ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.330.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
27 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 330/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6684 – Vivescia/Atrixo) ( 1 )

1

2012/C 330/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6727 – Carlyle/DuPont Performance Coatings Business) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 330/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 330/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2012/C 330/05

Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2012 L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE fil-biċċeriji tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 330/06

Notifika ta' bidu ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 330/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6743 – Talanx International/Meiji Yasuda Life Insurance Company/HDI Poland) ( 1 )

14

2012/C 330/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6734 – Koch Industries/Guardian) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

2012/C 330/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6745 – SNCF/Haselsteiner Familien-Privatstiftung/Augusta Holding/Rail Holding) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

16

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 330/10

Pubblikazzjoni ta’ emenda applikabbli skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

17

 

Rettifika

2012/C 330/11

Rettifika għas-sejħa għall-proposti – Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni (PAK) L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni skont l-intestatura tal-baġit 05 08 06 għall-2013 (ĠU C 223, 27.7.2012)

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6684 – Vivescia/Atrixo)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 330/01

Fit-22 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6684. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6727 – Carlyle/DuPont Performance Coatings Business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 330/02

Fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6727. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

2012/C 330/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddettermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq ikomplu jissodisfaw il-kriterju mniżżel fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea, u għalhekk għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri kif imġedda bid-Deċiżjoni 2012/665/PESK.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C — Coordination Unit

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 299, 27.10.2012, p. 45.


Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Ottubru 2012

2012/C 330/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2908

JPY

Yen Ġappuniż

103,15

DKK

Krona Daniża

7,4592

GBP

Lira Sterlina

0,80120

SEK

Krona Żvediża

8,6730

CHF

Frank Żvizzeru

1,2090

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4675

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,900

HUF

Forint Ungeriż

281,99

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,1503

RON

Leu Rumen

4,5598

TRY

Lira Turka

2,3288

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2486

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2865

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0041

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5740

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5774

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 416,90

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2745

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0661

HRK

Kuna Kroata

7,5380

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 448,82

MYR

Ringgit Malażjan

3,9435

PHP

Peso Filippin

53,392

RUB

Rouble Russu

40,6150

THB

Baht Tajlandiż

39,679

BRL

Real Brażiljan

2,6148

MXN

Peso Messikan

16,8304

INR

Rupi Indjan

69,3590


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/4


Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2012 “L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE fil-biċċeriji tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem”

2012/C 330/05

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 14/2012 “L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE fil-biċċeriji tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti”

12, rue Alcide de Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/5


Notifika ta' bidu ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa

2012/C 330/06

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti ħbula tal-ħadid u tal-azzar u kejbils li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   It-talba għal investigazzjoni

It-talba tressqet fid-29 ta' Ġunju 2012 mill-Kumitat ta' Kollegament tal-Industriji tal-Ħbula tal-Wajer tal-UE (l-EWRIS) (“l-applikant”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 50 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid u tal-azzar.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott investigat huma ħbula u kejbils tal-ħadid u tal-azzar inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar inossidabbli, li għandhom dimensjoni massima ta’ wisa’ trasversali li taqbeż it-3 mm, bit-tagħmir imwaħħal jew le (“il-prodott investigat”), li bħalissa huma klassifikabbli fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u l-ex 7312 10 98.

3.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżuri li bħalissa hemm fis-seħħ huma dazju definittiv ta' anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 (3).

4.   Ir-raġunijiet għar-reviżjoni tal-iskadenza

It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni ta’ probabilità ta' kontinwazzjoni tad-dumping

L-allegazzjoni ta’ probabilità ta' kontinwazzjoni tad-dumping hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġni ta' dumping ikkalkulat huwa sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.2.    Allegazzjoni ta’ probabilità ta' rikorrenza ta’ ħsara

L-applikant jallega l-probabilità ta' rikorrenza ta' ħsara. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, minħabba l-prezzijiet ogħla li jistgħu jinkisbu f'dan is-suq b’paragun ma’ ċerti swieq ta’ pajjiżi terzi. Dawn iż-żewġ fatturi jistgħu jwasslu għal żieda ta' esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u hemm possibilità ta' direzzjoni mill-ġdid tal-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn l-Unjoni.

