ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.310.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
13 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 310/01

Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Monako

1

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2012/C 310/02

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Awwissu 2012 dwar proposta għal regolament dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CON/2012/62)

12

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 310/03

Lista ta' Punti Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar il-Futbol (NFIPs)

32

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 310/04

Rata tal-kambju tal-euro

36

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 310/05

Sejħa għal espressjonijiet ta' interess fis-sħubija fil-bord ta’ esperti indipendenti u multisettorjali li se jkun qed jipprovdi pariri dwar modi effettivi ta' investiment fis-saħħa

37

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 310/06

Avviż lill-operaturi ekonomiċi – Rawnd ġdid ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

40

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 310/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6721 – First Reserve Management/SK Capital Partners/TPC) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

41

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/1


FTEHIM MONETARJU

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Monako

2012/C 310/01

L-UNJONI EWROPEA, irrappreżentata mir-Repubblika Franċiża u mill-Kummissjoni Ewropea,

u

L-PRINĊIPALITÀ TA’ MONAKO,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Jannar 1999, l-euro ħadet post il-munita ta’ kull Stat Membru li pparteċipa fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, fost dawn Franza, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998.

(2)

Qabel il-ħolqien tal-euro, Franza u l-Prinċipalità ta’ Monako kienu diġà marbuta flimkien permezz ta’ ftehimiet bilaterali dwar il-qasam monetarju u bankarju, b’mod partikolari permezz tal-Konvenzjoni Franko-Monegaska dwar il-kontroll tal-kambju tal-14 ta' April 1945 u bil-Ftehim tal-Viċinat tat-18 ta’ Mejju 1963.

(3)

Il-Prinċipalità ta’ Monako ġiet awtorizzata tuża l-euro bħala munita uffiċjali mill-1 ta’ Jannar 1999 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Diċembru 1998 (1).

(4)

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mir-Repubblika Franċiża flimkien mal-Kummissjoni u l-BĊE, fl-24 ta’ Diċembru 2001 ikkonkludiet Ftehim Monetarju mal-Prinċipalità ta’ Monako. Il-Ftehim tal-Viċinat bejn ir-Repubblika Franċiża u l-Prinċipalità ta’ Monako ġie aġġornat b’konsegwenza ta’ dan.

(5)

Skont dan il-Ftehim Monetarju, il-Prinċipalità ta’ Monako hija intitolata li tkompli tuża l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħha u li tagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro. Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-Anness għal dan il-Ftehim japplikaw fuq it-territorju tagħha skont il-kundizzjonijiet previsti minn dan il-Ftehim.

(6)

Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-muniti u l-karti denominati f'euro jkunu applikabbli fit-territorju tagħha; dawn il-muniti u l-karti għandhom ikunu soġġetti għal protezzjoni xierqa kontra l-iffalsifikar; huwa importanti li l-Prinċipalità ta’ Monako tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġġieled kontra l-iffalsifikar u tikkoopera mal-Kummissjoni, mal-BĊE, ma’ Franza u mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) f’dan il-qasam.

(7)

Dan il-Ftehim Monetarju ma jagħti l-ebda dritt lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, jekk ikun il-każ, lill-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu fuq it-territorju tal-Prinċipalità ta' Monako f’dak li għandu x’jaqsam mal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi fl-Unjoni Ewropea. Dan ma jagħti l-ebda dritt lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, jekk ikun il-każ, lill-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi fil-Prinċipalità ta’ Monako.

(8)

Dan il-Ftehim Monetarju ma jimponi ebda obbligu fuq il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali li jinkludu l-istrumenti finanzjarji tal-Prinċipalità ta’ Monako fil-lista/i ta’ titoli eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

(9)

Il-Prinċipalità ta’ Monako fuq it-territorju tagħha tagħmel użu minn kumpaniji ta’ ġestjoni li jwettqu l-attivitajiet ta’ ġestjoni għal terzi jew għal trażmissjoni ta’ ordnijiet li s-servizzi tagħhom ikunu rregolati biss bil-liġi ta’ Monako, bla ħsara għall-obbligi msemmija fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 11. Dawn il-kumpaniji ma jistax ikollhom aċċess għas-sistemi ta’ saldu ta' pagamenti u titoli.

(10)

Fil-kontinwità tar-rabtiet storiċi li jeżistu bejn Franza u l-Prinċipalità ta’ Monako u tal-prinċipji stabbiliti mill-Ftehim Monetarju tal-24 ta’ Diċembru 2001, l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Monako impenjaw ruħhom biex b'rieda tajba jikkooperaw sabiex jiżguraw l-effett utli ta’ dan il-Ftehim fl-intier tiegħu.

(11)

Ġie stabbilit Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipalità ta’ Monako, tar-Repubblika Franċiża, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-BĊE sabiex jeżamina l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, biex jiddeċiedi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-limitu annwali għall-ħruġ tal-muniti, biex jistudja jekk huwiex biżżejjed il-proporzjon minimu ta’ muniti li jkunu se jinħarġu b’valur nominali u biex jevalwa l-miżuri li jkunu ttieħdu mill-Prinċipalità ta’ Monako biex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun il-korp inkarigat mis-soluzzjoni tat-tilwim li jirriżulta min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jew minn nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjoni prevista minn dan il-Ftehim u li fir-rigward tagħhom jinstab li l-partijiet ma setgħux jilħqu ftehim minn qabel,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tkun intitolata li tuża l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħha f’konformità mar-regolamenti (KE) Nru 1103/97 u (KE) Nru 974/98 kif emendati. Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro.

Artikolu 2

Il-Prinċipalità ta’ Monako ma għandhiex toħroġ karti, jew muniti, sakemm il-kundizzjonijiet għal dan il-ħruġ ma jkunux miftiehma mal-Unjoni Ewropea. Il-kundizzjonijiet biex jinħarġu muniti tal-euro mill-1 ta' Jannar 2011 huma stipulati fl-Artikoli li ġejjin.

Artikolu 3

1.   Il-limitu annwali, f’terminu ta’ valur, għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro għall-Prinċipalità ta’ Monako jinkludi:

 

parti fissa, li l-ammont inizjali tagħha għall-2011 huwa stipulat għal EUR 2 340 000.

 

parti varjabbli, li tikkorrispondi, f’termini ta’ valur, mal-ħruġ medju ta’ muniti per capita tar-Repubblika Franċiża matul is-sena n-1 immultiplikat bl-għadd ta’ abitanti tal-Prinċipalità ta’ Monako.

Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-parti fissa kull sena sabiex iqis kemm l-inflazzjoni – fuq il-bażi tal-Indiċi Armonizzata tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ta' Franza matul is-sena n-1 – kif ukoll l-iżviluppi sinifikanti potenzjali li jaffettwaw is-suq tal-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti.

2.   Il-Prinċipalità ta’ Monako tista’ wkoll toħroġ munita speċjali kommemorattiva u/jew muniti għall-kollezzjonisti fl-okkażjoni tal-avvenimenti importanti għall-Prinċipalità. Fil-każ li din il-ħarġa speċjali ttella’ l-ħruġ ġenerali ’l fuq mil-limitu stipulat fil-paragrafu 1, il-valur ta’ din il-ħarġa jitqies għall-użu tal-parti li jkun fadal mil-limitu tas-sena ta’ qabel u/jew jitnaqqas mil-limitu tas-sena li tkun ġejja.

Artikolu 4

1.   Il-muniti tal-euro maħruġa mill-Prinċipalità ta' Monako huma identiċi għal dawk li jinħarġu mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li adottaw l-euro f'dak li jikkonċerna l-valur nominali, l-istatus ta’ valuta legali, il-karatteristiċi tekniċi, il-karatteristiċi artistiċi tan-naħa komuni u l-karatteristiċi artistiċi komuni tan-naħa nazzjonali.

2.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tikkomunika minn qabel l-abbozzi tan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro tagħha lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika l-konformità tagħhom mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Franza għandha tqiegħed l'Hôtel de la monnaie de Paris għad-dispożizzjoni tal-Prinċipalità ta’ Monako biex jiġu stampati l-muniti tagħha, f’konformità mal-Artikolu 18 tal-Ftehim tar-Relazzjoni tal-Bon Viċinat bejn Franza u l-Prinċipalità ta’ Monako tat-18 ta’ Mejju 1963.

Artikolu 6

1.   F’konformità mal-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-volum tal-muniti tal-euro maħruġin mill-Prinċipalità ta’ Monako għandu jiżdied mal-volum tal-muniti maħruġin minn Franza għall-għan tal-approvazzjoni tal-volum totali tal-ħruġ ta’ Franza mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tavża lir-Repubblika ta’ Franza, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, dwar il-volum u l-valur nominali tal-muniti tal-euro li tkun biħsiebha toħroġ matul is-sena li tkun ġejja. Għandha tavża wkoll lill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ippjanati għall-muniti tagħha.

3.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għas-sena 2011 meta tiffirma dan il-Ftehim.

4.   Bla ħsara għall-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti, il-Prinċipalità ta’ Monako għandha toħroġ fiċ-ċirkolazzjoni b’valur nominali mill-inqas 80 % tal-muniti tal-euro li toħroġ kull sena. Kull ħames snin il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina jekk il-proporzjon minimu ta’ muniti li għandhom jiġu introdotti b’valur nominali huwiex adegwat u jista’ jiddeċiedi li jibdlu.

Artikolu 7

1.   Il-Prinċipalità ta’ Monako tista’ toħroġ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti. Dawn għandhom ikunu inklużi mal-limitu annwali stipulat fl-Artikolu 3. Il-ħruġ ta’ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti mill-Prinċipalità ta’ Monako għandu jsir skont il-linji gwida tal-UE dwar il-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti, li jipprovdu fost oħrajn li l-karatteristiċi tekniċi u artistiċi u denominazzjonijiet tal-muniti tal-euro maħruġin għall-kollezzjoni għandhom ikunu jippermettu li ssir distinzjoni bejniethom u l-muniti tal-euro li jkunu maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni.

2.   Il-muniti tal-kollezzjonisti maħruġin mill-Prinċipalità ta’ Monako mhumiex se jkollhom valuta legali fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġġieled kontra l-iffalsifikar u tikkoopera mal-Kummissjoni, mal-BĊE, ma’ Franza u mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) f’dan il-qasam.

Artikolu 9

Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha timpenja ruħha sabiex:

(a)

Tapplika l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-Anness A u li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11.2 u li huma applikati direttament minn Franza jew id-dispożizzjonijiet meħuda minn Franza biex tittrasponi dawn l-atti legali u r-regoli skont it-termini tal-Artikoli 11.2 u 11.3.

(b)

Tadotta miżuri ekwivalenti għall-atti legali u r-regoli tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-Anness B, li huma applikati direttament mill-Istati Membri jew li dawn jittrasponu, skont it-termini tal-Artikoli 11.4 11.5 u 11.6, fl-oqsma li ġejjin:

il-liġi bankarja u finanzjarja kif ukoll prevenzjoni tal-ħasil tal-flus fl-oqsma u skont it-termini previsti fl-Artikolu 11;

il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-mezzi ta’ ħlas bi flus kontanti u b’mezzi oħrajn, midalji u tokens.

(c)

Tapplika direttament fuq it-territorju tagħha l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kif ukoll il-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika adottati skont l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni speċjali oħra prevista f’dan il-Ftehim. Il-Kummissjoni, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandha żżomm lill-awtoritajiet ta’ Monako infurmati dwar il-lista ta’ atti u regoli kkonċernati.

Artikolu 10

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, meta jkun xieraq, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu awtorizzati biex jaħdmu fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako jistgħu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11, jipparteċipaw fis-sistemi ta’ sald interbankarji u ta’ saldu tat-titoli u l-pagamenti tal-Unjoni Ewropea skont l-istess termini bħall-istabbilimenti ta’ kreditu u, fejn ikun xieraq, l-istabbilimenti finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu stabbiliti fi Franza u sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati għall-aċċess għal dawn is-sistemi.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, meta jkun xieraq, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako huma soġġetti, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11, għall-istess miżuri adottati mill-Bank ta' Franza fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-BĊE dwar strumenti u proċeduri ta’ politika monetarja bħall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, meta jkun xieraq, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Franza.

Artikolu 11

1.   L-atti legali adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 5.4, jew 19.1, jew 34.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-Istatut), mill-BĊE skont l-atti legali msemmija qabel adottati mill-Kunsill jew l-Artikoli 5, 16, 18, 19, 20, 22 jew 34.3 tal-Istatut, jew mill-Bank ta’ Franza għall-implimentazzjoni tal-atti legali adottati mill-BĊE, huma applikabbli fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako. Dan japplika wkoll għall-emendi possibbli ta' dawn l-atti.

2.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tapplika d-dispożizzjonijiet adottati minn Franza biex tittrasponi l-atti tal-Unjoni dwar l-attività u l-kontroll tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-prevenzjoni ta’ riskji sistematiċi għas-sistemi ta’ saldu ta' pagamenti u titoli li jinsabu fl-Anness A. Għal dan l-għan, il-Prinċipalità ta' Monako għandha tapplika, l-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż dwar l-attività u l-kontroll tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll ir-regolamenti adottati skont kif previst mill-Konvenzjoni Franko-Monegaska dwar il-kontroll tal-kambju tal-14 ta' April 1945 u permezz tal-iskambji ta' ittri ta' interpretazzjoni sussegwenti bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Franza u l-gvern tal-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta’ Monako tat-18 ta’ Mejju 1963, tal-10 ta’ Mejju 2001, tat-8 ta’ Novembru 2005 u tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-regolamentazzjoni tal-bank, u t-tieni nett, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż dwar il-prevenzjoni tar-riskji sistematiċi għas-sistemi ta’ saldu ta' pagamenti u titoli.

3.   Il-lista li tinsab fl-Anness A se tiġi emendata mill-Kummissjoni ma’ kull emenda tat-testi kkonċernati u kull darba li jiġi adottat test ġdid mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-data tad-dħul fis-seħħ u tat-traspożizzjoni tat-testi. L-atti legali u r-regoli stabbiliti fl-Anness A huma applikati mill-Prinċipalità ta’ Monako sa mill-inklużjoni tagħhom fil-liġi Franċiża f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Ma’ kull emenda, il-lista aġġornata se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU).

4.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tadotta miżuri ekwivalenti għal dawk meħuda mill-Istati Membri skont l-atti tal-Unjoni li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u li jinsabu fl-Anness B. Il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 13 għandu jeżamina l-ekwivalenza bejn il-miżuri meħuda minn Monako u dawk meħuda mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni imsemmija aktar 'il fuq skont proċedura li għandha tiġi stabbilita minn dan il-Kumitat.

