ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.335.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
1 ta' Novembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 335/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2012/C 335/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2012 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.611 – Water Management Products – Rapportatur: Il-Polonja

2

2012/C 335/03

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.611 – Prodotti għall-Ġestjoni tal-Ilma

3

2012/C 335/04

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012 dwar proċediment taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat (Każ COMP/39.611 – Prodotti għall-Ġestjoni tal-Ilma) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4313)

4

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2012/C 335/05

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali rigward kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

6

2012/C 335/06

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Pakkett ta’ Dejta Miftuħa tal-Kummissjoni Ewropea inkluża Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI), il-Komunikazzjoni dwar Dejta Miftuħa u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni

8

2012/C 335/07

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni għall-perjodu ta’ negozjar li jibda mill-1 ta' Jannar 2013, u għal perjodi ta’ negozjar sussegwenti, tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet

10

2012/C 335/08

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tħejjijiet għall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti

13

2012/C 335/09

Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-KEPD tal-14 ta’ Ġunju 2012 dwar il-proposti għal Regolament dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u għal Regolament dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej

16

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 335/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6724 – PAI/Marcolin) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Ottubru 2012

2012/C 335/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2993

JPY

Yen Ġappuniż

103,78

DKK

Krona Daniża

7,4598

GBP

Lira Sterlina

0,80645

SEK

Krona Żvediża

8,6000

CHF

Frank Żvizzeru

1,2076

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3855

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,064

HUF

Forint Ungeriż

284,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,1390

RON

Leu Rumen

4,5420

TRY

Lira Turka

2,3312

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2528

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3005

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0697

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5810

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5853

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 417,18

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2692

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1041

HRK

Kuna Kroata

7,5270

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 481,56

MYR

Ringgit Malażjan

3,9597

PHP

Peso Filippin

53,527

RUB

Rouble Russu

40,7049

THB

Baht Tajlandiż

39,876

BRL

Real Brażiljan

2,6389

MXN

Peso Messikan

16,9685

INR

Rupi Indjan

69,9200


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2012 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.611 – Water Management Products

Rapportatur: Il-Polonja

2012/C 335/02

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-komportament antikompetittiv kopert mill-abbozz tad-deċiżjoni jikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti u dak ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi konċernati bl-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur waħdieni u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew prattika miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jeffetwaw b'mod favorevoli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tul tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul tal-perjodu stabbilit biex jiġu kkalkulati l-multi.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tan-Notifika ta' Riżolviment tal-2008.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/3


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/39.611 – Prodotti għall-Ġestjoni tal-Ilma

2012/C 335/03

Fis-27 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea bdiet proċeduri skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) kontra Flamco Wemefa GmbH, Flamco Holding B.V., voestalpine Polynorm B.V. u voestalpine AG (“Flamco”), Reflex Winkelman GmbH & Co. u Winkelman Group GmbH & Co. KG (“Reflex”) u TA Hydronics Switzerland AG (li qabel kien Pneumatex AG u minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Pneumatex”) (flimkien “il-partijiet”).

Wara diskussjonijiet dwar riżolviment u skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3), il-Kummissjoni Ewropea adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lil Flamco, Reflex u Pneumatex li tiddikjara li l-Partijiet kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-ksur ġie deskritt bħala koordinazzjoni tal-prezzijiet għal prodotti ta’ ġestjoni tal-ilma, li jinkludu sistemi ta’ pressjonizzazzjoni u sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità. It-tweġibiet rispettivi tal-partijiet għad-DO ikkonfermaw li d-DO indirizzata lilhom kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment.

Skont l-Artikolu 16 tat-termini ta’ Referenza, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien ilħaqt konklużjoni pożittiva.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u bil-konsiderazzjoni li l-partijiet ma indirizzaw l-ebda talba jew ilmenti lili, (4) inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-parteċipanti kollha fil-proċedimenti ta' dan il-każ ġew rispettat.

Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni, ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29, (it-“ Termini ta’ Referenza”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1–25.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(4)  Skont l-Artikolu 15(2) tat-Termini ta’ Referenza, il-partijiet tal-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jidħlu għal diskussjonijiet għar-riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jistgħu jappellaw lill-uffiċjal tas-Seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01.


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/4


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Ġunju 2012

dwar proċediment taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat (1)

(Każ COMP/39.611 – Prodotti għall-Ġestjoni tal-Ilma)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4313)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

2012/C 335/04

Fis-27 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (2), il-Kummissjoni b’dan qed tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat relatat mal-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti għall-ġestjoni tal-ilma (WMP). Il-WMP jinkludu sistemi ta' pressjonizzar u prodotti għall-assigurazzjoni tal-kwalità. Is-sistemi tal-pressjonizzar ikopru sistemi ta' manutenzjoni tal-pressjoni, reċipjenti tal-espansjoni u sistemi tal-water make-up. Il-prodotti għall-assigurazzjoni tal-kwalità jkopru sistemi tat-tneħħija tal-gass, ventijiet tal-arja, separaturi u valvoli tas-sikurezza. Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin: (i) Flamco (3); (ii) Reflex (4) u (iii) Pneumatex (5).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Il-proċedura

(2)

Wara l-applikazzjoni għall-immunità ta' Pneumatex, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda f'Diċembru 2008 u April 2009 fil-bini ta’ Flamco, Reflex u Pneumatex u wara bagħtet numru ta' talbiet għall-informazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedimenti f'dan il-każ fis-27 ta' Jannar 2011. Bejn it-16 ta' Frar 2011 u l-20 ta' Marzu 2012 saru diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni. Sussegwentement, il-membri tal-kartell ressqu t-talba formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Fil-25 ta' April 2012, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u l-partijiet kollha kkonfermaw li l-kontenut tagħha kien jirrifletti s-sottomissjonijiet tagħhom u baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura ta’ riżolviment. Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-25 ta' Ġunju 2012 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fis-27 ta' Ġunju 2012.

2.2.   Id-destinatarji u kemm dam għaddej il-ksur

(4)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat billi pparteċipaw, matul il-perjodi indikati hawn taħt, f'attivitajiet antikompetittivi fejn jidħlu l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ WMP:

(a)

Flamco u Pneumatex mill-21 ta' Ġunju 2006 sal-15 ta' Mejju 2008;

(b)

Reflex mill-21 ta' Ġunju 2006 sat-13 ta' Mejju 2008;

2.3.   Sommarju tal-ksur

(5)

Flamco, Pneumatex u Reflex ipparteċipaw f’kartell, li l-għan kumplessiv tiegħu kien li jikkoordinaw il-prezzijiet fis-settur tad-WMP fil-Ġermanja. Fil-ħarifa tal-2006, Reflex u Pneumatex kellhom ukoll l-għan li jikkoordinaw il-prezzijiet f'xi Stati Membri oħra. Flamco kienet involuta fil-kuntatti biss f'dak li jirrigwarda s-suq Ġermaniż għad-WMP.

