ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.303.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 303

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
6 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 303/02

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 295, 29.9.2012

1

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

2012/C 303/01

Ħatra ta’ mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala mħallef għal miżuri provviżorji

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 303/03

Kawża C-21/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Benevento — l-Italja) — Volturno Trasporti Sas di Santoro Nino e c. vs Camera di Commercio di Benevento, Equitalia Polis SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

3

2012/C 303/04

Kawża C-198/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Mejju 2012 — Lan Airlines SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRÁNEO LAM — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Appell manifestament inammissibbli)

3

2012/C 303/05

Kawża C-240/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — World Wide Tobacco España, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Effett dissważiv — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi attenwanti — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Kooperazzjoni)

4

2012/C 303/06

Kawża C-389/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Lulju 2012 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Communauté d’Agglomération du Douaisis, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju — Deċiżjonijiet li jiddikjaraw għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tagħha)

4

2012/C 303/07

Kawża C-453/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Mejju 2012 — Timehouse GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta arloġġ — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas ta’ karattru distintiv)

4

2012/C 303/08

Kawża C-466/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Brescia — l-Italja) — Gennaro Currà et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Azzjoni mressqa mill-vittmi ta’ massakri kontra Stat Membru fil-kapaċità tiegħu bħala responsabbli għall-atti mwettqa mill-forzi armati tiegħu fi żmien ta’ gwerra — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

5

2012/C 303/09

Kawża C-467/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 — Audi AG, Volkswagen AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Appell li ma għadx għandu skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

5

2012/C 303/10

Kawża C-477/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2012 — Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 726/2004 — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Sustanza attiva eszopiclone — Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq — Proċedura — Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni — Kwalità ta’ sustanza attiva ġdida — Kunċett ta’ att li jista jiġi kkontestat )

6

2012/C 303/11

Kawża C-582/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — Rügen Fisch AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Schwaaner Fischwaren GmbH (Appell — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1) u (2) — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali SCOMBER MIX — Kawża ta’ invalidità assoluta — Karattru deskrittiv)

6

2012/C 303/12

Kawża C-599/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — TofuTown.com GmbH, Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TOFUKING — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Curry King — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Grad ta’ xebh)

6

2012/C 303/13

Kawża C-16/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gyulai Törvényszék — l-Ungerija) — HERMES Hitel és Faktor Zrt vs Nemzeti Földalapkezelő Szervezet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Liġi dwar il-foresti — Nuqqas ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

7

2012/C 303/14

Kawża C-25/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Lulju 2012 — Gino Trevisanato vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Procedura — Talba intiża għal inġunzjoni sabiex il-Kummissjoni tieħu pożizzjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implementazzjoni ta’ direttiva — Inammissibbiltà manifesta)

7

2012/C 303/15

Kawża C-73/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċizjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Ahmed Ettaghi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kawża prinċipali — Inammissibbiltà manifesta)

8

2012/C 303/16

Kawża C-74/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames. Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Revere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Abd Aziz Tam (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kawża prinċipali — Inammissibbiltà manifesta)

8

2012/C 303/17

Kawża C-75/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċizjoni preliminari mill-Giudice di Pace di Revere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Majali Abdel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kwistjoni fil-kawża — Inammissibbilà manifesta)

8

2012/C 303/18

Kawża C-134/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța — Ir-Rumanija) — Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea vs Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

9

2012/C 303/19

Kawża C-156/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) — GREP GmbH vs Freitstaat Bayern (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Rikors kontra deċiżjoni li tikkonstata l-infurzabbiltà ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor u li tordna sekwestri — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Għajnuna legali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għajnuna legali lil persuni ġuridiċi)

9

2012/C 303/20

Kawża C-238/12 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 minn FLSmidth & Co. A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-65/06, FLSmidth & Co. A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea

10

2012/C 303/21

Kawża C-287/12 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 minn Ryanair Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-123/09, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

11

2012/C 303/22

Kawża C-294/12 P: Appell ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2012 minn You-Q BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-369/10 — You-Q BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

12

2012/C 303/23

Kawża C-314/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Ġunju 2012 — UPC Telekabel Wien GmbH vs Constantin Film Verleih GmbH, Wega Filmproduktionsgesellschaft GmbH

12

2012/C 303/24

Kawża C-324/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fid-9 ta’ Lulju 2012 — Novontech-Zala Kft vs LOGICDATA Electronic & Software Entwicklungs GmbH

13

2012/C 303/25

Kawża C-326/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2012 — Rita van Caster, Patrick van Caster vs Finanzamt Essen-Süd

13

2012/C 303/26

Kawża C-328/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2012 — Ralph Schmidt (li jaġixxi bħala likwidatur fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-beni ta’ Aletta Zimmermann) vs Lilly Hertel

14

2012/C 303/27

Kawża C-335/12: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Republikka Portugiża

14

2012/C 303/28

Kawża C-343/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel te Gent (il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2012 — Euronics Belgium CVBA vs Kamera Express BV & Kamera Express Belgium BVBA

16

2012/C 303/29

Kawża C-350/12 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-4 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-529/09: Sophie in ’t Veld vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

16

2012/C 303/30

Kawża C-364/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Miguel Fradera Torredemer et vs Corporación Uniland, S.A.

17

2012/C 303/31

Kawża C-370/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awissu 2012 — Thomas Pringle vs Government of Ireland, Ireland u l-Attorney General

18

2012/C 303/32

Kawża C-372/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Awwissu 2012 — Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs M. u S.

18

2012/C 303/33

Kawża C-379/12 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2012 minn Arav Holding S.r.l mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-557/10, H.Eich vs UASI — Arav (H.EICH)

19

2012/C 303/34

Kawża C-380/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Awwissu 2012 — X BV, parti oħra fil-proċedura: Minister van Financiën

20

2012/C 303/35

Kawża C-381/12 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2012 minn I Marchi Italiani Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2012, fil-Kawża T-133/09, I Marchi Italiani u Basile vs UASI — Osra

20

2012/C 303/36

Kawża C-298/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — Il-Bulgarija) — Dobrudzhanska petrolna kompanyia AD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

21

2012/C 303/37

Kawża C-353/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

21

2012/C 303/38

Kawża C-503/11 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012 — ThyssenKrupp Elevator (CENE) GmbH, li kienet ThyssenKrupp Aufzüge GmbH, ThyssenKrupp Fahrtreppen GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2012/C 303/39

Kawża C-504/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012 — ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2012/C 303/40

Kawża C-505/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012 — ThyssenKrupp Elevator AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2012/C 303/41

Kawża C-506/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012 — ThyssenKrupp AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2012/C 303/42

Kawża C-39/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Vu Thang Dang, fil-preżenza ta’: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 303/43

Kawża T-333/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 — Soltau vs Il-Kummissjoni

22

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/1


2012/C 303/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 295, 29.9.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 287, 22.9.2012

ĠU C 273, 8.9.2012

ĠU C 258, 25.8.2012

ĠU C 250, 18.8.2012

ĠU C 243, 11.8.2012

ĠU C 235, 4.8.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/2


Ħatra ta’ mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala mħallef għal miżuri provviżorji

2012/C 303/02

Fid-19 ta’ Settembru 2012, skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2012 sat-30 ta’ Settembru 2014, l-Imħallef Rofes i Pujol ser tissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-każ ta’ assenza jew impediment bħala mħallef għal miżuri provviżorji.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Benevento — l-Italja) — Volturno Trasporti Sas di Santoro Nino e c. vs Camera di Commercio di Benevento, Equitalia Polis SpA

(Kawża C-21/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 303/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Benevento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Volturno Trasporti Sas di Santoro Nino e c.

Konvenuti: Camera di Commercio di Benevento, Equitalia Polis SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Benevento — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10(ċ) u 12(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Impożizzjoni ta’ ħlas ta’ miżata annwali għall-inklużjoni fir-reġistru tal-kumpanniji miżmum mill-kmamar tal-kummerċ lokali — Ammissibbiltà

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Benevento (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2010, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 95, 26.3.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Mejju 2012 — Lan Airlines SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

(Kawża C-198/11 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRÁNEO LAM - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Appell manifestament inammissibbli)

2012/C 303/04

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Lan Airlines SA (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent), Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Frar 2011, Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo (T-194/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Frar 2009 (Każ R 107/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lan Airlines, SA u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

LAN Airlines SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 186, 25.6.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — World Wide Tobacco España, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-240/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Effett dissważiv - Ugwaljanza fit-trattament - Ċirkustanzi attenwanti - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kooperazzjoni)

2012/C 303/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: World Wide Tobacco España, SA (rappreżentanti: M. Odriozola u A Vide, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u L Malferrari, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Marzu 2011 — World Wide Tobacco España vs Il-Kummissjoni (T-37/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali parzjalment ċaħdet talba għal tnaqqis fl-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — Spanja)

Dispożittiv

(1)

L-appell prinċipali u dak inċidentali huma miċħuda.

