| 
                ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.311.mlt  | 
         ||
| 
                Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
            
                C 311  | 
         |
                
             | 
            ||
| 
                Edizzjoni bil-Malti  | 
            
                Informazzjoni u Avviżi  | 
            
                Volum 55  | 
         
| 
                Avviż Nru  | 
            
                Werrej  | 
            
                Paġna  | 
         
| 
                
  | 
            
                IV Informazzjoni  | 
            |
| 
                
  | 
            
                INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA  | 
            |
| 
                
  | 
            
                Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea  | 
            |
| 
                2012/C 311/01  | 
            ||
| 
                
  | 
            
                Il-Qorti Ġenerali  | 
            |
| 
                2012/C 311/02  | 
            ||
| 
                MT  | 
            
                
  | 
         
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/1  | 
            
2012/C 311/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti Ġenerali
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/2  | 
            
Assenjazzjoni tal-Imħalfin lill-Awli
2012/C 311/02
Fis-17 ta’ Settembru 2012, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara li l-Imħallef G. Berardis assuma l-kariga tiegħu, li temenda d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2010 (1), tas-26 ta’ Ottubru 2010 (2), tad-29 ta’ Novembru 2010 (3), tal-20 ta’ Settembru 2011 (4), tal-25 ta’ Novembru 2011 (5) u tas-16 ta’ Mejju 2012 (6), dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli.
Għall-perijodu mis-17 ta’ Settembru 2012 sad-data meta l-Imħallef Malti jassumi l-kariga tiegħu, l-Imħallfin huma assenjati lill-awli kif ġej:
| 
                   
  | 
               
                   L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: J. Azizi, President tal-Awla, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen, D. Gratsias u M. Kancheva, Imħallfin  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin: 
 
 
  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: N.J. Forwood, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek u J. Schwarcz, Imħallfin.  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin: 
 
 
  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: O. Czúcz, President tal-Awla, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen, D. Gratsias u M. Kancheva, Imħallfin.  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin: 
 
 
  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   Ir-Raba’Awla, komposta minn tliet Imħallfin: 
 
 
  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: S. Papasavvas, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin: 
 
 
  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: H. Kanninen, President tal-Awla, M. E. Martins Ribeiro, N. Wahl, S. Soldevila Fragoso, A. Popescu u G. Berardis, Imħallfin.  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin: H. Kanninen, President tal-Awla; 
 
 
  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek u J. Schwarcz, Imħallfin.  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin: 
 
 
  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin: L. Truchot, President tal-Awla, M. E. Martins Ribeiro, N. Wahl, S. Soldevila Fragoso, A. Popescu u G. Berardis, Imħallfin.  | 
            
| 
                   
  | 
               
                   It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin: 
 
 
  | 
            
Għall-perijodu mis-17 ta’ Settembru 2012 sad-data meta l-Imħallef Malti jassumi l-kariga tiegħu, fis-Sitt Awla Estiża, l-Imħallfin li ser jifformaw il-kulleġġ ta’ ħames Imħallfin mal-President tal-Awla ser ikunu ż-żewġ Imħallfin l-oħra tas-Sitt Awla inizjalment adita, ir-raba’ Imħallef ta’ din l-awla u Mħallef tat-Tmien Awla komposta minn tliet Imħallfin. Dan tal-aħħar, li ma għandux ikun il-President tal-Awla, ser jinħatar għal sena skont l-ordni previst fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Għall-perijodu mis-17 ta’ Settembru 2012 sad-data meta l-Imħallef Malti jassumi l-kariga tiegħu, fit-Tmien Awla Estiża, l-Imħallfin li ser jifformaw il-kulleġġ ta’ ħames Imħallfin mal-President tal-Awla ser ikunu ż-żewġ Imħallfin l-oħra tat-Tmien Awla inizjalment adita u żewġ Imħallfin tas-Sitt Awla, kulleġġ kompost minn erba’ membri. Dawn iż-żewġ Imħallfin tal-aħħar, li ebda wieħed minnhom ma għandux jkun il-President tal-Awla, ser jinħatru għal sena skont l-ordni previst fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010, p. 2
(2) ĠU C 317, 20.11.2010, p. 5
(3) ĠU C 346, 18.12.2010, p. 2
(4) ĠU C 305, 15.10.2011, p. 2
(5) ĠU C 370, 17.12.2011, p. 5
(6) ĠU C 174, 16.06.2012. p. 2
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/4  | 
            
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) (Ir-Repubblika tal-Ungerija) fl-24 ta’ Lulju 2012 — Peró Gáz Kft vs János Balla
(Kawża C-349/12)
2012/C 311/03
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peró Gáz Kft
Konvenut: János Balla
Domandi preliminari
| 
                   (1)  | 
               