(6)

L-impriżi għarrfu lil xulxin permezz ta' kuntatti bilaterali bl-ammont u d-data ta' żidiet fil-prezzijiet ippjanati u skambjaw l-informazzjoni dwar il-prezzijiet kurrenti, inklużi listi tal-prezzijiet grossi, u informazzjoni oħra kummerċjalment sensittiva bl-għan aħħari li jikkoordinaw il-prezzijiet tad-WMP. L-impriżi kkomunikaw u/jew irċevew l-informazzjoni mingħand xulxin rigward l-intenzjonijiet tal-ipprezzar tagħhom u huma meqjusa li qiesu dan meta ddeterminaw il-kondotta tagħhom fis-suq.

(7)

L-ambitu ġeografiku tal-ksur, fir-rigward tat-tliet parteċipanti, kien jikkonċerna l-Ġermanja waqt il-perjodu kollu tal-ksur. Barra minn hekk, fil-ħarifa tal-2006, Reflex u Pneumatex skambjaw informazzjoni dwar żidiet fil-prezzijiet li kienet tammonta għal koordinazzjoni tal-prezzijiet li kienet tikkonċerna xi Stati Membri oħra, jiġifieri Franza, il-Belġju, Spanja, il-Portugall, il-Lussemburgu, l-Italja, il-Finlandja, l-Isvezja, l-Ungerija, ir-Renju Unit, il-Greċja, il-Pajjiżi l-Baxxi u d-Danimarka.

(8)

B'kollox, il-kartell dam mill-21 ta’ Ġunju 2006 sal-15 ta' Mejju 2008 (it-13 ta' Mejju 2008 għal Reflex). Il-kuntatti tal-kartell varjaw fl-intensità matul it-tul ta' żmien globali tal-kartell. Il-kuntatti kienu inqas intensi matul il-perjodu minn nofs Diċembru 2006 sa nofs April 2008. Huwa għalhekk meqjus li dan il-perjodu kien jikkostitwixxi perjodu ta’ attività limitata tal-kartell.

2.4.   Rimedji

(9)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (6). Bl-eċċezzjoni ta’ Pneumatex, id-Deċiżjoni timponi multi fuq il-kumpaniji relevanti kollha tal-impriżi elenkati taħt il-punt (4) hawn fuq.

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(10)

L-ammont bażiku tal-multa huwa stabbilit għal 15 % tal-bejgħ tal-impriżi tad-WMP fiż-żona ġeografika elenkata taħt il-punt (6) hawn fuq.

(11)

L-ammont bażiku huwa mmultiplikat bin-numru ta' snin li fih l-impriżi ħadu sehem fil-ksur sabiex jitqies b'mod sħiħ il-perjodu kemm kull waħda mill-impriżi, b'mod individwali, damu jieħdu sehem fil-ksur.

(12)

Kif speċifikat hawn fuq, il-kartell għadda minn perjodu ta’ attività limitata li ma għandux jittieħed inkonsiderazzjoni għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-multi. It-tul taż-żmien li għandu jitqies jammonta għal perjodu ta’ 6 xhur għal Flamco, Reflex u Pneumatex.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

2.4.2.1.   Ċirkustanzi aggravanti u mitiganti

(13)

Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f'dan il-każ.

2.4.2.2.   Żieda speċifika bħala deterrent

(14)

F’dan il-każ, ma hemmx bżonn li tiżdied il-multa sabiex jinkiseb effett ta' deterrent kbir biżżejjed.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(15)

F'dan il-każ partikulari, l-ammonti bażiċi aġġustati ma jaqbżux l-10 % tal-fatturat totali li kull waħda mill-impriżi kisbet fl-2011.

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006

(16)

Pneumatex ingħatat immunità mill-multi.

2.4.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(17)

B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq Flamco u Reflex tnaqqas b’10 %.

3.   MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI

(18)

Għall-ksur uniku u kontinwu ttrattat f'din id-Deċiżjoni, ġew imposti l-multi li ġejjin:

(a)

Fuq Reflex Winkelmann GmbH & Co. KG u Winkelmann Group GmbH & Co. KG, in solidum: EUR 9 791 000;

(b)

Fuq TA Hydronics Switzerland AG: EUR 0;

(c)

Fuq Flamco GmbH, Flamco Holding B.V., voestalpine Polynorm B.V. u voestalpine AG, in solidum: EUR 3 870 000.


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). Iż-żewġ gruppi ta’ dispożizzjonijiet huma fis-sustanza identiċi. Fejn xieraq, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82, rispettivament, tat-Trattat tal-KE.

(2)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(3)  Il-kumpaniji relevanti huma Flamco GmbH (li qabel kienet Flamco Wemefa GmbH), Flamco Holding B.V., voestalpine Polynorm B.V. (li qabel kienet, voestalpine Polynorm N.V.) u voestalpine AG.

(4)  Il-kumpaniji relevanti huma Reflex Winkelmann GmbH & Co. KG u Winkelmann Group GmbH & Co. KG.

(5)  Il-kumpaniji relevanti huma TA Hydronics Switzerland AG (li qabel kienet Pneumatex AG).

(6)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/6


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali rigward kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinstab bl-EN, bil-FR u bil-DE fuq is-sit elettroniku tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 335/05

I.   Introduzzjoni

I.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-28 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali rigward kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (1) (li minn hawn ’il quddiem ser tissejjaħ: “l-abbozz tal-ftehim”). Il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD fl-istess jum.

I.2.   Kuntest u għan tal-Proposta

2.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kanada fil-qasam tad-dwana huma bbażati fuq il-Ftehim dwar Koperazzjoni u Assistenza Reċiproka Doganali fuq Affarijiet Doganali (CMAA) tal-1998 (2). L-Artikolu 23 tas-CMAA jippermetti li l-partijiet kontraenti jespandu dan il-ftehim biex tiżdied il-kooperazzjoni doganali.

3.

Il-Proposta għandha l-għan li tespandi s-CMAA permezz ta’ ftehim ġdid u kumplimentarju (li minn hawn ’il quddiem ser jissejjaħ “l-abbozz tal-ftehim”) u li tistabbilixxi bażi legali għall-kooperazzjoni doganali bejn l-UE u l-Kanada dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista u ġestjoni tar-riskju relatata, b’mod simili għall-kooperazzjoni attwali mal-Istati Uniti, li fiha l-KEPD adotta opinjoni fid-9 ta' Frar 2012 (3).

I.3.   Skop tal-Opinjoni tal-KEPD

4.

Skont il-proposta, l-abbozz tal-ftehim għandu wkoll l-għan li jipprovdi bażi legali għall-iskambju ta’ informazzjoni. Filwaqt li l-iskambju ta’ dejta personali mhuwiex l-iskop tal-Proposta, ser isiru skambji notevoli ta’ dejta personali, speċjalment dik relatata mal-operaturi. Din l-Opinjoni ser tanalizza kif l-iskambju ta’ din id-dejta personali huwa rregolat fl-abbozz tal-ftehim. L-Opinjoni ser tanalizza wkoll id-dispożizzjonijiet relevanti tal-ftehim tas-CMAA sa fejn dawn ikollhom effett fuq l-ipproċessar tad-dejta personali skont l-abbozz tal-ftehim. Minbarra l-fatt li l-abbozz tal-ftehim jipprovdi l-bażi legali għal kooperazzjoni ulterjuri, l-Opinjoni tagħti wkoll rakkomandazzjonijiet dwar deċiżjonijiet jew ftehimiet ġejjiena li jeħtieġu l-iskambju ta’ dejta personali li jistgħu jiġu adottati fuq il-bażi tal-abbozz tal-ftehim.