L-applikant jallega fl-aħħar nett li t-tneħħija tal-ħsara seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-reviżjoni se tiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping tal-prodott investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

5.1.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabilità tal-kontinwazzjoni tad-dumping

Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.1.1.1.   Il-proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat

(a)   Teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-Federazzjoni Russa li huma involuti f’din ir-reviżjoni ta' skadenza u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu biex jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu hekk fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif dwar il-kumpanija/i tagħhom, mitlub fl-Anness A ta' dan l-avviż.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jkunu jixtiequ jressqu xi tagħrif ieħor rilevanti fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet tal-prodott investigat fl-Unjoni u li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk dan ikun xieraq, liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu parti mill-kampjun, kull assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi magħrufa u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ikollhom jibagħtu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju jitlob tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, l-ispiża tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott investigat lill-Unjoni.

Bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw”).

5.1.2.   Investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (5)  (6)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat, importat mill-Federazzjoni Russa fl-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness B ta' dan l-avviż lill-Kummissjoni.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' wkoll tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni u li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jitlob tagħrif, dwar inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, u dwar il-bejgħ tal-prodott investigat.

5.2.    Proċedura biex tiġi stabbilita l-probabilità ta’ rikorrenza ta' ħsara

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabilità jew le ta' rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni ta' produtturi tal-Unjoni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f'din ir-reviżjoni ta' skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji qegħdin fil-fajl li jinsab għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (sabiex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bl-għajnuna tad-dettalji tal-kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 ta' hawn taħt). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jidhrilhom li hemm raġunijiet biex ikunu inklużi fil-kampjun għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju jitlob tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom u tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-kumpanija/i.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta' żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fl-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista' jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 se jitqies biss jekk meta jiġi ppreżentat ikun sostnut b'evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu l-evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Il-possibilità ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu smigħ mis-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba tista’ titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikun mmarkati “Limited” (“Ristrett”) (7).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Limited” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu fid-dettall biżżejjed biex jagħtu fehma raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista' jitwarrab.

Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju għandhom jitressqu fuq il-karta, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni b'dan minnufih skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22985353

Posta elettronika

:

TRADE-WIREROPES-DUMPING@ec.europa.eu

TRADE-WIREROPES-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tagħtix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jitħaddmu b'mod sħiħ.

It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba tista’ titressaq fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ trid issir fil-perjodi ta’ żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabilità tal-kontinwazzjoni tad-dumping u r-rikorrenza tal-ħsara, u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar tagħrif u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Peress li din ir-reviżjoni ta’ skadenza nbdiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li tkun ġustifikata reviżjoni tal-livell tal-miżuri, sabiex tippermetti l-possibilità li l-livell tal-miżuri jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas), dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu din ir-reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   Ipproċessar tad-dejta personali

Kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (8).


(1)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 19.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  ĠU L 285, 31.10.2007, p. 1.

(4)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta' parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott investigat.

(5)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija l-proprjetarja, tikkontrolla jew għandha sehem ta’ 5 % jew aktar tal-istokks jew l-ishma tal-votazzjoni tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn huma kkontrollati b’mod dirett jew indirett minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw b’mod dirett jew indirett persuna terza; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr id-determinazzjoni tad-dumping.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim ta’ kontra d-dumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS A

Image

Image


ANNESS B

Image

Image


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6743 – Talanx International/Meiji Yasuda Life Insurance Company/HDI Poland)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 330/07

1.

Fis-17 ta’ Ottubru 2012 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Talanx International AG (“TINT”, il-Ġermanja) u Meiji Yasuda Life Insurance Company (“MY”, il-Ġappun)) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' HDI Asekuracja SA (“HDI Poland Non-life”, il-Polonja) u HDI-Gerling Życie SA (“HDI Poland Life”, il-Polonja) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TINT: assigurazzjoni mhux tal-ħajja, assigurazzjoni fuq il-ħajja, riassigurazzjoni,

għal MY: assigurazzjoni mhux tal-ħajja, assigurazzjoni fuq il-ħajja, riassigurazzjoni,

għal HDI Poland Non-life: assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja,

għal HDI Poland Life: assigurazzjoni fuq il-ħajja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6743 – Talanx International/Meiji Yasuda Life Insurance Company/HDI Poland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6734 – Koch Industries/Guardian)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 330/08

1.

Fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Koch Industries, Inc. (“Koch”, l-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Guardian Industries Corp. (“Guardian”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta’ titoli ta’ sigurtà.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Koch: prodotti raffinati, sustanzi kimiċi, polpa, prodotti tal-karti u tal-injam għal-kostruzzjoni, fibri artifiċjali u kimiċi u polimeri intermedji, servizzi konnessi maż-żejt mhux raffinat, servizzi konnessi mal-minerali, servizzi konnessi mal-enerġija, servizzi kapitali, materjal użat fit-toroq u fil-kostruzzjoni, u teknoloġija kimika,

għal Guardian: il-manifattura madwar id-dinja ta’ ħġieġ float, prodotti tal-ħġieġ iffabbrikati u kompenenti miksija tal-plastik magħmula permezz ta’ injezzjoni gewwa forma, użati f’applikazzjonijiet awtomotivi u oħrajn, u fl-Amerika ta’ Fuq il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ materjal ieħor tal-kostruzzjoni għal applikazzjonijiet kummerċjali u residenzjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6734 – Koch Industries/Guardian, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6745 – SNCF/Haselsteiner Familien-Privatstiftung/Augusta Holding/Rail Holding)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 330/09

1.

Fid-19 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) SNCF (Franza), Haselsteiner Familien-Privatstiftung (“HFPS”, l-Awstrija) u Augusta Holding AG (“Augusta”, l-Isvizzera) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Rail Holding AG (l-Awstrija) permezz ta’ modifika fil-parteċipazzjoni azzjonarja preżenti.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SNCF: servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija u pubbliku fi Franza u pajjiżi oħra taż-ŻEE; il-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarji Franċiża u tal-proprjetà ta’ stazzjonijiet ferrovjarji,

għal HFPS: investimenti f’negozji żgħar u medji attivi f’diversi setturi bħas-settur tal-kostruzzjoni,

għal Augusta: investimenti f’kumpaniji, b’mod partikolari negozji żgħar u ta’ daqs medju, attivi f’setturi diversi bħal ma hu s-settur tal-proprjetà immobbli,

għal Rail Holding AG: servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-Awstrija permezz ta’ WESTbahn fuq il-linja bejn Vjenna u Freilassing.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6745 – SNCF/Haselsteiner Familien-Privatstiftung/Augusta Holding/Rail Holding, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/17


Pubblikazzjoni ta’ emenda applikabbli skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 330/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni tal-applikazzjoni tal-emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 9

“NOCCIOLA DEL PIEMONTE”/“NOCCIOLA PIEMONTE”

Nru tal-KE: IT-PGI-0217-0305-09.06.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (Imballaġġ)

2.   Tip ta’ emenda:

Emenda għal Dokument Uniku jew Sommarju

Emenda għal Speċifikazzjoni ta’ DPO jew IĠP rreġistrata li għaliha la d-Dokument Uniku u lanqas is-Sommarju ma ġew ippubblikati

Emenda għal Speċifikazzjoni li ma tirrikjedi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja għall-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott:

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, qed jintalab li d-deskrizzjonijiet ta’ “Nocciola del Piemonte” sħiħa bil-qoxra u “Nocciola del Piemonte” mingħajr qoxra jiddaħħlu f’żewġ paragrafi separati. Id-deskrizzjonijiet infushom għandhom jibqgħu l-istess.

