ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.316.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 316

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
19 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 316/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 316/02

Rata tal-kambju tal-euro

4

2012/C 316/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Marzu 2012 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.793 – EPH u oħrajn – Rapporteur: L-Isvezja

5

2012/C 316/04

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.793 – EPH u oħrajn

6

2012/C 316/05

Sommarju tad-deċiżjoni tal-kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Każ COMP/39.793 – EPH u oħrajn) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1999 final)

8

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2012/C 316/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

24.7.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33969 (11/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Nem termelő beruházások erdőterületen – erdőszerkezet átalakítása – EMVA (1698/2005/EK 49. cikk) tarvágást követő szerkezetátalakítás fafajcserével célprogram

Il-bażi legali

Az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból az erdőszerkezet átalakításához nyújtandó támogatások részletes feltételeiről szóló 139/2009. (X. 22.) FVM rendelet

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent, Żvilupp Rurali (AGRI)

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: HUF 8 378 miljun

 

Baġit annwali: HUF 4 189 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vidékfejlesztési Minisztérium

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.8.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34707 (12/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Zlínský

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Závazná pravidla pro poskytování finančních příspěvků na hospodaření v lesích na území Zlínského kraje a způsob kontroly jejich využití

Il-bażi legali

1)

Závazná pravidla pro poskytování finančních příspěvků na hospodaření v lesích na území Zlínského kraje a způsob kontroly jejich využití

2)

Zákon č. 129/2000 Sb., o krajích, ve znění pozdějších předpisů

3)

Zákon č. 289/1995 Sb., o lesích a o změně a doplnění některých zákonů (lesní zákon)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 175 miljun

 

Baġit annwali: CZK 25 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2013-31.12.2019

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Zlínský kraj

třída Tomáše Bati 21

761 90 Zlín

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.9.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35189 (12/N)

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Tilskud til privat skovrejsning

Il-bażi legali

Skovloven. Lovbekendtgørelse nr. 1044 af 20. oktober 2008 med senere ændringer.

Bekendtgørelse nr. 423 af 8. maj 2012 om tilskud til privat skovrejsning.

Det Nationale skovprogram

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent, Żvilupp Rurali (AGRI)

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: DKK 120 miljun

 

Baġit annwali: DKK 60 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.11.2012-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Silvikultura u attivitajiet oħra tal-forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Naturstyrelsen

Haraldsgade 53

2300 København Ø

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Ottubru 2012

2012/C 316/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3118

JPY

Yen Ġappuniż

104,01

DKK

Krona Daniża

7,4593

GBP

Lira Sterlina

0,81190

SEK

Krona Żvediża

8,5843

CHF

Frank Żvizzeru

1,2094

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3770

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,756

HUF

Forint Ungeriż

277,19

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6961

PLN

Zloty Pollakk

4,1027

RON

Leu Rumen

4,5803

TRY

Lira Turka

2,3570

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2632

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2843

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1671

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5983

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5972

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 448,93

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,3305

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2006

HRK

Kuna Kroata

7,5430

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 599,42

MYR

Ringgit Malażjan

3,9843

PHP

Peso Filippin

54,078

RUB

Rouble Russu

40,3022

THB

Baht Tajlandiż

40,207

BRL

Real Brażiljan

2,6631

MXN

Peso Messikan

16,7891

INR

Rupi Indjan

70,0470


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Marzu 2012 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.793 – EPH u oħrajn

Rapporteur: L-Isvezja

2012/C 316/03

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-fatt li l-Kummissjoni tikkunsidra ż-żewġ inċidenti relatati mat-trattament tal-emails bħala ċaħda għal sottomissjoni ta' spezzjoni, skont l-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ksur tal-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, jiġifieri ċ-ċaħda ta' sottomissjoni għall-ispezzjoni, sar bi traskuraġni f'dak li jirrigwarda l-iżblukkar ta' kont tal-emails u intenzjonalment f'dak li jirrigwarda d-devjazzjoni tal-emails li jidħlu.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, li skontha ż-żewġ inċidenti relatati mat-trattament tal-emails jikkostitwixxu ksur wieħed.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li kemm Energetický a průmyslový holding a.s. kif ukoll EP Investment Advisors, s.r.o. huma responsabbli tal-ksur.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-fatturi li ttieħdu inkunsiderazzjoni meta ġie kkalkulat il-livell tal-multa għal Energetický a průmyslový holding a.s. u għal EP Investment Advisors, s.r.o., f'konformità mal-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-livell effettiv tal-multa proposta mill-Kummissjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/6