(2)

World Wide Tobacco España SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 211, 16.7.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Lulju 2012 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Communauté d’Agglomération du Douaisis, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-389/11 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju - Deċiżjonijiet li jiddikjaraw għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tagħha)

2012/C 303/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Région Nord-Pas-de-Calais (rappreżentanti: M. Cliquennois u F. Cavedon, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Communauté d’Agglomération du Douaisis, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni (fil-Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08), li tiċħad ir-rikorsi li kellhom bħala suġġett, inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1089 finali, tat-2 ta’ April 2008, u sussegwentement talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4112 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail Sa — Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju — Irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Région Nord-Pas-de-Calais huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 290, 1.10.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Mejju 2012 — Timehouse GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-453/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta arloġġ - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ karattru distintiv)

2012/C 303/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Timehouse GmbH (rappreżentant: V. Knies, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011, Timehouse vs UASI (Forma ta’ arloġġ bit-truf ippizzjati) (T-235/10), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 0942/2009-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit b’forma ta’ arloġġ — Nuqqas ta’ karattru distintiv

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Timehouse GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Brescia — l-Italja) — Gennaro Currà et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-466/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Azzjoni mressqa mill-vittmi ta’ massakri kontra Stat Membru fil-kapaċità tiegħu bħala responsabbli għall-atti mwettqa mill-forzi armati tiegħu fi żmien ta’ gwerra - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2012/C 303/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Brescia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gennaro Currà, Nadia Orlandi werrieta ta’ Aldo Orlandi, Renzo Ciro Malago werriet ta’ Federico Malago, Ruberto Ezecchia, Camillo Turchetti, Franco Forni, Ilva Morselli werrieta ta’ Ermenegildo Morselli, Elisa Ghisolfi u Anna Ghisolfi werrieta konġunti ta’ Luca Ghisolfi, Primo Zelioli, Francesco Perondi, Anna Furgeri werrieta ta’ Agide Furgeri, Elena Penzani u Gian Luigi Penzani werrieta konġunti ta’ Carlo Penzani, Renato Mortari, Ada Zaccaria werrieta ta’ Sigifredo Zaccaria, Erino Alberti, Gabriella Boccaletti werrieta ta’ Mario Boccaletti, Rita Boccasanta werrieta ta’ Ernesto Boccasanta, Alberto Borelli, Pierantonio Foresti werriet ta’ Franco Foresti, Irmo Sancassiani, Ennio Mischi werriet ta’ Aldo Mischi, Graziano Broglia werriet ta’ Rosolino Broglia, Alba Spinella u Maria Raffaella Spinella werrieta konġunti ta’ Vincenzo Rocco Spinella, Giuseppe Ferri, Alessandra Fontanabona werrieta ta’ Giulio Fontanabona, Luciana, Mariuccia u Giulietta Pedratti werrieta konġunti ta’ Carlo Pedratti, Raffaele Colucci

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

fil-preżenza ta’: Ir-Repubblika Taljana

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Brescia — Interpretazzjoni tal Artikoli 3, 4(3), 6 u 21 TUE kif ukoll tal-Artikoli 17, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Reati kontra l-umanità — Azzjoni mibdija mill-vittmi ta’ massakri kontra Stat Membru fil-kapaċità tiegħu bħala responsabbli għall-atti mwettqa mill-forzi armati tiegħu fi żmien ta’ gwerra — Dritt tal-vittmi għall-kumpens — Ammissibbiltà tal-preskrizzjoni ta’ dan id-dritt — Ammissibbiltà tal-immunità ġudizzjarja tal-Istat Membru inkwistjoni

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja).


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 — Audi AG, Volkswagen AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-467/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Appell li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 303/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Audi AG, Volkswagen AG (rappreżentant: P. Kather, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011, Audi u Volkswagen vs UASI (TDI) (T-318/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 226/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TDI bħala trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 12 (vetturi u l-elementi ta’ kostruzzjoni tagħhom) — Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru distintiv tas-sinjal verbali TDI

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni rigward l-appell.

(2)

Audi AG u Volkswagen AG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2012 — Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-477/11 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sustanza attiva ‘eszopiclone’ - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq - Proċedura - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Kwalità ta’ ‘sustanza attiva ġdida’ - Kunċett ta’ ‘att li jista jiġi kkontestat’)

2012/C 303/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd (rappreżentanti: I. Dodds-Smith, solicitor, D. Anderson QC, J. Stratford, barrister)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u M. Šimerdová, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2011 — Sepracor Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni (T-275/09 P) li ċaħad bħala inammissibbli rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2009, li kkonkludiet, fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali “Lunivia”, prodott mill-appellanti, li s-sustanza attiva “eszopiclone”, li fih, ma tikkostitwixxix sustanza attiva ġdida fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229) — Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 347, 26.11.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — Rügen Fisch AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Schwaaner Fischwaren GmbH

(Kawża C-582/11) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1) u (2) - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali SCOMBER MIX - Kawża ta’ invalidità assoluta - Karattru deskrittiv)

2012/C 303/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rügen Fisch AG (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Schwaaner Fischwaren GmbH (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u T. Bösling, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011, Rügen Fisch vs UASI (T-201/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 230/2007-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rügen Fisch AG u Schwaaner Fischwaren GmbH — Ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru distintiv tas-sinjal verbali SCOMBER MIX

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Rügen Fisch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — TofuTown.com GmbH, Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-599/11) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ‘TOFUKING’ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Curry King - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Grad ta’ xebh)

2012/C 303/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TofuTown.com GmbH (rappreżentant: B. Krause, avukat)

Partijiiet oħra fil-proċedura: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (rappreżentant: S. Russlies, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011, Meica vs UASI — TofuTown.com (TOFUKING) (T-99/10), li permezz tagħha din tal-aħħar annullat id-deċiżjoni tal-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Jannar 2010 (Każ R 63/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u TofuTown.com GmbH — Probabbiltà ta’ konfużjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

TofuTown.com GmbH hija kkundannata li tbati, barra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG.

(3)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 133, 5.5.2012.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gyulai Törvényszék — l-Ungerija) — HERMES Hitel és Faktor Zrt vs Nemzeti Földalapkezelő Szervezet

(Kawża C-16/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Liġi dwar il-foresti - Nuqqas ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2012/C 303/13

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Gyulai Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HERMES Hitel és Faktor Zrt

Konvenuta: Nemzeti Földalapkezelő Szervezet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Gyulai Törvényszék — Interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż bejn istituzzjoni finanzjarja u istituzzjoni pubblika — Emenda leġiżlattiva li tiddikjara extra commercium ċerti territorji ta’ foresta li qabel kienu beni in commercium — Emenda li tagħmel impossibbli l-bejgħ b’irkant pubbliku ta’ artijiet koperti mill-imsemmija ipoteka wara l-proċeduri ġudizzjarji li nbdew mill-kreditur għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt mid-debitur

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Gyulai Törvényszék (l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Jannar 2012.