B’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 464/2004 tat-12 ta’ Marzu 2004 li ġie ppubblikat fil-ĠU L 77/25 fit-13 ta’ Marzu 2004, kien hemm bżonn li jiġu limitati t-tipi tal-prodott, permezz tal-indikazzjoni tal-kategoriji speċifiċi tal-prodott użati bħala prodotti semiproċessati fl-industrija, jiġifieri l-ġellewż mixwi, il-ġellewż mitħun, id-dqiq tal-ġellewż u l-krema tal-ġellewż. L-emenda tippermetti definizzjoni iktar preċiża ta’ meta jista’ jintuża l-isem “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” u tiffaċilita l-attività ta’ monitoraġġ mill-korpi rilevanti.

L-isem tal-varjetà użata biex tinkiseb in-“Nocciola del Piemonte”, jiġifieri “Tonda Gentile delle Langhe”, għandu jinbidel għal “Tonda Gentile Trilobata”. L-applikazzjoni għall-emenda tal-isem tal-varjetà saret neċessarja minħabba l-applikazzjoni biex tiġi rreġistrata l-varjetà “Tonda Gentile delle Langhe” mas-CPVO (Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti). L-applikazzjoni biex jiġi rreġistrat l-isem kienet tinvolvi t-tneħħija tar-referenza ġeografika għal Langhe, li inbidlet bit-terminu botaniku “trilobata”. L-isem il-ġdid “Tonda Gentile Trilobata” ġie ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tas-CPVO fis-16 ta’ Awwissu 2007. Din l-emenda għalhekk tikkonċerna l-isem biss u assolutament ma għandha l-ebda effett fuq id-dispożizzjoni li tikkonċerna l-materjal ġenetiku li jista' jintuża biex tinkiseb in-“Nocciola del Piemonte”.

3.2.   Żona ġeografika:

L-ismijiet ta’ ċerti muniċipalitajiet fiż-żona tal-produzzjoni huma żbaljati minħabba żbalji fl-istampar u għandhom jiġu kkoreġuti:

“Colosso” għandha tinqara “Calosso”, “Revignasco d'Asti” għandha tinqara “Revigliasco d'Asti” u “Mezzomeniro” għandha tinqara “Mezzomerico”.

3.3.   Metodu tal-produzzjoni:

Qed tiġi mitluba bidla fid-densità massima tal-pjanti għal kull ettaru minn 420 għal 500 pjanta. Madankollu, għall-pjantaġġunijiet stabbiliti qabel l-approvazzjoni tad-digriet nazzjonali tat-2 ta’ Diċembru 1993, qed jiġi mitlub li tkun permessa densità massima ta’ 650 pjanta, filwaqt li l-pjanti li jmutu jew li jinqalgħu ma jiġux sostitwiti u kwalunkwe tħawwil ta’ pjanti ġodda jrid ikollu densità ta’ bejn 200 u 500 pjanta għal kull ettaru.

Il-bidla fid-densità tal-pjanti tirriżulta mill-introduzzjoni ta’ teknoloġiji li jimmekkanizzaw il-prattiki tat-tkabbir, mit-tħejjija tal-ħamrija sal-ħsad. Filwaqt li t-tagħmir ġdid li issa huwa disponibbli għat-tneħħija tal-ħaxix ħażin fuq il-post, it-tħawwil u l-ħsad jirrikjedi spazju sinifikanti bejn ir-ringieli, dan jippermetti t-tħawwil ta’ ringieli kontinwi u għalhekk għadd ikbar ta’ pjanti f’kull ringiela. Dawn il-metodi ta’ tkabbir jippermettu wkoll ċirkulazzjoni aħjar tal-arja u jipprevjenu milli żoni tal-pjanti jispiċċaw fid-dell, u għalhekk huma esposti aħjar għad-dawl tax-xemx.

Barra minn hekk, is-settur tat-tkabbir tal-ġellewż qed jesperjenza tkabbir b’saħħtu fil-Piemonte u beda jestendi għal ħamrija li tinsab fuq l-għoljiet, li hija fqira fil-minerali u fiha l-kalċju. Dan jinfluwenza kif jikbru l-pjanti, u jagħmilhom aktar kompatti. Dan jippermetti għadd ikbar ta’ pjanti mingħajr ma jaffettwa l-kwalità tal-prodott. Fl-aħħar snin, il-pjantaġġunijiet 6 × 4 u 5 × 4 saru popolari mal-produtturi għax dawn jippermettu livell tajjeb ta’ mekkanizzazzjoni u jagħmluha possibbli biex jinkiseb ġellewż tal-iprem kwalità.