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/39.793 – EPH u oħrajn

2012/C 316/04

I.   KUNTEST

(1)

Fl-24-26 ta' Novembru 2009 il-Kummissjoni wettqet spezzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) fuq il-post ta’ J&T Investment Advisors, s.r.o (minn hawn 'il quddiem “J&T IA”) (3) u Energetický a průmyslovy holding, a.s. (minn hawn ‘il quddiem “EPH”) (4).

(2)

Fis-17 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni fetħet proċeduri skont l-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, kontra J&T IA u EPH (minn hawn 'il quddiem “il-Partijiet”) dwar allegazzjoni ta' rifjut ta' sottomissjoni għall-ispezzjoni. (5)

II.   PROĊEDURA BIL-MIKTUB U ORALI INIZJALI

(3)

Fis-17 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) kontra J&T IA u EPH dwar ksur allegat kif imsemmi fl-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. L-oġġezzjonijiet kienu relatati ma' tliet inċidenti li seħħew matul l-ispezzjoni.

(4)

Il-partijiet irċevew aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fis-6 ta’ Jannar 2011. Jien ma rċevejt ebda talba mingħand il-Partijiet dwar l-aċċess għall-fajl, u għalhekk nikkonkludi li ma nħolqot l-ebda problema f'dan ir-rigward.

(5)

Il-partijiet issottomettew kummenti bil-miktub dwar id-DO fis-17 ta’ Frar 2011, fil-limitu taż-żmien stipulat mill-Kummissjoni. Fil-kummenti tagħhom bil-miktub, il-partijiet talbu biex jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f'seduta orali, li seħħet fil-25 ta' Marzu 2011.

(6)

Fl-ittra li stiednet lill-partijiet għas-seduta orali, jiena inkludejt ċerti kwistjonijiet ta' kjarifika marbuta ma' wieħed mit-tliet inċidenti li seħħew matul l-ispezzjoni u li kienu msemmija fid-DO. (6) Il-partijiet ġew mistiedna biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet fis-seduta orali, u dan wassal għal diskussjoni utli dwar dan l-inċident waqt is-seduta orali.

III.   IT-TIENI PROĊEDURA BIL-MIKTUB U ORALI

(7)

Wara s-seduta orali, il-partijiet kienu informati mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni matul laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali li l-Kummissjoni ma kenitx se tkompli ssegwi l-inċident waħdieni li hu msemmi fil-paragrafu (6) hawn fuq.

(8)

Ukoll wara s-seduta orali, il-Kummissjoni indirizzat lil EPIA u EPH dikjarazzjoni supplimentari ta' oġġezzjonijiet (“DSO”) fil-15 ta' Lulju 2011, li bidlet il-kwalifika tal-ksur allegat b’ieħor minn dawn it-tliet inċidenti minn intenzjonali għal intenzjonali jew għall-inqas negliġenti.

(9)

Il-Partijiet ingħataw aċċess għall-fajl fl-1 ta’ Awwissu 2011 u ssottomettew kummenti bil-miktub dwar id-DSO fil-limitu taż-żmien stipulat mill-Kummissjoni. Huma talbu biex jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f'seduta orali oħra, li seħħet fit-13 ta’ Ottubru 2011.

IV.   L-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

(10)

Skont l-Artikolu 16 tat-Termini ta’ Referenza, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien ilħaqt konklużjoni pożittiva.

