanitarja tal-popolazzjoni ċivili affettwata mill-ġlied, |
|
H. |
billi l-panel ikkonkluda wkoll li "l-isforzi tas-Sri Lanka, kważi sentejn wara t-tmiem tal-gwerra, huma ’l bogħod milli jissodisfaw l-istandards internazzjonali dwar l-obbligu ta’ rendikont", |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-natura serja tal-allegazzjonijiet fir-rapport tan-NU; jenfasizza li dawn l-allegazzjonijiet, u l-kwistjoni tar-responsabilità għalihom, għandhom jiġu indirizzati qabel ma tkun tista’ tintlaħaq rikonċiljazzjoni dejjiema fis-Sri Lanka; |
|
2. |
Jirrikonoxxi li l-panel sab li kienu "kredibbli allegazzjonijiet li jekk tingħata prova tagħhom, jindikaw li twettqet firxa wiesgħa ta’ vjolazzjonijiet serji tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali kemm mill-Gvern tas-Sri Lanka kif ukoll mil-LTTE, li wħud minnhom jammontaw għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità"; |
|
3. |
Jilqa’ l-inizjattiva li ttieħdet mis-Segretarju Ġenerali tan-NU meta ħatar panel ta’ esperti dwar l-obbligu ta’ rendikont fis-Sri Lanka fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ vjolazzjonijiet tad-dritt umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali matul l-istadji finali tal-kunflitt armat; |
|
4. |
Ifaħħar id-deċiżjoni ta’ Ban Ki-Moon li jippubblika r-rapport fil-25 ta’ April 2011; |
|
5. |
Jenfasizza li l-impenn rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-obbligu ta’ rendikont kien punt ewlieni tad-dikjarazzjoni konġunta maħruġa mill-President tas-Sri Lanka u mis-Segretarju Ġenerali tan-NU fit-23 ta’ Mejju 2009; |
|
6. |
Jilqa’ d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU li jwieġeb b’mod pożittiv għar-rakkomandazzjoni tal-panel għal rieżami tal-azzjonijiet tan-NU rigward l-implimentazzjoni tal-mandati umanitarji u ta’ protezzjoni tagħha matul il-gwerra fis-Sri Lanka, b’mod partikolari fl-istadji finali tal-kunflitt; jinnota li l-panel ta’ esperti rrakkomanda li s-Segretarju Ġenerali tan-NU għandu jipproċedi immedjatament biex jistabbilixxi mekkaniżmu internazzjonali indipendenti, iżda li dan tal-aħħar ingħata l-parir li dan se jirrikjedi l-kunsens tal-pajjiż ospitanti jew deċiżjoni tal-istati membri permezz ta’ forum intergovernattiv xieraq; |
|
7. |
Huwa tal-fehma li, fl-interess tal-ġustizzja u tar-rikonċiljazzjoni fis-Sri Lanka, l-allegazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tal-panel ta’ esperti tan-NU jiġġustifikaw investigazzjoni sħiħa, imparzjali u trasparenti; jinkoraġġixxi lill-Gvern tas-Sri Lanka jirrispondi b’mod pożittiv għar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-panel ta’ esperti; |
|
8. |
Huwa mħasseb serjament dwar in-nuqqas inkwetanti ta’ indipendenza tal-ġudikatura, li jista’ jkollha rwol komplementari għal korp investigattiv indipendenti; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka jiżgura ġustizzja reparattiva u retributtiva; |
|
9. |
Jistieden lill-Gvern tas-Sri Lanka, f’konformità mal-obbligi internazzjonali tiegħu u bl-għan li jtejjeb il-proċess domestiku tiegħu ta’ rendikont, jikkontribwixxi għall-isforzi li diġà qed isiru għal rikonċiljazzjoni komprensiva; |
|
10. |
Jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, li l-Gvern tas-Sri Lanka stabbilixxa Kummissjoni għal-Lezzjonijiet tal-Kunflitt u għar-Rikonċiljazzjoni (LLRC); iħeġġeġ lil-LLRC tqis serjament ir-rapport tan-NU; jinnota li l-LLRC għandha s-setgħa li titlob lill-Avukat Ġenerali tas-Sri Lanka jiftaħ proċeduri kriminali, abbażi tal-konklużjonijiet tagħha; |
|
11. |
Jitlob li jingħata rendikont kemm mil-LTTE kif ukoll mill-Gvern tas-Sri Lanka għall-allegazzjonijiet ta’ ksur tad-dritt umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-panel, billi wieħed jibda bil-"miżuri immedjati", u jibda minnufih investigazzjonijiet ġenwini dwar il-ksur tad-dritt umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali li allegatament twettaq miż-żewġ naħat involuti fil-kunflitt armat; |
|
13. |
Jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jappoġġaw sforzi ulterjuri biex jissaħħaħ il-proċess tal-għoti ta’ rendikont fis-Sri Lanka u jappoġġaw ir-rapport tan-NU; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka jkun proattiv fl-indirizzar tal-preokkupazzjonijiet u l-interessi politiċi, ekonomiċi u soċjali ġenwini taċ-ċittadini Tamil tiegħu; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka biex għaldaqstant jieħu miżuri attivi f’termini ta’ devoluzzjoni politika u biex jinkoraġġixxi r-reklutaġġ tat-Tamil fis-servizz tal-gvern u fil-pulizija u fl-armata, biex il-poplu Tamil iħossu assigurat u jirrikonoxxi r-rebħa fuq il-LTTE bħala liberazzjoni u jħares ’il quddiem lejn futur promettenti u mimli prosperità, b’kundizzjonijiet ugwali għal dawk ta’ ħutu ċ-ċittadini Singaliżi; |
|
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sri Lanka. |
(1) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 141.
(2) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 127.
(3) ĠU C 265 E, 30.9.2010, p. 29.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/159 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
L-Azerbajġan
P7_TA(2011)0243
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-Azerbajġan
2012/C 377 E/22
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ażerbajġan, partikolarment dik tas-17 ta’ Diċembru 2009 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 (2) dwar il-ħtieġa ta’ strateġija Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar, tas-7 ta’ April 2011 (3) dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant u tal-20 ta’ Jannar 2011 (4) dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija magħmula mill-kelliem tal-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat tat-18 ta’ April 2011 u l-istqarrija tal-uffiċċju tad-Delegazzjoni tal-UE f'Baku tal-10 ta’ Marzu 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Ministri Barranin dwar is-Sħubija tal-Lvant tat-13 ta’ Diċembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Sħubija u ta’ Koperazzjoni bejn il-KE u l-Kazakistan li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istqarrijiet tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Midja dwar l-attakk fuq il-ġurnalisti tal-10 ta’ Marzu 2011 u tat-28 ta’ Marzu 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-ODIHR Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali dwar l-elezzjonijiet parlamentari tas-7 ta’ Novembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Azerbajġan qed jipparteċipa b'mod attiv fil-Politika Ewropea tal-Viċinat u fis-Sħubija tal-Lvant, u billi l-Azerbajġan huwa membru fundatur tal-Euronest u hu impenjat li jirrispetta d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, li huma valuri ċentrali ta’ dawn iż-żewġ inizjattivi, |
|
B. |
billi sa mill-15 ta’ Lulju 2010 tnedew negozjati dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Azerbajġan msejjes fuq impenji konġunti għal ġabra ta’ valuri komuni, li jkopru firxa wiesa' ta’ oqsma, inkluż id-djalogu politiku, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, kif ukoll il-kummerċ u l-kooperazzjoni f'politiki settorjali, |
|
C. |
billi, għalkemm, skont id-dikjarazzjoni konġunta tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali, magħmula mill-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Parlament Ewropew, l-elezzjonijiet parlamentari tas-7 ta’ Novembru 2010 fir-Repubblika tal-Azerbajġan kienu kkaratterizzati b'atmosfera paċifika u bil-parteċipazzjoni tal-partiti kollha tal-oppożizzjoni involuti fil-proċess politiku, minkejja dan it-tmexxija ġenerali ta’ dawn l-elezzjonijiet ma kienitx tali li tikkostitwixxi progress sinifikanti fl-iżvilupp demokratiku tal-pajjiż, |
|
D. |
billi qed titwettaq ripressjoni mifruxa fuq il-libertà tal-espressjoni u ta’ assemblea fl-Ażerbajġan wara l-protesti paċifiċi kontra l-gvern tal-11 ta’ Marzu u tat-2 ta’ April 2011; billi r-ripressjoni fl-Azerbajġan tinvolvi arresti, fastidji u intimidazzjoni ta’ attivisti mis-soċjetà ċivili, professjonisti tal-midja u politiċi mill-oppożizzjoni, |
|
E. |
billi l-każijiet tal-attivisti Jabbar Savalan u Bakhtiyar Hajiev huma ta’ tħassib partikolari; billi, is-Sur Savalan, membru tal-grupp taż-żgħażagħ tal-Partit tal-Front Popolari tal-Azerbajġan (APFP), u s-Sur Hajiev, attivist u ekx kandidat parlamentari, ġew akkużati li użaw il-Facebook biex isejħu għal dimostrazzjonijiet kontra l-gvern; billi s-Sur Savalan ġie ssentenzjat għal sentejn u nofs ħabs fil-ħabs fuq allegazzjoni ta’ pussess ta’ drogi; billi s-Sur Hajiev kien arrestat fl-4 ta’ Marzu wara li sejjaħ għal dimostrazzjonijiet kontra l-gvern fuq Facebook u issa qiegħed jiffaċċja sentejn ħabs fuq allegazzjoni li naqas milli jwettaq is-servizz militari; billi jeżistu dubji serji rigward l-imparzjalità tal-proċessi tas-Sur Savalan u tas-Sur Hajiev, |
|
F. |
billi f'nofs Marzu, il-qrati tal-Azerbajġan issentenzjaw mill-anqas 30 persuna li ħadu sehem f'dawk il-protesti paċifiċi għal madwar ħames sa tmien tijien ħabs fi proċessi li seħħew tard bil-lejl u li kienu magħluqin għall-pubbliku; billi ħafna mill-akkużati ma kellhomx aċċess għal avukat tal-għażla tagħhom; billi l-pulizija rrifjutat li tippermetti lid-detenuti jikkuntattjaw l-avukati u billi l-avukati ta’ uħud mill-akkużati ma kienux jafu meta u fejn kienu ser jinżammu l-proċessi, |
|
G. |
billi madwar 200 attivist ġew arrestati fit-2 ta’ April 2011, inkluż il-mexxej tal-Organizzazzjoni taż-żgħażagh tal-Partit Musavat, Tural Abbasli, |
|
H. |
billi d-Dar tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Azerbajġan, li hi membru tan-Netwerk Internazzjonali tad-Djar tad-Drittijiet tal-Bniedem, reġistrata fl-Azerbajġan f'Mejju 2007, ingħalqet mill-awtoritajiet fuq ordni maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja fl-10 ta’ Marzu 2011; billi l-Ministeru ġġustifika l-għeluq billi għamel referenza għal ksur tal-Liġi tal-Azerbajġan dwar Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi mill-organizzazzjoni, |
|
I. |
billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ordnat lir-Repubblika tal-Azerbajġan teħles mill-ħabs lill-ġurnalist Eynulla Fatullayev u tħallsu EUR 25 000 f'danni morali, |
|
J. |
billi l-Azerbajġan hu membru tal-Kunsill tal-Ewropa u parti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u ukoll firmatarju ta’ numru ta’ trattati internazzjonali oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, |
|
1. |
Jesprimi tħassib serju dwar in-numru dejjem jiżdied ta’ inċidenti ta’ fastidju, attakki u vjolenza kontra s-soċjetà ċivili u l-attivisti tan-netwerk soċjali u ġurnalisti fl-Azerbajġan; |
|
2. |
Jiddeplora bil-qawwa l-prattika ta’ intimidazzjoni, arrest, prosekuzzjoni u akkuża ta’ ġurnalisti indipendenti u attivisti politiċi fuq akkużi kriminali differenti; |
|
3. |
Jiddpelora l-arrest ta’ madwar 200 persuna qabel u waqt, il-protesti kontra l-gvern tat-2 ta’ April 2011 f'Baku; jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jippermettu protesti paċifiċi kif ukoll il-libertà ta’ assemblea, li huma prinċipji ewlenin ta’ soċjetà miftuħa u demokratika; jiddeplora l-vjolenza fiżika wżata kontra dawk li pprotestaw; |
|
4. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jeħilsu l-membri kollha tal-oppożizzjoni, attivisti żgħażagħ u bloggers li għadhom jinsabu taħt arrest wara d-demostrazzjonijiet paċifiċi tal-11 ta’ Marzu u tat-2 u s-17 ta’ April 2011, biex jeħilsu s-Sur Savalan u s-Sur Hajiyev u biex tirtira l-akkużi kontrihom; jistieden lill-Gvern tal-Azerbajġan jirrispetta l-konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom hu firmatarju, biex jirrispetta l-libertà tal-espressjoni; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa li jippermettu lill-midja, inkluż il-midja tal-oppożizzjoni, joperaw, sabiex il-ġurnalisti jkunu jistgħu jaħdmu u jirrapportaw b'mod ħieles mingħajr l-ebda pressjoni, u biex jagħtu attenzjoni speċjali lis-sigurtà tal-ġurnalisti; ifakkar fl-istqarrija ta’ Marzu 2005 mill-President Ilham Aliyev li tistqarr li d-drittijiet ta’ kull ġurnalist huma protetti u li dawn għandhom ikunu mħarsa mill-Istat; |
|
6. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu għar-rapporti ta’ theddid kontra l-editur tal-gazzetta Eynulla Fatullayev, dwar id-deterjorament ta’ saħħtu li issa ggravat u ċ-ċaħda milli jkollu aċċess għall-kura medika, u jitlob għall-ħelsien immedjat tiegħu; |
|
7. |
Jinsab imħasseb dwar l-aggravar tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Azerbajġan; jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jissalvagwardjaw il-libertajiet fundamentali ggarantiti mill-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali u ta’ trattati internazzjonali oħrajn li tagħhom ir-Repubblika tal-Azerbajġan hu firmatarju u biex jirrispetta l-impenji tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa; |
|
8. |
Jiddeplora t-twissjiet bil-miktub ta’ "temma ta’ attività" reċenti mibgħuta mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Azerbajġan lill-Istitut Demokratiku Nazzjonali u lin-Netwerk tad-Dar tad-Drittijiet tal-Bniedem u jħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jippermettu lil din tal-aħħar tkompli bl-attivitajiet tagħha fil-pajjiż mingħajr l-ebda xkiel ieħor; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan għal djalogu mal-membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa li tippermetti lill-individwi jipparteċipaw b'mod ħieles f'attivitajiet paċifiċi, u demokratiċi u biex l-attivisti jitħallew jorganizzaw b'mod ħieles u mingħajr interferenza mill-gvern; |
|
10. |
Jinkoraġġixxi l-awtoritajiet tal-Azerbajġan jippermettu dimostrazzjonijiet paċifiċi f'lokalitajiet partikolari u jħeġġiġhom jieqfu milli jintimidaw l-organizzaturi billi jarrestawhom u jakkużawhom fuq akkużi kriminali u oħrajn; jiddispjaċih li xi attivisti żgħażagħ tkeċċew mill-Università Statali ta’ Baku wara li ma marrux għall-eżamijiet waqt li kienu fil-kustodja tal-pulizija, minħabba l-attivitajiet politiki tagħhom; |
|
11. |
Jilqa' l-ħelsien mill-ħabs reċenti ta’ żewġ bloggers Adnan Hajizade u Emin Abdullayev (Milli); |
|
12. |
Iqis l-aċċess għall-teknoloġiji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, inkluż l-aċċess ħieles u mhux iċċensurat għall-internet, li hu essenzjali għall-iżvilupp tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt u bħala mezz ta’ promozzjoni ta’ skambji u kommunikazzjoni bejn in-nies tal-Azerbajġan u l-UE; |
|
13. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati mir-Rapport Finali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari u jistenna aktar kooperazzjoni mal-Kummissjoni tal-Venezja biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni elettorali tal-Azerbajġan tikkonforma bis-sħiħ man-normi u mal-istandards internazzjonali; |
|
14. |
Jistieden lill-Azerbajġan biex iġedded l-isforzi tiegħu ħalli jimplimenta bis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni PEV, u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tgħin lill-Azerbajġan f'din il-ħidma; |
|
15. |
Jilqa' l-ħolqien ta’ sottokumitati ġodda tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Azerbajġan, li għandhom isaħħu l-qafas istituzzjonali għad-diskussjonijiet fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà u dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija; |
|
16. |
Jilqa' l-kontribuzzjoni tal-Azerbajġan għas-Sħubija tal-Lvant u l-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni minn Milli Majlis fis-sessjoni inawgurali tal-Assemblea Parlamentari tal-Euronest; |
|
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex igħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli / il-Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-President, Gvern u lill-Parlament tal-Azerbajġan u lill-OSKE/ODIHR. |
(1) ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 27.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0193.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0153.
(4) Testi adottati, P7_TA(2011)0025.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/162 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Il-Bjelorussja
P7_TA(2011)0244
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar il-Bjelorussja
2012/C 377 E/23
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bjelorussja, b'mod partikolari dik tal-10 ta’ Marzu 2011 (1), l-20 ta’ Jannar 2011 (2) u s-17 ta' Diċembru 2009 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, tat-18 ta’ Frar 2011, dwar is-sentenzjar ta’ rappreżentant tal-oppożizzjoni tal-Bjelorussja, u d-dikjarazzjoni tal-kelliem tal-istess Rappreżentant Għoli tal-UE fl-10 ta’ April 2011 dwar il-persekuzzjoni tal-midja indipendenti fil-Bjelorussja, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali dwar l-elezzjoni presidenzjali fil-Bjelorussja ppubblikat mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (OSKE/ODIHR) u l-Assemblea Parlamentari tal-OSKE (AP OSKE) tat-22 ta’ Frar 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-kandidati presidenzjali Ales Mikhalevich, Uladzimir Nyaklyaeu, Vital Rymasheuski, Andrey Sannikau, Mikalay Statkevich u Dimitrji Uss u l-kapijiet tal-kampanji tagħhom, b’mod partikolari: Pavel Seviarynets, Vladimir Kobets u Sergey Martselev bħalissa qed jiffaċċaw proċeduri li jistgħu potenzjalment iwasslu għal sentenzi ta’ sa 15-il sena priġunerija, |
|
B. |
billi għadd ta’ attivisti tal-oppożizzjoni fosthom Anatol Lyabedzka, kap tal-Parti Ċiviku Magħqud (United Civic Party (AHP)) tal-oppożizzjoni, l-exkandidati presidenzjali Vital Rymasheuski u Ales Mikhalevich, l-editur ewlieni tal-portal tal-aħbarijiet online Natalya Radzina, Andrey Dzmitryeu, id-direttur tal-kampanja tal-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Uladzimer Nyaklyaeu, u l-attivist tal-kampanja "Tell the Truth!" Syarhey Vaznyak, ġew meħlusa miċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-KGB ta’ qabel il-proċess u jinsabu arrestati fi djarhom sakemm titwettaq l-investigazzjoni kontrihom; billi Ales Mikhalevich u Natalya Radzina ħarbu mill-pajjiż biex jevitaw li jiġu proċessati, filwaqt li Dzmitry Bandarenka, li appoġġa lil Andrey Sannikau f’kampanja elettorali presidenzjali preċedenti, intbagħat f’kolonja penali ġenerali tar-reġim għal sentejn, |
|
C. |
billi Aliaksandr Atroshchankau, Aliaksandr Malchanau, Dzmitry Novik u Vasil Parfiankou, membri tat-timijiet tal-kampanji elettorali tal-kandidati tal-oppożizzjoni demokratika Uladzimir Niakliayeu u Andrei Sannikau, Mikita Likhavid, membru tal-moviment ‘Għall-Ħelsien’, l-attivisti tal-‘Front Żagħżugħ’ Ales Kirkevich, Zmister Dashkevich u Eduard Lobau, Paval Vinahradau, attivist tal-kampanja ‘Speak the Truth’ l-attivist mhux partiġġjan Andrei Pratasienya, l-istudjuż tal-istorja Dzmitry Drozd, il-parteċipant tal-protesti Uladzemir Khamichenka u Dzmitry Bandarenka, koordinator tal-kampanja ċivili ‘Bjelorussja Ewropea’, ngħataw sentenzi ta’ bejn sena u erba’ snin priġunerija b’konnessjoni mad-demostrazzjonijiet tad-19 ta’ Diċembru 2010, |
|
D. |
bbilli jeżistu provi li l-pulizija qed jittorturaw lin-nies biex iġegħluhom jammettu r-reati allegati tagħhom kontra l-istat, kif muri permezz tal-każijiet ta’ Olga Klasowska u Ales Mikhalevic, |
|
E. |
billi fil-25 ta’ April 2011 il-Ministru tal-Informazzjoni tal-Bjelorussja applika mal-Qorti Ekonomika Suprema biex jingħalqu l-ġurnali indipendenti Narodnaya Volia u Nasha Niva, |
|
F. |
billi Andrzej Poczobut, ġurnalista mal-istazzjon televiżiv Belsat u l-ġurnal Gazeta Wyborcza ġie arrestat u qed jiffaċċa l-possibilità ta’ sa sentejn priġunerija fuq akkuża li ‘insulta lill-President’ minħabba artikli li ppubblika riċentement; billi s-Sur Poczobut hu rikonoxxut minn Amnesty International bħala priġunier tal-kuxjenza; billi l-ġurnalista Iryna Khalip, mart Andrey Sannikau, ukoll ġiet arrestata u qed tiffaċċja akkużi b’relazzjoni mal-protesti; billi bħala qed tinżamm arrestata f’darha u ġiet miżmuma milli tikkomunika ma’ żewġha, |
|
G. |
billi żdiedu aktar il-miżuri ripressivi kontra membri tal-oppożizzjoni demokratika, il-midja ħielsa, attivisti tas-soċjetà ċivili u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, minkejja talbiet ripetuti tal-komunità internazzjonali li dawn jieqfu immedjatament; billi din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi ksur serju ta’ diversi impenji internazzjonali magħmula mill-Bjelorussja, |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe sentenza mogħtija fuq il-bażi ta’ akkużi kriminali ta’ ‘rewwixti tal-massa’ u jemmen li dawn huma aribitrarji u motivati politikament; jenfasizza li skont rapporti, l-awtoritajiet naqsu milli jagħtu provi tal-ħtija tal-akkużati, li l-proċessi saru bil-bibien magħluqa, li d-detenuti ġew miċħuda l-opportunità li jressqu x-xhieda tagħhom u li jiltaqgħu diskretament u fuq bażi regolari mar-rappreżentanti legali tagħhom, li l-avukati tal-akkużati rċevew diversi twissijiet mill-Ministerju tal-Ġustizzja u li wħud minnhom ġew inabilitati; jiddikjara, għaldaqstant, li l-proċessi ma twettqux b'mod imparzjali; |
|
2. |
Iqis li l-akkużi kollha kontra l-kandidati presidenzjali Vladimir Neklyayev, Vitaly Rymashevsky, Nikolai Statkevich, Dmitry Uss u Andrei Sannikov huma illegali u mhux ammissibbli; jitlob li l-kandidati jinstabu mhux ħatja u li tieqaf kull persekuzzjoni kontrihom; f’dan ir-rigward, jikkundanna n-nuqqas ta’ rispett lejn id-drittijiet fundamentali ta’ assemblea u tal-espressjoni muri mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja, u jitlob għall-ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet tad-dimostranti kollha li għadhom detenuti u li jitwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom; |
|
3. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja qed tiħżien; jikkundanna bil-qawwi l-allegazzjoni malafamanti riċenti kontra, pereżempju, Ales Bialiatski, President taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ‘Viasna’, magħmula mill-President tal-bjelorussja u diversi ġurnalisti tal-midja li tal-istat, li qalu, fil-kummenti tagħhom dwar l-attakk bil-bombi fil-ferrovija ta’ taħt l-art ta’ Minsk, li ‘t-teżisti l-ħames kolonna fil-pajjiż’ |
|
4. |
Jikkundanna il-klima persistenti ta' biża' u intimidazzjoni tal-oppożizzjoni politika fil-Bjelorussja u l-persekuzzjoni kontinwa ta’ elementi tal-oppożizzjoni sa mill-elezzjonijiet presidenzjali ta’ Diċembru 2010; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Bjelorussi ineħħu l-ostakoli għall-moviment ħieles taċ-ċittadini Ukrajni Marina Tsapok u Maxim Kitsyuk u ċ-ċittadin Russu Andrey Yurov, rappreżentanti tal-Kumitat għall-Kontroll Internazzjonali fuq is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Bjelorussja, kif ukoll ta’ Alik Mnatsnakyan u Viktoria Gromova, difensuri Russi tad-drittijeit tal-bniedem li ġew miżmuma fl-4 ta’ Mejju 2011 fl-uffiċju tal-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ‘Viasna’ u ftit wara deportati mill-Bjelorussja u pprojbiti milli jerġgħu jidħlu fis-sentejn li ġejjin; F’dan ir-rigward, jikkundanna l-azzjonijiet kollha kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja; |
|
6. |
Jikkundanna l-fastidju u l-intimidazzjoni sistematika u l-pressjoni dejjem tikber fuq il-ġurnalisti indipendenti u l-midja fil-Bjelorussja; F’dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jwaqqfu l-proċedura li jagħlqu l-ġurnali ta’ kull ġimgħa Narodnaya Volia u Nasha Niva, li ma jillimitawx l-aċċess għal żewġ portals indipendenti tal-internet, Karta '97 u Bielorusskij Partizan, għax dan ikun ifisser limitazzjoni severa tal-pluraliżmu tal-midja fil-Bjelorussja, u li jeħilsu lill-Andrzej Poczobut u jwaqqgħu kull akkuża kontrih; |
|
7. |
Jikkundanna n-nuqqas ta’ investigazzjoni indipendenti dwar l-użu ta’ forza brutali mill-pulizija u s-servizzi tal-KGB kontra d-dimostranti fil-jum tal-elezzjoni, b’mod partikulari minħabba li l-Bjelorussja ċaħdet talba ta’ 14-il Stat Membru tal-UE għal missjoni ta’ tiftix ta’ fatti dwar id-drittijiet tal-bniedem taħt l-awspiċju tal-OSKE biex tinvestiga r-ripressjoni massiva tal-oppożizzjoni wara l-elezzjonijiet ta’ Diċembru 2010; jilqa’ r-rapport interim ta’ Dr Neil Jarman, Rapporteur Speċjali tal-Kumitat għall-Kontroll Internazzjonali fuq is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Bjelorussja, u jiddeplora l-fatt li f’Minsk reġgħu ġew miżmuma difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn diversi pajjiżi tal-OSKE; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli u pajjiżi msieħba oħra tal-UE jestendu l-miżuri restrittivi kontra r-reġim tal-Bjelorussja, anke billi jimponu sanzjonijiet ekonomiċi mmirati, b’mod partikolari kontra intrapriżi li jappartjenu lill-istat; |
|
9. |
Jenfasizza li, fid-dawl tar-ripressjoni kontinwa u bla preċedent tal-oppożizzjoni, l-UE jeħtieġ issib mezzi ġodda biex tassisti s-soċjetà ċivili tal-Bjelorussja sabiex ikun faċilit il-ħolqien tal-kuxjenza pubblika, evitata l-frammentazzjoni totali tal-oppożizzjoni politika u tkun sostnuta alternattiva politika għar-reġim ta' Lukashenko; jitlob li titkompla u tiżdied l-assistenza tal-UE lill-partiti tal-oppożizzjoni demokratika, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-midja indipendenti, pereżempju permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
10. |
Jenfasizza li l-impenn potenzjali tal-UE mal-Bjelorussja se jkun soġġett għal kundizzjonalità stretta u kontinġenti fuq impenn tal-Bjelorussja li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif tgħid id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant ta’ Praga tas-7 ta’ Mejju 2009, iffirmata wkoll mill-Gvern tal-Bjelorussja; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblej Parlamentari tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa, u lill-Gvern u l-Parlament tal-Bjelorussja. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0099.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0022.