IV.   Konklużjoni

27.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza għall-applikabilità tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tal-privatezza tal-partijiet kontraenti u r-referenza għall-Artikolu 16 tas-CMAA. Madankollu fejn dan ikun possibbli jirrakkomanda li jiżdied il-kliem li ġej fl-abbozz tal-ftehim jew inkella f’deċiżjonijiet jew ftehimiet ġejjiena adottati fuq il-bażi tal-abbozz tal-ftehim:

kjarifika li l-kwistjonijiet li ma jaqgħux fi ħdan il-politika kummerċjali komuni għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim;

tidjiq u titjib fid-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskambji ta’ dejta personali;

speċifikazzjoni tal-kategoriji ta’ dejta li għandhom jiġu skambjati;

fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta sensittiva, isir provvediment għal salvagwardji adegwati u fejn dan ikun relevanti, għandha ssir verifika minn qabel tal-ipproċessar mill-awtoritajiet nazzjonali tal-UE tal-protezzjoni tad-data u l-KEPD;

jiġi ggarantit li s-suġġetti kollha tad-dejta jkollhom drittijiet ta’ aċċess, rettifika u rimedju ġudizjarju u amministrattiv effikaċi;

is-suġġetti tad-dejta jiġu mgħarrfa dwar il-karatteristiċi tal-ipproċessar kif żviluppati iktar ’il fuq;

jintalbu miżuri ta’ sigurtà adegwati;

jintqal li l-konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta personali tal-partijiet kontraenti għandha tiġi ssorveljata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-UE responsabbli mill-protezzjoni tad-dejta, il-KEPD u l-kummissarji tal-privatezza tal-Kanada;

il-KEPD ikompli jiġi kkonsultat dwar deċiżjonijiet oħrajn tal-JCCC dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  COM(2011) 937 finali.

(2)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kooperazzjoni u assistenza doganali reċiproka fuq affarijiet doganali (ĠU L 7, 13.1.1998, p. 38).

(3)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fl-intensifikar u twessigħ tal-Ftehim dwar kooperazzjoni doganali u għajnuna reċiproka f'affarijiet doganali biex tkun inkluża l-kooperazzjoni fis-sigurtà fir-rigward ta’ containers u affarijiet relatati (ĠU L 304, 30.9.2004, p. 34). Ara wkoll il-Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali bejn l-UE u l-Istati Uniti rigward ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati tal-Unjoni Ewropea u l-Programm ta’ Sħubija bejn id-Dwana u l-Kummerċ Kontra t-Terroriżmu tal-Istati Uniti (COM(2011) 937 finali) u l-Opinjoni tal-KEPD tad-9 ta’ Frar 2012 li jinsab fuq http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2012/12-02-09_EU_US_Joint_Customs_MT.pdf


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/8


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Pakkett ta’ Dejta Miftuħa tal-Kummissjoni Ewropea inkluża Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI), il-Komunikazzjoni dwar Dejta Miftuħa u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 335/06

1.   Introduzzjoni

1.1.   Sfond

1.

Fit-12 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI) (il-“Proposta”) (1). Il-Proposta hija parti mill-“Pakkett ta’ Dejta Miftuħa”, li tinkludi wkoll żewġ dokumenti oħrajn adottati fl-istess jum: (i) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ta' “Dejta miftuħa – Mezz għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-governanza trasparenti” (il-“Komunikazzjoni”) (2) u (ii) Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (id-“Deċiżjoni”) (3).

2.

Il-KEPD ma ġiex ikkonsultat kif meħtieġ mill-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Din hija ħasra fir-rigward tal-ammont kbir ta’ dejta personali li potenzjalment hija kkonċernata minn din l-inizjattiva. Għaldaqstant, din l-Opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 41(2) tal-istess Regolament. Il-KEPD jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għal din l-Opinjoni fil-preambolu tal-istrument adottat.

1.2.   Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta u d-Deċiżjoni; enfasi fuq l-Opinjoni tal-KEPD

3.

L-għan tal-Proposta huwa li taġġorna u li temenda t-test eżistenti tad-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (id-“Direttiva dwar il-PSI”).

4.

Id-Direttiva dwar il-PSI għandha l-għan li tħaffef l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi tarmonizza l-kundizzjonijiet bażiċi għall-użu mill-ġdid u t-tneħħija tax-xkiel għall-użu mill-ġdid fis-suq intern. Id-Direttiva dwar il-PSI fiha dispożizzjonijiet dwar in-nondiskriminazzjoni, il-ħlas, arranġamenti esklussivi, trasparenza, għodod ta’ ħruġ ta’ liċenzji u prattiċi biex iħaffu l-iskoperta u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti pubbliċi (4).

5.

Wieħed mill-għanijiet politiċi ewlenin il-ġodda tal-Proposta, kif inhu spjegat fit-Taqsima 5.1 tal-Komunikazzjoni, huwa l-għan ta’ introduzzjoni tal-“prinċipju li l-informazzjoni pubblika kollha li mhijiex espliċitament koperta b'waħda mill-eċċezzjonijiet tista’ tintuża mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali”. (5) B’mod partikolari, l-emenda proposta għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar il-PSI teħtieġ b’mod speċifiku li l-Istati Membri jiżguraw li d-“dokumenti eżistenti” miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri “ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali”.

6.

Dispożizzjonijiet ġodda relevanti oħrajn tal-Proposta jinkludu, soġġetti għal xi eċċezzjonijiet, il-limitazzjoni fuq l-ammonti li jistgħu jintalbu mis-settur pubbliku għall-informazzjoni użata mill-ġdid għall-“ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni u t-tixrid” (Artikolu 6(1) rivedut). Barra minn hekk, il-Proposta tespandi wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PSI biex tinkludi libreriji, arkivji, mużewijiet u libreriji tal-universitajiet.

7.

L-għan tad-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-Kummissjoni għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti tagħha stess.

8.

Fit-Taqsimiet 2 u 3, din l-Opinjoni tixħet dawl fuq il-Proposta nnifisha filwaqt li t-Taqsima 4 tikkummenta fil-qosor dwar id-Deċiżoni. It-Taqsima 2 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta relatat mad-dejta miftuħa, bl-isfidi u l-kunsiderazzjonijiet li jservu ta’ punti importanti ta’ referenza u jiddeterminaw, fil-parti l-kbira tagħhom, l-approċċ li l-KEPD jieħu fir-rakkomandazzjonijiet iktar speċifiċi tiegħu fit-Taqsima 3.

5.   Konklużjonijiet

72.