Id-domanda biex il-pjantaġġunijiet li ġew stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tad-digriet nazzjonali li ġie approvat fit-2 ta’ Diċembru 1993, ikunu jistgħu jkollhom densità massima ta’ 650 pjanta għal kull ettaru hija bbażata fuq il-fatt li, dak iż-żmien, il-pjanti tal-pjantaġġunijiet tal-ġellewż kienu spazjati ħafna iktar qrib xulxin minn issa. Il-ħsad kien isir bl-idejn, bl-effett prattiku li ma kinux meħtieġa spazji kbar bejn ir-ringieli, fattur ieħor li ppermetta densità ikbar tal-pjanti.

Fi kwalunkwe każ, ir-rendiment massimu ta’ 3 500 kg għal kull ettaru jibqa' l-istess fil-pjantaġġunijiet kollha, kemm jekk ġew stabbiliti qabel jew wara l-approvazzjoni tal-UE.

Fis-sentenza “Id-distanzi bejn il-pjanti u l-metodi tat-tkabbir jridu jkunu dawk li jintużaw ġeneralment u jkunu bbażati fuq arbuxelli li qed jiżviluppaw u, f'każijiet eċċezzjonali, siġar b’zokk wieħed …”, hemm diffikulta biex wieħed jinterpreta t-terminu “f'każijiet eċċezzjonali”. Għalhekk, sabiex tkun speċifikata b’mod iktar ċar il-possibbiltà tal-għażla bejn l-arbuxelli li qed jiżviluppaw jew s-siġar b’zokk wieħed, it-terminu “f'każijiet eċċezzjonali”; għandu jinbidel b’“u/jew”.

3.4.   Tikkettar:

Il-prodott bil-qoxra, irid ikollu tikketta, kemm jekk mibjugħ bil-waħda kif ukoll f’pakketti.

Ir-rekwiżit li għandu jidher fuq it-tikketta “kwalunkwe logo tal-IĠP” għandu jinbidel b’wieħed li jirreferi għas-“simbolu tal-UE tal-IĠP”.

Ir-referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandha tinbidel b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

3.5.   Rekwiżiti nazzjonali:

Għandha tingħata l-informazzjoni kollha dwar l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-Istituto Nord-Ovest Qualità Soc. Coop. (INOQ), il-korp awtorizzat biex iwettaq il-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

Il-frażi “prodott garantit mill-MIPAF (il-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija) skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92” u d-dispożizzjoni li l-pakketti intenzjonati għall-esportazzjoni għandu jkollhom fuqhom il-kliem “prodott fl-Italja” għandhom jitneħħew għaliex ġew superati u huma superfluwi.

3.6.   Oħrajn – Imballaġġ:

Il-prodott bil-qoxra għandu jkollu skadenza (il-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara l-ħsad), sa meta għandu jkun imballat sabiex ikun żgurat li jżomm il-karatteritiċi ottimi ta’ freskezza tiegħu meta jiġi rilaxxat għall-konsum.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“NOCCIOLA DEL PIEMONTE”/“NOCCIOLA PIEMONTE”

Nru tal-KE: IT-PGI-0217-0305-09.06.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6 –

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni ta’ prodott li japplika għalih l-isem f’(1):

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” hija riżervata għall-ġellewż tal-varjetà “Tonda Gentile Trilobata”. Il-forma tal-ġellewża hija subsferika jew parzjalment subsferika, u trilobata. Id-daqs tagħha mhuwiex partikolarment uniformi, u jvarja minn 17-il millimetru sa 21 millimetru. Il-qoxra hija ta’ ħxuna medja, ta’ kulur relattivament kannella qastni, ma tleqqx wisq, pjuttost muswafa fit-tarf u b'ħafna strixxi ċari li ma jidhrux b'mod daqshekk evidenti. Il-qalba tvarja fil-forma (subsferika, tetraħedrali u xi kultant ovojdali) u d-daqs tagħha jvarja iktar minn dak tal-qoxra. Hija iktar skura mill-qoxra, ġeneralment koperta bil-fibra, b’wiċċ aħrax u skanalaturi ta’ daqs varju, ħliefa ta’ ħxuna medja iżda li tinqala' malajr ħafna meta tinxtewa, u sawra solida u tqarmeċ. It-togħmiet u l-aromi huma fini ħafna u persistenti u r-rendiment wara li titneħħa l-qoxra huwa ta’ bejn 40 % u 50 %.

