ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.373.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 373

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
1 ta' Diċembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 373/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 366, 24.11.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 373/02

Kawża C-417/12 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2012 mir-Renju tad-Danimarka mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit-3 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-212/09, Ir-Renju tad-Danimarka vs Il-Kummissjoni Ewropea

2

2012/C 373/03

Kawża C-418/12 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 minn TME SpA — Termomeccanica Ecologia mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-4 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-329/11 — TME SpA — Termomeccanica Ecologia vs Il-Kummissjoni Ewropea

3

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 373/04

Kawża T-14/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Vanhecke vs Il-Parlament (Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament — Tneħħija tal-immunità — Rikors għal annullament — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

4

2012/C 373/05

Kawża T-491/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanziji — Infiq eskluż mill-finanzjament — Primjums fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż — Kontrolli fuq il-post)

4

2012/C 373/06

Kawża T-220/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni vs EU Research Projects (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni fil-qasam tas-Soċjetà tal-informatika konvivjali — Irtirar tal-proġett — Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati mill-Kummissjoni — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

4

2012/C 373/07

Kawża T-286/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Fondation IDIAP vs Il-Kummissjoni (Klawsola ta’ arbitraġġ — Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratti dwar il-proġetti Amida, Bacs u Dirac — Spejjeż eliġibbli — Mudell ta’ spejjeż addizzjonali — Salarju tar-riċerkaturi li jibbenefikaw minn kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat — Nuqqas ta’ riżorsi proprji tal-kontraenti)

5

2012/C 373/08

Kawża T-447/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, żvilupp u appoġġ ta’ applikazzjonijiet tal-informatika — Ċaħda tal-offerti tar-rikorrenti u għoti tal-kuntratti lil offerent ieħor — Kriterji ta’ għażla — Kriterji ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

5

2012/C 373/09

Kawża T-485/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — MIP Metro vs UASI — J. C. Ribeiro (MISS B) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MISS B — Trade Mark nazzjonali verbali preċedenti miss H — Trade Mark internazzjonali verbali preċedenti Miss H — Trade Marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti Miss H. — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

6

2012/C 373/10

Kawża T-340/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Régie Networks u NRJ Global vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Għajnuna mill-Istat — Preskrizzjoni — Dannu li jagħti lok għal kumpens — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta)

6

2012/C 373/11

Kawża T-417/12: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2012 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)

6

2012/C 373/12

Kawża T-419/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — LVM vs Il-Kummissjoni

7

2012/C 373/13

Kawża T-420/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — VHV vs Il-Kummissjoni

8

2012/C 373/14

Kawża T-421/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — Württembergische Gemeinde-Versicherung vs Il-Kummissjoni

8

2012/C 373/15

Kawża T-424/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Gaumina UAB vs European Institute for Gender Equality

9

2012/C 373/16

Kawża T-427/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

10

2012/C 373/17

Kawża T-438/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

11

2012/C 373/18

Kawża T-439/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni

11

2012/C 373/19

Kawża T-440/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummisjoni

12

2012/C 373/20

Kawża T-441/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Trenzas y Cables de Acero vs Il-Kummissjoni

12

2012/C 373/21

Kawża T-446/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2012 — Drex Technologies vs Il-Kunsill

12

2012/C 373/22

Kawża T-402/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2012 — Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni

13

2012/C 373/23

Kawża T-617/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2012 — Meyr-Melnhof Karton vs UASI — Stora Enso (SILVAWHITE)

13

2012/C 373/24

Kawża T-96/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

13

2012/C 373/25

Kawża T-105/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

13

2012/C 373/26

Kawża T-260/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

13

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/1


2012/C 373/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 366, 24.11.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 355, 17.11.2012

ĠU C 343, 10.11.2012

ĠU C 331, 27.10.2012

ĠU C 319, 20.10.2012

ĠU C 311, 13.10.2012

ĠU C 303, 6.10.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/2


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2012 mir-Renju tad-Danimarka mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit-3 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-212/09, Ir-Renju tad-Danimarka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-417/12 P)

2012/C 373/02

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen, aġent, u P. Biering u J. Pinborg, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

Prinċipalment:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-intier tagħha jew parti minnha;

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellant quddiem il-Qorti Ġenerali;

Sussidjarjament:

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal smigħ u sentenza mill-ġdid.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), sa fejn din teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-infiq imġarrab mir-Renju tad-Danimarka fl-ammont ta’ DKK 749 miljun fir-rigward tas-serħan ta’ artijiet.

