ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.307.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
11 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 307/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6712 – Carlyle/Getty Images) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 307/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2012/C 307/03

Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – Linji Gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali f’akkordji dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur

3

2012/C 307/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

18

2012/C 307/05

Avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bbażat fuq l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi ta' servizz pubbliku f'Finnmark u North-Troms

19

2012/C 307/06

Avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bbażat fuq l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda f'Finnmark u North-Troms

20

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2012/C 307/07

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali

21

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2012/C 307/08

Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża E-1/11 – Dr A (Il-moviment liberu tal-persuni – id-Direttiva 2005/36/KE – Ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Il-protezzjoni tas-saħħa pubblika – In-nondiskriminazzjoni – Il-proporzjonalità)

22

2012/C 307/09

Sentenza tal-Qorti tat-30 ta’ Marzu 2012 fil-Kawżi Konġunti E-17/10 u E-6/11 – Il-Prinċipalità ta' Liechtenstein u VTM Fundmanagement AG vs L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (Azzjoni għall-annullament ta' deċiżjoni tal-Awtorità ta’ sorveljanza tal-EFTA – Għajnuna mill-Istat – Regoli tat-taxxa speċjali applikabbli għal kumpaniji ta' investiment – Selettività – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Irkupru – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Obbligu ta' motivazzjoni)

23

2012/C 307/10

Sentenza tal-Qorti tat-30 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża E-7/11 – Grund, elli- og hjúkrunarheimili v the Icelandic Medicines Agency (Lyfjastofnun) (Id-Direttiva 2001/83/KE – Moviment liberu tal-merkanzija – Farmaċewtiċi – Importazzjoni parallela – Rapporti ta' kontroll – Protezzjoni tas-saħħa pubblika – Ġustifikazzjoni – Ħtiġijiet lingwistiċi għall-ittikkettjar u l-fuljetti fil-pakketti)

24

2012/C 307/11

Sentenza tal-Qorti tat-18 ta’ April 2012 fil-Kawża E-15/10 – Posten Norge AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Azzjoni għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – Kompetizzjoni – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Suq għal konsenja diretta ta' pakketti min-negozji għall-konsumaturi – Netwerk ta’ distribuzzjoni – Ftehimiet ta’ esklussività – Imġiba li għandna mnejn telimina l-kompetizzjoni mis-suq – Ġustifikazzjoni – Perjodu tal-ksur – Multa)

25

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 307/12

Avviż dwar l-iskadenza ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6712 – Carlyle/Getty Images)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 307/01

Fil-5 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6712. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Ottubru 2012

2012/C 307/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2889

JPY

Yen Ġappuniż

100,94

DKK

Krona Daniża

7,4582

GBP

Lira Sterlina

0,80495

SEK

Krona Żvediża

8,6068

CHF

Frank Żvizzeru

1,2110

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3985

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,950

HUF

Forint Ungeriż

282,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6961

PLN

Zloty Pollakk

4,0825

RON

Leu Rumen

4,5710

TRY

Lira Turka

2,3375

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2574

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2594

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9922

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5732

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5833

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 436,57

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1516

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1210

HRK

Kuna Kroata

7,4920

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 385,19

MYR

Ringgit Malażjan

3,9623

PHP

Peso Filippin

53,470

RUB

Rouble Russu

40,0900

THB

Baht Tajlandiż

39,582

BRL

Real Brażiljan

2,6199

MXN

Peso Messikan

16,5624

INR

Rupi Indjan

68,3150


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/3


Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – Linji Gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali f’akkordji dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur

2012/C 307/03

A.

Dan l-avviż qed jinħareġ skont ir-regoli tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim taż-ŻEE) u l-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u dwar il-Qorti).

B.

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet avviż intitolat “Linji gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali f’akkordji dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur.” (1). Dak l-att mhux vinkolanti jistabbilixxi l-prinċipji li l-Kummissjoni Ewropea ssegwi għall-valutazzjoni tal-akkordji vertikali skont l-Artikolu 101 TFUE dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur.

C.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra l-att imsemmi hawn fuq bħala wieħed rilevanti għaż-ŻEE. Sabiex iżżomm kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni u tiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE maż-Żona Ekonomika Ewropea kollha, l-Awtorità ta’ Sorveljenza tal-EFTA tadotta dan l-avviż skont is-setgħa kkonferita lilha permezz tal-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u dwar il-Qorti. Hija għandha l-intenzjoni li ssegwi l-prinċipji u r-regoli stabbiliti f’dan l-avviż meta tapplika r-regoli rilevanti taż-ŻEE għal każ partikolari.

I.   INTRODUZZJONI

1.   L-iskop tal-Linji Gwida

1.

Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu l-prinċipji għall-valutazzjoni skont l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Artikolu 53”) ta’ kwistjonijiet partikolari li jinqalgħu fil-kuntest ta’ restrizzjonijiet vertikali f’akkordji dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil. Huma jakkumpanjaw l-Att imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 (2) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur) (minn hawn ’il quddiem “l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur”) u għandhom l-għan li jgħinu lill-kumpaniji sabiex jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom ta’ akkordji bħal dawn.

2.

Dawn il-Linji Gwida jipprovdu kjarifika dwar kwistjonijiet li huma partikolarment rilevanti għas-settur tal-vetturi bil-mutur, inkluża l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att imsemmi fil-punt 2 tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 (3) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (4) (minn hawn ’il quddiem “l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali”). Dawn il-Linji Gwida huma bla ħsara għall-applikabbiltà tal-Linji Gwida dwar Restrizzjonijiet Vertikali (5) (minn hawn ’il quddiem “il-Linji Gwida Vertikali Ġenerali”) u għalhekk għandhom jinqraw flimkien ma’ u bħala suppliment għal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali.

3.

Dawn il-Linji Gwida japplikaw kemm għal akkordji vertikali u prattici miftehma relatati mal-kundizzjonijiet li fihom il-partijiet jistgħu jixtru, ibigħu jew ibigħu mill-ġdid partijiet tal-bdil u/jew servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur, kif ukoll għal akkordji vertikali u prattiċi mifthiema relatati mal-kundizzjonijiet li fihom il-partijiet jistgħu jixtru, ibigħu, jew ibigħu mill-ġdid vetturi bil-mutur ġodda. Kif ġie spjegat fit-Taqsima II ta’ dawn il-Linji Gwida, il-kategorija tal-aħħar ta’ akkordji u ta’ prattiċi miftiehma għandha tibqa’ soġġetta għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att preċedentement imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 (6) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur) sal-31 ta’ Mejju 2013. Għalhekk, fir-rigward tal-akkordji vertikali u l-prattiċi miftiehma għax-xiri, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda, dawn il-Linji Gwida għandhom japplikaw biss mill-1 ta’ Ġunju 2013. Dawn il-Linji Gwida ma japplikawx għal akkordji veritikali f’setturi oħrajn għajr dak tal-vetturi bil-mutur, u l-prinċipji stabbiliti fih mhux neċessarjament jistgħu jintużaw sabiex ikunu vvalutati akkordji f’setturi oħrajn.

4.

Dawn il-Linji Gwida huma bla ħsara għall-applikazzjoni parallela possibbli tal-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE għal akkordji vertikali fis-settur tal-vetturi bil-mutur, jew għall-interpretazzjoni li l-Qorti tal-EFTA tista’ tagħti b’relazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 53 għal akkordji vertikali bħal dawn jew li jistgħu jagħtu l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Qorti Ġenerali b’relazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE u tal-Artikolu 101 TFUE għal akkordji vertikali bħal dawn.

5.

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, l-analiżi u l-argumenti stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida japplikaw għal-livelli kollha tal-kummerċ. It-termini “fornitur” u “distributur” (7) jintużaw għal-livelli kollha tal-kummerċ. L-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali u l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur jissejħu kollettivament bħala “l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija”.

6.

L-istandards stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida jridu jiġu applikati għal kull każ fejn jitqiesu ċ-ċirkostanzi fattwali u legali individwali. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tapplika (8) dawn il-Linji Gwida b’mod raġonevoli u flessibbli, u billi tqis l-esperjenza li tkun kisbet matul l-attivitajiet ta’ infurzar u ta’ monitoraġġ tas-suq tagħha.

7.

L-istorja tal-infurzar tal-kompetizzjoni f’dan is-settur turi li ċerti restrizzjonijiet jistgħu jintlaħqu jew bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali diretti espliċiti jew permezz ta’ obbligi indiretti jew permezz ta’ mezzi indiretti li xorta jiksbu l-istess riżultat antikompetittiv. Il-fornituri li jixtiequ jinfluwenzaw il-komportament kompetittiv ta’ distributur jistgħu, pereżempju, jużaw theddid jew intimidazzjoni, twissijiet jew penali. Huma jistgħu wkoll idewmu jew jissospendu l-konsenji jew jheddu li jitterminaw il-kuntratti tad-distributuri li jbigħu lil konsumaturi barranin jew jonqsu milli josservaw livell ta’ prezzijiet partikolari. Ir-relazzjonijiet trasparenti bejn il-partijiet kontraenti normalment għandhom inaqqsu r-riskju li l-manifatturi jinżammu responsabbli talli ntużaw forom indiretti ta’ pressjoni bħal dawn li għandhom l-għan li jiksbu riżultati antikompetittivi. L-adeżjoni ma’ Kodiċi ta’ Kondotta huwa mezz wieħed sabiex tinkiseb iktar trasparenza fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-partijiet. Kodiċijiet bħal dawn jistgħu, fost l-oħrajn, jipprovdu għal perjodi ta’ notifika għat-terminazzjoni tal-kuntratt, li jistgħu jkunu ddeterminati skont it-tul ta’ żmien tal-kuntratt, għal kumpens li għandu jingħata għal investimenti pendenti speċifiċi għal relazzjoni li saru min-negozjant f’każ ta’ terminazzjoni qabel iż-żmien mingħajr raġuni ġġustifikata, kif ukoll għal arbitraġġ bħala mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim. Jekk fornitur jinkorpora Kodiċi ta’ Kondotta bħal dan fl-akkordji tiegħu mad-distributuri u mas-sewwejja, jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tiegħu, dan għandu jitqies bħala fattur rilevanti sabiex jiġi vvalutat il-komportament tal-fornitur f’każijiet individwali.

2.   L-istruttura tal-Linji Gwida

8.

Dawn il-Linji Gwida huma strutturati kif ġej:

(a)

Il-Kamp ta' Applikazzjoni tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur u r-relazzjoni mal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali (Taqsima II)

(b)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet addizzjonali fl-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur (Taqsima III)

(c)

Il-valutazzjoni ta’ restrizzjonijiet speċifiċi: il-marka unika u d-distribuzzjoni selettiva (Taqsima IV)

II.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-EŻENZJONI TA’ KATEGORIJA GĦALL-VETTURI BIL-MUTUR U R-RELAZZJONI MAL-EŻENZJONI TA’ KATEGORIJA VERTIKALI ĠENERALI

9.

Skont l-Artikolu 4 tagħha, l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur tkopri akkordji vertikali dwar ix-xiri, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur u l-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur.

10.

L-Artikolu 2 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur jestendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att preċedentement imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002) sal-31 ta’ Mejju 2013 sa fejn dawn ikunu relatati ma’ akkordji vertikali għax-xiri, għall-bejgħ jew għall-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda. Skont l-Artikolu 3 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur, mill-1 ta’ Ġunju 2013, l-akkordji vertikali għax-xiri, għall-bejgħ u għall-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda għandhom ikunu koperti mill-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali (9).

11.

Id-distinzjoni li jagħmel il-qafas il-ġdid bejn is-swieq għall-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur ġodda, u s-swieq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur tirrifletti l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti f’dawn is-swieq.

12.