(3) ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 16.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/164 |
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2011
Clean-up in Europe u Let’s Do It World 2012
P7_TA(2011)0245
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar Clean-up in Europe u Let’s Do It World 2012
2012/C 377 E/24
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fl-UE hija batuta; |
|
B. |
billi n-nuqqas ta’ responsabilità soċjali u l-għarfien dwar il-kwistjonijiet ambjentali qed ikomplu jkunu ta’ problema f’ħafna Stati Membri, |
|
C. |
billi l-inizjattivi ċivili nazzjonali saru mill-moviment ta’ azzjoni “Let’s Do It!, b’parteċipazzjoni bis-sħiħ miċ-ċittadini fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall, is-Slovenja u r-Romanija mill-2008, u billi dawn l-inizjattivi taw riżultati konkreti bħal mapping u t-tinfid ta’ skart illegali, |
|
1. |
Jinnota li Let’s Do It World huwa moviment ta’ azzjoni volontarju li stieden lill-pajjiżi kollha tal-Ewropa jingħaqdu flimkien, f’ġurnata unika fl-2012, għall-akbar tindifa li qatt saret; |
|
2. |
Jistieden lill-politiċi jippromwovu b’mod attiv dawn l-inizjattivi u liċ-ċittadini biex jieħdu sehem fihom; |
|
3. |
Iqis li dan l-istrument effettiv għandu jiġi promoss b’mod wiesa’ sabiex jiżdied l-għarfien u r-responsabilità għall-ġestjoni tal-iskart, bil-għan li tintlaħaq l-ogħla rata possibbli ta’ riċiklaġġ; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja din l-inizjattiva bil-mezzi kollha disponibbli u tniedi wkoll sit elettroniku li jippubblika d-data eżistenti dwar ir-reġistri nazzjonali tal-iskart u mappep li juru l-post ta’ siti illegali tal-iskart; |
|
5. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforzi addizzjonali sabiex jiġu implimentati u inforzati bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tal-iskart eżistenti tal-UE fil-pajjiżi tagħhom; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tas-27 Stat Membru. |
(1) Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tat-12 ta’ Mejju 2011 (P7_PV(2011)05-12(ANN1)).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/166 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris
P7_TA(2011)0188
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2010/2122(IMM))
2012/C 377 E/25
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba ta' Luigi de Magistris għall-ħarsien tal-immunità tiegħu f’rabta ma’ proċedimenti legali pendenti quddiem qorti Taljana, kif imressqa fil-5 ta' Lulju 2010 u mħabbra waqt is-seduta plenarja tas-7 ta' Lulju 2010, |
|
— |
wara li sema' lil Luigi de Magistris, bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0152/2011), |
|
A. |
billi Luigi de Magistris, Membru tal-Parlament Ewropew, talab li titħares l-immunità parlamentari tiegħu fil-kuntest ta' proċediment legali pendenti quddiem qorti Taljana, |
|
B. |
billi t-talba minn Luigi De Magistris tirrigwarda ċitazzjoni maħruġa kontrih quddiem il-Qorti ta' Benevento f'isem Clemente Mario Mastella, Membru tal-Parlament Ewropew, fir-rigward ta' intervista li s-Sur De Maigistris ta lil gazzetta Taljana fil-31 ta' Ottubru 2009, |
|
C. |
billi skont iċ-ċitazzjoni, parti minn dik l-intervista ("… Mastella kien implikat f'waħda mill-investigazzjonijiet tiegħi u pprova jwaqqafni") tikkostitwixxi libell, u tat lok għal talba għal kumpens għad-danni ta' EUR 1 000 000 flimkien mal-ispejjeż, |
|
D. |
billi fiż-żmien li ngħatat l-intervista Luigi de Magistris kien Membru tal-Parlament Ewropew, wara li kkontesta b'suċċess l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2009, |
|
E. |
billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom, |
|
F. |
billi, skont il-prattika stabbilita tal-Parlament, il-fatt li l-proċedimenti legali tressqu taħt id-dritt ċivili jew amministrattiv, jew fihom ċerti aspetti li jaqgħu taħt id-dritt ċivili jew amministrattiv, ma jipprekludix per se l-applikazzjoni tal-immunità rrikonoxxuta mill-imsemmi artikolu, |
|
G. |
billi, meta ta l-invervista kkonċernata, Luigi de Magistris kien qed jaġixxi fil-kuntest tal-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew u kien qed iwettaq attivitajiet politiċi billi jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq kwistjoni ta' interess pubbliku lill-kostitwenti tiegħu, |
|
H. |
billi tentattivi li jimpedixxu Membri tal-Parlament milli jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fuq kwistjonijiet ta' interess pubbliku u tħassib leġittimu, u milli jikkritikaw l-avversarji politiċi tagħhom, billi jitressqu proċedimenti legali kontrihom huwa inaċċċettabbli f'soċjetà demokratika u jikser l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa intiż sabiex jipproteġi l-libertà ta' espressjoni tal-Membri fil-qadi ta' dmirijiethom fl-interess tal-Parlament bħala istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, |
|
1. |
Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Luigi de Magistris. |
(1) Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure et [1986] ECR 2391, Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament [2008] ECR II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch vs Il-Parlament.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/167 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Bruno Gollnisch
P7_TA(2011)0189
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Bruno Gollnisch (2010/2097(IMM))
2012/C 377 E/26
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba ta' Bruno Gollnisch għall-ħarsien tal-immunità tiegħu bi rbit ma' proċedimenti legali pendenti quddiem qorti Franċiża, kif imressqa fl-10 ta' Ġunju 2010 u mħabbra waqt is-seduta plenarja fl-14 ta' Ġunju 2010, |
|
— |
wara li sema' lil Bruno Gollnisch fis-26 ta' Jannar 2011, bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0154/2011), |
|
A. |
billi Bruno Gollnisch, Membru tal-Parlament Ewropew, talab li titħares l-immunità parlamentari tiegħu b'rabta mal-miżuri li skontu jirrestrinġu il-libertà tiegħu applikati mill-awtoritajiet Franċiżi bħala parti mill-investigazzjoni ġudizzjarja ta' azzjoni u talba għall-kumpens (plainte avec constitution de partie civile) imressqa mil-Lega Internazzjonali Kontra r-Razziżmu u l-Antisemitiżmu fis-26 ta' Jannar 2009 kontra persuna mhux imsemmija b'isimha għal inċitament għall-mibegħda razzjali, |
|
B. |
billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea ma ġiex invokat fit-talba għall-ħarsien tal-immunità u għalhekk ma japplikax, |
|
C. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li ġie invokat espliċitament minn Bruno Gollnisch fl-ittra tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2010 lill-President u li japplika fil-każ preżenti, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom; u billi dan ma jwaqqafx lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu, |
|
D. |
billi, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, "l-ebda Membru tal-Parlament ma jista’ jiġi arrestat jew soġġett għal kwalunkwe miżura oħra li ċċaħħdu mil-libertà tiegħu jew li tirrestrinġilu dik il-libertà bħala riżultat ta’ reati kriminali jew minuri mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea li jagħmel parti minnha, għajr jekk ikun sar reat gravi, fil-każ ta' flagrante delicto jew jekk tkun ingħatat kundanna definittiva", u billi, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 26, "id-detenzjoni, il-miżuri li jċaħħdu lill-Membru mil-libertà tiegħu jew li jirrestrinġulu dik il-libertà, jew il-proċeduri kriminali kontra Membru tal-Parlament għandhom jiġi sospiżi matul is-sessjoni jekk l-Assemblea li tagħha jkun membru titlob hekk", |
|
E. |
billi l-Parlament għandu diskrezzjoni wiesgħa biex jiddetermina l-orjentazzjoni li jixtieq jagħti lil deċiżjoni wara talba għall-ħarsien tal-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu (2), |
|
F. |
billi, fil-każ preżenti, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-każ tressaq bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru, |
|
G. |
billi l-każ ma jaqax fl-ambitu tal-attivitajiet politiċi ta' Bruno Gollnisch bħala Membru tal-Parlament Ewropew; billi fil-fatt jikkonċerna minflok attivitajiet ta' natura purament reġjonali u lokali ta' Bruno Gollnisch bħala kunsillier reġjonali għar-Rhône-Alpes, mandat li Bruno Gollnisch ġie elett għalih b'suffraġju universali dirett u distint minn dak ta' Membru tal-Parlament Ewropew, |
|
H. |
billi Bruno Gollnisch ta spjegazzjoni għala l-istqarrija għall-istampa li tat lok għat-talba għall-ħarsien tal-immunità inħarġet mill-grupp politiku tiegħu fil-Kunsill Reġjonali tar-Rhône-Alpes, fejn iddikjara li nkitbet mill-grupp tal-Front National f'dak ir-reġjun, inkluż il-kap tal-komunikazzjonijiet tiegħu, li "ngħata s-setgħa li jitkellem f'isem l-uffiċjali eletti tal-Front National"; billi l-applikazzjoni tal-immunità parlamentari għal tali sitwazzjoni tikkostitwixxi estensjoni barra minn lokha ta' dawk ir-regoli, li l-għan tagħhom huwa li jiġi evitat kwalunkwe ndħil fil-funzjonament u l-indipendenza tal-Parlament, |
|
I. |
billi l-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi adottaw ċerti miżuri li jidhru li jirrstrinġu l-libertà ta’ Bruno Gollnisch qabel ma talbu t-tneħħija tal-immunità tiegħu huwa ksur deplorevoli tal-prerogattivi tal-Parlament; billi, madankollu, ladarba l-awtoritajiet Franċiżi issa formalment talbu t-tneħħija tal-immunità tiegħu sabiex jadottaw tali miżuri fil-futur, ma jeħtieġx aktar li l-immunità ta' Bruno Gollnisch titħares aktar f'dak ir-rigward, |
|
J. |
billi mhuwiex il-kompitu tal-Parlament iżda tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti li jiddeċiedu, filwaqt li jirrispettaw il-garanziji demokratiċi kollha, sa liema punt inkisret il-liġi Franċiża dwar l-inċitament għall-mibegħda razzjali u x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi ġudizzjarji, |
|
K. |
billi għalhekk l-immunità parlamentari ta' Bruno Gollnisch m'għandhiex titħares, |
|
1. |
Jiddeċiedi li ma jħarisx l-immunità u l-privileġġi ta' Bruno Gollnisch; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Franċiża u lil Bruno Gollnisch. |
(1) Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure et [1986] Ġabra 2391, Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament [2008] Ġabra II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch vs Il-Parlament.
(2) Kawża T-42/06 Gollnisch vs Il-Parlament fil-paragrafu 101.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/169 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tas-Sur Bruno Gollnisch
P7_TA(2011)0190
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Bruno Gollnisch (2010/2284(IMM))
2012/C 377 E/27
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Bruno Gollnisch, imressqa mill-awtoritajiet Franċiżi fit-3 ta’ Novembru 2010 u mħabbra fis-seduta plenarja tal-24 ta’ Novembru 2010, |
|
— |
wara li sema' lil Bruno Gollnisch fis-26 ta’ Jannar 2011 bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta’ April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008 u tad-19 ta’ Marzu 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0155/2011), |
|
A. |
billi prosekutur pubbliku Franċiż talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Bruno Gollnisch, Membru tal-Parlament Ewropew, sabiex ikun jista' jiġi investigat ilment li jallega inċitament għall-mibegħda razzjali u, jekk ikun xieraq, sabiex Bruno Gollnisch ikun jista' jitressaq quddiem Qorti Franċiża tal-Prim Istanza, il-Qorti tal-Appell u l-Cour de Cassation, |
|
B. |
billi t-tneħħija tal-immunità ta’ Bruno Gollnisch hija relatata ma’ offiża allegata ta’ inċitament għall-mibegħda razzjali bħala riżultat ta’ stqarrija għall-istampa li saret fit-3 ta’ Ottubru 2008 mill-Grupp Front National tar-Reġjun Rhône-Alpes, li tiegħu Bruno Gollnisch kien President, |
|
C. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew il-Membri tiegħu għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom; u billi dan ma jwaqqafx lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu, |
|
D. |
billi skont l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża l-ebda Membru tal-Parlament ma jista' jiġi arrestat jew soġġett għal kwalunkwe miżura oħra li tneħħilu l-libertà jew tirristrinġilu dik il-libertà minħabba reati kriminali jew minuri mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea li jagħmel parti minnha, minbarra jekk ikun sar reat gravi, fil-każ ta’ flagrante delicto jew il-ħruġ ta’ sentenza finali, |
|
E. |
billi fil-każ preżenti, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-każ tressaq bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru, |
|
F. |
billi t-talba tal-awtoritajiet Franċiżi mhijiex relatata mal-attivitajiet politiċi ta’ Bruno Gollnisch bħala Membru tal-Parlament Ewropew; billi fil-fatt tikkonċerna attivitajiet ta’ natura purament reġjonali u lokali bħala kunsillier reġjonali għar-Rhône-Alpes, mandat li għalih Bruno Gollnisch ġie elett b'suffraġju universali dirett u li huwa distint minn dak ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, |
|
G. |
billi Bruno Gollnisch ta spjegazzjoni għala l-istqarrija għall-istampa li tat loka għat-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu inħarġet mill-grupp politiku tiegħu fil-Kunsill Reġjonali tar-Rhône-Alpes, fejn jiddikjara li nkitbet mill-grupp tal-Front National f'dak ir-reġjun, inkluż il-kap tal-komunikazzjonijiet tiegħu, li "ngħata s-setgħa li jitkellem f'isem l-uffiċjali eletti tal-Front National"; billi l-applikazzjoni tal-immunità parlamentari għal tali sitwazzjoni tikkostitwixxi estensjoni mhux xierqa ta’ dawk ir-regoli, li l-għan tagħhom huwa li jiġi evitat kwalunkwe ndħil fil-funzjonament u l-indipendenza tal-Parlament, |
|
H. |
billi mhuwiex il-kompitu tal-Parlament iżda tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, filwaqt li jirrispettaw il-garanziji demokratiċi kollha, li jiddeċiedu sa liema punt il-liġi Franċiża dwar l-inċitament għall-mibegħda razzjali nkisret u x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi ġudizzjarji, |
|
I. |
billi, għalhekk, huwa xieraq li tkun rakkomandata tneħħija tal-immunità parlamentari f'din l-istanza, |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Bruno Gollnisch; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex minnufih jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Franċiża u lil Bruno Gollnisch. |
(1) Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Kawża 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391, Kawża T-345/05 Mote v Il-Parlament [2008] ECR II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch v Il-Parlament.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/171 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament wara l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza komuni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni
P7_TA(2011)0221
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-emendar tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew wara l-istabbilment ta' Reġistru ta' Trasparenza Komuni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni (2010/2292(REG))
2012/C 377 E/28
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-18 ta' Novembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-11 ta' Mejju 2011 (1) li tapprova l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' "reġistru ta' trasparenza", |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 u l-Artikolu 127(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0173/2011), |
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Jiddeċiedi li t-test tal-ftehim imsemmi hawn fuq jiġi inkluż fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu bħala Anness X, Parti B; |
|
3. |
Jiddeċiedi li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; |
|
TEST FIS-SEĦĦ |
EMENDA |
||||||||||||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – titolu |
|||||||||||||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid) |
|||||||||||||||||||
|
|
3a. Fil-bidu ta' kull leġislatura, il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditat minn kull Membru (assistenti akkreditati). |
||||||||||||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – paragrafu 4 |
|||||||||||||||||||
|
4. Il-Kwesturi għandu jkollhom ir-responsabbiltà li joħorġu permessi nominattivi validi għal mhux aktar minn sena lil persuni li jkunu jixtiequ jidħlu sikwit fil-bini tal-Parlament sabiex iwasslu tagħrif lill-Membri fil-qafas tal-mandat parlamentari tagħhom fl-interess tagħhom personali jew f'dak ta' terzi persuni. |
4. Il-kards ta' aċċess fit-tul jinħarġu lil persuni esterni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Kwesturi Dawn il-kards huma validi għal mhux aktar minn sena, u jistgħu jiġġeddu. Id-dettalji dwar l-użu ta’ dawn il-kards huma ffissati mill-Bureau. |
||||||||||||||||||
|
Għal dan il-għan, dawn il-persuni jkunu meħtieġa li: |
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
Dan ir-reġistru għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku meta ssir talba għalih, f'kull post tax-xogħol tal-Parlament u, fil-forma mħejjija mill-Kwesturi, fl-uffiċċji ta' informazzjoni tiegħu fl-Istati Membri. |
|
||||||||||||||||||
|
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom jitniżżlu f'anness mar-Regoli ta' Proċedura. |
|
||||||||||||||||||
|
|
Dawn il-kards ta' aċċess jistgħu jinħarġu: |
||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||
|
Emenda 4 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – paragrafu 4 a (ġdid) |
|||||||||||||||||||
|
|
4a. Il-persuni rreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza għandhom, fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Parlament, josservaw:
|
||||||||||||||||||
|
Emenda 5 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – paragrafu 4 b (ġdid) |
|||||||||||||||||||
|
|
4b. Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw sa liema miżura l-kodiċi ta' mġiba huwa applikabbli għall-persuni li, filwaqt li għandhom kard ta' aċċess fit-tul, ma jaqgħux fl-ambitu tal-ftehim. |
||||||||||||||||||
|
Emenda 6 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – paragrafu 4 c (ġdid) |
|||||||||||||||||||
|
|
4c. Il-kard ta' aċċess għandha tiġi rtirata permezz ta' deċiżjoni motivata mill-Kwesturi fil-każijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
|
Emenda 7 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – paragrafu 4 d (ġdid) |
|||||||||||||||||||
|
|
4d. Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta' trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-istabbiliment tal-imsemmi reġistru; Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-paragrafi 4 sa 4d għandhom jiġu stabbiliti fl-anness (5). |
||||||||||||||||||
|
Emenda 8 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I – artikolu 2 – subparagrafi 2 u 3 |
|||||||||||||||||||
|
Membri tal-Parlament m'għandhom jaċċettaw l-ebda rigal jew benefiċċju ieħor fil-qadi ta' dmirijiethom. |
Membri tal-Parlament m'għandhom jaċċettaw l-ebda rigal jew benefiċċju fil-qadi ta' dmirijiethom. |
||||||||||||||||||
|
Id-dikjarazzjonijiet fir-reġistru għandhom isiru taħt ir-responsabiltà personali tal-Membru u għandhom ikunu aġġornati kull sena. |
Id-dikjarazzjonijiet fir-reġistru għandhom isiru taħt ir-responsabilità personali tal-Membru u għandhom ikunu aġġornati kull darba li ssir xi modifika u jkunu aġġornati tal-anqas kull sena. Il-Membri huma għal kollox responsabbli mit-trasparenza tal-interessi finanzjarji tagħhom. |
||||||||||||||||||
|
Emenda 9 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness X - titolu |
|||||||||||||||||||
|
ANNESS X |
ANNESS X |
||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
|
Emenda 10 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness X – Artikolu 1 |
|||||||||||||||||||
|
Artikolu 1 |
Artikolu Waħdani |
||||||||||||||||||
|
Permess |
Kards ta’ aċċess |
||||||||||||||||||
|
1. Il-permess għandu jikkonsisti minn tessera tal-plastik, bir-ritratt tal-persuna kkonċernata, b'isimha u kunjomha u l-isem tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni fejn taħdem, jew tal-kap tagħha. |
1. Il-kard ta' aċċess għandha tikkonsisti minn tessera tal-plastik, bir-ritratt tad-detentur, b'isimha u kunjomha u l-isem tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni fejn taħdem, jew tal-kap tagħha. |
||||||||||||||||||
|
Kull min jingħata permess għandu jilbsu b'mod li jkun jidher f'kull ħin fil-bini kollu tal-Parlament. Jekk wieħed ma jilbsux, il-permess jista' jiġi kkonfiskat . |
Kull detentur ta' kard ta' aċċess għandu jilbisha b'mod li tkun tidher f'kull ħin fil-bini kollu tal-Parlament. Jekk wieħed ma jilbishiex , il-kard ta' aċċess tista' tiġi kkonfiskata . |
||||||||||||||||||
|
Dawn il-permessi jintgħarfu minn permessi oħra magħmula għall-viżitaturi okkażjonali minħabba l-għamla u l-kulur tagħhom. |
Dawn il-kards ta' aċċess jintgħarfu minn kards oħra magħmula għall-viżitaturi okkażjonali minħabba l-għamla u l-kulur tagħhom. |
||||||||||||||||||
|
2. Il-permessi għandhom jiġġeddu biss wara li l-persuni kkonċernati jkunu ssoddisfaw l-obbligazzjonijiet imsemmija fir-Regola 9 (4) . |
2. Il-kards ta' aċċess għandhom jiġġeddu biss wara li d-detenturi jkunu ssoddisfaw l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 (4a) . |
||||||||||||||||||
|
Kull dubju li jkollu Membru rigward l-attività ta' rappreżentant jew ‧lobby‧ għandu jiġi ppreżentat lill-Kwesturi li għandhom jinvestigaw il-każ u jiddeċiedu jekk il-permess fil-kwistjoni għandux jiġi rtirat jew le. |
Kull ilment sostnut minn fatti materjali u li jaqa' fl-ambitu tal-kodiċi ta' mġiba anness mal-ftehim li jistabbilixxi r-reġistru ta' trasparenza (6) għandu jiġi ppreżentat lis-seġretarjat tar-reġistru komuni. Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament għandu jibgħat id-deċiżjonijiet tat-tneħħija mir-reġistru lill-Kwesturi li għandhom jiddeċiedu fuq l-irtirar tal-kard ta' aċċess. |
||||||||||||||||||
|
|
In-notifiki tad-deċiżjonijiet mill-Kwesturi biex jirtiraw kard ta' aċċess waħda jew aktar għandhom jinkludu talba lid-detenturi jew lill-organizzazzjonijiet li għalihom huma jaħdmu biex jirritornaw l-imsemmija kards lill-Parlament fi żmien 15-il ġurnata min-notifika tad-deċiżjoni. |
||||||||||||||||||
|
3. Il-permessi m'għandhom fl-ebda ċirkustanza jippermettu lil min jilbishom li jieħu sehem f'laqgħat tal-Parlament jew ta' entitajiet oħra ħlief f'laqgħat li huma miftuħin għall-pubbliku, u f'dan il-każ il-persuna kkonċernata ma jkollha dritt għall-ebda deroga mir-regoli dwar l-aċċess li jorbtu liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. |
3. Il-kards ta' aċċess m'għandhom fl-ebda ċirkustanza jippermettu lid-detenturi tagħhom li jieħu sehem f'laqgħat tal-Parlament jew tal-entitajiet tiegħu ħlief f'laqgħat li huma ddikjarati miftuħin għall-pubbliku, u f'dan il-każ id-detentur ma jkollu dritt għall-ebda deroga mir-regoli dwar l-aċċess li jorbtu liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. |
||||||||||||||||||
|
Emenda 11 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness X – Artikolu 2 |
|||||||||||||||||||
|
1. Fil-bidu ta' kull leġislatura l-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditat minn kull Membru. Meta jibdew jaħdmu, l-assistenti akkreditati għandhom jagħmlu stqarrija bil-miktub dwar l-attivitajiet professjonali tagħhom u dwar kwalunkwe xogħol jew attività li qed jagħmlu bi ħlas. 2. Għandu jkollhom aċċess għall-Parlament bl-istess kundizzjonijiet tal-istaff tas-Segretarjat jew tal-gruppi politiċi. 3. Impjegati oħra, inklużi impjegati li jaħdmu direttament mal-Membri, għandu jkollhom aċċess limitat għall-Parlament kif imfisser fil-kundizzjonijiet stipulati fir-Regola 9(4). |
imħassar |
||||||||||||||||||
|
Emenda 12 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness X – paragrafu 3 |
|||||||||||||||||||
|
Artikolu 3 Kodiċi ta' Kondotta 1. Fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Parlament, il-persuni li isimhom jidher fir-reġistru msemmi fir-Regola 9(4) għandhom:
2. Ksur ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta jista' jwassal għall-konfiska tal-permess maħruġ lill-persuni kkonċernati u, jekk ikun hemm bżonn, lid-ditti tagħhom. |
imħassar |
||||||||||||||||||
|
Emenda 13 |
|||||||||||||||||||
|
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness X – Parti B – Titolu (ġdid) |
|||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
(1) Testi adottati ta’ din id-data, P7_TA(2011)0222.
(2) Reġistru stabbilit permezz tal-ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' "reġistru ta' trasparenza" għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (ara l-Anness X, Parti B ).
(3) Ara l-Anness X, Parti B.
(4) Ara l-Anness 3 tal-ftehim li jinsab fl-Anness X, Parti B.
(5) Ara l-Anness X, Parti A.
(6) Ara l-Anness 3 tal-ftehim li jinsab fil-Parti B ta' dan l-anness.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/176 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Ftehim interistituzzjonali dwar Reġistru ta' Trasparenza komuni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni
P7_TA(2011)0222
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim interistituzzjonali dwar Reġistru ta' Trasparenza komuni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni (2010/2291(ACI))
2012/C 377 E/29
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta’ Novembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta’ Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (minn hawn 'il quddiem “il-ftehim”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejjus 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet tar-rappreżentanti ta’ interessi (lobbyists) fl-istituzzjonijiet Ewropej (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 127(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0174/2011), |
|
A. |
billi l-Artikolu 11(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara: “L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rapperżentattivi u mas-soċjetà ċivili", |
|
B. |
billi t-trasparenza ta’ dak id-djalogu tissaħħaħ meta jkun hemm reġistru komuni tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE, |
|
C. |
billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tat-8 ta’ Mejju 2008 stabbiliet prinċipji li fuq il-bażi tagħhom il-Parlament daħal f’negozjati mal-Kummissjoni dwar ir-reġistru komuni, |
|
D. |
billi l-bidliet meħtieġa lir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament huma introdotti fid-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-emendar tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament wara l-istabbiliment mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni ta' Reġistru tat-Trasparenza komuni (2), |
|
1. |
Iqis il-ftehim bħala l-ewwel pass importanti lejn trasparenza akbar u għandu l-ħsieb li meta jkun il-waqt jipproponi li l-istandards jitgħollew ħalli jiġu żgurati l-integrità konsistenti tal-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni u t-tisħiħ tar-regoli istituzzjonali tagħha; |
|
2. |
Jirrimarka li, b’reġistru komuni, it-tagħrif kollu jkun jista’ jinstab f’post wieħed, u b’hekk ikun aktar faċli għaċ-ċittadini li jaċċertaw liema atturi jinsabu f’kuntatt mal-istituzzjonijiet; josserva li jaġevola wkoll il-kompitu tar-rappreżentanti ta’ interessi li min-naħa tagħhom huma meħtieġa li jirreġistraw darba biss; |
|
3. |
Itenni, madankollu, li l-Parlament iżomm id-dritt tiegħu bla rbit li jiddeċiedi min għandu jkollu permess ta’ aċċess għall-bini tiegħu; |
|
4. |
Hu tal-fehma li l-ftehim se jipprovdi inċentiv qawwi għar-reġistrazzjoni peress li se jagħmilha ħaġa impossibbli li xi ħadd jikseb beġġ li tagħti aċċess għall-Parlament mingħajr ma jkun irreġistra minn qabel; |
|
5. |
Itenni, madankollu, it-talba tiegħu għar-reġistrazzjoni mandatorja tal-lobbyists kollha fir-Reġistru tat-Trasparenza u jitlob li jittieħdu l-passi meħtieġa fil-qafas tal-proċess ta' rieżami li se jsir dalwaqt bil-ħsieb li ssir tħejjija għal tranżizzjoni lejn reġistrazzjoni mandatorja; |
|
6. |
Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma sarx parti fil-ftehim, għalkemm dan huwa kruċjali sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fl-istadji kollha fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet fil-livell tal-Unjoni; jilqa', madankollu, il-fatt li l-Kunsill indika li se jsir parti għall-ftehim; jistieden lill-Kunsill jingħaqad fir-reġistru komuni mill-aktar fis possibbli; |
|
7. |
Jilqa’, b’mod partikolari, l-aspetti li ġejjin li jinsabu fil-ftehim:
|
|
8. |
Huwa tal-fehma li r-regoli applikabbli għar-rappreżentanti ta' awtoritajiet pubbliċi u ta ' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-interess pubbliku li huma marbuta bid-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u drittijiet fundamentali m' għandhomx ikunu l-istess bħal dawk applikabbli għar-rappreżentanti ta' interessi speċjali; ssostni, b'mod partikolari, li huma biss il-korpi pubbliċi awtonomi li għandhom jiġu mitluba li jirreġistraw, u mhux l-awtoritajiet pubbliċi nfushom; |
|
9. |
Jitlob li l-Bureau joħloq sistema volontarja jew obbligatorja li permezz tagħha l-lobbyists kollha li jaqgħu fl-ambitu tar-reġistru u li jkunu kisbu laqgħa ma' rapporteur dwar dossier leġiżlattiv speċifiku jiġu rreġistrati li jkunu għamlu dan fin-nota spjegattiva għar-rapport jew għar-rakkomandazzjoni relatati mal-abbozz ta' att leġiżlattiv relevanti; |
|
10. |
Japprova l-konklużjoni tal-ftehim anness hawnhekk, waqt li jqis il-kontenut ta' din id-Deċiżjoni, u jiddeċiedi li jannettaha mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni. |
(1) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 48.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0221.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS
FTEHIM BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IT-TWAQQIF TA’ “REĠISTRU TAT-TRASPARENZA” <BR>ĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET U INDIVIDWI LI JAĦDMU GĦAL RASHOM INVOLUTI FIL-FORMULAZZJONI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-UE
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (il-“partijiet"),
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (2) tiegħu, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (flimkien imsejħa t-"Trattati"),
Billi dawk li jifformulaw l-politika Ewropea ma joperawx iżolati mis-soċjetà ċivili, imma jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili,
JIFTIEHMU KIF ĠEJ:
I. It-twaqqif ta’ Reġistru tat-Trasparenza
|
1. |
Konformement mal-impenn tagħhom favur it-trasparenza, il-partijiet jaqblu li jwaqqfu u joperaw "Reġistru tat-Trasparenza" komuni (aktar ’il quddiem imsejjaħ ir-"reġistru”) għar-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE. |
II. Il-prinċipji tar-reġistru
|
2. |
It-twaqqif u l-operazzjoni tar-reġistru għandhom jibnu fuq is-sistemi eżistenti ta’ reġistrazzjoni mwaqqfin u mnedijin mill-Parlament Ewropew fl-1996 u mill-Kummissjoni Ewropea f’Ġunju 2008, issupplimentati bil-ħidma tal-grupp konġunt ta’ ħidma rilevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll bl-adattamenti li saru fid-dawl tal-esperjenza u tal-input miġbur mill-istakeholders kif jingħad fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Ottubru 2009 intitlotata “Inizjattiva tat-Trasparenza Ewropea: ir-Reġistru tar-Rappreżentanti ta’ Interessi, sena wara” (1). Dan l-approċċ ma jaffettwax, u lanqas ma jippreġudika, l-objettivi tal-Parlament Ewropew kif espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta’ rappreżentanti ta’ interessi fl-istituzzjonijiet Ewropej (2). |
|
3. |
It-twaqqif u l-operazzjoni tar-reġistru għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali tad-Dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-non-diskriminazzjoni. |
|
4. |
It-twaqqif u l-operazzjoni tar-reġistru għandhom jirrispettaw il-jeddijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom mingħajr restrizzjoni, u ma għandhomx jaġixxu ta’ impediment għall-aċċess tal-kostitwenti tal-Membri għall-bini tal-Parlament Ewropew. |
|
5. |
It-twaqqif u l-operazzjoni tar-reġistru ma għandhomx jilledu l-kompetenzi jew il-prerogattivi tal-partijiet u lanqas ma jaffettwawlhom il-poteri organizzattivi rispettivi tagħhom. |
|
6. |
Il-partijiet għandhom jistinkaw biex jittrattaw l-operaturi kollha involuti f’attivitajiet simili b'mod simili, u biex ikun hemm l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE. |
III. L-istruttura tar-reġistru
|
7. |
Ir-reġistru għandu jinkludi dan li ġej:
|
IV. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru
Attivitajiet koperti
|
8. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru jkopri l-attivitajiet kollha, għajr dawk esklużi mill-parti IV, magħmulin bl-iskop li jinfluwenzaw direttament jew indirettament il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-politika u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet Ewropej, irrispettivament mill-kanal jew mezz ta’ komunikazzjoni użat, pereżempju l-outsourcing, mezzi tax-xandir, kuntratti ma’ intermedjarji professjonisti, think-tanks, "pjattaformi”, fora, kampanji jew inizjattivi tal-grassroots. Dawn l-attivitajiet jinkludu, inter alia, kuntatt mal-Membri, uffiċjali jew persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE, tħejjija, ċirkolazzjoni, u komunikazzjoni ta’ ittri, materjal informattiv jew papers ta’ diskussjoni u ta’ pożizzjoni, u l-organizzazzjoni ta’ eventi, laqgħat jew attivitajiet promozzjonali u eventi soċjali jew konferenzi, li l-istediniet għalihom ikunu ntbagħtu lill-Membri, ufficjali jew persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet volontarji u l-parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet formali dwar proposti leġislattivi ppjanati tal-UE jew atti legali oħra u konsultazzjonijiet miftuħin oħrajn huma inklużi wkoll. |
|
9. |
L-organizzazzjonijiet kollha u individwi li jaħdmu għal rashom, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom, involuti f’attivitajiet li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru hu mistenni minnhom li jirreġistraw (3). |
Attivitajiet esklużi
|
10. |
L-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru:
|
Dispożizzjonijiet speċifiċi
|
11. |
Knejjes u komunitajiet reliġjużi mhumiex ikkonċernati mir-reġistru. Madankollu, l-uffiċċji rappreżentattivi jew entitajiet ġuridiċi, uffiċċji u netwerks maħluqa biex jirrappreżentawhom fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huma mistennija jirreġistraw. |
|
12. |
Il-partiti politiċi mhumiex ikkonċernati mir-reġistru. Madankollu, kwalunkwe organizzazzjoni maħluqa jew sostnuta minnhom li hija involuta f'attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru hija mistennija tirreġistra. |
|
13. |
L-awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali mhumiex ikkonċernati mir-reġistru. Madankollu, l-uffiċċji rappreżentattivi jew entitajiet ġuridiċi, uffiċċji u netwerks maħluqa biex jirrappreżentawhom fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huma mistennija jirreġistraw. |
|
14. |
Netwerks, pjattaformi jew forom oħrajn ta’ attività kollettiva mingħajr status ġuridiku jew personalità ġuridika imma li jkunu jikkostitwixxu sors de facto ta’ influwenza organizzata u li jkunu involuti f’attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru huma mistennija jirreġistraw. F’każ bħal dan, il-membri tagħhom għandhom jidentifikaw wieħed minnhom bħala l-kuntatt responsabbli għar-relazzjonijiet tagħhom mal-amministrazzjoni tar-reġistru. |
|
15. |
L-attivitajiet li għandhom jitqiesu għad-dikjarazzjoni finanzjarja fir-reġistru huma dawk immirati lejn l-istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-UE kollha, u l-membri, l-uffiċjali u l-persunal l-ieħor tagħhom. Dawn l-attivitajiet jinkludu wkoll l-attivitajiet diretti lejn il-korpi tal-Istati Membri li joperaw f'livell ta’ UE u li huma involuti fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE. |
|
16. |
In-netwerks, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew pjattaformi Ewropej huma mħeġġin jipproduċu linji gwida komuni u trasparenti għall-membri tagħhom, li jkunu jidentifikaw l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru. Huma mistennija jagħmlu dawk il-linji gwida pubbliċi. |
V. Regoli applikabbli għar-reġistranti
|
17. |
Meta jirreġistraw, l-organizzazzjonijiet u l-individwi kkonċernati:
|
VI. Miżuri f'każ ta’ non-ottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta
|
18. |
In-non-ottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta minn reġistranti jew mir-rappreżentanti tagħhom tista' twassal, wara investigazzjoni mwettqa fir-rispett dovut għall-prinċipju ta’ proporzjonalità u għad-dritt tad-difiża, għall-applikazzjoni ta’ miżuri stabbiliti fl-Anness 4 bħal sospensjoni jew tneħħija mir-reġistru u, jekk applikabbli, l-irtirar tal-badges li jagħtu aċċess għall-Parlament Ewropew maħruġa lill-persuni kkonċernati u, jekk xieraq, l-organizzazzjonijiet tagħhom. Id-deċiżjoni biex jiġu applikati tali miżuri tista' tiġi ppubblikata fil-websajt tar-reġistru. |
|
19. |
Kulħadd jista’ jippreżenta lment, sostanzjat bil-fatti materjali, dwar suspett ta’ non-ottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta, konformement mal-proċedura stabbilita fl-Anness 4. |
VII. Implimentazzjoni
|
20. |
Is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu responsabbli għas-superviżjoni tas-sistema u u għall-aspetti operattivi kollha essenzjali, u għandhom bi qbil komuni jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim. |
|
21. |
Sabiex jimplimentaw is-sistema, is-servizzi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jistabbilixxu struttura operattiva konġunta li għandha tkun magħrufa bħala "is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza". Dan għandu jkun magħmul minn grupp ta’ uffiċjali mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea skont arranġament li għandu jsir bejn is-servizzi kompetenti. Is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza għandu jopera taħt il-kordinazzjoni ta’ Kap ta’ Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kompiti tiegħu ser jinkludu l-implimentazzjoni tal-miżuri li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-kontenut tar-reġistru. |
|
22. |
Il-ħruġ u l-kontroll ta’ badges li jagħtu aċċess fit-tul għall-bini tal-Parlament Ewropew jibqgħu proċess imħaddem minn dik l-istituzzjoni. Dawn il-badges jinħarġu biss għal individwi li jirrappreżentaw, jew li jaħdmu għal, organizzazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, fejn dawk l-organizzazzjonijiet jew individwi jkunu rreġistraw. Madankollu, ir-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal tali badge. |
|
23. |