(2)

Fl-ewwel lok, il-Gvern Daniż isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha dwar jekk il-kontroll b’remote sensing Daniż kienx effettiv biżżejjed, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-effettività ta’ kontroll b’remote sensing setgħet tiġi evalwata billi jsir paragun mal-kontroll bil-GPS li sar mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni waqt l-ispezzjonijiet tagħhom fid-Danimarka.

(3)

Fit-tieni lok, il-Gvern Daniż isostni li l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar il-bażi legali rilevanti hija żbaljata f’diversi punti, inkluż f’dak li jirrigwardja jekk deċiżjoni tal-Kummissjoni tistax tinżamm fis-seħħ anki jekk hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata ta’ regola li hija fundamentali għad-deċiżjoni, b’mod partikolari l-interpretazzjoni tar-rekwiżit li l-artijiet jibqgħu miżmuma skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 2316/1999.

(4)

Fit-tielet lok, il-Gvern Daniż isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-oneru tal-prova u tal-livell tal-prova applikati għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri rispettivament, billi l-Qorti Ġenerali ssostni li l-Kummissjoni, li wettqet l-ispezzjonijiet wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ serħan, tista’ tinvoka l-oneru tal-prova tagħha billi tibbaża l-preżunzjonijiet tagħha fuq iċ-ċirkustanza li l-fatti stabbiliti kienu preżenti wkoll matul il-perijodu ta’ serħan, u sa fejn il-Qorti Ġenerali tiddikjara li l-oneru tad-Danimarka taħt il-FAEGG jimplika li l-prova trid tingħata għaż-żoni mserrħa kollha fid-Danimarka u mhux biss għaż-żoni spezzjonati mill-Kummissjoni. B’hekk, il-Qorti Ġenerali introduċiet livell ta’ prova ġdid ifformulat b’mod ġenerali għall-Istati Membri, li jitbiegħed mill-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u li jimponi fuq l-Istati Membri livell ta’ prova li fil-prattika huwa impossibbli li jintlaħaq.

(5)

Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-kwistjoni tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, il-Qorti Ġenerali naqset li teżamina jekk il-kundizzjonijiet rilevanti ġewx issodisfatti, inkluż jekk kienx hemm ksur ta’ regoli espliċiti tal-UE, liema fatt il-Gvern Daniż kien ikkontestat espressament waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali.

(6)

Fil-ħames lok, fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet ir-raġunijiet tagħha stess għar-raġunijiet oriġinali tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-raġunijiet tal-Qorti Ġenerali li jissostanzjaw id-deċiżjoni kienu bbażati fuq ċirkustanzi oħra — kwantitativi u kwalitativi — kompletament irrelevanti minn dawk li fuqhom il-Kummissjoni kienet tefgħet ċertu piż deċiżiv għad-deċiżjoni. Konsegwentement, il-Gvern Daniż isostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(7)

Fl-aħħarnett u fis-sitt lok, il-Qorti Ġenerali naqset milli tiddeċiedi dwar numru ta’ motivi u provi mressqa mill-Gvern Daniż; f’diversi punti, l-argumenti tal-Gvern Daniż kif ukoll il-fatti ġew riprodotti b’mod żbaljat, bir-riżultat li l-motivazzjoni u d-dispożittiv tas-sentenza jistrieħu fuq bażi żbaljata kemm fil-fatt kif ukoll fil-liġi.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/3


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 minn TME SpA — Termomeccanica Ecologia mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-4 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-329/11 — TME SpA — Termomeccanica Ecologia vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-418/12 P)