V.   OSSERVAZZJONIJIET FINALI

(11)

Kollox ma' kollox, jien nikkonkludi li l-partijiet kienu kapaċi jeżerċitaw effettivament id-drittijiet proċedurali tagħhom f'dan il-każ.

Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni, ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29, (it-“Termini ta’ Referenza”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, paġni 1-25.

(3)  L-isem ta’ J&T IA inbidel għal EP Investment Advisors (“EPIA”) matul il-kors tal-proċedimenti. Fit-18 ta' Marzu 2011, l-isem tal-każ ġie mibdul minn “J & T u oħrajn” għal “EPH u oħrajn” fuq talba mill-Partijiet.

(4)  J&T IA kienet sussidjarja kollha kemm hi ta’ EPH.

(5)  Ara l-istqarrija tal-Istampa tal-Kummissjoni IP/10/627.

(6)  Skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 applikabbli dakinhar dwar it-termini ta’ riferenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21, issa l-Artikolu 11(1) tat-Termini ta’ Referenza.


19.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/8


Sommarju tad-deċiżjoni tal-kummissjoni

tat-28 ta’ Marzu 2012

dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat

(Każ COMP/39.793 – EPH u oħrajn)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1999 final)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

2012/C 316/05

Fit-28 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat  (1) B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (2), il-Kummissjoni b’dan qed tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Energetický a průmyslový holding (“EPH”) u s-sussidjarja sħiħa tagħha EP Investment Advisors (“EPIA”). Timponi multa fuqhom għar-rifjut li jissottomettu ruħhom għal ispezzjoni, ksur fis-sens tal-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. Ir-rifjut kien fil-forma ta' nuqqas milli jiġi mblukkat kont tal-emails u diverżjoni tal-emails li daħlu matul l-ispezzjoni li twettqet fl-istabbilimenti komuni ta’ EPH u EPIA.

2.   PROĊEDURA

(2)

Fis-17 ta' Mejju 2010 il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti kontra J&T IA (issa EPIA (3)) u EPH bil-ħsieb li tadotta deċiżjoni li tissanzjona ksur allegat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.

(3)

Fis-17 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) kontra EPIA u EPH dwar ksur allegat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. Id-DO ġiet innotifikata lill-partijiet fit-22 ta' Diċembru 2010. Il-partijiet issottomettew it-tweġiba tagħhom fis-17 ta’ Frar 2011. Is-seduta orali saret fil-25 ta' Marzu 2011.

(4)

Fil-15 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni Supplimentari ta’ Oġġezzjonijiet (“DSO”) li tistabbilixxi elementi fattwali u legali addizzjonali fir-rigward ta' waħda mill-istanzi ta' ksur allegat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. Id-DSO ġiet innotifikata lill-partijiet fid-19 ta' Lulju 2011. Il-partijiet issottomettew it-tweġiba tagħhom fit-12 ta’ Settembru 2011. Is-seduta orali saret fit-13 ta' Ottubru 2011.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ġie kkonsultat dwar l-eżistenza ta' ksur u dwar l-ammont propost tal-multa fit-12 ta' Marzu 2011. Il-Kumitat Konsultattiv wassal opinjoni pożittiva unanima dwar l-abbozz tad-deċiżjoni, inkluża l-multa proposta.

(6)

L-Uffiċjal tas-Seduta ppreżenta r-rapport finali tiegħu fit-13 ta’ Marzu 2012. Ir-rapport jikkonkludi li d-dritt tal-partijiet li jinstemgħu ġie rrispettat.

3.   FATTI

(7)

Id-Deċiżjoni tindirizza żewġ inċidenti relatati mat-trattament tal-emails li seħħew matul l-ispezzjoni tal-24-26 ta’ Novembru 2009: (i) In-nuqqas li jiġi mblukkat kont tal-emails u (ii) id-devjazzjoni tal-e-mails li daħlu.