5.   Bla ħsara għall-proċedura prevista fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, il-lista li tinsab fl-Anness B se tiġi emendata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni, waqt l-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni ġdida fil-qasam kopert minn dan il-Ftehim li tqis li għandha tiġi inkluża fil-lista li tinsab fl-Anness B, għandha tinforma lill-Prinċipalità ta’ Monako. Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tirċievi kopji tad-dokumenti prodotti mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea fl-istadji differenti tal-proċedura leġiżlattiva. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-Anness B kif emendat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU).

Il-Kumitat Konġunt jiddeċiedi wkoll dwar limiti ta’ żmien xierqa u raġonevoli għall-implimentazzjoni mill-Prinċipalità ta’ Monako ta’ atti legali ġodda u regoli miżjuda fl-Anness B.

6.   Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tieħu l-miżuri ekwivalenti għad-direttivi tal-Unjoni Ewropea li jinsabu fl-Anness B dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus b’mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF). L-inklużjoni fl-Anness B tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus tiġi deċiża każ b’każ mill-Kumitat Konġunt. L-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Prinċipalità ta’ Monako u dawk tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jkomplu b’mod attiv bil-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

7.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, fejn ikun xieraq, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn, u l-aġenti ta' rappurtar l-oħrajn li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako huma soġġetti għal sanzjonijiet u proċeduri dixxiplinarji implimentati f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-atti legali msemmija fil-paragrafi preċedenti. Il-Prinċipalità ta’ Monako għandha tiżgura l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

8.   L-atti legali msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jidħlu fis-seħħ fil-Prinċipalità ta’ Monako fl-istess jum bħal fl-Unjoni Ewropea għal dawk li huma ppubblikati fil-ĠU, fl-istess jum bħal fi Franza għal dawk li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża (Journal officiel de la République française - JORF). L-atti legali ġenerali msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu li ma jiġux ippubblikati fil-ĠU jew fil-JORF jidħlu fis-seħħ minn meta jintbagħtu lill-awtoritajiet ta’ Monako. L-atti ta’ natura individwali msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu huma applikabbli sa minn meta ssir in-notifika tagħhom lir-riċevitur tagħhom.

9.   Qabel l-għoti ta’ ftehim lil intrapriżi tal-investiment li jkunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako u li x’aktarx ikunu joffru servizzi ta’ investiment differenti mill-attivitajiet ta’ ġestjoni għall-kont ta’ terzi u ta’ trażmissjoni ta’ ordnijiet, u bla ħsara għall-obbligi msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Prinċipalità ta’ Monako timpenja ruħha biex tieħu l-miżuri ta’ effett ekwivalenti għal dawk tal-atti legali tal-Unjoni fis-seħħ li jirregolaw dawn is-servizzi. B’deroga mill-proċedura prevista fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, dawn l-atti b’hekk se jiġu inklużi fl-Anness B mill-Kummissjoni.

Artikolu 12

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-kompetenza esklużiva li ssolvi kull tilwima bejn il-partijiet li tista’ tinqala’ min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu jew min-nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjoni prevista minn dan il-Ftehim u li ma tkunx setgħet tiġi solvuta fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Il-partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom li jagħmlu kull sforz sabiex it-tilwima tiġi solvuta b’mod amikevoli fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

2.   Jekk ma jkun jista’ jsir l-ebda ftehim amikevoli f’dan il-qafas, l-Unjoni Ewropea, li taġixxi skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ Franza u l-BĊE għall-kwistjonijiet irregolati minnu, jew il-Prinċipalità ta’ Monako, tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, wara l-eżami preċedenti mill-Kumitat Konġunt, ikun jidher li l-parti l-oħra ma tkunx wettqet obbligu jew ma tkunx osservat dispożizzjoni prevista minn dan il-Ftehim. Is-sentenza tal-Qorti għandha torbot lill-partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza f’perjodu ta’ żmien stabbilit mill-Qorti fis-sentenza tagħha.

3.   Fil-każ li l-Unjoni Ewropea jew il-Prinċipalità ta’ Monako jonqsu milli jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza tul il-perjodu mogħti lilhom, il-Parti l-oħra tista’ minnufih ittemm il-Ftehim.

4.   Il-kwistjonijiet kollha dwar il-validità tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Unjoni Ewropea li jittieħdu skont dan il-Ftehim, jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, kull persuna fiżika jew kull persuna ġuridika domiċiljata fit-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako tista’ tuża l-mezzi ta’ rikors miftuħa għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu stabbiliti fi Franza kontra l-atti legali indirizzati lilhom, tkun xi tkun l-għamla jew in-natura tagħhom.

Artikolu 13

1.   Il-Kumitat Konġunt huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipalità ta’ Monako u tal-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqsam l-opinjonijiet u l-informazzjoni u jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 6 u 11. Hu għandu jistudja l-miżuri meħudin mill-Prinċipalità ta’ Monako u jagħmel ħiltu biex isolvi kull kunflitt potenzjali li jista’ jinqala’ minħabba l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Dan għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

2.   Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija magħmula mir-Repubblika Franċiża, li tippresjedi, mill-Kummissjoni Ewropea, u mill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tagħha permezz ta’ kunsens.

3.   Id-delegazzjoni ta’ Monako hija magħmula minn rappreżentanti maħtura mill-Ministru tal-Istat u ppreseduta mill-Kunsillier tal-Gvern għall-Finanzi u l-Ekonomija jew ir-rappreżentant tiegħu.

4.   Il-Kumitat Konġunt jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, kif ukoll kull darba li wieħed mill-membri jqis dan bħala meħtieġ sabiex il-Kumitat ikun jista’ jissodisfa l-missjonijiet li huwa inkarigat bihom minn dan il-Ftehim, b’mod partikolari skont l-iżviluppi leġiżlattivi fuq il-livell Ewropew, Franċiż u ta’ Monako. Il-presidenza għandha tgħaddi minn sena għall-oħra bejn il-President u d-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-President u d-delegazzjoni ta’ Monako. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’vot unanimu tal-partijiet.

5.   Is-Segretarjat tal-Kumitat huwa magħmul minn żewġ persuni maħtura, wieħed mill-President tad-delegazzjoni ta’ Monako u l-ieħor mill-President tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Is-Segretarjat ukoll jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 14

Dan il-Ftehim jista’ jintemm minn kull waħda mill-partijiet permezz ta’ notifika minn sena qabel.

Artikolu 15

Dan il-Ftehim huwa mħejji bil-Franċiż, u meta jkun meħtieġ, jista’ jiġi tradott f’lingwi oħrajn tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-verżjoni Franċiża biss hija awtentika.

Artikolu 16

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 17

Il-Ftehim Monetarju tal-24 ta’ Diċembru 2001 għandu jitħassar fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Ir-referenzi għall-Ftehim tal-24 ta’ Diċembru 2001 huma inklużi bħala referenzi għal dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell id- fi 3 kopji oriġinali bil-lingwa Franċiża.

Għall-Unjoni Ewropea

Olli REHN

Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

François BAROIN

Ministru tal-Ekonomija, Finanzi u Industrija tar-Repubblika Franċiża

Għall-Prinċipalità ta' Monako

Michel ROGER

Ministru tal-Istat


(1)  ĠU L 30, 4.2.1999, p. 31.


ANNESS A

Leġiżlazzjoni bankarja u finanzjarja

Id-Direttiva 86/635/KEE tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn: għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli tal-valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE tal-Kunsill fuq il-bilanċ ta' kontijiet annwali u konsolidati ta' ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16)

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

Id-Direttiva 89/117/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-obbligi ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru, rigward il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40)

Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid): għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2008/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 54)

Id-Direttiva 2009/27/KE tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tekniċi dwar il-ġestjoni tar-riskji (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 97)

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97)

Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni (ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3)

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

Id-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta' garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimborż (ĠU L 68, 13.3.2009, p. 3)

Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37)

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid): ħlief għat-Titoli III u IV (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2007/18/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu tal-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali (ĠU L 87, 28.3.2007, p. 9)

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1)

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1), dwar id-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tad-Direttiva 2007/64/KE.

Id-Direttiva 2008/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju tal-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 38)

Id-Direttiva 2009/83/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 14)

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 rigward il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7), ħlief għat-Titolu III tad-Direttiva 2009/110/KE.

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97)

Id-Direttiva 2010/16/UE tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerta istituzzjoni mill-ambitu [kamp] tal-applikazzjoni (ĠU L 60, 10.3.2010, p. 15)

Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-remunerazzjoni (ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3)

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15)

Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37)

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

Id-Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 40)

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi 85/611/KEE u 93/6/KEE tal-Kunsill u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE: għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u minbarra l-Artikoli 15, 31 sa 33 u t-Titolu II (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)

Rettifika għad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004) (ĠU L 45, 16.2.2005, p. 18)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta’ ċerti limiti ta’ żmien (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60)

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1)

Id-Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 33)

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

u ssupplimentata minn dawn li ġejjin:

Ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1)

Id-Direttiva 2006/73/KE tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26)

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7), minbarra t-Titolu III tad-Direttiva 2009/110/KE.

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE: fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tad-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)

Rettifika tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007) (ĠU L 187, 18.7.2009, p. 5)

emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97)

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)


ANNESS B

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15)

Emendata bis-segwenti:

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE kif ukoll 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1) dwar id-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tad-Direttiva 2007/64/KE.

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46).

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7) minbarra t-Titolu III tad-Direttiva 2009/110/KE.

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

u ssupplimentata minn dawn li ġejjin:

Id-Direttiva 2006/70/KE tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29)

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur (min iħallas), li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9)

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

Id-Deċiżjoni Qafas 2001/413/ĠAI tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2182/2004 tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

Emendat bis-segwenti:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

Emendat bis-segwenti:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2000/383/ĠAI tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar iż-żieda fil-protezzjoni permezz ta’ pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar fid-dawl tad-dħul tal-euro (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 140, 14.6.2000, p. 1)

Emendata bis-segwenti:

Id-Deċiżjoni Kwadru 2001/888/ĠAI tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/ĠAI dwar iż-żieda fil-protezzjoni permezz ta’ pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar fid-dawl tad-dħul tal-euro (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) (ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50)

Emendata bis-segwenti:

Id-Deċiżjoni 2006/75/KE tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm “Pericles”) (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40)

Id-Deċiżjoni 2006/849/KE tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28)

Leġiżlazzjoni bankarja u finanzjarja

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22)


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/12


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-1 ta’ Awwissu 2012

dwar proposta għal regolament dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli

(CON/2012/62)

2012/C 310/02

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-3 ta’ April 2012 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (central securities depositories — CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament propost”). Fid-19 ta’ April 2012, il-BĊE rċieva talba mill-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar ir-regolament propost.

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li huma relatati mad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro u l-promozzjoni tal-ħidma bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas taħt l-Artikolu 127(5) tat-Trattat, kif ukoll il-kontribut tal-BĊE għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabilità tas-sistema finanzjarja taħt l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Barra minn hekk, l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jipprovdi li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, sabiex jiġu żgurati sistemi effiċjenti u sodi tal-ikklerjar u tal-ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħrajn. B’mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Flimkien mad-Direttiva 2004/39/KE (2) u l-proposta għal regolament dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tan-negozju (3), ir-regolament propost ser ikun parti mill-qafas regolatorju għal infrastrutturi tas-suq u postijiet fejn isir il-kummerċ. Minħabba d-daqs, il-kumplessità u l-interkonnettività sistemika tagħhom, is-CSDs jitqiesu li huma importanti mill-aspett sistemiku (4) u b’hekk jeħtieġu qafas regolatorju komprensiv għal superviżjoni u sorveljanza li jikkombina għodod mikroprudenzjali u makroprudenzjali. Il-BĊE jappoġġja bis-saħħa l-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-qafas legali applikabbli għas-CSDs u biex jiġu armonizzati r-regoli li fuqhom huma msejsa t-tħaddim, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs, kif ukoll dawk relatati mal-ħruġ, iż-żamma u t-trasferiment ta’ titoli permezz ta’ tali CSDs fl-Unjoni (5).

L-Eurosistema qed tiżvilippa TARGET2-Securities (T2S) bil-għan li tiżviluppa sistema waħda ta’ saldu għall-Ewropa. F’dan il-kuntest ukoll, il-BĊE jappoġġja bis-saħħa r-regolament propost, li ser itejjeb il-kundizzjonijiet legali u operattivi għal saldu transkonfinali fl-Unjoni b’mod ġenerali u f’T2S b’mod partikolari. F’dan ir-rigward, il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost, u l-atti implimentattivi korrispondenti, jiġu adottati qabel it-tnedija ta’ T2S li hija ppjanata għal Ġunju 2015.

1.   Ambitu tar-regolament

Ir-regolament propost jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għas-saldu ta’ strumenti finanzjarji (6). Skont id-Direttiva 2004/39/KE (7)“strumenti finanzjarji” tinkludi titoli trasferibbli, strumenti tas-suq tal-flus, unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv, kuntratti derivattivi, kuntratti finanzjarji għal differenzi u kwoti tal-emissjonijiet. Il-BĊE jinnota f’dan ir-rigward li r-regolament propost ma jiddefinixxix “strumenti finanzjarji” u li xi partijiet tiegħu japplikaw biss għal “titoli” jew titoli trasferibbli (8), waqt li oħrajn japplikaw ukoll għal strumenti tas-suq tal-flus (9), unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv u kwoti tal-emissjonijiet (10). Barra minn hekk, ir-regolament propost jiddefinixxi CSDs bħala persuni ġuridiċi li joperaw sistema ta’ saldu tat-titoli u jwettqu ta’ mill-inqas servizz ewlieni ieħor elenkat fl-Anness (11). Il-BĊE huwa tal-fehma li t-tliet servizzi ewlenin kollha għandhom ikunu rregolati. F’dan l-isfond, għall-finijiet ta’ ċarezza legali, il-BĊE jirrakkomanda li jiġi ċċarat ulterjorment l-ambitu tar-regolament propost, kemm fir-rigward tat-tip ta’ strumenti li għalihom japplika kif ukoll għad-definizzjoni ta’ CSD.