(1)  ĠU C 126, 28.4.2012.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Lulju 2012 — Gino Trevisanato vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-25/12 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Procedura - Talba intiża għal inġunzjoni sabiex il-Kummissjoni tieħu pożizzjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implementazzjoni ta’ direttiva - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 303/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Gino Trevisanato (rappreżentant: L. Sulfaro, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2011, Trevisanato vs Il-Kummissjoni (T-510/11), li permezz tiegħu din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors kontra l-Kummissjoni intiż sabiex tieħu pożizzjoni dwar l-ilment ippreżentat mir-rikorrent — Nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti opinjoni vinkolanti dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327) — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

G. Trevisanato għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 65, 3.3.2012.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċizjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Ahmed Ettaghi

(Kawża C-73/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 303/15

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Revere

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Ahmed Ettaghi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Revere — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi multa fuq il-persuna barranija li tkun daħlet b’mod illegali fit-territorju nazzjonali jew li tkun residenti f’dan it-territorju b’mod illegali — Ammissibbiltà tar-reat kriminali ta’ residenza illegali — Possibbiltà li l-multa tiġi ssostitwita bit-tkeċċija immedjata għal perijodu ta’ minn tal-inqas ħames snin jew b’piena li tillimita l-libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ direttiva

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Revere (l-Italja), b’deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 118, 21.4.2012


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames. Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Revere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Abd Aziz Tam

(Kawża C-74/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 303/16

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Revere

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Abd Aziz Tam

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Revere — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi multa fuq il-persuna barranija li tkun daħlet b’mod illegali fit-territorju nazzjonali jew li tkun irrisjediet f’dan it-territorju b’mod illegali — Ammissibbiltà tar-reat kriminali ta’ residenza illegali — Possibbiltà li l-multa tiġi ssostitwita bit-tkeċċija immedjata għal perijodu ta’ minn tal-inqas ħames snin jew b’piena li tirrestrinġi l-libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja), b’deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 118, 21.4.2012.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċizjoni preliminari mill-Giudice di Pace di Revere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Majali Abdel

(Kawża C-75/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kwistjoni fil-kawża - Inammissibbilà manifesta)

2012/C 303/17

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Revere

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Majali Abdel

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Revere — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil- pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3)TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi multa lil barrani li daħal illegalment fit-territorju nazzjonali jew li rrisjeda fih illegalment — Ammissibbiltà tar-reat ta’ residenza illegali — Possibbiltà li l-multa tiġi ssostitwita bit-tkeċċija għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin jew għal piena restrittiva ta’ libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Revere (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 118, 21.4.2012.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța — Ir-Rumanija) — Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea vs Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central

(Kawża C-134/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2012/C 303/18

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanța

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea

Konvenuta: Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Constanța — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(1), 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Ksur tad-dritt tal-proprjetà u tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tinsab manifestament f’nuqqas ta’ ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (Ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Frar 2012.


(1)  ĠU C 138, 12.5.2012


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) — GREP GmbH vs Freitstaat Bayern

(Kawża C-156/12) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Rikors kontra deċiżjoni li tikkonstata l-infurzabbiltà ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor u li tordna sekwestri - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Għajnuna legali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għajnuna legali lil persuni ġuridiċi)

2012/C 303/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GREP GmbH

Konvenuta: Freistaat Bayern

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Salzburg — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll, sussidjarjament, tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) u tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Proċedura ta’ implementazzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor — Dritt għal għajnuna legali — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta li tagħti dan id-dritt lil persuni ġuridiċi

Dispożittiv

Ir-rikors, eżerċitat skont l-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, li jikkontesta deċiżjoni ta’ infurzabbiltà ta’ digriet ta’ sekwestru skont l-Artikoli 38 sa 42 tal-imsemmi regolament u li jordna sekwestri kawtelatorji, tikkostitwixxi implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jista’ jinkludi d-dritt li jiġu eżentati mill-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedura u/jew mid-drittijiet dovuti sabiex jiġu assistiti minn avukat b’konnessjoni ma’ tali rikors.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ tali assistenza jikkostitwixxux limitazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għall-qrati li tikser dan id-dritt fis-sustanza tiegħu, jekk dawn ikunux intiżi li jilħqu għan leġittimu u jekk teżistix relazzjoni raġonevoli ta’ proporzjonalità bejn il-mezzi użati u l-għan mixtieq.

Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-suġġett tal-kawża, il-prospetti raġonevoli ta’ suċċess tal-applikant, il-gravità inkwistjoni għalih, il-kumplessità tad-dritt u l-proċedura applikabbli u kif ukoll il-kapaċità tal-applikant li jiddefendi l-kawża tiegħu. Sabiex tevalwa l-proporzjonalità, il-qorti nazzjonali tista’ wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-importanza tal-ispejjeż proċedurali li għandhom jiġu mħallsa minn qabel u l-karattru insormontabbli jew le tal-ostaklu li jikkostitwixxu għall-aċċess għall-ġustizzja.

Fir-rigward b’mod iktar speċifiku, ta’ persuni ġuridiċi, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tagħhom. Għalhekk, tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari l-forma u l-għan lukrattiv jew le tal-persuna ġuridika kif ukoll il-kapaċità finanzjarja tal-assoċjati jew azzjonisti tagħha u l-possibbiltà, għalihom, li jiksbu s-somom meħtieġa sabiex tinbeda azzjoni quddiem qorti.


(1)  ĠU C 194, 30.6.2012.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/10


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 minn FLSmidth & Co. A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-65/06, FLSmidth & Co. A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-238/12 P)

2012/C 303/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FLSmidth & Co. A/S (rappreżentanti: M. Dittmer, avukat, J. Ratliff, Barrister, F. Louis, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjonni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

Abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1), l-Artikolu 263 u l-Artikolu 264 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fuq l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (1), u fuq l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, FLSmidth & Co. A/S titlob bir-rispett li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-65/06,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Novembru 2005 fil-Każ COMP/F/38.354 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE sa fejn din tikkonċerna lil FLS, jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont impost fuq FSL fid-deċiżjoni,

tordna li l-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talba ewlenija tal-appellanti, FLS tqajjem żewġ aggravji, fejn l-aħħar wieħed fosthom huwa sostnut minn żewġ sotto-motivi.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma applikatx it-test legali korrett sabiex timputa r-responsabbiltà lil kumpannija parent (finali). Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tislet il-konsegwenzi legali korretti mill-provi sottomessi lilha billi ma kkonkludietx li FLS kien irnexxielha tikkonfuta l-preżunzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpannija parent.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tivverifika jekk il-Kummissjoni osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni nnifisha wettqet żball billi ma osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi ma indirizzatx biżżejjed l-argumenti u l-provi sottomessi minn FLS sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpannija parent.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma osservatz l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha peress li d-deċiżjoni ma kienet tinkludi ebda motivazzjoni għalfejn FLS kellha tkun responsabbli għall-perijodu minn Diċembru 1990 sa Diċembru 1991.

Insostenn tat-talba sussidjarja tal-appellanti, FLS tqajjem erbat aggravji.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ legalità meta stħarrġet ir-responsabbiltà imposta fuq FLS; u għaldaqstant naqset milli tnaqqas debitament ir-responsabbiltà inkwistjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli ttemm in-nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament min-naħa tal-Kummissjoni meta tat lil Trioplast Industrier AM — u mhux lil FLS — tnaqqis ta’ 30 % taħt il-Komunikazzjoni dwar il-klemenza.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat b’mod żbaljat it-tieni inċiż tat-Taqsima D tal-Komunikazzjoni dwar il-klemenza, billi ma tatx lil FLS tnaqqis abbażi ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li Bonar Technical Fabrics ingħatat tnaqqis ta’ 10 %, mill-inqas għall-istess aġir.

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem billi ma tatx sentenza f’terminu raġonevoli.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/11


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 minn Ryanair Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-123/09, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-287/12 P)

2012/C 303/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ryanair Ltd (rappreżentanti: E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana, Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012, innotifikata lill-appellanti fid-29 ta’ Marzu 2012, fil-Kawża T-123/09, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea:

tiddikjara skont l-Artikoli 263 u 264 TFUE li dik il-parti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2008 fil-każ dwar l-Għajnuna mill-Istat C26/2008 (self ta’ EUR 300 miljun lill-Alitalia SpA) hija nulla sa fejn ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna mis-suċċessur(i) tal-Alitalia u sa fejn tagħti lill-Italja iktar żmien sabiex timplementa din id-deċiżjoni;

tiddikjara skont l-Artikoli 263 u 264 TFUE li d-deċiżjoni tat-12 Novembru 2009 fil-każ dwar l-Għajnuna mill-Istat N510/2008 (bejgħ ta’ assi tal-Alitalia SpA) hija nulla fl-intier tagħha,

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair;

sussidjarjament,

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid; u

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata abbażi tar-raġunijet li ġejjin:

 

Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 fil-każ dwar Għajnuna mill-Istat N510/2008 (bejgħ ta’ assi tal-Alitalia SpA):

(1)

Ksur tal-liġi u tal-proċedura dwar l-ammissibbiltà. Il-Qorti Ġenerali rrifjutat li tirrikonoxxi l-kontestazzjoni magħmula minn Ryanair fuq il-merti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u ddefinixxiet mill-ġdid is-suġġett tal-azzjoni ta’ Ryanair bħala azzjoni intiża esklużivament sabiex jiġu protetti d-drittijiet proċedurali tagħha:

(2)

Ksur tal-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1). L-obbligi u l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ miżjuda mal-miżura, kif inizjalment innotifikata, kkostitwixxew modifiki u kundizzjonijiet tat-tip annessi ma’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. L-appellanti tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkategorizzat b’mod żbaljat l-obbligi u l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ bħala impenji;

(3)

Ksur tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 permezz tar-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tissanzjona n-nuqqas tal-Kummissjoni li teżamina l-karatteristiċi rilevanti kollha tal-miżuri fil-kuntest tagħhom:

(4)

Ksur tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn teżamina għażliet oħra għajr il-bejgħ tal-assi tal-Alitalia kif innotifikat mill-Italja. Billi ma kkunsidratx jekk investitur privat kienx jagħżel soluzzjoni alternattiva, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi;

(5)

Nuqqasijiet oħrajn li jiġi applikat il-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq;

(6)

Nuqqas li tiġi identifikata l-parti li għandha tħallas lura l-għajnuna. L-appellanti tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta injorat il-kontinwità ekonomika bejn Alitalia u CAI.