Minkejja li s-sistema ser titħaddem b’mod konġunt, partijiet jibqgħu liberi li jużaw ir-reġistru indipendentement għall-finijiet speċifiċi tagħhom inkluż l-għoti ta’ inċentivi, bħalma hija t-trażmissjoni ta’ tagħrif lir-reġistranti meta jitniedu konsultazzjonijiet pubbliċi jew jiġu organizzati l-eventi. |
|
24. |
Il-partijiet għandhom jorganizzaw taħriġ u proġetti ta’ komunikazzjoni interna xierqa biex titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u l-proċedura ta’ lmenti fost il-Membri u l-persunal tagħhom. |
|
25. |
Il-partijiet għandhom jieħdu miżuri xierqa esternament biex titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u jippromwovu l-użu tiegħu. |
|
26. |
Serje ta’ statistika bażika estratta mid-database tar-reġistru għandha tiġi ppubblikata regolarment fuq il-websajt Europa u għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ search engine faċli għall-utent. Il-kontenut pubbliku ta’ dik id-database għandu jkun disponibbli meta jintalab, f’formati elettroniċi li jinqraw minn magni. |
|
27. |
Wara konsultazzjoni mal-istakeholders, għandu jiġi ppreżentat rapport ta’ kull sena dwar il-ħidma tar-reġistru min-naħa tas-Segretarjati Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea lill-Viċi Presidenti responsabbli tal-Parlament Eworpew u tal-Kummissjoni Ewropea. |
VIII. Involviment ta’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn
|
28. |
Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill huma mistednin jissieħbu f’dan ir-reġistru. Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-UE huma mħeġġin jużaw din is-sistema huma wkoll bħala strument ta’ riferenza għall-interazzjonijiet tagħhom mal-organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE. |
IX. Dispożizzjonijiet tal-aħħar
|
29. |
Il-bidla mir-reġistri eżistenti tal-partijiet għar-reġistru komuni ġdid għandha ssir fuq perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ tnax-il xahar mill-jum li fih jibda jopera r-reġistru komuni. Organizzazzjonijiet u individwi attwalment irreġistrati fi kwalunkwe waħda miż-żewġ sistemi għandhom jiġu mistiedna jġeddu r-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema komuni. Ladarba r-reġistru komuni jkun beda jopera:
|
|
30. |
Ir-reġistru komuni għandu jkun soġġett għal rieżami mhux aktar tard minn sentejn minn meta jkun beda jopera. |
Anness 1
“Ir-Reġistru tat-Trasparenza”
Organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE
|
Taqsimiet |
Karatteristiċi /rimarki |
|||
|
I – Konsulenzi professjonali / ditti legali / konsulenti indipendenti |
||||
|
Sub-taqsima |
Konsulenzi professjonali |
Ditti li jwettqu, abbażi ta’ kuntratt, attivitajiet li jinvolvu lobbying, promozzjoni, affarijiet pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi |
||
|
Sub-taqsima |
Ditti legali |
Ditti legali li jwettqu, abbażi ta’ kuntratt, attivitajiet li jinvolvu lobbying, promozzjoni, affarijiet pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi |
||
|
Sub-taqsima |
Konsulenti li jaħdmu għal rashom |
Konsulenti li jaħdmu għal rashom jew avukati li jwettqu, abbażi ta’ kuntratt, attivitajiet li jinvolvu lobbying, promozzjoni, affarijiet pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi |
||
|
II – “Lobbyists in house” u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ / professjonali |
||||
|
Sub-taqsima |
Kumpaniji & gruppi |
Kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji (bi jew mingħajr status ġuridiku) li jwettqu in-house, abbażi ta’ kuntratt, attivitajiet li jinvolvu lobbying, promozzjoni, affarijiet pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi |
||
|
Sub-taqsima |
Assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, negozju & professjonali |
|
||
|
Sub-taqsima |
Trade unions |
|
||
|
Sub-taqsima |
Organizzazzjonijiet oħrajn simili |
|
||
|
III – Organizzazzjonijiet mhux governattivi |
||||
|
Sub-taqsima |
Organizzazzjonijiet mhux governattivi, pjattaformi u netwerks, u oħrajn simili |
Organizzazzjoni mingħajr skop ta’ lukru (bi jew mingħajr status ġuridiku), indipendenti minn awtoritajiet pubbliċi, partiti politiċi jew organizzazzjonijiet kummerċjali Inklużi l-fondazzjonijiet, entijiet tal-karità, eċċ. |
||
|
IV – Think tanks, istituzzjonijiet ta’ riċerka u akkademiċi |
||||
|
Sub-taqsima |
Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka |
Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka speċjalizzati li jittrattaw inter alia l-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea. |
||
|
Sub-taqsima |
Istituzzjonijiet akkademiċi |
Istituzzjonijiet li l-iskop primarju tagħhom huwa l-edukazzjoni imma li jittrattaw l-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea. |
||
|
NB: Il-knejjes infushom mhumiex ikkonċernati mir-reġistru |
|||
|
Sub-taqsima |
Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi |
Entitajiet ġuridiċi, uffiċċji jew netwerks imwaqqfin għal attivitajiet ta’ rappreżentanza. |
||
|
NB: L-awtoritajiet pubbliċi nfushom mhumiex ikkonċernati mir-reġistru. |
|||
|
Sub-taqsima |
Awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali (livell sottonazzjonali) |
Entitajiet ġuridiċi, uffiċċji ta’ rappreżentanza, assoċjazzjonijiet jew netwerks imwaqqfin biex jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali (livell sottonazzjonali) |
||
|
Sub-taqsima |
Entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn eċċ. |
Inklużi organizzazzjonijiet oħrajn bi status pubbliku jew imħallat (pubbliċi/privati). |
||
Anness 2
Tagħrif li għandu jingħata mir-reġistranti
|
— |
isem/ismijiet, indirizz, numru tat-telefon, indirizz elettroniku, websajt tal-organizzazzjoni; |
|
— |
(a) identità tal-persuna legalment responsabbli mill-organizzazzjoni u (b) l-isem tad-direttur jew soċju manaġerjali jew, jekk applikabbli, kuntatt prinċipali tal-organizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet koperti mir-reġistru; l-ismijiet tal-persuni li għalihom jintalbu l-badges ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew (5); |
|
— |
il-għadd ta’ persuni (Membri, persunal, eċċ) involuti f'attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru; |
|
— |
objettivi / ambitu – oqsma ta’ interess – attivitajiet, pajjiżi fejn issir il-ħidma – affiljazzjonijiet ma' netwerks – tagħrif ġenerali li jaqgħa fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru; |
|
— |
jekk applikabbli, in-numru ta' membri (individwi u organizzazzjonijiet).. |
Il-proposti leġislattivi ewlenin koperti fis-sena preċedenti minn attivitajiet tar-reġistrant li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru tat-trasparenza.
Iċ-ċifri finanzjarji kollha mogħtijin għandhom ikopru sena sħiħa ta’ ħidma u jirreferu għall-aktar sena finanzjarja magħluqa reċenti, li tingħadd mid-data tar-reġistrazzjoni jew tat-tiġdid.
L-għadd doppju mhux eskluż. Id-dikjarazzjoni finanzjarja magħmula minn konsulenzi professjonali/ditti legali/konsulenti li jaħdmu għal rashom dwar klijenti tagħhom (lista u tabella) ma teżentax lil dawk il-klijenti mill-obbligu tagħhom li jinkludu dawk l-attivitajiet kuntrattwali fid-dikjarazzjonijiet tagħhom stess, sabiex jevitaw sottovalutazzjoni tan-nefqa finanzjarja ddikjarata tagħhom.
|
— |
Konsulenzi professjonali/ditti legali/konsulenti li jaħdmu għal rashom (Taqsima I tal-Anness 1): għandhom jingħataw id-dettalji tal-fatturat attribwibbli għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, kif ukoll il-piż relattiv marbut mal-klijenti tagħhom skont it-tabella li ġejja:
|
|
— |
“Lobbyists in house” u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ/professjonali (Taqsima II tal-Anness 1): għandha tingħata stima tal-ispejjeż ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru. |
|
— |
Organizzazzjonijiet mhux governattivi, think tanks, istituzzjonijiet ta' riċerka u akkademiċi - organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi - organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, eċċ (Taqsimiet III sa VI tal-Anness 1): il-baġit totali jrid jiġi speċifikat, flimkien mal-breakdown tas-sorsi ewlenin ta’ finanzjament. |
Barra minn dan, għar-reġistranti kollha: l-ammont u s-sors ta’ finanzjament riċevut mill-istituzzjonijiet tal-UE fl-aktar sena finanzjarja reċenti magħluqa, fid-data tar-reġistrazzjoni jew tat-tiġdid.
Anness 3
Kodiċi ta’ kondotta
Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Membri, uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, ir-reġistranti għandhom:
|
(a) |
dejjem jidentifikaw ruħhom bl-isem u bl-entità jew entitajiet li jaħdmu għalihom jew jirrappreżentaw; jiddikjaraw l-interessi, għanijiet jew miri promossi u fejn applikabbli jispeċifikaw il-klijenti jew il-membri li jirrappreżentaw; |
|
(b) |
ma jiksbux jew ma jipprovawx jiksbu tagħrif, jew kwalunkwe deċiżjoni, b’mod diżonest jew bl-użu ta’ pressjoni indebita jew mġiba mhux xierqa; |
|
(c) |
ma jippretendux li għandhom relazzjoni formali mal-UE jew ma’ xi waħda mill-istituzzjonijiet tagħha fit-transazzjonijiet tagħhom ma’ terzi, u lanqas ma jirrappreżentaw b'mod qarrieqi l-effett tar-reġistrazzjoni b'mod li jiżgwida lill-partijiet terzi jew uffiċjali jew persunal ieħor tal-UE; |
|
(d) |
jiżguraw li, sa fejn jafu huma, it-tagħrif li jagħtu meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax; |
|
(e) |
ma jbigħux lil terzi kopji ta’ dokumenti ottenuti minn xi istituzzjoni tal-UE; |
|
(f) |
ma jinduċux Membri tal-istituzzjonijiet tal-UE, uffiċjali jew persunal ieħor tal-UE, jew assistenti jew stagiaires ta' dawk il-Membri, li jiksru r-regoli jew l-istandards ta' kondotta applikabbli għalihom; |
|
(g) |
jekk jimpjegaw persuni li qabel kienu uffiċjali jew persunal ieħor tal-UE jew assistenti jew stagiaires tal-Membri tal-istituzzjonijiet tal-UE, jirrispettaw l-obbligu tagħhom li jottemperaw ruħhom mar-regoli u r-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità applikabbli għalihom; |
|
(h) |
josservaw kwalunkwe regola dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' dawk li qabel kienu Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
(i) |
jinfurmaw lil kulmin jirrappreżentaw dwar l-obbligi tagħhom lejn l-istituzzjonijiet tal-UE; |
L-individwi li jirrappreżentaw jew jaħdmu mal-entitajiet li rreġistraw mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jinħarġilhom badge personali u mhux trasferibbli għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew għandhom:
|
(j) |
josservaw strettament id-dispożizzjonijiet tar-Regola 9, u l-Anness X u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness I, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; |
|
(k) |
jaċċertaw ruħhom li kull għajnuna pprovduta fil-kuntest tal-Artikolu 2 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew titniżżel fir-reġistru xieraq; |
|
(l) |
bl-iskop li jevitaw kull kunflitt ta’ interess possibbli, jottjenu l-kunsens minn qabel tal-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernat/i dwar ir-relazzjoni kuntrattwali ma’ assistent ta’ Membru, jew l-impjieg tiegħu, u sussegwentement jiddikjaraw dan fir-reġistru. |
Anness 4
Proċedura għall-investigazzjoni u t-trattament tal-ilmenti
|
1. |
L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati billi timtela formula standard fuq il-websajt tar-reġistru komuni. Dik il-formola għandha tinkludi t-tagħrif fuq ir-reġistrant li dwaru jkun qed isir l-ilment, l-isem u d-dettalji għall-kuntatt ta' min jagħmel l-ilment u d-dettalji dwar l-ilment inklużi, fil-prinċipju, dokumenti u materjali oħra li jappoġġjaw l-ilment. Ilmenti anonimi għandhomx jiġu kkunsidrati. |
|
2. |
L-ilment għandu jispeċifika klawsola waħda jew aktar tal-kodiċi ta' kondotta li min jagħmel l-ilment jallega li jkun hemm ksur tagħha/hom. Ilmenti dwar it-tagħrif li jiddaħħal fir-reġistru jiġu ttrattati bħala allegazzjonijiet ta' ksur tal-punt (d) tal-kodiċi ta' kondotta (6). |
|
3. |
Min jagħmel ilment għandu fil-prinċipju jipprovdi dokumenti u / jew materjali oħra ta' appoġġ għall-ilment tiegħu. |
|
4. |
Is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza għandu:
|
|
5. |
Jekk l-ilment jitqies inammissibli, min jagħmel l-ilment għandu jiġi mgħarraf b’ittra, li għandha tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni. Jekk l-ilment jitqies ammissibbli, għandu jiġi investigat skont il-proċedura stabbilita hawn taħt. |
|
6. |
Wara li jirreġistra l-ilment, is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza għandu jgħarraf lir-reġistrant bil-miktub dwar l-ilment magħmul kontra dak ir-reġistrant u l-kontenut ta' dak l-ilment, u għandu jistieden lir-reġistrant jippreżenta spjegazzjonijiet, argumenti jew elementi oħrajn ta' difiża tiegħu fi żmien 10 ijiem tax-xogħol. |
|
7. |
Kull tagħrif miġbur matul l-investigazzjoni għandu jiġi eżaminat mis-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza. |
|
8. |
Is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza jista’ jiddeċiedi li jisma’ lir-reġistrant li dwaru jkun sar l-ilment, jew lil min jagħmel l-ilment. |
|
9. |
Jekk l-investigazzjoni turi l-ilment huwa infondat, is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza għandu jinforma liż-żewġ partijiet dwar id-deċiżjoni f'dan is-sens. Jekk l-ilment jintlaqa', ir-reġistrant jista' jiġi temporanjament sospiż mir-reġistru sakemm jittieħdu passi biex tiġi indirizzata l-problema (ara l-paragrafi 11 sa 14 hawn taħt) jew jista' jiġi soġġett għal miżuri li jvarjaw minn sospensjoni fit-tul mir-reġistru sa tneħħija mir-reġistru u l-irtirar, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe badge li tagħti aċċess għall-Parlament Ewropew (ara l-istadji 6 u 7 hawn taħt). |
|
10. |
Il-miżuri li jistgħu jiġu applikati f’każijiet ta’ nonottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta għandhom ivarjaw minn sospensjoni temporanja sat-tħassir mir-reġistru (ara t-tabella hawn taħt). |
|
11. |
Jekk jiġi stabbilit li t-tagħrif imdaħħal fir-reġistru huwa żbaljat jew inkomplet, ir-reġistrant għandu jkun mitlub jikkoreġi dak t-tagħrif fi żmien tmien ġimgħat, matul liema perjodu r-reġistrazzjoni ta' dak ir-reġistrant għandha tiġi sospiża. Kwalunkwe badge li tagħtu aċċess lill-Parlament Ewropew, m'għandhiex tiġi rtirata matul dak il-perjodu. |
|
12. |
Jekk ir-reġistrant jirrettifika t-tagħrif fi żmien il-perjodu ta’ tmien ġimgħat speċifikati fil-paragrafu 11, ir-reġistrazzjoni tiegħu għandha tiġi riattivata. Jekk ir-reġistrant ma jaġixxix fi żmien il-perjodu ta’ tmien ġimgħat speċifikati fil-paragrafu 11, tista' tiġi imposta miżura. |
|
13. |
Jekk ir-reġistrant jitlob aktar żmien sabiex jirrettifika t-tagħrif skont il-paragrafu 11, u jagħti raġunijiet suffiċjenti għal dik it-talba, il-perijodu ta' sospensjoni jista' jiġi mtawwal. |
|
14. |
F’każ ta’ nonottemperanza mal-kodiċi ta’ kondotta għal motivi oħrajn, ir-reġistrazzjoni tar-reġistrant ikkonċernat għandha tkun sospiża għal perijodu ta’ tmien ġimgħat, matul liema żmien il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jieħdu d-deċiżjoni finali dwar kwalunkwe miżura jew miżuri li għandhom jiġu imposti. |
|
15. |
Kull deċiżjoni dwar it-tħassir ta’ reġistrant mir-reġistru għandha tinkludi projbizzjoni minn reġistrazzjoni futura għal perjodu ta' sena jew sentejn. |
|
16. |
Abbozz ta' deċiżjoni dwar il-miżura għandha tiġi applikata għandha tiġi mħejjija b'mod konġunt mis-servizzi kompetenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea u mgħoddija għal deċiżjoni finali lis-Segretarji Ġenerali ta' dawk l-istituzzjonijiet. Il-Viċi-Presidenti kompetenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu infurmati. |
|
17. |
Is-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza għandu jinforma immedjatament liż-żewġ partijiet (min jagħmel l-ilment u r-reġistrant li dwaru jkun sar l-ilment) dwar il-miżura deċiża u għandu jimplimenta dik il-miżura. |
|
18. |
Fejn deċiżjoni dwar tneħħija mir-reġistru tinvolvi l-irtirar ta' badge jew badges li jagħtu aċċess għall-Parlament Ewropew, hija għandha tintbagħat mis-Segretarju-Ġenerali tal-Parlament Ewropew lill-Kwestur responsabbli, li għandu jiġi mistieden jawtorizza l-irtirar ta' kwalunkwe badge jew badges ta' din ix-xorta miżmuma mill-organizzazzjoni jew individwu kkonċernat. |
|
19. |
Ir-reġistrant għandu jiġi mistieden jirritorna kwalunkwe badge tal-PE fi żmien 15-il jum. |
Tabella ta’ miżuri disponibbli f'każ ta' non-ottemperanza mal-kodiċi ta' kondotta
|
|
Tip ta’ non-ottemperanza |
Miżura |
Indikazzjoni tal- -miżura fir-reġistru |
Irtirar tal-badge li tagħti aċċess għall-PE |
||||
|
1 |
Non-ottemperanza mhux magħmula xjentement li tiġi korretta minnufih |
Notika bil-miktub li tirrikonoxxi l-fatti u l-korrezzjoni tagħhom |
Le |
Le |
||||
|
2 |
Non-ottemperanza intenzjonata mal-kodiċi li teħtieġ bidla fl-imġiba jew rettifika ta' tagħrif fir-reġistru fit-terminu stipulat |
Sospensjoni temporanja sa sitt xhur jew sa meta l-azzjoni korrettiva rikjesta tkun kompletata fit-terminu stipulat |
Iva matul il-perijodu ta’ sospensjoni |
Le |
||||
|
3 |
Non-ottemperanza persistenti mal-kodiċi
|
Tneħħija mir-reġistru għal sena waħda |
Iva |
Iva |
||||
|
4 |
Non-ottemperanza gravi u intenzjonata mal-kodiċi |
Tneħħija mir-reġistru għal sentejn |
Iva |
Iva |
(1) COM(2009)0612.
(2) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 48.
(3) Gvernijiet ta’ Stati Membri, gvernijiet ta’ pajjiż terzi, organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali kif ukoll il-missjonijiet diplomatiċi tagħhom mhuwiex mistenni minnhom li jirreġistraw.
(4) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(5) Ir-reġistranti jintalbu jipprovdu din l-informazzjoni fl-aħħar tal-proċess ta' reġistrazzjoni, biex tiġi sottomessa lill-Parlament Ewropew. L-ismijiet tal-individwi li jkun ġie allokat lilhom badge ta’ aċċess għandhom imbagħad jiddaħħlu b’mod awtomatiku mis-sistema fuq il-bażi tal-aġġornamenti u l-informazzjoni tal-Parlament Ewropew wara deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jagħti l-badges. Ir-reġistrazzjoni ma tagħtix lok għal dritt awtomatiku għal badge li tagħti aċċess għall-Parlament Ewropew.
(6) Dak il-punt (d) jirrikjedi li r-reġistranti, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet u l-Membri, uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, "jiżguraw li, sa fejn jafu huma, it-tagħrif li jagħtu meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax".
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/188 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Ftehim dwar il-Protezzjoni u l-Iżvilupp Sostenibbli taż-Żona tal-Park ta’ Prespa ***
P7_TA(2011)0191
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni u l-Iżvilupp Sostenibbli taż-Żona tal-Park ta’ Prespa (16581/2010 – C7-0007/2011 – 2010/0300(NLE))
2012/C 377 E/30
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (16581/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim dwar il-Protezzjoni u l-Iżvilupp Sostenibbli taż-Żona tal-Park ta’ Prespa (16581/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0007/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0078/2011), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, tal-Albanija u tal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/188 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Ftehim dwar miżuri tal-Istat tal-port li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat ***
P7_TA(2011)0192
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar Miżuri Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat (05571/2011 – C7-0068/2011 – 2010/0389(NLE))
2012/C 377 E/31
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05571/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat (05571/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0068/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0142/2011), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehim; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippromwovi b'mod attiv l-iffirmar, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat fil-kuntest ta’ ftehimiet kummerċjali, ta’ Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs), ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija tas-Sajd u tal-politika tal-Unjoni għall-iżvilupp; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur-Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO). |
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/189 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan ***I
P7_TA(2011)0205
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fl-10 ta' Mejju 2011 proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan (COM(2010)0552 – C7-0322/2010 – 2010/0289(COD))
2012/C 377 E/32
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-proposta ġiet emendata kif ġej (1):
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||||||||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Kunsiderazzjoni 2 a (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
Wara li kkunsidra t-talba tat-18 ta’ Novembru 2010 għal eżenzjoni mid-WTO għal preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan, |
||||||||||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 1 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 3 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 4 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 4 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 5 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 4 a (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 6 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 4 b (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 7 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 6 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 8 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 6 a (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 9 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 6 b (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 10 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 7 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 11 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 7 a (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 12 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 8 a (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 13 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 9 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 14 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 10 a (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 15 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 10 b (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 16 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 10 c (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 17 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 10 d (ġdida) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 18 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 12 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 19 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 13 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 20 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 14 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 21 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 15 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 22 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Premessa 15 a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 23 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 24 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c b (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 25 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c c (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 26 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 2 - paragrafu 1a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
1a. Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, il-jedd għall-benefiċċju mill-arranġamenti preferenzjali introdotti permezz tal-Artikolu 1 huwa soġġett għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-prinċipji ewlenija tax-xogħol, u l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija mill-Pakistan. Jekk il-Pakistan jadotta miżuri li jirrestrinġu d-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema, l-ugwaljanza bejn is-sessi jew id-drittijiet reliġjużi jew jekk jagħti kull forma ta’ sostenn jew appoġġ lil xi organizzazzjoni terroristika, il-Kummissjoni għandha minnufih tipproponi r-revoka dan ir-Regolament. |
||||||||||||||||
|
Emenda 27 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 3 a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
Artikolu 3a Introduzzjoni urġenti ta' kwoti tarriffarji 1. Meta l-importazzjonijiet ta’ prodott inkluż fl-Anness I li joriġina mill-Pakistan jiżdiedu, fil-volum, b’20 % jew b’aktar, meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2010, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li l-importazzjonijiet ta’ dan il-prodott ikunu soġġetti għal kwota ta’ rata tariffarja billi temenda, l-Anness I u l-Anness II b'urġenza permezz tal-att delegat. Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7a għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu. 2. Id-dejta pprovduta mis-sorveljanza tad-dwana msemmija fl-Artikolu 9b għandha tkun il-bażi għall-introduzzjoni tal-kwota ta’ rata tariffarja skont dan l-Artikolu. 3. Il-kwota ta' rata tariffarja għandha tieħu s-sura ta' kwota ta' mingħajr dazju li tkun limitata għal-livell tal-importazzjonijiet ta' dan it-tip ta' prodott meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2010, b'żieda ta' 20 % Mad-dħul fis-seħħ tal-att delegat, l-importazzjonijiet li jeċċedu dik il-kwota ta’ rata tariffarja għandhom ikunu soġġetti għad-dazji applikabbli għal nazzjon ippreferut jew għal dazji oħra applikabbli. |
||||||||||||||||
|
Emenda 28 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 4 |
|||||||||||||||||
|
Emendar tal-Annessi |
Aġġustamenti Tekniċi tal-Annessi |
||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 bl-iskop li temenda l-Annessi sabiex tintroduċi l-emendi u l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa wara emendi lill-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u lis-subdiviżjonijiet tat-TARIC. |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 bl-iskop li temenda l-Annessi sabiex tintroduċi l-emendi u l-aġġustamenti tekniċi li saru meħtieġa wara emendi kemm għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u lis-subdiviżjonijiet tat-TARIC. |
||||||||||||||||
|
|
F’kull każ, is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni fl-ewwel paragrafu ma għandhiex testendi biżżejjed biex din titħalla tintroduċi prodotti adizzjonali mhux inklużi fil-listi fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament. |
||||||||||||||||
|
Emenda 29 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 5 |
|||||||||||||||||
|
Eżerċizzju tad-delega |
Eżerċizzju tad-delega |
||||||||||||||||
|
1. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat . |
1. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3b u 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. |
||||||||||||||||
|
|
2. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 3b u 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal kemm idum fis-seħħ dan ir-Regolament. |
||||||||||||||||
|
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3b u 4 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew d'data iktar tard li tkun speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. |
||||||||||||||||
|
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin. |
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin. |
||||||||||||||||
|
3. Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati huma kkonferiti fuq il-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 sa 7a. |
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu nformaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizzjattiva tal-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill. |
||||||||||||||||
|
|
Jekk din l-emenda tiġi adottata, l-Artikoli 6 u 7 għandhom jitħassru. |
||||||||||||||||
|
Emenda 30 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 7 a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
Artikolu 7a Proċedura ta' urġenza 1. L-atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ urġenza għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u japplikaw sakemm ma titressaq l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza. 2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara li tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni li toġġezzjona. |
||||||||||||||||
|
Emenda 31 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 8 |
|||||||||||||||||
|
Proċedura tal-kumitat |
Proċedura tal-kumitat |
||||||||||||||||
|
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
||||||||||||||||
|
|
1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
||||||||||||||||
|
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar. |
2 . Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
||||||||||||||||
|
Emenda 32 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 9 - paragrafu 2 |
|||||||||||||||||
|
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8 . |
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(1a) . |
||||||||||||||||
|
Emenda 33 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 9a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
Artikolu 9a Miżuri ta' salvagwardja 1. Meta prodott inkluż fl-Anness I jew II u li jorġina mill-Pakistan jiġi importat skont termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji lill-produtturi tal-Unjoni ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament magħhom, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq dak il-prodott jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fi kwalunkwe mument (minn hawn ’il quddiem misjuba bħala "miżura ta’ salvagwardja"). 2. Fuq talba ta’ Stat Membru, kwalunkwe persuna ġuridika jew assoċjazzjoni li m'għandiex personalità ġuridika li taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni formali biex tibda investigazzjoni fi żmien xahar. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal investigazzjoni, hija għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar l-investigazzjoni. In-notifika għandha tipprovdi sommarju tal-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun irċeviet u tiddikjara li kull informazzjoni relevanti għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Għandha tispeċifika l-perjodu, li ma jistax jaqbeż ix-xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, li fih il-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw bil-miktub il-fehmiet tagħhom. 3. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa u tista' tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-Pakistan u minn kull sors rilevanti ieħor. Hija tista' tiġi megħjuna mill-uffiċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tista' ssir il-verifika, jekk mitlub minn dak l-Istat Membru. 4. Meta tkun qed teżamina jekk hemmx diffikultajiet serji, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, il-fatturi li ġejjin li jikkonċernaw il-produtturi tal-Unjoni, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli:
5. L-investigazzjoni għandha titlesta malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista’, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, testendi dal-perjodu b’perjodu massimu addizzjonali ta’ xahar. 6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri provviżorji ta’ salvagwardja, skont l-atti ta' implimentazzjoni f’ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien jista’ jikkawża ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, skont determinazzjoni preliminari abbażi tal-fatturi stipulati fil-paragrafu 4 li tistabbilixxi li hemm evidenza biżżejjed li l-importazzjonijiet ta’ prodott kopert minn dan ir-Regolament żdiedu b’riżultat tas-sospensjoni tad-dazji tad-dwana skont dan ir-Regolament, u li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għall-industrija tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati flimkien mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8(1a). Il-miżuri provviżorji m'għandhomx japplikaw għal aktar minn 200 ġurnata. 7. Il-Kummissjoni tiddeċidi jekk timponix salvagwardja definittiva skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2). |
||||||||||||||||
|
Emenda 34 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 9b (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
Artikolu 9b Miżuri ta’ sorveljanza 1. Fejn ix-xejriet tal-importazzjonijiet ta’ wieħed mill-prodotti inklużi fl-Anness I u li joriġina mill-Pakistan ikunu b’mod li jkunu jistgħu jwasslu għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9a (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-importazzjonijiet ta’ dak il-prodott tagħmilhom soġġetti għal sorveljanza minn qabel mill-Unjoni. 2. Il-miżuri ta' sorveljanza għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8 (1a). 3. Il-miżuri ta’ sorveljanza għandu jkollhom perjodu ta’ validità limitat. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, il-validità tagħhom tintemm fl-aħħar tat-tieni perjodu ta’ sitt xhur. 4. Din is-sorveljanza se tipprovdi data aġġornata u disponibbli minnufih, f’termini ta’ volum u ta’ valur. Din id-data se tkun disponibbli minnufih lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-operaturi ekonomiċi. |
||||||||||||||||
|
Emenda 35 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 10 - paragrafu 2 |
|||||||||||||||||
|
2. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011 sakemm il-preferenzi tariffarji pprovduti f'dan ir-Regolament jiġu permessi b'eżenzjoni mogħtija mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Fil-każ li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tagħti eżenzjoni bħal din wara l-1 ta' Jannar 2011, ir-Regolament għandu japplika minn din id-data aktar tard meta tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. |
2. Dan ir-Regolament hu soġġett għall-għoti ta' eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol li tippermetti l-preferenzi tariffarji pprovduti fih u għalhekk għandu japplika mid-data aktar tard meta tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni |
||||||||||||||||
|
Emenda 36 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 10 - paragrafu 3 |
|||||||||||||||||
|
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjli tal-Unjoni Ewropea biex jinforma lill-operaturi bid-data li fiha ngħatat l-eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Jekk wara l-1 ta' Jannar 2011, id-data speċifikata għandha tkun id-data li minnha jibdew japplikaw il-preferenzi tariffarji skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 2. |
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjli tal-Unjoni Ewropea biex jinforma lill-operaturi bid-data li fiha ngħatat l-eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
||||||||||||||||
|
Emenda 38 |
|||||||||||||||||
|
Proposta għal Regolament Artikolu 10 Paragrafu 4 |
|||||||||||||||||
|
4. Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2013. |
4. Dan ir-Regolament għandu japplika għal 12-il xahar wara li jidħol fis-seħħ. Qabel dik id-data l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi ta' proposta leġiżlattiva ġdida mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu jekk jestendux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'sena oħra. |
||||||||||||||||
Emenda 39/rev
Proposta għal Regolament
Anness I
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
|
5208 39 00 |
DRAPPIJIET MINSUĠIN U MIŻBUGĦA TAL-QOTON OĦRAJN, LI JIŻNU 85 % JEW IKTAR TAL-PIŻ F'QOTON |
|
5209 39 00 |
DRAPPIJIET MINSUĠIN TAL-QOTON STAMPATI U BLA DISINN, LI FIHOM 85 % JEW IKTAR TAL-PIŻ F'QOTON U JIŻNU MHUX IKTAR MINN 200 G/M2, |
|
6115 95 00 |
KALZETTI T-TUL KOLLU JEW LI JASLU SAL-IRKOPPA, KALZETTI U MALJERIJA OĦRA, INKLUŻ OĠĠETTI LI TILBISHOM FIS-SAQAJN MINGĦAJR PETT, TAL-QOTON, MAĦDUMIN BIL-LABAR JEW BIL-GANĊ (ESKL. MALJERIJA B'KOMPRESSJONI GRADWATA, PANTYHOSE U TAJTS, KALZETTI TAN-NISA T-TUL KOLLU JEW LI JASLU SAL-IRKOPPA, FEJN KULL ĦAJTA SINGLA TKUN INQAS MINN 67 DECITEX) |
|
6204 62 31 |
QLIEZET U BREECHES TAD-DENIM TAL-QOTON [TAN-NISA U TAL_BNIET] (MINBARRA INDUSTRIJALI U TAX-XOGĦOL) |
|
6211 42 90 |
ĦWEJJEĠ TAN-NISA JEW TAL-BNIET, TAL-QOTON |
|
6302 60 00 |
BJANKERIJA TAT-TWALETTA U BJANKERIJA TAL-KĊINA, TA’ MATERJAL TAX-XUGAMAN TERRI JEW TA’ MATERJALI TERRI SIMILI, TAL-QOTON |
|
6302 91 00 |
BJANKERIJA TAT-TWALETTA U BJANKERIJA TAL-KĊINA, [GĦAJR] TA’ MATERJAL TAX-XUGAMAN TERRI JEW TA’ MATERJALI TERRI SIMILI, TAL-QOTON |
EMENDA PROPOSTA MILL-PARLAMENT
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
|
imħassar |
imħassar |
|
imħassar |
imħassar |
|
imħassar |
imħassar |
|
imħassar |
imħassar |
|
imħassar |
imħassar |
|
imħassar |
imħassar |
|
imħassar |
imħassar |
Emenda 40
Proposta għal Regolament
Anness II
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
2011 |
2012 |
2013 |
|
09.2401 |
2207 10 00 |
ALCOĦOL TAL-ETHYL ŻNATURAT TA' QAWWA ALKOĦOLIKA TA' >= 80 % |
100 000 tunnellata |
100 000 tunnellata |
100 000 tunnellata |
EMENDA PROPOSTA MILL-PARLAMENT
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
2011 |
2012 |
|
|
09.2401 |
2207 10 00 |
ALCOĦOL TAL-ETHYL ŻNATURAT, TA' QAWWA ALKOĦOLIKA TA' >= 80 % |
80 000 tunnellata |
80 000 tunnellata |
|
|
|
5208 39 00 |
DRAPPIJIET OĦRAJN MINSUĠIN U MIŻBUGĦA TAL-QOTON, LI JIŻNU 85 % JEW IKTAR TAL-PIŻ F'QOTON |
1 685 tunnellata |
1 685 tunnellata |
|
|
|
5209 39 00 |
DRAPPIJIET OĦRAJN MINSUĠIN U MIŻBUGĦA TAL-QOTON, LI JIŻNU 85 % JEW IKTAR TAL-PIŻ F'QOTON LI JIŻNU IKTAR MINN 200 G/M2 |
3 002 tunnellata |
3 002 tunnellata |
|
|
|
6115 95 00 |
PANTYHOSE, TAJTS U MALJERIJA B'KOMPRESSJONI GRADWATA KALZETTI U MALJERIJA OĦRA INKLUŻ OĠĠETTI LI TILBISHOM FIS-SAQAJN MINGĦAJR PETT, TAL-QOTON, MAĦDUMIN BIL-LABAR JEW BIL-GANĊ (ESKL. MALJERIJA B'KOMPRESSJONI GRADWATA PANTYHOSE U TAJTS KALZETTI TAN-NISA T-TUL KOLLU JEW LI JASLU SAL-IRKOPPA, FEJN KULL ĦAJTA SINGLA TKUN INQAS MINN 67 DECITEX) |
9 052 tunnellata |
9 052 tunnellata |
|
|
|
6204 62 31 |
QLIEZET U BREECHES TAD-DENIM TAL-QOTON GĦAN-NISA JEW TFAJLIET (MINBARRA INDUSTRIJALI U TAX-XOGĦOL) |
7 571 tunnellata |
7 571 tunnellata |
|
|
|
6211 42 90 |
ĦWEJJEĠ TAL-QOTON GĦAN-NISA JEW TFAJLIET |
386 tunnellata |
386 tunnellata |
|
|
|
6302 60 00 |
BJANKERIJA TAT-TWALETTA U BJANKERIJA TAL-KĊINA, TA’ MATERJAL TAX-XUGAMAN TERRI JEW TA’ MATERJALI TERRI SIMILI TAL-QOTON |
41 905 tunnellata |
41 905 tunnellata |
|
|
|
6302 91 00 |
BJANKERIJA TAT-TWALETTA U BJANKERIJA TAL-KĊINA, TAL-QOTON, MINBARRA MATERJAL TAX-XUGAMAN TERRI JEW MATERJALI TERRI SIMILI |
9 997 tunnellata |
9 997 tunnellata |
|
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0069/2011).