Id-definizzjoni ta’ CSD għandha tiġi emendata sabiex jiġi evitat arbitrage regolatorju li jirriżulta mill-ħolqien minn CSD ta' żewġ jew tliet entitajiet legali biex iwettqu attivitajiet prinċipali differenti mingħajr ma jkunu soġġetti għar-Regolament applikabbli għas-CSDs. Il-BĊE jikkunsidra li kull persuna ġuridika li toffri xi wieħed mt-tliet servizzi prinċiali indikati fit-Taqsima A tal-Anness għandha tkun soġġetta għar-Regolament.

2.   Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

2.1.

Ir-regolament propost jagħti rwol predominanti lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti u rwol ta’ appoġġ lill-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) bħala awtoritajiet relevanti fir-rigward tas-CSDs. Meta jitqies l-irwol tal-banek ċentrali bħala sorveljaturi u/jew banek ċentrali emittenti, kif ukoll il-fatt li l-banek ċentrali jużaw is-servizzi tas-CSDs għas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja, ir-regolament propost għandu jiżgura li s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) huma kkumplimentati u bbilanċjati b’involviment adegwat tal-membri tas-SEBĊ. Il-banek ċentrali u r-regolaturi tat-titoli fil-Kumitat ta’ Sistemi ta’ Ħlas u Saldu (Committee on Payment and Settlement Systems — CPSS) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organisation of Securities Commissions — IOSCO) għarfu l-importanza ta’ regolazzjoni, superviżjoni u sorveljanza f’infrastrutturi tas-suq finanzjarju, inklużi CSDs (12). Il-BĊE jikkunsidra li r-regolament propost għandu jkun konsistenti mal-prinċipji CPSS-IOSCO. Għandha titrawwem kooperazzjoni effettiva u mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-membri tas-SEBĊ, kemm mill-perspettiva ta’ sorveljanza kif ukoll bħala banek ċentrali emittenti u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-bank ċentrali (13).

2.2.

Il-BĊE jinnota wkoll li r-regolament propost diġà jidentifika numru ta’ oqsma ta’ kooperazzjoni u jissuġġerixxi xi oqsma addizzjonali fejn jikkunsidra li dan l-involviment AETS-SEBĊ huwa meħtieġ ukoll. Barra minn hekk, il-BĊE jenfasizza l-ħtieġa għal ħidma konġunta tal-AETS-SEBĊ dwar l-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi. Dan għandu jiżgura li l-membri tas-SEBĊ ma jkollhomx bżonn jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali, u potenzjalment differenti, dwar miżuri ta’ sorveljanza, inklużi atti legali. Barra minn hekk, dan jevita l-ħtieġa għal evalwazzjoni kontinwa ta’ CSDs li jieħdu sehem fis-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja kontra standards tal-utenti (14) li kieku jkunu meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-obbligi legali tas-SEBĊ. L-iskambju tempestiv u adegwat ta’ informazzjoni neċessarja, inkluż għal finijiet ta’ stabilità finanzjarja, sorveljanza u statistika, huwa wkoll ta’ importanza partikolari f’dan il-kuntest.

2.3.

L-abbozz tar-regolament b’hekk għandu jipprovdi għal regoli dwar il-kooperazzjoni li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u relevanti li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom kemm domestikament kif ukoll f’kuntest transkonfinali b’mod konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO (15). Ir-regolament propost għandu jiffaċilita superviżjoni u sorveljanza komprensivi f’kuntest transkonfinali minħabba l-iżvilupp mistenni ta' operazzjonijiet u saldu transkonfinali, kif ukoll konnessjonijiet bejn CSDs, karatteristika li għandha tiġi ffaċilitata u saħansitra mrawma bit-tnedija tal-pjattaforma komuni T2S. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l-għażla li jiddeċiedu dwar il-forma xierqa ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni. F’dan l-isfond, l-għażla li jiġu stabbiliti kulleġġi ta’ awtoritajiet tista’ tiġi prevista b’mod partikolari meta CSD iwettaq attività transkonfinali permezz ta’ sussidjarja jew fergħa jew meta l-forniment ta’ servizzi transkonfinali jsir sostanzjali (16).

3.   Sorveljanza makro-prudenzjali

Ġie rikonoxxut li infrastrutturi robusti tas-suq finanzjarju, inklużi sistemi ta' saldu tat-titoli, jagħtu kontribut essenzjali għall-istabilità finanzjarja billi jnaqqsu r-riskju sistemiku (17). Il-BĊE jinnota li s-sorveljanza makro-prudenzjali mill-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku u minn awtoritajiet nazzjonali relevanti għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għas-setgħat rispettivi tal-membri tas-SEBĊ.

4.   Saldu tal-flus tal-bank ċentrali

Ir-regolament propost jippermetti lis-CSDs biex joffru saldu bi flus ta’ banek kummerċjali meta saldu bi flus tal-bank ċentrali ma jkunx prattiku u disponibbli (18). Dan huwa konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO u r-rakkomandazzjonijiet SEBĊ-CESR (19), u huwa prova li l-likwidità tal-bank ċentrali u l-flus ta' bank kummerċjali mhumiex opzjonijiet ekwivalenti f'termini ta' riskju. Meta CSD jitħalla joffri saldu bi flus ta’ bank kummerċjali, għandu jkun meħtieġ jistabbilixxi u jissorvelja l-aderenza ma’ kriterji stretti għall-istituzzjoni ta’ kreditu li taġixxi bħala bank ta’ saldu (20). Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li r-regolament propost ma jirregolax l-aċċess għall-kreditu tal-bank ċentrali, inkluża assistenza għal likwidità ta’ emerġenza, li hija prerogattiva tal-banek ċentrali u hija marbuta direttament mal-politika monetarja.

5.   CSDs u servizzi anċillari ta’ tip bankarju

5.1.

Ir-regolament propost jipprovdi li s-CSDs ma jistgħux huma stess jipprovdu servizzi anċillari ta' tip bankarju u li minflok għandhom ikunu awtorizzati li jiddenominaw istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar biex iwettqu ċerti servizzi anċillari ta' tip bankarju ddefiniti fir-regolament propost. Madankollu, permezz ta’ deroga u waqt li jitqiesu ċerti salvagwardji, xi CSDs jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni limitata biex iwettqu dawk is-servizzi (21).

5.2.

Dan jeħtieġ reviżjoni b’reqqa sabiex tiġi żgurata konsistenza mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u mal-oqfsa leġiżlattivi bankarji u dwar is-sorveljanza makroprudenzjali sistemika (22), kif ukoll allokazzjoni xierqa ta’ kompiti bejn l-awtoritajiet superviżorji tas-CSDs u l-awtoritajiet superviżorji bankarji. F’dan ir-rigward u kif ġie rrimarkat f’opinjoni preċedenti l-BĊE jiffavorixxi l-involviment sistematiku tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) biex issir kwalunkwe analiżi teknika preċedenti fir-rigward tal-leġiżlazzjoni bankarja tal-Unjoni (23).

B’mod aktar speċifiku, ir-regolament propost jiddistingwi bejn servizzi anċillari ta’ tip bankarju għall-parteċipanti ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli relatata ma’ servizz ta’ saldu, minn naħa waħda, u servizzi anċillari ta’ tip bankarju relatati ma’ servizzi ewlenin jew anċillari oħrajn min-naħa l-oħra (24). Jippermetti wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati sabiex tispeċifika dawn is-servizzi anċillari (25). Il-BĊE huwa tal-fehma li d-distinzjoni li qiegħda ssir hawn fuq mhijiex ċara u li s-servizzi anċillari ta' tip bankarju li għalihom issir referenza għandhom ikunu allinjati kemm jista’ jkun mat-terminoloġija fil-leġiżlazzjoni bankarja Ewropea.

5.3.

Il-qafas għall-forniment ta’ servizzi bankarji anċillari għandu jkun iggwidat b’mitigazzjoni xierqa tar-riskji waqt li tiġi ssalvagwardjata l-effiċjenza tas-CSDs fil-forniment tas-servizzi tagħhom. Minħabba n-natura kruċjali ta’ din il-kwistjoni, evalwazzjoni aktar komprensiva tad-diversi opzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi bankarji anċillari tista’ tkun meħtieġa. Tali evalwazzjoni tkun ta’ assistenza sabiex jiġu ddeterminati bis-sħiħ (a) riskji differenti, inklużi riskji bbażati fuq reżoluzzjoni kif ukoll riskji legali, ta' kreditu, ta' likwidità, operattivi u ta' negozju, u (b) profili ta’ effiċjenza li huma inerenti għal dawn l-opzjonijiet u din għandha tgħin biex tiddefinixxi l-aktar mudell sigur u effiċjenti. Il-BĊE huwa lest li jikkontribwixxi għal dik l-evalwazzjoni.

Barra minn hekk, m’għandu jkun hemm ebda inċertezza dwar l-ambitu preċiż ta’ servizzi anċillari bankarji li istituzzjonijiet ta’ kreditu ddenominati jkunu awtorizzati li jwettqu (26), ir-rekwiżiti prudenzjali li għalihom ikunu soġġetti, u l-grad tagħhom ta’ awtonomija fil-konfront tal-qafas leġiżlattiv bankarju (27).

5.4.

Ir-regolament propost jillimita s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti minn istituzzjoni ta’ kreditu ddenominata li tkun tappartjeni għall-istess grupp bħas-CSD (28). Il-BĊE jifhem li din il-limitazzjoni hija mmexxija minn konsiderazzjonijiet ta’ riskju, b’mod partikolari l-evitar ta’ effetti ta’ tixrid. Il-BĊE jirrakkomanda li din il-limitazzjoni tiġi estiża għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jipprovdu s-servizzi bankarji elenkati fit-Taqsima Ċ tal-Anness għall-parteċipanti ta’ sistema ta’ saldu ta’ titoli wara li jitqiesu l-effetti potenzjali negattivi fuq il-kapaċità tas-CSD li jkompli jwettaq il-funzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari dawk ibbażati fuq mekkaniżmu ta’ kunsinna kontra ħlas, fil-każ ta’ riżoluzzjoni jew insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

5.5.

Fl-aħħar nett, il-BĊE jikkunsidra li l-proċedura proposta għall-għoti ta’ deroga hija pjuttost kumplessa u tista’ tinġieb aktar effiċjenti sabiex jinkiseb il-grad meħtieġ ta’ ċertezza u uniformità. B’mod partikolari, l-adozzjoni ta’ kriterji oġġettivi, inklużi kriterji kwantitattivi fejn dan ikun possibbli, minbarra l-kriterji kwalitattivi neċessarji pprovduti fil-proposta, għandha tiġi żgurata sabiex jiġi ddeterminat jekk tistax tingħata deroga jew le.

6.   Konsistenza ma’ standards globali għas-CSDs

Ir-regolament propost jirrikonoxxi li r-Regolament għandu jsegwi r-rakkomandazzjonijiet eżistenti żviluppati mis-CPSS-IOSCO (29). Madankollu, hemm xi inkonsistenzi bejn il-prinċipji CPSS-IOSCO u r-regolament propost, li l-BĊE jirrakkomanda li għandhom jiġu indirizzati. Pereżempju, ir-rekwiżiti għal parteċipazzjoni f'diversi livelli (30) mhumiex indirizzati mir-regolament propost. Barra minn hekk, ir-regolament propost isemmi l-bżonn li jiġu mmaniġġjati r-riskji li jinħolqu mill-interdipendenzi (31) biss fil-kuntest ta’ riskju operattiv (32). Hemm ukoll inkonsistenzi fir-rigward tal-immaniġġjar tar-riskju ta’ likwidità (33), i.e. ir-regolament propost ma jiddistingwix bejn sistemi ta’ saldu differit nett (deferred net settlement systems — DNS) li jipprovdu garanzija ta’ saldu u dawk id-DNS li ma jipprovdux tali garanzija. Dan mhuwiex konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO li jeħtieġu DNS li tipprovdi garanzija ta’ saldu li tkopri skoperturi ta’ kreditu u likwidità bis-sħiħ, waqt li DNS mingħajr garanzija ta’ saldu jeħtieġu li jkopru l-iskoperturi tal-kreditu għall-akbar żewġ parteċipanti u l-affiljati tagħhom u l-iskopertura ta’ likwidità għall-akbar parteċipant u l-affiljati tiegħu.

7.   Esternalizzazzjoni lil entitajiet pubbliċi

Ir-regolament propost jintroduċi rekwiżiti li s-CSDs għandhom jissodisfaw meta jesternalizzaw parti mill-attivitajiet tagħhom (34). Issir eżenzjoni għal sitwazzjonijiet fejn CSD jesternalizza wħud mill-operazzjonijiet tiegħu lil entitajiet pubbliċi, kemm-il darba qafas legali, regolatorju u operattiv xieraq ikun jirregola dan l-arranġament. Il-BĊE jinnota li din l-eżenzjoni tkopri l-proġett preżenti T2S li qed isir mill-Eurosistema. Il-BĊE jilqa’ din l-eżenzjoni, li tieħu f’kunsiderazzjoni li tali esternalizzazzjoni tista’ tirriżulta f’benefiċċji sinifikanti għall-ekonomija, tikkontribwixxi għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema u hija soġġetta għal ftehim qafas li fih hemm salvagwardji (35).

8.   Kunflitt ta’ liġijiet

Ir-regolament propost jipprovdi bħala regola ġenerali li kull kwistjoni fir-rigward ta’ aspetti proprjetarji fir-rigward ta’ titoli miżmuma minn CSD hija rregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn jinżamm il-kont tat-titoli (36). Għalkemm tali regola ġenerali hija konsistenti mal-approċċ segwit f’atti legali oħrajn tal-Unjoni li tiġi applikata l-liġi tal-post tal-intermedjarju relevanti għal aspetti proprjetarji fir-rigward ta’ titoli (37), il-BĊE joġġezzjona bis-saħħa kontra l-introduzzjoni tar-regoli addizzjonali dwar il-kunflitt tal-liġijiet li tkun inkonsistenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u taffettwa ċ-ċertezza legali (38).

Barra minn hekk, u kif intqal f'opinjoni preċedenti, waqt li regola ċara u sempliċi dwar il-kunflitt tal-liġijiet għal kull aspett ta' titoli b'entrata fil-kont hija importanti għaż-żamma u t-trasferiment transkonfinali effiċjenti u sigur ta' strumenti finanzjarji, l-applikazzjoni prattika ta' reġim wieħed ta’ kunflitt tal-liġijiet għall-ikklirjar u s-saldu transkonfinali ta’ titoli fl-Unjoni tkompli tiżvela differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ “fejn jinsab kont” (39). F’dan ir-rigward, il-BĊE jidhirlu li huwa neċessarju li jiġu armonizzati d-diversi oqfsa legali tal-Unjoni għaż-żamma u ċ-ċessjoni ta’ titoli u l-eżerċitar tad-drittijiet marbuta ma’ titoli b’mod konformi mar-rapport finali tal-Grupp dwar iċ-Ċertezza Legali (40).