 

Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 fil-każ dwar l-Għajnuna mill-Istat C26/2008 (self ta’ EUR 300 miljun lill-Alitalia SpA): nuqqas ta’ motivazzjoni insostenn tal-konstatazzjoni ta’ inammissibbiltà.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE. ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/12


Appell ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2012 minn You-Q BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-369/10 — You-Q BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-294/12 P)

2012/C 303/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: You-Q BV (rappreżentanti: G.S.C.M. van Roeyen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Apple Corps Limited

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-369/10;

tilqa’ t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-UASI u lil Apple Corps Limited għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel aggravju tagħha l-appellanti ssostni li ċerti partijiet tar-riproduzzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-isfond tat-tilwima, b’mod iktar speċifiku, ċerti partijiet mill-punti 9, 12, 14, 17 u 53 huma stabbiliti b’mod inkorrett u b’mod kuntrarju għar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (1). L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta sostniet li t-trade marks preċedenti li fuqhom Apple Corps tibbaża ruħha jinkludu trade mark li għandha reputazzjoni, peress li l-Qorti Ġenerali ma stabbilixxietx dan l-istatus u iktar minn hekk ma żvelatx liema trade mark preċedenti għandha titqies bħala trade mark b’reputazzjoni. Dawn il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma żbaljati u jiksru l-prinċipju ta’ kjarezza. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod korrett “in-natura tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trade marks kunfliġġenti huma rreġistrati rispettivament, inkluż il-grad ta’ xebh jew ta’ nuqqas ta’ xebh bejn dawn il-prodotti jew servizzi kif ukoll il-pubbliku kkonċernat” kif meħtieġ skont is-sentenza tas-27 ta’ Novembru 2008, Intel Corporation (C-252/07, Ġabra 2008, p. ECR I-8823).

Fit-tieni aggravju tagħha l-appellanti tissottometti disa’ lmenti kontra s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali, kollha bbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. L-ewwel nett, l-appellanti tilmenta dwar il-konstatazzjonijiet żbaljati tal-Qorti Ġenerali fil-punti 24, 55, 56, 57 u 58 fir-rigward tan-nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u servizzi u fir-rigward tal-karattru distintiv tat-trade marks preċedenti. It-tieni nett, l-appellanti tikkontesta l-konklużjoni fil-punt 26 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti Ġenerali, b’mod kuntrarju għall-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, iddeduċiet il-protezzjoni pprovduta mill-imsemmi artikolu mill-prodotti u s-servizzi li għalihom it-trade mark b’reputazzjoni hija rreġistrata u mir-rekwiżiti l-oħra għal protezzjoni tal-imsemmi artikolu (bi preġudizzju għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti, preġudizzju għar-reputazzjoni ta’ din it-trade mark u vantaġġ inġust meħud mill-karattru distintiv tar-reputazzjoni tal-imsemmija trade mark). It-tielet nett, l-appellanti tikkontesta l-konklużjoni li tinsab fil-punti 31 u 54 tas-sentenza appellata, li l-karattru distintiv u r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti kellhom jiġu eżaminati fid-dawl tal-perċezzjoni pubblika tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, billi, fil-punt 39 tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, You-Q tinvoka li: “(g)ħandu jiġi nnotat barra minn hekk li l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat ma ddefinixxiex — kif kien imissu — il-pubbliku li l-perċezzjoni tiegħu kellha tittieħdet inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat l-karattru distintiv u r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti. Skont Intel dan għandu jkun il-konsumaturi tal-prodotti u s-servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti kienet ġiet irreġistrata.” Ir-raba’ nett, l-appellanti tikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-Bord tal-Appell sostna li l-pubbliku rilevanti li fir-rigward tiegħu t-trade marks preċedenti kellhom reputazzjoni kien jikkonsisti fil-pubbliku ġenerali. Il-ħames nett, l-appellanti tikkontesta il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li, skont You-Q, l-eżistenza ta’ reputazzjoni għandha tkun stabbilita b’riferiment għall-pubbliku kkonċernat mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, jiġifieri pubbliku speċjalizzat u barra minn hekk tikkontesta kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-pubbliku rilevanti, b’mod iktar partikolari sovrappożizzjonijiet fil-pubbliku rilevanti, li ma jistgħux ikunu fattur li jippermetti li tiġi stabbilita r-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti. Is-sitt nett, l-appellanti tikkontesta l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tar-rekwiżiti li jippermettu li tiġi stabbilita reputazzjoni kbira u reputazzjoni sostanzjali ħafna għall-prodotti u s-servizzi kkonċernati. Is-seba’ nett, l-appellanti tikkontesta l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tax-xebh tas-sinjali. It-tmien nett, l-appellanti tikkontesta l-applikazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-kriterju ta’ evalwazzjoni globali u l-fatturi rilevanti inklużi f’dan il-kriterju, sabiex tkun stabbilita r-rabta meħtieġa. Fl-aħħar nett, l-appellanti tikkontesta l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni mill-Qorti Ġenerali tar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 li jipprovdu li għandu jittieħed vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Ġunju 2012 — UPC Telekabel Wien GmbH vs Constantin Film Verleih GmbH, Wega Filmproduktionsgesellschaft GmbH

(Kawża C-314/12)

2012/C 303/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fl-appell u konvenuta: UPC Telekabel Wien GmbH

Appellati fl-appell u rikorrenti: Constantin Film Verleih GmbH u Wega Filmproduktionsgesellschaft GmbH

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) (iktar ‘il quddiem id-“Direttiva 2001/29”) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li tqiegħed oġġetti protetti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq l-internet mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet (Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29) tkun qed tuża s-servizzi tal-fornitur tal-aċċess ta’ persuni li jaċċedu għal dawn l-oġġetti?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: riproduzzjoni magħmula għal użu personali (Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29) u riproduzzjoni temporanja jew inċidentali (Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29) huma permissibbli biss jekk il-kopja li serviet għar-riproduzzjoni tkun ġiet riprodotta, iddistribwita jew magħmula disponibbli għall-pubbliku legalment?

(3)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda, jiġifieri, fil-każ fejn ordni ta’ restrizzjoni jkollu jingħata kontra l-fornitur tal-aċċess tal-utent skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29: huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-bilanċ meħtieġ tad-drittijiet fundamentali tal-partijiet ikkonċernati li jiġi pprojbiet lill-fornitur tal-aċċess f’termini ġenerali ħafna (jiġifieri, mingħajr ma jiġu preskritti miżuri konkreti) li jipprovdi lill-klijenti tiegħu l-aċċess għal sit tal-internet li l-kontenut tiegħu kollu kemm hu jew f’parti sostanzjali minnu ma jkunx ġie awtorizzat mid-detentur tad-drittijiet meta l-fornitur tal-aċċess jista’ jevita l-pagamenti ta’ penalità intiżi sabiex jippenalizzaw ksur ta’ din il-projbizzjoni billi jipprova li hu jkun ħa l-miżuri kollha raġonevoli?

(4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tielet domanda: huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-bilanċ meħtieġ tad-drittijiet fundamentali tal-partijiet ikkonċernati li jiġu imposti fuq fornitur tal-aċċess miżuri konkreti intiżi sabiex jagħmluha iktar diffiċli għall-klijenti tiegħu biex ikollhom aċċess għal sit tal-internet li l-kontenut tiegħu jkun ġie mqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ utenti illegalment meta dawn il-miżuri, li jirrikjedu spejjeż li ma humiex negliġibbli, jistgħu faċilment jiġu evitati mingħajr għarfien tekniku speċifiku?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fid-9 ta’ Lulju 2012 — Novontech-Zala Kft vs LOGICDATA Electronic & Software Entwicklungs GmbH

(Kawża C-324/12)

2012/C 303/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti u konvenuta fl-ewwel istanza: Novontech-Zala Kft

Appellata u rikorrenti fl-ewwel istanza: LOGICDATA Electronic & Software Entwicklungs GmbH

Domandi preliminari

(1)

Il-fatt li l-avukat inkarigat li jressaq dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea ma jkunx osserva t-terminu previst għal dan il-għan jikkostitwixxi nuqqas personali tal-konvenut fis-sens tal-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1)?