L-użu mill-ġdid ta’ PSI li fiha dejta personali jista’ jġib miegħu benefiċċji notevoli, iżda jinvolvi wkoll riskji konsiderevoli għall-protezzjoni ta’ dejta personali. Fid-dawl ta’ dawn ir-riskji, il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta tiddefinixxi b’mod iktar ċar f’liema sitwazzjoni u għal liema salvagwardji hija soġġetta l-informazzjoni li fiha dejta personali tista’ tintalab biex titqiegħed għad-dispożizzjoni għal użu mill-ġdid. B’mod partikolari, il-Proposta għandha:

tistabbilixxi b’mod iktar ċar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-applikabilità tad-Direttiva dwar il-PSI għad-dejta personali (Taqsima 3.1);

teħtieġ li ssir valutazzjoni mill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat qabel kwalunkwe PSI li jkun fiha dejta personali tkun tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni għal użu mill-ġdid (Taqsima 3.1);

fejn xieraq, teħtieġ li d-dejta tkun kompletament jew parzjalment anonimizzata u l-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji jipprojbixxu b’mod speċifiku l-identifikazzjoni mill-ġdid ta’ individwi u l-użu mill-ġdid ta’ dejta personali għal finijiet li jistgħu jaffettwaw lis-suġġetti tad-dejta b’mod personali (Taqsimiet 3.2 u 3.3);

teħtieġ li t-termini tal-liċenzja għal użu mill-ġdid ta’ PSI jinkludu klawżola ta’ protezzjoni tad-dejta, kull meta tiġi pproċessata dejta personali (Taqsima 3.3);

fejn ikun hemm bżonn, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali, teħtieġ li l-applikanti juru (permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt tad-dejta jew xi mod ieħor) li kwalunkwe riskju għall-protezzjoni ta’ dejta personali jiġi indirizzat b’mod adegwat u li l-applikant jipproċessa d-dejta b’konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta (Taqsima 3.3);

tiċċara li l-użu mill-ġdid jista’ jsir kontinġenti skont l-iskop li għalih isir l-użu mill-ġdid, b’deroga mir-regola ġenerali li tippermetti li jsir użu mill-ġdid għal kwalunkwe skop kummerċjali u mhux kummerċjali (Taqsima 3.3);

73.

Barra minn hekk, il-KEPD jissuġġerixxi:

li jiġi kkunsidrat li jitħallew jintalbu spejjeż ta’ pproċessar minn qabel (bħal diġitalizzazzjoni), anonimizzazzjoni u aggregazzjoni lid-detenturi tal-liċenzji, fejn xieraq (Taqsima 3.5), u

li l-Kummissjoni tiżviluppa iktar gwida, li tiffoka fuq l-anonimizzazzjoni u l-ħruġ ta’ liċenzji u tikkonsulta lil WP29 f’dan ir-rigward (Taqsima 3.6).

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2012.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2011) 877 finali.

(2)  COM(2011) 882 finali.

(3)  2011/833/UE.

(4)  Ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta, Taqsima 1.

(5)  Ara wkoll it-Taqsima 3.2, para 6 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta li titlob li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex “tiggarantixxi” li “l-użu mill-ġdid ikun permess għal dejta bażika ta’ valur tas-settur pubbliku fl-Istati Membri kollha”; u t-Taqsima 5, l-intestatura “Emendi leġiżlattivi”, inċiż (iii) tas-Sommarju Eżekuttiv tal-Valutazzjoni tal-Impatt, li titlob li jsir “l-emendar tal-prinċipju ġenerali biex id-dokumenti aċċessibbli jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid”.


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/10


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni għall-perjodu ta’ negozjar li jibda mill-1 ta' Jannar 2013, u għal perjodi ta’ negozjar sussegwenti, tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab fil-lingwi EN, FR u DE fuq is-sit elettroniku tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 335/07

1.   Daħla

1.1.   Sfond

1.

Fit-18 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2011 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni għall-perjodu ta’ negozjar li jibda mill-1 ta' Jannar 2013, u għal perjodi ta’ negozjar sussegwenti, tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 u (UE) Nru 920/2010 (ir-“Regolament”). (1) Ir-Regolament intbagħat lill-KEPD għal konsultazzjoni fl-istess data.

2.

Diġà qabel l-adozzjoni tar-Regolament, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali. Uħud minn dawn il-kummenti ttieħdu f’kunsiderazzjoni fir-Regolament, u l-KEPD jinnota li, b’riżultat ta’ dan, is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta komplew jissaħħu.

3.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li huwa qiegħed jiġi kkonsultat b’mod formali mill-Kummissjoni u li hija inkluża referenza għall-Opinjoni preżenti fil-preambolu tal-istrument adottat.

1.2.   L-objettivi u l-ambitu tar-Regolament

4.

Is-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (“ETS”) hija waħda mill-politiki li ġew introdotti madwar l-Unjoni Ewropea (“UE”) biex jgħinu ħalli jintlaħqu l-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont il-Protokoll ta’ Kjoto. L-ETS toħloq sistema ta’ konformità għall-operaturi u għandha l-għan li tiżgura li l-emissjonijiet jiġu llimitati b’mod effettiv madwar l-UE. (2)

5.

Mill-1 ta' Jannar 2013, ir-Regolament sejjer jemenda u jissostitwixxi r-Regolamenti tal-Kummissjoni preċedenti dwar is-suġġett, b’mod partikolari, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 u (UE) Nru 920/2010 (3), li t-tnejn li huma kienu ġew adottati biex jipprovdu r-regoli “għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri”.

6.

Waħda min-novitajiet ewlenin li ġew introdotti permezz tar-Regolament hija t-twaqqif, sa mill-2012, ta’ Reġistru tal-Unjoni ċentralizzat, minflok is-sistema preċedenti ta’ kombinazzjoni ta’ reġistri nazzjonali.

7.

Ir-Reġistru tal-Unjoni u l-hekk imsejjaħ Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (jew “EUTL”), li kien diġà implimentat fil-livell tal-UE, huma żewġ subsistemi ospitati u mħaddma mill-Kummissjoni Ewropea. Huma għandhom żewġ funzjonijiet differenti iżda huma sistemi kumplimentarji.

8.

Ir-Reġistru tal-Unjoni fih il-kontijiet tal-atturi involuti fl-ETS (eż. kontijiet ta’ depożitu tal-operaturi, kontijiet ta’ depożitu ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru, kontijiet ta’ negozjar, kontijiet ta’ bejgħ b’irkant) u jirreġistra t-tranżazzjonijiet li jsiru bejn il-kontijiet. Għalhekk, ir-Reġistru tal-Unjoni huwa reġistru elettroniku ċentrali fil-livell tal-UE maħsub biex jappoġġja n-negozjar tal-emissjonijiet mid-detenturi tal-kontijiet fl-Istati Membri u bejniethom.

9.

Min-naħa l-oħra, l-EUTL jirreġistra l-allokazzjonijiet, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ CO2 fl-UE u jiċċekkja l-konsistenza u l-koerenza ta’ ċerti operazzjonijiet.

2.   L-objettivi u l-istruttura tal-opinjoni tal-KEPD

10.

Filwaqt li l-għan ewlieni tar-Regolament mhuwiex l-ipproċessar ta’ dejta personali, madankollu, ir-Regolament jesiġi l-ipproċessar ta’ dejta personali, inkluż informazzjoni dwar ir-rekord kriminali u informazzjoni dwar attivitajiet kriminali suspettużi. Din id-dejta tiġi pproċessata biex jiġi żgurat li l-kontijiet ma jintużawx ħażin għal attivitajiet kriminali.

11.