Fuq il-bażi ta’ analiżi fil-fond tas-suq stabbilita fir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-operat tal-Att preċedentement imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tat-28 ta’ Mejju 2008 (10)) u fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Il-Qafas Ġejjieni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni applikabbli għas-settur tal-vetturi bil-mutur tat-22 ta’ Lulju 2009 (11), jidher li ma hemm l-ebda nuqqas sinifikanti ta’ kompetizzjoni li jiddistingwi s-settur tad-distribuzzjoni tal-vetturi bil-mutur ġodda minn setturi ekonomiċi oħrajn u li jista’ jitlob l-applikazzjoni ta’ regoli differenti minn u iktar stretti minn dawk fl-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali. Konsegwentement, l-applikazzjoni ta’ livell limitu tas-sehem mis-suq ta’ 30 % (12), in-nuqqas ta’ eżenzjoni ta’ ċerti restrizzjonjiet vertikali u l-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali normalment għandhom jiżguraw li l-akkordji vertikali għad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(3) mingħajr il-ħtieġa għal xi rekwiżit addizzjonali minbarra dawk applikabbli għal setturi oħrajn.

13.

Madankollu, sabiex l-operaturi kollha jkollhom żmien ħalli jadattaw irwieħhom għar-reġim ġenerali, b’mod partikolari meta jitqiesu l-investimenti speċifiċi għal relazzjoni li saru fit-tul, il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Att preċedentement imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002) qed jiġi estiż bi tliet snin sal-31 ta’ Mejju 2013 fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti li huma relatati b’mod speċifiku mal-akkordji vertikali għax-xiri, għall-bejgħ jew għall-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda. Mill-1 ta’ Ġunju 2010 sal-31 ta’ Mejju 2013, dawk id-dispożizzjonijiet tal-Att preċedentement imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002) li huma relatati kemm mal-akkordji għad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda kif ukoll mal-akkordji għax-xiri, għall-bejgħ u għall-bejgħ mill-ġdid ta’ partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur u/jew mal-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni, għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-ewwel. Matul dak il-perjodu, dawn il-Linji Gwida ma għandhomx jintużaw għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Att preċedentement imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002). Minflok, għandha ssir referenza għall-Fuljett Spjegattiv dwar dak ir-Regolament (13).

14.

Fir-rigward ta’ akkordji vertikali relatati mal-kundizzjonijiet li fihom il-partijiet jistgħu jixtru, ibigħu jew ibigħu mill-ġdid partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur u/jew jipprovdu servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni għal vetturi bil-mutur, l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2010. Dan ifisser li, sabiex jiġu eżentati skont l-Artikolu 4 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur, dawk l-akkordji mhux biss jeħtieġ li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni taħt l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali, iżda wkoll ma jrid ikun fihom l-ebda restrizzjoni serja għall-kompetizzjoni, ġeneralment imsejħa restrizzjonijiet fundamentali, kif ġew elenkati fl-Artikolu 5 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur.

15.

Minħabba n-natura ġeneralment speċifika għal marka tas-swieq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni u għad-distribuzzjoni tal-partijiet tal-bdil, kompetizzjoni f’dawk is-swieq hija, fiha nfisha, anqas intensa meta pparagunata ma’ dik fis-suq għall-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur ġodda. Filwaqt li l-affidabilità tjiebet u l-intervalli bejn is-servizzi twalu minħabba t-titjib teknoloġiku, din l-evoluzzjoni ġiet issuperata minn tendenza ’l fuq fil-prezzijiet għal xogħlijiet individwali ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni. Fis-swieq tal-partijiet tal-bdil, il-partijiet li jkollhom fuqhom il-marka tal-manifattur tal-vettura bil-mutur jiffaċċjaw kompetizzjoni minn dawk ipprovduti mill-fornituri tat-tagħmir oriġinali (OES) u minn partijiet oħrajn. Dan iżomm pressjoni fuq il-prezzijiet f’dawk is-swieq, li min-naħa tagħha żżomm pressjoni fuq il-prezzijiet fis-swieq tat-tiswija u tal-manutenzjoni, peress li l-partijiet tal-bdil jifformaw perċentwali kbira tal-kost ta’ tiswija medja. Barra minn hekk, it-tiswija u l-manutenzjoni flimkien jirrapreżentaw proporzjon għoli ħafna tan-nefqa totali tal-konsumatur fuq il-vetturi bil-mutur, li min-naħa tagħha tammonta għal biċċa sinifikanti mill-baġit medju tal-konsumatur.

16.

Sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni partikolari li jinqalgħu fis-swieq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur, l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali hija supplimentata bi tliet restrizzjonijiet fundamentali addizzjonali fl-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur li japplikaw għal akkordji għat-tiswija u għall-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur u għall-provvista tal-partijiet tal-bdil. Iktar gwida dwar dawk ir-restrizzjonijiet fundamentali addizzjonali tingħata fit-Taqsima III ta’ dawn il-Linji Gwida.

III.   L-APPLIKAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI FL-EŻENZJONI TA’ KATEGORIJA GĦALL-VETTURI BIL-MUTUR

17.

L-akkordji ma għandhomx jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta’ kategorija jekk jinkludu restrizzjonijiet fundamentali. Dawn ir-restrizzjonijiet huma elenkati fl-Artikolu 4 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali u fl-Artikolu 5 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur. L-inklużjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni bħal din f’akkordju tagħti lok għas-suppożizzjoni li l-akkordju jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1). Dan jagħti lok ukoll għas-suppożizzjoni li mhuwiex probabbli li l-akkordju se jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(3), u għal din ir-raġuni l-eżenzjoni ta’ kategorija ma tapplikax. Madankollu, din hija suppożizzjoni konfutabbli li tħalli miftuħa l-possibbiltà li l-impriżi jinvokaw difiża ta’ effiċjenza skont l-Artikolu 53(3) f’każ individwali.

18.

Wieħed mill-għanijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-politika tal-kompetizzjoni għas-settur tal-vetturi bil-mutur huwa l-protezzjoni tal-aċċess mill-manifatturi tal-partijiet tal-bdil għas-swieq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur, biex b’hekk ikun żgurat li l-marki kompetituri tal-partijiet tal-bdil ikomplu jkunu disponibbli kemm għas-sewwejja indipendenti u awtorizzati, kif ukoll għall-bejjiegħa bl-ingrossa tal-partijiet. Id-disponibbiltà ta’ partijiet bħal dawn iġġib benefiċċji konsiderevoli għall-konsumaturi, b’mod speċjali għaliex ħafna drabi jkun hemm differenzi kbar fil-prezz bejn partijiet mibjugħa jew mibjugħa mill-ġdid minn manifattur tal-karozzi u partijiet alternattivi. L-alternattivi għall-partijiet li jkollhom fuqhom il-marka kummerċjali tal-manifattur tal-vetturi bil-mutur (partijiet ta’ OEM) jinkludu partijiet oriġinali manifatturi u distribwiti minn fornituri ta’ tagħmir oriġinali (partijiet ta’ OES), filwaqt li partijiet oħra huma ta’ kwalità pariġġ dik tal-komponenti oriġinali huma pprovduti minn manifatturi ta’ partijiet bi “kwalità pariġġ”.

19.

“Partijiet jew tagħmir oriġinali” tfisser partijiet jew tagħmir manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta’ produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura bil-mutur għall-produzzjoni ta’ partijiet jew ta’ tagħmir għall-assemblaġġ tal-vettura bil-mutur inkwistjoni. Dan jinkludi partijiet jew tagħmir manifatturati fl-istess linja ta’ produzzjoni bħal dawk il-partijiet jew dak it-tagħmir. Huwa preżunt, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, li partijiet ikunu partijiet oriġinali jekk il-manifattur tal-partijiet jiċċertifika li l-partijiet huma ta’ kwalità pariġġ dik tal-komponenti użati fl-assemblaġġ tal-vettura bil-mutur inkwistjoni u ġew manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta’ produzzjoni tal-vettura bil-mutur (ara l-Artikolu 3(26) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (14)).

20.

Sabiex jiġu kkunsidrati bħala ta’ “kwalità pariġġ”, il-partijiet iridu jkunu ta’ kwalità suffiċjentement għolja li l-użu tagħhom ma jipperikolax ir-reputazzjoni tan-netwerk awtorizzat inkwistjoni. Bħal kull standard ta’ għażla ieħor, il-manifattur tal-vettura bil-mutur jista’ jressaq evidenza li parti tal-bdil partikolari ma tissodisfax dan ir-rekwiżit.

21.

L-Artikolu 4(e) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali jiddeskriviha bħala restrizzjoni fundamentali għal akkordju bejn fornitur ta’ komponenti u xerrej li jinkorpora dawk il-komponenti, sabiex tkun ipprevenuta jew ristretta l-kapaċità tal-fornitur li jbigħ il-komponenti tiegħu lil utenti finali, lil sewwejja indipendenti jew lil fornituri ta’ servizzi oħrajn li ma ġewx fdati mix-xerrej bit-tiswija jew bil-manutenzjoni tal-oġġetti tiegħu. L-Artikolu 5(a), (b) u (c) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur jistabbilixxi tliet restrizzjonijiet fundamentali addizzjonali relatati ma’ akkordji għall-provvista ta’ partijiet tal-bdil.

22.

L-Artikolu 5(a) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur jikkonċerna r-restrizzjoni tal-bejgħ tal-partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur minn membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva lil sewwejja indipendenti. Din id-dispożizzjoni hija rilevanti l-aktar għal kategorija partikolari ta’ partijiet, kultant imsejħa captive parts, li jistgħu jinkisbu biss mingħand il-manifattur tal-vetturi bil-mutur jew mingħand membri tan-netwerks awtorizzati tiegħu. Jekk fornitur u distributur jiftiehmu li partijiet bħal dawn ma jistgħux jiġu pprovduti lil sewwejja indipendenti, huwa probabbli li dan il-ftehim jeskludi lil sewwejja bħal dawn mis-suq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni u jmur kontra l-Artikolu 53.

23.

L-Artikolu 5(b) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur jikkonċerna kull restrizzjoni diretta jew indiretta miftiehma bejn fornitur ta’ partijiet tal-bdil, ta’ għodod għat-tiswija jew ta’ tagħmir dijanjostiku jew ta’ xort’oħra u manifattur ta’ vetturi bil-mutur, li tillimita l-kapaċità tal-fornitur li jbigħ dawn l-oġġetti lil distributuri u lil sewwejja awtorizzati u/jew indipendenti. L-hekk imsejħa “arranġamenti dwar l-għodod” bejn fornituri ta’ komponenti u manifatturi ta’ vetturi bil-mutur huma eżempju wieħed ta’ restrizzjonijiet indiretti possibbli ta’ dan it-tip. Għandha ssir referenza f’dan ir-rigward għall-Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar il-valutazzjoni tagħha ta’ ċerti ftehimiet ta’ sottokuntratti b’relazzjoni għall-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (15). Normalment, l-Artikolu 53(1) ma japplikax għal arranġament fejn manifattur tal-vetturi bil-mutur jipprovdi għodda lil manifattur tal-komponenti li hija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ ċerti komponenti, jieħu sehem fil-kostijiet tal-iżvilupp tal-prodott, jew jikkontribwixxi d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (16) meħtieġa jew kompetenzi meħtieġa, u ma jippermettix li din il-kontribuzzjoni tintuża għall-produzzjoni ta’ partijiet li għandhom jinbigħu direttament fis-suq ta’ wara l-bejgħ. Min-naħa l-oħra, jekk manifattur tal-vetturi bil-mutur jobbliga lil fornitur tal-komponenti jittrasferixxi s-sjieda tiegħu ta’ tali għodda, drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew kompetenzi, isostni biss parti insinifikanti mill-kostijiet tal-iżvilupp tal-prodott, jew ma jikkontribwixxi l-ebda għodda, l-ebda dritt ta’ proprjetà intellettwali jew l-ebda kompetenzi meħtieġa, il-ftehim inkwistjoni ma għandux jiġi kkunsidrat bħala arranġament ta’ sottokuntratti ġenwin. Għalhekk, il-ftehim jista’ jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) u jiġi eżaminat skont id-dispożizzjonijiet tal-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija.

24.