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(3) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/203 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi ***I
P7_TA(2011)0206
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (COM(2010)0344 – C7-0172/2010 – 2010/0197(COD))
2012/C 377 E/33
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0344), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0172/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0148/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0197
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta’ investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi
[Am. 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, investiment barrani dirett huwa inkluż fil-lista tas-suġġetti li jagħmlu parti mill-politika kummerċjali komuni. B'konformità mal-Artikolu 3(1) (e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "it-Trattat"), l-Unjoni għandha kompetenza esklussiva fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni. Skont dan, l-Unjoni biss tista' tilleġiżla u tadotta atti li jorbtu legalment f'dak il-qasam. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dan biss jekk jingħataw is-setgħa mill-Unjoni, b'konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat. |
|
(2) |
B'żieda ma’ dan, it-Tielet Parti tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tat-Trattat jistipula regoli komuni dwar il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, inkluż fir-rigward tal-movimenti kapitali li jinvolvu investimenti. Dawk ir-regoli jistgħu jiġu affettwati mill-ftehimiet internazzjonali relatati mal-investiment barrani konklużi mill-Istati Membri. |
|
(3) |
Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Istati Membri tal-Unjoni baqgħu jonoraw numru sinifikanti ta’ ftehimiet bilateri ma’ pajjiżi terzi, liema ftehimiet huma relatati mal-investiment. It-Trattat ma fih l-ebda dispożizzjoni tranżizzjonali espliċita għal ftehimiet bħal dawn li issa ġew taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Barra minn dan, xi wħud minn dawn il-ftehimiet jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jaffettwaw ir-regoli komuni dwar il-movimenti kapitali stipulati fit-Tielet Parti tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tat-Trattat. |
|
(4) |
Għalkemm il-ftehimiet bilaterali jibqgħu jorbtu għall-Istati Membri skont il-liġi pubblika internazzjonali u se jinbidlu progressivament fil-futur minn ftehimiet tal-Unjoni relatati mal-istess suġġett, il-kundizzjonijiet għall-eżistenza kontinwa tagħhom u r-relazzjoni tagħhom mal-politiki tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-investiment, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni, jeħtieġu maniġment xieraq. Dik ir-relazzjoni se tkompli tiżviluppa hekk kif l-Unjoni teżerċita l-kompetenza tagħha fil-politika komuni tal-investiment bl-objettiv ewlieni li toħloq l-aħjar sistema possibbli għall-protezzjoni tal-investimenti għall-investituri tal-Istati Membri kollha, b'mod ugwali u b'kondizzjonijiet ta'investiment ugwali fi swieq ta’ pajjiżi terzi . Billi l-politika l-ġdida tal-investimenti se tkun żviluppata minħabba fil-validità tranżitorja tal-ftehimiet bilaterali ta’ investiment konklużi mill-Istati Membri, din il-politika għandha tagħraf il-jeddijiet tal-investituri li l-investimenti tagħhom jinkwadraw ruħhom fl-ambitu ta’ dawk il-ftehimiet u għandha tiżgura ċ-ċertezza legali tagħhom . |
|
(5) |
Fl-interess tal-investituri tal-UE u l-investimenti tagħhom f'pajjiżi terzi, u tal-Istati Membri li jilqgħu investituri u investimenti barranin, ftehimiet bilaterali li jispeċifikaw u jiggarantixxu l-kundizzjonijiet tal-investiment għandhom jibqgħu fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex, b'mod progressiv, il-ftehimiet bilaterali kollha eżistenti dwar l-investiment tal-Istati Membri jiġu ssostitwiti minn ftehimiet ġodda għall-UE kollha. [Em. 6] |
|
(6) |
Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex iżommu fis-seħħ jew jippermettu li jidħlu fis-seħħ ftehimiet internazzjonali li għandhomx x'jaqsmu mal-investiment. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jżommu, jemendaw jew jikkonkludu ftehimiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-investiment. |
|
(8) |
Hekk kif tingħata l-awtorizzazzjoni għaż-żamma, emenda jew konklużjoni tal-ftehimiet koperti minn dan ir-Regolament f'qasam ta’ kompetenza esklussiva tal-UE, din għandha titqies bħala miżura tranżizzjonali . L-awtorizzazzjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 258 tat-Trattat fir-rigward tal-fallimenti tal-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi skont it-Trattati apparti dawk li jikkonċernaw l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta’ kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. ▐ |
|
(9) |
Il-Kummissjoni għandha ▐ tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ ftehim ma’ pajjiż terz, jekk ftehim ta’ investiment tal-Unjoni mal-istess pajjiż terz negozjat mill-Kummissjoni jkun diġà ġie ratifikat. Il-Kummissjoni tista' tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ ftehim jekk ikun f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni minbarra l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri dwar investiment barrani dirett, jew jekk jikkostitwixxi ostaklu serju għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ġejjienin tal-Unjoni ma’ dak il-pajjiż terz rigward l-investiment ▐. Finalment, jekk il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni biex jibdew in-negozjati fi żmien sena mis-sottomissjoni ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 218(3) tat-Trattat, tkun teżisti l-possibbiltà li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni. ▐ |
|
(10) |
Mhux aktar tard minn għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. ▐ Sakemm il-ftehimiet bilaterali konklużi mill-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi ma jkunux sostitwiti bi ftehim tal-Unjoni dwar investiment, jew inkella jiġu mitmuma, huma jibqgħu jorbtu għall-partijiet skont il-liġi pubblika internazzjonali. |
|
(11) |
Il-ftehimiet awtorizzati skont dan ir-Regolament jew l-awtorizzazzjonijiet biex jitniedu negozjati li jemendaw ftehimiet bilaterali eżistenti jew li jikkonkludu ftehimiet bilaterali ġodda ma’ pajjiż terz ma għandhomx, fi kwalunkwe każ, jitħallew ikunu ta’ ostakolu serju għall-konklużjoni fil-ġejjieni ta’ ftehimiet tal-Unjoni relatati mal-investiment ma’ pajjiżi terzi. |
|
(12) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni identifikata bħala kunfidenzjali tkun trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2). |
|
(13) |
Il-ftehimiet bejn l-Istati Membri relatati ma’ investiment mhumiex koperti minn dan ir-Regolament. |
|
(14) |
Huwa neċessarju li jkun hemm ċerti arranġamenti biex jiżguraw li l-ftehimiet miżmuma skont dan ir-Regolament jibqgħu jintużaw, inkluż fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim, filwaqt li fl-istess ħin il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni tibqa' rrispettata. |
|
(15) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament , il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni . Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (3), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi t-termini, il-kundizzjonijiet u l-proċedura skont liema l-Istati Membri huma awtorizzati jżommu fis-seħħ, jemendaw jew jikkonkludu ftehimiet bilaterali relatati mal-investiment ma’ pajjiżi terzi.
KAPITOLU II
Awtorizzazzjoni biex il-ftehimiet jinżammu fis-seħħ
Artikolu 2
Notifika lill-Kummissjoni
Fi żmien tletin jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull ftehim bilaterali relatat mal-investiment ma’ pajjiżi terzi konkluż u/jew iffirmat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li huma jixtiequ li jżommu fis-seħħ jew li jippermettu li jidħol fis-seħħ skont dan il-Kapitolu. In-notifika għandha tinkludi kopja ta’ dawn il-ftehimiet bilaterali. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar bidliet fil-ġejjieni fl-istatus ta’ dawn il-ftehimiet.
Artikolu 3
Awtorizzazzjoni biex il-ftehimiet jinżammu fis-seħħ
Minkejja l-kompetenzi tal-Unjoni relatati mal-investiment u bla ħsara għall-obbligi oħra tal-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma awtorizzati b'konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat li jżommu fis-seħħ ftehimiet bilaterali relatati mal-investiment li ġew innotifikati skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Pubblikazzjoni
1. Kull 12-il xahar il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea lista tal-ftehimiet innotifikati skont l-Artikolu 2 jew l-Artikolu 11(7).
2. L-ewwel pubblikazzjoni tal-lista tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza għan-notifiki skont l-Artikolu 2.
Artikolu 5
Reviżjoni
1. Il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-ftehimiet innotifikati skont l-Artikolu 2 ▐ billi tevalwa ▐ jekk il-ftehimiet:
|
(a) |
humiex f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni apparti mill-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar investiment dirett barrani , jew ▐ |
|
(b) |
jikkostitwixxu ostakolu serju għall-konklużjoni fil-ġejjieni ta’ ftehimiet tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi dwar l-investiment ▐. |
▐
2. Mhux aktar tard minn għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni tar-reviżjoni tal-ftehimiet ta’ investiment bilaterali eżistenti ma’ pajjiżi terzi .
▐
Artikolu 6
L-irtirar tal-awtorizzazzjoni
1. L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tista' tiġi rtirata f'każijiet meta l-Unjoni tkun diġà rratifikat ftehim mal-istess pajjiż terz b'relazzjoni mal-investiment negozjat mill-Kummissjoni.
L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tista' tiġi rtirata f'każijiet meta:
|
(a) |
ftehim ikun f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni minbarra mill-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar investiment dirett barrani , jew ▐ |
|
(b) |
ftehim jikkostitwixxi ostaklu serju għall-konklużjoni fil-ġejjieni ta’ ftehimiet ma’ dak il-pajjiż terz relatati mal-investiment ▐, jew |
|
(c) |
il-Kunsill ma jkunx ħa deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni biex jibdew in-negozjati dwar ftehim li jkun dupplikat, kollu kemm hu jew parti minnu, fi ftehim innotifikat skont l-Artikolu 2, fi żmien sena mis-sottomissjoni ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 218(3) tat-Trattat. |
2. Meta l-Kummissjoni tqis li hemm raġunijiet li jiġġustifikaw l-irtirar tal-awtorizzazzjoni stabbilita mill-Artikolu 3, din għandha tagħha opinjoni motivata lill-Istat Membru kkonċernat ▐. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Dawk il-konsultazzjonijiet jistgħu jinkludu l-possibilità li l-Istati Membri jinnegozjaw mill-ġdid il-ftehim mal-pajjiż terz f'perjodu ta’ żmien miftiehem.
3. Fejn il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma jirnexxilhomx isolvu l-problema fiż-żmien stipulat , il-Kummissjoni tista' tirtira l-awtorizzazzjoni għal dak il-ftehim ikkonċernat jew, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex jawtorizza n-negozjar ta’ ftehim tal-Unjoni b'relazzjoni mal-investiment bi qbil mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat . Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Għandha tinkludi rekwiżit li l-Istat Membru jieħu azzjoni xierqa, u fejn meħtieġ itemm il-ftehim rilevanti.
4. F'każijiet fejn awtorizzazzjoni tiġi rtirata, il-Kummissjoni għandha tneħħi l-ftehim mil-lista msemmija fl-Artikolu 4.
KAPITOLU III
Awtorizzazzjoni biex il-ftehimiet jiġu emendati jew konklużi
Artikolu 7
Awtorizzazzjoni biex il-ftehimiet jiġu emendati jew konklużi
Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli minn 8 sa 12, Stat Membru għandu jkun awtorizzat li jidħol f'negozjati biex jemenda ftehim bilaterali eżistenti ma’ pajjiż terz jew jikkonkludi ftehim ġdid relatat mal-investiment ma’ pajjiż terz.
Artikolu 8
Notifika lill-Kummissjoni
1. Fejn Stat Membru bi ħsiebu jidħol f'negozjati ma’ pajjiż terz biex jemenda ftehim bilaterali eżistenti ma’ pajjiż terz jew jikkonkludi ftehim ġdid relatat mal-investiment, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu bil-miktub.
2. In-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni rilevanti u indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fin-negozjati, l-għanijiet tan-negozjati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Fil-każ ta’ emendi għal ftehim eżistenti, in-notifika għandha tindika d-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu negozjati mill-ġdid.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din in-notifika u, fuq talba, id-dokumentazzjoni li tintbagħat magħha, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra, skont ir-rekwiżiti tal-kunfidenzalità stipulati fl-Artikolu 14.
4. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb jikkonkludi ftehim ġdid ma’ pajjiż terz relattiv dwar l-investiment, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien tletin jum ħalli tiddetermina jekk ikunx hemm valur miżjud fi ftehim tal-Unjoni.
5. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa mill-inqas tliet xhur kalendarji qabel ma jkunu skedati li jibdew in-negozjati formali mal-pajjiż terz ikkonċernat.
6. Fejn l-informazzjoni trażmessa mill-Istat Membru ma’ tkun biżżejjed għall-iskopijiet tal-awtorizzazzjoni għat-tnedija ta’ negozjati formali b'konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali.
Artikolu 9
Awtorizzazzjoni għat-tnedija ta’ negozjati formali
1. Il-Kummissjoni għandha tawtorizza t-tnedija ta’ negozjati formali ħlief jekk tikkonkludi li t-tnedija tan-negozjati:
|
(a) |
ikunu f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni barra mill-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar investiment dirett barrani , jew |
|
(b) |
ikunu ta’ ħsara għall-għaniijiet tan-negozjati ▐ bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat, jew |
|
(c) |
ma jkunux konformi mal-politika tal-Unjoni rigward l-investimenti, jew |
|
(d) |
jikkostitwixxu ostakolu serju għall-konklużjoni fil-ġejjieni ta’ ftehimiet ma’ dak il-pajjiż terz relatati mal-investiment ▐. |
2. Bħala parti mill-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru jinkludi f'negozjati bħal dawn kwalunkwe klawżola xierqa.
3. Deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien 90 jum minn meta tasal għandha n-notifika msemmija fl-Artikolu 8. F'każijiet fejn ikun hemm bżonn ta’ informazzjoni addizzjonali, il-90 jum jibdew jgħoddu mid-data ta’ meta l-informazzjoni addizzjonali tasal għandha.
4. Jekk maġġoranza sempliċi ta’ Stati Membri jindikaw l-interess tagħhom, b'konformità mal-Artikolu 8(4), fil-konklużjoni ta’ ftehim dwar investiment tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, il-Kummissjoni tista' żżomm l-awtorizzazzjoni u minflok tipproponi mandat ta’ negozjati lill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew mgħarraf minnufih u b'modsħiħ dwar l-istadji kollha tal-proċedura.
Meta tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-prijoritajiet ġeografiċi tal-istrateġija ta’ investiment tal-Unjoni u l-kapaċità tal-Kummissjoni li tinnegozja ftehim ġdid tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat.
Artikolu 10
Parteċipazzjoni tal-Kommissjoni fin-negozjati
Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bil-progress u r-riżultati matul l-istadji differenti tan-negozjati u tista' titlob li tipparteċipa fin-negozjati relatati mal-investiment bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa bħala osservatur fin-negozjati bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz għal dak li għandu x'jaqsam mal-kompetenza esklussiva tal-Unjoni.
Artikolu 11
Awtorizzazzjoni biex il-ftehim jiġi ffirmat u konkluż
1. Qabel ma jiġi ffirmat ftehim, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tan-negozjati u għandu jibgħat it-test tal-ftehim lill-Kummissjoni.
2. L-obbligu tan-notifika stipulat fil-paragrafu 1 għandu jinkludi ftehimiet li ġew negozjati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament imma mhux konkluż u għaldaqstant mhux soġġetti għall-obbligu tan-notifika stipulat fl-Artikolu 2.
3. Ġaladarba tiġi nnotifikata, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni dwar jekk il-ftehim innegozjat hux f'kunflitt mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 9(1) u (2), li jkunu ġew ikkomunikati lill-Istat Membru mill-Kummissjoni .
4. Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li n-negozjati rriżultaw fi ftehim li ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, l-Istat Membru ma għandux jingħata l-awtorizzazzjoni li jiffirma u jikkonkludi l-ftehim.
5. F'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun tal-fehma li n-negozjati rriżultaw fi ftehim li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, l-Istat Membru għandu jiġi awtorizzat biex jiffirma u jikkonkludi l-ftehim.
6. Għandhom jittieħdu deċiżjonijiet skont il paragrafi 4 u 5 f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien 60 jum minn meta n-notifika msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tasal għandha. Fejn informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni, is -60 jum għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta’ meta l-informazzjoni addizzjonali tasal għandha.
7. F'każijiet fejn tkun ingħatat awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 5, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tal-ftehim.
8. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tinnegozja ftehim bilaterali dwar l-investiment jew ftehim dwar investiment barrani dirett ma’ pajjiż terz, għandha tinnotifika kif jistħoqq lill-Istati Membri kollha dwar il-ħsieb tagħha u l-ambitu tal-ftehim il-ġdid.
Artikolu 12
Reviżjoni
1. Mhux aktar tard minn għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu li għandu jirrevedi l-ħtieġa għall-applikazzjoni kontinwa ta’ dan ir-Regolament u ta’ kwalunkwe wieħed mill-Kapitoli tiegħu .
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi ħarsa ġenerali tal-awtorizzazzjonijiet mitluba u mogħtija skont dan ir-Regolament .
▐
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 13
Imġiba tal-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet ma’ pajjiż terz
1. Għall-ftehimiet kollha li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien mhux meħtieġ bil-laqgħat kollha li jsiru skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim. Il-Kummissjoni għandha tiġi pprovduta bl-aġenda u l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jkun hemm ftehim tas-suġġetti li se jiġu diskussi. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri għal aktar informazzjoni. Fejn kwistjoni li għandha tiġi diskussa tkun tista' taffettwa l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu pożizzjoni partikolari.
2. Għall-ftehimiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien mhux meħtieġ dwar kwalunkwe rappreżentazzjoni magħmula lilu li miżura partikolari tkun inkonsistenti mal-ftehim. L-Istat Membru għandu wkoll jinforma immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba għal riżoluzzjoni ta’ tilwim li tkun ġiet sottomessa skont il-patroċinju tal-ftehim hekk kif l-Istat Membru jsir jaf bit-talba. L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ u jieħdu l-miżuri neċessarja kollha biex jiżguraw ħarsien effettiv li jista' jinkludi, fejn xieraq, li l-Kummissjoni tipparteċipa fil-proċedura.
3. Għall-ftehimiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jfittex il-qbil tal-Kummissjoni qabel ma jattiva kwalunkwe mekkaniżmu rilevanti għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim kontra pajjiż terz inklużi fil-ftehim, u għandu, fejn mitlub mill-Kummissjoni, jattiva tali mekkaniżmi. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu konsultazzjonijiet mal-parti l-oħra għall-ftehim u riżoluzzjoni ta’ tilwim fejn stipulat f'dan il-ftehim. L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ fl-imġiba tal-proċeduri fi ħdan il-mekkaniżmi rilevanti, li jistgħu jinkludu, fejn xieraq, li l-Kummissjoni tipparteċipa fil-proċeduri rilevanti.
Artikolu 14
Kunfidenzjalità
Meta jinnotifikaw lill Kummissjoni dwar in-negozjati u l-eżiti tagħhom b'konformità mal-Artikoli 8 u 11, l-Istati Membri jistgħu jindikaw jekk xi informazzjoni pprovduta hix se tiġi kkunsidrata bħala kunfidenzjali u jekk tistax tinqasam ma’ Stati Membri oħra.
Artikolu 15
Kumitat
1. IL-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Konsultazzjoni għall-Immaniġġjar tal-Arranġamenti Tranżizzjonali dwar Ftehimiet Internazzjonali ta’ Investiment. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. F'każijiet fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 .
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/211 |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja ***I
P7_TA(2011)0207
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja (COM(2010)0804 – C7-0019/2011 – 2010/0390(COD))
2012/C 377 E/34
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0804), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0019/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0053/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0390
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-relazzjonijiet bejn il-Ġeorġja u l-Unjoni Ewropea qegħdin jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fl-2006, il-Kommunità u l-Ġeorġja qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni għal Politika Ewropea tal-Viċinat li jidentifika l-prijoritajiet fuq perjodu ta’ żmien medju fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Ġeorġja. Fl-2010, l-UE u l-Ġeorġja niedew in-negozjati ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li huwa mistenni li jieħu post il-Ftehim eżistenti ta’ Sħubija u Kooperazzjoni. Il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ġeorġja huwa msaħħaħ aktar bis-Sħubija tal-Lvant li għadu kemm tnieda. |
|
(2) |
Fl-1 ta’ Settembru 2008, il-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew ikkonfermat r-rieda tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u Ġeorġja fil-konsegwenzi tal-kunflitt armat ta’ Awwissu 2008 bejn il-Ġeorġja u l-Federazzjoni Russa. |
|
(3) |
L-ekonomija Ġeorġjana ġiet affettwata mill-kriżi finanzjarja internazzjonali sa mit-tielet trimestru tal-2008, b’nuqqas fil-produzzjoni, tnaqqis fid-dħul fiskali u żieda fil-ħtiġijiet esterni ta’ finanzjament. |
|
(4) |
Fil-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi li saret fit-22 ta’ Ottubru 2008, il-komunità internazzjonali wegħdet appoġġ għall-irkupru ekonomiku tal-Ġeorġja skont il-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet Konġunta mwettqa min-Nazzjonijiet Uniti u mill-Bank Dinji. |
|
(5) |
L-Unjoni ħabbret li hi se tipprovdi sa EUR 500 miljun f’assistenza finanzjarja għall-Ġeorġja. |
|
(6) |
L-aġġustament u l-irkupru ekonomiku tal-Ġeorġja huwa appoġġjat permezz ta’ assistenza finanzjarja mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). F’Settembru 2008, l-awtoritajiet tal-Ġeorġja ftehmu mal-FMI fuq Akkordju ta’ Riżerva ta’ USD 750 miljun biex jappoġġa lill-ekonomija Ġeorġjana sabiex tikseb l-aġġustament meħtieġ għall-kriżi ekonomika. |
|
(7) |
Wara aktar deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika fil-Ġeorġja u reviżjoni meħtieġa tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi sottostanti tal-programm tal-FMI kif ukoll tal-ħtiġijiet ogħla ta’ finanzjament barrani, intlaħaq qbil bejn il-Ġeorġja u l-FMI għal żieda ta’ USD 424 miljun tal-Arranġament ta’ Riżerva, li ġie approvat f’Awwissu 2009 mill-Bord tal-FMI. |
|
(8) |
Fl-2010-2012, l-Unjoni biħsiebha tipprovdi taħt l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija (ENPI), għotjiet ta’ appoġġ baġitarju ta’ total ta’ EUR 37 miljun kull sena. |
|
(9) |
Il-Ġeorġja talbet assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni fid-dawl tad-deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni u l-prospetti ekonomiċi. |
|
(10) |
Minħabba li għad hemm lakuna finanzjarja residwa fil-bilanċ tal-pagamenti tal-Ġeorġja, l-assistenza makrofinanzjarja titqies bħala rispons xieraq għat-talba tal-Ġeorġja fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali sabiex tiġi appoġġata l-istabilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm tal-FMI attwali. |
|
(11) |
L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Ġeorġja (minn hawn 'il quddiem "l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni") ma għandhiex sempliċement tissupplimenta l-programmi u r-riżorsi mill-FMI u l-Bank Dinji, iżda għandha tiżgura l-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-miżuri meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni. |
|
(13) |
L-għanijiet speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabilità. Dawk l-għanijiet għandhom jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni. |
|
(14) |
Il-kundizzjonijiet sottostanti għall-provvediment ta’ assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni għandhom jirriflettu l-prinċipji u l-għanijiet ewlenin tal-politika tal-Unjoni rigward il-Ġeorġja. |
|
(15) |
Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effiċjenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta ma’ l-assistenza makrofinanzjarja tagħha, huwa meħtieġ li l-Ġeorġja tadotta miżuri xierqa rigward il-prevenzjoni ta’, u l-ġlieda kontra, frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet oħra marbutin ma’ dik l-assistenza. Huwa wkoll meħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi għal kontrolli xierqa u li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi għal awditi xierqa. |
|
(16) |
Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa bla ħsara għall-poteri tal-awtorità baġitarja tal-Unjoni. |
|
(17) |
Lassistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi mmaniġjata mill-Kummissjoni. Sabiex tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jkunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinformahom regolarment dwar żviluppi relatati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u għandha tipprovdihom bid-dokumenti rilevanti. |
|
(18) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi . Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (2) , [Em. 1] |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja disponibbli għall-Ġeorġja, t'ammont massimu ta’ EUR 46 miljun, sabiex tappoġġa l-istabilizzazzjoni ekonomika tal-Ġeorġja u tkopri l-ħtiġijiet tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti kif identifikat fil-programm attwali tal-FMI. Minn dan l-ammont massimu, sa EUR 23 miljun għandu jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotjiet u sa EUR 23 miljun fil-forma ta’ self. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2011 mill-Awtorità Baġitarja tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissellef ir-riżorsi meħtieġa f’isem l-Unjoni sabiex tiffinanzja l-komponent ta’ self tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Is-self għandu jkollu maturità massima ta’ 15-il sena.
3. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkun amministrat mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-ftehimiet jew akkordji milħuqa bejn l-FMI u l-Ġeorġja u mal-prinċipji u l-għanijiet ewlenin tar-riforma ekonomika stabiliti fil-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u Ġeorġja. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, bl-iżviluppi fl-immaniġjar tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u għandha tipprovdihom bid-dokumenti rilevanti.
4. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun magħmula disponibbli għal sentejn u sitt xhur li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Fehim li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(1).
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, bis-saħħa ta’ atti implimentattivi, Memorandum ta’ Ftehim li jkun fih il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji li għalihom hija soġġetta l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż perjodu ta’ żmien biex jintlaħqu dawk il-kundizzjonijiet. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 6(2).
Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew akkordji msemmija fl-Artikolu 1(3). Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jimmiraw, b’mod partikolari, li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabilità tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi sistemi ta’ mmaniġjar tal-finanzi pubbliċi fil-Ġeorġja. Il-progress biex jintlaħqu dawn l-għanijiet għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni. Il-patti dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stabiliti fil-Ftehim tal-Għotja u l-Ftehim ta’ Self li għandhom jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ġeorġja. [Em. 2]
2. Matul l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni mill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-validità tal-akkordji finanzjarji tal-Ġeorġja, il-proċeduri amministrattivi u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni li huma rilevanti għal din l-assistenza u l-konformità mal-perjodu ta’ żmien miftiehem.
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-politiki ekonomiċi tal-Ġeorġja jkunu skont l-għanijiet tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u li l-kundizzjonijiet miftiehma tal-politika ekonomika qegħdin jiġu mħarsa b’mod sodisfaċenti. Fit-twettiq ta’ din il-verifika, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.
Artikolu 3
1. Soġġett għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tal-Unjoni lill-Ġeorġja għandha tkun magħmula disponibbli mill-Kummissjoni f’żewġ pagamenti parzjali, li kull waħda minnhom jikkonsisti f’element ta’ għoti u element ta’ self. Id-daqs ta’ kull pagament parzjali għandu jiġi stabilit fil-Memorandum ta’ Fehim.
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti parzjali f’fażijiet soġġett għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika miftiehma fil-Memorandum ta’ Fehim. L-iżborż tat-tieni pagament parzjali ma għandux iseħħ aktar kmieni minn tliet xhur wara li jinħareġ l-ewwel pagament parzjali.
3. Il-fondi tal-Unjoni għandhom jitħallsu lill-Bank Nazzjonali tal-Ġeorġja. Soġġett għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-Memorandum ta’ Fehim, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lit-Teżor tal-Ġeorġja bħala l-benefiċjarju finali.
Artikolu 4
1. L-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid ta’ self relatati mal-komponent ta’ self tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur u ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, fi kwalunkwe riskju fir-rata tal-kambju jew tal-imgħax, jew fi kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.
2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa, jekk il-Ġeorġja titlob dan, biex tiżgura li klawsola dwar ħlas kmieni tiġi inkluża fil-pattijiet u l-kundizzjonijiet tas-self u li tkun appoġġjata minn klawsola korrispondenti fil-pattijiet u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tat-teħid ta’ self.
3. Fuq talba tal-Ġeorġja u fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-selfa, il-Kummissjoni tista’ tirrifinanzja s-self inizjali kollu tal-Ġeorġja jew parti minnhom jew tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament jew ta’ ristrutturar għandhom jitwettqu skont il-kundizzjonijiet stabiliti fil-paragrafu 1 u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità medja tas-self konċernat jew li jżidu l-ammont tal-kapital pendenti fid-data tar-rifinanzjament jew ristrutturar.
4. Il-kostijiet kollha sostnuti mill-Unjoni li huma relatati mal-operazzjonijiet tal-għoti jew teħid ta’ self skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġġarrbu mill-Ġeorġja.
5. Il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandhom jinżammu informati bl-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 5
L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu (4). B’mod partikolari, il-Memorandum ta’ Fehim, il-Ftehim ta’ Self u l-Ftehim tal-Għotja li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tal-Ġeorġja għandhom jipprovdu miżuri speċifiċi li għandhom ikunu implimentati mill-Ġeorġja fir-rigward tal-prevenzjoni ta’, u l-ġlieda kontra, l-frodi, l-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jaffettwaw l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Sabiex jiżguraw trasparenza akbar fl-immaniġjar u l-iżborż tal-fondi, il-Memorandum ta’ Fehim, il-Ftehim ta’ Self u l-Ftehim tal-Għotja għandhom jipprovdu wkoll kontrolli, inklużi kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet, li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Dawk id-dokumenti għandhom barra minn hekk jipprovdu awditi, inkluż fejn xieraq awditi fuq il-post, mill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 6
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 . [Em. 3]
Artikolu 7
1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena kalendarja preċedenti, inkluż l-evalwazzjoni tiegħu. Ir-rapport għandu jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika kif stipulati fil-Memorandum ta’ Fehim, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Ġeorġja u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti parzjali f’fażijiet tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.
2. Mhux aktar tard minn sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ disponibilità msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ex post.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/216 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjeni oġġett tal-ikel ***I
P7_TA(2011)0208
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta’ l-ikel (kodifikazzjoni) (COM(2010)0506 – C7-0285/2010 – 2010/0259(COD))
2012/C 377 E/35
(Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0506), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0285/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0095/2011), |
|
A. |
billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha sempliċi kodifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr bdil fis-sustanza tagħhom, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stipulat hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 34.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0259
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta’ l-ikel (kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/91/UE.)
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/217 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl ***I
P7_TA(2011)0209
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (test kodifikat) (COM(2010)0507 – C7-0287/2010 – 2010/0260(COD))
2012/C 377 E/36
Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0507), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0287/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1) |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0089/2011), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif mniżżla hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 31.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0260
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (test kodifikat)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
L-unitajiet ta’ kejl huma essenzjali fl-użu ta’ l-istrumenti kollha ta’ kejl, sabiex jesprimu kejl jew kull indikazzjoni ta’ kwantità. L-unitajiet ta’ kejl huma użati f'bosta oqsma ta’ l-attività umana. Hemm bżonn li tiġi żgurata l-akbar ċarezza possibbli fl-użu tagħhom. Hemm bżonn li jsiru regoli għall-użu tagħhom fi ħdan l-Unjoni għal skopijiet ekonomiċi, ta’ saħħa pubblika, ta’ sigurtà pubblika, jew amministrattivi. |
|
(3) |
L-unitajiet ta’ kejl huma soġġetti għar-riżoluzzjonijiet internazzjonali adottati mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl (CGPM) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-Metru hekk kif iffirmata f'Pariġi nhar l-20 ta’ Mejju 1875, li għaliha jaderixxu l-Istati Membri kollha. L-«International System of Units» (SI) ġiet stabbilita b'riżultat ta’ dawn ir-riżoluzzjonijiet. |
|
(4) |
Jeżistu konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri. Dawn il-konvenzjonijiet u l-ftehim għandhom jiġu rispettati. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-karattru lokali ta’ ċerti eżenzjonijiet li għadhom applikati fir-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-unitajiet ta’ kejl u n-numru limitat ta’ prodotti kkonċernati, iż-żamma ta’ dawn l-eżenzjonijiet ma tirriżultax f'ostaklu non-tariffarju għall-kummerċ u, bħala konsegwenza, m'hemmx il-ħtieġa li dawk l-eżenzjonijiet jintemmu. |
|
(6) |
Xi pajjiżi terzi ma jaċċettawx fis-swieq tagħhom prodotti mmarkati biss bl-unitajiet ta’ kejl legali stabbiliti f'din id-Direttiva; kumpanniji li jesportaw il-prodotti tagħhom f'dawn il-pajjiżi sejrin ikunu żvantaġġati jekk ma jkunux permessi indikazzjonijiet supplimentari; indikazzjonijiet supplimentari f'unitajiet ta’ kejl mhux legali għandhom għalhekk jiġu awtorizzati. |
|
(7) |
De telles indications supplémentaires pourraient en outre permettre l'introduction progressive et en douceur des nouvelles unités métriques susceptibles d'être établies au niveau international. |
|
(8) |
Madankollu, l-adozzjoni sistematika tal-utilizzazzjoni ta’ indikazzjonijiet supplementary għall-istrumenti kollha ta’ kejl, inklużi strumenti mediċi, mhux neċessarjament mixtieqa. l-Istati Membri għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta’ kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta’ kejl waħdanija. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta’ kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta’ kejl waħdanija. |
|
(9) |
Billi din id-Direttiva ma taffettwax it-tkomplija ta'manifattura ta’ prodotti li jinsabu fuq is-suq qabel id-data ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 80/181/KEE. Madankollu, hi taffetwa t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unitajiet ta’ kejl li ma għadhomx unitajiet legali ta’ kejl, meta prodotti u tagħmir bħal dawn huma neċċessarji sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet ta’ prodotti, tagħmir, u strumenti bħal dawn li jkunu diġà fis-suq; billi huwa għalhekk neċessarju għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ tali prodotti u tagħmir sabiex ilestu u jissostitwixxu komponenti, anke fejn ikun fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unitajiet ta’ kejl li ma jkunux għadhom unitajiet legali ta’ kejl, sabiex prodotti, tagħmir u strumenti diġà fis-suq ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw. |
|
(10) |
Din id-Direttiva tappoġġa l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern permezz tal-livell ta’ armonizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ kejl li hija tippreskrivi. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi tas-suq fir-rigward ta’ din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha, notevolment fir-rigward tal-possibbiltà ta’ ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u armonizzazzjoni oħra meħtieġa sabiex jintegħlbu dawk l-ostakli. |
|
(11) |
Huwa xieraq li l-Kummissjoni tkompli ssegwi bil-qawwa, fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ pajjiżi terzi inkluż il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, l-aċċettazzjoni, fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, ta’ prodotti ttikettati biss b'unitajiet SI. |
|
(12) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-unitajiet legali ta’ kejl fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva li għandhom jintużaw sabiex jesprimu l-kwantitajiet għandhom ikunu:
|
(a) |
dawk li jinsabu fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I; |
|
(b) |
dawk li jinsabu fil-Kapitolu II ta’ l-Anness I biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri. |
Artikolu 2
1. L-obbligi taħt l-Artikolu 1 għandhom x'jasqsmu ma’ l-istrumenti ta’ kejl użati, kejl meħud u indikazzjonijiet tal-kwantità espressi f'unitajiet ta’ kejl.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa l-użu ta’ l-unitajiet ta’ kejl fil-qasam tat-trasport bl-arja u bil-baħar u traffiku fuq il-linji tal-ferroviji, għajr dawk magħmula obbligatorji bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, li ġew stabbiliti fil-konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri.
Artikolu 3
1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva «indikazzjoni supplementari» tfisser indikazzjoni waħda jew aktar ta’ kwantità espressa f'unitajiet ta’ kejl li ma jinsabux fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I li jakkumpanjaw l-indikazzjoni ta’ kwantità espressa f'unità ta’ kejl li tinsab f'dak il-Kapitolu.
2. L-użu ta’ indikazzjonijiet supplimentari għandu jiġi awtorizzat.
Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istrumenti ta’ kejl ikun fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unità legali ta’ kejl waħda.
3. L-indikazzjoni espressa f'unità ta’ kejl li tinsab fil-Kapitolu I tal-Anness I għandha tippredomina. B'mod partikolari, l-indikazzjonijiet espressi f'unitajiet ta’ kejl li ma jinsabux f'dak il-Kapitolu 1 għandhom jiġu espressi f'karattri mhux ikbar minn dawk ta’ l-indikazzjoni korrispondenti f'unitajiet ta’ kejl li jinsabu fil-Kapitolu I tal-Anness I.
Artikolu 4
L-użu ta’ unitajiet ta’ kejl li mhumiex jew li ma għadhomx aktar legali għandu jiġi awtorizzat għal:
|
(a) |
prodotti u tagħmir diġà fis-suq u/jew li qiegħed fis-servizz fl-20 ta’ Diċembru 1979; |
|
(b) |
komponenti u partijiet ta’ prodotti u ta’ tagħmir meħtieġa sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet tal-prodotti u tat-tagħmir imsemmija fil-punt (a). |
Madanakollu, l-użu ta’ unitajiet legali ta’ kejl jista’ jkun meħtieġ għal indikaturi ta’ strumenti ta’ kejl.
Artikolu 5
Il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-każ ta’ indikazzjonijiet supplimentari għandhom jiġu eżaminati aktar, u jekk meħtieġ jittieħdu l-miżuri adottati bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/34/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (5).
Artikolu 6
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi tas-suq relatati ma’ din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-kummerċ internazzjonali u għandha tippreżenta rapport dwar dawk l-iżviluppi, akkumpanjat minn proposti fejn ikun il-każ, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-Kummissjoni tkun infurmata, f'ħin tajjeb li jippermettilha illi tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta’ liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva li huma jkollhom il-ħsieb li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 8
Id-Direttiva 80/181/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 9
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 31.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.
(3) ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS I
KAPITOLU I
UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(a)
1. UNITAJIET SI U L-MULTIPLI U S-SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM
1.1. unitajiet SI bażi
|
Kwantità |
Unità |
|
|
Isem |
Simbolu |
|
|
Tul |
metru |
m |
|
Piż |
kilogramm |
kg |
|
Ħin |
sekonda |
s |
|
Kurrent Elettriku |
ampere |
A |
|
Temperatura termodinamika |
kelvin |
K |
|
Ammont ta' sustanza |
mole |
mol |
|
Intensità ta' luminosità |
candela |
cd |
Definizzjonijiet ta' l-unitajiet SI bażi:
Unità ta’ tul
Metru huwa t-tul tal-mogħdija tad-dawl f’vakwu matul 1/299 792 458 sekondi.
(Is-sbatax –il CGPM - (1983) - l-1 Riżoluzzjoni).
Unità tal-massa
Il-kilogramm hija l-unità tal-massa; huwa ugwali għall-massa tal-prototip internazzjonali tal-kilogramm.
(It-Tielet CGPM - 1901 - paġna 70 tar-rapport tal-konferenza).
Unità tal-ħin
Is-sekonda hija t-tul ta' żmien ta' 9 192 631 770 perjodi tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn żewġ livelli iperfini u l-ground state ta' l-atomu ta' caesium-133.
(It-Tlettax-il CGPM - 1967 - riżoluzzjoni 1).
L-Unità tal-kurrent ta' l-elettriku
L-ampere huwa dak il-kurrent kostanti li jekk miżmum f'żewġ tulijiet dritti paralleli infiniti, ta' sezzjoni trasversali tonda negliġibbli u mpoġġija metru 'l bogħod mill-ieħor f'vakwu, jipproduċi bejn iż-żewġ materjali kondutturi forza ugwali għal 2 × 10-7 newton għal kull metru ta' tul.
(Kumitat Internazzjonali għall-Piż u l-Kejl (CIPM) - 1946 - Riżoluzzjoni 2 - approvata mid-disa' CGPM - 1948).
L-Unità tat-temperatura termodinamika
Il-kelvin, unità ta' temperatura termodinamika, hija l-frazzjoni ta' 1/273,16 tat-temperatura termodinamika tat-triple point ta' l-ilma.
Din id-definizzjoni tirreferi għal ilma li għandu l-kompożizzjoni isotopika ddefinita mir-relazzjoni bejn l-ammonti ta' sustanza li ġejjin: 0,00015576 mole ta' 2H kull mole ta' 1H, 0,0003799 mole ta' 17O kull mole ta' 16O u 0,0020052 mole ta' 18O kull mole ta' 16O.
(It-Tlettax-il CGPM - 1967 - Riżoluzzjoni 4 u tlieta u għoxrin CGPM - 2007 - Riżoluzzjoni 10).
L-Unità ta' ammont ta' sustanza
Il-mole hija l-ammont ta' sustanza ta' sistema li fiha entitajiet elementari daqs kemm hemm atomi f'0,012 kg ta' carbon 12.
Meta l-mole hija użata, l-entitajiet elementari għandhom jiġu speċifikati u jistgħu jkunu atomi, molekuli, jonji, elettroni, jew partikuli oħra jew gruppi speċifiċi ta' tali partikuli.
(L-Erbatax-il CGPM - 1971 - riżoluzzjoni 3)
L-Unità ta' intensità tal-luminosità
Il-candela hija l-intensità tal-luminosità, f'direzzjoni partikolari, ta' sors li jemetti raġġi monokromatiċi bi frekwenza ta' 540 × 1012 hertz u li l-intensità ta' radjanti f'dik id-direzzjoni hija ta' (1/683) watt per steradian.
(Is-Sittax -il CGPM - 1979 - riżoluzzjoni 3).
1.1.1. Isem speċjali jew simbolu ta' l-unità ta' temperatura mnissla SI biex tkun espressa t-temperatura f'Celsius
|
Kwantità |
Unità |
|
|
Isem |
Simbolu |
|
|
Temperatura f'Celsius |
Grad Celsius |
°C |
Temperatura Celsius t hija definita bħala d-differenza t = T – T0 bejn iż-żewġ temperaturi termodinamiċi T u T0 fejn T0 = 273,15 K. Intervall jew differenza ta' temperatura jista' jiġi espress jew f'kelvins jew fi gradi Celsius. L-unità «grad Celsius» hija ugwali għall-unità "kelvin".
1.2. Unitajiet imnisslin SI
1.2.1. Regola ġenerali għal unitajiet SI imnisslin
Unitajiet imnisslin b'mod koerenti mill-unitajiet bażi SI u unitajiet SI supplimentari huma mogħtija bħala espressjonijiet alġebrajiċi fil-forma ta' prodotti ta' powers tal-unitajiet bażi SI u/jew unitajiet SI supplimentari b'fattur numeriku ugwali għal 1.
1.2.2. Unitajiet SI imnisslin b' ismijiet u simboli speċjali
|
Kwantità |
Unità |
Espressjoni |
||
|
Isem |
Simbolu |
F'unitajiet SI oħra |
F'termini ta' l-unitajiet SI bażi jew supplimentari |
|
|
Angolu pjan |
radjan |
rad |
|
m · m–1 |
|
Angolu solidu |
steradjan |
sr |
|
m2 · m–2 |
|
Frekwenza |
hertz |
Hz |
|
s-1 |
|
Forza |
newton |
N |
|
m · kg · s-2 |
|
Pressjoni, stress |
pascal |
Pa |
N · m-2 |
m-1 · kg · s-2 |
|
Energija, work; kwantità ta' sħana |
joule |
J |
N · m |
m2 · kg · s-2 |
|
Saħħa (1), fluss radjanti |
watt |
W |
J · s-1 |
m2 · kg · s-3 |
|
Kwantità ta' elettriku, karg ta' l-elettriku |
coulomb |
C |
|
s · A |
|
Potenzjal ta' l-elettriku, differenza fil-potenzjal, forza elettromotiva |
volt |
V |
W · A-1 |
m2 · kg · s-3 · A-1 |
|
Reżistenza ta' l-elettriku |
ohm |
Ω |
V · A-1 |
m2 · kg · s-3 · A-2 |
|
Konduttività |
siemens |
S |
A · V-1 |
m-2 · kg-1 · s3 · A2 |
|
Kapaċitanza |
farad |
F |
C · V-1 |
m-2 · kg-1 · s4 · A2 |
|
Fluss Manjetiku |
weber |
Wb |
V · s |
m2 · kg · s-2 · A-1 |
|
Densità tal-fluss manjetiku |
tesla |
T |
Wb · m-2 |
kg · s-2 · A-1 |
|
Inductance |
henry |
H |
Wb · A-1 |
m2 · kg · s-2 · A-2 |
|
Fluss luminuż |
lumen |
lm |
cd · sr |
cd |
|
Illuminanza |
lux |
lx |
lm · m-2 |
m-2 · cd |
|
Attività (ta' radionuclide) |
becquerel |
Bq |
|
s-1 |
|
Doża assorbita, energija specifika mqassma, kerma, indici tad-doża assorbita |
gray |
Gy |
J · kg-1 |
m2 · s-2 |
|
Doża ekwivalenti |
sievert |
Sv |
J · kg-1 |
m2 · s-2 |
|
Attivita' katalitika |
katal |
kat |
|
mol s-1 |
Unitajiet imnisslin mill-unitajiet SI bażi jistgħu jiġu espressi f'termini ta' unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.
B'mod partikolari unitajiet SI imnisslin jistgħu jiġu espressi permezz ta' ismijiet speċjali u simboli mogħtija fit-tabella ta' hawn fuq; per eżempju l-unità SI tal-viskożità dinamika tista' tiġi mfissra bħala m-1 · kg · s-1 jew N · s · m-2 jew Pa · s.
1.3. Prefissi u s-simboli tagħhom użati sabiex jingħataw ċerti multipli u submultipli deċimali
|
Il-Fattur |
Il-Prefiss |
Is-Sinjal |
|
1024 |
yotta |
Y |
|
1021 |
zetta |
Z |
|
1018 |
exa |
E |
|
1015 |
peta |
P |
|
1012 |
tera |
T |
|
109 |
giga |
G |
|
106 |
mega |
M |
|
103 |
kilo |
k |
|
102 |
hekto |
h |
|
101 |
deka |
da |
|
10-1 |
deci |
d |
|
10-2 |
centi |
c |
|
10-3 |
milli |
m |
|
10-6 |
mikro |
μ |
|
10-9 |
nano |
n |
|
10-12 |
piko |
p |
|
10-15 |
femto |
a |
|
10-18 |
atto |
f |
|
10-21 |
zepto |
z |
|
10-24 |
yocto |
y |
L-ismijiet u s-simboli tal-multipli u s-submultipli deċimali ta' l-unità tal-massa huma iffurmati billi jiġu mehmuża prefissi mal-kelma "gramm" u s-simboli tagħhom mas-simbolu "g".
Fejn unità imnissla hija espressa bħala frazzjoni, il-multipli u s-submultipli deċimali tagħha jistgħu jingħataw billi jiġi mehmuż il-prefiss ma' l-unitajiet fin-numeratur jew fid-denominatur, jew f'dawn iż-żewġ partijiet.
Prefissi komposti, jew aħjar prefissi ffurmati mit-tqegħid ħdejn xulxin ta' diversi prefissi imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jintużaw.
1.4. Ismijiet speċjali awtorizzati u simboli tal-multipli u submultipli deċimali tal-Unitajiet SI
|
Kwantità |
Unità |
||||
|
Isem |
Simbolu |
Valur |
|||
|
Volum |
litri |
1 jew L (2) |
1 l = 1 dm3 = 10-3 m3 |
||
|
Massa |
tunnellati metriċi |
t |
1 t = 1 Mg = 103 kg |
||
|
Pressjoni, stress |
bar |
Bar (3) |
1 bar = 105 Pa |
||
|
|||||
2. UNITAJIET LI HUMA DEFINITI FUQ IL-BAŻI TA' L-UNITAJIET SI IŻDA LI MHUMIEX MULTIPLI JEW SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM
|
Kwantità |
Unità |
||||
|
Isem |
Simbolu |
Valur |
|||
|
Angolu plan |
|
1 rivoluzzjoni = 2 π rad |
|||
|
grad (*) jew gon (*) |
gon (*) |
1 gon = π/200 rad |
|||
|
grad |
° |
1° = π/180 rad |
|||
|
minuta tal-angolu |
′ |
1′ = π/10 800 rad |
|||
|
sekonda ta' l-angolu |
″ |
1″ = π/648 000 rad |
|||
|
Ħin |
minuta |
min |
1 min = 60 s |
||
|
siegħa |
h |
1 h = 3 600 s |
|||
|
ġurnata |
d |
1 d = 86 400 s |
|||
|
|||||
3. UNITAJIET UŻATI MA' L-SI, LI L-VALUR TAGĦHOM HUWA MIKSUB B'MOD SPERIMENTALI
|
Kwantità |
Unità |
||||
|
Isem |
Simbolu |
Definizzjoni |
|||
|
Enerġija |
volt elettroniku |
eV |
Il-volt elettroniku huwa l-enerġija kinetika miksuba minn elettron li jgħaddi minn differenza potenzjali ta' 1 V f'vakwu |
||
|
Piż |
unità ta' piż atomiku sħiħ |
u |
L-unità tal-piż atomiku sħiħ hija ugwali għall-1/12 tal-piż ta' atomu tan-nuklide 12C. |
||
|
|||||
4. UNITAJIET U ISMIJIET TA' L-UNITAJIET PERMESSI F'OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS
|
Kwantità |
Unità |
||||
|
Isem |
Simbolu |
Valur |
|||
|
Vergency ta' sistemi ottikali |
dioptre (*) |
|
1 dioptre = 1 m-1 |
||
|
Massa tal-ħagar prezzjuż |
karat metriku |
|
1 karat metriku = 2 × 10-4 kg |
||
|
Area ta' l-art agrikola u art għall-bini |
are |
a |
1 a = 102 m2 |
||
|
Massa għal kull unità ta' tul tal-yarn u l-ħjut tat-tessili |
tex (*) |
tex (*) |
1 tex = 10-6 kg m-1 |
||
|
Pressjoni tad-demm u ta’ fluidi oħra tal-ġisem |
millimetru ta’ merkurju |
mm Hg (*) |
1 mm Hg = 133,322 Pa |
||
|
Cross-sectional area effettiva |
barn |
b |
1 b = 10-28 m2 |
||
|
|||||
5. UNITAJIET KOMPOSTI
Kombinazzjonijiet ta' l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu I jiffurmaw unitajiet komposti.
IL-KAPITOLU II
L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(b), AWTORIZZATI GĦAL UŻU SPEĊIFIKU BISS
|
Settur ta’ applikazzjoni |
Unità |
||
|
Isem |
Valur approssimat |
Simbolu |
|
|
Sinjali tat-traffiku, kejl ta’ distanza u veloċità |
mil |
1 mil = 1 609 m |
mil |
|
jarda |
1 jarda = 0,9144 m |
jarda |
|
|
pied |
1 pied = 0,3048 m |
pied |
|
|
pulzier |
1 pulzier = 2,54 × 10-2 m |
pulzier |
|
|
Tqassim ta’ birra draught u ċidru; ħalib f’reċipjenti li jingħataw lura |
pinta |
1 pinta = 0,5683 × 10-3 m3 |
pinta |
|
Transazzjoni f’metalli prezzjużi |
uqija troj |
1 uqija troj = 31,10 × 10-3 kg |
uqija troj |
L-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.
(1) Ismijiet speċjali għal unità ta' power; l-isem volt-ampere (simbolu ‘VA’) meta użat sabiex ifisser s-saħħa apparenti ta' kurrent ta' l-elettriku li jalterna, u var (simbolu ‘var’) meta huwa żat sabiex ifisser is-saħħa elettrika reattiva. Il-‘var’ mhux inkluż fir-riżoluzzjonijiet tal- CPGM.
(2) Iż-żewġ simboli "l" u «"L" jistgħu jintużaw għall-unità tal-litru. (Is-Sittax-il CGPM (1979), riżoluzzjoni 5).
(3) Unità imniżżla fil-ktejjeb tal-Bureau Internazzjonali tal-Piżijiet u Kejl bħala fost l-unitajiet li għandhom jiġu permessi b'mod temporanju.
|
Nota: |
Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' unitajiet u simboli li jinsabu fit-Tabella 1.4. |
(4) Il-karattru (*) wara l-isem jew is-simbolu ta' l-unità jindika li ma jidhirx fil-listi mħejjija mill-CGPM, CIPM jew BIPM. Dan japplika għall-Anness kollu
(5) Ma jeżisti l-ebda simbolu internazzjonali.
|
Nota: |
Il-prefissi elenkati fi 1.3 jistgħu jiġu użati biss flimkien ma' l-ismijiet "grad" jew "gon" u s-simbolu "gon". |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS II
Parti A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 8)
|
Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 85/1/KEE |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 89/617/KEE |
|
|
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/103/KE |
|
|
Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2009/3/KE |
|
Parti B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 8)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
|
80/181/KEE |
30 ta’ Ġunju 1981 |
1 ta’ Ottubru 1981 |
|
85/1/KEE |
1 ta’ Lulju 1985 |
— |
|
89/617/KEE |
30 ta’ Novembru 1991 |
— |
|
1999/103/KE |
8 ta’ Frar 2001 |
— |
|
2009/3/KE |
31 Diċembru 2009 |
1 Jannar 2010 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Direttiva 80/181/KEE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1(a) u (b) |
Artikolu 1(a) u (b) |
|
Artikolu 1(ċ) u (d) |
— |
|
Artikolu 2(a) |
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 2(b) |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 3 (1) |
Artikolu 3 (1) |
|
Artikolu 3 (2) |
Artikolu 3 (2), l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 3 (3) |
Artikolu3 (2), it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 3 (4) |
Artikolu 3 (3) |
|
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu sentenza ta’ introduzzjoni |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu sentenza ta’ introduzzjoni |
|
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu l-ewwel inċiż |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu, punt (a) |
|
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu it-tieni indent |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu, punt (b) |
|
Artikolu 4 it-tieni paragrafu |
Artikolu 4 it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
— |
|
Artikolu 6a |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6b |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7(a) |
— |
|
Artikolu 7(b) |
Artikolu 7 |
|
— |
Artikolu 8 |
|
— |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
|
Anness, Kapitolu I, pt. 1.-1.2 |
Anness I, Kapitolu 1, pt.1.-1.2 |
|
Anness, Kapitolu I, pt.1.2.2 |
Anness I, Kapitolu I, pt.1.2.1 |
|
Anness, Kapitolu I, pt.1.2.3 |
Anness I, Kapitolu I, pt.1.2.2 |
|
Anness, Kapitolu I, pt.1.3 - 5 |
Anness I, Kapitolu I, pt.1.3 - 5 |
|
Anness, Kapitolu II |
Anness I, Kapitolu II |
|
Anness, Kapitoli III u IV |
— |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/228 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur ***I
P7_TA(2011)0210
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (test kodifikat) (COM(2010)0508 – C7-0288/2010 – 2010/0261(COD))
2012/C 377 E/37
(Proċedura leġislattiva ordinarja - kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0508), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0288/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 - Metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0093/2011), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal sempliċi kodifikazzjoni tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilit hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 32.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0261
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ldwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (Kodifikazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 70/157/KEE tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 70/157/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (5) u tistabbilixxi preskrizzjonijet tekniċi li jikkonċernaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur. Dawk il-preskrizzjonijet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 2007/46/KE għal kull tip ta’ vettura. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid- Direttiva 2007/46/KE dwar sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
Huwa mixtieq li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) fir-regolamenti korrispondenti tagħha annessi mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kundizzjonijet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet ('Ftehim Rivedut tal-1958') (6). |
|
(4) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bi jew mingħajr il-qafas, li jkollha minn ta’ lanqas erba' roti u li tkun kapaċi tilħaq veloċità li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji u tratturi agrikoli u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli.
