ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.334.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 334

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
31 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 334/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6720 – OAO VTB Bank/Corporate Commercial Bank/Bulgarian Telecommunications Company) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 334/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2012 li taħtar membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għad-Danimarka

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 334/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

2012/C 334/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-lifts(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)  ( 1 )

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 334/05

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

7

2012/C 334/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

8

2012/C 334/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

9

2012/C 334/08

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kumerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

10

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 334/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6720 – OAO VTB Bank/Corporate Commercial Bank/Bulgarian Telecommunications Company)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 334/01

Fit-22 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6720. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 2012

li taħtar membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għad-Danimarka

2012/C 334/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi tal-kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta' min iħaddem,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tat-22 ta' Novembru 2010 (2), tas-7 ta' Marzu 2011 (3), tat-12 ta' Lulju 2011 (4) u tal-20 ta' Settembru 2011 (5) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta' Novembru 2013, bl-eċċezzjoni ta' ċerti Stati Membri.

(2)

L-organizzazzjoni tal-impjegati ETUC ippreżentat nomina għal post li jrid jimtela',

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa maħtur membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2013:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI

Pajjiż

Membru

Membru Supplenti

Danimarka

 

Is-Sinjura Heidi RØNNE MØLLER

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

E. FLOURENTZOU


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 8.

(3)  ĠU C 83, 17.3.2011, p. 4.

(4)  ĠU C 208, 14.7.2011, p. 3.

(5)  ĠU C 278, 22.9.2011, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Ottubru 2012

2012/C 334/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2962

JPY

Yen Ġappuniż

103,00

DKK

Krona Daniża

7,4597

GBP

Lira Sterlina

0,80620

SEK

Krona Żvediża

8,6155

CHF

Frank Żvizzeru

1,2085

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4380

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,022

HUF

Forint Ungeriż

284,58

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6961

PLN

Zloty Pollakk

4,1305

RON

Leu Rumen

4,5403

TRY

Lira Turka

2,3307

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2489

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2961

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0457

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5765

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5808

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 414,71

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1852

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0884

HRK

Kuna Kroata

7,5295

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 463,11

MYR

Ringgit Malażjan

3,9560

PHP

Peso Filippin

53,384

RUB

Rouble Russu

40,6450

THB

Baht Tajlandiż

39,780

BRL

Real Brażiljan

2,6334

MXN

Peso Messikan

16,9152

INR

Rupi Indjan

69,9510


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/4


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-lifts

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

2012/C 334/04

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal-presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

CEN

EN 81-1:1998+A3:2009

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Parti 1: Lifts elettriċi

2.3.2010

EN 81-1:1998

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2011)

Id-data tat-tmiem tal-preżunzjoni tal-konformità tal-istandard sostitwit, li għall-ewwel kienet it-30 ta’ Ġunju 2011, issa ġiet posposta għal sitt xhur

CEN

EN 81-2:1998+A3:2009

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Parti 2: Lifts idrawliċi

2.3.2010

EN 81-2:1998

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2011)

Id-data tat-tmiem tal-preżunzjoni tal-konformità tal-istandard sostitwit, li għall-ewwel kienet it-30 ta’ Ġunju 2011, issa ġiet posposta għal sitt xhur

CEN

EN 81-21:2009+A1:2012

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Lifts għat-trasport ta' persuni u oġġetti – Parti 21: Lifts ġodda għall-passiġġieri u għal oġġetti u passiġġieri f'bini eżistenti

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

EN 81-21:2009

Nota 2.1

28.2.2013

CEN

EN 81-28:2003

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Lifts għat-trasport ta' persuni u merkanzija – Parti 28: Avviż ta' allarm mill-bogħod f'lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija

10.2.2004

 

 

Nota 4: EN 81-28:2003 tieħu post parzjalment il-klawżola 14.2.3 ta’ EN 81-1 u EN 81-2 fir-rigward ta’ sistemi ta’ allarm u EN 81-1 u EN 81-2 għalhekk jiġu modifikati fir-reviżjoni li jmiss.