In-nuqqas li jimblukkaw il-kont tal-emails

(8)

Fl-24 ta' Novembru 2009, wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ispezzjoni, l-ispetturi tal-Kummissjoni talbu li jiġu mblukkati l-kontijiet tal-emails tal-persuni ewlenin sa ma jingħata avviż ulterjuri. Dan sar billi ġiet stabbilita password ġdida magħrufa biss lill-ispetturi tal-Kummissjoni. Din hija miżura standard meħuda fil-bidu tal-ispezzjonijiet, biex jiżguraw li l-ispetturi jkollhom aċċess esklużiv għall-kontenut tal-kontijiet tal-emails u ma jħallux li dawk il-kontijiet jiġu modifikati waqt it-tfittxija. Fit-tieni jum tal-ispezzjoni l-ispetturi tal-Kummissjoni skoprew li password għal kont wieħed kienet ġiet modifikata matul l-ewwel jum sabiex jippermettu li d-detentur jaċċessa l-kont.

Id-devjazzjoni tal-e-mails li daħlu

(9)

Fit-tielet jum tal-ispezzjoni, l-ispetturi tal-Kummissjoni skoprew li fit-tieni jum tal-ispezzjoni wieħed mill-impjegati kien talab lid-dipartiment tal-IT biex jiddevja l-emails kollha li jidħlu lejn il-kontijiet ta' diversi persuni ewlenin ‘il barra minn dawn il-kontijiet għal server tal-kompjuter. Il-kumpanija ammettiet li kienet implimentat l-istruzzjoni fil-każ ta’ mill-inqas wieħed mill-kontijiet tal-emails. B’riżultat ta’ dan, l-emails li daħlu ma kinux viżibbli fl-inboxes ikkonċernati u ma setgħux jiġu mfittxija mill-ispetturi.

4.   VALUTAZZJONI LEGALI

(10)

L-ewwel nett, id-Deċiżjoni tinnota li l-ġurisprudenza f’Orkem  (4) u f’Société Générale  (5) u l-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (6) jikkonfermaw li s-sottomissjoni sħiħa għal spezzjoni tinkludi l-obbligu li jikkooperaw attivament mal-Kummissjoni fl-aspetti kollha. Dan ifisser li l-kontijiet tal-emails tal-impriża jiġu mblukkati fuq talba tal-ispetturi billi tinbidel il-password u jipprovdulhom password ġdida magħrufa esklużivament lill-ispetturi. L-aċċess esklużiv għall-kont mill-ispetturi jrid jiġi żgurat sakemm l-ispetturi jippermettu espliċitament li jiġi żblukkat sabiex jiżguraw l-integrità tal-kontenut tal-mailbox.

(11)

It-tieni, id-Deċiżjoni tinnota li s-sottomissjoni għal spezzjoni teħtieġ li l-ispetturi tal-Kummissjoni jrid ikollhom aċċess għall-emails kollha fil-kont, inkluż l-emails li jidħlu fil-kont waqt l-ispezzjoni kollha sal-punt li tintemm l-ispezzjoni.

(12)

It-tielet, id-Deċiżjoni tiddetermina li l-iżblukkar tal-kont tal-emails twettaq b’negliġenza u li d-devjazzjoni tal-emails li daħlu twettqet b’intenzjoni.

(13)

Ir-raba', id-Deċiżjoni tiddetermina li filwaqt li ż-żewġ inċidenti jistgħu jikkostitwixxu ksur fit-tifsira tal-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 innifsu, wara li kkunsidrat l-elementi komuni, ma jkunx xieraq li kull kondotta tiġi meqjusa f'iżolament. Għalhekk, ġie konkluż li EPIA u EPH kienu involuti fi ksur wieħed ġenerali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(14)

Il-ħames, minħabba li EPH tikkontrolla lil EPIA bħala l-proprjetarju sħiħ tagħha fi struttura ta’ tmexxija komuni kif ukoll il-fatt li l-inċidenti involvew persuni li jirrappreżentaw liż-żewġ entitajiet matul l-ispezzjoni u huma wkoll relatati ma’ kontijiet tal-emails ta’ persuni li jaħdmu mat-tnejn li huma, id-Deċiżjoni tiddetermina li EPIA u EPH għandhom jitqiesu responsabbli in solidum għall-ksur.