L-Artikolu 5(c) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur huwa relatat mar-restrizzjoni miftehma bejn manifattur ta’ vetturi bil-mutur li juża komponenti għall-assemblaġġ inizjali tal-vetturi bil-mutur u l-fornitur ta’ komponenti bħal dawn li tillimita l-kapaċità tal-fornitur li jqiegħed il-marka kummerċjali jew il-logo tiegħu b’mod effettiv u li jkun faċilment viżibbli fuq il-komponenti pprovduti jew fuq il-partijiet tal-bdil. Sabiex tittejjeb l-għażla għall-konsumatur, is-sewwejja u l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw liema partijiet tal-bdil minn fornituri alternattivi jaqblu ma’ vettura bil-mutur partikolari, minbarra dawk li jkollhom fuqhom il-marka tal-manifattur tal-karozza. It-tqegħid tal-marka kummerċjali jew tal-logo fuq il-komponenti u fuq il-partijiet tal-bdil jiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ partijiet sostituti kompatibbli li jistgħu jinkisbu mingħand l-OES. Meta ma jippermettux dan, il-manifatturi tal-vetturi bil-mutur jistgħu jirrestrinġu l-kummerċjalizzazzjoni tal-partijiet ta’ OES u jillimitaw l-għażla tal-konsumaturi b’mod li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53.

IV.   IL-VALUTAZZJONI TA’ RESTRIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

25.

Il-partijiet għal akkordji vertikali fis-settur tal-vetturi bil-mutur għandhom jużaw dawn il-Linji Gwida bħala suppliment għal u flimkien mal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali sabiex jivvalutaw il-kompatibbiltà ta’ restrizzjonijiet speċifiċi mal-Artikolu 53. Din it-taqsima tagħti gwida partikolari dwar il-marka unika u d-distribuzzjoni selettiva, li huma żewġ oqsma li jista’ jkollhom rilevanza partikolari għall-valutazzjoni tal-kategorija ta’ akkordji msemmija fit-Taqsima II ta’ dawn il-Linji Gwida.

1.   L-obbligi ta’ marka unika

(i)   Il-valutazzjoni tal-obbligi ta’ marka unika taħt l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija

26.

Skont Artikolu 3 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur moqri flimkien mal-Artikolu 5(1)(a) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali, fornitur u distributur ta’ vetturi bil-mutur li jkollom sehem mis-suq rilevanti li ma jaqbiżx it-30 % jistgħu jiftiehmu fuq obbligu ta’ marka unika li jobbliga lid-distributur jixtri l-vetturi bil-mutur biss mingħand il-fornitur jew mingħand ditti oħrajn magħżula mill-fornitur, sakemm it-tul ta’ żmien ta’ obbligi li wieħed ma jikkompetix bħal dawn ikun limitat għal ħames snin jew inqas. L-istess prinċipji japplikaw għal akkordji bejn fornituri u s-sewwejja u/jew id-distributuri tal-partijiet tal-bdil awtorizzati tagħhom. Tiġdid lil hinn minn ħames snin jeżiġi kunsens espliċitu taż-żewġ partijiet, u ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jimpedixxi lid-distributur milli jtemm l-obbligu li wieħed ma jikkompetix fi tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Obbligi li wieħed ma jikkompetix mhumiex koperti mill-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija meta t-tul ta’ żmien tagħhom ikun indefinit jew jaqbeż il-ħames snin, għalkemm f’dawk iċ-ċirkostanzi l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija għandhom ikomplu japplikaw għall-parti li jkun fadal tal-akkordju vertikali. L-istess japplika għall-obbligi li wieħed ma jikkompetix li jistgħu jiġġeddu b’mod taċitu lil hinn minn perjodu ta’ ħames snin. Ostakli, theddid ta’ terminazzjoni, jew intimazzjonijiet li marka unika se tkun imposta mill-ġdid qabel ma jkun għadda perjodu suffiċjenti sabiex jew id-distributur jew il-fornitur il-ġdid ikun jista’ jamortizza l-investimenti mitlufa tiegħu jammontaw għal tiġdid taċitu tal-obbligu ta’ marka unika inkwistjoni.

27.

Skont l-Artikolu 5(1)(c) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali, kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ma jbigħux il-prodotti tal-marka ta’ fornituri kompetituri partikolari, mhumiex koperti mill-eżenzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-mod li bih jiġu applikati l-obbligi ta’ marka unika fir-rigward tad-distributuri eżistenti ta’ iktar minn marka waħda, sabiex jiġi żgurat li l-obbligi inkwistjoni ma jifformawx parti minn strateġija ġenerali li għandha l-għan li telimina l-kompetizzjoni minn fornitur speċifiku wieħed jew iktar, u b’mod partikolari minn nies il-ġodda jew minn kompetituri iktar dgħajfa. Dan it-tip ta’ tħassib jista’ jirriżulta b’mod partikolari jekk il-livelli limitu tal-ishma mis-suq indikati fil-paragrafu 34 ta’ dawn il-Linji Gwida jinqabżu u jekk il-fornitur li japplika dan it-tip ta’ restrizzjoni jkollu pożizzjoni fis-suq rilevanti li tippermettilu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-effett globali ta’ esklużjoni (17).

28.

L-obbligi li wieħed ma jikkompetix f’akkordji vertikali ma jikkostitwixxux restrizzjonijiet fundamentali, iżda, skont iċ-ċirkostanzi tas-suq, jista’ madankollu jkollhom effetti negattivi li jistgħu jwasslu biex l-akkordji jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) (18). Effett li jagħmel il-ħsara bħal dan jista’ jirriżulta jekk jittellgħu ostakli għad-dħul jew għall-espansjoni li jeskludu lil fornituri kompetituri u jagħmlu ħsara lill-konsumaturi b’mod partikolari billi jżidu l-prezzijiet jew jillimitaw l-għażla tal-prodotti, ibaxxu l-kwalità tagħhom jew inaqqsu l-livell ta’ innovazzjoni tal-prodotti.

29.

Madankollu, l-obbligi li wieħed ma jikkompetix jista’ jkollhom ukoll effetti pożittivi li jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3). B’mod partikolari, huma jistgħu jgħinu sabiex tingħeleb problema ta’ opportuniżmu (“free-rider”), fejn fornitur jibbenefika minn investimenti li saru minn fornitur ieħor. Fornitur jista’, pereżempju, jinvesti fil-bini ta’ distributur, iżda meta jagħmel dan ikun qed jattira klijenti għal marka kompetitriċi li tinbigħ ukoll mill-istess bini. L-istess japplika għal tipi oħrajn ta’ investimenti li jsiru mill-fornitur li jistgħu jintużaw mid-distributuri biex ibigħ vetturi bil-mutur ta’ manifatturi kompetituri, bħal investimenti fit-taħriġ.

30.

Effett pożittiv ieħor tal-obbligi li wieħed ma jikkompetix fis-settur tal-vetturi bil-mutur huwa relatat mat-titjib tal-immaġni tal-marka u mar-reputazzjoni tan-netwerk ta’ distribuzzjoni. Restrizzjonijiet bħal dawn jistgħu jgħinu biex tinħoloq u tinżamm immaġni ta’ marka billi fuq id-distributuri jkun impost ċertu grad ta’ uniformità u ta’ standardizzazzjoni tal-kwalità, ħalli b’hekk tiżdied l-attrattività ta’ dik il-marka għall-konsumatur finali u jiżdied il-bejgħ tagħha.

31.

L-Artikolu 1(d) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali jiddefinixxi obbligu li wieħed ma jikkompetix bħala:

“(a)

kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex ix-xerrej ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbiegħx jew ma jbiegħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew

(b)

kull obbligu dirett jew indirett fuq ix-xerrej li jixtri mill-fornitur, jew minn impriża oħra nominata mill-fornitur, aktar minn 80 % mix-xiri totali tax-xerrej tal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u oġġetti jew servizzi li jissostitwuhom fis-suq relevanti.”

32.

Minbarra l-mezzi diretti biex id-distributur ikun marbut mal-marka(i) tiegħu stess, fornitur jista’ wkoll jirrikorri għal mezzi indiretti li jkollhom l-istess effett. Fis-settur tal-vetturi bil-mutur, mezzi indiretti bħal dawn jistgħu jinkludu standards kwalitattivi mfassla speċifikament biex jiskoraġġixxu lid-distributuri milli jbigħu prodotti ta’ marki kompetituri (19), bonusijiet li jingħataw bil-kundizzjoni li d-distributur jaqbel li jbigħ esklużivament marka waħda, ribassi ta’ mira jew ċerti rekwiżiti oħrajn bħar-rekwiżit li tiġi stabbilita entità legali separata għall-marka kompetitriċi jew l-obbligu li l-marka kompetitriċi addizzjonali tintwera f’showroom separata f’post ġeografiku fejn ma jkunx ekonomikament vijabbli li jiġi sodisfatt rekwiżit bħal dan (pereżempju, żoni b’popolazzjoni baxxa).

33.

L-eżenzjoni ta’ kategorija pprovduta fl-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali tkopri l-forom kollha ta’ obbligi li wieħed ma jikkompetix diretti jew indiretti sakemm l-ishma mis-suq kemm tal-fornitur kif ukoll tad-distributur tiegħu ma jaqbżux it-30 % u t-tul ta’ żmien tal-obbligu li wieħed ma jikkompetix ma jaqbiżx il-ħames snin. Madankollu, anki f’każijiet fejn l-akkordji individwali jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet, l-użu ta’ obbligi li wieħed ma jikkompetix jista’ jirriżulta f’effetti antikompetittivi li ma jiġux issuperati mill-effetti pożittivi tagħhom. Fl-industrija tal-vetturi bil-mutur, effetti antikompetittivi netti bħal dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu r-riżultat ta’ effetti kumulattivi li jwasslu għall-esklużjoni ta’ marki kompetituri.

34.

Għad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut, esklużjoni ta’ dan it-tip mhuwiex probabbli li sseħħ fi swieq fejn il-fornituri kollha għandhom ishma mis-suq ta’ taħt it-30 % u fejn il-perċentwali totali tal-bejgħ kollu tal-vetturi bil-mutur li huwa soġġett għall-obbligi ta’ marka unika fis-suq inkwistjoni (jiġifieri, is-sehem mis-suq marbut totali) hija taħt l-40 % (20). F’sitwazzjoni fejn hemm fornitur wieħed mhux dominanti b’sehem mis-suq ta’ iktar minn 30 % tas-suq rilevanti filwaqt li l-ishma mis-suq tal-fornituri l-oħra kollha huma taħt it-30 %, l-effetti antikompetittivi kumulattivi mhumiex probabbli sakemm is-sehem mis-suq marbut totali ma jaqbiżx it-30 %.

35.

Jekk l-aċċess għas-suq rilevanti għall-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur ġodda u l-kompetizzjoni fi ħdanu huma ristretti b’mod sinifikanti mill-effett kumulattiv ta’ netwerks paralleli ta’ akkordji vertikali simili li jinkludu obbligi ta’ marka unika, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’, fejn hija tkun l-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti skont l-Artikolu 56 ŻEE, tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija skont l-Artikolu 29 tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u dwar il-Qorti. Deċiżjoni ta’ rtirar tista’ tiġi indirizzata, b’mod partikolari, lil dawk il-fornituri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-effett ta’ esklużjoni kumulattiv fis-suq rilevanti. Fejn dak l-effett iseħħ f’suq nazzjonali, l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni ta’ dak l-Istat tal-EFTA wkoll jistgħu jirtiraw il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija fir-rigward ta’ dak it-territorju.

36.

Barra minn hekk, jekk netwerks paralleli ta’ akkordji li jinkludu restrizzjonijiet vertikali simili jkopru iktar minn 50 % ta’ suq partikolari, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, b’rakkomandazzjoni, tista’ tiddikjara l-eżenzjoni ta’ kategorija bħala mhux applikabbli għas-suq inkwistjoni fir-rigward ta’ restrizzjonijiet bħal dawn (21). B’mod partikolari, tista’ tinħoloq sitwazzjoni bħal din jekk effetti kumulattivi li jirriżultaw minn użu mifrux ta’ obbligi ta’ marka unika jwasslu għal ħsara lill-konsumatur f’dak is-suq.

37.