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” trid tinbiegħ fil-kategoriji tal-prodott li ġejjin:

Ġellewż sħiħ bil-qoxra: ġellewż kif jinġabar mill-għalqa, fejn l-unika pproċessar jinvolvi t-tindif tiegħu, it-tneħħija ta’ oġġetti estraneji meta jingħata l-grad, u li jiġi xxuttat sew sabiex ikun żgurat li jibqa’ frisk.

Ġellewż mingħajr qoxra: ġellewż sħiħ li bħala kulur huwa iktar skur mill-qoxra u li, wara li jgħaddi mill-ipproċessar fiżiku, ikun inħareġ mill-qoxra tiegħu iżda jibqa bil-kopertura tal-ħliefa u l-fibri.

Ġellewż mixwi: ġellewż sħiħ jew ftit imkisser li, wara li jgħaddi mill-proċess tax-xiwi, tkun tneħħitlu l-ħliefa esterna kollha jew parzjalment.

Ġellewż mitħun: il-prodott li jinkiseb mit-tħin ta’ ġellewż sħiħ jew ftit imkisser wara x-xiwi, fejn id-daqs tal-biċċiet ivarja skont il-grad tat-tħin iżda fi kwalunkwe każ bejn 1 mm u 12-il millimetru.

Dqiq tal-ġellewż: il-prodott li jinkiseb mit-tħin ta’ ġellewż sħiħ jew ftit imkisser wara x-xiwi, fejn id-daqs tal-biċċiet ivarja skont il-grad tat-tħin iżda fi kwalunkwe każ bejn 250 μm u 1 mm.

Krema tal-ġellewż: il-prodott li jinkiseb mit-tħin ta’ ġellewż sħiħ jew ftit imkisser wara x-xiwi, fejn id-daqs tal-biċċiet ivarja skont il-grad tat-tħin iżda fi kwalunkwe każ inqas minn 250 μm.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-ġellewż jikber fiż-żona tal-indikazzjoni ġeografika protetta, kif iddefinit fit-Taqsima 4 hawn taħt. Il-pjantaġġunijiet jiddaħħlu f'lista speċifika miżmuma mill-korp tal-kontroll. Id-densità tal-pjanti fuq il-pjantaġġun tvarja bejn 200 u 500 pjanta għal kull ettaru, fejn il-pjanti jikbru bħala siġar b’zokk wieħed jew arbuxelli b'ħafna fergħat. Fil-każ ta’ pjantaġġunijiet stabbiliti qabel id-digriet nazzjonali approvat tat-2 ta’ Diċembru 1993, hija permessa densità massima ta’ 650 pjanta għal kull ettaru, għalkemm il-pjanti li jmutu jew jinqalgħu ma jistgħux jiġu mibdula, u kwalunkwe tħawwil ta’ pjanti ġodda jrid jkollu densità ta’ bejn 200 u 500 pjanta għal kull ettaru. Ir-rendiment massimu fi kwalunkwe każ huwa ta’ 3 500 kg għal kull ettaru.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-imballaġġ eċċ.:

“Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” trid tinbiegħ fil-manjiera li ġejja:

(a)

meta tkun bil-qoxra: f’boroż taċ-ċaruta adattati għal-livelli kollha ta’ bejgħ, jew bħala eċċezzjoni, bil-waħda, iżda biss fl-ewwel stadju tal-bejgħ, jiġifieri dak ta’ bejn il-produttur agrikolu u l-ewwel xerrej, jiġifieri s-sid tal-impjant tal-ipproċessar u/jew l-imballaġġ;

(b)

meta tkun mingħajr qoxra, mixwija, mitħuna u lesta: f’imballaġġ adattat għall-użu mal-ikel.

