| 
                ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.302.mlt  | 
         ||
| 
                Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
            
                C 302  | 
         |
                
             | 
            ||
| 
                Edizzjoni bil-Malti  | 
            
                Informazzjoni u Avviżi  | 
            
                Volum 55  | 
         
| 
                Avviż Nru  | 
            
                Werrej  | 
            
                Paġna  | 
         
| 
                
  | 
            
                IV Informazzjoni  | 
            |
| 
                
  | 
            
                INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA  | 
            |
| 
                
  | 
            
                Il-Kunsill  | 
            |
| 
                2012/C 302/01  | 
            ||
| 
                
  | 
            
                Il-Kummissjoni Ewropea  | 
            |
| 
                2012/C 302/02  | 
            ||
| 
                2012/C 302/03  | 
            ||
| 
                
  | 
            
                INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI  | 
            |
| 
                2012/C 302/04  | 
            
                Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd  | 
            |
| 
                2012/C 302/05  | 
            
                Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd  | 
            |
| 
                2012/C 302/06  | 
            
                Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd  | 
            |
| 
                2012/C 302/07  | 
            
                Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd  | 
            |
| 
                2012/C 302/08  | 
            
                Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd  | 
            |
| 
                2012/C 302/09  | 
            
                Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd  | 
            |
| 
                2012/C 302/10  | 
            
                Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd  | 
            |
| 
                2012/C 302/11  | 
            
                Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd  | 
            |
| 
                
  | 
            
                V Avviżi  | 
            |
| 
                
  | 
            
                PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI  | 
            |
| 
                
  | 
            
                Il-Kummissjoni Ewropea  | 
            |
| 
                2012/C 302/12  | 
            
                Deċiżjoni sabiex tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali wara l-irtirar minn stat membru – Għajnuna mill-Istat – L-Italja (L-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika – Għajnuna mill-Istat SA.28642 (C 17/10 (ex N 315/09)) – Firmin Srl ( 1 )  | 
            |
| 
                
  | 
            
                ATTI OĦRAJN  | 
            |
| 
                
  | 
            
                Il-Kummissjoni Ewropea  | 
            |
| 
                2012/C 302/13  | 
            ||
| 
                2012/C 302/14  | 
            ||
| 
                2012/C 302/15  | 
            ||
| 
                
  | 
            
                | 
         
| 
                
  | 
            
                (1) Test b’relevanza għaż-ŻEE  | 
         
| 
                MT  | 
            
                
  | 
         
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/1  | 
            
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Ottubru 2012
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema
2012/C 302/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 492/2011 tal-5 ta' April 2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
| 
                   (1)  | 
               
                   Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 (2), ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (“il-Kumitat”) għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2010 sal-24 ta’ Settembru 2012.  | 
            
| 
                   (2)  | 
               
                   Il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jiġu mġedda l-ħatriet tagħhom.  | 
            
| 
                   (3)  | 
               
                   Il-membri u l-membri supplenti tal-imsemmi Kumitat għandhom jiġu maħtura għal perijodu ta’ sentejn,  | 
            
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2012 sal-24 ta’ Settembru 2014:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
| 
                   Pajjiż  | 
               
                   Membri  | 
               
                   Membri Supplenti  | 
            
| 
                   Il-Belġjo  | 
               
                   Is-Sinjura Annelies LAGAE Is-Sinjura Anne ZIMMERMAN  | 
               
                   Is-Sur Jacques OUZIEL  | 
            
| 
                   Il-Bulgarija  | 
               
                   Is-Sur Hristo SIMEONOV Is-Sinjura Tatiana GUEORGUIEVA  | 
               
                   Is-Sinjura Dimitrina KOSTADINOVA  | 
            
| 
                   Ir-Repubblika Ċeka  | 
               
                   Is-Sur Roman SEIDL Is-Sinjura Ladislava STEINICHOVÁ  | 
               
                   Is-Sinjura Andrea PLAČKOVÁ  | 
            
| 
                   Id-Danimarka  | 
               
                   Is-Sur Stig Hansen NØRGAARD Is-Sinjura Vibe WESTH  | 
               
                   Is-Sinjura Simone HEINECKE  | 
            
| 
                   Il-Ġermanja  | 
               
                   Is-Sinjura Vera BADE Is-Sur Johannes RASCHKA  | 
               
                   Is-Sur Henning GRUB  | 
            
| 
                   L-Estonja  | 
               
                   Is-Sinjura Jana JÄRVIK Is-Sinjura Liis REITER  | 
               
                   Is-Sinjura Kristi SUUR  | 
            
| 
                   L-Irlanda  | 
               
                   Is-Sinjura Mary Joan KEHOE Is-Sur Anthony MORRISSEY  | 
               
                   Is-Sinjura Aedin DOYLE  | 
            
| 
                   Il-Greċja  | 
               
                   Is-Sinjura Athina DIAKOUMAKOU Is-Sur Georgios NERANTZIS  | 
               
                   Is-Sinjura Panagiota STAMATIOU  | 
            
| 
                   Spanja  | 
               
                   Is-Sinjura Paloma MARTÍNEZ GAMO Is-Sur Miguel Ángel AZNAR NIETO  | 
               
                   Is-Sur Juan Pablo PARRA GUTIÉRREZ  | 
            
| 
                   Franza  | 
               
                   Is-Sinjura Nadia MAROT Is-Sur Albert MARTINO  | 
               
                   Is-Sur Laurent FRIBOULET  | 
            
| 
                   L-Italja  | 
               
                   
  | 
               
                   
  | 
            
| 
                   Ċipru  | 
               
                   Is-Sur Demetris MICHAELIDES Is-Sur Constantinos KARMELLOS  | 
               
                   Is-Sur Andreas CHRISTOU  | 
            
| 
                   Il-Latvja  | 
               
                   Is-Sinjura Linda PAUGA Is-Sinjura Līga EMULE-KONONE  | 
               
                   Is-Sinjura Ilze ZVĪDRIŅA  | 
            
| 
                   Il-Litwanja  | 
               
                   Is-Sinjura Rasa MALAIŠKIENĖ Is-Sinjura Agnė KUNIGONYTĖ  | 
               
                   Is-Sur Vytautas JURŠĖNAS  | 
            
| 
                   Il-Lussemburgu  | 
               
                   Is-Sur Tom GOEDERS Is-Sur Laurent PEUSCH  | 
               
                   Is-Sinjura Anne-Catherine THILL  | 
            
| 
                   L-Ungerija  | 
               
                   Is-Sinjura Rita ANTÓNI Is-Sinjura Judit KATONA  | 
               
                   Is-Sinjura Orsolya KISGYÖRGY  | 
            
| 
                   Malta  | 
               
                   Is-Sinjura Mariella GRECH Is-Sur Nicola CINI  | 
               
                   Is-Sur George CAMILLERI  | 
            
| 
                   Il-Pajjiżi l-Baxxi  | 
               
                   Is-Sinjura Conny W. OLDE OLTHOF Is-Sur Martin G. BLOMSMA  | 
               
                   Is-Sinjura Cristel VAN TILBURG  | 
            
| 
                   L-Awstrija  | 
               
                   Is-Sinjur Heinz KUTROWATZ Is-Sur Helmut GERL  | 
               
                   Is-Sinjura Barbara BOHACZEK  | 
            
| 
                   Il-Polonja  | 
               
                   Is-Sinjura Magdalena SWEKLEJ Is-Sur Marcin WIATRÓW  | 
               
                   Is-Sinjura Agnieszka ZDAK  | 
            
| 
                   Il-Portuall  | 
               
                   Is-Sur Octávio OLIVEIRA Is-Sur Paulo GOMES  | 
               
                   Is-Sinjura Helena SANTOS  | 
            
| 
                   Ir-Rumanija  | 
               
                   Is-Sur Auraș MARINESCU Is-Sinjura Oana BARBUT  | 
               
                   Is-Sur Bogdan-Tiberius PAȘCA  | 
            
| 
                   Is-Slovenja  | 
               
                   Is-Sinjura Sonja MALEC Is-Sur Radivoj RADAK  | 
               
                   Is-Sinjura Mateja GOLJA  | 
            
| 
                   Is-Slovakja  | 
               
                   Is-Sinjura Agnesa SKUPNÍKOVÁ  | 
               
                   Is-Sur Jaroslav KOVÁČ  | 
            
| 
                   Il-Finlandja  | 
               
                   Is-Sinjura Katri NISKANEN Is-Sur Olli SORAINEN  | 
               
                   Is-Sinjura Mirkka MYKKÄNEN  | 
            
| 
                   L-Isvezja  | 
               
                   Is-Sur Ricky IFWARSSON Is-Sinjura Madeleine ÖHBERG  | 
               
                   Is-Sur Torbjörn WALLIN  | 
            
| 
                   Ir-Renju Unit  | 
               
                   Is-Sinjura Fiona KILPATRICK Is-Sinjura Deborah MORRISON  | 
               
                   Is-Sur Jonathan PIGGINS  | 
            
         
      
II. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
| 
                   Pajjiż  | 
               
