ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.356.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 356

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
20 ta' Novembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 356/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6686 – Terex/GAZ/JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 356/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 356/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6765 – Precision Castparts Corp./Titanium Metals Corporation) ( 1 )

3

2012/C 356/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6764 – JCDecaux/Russ AD/Russ Out Of Home) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 356/05

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

5

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6686 – Terex/GAZ/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 356/01

Fid-9 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6686. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Novembru 2012

2012/C 356/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2762

JPY

Yen Ġappuniż

103,60

DKK

Krona Daniża

7,4584

GBP

Lira Sterlina

0,80320

SEK

Krona Żvediża

8,6419

CHF

Frank Żvizzeru

1,2045

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3715

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,418

HUF

Forint Ungeriż

283,42

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6961

PLN

Zloty Pollakk

4,1458

RON

Leu Rumen

4,5363

TRY

Lira Turka

2,3007

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2283

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2744

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,8930

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5621

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5632

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 386,91

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2874

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9569

HRK

Kuna Kroata

7,5415

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 288,36

MYR

Ringgit Malażjan

3,9101

PHP

Peso Filippin

52,489

RUB

Rouble Russu

40,3100

THB

Baht Tajlandiż

39,205

BRL

Real Brażiljan

2,6494

MXN

Peso Messikan

16,7125

INR

Rupi Indjan

70,2740


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6765 – Precision Castparts Corp./Titanium Metals Corporation)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 356/03

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Precision Castparts Corp. (“PCC”, l-Istati Uniti) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv ta’ Titanium Metals Corporation (“Timet”, l-Istati Uniti), permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-9 ta’ Novembru 2012.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal PCC: manifattur ta’ komponenti u prodotti tal-metall kumplessi, inkluż ħadid fondut, ħadid maħdum u prodotti għat-twaħħil jew sistemi ta’ twaħħil, għal diversi applikazzjonijiet prinċipalment fl-industrija aerospazjali iżda wkoll applikazzjonijiet bit-turbini tal-gass industrijali, strutturi tal-ajru, industrijali, tal-armamenti, mediċi u applikazzjonijiet oħra,

għal Timet: produttur dinji ta’ prodotti tat-titanju li joħorġu mill-fażi ta’ fużjoni u semiprodotti tat-titanju li jintużaw f'diversi industriji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6765 – Precision Castparts Corp./Titanium Metals Corporation, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


20.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6764 – JCDecaux/Russ AD/Russ Out Of Home)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 356/04

1.

Fit-13 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha il-JCDecaux Central Eastern Europe Holding GmbH (“JCDecaux CEE”, l-Awstrija), ikkontrollata mill-grupp Franċiż JCDecaux, u Rus AD Invest Coöperatief U.A. (“Rus AD”, il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkontrollata mill-grupp Russu VTB, beħsiebhom jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt fuq Russ Out Of Home B.V. (“Russ Out Of Home”, the Netherlands) billi jixtru l-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal JCDecaux KEE: kumpanija attiva fis-settur tan-negozju tar-reklamar ta’ barra,

Rus AD: kumpanija attiva fil-ġestjoni jew il-pussess tal-assi ta’ kumpaniji u negozji oħrajn; kif ukoll,

għal Russ Out of Home: kumpanija attiva fis-settur tan-negozju tar-riklamar ta’ barra fir-Russja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6764 – JCDecaux/Russ AD/Russ Out Of Home, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/5


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 356/05

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CARN D’ANDORRA”

Nru tal-KE: AD-PGI-0005-0875-12.04.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Carn d’Andorra”

2.   L-istat membru jew il-pajjiż terz:

Il-Prinċipat ta' Andorra

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:

3.1.   It-tip tal-prodott:

Klassi 1.1

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1):

Laħam taċ-ċanga li ġej mir-razza rustika Bruna d’Andorra (baqar irreġistrati fir-reġistru nazzjonali tal-annimali — Padral del Govern) jew mit-taħlit tal-ommijiet ta’ din ir-razza mal-gniedes tar-razez charolaise, gasconne u limousine, imrobbija u msemmna fl-azjendi agrikoli tat-trobbija li jinsabu fl-Andorra, li, mit-twelid tal-bhejjem sa tmiem it-tismin, jiġu mwarrba esklussivament għall-produzzjoni tal-laħam iddenominat biex jiġi kkumerċjalizzat bl-IĠP.