                   Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ privattiva, japplikaw b’mod li l-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta bit-talbiet jew dikjarazzjonijiet oħra tal-partijiet li għandhom effetti legali, u li hi għandha s-setgħa li tordna ex officio il-produzzjoni ta’ provi li hija tqis neċessarji, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ privattiva, japplikaw b’mod li fl-evalwazzjoni tagħha, il-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta b’deċiżjoni amministrattiva mogħtija għal talba għal annullament, u lanqas minn konstatazzjonijiet ta’ fatt li huma effettwati minnha, b’mod partikolari permezz tal-motivi ta’ annullament invokati matul il-proċedura amministrattiva, jew ukoll mid-dikjarazzjonijiet jew affermazzjonijiet ifformulati, jew il-provi prodotti matulha, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?  | 
            
| 
                   (3)  | 
               
                   Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba ġdida għall-annullament ta’ privattiva, japplikaw b’mod li fid-dawl tal-eżiġenza ta’ innovazzjoni jew ta’ attività inventiva, il-qorti nazzjonali teżamina jekk l-invenzjoni tistax tibbenefika mill-prijorità fid-data tal-preżentata, jew biss fid-data tal-modifika, peress li r-regoli fis-seħħ fil-mument tal-preżentata kienu jippermettu lil min jagħmel il-preżentata sabiex, wara d-data tal-preżentata, ikabbar il-kontenut tekniku tal-privattiva ppreżentata u l-portata tal-protezzjoni mitluba, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?  | 
            
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/4  | 
            
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2012 — Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici vs Comune di Milano
(Kawża C-358/12)
2012/C 311/04
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici
Konvenut: Comune di Milano
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ proporzionalità, kif jirriżulta mid-dritt ta’ stabbiliment u mill-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni, stabbiliti fl-Artikoli 49, 56 u 101 TFUE, u l-prinċipju ta’ raġonevolezza li jagħmel parti mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward ta’ sejħiet għal offerti li jaqgħu kemm fuq kif ukoll taħt il-livell ta’ rilevanza Komunitarju, tikklassifika bħala serju ksur relatat mal-obbligi ta’ kontribuzzjoni li jkun ġie stabbilit b’mod definittiv meta l-ammont korrispondenti jaqbeż EUR 100 u fl-istess ħin ikun ta’ iktar minn 5 % tad-differenza bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa fir-rigward ta’ kull perijodu ta’ remunerazzjoni jew kontribuzzjoni, bil-konsegwenza li l-awtorità kontraenti tkun obbligata teskludi mill-proċess ta’ sejħa għal offerti l-offerent li jkun responsabbli għal tali ksur, mingħajr ma tevalwa aspetti oħra li juru speċifikatament l-affidabbiltà tal-offerent inkwistjoni bħala parti kontraenti?
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/5  | 
            
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Lulju 2012 — Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-362/12)
2012/C 311/05
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation
Konvenuti: Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
Domandi preliminari
| 
                   (1)  | 
               
                   Meta, skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, persuna taxxabbli tista’ tagħżel bejn żewġ rimedji alternattivi sabiex titlob il-ħlas lura ta’ taxxi miġbura bi ksur tal-Artikoli 49 u 63 TFUE u meta wieħed minn dawn ir-rimedji għandu terminu ta’ preskrizzjoni itwal, il-fatt li dan l-Istat Membru jadotta leġiżlazzjoni li tnaqqas dan it-terminu ta’ preskrizzjoni itwal mingħajr avviż minn qabel u b’effett retroattiv mid-data tal-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida proposta, huwa kompatibbli mal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   Il-fatt li, fil-mument tal-preżentata tar-rikors mill-persuna taxxabbli li qed tinvoka ir-rimedju li għandu terminu ta’ preskrizzjoni itwal, il-possibbiltà li dan ir-rimedju jintuża abbażi tad-dritt nazzjonali kienet ġiet rikonoxxuta biss i) reċentement u ii) minn qorti inferjuri u li kien biss sussegwentement li ġiet ikkonfermata b’mod definittiv mill-għola qorti, jaffettwa r-risposta mogħtija għall-ewwel domanda?  | 
            
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/5  | 
            
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn The Equality Tribunal (l-Irlanda) fit-30 ta’ Lulju 2012 — Z vs A Government Department u the Board of Management of a Community School
(Kawża C-363/12)
2012/C 311/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
The Equality Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Z
Konvenuti: A Government Department u the Board of management of a Community School
Domandi preliminari
| 
                   (1)  | 
               
                   Fid-dawl tas-segwenti dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea: 
 
 
  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, id-Direttiva 2006/54/KE (1) hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea?  | 
            
| 
                   (3)  | 
               
                   Fid-dawl tas-segwenti dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea: 
 
  | 
            
| 
                   (4)  | 
               
                   Fil-każ li għat-tielet domanda tingħata risposta negattiva, id-Direttiva 2006/78/KE hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea?  | 
            
| 
                   (5)  | 
               
                   Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet tista’ tiġi invokata għall-finijiet ta’ interpretazzjoni u/jew ta’ kontestazzjoni tal-validità tad-Direttiva 2000/78/KE?  | 
            
| 
                   (6)  | 
               
                   Fil-każ li għall-ħames domanda tingħata risposta affermattiva, id-Direttiva 2000/78/KE, u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 5 tagħha, hija kompatibbli mal-Artikoli 5, 6, 27(1)(b) u 28(2)(b) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet?  | 
            