                   Membri  | 
               
                   Membri Supplenti  | 
            
| 
                   Il-Belġju  | 
               
                   Is-Sur Jean-François MACOURS Is-Sur Koen MEESTERS  | 
               
                   Is-Sinjura Yvienne VAN HOLSBEECK  | 
            
| 
                   Il-Bulgarija  | 
               
                   Is-Sinjura Atanaska TODOROVA Is-Sur Daniel YANEV  | 
               
                   Is-Sinjura Antonia ZLATEVA  | 
            
| 
                   Ir-Repubblika Ċeka  | 
               
                   Is-Sinjura Jaroslava BAUEROVÁ Is-Sur Pavel JANÍČKO  | 
               
                   Is-Sur Vít SAMEK  | 
            
| 
                   Id-Danimarka  | 
               
                   Is-Sinjura Anette BERENTZEN Is-Sur Torben Dam JENSEN  | 
               
                   Is-Sinjura Käthe Munk RYOM  | 
            
| 
                   Il-Ġermanja  | 
               
                   Is-Sinjura Alexandra KRAMER Is-Sinjura Raja NEJEDLO  | 
               
                   Is-Sur Christian MOOS  | 
            
| 
                   L-Estonja  | 
               
                   Is-Sur Urmas LIPSO Is-Sinjura Liina CARR  | 
               
                   Is-Sinjura Aija MAASIKAS  | 
            
| 
                   L-Irlanda  | 
               
                   Is-Sinjura Esther LYNCH Is-Sur John DOUGLAS  | 
               
                   
  | 
            
| 
                   Il-Greċja  | 
               
                   Is-Sur Georgios PERENTIS Is-Sinjura Metaxia STEKOULEA  | 
               
                   Is-Sur Konstantinos MYTILINOU  | 
            
| 
                   Spanja  | 
               
                   Is-Sinjura Ana María CORRAL JUAN Is-Sinjura Concepción ROJO  | 
               
                   Is-Sinjura Pilar ROC ALFARO  | 
            
| 
                   Franza  | 
               
                   Is-Sinjura Francine BLANCHE Is-Sinjura Corinne MARES  | 
               
                   Is-Sur Ommar BENFAÏD  | 
            
| 
                   L-Italja  | 
               
                   
  | 
               
                   
  | 
            
| 
                   Ċipru  | 
               
                   Is-Sur Nicos GREGORIOU Is-Sur Nicos EPISTITHIOU  | 
               
                   Is-Sur Diomides DIOMIDOUS  | 
            
| 
                   Il-Latvja  | 
               
                   Is-Sinjura Ruta PORNIECE Is-Sur Māris SIMULIS  | 
               
                   Is-Sur Jānis KAJAKS  | 
            
| 
                   Il-Litwanja  | 
               
                   Is-Sinjura Janina ŠVEDIENĖ Is-Sinjura Janina MATUIZIENĖ  | 
               
                   Is-Sinjura Jovita MEŠKAUSKIENĖ  | 
            
| 
                   Il-Lussemburgu  | 
               
                   Is-Sur Eduardo DIAS Is-Sur Vincent JACQUET  | 
               
                   Is-Sur Jean-Claude REDING  | 
            
| 
                   L-Ungerija  | 
               
                   Is-Sinjura Judit CZUGLERNÉ IVÁNYI Is-Sur Andrea AGÓCS  | 
               
                   Is-Sur László KOZÁK  | 
            
| 
                   Malta  | 
               
                   Is-Sinjura Antoinette AQUILINA Is-Sur Andrew MIZZI  | 
               
                   Is-Sur John BENCINI  | 
            
| 
                   Il-Pajjiżi l-Baxxi  | 
               
                   Is-Sinjura Caroline RIETBERGEN Is-Sur Martijn HORDIJK  | 
               
                   Is-Sinjura H. de GEUS  | 
            
| 
                   L-Awstrija  | 
               
                   Is-Sur Johannes PEYRL Is-Sur Oliver RÖPKE  | 
               
                   Is-Sur Franz FRIEHS  | 
            
| 
                   Il-Polonja  | 
               
                   Is-Sur Jakub KUS Is-Sinjura Halina PEPLIŃSKA  | 
               
                   Is-Sur Bogdan OLSZEWSKI  | 
            
| 
                   Il-Portugall  | 
               
                   Is-Sinjura Catarina Maria BRANCO FERREIRA TAVARES Is-Sur Carlos Manuel ALVES TRINDADE  | 
               
                   Is-Sur Georges CASULA  | 
            
| 
                   Ir-Rumanija  | 
               
                   Is-Sur Valentin MOCANU Is-Sur Liviu APOSTOIU  | 
               
                   Is-Sur Dragos FRUMOSU  | 
            
| 
                   Is-Slovenja  | 
               
                   Is-Sur Goran LUKIČ Is-Sur Jakob POČIVAVŠEK  | 
               
                   Is-Sinjura Nadja GÖTZ  | 
            
| 
                   Is-Slovakja  | 
               
                   Is-Sinjura Vlasta SZABOVÁ Is-Sinjura Beata ĎURANOVÁ  | 
               
                   
  | 
            
| 
                   Il-Finlandja  | 
               
                   Is-Sinjura Eve KYNTÄJÄ Is-Sur Ralf SUND  | 
               
                   Is-Sinjura Jenni KARJALAINEN  | 
            
| 
                   L-Isvezja  | 
               
                   Is-Sinjura Sofie REHNSTRÖM Is-Sinjura Eva OSCARSSON  | 
               
                   Is-Sur Mats ESSEMYR  | 
            
| 
                   Ir-Renju Unit  | 
               
                   Is-Sur Sean BAMFORD Is-Sur Mohammed TAJ  | 
               
                   Is-Sur Wilf SULLIVAN  | 
            
         
      
III. RAPPREŻENTANTI TAl-ASSOĊJAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
| 
                   Pajjiż  | 
               
                   Membri  | 
               
                   Membri Supplenti  | 
            
| 
                   Il-Belġju  | 
               
                   Is-Sinjura Michèle CLAUS Is-Sinjura Hilde THYS  | 
               
                   Is-Sinjura Monica DE JONGHE  | 
            
| 
                   Il-Bulgarija  | 
               
                   Is-Sur Ivan ZAHARIEV Is-Sur Martin STOYANOV  | 
               
                   Is-Sinjura Daniela SIMIDCHIEVA  | 
            
| 
                   Ir-Repubblika Ċeka  | 
               
                   Is-Sinjura Vladimira DRBALOVÁ Is-Sinjura Marie ZVOLSKÁ  | 
               
                   Is-Sinjura Jitka HLAVÁČKOVÁ  | 
            
| 
                   Id-Danimarka  | 
               
                   Is-Sur Henning GADE Is-Sur Flemming DREESEN  | 
               
                   Is-Sinjura Karen ROIY  | 
            
| 
                   Il-Ġermanja  | 
               
                   Is-Sur Alexander WILHELM Is-Sinjura Christina LANG  | 
               
                   Is-Sinjura Anne ROBRA  | 
            
| 
                   L-Estonja  | 
               
                   Is-Sur Marek SEPP Is-Sinjura Mare HIIESALU  | 
               
                   Is-Sur Tarmo KRIIS  | 
            
| 
                   L-Irlanda  | 
               
                   Is-Sur Tony DONOHOE Is-Sinjura Kara McGANN  | 
               
                   
  | 
            
| 
                   Il-Greċja  | 
               
                   Is-Sinjura Rena BARDANI Is-Sur Nikos DIMAS  | 
               
                   Is-Sinjura Evangelia ARANITOU  | 
            
| 
                   Spanja  | 
               
                   Is-Sur Santiago SOLER PÉREZ Is-Sur Javier IBARS ALVARO  | 
               
                   Is-Sur Luis MÉNDEZ LÓPEZ  | 
            
| 
                   Franza  | 
               
                   Is-Sinjura Catherine HAQUENNE Is-Sinjura Natacha MARQUET  | 
               
                   Is-Sinjura Pascale DESSEN  | 
            
| 
                   L-Italja  | 
               
                   
  | 
               
                   
  | 
            
| 
                   Ċipru  | 
               
                   Is-Sinjura Lena PANAYIOTOU Is-Sur Emilios MICHAEL  | 
               
                   Is-Sur Michael ANTONIOU  | 
            
| 
                   Il-Latvja  | 
               
                   Is-Sinjura Anita LĪCE Is-Sinjura Ilona KIUKUCĀNE  | 
               
                   
  | 
            
| 
                   Il-Litwanja  | 
               
                   Is-Sur Justinas USONIS Is-Sur Aidas VAIČIULIS  | 
               
                   Is-Sinjura Dovilė BAČKYTĖ  | 
            
| 
                   Il-Lussemgurgu  | 
               
                   Is-Sur Marc KIEFFER Is-Sur François ENGELS  | 
               
                   Is-Sur Dany HAUSTGEN  | 
            
| 
                   L-Ungerija  | 
               
                   Is-Sinjura Terézia BOROSNÉ BARTHA Is-Sur István KOMORÓCZKI  | 
               
                   Is-Sur Adrienn BÁLINT  | 
            
| 
                   Malta  | 
               
                   Is-Sur Lawrence MIZZI Is-Sur Michael GALEA  | 
               
                   Is-Sur John HUBER  | 
            
| 
                   Il-Pajjiżi l-Baxxi  | 
               
                   Is-Sur Rob SLAGMOLEN Is-Sur A.P.M.G. SCHOENMAECKERS  | 
               
                   Is-Sur G.A.M. Gerard VAN DER GRIND  | 
            
| 
                   L-Awstrija  | 
               
                   Is-Sinjura Margit KREUZHUBER Is-Sur Andreas GRUBER  | 
               
                   Is-Sur Ulrike KLEIN  | 
            
| 
                   Il-Polonja  | 
               
                   Is-Sinjura Wioletta ŻUKOWSKA Is-Sur Prezmysław OSUCH  | 
               
                   Is-Sur Andrzej STĘPNIKOWSKI  | 
            
| 
                   Il-Portugall  | 
               
                   Is-Sinjura Cristina NAGY MORAIS Is-Sinjura Adília LISBOA  | 
               
                   Is-Sur Marcelino PENA COSTA  | 
            
| 
                   Ir-Rumanija  | 
               
                   Is-Sinjura Roxana PRODAN Is-Sur Daniel Sorin MOLDOVEANU  | 
               
                   Is-Sur Dan ANGHELESCU  | 
            
| 
                   Is-Slovenja  | 
               
                   Is-Sinjura Maja SKORUPAN Is-Sur Igor ANTAUER  | 
               
                   Is-Sinjura Tatjana ČERIN  | 
            
| 
                   Is-Slovakja  | 
               
                   Is-Sur Peter LÍŠKA Is-Sur Peter MOLNÁR  | 
               
                   Is-Sur Martin HOŠTÁK  | 
            
| 
                   Il-Finlandj  | 
               
                   Is-Sinjura Riitta WÄRN Is-Sur Mikko RÄSÄNEN  | 
               
                   Is-Sur Vesa RANTAHALVARI  | 
            
| 
                   L-Isvezja  | 
               
                   Is-Sinjura Karin EKENGER Is-Sur Örjan LUTZ  | 
               
                   Is-Sur Patrik KARLSSON  | 
            
| 
                   Ir-Renju Unit  | 
               
                   Is-Sinjura Sinead LAWRENCE Is-Sur Jim BLIGH  | 
               
                   
  | 
            
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar f'data aktar tard il-membri li għadhom ma ġewx magħżula.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. CHARALAMBOUS
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) ĠU C 294, 29.10.2010, p. 1.
Il-Kummissjoni Ewropea
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/6  | 
            
