ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.314.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
18 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 314/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6641 – Verbund/Siemens/E-Mobility Provider Austria) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 314/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2012/C 314/03

L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

3

2012/C 314/04

L-Avviż tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta' interess ta' rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/skont attwali għal tliet Stati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2012(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta Lulju 2004)

4

2012/C 314/05

Limiti msemmija fid-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011, espressi fil-munita nazzjonali tal-Istati tal-EFTA

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 314/06

Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma Persuni tal-2013, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

6

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2012/C 314/07

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali

7

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2012/C 314/08

Azzjoni mressqa fid-9 ta’ Lulju 2012 minn DB Schenker kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (Il-Kawża E-7/12)

8

2012/C 314/09

Rikors imressaq fil-15 ta’ Lulju 2012 minn DB Schenker kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (Il-Kawża E-8/12)

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 314/10

Avviż dwar il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika

12

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 314/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6686 – Terex/GAZ/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

14

2012/C 314/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6705 – Procter & Gamble/Teva Pharmaceuticals OTC II) ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6641 – Verbund/Siemens/E-Mobility Provider Austria)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 314/01

Fl-20 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6641. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Ottubru 2012

2012/C 314/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3120

JPY

Yen Ġappuniż

103,23

DKK

Krona Daniża

7,4592

GBP

Lira Sterlina

0,81150

SEK

Krona Żvediża

8,6587

CHF

Frank Żvizzeru

1,2106

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3960

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,794

HUF

Forint Ungeriż

279,00

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,1029

RON

Leu Rumen

4,5777

TRY

Lira Turka

2,3629

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2690

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2915

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1704

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6009

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5954

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 450,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,3669

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2059

HRK

Kuna Kroata

7,5405

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 577,46

MYR

Ringgit Malażjan

3,9769

PHP

Peso Filippin

53,896

RUB

Rouble Russu

40,2880

THB

Baht Tajlandiż

40,187

BRL

Real Brażiljan

2,6676

MXN

Peso Messikan

16,8231

INR

Rupi Indjan

69,3590


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/3


L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

2012/C 314/03

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

30 ta’ Mejju 2012

Numru tal-każ

:

68531

Numru tad-Deċiżjoni

:

213/12/COL

Stat tal-EFTA

:

L-Islanda

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Dwar l-għoti ta' għajnuna b'rabta ma' tiswijiet tal-Lift tal-Bastimenti fil-Gżejjer Westman

Bażi legali

:

L-Artikolu 61(1) ŻEE

Tip ta’ miżura

:

L-ebda għajnuna

Setturi ekonomiċi

:

Bini/tiswijiet ta' bastimenti

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/4


L-Avviż tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta' interess ta' rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/skont attwali għal tliet Stati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2012

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta Lulju 2004  (1) )

2012/C 314/04

Ir-rati bażi huma kkalkulati b'konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta' referenza u ta' skont tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 (2). Biex tinkiseb ir-rata ta' referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġni xierqa b'konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tar-rata ta' skont dan ifisser li l-marġni xieraq ta' 100 punt bażi jrid jiżdied mar-rata bażi. Ir-rata ta' rkupru għandha normalment tiġi kkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi kif previst fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 789/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 (3) li temenda d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 (4).

 

L-Islanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

1.1.2012-31.5.2012

4,70

0,31

3,57

1.6.2012-

4,70

0,38

3,57


(1)  ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru. 26, 25.5.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32 u s-Suppliment ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru. 22.12.2010, p. 1.

(4)  Ara l-verżjoni konsolidata fis-sit http://www.eftasurv.int/media/decisions/195-04-COL.pdf


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/5


Limiti msemmija fid-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011, espressi fil-munita nazzjonali tal-Istati tal-EFTA

2012/C 314/05

 

Limiti fi NOK

Limiti fi CHF

Limiti fi ISK

Limiti f’EUR

 

 

 

130 000

1 042 319

176 310

21 540 485

200 000

1 603 568

271 246

33 139 208

400 000

3 207 136

542 492

66 278 416

5 000 000

40 089 200

6 781 150

828 480 200


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/6


Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal-2013, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2012/C 314/06

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skont il-programmi ta' ħidma “Persuni” tal-2013, tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati tal-għeluq għas-sejħiet u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku “Persuni”:

Titlu tas-sejħa

Identifikatur tas-sejħa

Fondi ghar- Reintegrazzjoni

FP7-PEOPLE-2013-CIG

Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma tal-2013 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4561, tad-9 ta' Lulju 2012.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS:

http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/7


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

2012/C 314/07

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

EPSO/AD/247/12 – Kap tal-unità (AD 12) – Ġestjoni tas-sit u tas-sigurtà nukleari fl-Istitut tal-Elementi Transuraniċi (Karlsruhe, il-Ġermanja), Iċ-Ċentru Komuni tar-Riċerka, il-Kummissjoni Ewropea

L-avviż tal-kompetizzjoni hu ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali C 314 A tat-18 ta' Ottubru 2012.