Il-prodotti msemmija f’b) għandhom jitqiegħdu f’imballaġġ minn qabel jew jiġu ppakjati fil-mument tal-bejgħ.

Il-prodott bil-qoxra jrid jiġi ppakkjat sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara l-ħsad.

3.7.   Regoli speċifiċ dwar it-tikkettar:

Il-pakketti jrid ikollhom fuqhom il-kliem “Nocciola del Piemonte” jew “Nocciola Piemonte” u warajhom “Indicazione geografica protetta” jew “IGP” Is-sena tal-ħsad trid tkun indikata kemm fuq l-imballaġġ tal-ġellewż bil-qoxra kif ukoll mingħajra.

It-tikketti għall-ġellewż imqaxxar, mixwi u/jew mitħun irid ikollhom is-simbolu tal-UE għall-IĠP.

Fejn “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” tkun qed tintuża bħala ingredjent fil-prodotti tal-ikel, irid jidher il-kliem li ġej fuq it-tikketta: “prodotto ottenuto esclusivamente da “Nocciola del Piemonte” jew “Nocciola Piemonte”” (“prodott esklussivament minn ‘Nocciola del Piemonte’/‘Nocciola Piemonte’”). Ma jista’ jintuża l-ebda isem jew aġġettiv ieħor biswit l-isem “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte”, ħlief l-isem tal-varjetà “Tonda Gentile Trilobata”.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni ta’ “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” tinsab kompletament fi ħdan ir-reġjun ta’ Piemonte, ġewwa l-muniċipalitajiet tal-produzzjoni tal-ġellewż fil-provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Turin u Vercelli.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni ta’ “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” hija bl-għoljiet jew muntanjuża, inkluż żoni ta’ għoljiet żgħar f’altitudni ta’ bejn 150 m u 800 m 'il fuq mil-livell tal-baħar. L-ammont ta’ xita konsiderevoli (madwar 900 mm kull sena) u l-għoljiet ġeneralment pjuttost weqfin iffissru li ż-żona kollha għandha livell baxx ta’ fertilità f’termini tal-preżenza kemm tal-materja organika kif ukoll tan-nutrijenti minerali. Meta mqabbla ma’ żoni oħrajn tal-Piemonte dawn il-karatteristiċi jagħtu ambjent speċifiku u distintiv mil-lat ta’ ħamrija u klima, u wieħed li fih il-varjetà “Tonda Gentile Trilobata” tista’ turi l-aħjar kwalitajiet tagħha.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Mid-19-il seklu sal-lum, it-tkabbir tal-ġellewż fil-Piemonte kien ibbażat esklussivament fuq l-użu tal-varjetà “Tonda Gentile Trilobata”, li l-kwalitajiet tagħha jnkludu ħliefa ta’ ħxuna medja iżda li tinqala' faċilment wara li jinxtwew, sawra solida li tqarmeċ u hija persistenti, u togħmiet u aromi fini ħafna.

Il-benefiċċji prinċipali ta’ “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” fl-għajnejn tal-industrija konfezjonarja huma l-forma subsferikali jew parzjalment trilobata tal-ġellewża, il-perċentwal piuttost baxx ta’ ġellewż oblung, ir-rendiment tajjeb wara li titneħħa l-qoxra, li jista’ jitla’ wkoll għal 50 %, ir-rendiment għoli meta jinxtewa u l-fatt li l-qalba titqaxxar faċilment.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

“Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” tinkiseb mill-varjetà “Tonda Gentile Trilobata”, li tista’ tikseb il-kwalitajiet kummerċjali u organolettiċi li jsaħħu r-reputazzjoni tagħha biss fiż-żona ġeografika definita li l-ħamrija tagħha hija nieqsa mill-fertilità u l-ammonti kbar ta’ xita li jkollha. Minħabba l-fama ta’ din l-varjeta, fil-passat saru diversi tentattivi biex tiġi introdotta f’żoni oħrajn tat-tkabbir fl-Italja. Madankollu, dawn it-tentattivi fallew, għaliex il-varjetà naqset milli tadatta jew, fi kwalunkwe każ, ma wrietx il-karatteristiċi kummerċjali u organolettiċi tal-ġellewż li jikber fiż-żona tal-oriġini. “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” li tikber fiż-żona ddefinita ilha magħrufa sa min-nofs id-19-il seklu għall-karatteristiċi organolettiċi irfinuti tagħha, li kkontribwew għall-prestiġju garantit tal-industrija konfezzjonarja fil-Piemonte. Fil-fatt, fit-tieni nofs tad-19-il seklu, bl-iżvilupp tal-ewwel azjendi tal-industrija tal-ħelu fl-Italja u barra, il-kummerċ ta' dan il-ġellewż beda jiffjorixxi fil-Piemonte. Dak iż-żmien, il-ġellewż prodott li kien jammonta għal ftit mijiet ta’ eluf ta’ kili, kien jinxtara bil-qoxra minn azjendi tal-ħelu lokali żgħar prinċipalment għall-użu fil-produzzjoni taċ-ċikkulata, u kien jitqaxxar mill-azjendi nfushom. Il-karatteristiċi organolettiċi eċċellenti ta’ “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” jfissru li r-reputazzjoni tagħha kibret malajr madwar il-kumpaniji konċernati, kemm fl-Italja kif ukoll barra. Fil-fatt, sa kmieni fil-bidu tas-seklu 20, il-prodott kien qed jiġi esportat lejn diversi pajjiżi fl-Ewropa u lil hinn, bħall-Isvizzera, il-Ġermanja, il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi, iċ-Ċile, El Salvador u l-Ġappun.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għal emenda għal “Nocciola del Piemonte”/“Nocciola Piemonte” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 77 tat-2 ta’ April 2009.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott issa huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi wieħed imur direttament fuq is-sit tal-internet tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fir-rokna tal-lemin ta’ fuq tal-iskrin) u wara fuq “Disciplinari di Produzione all'esame dell'UE”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Rettifika

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/23


Rettifika għas-sejħa għall-proposti – “Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni (PAK)” L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni skont l-intestatura tal-baġit 05 08 06 għall-2013

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 223 tas-27 ta’ Lulju 2012 )

2012/C 330/11

Fuq il-paġna 4, punt 1, it-tieni paragrafu:

minflok:

“bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Frar 2014.”,

aqra:

“bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Marzu 2014.”.

Fuq il-paġna 5, punt 3, l-ewwel paragrafu:

minflok:

“bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Frar 2014.”,

aqra:

“bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Marzu 2014.”.

Fuq il-paġna 6, punt 4.2, l-ewwel paragrafu 1:

minflok:

“il-31 ta' Ottubru 2012”,

aqra:

“it-30 ta' Novembru 2012”.

Fuq il-paġna 6, punt 4.2, ir-raba' paragrafu:

minflok:

“il-31 ta' Ottubru 2012”,

aqra:

“it-30 ta' Novembru 2012”.

Fuq il-paġna 6, punt 4.2, is-sitt paragrafu 6:

minflok:

“is-17 ta' Ottubru 2012.”,

aqra:

“is-17 ta' Novembru 2012.”.

Fuq il-paġna 7, punt 4.2, is-seba' paragrafu 7:

minflok:

“l-24 ta' Ottubru 2012.”,

aqra:

“l-24 ta' Novembru 2012.”.

Fuq il-paġna 7, punt 5.4, it-tielet paragrafu 3:

minflok:

“l-aħħar ta' Jannar 2013.”,

aqra:

“l-aħħar ta' Frar 2013.”.

Fuq il-paġna 12, punt 3 (b), l-ewwel inċiż:

minflok:

“il-31 ta' Ottubru 2012”,

aqra:

“it-30 ta' Novembru 2012”.

Fuq il-paġna 12, punt 3 (b), it-tmien inċiż:

minflok:

“bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u t-28 ta’ Frar 2014,”,

aqra:

“bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Marzu 2014,”.