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Ottubru 2012
2012/C 302/02
1 euro =
         
      
| 
                   
  | 
               
                   Munita  | 
               
                   Rata tal-kambju  | 
            
| 
                   USD  | 
               
                   Dollaru Amerikan  | 
               
                   1,3002  | 
            
| 
                   JPY  | 
               
                   Yen Ġappuniż  | 
               
                   102,02  | 
            
| 
                   DKK  | 
               
                   Krona Daniża  | 
               
                   7,4556  | 
            
| 
                   GBP  | 
               
                   Lira Sterlina  | 
               
                   0,80325  | 
            
| 
                   SEK  | 
               
                   Krona Żvediża  | 
               
                   8,5728  | 
            
| 
                   CHF  | 
               
                   Frank Żvizzeru  | 
               
                   1,2112  | 
            
| 
                   ISK  | 
               
                   Krona Iżlandiża  | 
               
                   
  | 
            
| 
                   NOK  | 
               
                   Krona Norveġiża  | 
               
                   7,3935  | 
            
| 
                   BGN  | 
               
                   Lev Bulgaru  | 
               
                   1,9558  | 
            
| 
                   CZK  | 
               
                   Krona Ċeka  | 
               
                   24,915  | 
            
| 
                   HUF  | 
               
                   Forint Ungeriż  | 
               
                   282,75  | 
            
| 
                   LTL  | 
               
                   Litas Litwan  | 
               
                   3,4528  | 
            
| 
                   LVL  | 
               
                   Lats Latvjan  | 
               
                   0,6961  | 
            
| 
                   PLN  | 
               
                   Zloty Pollakk  | 
               
                   4,0735  | 
            
| 
                   RON  | 
               
                   Leu Rumen  | 
               
                   4,5782  | 
            
| 
                   TRY  | 
               
                   Lira Turka  | 
               
                   2,3375  | 
            
| 
                   AUD  | 
               
                   Dollaru Awstraljan  | 
               
                   1,2682  | 
            
| 
                   CAD  | 
               
                   Dollaru Kanadiż  | 
               
                   1,2750  | 
            
| 
                   HKD  | 
               
                   Dollaru ta' Hong Kong  | 
               
                   10,0805  | 
            
| 
                   NZD  | 
               
                   Dollaru tan-New Zealand  | 
               
                   1,5775  | 
            
| 
                   SGD  | 
               
                   Dollaru tas-Singapor  | 
               
                   1,5951  | 
            
| 
                   KRW  | 
               
                   Won tal-Korea t'Isfel  | 
               
                   1 444,13  | 
            
| 
                   ZAR  | 
               
                   Rand ta' l-Afrika t'Isfel  | 
               
                   11,1983  | 
            
| 
                   CNY  | 
               
                   Yuan ren-min-bi Ċiniż  | 
               
                   8,2226  | 
            
| 
                   HRK  | 
               
                   Kuna Kroata  | 
               
                   7,4810  | 
            
| 
                   IDR  | 
               
                   Rupiah Indoneżjan  | 
               
                   12 467,96  | 
            
| 
                   MYR  | 
               
                   Ringgit Malażjan  | 
               
                   3,9691  | 
            
| 
                   PHP  | 
               
                   Peso Filippin  | 
               
                   53,831  | 
            
| 
                   RUB  | 
               
                   Rouble Russu  | 
               
                   40,2520  | 
            
| 
                   THB  | 
               
                   Baht Tajlandiż  | 
               
                   39,721  | 
            
| 
                   BRL  | 
               
                   Real Brażiljan  | 
               
                   2,6258  | 
            
| 
                   MXN  | 
               
                   Peso Messikan  | 
               
                   16,5844  | 
            
| 
                   INR  | 
               
                   Rupi Indjan  | 
               
                   67,4220  | 
            
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/7  | 
            
Linja gwida tal-Kummissjoni – Gwida dwar il-preżentazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni marbuta mar-riżultati dwar il-provi kliniċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006
2012/C 302/03
1. IL-KUNTEST
Dan id-dokument ta' gwida jniedi l-aspetti tal-implimentazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku (2).
Dan jindirizza l-preżentazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni marbuta mar-riżultati tal-provi kliniċi, u għalhekk jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE bil-għan li jagħmlu r-riżultati tal-provi kliniċi disponibbli pubblikament – mira ta' politika li tinżamm fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (3). Dan id-dokument ta' gwida jagħti wkoll gwida dwar kif jiġu indirizzati n-nuqqas ta’ konformità u l-ineżattezza fattwali.
Dan id-dokument ta' gwida jikkompleta d-dokumenti ta' gwida tal-Kummissjoni li ġejjin:
| 
                   —  | 
               
                   Il-linja gwida 2010/C82/01 dwar it-talba lill-awtoritajiet kompetenti għall-awtorizzazzjoni ta’ prova klinika fuq prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, in-notifika ta’ emendi sostanzjali u d-dikjarazzjoni ta' tmiem il-prova (minn issa 'l quddiem “gwida dettaljata CT-1”) (4), u b' mod partikolari t-taqsima 4.3 tagħha;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-linja gwida 2008/C168/02 dwar l-oqsma tad-dejta li hemm fil-bażi tad-dejta ta' provi kliniċi stipulata fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/20/KE li għandhom jiġu inklużi fil-bażi ta' dejta dwar prodotti mediċinali stipulata fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (5), u b'mod partikolari mit-Taqsima 3 sa 5 tiegħu; kif ukoll  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-linja gwida 2009/C28/01 dwar l-informazzjoni li tikkonċerna l-provi kliniċi pedjatriċi li għandha tiddaħħal fil-Bażi ta' Dejta tal-UE dwar il-Provi Kliniċi (EudraCT) u dwar l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (6), u b'mod partikolari mit-taqsimiet 3.2 sa 3.4 u 5 tagħha.  | 
            
Dawk id-dokumenti ta' gwida tal-Kummissjoni kienu ġew iddettaljati aktar permezz ta' żewġ gwidi tekniċi ta' implimentazzjoni ppubblikati f’EudraLex — the rules governing medicinal products in the European Union on the List of fields to be made public from EudraCT for Paediatric Clinical Trials in accordance with Article 41 of Regulation (EC) No 1901/2006 u l-List of fields contained in the ‘EudraCT’ clinical trials database to be made public, in accordance with Article 57(2) of Regulation (EC) No 726/2004 (7).
2. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan id-dokument ta' gwida jindirizza l-preżentazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' provi kliniċi kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/20/KE b'tal-inqas waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
| 
                   —  | 
               
                   Il-prova klinika hija rregolata jew kienet irregolata skont id-Direttiva 2001/20/KE, li daħlet fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2004 (dwar il-preżentazzjoni tal-informazzjoni marbuta mar-riżultati dwar il-provi kliniċi li ntemmu fil-passat, ara t-Taqsima 4.6.1). Dan jimplika li tal-inqas wieħed mis-siti ta’ investigazzjoni tal-prova klinika jinsab fl-Unjoni Ewropea (UE) jew fi Stat Kontraenti taż-Żona Ekonomika Ewropea;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-prova klinika tagħmel parti mill-pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika inklużi dawk fejn is-siti ta’ investigazzjoni jinsabu barra l-Unjoni Ewropea (UE) (8);  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-prova klinika taqa' taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-prova klinika taqa' taħt l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006;  | 
            
3. IL-KONTENUT TAL-INFORMAZZJONI MARBUTA MAR-RIŻULTATI
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati għandha tiġu ppubblikata skont din il-linja gwida dwar il-provi kliniċi kollha msemmija fit-Taqsima 2.
Il-kontenut tal-informazzjoni marbuta mar-riżultati huwa stabbilit fil-Linja gwida 2009/C28/01. L-informazzjoni stipulata hemmhekk tapplika għal provi kliniċi pedjatriċi kif ukoll mhux pedjatriċi.
Il-gwida teknika ta' implimentazzjoni tal-format tal-oqsma tad-dejta (minn issa 'l quddiem “sett sħiħ ta' dejta”) hija ppubblikata f'dokument separat f’EudraLex — the rules governing medicinal products in the European Union, u b'hekk din tikkompleta ż-żewġ gwidi tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-List of fields to be made public from EudraCT for Paediatric Clinical Trials in accordance with Article 41 of Regulation (EC) No 1901/2006 u l-List of fields contained in the ‘EudraCT’ clinical trials database to be made public, in accordance with Article 57(2) of Regulation (EC) No 726/2004 (9).
L-oqsma tad-dejta f'dik il-gwida teknika dettaljata jqisu l-isforzi internazzjonali lejn l-armonizzazzjoni. Il-kontenut tal-oqsma tad-dejta jinżamm identiku għall-bażi ta' dejta tal-Istati Uniti “clinicaltrials.gov”, b’eċċezzjonijiet limitati biex jitqiesu l-partikolaritajiet bħall-pjan ta' investigazzjoni pedjatrika tal-UE, kif ukoll bidliet evolventi tal-bażijiet ta' dejta internazzjonali jew l-isforzi internazzjonali lejn l-armonizzazzjoni.
4. IL-MODALITAJIET TAL-PREŻENTAZZJONI U L-IPPROĊESSAR TA' INFORMAZZJONI MARBUTA MAR-RIŻULTATI
Bil-preżentazzjoni ta' informazzjoni marbuta mar-riżultati fil-bażi ta' dejta Ewropea msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2001/20/KE (minn issa 'l quddiem l-“EudraCT”) l-isponser, d-destinatarju tad-deċiżjoni dwar pjan ta' investigazzjoni pedjatrika jew id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, skont kif inhu xieraq, jikkonformaw mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Barra minn hekk, din il-preżentazzjoni titqies bħala li jkun ġie ppreżentat ir-rapport sommarju tal-prova klinika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bħala parti mid-dikjarazzjoni ta' tmiem il-prova, kif stabbilit fit-Taqsima 4.3 tal-gwida dettaljata CT-1. Meta l-informazzjoni marbuta mar-riżultati tiġi ppubblikata (ara sezzjoni 5), din tkun meqjusa bħala li ngħatat lill-Kumitat tal-Etika kif stabbilit fit-Taqsima 4.2.1 tal-gwida dettaljata CT-1.
4.1. Il-pubblikazzjoni ta' dejta
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati tiġi ppreżentata lill-EudraCT jew billi d-dejta tiddaħħal direttament bl-użu ta' interfaċċja tal-web pprovduta mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn issa 'l quddiem “l-Aġenzija”), billi ttella' fajl XML permezz tal-interfaċċja tal-web, jew bl-użu ta' teknoloġija gateway. Id-dejta titqiegħed f'modulu sigur tal-EudraCT.
L-informazzjoni għandha tingħata skont skema XML stabbilita u ppubblikati mill-Aġenzija.
L-informazzjoni tiġi ppreżentata:
| 
                   —  | 
               
                   mill-indirizzat tad-deċiżjoni dwar pjan ta' investigazzjoni pedjatrika, fejn il-prova klinika tagħmel parti mill-pjan ta' investigazzjoni pedjatrika;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, fejn il-prova klinika taqa' fi ħdan l-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   mill-isponser tal-prova klinika għall-provi kliniċi kollha msemmija fit-Taqsima 2.  | 
            