Id-dejta personali tista’ tkun relatata ma’ individwi li jaġixxu f’isem id-detenturi tal-kontijiet, bħad-“diretturi” u r-rappreżentanti awtorizzati tagħhom. Barra minn hekk, id-detenturi tal-kontijiet infushom jistgħu jkunu wkoll persuni fiżiċi. Jekk ikun hekk, id-dejta personali tagħhom tista’ tiġi pproċessata wkoll. Minbarra dan, tinġabar ukoll xi dejta dwar is-sidien benefiċjarji tad-detenturi tal-kontijiet, li min-naħa tagħhom jistgħu jkunu individwi. (4)

12.

Fid-dawl tad-dejta personali li ta’ spiss tkun sensittiva u li jeħtieġ li tiġi pproċessata skont ir-Regolament, il-KEPD jirrakkomanda li għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta fir-Regolament.

13.

Meta wieħed iqis li r-Regolament diġà ġie adottat, l-għan primarju ta’ din l-Opinjoni huwa li tgħin biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta jiġi emendat ir-Regolament, li huwa previst għall-aħħar tal-2012.

14.

Barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti fl-Opinjoni jistgħu jservu wkoll bħala gwida għall-Kummissjoni u għall-amministraturi nazzjonali meta jiġu biex jimplimentaw is-salvagwardji meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta fil-livell prattiku. Għal aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni prattika, ara l-paragrafi 41-43 li jitolbu għat-tħejjija ta’ politika komprensiva dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-paragrafu 36 dwar miżuri prattiċi oħrajn bħal menus ta’ għajnuna u messaġġi ta’ twissija fir-Reġistru tal-Unjoni, kif ukoll materjal ta’ taħriġ, u l-paragrafu 40 dwar id-dokumentazzjoni tas-sistema u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni fuq is-sit elettroniku tar-Reġistru tal-Unjoni.

15.

It-Taqsima 3 ta’ din l-Opinjoni tiddeskrivi fil-qosor liema dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament, b’enfasi fuq id-dejta sensittiva. Din id-deskrizzjoni hija meħtieġa biex ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti fit-Taqsimiet 4-12 ta’ din l-Opinjoni jitpoġġew fil-kuntest. It-Taqsima 4 titlob għal aktar kjarifiki dwar liema dejta personali tiġi pproċessata skont ir-Regolament, min jipproċessa tali dejta u fejn tinħażen din id-dejta, b’enfasi, għal darba oħra, fuq id-dejta sensittiva. It-taqsimiet 5-12 jinkludu r-rakkomandazzjonijiet li jifdal tal-KEPD, filwaqt li t-Taqsima 13 tiddeskrivi l-konklużjonijiet tiegħu.

13.   Konklużjonijiet

77.

Il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu, meta jiġi emendat, kif previst, aktar tard fl-2012:

jikkjarifika aktar liema dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament, u liema dejta personali għandha tinħażen u tiġi pproċessata fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL. B’mod partikolari, il-KEPD sejjer jilqa’ dispożizzjoni ġenerali fir-Regolament li tgħid li ebda kategorija speċjali ta’ dejta personali ma għandha tiġi rreġistrata fl-EUTL u fir-Reġistru tal-Unjoni (it-Taqsima 4);

jistabbilixxi b’mod ċar jekk l-amministratur ċentrali huwiex sejjer ikun parti mill-Kummissjoni Ewropea, jekk huwiex sejjer ikun istituzzjoni/aġenzija/korp oħra/ieħor tal-UE, jew inkella entità organizzata skont il-liġijiet ta’ wieħed mill-Istati Membri (it-Taqsima 5);

jirrikjedi l-adozzjoni ta’ politika dwar il-protezzjoni tad-dejta biex jiġu allokati l-kompiti u r-responsabbiltajiet (it-Taqsima 6);

jiddefinixxi b’mod aktar speċifiku l-għanijiet tal-aċċess għad-dejta minn partijiet terzi, inkluż mill-Europol, u jipprovdi salvagwardji adegwati għall-anonimizzazzjoni f’każ ta’ estrazzjoni tad-dejta (it-Taqsima 7);

jipprojbixxi l-pubblikazzjoni ta’ dejta sensittiva (it-Taqsima 8);

jiġi emendat fir-rigward tal-perjodi ta’ żamma biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti taż-żamma tad-dejta jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta (it-Taqsima 9);

jiżgura li jiġi pprovdut avviż adegwat lis-suġġetti tad-dejta dwar il-fatt li huma tpoġġew fuq ‘lista sewda’ u li jeżisti mekkaniżmu maħsub biex jiżgura d-drittijiet ta’ aċċess tas-suġġetti tad-dejta, kif ukoll li l-informazzjoni inkluża fil-lista sewda tkun preċiża u aġġornata; jiżgura perjodi ta’ żamma adegwati, limiti fuq l-aċċess u limiti fuq l-għanijiet li għalihom tista’ tintuża l-lista sewda (it-Taqsima 10);

jipprojbixxi t-trasferimenti ta’ dejta personali sensittiva barra mill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet Internazzjonali (it-Taqsima 11); u

jipprovdi kjarifiki addizzjonali dwar is-sigurtà u l-kontabilità (verifiki) (it-Taqsima 12).

78.

Minbarra dan, il-KEPD jirrakkomanda li l-kummenti tiegħu jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri meta jiġu biex jimplimentaw is-salvagwardji meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta fil-livell prattiku. Dawn jistgħu jinkludu l-adozzjoni ta’ politika dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-provvista ta’ informazzjoni fuq is-sit elettroniku tar-Reġistru tal-Unjoni, miżuri prattiċi oħrajn bħal menus ta’ għajnuna u messaġġi ta’ twissija fir-Reġistru tal-Unjoni, kif ukoll il-provvista ta’ materjal ta’ taħriġ.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 315, 29.11.2011, p. 1.

(2)  Għal aktar tagħrif dwar l-ETS, ara http://ec.europa.eu/clima/publications/docs/ets_mt.pdf

(3)  ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1 u ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1.

(4)  Ara t-Taqsima 3 ta’ hawn taħt għal aktar dettalji dwar il-kategoriji ta’ dejta, inkluża dejta sensittiva, li tiġi pproċessata skont ir-Regolament.


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/13


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tħejjijiet għall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab fil-lingwi EN, FR u DE fuq is-sit elettroniku tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 335/08

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fid-9 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar it-tħejjijiet għall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti (“ir-Rakkomandazzjoni”) (1). Ir-Rakkomandazzjoni ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fid-19 ta' Marzu 2012.

2.

Qabel l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni, il-KEPD ingħata l-opportunità li jipprovdi kummenti informali. Uħud minn dawn il-kummenti ttieħdu f’kunsiderazzjoni fir-Rakkomandazzjoni. B’riżultat ta’ dan, issaħħew is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni.

3.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni kkonsultatu wkoll b’mod formali u li din l-Opinjoni tissemma fil-preambolu tar-Rakkomandazzjoni.

1.2.   L-għanijiet u l-isfond tar-Rakkomandazzjoni

4.

L-għan tar-Rakkomandazzjoni huwa li tingħata gwida lill-Istati Membri dwar it-tħejjija għall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti (2) fl-Ewropa. Din l-introduzzjoni hija prevista sal-2020 għas-swieq tal-gass u tal-elettriku u hija soġġetta għal valutazzjoni ekonomika tal-ispejjeż u tal-benefiċċji. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq minn kull Stat Membru sat-3 ta' Settembru 2012 (3).