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-obbligi ta’ xiri minimu kkalkulati fuq il-bażi tar-rekwiżiti totali annwali tad-distributur, jista’ jkun iġġustifikat li jiġi rtirat il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija jekk jirriżultaw effetti antikompetittivi kumulattivi anki jekk il-fornitur jimponi obbligu ta’ xiri minimu li huwa taħt il-limitu ta’ 80 % stabbilit fl-Artikolu 1(d) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali. Il-partijiet jeħtieġ li jikkunsidraw jekk, fid-dawl taċ-ċirkostanzi fattwali rilevanti, obbligu fuq id-distributur li jiżgura li perċentwali partikolari tax-xiri totali tal-vetturi bil-mutur tiegħu jkollhom fuqhom il-marka tal-fornitur huwiex se jipprevjeni lid-distributur milli jieħu f’idejh marka kompetitriċi addizzjonali waħda jew iktar. Minn dik il-perspettiva, anki rekwiżit ta’ xiri minimu li ġie ffissat fuq livell iktar baxx minn 80 % tax-xiri totali annwali jammonta għal obbligu ta’ marka unika jekk jobbliga lil distributur, li jixtieq jieħu f’idejh marka ġdida li jagħżel huwa minn manifattur kompetitur, jixtri numru ta’ vetturi bil-mutur tal-marka li attwalment qed ibigħ tant li n-negozju tad-distributur isir ekonomikament insostenibbli (22). Obbligu ta’ xiri minimu bħal dan jammonta wkoll għal obbligu ta’ marka unika jekk iġiegħel lil fornitur kompetitur jaqsam il-volum ta’ bejgħ previst tiegħu f’territorju partikolari fuq diversi distributuri, li jwassal għal duplikazzjoni ta’ investimenti u għal preżenza frammentata ta’ bejgħ.

(ii)   Il-valutazzjoni tal-obbligi ta’ marka unika mhux koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija.

38.

Il-partijiet jistgħu wkoll jintalbu jivvalutaw il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-obbligi ta’ marka unika fir-rigward tal-akkordji li ma jikkwalifikawx għal eżenzjoni ta’ kategorija minħabba li l-ishma tas-suq tal-partijiet jaqbżu t-30 % jew minħabba li t-tul ta’ żmien tal-akkordju jaqbeż il-ħames snin. Akkordji bħal dawn għalhekk għandhom jiġu soġġetti għal skrutinju individwali sabiex ikun aċċertat jekk jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) u jekk iva, jekk jistgħux jiġu evidenzjati effiċjenzi ta’ tpaċija ta' kull effett antikompetittiv possibbli. Jekk dak huwa l-każ, hemm il-possibbiltà li huma jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 53(3). Għall-valutazzjoni f’każ individwali għandhom japplikaw il-prinċipji ġenerali stabbiliti fit-Taqsima VI.2.1 tal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali.

39.

B’mod partikolari, akkordji li jsiru bejn manifattur tal-vetturi bil-mutur jew l-importatur tiegħu, fuq in-naħa l-waħda, u distributuri tal-partijiet tal-bdil u/jew sewwejja awtorizzati, fuq in-naħa l-oħra, ma għandhomx ikunu koperti mill-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija meta l-ishma mis-suq miżmuma mill-partijiet jaqbżu l-livell limitu ta’ 30 %, li probabbilment se jkun il-każ għall-parti l-kbira ta’ akkordji bħal dawn. L-obbligi ta’ marka unika li jeħtieġ li jiġu vvalutati f’ċirkostanzi bħal dawn jinkludu t-tipi kollha ta’ restrizzjoni li jillimitaw direttament jew indirettament il-kapaċità tad-distributuri jew tas-sewwejja awtorizzati sabiex jiksbu partijiet tal-bdil oriġinali jew ta’ kwalità pariġġ mingħand partijiet terzi. Madankollu, obbligu fuq sewwej awtorizzat sabiex juża partijiet tal-bdil oriġinali pprovduti mill-manifattur tal-vettura bil-mutur għal tiswijiet imwettqa taħt garanzija, għal manutenzjoni mingħajr ħlas u għal xogħol ta’ sejħa lura fuq vettura bil-mutur ma jiġux ikkunsidrati bħala obbligu ta’ marka unika, iżda pjuttost bħala rekwiżit oġġettivament iġġustifikat.

40.

L-obbligi ta’ marka unika fl-akkordji għad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda jeħtieġ ukoll li jiġu vvalutati individwalment fejn it-tul ta’ żmien tagħhom jaqbeż il-ħames snin jew/u fejn is-sehem mis-suq tal-fornitur jaqbeż it-30 %, li jista’ jkun il-każ għal ċerti fornituri f’uħud mill-Istati taż-ŻEE. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-partijiet għandhom jikkunsidraw mhux biss is-sehem mis-suq tal-fornitur u tax-xerrej, iżda wkoll is-sehem mis-suq marbut totali filwaqt li jikkunsidraw il-livelli limitu indikati fil-paragrafu 34. ’Il fuq minn dawk il-livelli limitu, il-każijiet individwali għandhom jiġu vvalutati skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fit-Taqsima VI.2.1 tal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali.

41.

Barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija, il-valutazzjoni tal-obbligi ta’ xiri minimu kkalkulati fuq il-bażi tar-rekwiżiti totali annwali tad-distributur għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi fattwali rilevanti kollha. B’mod partikolari, rekwiżit ta’ xiri minimu ffissat fuq livell iktar baxx minn 80 % tax-xiri totali annwali jammonta għal obbligu ta’ marka unika jekk ikollu l-effett li ma jipprevjeni lid-distributuri milli jinnegozjaw f’marka kompetitriċi waħda jew iktar.

2.   Id-distribuzzjoni selettiva

42.

Id-distribuzzjoni selettiva bħalissa hija l-forma predominanti ta’ distribuzzjoni fis-settur tal-vetturi bil-mutur. L-użu tagħha huwa mifrux fid-distribuzzjoni tal-vetturi bil-mutur, kif ukoll għat-tiswija u għall-manutenzjoni u għad-distribuzzjoni tal-partijiet tal-bdil.

43.

F’distribuzzjoni selettiva purament kwalitattiva, id-distributuri u s-sewwejja jintgħażlu biss fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi mitluba min-natura tal-prodott jew tas-servizz, bħall-ħiliet tekniċi tal-persunal tal-bejgħ, it-tqassim tal-faċilitajiet tal-bejgħ, it-tekniki tal-bejgħ u t-tip ta’ servizz ta’ bejgħ li għandu jiġi pprovdut mid-distributur (23). L-applikazzjoni ta’ kriterji bħal dawn ma tqiegħedx limitu dirett fuq in-numru ta’ distributuri jew ta’ sewwejja ammessi għan-netwerk tal-fornitur. Id-distribuzzjoni selettiva purament kwalitattiva ġeneralment tiġi kkunsidrata bħala li ma taqax taħt l-Artikolu 53(1) minħabba nuqqas ta’ effetti antikompetittivi, sakemm jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet. L-ewwel, in-natura tal-prodott inkwistjoni jrid jeħtieġ l-użu tad-distribuzzjoni selettiva, fis-sens li sistema bħal din trid tikkostitwixxi rekwiżit leġittimu, fir-rigward tan-natura tal-prodott ikkonċernat, sabiex tkun ippreservata l-kwalità tiegħu u jiġi żgurat l-użu xieraq tiegħu. It-tieni, id-distributuri jew is-sewwejja jridu jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi ta’ natura kwalitattiva li huma stabbiliti b’mod uniformi għall-bejjiegħa mill-ġdid kollha potenzjali u ma jiġux applikati b’mod diskriminatorju. It-tielet, il-kriterji stabbiliti ma jridux imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.

44.

Billi d-distribuzzjoni selettiva kwalitattiva tinvolvi s-selezzjoni ta’ distributuri jew ta’ sewwejja biss fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi mitluba min-natura tal-prodott jew tas-servizz, is-selezzjoni kwantitattiva żżid iktar kriterji għall-għażla li jillimitaw b’mod iktar dirett in-numru potenzjali ta’ distributuri jew ta’ sewwejja jew billi jiffissaw direttament in-numru tagħhom, jew pereżempju, billi jeżiġu livell minimu ta’ bejgħ. In-netwerks ibbażati fuq kriterji kwantitattivi ġeneralment jitqiesu bħala li huma iktar restrittivi minn dawk li jiddependu fuq selezzjoni kwalitattiva biss, u għalhekk huwa iktar probabbli li jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1).

45.

Jekk l-akkordji dwar id-distribuzzjoni selettiva jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1), il-partijiet jeħtieġ li jivvalutaw jekk l-akkordji tagħhom jistgħux jibbenefikaw mill-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija, jew individwalment, mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 53(3).

(i)   Il-valutazzjoni tad-distribuzzjoni selettiva taħt l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija

46.

L-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija jeżentaw l-akkordji dwar id-distribuzzjoni selettiva, irrispettivament minn jekk jintużawx kriterji ta’ selezzjoni kwantitattivi jew purament kwalitattivi, sakemm l-ishma mis-suq tal-partijiet ma jaqbżux it-30 %. Madankollu, dik l-eżenzjoni hija soġġetta għall-kundizzjoni li l-akkordji ma jinkludu l-ebda waħda mir-restrizzjonijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali u fl-Artikolu 5 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur, jew l-ebda waħda mir-restrizzjonijiet esklużi deskritti fl-Artikolu 5 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali.

47.

Tlieta mir-restrizzjonijiet fundamentali fl-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali huma relatati speċifikament mad-distribuzzjoni selettiva. L-Artikolu 4(b) jiddeskrivi bħala fundamentali r-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-klijenti li lilhom xerrej li jkun parti għall-akkordju jkun jista’ jbigħ l-oġġetti jew is-servizzi tal-kuntratt, ħlief ir-restrizzjoni tal-bejgħ mill-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva lil distributuri mhux awtorizzati fi swieq fejn qed tiġi operata sistema bħal din. L-Artikolu 4(c) jiddeskrivi bħala fundamentali l-akkordji li jirrestrinġu l-bejgħ attiv jew passiv lil utenti finali minn membri ta’ sistema tad-distribuzzjoni selettiva li topera fuq il-livell tal-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut, bla ħsara għall-possibbiltà li membru tas-sistema jkun ipprojbit milli jopera minn post ta’ stabbiliment mhux awtorizzat, filwaqt li l-Artikolu 4(d) huwa relatat mar-restrizzjoni ta’ provvisti trasversali (cross-supplies) bejn distributuri f'sistema ta’ distribuzzjoni selettiva, inkluż bejn distributuri li joperaw fuq livelli differenti ta’ kummerċ. Dawk it-tliet restrizzjonijiet fundamentali għandhom rilevanza speċjali għad-distribuzzjoni tal-vetturi bil-mutur.

48.

Is-suq intern ippermetta li l-konsumaturi jixtru vetturi bil-mutur fi Stati taż-ŻEE oħrajn u jieħdu vantaġġ mid-differenzjali tal-prezzijiet bejniethom, u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra l-protezzjoni tal-kummerċ parallel f’dan is-settur bħala għan importanti tal-kompetizzjoni. Il-kapaċità tal-konsumatur li jixtri oġġetti fi Stati taż-ŻEE oħrajn hija speċjalment importanti sa fejn għandhom x’jaqsmu l-vetturi bil-mutur, meta jiġu kkunsidrati l-valur għoli tal-oġġetti u l-benefiċċji diretti fil-forma ta’ prezzijiet iktar baxxi li jmisshom il-konsumaturi li jixtru vetturi bil-mutur minn post ieħor fiż-ŻEE. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għalhekk hija mħassba li l-akkordji ta’ distribuzzjoni ma għandhomx jirrestrinġu l-kummerċ parallel, minħabba dan li ma jistax ikun mistenni li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(3) (24).

49.

