ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.372.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 372

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
1 ta' Diċembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 372/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6694 – Helvetia/Certain Parts of Gan Eurocourtage's Marine Insurance Portfolio) ( 1 )

1

2012/C 372/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6762 – Advent International Corporation/Mediq) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 372/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 372/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

2012/C 372/05

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

2012/C 372/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

4

2012/C 372/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

4

2012/C 372/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

5

2012/C 372/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

5

2012/C 372/10

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)

2012/C 372/11

Avviż ta’ post battal għal Direttur (Grad AD 14) – Cedefop/2012/08/AD

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 372/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6785 – General Motors France/SSPF/Auto Distribution Provence) – Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 372/13

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6694 – Helvetia/Certain Parts of Gan Eurocourtage's Marine Insurance Portfolio)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 372/01

Fid-9 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6694. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6762 – Advent International Corporation/Mediq)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 372/02

Fis-27 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6762. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Novembru 2012

2012/C 372/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2986

JPY

Yen Ġappuniż

107,37

DKK

Krona Daniża

7,4600

GBP

Lira Sterlina

0,81080

SEK

Krona Żvediża

8,6625

CHF

Frank Żvizzeru

1,2054

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3760

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,262

HUF

Forint Ungeriż

281,03

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,1052

RON

Leu Rumen

4,5148

TRY

Lira Turka

2,3213

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2474

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2904

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0643

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5865

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5859

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 406,31

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,4717

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0899

HRK

Kuna Kroata

7,5385

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 470,89

MYR

Ringgit Malażjan

3,9475

PHP

Peso Filippin

52,989

RUB

Rouble Russu

40,1786

THB

Baht Tajlandiż

39,867

BRL

Real Brażiljan

2,7391

MXN

Peso Messikan

16,7648

INR

Rupi Indjan

70,6760


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 372/04

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

11.11.2012

Tul ta’ żmien

11.11.2012-31.12.2012

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

WHB/8C3411

Speċi

Stokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

FS/71/TQ44


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 372/05

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

11.11.2012

Tul ta’ żmien

11.11.2012-31.12.2012

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

BET/ATLANT

Speċi

Tonn għajnu kbira (Thunnus obesus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

FS/72/TQ44


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/4


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 372/06

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

9.11.2012

Tul ta’ żmien

9.11.2012-31.12.2012

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

LIN/3A/BCD

Speċi

Ling (molva molva)

Żona

Iż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIbcd

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

FS74TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/4


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 372/07

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

6.11.2012

Tul ta’ żmien

6.11.2012-31.12.2012

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

WHM/ATLANT

Speċi

Marlin abjad (Tetrapturus albidus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

FS/70/TQ44


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/5


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 372/08

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

11.11.2012

Tul ta’ żmien

11.11.2012-31.12.2012

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PLE/8/3411

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

Iż-żoni VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

FS73TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/5


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 372/09

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

6.11.2012

Tul ta’ żmien

6.11.2012-31.12.2012

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

MAC/8C3411

Speċi

Kavalli (Scomber scombrus)

Żona

Iż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

FS/69/TQ44


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/6


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 372/10

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

5.11.2012

Tul ta’ żmien

5.11.2012-31.12.2012

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

COD/04-N

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

FS67TQ44


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/7


Avviż ta’ post battal għal Direttur (Grad AD 14) – Cedefop/2012/08/AD

2012/C 372/11

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali Cedefop, huwa korp tal-Unjoni Ewropea li jinsab f’Tessaloniki, fil-Greċja. Huwa jassisti lill-Kummissjoni Ewropea u lil partijiet oħra interessati fl-inkoraġġiment tal-promozzjoni u l-iżvilupp tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali.

Bħala Direttur se tkun responsabbli milli tiddirieġi, tmexxi u tirrappreżenta lil Cedefop u se tkun marbut li twieġeb ta’ xogħlok lill-Bord ta’ Tmexxija u lill-Parlament Ewropew. Irid ikollok fehim tajjeb tal-qafas istituzzjonali ta’ organizzazzjoni tal-UE u trid tkun tixtieq taħdem f’livell għoli f'ambjent internazzjonali. Il-kuntratt huwa għal perjodu ta’ ħames snin, u jista’ jiġġedded darba.