It-tbiċċir jibda mill-età ta’ tmien xhur. Il-konformità tal-karkassi, skont it-tabella tal-klassifikazzjoni EUROP, hija biss dik definita bħala E, U, R, u bit-tradizzjoni tal-konsum tat-tipi, tal-età, tal-piż u tat-tul ta’ żmien għall-maturazzjoni skont kif imniżżel fit-tabella 1.

Tabella 1

Piż u tul ta’ żmien għall-maturazzjoni skont it-tip

Tip

Età mat-tbiċċir

(Piż tal-karkassa)

(valur minimu u massimu)

Tul ta’ żmien għall-maturazzjoni (f’sigħat)

Għeġejjel femminili (erħiet)

minn 8 xhur sa 12-il xahar

180-260 kg

72

Għeġejjel maskili

minn 8 xhur sa 12-il xahar

240-340 kg

72

Anolles

(għeġejjel femminili ta' età ta' bejn 12 il-xahar u 24 xahar)

minn 12-il xahar sa 24 xahar

240-300 kg

72

Anolls

(għeġejjel maskili tal-età bejn 12 il-xahar u 24 xahar)

minn 12-il xahar sa 24 xahar

320-390 kg

72

L-istat tat-tismin, skont il-klassifikazzjoni Komunitarja, jinkludi l-gradi 2, 3 jew 4.

Dawn l-infiltrazzjonijiet tax-xaħam jikkonferixxu jagħmlu l-karkassi teneri ħafna mal-qtugħ u sukkulenti fil-ħalq.

Il-pH tal-karkassi għandu jkun anqas minn 6 meta jkunu għaddew 24 siegħa wara t-tbiċċir. Iż-żmien għall-maturazzjoni fil-friża għandu jikkonforma mat-tabella 1; il-karkassi għandhom dejjem fl-istat frisk meta jiġu kkumerċjalizzati: karkassi sħaħ, nofs karkassi, kwart ta’ karkassi ikunu inkella laħam maqtugħ f’biċċiet jew ikkapuljat.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

L-annimali jitwieldu f'Andorra u, jitrabbew flimkien mal-omm fil-mergħat lokali, skont il-kundizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet dwar it-trobbija elenkati fit-tabella 2.

Tabella 2

Speċifikazzjoni tat-trobbija massima kull ettaru (UBG/Ha)

Tip

Art għall-kultivazzjoni tal-uċuħ u tal-għalf (2)

Art għall-kultivazzjoni tal-uċuħ (3)

Mergħa għall-ħsad tal-għalf (4)

Art għar-ragħa (5)

Baqra bl-għelieġel għat-tismin

3,9

3,3

2,4

1,2

Baqra mingħajr l-għelieġel għat-tismin

5,0

4,3

3,0

1,5

L-għelieġel għandhom jitreddgħu mill-baqar ommijiethom għal tal-anqas erba’ xhur. Matul il-perjodu tas-sajf, dawn jirgħu fil-mergħat li jinsabu fuq muntanji għoljin, flimkien mal-baqar ommijiet, imbagħad, iqattgħu x-xitwa fl-azjendi agrikoli, meta l-muntanji jkunu koperti bil-borra.

Matul ix-xhur tas-sajf, immexxija mir-ragħaj tagħhom, il-merħla tittella’ fl-artijiet tas-sajf, fejn iqattgħu minimu ta’ 90 jum.

Matul il-perjodu tat-tismin, l-ikel għandu jkun ibbażat fuq it-tiben jew il-ħuxlief bħala għalf oħxon u fuq taħlita ta’ ċereali, ta’ ħaxix u ta’ ikel supplementari.

Il-forniment tal-għalf tal-azjendi agrikoli jiġi l-aktar mill-Prinċipat ta' Andorra.

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata:

Laħam ġej mill-bhejjem li jitwieldu, jitrabbew u jitbiċċru f’Andorra.

L-għeġejjel jitwieldu b’mod naturali, u għandhom jitreddgħu mill-baqar ommijiethom.

Matul il-perjodu tas-sajf, l-għeġejjel jirgħu fil-mergħat li jinsabu fuq muntanji għoljin, flimkien mal-baqar ommijiet, imbagħad iqattgħu ix-xitwa fl-azjendi agrikoli meta l-muntanji jkunu koperti bil-borra.