Għal aktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/8


Azzjoni mressqa fid-9 ta’ Lulju 2012 minn DB Schenker kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

(Il-Kawża E-7/12)

2012/C 314/08

Rikors kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tressaq quddiem il-Qorti tal-EFTA fid-9 ta’ Lulju 2012 minn Schenker North AB, Schenker Privpak AB u Schenker Privpak AS (kollettivament “DB Schenker”), irrappreżentat minn Jon Midthjell, advokat, Advokatfirmaet Midthjell AS, Grev Wedels plass 5, NO-0151 Oslo, in-Norveġja.

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-EFTA sabiex:

Fir-rigward ta’ każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni:

(1)

Tiddikjara li l-konvenut kiser l-Artikolu 37(1) SCA billi naqas milli jaġixxi fuq id-dover tiegħu, skont ir-Regoli dwar l-Aċċess għal Dokumenti, il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u l-Ftehim ŻEE, li tiddefinixxi l-pożizzjoni tagħha dwar it-talba li r-rikorrenti ppreżentaw fit-3 ta’ Awwissu 2010 biex ikollhom aċċess għall-fajl komplut fil-Każ tal-ASE Nru 34250 (Norway Post/Privpak); kif ukoll

(2)

Tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

Fir-rigward ta’ talba għad-danni, biex tagħti sentenza interlokutorja dwar ir-responsabbiltà tal-konvenut u tiddifferixxi għal stadju sussegwenti tal-proċedimenti l-kwistjoni dwar il-valutazzjoni tad-danni attribwibbli għall-konvenut:

(1)

Tiddikjara li n-nuqqas ta' azzjoni tal-konvenut bejn is-7 ta' Settembru 2010 jew kwalunkwe data aktar tard, u sakemm il-konvenut ikun skont il-liġi ddefinixxa l-pożizzjoni tiegħu dwar it-talba tar-rikorrenti biex ikollhom aċċess għall-fajl komplut fil-Każ tal-ASE Nru 34250 (Norway Post), fit-3 ta’ Awwissu 2010, hija tali li tagħmel lill-konvenut responsabbli, anki għall-imgħax li jirriżulta, skont l-Artikolu 46(2) SCA.

(2)

Fi żmien sitt xhur wara li l-konvenut ikun skont il-liġi ddefinixxa l-pożizzjoni tiegħu dwar it-talba tar-rikorrenti biex ikollhom aċċess għall-fajl komplut fil-Każ tal-ASE Nru 34250 (Norway Post), fit-3 ta’ Awwissu 2010, ir-rikorrenti għandhom jinfurmaw lill-Qorti dwar l-ammont tad-danni li qed jitolbu u jekk il-partijiet jaqblux dwar dan l-ammont.

(3)

F’każ li ma jkunx hemm qbil dwar l-ammont tad-danni, il-partijiet għandhom iressqu quddiem il-qorti, fi ħdan l-istess perjodu, il-kalkoli tagħhom tal-ammont tad-danni attribwibbli għan-nuqqas tal-konvenut milli skont il-liġi jiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu rigward it-talba tar-rikorrenti biex ikollhom aċċess għall-fajl komplut fil-Każ tal-ASE Nru 34250 (Norway Post), fit-3 ta’ Awwissu 2010.

(4)

Tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

Ir-rikorrenti Schenker North AB, Schenker Privpak AB u Schenker Privpak AS huma parti minn DB Schenker, grupp internazzjonali tat-trasport u l-loġistika tal-merkanzija, proprjetà tad-Deutsche Bahn AG. Schenker North AB tmexxi l-operazzjonijiet ta’ negozju tal-grupp fuq l-art, bil-baħar u bil-ferrovija fin-Norveġja, l-Isvezja u d-Danimarka, inklużi s-sussidjarji Schenker Privpak AS u Schenker Privpak AB (kollettivament imsejħa “DB Schenker”).