(2)

Jekk in-nuqqas tal-avukat ma huwiex imputabbli lill-konvenut bħala nuqqas personali tal-konvenut, in-notament żbaljat tad-data tal-iskadenza tat-terminu mill-avukat inkarigat li jressaq dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandu jiġi interpretat bħala li jikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006?


(1)  ĠU L 399, p. 1.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2012 — Rita van Caster, Patrick van Caster vs Finanzamt Essen-Süd

(Kawża C-326/12)

2012/C 303/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rita van Caster, Patrick van Caster

Konvenut: Finanzamt Essen-Süd

Domanda preliminari

Taxxa b’rata fissa tad-dħul li jirriżulta mill-fondi ta’ investiment (nazzjonali u) barranin magħrufa bħala “mhux trasparenti” taħt l-Artikolu 6 tal-Investmentsteuergesetz (Liġi dwar it-tassazzjoni ta’ investimenti) tikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 56 KE) minħabba li tikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital (Artikolu 58(3) KE)?


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2012 — Ralph Schmidt (li jaġixxi bħala likwidatur fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-beni ta’ Aletta Zimmermann) vs Lilly Hertel

(Kawża C-328/12)

2012/C 303/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ralph Schmidt (li jaġixxi bħala likwidatur fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-beni ta’ Aletta Zimmermann)

Konvenuta: Lilly Hertel

Domanda preliminari

Id-domanda preliminari s-segwenti, li tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(KE) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (1), hija magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:

Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-patrimonju tad-debitur għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu azzjoni ta’ revoka bis-saħħa tal-insolvenza kontra persuna li ma għandhiex ir-residenza tagħha jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/14


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Republikka Portugiża

(Kawża C-335/12)

2012/C 303/27

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Caeiros, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tikkonstata li, minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Portugiżi naqsu milli jqiegħdu għad-dispożizzjoni ammont ta’ EUR 785 078,50 bħala drittijiet relatati ma’ ħażniet eċċessivi ta’ zokkor mhux esportati, wara l-adeżjoni tal-Portugall fil-Komunità Ewropea, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 10 tat-Trattat KE, tal-Artikolu 254 tal-Att ta’ Adeżjoni (1), tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 85/257/KEE, Euratom (2), tal-Artikoli 4, 7 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru 579/86 (3), tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1697/79 (4) u tal-Artikoli 2, 11 u 17 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 (5);

tikkundanna lir-Republikka Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Portugiżi, l-impriża William Hinton & Sons ma pproduċietx provi tal-esportazzjoni tal-ħażniet eċċessivi ta’ zokkor fil-pussess tagħha. Fit-3 ta’ Diċembru 1990, l-imsemmija awtoritajiet innotifikaw lil din l-impriża li hija kellha tħallas ammont addizzjonali ta’ EUR 785 078,50. L-impriża ppreżentat appell kontra din id-deċiżjoni quddiem is-Supremo Tribunal Administrativo (iktar ’il quddiem is-“STA”) li għamlet diversi domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-11 ta’ Ottubru 2001, din tal-aħħar tat digriet fil-Kawża C-30/00 (6), William Hinton & Sons, li fih indikat li dawn id-domandi “tqajjmu fil-kuntest ta’ kawża bejn William Hinton & Sons Lda (…) u l-Fazenda Pública fir-rigward tal-irkupru (…) ta’ dazji fuq il-ħażniet eċċessivi ta’ zokkor fil-pussess ta’ William Hinton”. Fit-8 ta’ Mejju 2002, is-STA annullat il-likwidazzjoni tal-ammont addizzjonali, peress li n-notifika ta’ dan l-ammont saret meta dan kien diġà ġie preskritt.

Il-ġurisprudenza ulterjuri tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri s-sentenzi tas-7 ta’ Diċembru 2004, Koninklijke Coöperatie Cosun vs Il-Kummissjoni, T-240/02, Ġabra p. II-4237, u tas-26 ta’ Ottubru 2006, Koninklijke Coöperatie Cosun vs Il-Kummissjoni, C-68/05 P, Ġabra p. I-10367, jidher li tippermetti li jiġi konkluż li l-ammont ta’ EUR 785 078,50 imsemmi iktar ’il fuq ma jistax jibqa’ jiġi kkwalifikat bħala “ġbir”, hekk kif ġie kkwalifikat fid-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-30/00, iżda jista’ jibqa’ jkompli jiġi kkwalifikat bħala “riżorsi proprji” tal-Komunitajiet.

Fil-fatt, minkejja l-fatt li din il-ġurisprudenza tirreferi għal ġbir ta’ ammont skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2670/81 (7), minħabba l-fatt li kwantità speċifika ta’ zokkor C ma ġietx esportata barra mill-Komunità, fil-verità l-fatt li jiġġenera l-ġbir ta’ dan l-ammont huwa essenzjalment identiku għall-fatt li jiġġenera l-ġbir tal-ammont previst fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 579/86, inkwistjoni f’din il-kawża li jipprovdi li jinġabar ammont relattiv mal-kwantitajiet ta’ zokkor li jeċċedu l-ħażna ttrasferita ’l quddiem u li ma ġietx esportata barra mill-Komunità, fid-dawl tal-fatt li din il-kwantità hija meqjusa, b’mod konformi mal-Artikolu 5(2) ta’ dan l-aħħar regolament, bħala li skulat fis-suq intern tal-Komunità.

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 82/257, riżorsi proprji huma kkostitwiti minn kontribuzzjonijiet u dazji oħra previsti fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq (iktar ’il quddiem “OKS”) fis-settur taz-zokkor.

L-Artikolu 254 tal-Att ta’ Adeżjoni juri li l-ammont imsemmi iktar ’il fuq jidħol fil-kuntest tal-OKS taz-zokkor. Din id-dispożizzjoni tiddetermina li l-ħażniet ta’ prodotti li għandhom jiġu eliminati mir-Repubblika Portugiża bi spejjeż tagħha huma dawk li l-kwantità tagħhom teċċedi dik li tista’ tiġi kkunsidrata l-ħażna normali ttrasferita ’l quddiem u li “il-kunċett ta’ ħażna normali ttrasferita ’l quddiem għandu jiġi indikat għal kull prodott skont kriterji u għanijiet relatati ma’ kull organizzazzjoni komuni tas-suq”, għandu jiġi indikat skont kriterji u għanijiet realtati mal-OKS taz-zokkor. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-tneħħija tal-ħażniet ta’ zokkor tidħol, għaldaqstant, fil-kuntest tal-OKS taz-zokkor.

Ir-Regolament Nru 3771/85 (8) stabbilixxa, abbażi tal-Artikolu 258(3) tal-Att ta’ Adeżjoni, “ir-regoli ġenerali li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 254 tal-Att ta’ Adeżjoni”, iddefinixxa l-kunċett ta’ “prodotti li jinsabu f’ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju Portugiż”, iddetermina li “il-metodi tal-applikazzjoni (tiegħu)” għandhom jiġu adottati “skont il-proċedura prevista (…) fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-regolamenti l-oħra li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli” u pprovda li “il-metodi ta’ applikazzjoni (…) għandhom jinkludu b’mod partikolari: (…) Il-metodi ta’ skular ta’ prodotti eċċessivi” u li l-imsemmija metodi ta’ applikazzjoni “jistgħu jipprovdu (…) il-ġbir ta’ taxxa fil-każ fejn parti interessata ma tosservax il-metodi ta’ skular tal-prodotti eċċessivi”.

Ir-Regolament Nru 579/86 li stabbilixxa r-regoli relatati mal-ħażniet ta’ prodotti tas-settur taz-zokkor li rriżultaw fil-Portugall fl-1 ta’ Marzu 1986 ġie adottat mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament Nru 3771/85 u abbażi tar-Regolament Nru 1785/81 li jistabbilixxi l-OKS taz-zokkor. Il-fatt li r-regolament li jistabbilixxi l-OKS fis-settur taz-zokkor huwa wieħed mill-bażijiet ġuridiċi tar-Regolament Nru 579/86 juri li r-regoli stabbiliti minn dan tal-aħħar u, konsegwentement, l-ammont imsemmi iktar ’il fuq jidħlu fil-kuntest tal-OKS taz-zokkor.