Il-Kummissjoni ressqet diversi każijiet kontra manifatturi tal-vetturi bil-mutur talli ostakolaw kummerċ bħal dan, u d-deċiżjonijiet tagħha kienu fil-maġġoranza kkonfermati mill-Qrati Ewropej (25). Din l-esperjenza turi li r-restrizzjonijiet fuq kummerċ parallel jistgħu jieħdu numru ta’ forom. Fornitur jista’, pereżempju, jagħmel pressjoni fuq id-distributuri, jheddidhom bit-terminazzjoni tal-kuntratt, jonqos milli jħallas il-bonusijiet, jirrifjuta li jonora l-garanziji fuq vetturi bil-mutur importati minn konsumatur jew ipprovduti b’mod trasversali (cross-supplied) bejn distributuri stabbiliti fi Stati taż-ŻEE differenti, jew iħalli lil distributur jistenna ħafna iżjed għall-konsenja ta’ vettura bil-mutur identika meta l-konsumatur inkwistjoni jkun residenti fi Stat taż-ŻEE ieħor.

50.

Eżempju wieħed partikolari ta’ restrizzjonijiet indiretti fuq il-kummerċ parallel jirriżulta meta distributur ma jkunx jista’ jikseb vetturi bil-mutur ġodda bl-ispeċifikazzjonijiet xierqa meħtieġa għal bejgħ transkonfinali. F’dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi, il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija jista’ jiddependi fuq jekk fornitur jipprovdix lid-distributuri tiegħu b’vetturi bil-mutur bi speċifikazzjonijiet identiċi għal dawk mibjugħin fi Stati taż-ŻEE oħrajn biex jinbigħu lill-konsumaturi minn dawk il-pajjiżi (l-hekk imsejħa “klawżola ta’ disponibbiltà”) (26).

51.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija, u b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(c) tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali, il-kunċett ta’ “utenti finali” jinkludi lill-kumpaniji tal-kiri. Dan ifisser, b’mod partikolari, li d-distributuri f’sistemi ta’ distribuzzjoni selettiva ma jistgħux jitwaqqfu milli jbigħu vetturi bil-mutur ġodda lill-kumpaniji tal-kiri tal-għażla tagħhom. Madankollu, fornitur li juża d-distribuzzjoni selettiva jista’ jipprevjeni lid-distributuri tiegħu milli jbigħu vetturi bil-mutur ġodda lil kumpaniji tal-kiri meta hemm riskju verifikabbli li dawk il-kumpaniji se jbigħhom mill-ġdid waqt li jkunu għadhom ġodda. Għalhekk, fornitur jista’ jeżiġi li negozjant jikkontrolla, qabel ma jbigħ lil kumpanija partikolari, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kiri applikati sabiex jivverifika li l-kumpanija inkwistjoni hija tabilħaqq kumpanija tal-kiri iktar milli bejjiegħ mill-ġdid mhux awtorizzat. Madankollu, obbligu fuq negozjant li jipprovdi lill-fornitur tiegħu b’kopji ta’ kull ftehim ta’ kiri qabel man-negozjant ibigħ vettura bil-mutur lil kumpanija tal-kiri jista’ jammonta għal restrizzjoni indiretta fuq il-bejgħ.

52.

Il-kunċett ta’ “utenti finali” jinkorpora wkoll lill-konsumaturi li jixtru permezz ta’ intermedjarju. “Intermedjarju” huwa persuna jew impriża li tixtri vettura bil-mutur ġdida f’isem konsumatur identifikat mingħajr ma tkun membru tan-netwerk ta’ distribuzzjoni. Dawk l-operaturi għandhom rwol importanti fis-settur tal-vetturi bil-mutur, b’mod partikolari billi jiffaċilitaw ix-xiri tal-vetturi bil-mutur tal-konsumaturi fi Stati taż-ŻEE oħrajn. L-evidenza ta’ status ta’ intermedjarju ġeneralment għandha tkun stabbilita b’mandat validu li jinkludi l-isem u l-indirizz tal-konsumatur miksuba qabel it-tranżazzjoni. L-użu tal-Internet bħala mezz sabiex jiġu attratti l-klijenti b’relazzjoni għal firxa partikolari ta’ vetturi bil-mutur u biex jinġabru mandati elettroniċi mingħandhom ma jaffettwawx l-istatus ta’ intermedjarju. Għandha ssir distinzjoni bejn l-intermedjarji u l-bejjiegħa mill-ġdid indipendenti, li jixtru vetturi bil-mutur biex ibigħuhom mill-ġdid u ma joperawx f’isem konsumaturi identifikati. Il-bejjiegħa mill-ġdid indipendenti ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala utenti finali għall-finijiet tal-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija.

(ii)   Il-valutazzjoni tad-distribuzzjoni selettiva barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija

53.

Kif inhu spjegat fil-paragrafu 175 tal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali, ir-riskji possibbli għall-kompetizzjoni li ġġib id-distribuzzjoni selettiva huma tnaqqis fil-kompetizzjoni fi ħdan il-marka u, b’mod speċjali fil-każ ta’ effett kumulattiv, esklużjoni ta’ ċertu(i) tip(i) ta’ distributuri u faċilitazzjoni ta’ kollużjoni bejn il-fornituri jew ix-xerrejja.

54.

Sabiex jiġu vvalutati l-effetti antikompetittivi possibbli tad-distribuzzjoni selettiva skont l-Artikolu 53(1), jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn distribuzzjoni selettiva purament kwalitattiva u distribuzzjoni selettiva kwantitattiva. Kif ġie osservat fil-paragrafu 43, id-distribuzzjoni selettiva kwalitattiva normalment ma taqax taħt l-Artikolu 53(1).

55.

Il-fatt li netwerk ta’ akkordji ma jibbenefikax mill-eżenzjoni ta’ kategorija minħabba li s-sehem mis-suq ta’ parti waħda jew iktar huwa ogħla mil-livell limitu għall-eżenzjoni ta’ 30 % ma jimplikax li akkordji bħal dawn huma illegali. Minflok, il-partijiet għal akkordji bħal dawn jeħtieġ li jagħmlu analiżi individwali tagħhom biex jikkontrollaw jekk jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) u, jekk iva, jekk dawn xorta jistgħux jibbenefikaw mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 53(3).

56.

Fir-rigward tal-ispeċifiċitajiet tad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda, id-distribuzzjoni selettiva kwantitattiva ġeneralment għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(3) jekk l-ishma mis-suq tal-partijiet ma jaqbżux l-40 %. Madankollu, il-partijiet għal akkordji bħal dawn għandhom iżommu quddiem għajnejhom li l-preżenza ta’ standards ta’ għażla partikolari jista’ jkollhom effett fuq jekk l-akkordji tagħhom jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(3). Pereżempju, għalkemm l-użu ta’ klawżoli tal-lokalità f’akkordji dwar id-distribuzzjoni selettiva għal vetturi bil-mutur ġodda, jiġifieri akkordji li jinkludu projbizzjoni li membru ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva jopera minn post ta’ stabbiliment mhux awtorizzat, normalment għandu jġib benefiċċji ta’ effiċjenza fil-forma ta’ loġistika iktar effiċjenti u kopertura prevedibbli tan-netwerk, dawk il-benefiċċji jistgħu jiġu ssuperati mill-iżvantaġġi jekk is-sehem mis-suq tal-fornitur ikun għoli ħafna, u f’dawk iċ-ċirkostanzi hemm il-possibbiltà li klawżoli bħal dawn ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 53(3).

57.

Il-valutazzjoni individwali tad-distribuzzjoni selettiva għas-sewwejja awtorizzati tqajjem ukoll kwistjonijiet speċifiċi. Sakemm jeżisti suq (27) għal servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni li jkun separat minn dak għall-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur ġodda, dan jiġi kkunsidrat bħala speċifiku għall-marka. F’dak is-suq, is-sors prinċipali ta’ kompetizzjoni huwa r-riżultat tal-interazzjoni kompetittiva bejn is-sewwejja indipendenti u s-sewwejja awtorizzati tal-marka inkwistjoni.

58.

Is-sewwejja indipendenti, b’mod partikolari, jipprovdu pressjoni kompetittiva vitali, peress li l-mudelli tan-negozju tagħhom u l-ispejjeż operattivi relatati tagħhom huma differenti minn dawk fin-netwerks awtorizzati. Barra minn hekk, b’differenza għas-sewwejja awtorizzati li fil-parti l-kbira jużaw partijiet bil-marka tal-manifattur tal-karozza, garaxxijiet indipendenti ġeneralment jagħmlu użu ikbar minn marki oħra, biex b’hekk sid ta’ vettura bil-mutur ikun jista’ jagħżel bejn partijiet kompetituri. Barra minn hekk, meta jiġi kkunsidrat li maġġoranza kbira ta’ tiswijiet għal vetturi bil-mutur iktar ġodda attwalment qed isiru fi ħwienet ta’ tiswija awtorizzati, huwa importanti li l-kompetizzjoni bejn is-sewwejja awtorizzati tibqa’ effettiva, li jista’ jkun il-każ biss jekk l-aċċess għan-netwerks jibqa’ miftuħ għal parteċipanti ġodda.

59.

Il-qafas legali l-ġdid jagħmilha iktar faċli għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u għall-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni sabiex jipproteġu l-kompetizzjoni bejn garaxxijiet indipendenti u sewwejja awtorizzati, kif ukoll bejn il-membri ta’ kull netwerk ta’ sewwejja awtorizzati. B’mod partikolari, it-tnaqqis fil-livell limitu tal-ishma mis-suq għall-eżenzjoni tas-distribuzzjoni selettiva kwalitattiva minn 100 % għal 30 % twessa’ l-ambitu biex l-awtoritajiet ta’ kompetizzjoni jieħdu azzjoni.

60.

Meta jivvalutaw l-impatt kompetittiv tal-akkordji vertikali fuq is-swieq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur, għalhekk il-partijiet għandhom ikunu konxji mid-determinazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li tippreserva l-kompetizzjoni kemm bejn il-membri tan-netwerks tat-tiswija awtorizzata kif ukoll bejn dawk il-membri u s-sewwejja indipendenti. Għal dan il-għan, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil tliet tipi speċifiċi ta’ komportament li jistgħu jirrestrinġu kompetizzjoni bħal din, jiġifieri billi jkun ipprevenut l-aċċess tas-sewwejja indipendenti għal informazzjoni teknika, billi jintużaw ħażin il-garanziji legali u/jew estiżi sabiex jiġu esklużi s-sewwejja indipendenti, jew billi l-aċċess għan-netwerks tas-sewwejja awtorizzati jkun soġġett għal kriterji mhux kwalitattivi.

61.

Għalkemm it-tliet sottotaqsimiet li ġejjin jirreferu speċifikament għad-distribuzzjoni selettiva, l-istess effetti antikompetittivi ta’ esklużjoni jistgħu jirriżultaw minn tipi oħrajn ta’ akkordji vertikali li jillimitaw direttament jew indirettament, in-numru ta’ sħab fis-servizz li jkunu kuntrattwalment marbuta ma’ manifattur ta’ vetturi bil-mutur.

L-aċċess għal informazzjoni teknika minn operaturi indipendenti

62.

Għalkemm distribuzzjoni selettiva purament kwalitattiva ġeneralment tiġi kkunsidrata bħala li ma taqax taħt l-Artikolu 53(1) minħabba nuqqas ta’ effetti antikompetittivi (28), l-akkordji dwar id-distribuzzjoni selettiva kwalitattiva konklużi mas-sewwejja u/jew mad-distributuri tal-partijiet awtorizzati jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) jekk, fil-kuntest ta’ dawk l-akkordji, waħda mill-partijiet taġixxi b’mod li jeskludi lill-operaturi indipendenti mis-suq, pereżempju billi tonqos milli toħorġilhom informazzjoni teknika dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. F’dak il-kuntest, il-kunċett ta’ operaturi indipendenti jinkludi lis-sewwejja indipendenti, lill-manifatturi u lid-distributuri tal-partijiet tal-bdil, lill-manifatturi tat-tagħmir jew tal-għodod ta’ tiswija, lill-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, lill-klabbs tal-karrozzi, lill-operaturi tal-assistenza fit-triq, lill-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ta’ ttestjar u lill-operaturi li joffru taħriġ għas-sewwejja.

63.