CEN

EN 81-58:2003

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Eżami u testijiet – Parti 58: Test ta' reżistenza kontra n-nar tal-bibien li jagħtu għal indana

10.2.2004

 

 

CEN

EN 81-70:2003

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Applikazzjonijiet partikolari għal lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija – Parti 70: Aċċessibilità għal lifts għal persuni inklużi persuni b'diżabilità

6.8.2005

 

 

EN 81-70:2003/A1:2004

6.8.2005

Nota 3

 

CEN

EN 81-71:2005+A1:2006

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Applikazzjonijiet partikolari għal lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija – Parti 71: Lifts li jirreżistu vandalizmu

11.10.2007

EN 81-71:2005

Nota 2.1

Data skaduta

(11.10.2007)

CEN

EN 81-72:2003

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Applikazzjonijiet partikolari għal lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija – Parti 72: Lifts għal dawk li jrażżnu n-nirien

10.2.2004

 

 

CEN

EN 81-73:2005

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts – Applikazzjonijiet partikolari għal lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija – Parti 73: Mġiba ta' lifts f'każ ta' ħruq

2.8.2006

 

 

CEN

EN 12016:2004+A1:2008

Kompatibilità elettromanjetika – Prodott standard tal-familja għal lifts, skalaturi u ċineg li jġorru passiġġieri – Immunità

28.10.2008

EN 12016:2004

Nota 2.1

Data skaduta

(28.12.2009)

CEN

EN 12385-3:2004+A1:2008

Ħbula tal-wajer tal-azzar – Sigurtà – Parti 3: Informazzjoni dwar użu u manutenzjoni

28.10.2008

EN 12385-3:2004

Nota 2.1

Data skaduta

(28.12.2009)

CEN

EN 12385-5:2002

Ħbula tal-wajer tal-azzar – Sigurtà – Parti 5: Ħbula minsuġin u mxebbkin għall-lifts

6.8.2005

 

 

EN 12385-5:2002/AC:2005

 

 

 

CEN

EN 13015:2001+A1:2008

Manutenzjoni ta' lifts u skalaturi – Regoli għal struzzjonijiet ta' manutenzjoni

28.10.2008

EN 13015:2001

Nota 2.1

Data skaduta

(28.12.2009)

CEN

EN 13411-7:2006+A1:2008

Terminazzjonijiet għal ħbula tal-wajer tal-azzar – Sigurtà – Parti 7: Sokit b'kunjard simetriku

8.9.2009

EN 13411-7:2006

Nota 2.1

Data skaduta

(28.12.2009)

Nota 1:

Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar:

CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu)

Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu)

ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu)


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/7


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

2012/C 334/05

Għajnuna Nru: SA.35086 (12/XF)

Stat Membru: L-Italja

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: Regione Abruzzo

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: cessazione temporanea delle attività di navi di pesca di stanza nel porto di Pescara abilitate al sistema a strascico.

Bażi ġuridika: Delibera della Giunta Regionale della Regione Abruzzo n. 404 del 25 giugno 2012 in materia di concessione di aiuti in regime di esenzione per la cessazione temporanea delle attività di prelievo ittico alle imprese armatrici di navi da pesca di stanza nel porto di Pescara abilitate al sistema a strascico.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 780 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tad-dħul fis-seħħ:

Tul ta’ żmien tal-iskema ta’ għajnuna: tmiem l-2012

Għan tal-għajnuna: sussidju li jkopri t-tnaqqis addizzjonali tal-isforz tas-sajd matul żewġ perjodi addizzjonali ta’ waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd: mid-9 ta’ Lulju 2012 sal-5 ta’ Awwissu 2012 u mit-18 ta’ Settembru 2012 sal-5 ta’ Ottubru 2012

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008

Attività kkonċernata: sajd bit-tkarkir minn bastimenti bbażati fil-port ta’ Pescara

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Direzione Politiche Agricole e di Sviluppo Rurale, Forestale, Caccia e Pesca

Servizio Adeguamento alla normativa comunitaria ed economia ittica

Via Catullo 17

65127 Pescara PE

ITALIA

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test sħiħ tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.regione.abruzzo.it/pesca

Motivazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna fl-ambitu tal-Fond Ewropew tas-Sajd

Perjodu itwal ta’ waqfien tal-attivitajiet tas-sajd sussidjat minn riżorsi EFF, irriżulta mhux prattiku mil-livell baxx ta’ riżorsi li baqa’ taħt il-Miżura 1.20


31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/8


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

2012/C 334/06

Għajnuna Nru: SA.33634 (11/XF)

Stat Membru: L-Italja

Reġjun/Awtorità li qed jagħti/tagħti l-għajnuna: Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna ad hoc: ricambio generazionale e sviluppo delle imprese giovanili nel settore della pesca e dell'acquacoltura — Fondo dello sviluppo dell'imprenditoria giovanile in agricoltura l.n. 296 del 2006.