L-ammont ta’ EUR 785 078,50 imsemmi iktar ’il fuq jista’ jiġi kkwalifikat bħala “riżors proprju” tal-Komunitajiet fis-sens tal-ewwel paragrafu (a) tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 85/257 peress li huwa dħul li jirriżulta minn “dazji oħra previsti fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor” li jirriżulta mis-sistema speċjali ffissat mir-Repubblika Portugiża sa mill-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru, jiġifieri, ammont li kellu jinġabar mill-awtoritajiet Portugiżi skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 579/86.

Fl-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 3771/85 jindika li “jistabbilixxi r-regoli ġenerali li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 254 tal-Att ta’ Adeżjoni” u jiddefinixxi, fit-tieni inċiż tas-subparagrafu (b) tal-Artikolu 3(1) tiegħu li għandhom jiġu kkunsidrati bħala “prodotti li jinsabu f’ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju Portugiż: il-prodotti importati fil-Portugall, li fir-rigward tagħhom ġew issodisfati l-formalitajiet ta’ importazzjoni u miġbura d-dazji doganali u l-ħlasijiet ta’ effett ekwivalenti dovuti fil-Portugall u li ma bbenefikawx minn rifużjoni totali jew parzjali ta’ dawn id-drittijiet u ħlasijiet”. It-tieni inċiż tas-subparagrafu (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 3711/85 isemmi l-“prodotti (kollha) importati fil-Portugall” inklużi, għalhekk, ukoll, dawk li jirriżultaw mill-Istati Membri l-oħra.

Iz-zokkor li jiġi mid-Danimarka jista u għandu, għalhekk, jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-ħażniet ta’ zokkor f’ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju Portugiż fl-1 ta’ Marzu 1986. L-awtoritajiet Portugiżi jqisu li, anki li kieku d-Danimarka kellha tiġi kkunsidrata, fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, bħala pajjiż terz, il-kwantità ta’ zokkor (796 821 kg) importata skont il-“Bilhete de Importação Nru 246” ma għandhiex tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dawn il-ħażniet, peress li fil-fehma tagħhom iz-zokkor inkwistjoni ma kienx f’ċirkolazzjoni ħielsa fl-1 ta’ Marzu 1986.

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma din il-fehma peress li t-Tribunal Tributário de Segunda Instância ddeċieda fis-sentenza tiegħu tas-26 ta’ Marzu 1996 li mill-konstatazzjonijiet fattwali jirriżulta li dan iz-zokkor ġie żdoganat fis-27 ta’ Frar 1986 u li f’din id-data ġie awtorizzat il-ħruġ tiegħu għal ċirkolazzjoni ħielsa u introdott għall-konsum.

Id-Deċiżjoni 85/257, u d-deċiżjonijiet li suċċessivament issostitwewha, kif ukoll ir-Regolament Nru 1552/89 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom ir-“riżorsi proprji” jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, ma jissuġġettawx it-tqegħid tar-riżorsi proprji għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal inklużjoni fil-baġit Komunitarju. L-Artikoli 371 u 372 tal-Att ta’ Adeżjoni għandhom l-għan li jadattaw l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 85/257 għas-sitwazzjoni speċifika li tirriżulta mill-adeżjoni tal-Portugall u ma jipprekludux li jiġi kkwalifikat bħala riżors proprju d-dħul li jirriżulta mill-ammont previst fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 579/86, jiġifieri, fil-każ li jikkonċerna l-ammont ta’ EUR 785 078,50.

Il-kwalifika ta’ ammont bħala riżors proprju tal-Komunitajiet tirriżulta mil-leġiżlazzjoni Komunitarja u b’mod partikolari mid-Deċiżjoni 85/257, peress li l-kwalifika attribwita mill-Istati Membri hija irrilevanti.

Skont il-ġurisprudenza, ma huwiex meħtieġ li jiġi pprovat li t-telf ta’ riżorsi proprji ġie kkawżat bi żball minn fergħa speċifika tal-awtoritajiet nazzjonali. Huwa biżżejjed li wara deċiżjoni definittiva tas-STA, ġie kkunsidrat li d-debitur ma kienx suġġett għall-ħlas tad-dazji u li dan il-fatt huwa direttament konness mal-azzjoni tardiva tal-awtoritajiet Portugiżi fl-1990. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat din il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Novembru 2005 fil-Kawża C-392/02, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka.

Is-sentenza tas-STA tat-8 ta’ Mejju 2002 tikkonferma li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija ġuridikament korretta, jiġifieri, li l-ammont tad-dejn ma ġiex ikkomunikat lid-debitur fil-ħin, jiġifieri f’terminu ta’ tliet snin, li minħabba f’hekk, il-ġbir ma kienx possibbli u li, konsegwentement, ir-riżorsi proprji ma setgħux jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.


(1)  Att dwar il-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-adattamenti fit-Trattat (ĠU 1985, L 302, p. 23).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom, tas-7 ta’ Mejju 1985, dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunità (ĠU L 128, p. 15).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 579/86, tat-28 ta’ Frar 1986, li jistabbilixxi r-regoli relatati mal-ħażniet ta’ prodotti tas-settur taz-zokkor li jirriżultaw fl-1 ta’ Marzu 1986 fi Spanja u fil-Portugall (ĠU L 57, p. 21).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1697/79, tal-24 ta’ Lulju 1979, dwar l-irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni jew tad-dazju fuq l-esportazzjoni li ma ntalbux lura mingħand id-debitur għal merkanzija ddikjarata minn sistema doganali li timplika l-obbligu ta’ ħlas tal-imsemmija dazji (ĠU L 197, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1).

(6)  Ġabra p. I-7511.

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81, tal-14 ta’ Settembru 1981, li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 5, p. 85).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3771/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-ħażniet ta’ prodotti agrikoli li jinsabu fil-Portugall (ĠU L 362, p. 21).


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel te Gent (il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2012 — Euronics Belgium CVBA vs Kamera Express BV & Kamera Express Belgium BVBA

(Kawża C-343/12)

2012/C 303/28

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van Koophandel te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euronics Belgium CVBA

Konvenuti: Kamera Express BV, Kamera Express Belgium BVBA

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 101 tal-liġi dwar il-prattiki tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumaturi, li, fost l-oħrajn, huwa intiż li jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u li jipprovdi kif ġej:

“Artikolu 101(1) L-ebda impriża ma tista’ toffri għal bejgħ jew tbigħ beni b’telf.

Bejgħ b’telf huwa bejgħ bi prezz li ma huwiex, minn tal-inqas, daqs il-prezz li bih l-impriża xtrat il-beni jew il-prezz li għandha tħallas l-impriża għar-riforniment tal-beni, wara li jkunu tnaqqsu kwalunkwe skontijiet li ngħataw definittivament. Sabiex jiġi ddeterminat jekk bejgħ huwiex bejgħ b’telf, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iskontijiet li jkunu ngħataw, esklużivament jew le, bi skambju għall-impenji tal-impriża minbarra x-xiri tal-beni”,

huwa inkompatibbli mad-Direttiva 2005/29/KE (1) sa fejn jipprekludi bejgħ b’telf, meta jidher li l-imsemmija direttiva ma tipprekludix tali prattiki ta’ bejgħ u li l-leġiżlazzjoni Belġjana tista’ tkun iktar stretta mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE, liema sitwazzjoni hija pprojbita mill-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/16


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-4 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-529/09: Sophie in ’t Veld vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-350/12 P)

2012/C 303/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Berman, B. Driessen, Cs. Fekete, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Sophie in ’t Veld, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali;

tagħti deċiżjoni finali dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell;

u

tikkundanna lir-rikorrenti fil-Kawża T-529/09 għall-ispejjeż tal-Kunsill li jirriżultaw minn dik il-kawża u minn dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali u għall-protezzjoni tal-pariri legali. Dawn l-eċċezzjonijiet huma stabbiliti rispettivament f’eċċezzjoni assoluta għad-dritt għall-aċċess pubbliku fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) u f’eċċezzjoni kkwalifikata għad-dritt ta’ aċċess pubbliku fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-regolament (1).