(1) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23)
(2) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/6  | 
            
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Awwissu 2012 — Valimar OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna
(Kawża C-374/12)
2012/C 311/07
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valimar OOD
Konvenut: Nachalnikna Mitnitsa Varna
Domandi preliminari
| 
                   (1)  | 
               
                   L-Artikolu 11(9) u l-ewwel frażi tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1), (illum ir-Regolament Nru 1225/2009 (2)) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) għandhom jiġu interpretati, flimkien mal-Artikolu 2(8) u (9) tiegħu, fis-sens li, peress li ma ntweriex li ċ-ċirkustanzi nbidlu fis-sens tal-Artikolu 11(9), dawn id-dispożizzjonijiet jieħdu preċedenża fuq is-setgħa kollha tal-istituzzjonijiet li tista’ tirriżulta mill-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni, inkluż — pereżempju fil-każ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 (3) — tal-awtorizzazzjoni taċita għall-istituzzjonijiet sabiex jevalwaw iċ-ċertezza futura tal-prezzijiet għall-esportazzjoni ta’ Severstal-Metiz meta dawn il-prezzijiet jiġu pparagunati mal-prezzijiet minimi li jirriżultaw mill-impenn li jittieħed dwar il-prezz, kif ukoll tal-prezzjijiet ipprattikati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi? Ir-risposta għal din id-domanda hija influwenzata mill-fatt li, bħal fil-każ ta’ Severstal-Metiz u tar-Regolament (KE) Nru 1279/2007, l-istituzzjonijiet — meta jeżerċitaw il-prerogattivi ta’ evalwazzjoni tagħhom tat-tul tat-tibdil taċ-ċirkustanzi relatati mal-eżistenza tad-dumping, konformement mal-Artikolu 11(3) — jiddeċiedu li jbiddlu l-miżura antidumping (billi jnaqqsu r-rata tad-dazju antidumping)?  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   Mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li — fiċ-ċirkustanzi msemmija mill-parti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/20074 dwar id-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni ta’ Severstal-Metiz u fid-dawl tal-fatt li dan ir-regolament ma jikkonstatax espressament tibdil fis-sens tal-Artikolu 11(9), li jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ metodu ġdid — il-Kummissjoni jmissha applikat, sabiex tiddetermina l-prezzijiet għall-esportazzjoni, l-istess metodu li kien ġie applikat waqt l-eżami inizjali, jiġifieri l-metodu msemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku?  | 
            
| 
                   (3)  | 
               
                   Fid-dawl tar-risposti mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda: għall-parti tagħha li tikkonċerna l-istituzzjoni u impożizzjoni ta’ miżuri antidumping individwali għall-importazzjoni ta’ ħbula u ta’ kejbils tal-azzar iffabbrikati mill-kumpannija Severstal-Metiz, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 ġie adottat bi ksur tal-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament bażiku, flimkien mal-Artikolu 2(8) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri skont bażi legali invalida, li f’dan il-każ għandu jiġi ddikjarat bħala null għal din il-parti?  | 
            
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007, tat-30 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja u li jirrevoka miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija (ĠU L 285, p. 1).
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/7  | 
            
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-6 ta’ Awissu 2012 — Sky Italia Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia per l’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali
(Kawża C-376/12)
2012/C 311/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sky Italia Srl
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia per l’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fid-digriet tar-rinviju, speċifikament il-Liġi Nru 266/2005, partikolarment minħabba l-mod li bih hija konkretament applikata fil-livell regolatorju.
(1) Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/7  | 
            
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Awissu 2012 — Siegfried János Schneider
(Kawża C-386/12)
2012/C 311/09
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski gradski sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Siegfried János Schneider.
Domanda preliminari
Il-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 Diċembru 2000, huwa applikabbli biss għall-proċeduri kontenzjużi dwar drittijiet reali fuq proprjetà immobbli jew għandu japplika wkoll għall-proċeduri mhux kontenzjużi li bihom iċ-ċittadini ta’ Stat Membru, li ġew iddikjarati parzjalment inkapaċi legalment minn qorti ta’ dan l-Istat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dan l-aħħar Stat u li ġie appuntat kuratur (ukoll ċittadin ta’ dan l-Istat) għalihom, jitolbu sabiex jiddisponu minn proprjetà immobbli li huma proprjetarji tagħha u li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Il-Qorti Ġenerali
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/8  | 
            
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 — Salim Georges Al Toun u Al Toun Group vs Il-Kunsill
(Kawża T-326/12)
2012/C 311/10
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Salim Georges Al Toun u Al Toun Group (rappreżentant: S. Koev avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
| 
                   —  | 
               
                   tiddikjara dan ir-rikors kompletament ammissibbli u fondat u tilqa’ t-talbiet tar-rikors kollha;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tisma’ dan ir-rikors skont il-proċedura mħaffa;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tiddikjara li l-miżuri kkontestati jistgħu jiġu annullati parzjalment sa fejn il-parti minn dawn il-miżuri li għandha tiġi annullata tista’ tiġi sseparata mill-miżuri fl-intier tagħhom;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, sa fejn Salim Al Toun u Al Toun Group jinsabu inklużi fil-lista annessa mad-Deċiżjoni 2011/782/PESK;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, sa fejn Salim Al Toun u Al Toun Group jinsabu inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż legali kollha tar-rikorrenti kif ukoll l-ispejjeż, id-drittijiet, etc marbuta mal-protezzjoni tagħhom f’dawn il-proċeduri.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
| 
                   (1)  | 
               