Għal dan il-għan il-parti responsabbli għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni tingħata kont sikur biex tkun tista' ttella' u teditja din id-dejta fis-sistema. Dik il-parti jkollha aċċess biss għad-dejta tagħha stess. Dan l-aċċess se jippermetti l-preżentazzjoni u l-manutenzjoni tad-dejta f’parti sigura tas-sistema. L-ipproċessar u l-ippubblikar ulterjuri ta' din l-informazzjoni huwa kkontrollat mill-Aġenzija.
Ċerti oqsma tad-dejta marbuta mal-protokoll se jintużaw sabiex jiġi ppreżentat il-kuntest tal-prova li jiffaċilita l-preżentazzjoni tal-informazzjoni marbuta mar-riżultati. Meta l-informazzjoni marbuta mar-riżultati tkun ipprovduta permezz tal-interfaċċja tal-web jew fuq XML prepopolata mniżżla mill-internet, l-informazzjoni marbuta mal-protokoll korrispondenti se tiġi llowdjata ġo dawn l-oqsma mill-EudraCT awtomatikament. Fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni ta' informazzjoni marbuta mar-riżultati, dawn l-oqsma jistgħu jiġu aġġornati permezz tal-interfaċċja tal-web jew alternattivament permezz ta' fajl XML aġġornat b'informazzjoni marbuta mal-protokoll.
Ġeneralment ikun hemm qasam għall-kummenti li jkun disponibbli li jkun marbut ma' oqsma oħra tad-dejta minbarra oqsma ta' test liberu. Il-qasam għall-kummenti huwa maħsub biex jippermetti l-inklużjoni ta' tagħrif li jissupplimenta l-kontenut tal-qasam fiss. L-istruttura tad-dejta miġbura takkomoda il-maġġoranza kbira tal-provi kliniċi; madankollu, il-qasam għall-kummenti jista' jiġi użat jekk l-oqsma tad-dejta ma jakkomodawx l-informazzjoni meħtieġa b'mod adegwat.
4.2. L-ipproċessar
Fil-partijiet siguri tas-sistema, tista' ssir validazzjoni teknika awtomatizzata. F'każ li jiġu identifikati xi kwistjonijiet, l-informazzjoni ma titħallhiex tiġi ppreżentata. Il-parti li tippreżenta se tingħata rapport ta' validazzjoni b'istruzzjonijiet dwar kif issolvi jew tiċċara l-kwistjonijiet.
Id-dejta mbagħad tiddaħħal fl-EudraCT, u l-informazzjoni dwar il-provi kliniċi li tkun se ssir pubblika tintgħażel mir-regoli applikabbli tan-negozju u ssir pubblika fir-Reġistru tal-UE tal-Provi Kliniċi ta' EudraPharm (ara t-taqsima 5). Din se tintrabat mad-dejta marbuta mal-protokoll, fejn din tal-aħħar tkun disponibbli fl-EudraCT.
Il-pubbliku mhux se jkollu aċċess għall-modulu sikur. Il-preżentazzjoni ta' informazzjoni marbuta mar-riżultati ma tħassarx l-informazzjoni eżistenti marbuta mal-protokoll li tinżamm fl-EudraCT.
4.3. Iż-żmien
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati għandha tiġi ppreżentata fil-perjodi ta' żmien stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 u l-linji gwida msemmija f'(1), jiġifieri (b'rabta mal-provi kliniċi pedjatriċi) fi żmien sitt xhur (10) u inkella fi żmien sena mit-tmiem tal-prova (11).
Huwa rakkomandat li dejta marbuta mar-riżultati għandha tiġi ppreżentata qabel dawn id-dati jekk tali informazzjoni tkun diġà disponibbli. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk ir-riżultati jkunu diġà ġew ippubblikati f'ġurnali xjentifiċi, jew jekk id-data primarja tat-tlestija tkun prevista qabel it-tmiem tal-prova.
Jekk il-prova klinika tintemm qabel iż-żmien, dik id-data għandha tiġi kkunsidrata bħala t-tmiem tal-prova.
Għal kull analiżi u prova ppjanata, jista' jiġi pprovdut sett wieħed biss ta’ dejta marbuta mar-riżultati. Jekk ir-riżultat jiġi analizzat diversi drabi, l-analiżijiet kollha jridu jiġu ppreżentati.
4.4. Il-lingwa
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati hija fil-biċċa l-kbira tagħha numerika, jew ibbażata fuq lista ta' definizzjonijiet tal-valur, bl-użu ta' għażliet predefiniti jew listi tat-terminoloġija.
Rigward l-oqsma ta’ test ħieles, is-sistema se tippermetti aktar minn lingwa waħda (mil-lingwi uffiċjali tal-UE). Skont l-istandard tad-WHO u biex ikun iffaċilitat l-użu internazzjonali barra l-UE, l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata bl-Ingliż. Barra minn hekk, l-informazzjoni tista' tiġi ppreżentata fi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-UE.
4.5. L-aġġornamenti tad-dejta u l-preżentazzjonijiet ta' segwitu
Xi informazzjoni marbuta mal-protokoll kif ukoll xi informazzjoni marbuta mar-riżultati (pereżempju, il-punti ta' kuntatt għal iktar informazzjoni jew l-istatus tar-reġistrazzjoni) se tkun disponibbli għall-aġġornament mill-parti li tippreżenta, b'tali mod li l-informazzjoni aġġornata tkun disponibbli direttament fid-dominju pubbliku u dejjem jekk il-kontrolli tekniċi li tkun soġġetta għalihom jiġu ssodisfatti.
Kull verżjoni tal-informazzjoni marbuta mal-protokoll u d-dejta marbuta mar-riżultati se tinżamm u l-preżentazzjoni ta' verżjonijiet ġodda mhux se tirriżulta fit-tħassir ta' verżjonijiet li ġew ippubblikati qabel, u b'hekk se jinżamm rekord tal-bidliet.
4.6. Dispożizzjonijiet għar-riżultati ta' provi kliniċi li ntemmu fil-passat
4.6.1. Provi kliniċi fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2001/20/KE
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati dwar provi kliniċi li ntemmu inqas minn sena qabel il-finalizzazzjoni tal-programmazzjoni msemmija fit-taqsima 6 għandha tiġi ppreżentata fi żmien sena mill-finalizzazzjoni tal-programmazzjoni billi jintuża sett sħiħ ta' dejta (ara taqsima 4.1).
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati dwar provi kliniċi li ntemmu sena jew aktar qabel il-finalizzazzjoni tal-programmazzjoni msemmija fit-Taqsima 6 tista' tiġi ppreżentata jew bl-użu ta’ sett sħiħ ta’ dejta (ara taqsima 3) jew bl-użu tal-metodu għal provi kliniċi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ara hawn taħt). Dan għandu jsir fi żmien 24 xahar mill-finalizzazzjoni tal-programmazzjoni msemmija fit-Taqsima 6.
4.6.2. Il-provi kliniċi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1901/2006
Se jkun disponibbli proċess alternattiv għall-preżentazzjoni għall-provi kliniċi msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. Għal dawn il-provi kliniċi, il-preżentazzjoni ta' informazzjoni marbuta mar-riżultati lill-Aġenzija bil-ħsieb li tiġi ppubblikata tista' ssir f'forma ta' kopja, awtorizzata mid-detentur tad-dritt tal-awtur, ta' artiklu ta' ġurnal mediku (bħala fajl PDF), bħala sommarju skont l-Anness I tal-Linji gwida ICH Topic E 3 (bħala fajl PDF), jew kwalunkwe dokument ieħor xieraq li jkun fih l-informazzjoni ta' dak is-sommarju (bħala fajl PDF). Għal dawn il-każijiet, se jiġi stabbilit sett ta' oqsma fl-EudraCT għall-identifikazzjoni tal-prova klinika involuta, biex jiġi ffaċilitat it-tiftix u biex ikun jista' jiġu mehmuż il-fajl PDF. Din l-informazzjoni marbuta mar-riżultati għandha tiġi ppreżentata fi żmien 24 xahar mill-finalizzazzjoni tal-programmazzjoni msemmija fit-taqsima 6.
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati tal-provi kliniċi inklużi fi pjan ta' investigazzjoni pedjatrika approvat (l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006), u tal-provi sponserjati mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jinvolvu l-użu fil-popolazzjoni pedjatrika ta' prodott mediċinali kopert minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006), u li ntemmu qabel il-finalizzazzjoni tal-programmazzjoni msemmija fit-Taqsima 6 għandha tiġi ppreżentata fi żmien sena mill-finalizzazzjoni tal-programmazzjoni bl-użu tas-sett sħiħ ta' dejta (ara taqsima 4.1).
4.7. In-nuqqas ta’ konformità, l-ineżattezzi fattwali
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li għal provi kliniċi awtorizzati minnhom l-informazzjoni marbuta mar-riżultati tiġi ppreżentata lill-Aġenzija.
Il-provi kliniċi li għalihom ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda informazzjoni marbuta mar-riżultati disa' xhur wara t-tmiem tal-provi (ara t-taqsima 4.3) pedjatriċi jew 15-il xahar fil-każ ta' provi oħrajn, se jiġu mmarkati. Din l-informazzjoni se tkun disponibbli għall-pubbliku. It-tul antiċipat tal-prova jiddaħħal dakinhar tal-applikazzjoni tal-prova klinika. It-tmiem reali tal-prova jiġi nnotifikat permezz tal-Formola ta' dikjarazzjoni ta’ tmiem il-prova.
Il-korrezzjonijiet kollha fl-informazzjoni ppreżentata se tagħmilhom il-parti li tippreżenta dik l-informazzjoni, xi drabi fuq talba tal-Aġenzija.
Jekk l-ispezzjonijiet tal-konformità ma' prassi ta' klinika tajba (PKT) juru li hemm dubji serji dwar l-eżattezza u l-affidabilità tad-dejta marbuta mar-riżultati, l-Aġenzija se tiġi infurmata immedjatament.
L-Aġenzija se żżomm il-possibbiltà li
| 
                   —  | 
               
                   tneħħi l-aċċess pubbliku għal xi informazzjoni;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   tenfasizza li l-informazzjoni marbuta mar-riżultati tista' ma tkunx valida fid-dawl tan-nuqqas ta' konformità tal-PKT; jew  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   żżid avviż fir-rekord pubbliku, fejn meħtieġ, għal raġunijiet ta' preċiżjoni fattwali jew konformità mar-rekwiżiti regolatorji.  | 
            