9.   Reġim speċifiku għar-riżoluzzjoni ta’ CSDs

Peress li r-regolament propost ma jinkludix reġim speċifiku u komprensiv għar-riżoluzzjoni ta’ CSDs, il-BĊE jirrakkomanda li jiġi adottat tali reġim.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu stabbiliti fl-Anness għal dan il-għan proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Awwissu 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2012) 73 finali.

(2)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1). Preżentament qed tiġi rriveduta. Ara l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, KUMM(2011) 656 finali, u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju, KUMM(2011) 652 finali.

(3)  Ara l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tan-negozju, KUMM(2010) finali.

(4)  Ara l-paragrafu 1 tal-memorandum spjegattiv għar-regolament propost.

(5)  Ara wkoll ir-risposta tas-servizzi tal-BĊE tat-22 ta’ Marzu 2011 (iktar ’il quddiem “ir-risposta tal-BĊE”) għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar id-depożitorji ċentrali tat-titoli u dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ saldu ta’ titoli fl-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“konsultazzjoni tal-Kummissjoni”). Ir-risposta tal-BĊE hija disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.int

(6)  Ara l-Artikolu 1(1) tar-regolament propost.

(7)  Direttiva 2004/39/KE. Il-proposta tal-Kummissjoni li tħassar id-Direttiva 2004/39/KE (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3) tinkorpora wkoll il-kunċett ta’ konċessjonijiet ta’ emissjonijiet.

(8)  Ara l-Artikolu 4(18) tad-Direttiva 2004/39/KE.

(9)  Ara l-Artikolu 4(19) tad-Direttiva 2004/39/KE.

(10)  Il-kwoti tal-emissjonijiet huma ddefiniti fir-regolament propost b’referenza għad-Dierttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(11)  Ara l-Artikolu 2(1)(1) tar-regolament propost u t-Taqsima A tal-Anness tiegħu.

(12)  Ara CPSS-IOSCO, “Principles for financial market infrastructures”, April 2012, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BIS fuq http://www.bis.org, b’mod partikolari l-Kapitolu 4 (iktar ’il quddiem il-“prinċipji CPSS-IOSCO”).

(13)  Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/1 tat-13 ta’ Jannar 2011 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (CON/2011/1) (ĠU C 57, 23.2.2011, p. 1). L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

(14)  Standards għall-użu tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli tal-UE f’operazzjonijiet ta’ kreditu tas-SEBĊ, Istitut Monetarju Ewropew, Jannar 1998.

(15)  Ara b’mod partikolari r-Responsabbiltà E (Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn) tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

(16)  Kemm il-qafas leġiżlattiv UE EMIR kif ukoll id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1) u l-prinċipji CPSS-IOSCO diġà jipprovdu għall-istabbiliment ta’ kulleġġi.

(17)  Ara Bord għall-Istabilità Finanzjarja, “Reducing the moral hazard posed by systemically important financial institutions — recommendations and time lines”, Ottubru 2010, p. 8.

(18)  Artikolu 37(2) tar-regolament propost.

(19)  Ara f’dan ir-rigward il-prinċipju 9 tal-prinċipji CPSS-IOSCO, u r-Rakkomandazzjoni 10 tar-‘Rakkomandazzjonijiet għal sistemi ta’ saldu ta’ titoli u rakkomandazzjonijiet għal kontropartijiet ċentrali fl-Unjoni Ewropea’ tas-SEBĊ-KRET, Mejju 2009 (iktar ’il quddiem ir-rakkomandazzjonijiet SEBĊ-KRET’).

(20)  Ara f’dan ir-rigward il-prinċipju 9 tal-prinċipji CPSS-IOSCO u r-Rakkomandazzjoni 10 tar-rakkomandazzjonijiet SEBĊ-KRET.

(21)  Ara b’mod partikolari t-Titolu IV u t-Taqsima Ċ tal-Anness għar-regolament propost.

(22)  Ara d-Direttiva 2006/48/KE u l-emendi li preżentament qegħdin jiġu diskussi fit-testi ta’ kompromess tal-presidenza.

(23)  Ara f’dan ir-rigward il-paragrafu 3.2 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2012/5 tal-25 ta’ Jannar 2012 dwar proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment u dwar proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (ĠU C 105, 11.4.2012, p. 1).

(24)  Ara t-Taqsima Ċ tal-Anness tar-regolament propost.

(25)  Ara l-Artikolu 2(2) tar-regolament propost.

(26)  Ara l-Artikolu 54 tar-regolament propost.

(27)  See in this respect Articles 57 and 58 of the proposed regulation.

(28)  Ara l-Artikolu 52(5) tar-regolament propost.

(29)  Ara l-premessa 25 tar-regolament propost.

(30)  Ara l-prinċipju 19 tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

(31)  Ara l-prinċipju 3 tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

(32)  Artikolu 42(6) tar-regolament propost.

(33)  Ara l-prinċipju 7 tal-prinċipji CPSS-IOSCO u l-Artikolu 57 tar-regolament propost.

(34)  Ara l-Artikolu 28 tar-regolament propost.

(35)  Ara l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni u r-risposta tal-BĊE.

(36)  Ara l-Artikolu 46(1) tar-regolament propost.

(37)  Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u ial-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45), l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43), u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).

(38)  Ara l-Artikolu 46(2) tar-regolament propost.

(39)  Ara f’dan ir-rigward l-Opinjoni tal-BĊE CON/2008/37 tas-7 ta’ Awwissu 2008 dwar proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 98/26/KE u d-Direttiva 2002/47/KE (ĠU C 216, 23.8.2008, p. 1), paragrafu 8.

(40)  Ara http://ec.europa.eu/internal_market/financial-markets/docs/certainty/2ndadvice_final_en.pdf


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BCE (1)

Emenda 1

Premessa 6

“6.

Fl-20 ta’ Ottubru 2010, il-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FSB — Financial Stability Board) sejjaħ għal infrastrutturi tas-swieq ewlenin aktar robusti u talab ir-reviżjoni u t-titjib tal-istandards eżistenti. Il-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) qed jiffinalizzaw abbozz ta' standards globali. Dawn għandhom jieħdu post ir-rakkomandazzjonijiet tal-BĦI mill-2001, li ġew adattati permezz ta’ linji gwida mhux vinkolanti fil-livell Ewropew fl-2009 permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET).”

“6.

Fl-20 ta’ Ottubru 2010, il-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FSB — Financial Stability Board) sejjaħ għal infrastrutturi tas-swieq ewlenin aktar robusti u talab ir-reviżjoni u t-titjib tal-istandards eżistenti. F’April 2012, il-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ippubblikaw prinċipji għal infrastrutturi tas-suq finanzjarju. Dawn il-prinċipji jieħdu post ir-rakkomandazzjonijiet tas-CPSS-IOSCO għal sistemi ta’ saldu tat-titoli minn Novembru 2001, li ġew implimentati fil-livell tal-Unjoni permezz tar-rakkomandazzjonijiet għal sistemi ta’ saldu tat-titoli u għal kontropartijiet ċentrali adottati konġuntament f’Mejju-2009 permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET).”

Spjegazzjoni

L-emenda tieħu f’kunsiderazzjoni l-adozzjoni tal-prinċipji tas-CPSS-IOSCO u tikkjarifika r-referenza għall-SEBĊ-KRET.

Emenda 2

Premessa 8

“8.

Wieħed mill-kompiti bażiċi tas-SEBĊ huwa li tippromwovi t-tħaddim mingħajr intoppi tas-sistemi tal-pagamenti. F’dan ir-rigward, il-membri tas-SEBĊ iwettqu s-sorveljanza billi jiżguraw li jkun hemm sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi. Il-membri tas-SEBĊ spiss jaġixxu bħala aġenti tas-saldu għall-parti ta’ flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli. Barra minn hekk, huma wkoll klijenti importanti tas-CSDs, li spiss jamminiġjaw il-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja. Il-membri tas-SEBĊ għandhom ikunu involuti mill-qrib billi jkunu kkonsultati fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs, ir-rikonoxximent ta’ CSDs ta’ pajjiżi terzi u l-approvazzjoni ta’ konnessjonijiet tas-CSDs. Barra minn hekk, għandhom ikunu involuti mill-qrib billi jiġu kkonsultati fit-tfassil ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊN) sabiex jiġu żgurati sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi fl-Unjoni u f'pajjiżi oħrajn.”

“8.

Wieħed mill-kompiti bażiċi tas-SEBĊ huwa li tippromwovi t-tħaddim mingħajr intoppi tas-sistemi tal-pagamenti. F’dan ir-rigward, il-membri tas-SEBĊ iwettqu s-sorveljanza billi jiżguraw li jkun hemm sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi. Il-membri tas-SEBĊ spiss jaġixxu bħala aġenti tas-saldu għall-parti ta’ flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli. Barra minn hekk, huma wkoll klijenti importanti tas-CSDs, li spiss jamminiġjaw il-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja. Il-membri tas-SEBĊ għandhom ikunu involuti mill-qrib u jkunu kkonsultati fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs, ir-rikonoxximent ta’ CSDs ta’ pajjiżi terzi u l-approvazzjoni ta’ konnessjonijiet tas-CSDs. Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ ġabriet paralleli ta' regoli, , għandhom ikunu involuti mill-qrib billi jiġu kkonsultati fit-tfassil ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊN) sabiex jiġu żgurati sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi fl-Unjoni u f'pajjiżi oħrajn. Aċċess għal informazzjoni mill-membri tas-SEBĊ huwa kruċjali għat-twettiq adegwat tas-sorveljanza tagħhom tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju kif ukoll għall-funzjoni ta' bank ċentrali emittenti.

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib u ugwali bejn l-AETS u s-SEBĊ meta jħejju abbozzi ta’ standards tekniċi. Tindirizza wkoll l-aċċess għall-informazzjoni mill-partijiet interessati relevanti. Din tappoġġja l-emendi proposti għall-Artikolu 20.

Emenda 3

Premessa 25

“25.

Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni n-natura globali tas-swieq finanzjarji u l-importanza sistemika tas-CSDs, joħroġ il-bżonn li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti prudenzjali li huma soġġetti għalihom. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom isegwu r-rakkomandazzjonijiet eżistenti żviluppati mis-CPSS-IOSCO u s-SEBĊ-KRET. L-AETS għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-istandards eżistenti u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa f’dan ir-Regolament.”

“25.

Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni n-natura globali tas-swieq finanzjarji u l-importanza sistemika tas-CSDs, joħroġ il-bżonn li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti prudenzjali li huma soġġetti għalihom. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom isegwu l-prinċipji tas-CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju u r-rakkomandazzjonijiet tas-SEBĊ-KRET għal sistemi ta’ saldu tat-titoli u rakkomandazzjonijiet għal kontropartijiet ċentrali fl-Unjoni Ewropea. L-AETS għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-istandards eżistenti u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tipproponi l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li għalihom issir referenza f’dan ir-Regolament.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiċċara t-test ta’ din il-premessa u tieħu f’kunsiderazzjoni l-adozzjoni tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

Emenda 4

Premessa 35

“35.

Is-sikurezza tal-ftehimiet ta’ konnessjoni stabbiliti bejn is-CSDs għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti speċifiċi sabiex ikun jista’ jsir aċċess mill-parteċipanti rispettivi tagħhom għal sistemi tas-saldu tat-titoli oħrajn. Ir-rekwiżit li tipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju f'entità ġuridika separata ma għandux ipprevjeni lis-CSDs milli jirċievu servizzi bħal dawn, partikolarment meta jkunu parteċipanti f'sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra. Huwa partikolarment importanti li kwalunkwe riskju potenzjali li jirriżulta mill-arranġamenti ta' konnessjoni bħal riskji tal-kreditu, likwidità, organizzazzjonali jew oħrajn għas-CSDs jiġu mmitigati kompletament. Għal konnessjonijiet interoperabbli, huwa importanti li sistemi konnessi tas-saldu tat-titoli ikollhom mumenti ta’ entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment identiċi fis-sistema, l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta’ trasferiment u l-finalità tat-trasferimenti tat-titoli u l-flus. Għandhom ikunu japplikaw l-istess prinċipji għas-CSDs li jużaw l-stess infrastruttura ta’ teknoloġija tal-informazzjoni (IT) għas-saldu.”

“35.

Is-sikurezza tal-ftehimiet ta’ konnessjoni stabbiliti bejn is-CSDs għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti speċifiċi sabiex ikun jista’ jsir aċċess mill-parteċipanti rispettivi tagħhom għal sistemi tas-saldu tat-titoli oħrajn. Ir-rekwiżit li tipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju f'entità ġuridika separata ma għandux ipprevjeni lis-CSDs milli jirċievu servizzi bħal dawn, partikolarment meta jkunu parteċipanti f'sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra. Huwa partikolarment importanti li kwalunkwe riskju potenzjali li jirriżulta mill-arranġamenti ta' konnessjoni bħal riskji tal-kreditu, likwidità, organizzazzjonali jew oħrajn għas-CSDs jiġu mmitigati kompletament. Għal konnessjonijiet interoperabbli, id-Direttiva 98/26/KE teħtieġ sistemi li, safejn ikun possibbli, jiżguraw li r-regoli tagħhom ikunu kkoordinati fir-rigward tal- mumenti ta’ entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment fis-sistema, l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta’ trasferiment u l-finalità tat-trasferimenti tat-titoli u l-flus. Għandhom ikunu japplikaw l-istess prinċipji għas-CSDs li jużaw l-stess infrastruttura ta’ teknoloġija tal-informazzjoni (IT) għas-saldu.”

Spjegazzjoni

L-emenda ddaħħal referenza għad-Direttiva 98/26/KE hekk kif l-Artikolu 3(4) tagħha jeħieġ li s-sistemi jikkoordinaw, safejn ikun possibbli, ir-regoli tas-sistemi interoperabbli kollha kkonċernati. Ara wkoll il-proposta biex jiżdied paragrafu ġdid għall-Artikolu 45 tar-regolament propost.

Emenda 5

Artikolu 1(4) u Artikolu 1(5) (ġdid)

“4.   L-Artikoli 9 sa 18 u 20 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ma japplikawx għall-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), korpi nazzjonali oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili jew il-korpi pubbliċi tal-Istati Membri inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fih.”