Il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza huma spjegati b’mod dettaljat fl-avviż tal-post battal u jinkludu:

Ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Il-ħila li l-kandidat iwettaq il-mandat ta’ ħames snin qabel jilħaq l-età obbligatorja tal-pensjoni

Grad universitarju

15-il sena esperjenza professjonali wara l-gradwazzjoni, inklużi mill-inqas 5 snin f’kariga ta’ tmexxija ta’ livell għoli

Għarfien tajjeb tal-Ingliż u ta’ lingwi oħrajn l

Kapaċità li tmexxi organizzazzjoni internazzjonali

Kapaċità li tinteraġixxi u tinnegozja fuq livell għoli tal-istituzzjonijiet tal-UE, awtoritajiet pubbliċi u msieħba soċjali

Il-formola ta’ applikazzjoni tinsab fl-Avviż tal-Post Battal, disponibbli fuq is-sit web ta’ Cedefop http://www.cedefop.europa.eu

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati u ttimbrati sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Jannar 2013

Kumpanija tal-HR tassisti fl-evalwazzjoni tal-applikanti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6785 – General Motors France/SSPF/Auto Distribution Provence)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 372/12

1.

Fis-26 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha General Motors France SAS (“GM France”, Franza), proprjetà tal-Kumpanija General Motors (“GM”, l-Istati Uniti) u SSPF SAS (“SSPF”, Franza) proprjetà tal-Grupp Maurin (Franza), jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta stabbilita ġdida Auto Distribution Provence SAS (“ADP”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GM France: attiva l-aktar fl-importanzzjoni u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ vetturi tal-marka GM u l-provvista ta’ partijiet oriġinali tal-marka GM fi Franza,

għal SSPF: kumpanija possedenti tal-Grupp Maurin. Il-Grupp Maurin hu attiv fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur u prodotti u servizzi relatati kif ukoll fid-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ partijiet oriġinali ta’ diversi marki.

3.

L-ADP se tkun attiva fid-distribuzzjoni ta’ vetturi ġodda tal-marka Opel kif ukoll ta’ vetturi użati, fil-forniment ta’ servizzi ta’ manteniment u ta’ tiswija u fil-forniment ta’ prodotti u servizzi tal-marka Opel fi Franza.

4.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jippreżentawlha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6785 – General Motors France/SSPF/Auto Distribution Provence, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/9


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 372/13

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PLÁTANO DE CANARIAS”

Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0867-11.03.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Plátano de Canarias”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1:

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Plátano de Canarias” tkopri l-banana tal-varjetà Cavendish, tal-ispeċje Musa acuminata Colla (AAA), imkabbra fil-Gżejjer Kanarji, u maħsuba għall-konsum fl-istat frisk, wara l-ippakkjar tagħha.

Lewn il-qoxra tal-banana jvarja minn aħdar fil-waqt tal-qtugħ mis-siġar għal isfar karg fil-waqt tal-konsum. It-tonalitajiet tal-polpa jvarjaw minn abjad avorju għal lewn il-krema, u minn lewn il-krema għal isfar.

Madankollu, hija l-preżenza ta’ tikek fuq il-qoxra tal-“Plátano de Canarias” li sfat il-marka tal-identità tagħha, sal-punt li l-konsumaturi jagħrfu l-prodott permezz tal-istess tikek.

Il-“Plátano de Canarias” fiha ħafna attività tal-enżimi polifenolossidasa u perossidasa, katalizzaturi ta' reazzjonijiet ta' ossidazzjoni li jagħtu qoxra iktar kannella. Din il-karatteristika tintwera fil-proċess ta’ maturazzjoni, bil-ħruġ ta’ tikek kannella fuq il-qoxra, jew b'iktar vulnerabbiltà għat-tibrix. Dawn it-tikek kannella fuq il-qoxra huma s-simbolu tal-“Plátano de Canarias”, banana li hija “magħrufa għat-tikek tagħha”.

Il-“Plátano de Canarias” għandha forma oblonga, b'kurvatura evidenti, li tibda tidjieq lejn iz-zokk.

Il-kejl tal-banana, li huwa obbligatorju, isir fuq it-tul u fuq il-ħxuna tal-frotta, bil-valuri minimi ta' 14 ċm u 27 mm, rispettivament.