Fl-14 ta’ Lulju 2010, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA adottat deċiżjoni fil-Każ Nru 34250 (Norway Post/Privpak), fejn sabet li Norway Post kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq Norveġiż tal-kunsinna tal-pakketti bejn in-negozji u l-konsumaturi fl-2000-2006. Id-Deċiżjoni ġiet irrispettata mill-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-15/10 Posten Norge AS vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Ir-rikorrenti qed isegwu d-dritt tagħhom għal kumpens minn Norway Post għall-ħsara kkawżata mill-ksur, u jixtiequ jirrevedu kif il-konvenut iġġestixa l-investigazzjoni u l-proċedura amministrattiva. Fit-3 ta’ Awwissu 2010, ir-rikorrenti ressqu talba biex ikollhom aċċess għal dokumenti li jappartjenu għall-Każ tal-ASE Nru 34250, skont ir-Regoli dwar l-Aċċess għal Dokumenti (RAD), stabbiliti minn deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 407/08/COL fis-27 ta’ Ġunju 2008.

Fit-8 ta’ Marzu 2012, ir-rikorrenti nnotifikaw lill-konvenut b’avviż ta' qabel il-litigazzjoni skont l-Artikolu 37(2) SCA, fuq il-bażi li l-konvenut naqas milli jieħu deċiżjoni finali dwar it-talba tagħhom għall-aċċess, imressqa fit-3 ta’ Awwissu 2010. Ir-rikorrenti jissottomettu li l-konvenut sussegwentament naqas milli jieħu deċiżjoni dwar it-talba tagħhom għall-aċċess wara li skada l-perjodu statutorju ta' qabel il-litigazzjoni, u għaldaqstant ikkawża wkoll telf.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA:

kisret l-Artikolu 37 SCA billi naqset milli tilħaq l-obbligi legali tagħha, li tiddeċiedi dwar it-talba għall-aċċess li r-rikorrenti ppreżentaw fit-3 ta’ Awwissu 2010; kif ukoll

kisret l-Artikolu 46(2) SCA billi naqset milli tilħaq l-obbligu legali tagħha li tieħu deċiżjoni f'waqtha dwar it-talba għall-aċċess li r-rikorrenti ppreżentaw fit-3 ta’ Awwissu 2010, u li tittratta t-talba għaldaqstant skont il-liġi.


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/10


Rikors imressaq fil-15 ta’ Lulju 2012 minn DB Schenker kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

(Il-Kawża E-8/12)

2012/C 314/09

Fil-15 ta’ Lulju 2012 Schenker North AB, Schenker Privpak AB u Schenker Privpak AS (kollettivament DB Schenker), irrappreżentati minn Jon Midthjell, advokat, Advokatfirmaet Midthjell AS, Grev Wedels plass 5, N-0151 Oslo, in-Norveġja, ressqu rikors quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-EFTA sabiex:

(1)

Tħassar id-deċiżjoni kkontestata, kif innotifikata lir-rikorrenti fit-18 ta’ Mejju 2012, fil-Każ tal-ASE Nru 68736 (DB Schenker), minħabba li tinnega l-aċċess għal:

(i)

Dikjarazzjoni kompluta tal-kontenut fil-Każ tal-ASE Nru 34250 (Norway Post/Privpak);

(ii)

Ittra bid-data jew li waslet fit-13 ta’ Lulju 2010 minn Norway Post;

(iii)

Il-minuti tal-laqgħat bejn il-konvenut, inkluż il-President tagħha, u Norway Post u/jew il-Gvern Norveġiż;

(2)

Tħassar id-deċiżjoni kkontestata, kif innotifikata lir-rikorrenti fit-23 ta’ Mejju 2012, fil-Każ tal-ASE Nru 68736 (DB Schenker), minħabba li tinnega l-aċċess għal dikjarazzjoni kompluta tal-kontenut tal-fajl tal-każ fl-istess każ;

(3)

Tħassar id-deċiżjoni kkontestata, kif innotifikata lir-rikorrenti fit-2 ta’ Lulju 2012, fil-każ tal-ASE Nru 68736 (DB Schenker), minħabba li tinnega aċċess għal:

(a)

proċeduri għall-amministrazzjoni tal-fajls tal-każijiet, inklużi iżda mhux limitati l-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-korrispondenza li tidħol/toħroġ u d-dokumenti interni; min hu awtorizzat li jiftaħ/jagħlaq l-għadd ta’ każijiet u jirreġistra documenti/avvenimenti fuq każ; x'tip ta' informazzjoni trid tkun irreġistrata dwar kull dokument/avveniment fil-bażi ta’ dejta tal-konvenut;

(b)

proċeduri għall-ġestjoni ta’ talbiet għall-aċċess pubbliku skont ir-Regoli dwar l-Aċċess għal Dokumenti stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-ASE Nru 407/08/COL fis-27 ta’ Ġunju 2008;

(c)

deċiżjonijiet tal-Kulleġġ tal-ASE dwar l-għoti attwali tas-setgħa lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni tal-konvenut; direttur tad-dipartiment tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat; u d-direttur tad-dipartiment legali u eżekuttiv.

(4)

Tordna lill-konvenut u lil kwalunkwe intervenjent biex iħallsu l-ispejjeż.

L-isfond legali u fattwali u r-raġunijiet legali miġjuba bħala sostenn:

Ir-rikorrenti Schenker North AB, Schenker Privpak AB and Schenker Privpak AS (kollettivament imsejħa “DB Schenker”) huma parti minn grupp internazzjonali tat-trasport u l-loġistika tal-merkanzija, proprjetà tad-Deutsche Bahn AG. Schenker North AB tmexxi l-operazzjonijiet ta’ negozju tal-grupp fuq l-art, il-baħar u bil-ferrovija fin-Norveġja, l-Isvezja u d-Danimarka, inklużi s-sussidjarji Schenker Privpak AS u Schenker Privpak AB.

Fl-14 ta’ Lulju 2010, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA adottat deċiżjoni fil-Każ Nru 34250 (Norway Post/Privpak), fejn sabet li Norway Post kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq Norveġiż tal-kunsinja tal-pakketti bejn in-negozji u l-konsumaturi fl-2000-2006. Id-Deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-15/10 Posten Norge AS vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Ir-rikorrenti qed jagħmlu talba għad-danni kontra Norway Post għat-telf ikkawżat mill-ksur, u jixtiequ jirrevedu kif il-konvenut wettaq l-investigazzjoni u l-proċedura amministrattiva. Fit-3 ta’ Awwissu 2010, ir-rikorrenti ressqu talba biex ikollhom aċċess għal dokumenti li jappartjenu għall-Każ tal-ASE Nru 34250, skont ir-Regoli dwar l-Aċċess għal Dokumenti (RAD), stabbiliti bid-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 407/08/COL fis-27 ta’ Ġunju 2008.

Fit-8 ta’ Marzu 2012, ir-rikorrenti nnotifikaw lill-konvenut b’avviż ta' qabel il-litigazzjoni skont l-Artikolu 37(2) SCA, fuq il-bażi li l-konvenut naqas milli jieħu deċiżjoni finali dwar it-talba tagħhom għall-aċċess, imressqa fit-3 ta’ Awwissu 2010. F’rikors separat, fil-Kawża E-7/12, ir-rikorrenti jissottomettu li l-konvenut sussegwentament naqas milli jieħu deċiżjoni dwar it-talba tagħhom għall-aċċess wara li skada l-perjodu ta’ qabel il-litigazzjoni, u biex jittratta t-talba tagħhom għall-aċċess b'mod għaldaqstant skont il-liġi, u b’hekk ikkawżalhom telf.

Ir-rikorrenti jissottomettu, f’dan ir-rikors, li huma ppreżentaw żewġ talbiet addizzjonali lill-konvenut għall-aċċess ta’ dokumenti, fit-12 ta’ Marzu 2012 u fil-11 ta’ April 2012, filwaqt li kkonsultaw il-kontenut iddikjarat fil-każ tagħhom dwar l-aċċess, irreġistrat bħala l-Każ tal-ASE Nru 68736, kif ukoll il-proċedura interna/l-istruzzjonijiet li jirregolaw lill-amministrazzjoni tal-fajls tal-każijiet tal-konvenut u t-trattament ta’ talbiet għall-aċċess pubbliku.