Għall-għelieġel tat-tismin, spazju minimu ta’ 3 m2 għal kull bhima, huwa meqjus bħala neċessarju.

Il-gruppi tal-annimali għat-tismin huma kkostitwiti minn massimu ta’ 20 bhima.

Waqt li jkunu qed jiġu ttrasportati, għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun l-istress għall-annimali. It-trasport isir direttament minn kull azjenda agrikola sal-biċċerija; id-distanza massima hija limitata għal 25 km. B’hekk l-istress jiġi evitat kemm jista’ jkun għalkollox u jkun iggarantit prodott finali ta’ kwalità.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-prodott għandu jinbiegħ bit-tikketta li minbarra l-informazzjoni obbligatorja stabbilita bil-leġiżlazzjoni fis-seħħ ikollha dawn it-tismijiet:

L-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Carn d’Andorra”

It-tipa tal-logo tal-IĠP, li tirreferi għall-identifikazzjoni grafika tad-denominazzjoni “Carn d’Andorra”.

Image

Il-logo tal-UE, li jidentifika l-prodotti li jibbenefikaw minn IĠP

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tinkludi t-territorju kollu ta' Andorra fejn jitwieldu, jitrabbew u jitbiċċru l-annimali bovini tar-razza Bruna d’Andorra.

F’termini tal-amministrazzjoni, l-Andorra hija maqsuma f’7 gvernijiet lokali: Canillo, Encamp, Ordino, la Massana, Andorra la Vella, Sant Julià de Lòria u Escaldes-Engordany.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

5.1.1.   Karatteristiċi ġeografiċi, klimatiċi u tal-veġetazzjoni

Billi tinsab proprju fil-qalba tal-katina muntanjuża tal-Pyrénées, iż-żona tal-produzzjoni tal-Bruna d’Andorra hija adattata għal tip ta’ trobbija estensiva.

Andorra huwa pajjiż muntanjuż ta’ 468 km2 fejn l-altitudni medja hija ta’ 2 000 metru.

L-erja tal-mergħat hija konsiderevoli u tirrappreżenta madwar 20 % tas-superfiċje totali ta’ Andorra.

L-attività tal-bniedem u l-kultivazzjoni minn dejjem kienu kkonċentrati l-aktar f'dawk iż-żoni l-aktar ċatti f’qiegħ il-widien.

5.1.2.   Karattru speċifiku tal-mergħat tal-pajjiż

Il-medda konsiderevoli tal-mergħat u l-artijiet għar-ragħa ta’ Andorra, meta mqabbla mal-artijiet għall-kultivazzjoni, tippermetti l-produzzjoni ta’ kwantità kbira ta’ ikel naturali għall-bhejjem. L-użu favorevoli ta’ dawn il-ħxejjex jiddetermina ċ-ċiklu ta’ dawn il-mergħat.

Il-perjodi staġjonali jiddefinixxu r-rotazzjonijiet tal-mergħat, li, b’mod ġenerali, isegwu l-istess direzzjonijiet: tlajja lejn il-mergħat ’il fuq mill-foresti għall-ħabta ta’ Ġunju, inżul fil-bidu tal-perjodu tal-borra, f’Novembru.

L-abbundanza tal-ilma u d-diversità tal-artijiet agrikoli jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ tipi ta’ mergħat differenti.

Il-mergħat li wieħed isib hemmhekk, skont l-ordni tal-importanza tagħhom, huma kif ġej: mergħat taż-żwien (Festuca eskia), li jokkupaw 10 % mill-pajjiż; mergħat tan-nard (Nardus stricta), li jokkupaw 6 %; mergħat ta’ Festuca airoidis (5 %) u mergħat tal-ħaxix taż-żwien (Festuca paniculata).