5. IL-PREŻENTAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI MARBUTA MAR-RIŻULTATI LILL-PUBBLIKU
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati ppreżentata ssir pubblika permezz tar-Reġistru tal-UE tal-Provi Kliniċi tal-EudraPharm skont id-dokumenti ta' gwida tal-Kummissjoni stabbiliti taħt (1), jiġifieri biss l-informazzjoni marbuta mar-riżultati dwar provi kliniċi mhux pedjatriċi tal-ewwel Fażi mhux se tkun disponibbli għall-pubbliku.
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati ssir pubblika fi żmien 15-il jum minn meta jiġi ppreżentat sett validu ta' dejta.
L-informazzjoni marbuta mar-riżultati ta' kull prova klinika tintrabat mal-informazzjoni marbuta mal-protokoll korrispondenti li diġà qiegħda fis-sistema.
Rigward il-preżentazzjoni ta' segwitu (ara t-taqsima 4.5), awtomatikament, l-ewwel li ma tiġi ppreżentata għall-aċċess pubbliku hija l-verżjoni attwali, iżda l-pubbliku xorta waħda jkun jista' jara l-verżjonijiet preċedenti.
Minbarra li tkun tista’ tinqara in situ fuq il-web, id-dejta se tkun disponibbli wkoll f'format stampat u se tkun tista' titniżżel mill-internet.
L-interfaċċja tal-web se tipprovdi strumenti li jiffaċilitaw it-tiftix, il-qari u l-ibbrawżjar tal-informazzjoni pubblika dwar il-provi kliniċi u r-riżultati tagħhom.
6. L-IMPLIMENTAZZJONI
Dan id-dokument ta' gwida japplika malli l-ipprogrammar tal-bażijiet ta' dejta rilevanti jkun ġie ffinalizzat.
Il-finalizzazzjoni tal-programmazzjoni titħabbar pubblikament mill-Aġenzija.
(1) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(3) COM(2012) 369 finali, 17.7.2012.
(7) http://ec.europa.eu/health/documents/eudralex/vol-10/index_en.htm
(8) Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006.
(9) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 7.
(10) It-Taqsima 2.2.2. tal-Linja gwida 2009/C28/01.
(11) Għat-terminu “it-tmiem tal-prova” ara t-Taqsima 4 tal-gwida dettaljata CT-1.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/11  | 
            
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 302/04
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
| 
                   Data u ħin tal-għeluq  | 
               
                   17.9.2012  | 
            
| 
                   Tul ta' żmien  | 
               
                   17.9.2012-31.12.2012  | 
            
| 
                   Stat Membru  | 
               
                   L-Isvezja  | 
            
| 
                   Stokk jew Grupp ta' stokkijiet  | 
               
                   SOL/3A/BCD.  | 
            
| 
                   Speċi  | 
               
                   Lingwata komuni (Solea solea)  | 
            
| 
                   Żona  | 
               
                   IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32  | 
            
| 
                   Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd  | 
               
                   —  | 
            
| 
                   Numru ta' referenza  | 
               
                   FS50TQ43  | 
            
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/11  | 
            
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 302/05
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
| 
                   Data u ħin tal-għeluq  | 
               
                   17.9.2012  | 
            
| 
                   Tul ta' żmien  | 
               
                   17.9.2012-31.12.2012  | 
            
| 
                   Stat Membru  | 
               
                   L-Isvezja  | 
            
| 
                   Stokk jew Grupp ta' stokkijiet  | 
               
                   COD/03AN.  | 
            
| 
                   Speċi  | 
               
                   Merluzz (Gadus morhua)  | 
            
| 
                   Żona  | 
               
                   Skagerrak  | 
            
| 
                   Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd  | 
               
                   —  | 
            
| 
                   Numru ta' referenza  | 
               
                   FS49TQ44  | 
            
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/12  | 
            
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 302/06
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
| 
                   Data u ħin tal-għeluq  | 
               
                   17.8.2012  | 
            
| 
                   Tul ta' żmien  | 
               
                   17.8.2012-31.12.2012  | 
            
| 
                   Stat Membru  | 
               
                   L-Estonja  | 
            
| 
                   Stokk jew Grupp ta' stokkijiet  | 
               
                   RED/N3M  | 
            
| 
                   Speċi  | 
               
                   Redfish (Sebastes spp.)  | 
            
| 
                   Żona  | 
               
                   NAFO 3M  | 
            
| 
                   Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd  | 
               
                   —  | 
            
| 
                   Numru ta' referenza  | 
               
                   FS51TQ44  | 
            
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/12  | 
            
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 302/07
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
| 
                   Data u ħin tal-għeluq  | 
               
                   10.9.2012  | 
            
| 
                   Tul ta' żmien  | 
               
                   10.9.2012-31.12.2012  | 
            
| 
                   Stat Membru  | 
               
                   Il-Latvja  | 
            
| 
                   Stokk jew Grupp ta' stokkijiet  | 
               
                   RED/N3M  | 
            
| 
                   Speċi  | 
               
                   Redfish (Sebastes spp.)  | 
            
| 
                   Żona  | 
               
                   NAFO 3M  | 
            
| 
                   Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd  | 
               
                   —  | 
            
| 
                   Numru ta' referenza  | 
               
                   FS46TQ44  | 
            
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/13  | 
            
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 302/08
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
| 
                   Data u ħin tal-għeluq  | 
               
                   7.9.2012  | 
            
| 
                   Tul ta' żmien  | 
               
                   7.9.2012-31.12.2012  | 
            
| 
                   Stat Membru  | 
               
                   Il-Belġju  | 
            
| 
                   Stokk jew Grupp ta' stokkijiet  | 
               
                   PLE/7FG  | 
            
| 
                   Speċi  | 
               
                   Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)  | 
            
| 
                   Żona  | 
               
                   VIIf u VIIg  | 
            
| 
                   Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd  | 
               
                   —  | 
            
| 
                   Numru ta' referenza  | 
               
                   FS44TQ43  | 
            
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/13  | 
            
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 302/09
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
| 
                   Data u ħin tal-għeluq  | 
               
                   24.8.2012  | 
            
| 
                   Tul ta' żmien  | 
               
                   24.8.2012-31.12.2012  | 
            
| 
                   Stat Membru  | 
               
                   Spanja  | 
            
| 
                   Stokk jew Grupp ta' stokkijiet  | 
               
                   RED/N3M  | 
            
| 
                   Speċi  | 
               
                   Redfish (Sebastes spp.)  | 
            
| 
                   Żona  | 
               
                   NAFO 3M  | 
            
| 
                   Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd  | 
               
                   —  | 
            
| 
                   Numru ta' referenza  | 
               
                   FS47TQ44  | 
            
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/14  | 
            
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 302/10
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
| 
                   Data u ħin tal-għeluq  | 
               
                   11.9.2012  | 
            
| 
                   Tul ta' żmien  | 
               
                   11.9.2012-31.12.2012  | 
            
| 
                   Stat Membru  | 
               
                   Spanja  | 
            
| 
                   Stokk jew Grupp ta' stokkijiet  | 
               
                   ANE/9/3411  | 
            
| 
                   Speċi  | 
               
                   Inċova (Engraulis encrasicolus)  | 
            
| 
                   Żona  | 
               
                   ŻONA Iż-żoni IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1  | 
            
| 
                   Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd  | 
               
                   —  | 
            
| 
                   Numru ta' referenza  | 
               
                   FS48TQ43  | 
            
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/14  | 
            
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 302/11
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
| 
                   Data u ħin tal-għeluq  | 
               
                   17.9.2012  | 
            
| 
                   Tul ta' żmien  | 
               
                   17.9.2012-31.12.2012  | 
            
| 
                   Stat Membru  | 
               
                   Il-Litwanja  | 
            
| 
                   Stokk jew Grupp ta' stokkijiet  | 
               
                   RED/N3M  | 
            
| 
                   Speċi  | 
               
                   Redfish (Sebastes spp.)  | 
            
| 
                   Żona  | 
               
                   NAFO 3M  | 
            
| 
                   Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd  | 
               
                   —  | 
            
| 
                   Numru ta' referenza  | 
               
                   FS52TQ44  | 
            
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/15  | 
            
DEĊIŻJONI SABIEX TINGĦALAQ IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA L-IRTIRAR MINN STAT MEMBRU
Għajnuna mill-Istat – L-Italja
(L-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika
Għajnuna mill-Istat SA.28642 (C 17/10 (ex N 315/09)) – Firmin Srl
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 302/12
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura formali ta' investigazzjoni taħt l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, mibdija fl-20 ta' Lulju 2010 (1) fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, li rreġistrat li l-Italja rtirat in-notifika tagħha fis-27 ta' Ġunju 2012.
(1) ĠU C 278, 15.10.2010, p. 28.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/16  | 
            
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 302/13
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“MONT D’OR”/“VACHERIN DU HAUT-DOUBS”
Nru tal-KE: FR-PDO-0217-0124-30.03.2006
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Titlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda:
| 
                   —  | 
               
                     | 
               
                   Isem tal-prodott  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Deskrizzjoni tal-prodott  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Żona ġeografika  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Prova tal-oriġini  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Metodu tal-produzzjoni  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Rabta  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Tikkettar  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Rekwiżiti nazzjonali  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Oħrajn (referenzi li jikkonċernaw il-korpi ta’ kontroll)  | 
            
2. Tip ta’ emenda(emendi):
| 
                   —  | 
               
                     | 
               
                   Emenda għad-dokument uniku jew is-sinteżi  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Emenda għall-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrata li għaliha la d-Dokument Uniku u lanqas is-Sinteżi ma ġew ippubblikati.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                     | 
               