5.

Parti sinjifikanti mir-Rakkomandazzjoni (it-Taqsima I) hija ddedikata lill-protezzjoni tad-dejta. Importanti ferm, ir-Rakkomandazzjoni titlob għat-tħejjija ta’ template għal valutazzjoni dwar l-impatt tal-protezzjoni tad-dejta (4) (“it-Template”) u s-sottomissjoni tagħha lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (“id-WP29”) biex jingħataw pariri fi żmien tnax-il xahar mill-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni (5).

6.

Bħalissa qiegħed jitħejja l-ewwel abbozz tat-Template mill-Grupp ta’ Esperti 2 tat-Task Force tal-Kummissjoni dwar il-Grilji Intelliġenti. It-Task Force ġiet stabbilita mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni, bil-għan li tagħti pariri dwar kwistjonijiet ta’ grilji intelliġenti. Wieħed mis-sottogruppi tat-Task Force, il-Grupp ta’ Esperti 2, jiffoka fuq aspetti ta’ sigurtà u protezzjoni tad-dejta. Il-grupp jinkludi primarjament rappreżentanti tal-industrija (b’ċerta rappreżentanza minn gruppi tal-konsumaturi u tas-soċjetà ċivili) (6).

7.

Il-Kummissjoni ssegwi approċċ li jinvolvi liġi mhux vinkolanti li jikkombina (i) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tkopri l-protezzjoni tad-dejta fost kwistjonijiet oħrajn u (ii) gwida ulterjuri lill-Istati Membri fil-forma ta’ template għal valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta, li għandha tiġi applikata b’mod volontarju mill-parteċipanti tal-industrija. L-approċċ huwa bbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-iżvilupp u r-reviżjoni, wara l-kummenti tad-WP29, tal-“Proposta tal-Industrija għal Qafas ta’ Valutazzjoni tal-Impatt dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u l-Privatezza għal Applikazzjonijiet tal-RFID”. (7) Madankollu, il-Kummissjoni ma eskludietx il-ħtieġa għal azzjoni leġiżlattiva fil-livell nazzjonali u/jew Ewropew (8).

1.3.   L-għanijiet, il-messaġġi ewlenin u l-istruttura tal-Opinjoni tal-KEPD

8.

Filwaqt li l-Opinjoni tal-KEPD hija adottata b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, din mhijiex strettament limitata għall-kontenut ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, minħabba li hemm aspetti ta’ protezzjoni tad-dejta importanti fl-introduzzjoni ta’ metraġġ intelliġenti li mhumiex indirizzati b’mod sħiħ fir-Rakkomandazzjoni nnifisha. F’dan il-kuntest, il-KEPD ifakkar fil-kummenti formali tiegħu rigward il-Proposta dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (9).

9.

L-Opinjoni tal-KEPD għandha tliet għanijiet u messaġġi ewlenin:

L-ewwel, l-Opinjoni tevalwa r-Rakkomandazzjoni: hija tilqa’ r-Rakkomandazzjoni bħala l-ewwel pass, tenfasizza l-kisbiet tagħha, iżda wkoll tikkritika n-nuqqasijiet tagħha, inkluża l-ispeċifiċità insuffiċjenti tagħha.

It-tieni, il-KEPD jiddispjaċih li r-Rakkomandazzjoni ma pprovdietx gwida aktar speċifika u aktar prattika dwar il-protezzjoni tad-dejta, filwaqt li huwa jqis li xorta waħda tista’ tingħata xi gwida fit-Template tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta, li qiegħda titħejja bħalissa. Għalhekk, l-Opinjoni tipprovdi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet immirati dwar it-Template.

It-tielet, l-Opinjoni titlob lill-Kummissjoni biex tevalwa jekk, minbarra l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni u tat-Template, hemmx bżonn ta’ azzjoni leġiżlattiva ulterjuri fil-livell tal-UE u tipprovdi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet immirati għal azzjoni leġiżlattiva possibbli.

10.

Fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet, l-Opinjoni hija strutturata kif ġej:

It-taqsima 2 tipprovdi introduzzjoni qasira għall-kunċetti ta’ miters intelliġenti u grilji intelliġenti u tispjega t-tħassib li jqajmu fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta.

It-taqsima 3 tipprovdi kummenti ġenerali dwar l-approċċ tal-Kummissjoni segwit fir-Rakkomandazzjoni, tiddiskuti l-ħtieġa għal azzjoni leġiżlattiva ulterjuri u tagħti rakkomandazzjonijiet għal azzjoni leġiżlattiva possibbli.

It-taqsima 4 tiddeskrivi wħud mill-kwistjonijiet ewlenin li – fil-fehma tal-KEPD – kellhom jiġu indirizzati b’mod aktar speċifiku fir-Rakkomandazzjoni. Uħud minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jservu wkoll bħala gwida għal-leġiżlaturi nazzjonali jew Ewropej meta jiġu biex jikkunsidraw x’azzjoni leġiżlattiva jew regolatorja ulterjuri għandha tittieħed. Oħrajn jistgħu jiġu indirizzati fit-Template tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta li għandha tiġi żviluppata.

It-taqsima 5 tipprovdi ftit rakkomandazzjonijiet immirati fuq il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta u fuq il-kontenut tat-Template li għandha tiġi żviluppata. Dawn għandhom jinqraw flimkien mat-Taqsima 4.

6.   Konklużjonijiet

68.

L-introduzzjoni tas-sistemi ta’ metraġġ intelliġenti madwar l-Ewropa tista’ ġġib magħha benefiċċji sinjifikanti, iżda tinvolvi wkoll riskji konsiderevoli għall-protezzjoni tad-dejta personali. Hija tagħti ċ-ċans li jsir ġbir massiv ta’ dejta personali mid-djar Ewropej u tista’ twassal biex wieħed isir jaf x’qegħdin jagħmlu l-membri ta’ dar fil-privatezza ta’ djarhom. Fid-dawl ta’ dawn ir-riskji, il-KEPD jilqa’ l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjoni biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-metraġġ intelliġenti u tal-grilji intelliġenti jitfasslu u jitħaddmu b’tali mod li jkunu soġġetti għal salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta.

69.

Il-KEPD japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex tagħmel użu minn kunċetti proposti ġodda, bħall-protezzjoni tad-dejta skont id-disinn u għodod prattiċi bħall-valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta u n-notifiki dwar il-ksur tas-sigurtà. B’mod partikolari, il-KEPD jappoġġja l-pjan tal-Kummissjoni li tħejji Template għall-valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta u tissottomettiha lill-Grupp ta’ Ħidma skont l-Artikolu 29 biex jagħti l-pariri tiegħu dwarha.

70.

Il-KEPD jiddispjaċih li r-Rakkomandazzjoni ma pprovdietx gwida aktar speċifika u aktar prattika dwar il-protezzjoni tad-dejta. Madankollu, huwa jqis li xorta waħda tista’ tingħata xi gwida fit-Template li qiegħda titħejja bħalissa. Għalhekk, l-Opinjoni tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar it-Template u tenfasizza li t-Template għandha toffri gwida speċifika u prattika: ġabra tal-aqwa prassi u tal-“aqwa tekniki disponibbli”. Huwa kruċjali wkoll li t-Template issegwi metodoloġija tajba u, fost l-oħrajn, tqabbel b’mod ċar kull riskju ma’ kontroll adegwat.