Il-fornituri jipprovdu lis-sewwejja awtorizzati tagħhom bil-firxa sħiħa ta’ informazzjoni teknika meħtieġa biex iwettqu xogħol ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni fuq il-vetturi bil-mutur tal-marki tagħhom u ħafna drabi huma l-uniċi kumpaniji li jkunu jistgħu jipprovdu lis-sewwejja bl-informazzjoni teknika kollha li jeħtieġu dwar il-marki inkwistjoni. F’ċirkostanzi bħal dawn, jekk il-fornitur jonqos milli jipprovdi lill-operaturi indipendenti b’aċċess xieraq għall-informazzjoni teknika dwar it-tiswija u l-manutenzjoni speċifika għall-marka tiegħu, l-effetti negattivi possibbli li jirriżultaw mill-akkordji tiegħu ma’ sewwejja u/jew ma’ distributuri tal-partijiet awtorizzati jistgħu jissaħħu, u dan iwassal biex l-akkordji jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1).

64.

Barra minn hekk, nuqqas ta’ aċċess għal informazzjoni teknika meħtieġa jista’ jwassal biex il-pożizzjoni fis-suq tal-operaturi indipendenti taqa’ lura, li jwassal għal ħsara lill-konsumaturi, f’termini ta’ tnaqqis sinifikanti fl-għażla tal-partijiet tal-bdil, prezzijiet ogħla għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni, tnaqqis fl-għażla ta’ ħwienet tat-tiswija u problemi potenzjali ta’ sikurezza. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-effiċjenzi li normalment jista’ jkun mistenni li jirriżultaw mill-akkordji dwar tiswija u distribuzzjoni tal-partijiet awtorizzati ma jkunux tali li jpaċu dawn l-effetti antikompetittivi, u konsegwentement l-akkordji inkwistjoni jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(3).

65.

L-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 (29)) dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, kif ukoll l-Att imsemmi fil-punt 45zt tal-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30)) dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward [tal]-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura jipprovdu għal sistema għat-tixrid ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni fir-rigward tal-karozzi tal-passiġġieri mqiegħda fis-suq mill-1 ta’ Settembru 2009. Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (31) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti jipprovdu għal sistema bħal din fir-rigward ta’ vetturi kummerċjali li tqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2013. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkunsidra dawk l-Atti meta tivvaluta każijiet ta’ suspett li tkun qed tinżamm informazzjoni teknika dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li tikkonċerna vetturi bil-mutur kkummerċjalizzati qabel dawk id-dati. Meta jkun qed jiġi kkunsidrat jekk iż-żamma ta’ punt partikolari ta’ informazzjoni tistax twassal biex l-akkordji inkwistjoni jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1), għandhom jiġu kkunsidrati numru ta’ fatturi, inkluż:

(a)

jekk il-punt inkwistjoni huwiex informazzjoni teknika jew informazzjoni ta’ tip ieħor, bħal informazzjoni kummerċjali (32), li tista’ tinżamm leġittimament;

(b)

jekk iż-żamma tal-informazzjoni teknika inkwistjoni huwiex se jkollha impatt apprezzabbli fuq il-kapaċità tal-operaturi indipendenti li jwettqu l-kompiti tagħhom u jekk teżerċitax restrizzjoni kompetittiva fuq is-suq;

(c)

jekk l-informazzjoni teknika inkwistjoni titqiegħedx għad-dispożizzjoni tal-membri tan-netwerk tat-tiswija awtorizzata rilevanti; jekk titqiegħed għad-dispożizzjoni tan-netwerk awtorizzat f'kull forma, hija għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni anki tal-operaturi indipendenti fuq bażi mhux diskriminatorja;

(d)

jekk l-informazzjoni teknika inkwistjoni fl-aħħar mill-aħħar (33) hijiex se tintuża għat-tiswija u għall-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur, jew inkella għal skop ieħor (34), bħal pereżempju għall-manifattura ta’ partijiet tal-bdil jew ta’ għodod.

66.

Il-progress teknoloġiku jimplika li l-kunċett ta’ informazzjoni teknika huwa wieħed fluwidu. Bħalissa, eżempji partikolari ta’ informazzjoni teknika jinkludu softwer, kodiċijiet ta’ difett u parametri oħrajn, flimkien ma’ aġġornamenti li huma meħtieġa biex isir xogħol fuq unitajiet ta’ kontroll elettroniku bil-għan li jiġu introdotti jew jerġgħu jiġu stabbiliti l-konfigurazzjonijiet rakkomandati mill-fornitur, numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura bil-mutur jew kwalunkwe metodu ta’ identifikazzjoni ieħor tal-vettura bil-mutur, katalogi tal-partijiet, proċeduri ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni, soluzzjonijiet ta’ ħidma li jirriżultaw minn esperjenza prattika u relatati ma’ problemi li tipikament jaffettwaw mudell jew lott partikolari, u avviżi ta’ sejħa lura kif ukoll avviżi oħrajn li jidentifikaw it-tiswijiet li jistgħu jsiru mingħajr ħlas fin-netwerk tat-tiswija awtorizzata. Il-kodiċi ta’ parti u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tkun identifikata l-parti tal-bdil koretta tal-marka tal-manifattur tal-karozza biex taqbel ma’ vettura bil-mutur individwali partikolari (jiġifieri l-parti li l-manifattur tal-karozza ġeneralment jipprovdi lill-membri tan-netwerks tat-tiswija awtorizzata tiegħu sabiex isewwu l-vettura bil-mutur inkwistjoni) jikkostitwixxu wkoll informazzjoni teknika (35). Il-lista ta’ punti stabbilita fl-Artikolu 6(2) tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007) u fir-Regolament (KE) Nru 595/2009, li għadu ma ġiex inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE, għandha tintuża wkoll bħala gwida għal dak li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra bħala informazzjoni teknika sabiex ikun applikat l-Artikolu 53.

67.

Il-mod li bih l-informazzjoni teknika tiġi provvduta huwa wkoll importanti sabiex tkun ivvalutata l-kompatibbiltà tal-akkordji dwar tiswija awtorizzata mal-Artikolu 53. L-aċċess għandu jingħata meta jintalab u mingħajr dewmien żejjed, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma li tista’ tintuża, u l-prezz mitlub ma għandux jiskoraġġixxi l-aċċess għaliha billi jonqos milli jikkkunsidra kemm l-operatur indipendenti juża l-informazzjoni. Fornitur ta’ vetturi bil-mutur għandu jkun mitlub jagħti lill-operaturi indipendenti aċċess għal informazzjoni teknika dwar vetturi bil-mutur ġodda fl-istess ħin li aċċess bħal dan jingħata lis-sewwejja awtorizzati tiegħu u ma għandux jobbliga lill-operaturi indipendenti jixtru iktar mill-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu x-xogħol inkwistjoni. L-Artikolu 53, madankollu, ma jobbligax lil fornitur jipprovdi informazzjoni teknika f’format standardizzat jew permezz ta’ sistema teknika ddefinita, bħall-istandard CEN/ISO u l-format OASIS kif inhu pprovvdut fl-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 295/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (36) u regoli simili ta’ klassifikazzjoni.

68.

Il-kunsiderazzjonijiet li ssemmew iktar ’il fuq japplikaw ukoll għad-disponibbiltà ta’ għodod u ta’ taħriġ għall-operaturi indipendenti. “Għodod” f’dan il-kuntest tinkludi għodod dijanjostiċi elettroniċi u għodod oħrajn għat-tiswija, flimkien mas-softwer relatat, inklużi l-aġġornamenti perjodiċi tiegħu, u servizzi ta’ wara l-bejgħ għal għodod bħal dawn.

L-użu ħażin tal-garanziji

69.

L-akkordji dwar distribuzzjoni selettiva kwalitattiva jistgħu wkoll jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) jekk il-fornitur u l-membri tan-netwerk awtorizzat tiegħu jirriżervaw b’mod espliċitu jew impliċitu t-tiswijiet fuq ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur għall-membri tan-netwerk awtorizzat. Dan jista’ jiġri, pereżempju, jekk il-garanzija tal-manifattur fir-rigward tax-xerrej, sew jekk legali sew jekk estiża, issir bil-kundizzjoni li l-utent finali jkollu x-xogħol ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni li mhuwiex kopert b’garanzija imwettaq biss fin-netwerks tat-tiswija awtorizzata. L-istess japplika għall-kundizzjonijiet ta’ garanzija li jeżiġu l-użu tal-marka tal-partijiet tal-bdil tal-manifattur fir-rigward tas-sostituzzjonijiet li mhumiex koperti mit-termini tal-garanzija. Jidher ukoll dubjuż li akkordji dwar distribuzzjoni selettiva li jinkludu prattiki bħal dawn jistgħu jġibu benefiċċji lill-konsumaturi b’tali mod li l-akkordji inkwistjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 53(3). Madankollu, jekk fornitur leġittimament jirrifjuta li jonora talba tal-garanzija minħabba li s-sitwazzjoni li twassal għat-talba inkwistjoni hija marbuta b’mod kawżali ma’ nuqqas min-naħa ta’ sewwej li jwettaq operazzjoni ta’ tiswija jew ta’ manutenzjoni partikolari b’mod korrett jew mal-użu ta’ partijiet tal-bdil ta’ kwalità fqira, dan ma jkollu l-ebda impatt fuq il-kompatibbiltà tal-akkordji dwar it-tiswija tal-fornitur mar-regoli tal-kompetizzjoni.

L-aċċess għal netwerks ta’ sewwejja awtorizzati

70.

Il-kompetizzjoni bejn is-sewwejja awtorizzati u indipendenti mhijiex l-unika forma ta’ kompetizzjoni li jeħtieġ li tiġi kkunsidrata meta tiġi analizzata l-kompatibbiltà tal-akkordji dwar tiswija awtorizzata mal-Artikolu 53. Il-partijiet għandhom jivvalutaw ukoll il-punt sa fejn is-sewwejja awtorizzati fin-netwerk rilevanti huma kapaċi jikkompetu ma’ xulxin. Wieħed mill-fatturi prinċipali li jixpruna din il-kompetizzjoni huwa relatat mal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għan-netwerk stabbiliti bl-akkordji tas-sewwejja awtorizzati standard. Minħabba l-pożizzjoni fis-suq ġeneralment b’saħħitha tan-netwerks tas-sewwejja awtorizzati, minħabba l-importanza partikolari tagħhom għas-sidien ta’ vetturi bil-mutur li jkunu iktar ġodda, u minħabba l-fatt li l-konsumaturi ma jkunux lesti li jivvjaġġaw distanzi twal biex isewwu l-karozzi tagħhom, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li huwa importanti li l-aċċess għan-netwerks tat-tiswija awtorizzata ġeneralment għandu jibqa’ miftuħ għad-ditti kollha li jissodisfaw kriterji ta’ kwalità ddefiniti. Jekk l-applikanti jiġu soġġetti għal selezzjoni kwantitattiva huwa probabbli li dan iwassal biex l-akkordju jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1).

71.

Jinqala’ każ partikolari meta l-akkordji jobbligaw lis-sewwejja awtorizzati jbigħu wkoll vetturi bil-mutur ġodda. Huwa probabbli li akkordji bħal dawn jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1), minħabba li l-obbligu inkwistjoni mhuwiex meħtieġ min-natura tas-servizzi tal-kuntratt. Barra minn hekk, għal marka stabbilita, l-akkordji li jinkludu obbligu bħal dan normalment ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 53(3), minħabba li l-impatt ikun li jiġi ristrett ħafna l-aċċess għan-netwerk tat-tiswija awtorizzata, biex b’hekk titnaqqas il-kompetizzjoni mingħajr ma jinġiebu l-benefiċċji korrispondenti għall-konsumaturi. Madankollu, f’ċerti każijiet, fornitur li jkun jixtieq iniedi marka f’suq ġeografiku partikolari għall-bidu jista’ jsibha diffiċli li jattira lil distributuri li jkunu lesti li jagħmlu l-investiment meħtieġ sakemm ma jkunux jistgħu jkunu ċerti li ma jkunux se jiffaċċjaw kompetizzjoni minn sewwejja awtorizzati “awtonomi” li pprovaw igawdu b’mod opportunistiku minn dawn l-investimenti inizjali. F’dawk iċ-ċirkostanzi, ir-rabta kuntrattwali taż-żewġ attivitajiet għal perjodu limitat ta’ żmien għandu jkollha effett prokompetittiv fis-suq tal-bejgħ tal-vetturi bil-mutur billi tippermetti li titnieda marka ġdida u ma għandu jkollha l-ebda effett fuq is-suq potenzjali tat-tiswija speċifika għall-marka, li fi kwalunkwe każ ma kienx jeżisti li kieku l-vetturi bil-mutur ma setgħux jinbigħu. Għalhekk mhuwiex probabbli li l-akkordji inkwistjoni jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1).