Bażi ġuridika: Decreto ministeriale n. 115 del 2011; decreti direttoriali attuativi n. 117, 118 e 119 del 2011.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 500 000

Intensità massima tal-għajnuna: sa 100 %

Data tad-dħul fis-seħħ:

Tul ta’ żmien tal-iskema ta’ għajnuna:

Għan tal-għajnuna: Jiġu mħeġġa t-tiġdid ġenerazzjonali u l-iżvilupp ta' impriżi mwaqqfa miż-żgħażagħ fil-qasam tas-sajd

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 qed jintuża: L-Artikoli 11, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008

Attività kkonċernata: is-sajd u l-akkwakultura;

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministero delle politiche agricole e forestali

Viale dell'Arte 16

00142 Roma RM

ITALIA

Indirizz elettroniku fejn jinstab it-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li skonthom tingħata l-għajnuna ad hoc barra minn skema ta' għajnuna: http://www.politicheagricole.gov.it

Ġustifikazzjoni: Indika għalfejn ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna fl-ambitu tal-Fond Ewropew tas-Sajd:

Din l-iskema ta' għajnuna tappoġġa t-tiġdid ġenerazzjonali u l-iżvilupp ta' impriżi mwaqqfa miż-żgħażagħ fil-qasam tas-sajd u tal-akkwakultura permezz tal-innovazzjoni teknoloġika, it-taħriġ, il-promozzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-proġetti pilota.


31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

2012/C 334/07

Għajnuna Nru: SA.35136 (12/XF)

Stat Membru: L-Italja

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: Ir-Reġjun Awtonomu tal-Friuli Venezia Giulia.

Isem tal-impriża li se tirċievi l-għajnuna ad hoc: Cooperativa pescatori San Vito S.c.r.l.

Bażi ġuridika: Decreto n. 789 del 10 aprile 2012 del direttore del servizio caccia, risorse ittiche e biodiversità: «Legge regionale n. 18 del 29 dicembre 2011, articolo 2, commi 38-45. Concessione di aiuti alla Cooperativa pescatori San Vito di Marano Lagunare per l'acquisto attrezzature nell'ambito di un'azione collettiva ai sensi dell'articolo 37 del regolamento (CE) n. 1197/2006, Decreto di impegno».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 200 000

Intensità massima tal-għajnuna: sa 60 % tal-ispejjeż eliġibbli

Data tad-dħul fis-seħħ:

Tul ta’ żmien tal-iskema ta’ għajnuna:

Għan tal-għajnuna: Investimenti, fl-interess komuni, f'tagħmir u infrastrutturi għall-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni u bl-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 qed jintuża: L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008

Attività kkonċernata: azzjonijiet kollettivi

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Direzione centrale risorse rurali, agroalimentari e forestali

Servizio caccia, risorse ittiche e biodiversità

Via Sabbadini 31

33100 Udine UD

ITALIA

Indirizz elettroniku fejn jinstab it-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li skonthom tingħata l-għajnuna ad hoc barra minn skema ta' għajnuna: http://www.regione.fvg.it

Ġustifikazzjoni: Indika għalfejn ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna fl-ambitu tal-Fond Ewropew tas-Sajd

Ir-riżorsi tal-FES mhumiex biżżejjed biex jappoġġaw il-proġetti komuni/kollettivi tas-sajd reġjonali għalhekk, fid-dawl tar-rilevanza tal-proġett konċernat, l-amministrazzjoni reġjonali ddeċidiet li żżid il-fondi disponibbli.

Minbarra dan, il-miżura meħuda mill-amministrazzjoni reġjonali tinkludi għajnuna ad hoc għall-“Cooperativa Pescatori San Vito”, assoċjazzjoni li tiġbor fiha l-biċċa l-kbira tal-muniċipalità ta' Marano Lagunare, b'aktar minn 150 membru.


31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kumerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

2012/C 334/08

Għajnuna Nru: XF 34/10

Stat Membru: Id-Danimarka

Reġjun/Awtorità li qed tagħti l-għajnuna: —

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/isem l-impriża li qed tirċievi għajnuna ad-hoc: Vækstkaution

Bażi legali: Lovbekendtgørelse nr. 549 af den 1. juli 2002 (med ændringer), bekendtgørelse nr. 1013 af den 17. august 2007, samt ændringsbekendtgørelse nr. 237 af den 17. marts 2010, samt Finansudvalgets bevilling.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont tal-għajnuna ad-hoc mogħtija: Għajnuna fil-forma ta' garanziji. In-nefqa massima disponibbli skont l-iskema hi ta' DKK 300 miljun. L-iskema tikkonċerna s-setturi primarji u l-industriji l-oħra kollha, u n-nefqa tirrappreżenta l-kostijiet totali tal-iskema kollha. Il-garanziji jkopru massimu ta' 75 % tal-ammont tas-self għal kull impriża sa massimu ta' DKK 2 miljun. Il-metodu użat għall-kalkolu tal-għotja ekwivalenti tal-iskema ta' garanzija ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea u ġie approvat minnha bin-numru N 682/09.