‘4.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), jew il-korpi pubbliċi tal-Istati Membri inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fih.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(1) u l-Artikoli 9 sa 18, 20, 25 u 44 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV, japplika għall-membri tas-SEBĊ meta joperaw sistema ta’ saldu tat-titoli u jwettqu s-servizzi ewlenin elenkati fit-Taqsima A tal-Anness.

Spjegazzjoni

Il-BĊE jappoġġja eżenzjoni ġenerali mil-leġiżlazzjoni dwar servizzi finanzjarji għall-membri tas-SEBĊ. Fl-istess ħin, il-BĊE jappoġġja l-applikazzjoni tar-regolament propost, bl-eżenzjoni tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni msemmija fl-Artikoli 9 sa 18 u 20 kif ukoll it-Titolu IV, għall-membri tas-SEBĊ li joperaw sistemi ta’ saldu tat-titoli. L-għan tal-emenda huwa li tipprovdi għal dan. Barra minn hekk, ir-referenza għall-korpi nazzjonali ta’ Stati Membri oħrajn li jwettqu funzjonijiet simili hija mħassra u hija superfluwa minħabba r-referenza għall-membri tas-SEBĊ.

Emenda 6

Artikolu 2(1)

“‘depożitorju ċentrali tat-titoli’ (‘CSD’) tfisser persuna ġuridika li tħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli elenkata fil-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness u li tal-inqas twettaq servizz ewlieni ieħor elenkat fit-Taqsima A tal-Anness;”

“‘depożitorju ċentrali tat-titoli’ (‘CSD’) tfisser persuna ġuridika li tal-inqas twettaq wieħed mis-servizzi elenkati fit-Taqsima A tal-Anness;”

Spjegazzjoni

L-emenda tbiddel id-definizzjoni ta’ CSD sabiex tevita arbitrage regolatorju li jirriżulta mill-ħolqien minn CSD ta' żewġ jew tliet entitajiet legali biex iwettqu attivitajiet prinċipali differenti mingħajr ma jkunu soġġetti għar-regolament applikabbli għas-CSDs. Il-BĊE jikkunsidra li kull persuna ġuridika li toffri xi wieħed mit-tliet servizzi prinċipali indikati fit-Taqsima A tal-Anness għandha tkun soġġetta għar-Regolament.

Emenda 7

Artikolu 3(1)

“1.   Kwalunkwe kumpanija li toħroġ titoli trasferibbli li huma ammessi għan-negozjar fuq swieq regolati għandha tipprovdi sabiex dawn it-titoli jkunu rappreżentati f’format ta’ entrata fil-kotba bħala immobilizzazzjoni permezz tal-ħruġ ta’ nota globali, li tirrappreżenta l-ħruġ sħiħ, jew sussegwenti għal ħruġ dirett tat-titoli f’forma dematerjalizzata.”

“1.   Kwalunkwe entità ġuridika li toħroġ titoli trasferibbli li huma ammessi għan-negozjar fuq swieq regolati għandha tipprovdi sabiex dawn it-titoli jkunu rappreżentati f’format ta’ entrata fil-kotba bħala immobilizzazzjoni permezz tal-ħruġ ta’ nota globali, li tirrappreżenta l-ħruġ sħiħ, jew sussegwenti għal ħruġ dirett tat-titoli f’forma dematerjalizzata.”

Spjegazzjoni

Titoli trasferibbli jistgħu jinħarġu minn kumpaniji u minn entitajiet ġuridiċi oħrajn, bħal Stati membri, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tal-Istati Membri, jew korpi internazzjonali pubbliċi. Huwa propost li jitwessa’ l-ambitu tal-Artikolu 3(1) tar-regolament propost sabiex jinkludi lil emittenti oħrajn apparti kumpaniji, billi t-terminu “kumpaniji” jinbidel b’“entità ġuridika”. Jekk din il-proposta tiġi aċċettata, l-Artikolu 4(1) tar-regolament propost għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

Emenda 8

Artikolu 6(4)

“4.   B’konsultazzjoni mal-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dettalji tal-proċeduri li jippermettu l-konferma tad-dettalji relevanti tat-tranżazzjonijiet u li jiffaċilitaw is-saldu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u d-dettalji tal-għodod ta’ monitoraġġ li jidentifikaw il-fallimenti tas-saldu probabbli msemmija fil-paragrafu 3.

[…]”

“4.   B’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dettalji tal-proċeduri li jippermettu l-konferma tad-dettalji relevanti tat-tranżazzjonijiet u li jiffaċilitaw is-saldu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u d-dettalji tal-għodod ta’ monitoraġġ li jidentifikaw il-fallimenti tas-saldu probabbli msemmija fil-paragrafu 3.

[…]”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li jiġi żgurat l-involviment adegwat tas-SEBĊ fl-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards regolatorji mill-AETS.

Emenda 9

Artikolu 7(1)

“1.   Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jisabbilixxi sistema li timmonitorja l-fallimenti tas-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1). Għandu jipprovdi rapporti regolari lill-awtorità kompetenti u lil kwalunkwe persuna b’interess leġittimu fir-rigward tal-għadd u d-dettalji tal-fallimenti tas-saldu u kwalunkwe tagħrif relevanti ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqsmu mal-AETS kwalunkwe tagħrif relevanti dwar il-fallimenti tas-saldu.”

“1.   Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jisabbilixxi sistema li timmonitorja l-fallimenti tas-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1). Għandu jipprovdi rapporti regolari lill-awtorità kompetenti, lill-awtoritajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 11 u lil kwalunkwe persuna b’interess leġittimu fir-rigward tal-għadd u d-dettalji tal-fallimenti tas-saldu u kwalunkwe tagħrif relevanti ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqsmu mal-AETS kwalunkwe tagħrif relevanti dwar il-fallimenti tas-saldu.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda proposta huwa li tiżgura l-għoti ta’ informazzjoni f’waqtha u adegwata kemm lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll lill-membri tas-SEBĊ.

Emenda 10

Artikolu 8

“1.   L-awtorità relevanti tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD għandha tkun kompetenti sabiex tiżgura li jiġu applikati l-Artikoli 6 u 7 u sabiex timmonitorja l-penali imposti, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni tas-swieq regolati, MTFs, OTFs, u CCPs msemmija fl-Artikolu 7. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-penali msemmija fl-Artikolu 7(2) u (4) u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(6).

2.   Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni fir-rigward tal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“1.   L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 10 għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw li jiġu applikati l-Artikoli 6 u 7 u sabiex timmonitorja -kwalunkwe penali imposti, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni tas-swieq regolati, MTFs, OTFs, u CCPs msemmija fl-Artikolu 7, u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 7. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-penali msemmija fl-Artikolu 7(2) u (4) u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(6).

2.   Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni fir-rigward tal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-AETS tista’ toħroġ, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

It-terminu “awtorità relevanti” mhuwiex iddefinit fl-Artikolu 1 tar-regolament propost. L-għan tal-emenda għall-paragrafu 1 huwa li jiġi ċċarat li l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11(1) għandhom jiżguraw konformità mal-Artikoli 6 u 7. Il-BĊE jinnota wkoll li r-referenza għal-liġi applikabbli mhijiex allinjata mat-terminoloġija użata fid-Direttiva 98/26/KE  (2). L-għan tal-emenda proposta għall-paragrafu 2 huwa li jiġi żgurat l-involviment adegwat tal-membri tas-SEBĊ. L-Artikoli 7(8), 15(7) sa (8), 20(8) sa (9), 24(8), 27(3) sa (4), 30(6), 34(4), 35(6), 36(9), 42(7), 44(3), 47(6), 50(6), 51(5), 53(6), 57(5) u 58(4) għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

Emenda 11

Artikolu 11(1)

“1.   L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu involuti fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs kull meta dan ikun speċifikament imsemmi f’dan ir-Regolament:

(a)

l-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD fl-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għal dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli;

(b)

fejn dan ikun applikabbli, il-bank ċentrali fl-Unjoni li l-parti ta’ flus ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD tkun saldata fil-kotba tiegħu jew, fil-każ ta’ saldu permezz ta’ istituzzjoni ta’ kreditu skont it-Titolu IV, il-bank ċentrali fl-Unjoni emittenti tal-munita relevanti.”

“1.   L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu involuti fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs kull meta dan ikun speċifikament imsemmi f’dan ir-Regolament:

(a)

l-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD fl-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għal dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli;

(b)

, il-bank ċentrali fl-Unjoni li joħroġ il-munita li biha jsir is-saldu;

(c)

fejn relevanti, il-membru tas-SEBĊ li l-parti ta’ flus ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD tkun saldata fil-kotba tiegħu .”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa biex jiġi ċċarat ir-rwol tal-banek ċentrali emittenti, u li s-saldu bil-flus tal-bank ċentrali għandu jinftiehem bħala saldu bil-munita maħruġa minn dak il-bank ċentrali.

Emenda 12

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

“Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 fil-valutazzjonijiet differenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9 skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 fil-valutazzjonijiet differenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, tista’ toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9 skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda proposta huwa li jiġi żgurat l-involviment adegwat tal-membri tas-SEBĊ fit-tħejjija ta' linji gwida tal-AETS bħala l-awtoritajiet msemmija fl-Artikolu 11 tar-regolament propost.

Emenda 13

Artikolu 13

“L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 għandhom jgħarrfu minnufih lill-AETS u lil xulxin dwar sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CSD, inklużi kwalunkwe żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit is-CSD jew wieħed mill-parteċipanti tiegħu.”

Mingħajr preġudizzju għan-notifika msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/26/KE, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 għandhom jgħarrfu minnufih lill-AETS, il-BERS u lil xulxin dwar sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CSD, inklużi kwalunkwe żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, l-istabilità ta’ munita li biha jsir is-saldu, l-integrità tal-politika monetarja u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit is-CSD jew wieħed mill-parteċipanti tiegħu.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tinvolvi lill-BERS fid-dawl tan-natura tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza msemmija, li tista’ taffettwa l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Hija intiża wkoll biex tiċċara li l-istabbiltà ta’ muniti relevanti u l-integrità tal-politika monetarja huma fatturi relevanti għas-sigurtà tas-CSDs. Il-proċedura ta’ informazzjoni f’dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għan-notifika meħtieġa taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/26/KE.

Emenda 14

Artikolu 15(5)

“5.   Qabel ma tagħti awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut fil-każijiet li ġejjin:

[…]”

“5.   Qabel ma tagħti awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11 tal-Istat Membru l-ieħor involut fil-każijiet li ġejjin:

[…]”

Spjegazzjoni

Il-prinċipji CPSS-IOSCO jenfasizzaw l-importanza ta’ kooperazzjoni bejn banek ċentrali, superviżuri u awtoritajiet relevanti oħrajn. L-għan tal-emenda proposta huwa li tiġi żgurata tali kooperazzjoni b’ħarsien tar-regoli applikabbli għall-awtorizzazzjoni ta’ CSDs. Jekk din il-proposta tiġi aċċettata, l-Artikoli 17(2), 18(2), 22 u 23 tar-regolament propost għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

Emenda 15

Artikolu 17(1)(d)

“CSD awtorizzat għandu jissottometti talba għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf kull meta jkun jixtieq jesternalizza servizz ewlieni lil parti terza skont l-Artikolu 28 jew jestendi l-attivitajiet tiegħu lil wieħed jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

[…]

(d)

stabbiliment ta’ xi konnessjoni ma’ CSD.”

“CSD awtorizzat għandu jissottometti talba għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf kull meta jkun jixtieq jesternalizza servizz ewlieni lil parti terza skont l-Artikolu 28 jew jestendi l-attivitajiet tiegħu lil wieħed jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

[…];

(d)

stabbiliment ta’ xi konnessjoni ta’ interoperabilità.”

Spjegazzjoni

Meta jitqies il-piż amministrattiv tagħha, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 17(1) għandha tkun limitata għal konnessjonijiet interoperabbli ta' CSD. Huwa propost ukoll li jiġu applikati emendi simili għall-Artikoli 45(2) u 50(3) tar-regolament propost.

Emenda 16

Artikolu 19(2)

“2.   Il-banek ċentrali għandhom jgħarrfu minnufih lill-AETS dwar kwalunkwe CSD li jħaddmu.“

“2.   Il-Membri tas-SEBĊ għandhom jgħarrfu lill-AETS dwar kwalunkwe sistema ta’ saldu ta’ titoli li jħaddmu.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiċċara l-ambitu tal-Artikolu 19(2). B’mod konformi mal-premessa 9 u l-Artikolu 1(4) tar-regolament propost, din tiċċara li l-membri tas-SEBĊ ma jħaddmux is-CSDs, iżda jistgħu jħaddmu sistema ta’ saldu tat-titoli u jwettqu servizz ewlieni ieħor elenkat fit-Taqsima A tal-Anness.

Emenda 17

Artikolu 20

“1.   Tal-inqas fuq bażi annwali, l-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn CSD fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u tevalwa r-riskji li s-CSD huwa, jew jista’ jkun, espost għalihom.

[…]

4.   Meta twettaq ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, fi stadju bikri, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 rigward il-funzjonament tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD.

5.   B’mod regolari u tal-inqas darba f’sena, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 dwar ir-riżultati, inkluż kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju jew penali, tar-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

[…]”

“1.   Tal-inqas fuq bażi annwali, l-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn CSD fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u tevalwa r-riskji li s-CSD huwa, jew jista’ jkun, espost għalihom jew assoċjat magħhom. L-awtorità kompetenti għandha tkun intitolata li tiġbor l-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha.

[…]

4.   Meta twettaq ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, , l-awtorità kompetenti għandha tikkoopera mill-qrib mal--awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 rigward il-funzjonament tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD.

5.   -L-awtorità kompetenti għandha tiddiskuti regolarment u bil-quddiem mal--awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 dwar ir-riżultati, inkluż kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju jew penali, tar-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

[…]”

Spjegazzjoni

L-emenda għall-paragrafu 1 hija mmirata li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru u jirċievu kull informazzjoni relevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni u l-analiżi makroprudenzjali ta’ riskji li għalihom tkun jew tista’ tkun esposta CSD, inklużi riskji assoċjati mar-rwol sistemiku tagħha.

L-emendi għall-paragrafi 4 u 5 huma mmirati li jifformalizzaw kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti, superviżuri u awtoritajiet relevanti oħrajn.