Il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali, fl-interpretazzjoni tagħha tal-imsemmija eċċezzjonijiet, wettqet erba’ żbalji.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali hija żbaljata meta ssostni li nuqqas ta’ ftehim dwar l-għażla ta’ bażi legali ma jistax jippreġudika l-interessi tal-UE fir-relazzjonijiet internazzjonali (l-ewwel parti tal-ewwel motiv). Kwistjonijiet dwar il-kompetenza tal-Unjoni u dwar l-għażla tal-bażi legali bejn l-istituzzjonijiet huma marbuta mill-qrib mal-kunflitti dwar is-sustanza tal-ftehim internazzjonali. Kwistjonijiet dwar il-kompetenza bejn l-istituzzjonijiet jistgħu barra minn hekk ikollhom impatt fuq il-pożizzjoni ta’ nnegozjar tal-UE, u jaffettwaw ħażin il-kredibbiltà tagħha bħala sieħba negozjatriċi u jippreġudikaw ir-riżultat tan-negozjati.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali applikat l-istandard żbaljat ta’ reviżjoni u ssostitwiet l-evalwazzjoni tal-Kunsill dwar is-sinjifikat għar-relazzjonijiet internazzjonali tad-dokument ikkonċernat b’dik tagħha stess (it-tieni parti tal-ewwel motiv). Fir-rigward tal-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-relazzjonijiet internazzjonali, l-istandard ta’ reviżjoni huwa dak li jagħti “diskrezzjoni wiesgħa” lill-istituzzjoni kkonċernata iktar milli jobbliga li tiġi ppruvata dannu “reali u speċifika”. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta għamlet reviżjoni sħiħa tar-raġunijiet tal-Kunsill bl-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-ħsara “attwali u speċifika”, u b’hekk issostitwiet l-evalwazzjoni tal-Kunsill dwar il-konsegwenzi tal-politika barranija tal-ħruġ pubbliku tad-dokument bl-evalwazzjoni tagħha stess.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkunsidra kemm il-kontenut sensittiv tal-opinjoni legali mitluba u ċ-ċirkustanzi speċifiċi prevalenti fiż-żmien li ntalab l-aċċess (l-ewwel parti tat-tieni motiv). Il-kwistjoni li ġiet ittrattata fl-opinjoni legali tirrigwarda negozjati internazzjonali sensittivi li kienu għadhom għaddejjin fil-mument tat-talba għall-aċċess, fejn interessi essenzjali u vitali fil-qasam tal-kooperazzjoni transatlantika dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu kienu involuti u fejn il-kwistjoni tal-għażla tal-bażi legali indirizzata fl-opinjoni legali kienet is-suġġett ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-istituzzjonijiet. Il-Qorti Ġenerali injorat dawn il-karatteristiċi speċifiċi tal-parir legali.

L-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat assimilat l-innegozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali mal-attivitajiet leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-test tal-interess pubbliku superjuri (it-tieni parti tat-tieni motiv). B’hekk, il-Qorti Ġenerali injorat id-differenzi importanti bejn l-innegozjar ta’ ftehim internazzjonali, fejn il-parteċipazzjoni pubblika hija neċessarjament ristretta fid-dawl tal-interessi strateġiċi u tattiċi involuti, u l-konklużjoni u t-traspożizzjoni ta’ dawn il-ftehim.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Miguel Fradera Torredemer et vs Corporación Uniland, S.A.

(Kawża C-364/12)

2012/C 303/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Miguel Fradera Torredemer, María Teresa Torredemer Marcet, Enrique Fradera Ohlsen u Alicia Fradera Torredemer

Konvenuta: Corporación Uniland, S.A.

Domandi preliminari

(1)

Leġiżlazzjoni bħad-Digriet Irjali 1373/2003, tas-7 ta’ Novembru 2003, li jistabbilixxi l-iskala tal-onorarji tal-prokuraturi legali, leġiżlazzjoni li tissuġġetta l-ħlas tagħhom għal skala tal-onorarji minima li tista’ tiżdied jew titnaqqas biss bi 12 %, hija kompatibbli mal-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 tat-Trattat KE, moqri flimkien mal-Artikolu 10 tiegħu) u mal-Artikolu 4(3) TUE meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru, inkluż il-qrati tiegħu, ma għandhomx il-possibbiltà effettiva li jidderogaw mit-tariffi minimi stabbiliti mill-iskala tal-onorarji legali f’każ ta’ ċirkustanzi straordinarji?

(2)

Sabiex tkun tista’ ssir deroga mill-onorarji minimi previsti mill-iskala tal-onorarji kkontestata, sproporzjon sinjifikattiv bejn ix-xogħol effettivament imwettaq mill-prokuratur legali u l-ammont tal-onorarji pagabbli skont din l-iskala jista’ jitqies bħala ċirkustanza straordinarja?

(3)

Id-Digriet Irjali 1373/2003, tas-7 ta’ Novembru 2003, li jistabbilixxi l-iskala tal-onorarji tal-prokuraturi legali huwa kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE (li kien l-Artikolu 49 KE)?

(4)

Din il-leġiżlazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123/KE (1)?

(5)

Id-dritt għal smigħ xieraq stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jinkludi d-dritt li wieħed jikkontesta effettivament l-onorarji tal-prokuratur legali meta dawn ikunu sproporzjonalment għolja u ma jikkorrispondux max-xogħol effettivament imwettaq?

(6)

F’każ ta’ risposta affermattiva: id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Spanjol li jipprekludu lill-parti kkundannata għall-ispejjeż milli tikkontesta l-ammont tal-onorarji tal-prokuratur legali meta hija tqis li dawn huma eċċessivi u ma jikkorrispondux max-xogħol effettivament imwettaq huma konformi mal-Artikolu 6 tal-Konvenżjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, ĠU L 376, p. 36.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awissu 2012 — Thomas Pringle vs Government of Ireland, Ireland u l-Attorney General

(Kawża C-370/12)

2012/C 303/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thomas Pringle

Konvenuti: Government of Ireland, Ireland u l-Attorney General

Domandi preliminari

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011 (1), hija valida:

jekk jiġi kkunsidrat l-użu tal-proċeduri ta’ reviżjoni simplifikata skont l-Artikolu 48(6) TUE u, b’mod partikolari, il-punt dwar jekk l-emenda proposta għall-Artikolu 136 TFUE tinvolvix żieda fil-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati;

jekk jiġi kkunsidrat il-kontenut tal-emenda proposta u, b’mod partikolari il-punt dwar jekk tinvolvix xi ksur tat-Trattati jew tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

(2)

Wara li jiġu kkunsidrati

l-Artikoli 2 u 3 TUE u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII tat-Tielet Parti TFUE, u b’mod partikolari l-Artikoli 119, 120, 121, 122, 123, 125, 126, u 127 TFUE;

il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-politika monetarja kif tirriżulta fl-Artikolu 3(1)(ċ) TFUE u fil-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) TFUE;

il-kompetenza tal-Unjoni fil-koordinament tal-politika ekonomika, skont l-Artikolu 2(3) TFUE u t-Titolu VIII tat-Tielet Parti TFUE;

is-setgħat u l-funzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 13 TFUE;

il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE;

il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni inkluż b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-dritt għal rimedju effettiv kif ipprovdut taħt l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali;

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li l-munita tiegħu hija l-ewro, għandu d-dritt li jikkonkludi, u jirratifika ftehim internazzjonali bħalma huwa t-Trattat MES?

(3)

Jekk id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew titqies valida, id-dritt ta’ Stat Membru li jikkonkludi, u jirratifika ftehim internazzjonali bħalma huwa t-Trattat MES huwa suġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni?


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011, li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-ewro (ĠU L 91, p. 1).


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Awwissu 2012 — Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs M. u S.

(Kawża C-372/12)

2012/C 303/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

Konvenuti: M. u S.

Domandi preliminari

(1)

Is-sentenza introduttiva tal-Artikolu 12 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżisti dritt għall-kisba ta’ kopja tad-dokumenti li fihom tiġi pproċessata data ta’ natura personali, jew huwa suffiċjenti li tiġi kkomunikata deskrizzjoni sħiħa ta’ din id-data f’forma li tkun tinftiehem?

(2)

Il-kliem “dritt ta’ aċċess” li jinsab fl-Artikolu 8(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżisti dritt għall-kisba ta’ kopja tad-dokumenti li fihom tiġi pproċessata data ta’ natura personali, jew huwa suffiċjenti li tiġi kkomunikata deskrizzjoni sħiħa ta’ dik id-data f’forma li tkun tinftiehem fis-sens tas-sentenza introduttiva tal-Artikolu 12 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE (…)?

(3)

Is-sentenza introduttiva u l-paragrafu (b) tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea huma intiżi wkoll għall-Istati Membri tal-Unjoni sa fejn dawn jimplementaw id-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta?