                   L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur fundamentali tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal proċess ġust u dan sa fejn ir-rikorenti ma kinux innotifikati dwar il-miżuri kkontestati iżda saru jafu bihom permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni u sa fejn ma ngħataw ebda prova jew indikazzjoni konkreti li jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-persuni suġġetti għal sanzjonijiet. F’dan il-kuntest, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-Kunsill, li għandu jiġġustifika l-impożizzjoni tal-miżuri restrittivi.  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u dan sa fejn il-Kunsill, fil-miżuri kkontestati, ikkunsidra biss allegazzjonijiet li ma humiex fondati u għalhekk kiser dan l-obbligu, obbligu li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma meħtieġa li josservaw skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), skont l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-kuntest isir riferiment għall-użu tal-kunċett oskur ta’ involviment fi skema, kunċett li fir-rigward tiegħu l-miżuri tal-Kunsill dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja ma jipprovdu ebda definizzjoni legali. Fin-nuqqas ta’ motivazzjoni ċara u preċiża min-naħa tal-Kunsill, il-Qorti Ġenerali ma tistax tistħarreġ il-legalità tal-miżuri kkontestati.  | 
            
| 
                   (3)  | 
               
                   It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u dan sa fejn id-dritt għal tali protezzjoni previst fl-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB, fl-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea nġab fix-xejn minħabba l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.  | 
            
| 
                   (4)  | 
               
                   Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill u dan sa fejn ir-rikorrent Salim Al Toun ġie identifikat, b’mod żbaljat, bħala ċittadin Venezwelan, dettall dan li ma huwiex ikkorroborat mill-fatti, u sa fejn Al Toun Group f’ebda punt mill-inkorporazzjoni tiegħu ma kien involut f’negozju ta’ żejt jew ta’ prodotti taż-żejt, kif inhu allegat fil-miżuri kkontestati.  | 
            
| 
                   (5)  | 
               
                   Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà rikonoxxut fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali tal-KEDB u fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika, u dan sa fejn il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/256/PESK u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 410/2012 ċaħħad lir-rikorrenti, b’mod illegali, milli jużaw il-proprejtà tagħhom kif jixtiequ, b’tali mod li pperikola l-eżistenza u s-sopravivenza fiżika tagħhom.  | 
            
| 
                   (6)  | 
               
                   Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur gravi tad-dritt għal protezzjoni tar-reputazzjoni, rikonoxxut fl-Artikoli 8 u 10(2) tal-KEDB, u dan sa fejn l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-miżuri kkontestati għamlet ħsara illegali serja lir-reputazzjoni tiegħu fis-soċjetà Sirjana, fil-grupp ta’ ħbieb tiegħu, fil-komunità reliġjuża u fil-konfront tal-imsieħba kummerċjali tiegħu.  | 
            
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/9  | 
            
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 — Plantavis u NEM vs Il-Kummissjoni u EFSA
(Kawża T-334/12)
2012/C 311/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Plantavis GmbH (Berlin, il-Ġermanja) u NEM, Verband mittelständischer europäischer Hersteller und Distributoren von Nahrungsergänzungsmitteln & Gesundheitsprodukten e.V. (Laudert, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
| 
                   —  | 
               
                   tannulla l-projbizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (1) flimkien mar-Regolament (UE) Nru 432/2012 (2) kif ukoll ir-Reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Fl-ewwel lok, insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma huwiex kompetenti sabiex jadotta r-regolamenti kkontestati.
Fit-tieni lok, huma jsostnu li r-Regolamenti Nri 1924/2006 u 432/2012, kif ukoll ir-Reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel jippreġudikaw b’mod illegali l-pożizzjonijiet legali tal-industrija tal-ikel, imħarsa bħala drittijiet fundamentali, kif ukoll id-dritt għall-informazzjoni tal-konsumaturi u ta’ dawk fil-qasam professjonali. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu b’mod partikolari li l-projbizzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa previsti mir-regolamenti kkontestati huma sproporzjonati. Dan jgħodd fuq kollox fil-każ tal-projbizzjoni tal-użu ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa materjalment eżatti bħal “biodisponibbiltà aħjar”. Barra minn hekk, ir-Regolamenti ma humiex adattati għall-għan mixtieq għaliex EFSA u l-Kummissjoni ma stabbilixxewx linja ċara, trasparenti u uniformi għad-definizzjoni ta’ standards xjentifiċi.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jinvokaw inugwaljanza fit-trattament mhux differenzjat bejn diversi sustanzi u impriżi tal-ikel. Il-projbizzjonijiet lanqas ma huma meħtieġa għaliex, skont id-Direttiva 2003/13/KE (3) u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (4), ir-reklamar qarrieqi tal-ikel huwa pprojbit fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni.
(1) Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1)
(3) Direttiva tal-Kummissjoni 2003/13/KE, tal-10 ta’ Frar 2003, li temenda d-Direttiva 96/5/KE dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 132).
(4) Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, p. 18).
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/9  | 
            