Fit-18 ta’ Mejju 2012, fit-23 ta' Mejju 2012 u fit-2 ta’ Lulju 2012, il-konvenut innotifika lir-rikorrenti bid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-ewwel talba tagħhom tat-3 ta’ Awwissu 2010 għall-aċċess; it-tieni talba tagħhom għall-aċċess tat-12 ta’ Marzu 2012 u t-tielet talba tagħhom għall-aċċess tal-11 ta’ April 2012, rispettivament. B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti jfittxu li jħassru dawn id-deċiżjonijiet, b’mod sħiħ jew parzjali.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

Fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni, fit-18 ta’ Mejju 2012, kisret l-Artikolu 2(1) RAD u l-Artikolu 16 SCA;

Fir-rigward tat-tieni deċiżjoni, fit-23 ta’ Mejju 2012, wettqet abbuż mill-poteri tagħha, u kisret l-Artikolu 2(1) RAD u l-Artikolu 16 SCA; kif ukoll

Fir-rigward tat-tielet deċiżjoni, fit-2 ta’ Lulju 2012, kisret l-Artikolu 2(1) RAD u l-Artikolu 16 SCA.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/12


Avviż dwar il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika

2012/C 314/10

Bis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Mejju 2012 fil-kawża T-158/10, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2010 tad-19 ta' Jannar 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika (1) (“ir-Regolament anti-dumping definittiv” jew “ir-Regolament”) fejn tidħol The Dow Chemical Company (“Dow Chemical” jew “il-kumpanija kkonċernata”).

B’konsegwenza tas-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2012, l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea tal-etanolamini manifatturati minn Dow Chemical ma għadhomx suġġetti għall-miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament (UE) Nru 54/2010.

1.   Tagħrif lill-awtoritajiet doganali

Konsegwentement, id-dazji anti-dumping definittivi mħallsa skont ir-Regolament (UE) Nru 54/2010 fuq importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ etanolamini li preżentament għandhom il-kodiċijiet NM ex 2922 11 00 (monoetanolamini) (Kodiċi TARIC 2922110010), ex 2922 12 00 (dietanolamina) (Kodiċi TARIC 2922120010) u 2922 13 10 (trietanolamina), li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika, manifatturati minn Dow Chemical (kodiċi addizzjonali TARIC A115) għandhom jitħallsu lura jew jinħafru. Il-ħlas lura jew il-maħfra għandhom jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

2.   Ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-anti-dumping

Il-Qorti Ġenerali, permezz tas-sentenza tagħha tat-8 ta' Mejju 2012, annullat ir-Regolament (UE) Nru 54/2010. Il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kunsill kkommetta żewġ żbalji ta’ evalwazzjoni: (i) meta sab dumping kontinwu matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-PIR”) u, għalhekk, fuq dik il-bażi, meta sab li hemm il-probabbiltà li d-dumping ikompli għaddej; u (ii) meta ffissa l-kapaċità żejda tal-produzzjoni tal-etanolamini fl-Istati Uniti bħala ta’ 60 000 tunnellata.

Il-Qrati rrikonoxxew (2) li, f'każijiet fejn proċediment ikun jikkonsisti f'għadd ta' stadji amministrattivi, l-annullament ta' wieħed minn dawk l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu. Il-proċediment tal-anti-dumping huwa eżempju ta’ tali proċediment magħmul minn diversi stadji. Għaldaqstant, l-annullament ta’ partijiet tar-Regolament tal-anti-dumping definittiv ma jimplikax l-annullament tal-proċedura kollha kemm hi qabel l-adozzjoni tar-Regolament inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma obbligati jikkonformaw mas-sentenza tat-8 ta' Mejju 2012 tal-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, minħabba li kkonformaw mas-sentenza, għandhom il-possibbiltà li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jbiddlux il-partijiet mhux ikkontestati li ma jintlaqtux mis-sentenza (3). Għandu jiġi nnutat li s-sejbiet kollha l-oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat, li ma kinux ikkontestati fiż-żmien determinat għal sfida u għalhekk ma kinux ikkunsidrati mill-Qrati u ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, jibqgħu validi.

Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tiftaħ l-investigazzjoni anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika mibdija skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (4) (sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (5)) (“ir-Regolament bażiku”). Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sejba tal-Qorti Ġenerali kif imfakkar hawn fuq.

3.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni dwar l-anti-dumping huwa ġġustifikat, b’dan il-Kummissjoni parzjalment tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika li nbdiet skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6).

Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza msemmija hawn fuq fejn jidħlu d-determinazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping matul il-PIR u l-kapaċità ta’ produzzjoni żejda tal-etanolamini fl-Istati Uniti.