2012/C 373/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: TME SpA — Termomeccanica Ecologia (rappreżentanti: C. Malinconico, S. Fidanzia u A. Gigliola, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012, fil-Kawża T-329/11, innotifikat fid-9 ta’ Lulju 2012, għar-raġunijiet esposti bħala motivazzjoni, u f’dan is-sens:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ April 2011 li permezz tagħha tiġi eskluża l-ħtieġa li tinfetaħ proċedura ta’ ksur kontra r-Rumanija minħabba ksur tal-prinċipji u tad-direttivi Komunitarji fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, kif ukoll tal-“Practical Guide to contract procedures financed from the General Budget of the European Communities in the context of external actions”;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni, li jammontaw għal EUR 18 955 106 jew, ammont ikbar jew iżgħar meqjus xieraq mill-Qorti Ġenerali, imġarrba minn TME minħabba l-ksur tad-dritt Komunitarju mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea nnifisha;

sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni minħabba telf ta’ opportunità mġarrba minn TME, li jammontaw għal EUR 3 791 021, jew ammont ikbar jew iżgħar meqjus xieraq mill-Qorti Ġenerali;

b’mod ulterjorment sussidjarju, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni minħabba dewmien attribwibbli lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, kwantifikabbli fl-ammont komplessiv tal-ispejjeż legali sostnuti minn TME u li jammontaw għal EUR 73 044,32 jew ammont ikbar jew iżgħar meqjus xieraq mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni għandha l-obbligu, bis-saħħa tal-klawżola 2.4.12 tal-PRAG u tal-klawżola 37 tal-Vol. I tad-dokument tal-offerta, tagħti opinjoni motivata (“opinion”) dwar il-proċedura kkontestata minn TME. Jidher li hija ma wettqitx dan l-obbligu.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet żball billi ma intervjenietx biex tirrimedja l-ksur evidenti tad-dritt Komunitarju u tirkupra l-fondi mogħtija lill-Istat tar-Rumanija b’riferiment għall-kuntratt pubbliku inkwistjoni, wara l-ilment ippreżentat minn TME fl-10 ta’ Diċembru 2008.


Il-Qorti Ġenerali

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/4


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Vanhecke vs Il-Parlament

(Kawża T-14/09) (1)

(Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament - Tneħħija tal-immunità - Rikors għal annullament - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 373/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Frank Vanhecke (Brugge, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Tournicourt, B. Siffert u S. Lippens, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück, A. Baas u E. Waldherr, sussegwentement H. Krück, E. Waldherr u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2008 li tipprovdi għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/4


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/09) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanziji’ - Infiq eskluż mill-finanzjament - Primjums fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż - Kontrolli fuq il-post)

2012/C 373/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: inizjalment M. Muñoz Pérez sussegwentement S. Martínez-Lage Sobredo u fl-aħħar nett A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/4


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni vs EU Research Projects

(Kawża T-220/10) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni fil-qasam tas-‘Soċjetà tal-informatika konvivjali’ - Irtirar tal-proġett - Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati mill-Kummissjoni - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja)

2012/C 373/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti, assistiti minn C. Erkelens, avukat)

Konvenuta: EU Research Projects Ltd (Hungerford, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa parti mis-somma antiċipata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt IST-2001-34850, flimkien ma’ interessi moratorji.

Dispożittiv

(1)

EU Research Projects Ltd hija kkundannata li tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 102 039,32, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 4.80 % fis-sena, li jiddekorru mid-29 ta’ Diċembru 2006 sad-data tal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma.