                   Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)  | 
            
| 
                   —  | 
               
                     | 
               
                   Emenda temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)  | 
            
3. Emenda (emendi):
3.1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-Grupp applikanti:
Aġġornament tad-dettalji
3.2. It-Taqsima: “Deskrizzjoni tal-prodott”:
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdiedu dawn il-kjarifiki li ġejjin: – ħalib “intier tal-baqra użat fl-istat mhux ipproċessat u mbaqqat”; u – “mqiegħed f’kaxxi tal-injam tal-prinjol”.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-frażi: “Il-piż tal-ġobon, flimkien mal-kaxxa, ivarja minn 480 gramma sa 3,2 kilogrammi” tissostitwixxi “Il-ġobon huwa tal-piż, bil-kaxxa, jew ta’ bejn 480 gramma u 1,3 kilogrammi, jew ta’ bejn 2 kilogrammi u 3,2 kilogrammi”. Il-firxa sħiħa tal-piżijiet bejn 480 gramma sa 3,2 kilogrammi tirrispetta l-preżentazzjonijiet tradizzjonali kollha. It-togħma karatteristika assoċjata mad-denominazzjoni tal-oriġini ma tinbidilx bejn 1,3 u 2 kilogrammi.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-paragrafu li jiddeskrivi l-kaxex ġie komplut f’dak li jirrigwarda l-ħxuna u l-għoli tax-xifer kif ukoll il-qisien tal-għatu.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-ġobon “Mont d’Or” għandu jiġi kkumerċjalizzat fil-kaxxa karatteristika tiegħu. Il-karatteristiċi ta’ din il-kaxxa huma għalhekk stipulati bil-għan li tkun evitata kull preżentazzjoni li mhix tradizzjonali.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdied dan il-paragrafu: “Il-‘Mont d’Or’ jew il-‘Vacherin du Haut-Doubs’ ippakkjat fis-sura ta’ ġobna sħiħa, huwa ppakkjat f’kaxxa individwali tal-injam tal-prinjol b’imballaġġ protettiv”. Il-materjal protettiv imdawwar mal-ġobon Mont d’Or jippermetti r-regolazzjoni tal-evaporazzjoni naturali ta’ dan il-ġobon fil-kundizzjonijiet ottimali skont ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu. Din il-protezzjoni għalhekk tippermetti preservazzjoni aħjar tal-kwalitajiet essenzjali tal-prodott.  | 
            
3.3. It-Taqsima: “Żona ġeografika”:
Il-limiti taż-żona ġeografika ma nbidlux iżda żdiedu żewġ kjarifiki:
| 
                   —  | 
               
                   l-operazzjonijiet kollha (il-produzzjoni tal-ħalib, l-ipproċessar u l-maturazzjoni tal-ġobon) għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika kkostitwita miż-żona li tinsab f’altitudni 700 metru ‘l fuq mill-muniċipalitajiet elenkati hawn.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   peress li t-tqegħid fil-kaxxi tal-injam tal-prinjol isir waqt il-maturazzjoni, teknikament dan ma jistax iseħħ għajr fiż-żona ġeografika.  | 
            
3.4. It-Taqsima: “Prova tal-oriġini”:
L-emendi mitluba huma marbuta mar-riforma fis-sistema tas-spezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini. B’mod partikolari hija prevista l-awtorizzazzjoni tal-operaturi billi tkun rikonoxxuta l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-marka li minnha jiksbu l-profitti tagħhom. L-ispezzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DPO hija organizzata skont pjan ta’ spezzjoni imħejji minn korp ta’ kontroll.
Barra minn hekk, din it-taqsima fiha xi żidiet u tissupplementa bosta dispożizzjonijiet relatati mar-reġistri u mad-dokumenti ta’ dikjarazzjoni li jippermettu li tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-ġobnijiet.
3.5. It-Taqsima: “Metodu tal-produzzjoni”:
Saru ċerti kjarifiki fir-rigward tal-metodu ta’ produzzjoni. Id-dettalji jikkonċernaw:
| 
                   —  | 
               
                   Il-kura tal-mergħat u b’mod partikolari t-trattament tad-demel; miżuri intenzjonati biex jillimitaw l-impatt tad-demel sabiex il-flora naturali tkun ippreservata.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   L-għalf awtorizzat u dak ipprojbit għall-baqar għall-ħlib kif ukoll il-konċentrati u l-ikel komplementari; l-għan ta’ dawn il-miżuri huwa li tiġi ppreservata r-rabta bejn l-alimentazzjoni tal-baqar u l-ambjent naturali.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-ħlib, il-ġbir u l-ħżin tal-ħalib: jittieħdu miżuri li jiggarantixxu kwalità ottimali tal-ħalib.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   It-tagħmir fil-fabbrika tal-ġobon. Lista tat-tagħmir miminu hija stabbilita sbiex tkun żgurata manifattura li hija konformi mal-metodi tradizzjonali.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-preparazzjoni tal-istrixxi tal-injam ta’ madwar il-ġobon; il-metodi tal-ħżin u tat-tixrib tal-istrixxi huma stipulati.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Is-salmura: il-karatteristiċi tas-salmura huma stipulati.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-kantini tal-maturazzjoni: il-karatteristiċi tat-tagħmir tal-kantini tal-maturazzjoni huma stabbiliti.  | 
            
Barra minn hekk, saru l-emendi li ġejjin:
| 
                   —  | 
               
                   Ir-razez tal-baqar: Jiżdied dan it-test: “(…) jew baqar li jirriżultaw min-nisel iċċertifikat mit-taħlit ta’ dawn iż-żewġ razez.” L-għan ta’ din l-emenda huwa sabiex tingħata soluzzjoni għal każijiet partikolari ta’ annimali rari ġejjin mit-taħlit iċċertifikat taż-żewġ razez tad-denominazzjoni, dawn il-każijiet ta’ taħlit tar-razez jifformaw parti mill-prattika ta’ kuljum fit-trobbija tal-annimali bħal tar-razez Montbéliarde u Simmental Franċiż li ġejjin mill-istess fergħa ġenetika “Pie Rouge de l’Est”.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   L-ikel tal-baqar għall-ħalib: Jiżdied dan it-test: “F’ċirkostanzi eċċezzjonali dovuti l-aktar għal avvennimenti klimatiċi mhux previsti, jistgħu jingħataw derogi temporanji mis-servizzi tal-Institut National des Appellations d’Origine bil-għan li tkun żgurata provvista tal-ikel għall-merħla.” Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li f’dan it-tip ta’ sitwazzjoni l-annimali jitgħalfu kif suppost.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   L-ikel tar-ruminanti: Jiżdied dan it-test: “Il-pjanti u l-għalf supplementari ġejjin minn prodotti mhux transġeniċi biss huma awtorizzati. Huwa pprojbit it-tħawwil ta’ kultivazzjoni transġenika fuq l-uċuħ kollha ta’ azjenda li tipproduċi l-ħalib għall-ipproċessar f’DPO ‘Mont d’Or’ jew ‘Vacherin du Haut-Doubs’. Din il-projbizzjoni tinkludi kull speċi ta’ veġetazzjoni li x’aktarx tista’ tingħata bħala għalf lill-annimali tal-azjenda, u kull kultivazzjoni li x’aktarx tista’ tikkontaminahom.” Din id-dispożizzjoni tippermetti l-preservazzjoni tal-karattru tradizzjonali tal-għalf.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-kelma “inklużi” żdiedet f’din il-frażi: “ Il-manifattura tal-ġobon ssir fil-perjodu bejn il-15 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Marzu ż-żewġ dati inklużi”. Din il-kjarifika marbuta mal-perjodu tat-tmiem tal-manifattura ddaħħlet bil-għan li jkunu evitati interpretazzjonijiet differenti.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   It-test: “il-kultivazzjoni mingħajr ħsara ta’ batterji, ta’ ħmejjer, u ta’ moffa” inbidel għal: “il-kultivazzjoni selezzjonata ta’ fermenti lattiċi u tal-flora tal-wiċċ”. Din il-formulazzjoni hija aktar adattata.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdied dan il-paragrafu: “Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali ta’ dik il-parti li fiha l-ilma qabel ma jagħqad il-ħalib hija pprojbita”.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdied dan il-paragrafu: “Il-konservazzjoni f’temperatura taħt iż-żero tal-materja prima, tal-prodotti li qegħdin fil-proċess ta’ manifattura u tal-baqta, hija pprojbita.”  | 
            
Ta’ min wieħed josserva li għadd ta’ tekniki ġodda li jikkonċernaw trattamenti jew addittivi, bħalma huma l-mikrofiltrazzjoni, il-konċentrazzjoni parzjali tal-ħalib jew l-enżimi għall-proċess ta’ maturazzjoni, jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-karatteristiċi tal-ġobnijiet tad-denominazzjonijiet tal-oriġini. Ċerti addittivi enżimatiċi b’mod partikolari jidhru inkompatibbli maż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti tad-DPO. Għalhekk fil-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott kien hemm il-ħtieġa li tkun ikkjarifikata l-prattika attwali dwar l-użu ta’ trattamenti u ta’ addittivi għall-ħalib u fil-produzzjoni tal-ġobnijiet, sabiex jiġu evitati prassi futuri mhux stabbiliti li jikkompromettu l-karatteristiċi tal-ġobnijiet tad-denominazzjonijiet tal-oriġini.
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdied dan it-test: “Din l-istrixxa għandha titqiegħed immedjatament wara li jispiċċa l-proċess ta’ manifattura u dan jinkludi t-tneħħija mill-forma. Proċess intermedju ta’ salmura jista’ jseħħ kemm qabel kif ukoll wara t-tqegħid tal-istrixxi.” Dan jikkjarifika l-istadji fil-proċess tat-tqegħid tal-istrixxi u l-proċess tas-salmura sabiex il-prattiki tradizzjonali jkunu stabbiliti b’mod aħjar.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   It-test: “It-tul ta’ żmien għall-maturazzjoni huwa ta’ minimu 12-il jum li jibdew mill-jum tal-manifattura”, inbidel għal: “It-tul ta’ żmien minimu għall-maturazzjoni huwa ta’ 21 jum li jibdew mill-jum tat-tibqit (…) ”. Din il-kjarifika, marbuta mat-tul ta’ żmien għall-maturazzjoni, għandha l-għan li tiffaċilita l-ispezzjoni u li tevita interpretazzjonijiet żbaljati.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Tiżdied din il-frażi: “Qabel it-tqegħid fil-kaxxi, li jista’ jseħħ biss wara t-12-il jum ta’ wara l-proċess tat-tibqit, il-ġobon għandu jitħalla jistrieħ fuq pjanċa tal-injam tal-prinjol fejn ximindaqqiet jiddawwar u jingħafas manwalment bl-ilma tal-melħ.” Dan ir-rekwiżit għandu l-għan li jirrispetta l-metodi tradizzjonali b’mod aktar preċiż.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdied dan il-paragrafu: “It-tqegħid f’imballlaġġ protettiv li jdawwar il-ġobon flimkien mal-kaxxa tiegħu huwa awtorizzat mhux aktar tard mid-19-il jum wara d-data tat-tibqit.” It-tqegħid f’imballaġġ protettiv jitlob data ottimali; it-tul minimu taż-żmien bejn il-proċess tat-tibqit u l-imballaġġ li huwa stabbilit għal 19-il ġurnata.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdied dan il-paragrafu: “Il-konservazzjoni f’atmosfera modifikata tal-ġobnijiet friski jew tal-ġobnijiet li qegħdin fil-proċess ta’ maturazzjoni hija pprojbita.” Kien hemm il-ħtieġa ta’ kjarifika fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-prattiki attwali fil-manifattura tal-ġobnijiet, u dan sabiex ikunu evitati prattiki futuri mhux stabbiliti li jistgħu jikkompromettu l-karatteristiċi speċifiċi tal-“Mont d’Or” jew tal-“Vacherin du Haut-Doubs”.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   It-test: “It-tqegħid fis-suq għall-konsum għandu jsir mill-10 ta’ Settembru sal-10 ta’ Mejju” inbidel għal: “Il-bejgħ lill-konsumatur jista’ jsir biss bejn l-10 ta’ Settembru sal-10 ta’ Mejju.” Din il-kjarifika għandha l-għan li tagħmel distinzjoni bejn it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-prodott min-naħa tad-distributur, u l-bejgħ effettiv lill-konsumatur.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdied dan il-paragrafu: “F’kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon, l-assenza tal-imballaġġ protettiv hija r-responsabbiltà tad-detentur tal-merkanzija fir-rigward tal-kwalità tal-prodott.” Ir-responsabbiltà tal-bejjiegħa għandha tkun tista’ tintalab meta dawn ineħħu l-protezzjoni mqiegħda mill-produtturi tad-denominazzjoni (bħal pereżempju “maturazzjoni żejda”, jiġifieri l-maturazzjoni mill-ġdid tal-ġobon f’kundizzjonijiet mhux irregolati u kultant barra ż-żona ġeografika wara l-perjodu taż-żmien minimu ta’ maturazzjoni stabbilit skont il-liġi).  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Jiżdied dan it-test: “It-tqattigħ tal-ġobon minn qabel u t-tqegħid fl-imballaġġ protettiv fil-post tal-bejgħ huma approvati sakemm il-perjodu bejn it-tqattigħ u l-bejgħ lill-konsumatur ma jaqbiżx dak il-jum stess u l-jumejn tax-xogħol suċċessivi sa ħin l-għeluq tal-ħanut, u sakemm ir-regoli sanitarji tradizzjonali kollha huma rispettati.” Dawn il-kjarifiki saru biex jippermettu t-tqattigħ awtorizzat fil-postijiet tal-bejgħ iżda li dan ikun irregolat sabiex jiġu limitati r-riskji tad-deterjorament tal-prodott.  | 
            