Emenda 18

Artikolu 21(2)

“2.   Kull CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li jixtieq jibdel il-firxa ta’ servizzi pprovduti għandu jikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf:

(a)

l-Istat Membru li beħsiebu jopera fih;

(b)

programm ta’ operazzjonijiet li b’mod partikolari jgħid x'servizzi beħsiebu jipprovdi;

(ċ)

f’każ ta’ fergħa, l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa u l-ismijiet ta’ dawk responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa.”

“2.   Kull CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li jixtieq jibdel il-firxa ta’ servizzi pprovduti għandu jikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf:

(a)

l-Istat Membru li beħsiebu jopera fih;

(b)

programm ta’ operazzjonijiet li b’mod partikolari jgħid x'servizzi beħsiebu jipprovdi, inklużi l-munita jew muniti li jipproċessa;

(ċ)

f’każ ta’ fergħa, l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa u l-ismijiet ta’ dawk responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa.”

Spjegazzjoni

Is-CSD għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-munita jew muniti li fihom joffri saldu. Din l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu ddeterminati l-banek ċentrali emittenti li għandhom ikunu involuti fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni u evalwazzjoni ta’ dak is-CSD.

Emenda 19

Artikolu 21(3)

“3.   Fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika dak it-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sakemm, billi jittieħed f’kunsiderazzjoni l-forniment tas-servizzi previsti, ma jkollhiex raġuni sabiex tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.”

“3.   Fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika dak it-tagħrif lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sakemm, billi jittieħed f’kunsiderazzjoni l-forniment tas-servizzi previsti, ma jkollhiex raġuni sabiex tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiżgura li l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11 tar-regolament propost jingħataw ukoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-regolament propost minnufih u fuq bażi ugwali.

Emenda 20

Artikolu 20a Segretezza professjonali (ġdid)

[L-ebda test]

1.   L-obbligu ta’ segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli [10 u 11] u l-AETS, jew awdutiru u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, l-AETS jew il-BERS.

L-informazzjoni kunfidenzjali li jistgħu jirċievu matul it-twettiq ta’ dmirijiethom m'għandha tiġi żvelata lil ebda persuna jew awtorità oħra, ħlief f’forma sommarja jew aggregata b’tali mod li CSD individwali jew kwalunkwe persuna oħra ma jistgħux jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali jew fiskali jew id-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta CSD ikun ġie ddikjarat fallut jew ikun qiegħed jiġi stalċat b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax lil terzi tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali meta dan ikun meħtieġ biex titmexxa l-proċedura.

3.   Mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali u fiskali, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11, l-AETS, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom inkluż l-iżvelar ta’ informazzjoni lil korp superjuri, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ awtoritajiet oħrajn, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għall-iskop li għalih dik l-informazzjoni tkun ingħatatilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji relatati speċifikament mal-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet, jew it-tnejn. Meta l-AETS, l-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, korp jew persuna li jikkomunikaw informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom, l-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista’ tużaha għal skopijiet oħrajn mhux kummerċjali.

4.   Kull informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew mibgħuta skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet ta' segretezza professjonali stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet m’għandhomx jipprevjenu lill-AETS, jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11, milli jiskambjaw jew jibagħtu informazzjoni kunfidenzjali b’mod konformi mal-kompiti statutorji tagħhom u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikabbli għal kumpanniji ta’ investiment, istituzzjonijiet ta’ kreditu, fondi ta’ pensjonijiet, impriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), maniġers taħt fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMs), intermedjarji tal-assigurazzjoni u assigurazzjoni mill-ġdid, impriżi tal-assigurazzjoni, swieq irregolati jew operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra jew korp jew persuna fiżika jew ġuridika li tkun ikkomunikat l-informazzjoni.

5.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11 milli jiskambjaw jew jibagħtu informazzjoni kunfidenzjali, b’mod konformi mal-liġi nazzjonali, li ma tkunx ġiet riċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.

Spjegazzjoni

B’din l-emenda, il-BĊE jipproponi li jiddaħħal reġim tas-segretezza professjonali simili għad-dispożizzjonijiet korrispondenti f’leġiżlazzjoni Ewropea oħra dwar is-servizzi finanzjarji, bħall-EMIR. Għal dan il-għan, huwa propost li jiddaħħal Artikolu 20a ġdid.

Emenda 21

Artikolu 20b Skambju ta’ informazzjoni (ġdid)

[L-ebda test]

1.   L-AETS, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11 u awtoritajiet relevanti oħrajn għandhom mingħajr dewmien żejjed jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq ta’ dmirijiethom.

2.   L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 100, awtoritajiet relevanti oħrajn, l-AETS u korpi oħrajn jew persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali matul it-twettiq ta' dmirijiethom taħt dan ir-Regolament għandhom jużawha biss għall-finijiet tat-twettiq ta' dmirijiethom.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw informazzjoni lill-BERS u lill-membri relevanti tas-SEBĊ meta dik l-informazzjoni tkun relevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom.

Spjegazzjoni

B’din l-emenda, il-BĊE jipproponi li jiddaħħal reġim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni simili għad-dispożizzjonijiet korrispondenti f’leġiżlazzjoni Ewropea oħra dwar is-servizzi finanzjarji, bħall-EMIR. Għal dan il-għan, huwa propost li jiddaħħal Artikolu 20b ġdid.

Emenda 22

Artikolu 22(7)

“7.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“7.   L-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiżgura li l-membri tas-SEBĊ jkunu involuti b’mod adegwat fit-tħejjija ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi.

Emenda 23

Artikolu 23(2)

“2.   Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-AETS għandha tirrikonoxxi CSD imwaqqaf f’pajjiż terz li jkun applika għal rikonoxximent sabiex jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 6;

(b)

is-CSD huwa soġġett għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(ċ)

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti f’dak il-pajjiż terz skont il-paragrafu 7.”

“2.   Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-AETS għandha tirrikonoxxi CSD imwaqqaf f’pajjiż terz li jkun applika għal rikonoxximent sabiex jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 6;

(b)

is-CSD huwa soġġett għal superviżjoni u sorveljanza effettivi tal-awtorizzazzjoni jew, jekk is-sistema ta’ saldu tat-titoli tkun imħaddma minn bank ċentrali, sorveljanza, li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(ċ)

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet relevanti f’dak il-pajjiż terz skont il-paragrafu 7.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiżgura li l-kundizzjoni taħt (b) tapplika għal CSDs ta’ pajjiżi terzi mħaddma mill-banek ċentrali li jkunu soġġetti biss għal sorveljanza, kif huwa l-każ preżentament ta’ xi CSDs imħaddma minn BĊNi fl-Unjoni. Il-paragrafu 2(c) għandu jinkludi banek ċentrali kemm fil-kapaċità tagħhom bħala sorveljaturi kif ukoll bħala banek ċentrali emittenti.

Emenda 24

Artikolu 23(3)

“3.   Meta jiġi vvalutat jekk intlaħqux il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-AETS għandha tikkonsulta ma’:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn is-CSD minn pajjiż terz ikun beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw is-CSDs stabbiliti fl-Unjoni li magħhom is-CSD minn pajjiż terz ikun stabbilixxa konnessjonijiet;

(c)

l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1);

(d)

l-awtorità fil-pajjiż terz responabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs.”

“3.   Meta jiġi vvalutat jekk intlaħqux il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-AETS għandha tikkonsulta ma’:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn is-CSD minn pajjiż terz ikun beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw is-CSDs stabbiliti fl-Unjoni li magħhom is-CSD minn pajjiż terz ikun stabbilixxa konnessjonijiet;

(c)

l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1);

(d)

l-awtorità fil-pajjiż terz responabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiżgura li l-bank ċentrali emittenti relevanti jkun involut fl-evalwazzjoni mill-AETS b’mod konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO.

Emenda 25

Artikolu 25(5)

“5.   CSD għandu jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-bord u għandu jqiegħed il-minuti tal-laqgħat tal-bord għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti.”

“5.   CSD għandu jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-bord u għandu jqiegħed il-minuti tal-laqgħat tal-bord għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti u tal-awditur.”

Spjegazzjoni

L-emenda tagħmel din id-dispożizzjoni konsistenti mal-Artikolu 25(3) tal-EMIR.

Emenda 26

Artikolu 28(5)

“5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw fejn CSD jesternalizza wħud mis-servizzi jew l-attivitajiet tiegħu lil entità pubblika u fejn dik l-esternalizzazzjoni tkun irregolata minn qafas legali, regolatorju u operazzjonali ddedikat li sar qbil dwaru u ġie formalizzat b’mod konġunt mill-entità pubblika u s-CSD relevanti u li l-awtoritajiet kompetenti qablu dwaru fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.”

“5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw fejn CSD jesternalizza wħud mis-servizzi jew l-attivitajiet tiegħu lil entità pubblika u fejn dik l-esternalizzazzjoni tkun irregolata minn qafas legali, regolatorju u operazzjonali ddedikat li sar qbil dwaru u ġie formalizzat b’mod konġunt mill-entità pubblika u s-CSD relevanti u li ġie jkun ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti tas-CSD relevanti.”

Spjegazzjoni

L-emenda tintroduċi suġġerimenti editorjali. Barra minn hekk, huwa propost li titħassar l-aħħar parti tas-sentenza, peress li ebda rekwiżit speċifiku ma jissemma fir-regolament propost għall-iżvilupp ta’ dan il-qafas operazzjonali.

Emenda 27

Artikolu 35

“1.   Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jżomm ir-rekords u l-kontijiet li għandhom jippermettulu li fi kwalunkwe mument u mingħajr dewmien jiddistingwi fil-kontijiet mas-CSD it-titoli ta’ parteċipant mit-titoli ta’ kwalunkwe parteċipant ieħor u, jekk applikabbli, mill-assi proprji tas-CSD.

2.   CSD għandu jżomm rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant jiddistingwi t-titoli ta’ dak il-parteċipant minn dawk tal-klijenti ta’ dak il-parteċipant.

3.   CSD għandu joffri li jżomm ir-rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant jagħmel distinzjoni t-titoli ta’ kull wieħed mill-klijenti ta’ dak il-parteċipant, jekk u kif ikun mitlub minn dak il-parteċipant (‘segregazzjoni tal-klijenti individwali’).

[…]”

“1.   Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jżomm ir-rekords u l-kontijiet li għandhom jippermettulu li fi kwalunkwe mument u mingħajr dewmien jissegrega fil-kontijiet mas-CSD it-titoli ta’ parteċipant mit-titoli ta’ kwalunkwe parteċipant ieħor u, jekk applikabbli, mill-assi proprji tas-CSD.

2.   CSD għandu jżomm rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant jissegrega t-titoli ta’ dak il-parteċipant minn dawk tal-klijenti ta’ dak il-parteċipant.

3.   CSD għandu joffri li jżomm ir-rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant li jissegrega t-titoli ta’ kull wieħed mill-klijenti ta’ dak il-parteċipant, jekk u kif ikun mitlub minn dak il-parteċipant (‘segregazzjoni tal-klijenti individwali’).

[…]”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiċċara li t-titoli miżmuma mill-klijenti għandhom jiġu ssegregati mit-titoli tas-CSD u ta’ klijenti oħrajn. Dan huwa konsistenti mal-prinċipju 11 tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

Emenda 28

Artikolu 36(6)

“6.   CSD għandu jikseb finalità tas-saldu mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozjar tad-data tas-saldu maħsuba. Fuq talba mill-kumitat tal-utenti tiegħu, dan għandu jistalla sistemi li jippermettu li jsir saldu dakinhar jew f’ħin reali.”

“6.   CSD għandu jikseb finalità tas-saldu mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozjar tad-data tas-saldu maħsuba. Fuq talba mill-kumitat tal-utenti tiegħu, dan għandu jinstalla proċeduri operazzjonali li jippermettu li jsir saldu dakinhar jew f’ħin reali.”

Spjegazzjoni

Fil-kuntest tar-regolament propost, it-terminu “sistema” għandha tifsira speċifika, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE. L-għan tal-emenda huwa li jiġu evitati kwalunkwe interpretazzjoni mhux intenzjonati tat-terminu ‘sistema’.

Emenda 29

Artikolu 37(1)

“1.   Għal tranżazzjonijiet denominati fil-munita tal-pajjiż fejn isir is-saldu, CSD għandu jissalda l-pagamenti fi flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli rispettivi tiegħu permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ bank ċentrali li joperaw f’munita f'din il-munita kull meta dan ikun prattiku u disponibbli.”

“1.   Għal tranżazzjonijiet denominati fil-munita tal-pajjiż fejn isir is-saldu, CSD għandu jissalda l-pagamenti fi flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli rispettivi tiegħu permezz ta’ kontijiet miftuħa mal- bank ċentrali emittenti ta’ dik il-munita kull meta dan ikun prattiku u disponibbli.”

Spjegazzjoni

Abbażi li jiġu salvagwardjati s-sigurtà u l-effiċjenza tas-saldu u b’mod konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO, jeħtieġ li din id-dispożizzjoni tiġi kkompletata billi jiġi pprovdut li għal tranżazzjonijiet iddenominati fil-munita tal-pajjiż tas-saldu, is-CSDs għandhom jagħmlu saldu bil-flus tal-bank ċentrali, kull meta dan ikun prattiku u fattibbli. L-għan tal-emenda huwa li jiġi speċifikat li l-kontijiet ta’ saldu bi flus għandhom jinfetħu mal-bank ċentrali li jkun ħareġ il-munita, u mhux ma’ kwalunkwe bank ċentrali li jaħdem b’dik il-munita.

Emenda 30

Artikolu 39 tar-regolament propost

“CSD għandu jadotta qafas ta’ ġestjoni tar-riskji solidu sabiex jimmaniġja b’mod komprensiv ir-riskji legali, tan-negozju, operazzjonali u riskji oħrajn.”

“CSD għandu jadotta qafas ta’ ġestjoni tar-riskji solidu sabiex jimmaniġja b’mod komprensiv ir-riskji legali, tan-negozju, operazzjonali, sistemiċi u riskji oħrajn.”

Spjegazzjoni

Is-CSDs jitqiesu li huma infrastrutturi tas-suq importanti mill-aspett sistemiku. Għal din ir-raġuni, ir-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għalihom għandhom ikunu mmirati biex jindirizzaw ir-riskju sistemiku.

Emenda 31

Artikolu 40(2)

“2.   CSD għandu jfassal ir-regoli, il-proċeduri u l-kuntratti tiegħu sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu infurzati fil-ġurisdizzjonijiet relevanti kollha, anki f’każ ta’ inadempjenza ta’ parteċipant.”