Intensità massima tal-għajnuna: Intensità medja tal-għajnuna: 15,23 % tal-garanzija

Intensità massima tal-għajnuna: 19,02 % tal-garanzija

Data ta' dħul fis-seħħ: Il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-qosor tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-Internet.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: Għajnuna għal investiment.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: L-Artikoli 11, 12, 15, 16, 19, 22

Attività konċernata: Investimenti

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vækstfonden

Strandvejen 104 A

2900 Hellerup

DANMARK

Indirizz fuq l-internet fejn jista' jinstab it-test sħiħ tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li skonthom għajnuna ad-hoc tingħata lil hinn minn skema ta' għajnuna:

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Bekendtgoerelsen%20%20%20Retsinformation.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/underskrevne%20bekendtgoerelse.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Lov%20nr%20549%20af%20den%202%20juli%202002%20%20m%20som%20aendret%20%20tom%202009.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Aktstykke.ashx

Motivazzjoni: Indika r-raġuni għalfejn ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok assistenza skont il-Fond Ewropew għas-Sajd

L-iskema ta' garanzija ta' self hija skema ta' finanzjament flessibbli li topera b'kooperazzjoni mill-qrib ma' banek kummerċjali ġenerali, u l-iskema tapplika għall-industriji kollha, inklużi s-setturi primarji.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 334/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“OIGNON DE ROSCOFF”

Nru tal-KE: FR-PDO-0005-0812-25.06.2010

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Oignon de Roscoff”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1):

L-“Oignon de Roscoff” hija basla li żżomm fit-tul (Allium cepa, familja Liliaceae). It-tip ta' basla aċċettata għall-produzzjoni għandha tissodisfa l-karatteristiċi li ġejjin: din għandha tkun basla b'dijametru ta' bejn 30 u 80 millimetru, b’forma li tvarja minn tonda u twila għal tonda u ċatta. Iz-zokk għandu jkun imqabbad tajjeb mal-basla mill-għonq u huwa twil mill-inqas 5 ċentimetri. Il-kulur tagħha fil-qoxra ta' barra jagħti fir-roża jew roża fir-ram, is-saffi ta’ ġewwa huma bojod sa roża ċar ħafna b’bordura roża. Il-kontenut niexef tal-basla jvarja bejn 9 % u 13 %.

L-“Oignon de Roscoff” tista’ tinkiseb b’dan il-mod:

jew permezz ta’ żrieragħ agrikoli li jikkorrispondu mal-varjetà definita hawn fuq;

jew minn varjetajiet ta’ żrieragħ iċċertifikati tal-varjetà Jack u Kéravel.

L-“Oignon de Roscoff” tiġi ppreżervata b’mod naturali. It-trattamenti ta’ kontra n-nebbieta mhumiex permessi.

Id-data tat-tmiem tal-kummerċjalizzazzjoni hija l-1 ta' Mejju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

Il-basla għandha l-karatteristiċi organolettiċi li ġejjin: meta tkun nejja, tiżviluppa riħa karatteristika (bouquet) qawwija u kumplessa ddominata minn aromi ta’ frott. Fil-ħalq tkun immerqa u tqarmeċ, u jkollha togħma ħelwa ta' frott, u tkun ftit pikkanti. Wara t-tisjir, il-konsistenza tagħha tirtab, ma tibqax pikkanti u tħalli togħma ħelwa.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Il-proċess kollu, mill-produzzjoni taż-żrieragħ, tax-xtieli u tal-basal, sal-koltivazzjoni u t-tnixxif tal-basal iseħħ fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

L-“Oignon de Roscoff” hija basla delikata: wara l-ħsad din għandha tkun ittrattata b'attenzjoni kbira, speċjalment minħabba li ma tirċivix trattament kontra n-nebbieta. L-“Oignon de Roscoff” tinħażen fi kwantitajiet kbar fiż-żona ġeografika qabel ma jsir l-ippakkjar. L-obbligu li l-ħażna ssir fiż-żona ġeografika hija ġġustifikata mill-fraġilità tal-prodott: minħabba li din tinqala’ qabel ma tkun saret għal kollox u qabel ma l-qoxra ta’ barra tkun nixfet għal kollox, l-“Oignon de Roscoff” hija sensittiva għax-xokkijiet tal-magni. Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha waqt il-ħażna. Il-basal jinħażen f'palits tal-kaxxi jew f'sajlos ivventilati, l-aktar sabiex il-qxur ta’ barra jibqgħu sħaħ. Ta’ min jenfasizza li waqt il-ħażna t-tnixxif tal-basal ikompli għaddej.