(4)

Il-fatt li, wara li jingħata aċċess għall-“minuti”, ir-raġunijiet li abbażi tagħhom tkun ġiet proposta deċiżjoni determinata ma jibqgħux inklużi fihom, li la jiffaċilita l-iskambju tal-opinjonijiet fi ħdan l-amministrazzjoni u lanqas l-iżvolġiment tajjeb tal-proċess deċiżjonali, jikkostitwixxi interess leġittimu tal-kunfidenzjalità fis-sens tas-sentenza introduttiva u tal-paragrafu (b) tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

(5)

Analiżi legali bħal dik li tkun tinsab f’“minuta” tista’ tiġi kklassifikata bħala data ta’ natura personali fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE (…)?

(6)

L-interess ta’ skambju liberu ta’ opinjonijiet fi ħdan l-amministrazzjoni kkonċernata jibbenefika wkoll mill-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn fis-sens tas-sentenza introduttiva tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 13(1)(g) tad-Direttiva 95/46/KE (…)? F’każ ta’ risposta negattiva, dan l-interess jista’ għaldaqstant jaqa’ taħt is-sentenza introduttiva tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 13(1)(d) jew (f) ta’ din id-Direttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/19


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2012 minn Arav Holding S.r.l mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-557/10, H.Eich vs UASI — Arav (H.EICH)

(Kawża C-379/12 P)

2012/C 303/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Arav Holding Srl (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: H. Eich Srl, UASI (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

Tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2012 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, konsegwentement, tikkonferma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2010, minħabba l-fatt li hija tapplika u tosserva kif suppost ir-Regolament tal-RTMK (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(1)(b) tiegħu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, il-kumpannija Arav Holding S.r.l tikkuntesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali għal żewġ raġunijiet.

Fl-ewwel lok, hija tilmenta talli x-xebh grafiku, fonetiku u kunċettwali bejn, minn naħa, it-trade mark figurattiva nazzjonali Taljana “H SILVIAN HEACH” u t-trade mark figurattiva internazzjonali “H SILVIAN HEACH” u min-naħa l-oħra, it-trade mark H.EICH, ma ġiex rikonoxxut. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta identifikat l-element li jikkostitwixxi l-qalba tat-trade mark, jiġifieri l-kunjom u mhux l-isem. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-valur dgħajjef tal-użu tal-punt, ta’ daqs verament minimu meta mqabbel mad-daqs tal-ittri, mingħajr ma kienet ġiet kkunsidrata n-natura “b’saħħitha” tat-trade mark preċedenti.

Fit-tieni lok, il-kumpannija Arav Holding S.r.l tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma rrikonoxxietx il-probabbiltà ta’ konfużjoni globali bejn it-trade marks, li toħroġ kemm mix-xebh bejn it-trade marks kif ukoll mix-xebh fl-użu li jsir minnhom.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17,Vol. 1, p. 146).


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Awwissu 2012 — X BV, parti oħra fil-proċedura: Minister van Financiën

(Kawża C-380/12)

2012/C 303/34

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Apellanti fil-kassazzjoni: X BV

Parti oħra fil-proċedura: Minister van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Taħt in-nota 1, li tinsab fil-Kapitolu 25 tas-Sistema Armonizzata, il-kliem “jneħħu l-impuritajiet” ikopri t-tneħħija minn prodott kimiku partikolari fi stat mhux raffinat ta’ ċerti partiċelli kimiċi li huma inklużi fih minħabba f’ċirkustanzi naturali, u fil-każ fejn it-tneħħija ssir bil-għan li jissaħħu proprjetajiet naturali (speċifiċi) tal-prodott minerali li qabel iddgħajjef minħabba f’dawk iċ-ċirkustanzi naturali?

(2)

Jekk fuq il-bażi tar-risposta għad-domanda 1 ta’ hawn fuq, jista’ jiġi stabbilit li hemm it-tneħħija ta’ impuritajiet fis-sens tan-nota 1 li tinsab fil-Kapitolu 25, fid-dawl ta’ liema kriterji għandu jiġi stabbilit jekk prodott minerali estratt bħat-trab li jibbliċja, wara t-tlaħliħ bl-aċidu sulfuriku u l-ilma, jistax jibqa’ kklassifikat fuq il-bażi tal-imsemmija nota taħt l-intestatura 2508 40 00 tan-Nomenklatura Magħquda u ma għandux jitqies bħala prodott tal-industrija kimika fis-sens fil-Kapitolu 38 tas-Sistema Armonizzata?


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/20


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2012 minn I Marchi Italiani Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2012, fil-Kawża T-133/09, I Marchi Italiani u Basile vs UASI — Osra

(Kawża C-381/12 P)

2012/C 303/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: I Marchi Italiani Srl (rappreżentanti: L. Militerni u G. Militerni, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Osra SA

Talbiet tal-appellanti

Tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea inkwantu din ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn I Marchi Italiani s.r.l. u kkunndannat lil I Marchi Italiani s.r.l. għall-ispejjeż, minbarra dawk li jirrigwardaw ir-rinunzja għall-atti.

tilqa’ parzjalment il-talbiet imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell, tad-9 ta’ Jannar 2009, innotifikata lill-appellanti fit-30 ta’ Jannar 2009, fil-Każ R 502/2008, bejn I Marchi Italiani S.r.l. u Osra S.A., li kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, li laqgħat ir-revoka u d-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “B Antonio Basile 1952”, wara r-rikors ippreżentat minn Osra S.A.;

tikkundanna lill-UASI għar-rimbors tal-ispejjeż, tad-drittijiet u tal-onorarji, skont il-liġi.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Ksur tal-Artikolu 135(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inkwantu l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat li d-dokumenti mressqa mir-rikorrenti għandhom jiġu skartati mingħajr il-ħtieġa li jiġi eżaminat il-valur probatorju tagħhom, kif ukoll li l-argumenti dwar ir-reputazzjoni tat-trade mark ikkontestata u dwar il-prinċipju ta’ bona fide huma inammissibbli.

(2)

Ksur tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 40/94 (1) (li sar l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (2)), inkwantu l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta iddikjarat li għaddew inqas minn 5 snin bejn id-data ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark u d-data li fiha tressqet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u li, għaldaqstant, id-data tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja hija irrilevanti.

(3)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, inkwantu l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta sostniet li kien jeżisti xebh bejn it-trade marks kunfliġġenti u għalhekk applikat b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni billi kkonkludiet li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — Il-Bulgarija) — “Dobrudzhanska petrolna kompanyia” AD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-298/11) (1)

2012/C 303/36

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-353/11) (1)

2012/C 303/37

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 252, 27.8.2011


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012 — ThyssenKrupp Elevator (CENE) GmbH, li kienet ThyssenKrupp Aufzüge GmbH, ThyssenKrupp Fahrtreppen GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-503/11 P) (1)

2012/C 303/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012 — ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-504/11) (1)

2012/C 303/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012 — ThyssenKrupp Elevator AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-505/11) (1)

2012/C 303/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012 — ThyssenKrupp AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-506/11) (1)

2012/C 303/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011


6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Vu Thang Dang, fil-preżenza ta’: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

(Kawża C-39/12) (1)

2012/C 303/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 118, 21.4.2012


Il-Qorti Ġenerali

6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/22


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 — Soltau vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-333/12)

2012/C 303/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Christoff Soltau (Adendorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Rosenkranz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Mejju 2012;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent isostni li t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) ma jipprekludix it-talba tiegħu ta’ aċċess għall-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, li din tal-aħħar ittrażmettiet lill-Oberster Gerichtshof Awstrijaka (Qorti Suprema Awstrijaka) skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) fil-kuntest ta’ kawża dwar kartelli. Skont ir-rikorrent, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għad-dokument mitlub peress li l-proċeduri quddiem il-qorti Awstrijaka essenzjalment ma humiex koperti mill-protezzjoni pprovduta mid-dispożizzjoni. Anki kieku dan kien il-każ, id-dokument inkwistjoni xorta ma jkunx jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni, peress li ma ġiex ippreżentat mill-Kummissjoni bħala parti fil-proċeduri. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni lanqas ma tista’ tiġi mmotivata b’riferiment għall-protezzjoni fil-Kawża Schenker et, C-681/11, li tinsab pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Filwaqt li huwa minnu li d-domandi preliminari ġew ippreżentati mill-Qorti Suprema Awstrijaka fil-kuntest ta’ proċeduri fil-qasam tal-kartelli, madankollu d-dokument inkwistjoni la tfassal mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri għal deċiżjoni preliminari u lanqas ma hemm riferiment fil-kontenut tiegħu għad-domandi preliminari.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli (101) u (102) (TFUE) (ĠU L 1, p. 1)