“2.   CSD għandu jfassal ir-regoli, il-proċeduri u l-kuntratti tiegħu sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu infurzati f’każ ta’ inadempjenza ta’ parteċipant.”

Spjegazzjoni

L-emenda hija editorjali. L-infurzabbiltà ta’ regoli, proċeduri u kuntratti diġà timplika l-infurzabbiltà tagħhom f’kull ġurisdizzjoni relevanti.

Emenda 32

Artikolu 45(4)

“4.   Fil-każ ta' trasferiment proviżorju ta' titoli bejn CSDs konnessi, għandu jkun projbit ritrasferiment tat-titoli qabel l-ewwel trasferiment isir finali.”

“4.   Fil-każ ta' trasferiment proviżorju ta' titoli bejn CSDs konnessi, għandu jkun projbit ritrasferiment jew trasferiment ’il quddiem tat-titoli qabel l-ewwel trasferiment isir finali.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tindirizza problemi relatati mal-ħolqien possibbli ta’ titoli meta trasferiment proviżorju jiġi kkanċellat u t-titoli ttrasferiti b’mod proviżorju jiġu ttrasferiti f’CSD ieħor. Dawn ir-riskji huma relatati mal-integrità tal-ħruġ.

Emenda 33

Artikolu 45(8a)(ġdid)

[L-ebda test]

CSD għandu jipprovdi strutturi ta’ kontijiet adegwati sabiex jippermettu lill-parteċipanti, inklużi CSDs oħrajn, biex jaqbdu mas-sistemi tiegħu. L-istruttura tal-kont għandha tkun appoġġjata mill-arranġamenti xierqa ta’ saldu, kustodja u fiskali.

Spjegazzjoni

Sakemm ma jiġux offruti strutturi ta’ kontijiet adegwati minn CSD li magħhom ikunu konnessi CSD oħrajn, fil-forma ta’ strutturi ta’ kontijiet omnibus, pereżempju, il-funzjonament tajjeb tal-konnessjoni bejn dawn is-CSDs ma jkunx possibbli.

Emenda 34

Artikolu 45(9)

“9.   B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 3 li skonthom kull tip ta’ arranġament ta’ konnessjoni jipprovdi għal protezzjoni adegwata tas-CSDs konnessi u tal-parteċipanti tagħhom, partikolarment meta CSD ikollha ħsieb tipparteċipa fis-sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar tar-riskji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 li ġejjin mill-użutal-intermedjarji, il-metodi ta’ rikonċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, il-każijiet fejn is-saldu DVP permezz tal-konnessjonijiet ikun possibbli u fattibbli kif stipulat fil-paragrafu 7 u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.”

“9.   B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 3 li skonthom kull tip ta’ arranġament ta’ konnessjoni jipprovdi għal protezzjoni adegwata tas-CSDs konnessi u tal-parteċipanti tagħhom, partikolarment meta CSD ikollha ħsieb tipparteċipa fis-sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar tar-riskji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 li ġejjin mill-użutal-intermedjarji, il-metodi ta’ rikonċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, il-każijiet fejn is-saldu DVP permezz tal-konnessjonijiet ikun possibbli u fattibbli kif stipulat fil-paragrafu 7, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu [8a] dwar l-istrutturi ta’ kontijiet adegwati inklużi l-arranġametni relevanti u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.”

Spjegazzjoni

L-iskop tal-emenda huwa sabiex tipprovdi għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi mill-AETS fir-rigward tal-istrutturi tal-kontijiet għal konnessjonijiet tas-CSD.

Emenda 35

Artikolu 46

“1.   Kwalunkwe kwistjoni fir-rigward tal-aspetti proprjetarji relatati ma' strumenti finanzjarji miżmuma minn CSD għandha tiġi rregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab il-kont.

2.   Fejn il-kont jintuża għal saldu f’sistema ta’ saldu tat-titoli, il-liġi applikabbli għandha tkun dik li tirregola dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli.

3.   Fejn il-kont ma jintużax għas-saldu f’sistema ta’ saldu tat-titoli, għandu jiġi supponut li dak il-kont qed jinżamm fil-post fejn is-CSD għandu r-residenza abitwali tiegħu kif determinat mill-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.   L-applikazzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż speċifikata f’dan l-Artikolu għandha tinvolvi l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak il-pajjiż li mhumiex ir-regoli tiegħu tad-dritt internazzjonali privat.”

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(a), 9 u 10 tad-Direttiva 98/26/KE, kwalunkwe kwistjoni fir-rigward tal-aspetti proprjetarji relatati ma' strumenti finanzjarji miżmuma minn CSD għandha tiġi rregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab il-kont. Għandu jiġi preżunt li l-kont qed jinżamm fil-post fejn is-CSD għandu r-residenza abitwali tiegħu ki f determinat mill-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.   Meta l-liġi tal-Istat Membru fejn jinżamm il-kont tkun differenti mil-liġi li tirregola s-sistema ta’ saldu tat-titoli, u s-sistema ta’ saldu tat-titoli tkun ġiet iddenominata skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE, il-liġi applikabbli għandha tkun dik li tirrefola dik is-sistema ta' saldu tat-titoli.

   

3.   L-applikazzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż speċifikata f’dan l-Artikolu għandha tinvolvi l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak il-pajjiż li mhumiex ir-regoli tiegħu tad-dritt internazzjonali privat.”

Spjegazzjoni

Ir-regolament propost jipprovdi għal eċċezzjoni għar-regola prinċipali stipulata fl-Artikolu 46(1) u jippermetti għal għażla tal-liġi fir-rigward ta’ kull kont li jintuża għal saldu f'sistema ta’ saldu tat-titoli. Il-kunċett ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli huwa ddefinit bħala arranġament formali rregolat bil-liġi ta' Stat Membru magħżul mill-parteċipanti  (3). Konsegwentement, peress li l-parteċipanti jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal sistema ta’ saldu tat-titoli, il-liġi li tirregola sistema ta’ saldu tat-titoli, kif imsemmi fl-Artikolu 46(2) tar-regolament propost, hija soġġetta għal għażla tal-liġi u tista’ tkun differenti mil-liġi tal-post fejn ikun stabbilit is-CSD. Dan joħloq inċertezza legali dwar il-liġi applikabbli fir-rigward ta' titoli saldati fil-kontijiet ta' CSD. L-għan tal-emenda huwa li tillimita l-iskop għal għażla tal-liġi waqt li tipprovdi għal ċerti każijiet speċifiċi fejn il-liġi tal-Istat Membru fejn jinżammu l-kontijiet tkun differenti mil-liġi li tistabbilixxi r-regoli għas-sistema ta’ saldu tat-titoli.

Emenda 36

Artikolu 52(2)

“2.   […]

Wara valutazzjoni tal-impatt dettaljata, konsultazzjoni mal-intrapriżi kkonċernati u wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-AEB, l-AETS u l-BĊE, il-Kummissjoni għandha tadottadeċiżjoni ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 66. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta' implimentazzjoni.

[…]”

“2.   […]

Wara valutazzjoni tal-impatt dettaljata, konsultazzjoni mas-CSD kkonċernat u wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-AEB, l-AETS, il-BĊE, u l-awtoritajiet superviżorji u l-evalwazzjoni tal-BERS, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 66. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta' implimentazzjoni.

[…]”

Spjegazzjoni

L-emenda tiċċara li l-impriżi kkonċernati huma CSDs, u li l-BERS għandu jipprovdi wkoll lill-Kummissjoni bl-evalwazzjoni tiegħu.

Emenda 37

Artikolu 52(3)

“3.   CSD li jkun beħsiebu jsalda l-parti ta’ flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli kollha tiegħu, jew parti minnha, skont l-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament għandu jikseb awtorizzazzjoni biex jaħtar għal dan il-għan istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata kif stipulat fit-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE, sakemm l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament ma turix, abbażi tal-evidenza disponnibbli, li l-iskopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda għall-konċentrazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 57(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament ma tkunx mitigata biżżejjed. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) tista' teħtieġ lis-CSD taħtar aktar minn istituzzjoni tal-kreditu waħda. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu maħtura għandhom jitqiesu bħala aġenti tas-saldu.”

“3.   CSD li jkun beħsiebu jsalda l-parti ta’ flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli kollha tiegħu, jew parti minnha, skont l-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament għandu jikseb awtorizzazzjoni biex jaħtar għal dan il-għan istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata kif stipulat fit-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE, sakemm l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament ma turix, abbażi tal-evidenza disponnibbli, li l-iskopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda għall-konċentrazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 57(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament ma tkunx mitigata biżżejjed. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) tista' teħtieġ lis-CSD taħtar aktar minn istituzzjoni tal-kreditu waħda. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu maħtura għandhom jitqiesu bħala aġenti tas-saldu kif iddefinit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 98/26/KE.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiċċara li istituzzjoni ta’ kreditu ddenominata għandha titqies bħala aġent ta’ saldu fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE għall-parti ta’ flus ta’ transazzjonijiet f’titoli, sabiex b’hekk tiġi pprovduta finalità biex jiġu ttrasferiti ordnijiet relatati ma’ dik il-parti ta’ flus.

Emenda 38

Artikolu 53(5)

“5.   B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li s-CSD li japplika għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

[…]”

“5.   B’kooperazzjoni mill-qribmal-membri tas-SEBĊ u l-EBA, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li s-CSD li japplika għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

[…]”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li l-EBA jkun involut fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards regolatorji msemmija fl-Artikolu 53(5), peress li s-suġġett ta’ dawn l-istandards huwa relatat ma’ informazzjoni li tirrigwarda istituzzjonijiet ta’ kreditu.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  Ara b’mod partikolari d-Direttiva 98/26/KE, li tirreferi għal-liġi li tirregola u mhux għal-liġi applikabbli.

(3)  Ara f’dan ir-rigward l-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE, li jirreferi għal-liġi li tirregola u mhux għal-liġi applikabbli.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/32


Lista ta' Punti Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar il-Futbol (NFIPs)

2012/C 310/03

L-aġġornamenti għandhom jintbagħtu fuq: lewp@consilium.europa.eu

MS

Servizz

Inidirizz

Telefown/Feks

E-mail

BE

Police fédérale

Direction générale de la police administrative

Direction des opérations et informations

Sécurité Intégrale Football (SIF)

Rue Fritz Toussaintstraat 8

1050 Bruxelles

+32 26426019

+32 26426070

+32 26464940 (Fax)

ivv-sif@skynet.be

BG

National Information Centre

Sport Events Security Unit

Criminal Police Department

National Police Chief Directorate

Ministeru tal-Intern

Alexander Malinov blvd. 1

1715 Sofia

+359 29828610

+359 29316080 (Fax)

nfip@mvr.bg

CZ

Policejní prezidium České republiky

Úřad služby kriminální policie a vyšetřování

Police Presidium of the Czech Republic

Bureau of Criminal Police and Investigation Service)

Strojnická 27

PO Box 62/KPV

170 89 Praha 7

+420 974824105

+420 974824150

+420 603190315

+420 603190084

+420 974824289 (Fax)

uskpv.podatelna@mvcr.cz

cz.sis@mvcr.cz

DK

Danish National Police,

Ċentru ta' Komunikazzjoni

Ejby Industrivej 125-135

2620 Glostrup

+45 33430601

+45 33322771 (Fax)

NEC@politi.dk

DE

Landesamt für Zentrale Polizeiliche Dienste Nordrhein-Westfalen (LZPD NRW)

Zentrale Informationsstelle Sporteinsätze (ZIS)

Unità Ċentrali ta' Informazzjoni dwar l-Isport, Ġermanja

Hammfelddamm 4a

41460 Neuss

+49 2034175-4130

+49 2034175-4131

+49 2034175-4257

+49 2034175-4258

+49 2034175-4904 (Fax)

zis@polizei.nrw.de

EE

Coordination Division

Development Bureau

Public Order Police Directorate

Bord tal-Pulizija u tal-Gwardja tal-Fruntiera

Ädala 4e

10614 Tallinn

+372 6123229

+372 6123910 (24 h)

+372 6123209 (Fax)

nfip.estonia@list.pol.ee

EL

Ministry of Public Order and Citizen Protection/Hellenic Police Headquarters/General Policing Division

P. Kanellopoulou Ave. 4

101 77 Athens

+30 2106924929

+30 6977788519

+30 2106998150 (Fax)

nfipgreece@astynomia.gr

ES

National Sport Office -Oficina Nacional de Deportes-

Secretaría General de la Comisaría General de Seguridad Ciudadana

Calle Julián González Segador, s/n

28043 Madrid

+34 915822710

+34 915822711

+34 915822712 (Fax)

ond@policia.es

FR

Direction centrale de la sécurité publique

Division nationale de lutte contre le hooliganisme

11 rue Cambacérès

75011 Paris

+33 149274845

+33 140072279 (Fax)

dcsp.pnif@interieur.gouv.fr

IE

National Football Information Points, National Criminal Intelligence

Security and Intelligence

Garda Headquarters

Phoenix Park

Dublin 8

+353 16661815

SI_NCIU@garda.ie

IT

Ministero dell'Interno

Dipartimento della Pubblica Sicurezza

Ufficio Ordine Pubblico

Piazza del Viminale 1

00184 Roma RM

+39 0646527993

+39 0646547798 (Fax)

cnims@interno.it

CY

Ministry of Justice and Public Order

Cyprus Police Headquarters, Operations Branch

National Football Information Point

Antistratigou Evangelou Floraki str.

Floraki str.

1478 Nicosia

+357 22808559

+357 22808341 (Fax)

nfiphq@police.gov.cy

LV

Central Public Order Police Department of State Police

Čiekurkalna 1. līnija K-4

Rīga, LV-1026

+371 67829335

+371 67829449 (Fax)

pasakumi@vp.gov.lv

LT

Police Department under the MoI International Cooperation Board

Saltoniskiu g. 19

LT-08105 Vilnius

+370 52719867

+370 52717951 (Fax)

nfip-lithuania@policija.lt

Għal każijiet urġenti (servizz 24/7)

Lithuanian Criminal Police Bureau

International Liaison Office

Liepyno g. 7

LT-08105 Vilnius

+370 52719900

+370 52719924 (Fax)

office@ilnb.lt

LU

Direction générale de la police Grand-Ducale

Direction des opérations et de la prévention

2957 Luxembourg

+352 49972360

+352 49972399 (Fax)

dop@police.etat.lu

HU

Hungarian National Police

Law Enforcement Directorate

Public Order Department

Budapest

Teve u. 4–6.