5.1.3.   Karatteristiċi storiċi u antropoġeniċi tal-mergħat

Safejn hija kkonċernata unità agrikola tradizzjonali, l-azjenda prinċipali tieħu ħsieb il-bhejjem li jikkorrispondu għaliha bis-saħħa ta’ art komunali għar-ragħa u ta’ proprjetajiet agrikoli allokati għaċ-ċereali, għall-għalf u għal kultivazzjonijiet ortikulturali oħrajn. Matul ix-xhur tas-sajf, immexxija mir-ragħaj tagħhom, il-merħla titla' għal fuq il-mergħat tas-sajf (f'altitudni ta' bejn 2 000 u 2 500), fejn toqgħod għal 90 jum. F’kull unità ta’ ragħa, il-merħla tibda fl-altitudnijiet l-aktar baxxi (< 2 000 m), imbagħad titla' lejn il-muntanji meta jasal ix-xahar ta’ Awwissu; matul it-tieni parti tar-ragħa l-merħla terġa tibda nieżla lejn l-altitudnijiet l-aktar baxxi.

5.1.4.   It-trobbija tal-bhejjem matul is-sena

Il-ġestjoni annwali ssegwi ċ-ċiklu tal-mergħat li ġej, u tagħmel l-aħjar użu miż-żoni fil-baxx, dawk intermedji u fil-għoli:

Żona fil-baxx: mergħat privati li jinsabu fil-widien, madwar il-villaġġi. Ġeneralment kull sena tintuża mergħa għar-ragħa waħda jew tnejn u mergħa għall-ħsad tal-għalf waħda jew tnejn. L-użanza hija li jinżergħu kultivazzjonijiet bħas-sikrana, l-alfalfa (Medicago sativa) u ż-żwien (Festuca sp. omn.).

Żona intermedja: mergħat tal-konfini. Żona ta’ passaġġ, li twassal għall-mergħat ifforestati u lura. Dawn jissejħu “rebaixants”.

Żona fil-għoli: mergħat ’il fuq mill-foresti li jipprovdu l-ikel prattikament is-sajf kollu. Dawn huma magħmula l-aktar minn artijiet komunali, jiġifieri dawk li jappartjenu lill-amministrazzjonijiet lokali, jew il-gvernijiet lokali.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-prodott hija definita mill-kwalità, u din hija determinata minn metodu tradizzjonali ta’ produzzjoni u mill-aċċettazzjoni tal-konsumatur.

Fil-bidu tas-seklu XX, ir-razza li kien hemm fl-Andorra, jiġifieri razza rustika b’karatteristiċi differenti, tjiebet bil-wasla tal-gniedes mill-Alpi, li kienu adattaw għall-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjuni tal-muntanji għoljin. Dawn il-gniedes kienu, b'mod partikolari, il-bovini maskili tar-razza Schwitz (ir-razza kannella tal-Alpi jew pardo-Alpin), kif jixhdu diversi dokumenti tal-epoka (“Andorra Agrícola”, gazzetta bl-istampi ta’ kull xahar tal-1933). B’dan il-mod inkisbet razza mtejba, dik li llum hija magħrufa bl-isem “Bruna d’Andorra”.

Din ir-razza hija kkaratterizzata mill-fatt li hija rustika u adattata għall-mergħat, kwalitajiet li jagħmlu din ir-razza totalment adegwata għat-trobbija estensiva bħal dik ippratikata f’dan il-pajjiż.

Is-sistemi tat-trobbija tradizzjonali tal-bhejjem li nżammu sal-lum, bħall-użu tal-“Bruna d’Andorra” bħala razza indiġena, bhima bil-ġilda kannella, mogħnija bi kwalitajiet materni kbar, rustika u adattata ferm għall-kundizzjonijiet ħarxa tal-muntanji lokali, jiddefinixxu prodott uniku li ġej mill-baqar ommijiet tar-razza “Bruna d’Andorra” u mill-missirijiet tar-razza “Bruna d’Andorra”, “Charolaise”, “Limousine” u “Gasconne”. Hija l-unjoni ta’ razza adattata mar-razez tal-viċinat u magħrufin sew bħala razez bovini għal-laħam.

Il-karatteristiċi tat-trobbija huma stabbiliti skont il-kundizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż, li jitqassmu f’żewġ perjodi:

Il-perjodu sajfi (minn April sa Novembru): l-annimali jirgħu liberament fil-muntanji u jgawdu mill-mergħat naturali.

Il-perjodu xitwi (minn Novembru sa Marzu): l-annimali jiddaħħlu fl-istalla u l-għalf tar-riżerva jiġi ssupplementat b’ikel ikkonċentrat.