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2012 — Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-341/12)
2012/C 311/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Evonik Degussa GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Steinle, M. Holm-Hadulla u C. von Köckritz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 3534 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, dwar iċ-ċaħda tat-talba ta’ Evonik Degussa għat-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni fid-deċiżjoni adottata fil-Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat — skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; u  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
| 
                   (1)  | 
               
                   L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-mandat tal-uffiċjal tas-seduta (1) u tad-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba u tad-dritt tagħha għal smigħ. Fuq dan il-punt, ir-rikorrenti ssostni li l-uffiċjal tas-seduta ma kkunsidrax l-oġġezzjonijiet fundamentali tagħha għall-pubblikazzjoni. B’dan il-mod, huwa ma rrispettax il-portata tas-setgħat u tad-dmirijiet tiegħu u kiser l-Artikolu 8 tal-mandat tiegħu. Minħabba li la l-uffiċjal tas-seduta u lanqas id-dipartimenti l-oħra tal-Kummissjoni ma kkunsidraw l-oġġezzjonijiet fundamentali mressqa mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni ta’ pubblikazzjoni, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tinvestiga l-aspetti rilevanti kollha tal-każ. Għalhekk, il-Kummissjoni kisret id-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt għal smigħ xieraq [Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea].  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa argumentat li d-deċiżjoni kkontestata ma fiha ebda motivazzjoni dwar l-oġġezzjonijiet imqajma mir-rikorrent kontra l-pubblikazzjoni tal-verżjoni estiża tad-deċiżjoni. L-istess japplika għall-motivazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-interess pubbliku fil-pubblikazzjoni tal-verżjoni estiża kważi ħames snin wara l-adozzjoni tal-verżjoni oriġinali mhux kunfidenzjali.  | 
            
| 
                   (3)  | 
               
                   It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni minħabba l-ksur tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u l-Artikolu 8 KEDB, kif ukoll fuq ksur tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata. 
 
  | 
            
| 
                   (4)  | 
               
                   Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li meta ċaħdet it-talba għal trattament kunfidenzjali u ddeċidiet li tippubblika l-verżjoni estiża tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ir-rikorrenti kienet ibbażat ruħha fuq il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa. Hija bbażat ruħha fuq l-avviż dwar il-klemenza u fuq il-prattika kostanti tal-Kummissjoni u temmen li din il-fiduċja hija denja ta’ protezzjoni. Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jirriżulta wkoll mill-fatt li l-Kummissjoni fl-2007 diġà kienet ippubblikat verżjoni finali mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni fejn hija kienet aċċettat il-proposti tar-rikorrenti sabiex ċerti partijiet jitħallew barra. Ir-rikorrenti ssostni li ma hemm ebda bażi legali u li lanqas ma hemm raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw bidla sussegwenti f’din id-deċiżjoni.  | 
            
| 
                   (5)  | 
               
                   Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-applikazzjoni speċifika. Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-użu tal-informazzjoni pprovduta minn xhieda prinċipali bħala informazzjoni pubblika tikser l-applikazzjoni speċifika ta’ din l-informazzjoni, skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-fajl (5). Dan huwa partikolarment minnu meta dak l-użu sar iktar minn sitt snin wara t-tlestija tal-proċeduri amministrattivi.  | 
            
(1) Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, p. 29).
(2) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
(4) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155).
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni f’każijiet skont l-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE], l-Artikoli 53, 54 u 57 tal-Ftehim ŻEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 325, p. 7).
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/11  | 
            