Artikolu 2
1. Jekk vetturi jew sistemi tal-exhaust jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirrigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss jew is-sistema tal-exhaust:
|
(a) |
jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura jew xi tip ta’ sistema tal-exhaust; jew |
|
(b) |
jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew dħul fis-servizz ta’ sistemi tal-exhaust. |
2. Jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma jiġux sodisfatti, għal tip ta’ vettura u għal tip ta’ sistema tal-exhaust, l-Istati Membri:
|
(a) |
m'għandhomx jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE; u |
|
(b) |
għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali. |
3. Minkejja l-paragrafu 2, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE u jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ sistemi tal-exhaust skont il-verżjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE preċedenti għall-verżjoni li tirriżulta mill-emendi introdotti permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/101/KE tal-15 ta’ Diċembru 1999 li tadatta d-Direttiva 70/157/KEE (7) għall-progress tekniku, kemm-il darba tali sistemi tal-exhaust:
|
(a) |
huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi diġà fl-użu; u |
|
(b) |
jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba. |
Artikolu 3
L-ebda Stat Membru ma jista', għal raġunijiet li jirrigwardaw il-livell permissibli tal-ħoss jew is-sistema tal-exhaust, jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE jew nazzjonali fir-rigward ta’ komponent ta’ sistema tal-exhaust meqjus bħala unità teknika separata:
|
(a) |
jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I rigward il-livell tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust; |
|
(b) |
jekk il-komponent ta’ sistema tal-exhaust, ikkunsidrat bħala unità teknika separata skont it-tifsira tal-punt 25 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 4
1. L-ebda Stat Membru ma jista', għal raġunijiet li jirrigwardaw il-livell permissibli tal-ħoss jew is-sistema tal-exhaust, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ xi komponent ta’ sistema tal-exhaust ikkunsidrat bħala unità teknika separata skont it-tifsira tal-punt 25 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE jekk, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, ikun ta’ tip li fir-rigward tiegħu ngħatat l-approvazzjoni tat-tip.
2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ dawk il-vetturi bil-mutur li l-livell tal-ħoss jew is-sistema tal-exhaust tagħhom ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.
Artikolu 5
L-emendi meħtieġa biex jiġu adattati r-rekwiżiti tal-Annessi I, II u III biex jittieħed kont tal-progress tekniku, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2.1 u 2.2 ta’ l-Anness I, għandhom ikunu adottati b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 7
Id-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness IV, Parti A hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 8
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 32.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.
(3) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16.
(4) Ara l-Anness IV, Parti A.
(5) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(6) Ippubblikat bħala Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(7) ĠU L 334, 28. 12. 1999, p. 41.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Lista tal-Annessi
|
ANNESS I: |
Dispożizzjonijiet għall- approvazzjoni tat-tip KE rigward il- livell tal- ħoss ta’ tip ta’ vettura bil-mutur:
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE |
||||||
|
ANNESS II: |
Dispożizzjonijiet amministrattivi għall- approvazzjoni tat-tip KE ta’ sistemi tal-exhaust bħala unitajiet tekniċi separati (sistemi tal-exhaust ta’ sostituzzjoni)
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE
|
||||||
|
ANNESS III: |
Rekwiżiti tekniċi |
||||||
|
ANNESS IV: |
|
||||||
|
ANNESS V: |
Tabella ta’ Korrelazzjoni |
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/232 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa ***I
P7_TA(2011)0211
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija ta’ karreġġata dejqa (test kodifikat) (COM(2010)0610 – C7-0340/2010 – 2010/0302(COD))
2012/C 377 E/38
(Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0610), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0340/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0098/2011), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 84, 17.3.2011, p. 54.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0302
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġjata dejqa (Kodifikazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, b'karreġjata dejqa (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 87/402/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (5) u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija f'dak li jirrigwarda l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VIII, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għal tratturi kif definiti fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
(a) |
għoli mill-art sal-qiegħ ta’ mhux aktar minn 600 mm taħt il-punti l-aktar baxxi tal-fusien ta’ quddiem u ta’ wara, li jippermettu għad-differenzjal; |
|
(b) |
wisa' minima ta’ bejn iż-żewġ roti, iffissata jew li jista' jiġi aġġustata, ta’ wieħed mill-fusien inqas minn 1 150 mm mgħammar b'tajers ta’ qies akbar. Huwa preżunt illi l-fus immuntat bit-tajers aktar wisgħin huwa ssettjat f'wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ mhux aktar minn 1 150 mm. Għandu jkun possibbli li l-wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti tal-fus l-ieħor jiġi ssettjat b'tali mod li x-xfar ta’ barra tat-tajers l-aktar dojoq ma joħorġux aktar 'il barra mix-xfar tan-naħa ta’ barra tat-tajers tal-fus l-ieħor; meta ż-żewġ fusien jiġu mgħammra b'rimmijiet u b'tajers tal-istess qies, il-wisa' ta’ bejn iż-żewġ roti, iffissata jew li tista' tiġi aġġustata, taż-żewġ fusien għandu jkun inqas minn 1 150 mm; |
|
(c) |
piż ikbar minn 600 u mhux aktar minn 3 000 kilogramma, li jikkorrispondi għall-piż meta mhux mgħobbi tat-trattur kif definit fil-punt 2.1 tal-Mudell A fl-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE, inkluża l-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntata b'konformità ma’ din id-Direttiva u t-tajers tal-akbar qies kif rakkomandati mill-manifattur. |
Artikolu 2
1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ konstruzzjoni u ta’ ttestjar preskritti fl-Annessi I u II.
2. Stat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, sal-limitu li huwa meħtieġ u fejn hemm il-ħtieġa b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. Verifika bħal dik għandha tkun limitata għal spot checks.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur, li huma japprovaw skont l-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzoni tat-tip ta’ komponent KE li tkun konformi mal-eżempju muri fl-Anness IV.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha adattati biex jimpedixxu l-użu ta’ marki li x'aktarx joħolqu konfużjoni bejn strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li jkollhom l-appovazzjoni tat-tip ta’ komponent skont l-Artikolu 2 u mekkaniżmi oħrajn.
Artikolu 4
Stat Membru m'għandux jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni ta’ fil-każ ta’ qlib jew it-twaħħil tagħhom mat-trattur minħabba raġunijiet li jirrelataw mal-kostruzzjoni tagħhom jekk dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE.
Madankollu, Stat Membru jista' jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li għandhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE li jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.
Dak l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Isati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, fejn jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
Artikolu 5
L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, kopji taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE, li mudell tiegħu huwa mogħti 'fl-Anness V, mimli għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw.
Artikolu 6
1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE jiskopri li numru ta’ strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi li jġorru l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE mhumiex konformi mat-tip li hu jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom javżaw lil dawk tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda li jistgħu, fejn ikun hemm nuqqas serju u konsistenti ta’ konformità, jestendu sal-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE.
Dawk l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b'tali nuqqas ta’ konformità.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin fi żmien xahar b'kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE u bir-raġunijiet għal kull miżura bħal dik.
Artikolu 7
Kull deċiżjoni, meħuda skont id-dispożizzjonijiet adottati b'implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għal strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi, jew li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tispeċifika fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.
Deċiżjoni bħal din, għandha tiġi nnotifikata lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi infurmata bir-rimedji li huma disponibbli għaliha skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ tali rimedji.
Artikolu 8
1. F'dak li jirrigwarda tratturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri m'għandhomx:
|
(a) |
jirrifjutaw, għal tip ta’ trattur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; |
|
(b) |
jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta’ tratturi. |
2. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur jekk dan ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.
Artikolu 9
1. L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ jew l-użu ta’ xi trattur għal raġunijiet relatati mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jew it-twaħħil tagħha mat-trattur jekk dawn dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE u jekk il-kondizzjonijiet preskritti fl- Anness VI ikunu ġew sodisfatti.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, b'konformità mat-Trattat, jimponu restrizzjonijiet fuq l-użu tat-tratturi msemmija fl-Artikolu 1 f'ċerti żoni fejn is-sigurezza hekk titlob, minħabba n-natura speċifika ta’ ċerti bċejjeċ ta’ art jew uċuħ ta’ raba. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'restrizzjonijiet bħal dawn qabel dawn ikunu implimentati u bir-raġunijiet għall-adozzjoni tagħhom.
2. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw, b'konformità debita mat-Trattat, il-kondizzjonijiet li huma jqisu bħala meħtieġa biex jassiguraw li l-ħaddiema jkunu protetti waqt li jkunu qed jużaw it-tratturi kkonċernati, sakemm dan ma jfissirx li l-istrutturi ta’ protezzjoni jiġu mmodifikati b'xi mod li mhux speċifikat f'din id-Direttiva.
Artikolu 10
1. B'konnessjoni mal-approvazzjoni tat-tip KE, kull trattur imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib.
2. L-istruttura msemmija fil-paragrafu 1, sakemm din mhix struttura ta’ protezzjoni mmuntata fuq in-naħa ta’ wara, għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva jew fl- Annessi I sa IVtad- Direttivi 2009/57/KE (6) jew 2009/75/KE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 11
L-emendi meħtieġa sabiex il-kondizzjonijiet tal-Annessi I sa VII jiġu adattati biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl- Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 13
Id-Direttiva 87/402/KEE, kif emendata l-atti mniżżla fl-Anness VIII, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VIII, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.
Artikolu 14
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 84, 17.3.2011, p. 54.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.
(4) Ara l-Anness VIII, Parti A.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/237 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Il-kontrolli ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija ***I
P7_TA(2011)0212
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (test kodifikat) (COM(2010)0717 – C7-0404/2010 – 2010/0348(COD))
2012/C 377 E/39
(Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0717), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0404/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0090/2011), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 74.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0348
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Kodifikazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/415/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 86/415/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif sostitwita bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (5), u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija f’dak li jirrigwarda l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. ‘Tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija’ tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra bir-roti jew b'ċineg mingħajr tarf u li jkollha mill-inqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġbid u li tkun iddisinjata speċjalment sabiex tirmonka, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodod, makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Tista’ tkun mgħammra sabiex iġorr tagħbija jew passiġġieri.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu mgħammra b'tajers pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn 6 u 40 km/siegħa.
Artikolu 2
L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ trattur jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tiegħu jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu tiegħu għal raġunijiet ti mal-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli jekk dawn tal-aħħar jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I sa IV.
Artikolu 3
Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw, b'osservazzjoni xierqa tat-Trattat, ir-rekwiżiti li jqisu li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu protetti meta jużaw it-tratturi inkwistjoni, sakemm dan ma jfissirx li t-tratturi jiġu modifikati b'mod li mhuwiex speċifikat f'din id-Direttiva.
Artikolu 4
L-emendi neċessarji sabiex l-Annessi I sa V jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 6
Id-Direttiva 86/415/KEE, kif emendata bid-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi […],
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 74.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.
(3) OJ L 240, 26.8.1986, p. 1.
(4) Ara l-Anness VI, Parti A.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/239 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Mezzi tal-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija ***I
P7_TA(2011)0213
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi tal-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (test kodifikat) (COM(2010)0729 – C7-0421/2010 – 2010/0349(COD))
2012/C 377 E/40
(Proċedura leġislattiva ordinarja - kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0729), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0421/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-16 ta’ Frar 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 - Metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0092/2011), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 75.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0349
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi tal-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Kodifikazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE tas-6 ta’ April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 76/432/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif sostitwita bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (5), u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar mezzi tal-ibbrejkjar. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. ‘Trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija’ tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra bir-roti jew b’ċineg mingħajr tarf u li jkollha mill-inqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġbid u li tkun iddisinjata speċjalment sabiex tirmonka, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodod, makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Tista’ tkun mgħammra sabiex iġġorr tagħbija u passiġġieri.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu mgħammra b’tajers pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn is-6 u l-40 km/siegħa.
Artikolu 2
1. Fir-rigward ta’ tratturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma’ mezzi tal-ibbrejkjar:
|
(a) |
jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew |
|
(b) |
jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tratturi. |
2. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur għal raġunijiet relatati ma’ mezzi tal-ibbrejkjar, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti f’ din id-Direttiva ma jkunux ġew imħarsa.
Artikolu 3
L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu l-użu ta’ tratturi għal raġunijiet relatati mal-mezzi tal-ibbrejkjar tagħhom jekk dawk it-tratturi jkunu mgħammra bil-mezzi speċifikati fl-Annessi I sa IV u jekk dawk il-mezzi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dawk l-Annessi.
Artikolu 4
Stat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ trattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jkun informat bi kwalunkwe modifika f’komponent jew karatteristika msemmija fil-punt 1.1 tal-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeċiedu jekk għandhomx jitwettqu testijiet ġodda fuq it-tip ta’ trattur modifikat u jekk għandux jitħejja rapport ġdid. Jekk tali testijiet juru nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, il-modifika ma għandhiex tkun approvata.
Artikolu 5
L-emendi neċessarji għall-adattament tar-rekwiżiti tal-Annessi I sa V biex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 7
Id-Direttiva 76/432/KEE, kif emendata bid-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 8
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika minn […]
Artikolu 9
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 75.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.
(4) Ara l-Anness VI, Parti A.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/242 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Il-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija ***I
P7_TA(2011)0214
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (test kodifikat) (COM(2010)0746 – C7-0428/2010 – 2010/0358(COD))
2012/C 377 E/41
(Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0746), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0428/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-16 ta' Frar 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0096/2011), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 76.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0358
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Mejju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Kodifikazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 80/720/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, emendata skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tieghu, il-komponenti u l-unijajiet separati teknici u mid-Direttiva 74/150/KEE (5), u li stabbiliet preskrizzjonijiet tekniċi dwar disinn u kostruzzjoni għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-posizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni għal kull tip ta’ trattur tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE. Għalhekk, id-disposizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tieghu, il-komponenti u l-unijajiet separati teknici applikaw għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Għall-fini ta' din id-Direttiva, "trattur" ifisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji ta' tratturi li japplikaw huma dawk iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kategoriji ta' tratturi T1, T2, T3 u T4 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal tratturi tal-kategorija T4.3 fejn il-punt tal-indiċi tas-sit tas-sewwieq, kif misjub fl-Anness II tad-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) huwa aktar minn 100 mm mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-trattur.
Artikolu 2
1. Fir-rigward ta' tratturi li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I, l-Istati Membri ma jistgħux jiċħdu l-approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur jew jiċħad ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ trattur fuq raġunijiet relatati ma’:
|
(a) |
l-ispazju għall-manuvrar; |
|
(b) |
l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan (mezz ta’ dħul u ħruġ); |
|
(c) |
il-bibien u t-twieqi. |
2. Stati Membri jista’ jirrifjuta li joħroġ approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tip ta' trattur, li l-ispazju għall-immanuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, il-bibien u t-twieqi tiegħu li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-emendi li jkunu meħtieġa għall-addattazzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-Anness I għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 5
Id-Direttiva 80/720/KEE, kif emendata mid-Direttivi msemmija fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 6
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 76.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011.
(3) ĠU L 194, 28.7.1980, p. 1.
(4) Ara Anness III, Parti A ta' din il-proposta.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/245 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntat fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa ***I
P7_TA(2011)0215
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat- tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa (test kodifikat) (COM(2010)0510 – C7-0290/2010 – 2010/0264(COD))
2012/C 377 E/42
(Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0510), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0290/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0101/2011), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 33.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0264
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa (Kodifikazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa (3) ġiet emendata kemm-il darba b'mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 86/298/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (5), u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija f'dak li jirrigwarda l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tieghu, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VII, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għal tratturi kif definiti fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
(a) |
spazju mill-art ta’ mhux aktar minn 600 mm imkejla minn taħt il-punti l-aktar baxxi mill-fusien ta’ quddiem jew ta’ wara, billi jkun hemm marġini għad-differential; |
|
(b) |
wisa' tal-ispessur tal-fus fissa jew li tista' tkun aġġustata ta’ anqas minn 1 150 mm għall-fusien mgħammra bl-aktar tyres wesgħin; ladarba l-fus mgħammar bl-aktar tyres wesgħin hu meqjus li jista' jkun aġġustat għal spessur ta’ wisa' massima ta’ 1 150 mm, il-fus l-ieħor għandu jkun jista' jiġi aġġustat b'tali mod li t-trufijiet ta’ barra tal-idjaq tyres ma joħorġux lil hinn mit-trufijiet ta’ barra tat-tyres fuq il-fus bl-aktar tyres wesgħin; fejn iż- żewġ fusien huma mgħammra b'roti u tyres tal-istess daqs, il-wisa' fissa jew aġġustata tal-ispessur taż-żewġ fusien għandha tkun anqas minn 1 150 mm; |
|
(c) |
massa akbar minn 600 kilogramma u li tikkorrispondi għall-piż mhux mgħobbi tat-trattur kif definit fil-punt 2.1 tal- Mudell A fl- Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE, inkluża l-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntata skont din id-Direttiva u tyres tal-akbar daqs rakkomandati mill-manifattur. |
Artikolu 2
1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għal kwalunkwe tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li tissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar stabbiliti fl-Annessi I u II.
2. Stat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, kemm-il darba dan ikun meħtieġ, u jekk tinħass il-ħtieġa b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. Tali verifika għandha tkun limitata għal spot checks.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li huma japprovaw skont l-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE li tkun konformi mal-eżempju muri fl-Anness III.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skont l-Artikolu 2 u tagħmir ieħor.
Artikolu 4
Stat Membru ma għandux jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jew it-twaħħil tagħhom mat-trattur li għalih huma intiżi għal raġunijiet li jirrigwardaw il-kostruzzjoni kemm-il darba dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE.
B'danakollu, Stat Membru jista' jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE li konsistentement jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.
Dak l-Istat Membru għandu minufih jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
Artikolu 5
L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom, fi żmien xahar, jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn, kopja taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE, li mudell tiegħu huwa mogħti fl-Anness IV, ikkompletat għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li huma japprovaw jew inkella li jirrifjutaw milli japprovaw.
Artikolu 6
1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE jiskopri li numru ta’ strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE ma jkunux konformi mat-tip approvat, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex il-mudelli ta’ produzzjoni jsiru konformi mat-tip approvat.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jgħarrfu lil dawk tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda li jistgħu, jekk meħtieġ, meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità serju u ripetut, jestendu sal-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE.
Dawk l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b'tali nuqqas ta’ konformità.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b'kull irtirar tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE u bir-raġunijiet li jwasslu għal tali miżura.
Artikolu 7
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont id-dispożizzjonijiet adottati b'implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li tirrifjuta jew tirtira l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għal strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi, jew li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha telenka bid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.
Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu nnotifikati lill-parti kkonċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji għad-dispożizzjoni tagħha skont il-liġijiet viġenti fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permissibbli sabiex jiġu eżerċitati tali rimedji.
Artikolu 8
1. F'dak li jirrigwarda tratturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħux:
|
(a) |
jirrifjutaw, għal tip ta’ trattur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; |
|
(b) |
jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta’ tratturi. |
2. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur jekk dan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.
Artikolu 9
L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ jew l-użu ta’ xi trattur għal raġuni li tirrigwarda l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur jekk dawn jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE u jekk il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V ikunu ġew sodisfatti.
Artikolu 10
Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw, bl-osservanza meħtieġa tat-Trattat, il-ħtiġiet li huma jqisu bħala meħtieġa biex jassiguraw li l-ħaddiema jkunu protetti waqt li jkunu jużaw it-tratturi kkonċernati, sakemm dan ma jfissirx li l-istrutturi ta’ protezzjoni jiġu mmodifikati b'xi mod li mhux speċifikat f'din id-Direttiva.
Artikolu 11
1. B'konnessjoni mal-approvazzjoni tat-tip, kwalunkwe trattur li għalih jirreferi l-Artikolu 1 għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib.
2. Meta l-istruttura ta’ protezzjoni ma tkunx waħda li jkollha żewġ pilastri mmuntati quddiem is-sedil tas-sewwieq, l-istruttura li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 għandha tkun konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva jew fl-Annessi I sa IV tad-Direttivi 2009/57/KE (6) jew 2009/75/KE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 12
L-emendi meħtieġa sabiex jadattaw il-ħtiġiet ta’ l-Annessi I sa VI sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl- Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 13
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 14
Id-Direttiva 86/298/KEE, kif emendata bl-Atti elenkati fl-Anness VII, Parti A, hija mħassra bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VII, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.
Artikolu 15
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 33.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.
(3) ĠU L 186, 8.7.1986, p. 26.
(4) Ara l-Anness VII, Parti A.
(6) ĠU L 261, 3.10.2009, p. 1.
(7) ĠU L 261, 3.10.2009, p. 40.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
LISTA TA' ANNESSI
|
ANNESS I |
Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE |
||||
|
ANNESS II |
Rekwiżiti tekniċi |
||||
|
ANNESS III |
Marki |
||||
|
ANNESS IV |
Mudell ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE |
||||
|
ANNESS V |
Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE |
||||
|
ANNESS VI |
Mudell: Anness għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ trattur fir-rigward tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħhom mat-trattur |
||||
|
ANNESS VII |
|
||||
|
ANNESS VIII |
Tabella ta’ Korrelazzjoni |
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/250 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat *
P7_TA(2011)0216
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (COM(2010)0641 – C7-0403/2010 – 2007/0206(CNS))
2012/C 377 E/43
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0587) u l-proposta emendata (COM(2010)0641), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2008 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0403/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0100/2011), |
|
A. |
billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwestjoni fiha sempliċi kodifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom, |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 184E, 6.8.2009, p. 119.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/251 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni *
P7_TA(2011)0217
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (test kodifikat) (COM(2010)0691 – C7-0034/2011 – 2010/0338(NLE))
2012/C 377 E/44
(Konsultazzjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0691), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0034/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 - Metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0102/2011), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal sempliċi kodifikazzjoni tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/252 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti ***II
P7_TA(2011)0218
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari bl-għan tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta' fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessuti u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE, id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13807/4/2010 – C7-0017/2011 – 2009/0006(COD))
2012/C 377 E/45
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13807/4/2010 – C7–0017/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2009 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0031), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' April 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0086/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 255, 22.9.2010, p.37.
(2) Testi adottati tat-18.5.2010, P7_TA(2010)0168.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC2-COD(2009)0006
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1007/2011.)
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma konsapevoli mill-importanza li tiġi pprovduta informazzjoni preċiża lill-konsumaturi, b’mod partikolari meta l-prodotti jkunu mmarkati b’indikazzjoni tal-oriġni, sabiex jipproteġuhom kontra dikjarazzjonijiet frodulenti, impreċiżi jew qarrieqa. L-użu ta’ teknoloġiji ġodda, bħat-tikkettar elettroniku, inkluża l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju, jista’ jkun għodda utli biex tiġi pprovduta l-informazzjoni filwaqt li jinżamm il-pass mal-iżvilupp teknoloġiku. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni sabiex, fit-tfassil tar-rapport skont l-Artikolu 24a tar-Regolament, tikkunsidra l-impatt tagħhom fuq rekwiżiti ta’ tikkettar ġodda possibbli, inkluż bl-għan li titjieb it-traċċabilità tal-prodotti tat-tessuti.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/253 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Miżuri eċċezzjonali ta’ kummerċ għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-UE jew huma marbuta miegħu***I
P7_TA(2011)0219
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta’ Mejju 2011 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (COM(2010)0054 – C7-0042/2010 – 2010/0036(COD)) (1)
2012/C 377 E/46
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||||||
|
Emenda 12 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 a (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 13 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 b (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 14 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 15 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 |
|||||||||
|
Kwalunkwe talba għal importazzjonijiet li tkun fil-limiti ta’ din il-kwota għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur u li jagħti prova li l-prodotti joriġinaw fit-territorju kkonċernat u jikkorrispondu għad-definizzjoni fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS). |
Kwalunkwe talba għal importazzjonijiet li tkun fil-limiti ta’ din il-kwota għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur u li jagħti prova li l-prodotti joriġinaw fit-territorju kkonċernat u jikkorrispondu għad-definizzjoni fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni . Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8(2). |
||||||||
|
Emenda 16 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 3 – paragrafu 4 |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 17 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 4 |
|||||||||
|
imħassar |
||||||||
|
Emenda 18 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 7 |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 19 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 7 a (ġdid) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 20 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 c (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 7 b (ġdid) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 21 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 d (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 8 |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 22 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 e (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 10 – paragrafu 1 |
|||||||||
|
|
|
||||||||
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0243/2010).
(2) GU L 55, 28.2.2011, p. 13.