(1)  ĠU C 138, 28.5.2010, p. 16.

(2)  ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52, inkorporat fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 91/2010 (ĠU L 277, 21.10.2010, p. 44 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 59, 21.10.2010, p. 13).

(3)  ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1, inkorporat fil-punt 2 tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 77/2010 (ĠU L 244, 16.9.2010, p. 35 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 16.9.2010, p. 34).

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 3.

(5)  (għadhom ma ġewx ippubblikati).

(6)  ĠU L 203, 1.8.2002, p. 30.

(7)  Id-distributuri fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut fis-settur ġeneralment jissejħu “negozjanti”.

(8)  Mill-modernizzazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE, ir-responsabbiltà primarja għal analiżi bħal din hija tal-partijiet għall-akkordji. Madankollu, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tinvestiga l-kompatibbiltà tal-akkordji mal-Artikolu 53, fuq inizjattiva tagħha stess jew wara li tirċievi lment.

(9)  L-iskadenza tal-Att preċedentement imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002) u s-sostituzzjoni tiegħu bil-qafas legali l-ġdid li ġie spjegat f’dawn il-Linji Gwida fihom infushom ma jeżiġux li l-kuntratti eżistenti jiġu tterminati. Ara pereżempju l-Kawża C-125/05 Vulcan Silkeborg A/S vs Skandinavisk Motor Co. A/S [2006] Ġabra p. I-7637.

(10)  SEC(2008) 1946.

(11)  COM(2009) 388.

(12)  Skont l-Artikolu 7 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali, il-kalkolu ta’ dan il-livell limitu tal-ishma mis-suq jiġi normalment bbażat fuq dejta dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq jew, jekk dejta bħal din ma tkunx disponibbli, fuq informazzjoni dwar is-suq oħra li tkun affidabbli, inklużi l-volumi tal-bejgħ fis-suq. F’dan ir-rigward, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tieħu nota tal-fatt li, għad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda, l-ishma mis-suq bħalissa qed jiġu kkalkulati mill-industrija fuq il-bażi tal-volum tal-vetturi bil-mutur mibjugħa mill-fornitur fis-suq rilevanti, li jinkludu l-vetturi bil-mutur kollha li l-bejjiegħ jikkunsidra bħala interkambjabbli jew sostitwibbli, minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet u l-użu maħsub tal-prodott.

(13)  Fuljett spjegattiv għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 – Id-Distribuzzjoni u l-Manutenzjoni tal-Vetturi bil-Mutur fl-Unjoni Ewropea.

(14)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1 (li għadha ma ġietx inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE).

(15)  ĠU L 153, 18.6.1994, p. 30 u s-Suppliment taż-ŻEE għall-ĠU Nru 15, 18.6.1994, p. 29.

(16)  Fejn il-manifattur ta’ vettura bil-mutur jipprovdi għodda, drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u/jew kompetenzi lil fornitur tal-komponenti, dan l-arranġament ma għandux jibbenefika mill-Avviż tas-Sottokuntratti jekk il-fornitur tal-komponenti diġà jkollu din l-għodda, dawn l-IPR jew dawn il-kompetenzi għad-dispożizzjoni tiegħu, jew jista’ jiksibhom f’kundizzjonijiet raġonevoli, peress li f’dawn iċ-ċirkostanzi l-kontribuzzjoni ma tkunx meħtieġa.

(17)  Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar akkordji ta’ importanza minuri li ma jirrestrinġux b’mod apprezzabbli l-kompetizzjoni skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (de minimis), ĠU C 67, 20.3.2003, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 20.3.2003, p. 11.

(18)  Fir-rigward tal-fatturi rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati biex titwettaq il-valutazzjoni tal-obbligi li wieħed ma jikkompetix skont l-Artikolu 53(1), ara t-taqsima rilevanti fil-Linji Gwida Vertikali Ġenerali, b’mod partikolari l-paragrafi 129 sa 150.

(19)  Ara l-każijiet BMW, IP/06/302 – 13.3.2006 u Opel 2006, IP/06/303 – 13.3.2006.

(20)  Ara l-paragrafu 141 tal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali.

(21)  Dan isegwi mill-Artikolu 6 tal-Att imsemmi fil-punt 4b tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010) kif ġie adattat għall-finijiet tal-Ftehim taż-ŻEE.

(22)  Pereżempju, jekk negozjant jixtri 100 karozza tal-marka A f’sena sabiex ilaħħaq mad-domanda, u jixtieq jixtri 100 karozza tal-marka B, obbligu ta’ xiri minimu ta’ 80 % fir-rigward tal-marka A jimplika li s-sena ta’ wara, in-negozjant ikollu jixtri 160 karozza tal-marka A. Meta jiġi kkunsidrat li huwa probabbli li r-rati ta’ penetrazzjoni se jkunu relattivament stabbli, huwa probabbli li dan se jħalli lin-negozjant bi stokk kbir mhux mibjugħ tal-marka A. Għalhekk ikollu bilfors inaqqas b’mod sinifikanti x-xiri tiegħu tal-marka B sabiex jevita sitwazzjoni bħal din. Skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, prattika bħal din tista’ tiġi kkunsidrata bħala obbligu ta’ marka unika.

(23)  Għandu jitfakkar, madankollu, li skont il-każistika stabbilita tal-Qorti Ewropea, sistemi ta’ distribuzzjoni selettiva purament kwalitattiva xorta jistgħu jirrestrinġu l-kompetizzjoni fejn l-eżistenza ta’ ċertu numru ta’ sistemi bħal dawn ma tħalli l-ebda spazju għal forom oħrajn ta’ distribuzzjoni bbażati fuq metodi differenti ta’ kompetizzjoni. Din is-sitwazzjoni ġeneralment la għandha sseħħ fis-swieq għall-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur ġodda, fejn il-kiri u arranġamenti simili oħrajn huma alternattiva valida għal xiri ċar ta’ vettura bil-mutur u lanqas fis-swieq għat-tiswija u għall-manutenzjoni, sakemm is-sewwejja indipendenti jipprovdu lill-konsumaturi b’mezz alternattiv għall-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur tagħhom. Ara pereżempju l-Kawża T-88/92 Groupement d’achat Édouard Leclerc vs Il-Kummissjoni [1996] Ġabra p. II-1961.

(24)  Il-kunċett li restrizzjonijiet transkonfinali għall-kummerċ jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-konsumaturi ġie kkonfermat mill-Qorti Ewropea fil-Kawża C-551/03 P, General Motors, [2006] Ġabra p. 1-3173, paragrafi 67 u 68; fil-Kawża C-338/00 P, Volkswagen vs Il-Kummissjoni, [2003] Ġabra p. I-9189, paragrafi 44 u 49, u fil-Kawża T-450/05, Peugeot vs Il-Kummissjoni, [2009] Ġabra p. II-2533, paragrafi 46-49.

(25)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/273/KE tat-28 ta’ Jannar 1998 fil-Każ IV/35.733 – VW, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/146/KE tal-20 ta’ Settembru 2000 fil-Każ COMP/36.653 – Opel ĠU L 59, 28.2.2001, p. 1, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/758/KE tal-10 ta’ Ottubru 2001 fil-Każ COMP/36.264 – Mercedes-Benz ĠU L 257, 25.9.2002, p. 1, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/431/KE tal-5 ta’ Ottubru 2005 fil-Każijiet F-2/36.623/36.820/37.275 – SEP u oħrajn/Peugeot SA.

(26)  Il-Kawżi Magħquda 25 u 26/84 Ford – Werke AG u Ford of Europe Inc. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [1985] Ġabra p. 2725.

(27)  F’xi ċirkostanzi, suq ta’ sistema li jinkludi vetturi bil-mutur u partijiet tal-bdil flimkien jista’ jiġi ddefinit billi jiġu kkunsidrati, fost l-oħrajn, il-ħajja tal-vettura bil-mutur kif ukoll il-preferenzi u l-komportament fix-xiri tal-utenti. Ara l-Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-finijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni fiż-Żona Ekonomika Ewropea, ĠU L 200, 16.7.1998, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE għall-ĠU Nru 28, 16.7.1998, p. 3, paragafu 56. Fattur importanti huwa jekk proporzjon sinifikanti ta’ xerrejja jagħmlux l-għażla tagħhom billi jikkunsidraw l-kostijiet tal-ħajja tal-vettura bil-mutur jew le. Pereżempju, komportament ta’ xiri jista’ jvarja b’mod sinifikanti bejn xerrejja ta’ trakkijiet li jixtru u joperaw flotta, u li jikkunsidraw kostijiet ta’ manutenzjoni fil-mument li jixtru l-vettura u xerrejja ta’ vetturi bil-mutur individwali. Fattur rilevanti ieħor huwa l-eżistenza u l-pożizzjoni relattiva ta’ fornituri ta’ partijiet, ta’ sewwejja u/jew ta’ distributuri ta’ partijiet li joperaw fis-suq ta’ wara l-bejgħ b’mod indipendenti mill-manifatturi tal-vetturi bil-mutur. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, huwa probabbli li jkun hemm suq ta’ wara l-bejgħ speċifiku għal marka, b’mod partikolari minħabba li l-maġġoranza tax-xerrejja jkunu individwi privati jew impriżi żgħar u ta’ daqs medju li jixtru vetturi bil-mutur u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ separatament u ma jkollhomx aċċess sistematiku għal dejta li tippermettilhom jivvalutaw il-kostijiet ġenerali tas-sjieda ta’ vettura bil-mutur minn qabel.

(28)  Kif ġie osservat fil-paragrafu 54 iktar ’il fuq, dan ġeneralment ikun il-każ fis-swieq għat-tiswija u għall-manutenzjoni sakemm is-sewwejja indipendenti jipprovdu lill-konsumaturi b’mezz alternattiv għall-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur tagħhom.

(29)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1, inkorporat fil-punt 1 tal-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 4/2008 (ĠU L 154, 12.6.2008, p. 7 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 33, 12.6.2008, p. 6).

(30)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1, inkorporat fil-punt 45zt tal-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 43/2009 (ĠU L 162, 25.6.2009, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 33, 25.6.2009, p. 5).

(31)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1 (li għadu ma ġiex inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE).

(32)  L-informazzjoni kummerċjali tista’ titqies bħal informazzjoni li tintuża biex jitmexxa negozju ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni iżda ma tkunx meħtieġa sabiex issewwi jew tagħmel manutenzjoni lill-vetturi bil-mutur. Eżempji jinkludu softwer għall-kontijiet, jew informazzjoni dwar it-tariffi ta’ kull siegħa użati fin-netwerk awtorizzat.

(33)  Bħal informazzjoni pprovduta lill-pubblikaturi għall-provvista mill-ġdid lis-sewwejja tal-vetturi bil-mutur.

(34)  L-informazzjoni użata sabiex titwaħħal parti tal-bdil jew biex tintuża għodda fuq vettura bil-mutur għandha tiġi kkunsidrata bħala li qed tintuża għat-tiswija u għall-manutenzjoni, filwaqt li informazzjoni dwar id-disinn, il-proċess ta’ produzzjoni jew il-materjali użati għall-manifattura ta’ parti tal-bdil ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li jaqgħu f’din il-kategorija, u għalhekk tista’ ma tingħatax.

(35)  L-operatur indipendenti ma għandux ikollu jixtri l-parti tal-bdil inkwistjoni biex ikun jista’ jikseb din l-informazzjoni.