(2)

EU Research Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/5


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Fondation IDIAP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/10) (1)

(Klawsola ta’ arbitraġġ - Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratti dwar il-proġetti Amida, Bacs u Dirac - Spejjeż eliġibbli - Mudell ta’ spejjeż addizzjonali - Salarju tar-riċerkaturi li jibbenefikaw minn kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat - Nuqqas ta’ riżorsi proprji tal-kontraenti)

2012/C 373/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fondation de l’Institut de recherche IDIAP (Martigny, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Chapus-Rapin u G. Couchepin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba mressqa prinċipalment abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża sabiex tinkiseb mill-Qorti Ġenerali dikjarazzjoni li ċerti spejjeż esposti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-Kuntratti Nru 33812, dwar il-proġett Amida, Nru 27140, dwar il-proġett Bacs u Nru 27787, dwar il-proġett Dirac, konklużi mal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tas-Sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-riċerka u għall-innovazzjoni (2002-2006), stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 576), huma eliġibbli għal rimbors u li, konsegwentement, ir-rikorrenti ma għandhiex tirrimborsa s-somom ta’ EUR 98 042,45 għall-kuntratt dwar il-proġett Dirac u ta’ EUR 251 505,76 għall-kuntratt dwar il-proġett Amida, kif ukoll talba mressqa sussidjarjament abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, intiża sabiex jinkiseb, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha din tal-aħħar ikkonfermat il-konklużjonijiet ta’ verifika li ddikjarat l-ispejjeż inkwisjtoni ineliġibbli u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex twettaq minnufih verifika tal-proġetti li kellhom jitwettqu minn kumpannija oħra differenti minn dik li kienet wettqet l-ewwel verifika.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Fondation de l’Institut de recherche IDIAP hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 221, 14.8.2010.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/5


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-447/10) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, żvilupp u appoġġ ta’ applikazzjonijiet tal-informatika - Ċaħda tal-offerti tar-rikorrenti u għoti tal-kuntratti lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għażla - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 373/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Lefèvre, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-12 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-offerti tar-rikorrenti għal-lottijiet Nru 1 u 2 tas-sejħa għal offerti CJ 7/09, tal-11 ta’ Novembru 2009, għall-manutenzjoni, l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ applikazzjonijiet tal-informatika (ĠU 2009/S 217-312293), kif ukoll ta’ kull deċiżjoni oħra annessa tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkluża dik tal-għoti tal-kuntratti rispettivi lill-offerenti magħżula u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Lulju 2010 li tiċħad l-offerti ppreżentati minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti CJ 7/09, tal-11 ta’ Novembru 2009, għall-manutenzjoni, l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ applikazzjonijiet tal-informatika, u li tagħti l-kuntratti lil offerenti oħrajn hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — MIP Metro vs UASI — J. C. Ribeiro (MISS B)

(Kawża T-485/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MISS B - Trade Mark nazzjonali verbali preċedenti miss H - Trade Mark internazzjonali verbali preċedenti Miss H - Trade Marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti Miss H. - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 373/09

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u P. Guimarães, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: J. C. Ribeiro, SGPS, SA (Vergada, il-Portugall) (rappreżentant: A. Freire Pinto, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 1526/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u J. C. Ribeiro, SGPS, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-UASI.

(3)

J. C. Ribeiro, SGPS, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/6


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Régie Networks u NRJ Global vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/11) (1)

(Rikors għad-danni - Għajnuna mill-Istat - Preskrizzjoni - Dannu li jagħti lok għal kumpens - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta)

2012/C 373/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Régie Networks (Lyon, Franza) u NRJ Global (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Geneste u C. Vannini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Thomas, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni ippreżentat abbażi tal-Artikolu 340 TFUE sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sofrew, minn naħa, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Novembru 1997, dwar l-għajnuna mill-Istat N 679/97, allegatament illegali u, min-naħa l-oħra, minħabba ksur allegat tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jirriżulta min-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni li tirrimedja għall-effetti dannużi li kellha din id-Deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Régie Networks u NRJ Global huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/6


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2012 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)

(Kawża T-417/12)

2012/C 373/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: SFC Jardibric (St Jean de la Ruelle, Franza) (rappreżentant: J.-L. Fourgoux, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aqua Center Europa, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 2230/2010-4, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-16 ta’ Settembru 2010;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva bl-element verbali “AQUA FLOW” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 17, 19 u 21 — trade mark Komunitarja Nru 1162064