5.   MULTI

(15)

Peress li l-ksur imsemmi fl-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ġie stabbilit, il-Kummissjoni tista’ timponi multi fuq l-impriżi li ma jaqbżux il-1 % tal-fatturat tagħhom.

(16)

Għad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi, id-Deċiżjoni qieset kemm il-gravità kif ukoll it-tul tal-ksur skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(17)

Fir-rigward tal-gravità, id-Deċiżjoni tinnota li l-ksur huwa ta' natura serja. Ġie nnutat b’mod partikulari li s-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet hija waħda mill-aktar setgħat investigattivi importanti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni biex jinkixef ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Ġie nnutat ukoll li matul l-aħħar deċennju provi fuq il-karta saru inqas importanti u ħafna mid-dokumenti miġbura llum matul l-ispezzjonijiet huma estratti minn kontijiet tal-emails u fajls elettroniċi u li d-dejta maħżuna fil-format elettroniku kapaċi tinqered ħafna aktar faċilment u malajr minn fajls tal-karti. Fl-aħħar nett, ġie meqjus li hemm żewġ inċidenti li fihom EPIA u EPH ostakolaw l-ispezzjoni: in-nuqqas li jimblukkaw kont tal-emails u d-diverżjoni tal-emails.

(18)

F'termini ta' tul, id-Deċiżjoni tqis li l-ksur kompla għal perjodu ta' żmien sinifikanti matul l-ispezzjoni fl-istabbiliment ta’ EPIA u EPH.

(19)

Fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni tqis li l-partijiet ikkooperaw b’mod li għen lill-Kummissjoni biex taċċerta ċ-ċirkustanzi tar-rifjut li jissottomettu ruħhom għall-ispezzjoni fir-rigward tal-emails. Madankollu, ġie nnutat li filwaqt li l-partijiet ma kkontestawx ċerti fatti, b’mod ġenerali ppruvaw ipoġġu f’dubju l-eżistenza ta’ kwalunkwe vjolazzjoni proċedurali.

6.   KONKLUŻJONI

(20)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, id-Deċiżjoni tikkonkludi li EPH u EPIA rrifjutaw li jissottomettu ruħhom għall-ispezzjoni mwettqa fl-istabbilimenti tagħhom fl-24-26 ta’ Novembru 2009 skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 billi b’negliġenza ppermettew aċċess għal kont tal-emails imblukkat u billi ddevjaw l-emails lejn server b’intenzjoni, b'hekk wettqu ksur fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 23(1)(c) ta’ dak ir-Regolament. Id-Deċiżjoni timponi multa ta' EUR 2 500 000 konġuntament u separatament fuq EPH u EPIA.


(1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-TFUE. Fiż-żewġ każi, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-artikoli rispettivi huma sostanzjalment identiċi. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi magħmula għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala magħmula rispettivament għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE.

(2)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02 p. 205-229). Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07 Volum 08 p. 17-18).

(3)  Fl-10 ta’ Novembru 2010, J&T IA issemmiet mill-ġdid EPIA mingħajr ma saru tibdiliet fl-istruttura korporattiva jew fl-organizzazzjoni tal-kumpanija. It-test li ġej jirreferi għalll-EPIA wkoll għaż-żmien meta kien jisimha J&T IA.

(4)  Il-Każ 374/87 Orkem vs il-Kummissjoni Ewropea [1989] Ġabra 3283 paragrafu 27 li huwa relatat ma’ talba għal informazzjoni wara li twettqet spezzjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 17 (mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  Il-Każ T-34/93 Société Générale vs il-Kummissjoni [1995] Ġabra II-545, paragrafu 72 (mhux disponibbli bil-Malti).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/735/KE tal-14 ta' Ottubru 1994 li timponi multa skont l-Artikolu 15(1) (c) tar-Regolament Nru 17 dwar Akzo Chemicals BV, ĠU L 294, 15/11/1994, p. 31 (mhix disponibbli bil-Malti).