L-iktar karatteristiċi kimiċi importanti tal-“Plátano de Canarias” huma dawn li ġejjin:

Lamtu li varja minn 5 sa 8.

Zokkor totali ta’ aktar minn 10, bi preżenza predominanti ta’ sukrożju.

Kemm il-kontenut tal-lamtu u kemm iz-zokkor totali huma espressi fi grammi għal kull 100 gramma ta’ polpa matura.

Dan il-kontenut baxx ta' lamtu, u l-kontenut għoli ta' zokkor totali, huma karatteristiċi distinti tal-prodott kopert mill-IĠP.

Fil-qosor, il-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu l-“Plátano de Canarias” huma:

Togħma ħelwa intensa, b'riżultat tal-kontenut għoli ta’ zokkor u l-kontenut baxx ta' lamtu.

Aroma intensa msejħa “impacto plátano”, b'konsegwenza tar-rikkezza ta' aċetat isoamil u butanoate eżail:

L-aċetat 3-metilbutil, jew aċetat isoamil, jitqies li hu l-aroma li ġġib magħha l-“impacto plátano”. Skont l-istudji disponibbli, il-konċentrazzjoni ta' dan il-kompost fil-“Plátano de Canarias” hija nettament ogħla minn dik ta' banana minn oriġni oħrajn. Barra minn hekk, il-“Plátano de Canarias” fiha komposti li huma marbutin huma wkoll mal-aroma karatteristika ta’ banana, bħal m'hu l-każ tal-butanoate eżail. Dan il-kompost, mill-banda l-oħra, bilkemm hu apprezzabbli fil-banana ta' oriġni oħrajn.

Tikek skuri karatteristiċi fuq il-qoxra tal-banana, minħabba l-ħafna attività tal-enżimi polifenolossidasa u perossidasa, katalizzaturi ta' reazzjonijiet ta' ossidazzjoni li jagħtu qoxra iktar kannella.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Il-proċess ta' tkabbir tal-“Plátano de Canarias” għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Madankollu, il-proċess ta’ maturazzjoni u ppakkjar tal-banana koperta mill-IĠP “Plátano de Canarias” jista' jsir barra miż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.:

Ma jeżistux regoli speċifiċi għall-“Plátano de Canarias”.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Fuq l-ippakkjar għandhom jidhru b'mod obbligatorju u biċ-ċar l-isem u l-logo proprju tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Plátano de Canarias”, flimkien mal-logo tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-informazzjoni ġenerali ddeterminata mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Il-logo proprju tal-IĠP “Plátano de Canarias” huwa dan li ġej, bil-karatteristiċi deskritti hawn taħt:

Image

Pantone 295 (blu), għall-isfond tal-ovalu.

Pantone 347 (aħdar) għax-xifer tal-banana u għall-isfond tal-weraq tas-siġra.

Pantone 109 (isfar) għall-isfond tal-banana.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika ta' produzzjoni tal-banana koperta mill-IĠP “Plátano de Canarias” hija l-Arċipelagu tal-Gżejjer Kanarji, u hija magħmula mit-territorju kollu ta’ użu agrikolu li jinsab 'l isfel mill-500 metru fuq il-livell tal-baħar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

L-arċipelagu tal-Kanarji jinsab faċċata tax-xatt tal-Majjistral tal-Afrika, bejn il-koordinati 27° 37′ u 29° 25′ latitudni Tramuntana. Din is-sitwazzjoni ġeografika, flimkien mal-irjieħ Aliżej u l-kurrent kiesaħ tal-Kanarji, iwasslu għal klima kklassifikata bħala subtropikali umda, b'temperaturi moderati u xita skarsa.

It-temperaturi fil-Gżejjer Kanarji għandhom medji pjuttost uniformi tul is-sena. Fl-ixtut, il-medja tinsab qrib l-20 °C, iżda t-temperaturi jinżlu b'mod evidenti bl-altitudni, u l-varjazzjoni fit-temperaturi tul il-ġurnata qiegħda tiżdied.

It-temperaturi moderati u l-irjieħ umdi li jaslu fuq il-gżejjer jinfluwenzaw it-tkabbir kajman tal-pjanta u ż-żmien itwal meħtieġ għall-maturazzjoni tal-frotta, u dan kollu jiġi rifless fil-karatteristiċi distinti tal-“Plátano de Canarias”.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-banana tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Plátano de Canarias” għandha forma oblonga, b'kurvatura evidenti, tul minimu ta’ 14 ċm, ħxuna minima ta’ 27 mm, u togħma ħelwa intensa b'tikek kannella fuq il-qoxra.