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Aqua Center Europa, SA

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Trade mark figurattiva nazzjonali bl-element verbali “VAQUA FLOW” għal prodotti fil-klassi 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ir-rikors huwa miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tal-prodotti;

Nuqqas ta’ konfużjoni bejn is-sinjali.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/7


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — LVM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/12)

2012/C 373/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster a. G. (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Birnstiel, H. Heinrich u J.-O. Schrotz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2012, li permezz tagħha ġiet miċħuda l-applikazzjoni tar-rikorrenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) sabiex tingħata aċċess għal ċerti dokumenti fi proċeduri ta’ kartell (COMP/39.125 — Carglass)

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ evalwazzjoni individwali tad-dokumenti li saret applikazzjoni għalhom.

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ma hijiex ibbażata fuq evalwazzjoni konkreta u individwali ta’ kull dokument individwali. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq kunsiderazzjoni żbaljata fid-dritt, li f’din il-kawża hemm preżunzjoni ġenerali li għandha tiġi applikata eċċezzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, immotivat iċ-ċaħda integrali tagħha tal-applikazzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ evalwazzjonijiet ġenerali, u, għaldaqstant, b’mod insuffiċjenti. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li sar ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, konsegwentement, nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-ewwel u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-eċċezzjonijiet elenkati fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienu vvizzjati fid-dritt. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tiċħad li tirrikonoxxi li hemm relazzjoni bejn ir-regola u l-eċċezzjonijiet u tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni estensiva wisq ta’ “ħarsien tal-iskop ta’ spezzjonijiet” u tal-kunċett ta’ “interessi kummerċjali”.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kunsiderazzjoni li l-implementazzjoni tad-dritt ta’ kartell, li huwa dritt privat, tikkostitwixxi interess pubbliku prevalenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni, meta ma żvelatax id-dokumenti li għalihom saret applikazzjoni, b’mod żbaljat ċaħdet interess pubbliku prevalenti. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra, meta tibbilanċja l-interessi fl-iżvelar tad-dokumenti, li anki l-implementazzjoni tad-dritt ta’ kartell, li huwa dritt privat, tikkostitwixxi wkoll interess pubbliku prevalenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/8


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — VHV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-420/12)

2012/C 373/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VHV Allgemeine Versicherung AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Birnstiel, H. Heinrich u J.-O. Schrotz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea, tas-17 ta’ Lulju 2012, li permezz tagħha ġiet miċħuda l-applikazzjoni tar-rikorrenti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), sabiex tingħata aċċess għal ċerti dokumenti fi proċeduri ta’ kartell (COMP/39.125 — Carglass);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ evalwazzjoni individwali tad-dokumenti li saret applikazzjoni għalihom

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ma hijiex ibbażata fuq evalwazzjoni konkreta u individwali ta’ kull dokument individwali. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq kunsiderazzjoni żbaljata fid-dritt, li f’din il-kawża hemm preżunzjoni li għandha tiġi applikata eċċezzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, immotivat iċ-ċaħda integrali tagħha tal-applikazzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ evalwazzjonijiet ġenerali u, għaldaqstant, b’mod insuffiċjenti. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li sar ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, konsegwentement, nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-ewwel u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-eċċezzjonijiet elenkati fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienu vvizzjati fid-dritt. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tiċħad li tirrikonoxxi li hemm relazzjoni bejn ir-regola u l-eċċezzjonijiet u tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni estensiva wisq ta’ “ħarsien tal-iskop ta’ spezzjonijiet” u tal-kunċett ta’ “interessi kummerċjali”.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kunsiderazzjoni li l-implementazzjoni tad-dritt ta’ kartell, li huwa dritt privat, tikkostitwixxi interess pubbliku prevalenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni, meta ma żvelatx id-dokumenti li għalihom saret applikazzjoni, b’mod żbaljat ċaħdet interess pubbliku prevalenti. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra, meta tibbilanċja l-interessi fl-iżvelar tad-dokumenti, li anki l-implementazzjoni tad-dritt ta’ kartell, li huwa dritt privat, tikkostitwixxi wkoll interess pubbliku prevalenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni speciali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/8