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awissu 2012 — L-Ungerija vs Il-Kummssjoni
(Kawża T-346/12)
2012/C 311/13
Lingwa tal-kawża: l-Ungerija
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: Miklós Zoltán Fehér u Katalin Szíjjártó, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 3324 finali, tal-25 ta’ Mejju 2012, dwar l-għajnuna finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tiddikjara li l-Kummissjoni marret lil hinn mill-eżerċiżżju tal-kompetenzi tagħha, u għalhekk kisret id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, meta stabbilixxiet l-ammont tar-rimbors parzjali lill-Ungerija tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mogħtija fl-2009 lill-organizzazzjonijiet ta’ prodotturi operattivi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix.
Ir-rikorrenti ssostni li d-dritt tal-Unjoni ma jipprovdix il-possibbiltà li, fid-deċiżjoni tagħha dwar ir-rimbors parzjali Komunitarju tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mogħtija, skont l-Artikolu 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (1), lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi operattivi fis-settur ta’ frott u tal-ħaxix, il-Kummissjoni tippermetti biss ir-rimbors ta’ dawk l-ammonti li ġew indikati mill-Ungerija fit-talba għal awtorizzazzjoni tagħha għall-għoti ta’ għajnuna nazzjonali, li tistabbilixxi bħala ammonti stmati, previdibbli jew provviżorji.
Ir-rikorrenti tikkunsidra li, skont l-Artikolu 103e tar-Regolament Nru 1234/2007, l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna nazzjonali tirreferi għall-għoti ta’ għajnuna u mhux għall-istabbiliment min-naħa tal-Kummissjoni ta’ limitu massimu għall-għajnuna li tista’ tingħata. Dan il-limitu huwa previst b’mod inekwivoku fir-Regolament Nru 1234/2007, li jistabbilixxi li l-għajnuna nazzjonali ma tistax taqbeż 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi operattivi tal-membri jew l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Ir-regoli relatati mar-rimbors parzjali Komunitarju tal-għajnuna nazzjonali lanqas ma jippermettu li l-Kummissjoni, meta tawtorizza dan ir-rimbors parzjali, tiffissa bħala limitu massimu l-ammont li l-Istat Membru jkun ikkomunika lill-Kummissjoni fit-talba għal awtorizzazzjoni tiegħu, kemm bħala ammont totali tal-għajnuna, kemm bħala ammont tal-għajnuna prevista għal ċerti organizzazzjonijiet ta’ prodotturi, speċjalment meta fl-imsemmija komunikazzjoni l-Gvern tal-Ungerija jkun ippreżenta l-ammonti inkwistjoni bħala biss ippjanati jew provviżorji.
Bl-istess mod, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għandha dritt li tivverifika li għajnuna verament mogħija ma tkunx qabżet il-limtu massimu ta’ 80 % msemmi iktar ’il fuq, u li r-rimbors mitlub ma jaqbiżx 60 % tal-għajnuna mogħtija, iżda mhux li tistabbilixxi bħala limitu massimu għar-rimbors l-ammonti indikati fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew fil-komunikazzjoni dwar l-imsemmija applikazzjoni, speċjalment meta din l-applikazzjoni jew din il-komunikazzjoni tenfasizza n-natura stmata, ippjanata jew provviżorja tal-informazzjoni. Meta, minħabba raġunijiet determinati, jinbidel matul is-sena l-ammont tal-għajnuna nazzjonali proporzjanta għal kwaunkwe organizzazzjoni ta’ produtturi, ir-rimbors parzjali Komunitarja jingħata għall-kwantità effettivament mogħtija, dejjem jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti imposti mid-dritt tal-Unjoni f’dan ir-rigward.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodoti (ĠU L 299, p. 7).
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/11  | 
            
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2012 — Globosat Programadora vs UASI — Sport TV Portugal (SPORT TV INTERNACIONAL)
(Kawża T-348/12)
2012/C 311/14
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Globosat Programadora Ltda (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentant: S. Micallef, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Sport TV Portugal, SA (Lisbona, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tat-23 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 2079/2010-4;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tannulla kull ordni għall-ħlas tal-ispejjeż kontra r-rikorrenti maħruġa mill-Uffiċċju u tordna lil dan tal-aħħar sabiex ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SPORT TV INTERNACIONAL”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6915094
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Portugiża Nru 329507 tat-trade mark figurattiva “SPORTV”, għal servizzi fil-klassijiet 38 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u ksur tar-Regola 22(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2868/95.
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/12  | 
            
Rikors ippreżentat fit-6 ta’ Awwissu 2012 — Aleris vs UASI — Carefusion 303 (ALARIS)
(Kawża T-353/12)
2012/C 311/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aleris Holding AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. Kylhammar u K. Westerberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carefusion 303, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti)
Talbiet
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Mejju 2012 (R 334/2011-5), kif ukoll it-tieni parti tad-deċiżjoni ta’ kanċellazzjoni, u tagħti deċiżjoni skont it-talba tar-rikorrenti; u  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “ALARIS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10, 37 u 42 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 571521
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-prinċipji fundamentali li għandhom jiġu applikati fi proċedimenti ta’ revoka bbażati fuq in-nuqqas ta’ użu. Ksur tal-Artikoli 15 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/12  | 
            
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awissu 2012 — Debonair Trading Internacional vs UASI — Ibercosmetica (SÔ:UNIC)
(Kawża T-356/12)
2012/C 311/16
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Debonair Trading Internacional Lda (Funcha, il-Madejra) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ibercosmetica, SA de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)
Talbiet tar-rikorrenti
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 1033/2011-4;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SÔ:UNIC”, għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8197972
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: Serje ta’ 24 trade mark irreġistrati fil-Komunità, Internazzjonali, fir-Renju Unit u fl-Irlanda li jikkonsistu mill-kelma “SO” flimkien ma’ materjal ieħor, għall-prodotti fil-klassi 3; Serje ta’ 17-il sinjal mhux irreġistrati li jikkonsistu mill-kelma “SO” flimkien ma’ materjal ieħor, użati b’konnessjoni ma’ prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
| 
                   —  | 
               
                   ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ksur tar-Regola 15(2)(b)(iii) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95; u  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.  | 
            