3.6. It-Taqsima: “Elementi li jiġġustifikaw ir-rabta maż-żona ġeografika”:
Dan il-kapitlu ġie riorganizzat fi tliet partijiet “l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika”, “l-ispeċifiċità tal-prodott” u “rabta kawżali bejn l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċità tal-prodott”. F’din it-taqsima saru xi emendi fil-kitba li jagħtu spjegazzjonijiet addizzjonali iżda li ma jimmodifikawx is-sustanza tat-test.
3.7. It-Taqsima: “Referenzi li jikkonċernaw il-korpi ta’ spezzjoni”:
Ir-referenzi għall-Institut National des Appellations d’Origine tneħħew u ġew sostitwiti b’referenzi għal Entità taċ-Ċertifikazzjoni Akkreditata skont l-istandard 45011.
3.8. It-Taqsima: “Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar”:
| 
                   —  | 
               
                   L-obbligu tal-logo “INAO” tneħħa f’konformità mal-liġi nazzjonali.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Is-simbolu “DPO” tal-Unjoni Ewropea issa huwa obbligatorju.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   It-test: “informazzjoni oħra meħtieġa skont ir-regolamenti ġenerali għandha tidher fuq ix-xifer tal-kaxxa” inbidel għal: “informazzjoni oħra meħtieġa skont ir-regolamenti ġenerali għandha tidher fuq il-liwja (ix-xifer) tal-kaxxa”. Fil-prattika tintuża aktar il-kelma ‘liwja’ (pliure) milli ‘xifer’ (targe).  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Test miżjud mat-tieni paragrafu: “Din il-kitba għandha tkun viżibbli sal-istadju tal-bejgħ lill-konsumaturi.” Din id-dispożizzjoni tippermetti t-traċċabbiltà tal-prodott u tipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-konsumaur.  | 
            
3.9. It-Taqsima: “Rekwiżiti nazzjonali”:
Minħabba bidliet leġiżlattivi u fir-regolamenti nazzjonali, it-taqsima “Rekwiżiti nazzjonali” hija ppreżentata f’forma ta’ tabella tal-punti prinċipali li għandhom jiġu ċċekkjati, il-valuri ta’ referenza tagħhom u l-metodu tal-evalwazzjoni tagħhom.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“MONT D’OR”/“VACHERIN DU HAUT-DOUBS”
Nru tal-KE: FR-PDO-0217-0124-30.03.2006
IĠP ( ) DPO ( X )
1. L-isem:
“Mont d’Or”/“Vacherin du Haut-Doubs”
2. L-Istat Membru jew il-pajjiż terz:
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:
3.1. It-tip tal-prodott:
| 
                   Klassi 1.3. –  | 
               
                   Ġobnijiet  | 
            
3.2. Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1):
Il-“Mont d’Or” jew il-“Vacherin du Haut-Doubs” huwa ġobon immanifatturat esklussivament bil-ħalib intier tal-baqra, użat fl-istat mhux ipproċessat u mbaqqat. Il-ħalib ġej mill-merħliet tal-baqar għall-ħlib esklussivament tar-razza Montbéliarde jew tar-razza Simmental Franċiż, jew min-nisel iċċertifikat tat-taħlit taż-żewġ razez.
Huwa ġobon artab, mhux imsajjar, kemmxejn ippressat, b’konsistenza kremuża, fil-forma ta’ ċilindru ċatt. Il-ġobna hija tal-kulur abjad u avorju, u kemmxejn immelħa. Il-qoxra, miksija b’disinn ta’ fjura bilkemm tidher, hija ta’ kulur bejn safrani u kannella ċar.
Il-prodott fih minimu ta’ 45 gramma xaħam għal kull 100 gramma ġobon imnixxef. Il-kontenut tal-ilma fil-ġobon mingħajr ix-xaħam ma għandux ikun aktar minn 75 %.
Il-“Mont d’Or” jew il-“Vacherin du Haut-Doubs” huwa mdawwar bl-istrixxa tal-qoxra tal-prinjol u mdaħħal f’kaxxa tal-injam mill-istess siġra. Fil-kaxxa, il-ġobon għandu aspett imkemmex.
Il-piż tal-ġobon, bil-kaxxa, ivarja bejn 480 gramma sa 3,2 kilogrammi.
Il-qisien tal-kaxxa għandhom isegwu dawn l-ispeċifikazzjonijiet:
| 
                   —  | 
               
                   id-dijametru tal-qiegħ tal-kaxxa għandu jkun ta’ bejn 11-il ċm u 33 ċm;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   l-għoli tal-kaxxa għandu jkun bejn 6 ċm u 7 ċm;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   il-ħxuna tal-fond u l-ħxuna tal-għatu għandhom ikunu inqas minn 7 mm kull wieħed;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   il-ħxuna tal-liwja (ix-xifer) tal-kaxxa u tal-għatu għandhom ikunu anqas minn 2 mm;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   l-għoli tax-xifer tal-għatu għandu jkun mhux ta’ aktar minn 2,5 ċm;  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   il-forma u l-qisien tal-għatu għandhom jaqblu ma’ dawk tal-kaxxa.  | 
            