Il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 4(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 4(b).

4.   Limiti ta’ żmien

(a)   Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom u jressqu t-tagħrif

Jekk iridu li l-ilmenti tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati kollha għandhom jiddikjaraw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jressqu kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi fuq il-preżentazzjoni tal-parti fil-limitu ta' żmien imsemmi qabel.

(b)   Seduti ta' smigħ

Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 20 jum.

5.   Sottomissjonijiet bil-miktub u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux f'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku u n-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (7) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

6.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, din l-informazzjoni għandha titwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   Ipproċessar ta' dejta personali

Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (8).

8.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Huwa nnutat ukoll li jekk il-partijiet interessati jikkunsidraw li qegħdin jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun xieraq, il-medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-fajl, mal-kunfidenzjalità, mal-estensjoni tal-limiti taż-żmien u mat-trattament tas-sottomissjonijiet bil-miktub u/jew orali tal-opinjonijiet. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm).


(1)  ĠU L 17, 22.1.2010, p. 1.

(2)  Il-kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill [1998] ECR II-3939.

(3)  Il-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill [2000] ECR I-08147.

(4)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(6)  ĠU C 270, 25.10.2008, p. 26.

(7)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6686 – Terex/GAZ/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 314/11

1.

Fl-10 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha l-impriżi Terex Corporation (“Terex”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Open Joint Stock Company GAZ (“GAZ”, ir-Russja), li tappartjeni għall-Basic Element Group (“Basic Element”, ir-Russja) li finalment huwa kkontrollat mis-Sur Oleg DERIPASKA (ir-Russja), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Construction Equipment Corporation B.V. (“JV”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

fil-każ tat-Terex: il-manifattura ta’ makkinarju u prodotti industrijali li jintużaw f'diversi industriji, inklużi l-kostruzzjoni, l-infrastruttura, il-qtugħ tal-materjal mill-barrieri, il-manifattura, il-qtugħ tal-materjal mill-minjieri, it-tbaħħir, it-trasport, ir-raffinar, l-enerġija u l-industriji tal-prodotti bażiċi,

fil-każ tal-Basic Element: jopera f'diversi segmenti bħall-enerġija, il-manifattura, is-servizzi finanzjarji, il-kostruzzjoni, l-avjazzjoni u l-biedja u, permezz tal-GAZ Group, fil-manifattura ta’ vetturi kummerċjali ħfief u medji, ta’ trakkijiet li jifilħu għall-istrapazz, ta’ karozzi tal-linja, ta’ karozzi, ta’ tagħmir għall-kostruzzjoni u għall-bini tat-toroq, tal-komponenti tal-istallazzjonijiet li jipprovdu l-enerġija fil-vetturi u tal-komponenti awtomotivi fir-Russja,

fil-każ tal-JV: il-manifattura, fir-Russja, u d-distribuzzjoni, fir-Russja u f’pajjiżi oħrajn tal-Komunità ta’ Stati Indipendenti, ta' tagħmir tal-kostruzzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6686 – Terex/GAZ/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6705 – Procter & Gamble/Teva Pharmaceuticals OTC II)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 314/12

1.

Fid-9 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Procter & Gamble (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tan-negozju OTC (“over the counter”) ta’ Teva Pharmaceuticals Industries Ltd. (Iżrael) permezz ta' kontribuzzjoni ta’ assi f’entità maħluqa ġdida.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Procter & Gamble: il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ta’ kura fid-dar, kura tal-ġmiel, kura tas-saħħa u l-benessri, prodotti għall-kura tat-trabi u tal-familja,

għal Teva Pharmaceutical Industries Ltd.: il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ drogi ġeneriċi affordabbli, prodotti farmaċewtiċi innovattivi u speċjali, u ingredjenti farmaċewtiċi attivi,

in-negozju OTC ta’ Teva Pharmaceuticals: In-negozju farmaċewtiku OTV ta’ Teva, li kien inizjalment akkwistat minn Procter & Gamble minn Teva fl-2011 (ara COMP/M.6280) u n-negozju farmaċewtiku OTC ta’ Teva li kien akkwistat permezz tal-akkwiżizzjoni tagħha ta’ Cephalon Inc. fl-2011 (ara COMP/M.6258).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6705 – Procter & Gamble/Teva Pharmaceuticals OTC II, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).