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/13  | 
            
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awissu 2012 — Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI — Gandia Blasco (Pultruni)
(Kawża T-357/12)
2012/C 311/17
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda (Estarreja, il-Portugall) (rappreżentant: M. Oehen Mendes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gandia Blasco, SA (Valencia, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ April 2012 (R 969/2011-3);  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tiddikjara d-disinn tal-Komunità kkontestat Nru 1512633-0003 invalidu; u  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn għal “pultruni, loungers” — disinn Komunitarju rreġistrat Nru 1512633-0003
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell talbet l-invalidità tad-DKR ibbażata fuq l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002; Reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju Nru 52113-0001, għal “pultruni”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u disinn Komunitarju rreġistrat ikkontestat iddikjarat invalidu
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/13  | 
            
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2012 — Vuitton Malletier vs UASI — Nanu-Nana (disinn iċċangjat)
(Kawża T-359/12)
2012/C 311/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzaretti u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co.KG (Berlin, il-Ġermanja)
Talbiet
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Mejju 2012, fil-Każ Nru R 1855/2011-1;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent f’dawn il-proċeduri; u  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lil Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co.KG għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell tal-UASI.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tirrapreżenta disinn iċċangjat għal prodotti fil-klassi 18 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 370445
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ressqet it-talba tagħha għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja fuq il-bażi ta’ raġunijiet assoluti, speċifikament l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (ċ), (d), (e)(iii) u (f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, u fuq il-bażi ta’ raġunijiet assoluti taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
| 
                   —  | 
               
                   ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ksur tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.  | 
            
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/14  | 
            
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2012 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-13 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża F-63/11, Macchia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-368/12 P)
2012/C 311/19
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Luigi Macchia (Brussell, il-Belġju)
Talbiet tal-appellanti
| 
                   —  | 
               
                   tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża F-63/11, Macchia vs Il-Kummissjoni;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tiċħad ir-rikors ippreżentat minn L. Macchia fil-Kawża F-63/11;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha f’din il-proċedura;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lil L. Macchia għall-ispejjeż tal-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.  | 
            
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.
| 
                   (1)  | 
               
                   L-ewwel aggravju bbażat fuq il-ksur tal-projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita, peress illi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, minn naħa, estenda s-suġġett tal-kawża billi annulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni mhux biss minħabba r-rifjut tagħha li testendi l-kuntratt ta’ L. Macchia, iżda wkoll minħabba r-rifjut tagħha li tagħtih kuntratt ġdid, filwaqt li l-petitum tar-rikors fl-ewwel istanza kien isemmi biss l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt tal-parti kkonċernata u, min-naħa l-oħra, żnaturat is-suġġett tal-kawża billi ddeċidiet li ma kienx hemm aktar lok li teżamina l-ilment tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, L. Macchia,imressaq kontra l-motiv ta’ rifjut ibbażat fuq ir-regola ta’ tmien snin meta dan l-ilment kien jikkostitwixxi l-qalba tar-rikors fl-ewwel istanza.  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   It-tieni aggravju bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, sa fejn t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku estenda u żnatura s-suġġett tal-kawża mingħajr ma ta lill-Kummissjoni l-possibbiltà li tesponi l-opinjoni tagħha f’dan ir-rigward.  | 
            
| 
                   (3)  | 
               
                   It-tielet aggravju bbażat fuq il-ksur tal-projbizzjoni li tiddeċiedi ultra vires billi, minn naħa, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni minħabba li din tal-aħħar ma kinitx investigat jekk kinitx teżisti pożizzjoni oħra fejn il-persuna kkonċernata setgħet tiġi impjegata b’mod utli u, min-naħa l-oħra, billi ddeċieda li huwa kompetenti li jivverifika jekk il-motivi sostnuti mill-amministrazzjoni sabiex jiġi rrifjutat it-tiġdid ta’ kuntratt ma humiex ta’ natura li jpoġġu fid-dubju l-kriterji u l-kundizzjonijiet li ġew iffissati mil-leġiżlatur fir-Regolamenti tal-Persunal u li huma intiżi li jiggarantixxu lill-persunal bil-kuntratt il-possibbiltà li jibbenefika, għal żmien definit, minn ċertu kontinwità ta’ impjieg, filwaqt li din il-kompetenza ma kienet issib l-ebda sostenn fid-dispożizzjonijiet tal- Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea.  | 
            
| 
                   (4)  | 
               
                   Ir-raba’ aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tal-interess tas-servizz u interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, peress illi ddeċieda li l-interess tas-servizz għandu jirrikonċilja ruħu mad-dmir ta’ premura u jirrikjedi li tiġi evalwata l-possibbiltà li jiġu attribwiti funzjonijiet ġodda lill-parti kkonċernata u, min-naħa l-oħra, peress illi ddeduċa b’mod żbaljat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-Kummissjoni ma tistax validament tinvoka n-nuqqas ta’ interess tas-servizz sabiex jiġi mġedded il-kuntratt tal-parti kkonċernata, peress li l-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea għandu jitqies bħala li huwa intiż sabiex tiġi ggarantita ċerta kontinwità ta’ impjieg għall-aġenti li għandhom kuntratt għal żmien determinat.  | 
            