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — Württembergische Gemeinde-Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/12)

2012/C 373/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Württembergische Gemeinde-Versicherung a. G. (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Birnstiel, H. Heinrich u J.-O. Schrotz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Lulju 2012, li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), sabiex tingħata aċċess għal dokumenti partikolari ta’ proċedura dwar akkordju (COMP/39.125 — Carglass);

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv: nuqqas ta’ eżami tad-dokumenti individwali indikati fit-talba

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ma hijiex ibbażata fuq eżami konkret u individwali ta’ kull dokument partikolari. Fil-fehma tar-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni legalment żbaljata li fil-każ ineżami hemm preżunzjoni ġenerali għall-applikazzjoni ta’ eċċezzjoni.

(2)

It-tieni motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, immotivat iċ-ċaħda integrali tat-talba tagħha permezz ta’ kunsiderazzjonijiet ġenerali biss u, għaldaqstant, b’mod insuffiċjenti. Skont ir-rikorrenti, dan jammonta għal ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, konsegwentement, għal nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali.

(3)

It-tielet motiv: żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-eċċezzjonijiet taħt l-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienu vvizzjati fid-dritt. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni tapplika ħażin ir-relazzjoni regola-eċċezzjoni u tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni wisq wiesgħa tal-“ħarsien ta’ l-iskop ta’ ispezzjonijiet” u tal-kunċett tal-“interessi kummerċjali”.

(4)

Ir-raba’ motiv: nuqqas li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, li jaqa’ taħt id-dritt privat, hija ta’ interess pubbliku fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tirrileva li l-Kummissjoni inġustament ċaħdet li hemm interess pubbliku prevalenti għall-iżvelar tad-dokumenti mitluba. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra, b’mod partikolari fl-ambitu tal-evalwazzjoni tal-interessi, li anki l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, li jaqa’ taħt id-dritt privat, tirrapreżenta interess pubbliku fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni speciali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/9


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Gaumina UAB vs European Institute for Gender Equality

(Kawża T-424/12)

2012/C 373/15

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Gaumina UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: Saulius Aviža, avukat)

Konvenuta: Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi tas-26 ta’ Lulju 2012 li ċaħdet l-offerta ta’ Gaumina UAB fil-proċedura għas-sejħa għal offerti Nru EIGE/2012/ADM/13;

tobbliga lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex ikompli l-proċess ta’ akkwist u jevalwa l-offerta ta’ Gaumina UAB fil-proċedura għas-sejħa għal offerti Nru EIGE/2012/ADM/13.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tat-trasparenza u n-natura ta’ nuqqas ta’ bażi tad-deċiżjoni

Ir-rikorrenti issostni li, waqt it-twettiq tal-proċedura għas-sejħa għal offerti Nru EIGE/2012/ADM/13 dwar servizzi ddedikati għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni, skont, ir-Regolament Nru 1605/2002, (1) ir-Regolament Nru 2342/2002, (2) ir-Regolament Nru 1922/2006 (3) u t-termini tas-sejħa għal offerti, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi kiser l-obbligu li jinforma lil wieħed mill-parteċipanti dwar ir-raġunijiet u l-motivi għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu (Artikolu 100(2) tar-Regolament Nru 1605/2002) u l-prinċipku ta’ trasparenza (Artikolu 89(1) tar-Regolament Nru 1605/2002), u, billi bbaża ruħu fuq kriterji suġġettivi u astratti għall-evalwazzjoni ta’ offerti tekniċi, huwa ċaħad l-offerta tar-rikorrenti u ma indikax ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni, jew in-numru ta’ punti li ngħata, anki wara li ġiet mitluba informazzjoni addizzjonali.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni mhux korretta tal-offerta tar-rikorrenti u n-natura ta’ nuqqas ta’ bażi tad-deċiżjoni li ċaħdet l-offerta.