1139

+36 14435507

+36 14435543 (Fax)

nfiphungary@orfk.police.hu

MT

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Servizzi ta’ Protezzjoni

Forza tal-Pulizija ta' Malta

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Pjazza San Kalċidonju

Floriana

FRN 1530

+356 21224001

+356 21226183 (Fax)

carmelo.magri@gov.mt

NL

National Football Information Point, CIV

PO Box 8300

3503 RH Utrecht

+31 306577222

+31 306577239 (Fax)

civ@wxs.nl

civ@utrecht.politie.nl

http://www.civ-voetbal.com

AT

Bundesministerium für Inneres (Ministry of the Interior)

Generaldirektion für die öffentliche Sicherheit

Abteilung II/11 — Sportangelegenheiten

Türkenstraße 22

1090 Wien

+43 13131085501

+43 13131085590 (Fax)

BMI-II-11@bmi.gv.at

PL

General Headquarters of Police

General Police Staff

National Football Information Point

ul. Puławska 148/150

02-624 Warszawa

+48 226015034

+48 226013537

+48 226012823

+48 226015001 (Fax)

kpk@policja.gov.pl

PT

Polícia de Segurança Pública

Direcção Nacional

Departamento de Informações Policiais

Largo da Penha de França 1.o

1199-010 Lisboa

+351 218111000

+351 218147705 (Fax)

pnif@psp.pt

RO

Ministry of Administration and Interior/General Inspectorate of Romanian Gendarmerie — National Football Information Point

Str. Jandarmeriei nr. 9-11, sector 1

013894 București

+40 213198065

+40 214096557

+40 213198065 (Fax)

nfip@mai.gov.ro

SI

Ministeru tal-Intern

Uniformed Police Directorate

General Policing Division

Štefanova ulica 2

SI-1501 Ljubljana

+386 14284989

+386 14284751

+386 14284791 (Fax)

ssp.uup@policija.si

SK

Národné informačné centrum NUI Bratislava

(NFIP Bratislava)

Vajnorská 25

Bratislava

+421 0961050318

+421 0961059002 (Fax)

divackenasilie@minv.sk

nic@nui.minv.sk (non EU countries only)

FI

Helsinki Police, Operational Policing Department

Pasilanraitio 11

FI-00240 Helsinki

+358 718776111

+358 718772812 (Fax)

nfip-fin@poliisi.fi

SE

National Bureau of Investigation, International Police Cooperation Division (IPO)

POB 12256

SE-102 26 Stockholm

+46 105637000

+46 86514203 (Fax)

ipo@rkp.police.se

UK

UKFPU (United Kingdom Football Policing Unit)

Kaxxa Postali 51997

London

SW9 6TN

+44 2077857161-82

+44 2077857184 (Fax)

footballdesk@fpu.pnn.police.uk

Europol

 

 

Visitors address:

Eisenhowerlaan 73

2517 KK Den Haag

NEDERLAND

 

Postal address:

Europol

PO Box 908 50

2509 LW Den Haag

NEDERLAND

+31 703531022

O1@europol.europa.eu

navarroj@europol.europa.eu


Il-Kummissjoni Ewropea

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/36


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Ottubru 2012

2012/C 310/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2970

JPY

Yen Ġappuniż

101,70

DKK

Krona Daniża

7,4589

GBP

Lira Sterlina

0,80650

SEK

Krona Żvediża

8,6830

CHF

Frank Żvizzeru

1,2093

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4005

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,950

HUF

Forint Ungeriż

281,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6961

PLN

Zloty Pollakk

4,0978

RON

Leu Rumen

4,5648

TRY

Lira Turka

2,3437

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2654

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2678

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0541

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5815

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5834

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 441,35

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1779

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1267

HRK

Kuna Kroata

7,5223

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 438,76

MYR

Ringgit Malażjan

3,9658

PHP

Peso Filippin

53,744

RUB

Rouble Russu

40,2000

THB

Baht Tajlandiż

39,740

BRL

Real Brażiljan

2,6428

MXN

Peso Messikan

16,6949

INR

Rupi Indjan

68,5060


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/37


Sejħa għal espressjonijiet ta' interess fis-sħubija fil-bord ta’ esperti indipendenti u multisettorjali li se jkun qed jipprovdi pariri dwar modi effettivi ta' investiment fis-saħħa

2012/C 310/05

Din is-sejħa hija indirizzata lil dwk l-esperti li jixtiequ jkunu kkunsidrati għal sħubija fil-bord espert indipendenti u multisettorjali li se jkun qed jipprovdi pariri dwar modi effettivi ta' investiment fis-saħħa (“il-bord”) u li twaqqaf permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/C 198/06 tal-5 ta' Lulju 2012 (1).

Ir-rwol tal-bord huwa li jipprovdi lill-Kummissjoni b'pariri indipendenti u multisettorjali dwar modi effettivi ta' investiment fis-saħħa. Ix-xogħol tal-bord huwa bbażat fuq il-prinċipji ta' eċċellenza, indipendenza, approċċ multisettorjali u trasparenza.

Il-kompożizzjoni u l-mandat tal-bord

Il-bord se jkun jikkonsisti minn massimu ta' 17-il membru u jista’ jassoċja ruħu, fuq inizjattiva tiegħu stess u bi qbil mal-Kummissjoni, ma’ esperti esterni, kif ukoll ma’ esperti minn korpi oħra tal-UE biex jikkontribwixxu għall-ħidma tiegħu fuq kwistjonijiet speċifiċi. Dawn l-esperti assoċjati jipparteċipaw fl-attivitajiet u fid-deliberazzjonijiet li jirrigwardaw is-suġġett ikkunsidrat bl-istess funzjonijiet, responsabbiltajiet u drittijiet tal-membri tal-bord.

Il-Membri tal-bord jinħatru mill-Kummissjoni abbażi tal-għarfien tagħhom f'qasam wieħed jew aktar ta' kompetenzi u kollettivament ikopru l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta' dixxiplini. L-oqsma tal-għarfien huma stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/C 198/06.

Il-Membri jinħatru fil-bord għal terminu ta’ tliet snin u ma jistgħux iservu aktar minn tliet termini konsekuttivi. Huma jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu jew sakemm il-ħatra tagħhom tiġġedded.

L-esperti li huma interessati jistgħu japplikaw għal sħubija fil-bord.

Eliġibbiltà

L-applikanti għandu jkollhom:

kwalifika universitarja f'settur xjentifiku rilevanti,

mill-inqas 10 snin esperjenza professjonali,

għarfien tajjeb tal-lingwa Ingliża.

Din is-sejħa għal espressjonijiet ta' interess hija miftuħa għal esperti mill-Ewropa u lil hinn minnha.

Il-kriterji tal-għażla

Se tingħata peferenza lill-kandidati li għandhom:

esperjenza professjonali ta' rilevanza għall-applikazzjoni fl-oqsma ta' għarfien elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/C 198/06,

esperjenza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, fil-livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, b’referenza speċjali għas-settur tas-saħħa,

eċċellenza xjentifika ppruvata f'qasam wieħed jew preferibbilment f’ħafna oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-oqsma koperti mill-bord,

esperjenza professjonali f'ambjent internazzjonali u multidixxiplinarju, b’referenza speċjali għall-kuntest Ewropew,

ħiliet maniġerjali u ta’ komunikazzjoni, b'mod partikolari fit-tmexxija u fl-organizzazzjoni ta' gruppi ta' ħidma, u fil-ġestjoni ta’ informazzjoni kumplessa u fil-preparazzjoni ta’ dokumenti ta’ sinteżi.

Il-proċess tal-għażla

Il-proċedura tal-għażla se tkun maqsuma fi tliet fażijiet:

(i)

verifika tal-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet u l-eliġibilità tal-applikanti;

(ii)

evalwazzjoni komparattiva u formazzjoni ta' lista tal-aktar kandidati adattati; kif ukoll

(iii)

il-ħatra tal-membri tal-bord minn din il-lista.

Se jitwaqqaf bord ta' selezzjoni għall-istadji (i) u (ii), li se jkun magħmul minn uffiċjali tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika u l-leġiżlazzjoni fl-oqsma tas-saħħa pubblika, is-sistemi tas-saħħa u r-riċerka xjentifika, u għarfien espert estern.

Fil-proċess, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-kriterji tal-għażla; l-indipendenza (kunflitti ta' interess potenzjali); ir-rappreżentanza minn reġjuni ġeografiċi differenti u l-bilanċ tas-sessi.

Il-ħatra tal-membri

Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi se jaħtar il-membri tal-bord mil-lista ta’ kandidati stabbilita mill-bord tal-għażla.

L-ismijiet tal-membri maħtura tal-bord se jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħra (2) u fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi (3).

Indipendenza

Il-membri tal-bord jinħatru f’kapaċità personali. L-applikanti huma mistennija jinkludu dikjarazzjoni tal-impenn tagħhom li jaġixxu b'mod indipendenti minn kull influwenza esterna u dikjarazzjoni tal-interessi kollha li jistgħu jitqiesu bħala li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom. Huma se jintalbu jikkonfermaw li, jekk jinħatru, huma se jaqblu li jagħmlu kemm dikjarazzjonijiet annwali ta' interess bil-miktub u dikjarazzjonijiet ta' interess skont is-suġġett speċifiku bil-miktub/bil-fomm bl-għarfien li dawn se jiġu ppubblikati.

L-ammont ta' xogħol u l-indennizzi

L-applikanti għandhom ikunu lesti li jattendu għal laqgħat fuq bażi regolari, li jipparteċipaw b'mod attiv f'diskussjonijiet xjentifiċi, li jeżaminaw dokumenti u li jgħaddu kummenti waqt il-laqgħat tal-bord, li jattendu workshops u smigħ meta jkunu mistiedna u li jaġixxu ta' “mexxejja” u/jew “relaturi” ta' gruppi ta' ħidma, fuq bażi ad hoc. Il-biċċa l-kbira tad-dokumenti ta' ħidma huma bl-Ingliż u anke l-laqgħat jsiru bl-Ingliż. L-applikanti għandhom jikkunsidraw li b'mod ġenerali l-laqgħat jinvolvu xogħol ta' preparazzjoni. Huwa stmat li l-bord se jiltaqa’ f’sessjonijiet plenarji bejn ħames u għaxar darbiet fis-sena. L-applikanti għandhom ikunu lesti li jaħdmu b'metodi elettroniċi sabiex jimmaniġjaw u jiskambjaw dokumenti u jattendu laqgħat vidjo jew awdjo.

Il-membri tal-bord u l-esperti esterni se jkunu intitolati għal indennizz marbut mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-bord u talli jservu bħala relaturi fuq xi kwistjoni speċifika. L-indennizzi huma stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2012/C 198/06.

Il-membri huma wkoll intitolati għal gratifika għas-safar u għas-sussistenza, skont ir-regoli stipulati mill-Kummissjoni.

Il-proċedura tal-applikazzjoni

L-esperti interessati huma mistiedna jimlew u jibagħtu l-formola tal-applikazzjoni li tinsab fuq l-internet, li għandha curriculum vitae u lista tal-publikazzjonijiet mehmuża magħha.

It-tħabbir tal-proċedura tal-applikazzjoni, il-formola tal-applikazzjoni u l-istqarrija speċifika dwar il-privatezza huma disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/health/healthcare/consultations/call_expertpanel_healthinnovation_en.htm

Id-data tal-iskadenza għall-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet hija t-23 ta' Novembru 2012.

Se jkunu kkunsidrati biss l-applikazzjonijiet onlajn mibgħuta permezz tal-Internet.

Applikazzjoni tkun meqjusa eliġibbli biss jekk tkun tinkludi:

formola tal-applikazzjoni kompluta obbligatorja

curriculum vitae, preferibbilment mhux itwal minn tliet paġni (mehmuż mal-formola tal-applikazzjoni);

lista tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-applikant (mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni),

dikjarazzjoni tal-interessi kompluta u veritiera (inkluża fil-formola tal-applikazzjoni);

Aktar ’il quddiem, jistgħu jintalbu dokumenti ta’ appoġġ. Kull espressjoni ta' interess tkun ittrattata b'mod kunfidenzjali.

Il-Kummissjoni se tinforma lill-kandidati bir-riżultat tal-proċeduri tal-għażla malajr kemm jista' jkun.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Għal aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, jekk jogħġbok ikkuntattja:

SANCO-CALL-PANEL@ec.europa.eu

Il-protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni se tiżgura li d-dejta personali tal-applikanti tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). Dan japplika b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-dejta inkwistjoni.

Il-Kontrollur tal-ipproċessar tad-dejta personali fil-qafas ta' din is-sejħa hija Tapani Piha, il-Kap tal-Unità D3 tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi.

Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar l-ambitu, l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-kuntest ta' din is-sejħa, l-applikanti huma mistiedna jikkonsultaw id-dikjarazzjoni speċifika tal-privatezza ppubblikata fil-webpage ta' din is-sejħa fl-indirizz imsemmi hawn fuq.


(1)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2012:198:0007:0011:MT:PDF

(2)  http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?Lang=MT

(3)  http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/index_en.htm


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/40


Avviż lill-operaturi ekonomiċi – Rawnd ġdid ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

2012/C 310/06

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C 363/02) (1) għar-rawnd ta’ Lulju tal-2013.

Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika dwar l-unjoni doganali tal-Kummissjoni (Europa) (2).

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija l-10 ta’ Diċembru 2012, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja

Dawk l-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.

Aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinstab fuq il-websajt Europa:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm


(1)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.

(2)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/41


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6721 – First Reserve Management/SK Capital Partners/TPC)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 310/07

1.

Fit-8 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi First Reserve Management, L.P. (“First Reserve”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u SK Capital Partners (“SK”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża TPC Group Inc. (“TPC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal First Reserve: l-ekwità privata u l-investiment infrastrutturali li jispeċjalizza fl-industrija tal-enerġija, inklużi s-servizzi marbutin mal-medda taż-żejt, l-infrastruttura tal-enerġija kif ukoll ir-riservi tal-elettriku u tal-enerġija,

għal SK: kumpanija ta’ investiment privat b'attenzjoni speċjali fuq materjali speċjalizzati, is-setturi tal-prodotti kimiċi u tal-kura tas-saħħa, u,

għal TPC: il-manifattura ta’ prodotti b'valur miżjud li ġejjin minn materja prima petrokimika, bħall-idrokarburi C3 u C4, li huma użati fil-manifattura ta’ kimiki ta’ prestazzjoni u ta' speċjalità.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6721 – First Reserve Management/SK Capital Partners/TPC, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).