Il-preżenza ta’ dawn it-tikek hija l-marka ta' identità ta' din il-banana, u l-karatteristika ewlenija li minnha l-konsumaturi jagħrfu l-“Plátano de Canarias”.

Teknikament, dawn it-tikek fuq il-qoxra huma kkaġunati mill-attività ta' ċerti enżimi speċifiċi, l-iktar fosthom il-polifenolossidasa u l-perossidada.

L-istudju li jakkumpanja l-applikazzjoni għall-IĠP “Plátano de Canarias” jiġbor id-dejta korrispondenti għal dawn il-parametri tal-banana u jqabbilhom mad-dejta minn varjetajiet ta’ banana minn oriġni oħrajn, u mit-tqabbil jirriżulta li l-valur tal-attività perossidada u polifenolossidasa fil-“Plátano de Canarias” huwa ħafna ogħla minn ta' varjetajiet ta' banana minn oriġni oħrajn; huwa għalhekk li l-“Plátano de Canarias” juru dawk it-tikek b'mod ħafna iktar ċar mill-varjetajiet ta' banana minn oriġni oħrajn, u b'hekk sfaw marka ta' identità.

Fl-istess studju li jakkumpanja l-applikazzjoni għall-IĠP “Plátano de Canarias”, ġiet eżaminata l-ispeċifiċità tal-prodott mill-aspett alimentari, u wara l-analiżi globali tan-nutrijenti studjati fil-“Plátano de Canarias” u f'varjetajiet ta’ banana ta’ oriġni oħrajn, jidhru differenzi importanti: il-“Plátano de Canarias” fiha inqas lamtu u aktar zokkor solubbli, u b'hekk tiżdied il-ħlewwa tagħha, saħansitra b'iktar kontenut ta’ potassju u fosfru, u inqas kontenut ta’ sodju u kalċju meta mqabbla mal-banana minn oriġni oħrajn. Dawn id-differenzi importanti jseddqu l-fatt li l-“Plátano de Canarias” hija prodott differenti minn varjetajiet oħra ta’ banana mkabbra f'reġjuni oħra tad-dinja. (Forster et al. 2002)

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Plátano de Canarias” tissejjes fuq il-kwalità u fuq ir-reputazzjoni ta' isem din il-banana. Madankollu, it-tkabbir karatteristiku tal-“Plátano de Canarias” huwa r-riżultat tat-tlaqqigħ ta’ fatturi storiċi, naturali u umani.

L-arċipelagu tal-Kanarji jinsab faċċata tax-xatt tal-Majjistral tal-Afrika, bejn il-koordinati 27° 37′ u 29° 25′ latitudni Tramuntana. Din is-sitwazzjoni ġeografika tfisser karatteristiċi klimatiċi li huma kklassifikati bħala klima subtropikali umda, b'temperaturi moderati u xita skarsa.

Is-sitwazzjoni tal-Gżejjer Kanarji fl-Oċean Atlantiku, fil-qalba tal-istrixxa subtropikali u fil-Lvant tal-kontinent Afrikan, tagħtihom karatteristiċi klimatiċi speċifiċi. Il-klima taż-żona fejn jinsab l-Arċipelagu hija konsegwenza tal-interazzjoni ta’ dawn iż-żewġ gruppi ta’ fatturi, li jaġixxu fuq livell differenti. Minn banda, id-dinamika atmosferika proprja tal-latitudnijiet subtropikali, u mill-banda l-oħra, il-fatt li l-parti l-kbira tal-gżejjer għandhom riljiev akut, u li huma maħsula minn kurrent oċeaniku kiesaħ, qrib kontinent.

Il-Kanarji jinsabu kemm fil-limitu ġeografiku għat-tkabbir ta’ din il-banana, kif ukoll fil-limitu klimatiku, billi din il-pjanta teħtieġ temperatura sħuna ta’ madwar 25-27 °C, tibda tbati jekk tinżel sas-16 °C, u 'l isfel mill-14 °C il-pjanta ma tibqax tikber.