|
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/258 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju ***I
P7_TA(2011)0220
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (COM(2010)0471 – C7-0270/2010 – 2010/0252(COD))
2012/C 377 E/47
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0471), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0270/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0151/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0252
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li aġixxew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (3) jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikunu stabbiliti programmi pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru skont id-direttivi applikabbli għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għandhom jirreferu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru li jkunu meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern. Il-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju jappoġġa l-għanijiet u l-azzjonijiet prinċipali deskritti fl-Istrateġija Ewropa 2020 u fl-Aġenda Diġitali, u huwa inkluż fost il-50 azzjoni ta’ prijorità tal-Att dwar is-Suq Uniku. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (4), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess) (5), Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (6), Id-Direttiva 2002/21/KE u id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li temenda d-Direttivi 2002/21/KE 2002/19/KE, u 2002/20/KE, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (8) . Hija wkoll mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva u mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal finijiet u għad-difiża tal-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika. [Em 1] |
|
(2) |
L-ispettru huwa riżorsa pubblika prinċipali għas-setturi u għas-servizzi essenzjali, inklużi l-komunikazzjonijiet mobbli, broadband bla fili u satellitari, ix-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, it-trasport, ir-radjolokazzjoni, u applikazzjonijiet bħal sistemi ta’ allarm, kontrolli mill-bogħod, apparati li jgħinu s-smigħ, mikrofoni u tagħmir mediku. Huwa jappoġġja servizzi pubbliċi bħas-servizzi tas-sigurtà u tas-sikurezza, inkluża l-protezzjoni ċivili, u l-attivitajiet xjentifiċi, bħall-meteoroloġija, l-osservazzjoni tad-Dinja, ir-radjuastronomija u r-riċerka spazjali. L-użu effiċjenti tal-ispettru għandu rwol ukoll fl-aċċess universali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari għaċ-ċittadini u n-negozji lokalizzati f’żoni inqas popolati jew f’postijiet remoti, bħaż-żoni rurali jew il-gżejjer. Il-miżuri regolatorji dwar l-ispettru b’hekk għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi, għas-sikurezza, għas-saħħa, għall-interess pubbliku, kulturali, xjentifiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi. [Em 2] |
|
(3) |
Għandu jiġi adottat approċċ ekonomiku u soċjali mġedded fir-rigward tal-ġestjoni, l-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru, b’attenzjoni partikolari għall-formulazzjoni tar-regolamentazzjoni li tiżgura effiċjenza akbar tal-ispettru, ippjanar u salvagwardji aħjar tal-frekwenza kontra mġiba antikompetittiva u t-teħid ta’ miżuri antisoċjali fir-rigward tal-użu tal-ispettru. [Em 3] |
|
(4) |
L-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikabbru s-suq uniku għas-servizzi u għat-tagħmir tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili kif ukoll politiki oħrajn tal-Unjoni li jeżiġu l-użu tal-ispettru, biex b’hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni , u ħolqien ta’ impjiegi, u simultanjament jagħtu kontribut għall-irkupru ekonomiku u għall-integrazzjoni soċjali mal-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. L-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru hija essenzjali anki biex tiġi garantita l-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-komunikazzjonijiet elettroniċi u biex jinħolqu ekonomiji ta’ skala li jnaqqsu kemm l-ispejjeż tal-istallazzjoni ta’ netwerks bla fili u l-ispejjeż tal-apparat bla fili għall-konsumaturi. Għal dan il-għan, l-Unjoni għalhekk teħtieġ programm ta’ politika li jkorpi s-suq intern fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) , it-trasport , il-kultura u l-enerġija. Għandu jkun assolutament evitat kwalunkwe dewmien tar-riforma neċessarja permezz tad-detenturi tad-drittijiet. [Em 4] |
|
(5) |
Dan l-ewwel programm għandu jippromwovi l-kompetizzjoni, joħloq kundizzjonijiet ta’ parità fuq livell pan-Ewropew u jqiegħed is-sisien għal suq diġitali uniku ġenwin. Sabiex jiġu żgurati l-potenzjal sħiħ u l-benefiċċji għall-konsumaturi ta’ dan il-programm għall-ispettru tar-radju u għas-suq uniku, il-progamm għandu jkun integrat bi proposti futuri u ġodda li se jippermettu l-iżvilupp tal-ekonomija online bħal rigward il-protezzjoni tad-data u s-sistema Ewropea tal-liċenzji għall-kontenut online. [Em 5] |
|
(6) |
Dan l-ewwel programm għandu jappoġġja b’mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv meta jiġi kkunsidrat il-potenzjal kbir tas-servizzi bla fili sabiex jippromwovu ekonomija bbażata fuq l-informazzjoni, jiżviluppaw u jgħinu lis-setturi li jiddependu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u jegħlbu l-qasma diġitali. L-esplożjoni tas-servizzi tal-mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżiva u l-kontenut online, b'mod partikolari, qiegħda żżid id-domanda għall-veloċità u l-kopertura. Dan il-programm huwa wkoll azzjoni prinċipali fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (9) li għandha l-għan li twassal internet bil-broadband veloċi fl-ekonomija tal-għarfien futura bbażata fuq in-netwerks, b’mira ambizzjuża għal koperatura broadband universali . Il-provvista tal-ogħla veloċitajiet u l-aħjar kapaċitajiet possibbli għall-internet bil-broadband, l-iżgurar ta’ veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps għal kulħadd sal-2020 fejn tal-inqas nofs id-djar Ewropej ikollhom aċċess għall-broadband b'veloċità ta’ mill-inqas 100 Mbps huma fatturi importanti biex irawmu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività globali , u meħtieġa biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli ta’ suq diġitali uniku. Barra minn hekk, għandu jappoġġja u jippromwovi politiki settorjali oħrajn tal-Unjoni bħal ambjent sostenibbli u inklużjoni ekonomika u soċjali għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Minħabba l-importanza tal-applikazzjonijiet bla fili għall-innovazzjoni, dan il-programm huwa wkoll inizjattiva prinċipali li jappoġġja l-politiki tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni. [Em 6] |
|
(7) |
L-ewwel programm għandu jwitti l-pedamenti għal żvilupp fejn l-Unjoni tista’ tieħu r-riedni f’idejha fir-rigward tal-veloċitajiet, tal-mobilità, tal-kopertura u tal-kapaċità tal-broadband. Tali sens ta’ tmexxija huwa essenzjali biex jiġi stabbilit suq uniku diġitali kompetittiv, liema suq iwassal għall-ftuħ ta’ suq intern għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. [Em 7] |
|
(8) |
L-ewwel programm għandu jistipula l-prinċipji u l-għanijiet ▐ għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sal-2015, u għandu jistabbilixxu inizjattivi implimentattivi speċifiċi. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ispettru għadha fil-parti l-kbira kompetenza nazzjonali, din għandha tkun eżerċitata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni eżistenti u għandha tagħti lok għal azzjoni sabiex ikunu segwiti l-politiki tal-Unjoni.<BR>[Em 8] |
|
(9) |
Il-programm għandu jikkunsidra wkoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u l-kompetenza teknika tal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT) sabiex il-politiki tal-Unjoni li jiddependu mill-ispettru u ġew miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill ikunu jistgħu jiġu implimentati b’miżuri tekniċi implimentattivi, fejn jiġi nnotat li tali miżuri jistgħu jittieħdu kull meta jkun meħtieġ sabiex jiġu implimentati politiki tal-Unjoni diġà eżistenti. |
|
(10) |
L-iżgurar tal-użu ottimali u produttiv tal-ispettru bħala prodott pubbliku jista’ jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri joħorġu b’soluzzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni innovattivi bħall-użu kollettiv tal-ispettru, awtorizzazzjonijiet ġenerali jew kondiviżjoni tal-infrastruttura apparti soluzzjonijiet tradizzjonali bħall-irkanti . L-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ din ix-xorta fl-Unjoni tista’ tiġi ffaċilitata bl-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki u bl-inkoraġġiment tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, kif ukoll bid-definizzjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet komuni jew konverġenti għall-użu tal-ispettru. L-awtorizzazzjonijiet ġenerali, li huma l-iktar sistema adegwata u l-inqas sistema ta’ awtorizzazzjoni oneruża, huma ta’ interess partikolari fejn l-interferenza ma tirriskjax li tfixkel l-iżvilupp ta’ servizzi oħrajn , u l-aktar xierqa bi qbil mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/20/KE. [Em 9] |
|
(11) |
In-negozju fid-drittijiet tal-ispettru flimkien ma’ kundizzjonijiet flessibbli ta’ użu għandhom ikunu ta’ benefiċċju sostanzjali għat-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, il-meded fejn il-liġi tal-Unjoni diġà introduċiet użu flessibbli għandhom ikunu jistgħu jiġu nnegozjati immedjatament f’konformità mad-Direttiva 2002/21/KE. Barra minn hekk, prinċipji komuni għall-format u għall-kontenut ta’ drittijiet li jistgħu jiġu nnegozjati ta’ din ix-xorta kif ukoll miżuri komuni sabiex tkun ipprevenuta akkumulazzjoni tal-ispettru li tista’ toħloq pożizzjonijiet dominanti kif ukoll nuqqas mhux xieraq li jintuża l-ispettru akkwistat, għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni koordinata mill-Istati Membri kollha ta’ dawn il-miżuri u jiffaċilitaw l-akkwist ta’ drittijiet ta’ din ix-xorta fi kwalunkwe post fl-Unjoni. Barra minn hekk, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-‘Aġenda Diġitali għall-Ewropa’, parti mir-rikavat li ġej mill-bejgħ bi rkant tad-drittijiet tal-ispettru tar-radju (‧dividend diġitali‧) għandha tintuża biex jaċċelera l-espansjoni tal-kopertura bil-broadband. [Em 11] |
|
(12) |
Kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili huwa mezz importanti sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni, lill-kundizzjonijiet ta’ parità fuq livell pan-Ewropew, lill-għażla tal-konsumaturi u lill-aċċess f’żoni rurali u żoni oħrajn, fejn l-użu tal-broadband bil-fili huwa diffiċli jew mhux vijabbli ekonomikament. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru tista’ taffettwa l-kompetizzjoni billi tbiddel ir-rwol u s-setgħa tal-parteċipanti fis-suq, pereżempju jekk l-utenti eżistenti jibbenifikaw minn vantaġġi kompetittivi mhux xierqa. Aċċess limitat għall-ispettru, b’mod partikolari meta l-ispettru adattat isir iktar skars, jista’ joħloq ostakolu għad-dħul ta’ servizzi jew applikazzjonijiet ġodda u jfixkel l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist ta’ drittijiet ġodda għall-użu, inkluż permezz tan-negozju fl-ispettri, jew ta’ tranżazzjonijiet oħrajn bejn l-utenti, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti. L-Istati Membri għandhom għalhekk iwettqu analiżi bir-reqqa tal-effetti tal-kompetizzjoni qabel allokazzjonijiet ġodda tal-ispettru kif ukoll jieħdu miżuri regolatorji ex ante jew ex post xierqa (bħal azzjoni sabiex jiġu emendati d-drittijiet eżistenti, ikunu pprojbiti ċerti akkwisti tad-drittijiet tal-ispettru, ikunu imposti kundizzjonijiet fuq il-ħżin tal-ispettru u fuq l-użu effiċjenti, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE, sabiex ikun limitat l-ammont ta’ spettru għal kull operatur, jew sabiex tkun evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ spettru), sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni skont il-prinċipji tal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE u l-Artikolu 1(2) tad- Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (10) (id-‧Direttiva GSM ‧). L-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu passi biex jiksbu allokazzjoni iktar ugwali tal-ispettru bejn l-operaturi ekonomiċi billi jirriservaw spettru għall-applikanti l-ġodda għal firxa ta’ frekwenza jew grupp ta’ firxiet b’karatteristiċi simili. [Em 12] |
|
(13) |
L-użu ottimali u effiċjenti tal-ispettru jeżiġi monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi, u informazzjoni trasparenti aġġornata dwar l-użu tal-ispettru mal-Unjoni kollha. Filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità (11) teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar id-drittijiet għall-użu, fl-Unjoni huwa meħtieġ inventarju dettaljat tal-użu eżistenti tal-ispettru u l-effiċjenza ta’ tali użu, wara metodoloġija ta’ analiżi u ta’ valutazzjoni komuni, sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru u tat-tagħmir tar-radju, b’mod partikolari bejn it-300 MHz u s-6 GHz, imma wkoll bejn 6GHz u 70GHz għax dawn il-frekwenzi se jsiru aktar u aktar importanti wara l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi. L-inventarju għandu jkun biżżejjed dettaljat biex jiġu identifikati teknoloġiji u użi ineffiċjenti kemm fis-setturi privati kif ukoll f’dawk pubbliċi, u anki assenjazzjonijiet u opportunitajiet għal kondiviżjoni mhux użati, u sabiex ikunu evalwati l-ħtiġijiet futuri tal-konsumaturi u tan-negozji. Barra minn hekk, meta dak li jkun iqis it-tkabbir kontinwu tal-għadd ta’ applikazzjonijiet li jużaw data bla fili, l-Istati Membri jmisshom jippromwovu l-użu effiċjenti tal-ispettru għall-applikazzjonijiet tal-utenti. [Em 13] |
|
(14) |
Filwaqt li mil-lat teknoloġiku għadhom qegħdin jiġu żviluppati, l-hekk imsejħa "teknoloġiji konjittivi" diġà għandhom jiġu eżaminati ulterjorment u implimentati permezz ta’ informazzjoni ġeolokalizzata dwar l-użu tal-ispettru, li għandha tiġi rreġistrata fl-inventarju. [Em 89] |
|
(15) |
Standards armonizzati skont id-Direttiva 1999/5/KE t huma essenzjali sabiex jinkiseb użu effiċjenti tal-ispettru u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni ddefiniti legalment. L-istandards Ewropej għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi mhux tar-radju għandhom ukoll jevitaw disturbi għall-użu tal-ispettru. L-impatt kumulattiv taż-żieda fil-volum u fid-densità tal-apparati u tal-applikazzjonijiet bla fili flimkien mad-diversità tal-użu tal-ispettru jikkumplika l-approċċi attwali għall-ġestjoni tal-interferenzi. Dawn għandhom jiġu eżaminati u vvalutati mill-ġdid flimkien mal-karatteristiċi tar-riċevituri u ma’ mekkaniżmi iktar sofistikati biex ikunu evitati l-interferenzi bil-għan li jiġu evitati interferenza jew disturb dannużi għall-użu attwali u futur tal-ispettru. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fejn hu xieraq, jintroduċu, bi qbil mal-liġi nazzjonali, miżuri ta’ kumpens relatati mal-ispiża diretta biex jissolvew il-kwistjonijiet ta’ interferenza u l-ispejjeż ta’ migrazzjoni. [Em 14] |
|
(16) |
Skont l-għanijiet tal-inizjattiva prinċipali tal-Kummissjoni “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” is-servizzi tal-broadband bla fili jagħtu kontribut sostanzjali għall-irkupru u għat-tkabbir ekonomiku jekk ikun disponibbli spettru suffiċjenti, id-drittijiet għall-użu jingħataw malajr u n-negozju jitħalla jadatta ruħu għall-evoluzzjoni tas-suq. L-Aġenda Diġitali tagħmel sejħa biex sal-2020 iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għal broadband ta’ mill-inqas 30 Mbps. Għalhekk, l-ispettru li diġà kien armonizzat għandu jkun awtorizzat sal-2012 għall-komunikazzjonijiet terrestri sabiex ikun żgurat aċċess faċli għall-broadband bla fili għal kulħadd, b’mod partikolari fil-meded tal-ispettru indikati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/477/KE (12), 2008/411/KE (13) u 2009/766/KE (14). Sabiex ikunu kkomplementati s-servizzi broadband terrestri u sabiex tkun żgurata kopertura tal-parti l-kbira taż-żoni l-iktar imbiegħda tal-Unjoni, aċċess broadband satellitari bi prezzijiet għall-bwiet ta’ kulħadd jista’ jkun soluzzjoni veloċi u fattibbli. [Em 15] |
|
(17) |
Skont dak li jirriżulta minn studji konverġenti multipli, it-traffiku mobbli ta’ data qed jiżdied rapidament u attwalment qed jirdoppja kull sena. B’din ir-rata, li jidher li se tkompli għaddejja fis-snin li ġejjin, it-trażmissjoni tad-data bil-mobiles se tkun żdiedet bi kważi 40 darba iktar bejn l-2009 u l-2014. Sabiex jiġi ġestit dan it-tkabbir esponenzjali, se jkun meħtieġ li r-regolaturi u l-operaturi tas-suq jieħdu għadd ta’ azzjonijiet biex iżidu l-effiċjenza ġenerali tal-ispettru, jallokaw eventwalment aktar frekwenzi armonizzati tal-ispettru tal-broadband bla fili u jitfgħu t-traffiku fuq 'netwerks oħrajn permezz ta’ apparat multimodali. [Em 16] |
|
(18) |
Għandhom jiġu introdotti aktar arranġamenti flessibbli li jiggvernaw l-użu tal-ispettru biex ikunu jitrawmu l-innovazzjoni u l-konnessjonijiet veloċi bil-broadband li jippermettu lill-impriżi jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jżidu l-kompetittività tagħhom u li jagħmlu possibbli l-iżvilupp ta’ servizzi interattivi ġodda online fl-oqsma, pereżempju, tal-edukazzjoni u tas-saħħa u tas-servizzi ta’ interess ġenerali. [Em 17] |
|
(19) |
Suq Ewropew bi kważi 500 miljun persuna konnessi mal-internet bil-broadband veloċi għandu jwassal għall-iżvilupp tas-suq intern, billi joħloq massa kritika unika ta’ utenti, billi jesponi lir-reġjuni kollha għal opportunitajiet ġodda u billi jagħti lil kull utent valur miżjud u lill-Unjoni l-kapaċità li tkun l-aqwa ekonomija bbażata fuq l-għarfien fid-dinja. Id-distribuzzjoni rapida tal-broadband hija kruċjali għall-iżvilupp tal-produttività fl-Unjoni u għall-emerġenza ta’ intrapriżi ġodda u żgħar li jistgħu jkunu minn ta’ quddiem f’setturi differenti, pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-manifattura u fl-industrija tas-servizzi. [Em 18] |
|
(20) |
L-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (ITU) stmat li r-rekwiżiti tal-bandwidth tal-ispettru fil-futur għall-iżvilupp tat- Telekomunikazzjonijiet Mobbli Internazzjonali-2000 (IMT-2000) u s-sistemi avvanzati IMT (jiġifieri komunikazzjonijiet bil-mobiles permezz tat-3G u l-4G) se jammontaw għal 1 280 u 1 720 MHz fl-2020 għall-industrija tal-mobiles kummerċjali għal kull reġjun ITU inkluża l-Ewropa. Jekk ma jkunx hemm spettru addizzjonali disponibbli, preferibbilment b'mod armonizzat fil-livell globali, is-servizzi ġodda u t-tkabbir ekonomiku se jiġu mfixkla minn restrizzjonijiet ta’ kapaċità fin-netwerks tal-mobile. [Em 19] |
|
(21) |
Barra minn ftuħ fil-pront u favorevoli għall-kompetizzjoni tal-medda ta’ frekwenzi 880-915 MHz u 925-960 MHz (il-‧medda ta’ 900 MHz‧) skont id-Direttiva 2009/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-medda ta’ 790-862 MHz (il-‧medda ta’ 800 MHz‧) tista’ tintuża b’mod ottimali biex żoni kbar ikunu koperti mis-servizzi broadband bla fili. Il-bini fuq l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi skont id-Deċiżjoni 2010/267/UE tas- 6 ta’ Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-medda ta’ frekwenzi 790-862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea (16) , u fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/848/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tiffaċilita l-liberazzjoni tad-dividend diġitali fl-Unjoni Ewropea (17) li tagħmel sejħa biex ix-xandir analoġiku jintefa sal-1 ta’ Jannar 2012, u meta jiġu kkunsidrati l-iżviluppi regolatorji nazzjonali mgħaġġla, fil-prinċipju din il-medda għandha tkun disponibbli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni sal-2013. Implimentazzjoni mgħaġġla fir-r-rigward ta’ dik il-band hija bżonnjuża biex jiġu evitati disturbi tekniċi, b’mod partikolari fir-reġjuni transkonfinali bejn l-Istati Membri . Meta tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-medda tat-800 MHz sabiex tittrażmetti fuq żoni kbar, mad-drittijiet għandhom ikunu marbuta obbligi ta’ kopertura miksuba permezz tal-prinċipji tan-newtralità teknika u tas-servizzi . Spettru addizzjonali għal servizzi broadband bla fili fil-medda ta’ 1 452-1 492 MHz (il-‧medda ta’ 1,5 GHz‧) u il-medda ta’ 2 300-2 400 MHz (il-‧medda ta’ 2,3 GHz‧) għandha tingħata biex tissodisfa d-domanda dejjem ikbar għat-traffiku tal-mobiles u għandha tiżgura kundizzjonijiet ta’ parità bejn id-diversi soluzzjonijiet teknoloġiċi u sostenn għall-emerġenza ta’ operaturi pan-Ewropej fi ħdan l-Unjoni. L-allokazzjoni għas-servizzi mobbli ta’ aktar frekwenzi tal-ispettru, pereżempju l-medda ta’ 694-790 MHz (il-‧medda ta’ 700 MHz‧) għandha tkun valutata skont ir-rekwiżiti futuri ta’ kapaċità għas-servizzi bil-broadband bla fili u t-TV terrestri. [Em 20] |
|
(22) |
Żieda fl-opportunitajiet ta’ internet bil-broadband fuq il-mobiles hija kruċjali biex is-settur kulturali jiġi provdut bi pjattaformi ġodda ta’ distribuzzjoni, u b’hekk titwitta t-triq għall-iżvilupp prosperu tas-settur fil-futur. Huwa essenzjali li s-servizzi tat-televixin terresti u atturi oħra jkunu kapaċi jżommu s-servizzi eżistenti meta parti addizzjonali tal-ispettru tkun disponibbli għas-servizzi bla fili. L-ispejjeż tal-migrazzjoni, li jirriżultaw mill-ftuħ ta’ spettru addizzjonali, jistgħu jiġu koperti permezz ta’ miżati għal-liċenzji, biex b’hekk ikun hemm il-possibbiltà li x-xandara jkollhom l-istess opportunitajiet li attwalment jeżistu f’partijiet oħra tal-ispettru. [Em 21] |
|
(23) |
Sistemi ta’ aċċess bla fili, inklużi n-netwerks ta’ aċċess lokali tar-radju qed jisbqu l-allokazzjonijiet attwali fuq bażi mhux liċenzjata ta’ 2,4 GHz u 5 GHz. Sabiex nakkomodaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġiji bla fili jeħtieġ li jkun hemm mezzi usa’, biex b’hekk veloċitajiet ogħla minn 1 Gbps ikunu possibbli. Madankollu l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-allokazzjonijiet ta’ spettru mingħajr liċenzja, inklużi n-netwerks ta’ aċċess lokali tar-radju, stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE (18), għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-inventarju tal-użi attwali u mal-ħtiġijiet emerġenti għall-ispettru u li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru għal użi oħrajn. [Em 22 u 25] |
|
(24) |
Filwaqt li x-xandir ser jibqa' pjattaforma importanti ta’ distribuzzjoni ta’ kontenut, peress li din hi l-aktar pjattaforma ekonomika għad-distribuzzjoni tal-massa, broadband, tal-linji fissi u tal-mobile, u servizzi oħrajn ġodda, li jipprovdu opportunitajiet ġodda biex is-settur kulturali jiddiversifika l-firxa ta’ pjattaformi ta’ distribuzzjoni tiegħu, sabiex joffri servizzi fuq talba u biex isir użu mill-potenzjal ekonomiku għal-tkabbir qawwi fit-trażmissjoni tad-data. [Em 23] |
|
(25) |
L-istess bħal fil-każ tal-GSM, sistema li ġiet adottata b’suċċess madwar id-dinja grazzi għal armonizzazzjoni bikrija u deċiżiva pan-Ewropea, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tistabbilixxi l-aġenda globali għall-allokazzjonijiet mill-ġdid tal-ispettru fil-futur speċjalment għall-iktar parti effiċjenti tal-ispettru. Ftehimiet li jistgħu jintlaħqu fil-Konferenza Dinjija dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju (WRC) tal-2016 se jkunu kruċjali biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni globali u l-koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi ġirien. [Em 24] |
|
(26) |
Peress li approċċ komuni u l-ekonomiji ta’ skala huma kruċjali sabiex jiġu żiluppati komunikazzjonijiet broadband mal-Unjoni kollha u sabiex ikunu pprevenuti d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq fost l-Istati Membri, ċerti kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u proċedurali għandhom jiġu ddefiniti f’azzjoni miftiehma, fost l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet għandhom primarjament jiżguraw aċċess ta’ membri ġodda għal meded aktar baxxi permezz ta’ rkanti jew ta’ proċeduri ta’ kompetizzjoni oħrajn. Il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll obbligi ta’ kopertura, daqs tal-blokk tal-ispettru, l-għażla taż-żmien meta jingħataw id-drittijiet, l-aċċess għall-operaturi tan-netwerk ċellulari virtwali (MVNO) u kemm idumu d-drittijiet għall-użu. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tan-negozju fl-ispettru għal użu effiċjenti dejjem ikbar tal-ispettru , filwaqt li jiffaċilitaw l-emerġenza ta’ servizzi pan-Ewropej ġodda u filwaqt li jiżviluppaw is-suq intern għat-tagħmir u għas-servizzi bla fili, dawn il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-meded tal-ispettru li jiġu allokati lill-komunikazzjonijiet bla fili, u li għalihom id-drittijiet għall-użu jistgħu jiġu ttrasferiti jew jinkrew. [Em 26] |
|
(27) |
Spettru addizzjonali jista’ jkun meħtieġ minn setturi oħrajn bħat-trasport (għal sistemi ta’ sikurezza, informazzjoni u ġestjoni), ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kultura, is-saħħa elettronika (e-health), l-inklużjoni elettronika (e-inclusion) u l-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f’diżastri (PPDR) , u din tal-aħħar b'kunsiderazzjoni tal-użu akbar tat-trażmissjonijiet ta’ vidjo u data biex jingħata servizz rapidu u aktar effiċjenti . L-ottimizzazzjoni tas-sinerġji u tar-rabtiet diretti bejn il-politika dwar l-ispettru u l-attivitajiet ta’ R&Ż kif ukoll it-twettiq ta’ studji dwar il-kompatibbiltà tar-radju bejn l-utenti differenti tal-ispettru għandhom jgħinu lill-innovazzjoni. Organizzazzjonijiet ta’ riċerka rilevanti għandhom jgħinu fl-iżvilupp tal-aspetti tekniċi tar-regolamentazzjoni tal-ispettru, prinċipalment billi jipprovdu faċilitajiet għall-ittestjar sabiex ikunu vverifikati l-mudelli tal-interferenzi rilevanti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati tar-riċerka taħt is-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (19) jeżiġu l-eżami tal-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-proġetti li jista’ jkollhom potenzjal ekonomiku jew ta’ investiment kbir, b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), eż. ir-radju konjittiv jew is-saħħa elettronika. Għandha tkun żgurata anki protezzjoni adegwata minn interferenza dannuża sabiex ikunu sostnuti attivitajiet ta’ R&Ż u xjentifiċi. [Em 27] |
|
(28) |
L-Istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi l-għanijiet ambjentali għal ekonomija sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, pereżempju billi ttejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi b’20 %. Is-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għandu rwol prinċipali kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. L-azzjonijiet proposti jinkludu aċċellerazzjoni tal-użu mal-Unjoni kollha ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija intelliġenti (grids intelliġenti u miters intelliġenti) billi jintużaw kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni ħalli jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, u l-iżvilupp ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport u ġestjoni intelliġenti tat-traffiku ħalli jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mis-settur tat-trasport. L-użu effiċjenti tat-teknoloġiji tal-ispettru jista’ anki jgħin biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija mit-tagħmir tar-radju u biex jiġi limitat l-impatt ambjentali f’żoni rurali u mbiegħda. |
|
(29) |
Il-ħarsien tas-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi huwa essenzjali għall-benesseri taċ-ċittadini u għal approċċ koerenti għall-awtorizzazzjoni tal-ispettru fl-Unjoni. Għalkemm il-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra l-kampijiet elettromagnetiċi hija diġa' koperta mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar kemm il-pubbliku ġenerali jista’ jesponi ruħu fit-tul għall-kampijiet elettromanjetiċi (O Hz sa 300 GHz) (20), huwa essenzjali li jinkiseb għarfien aħjar tar-reazzjonijiet ta’ organiżmi ħajjin għall-kampijiet elettromanjetiċi u biex jiġi żgurat monitoraġġ kostanti tal-effetti jonizzanti u mhux jonizzanti tal-użu tal-ispettru fuq is-saħħa, inklużi l-effetti kumulattivi fuq il-ħajja reali tal-użu tal-ispettru f’diversi frekwenzi minn numru dejjem ikbar ta’ tipi ta’ tagħmir. Filwaqt li tinkiseb sigurtà pubblika adegwata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw miżuri protettivi b'teknoloġija u servizzi newtrali. [Em 28] |
|
(30) |
L-għanijiet essenzjali ta’ interess pubbliku bħas-sikurezza tal-ħajja jitolbu soluzzjonijiet tekniċi koordinati għall-ħidma kkombinata tas-servizzi ta’ sikurezza u ta’ emerġenza bejn l-Istati Membri. Għandu jkun disponibbli, fi blokk tal-ispettru tar-radju koordinat b’mod pan-Ewropew , spettru suffiċjenti għall-iżvilupp u għaċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi u tal-apparati tas-sikurezza u għal soluzzjonijiet pan-Ewropej jew interoperabbli innovattivi ta’ sikurezza u ta’ emerġenza. Studji diġà wrew il-ħtieġa għal spettru armonizzat addizzjonali taħt il-1 GHz sabiex jingħataw servizzi broadband mobbli għall-PPDR, mal-Unjoni kollha bejn il-5 u l-10 snin li ġejjin. Kull allokazzjoni armonizzata addizzjonali tal-ispettru għall-PPDR li hi anqas minn 1 GHz għandha tinkludi wkoll rieżami tad-disponibbiltà jew tal-qsim potenzjali ta’ spettru ieħor miżmum mill-PPDR. [Em 29] |
|
(31) |
Ir-regolamentazzjoni tal-ispettru għandha dimensjonijiet transkonfinali u internazzjonali kbar, minħabba karatteristiċi ta’ propagazzjoni, in-natura internazzjonali tas-swieq li jiddependu minn servizzi bbażati fuq ir-radju, u l-ħtieġa li tkun evitata interferenza dannuża bejn il-pajjiżi. Barra minn hekk, ir-referenzi għal ftehimiet internazzjonali fid-Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE kif emendati mid-Direttiva 2009/140/KE jfissru li l-Istati Membri m’għandhomx jidħlu għal obbligi internazzjonali li jipprevjenu jew jirrestrinġu t-twettiq tal-obbligi tagħhom tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom, skont il-ġurisprudenza, jidħlu għall-isforzi kollha meħtieġa biex jippermettu rappreżentanza xierqa tal-Unjoni fi kwistjonijiet taħt il-kompetenza tagħha f'entitajiet internazzjonali inkarigati bil-koordinazzjoni tal-ispettru. Barra minn hekk, fejn tkun involuta politika jew kompetenza tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tixpruna politikament il-preparazzjoni tan-negozjati u għandha tiżgura li l-Unjoni titkellem b'leħen wieħed f’negozjati multilaterali, għall-ħolqien ta’ sinerġiji u ekonomiji ta’ skala globali fl-użu tal-ispettru inkluż fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) li jikkorrispondi għal-livell ta’ responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet relatati mal-ispettru skont il-liġi tal-Unjoni. [Em 30] |
|
(32) |
Sabiex ikun hemm evoluzzjoni mill-prattika attwali u bini fuq il-prinċipji ddefiniti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Frar 1992 dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-Konferenza Amministrattiva Dinjija tar-Radju tal-1992, u fejn il-WRC u negozjati multiltaterali oħrajn imissu prinċipji u kwistjonijiet ta’ politika b’dimensjoni sinifikanti tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tkun tista’ tistabbilixxi proċeduri ġodda sabiex tiddefendi l-interessi tagħha f’negozjati multilaterali, minbarra l-għan fit-tul li ssir membru tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni flimkien mal-Istati Membri; għal dan il-għan, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG), tista’ anki tipproponi għanijiet ta’ politika komuni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif inhu stabbilit fid-Direttiva 2002/21/KE. |
|
(33) |
Sabiex tiġi evitata pressjoni dejjem akbar fuq il-medda ta’ frekwenza riżervata għan-navigazzjoni satellitari u għall-komunikazzjoni satellitari, dik il-medda ta’ frekwenza għandha tkun żgurata fl-ippjanar tal-użu tal-ispettru l-ġdid. Il-WRC tal-2012 tinkludi kwistjonijiet speċifiċi ta’ rilevanza għall-Unjoni bħad-dividend diġitali, is-servizzi xjentifiċi u metereoloġiċi, l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, il-komunikazzjonijiet satellitari u l-użu tal-ispettru għal Galileo (stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2002 tal-21 ta’ Mejju 2002 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo (21) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 (22) tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita, kif ukoll il-Programm Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Dinja (GMES) (23) għal użu aħjar tad-dejta tal-osservazzjoni tad-Dinja. [Em 31] |
|
(34) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu n-negozjati bilaterali ma’ pajjiżi terzi ġirien, inklużi pajjiżi kandidati u dawk potenzjali , sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Unjoni tagħhom rigward il-kwistjonijiet tal-koordinazzjoni tal-frekwenzi u sabiex jippruvaw jilħqu ftehim li jista’ jistabbilixxi preċedent pożittiv għal Stati Membri oħra . L-Unjoni għandha tassisti lill-Istati Membri permezz ta’ appoġġ tekniku u politiku fin-negozjati bilaterali u multilaterali tagħhom ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi ġirien inklużi pajjiżi kandidati u dawk potenzjali. Dan għandu jgħin ukoll sabiex tkun evitata interferenza dannuża u sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-ispettru u l-konverġenza tal-użu tal-ispettru anki lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. L-azzjoni hija partikolarment urġenti fil-meded tat-800 MHz u tat-3,4-3,8 GHz għat-tranżizzjoni għat-teknoloġiji broadband ċellulari u għall-armonizzazzjoni tal-ispettru meħtieġa għall-modernizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. [Em 32] |
|
(35) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan il-Programm, huwa importanti li jiġi żviluppat qafas istituzzjonali xieraq għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni u tar-regolamentazzjoni tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu b’mod sħiħ il-kompetenza u l-għarfien espert tal-amministrazzjonijiet nazzjonali. Tali qafas jista’ jgħin anki biex il-koordinazzjoni tal-ispettru bejn l-Istati Membri titqiegħed fil-kuntest tas-suq intern. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni huma wkoll essenzjali bejn il-korpi ta’ standardizzazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u s-CEPT. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta annwalment rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar l-azzjonijiet futuri ppjanati. [Em 33] |
|
(37) |
Meta fasslet il-proposta tagħha, il-Kummissjoni ħadet fl-ikbar kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-RSPG. |
|
(38) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni mogħtija lill-atturi fis-suq permezz tad-Direttiva 2009/140/KE. [Em 34] |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għan u ambitu
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm multiannwali tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern.
2. Din id-Deċiżjoni tkopri s-suq intern fl-oqsma kollha ta’ politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru kif inhu, iżda mhux limitat biss, għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, it-trasport, l-enerġija u l-politika awdjoviżiva.
3. Din id-Deċiżjoni hi bi qbil mal-liġi attwali tal-UE, u b'mod partikolari mad-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 1999/5/KE, kif ukoll mad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, u wkoll ma’ miżuri meħuda fil-livell nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-UE u b'rispett tal-ftehimiet internazzjonali speċifiċi, inkluż ir-Regolamenti tar-Radju tal-ITU.