Barra minn hekk, ladarba jinxef, il-basal għandu jinżamm kemm jista’ jkun qrib il-post ta’ produzzjoni tiegħu sakemm jiġi ppakkjat. Maż-żmien, l-operaturi fiż-żona ġeografika kisbu l-esperjenza meħtieġa u l-materjal adattat sabiex inaqqsu l-probabbiltà li, qabel l-ippakkjar, il-basliet jibdew jaħbtu ma' xulxin. Minħabba li l-ippakkjar isir fiż-żona ġeografika, dan inaqqas l-ammont ta’ manipulazzjoni li ssir bejn il-ħażna u l-ippakkjar finali.

L-“Oignon de Roscoff” tiġi ppreżentata għall-konsum:

f'forma ta' malju b'basla fit-tarf bl-isem “penn kapiten” u l-basal l-ieħor imqiegħed f’ordni mill-iżgħar sal-akbar;

f’kontenituri li jiżnu mhux aktar minn 6 kilogrammi ssiġillati sabiex jiggarantixxi l-oriġini tal-basal u l-kwalità tal-prodott;

f’kontenituri ibsin li jiżnu mhux aktar minn 12-il kilogramma, minħabba li dan it-tip ta’ ppakkjar jippermetti l-bejgħ bil-waħdiet.

Matul l-ippakkjar, kull basla tiġi ppreparata bl-idejn biex tiġi żgurata l-konsistenza tagħha, ikun żgurat li z-zokk ma jinqatax u li ma jkunx fiha nebbieta, kif ukoll sabiex tissebbaħ il-preżentazzjoni tagħha billi jitneħħa l-qxur niexef li jinqala’ u jitwarrab il-basal imħassar. Hawnhekk il-basal jiġi mmaljat jew mirqum, jiġifieri jitneħħewlu l-għeruq, li jsir b’xogħol tal-idejn. Waqt li jkun qed isir dan il-proċess ta’ għażla, il-basal mingħajr forma jew li ma jilħaqx il-kwalità u t-tipiċità mixtieqa jitneħħa. Din l-għażla manwali teħtieġ għarfien perfett tal-prodott, hekk kif inhu partikolarment neċessarju li l-basla tintmess sabiex jinstab sal-inqas difett fiha, li jista’ jindika ksur bikri tar-raqda. Dan ix-xogħol jeħtieġ esperjenza partikolari fl-għarfien u l-evalwazzjoni tal-prodott, ħtieġa speċifika għall-“Oignon de Roscoff” u li l-produtturi tal-ħaxix taż-żona ġeografika jispeċjalizzaw fiha. Barra minn hekk, peress li l-basal huwa delikat, dan jiġi ppakkjat qrib kemm jista’ jkun tal-post ta’ produzzjoni u fl-istess waqt tal-istadji ta’ għażla manwali u ta’ preparazzjoni, dan preċiżament sabiex tonqos il-manipulazzjoni tal-basal u għalhekk tiġi evitata kwalunkwe ħsara fih. Barra minn hekk l-ippakkjar fiż-żona ġeografika jippermetti kontroll aktar effiċjenti tat-traċċabbiltà u tal-kwalità tal-prodotti.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

It-tikketta tal-pakketti għandha tinkludi:

l-isem “Oignon de Roscoff” miktub b’ittri li jidhru u jinqraw sew u li ma jistgħux jitħassru. Id-daqs ta’ dawn l-ittri, kemm fil-wisgħa kif ukoll fl-għoli, m’għandux ikun iżgħar minn dak tal-kliem l-ieħor li jidher fuq it-tikketta;

il-kliem “appellation d’origine protégée” (denominazzjoni protetta ta’ oriġini) eżatt taħt l-isem tad-denominazzjoni u mingħajr kliem bejniethom;

is-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea, ħdejn l-isem tad-denominazzjoni mingħajr kliem bejniethom;

l-identifikazzjoni tal-unità tal-ippakkjar.