Fis-sottomissjoni tar-rikorrenti, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi evalwa l-offerta teknika tiegħu b’mod żbaljat u kiser il-prinċipji ta’ trattament ugwali u mingħajr diskriminazzjoni (Artikolu 89(1) tar-Regolament Nru 1605/2002) meta ċaħad l-offerta tiegħu peress li l-parti teknika ma ngħatatx numru biżżejjed ta’ punti, minkejja li l-offerta ssodisfat ir-rekwiżiti t-termini tas-sejħa tal-offerti u l-għanijiet u l-iskopijiet tal-kuntratt. Il-fatt li l-offerta ġiet evalwata b’mod żbaljat huwa wkoll ikkorroborat mill-fatt li l-konvenut ma kienx ippreżenta ebda raġunijiet u spjegazzjonijiet dwar il-punti individwali mogħtija għall-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti tekniċi u l-informazzjoni dwar kemm punti kienu ġew mogħtija lill-offerta teknika ġenerali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-ba[ġ]it generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).

(3)  Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU 2006 L 403, p. 9).


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/10


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/12)

2012/C 373/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, bħala aġent, assistit minn M. Windisch)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(1)(d) flimkien mal-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 ta’ Lulju 2012, fil-każ dwar għajnuna mill-Istat SA.28487 (C 16/2009, ex N 254/2009), fejn jingħad li l-garanzija finanzjarja mogħtija mill-Awstrija lil Bayerische Landesbank hija għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Awstrija favur Bayerische Landesbank fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u hija kompatibbli mas-suq intern fid-dawl tal-impenji stabbiliti fl-Annessi I u III u bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li hija ma nstemgħetx mill-konvenuta qabel ma din ikklassifikat il-miżura implementata mir-rikorrenti bħala għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ma kellha ebda opportunità sabiex tippreżenta l-kontenut legali attwali tal-arranġament u sabiex tindirizza bidliet sussegwenti fil-fatti li jikkaratterizzaw dan il-każ.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tingħata motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, ma pprovdietx motivazzjoni sabiex tiġġustifika l-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat u lanqas sabiex tispjega għalfejn din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern. Għaldaqstant, il-persuni interessati ma jistgħux jidentifikaw il-bażi li fuqha kien adottat dan l-att legali u l-qrati tal-Unjoni Ewropea ma jsitgħux jeżerċitaw l-istħarriġ ġudizzjarju tagħhom.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li l-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern tikser l-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tispjega li ebda remunerazzjoni bir-rati tas-suq ma hija mħallsa fir-rigward tal-miżura inkwistjoni u li din il-miżura ma għandha ebda impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja jew is-self mill-bank fl-Istat Membru li qiegħed jimplementa din il-miżura (f’dan il-każ l-Awstrija), u li, b’mod iktar partikolari, ir-Repubblika tal-Awstrija ma hijiex f’pożizzjoni li teżerċita kontroll adegwat fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-osservanza tal-għanijiet li setgħu ġew stabbiliti.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 125 TFEU

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li, skont l-Artikolu 125(1) TFUE, Stat Membru ma għandux ikun responsabbli għal u lanqas ma għandu jassumi l-obbligi tal-gvernijiet ċentrali jew tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru ieħor. Madankollu, sa fejn dan ikun il-konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tallega li hemm ksur tal-Artikolu 125 TFUE.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tar-rikorrenti

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni qiegħda tevalwa sitwazzjoni li fil-fatt ma seħħetx b’dan il-mod. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tmur lil hinn mill-poteri tagħha.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/11


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-438/12)