Is-sistema tat-trobbija tradizzjonali tiddependi fuq azjendi agrikoli żgħar adattati għall-klima tal-Pirinej, fejn l-annimali għat-tismin jkunu ftit u inizjalment jkunu ddestinati għall-konsum familjali jew għall-bejgħ fil-lokal tal-viċin. Fil-preżent, għadhom jeżistu dawn it-tipi ta’ azjendi agrikoli: iċ-ċifra medja tal-annimali għat-tismin hija ta’ madwar 35. Id-differenza hija li dawk li jrabbu l-annimali ngħaqdu flimkien f’assoċjazzjoni, il-“Ramaders d’Andorra”, li fost affarijiet oħra hija ddedikata għall-kumerċjalizzazzjoni tal-laħam, u li wasslet għal profitti aħjar għal dawn il-bdiewa.

Din is-sistema tradizzjonali tat-trobbija u tat-tismin li biha l-annimali kollha jitwieldu u jitkabbru fl-Andorra, ir-razza “Bruna d’Andorra”, il-perjodu tat-tismin li fih l-ikel ikkonċentrat huwa kkostitwit minn taħlita ta’ ċereali u ta’ ħxejjex, il-fatt li fix-xitwa jintuża l-għalf bħala ikel supplementari u d-disponibbiltà ta’ mergħat ta’ kwalità għolja matul is-sajf – dan kollu jagħti lil-laħam karatteristiċi tax-xaħam li jagħtu prodott teneru u sukkulenti. Din is-sistema tradizzjonali tat-trobbija tal-annimali hija mingħajr dubju l-aqwa vantaġġ għal tip ta’ laħam li huwa rikonoxxut u apprezzat f’Andorra.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-IĠP “Carn d’Andorra” tiddependi fuq is-sistema tat-trobbija tradizzjonali tal-annimali ta’ pajjiż fil-Pirinej; il-Prinċipat ta' Andorra

Inħoloq reġistru ġenealoġiku għar-razza Bruna d’Andorra f’Novembru 2006; minbarra dan, din ir-razza tibbenefika mill-kollaborazzjoni tal-Unità għas-selezzjoni u l-promozzjoni tar-razza bovina Gaskona (fl-antik UPRA Gascon u attwalment bid-denominazzjoni Groupe Gascon, li tinsab f’Villeneuve du Paréage, 09100, Franza) għall-applikazzjoni tal-programm ta’ selezzjoni ġenetika tar-razza Bruna d’Andorra.

L-interazzjoni tal-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ Andorra, li jirriżultaw f’mergħat abbundanti u ta’ kwalità, u s-sistema tat-trobbija tradizzjonali tal-annimali fl-azjendi agrikoli li ssegwi ċiklu ta’ ragħa li juża ż-żoni kollha (dawk fil-baxx, intermedji u fil-għoli), jagħtu liż-żona teknika speċifika li tagħmel l-aħjar użu minn dawn ir-riżorsi kollha u minn razza stabbilita u adattata għall-ambjent li tippermetti l-ksib ta’ prodott li huwa rikonoxxut u apprezzat mill-konsumaturi fil-pajjiż.

Il-laħam kollu prodott f’konformità ma’ dawn il-karatteristiċi huwa kkumerċjalizzat fil-Prinċipat ta' Andorra.

Studju li tmexxa minn Ramaders d’Andorra SA tal-biċċerija nazzjonali tal-Andorra fuq 60 % tal-postijiet tal-bejgħ tal-laħam jindika li 100 % tal-postijiet sottomessi għall-istħarriġ jidentifikaw il-prodott “Carn d’Andorra” bħala l-laħam taċ-ċanga kkumerċjalizzat mill-kumpanija Ramaders d’Andorra bit-tikketta nazzjonali ta’ kontroll u ta’ garanzija “Carn de Qualitat Controlada d’Andorra”, li tiggarantixxi l-metodu ta’ produzzjoni kif ġie deskritt hawn fuq.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

It-test kollu tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq id-dejtabejż DOOR

http://ec.europa.eu/agriculture/quality/door/list.html


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  Art li fiha, wara l-kultivazzjoni tas-sajf, jinżera l-għalf.

(3)  Art li tiġi kkultivata darba fis-sajf.

(4)  Mergħat naturali jew miżrugħa.

(5)  Art mhux miżrugħa fejn jirgħu l-annimali.