Fil-każ tal-basal mibjugħ f’kontenituri ibsin b'piż massimu ta’ 12-il kilogramma, kull basla għandha tkun identifikata permezz ta’ stiker li fuqha jkun hemm:

l-isem “Oignon de Roscoff”; id-daqs ta’ dawn l-ittri, kemm fil-wisgħa kif ukoll fl-għoli, m’għandux ikun iżgħar minn dak tal-kliem l-ieħor li jidher fuq l-istiker;

il-kliem “appellation d’origine protégée” (denominazzjoni protetta ta’ oriġini).

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika hija mifruxa fuq il-communes u partijiet mill-communes li ġejjin fid-dipartiment ta’ Finistère:

Brignogan-Plage, Cléder, Goulven, Île-de-Batz, Kerlouan, Lanhouarneau, Mespaul, Plouénan, Plouescat, Plougar (taqsimiet A1p, D1p, D2p), Plougoulm, Plouider (taqsimiet A2, AA, AB, AC, C2), Plounéour-Trez, Plounévez-Lochrist, Plouvorn (taqsimiet A1, A2p, A3, F1p, Gp), Plouzévédé, Roscoff, Saint-Pol-de-Léon, Saint-Vougay, Santec, Sibiril, Tréflaouénan, Tréflez, Trézilidé.

Iż-żona ġeografika tal-“Oignon de Roscoff” tinsab fiż-żona fejn jitkabbru l-ħxejjex tal-Haut-Léon bejn Kerlouan fil-Punent u Saint-Pol-de-Léon fil-Lvant, tul il-kosta tal-Fliegu Ingliż. Hija tinsab fuq pjanura mżerżqa lejn il-baħar u tinfirex fuq żona li tkopri madwar għaxar kilometri ’l ġewwa mill-kosta, li tikkorrispondi għal altitudni ta’ madwar 100 metru.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

Iż-żona fejn jitkabbru l-ħxejjex ta’ Haut-Léon tinsab fuq pjanura kemmxejn imżerżqa lejn il-baħar, li minn fuqha jgħaddu diversi xmajjar żgħar li imbagħad jingħaqdu mal-kosta. Iż-żona ġeografika tal-“Oignon de Roscoff” tkopri madwar tletin kilometru mil-Lvant għall-Punent fuq il-periferija tal-kosta ta’ din il-pjanura, żona li l-altitudni tagħha ġeneralment ma taqbiżx il-100 metru.

Din is-sitwazzjoni ġeografika tispjega l-kundizzjonijiet klimatiċi ferm partikolari li tgawdi minnhom iż-żona ġeografika, taħt l-influwenza tal-oċean Atlantiku u tal-Fliegu Ingliż. Protetta mill-flussi tal-oċean mill-muntanji Arrée, iż-żona ġeografika hija soġġetta għal sistema ta’ xita moderata u mqassma tajjeb matul is-sena. Il-perjodi ta’ nixfa tas-sajf u t-tempesti kbar bir-ragħad huma rari. Barra minn hekk, taħt l-influwenza tal-Gulf Stream, ir-reġjun ta’ Roscoff ikollu temperaturi xitwin moderati ħafna, il-ġelu huwa rari, filwaqt li s-sħana tibqa’ moderata matul is-sajf. L-irjieħ prevalenti, mill-Grigal fir-rebbiegħa jew fis-sajf, jgħinu sabiex l-influwenza marittima tinfirex sat-truf tan-Nofsinhar taż-żona msemmija.

Iż-żona ġeografika tinsab fuq pjattaforma kristallina antika, magħmula primarjament minn granit tal-muntanji Armorikani. Din il-pjattaforma hija miksija b’sedimenti mtajra mir-riħ, li l-eħxen parti tiegħu tkun mal-kosta. Dawn id-depożiti ta’ sedimenti iwasslu għal ħamrija ħafifa, fonda u fertili, li kapaċi żżomm ħafna ilma. Filwaqt li hija perfettament adattata għall-iskopijiet tagħha, iż-żona identifikata għat-tkabbir tal-basal iżżomm l-art esposta sew u vventilata b’ħamrija b’saħħitha; ir-riżerva ta' ilma tagħha hija suffiċjenti għall-ħtiġijiet ta' irrigazzjoni.

Fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta

It-tkabbir tal-basla roża, li beda fis-seklu sbatax, żviluppa fir-reġjun ta’ Roscoff matul is-seklu tmintax sabiex jissodisfa d-domanda tal-baħħara għal ikel li jżomm għal żmien twil. F’nofs is-seklu dsatax, l-attività tal-“Johnnies”, laqam mogħti mill-Ingliżi lill-bdiewa ta’ Roscoff li kienu jbiegħu l-basal fit-toroq, xerrdet il-fama tal-“Oignon de Roscoff” lil hinn mill-fruntieri Franċiżi. L-għarfien marbut ma' din il-produzzjoni għadda minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni u għadu preżenti sal-lum fir-reġjun ta’ Roscoff. L-operaturi taż-żona ġeografika involuti fil-produzzjoni tal-“Oignon de Roscoff” għaqqdu l-għarfien tagħhom sabiex, maż-żmien, ikunu jistgħu jagħżlu tip ta’ varjetà adattata għall-ambjent u jistabbilixxu t-teknika ta’ produzzjoni għaliha; mill-produzzjoni taż-żerriegħa sal-ippakkjar finali tal-prodott.

It-taħlita ta’ klima u ħamrija xierqa ilha żmien twil tħeġġeġ lill-agrikoltura taż-żona ġeografika biex tispjeċalizza sew fit-tkabbir tal-ħxejjex, f'kuntrast maż-żoni tal-madwar, li huma aktar orjentati lejn l-attivitajiet ta’ trobbija tal-bhejjem. Is-sistema agrikola użata fiż-żona tat-tkabbir tal-ħxejjex ta’ Haut-Léon f'Finistère hija kkaratterizzata minn netwerk intensiv ta’ rziezet żgħar speċjalizzati fil-produzzjoni esklużiva ta’ ħxejjex tal-għelieqi, u magħmula minn ħbula art sseparati minn xulxin permezz ta' ħitan jew ċnut.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-“Oignon de Roscoff” hija basla ta’ daqs medju u b'forma tonda.

Hija differenti mill-basal l-ieħor minħabba l-kulur roża sa roża jagħti fir-ram tal-qoxra ta’ barra tagħha u minħabba l-bordura roża tas-saffi ta’ ġewwa, bi ftit kontenut niexef.

Waħda mill-karatteristiċi partikolari tal-“Oignon de Roscoff” tinsab fil-kapaċità naturali tal-basla li għal xhur sħaħ ma tiksirx ir-raqda, mingħajr ma jkun meħtieġ l-ebda trattament kimiku kontra n-nebbieta, sakemm tinżamm f’kundizzjonijiet tajbin. Minħabba li għandha zokk twil imqabbad tajjeb mal-basla mill-għonq, tista’ tinżamm sar-rebbiegħa tas-sena ta’ wara l-qtugħ tagħha. Tiġi ppreżentata f’għenieqed immaljati jew f’kontenituri ta’ piż limitat. Huwa prodott delikat, li għandu jiġi trattat b’attenzjoni kbira minħabba l-kontenut baxx ta’ materjal niexef li fih.

L-“Oignon de Roscoff” għandha karatteristiċi organolettiċi speċifiċi, kemm jekk tittiekel nejja kif ukoll jekk tissajjar. Meta tkun nejja, tagħti aroma intensa ġeneralment immarkata bi ħjiel ta’ frott. Il-konsistenza tagħha hija mmerqa ħafna, u spiss tkun tqarmeċ u ftit pikkanti. Wara li tissajjar, ma tibqax pikkanti. Bil-konċentrazzjoni tal-basla, tiżdied il-ħlewwa tagħha.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Ir-reġjun ta’ Roscoff jipprovdi klima u ħamrija ideali għal din l-għalla delikata.

Il-ħamrija ħafifa u ftit li xejn ġeblija taż-żona ġeografika jippermettu li l-basal jikber mingħajr tfixkil u b'mod armonjuż, u dan iwassal għall-forma tonda tiegħu. L-irjiħat li jonfħu l-ħin kollu fuq il-kosta ta’ Bretagne inaqqsu l-ħsara fuq il-weraq jew fuq il-basal li jikkawża l-mard kriptogramiku. L-iskarsezza ta’ xita qawwija tnaqqas ir-riskju ta’ telf taż-żerriegħa u tnaqqas ukoll il-ħsarat matul it-tnixxif tal-għalqa tal-basal. Dawn il-kondizzjonijiet naturali favorevoli jikkontribwixxu ferm għall-kwalità u r-regolarità tad-dehra tal-“Oignon de Roscoff”.