4. Din id-Deċiżjoni hi mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda fil-livell nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-UE, għall-ilħuq ta’ objettivi ta’ interess ġenerali b'mod partikolari rigward ir-regolamentazzjoni tal-kontenut u tal-politika awdjoviżiva. [Em 35]
Artikolu 2
Prinċipji regolatorji ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b’mod trasparenti sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji regolatorji ġenerali li ġejjin mal-Unjoni kollha:
|
(a) |
ikun inkoraġġit l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għall-użu tal-frekwenzi li jirriflettu l-valur soċjali, kulturali u ekonomiku tal-ispettru ; ▐ |
|
(b) |
tiġi applikata l-iktar sistema xierqa u non-diskriminatorja u l-inqas sistema ta’ awtorizzazzjoni oneruża possibbli b’tali mod li jiġu massimizzati l-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru; |
|
(c) |
jiġi ggarantit l-iżvilupp tas-suq intern u tas-servizzi diġitali billi jkunu żgurati l-kompetizzjoni effettiva u kundizzjonijiet ta’ parità pan-Ewropej u billi tiġi promossa l-emerġenza ta’ servizzi pan-Ewropej ; |
|
(d) |
il-promozzjoni tal-innovazzjoni; |
|
(e) |
titqies b’mod sħiħ il-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-effett tal-emissjonijiet mill-kampijiet elettromanjetiċi fuq is-saħħa tal-bniedem, meta jkunu qed jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru; |
|
(f) |
tiġi promossa n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fl-użu tal-ispettru. [Em 36] |
2. Bi qbil mal-Artikoli 8a, 9 u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE u mad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, għandhom jiġu applikati l-prinċipji speċifiċi li ġejjin għall-komunikazzjonijiet elettroniċi:
|
(a) |
tiġi applikata n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fl-użu tal-ispettru għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u t-trasferiment jew il-kiri ta’ drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju; |
|
(b) |
tiġi promossa l-armonizzazzjoni tal-użu tal-frekwenzi tar-radju fl-Unjoni kollha, f’konsistenza mal-ħtieġa li jiġi żgurat użu effettiv u effiċjenti ta’ dawk il-frekwenzi; |
|
(c) |
l-iffaċilitar taż-żieda tat-trażmissjoni tad-data tal-mobiles u tas-servizzi tal-broadband, b’mod partikolari billi titrawwem il-flessibbiltà, u tkun promossa l-innovazzjoni, billi titqies il-ħtieġa li tiġi evitata l-interferenza dannuża u tiġi żgurata l-kwalità teknika tas-servizz; |
|
(d) |
tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni effikaċi, bil-prevenzjoni tal-akkumulu eċċessiv ta’ frekwenzi tar-radju b'miżuri ex-ante jew ex-post li jirriżulta fi ħsara sinifikanti għall-kompetizzjoni. [Em 37] |
Artikolu 3
Għanijiet tal-politika
Sabiex jiffokaw fuq il-prijoritajiet ta’ dan l-ewwel programm, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jappoġġjaw u jimplimentaw l-għanijiet tal-politika li ġejjin:
|
(a) |
ikun allokat spettru xieraq u suffiċjenti għat-traffiku tad-data tal-mobiles, li jammonta għal tal-anqas 1 200 MHz sal-2015, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju, sabiex ikunu appoġġjati l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni, u biex jissodisfaw bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għat-traffiku tad-data tal-mobiles, biex b’hekk isir possibbli l-iżvilupp ta’ servizzi kummerċjali u pubbliċi, filwaqt li jitqiesu objettivi importanti ta’ interess ġenerali bħalma huma d-diversità kulturali u l-pluraliżmu tal-media; [Em 38] |
|
(b) |
titnaqqas il-qasma diġitali u jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, billi jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għall-broadband b'veloċita' ta', mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 u billi jkun possibbli li l-Unjoni jkollha l-ogħla veloċità u l-aħjar kapaċità ta’ broadband possibbli; [Em 39] |
|
(c) |
tingħata l-possibbiltà lill-Unjoni li tkun minn ta’ quddiem fil-komunikazzjoni elettronika bla fili tas-servizzi tal-broadband billi tiftaħ spettru addizzjonali suffiċjenti fil-meded li huma l-iktar effiċjenti f’sens ta’ infiq biex dawn is-servizzi jkunu disponibbli kullimkien; [Em 40] |
|
(d) |
billi jiġu żgurati opportunitajiet kemm għas-settur kummerċjali kif ukoll għas-servizzi pubbliċi permezz ta’ żieda fil-kapaċitajiet tal-broadband fuq il-mobiles; [Em 41] |
|
(e) |
tiġi massimizzata l-flessibbiltà fl-użu tal-ispettru, sabiex ikunu promossi l-innovazzjoni u l-investiment, permezz ta’ applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi applikati b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha ħalli jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs pan-Ewropej għall-partijiet kollha bejn is-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jistgħu jiġu adottati u permezz ta’ prevedibbiltà regolatorja adegwata , permezz tal-ftuħ tal-ispettru armonizzat għal teknoloġiji avvanzati ġodda, u permezz tal-possibbiltà ta’ negozju fid-drittijiet tal-ispettru , u b’hekk jinħolqu l-opportunitajiet biex jiġu stabbiliti servizzi pan-Ewropej ; [Em 42] |
|
(f) |
jitkabbar l-użu effiċjenti tal-ispettru billi jsir użu mill-benefiċċji tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u jiġi miżjud l-użu ta’ tipi ta’ awtorizzazzjoni ta’ din ix-xorta; |
|
(g) |
jinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tal-infrastruttura passiva fejn din tkun proporzjonali u mhux diskriminatorja, kif hemm previst fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/21/KE; [Em 43] |
|
(h) |
tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tkun ipprevenuta akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-ante jew billi jinsab rimedju għal akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-post li tirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni; permezz ta’ rtirar tad-drittijiet tal-frekwenza jew miżuri oħrajn, jew billi jiġu assenjati frekwenzi b’tali mod li jiġu kkoreġuti d-distorsjonijiet tas-suq ; [Em 44] |
|
(i) |
titnaqqas il-frammentazzjoni u jintuża bl-aħjar mod il-potenzjal tas-suq intern sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ parità fil-livell pan-Ewropew ħalli jittrawmu t-tkabbir ekonomiku u l-ekonomiji ta’ ambitu u ta’ skala fil-livell tal-Unjoni billi jittejbu l-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni kif inhu xieraq tal-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu u għad-disponibbiltà tal-ispettru ▐; [Em 45] |
|
(j) |
tkun evitata interferenza dannuża jew disturbi dannużi minn apparati tar-radju jew mhux tar-radju oħrajn billi jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ standards li jagħtu lok għal użu flessibbli u effiċjenti tal-ispettru, u billi titkabbar l-immunità tar-riċevituri għall-interferenza, fejn jitqies partikolarment l-impatt kumulattiv tal-volumi u tad-densità dejjem ikbar tal-apparati u tal-applikazzjonijiet tar-radju; |
|
(k) |
meta jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet tekniċi għall-allokazzjoni tal-ispettru, jitqiesu b’mod sħiħ ir-riżultati tar-riċerka ċċertifikati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti fl-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem tal-emissjonijiet tal-kampijiet elettromanjetiċi u jiġu applikati b’mod li jkun newtrali kemm fis-sens teknoloġiku u kemm fis-sens tas-servizzi; [Em 46] |
|
(l) |
tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti u t-teknoloġiji l-ġodda tal-konsumatur ħalli tiġi żgurata l-approvazzjoni tal-konsumaturi għat-tranżizzjoni għat-teknoloġija diġitali u l-użu effiċjenti tad-dividend diġitali; [Em 47] |
|
(m) |
titnaqqas il-marka tal-karbonju tal-Unjoni billi tittejjeb l-effiċjenza teknika tan-netwerks u l-applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bla fili. [Em 48] |
Artikolu 4
Iktar effiċjenza u flessibbiltà
1. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ allokazzjoni li huma simili għal xulxin u xierqa għall-iżvilupp tas-servizzi broadband, f’konformità mad-Direttiva 2002/20/KE, bħal li l-operaturi rilevanti, fejn ikun possibbli u fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 12, jitħallew ikollhom aċċess dirett jew indirett għal blokki biswit xulxin tal-ispettru ta’ mill-inqas 10 MHz , biex b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu l-aħjar kapaċitajiet u l-ogħla veloċitajiet broadband possibbli, kif ukoll biex tkun possibbli kompetizzjoni effettiva . [Em 49]
2. L-Istati Membri għandhom irawmu, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-użu kollettiv tal-ispettru kif ukoll l-użu kondiviż u mingħajr liċenzja tal-ispettru. Għandhom jippromwovu wkoll l-iżvilupp tat-teknoloġiji attwali u ġodda bħalma huma d-databases tal-ġeolokalizzazzjoni u r-radju konjittiv, pereżempju fl-'ispazji bojod' wara li tkun saret valutazzjoni kif suppost tal-impatt. Dawk il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jiġu meħuda fi żmien tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. [Em 90]
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżviluppaw u jarmonizzaw l-istandards għat-tagħmir tar-radju u għat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi bbażati, fejn ikun meħtieġ, fuq mandati ta’ standardizzazzjoni mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni rilevanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil standards ta’ tagħmir li għandu jintuża minn persuni b’diżabilità, iżda mingħajr ma jiċċaħħdu mid-dritt li jużaw tagħmir mhux standardizzat jekk din tkun il-preferenza tagħhom. Koordinazzjoni effiċjenti ta’ armonizzazzjoni u standardizzazzjoni tal-ispettru għandha tkun partikolarment importanti f'dan ir-rigward sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw tagħmir li jiddependi mill-ispettru tar-radju mingħajr restrizzjoni u fis-suq intern kollu. [Em 51]
4. L-Istati Membri għandhom jintensifikaw l-attivitajiet tar-R&Ż dwar teknoloġiji ġodda bħalma huma t-teknoloġiji konoxxittivi peress li l-iżvilupp tagħhom jista’ jirrappreżenta valur miżjud fil-ġejjieni f’dik li hi effiċjenza tal-użu tal-ispettru. [Em 52]
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ selezzjoni jippromwovu l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ta’ parità fuq livell pan-Ewropew, l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru bħala prodott pubbliku kif ukoll il-koeżistenza bejn is-servizzi u l-apparati ġodda u eżistenti . Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu effiċjenti dejjem għaddej tal-ispettru kemm għan-netwerks u kemm għall-applikazzjonijiet tal-utenti. [Em 53]
6. Sabiex tkun evitata frammentazzjoni possibbli tas-suq intern minħabba kundizzjonijiet u proċeduri ta’ selezzjoni diverġenti għal meded tal-ispettru armonizzati allokati lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li setgħu jiġu nnegozjati fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 9b tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, u bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandha tidentifika l-aqwa prattiki u tinkoraġixxi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni għal meded ta’ din ix-xorta u tiżviluppa linji gwida dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal meded ta’ din ix-xorta, pereżempju dwar kundizzjonijiet ta’ kondiviżjoni tal-infrastruttura u ta’ kopertura , biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ parità fuq il-livell pan-Ewropew, li twettqu permezz tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz . [Em 54]
7. ▐ Sabiex ikun żgurat l-użu effettiv tad-drittijiet tal-ispettru u jkun evitat il-ħżin tal-ispettru, l-Istati Membri għandhom , fejn ikun meħtieġ, jieħdu miżuri xierqa inklużi penali finanzjarji , l-użu ta’ onorarji ta’ inċentiv u l-irtirar tad-drittijiet. [Em 55]
8. Il-miżuri li l-Istati Membri għandhom jaddottaw skont il-paragrafu 1 għandhom jittieħdu flimkien mal-ftuħ tal-medda 900 MHz fil-futur qrib, skont id-Direttiva ‧GSM‧ u b'tali mod li jippromwovi kompetizzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu b'mod mhux diskriminatorju u ma jistgħux ifixklu l-kompetizzjoni għall-vantaġġ tal-operaturi li huma diġà dominanti fis-suq. [Em 56]
Artikolu 5
Kompetizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iżommu u jippromwovu kompetizzjoni effettiva u jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kemm fis-suq intern u kemm fis-swieq nazzjonali speċifiċi . [Em 57]
2. Sabiex jimplimentaw għal kollox l-obbligi tal-paragrafu 1, u b’mod partikolari sabiex jiżguraw irwieħhom li l-kompetizzjoni ma tkunx suġġetta għal distorsjonijiet minħabba kwalunkwe allokazzjoni, akkumulazzjoni, trasferiment jew modifika fid-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri għandhom, qabel l-allokazzjoni ppjanata tal-ispettru, jeżaminaw bir-reqqa jekk l-allokazzjoni tkunx probabbli li tgħawweġ jew tnaqqas il-kompetizzjoni fis-swieq mobbli kkonċernati, filwaqt li jqisu d-drittijiet eżistenti tal-ispettru li jinsabu f’idejn operaturi relevanti tas-suq. Jekk l-allokazzjoni tal-ispettru x’aktarx li tgħawweġ jew tnaqqas il-kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri l-aktar xierqa biex jippromwovu kompetizzjoni effikaċi , u tal-anqas waħda mill-miżuri li ġejjin, li huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni: [Em 58]
|
(a) |
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont ta’ spettru li għalih jingħataw drittijiet għall-użu lil kwalunkwe operatur ▐ jew jistgħu jorbtu kundizzjonijiet ma’ drittijiet għall-użu ta’ din ix-xorta, bħall-provvista ta’ aċċess bl-ingrossa, roaming nazzjonali jew reġjonali, f’ċerti meded jew f’ċerti gruppi ta’ meded b’karatteristiċi simili, pereżempju l-meded taħt il-1 GHz allokati lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; [Em 59] |
|
(b) |
L-Istati Membri jistgħu jirriservaw ċerta parti minn medda tal-ispettru jew grupp ta’ meded tal-ispettru għall-allokazzjoni lil min ikun dieħel ġdid li ma jkunux ġew allokati xi spettru qabel jew li kienu allokati spettru konsiderevolment inqas, sabiex ikun żgurat li jkun hemm sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet indaqs bejn dawk li jkunu daħlu fi stadju bikri fis-suq mobbli u dawk li jkunu għadhom deħlin ġodda billi jiġi żgurat aċċess għall-meded aktar baxxi tal-ispettru fuq termini ugwali; [Em 60] |
|
(c) |
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu drittijiet għall-użu ġodda jew jippermettu użi ta’ spettru ġodda f’ċerti meded, jew jistgħu jorbtu kundizzjonijiet mal-għoti ta’ drittijiet għall-użu ġodda jew mal-awtorizzazzjoni ta’ użi tal-ispettru ġodda, meta dan jista’ jwassal għal akkumulazzjoni ta’ frekwenzi tal-ispettru minn ċerti operaturi ekonomiċi , u tali akkumulazzjoni x'aktarx tirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni; [Em 61] |
|
(d) |
L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jimponu kundizzjonijiet fuq trasferimenti ċerti tranżazzjonijiet li jittrasferixxu d-drittijiet għall-użu tal-ispettru, li ma jkunux suġġetti għal kontroll tal-amalgamazzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni, meta dan x'aktarx jirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni; |
|
(e) |
L-Istati Membri jistgħu jemendaw id-drittijiet eżistenti, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata l-akkumulazzjoni eċċessiva tal-frekwenzi tal-ispettru ex-post f’ċerti operaturi ekonomiċi li għandha ċans kbir li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni . [Em 62] |
3. Meta l-Istati Membri jkunu jixtiequ jadottaw kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri kif inhu stipulat fil-paragrafu 2, huma għandhom jagħmlu dan billi jimponu l-kundizzjonijiet f’konformità mal-proċeduri dwar l-impożizzjoni jew il-varjazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu tal-ispettru stipulati fid-Direttiva 2002/20/KE. [Em 63]
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ selezzjoni jevitaw id-dewmien , huma nondiskriminatorji u jippromwovu kompetizzjoni effettiva billi jipprevjenu kull eżitu potenzjali kontra l-kompetittività għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-Unjoni . [Em 64]
Artikolu 6
Spettru għal komunikazzjonijiet broadband bla fili
1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tan-newtralità tas-servizzi u tat-teknoloġija, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li fl-Unjoni jiġi allokat spettru suffiċjenti armonizzat għal finijiet ta’ kopertura u ta’ kapaċità, biex b’hekk l-Unjoni jkollha l-ogħla veloċità ta’ broadband fid-dinja ħalli jkun żgurat li l-applikazzjonijiet bla fili u s-sens ta’ tmexxija tal-Ewropa fir-rigward tas-servizzi l-ġodda jagħtu kontribut effettiv għat-tkabbir ekonomiku, u 31sabiex tintlaħaq il-mira li, sal-2020, iċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal broadband b’veloċitajiet ta’ mhux inqas minn 30 Mbps. [Em 65]
2. Sal-1 ta’ Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-meded indikati mid-Deċiżjonijiet 2008/477/KE (2,5–2,69 GHz), 2008/411/KE (3,4–3,8 GHz) u 2009/766/KE (900/1 800 MHz), disponibbli, bil-għan li jippromwovu disponibbiltà aktar wiesgħa tas-servizzi broadband bla fili għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-Unjoni, mingħajr ħsara għall-installar eżistenti u futur ta’ servizzi oħra li għandhom aċċess ugwali għal dan l-ispettru taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f’dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. [Em 66]
3. L-Istati Membri għandhom jippromwovu t-titjib dejjem għaddej min-naħa tal-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tan-netwerks tagħhom biex jilħqu t-teknoloġija l-aktar riċenti u l-aktar effiċjenti, bil-għan li joħolqu d-dividenti tagħhom stess. [Em 67]
4. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-medda tat-800 MHz disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. F’każijiet eċċezzjonali biss iġġustifikati kif suppost għal raġunijiet tekniċi u storiċi , il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi speċifiċi sa tmiem l-2015 bħala tweġiba għal applikazzjoni motivata kif suppost mill-Istat Membru ikkonċernat . Jekk il-problemi traskonfinali tal-koordinazzjoni tal-frekwenzi ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar ikomplu jipprevjenu aktar id-disponibbiltà tal-medda, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi annwali eċċezzjonali sakemm tali ostakoli jitneħħew. Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha żżomm taħt eżami l-użu tal-ispettru taħt il-1 GHz u tivvaluta jekk l-ispettru addizzjonali jistax jiġi lliberat u disponibbli . [Em 68]
5. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, hija mistiedna tieħu azzjoni fil-livelli xierqa biex tikseb armonizzazzjoni ulterjuri u tuża b’mod aktar effiċjenti l-medda ta’ 1,5 GHz u l-medda ta’ 2,3 GHz għal servizzi broadband bla fili.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament ir-rekwiżiti ta’ kapaċità għas-servizzi broadband bla fili u, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tevalwa, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015, il-ħtieġa għal azzjoni għall-armonizzazzjoni ta’ meded addizzjonali tal-ispettru, bħal pereżempju l-medda ta’ 700 MHz. Din il-valutazzjoni għandha tqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tal-ispettru, l-esperjenzi tas-suq ma’ servizzi ġodda, il-ħtiġijiet futuri possibbli tax-xandir tar-radju u tat-televixin terrestri u n-nuqqas ta’ spettru f’meded oħrajn adegwati għall-kopertura tal-broadband bla fili.
L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li, fejn huwa xieraq, l-ispiża diretta għall-migrazzjoni jew l-allokazzjoni mill-ġdid tal-użu tal-ispettru jkunu adegwatament ikkumpensati skont il-liġi nazzjonali. [Em 69]
6. Il-Kummissjoni , f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura ruħha li l-provvista ta’ aċċess għas-servizzi broadband permezz tal-medda ta’ 800 MHz ikun inkoraġġit f’żoni ftit li xejn popolati, pereżempju permezz tal-obbligi tal-koperatura akkwistati bi qbil mal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi .
L-Istati Membri, f’kooperazjoni mal-Kummissjoni, għandha teżamina modi u, fejn ikun meħtieġ, tieħu miżuri tekniċi u regolatorji sabiex tiżgura li l-liberalizzazzjoni tal-medda tat-800 MHz ma taffettwax ħażin lill-utenti tal-ħolqien ta’ programmi u ta’ avvenimenti speċjali (PMSE). [Em 70]
7. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tevalwa l-probabilità li testendi l-allokazzjonijiet tal-ispettru mingħajr liċenzja għas-sistemi ta’ aċċess bla fili inklużi n-netwerks lokali tar-radju stabbiliti mid-Deċiżjoni 2005/513/KE1 għall-medda kollha tal-5 GHz.
Il-Kummissjoni hija mistiedna tkompli bl-aġenda armonizzata adottata fil-fora internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-Konferenzi Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni ITU. [Em 71]
8. Il-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tadotta, bħala prijorità, miżuri xierqa, skont l-Artikolu 9b(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, sabiex tiżgura ruħha li l-Istati Membri jippermettu negozju fl-Unjoni tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru fil-meded armonizzati ta’ 790–862 MHz, 880–915 MHz, 925–960 MHz, 1 710–1 785 MHz, 1 805–1 880 MHz, 1 900–1 980 MHz, 2 010–2 025 MHz, 2 110–2 170 MHz, 2,5–2,69 GHz, u 3,4–3,8 GHz u partijiet addizzjonali oħra tal-ispettru li qed tiġi liberalizzata għas-servizzi mobbli, mingħajr preġudizzju għall-użu eżistenti u futur ta’ servizzi oħra li għandhom aċċess ugwali għal dan l-ispettru taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. [Em 72]
9. Biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal servizzi diġitali avvanzati inkluż il-broadband, b’mod partikolari żoni mbiegħda u li fihom ma tantx joqgħodu nies, l-Istati Membri u l- Kummissjoni tista' tesplora jekk meded tal-ispettru suffiċenti huma disponibbli għall-provvista ta’ servizzi satellitari broadband li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għall-internet ▐. [Em 73]
10. L-Istati Membri għandhom, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jeżaminaw il-possibbiltà li jinxterdu d-disponibbiltà u l-użu taċ-ċelloli pico u femto. Huma għandhom iqisu b’mod sħiħ il-potenzjal ta’ dawk l-istazzjonijiet bażi ċellulari u tal-użu tal-ispettru b’mod kondiviż u mingħajr liċenzja biex tiġi pprovduta l-bażi ta’ wireless netwerks tat-tip mesh, li jista’ jkollhom rwol ewieni biex jitnaqqas id-distakk diġitali. [Em 92]
Artikolu 7
Ħtiġijiet relatati mal-ispettru għal politiki ta’ komunikazzjoni bla fili oħra
Biex jappoġġjaw l-iżvilupp addizzjonali tal-media awdjoviżiva innovattiva u ta’ servizzi oħra għaċ-ċittadini tal-Unjoni, billi jikkunsidraw il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta’ suq diġitali uniku, l-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw biżżejjed disponibbiltà tal-ispettru għall-provvista satellitari u terrestri ta’ servizzi bħal dawn. <BR>[Em 75]
Artikolu 8
Ħtiġijiet relatati mal-ispettru għal politiki speċifiċi tal-Unjoni oħra [Em 76]
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw irwieħhom mid-disponibbiltà tal-ispettru u jipproteġu l-frekwenzi tar-radju meħtieġa għall-monitoraġġ tal-atmosfera u tas-superfiċje tad-Dinja, fejn jippermettu l-iżvilupp u l-esplojtazzjoni tal-applikazzjonijiet spazjali u jtejbu s-sistemi ta’ trasport, b’mod partikolari għas- sistema ċivili globali ta’ navigazzjoni bis-satellita Galileo, il-programm ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), u sistemi intelliġenti ta’ sikurezza tat-trasport u ġestjoni tat-trasport.
2. F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq studji u teżamina l-possibbiltà li tfassal skemi ta’ awtorizzazzjoni li għandhom jagħtu kontribut għal politika dwar livell baxx ta’ karbonju, billi tiġi ffrankata l-enerġija fl-użu tal-ispettru kif ukoll billi l-ispettru jitqiegħed għad-dispożizzjoni tat-teknoloġiji bla fili b’potenzjal biex itejbu l-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija ta’ netwerks tad-distribuzzjoni oħrajn bħall-provvista tal-ilma , inklużi l-grids intelliġenti u s-sistemi ta’ miters intelliġenti. [Em 77]
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li jkun disponibbli spettru suffiċjenti f’kundizzjonijiet armonizzati u f'meded armonizzati għall-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f’diżastri (PPDR) u biex jittieħdu azzjonijiet sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sikurezza u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-apparati relatati kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli u innovattivi għall-PPDR. Biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru, il-Kummissjoni għandhateżamina l-possibbiltà li jintużaw frekwenzi militari mill-PPDR . [Em 78]
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw il-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-komunità xjentifika u akkademika u jikkollaboraw magħha; għandhom jidentifikaw numru ta’ inizjattivi ta’ riċerka u ta’ żvilupp kif ukoll applikazzjonijiet innovattivi li jista’ jkolhom impatt soċjoekonomiku kbir u/jew potenzjal għal investiment kbir u jippreparaw għall-allokazzjoni ta’ spettru suffiċjenti għal applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta f’kundizzjonijiet tekniċi armonizzati u bl-inqas piż amministrattiv oneruż. [Em 79]
5. L-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, ifittxu sett minimu ta’ meded ċentrali armonizzati għall-PMSE fl-Unjoni, skont l-objettivi tal-Unjoni biex itejbu l-integrazzjoni tas-suq intern u l-aċċess għall-kultura. Dawn il-meded armonizzati għandhom ikunu tal-frekwenza 1 GHz jew ogħla. [Em 80]
6. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw d-disponibbiltà tal-ispettru għall-RFID (identifikazzjoni tal-frekwenza tar/radju) u (teknoloġiji oħra tal-komunikazzjoni bla fili tal-IOT (Internet of Things) u għandhom jaħdmu favur l-istandardizzazzjoni tal-allokazzjoni tal-ispettru għall-komunikazzjoni tal-IOT fl-Istati Membri. [Em 81]
Artikolu 9
Inventarju u monitoraġġ tal-użi eżistenti ta’ u tal-ħtiġijiet emerġenti għall-ispettru
1. Il-Kummissjoni għandha toħloq inventarju tal-użu eżistenti sħiħ tal-ispettru tar-radju li għal dik ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data fattwali neċessarja kollha .
L-informazzjoni provduta mill-Istati Membri għandha tkun dettaljata biżżejjed biex tagħmilha possibbli li l-inventarju jivvaluta l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru kif ukoll jidentifka opportunitajiet futuri possibbli għall-armonizzazzjoni tal-ispettru sabiex jiġu appoġġati l-politiki tal-Unjoni.
Bħala l-ewwel pass, l-inventarju għandu jinkludi frekwenzi fil-medda mit-300 MHz sas-6 GHz, li għandhom jiġu segwiti minn frekwenzi fil-medda mis-6 GHz sas-70 GHz.
Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni fuq bażi speċifika għal-liċenzja li tinkludi utenti kemm mis-settur pubbliku kif ukoll kummerċjali bla preġudizzju għaż-żamma ta’ informazzjoni li tkun sensittiva għan-negozju u kunfidenzjali. [Em 82]
2. L-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu , fuq il-bażi ta’ kriterji u metodi trasparenti u definiti b'mod ċar, jippermetti l-valutazzjoni tal-effiċjenza teknika tal-użi eżistenti tal-ispettru u l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet ineffiċjenti, kif ukoll tal-opportunitajiet tal-ispettru u tal-kondiviżjoni tal-ispettru li ma ntużawx jew li ntużaw b’mod ineffiċjenti , ibbażati fuq kriterji u metodoloġiji trasparenti, ċari u definiti b’mod konġunt . Dan għandu jiżgura wkoll li, fil-każ ta’ użu mhux ottimu tal-ispettru, jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi massimizzata l-effiċenza. Huwa għandu jqis il-ħtiġijiet futuri , inklużi dawk għaż-żmien twil, għal spettru bbażat fuq id-domandi tal-konsumaturi , tal-komunitajiet, tan-negozji u tal-operaturi, u l-possibbiltà li jiġu sodisfatti ħtiġijiet ta’ din ix-xorta. [Em 83]
3. L-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu janalizza d-diversi tipi ta’ użu tal-ispettru kemm minn utenti privati kif ukoll minn utenti pubbliċi, u jgħin fl-identifikazzjoni tal-meded tal-ispettru li jistgħu jiġu assenjati jew allokati mill-ġdid sabiex jiżdied l-użu effiċjenti tagħhom, tiġi promossa l-innovazzjoni u titkabbar il-kompetizzjoni fis-suq intern, għall-benefiċċju kemm tal-utenti privati kif ukoll tal-utenti pubbliċi, filwaqt li jitqiesu kemm l-impatt pożittiv kif ukoll dak negattiv fuq l-utenti eżistenti ta’ meded ta’ din ix-xorta.
4. L-inventarju għandu jinkludi wkoll rapport tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jiġu implimentati deċiżjonijiet fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-armonizzazzjoni u l-użu tal-meded ta’ frekwenza speċifiċi. [Em 84]
Artikolu 10
Negozjati internazzjonali
1. L-Unjoni għandha tipparteċipa f’negozjati internazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet relatati mal-ispettru sabiex tiddefendi l-interessi tagħha u tiżgura li l-Unjoni jkollha pożizzjoni waħda , filwaqt li taġixxi skont il-liġi tal-Unjoni dwar, fost l-oħrajn, il-prinċipji tal-kompetenzi interni u esterni tal-Unjoni. [Em 85]
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet internazzjonali li huma parti għalihom fil-kuntest tal-ITU, jkunu konformi ma’ leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, u partikolarment mar-regoli u l-prinċipji rilevanti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamenti internazzjonali jippermettu l-użu sħiħ tal-meded ta’ frekwenza għall-għanijiet li għalihom ġew iddeżinjati skont il-liġi tal-Unjoni; u li ammont suffiċjenti ta’ spettru protett b’mod xieraq ikun disponibbli għall-implimentazzjoni tal-politiki settorjali tal-Unjoni. [Em 86]
4. ▐ Sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispettru li inkella ma jħallux li l-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni rigward il-politika u l-ġestjoni tal-ispettru , l-Unjoni għandha tgħin lill-Istati Membri b’appoġġ politiku u tekniku fin-negozjati bilaterali u multilaterali tagħhom ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi terzi ġirien, inklużi l-pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali . L-Unjoni għandha tappoġġja wkoll l-isforzi ta’ pajjiżi terzi sabiex jimplimentaw ġestjoni tal-ispettru li tkun kompatibbli ma’ dik tal-Unjoni, ħalli jiġu salvagwardjati l-għanijiet tal-politika dwar l-ispettru tal-Unjoni. [Em 87]
5. Meta jkunu qed jinnegozjaw ma’ pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom ikunu marbuta bl-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni. Meta jiffirmaw jew jaċċettaw b’xi mod ieħor kwalunkwe obbligu internazzjonali li jikkonċerna l-ispettru, l-Istati Membri għandhom jakkumpanjaw il-firma tagħhom jew kwalunkwe att ieħor ta’ aċċettazzjoni b’dikjarazzjoni konġunta li tiddikjara li għandhom jimplimentaw ftehimiet jew impenji internazzjonali ta’ din ix-xorta skont l-obbligi tagħhom taħt it-trattati.
Artikolu 11
Kooperazzjoni fost il-korpi differenti
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-isfond istituzzjonali attwali, ħalli jrawmu koordinazzjoni tal-ġestjoni tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni, inkluż fi kwistjonijiet li jaffetwaw direttament żewġ Stati Membri jew iktar bil-għan li jiġi żviluppat is-suq intern u jkun żgurat li l-għanijiet tal-politika dwar l-ispettru tal-Unjoni jintlaħqu b’mod sħiħ. Huma għandhom ifittxu li jippromwovu l-interessi tal-Unjoni relatati mal-ispettru barra mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 10.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-korpi ta’ standardizzazzjoni, is-CEPT u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jikkooperaw mill-qrib fi kwalunkwe kwistjoni teknika, kull meta dan ikun meħtieġ sabiex ikun żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru. Għal dan l-għan, huma għandhom iżommu konnessjoni koerenti bejn il-ġestjoni u l-istandardizzazzjoni tal-ispettru b’tali mod li jtejbu s-suq intern.
Artikolu 12
Konsultazzjoni pubblika
Kull meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex tiġbor il-fehmiet tal-partijiet interessati kollha kif ukoll il-fehmiet tal-pubbliku inġenerali dwar l-użu tal-ispettru fl-Unjoni.
Artikolu 13
Rapportaġġ
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-applikazzjoni ta’ dan il-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju . Il-Kummissjoni, annwalment, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet żviluppati u l-miżuri adottati skont din id-Deċiżjoni. [Em 88]
Artikolu 14
Notifika
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika sal-1 ta’ Lulju 2015 sakemm ma ġiex speċifikat mod ieħor fl-artikoli preċedenti.
Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tkun analizzata l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53.
(2) Pozizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.
(3) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(5) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.
(6) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
(7) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.
(8) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(9) COM(2010)0245.
(10) ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85.
(11) ĠU L 129, 17.5.2007, p. 67.
(12) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500 - 2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 37).
(13) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 144, 4.6.2008, p. 77).
(14) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32).
(15) ĠU L 274, 20.10.2009, p. 25.
(16) ĠU L 117, 11.5.2010, p. 95.
(17) ĠU L 308, 24.11.2009, p. 24.
(18) Deċiżjoni 2005/513/KE tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 22).
(19) Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).
(20) ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.
(21) ĠU L 138, 28.5.2002, p. 1.