L-iżvilupp taċ-ċiklu tas-siġra tal-banana huwa ddefinit mill-akkumulu ta’ gradi tul il-ġurnata, 'l fuq mill-14 °C, u huwa għalhekk li t-temperaturi moderati tal-Kanarji u l-irjieħ umdi li jaslu fuq il-gżejjer iwasslu għal tkabbir kajman tal-pjanta meta mqabbel mat-tkabbir tal-banana f'żoni tropikali.

Din iż-żieda fiż-żmien tat-tkabbir, u għaldaqstant ukoll fiż-żmien tal-maturazzjoni tal-frotta (sa 3 xhur iktar fuq il-pjanta), tiddefinixxi l-karatteristiċi distinti tal-“Plátano de Canarias”, jiġifieri l-kontenut baxx ta’ lamtu u l-kontenut għoli ta’ zokkor, l-iktar importanti fosthom is-sukrożju.

Dawn il-kundizzjonijiet jiddeterminaw ukoll l-attività tal-enżimi, li juru attività katalizzatriċi marbuta mal-lewn kannella li joħroġ fuq il-qoxra tal-banana. Il-ħruġ ta’ tikek kannella fuq il-qoxra huma s-simbolu tal-“Plátano de Canarias”, banana li hija “magħrufa għat-tikek tagħha”.

Il-karatteristiċi tal-banana huma influwenzati ħafna mill-fatturi ambjentali, bħad-dawl, it-temperatura, l-ilma, il-ħamrija, l-umdità relattiva, ir-riħ, eċċ. Dawn il-fatturi varjabbli kollha jolqtu l-iżvilupp fiżjoloġiku tal-pjanta, u jagħtuha l-karatteristiċi speċifiċi li diġà ssemmew aktar 'il fuq.

Minħabba d-distanza ġeografika relattivament qasira tal-Gżejjer Kanarji mis-suq kontinentali, it-trasport idum ftit meta mqabbel ma' dak tal-banana minn oriġni oħrajn; dan jippermetti li l-banana tinqata' jew tinħasad fi stat ta' maturazzjoni iktar avvanzata, u b'hekk jinħolqu karatteristiċi organolettiċi aħjar, u l-prodott jasal għand il-konsumatur bi kwalità ogħla.

Ir-reputazzjoni tajba tal-isem “Plátano de Canarias” hija rreġistrata minn diversi referenzi storiċi fl-istampa, fil-letteratura eċċ. Mill-istampa, nistgħu nieħdu l-eżempji li ġejjin:

 

Il-gazzetta La Vanguardia ta’ nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju 1921, p. 11:

“… jitlob lill-gvern li jintervjeni billi jinfluwenza lill-Ġermaniżi, sabiex jawtorizzaw l-importazzjoni f'dak il-pajjiż tal-Plátano de Canarias, li ġiet ipprojbita xhur ilu …”.

 

Il-gazzetta La Vanguardia ta’ nhar it-Tlieta 24 ta’ Ġunju 1930, p. 32:

“Is-sur Matos, li jifhem l-importanza tal-produzzjoni tal-Plátano de Canarias, wiegħed li jimmobilizza r-riżorsi kollha tal-Ministeru tiegħu sabiex jikkontribwixxu lejn din l-ambizzjoni ġusta”.

 

Il-gazzetta La Vanguardia ta’ nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru 1970, p. 8:

“Reġgħu waslu l-kampanji ta' promozzjoni tal-Plátano de Canarias”.

Eżempju ieħor tar-reputazzjoni tajba tal-isem “Plátano de Canarias” joħroġ mill-konklużjonijiet imnissla mill-“Estudio del Mercado del Plátano en España y Portugal”, studju mwettaq mill-Ministeru għall-Agrikultura, is-Sajd u l-Alimentazzjoni fis-sena 2002, li jasal għall-konklużjoni li jista' jiġi affermat bis-sħiħ li l-banana togħġob lil maġġoranza assoluta tal-konsumaturi, irrispettivament mis-sess, mill-età, mill-klassi soċjali jew mill-post ta' residenza tagħhom, u li l-konsumaturi jorbtu l-banana mill-ewwel u bla tlaqliq mal-Gżejjer Kanarji.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.gobiernodecanarias.org/boc/2011/025/005.html


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.