Ix-xtiewi partikolarment moderati fir-reġjun ta’ Roscoff jippermettu li ż-żriegħ isir kmieni, minħabba li l-ġelu huwa rari wara x-xahar ta’ Frar. Magħżula b’mod speċjali għall-kapaċità naturali tagħhom li jixorbu l-ilma, il-biċċiet ta’ art identifikati għall-produzzjoni tal-basal jippermettu bidu ta’ ċiklu veġetattiv bikri tal-pjanti. Dan huwa essenzjali sabiex il-kultivazzjoni tal-prodott issir mingħajr tisqija, li hija karatterisitika tipika tal-“Oignon de Roscoff”. Ix-xita regolari u moderata taż-żona ġeografika, fuq art b'ħamrija lomuża mogħnija b’riżerva ta’ ilma kbira, tiggarantixxi sistema idroloġika regolari għall-għelejjel, li tippermetti żvilupp veġetattiv mingħajr strapazz għall-basal. Il-karattru kemmxejn pikkanti tal-prodott huwa r-riżultat, b'mod partikolari, ta’ din il-provvista regolari ta’ ilma.

Il-meraq tagħha, flimkien mal-karatteristiċi tal-qxur tal-basal, huwa tipiku għall varjetà tal-“Oignon de Roscoff” u jikkostitwixxi r-riżultat ta' xogħol ta' għażla fit-tul imwettaq mill-operaturi sabiex jiksbu din it-tip ta’ varjetà.

Il-ħlewwa tagħha, marbuta mal-partikolaritajiet tat-tip ta’ varjetà tal-“Oignon de Roscoff”, hija żviluppata permezz tal-qtugħ tal-basal ftit qabel il-maturità fiżjoloġika tiegħu. Din is-sensazzjoni ta’ ħlewwa hija saħansitra aktar evidenti minħabba li l-basal huwa xi ftit pikkanti, u minħabba l-ammonti żgħar ta’ allinażi, l-enżima responsabbli għall-idroliżi tal-komposti tal-kubrit tal-alliums.

Il-lok tal-belt ta’ Roscoff u l-istorja tagħha kellhom rwol sinifikanti fil-ħolqien u wkoll fir-rigward tal-karatteristiċi tal-prodott, inkluż il-kapaċità tiegħu ta’ preservazzjoni naturali. L-attività intensiva tal-port ta’ Roscoff fis-sekli 17 u 18 tispjega l-iżvilupp ta’ koltivazzjoni kummerċjali tal-basal immirata lejn il-provvista ta’ għadd kbir ta’ bastimenti li kienu jinkrew jew jankraw fl-ibħra tagħha. Il-basla, li hija sors ta’ vitamina Ċ, kienet tgħin fil-ġlieda kontra l-iskorbut u kienet ikel bażiku għall-baħrin li kienu jbaħħru għal diversi ġimgħat jew saħansitra diversi xhur mingħajr waqfien.

Is-sitwazzjoni ġeografika ta’ Roscoff u l-fatt li tinsab viċin il-kosta Ingliża kienu wkoll strumentali għall-ħolqien ta’ kummerċ għani mal-Gran Brittanja, li ta bidu għall-fenomenu tal-“Johnnies” u tal-fama tal-prodott. Immaljata kif u meta meħtieġ u mibjugħa bieb bieb, l-“Oignon de Roscoff” riedet tkun kapaċi żżomm matul is-sena tas-suq, sar-rebbiegħa ta’ wara. Dawn is-swieq orjentaw b’mod naturali lill-produtturi lejn l-għażla ta’ varjetajiet li kellhom kapaċità kbira ta’ rqad.

Din il-koltivazzjoni delikata teħtieġ teknika kbira, kemm għall-għażla tal-art, għat-tħawwil u l-manipulazzjoni tal-għelejjel, għall-monitoraġġ tas-saħħa tagħhom, għas-sinkronizzazzjoni ta’ meta jaqgħu l-weraq kif ukoll biex il-basal jinqala meta jkun xieraq. Biex tkun tista’ tiżvela l-kwalitajiet organolettiċi kollha tagħha, speċjalment it-togħma ħelwa u r-riħa ta’ frott tagħha, l-“Oignon de Roscoff” tkun trid tinħasad sakemm ma tkunx għada mmaturat għal kollox, sabiex jitwaqqaf l-iżvilupp u d-dilwizzjoni tal-basal. Wara, waqt it-trasport, it-tnixxif u l-ippakkjar, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex il-qoxra ta’ barra tibqa’ sħiħa u sabiex jinżammu l-kwalitajiet tal-prodott. Dan l-għarfien seta’ biss jinkiseb bil-mod il-mod matul iż-żmien u huwa l-wirt ta’ esperjenzi akkumulati min-naħa ta' diversi ġenerazzjonijiet ta’ bdiewa li ddedikaw lilhom infushom għal din il-koltivazzjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCOignonDeRoscoff.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.