2012/C 373/17

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u P. Herrero Prieto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-Prestressing;

titlob lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tipproduċi d-dokumenti, il-kalkoli u l-punti l-oħra ta’ fatt u/jew ta’ liġi li fuqhom ibbażat ruħha sabiex tilqa’ t-talbiet li jinvokaw l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ Proderac, ta’ CB, ta’ ITAS, ta’ OriMartin, ta’ Siderúrgica Latina Martin u/jew sabiex taċċetta tnaqqis tal-ammont tal-multa ta’ ArcelorMittal;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ċaħdet it-talba li tinvoka l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva u/jew ta’ ħlas differit bl-eżenzjoni mill-obbligu tal-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja, ippreżentata mir-rikorrenti lill-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-kapaċità kontributtiva tar-rikorrenti sabiex tħallas il-multa.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-kapaċità kontributtiva tal-azzjonisti tar-rikorrenti.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn, fir-rigward ta’ impriżi oħra tas-settur, il-Kummissjoni rrikonoxxiet sitwazzjoni ta’ inkapaċità kontributtiva, billi naqqset l-ammont tal-multa jew billi tat eżenzjoni mill-obbligu ta’ kostituzzjoni ta’ garanzija.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża.

Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ma tatx lir-rikorrenti l-opportunità li tippreżenta l-fehma tagħha.

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kisret ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni meta kisret il-prinċipju ta’ kolleġjalità.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/11


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-439/12)

2012/C 373/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Trefilerías Quijano, SA (Los Corrales de Buelna, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u P. Herrero Prieto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-Prestressing;

titlob lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tipprduċi d-dokumenti, il-kalkoli u l-punti l-oħra ta’ fatt u/jew ta’ liġi li fuqhom ibbażat ruħha sabiex tilqa’ t-talbiet li jinvokaw l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ Proderac, ta’ CB, ta’ ITAS, ta’ OriMartin, ta’ Siderúrgica Latina Martin u/jew sabiex taċċetta tnaqqis tal-ammont tal-multa ta’ ArcelorMittal;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma l-istess bħal dawk tal-Kawża T-438/12, Global Street Wire vs Il-Kummissjoni.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/12


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-440/12)

2012/C 373/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u P. Herrero Prieto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 264TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-Prestressing;

titlob lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tipproduċi d-dokumenti, il-kalkoli u l-punti l-oħra ta’ fatt u/jew ta’ liġi li fuqhom ibbażat ruħha sabiex tilqa’ t-talbiet li jinvokaw l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ Proderac, ta’ CB, ta’ ITAS, ta’ OriMartin, ta’ Siderúrgica Latina Martin u/jew sabiex taċċetta tnaqqis tal-ammont tal-multa ta’ ArcelorMittal;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma l-istess bħal dawk tal-Kawża T-438/12, Global Street Wire vs Il-Kummissjoni.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/12


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Trenzas y Cables de Acero vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-441/12)

2012/C 373/20

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Trenzas y Cables de Acero PSC, SL (Santander, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u P. Herrero Prieto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 264TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-Prestressing;

titlob lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tipproduċi d-dokumenti, il-kalkoli u l-punti l-oħra ta’ fatt u/jew ta’ liġi li fuqhom ibbażat ruħha sabiex tilqa’ t-talbiet li jinvokaw l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ Proderac, ta’ CB, ta’ ITAS, ta’ OriMartin, ta’ Siderúrgica Latina Martin u/jew sabiex taċċetta tnaqqis tal-ammont tal-multa ta’ ArcelorMittal;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma l-istess bħal dawk tal-Kawża T-438/12, Global Street Wire vs Il-Kummissjoni.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/12


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2012 — Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-446/12)

2012/C 373/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-kawża tar-rikorrenti bħala ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla

d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK u r-rettifika tagħha tad-9 ta’ Awwissu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn dawn jikkonċernaw ir-rikorrenti;

u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012, tat-23 ta’ Lulju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 u r-rettifika tiegħu tad-9 ta’ Awwissu 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn dawn jikkonċernaw ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 13.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2012 — Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/11) (1)

2012/C 373/22

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2012 — Meyr-Melnhof Karton vs UASI — Stora Enso (SILVAWHITE)

(Kawża T-617/11) (1)

2012/C 373/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-96/12) (1)

2012/C 373/24

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 109, 14.4.2012.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-105/12) (1)

2012/C 373/25

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 133, 05.05.2012.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/12) (1)

2012/C 373/26

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 250, 18.08.2012.