(36)  ĠU L 95, 9.4.2009, p. 7 – L-ebda rilevanza għaż-ŻEE.


11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2012/C 307/04

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 8/12/REG

L-Istat tal-EFTA

In-Norveġja

Ir-reġjun

L-isem tar-Reġjun (NUTS)

Żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali

L-awtorità awtorizzanti

L-isem

Husbanken

L-indirizz

Postboks 1404

8002 Bodø

NORWAY

Il-paġna tal-internet

http://www.husbanken.no

It-titolu tal-miżura ta’ għajnuna

L-iskema tal-akkomodazzjoni reġjonali

Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

FOR-2012-04-13-311

Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

http://www.husbanken.no

It-tip ta’ miżura

Skema

X

It-tul ta’ żmien

Skema

14.4.2012 sal-1.1.2015

Is-settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

X

Limitata għal setturi speċifiċi – Jekk jogħġbok speċifika skont in-NACE Rev. 2.

 

It-tip ta' benefiċjarju

SME

X

Il-baġit

L-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat skont l-iskema

NOK 20 miljun

L-istrument tal-għajnuna (l-Artikolu 5)

Għotja

X

PARTI II

L-Għanijiet Ġenerali (lista)

L-Għanijiet (lista)

L-intensità massima ta’ għajnuna f' % jew l-Ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

SME-bonusijiet f' %

Għajnuna għall-investiment reġjonali (l-Artikolu 13)

Skema

15 %

 

Għajnuna ad hoc (l-Artikolu 13(1))

… %

 


11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/19


Avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bbażat fuq l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi ta' servizz pubbliku f'Finnmark u North-Troms

2012/C 307/05

Stat Membru

In-Norveġja

Rotot ikkonċernati

Iż-żona tar-Rotta 1: Ir-rotot bejn Kirkenes, Vadsø, Vardø, Båtsfjord, Berlevåg, Mehamn, Honningsvåg, Hammerfest u Alta

Iż-żona tar-rotta 2: Hasvik–Tromsø, Hasvik–Hammerfest, Sørkjosen–Tromsø

Perjodu tal-validità tal-kuntratti

1 ta’ April 2013-31 ta’ Marzu 2017

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

11.12.2012

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumenti rilevanti relatati mas-sejħa pubblika għall-offerti u l-obbligu tas-servizz pubbliku

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni

PO Box 8010 Dep

0030 Oslo

NORWAY

Tel. +47 22248353

Fax +47 22245609

http://www.regjeringen.no/en/dep/sd/Documents/Other-documents/Tenders.html


11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/20


Avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bbażat fuq l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda f'Finnmark u North-Troms

2012/C 307/06

Stat Membru

In-Norveġja

Rotot ikkonċernati

Iż-żona tar-rotta 1: Ir-rotot bejn Kirkenes, Vadsø, Vardø, Båtsfjord, Berlevåg, Mehamn, Honningsvåg, Hammerfest u Alta

Iż-żona tar-rotta 2: Hasvik–Tromsø, Hasvik–Hammerfest, Sørkjosen–Tromsø

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta' servizz pubbliku

l-1 ta’ April 2013

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif relevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

PO Box 8010 Dep

0030 Oslo

NORWAY

Tel. +47 22248353

Fax +47 22245609

http://www.regjeringen.no/en/dep/sd/Documents/Other-documents/tenders.html


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/21


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

2012/C 307/07

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

EPSO/AST/122/12 – Qarrejja tal-provi/edituri lingwistiċi (AST 3) tal-lingwa Kroata (HR)

L-avviż ta’ kompetizzjoni huwa ppubblikat esklussivament bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż fil-Ġurnal Uffiċjali C 307 A tal-11 ta' Ottubru 2012.

Għal aktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/22


SENTENZA TAL-QORTI

tal-15 ta’ Diċembru 2011

fil-Kawża E-1/11

Dr A

(Il-moviment liberu tal-persuni – id-Direttiva 2005/36/KE – Ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Il-protezzjoni tas-saħħa pubblika – In-nondiskriminazzjoni – Il-proporzjonalità)

2012/C 307/08

Fil-Kawża E-1/11 Dr A – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, minn Statens helsepersonellnemnd (il-Bord tal-Appell Norveġiż li jaħdem fil-qasam tas-saħħa), dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE u ta’ xi liġi oħra taż-ŻEE, il-Qorti magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef Relatur), Imħallfin, tat sentenza fil-15 ta' Diċembru 2011, li d-dispożittiv tagħha hu kif ġej:

Fil-prinċipju, id-Direttiva 2005/36/KE tipprekludi lill-awtoritajiet tal-Istati taż-ŻEE milli japplikaw ir-regoli nazzjonali li jkollhom previst d-dritt li l-awtorizzazzjoni ta’ tabib li huwa applikant migrant tiġi miċħuda minn Stat ieħor taż-ŻEE għalkemm ikun jissodisfa r-rekwiżiti skont id-Direttiva għad-dritt tar-rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali.

Madankollu, Stat taż-ŻEE jista’ jagħti awtorizzazzjoni kondizzjonali lil applikant li jkollu l-għarfien tal-lingwi meħtieġ għall-prattika tal-professjoni fit-territorju tiegħu.

Barra minn hekk, Stat taż-ŻEE jista’ jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni biex tabib jipprattika l-professjoni tiegħu abbażi ta’ informazzjoni li għandha x’taqsam mal-kapaċità personali tat-tabib migrant li għandha x’taqsam mal-kwalifiki professjonali, apparti l-ħiliet lingwistiċi, bħal dawk inkwistjoni, dejjem jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu oġġettivament ġustifikati u proporzjonali sabiex jintlaħaq l-għan tal-ħarsien tas-saħħa pubblika, u jekk l-istess informazzjoni tkun tirrikjedi wkoll is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni meħtieġa għal tabib ċittadin. Jekk ir-raġunijiet speċifikati għas-sospensjoni jew għall-irtirar ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti waqt il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni tista' tiġi miċħuda.


11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/23


SENTENZA TAL-QORTI

tat-30 ta’ Marzu 2012

fil-Kawżi Konġunti E-17/10 u E-6/11

Il-Prinċipalità ta' Liechtenstein u VTM Fundmanagement AG vs L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

(Azzjoni għall-annullament ta' deċiżjoni tal-Awtorità ta’ sorveljanza tal-EFTA – Għajnuna mill-Istat – Regoli tat-taxxa speċjali applikabbli għal kumpaniji ta' investiment – Selettività – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Irkupru – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Obbligu ta' motivazzjoni)

2012/C 307/09

Fil-Każijiet Konġunti E-17/10 u E-6/11, il-Prinċipat ta' Liechtenstein u VTM Fundmanagement AG v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – APPLIKAZZJONI għall-annullament tad-Deċiżjoni Nru 416/10/COL tat-3 ta' Novembru 2010 rigward it-tassazzjoni ta' kumpaniji ta' assigurazzjoni captive skont l-Att dwar it-Taxxa tal-Liechtenstein, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Rapporteur) Imħallfin taw is-sentenza fit-30 ta’ Marzu 2012, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiċħad l-applikazzjonijiet.

(2)

Tordna lir-rikorrenti jħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti.


11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/24


SENTENZA TAL-QORTI

tat-30 ta’ Marzu 2012

fil-Kawża E-7/11

Grund, elli- og hjúkrunarheimili v the Icelandic Medicines Agency (Lyfjastofnun)

(Id-Direttiva 2001/83/KE – Moviment liberu tal-merkanzija – Farmaċewtiċi – Importazzjoni parallela – Rapporti ta' kontroll – Protezzjoni tas-saħħa pubblika – Ġustifikazzjoni – Ħtiġijiet lingwistiċi għall-ittikkettjar u l-fuljetti fil-pakketti)

2012/C 307/10

Fil-Kawża E-7/11 Grund, elli- og hjúkrunarheimili v the Icelandic Medicines Agency (Lyfjastofnun) – TALBA lill-Qorti taħt l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja minn Héraðsdómur Reykjavíkur (Qorti Distrettwali ta' Reykjavík) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE u l-Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim ŻEE, il-Qorti ffurmata minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fit-30 ta’ Marzu 2012, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

(1)

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jagħmlu l-importazzjoni b'istituzzjoni tal-kura tas-saħħa, bħall-Attur, għall-użu mill-poplu fil-kura tal-istituzzjoni, ta' prodotti mediċinali min-Norveġja li ngħataw l-awtorizzazzjoni nazzjonali għat-tqegħid fis-suq, fin-Norveġja, u li huma essenzjalment identiċi jew simili għal prodotti li jkollhom l-awtorizzazzjoni nazzjonali għat-tqegħid fis-suq, fl-Islanda, soġġetti għal liċenzja tal-importazzjoni parallela.

Tali liċenzja trid tkun maħruġa taħt proċedura limitata biex jikkontrollaw li l-prodotti mediċinali in-kwistjoni jkollhom awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni valida fl-Istat taż-ŻEE tal-esportazzjoni, u li l-prodott huwa essenzjalment identiku jew simili għal awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti fl-Istat taż-ŻEE tal-importazzjoni.

F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu l-importaturi paralleli, bħall-Attur, biex jippreżentaw rapporti tal-kontroll tal-manifattura. Din il-prattika ma tistax tiġi ġġustifikata taħt l-Artikolu 13 ŻEE.

(2)

Meta prodott mediċinali mhux maħsub biex jiġi mwassal direttament għand il-pazjent, id-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jagħtu eżenzjonijiet taħt l-Artikolu 63(3) tad-Direttiva 2001/83/KE huwa limitat mill-prinċipji ġenerali tal-liġi taż-ŻEE. Id-diskrezzjoni m'għandhiex tkunu eżerċitata b'mod sproporzjonat, arbitrarju jew abbużiv, u b'mod partikolari, manjiera protezzjonista.


11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/25


SENTENZA TAL-QORTI

tat-18 ta’ April 2012

fil-Kawża E-15/10

Posten Norge AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Azzjoni għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – Kompetizzjoni – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Suq għal konsenja diretta ta' pakketti min-negozji għall-konsumaturi – Netwerk ta’ distribuzzjoni – Ftehimiet ta’ esklussività – Imġiba li għandna mnejn telimina l-kompetizzjoni mis-suq – Ġustifikazzjoni – Perjodu tal-ksur – Multa)

2012/C 307/11

Fil-Kawża E-15/10 Posten Norge AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – RIKORS għall-annullament ta’ Deċiżjoni Nru 322/10/COL tal-14 ta’ Lulju 2010 dwar proċediment skont l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (il-Każ Nru 34250 Norway Post/Privpak) jew, f’każ alternattiv, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-applikant f’dik id-deċiżjoni, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Rapporteur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza tagħha fit-18 ta’ April 2012, li l-parti operattiva tagħha hi din li ġejja:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tistabbilixxi li l-multa imposta permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 322/10/COL tal-14 ta’ Lulju 2010 rigward proċediment skont l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (il-Każ Nru 34250 Norway Post/Privpak) fuq Posten Norge AS hija ta’ EUR 11 112 000;

(2)

Tiċħad il-kumplament tar-rikors;

(3)

Tordna lil Posten Norge AS biex iġġorr l-ispejjeż tagħha stess u li tħallas 75 % tal-ispejjeż ta’ ESA u l-ispejjeż ta’ Schenker North AB, Schenker Privpak AD u Schenker Privpak AS;

(4)

Tordna lil ESA biex iġġorr il-kumplament tal-ispejjeż tagħha stess.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/26


Avviż dwar l-iskadenza ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

2012/C 307/12

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), liema avviż ma wassal għal ebda talba sostanzjata kif għandu jkun għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżuri tal-anti-dumping imsemmija hawn isfel se jiskadu dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Il-prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Il-miżuri

Referenza

Data tal-iskadenza (3)

Perossosulfati

(persulfati)

It-Tajwan

L-Istati Uniti tal-Amerika

Id-dazju anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2007 (ĠU L 265, 11.10.2007, p. 1)

12.10.2012


(1)  ĠU C 356, 6.12.2011, p. 17 (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.