71.

Minbarra dan, l-Opinjoni titlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk hemmx bżonn ta’ azzjoni leġiżlattiva ulterjuri fil-livell tal-UE u tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal tali azzjoni leġiżlattiva possibbli. Uħud minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu implimentati diġà permezz ta’ emenda fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija, li bħalissa tinsab quddiem il-Kunsill u l-Parlament. Dawn għandhom jinkludu mill-inqas rekwiżit obbligatorju għall-kontrolluri biex iwettqu valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta u obbligu li jinnotifikaw kwalunkwe ksur tad-dejta personali (it-Taqsima 4.7).

72.

Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda wkoll:

aktar gwida dwar il-bażi legali tal-ipproċessar u l-għażla disponibbli għas-suġġetti tad-dejta: b’mod partikolari, distinzjoni ċara bejn l-għanijiet li għalihom tista’ tiġi pproċessata d-dejta dwar l-użu tal-enerġija mingħajr kunsens mill-klijenti, u dawk li għalihom huwa meħtieġ kunsens mill-klijenti (it-Taqsima 4.2);

applikazzjoni obbligatorja tal-“PETS” u ta’ “tekniki disponibbli oħrajn” għall-minimizzazzjoni tad-dejta (it-Taqsima 4.3);

kjarifika tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tal-atturi differenti minn perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta (it-Taqsima 4.4);

aktar gwida dwar il-perjodi ta’ żamma; fil-prinċipju, il-ħażna ta’ dejta dwar il-konsum ta’ djar individwali għandha tkun permessibbli biss sal-aħħar tal-perjodu li matulu jkun jista’ jiġi kkontestat legalment il-kont jew ikun jista’ jsir il-ħlas u biss sal-livell ta’ granularità meħtieġa għal skopijiet ta’ ħruġ tal-kontijiet (mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-konsumatur għal żamma itwal abbażi tal-kunsens, pereżempju, biex jinkiseb parir immirat dwar l-enerġija) (it-Taqsima 4.5);

aċċess dirett lill-konsumaturi għad-dejta tagħhom dwar l-użu tal-enerġija; u metodi effettivi biex is-suġġetti tad-dejta jiġu informati dwar l-ipproċessar tad-dejta tagħhom; dan għandu jinkludi, f’każ ta’ estrazzjoni tad-dejta, l-iżvelar ta’ profili individwali u l-loġika ta’ kwalunkwe algoritmu li jintuża għall-estrazzjoni tad-dejta; minbarra dan, għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni komprensiva rigward l-eżistenza ta’ kwalunkwe funzjonalità remota mixgħula/mitfija (it-Taqsima 4.6).

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  C(2012) 1342 finali.

(2)  Għal introduzzjoni qasira għall-miters intelliġenti u l-grilji intelliġenti, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 2.1 hawn taħt.

(3)  L-introduzzjoni u l-analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji huma meħtieġa skont (i) id-Direttiva 2009/72/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55) u (ii) d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94). Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (COM(2011) 370 finali) (“il-Proposta dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija”), li bħalissa tinsab quddiem il-leġiżlaturi, tinkludi dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-metraġġ intelliġenti.

(4)  Fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta, ta’ min jinnota li l-Proposta tal-Kummissjoni għal qafas ġenerali rivedut dwar il-protezzjoni tad-dejta qiegħda tippjana li tagħmel il-valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta obbligatorji f’xi sitwazzjonijiet u tipprovdi gwida ulterjuri dwar kif għandha titwettaq tali valutazzjoni tal-impatt. Ara l-Artikolu 33 tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (COM(2012) 11 finali). Ara wkoll il-paragrafi 200-205 tal-Opinjoni tal-KEPD tas-7 ta’ Marzu 2012 dwar il-pakkett ta’ riforma għall-protezzjoni tad-dejta, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/Consultation/Reform_package;jsessionid=46ACCFDB9005EB950DF9C7D58BDE5377

(5)  Ara l-paragrafu 5 tar-Rakkomandazzjoni.

(6)  Aktar informazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force u tal-Grupp ta’ Esperti 2 hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tat-Task Force fuq http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/smartgrids/taskforce_en.htm

(7)  Ara http://ec.europa.eu/information_society/policy/rfid/documents/infso-2011-00068.pdf u http://cordis.europa.eu/fp7/ict/enet/documents/rfid-pia-framework-a29wp-opinion-11-02-2011_en.pdf

(8)  Ta’ min jinnota li fl-istadju preżenti ma ġiet ipprovduta ebda evalwazzjoni tal-effettività ta’ dan l-approċċ li jinvolvi liġi mhux vinkolanti għall-qasam tal-RFID u, b’mod ġenerali, lanqas ma teżisti xi informazzjoni li tindika l-effettività tal-approċċ.

(9)  Ittra tal-KEPD tas-27 ta’ Ottubru 2011 lis-Sur Günther H. Oettinger, il-Kummissarju għall-Enerġija dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u li tirrevoka d-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Comments/2011/11-10-27_Letter_Oettinger_EN.pdf


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/16


Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-KEPD tal-14 ta’ Ġunju 2012 dwar il-proposti għal Regolament dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u għal Regolament dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 335/09

Introduzzjoni

Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fis-7 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju (1) (li minn hawn ’il quddiem ser jissejjaħ “ir-Regolament propost dwar il-VCF”). Fl-istess jum, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar il-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej (2) (li minn hawn ’il quddiem ser jissejjaħ “ir-Regolament propost dwar is-SEF”). Dawn il-proposti ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni fit-12 ta’ Diċembru 2011.

2.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li fil-preamboli tar-Regolamenti proposti jiġu inklużi referenzi għal din l-Opinjoni.

3.

F’ċerti każijiet, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas legali għall-Fondi ta’ kapital ta’ riskju u l-Fondi ta’ Intreprenditorija Soċjali jistgħu jaffettwaw id-drittijiet tal-individwi relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Ir-Regolamenti proposti fihom dispożizzjonijiet li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-dejta għall-individwi kkonċernati, bħall-applikabilità tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-iskambji transkonfinali ta’ informazzjoni, is-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti u d-databases tal-maniġers tal-fondi.

4.

Hemm dispożizzjonijiet paragunabbli għal dawk imsemmija f’din l-Opinjoni f’bosta proposti pendenti jew oħrajn possibbli fil-ġejjieni, bħal dawk diskussi fl-Opinjonijiet tal-KEPD fuq il-pakkett leġiżlattiv dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MIFID/MIFIR) u l-abbuż tas-suq (3). Għaldaqstant, il-KEPD jirrakkomanda li din l-Opinjoni tinqara flimkien mal-Opinjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Frar 2012 fuq l-inizjattivi msemmija hawn fuq.

Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta

5.

Ir-Regolamenti proposti għandhom l-għan li jsolvu problemi differenti biż-żewġ tipi ta’ fondi.

6.