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/15  | 
            
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2012 — France Télécom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-385/12)
2012/C 311/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
| 
                   —  | 
               
                   tannulla d-deċiżjoni;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.  | 
            
Motivi u argumenti prinċipali
Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9403 finali, tal-20 ta’ Diċembru 2011, li tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq intern, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom dwar ir-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat marbuta ma’ France Télécom [għajnuna mill-Istat Nru C 25/2008 (ex NN 23/2008)].
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
| 
                   (1)  | 
               
                   L-ewwel motiv ibbażat, prinċipalment, fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta l-Kummissjoni kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat, skont l-Artikolu 107(1) TFUE, it-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-persuna li timpjega li għandha titħallas lill-Istat għall-pensjonijiet allokati lill-uffiċjali ta’ France Télécom. Ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni wettqet dawn l-iżbalji: 
 
 
 
  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   It-tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta l-Kummissjoni ssuġġettat il-kompatibbiltà tal-allegata għajnuna għall-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni wettqet dawn l-iżbalji meta kkunsidrat li r-rikorrenti hija suġġetta għal piżijiet soċjali inferjuri għal dawk tal-kompetituri tagħha u billi rrifjutat li tittrasponi l-preċedent “La Poste” għall-proċedura ta’ France Télécom.  | 
            
| 
                   (3)  | 
               
                   It-tielet motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq żbalji ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fl-evalwazzjoni tal-perijodu li matulu l-għajnuna ddefinita mid-deċiżjoni kkontestata tinsab innewtralizzata mill-kontribuzzjoni ta’ somma f’daqqa eċċezzjonali. Ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni wettqet dawn l-iżbalji: 
 
  | 
            
| 
                   (4)  | 
               
                   Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.  | 
            
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/16  | 
            
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs BEI
(Kawża F-63/12)
2012/C 311/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett
Annullament tal-ittri li permezz tagħhom il-konvenut jirrifjuta li jirrimborsa, wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li tannulla parzjalment is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, is-EUR 6 000 li r-rikorrent ħallas lill-konvenut bħala spejjeż irkuprabbli wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ddeċidiet fuq l-ispejjeż.
Talbiet tar-rikorrent
| 
                   —  | 
               
                   jannulla l-ittri tal-4 u tal-25 ta’ Mejju 2012, inkwantu l-BEI jirrifjuta li jrodd lura lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 6 000 li l-BEI kien irrikjeda bħala spejjeż f’kawża preċedenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jikkundanna lill-BEI sabiex jirrimborsa immedjatament l-imsemmija somma flimkien mal-interessi u t-tpaċija tal-flutwazzjoni monetarja mid-data tal-ħlas magħmul mir-rikorrent sar-rimbors effettiv;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu kkawżat lir-rikorrent;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.  | 
            
| 
                   13.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 311/16  | 
            
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/12)
2012/C 311/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni subiti minħabba l-fatt li l-konvenuta bagħtet ittra dwar l-irkupru possibbli tas-servizz tar-rikorrent, u ta’ risposta għal ċerti talbiet ta’ dan tal-aħħar, lil avukat li ddefenda lir-rikorrent f’kawżi numerużi, imma li r-rikorrent ma tahx mandat ġenerali.
Talbiet tar-rikorrent
| 
                   —  | 
               
                   jannulla d-deċiżjoni, hi kif inhi l-forma tagħha, grazzi għal liema ġiet iċ-ċaħda, minn naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tal-20 ta’ Mejju 2011, li r-rikorrent bagħat lill-Awtorità tal-Ħatra;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   quatenus oportet, jannulla l-att, hi kif inhi l-forma tiegħu, ta’ rifjut mill-Kummissjoni, tal-ilment, tal-1 ta’ Diċembru 2011, kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-20 ta’ Mejju 2011 u għall-annullament ta’ din l-aħħar deċiżjoni ta’ rifjut kif ukoll l-aċċettazzjoni tat-talba tal-20 ta’ Mejju 2011;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   quatenus oportet, jannulla l-ittra tad-9 ta’ Marzu 2012;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jikkundanna lill-Kummissjoni li tikkumpensa d-danni, inġustament subiti mir-rikorrent minħabba t-trażmissjoni lill-avukat Giuseppe Cipressa, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-ittra attribwibbli lill-Kummissjoni, mingħajr data, grazzi għall-ħlas, favur ir-rikorrent, tas-somma ta’ EUR 10 000 jew is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal jidhirlu ġust u ekwu;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jikkundanna lill-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrent, dekorribbli mill-jum ta’ wara dak li fih, it-talba tal-20 ta’ Mejju 2011 waslet għand il-Kummissjoni, sal-ħlas effettiv tas-somma ta’ EUR 10 000, l-interessi fuq din tal-aħħar, bir-rata ta’ 10 % fis-sena, u b’kapitalizzazzjoni annwali;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.  |