Għad li l-Fondi ta’ kapital ta’ riskju jiffokaw fuq l-għoti ta’ finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma għall-SMEs, l-industrija Ewropea tal-kapital ta’ riskju hija frammentata u maqsuma. Din il-frammentazzoni u dan il-qsim iwasslu għal nuqqas ta’ ħeġġa statistikament sinifikanti mill-investituri biex jinvestu f’Fondi ta’ kapital ta’ riskju. Il-frammentazzjoni regolatorja tipprevjeni wkoll lil Fondi ta’ kapital ta’ riskju speċjalizzati milli jiġbru ammont notevoli ta’ kapital minn barra l-pajjiż. Il-preferenza attwali tal-investituri potenzjali hija li jmorru għal ekwità privata milli investimenti tal-kapital ta’ riskju. Dan huwa ħażin għall-kompetittività globali tal-Ewropa. Ir-Regolament propost dwar il-Fondi ta’ kapital ta’ riskju għandu l-għan li jindirizza dawn il-problemi.

7.

Il-firxa ta’ għodod finanzjarji eliġibbli proposti fir-Regolament dwar il-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej tmur lil hinn mill-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma. L-impriżi soċjali jistgħu jirrikorru wkoll għal forom oħra ta’ finanzjament, billi jgħaqqdu finanzjament mis-settur pubbliku u dak privat, strumenti ta’ dejn jew ammonti żgħar mislufa. Għaldaqstant, ir-regoli proposti dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali jipprovdu għal firxa ikbar ta’ għodod tal-investiment li jikkwalifikaw u li huma disponibbli għall-Fondi ta’ kapital ta’ riskju.

8.

Barra minn hekk, il-kwistjonijiet ta’ trasparenza mqajma mill-investimenti f’negozji soċjali huma differenti mill-obbligi ta’ rapportar ġenerali li huma pprovduti fil-qasam tal-kapital ta’ riskju: l-investimenti fl-intraprenditorija soċjali għandhom fil-mira tagħhom forma ta’ ‘gwadann soċjali’ jew impatt soċjali pożittiv. Ir-regoli proposti fihom taqsimiet speċjali li jiffokaw fuq tagħrif li jappartjeni għal impatti soċjali, il-kejl tagħhom u l-istrateġiji mħaddma biex titrawwem il-kisba tagħhom.

9.

Ir-Regolamenti proposti dwar il-Fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju u dwar il-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej huma previsti li jikkumplimentaw lil xulxin. Iż-żewġ proposti, jekk jiġu adottati, sejrin jeżistu f’daqqa bħala atti legali awtonomi f’indipedenza reċiproka.

Kumment Ewlieni tal-KEPD

10.

Il-KEPD iqis li -fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta- ir-Regolamenti proposti huma ġenerali wisq. F’ċerti każijiet mhuwiex ċar jekk l-ipproċessar ta’ dejta personali huwiex sejjer iseħħ skont ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti proposti, pereżempju rigward l-iskambji ta’ informazzjoni, is-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti u t-twaqqif tad-databases tal-AETS.

Konklużjonijiet

32.

Il-KEPD jirrakkomanda li:

jiġu inklużi referenzi għal din l-Opinjoni fil-preamboli tar-Regolamenti proposti;

jiddaħħlu dispożizzjonijiet fir-Regolamenti proposti li jisħqu fuq l-applikabilità sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-KEPD jissuġġerixxi wkoll li tiġi ċċarata r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet sejrin japplikaw b’konformità mar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE;

jiġi speċifikat it-tip ta’ informazzjoni personali li tista’ tiġi pproċessata u ttrasferita skont ir-Regolamenti proposti, li jiġu definiti l-iskopijiet li għalihom tista’ tiġi pproċessata u ttrasferita dejta personali mill-awtoraitajiet kompetenti kkonċernati u l-AETS u li jiġi stabbilit perjodu ta’ żamma proporzjonat għat-tali pproċessar jew tal-inqas jiġu introdotti kriterji preċiżi sabiex jiġi stabbilit;

jiġi limitat l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għad-dokumenti u l-informazzjoni għal ksur serju u identifikat b’mod speċifiku tar-Regolamenti proposti u fil-każ fejn ikun jeżisti suspett raġonevoli (li għandu jkun appoġġjat minn provi inizjali konkreti) li jkun seħħ ksur;

jiġi introdott rekwiżit għall-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu dokumenti u informazzjoni permezz ta’ deċiżjoni formali, jiġu speċifikati l-bażi legali u l-iskop tat-talba u x’informazzjoni hija meħtieġa, il-perjodu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni kif ukoll id-dritt li d-destinatarju jitlob sabiex id-deċiżjoni tiġi riveduta minn qorti;

tiġi ċċarata l-bażi legali tad-databases tal-Maniġers tal-Fondi billi jiġu introdotti dispożizzjonijiet iktar dettaljati fir-Regolamenti proposti. Dispożizzjonijiet bħal dawn iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. B’mod partikolari, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi d-database trid (i) tidentifika l-iskop tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar u tistabbilixxi liema huma l-użi kompatibbli; (ii) tidentifika liema entitajiet (AETS, awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni) ser ikollhom aċċess għal liema dejta maħżuna fid-database u ser ikollhom il-possibilità li jimmodifikaw id-dejta; (iii) tiżgura d-dritt ta’ aċċess u informazzjoni xierqa għas-suġġetti kollha tad-dejta li d-dejta personali tagħhom tista’ tinħażen u tiġi skambjata; (iv) tiddefinixxi u tillimita l-perjodu ta’ żamma għad-dejta personali għal dak li hu l-inqas neċessarju għat-twettiq tat-tali skop;

peress li r-Regolamenti proposti huma ġenerali wisq f’każijiet ta’ skambji transkonfinali ta’ informazzjoni, is-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti u t-twaqqif ta’ databases tal-AETS tal-maniġers tal-fond, l-elementi essenzjali tal-ipproċessar ta’ dejta personali ma għandhomx jitħallew jiġu deċiżi permezz ta’ atti ddelegati, iżda għandhom jiġu inklużi fl-Artikoli sostantivi relevanti tar-Regolamenti proposti;

jiġu inklużi referenzi fir-Regolamenti proposti dwar il-bżonn li jiġi kkonsultat il-KEPD meta l-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni jkunu jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ dejta personali.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  COM(2011) 860.

(2)  COM(2011) 862.

(3)  Opinjonijiet tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6724 – PAI/Marcolin)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 335/10

1.

Fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża PAI partners S.A.S. (“PAI”, Franza) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Marcolin SpA (“Marcolin”, l-Italja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

PAI hija ditta ta’ ekwità privata, li tiffoka fuq investimenti fl-akkwist ta’ kumpaniji minn medji sa kbar, li jkollhom is-sede tagħhom fl-Ewropa, jew li jiġu mmexxija mill-Ewropa, li joperaw f’setturi differenti tal-industrija,

Marcolin hija attiva fl-Italja u barra mill-Italja fil-manifattura u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ nuċċalijiet, notevolment frejmijiet tan-nuċċalijiet tal-vista Frejms u nuċċalijiet tax-xemx. Marcolin timmanifattura u tqassam taħt il-marki tagħha stess, iżda wkoll f’isem ditti tal-moda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6724 – PAI/Marcolin, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).