Il-“Mont d’Or” jew il-“Vacherin du haut-Doubs” huwa ppreżentat sħiħ f’kaxxa individwali tal-injam tal-prinjol u mdawwar b’imballaġġ protettiv. Dan jista’ jinbiegħ mill-10 ta’ Settembru sal-10 ta’ Mejju biss. Il-“Mont d’Or” jew il-“Vacherin du Haut-Doubs” ma jistax jiġi ffriżat.
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
Il-konsum bażiku tal-ikel tal-baqar tal-ħlib għandu jkun ikkostitwit mill-għalf ġej mill-mergħat li jinsabu f’altitudni ta’ tal-anqas 700 metru fiż-żona ġeografika. F’perjodu ta’ kultivazzjoni l-mergħat jirrappreżentaw tal-anqas nofs il-konsum tal-ikel ta’ kuljum, l-għalf mill-ħaxix jista’ jintuża biss bħala ikel supplementari. Meta l-baqar ikunu fl-istalel, il-konsum bażiku tal-ikel tagħhom huwa kkostitwit mill-ħuxlief miġbur mill-mergħat fiż-żona ġeografika. Fuq l-azjenda, l-art li tintuża bħala mergħa għandha tesa’ mill-anqas ettaru għal kull baqra tal-ħalib.
Il-kontenut ta’ konċentrati fil-konsum tal-ikel tal-baqar huwa limitat għal 8 kilogrammi għal kull baqra li qed tipproduċi l-ħalib kuljum. Dan jimplika li madwar 70 % tal-konsum tal-ikel kuljum huwa kkostitwit minn għalf ġej miż-żona ġeografika.
L-ikel u l-pjanti komplementari li huma awtorizzati fl-ikel tal-annimali huma biss dawk ġejjin minn prodotti mhux transġeniċi.
Il-prodotti tas-sajlow u ħaxix ieħor iffermentat, inklużi pakketti minnhom magħluqa fil-plastik issiġillat huma pprojbiti s-sena kollha fuq l-azjenda.
3.5. Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata:
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet għandhom isiru fiż-żona ġeografika.
3.6. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
It-tqegħid fil-kaxex għandu jsir fiż-żona ġeografika definita għaliex il-ġobon għandu jimmatura fil-kaxxa. Kull tqattigħ tal-ġobon huwa pprojbit, għajr fl-istadju tal-bejgħ lill-konsumatur.
Il-“Mont d’Or” jew il-“Vacherin du Haut-Doubs” ippakkjat bħala ġobna sħiħa huwa ppreżentat f’kaxxa individwali tal-injam tal-prinjol mdawwar b’imballaġġ protettiv.
3.7. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
Kull ġobna tad-denominazzjoni tal-oriġini “Mont d’Or” jew “Vacherin du Haut-Doubs” hija kkumerċjalizzata b’tikketta individwali li jkollha l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini miktuba f’karattri li huma ta’ daqs ta’ mill-inqas żewġ terzi tal-akbar karattri li jidhru fuq it-tikketta. L-isem “Mont d’Or” jew “Vacherin du Haut-Doubs”, it-tismija fakultattiva “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini”, is-simbolu “DPO” tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-identifikazzjoni ċara tal-isem tal-fabbrika u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa skont ir-regolamenti ġenerali għandhom jidhru fuq il-liwja (ix-xifer) tal-kaxxa. Din il-kitba għandha tkun viżibbli sakemm il-ġobon jasal fl-istadju tal-bejgħ lill-konsumatur.
Huwa pprojbit l-użu ta’ kwalunkwe deskrizzjoni jew tismija oħra li takkumpanja d-denominazzjoni fuq it-tikketta, fuq il-fatturi jew fuq id-dokumenti kummerċjali għajr għall-marki kummerċjali jew trejdmarks u l-indikazzjoni “manifatturat fil-Haut-Doubs”.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura, l-ippakkjar fil-kaxex tal-injam u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet għandhom iseħħu f’altitudni ta’ tal-anqas 700 metru fiż-żona ġeografika li tkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-dipartiment ta’ Doubs: Les Alliés, Arc-sous-Cicon, Arçon, Barboux, Le Bélieu, Bians-les-Usiers, Le Bizot, Bonnétage, La Bosse, Boujailles, Bugny, Bulle, Chapelle-d’Huin, La Chaux, La Chenalotte, Courvières, Dompierre-les-Tilleuls, Evillers, Les Fontenelles, Fournet-Blancheroche, Frambouhans, Frasne, Gilley, Goux-les-Usiers, Grand’Combe-des-Bois, Hauterive-la-Fresse, Levier, La Longeville, Maisons-du-Bois-Lièvremont, Le Mémont, Montbenoît, Montflovin, Narbief, Noël-Cerneux, Plaimbois-du-Miroir, Le Russey, Saint-Gorgon-Main, Saint-Julien-lès-Russey, Septfontaines, Sombacour, Ville-du-Pont u t-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Morteau, ta’ Mouthe u ta’ Pontarlier.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Mont d’Or” jew tal-“Vacherin du Haut-Doubs” hija kkostitwita miż-żona muntanjuża tal-Jura li l-altitudni tagħha tvarja bejn 700 u 1 200 metru kif ukoll iż-żona tal-mergħat fil-għoli li jinsabu ‘l fuq minn 1 200 metru fil-qċaċet tal-katina prinċipali tal-muntanji tal-Jura.
Mill-perspettiva ġeoloġika, din iż-żona tappartjeni għall-formazzjonijiet tal-perjodu Ġurassiku tal-aħħar. Ċerti baċini tal-Haut-Doubs juru wkoll formazzjonijiet tal-fażi Neokomjana tal-perjodu Kretaċeju. L-art tal-fażi Neokomjana hija kkostitwita minn ħamrija mogħnija bl-ossidu tal-ħadid.
L-għoljiet huma kkostitwiti mit-tarf tal-pjanuri tal-Massif du Jura u minn żona muntanjuża, fuq il-fruntiera mal-Isvizzera.
Dawn it-territorji huma adattati b’mod partikolari għall-mergħat u għall-foresti tal-koniferi, l-aktar is-siġar tal-prinjol, li jaqsmu l-ispazju bejniethom bejn wieħed u ieħor b’mod ugwali.
Il-klima hija rigoruża ħafna b’temperaturi baxxi ħafna fix-xitwa waqt li perjodu twil ta’ borra jagħmel it-trasport diffikultuż.
Għalkemm dokumenti uffiċjali huma rari, wieħed jista’ jistabbilixxi li dan il-ġobon beda jitfaċċa f’dan ir-reġjun fis-seklu tnax.
Fil-fatt f’dak iż-żmien, il-mergħat tal-pjanuri għoljin tal-Jura ttieħdu għall-agrikoltura taħt l-awspiċi tal-monasteri kbar ta’ Saint-Claude u ta’ Montbenoît u b’hekk seħħ l-iżvilupp tat-trobbija tal-annimali u tal-produzzjoni tal-ħalib. Mis-seklu erbatax ’il hemm, din l-attività ffaċilitat il-ħolqien ta’ “fruitières” (fabbriki tal-ġobon).
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Il-“Mont d’Or” jew il-“Vacherin du Haut-Doubs” huwa ġobon magħmul mill-ħalib intier tal-baqra mhux ipproċessat.
Huwa ġobon mhux imsajjar b’konsistenza ratba, kemmxejn ippressat, kremuż, xi ftit immellaħ, tal-kulur bejn bajdani u ivorju, bil-qoxra maħsula li tkanġi bejn isfar u kannella ċara u koperta b’disinn ta’ fjura li bilkemm tidher; il-ġobon huwa mdawwar bi strixxa tal-prinjol immedjatament wara li dan jinħareġ mill-forma, u jiddaħħal f’kaxxa mill-injam tal-prinjol. Il-ġobon ikompli jimmatura fil-kaxxa tiegħu u d-dehra tiegħu hija mkemmxa. L-istrixxa u l-kaxxa jiffurmaw parti integrali mir-rekwiżiti għall-produzzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Mont d’Or” jew “Vacherin du Haut-Doubs”. Il-qisien tal-kaxxa għandhom jirrispettaw ċerti regoli.
Il-ġobon huwa ppreżentat fil-forma ta’ ċilindru ċatt, u jiżen, bil-kaxxa, bejn 480 gramma u 3,2 kilogrammi.
Il-ġobon jiġi mmanifatturat bejn il-15 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Marzu u jitqiegħed fis-suq biss bejn l-10 ta’ Settembru u l-10 ta’ Mejju, fis-sura ta’ ġobna sħiħa u f’kaxxa individwali tal-injam tal-prinjol.
Dan il-ġobon, minħabba l-preżentazzjoni u l-konsistenza kremuża ħafna tiegħu, kiseb sa mill-bidu tiegħu, l-istatus ta’ ġobna għaċ-ċelebrazzjonijiet.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Il-“Mont d’Or”jew il-“Vacherin du Haut-Doubs” huwa ġobon li jista’ jsir bil-ħalib prodott fl-aħħar tal-istaġun. Il-ħarifa u x-xitwa fil-fatt jikkorrispondu għal perjodu meta l-baqar, li jkunu reġgħu ddaħħlu fl-istalla wara perjodu ta’ mergħa, ikunu waslu pjuttost fit-tieni parti tal-ħlib, meta l-produzzjoni tal-ħalib tkun baxxa filwaqt li l-ħalib huwa mogħni bix-xaħmijiet.
Il-produtturi agrikoli ippruvaw jżidu l-valur għal produzzjoni tal-ħalib li t-trasport tiegħu sal-fabbrika tal-ġobon huwa diffiċli minħabba l-klima. Dan għamluh billi adattataw rwieħhom għal din is-sitwazzjoni u bdew jimmanifatturaw ġobna iżgħar fid-daqs mill-ġobnijiet ippressati u msajra, u li hija niedja u faċli biex tiġi ppreservata fil-kaxxa u fl-istrixxa tagħha magħmula mill-qoxra tal-prinjol.
Minkejja t-trasferiment minn produzzjoni fuq il-farm għall-ipproċessar fil-fabbriki tal-ġobon, il-“Mont d’Or” jew il-“Vacherin du Haut-Doubs” għadu ġobon staġonali li l-produzzjoni tiegħu tieqaf qabel ma tibda r-rebbiegħa.
Tradizzjonalment, il-ħalib kien jiġi mbaqqat malajr fit-temperatura tal-ħalib (ogħla minn 33 ° C). Dan il-ħin rapidu għat-tibqit, flimkien mal-kontenut għoli ta’ xaħam fil-ħalib, irriżultaw f’baqta ratba. L-għarfien tekniku lokali assoċjat max-xogħol tal-injam rriżulta fil-produzzjoni ta’ speċi ta’ strixxi ratba miġbuda mill-qoxra tal-prinjol li tradizzjonalment jinqatgħu fil-ħarifa. B’hekk inħolqot “forma b’użu uniku” li tippermetti l-konservazzjoni tal-baqta. Din l-istrixxa tagħti lill-“Mont d’Or” jew il-“Vacherin du Haut-Doubs” it-togħma karatteristika li tfakkar fl-injam.
Il-proċessi moderni ta’ manifattura tejbu l-karattru tal-baqta (ħin imqassar sabiex il-ħalib isir baqta) billi żiedu t-temperatura biex jagħqad. L-istrixxa għadha tkompli taqdi rwol tagħha biex il-ġobna tinżamm niedja u grassa.
Wara li jkun sar il-ġobon, il-maturazzjoni ġeneralment isseħħ f’temperatura għolja li tirriżulta f’konsistenza kremuża minħabba t-tkissir tal-proteini. Din it-temperatura elevata tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ aromi tal-ħalib u ta’ togħma pjuttost morra li tippersisti fil-ħalq. Il-ħasil regolari tal-ġobon jirriżulta f’qoxra nadifa u omoġenea minħabba l-iżvilupp tal-batterji tal-wiċċ. Din it-teknika ġiet żviluppata u mtjeba bis-saħħa tal-għarfien lokali li żviluppa matul iż-żminijiet.
Sabiex tiġi kkontrollata din il-ġobna li hija daqshekk ratba (kważi likwida), il-maturazzjoni titkompla u tispiċċa fil-kaxxa tagħha stess magħmula mill-qoxra tal-prinjol. Meta jitqiegħed fil-kaxxa, il-ġobon jitgħaffeġ xi ftit u l-wiċċ tiegħu jieħu għalhekk l-aspett imkemmex li jfakkar fl-għoljiet tal-muntanja. Illum id-dehra mkemmxa tiegħu fil-ħin tat-tqegħid fil-kaxxa huwa wkoll ikkunsidrat mill-produtturi tal-ġobon bħala kriterju ta’ suċċess fil-manifattura u fil-kwalità tal-“Mont d’Or” jew tal-“Vacherin du Haut-Doubs”. Fil-kaxxa disinn ħafif ta’ “fjura” jgħatti l-wiċċ tal-ġobna. Il-kaxxa hija għalhekk element importanti fil-maturazzjoni tal-ġobon. Il-kaxxa sservi wkoll bħala l-imballaġġ għall-ġobon waqt it-trasport tiegħu u aktar tard għall-preżentazzjoni tiegħu meta jinbiegħ. Il-kaxxa fiha l-identifikazzjoni tal-prodott u tal-produttur.
Il-kura li tittieħed fit-trobbija tal-baqar Montbéliardes jew Simmental, murija fl-avvenimenti ta’ wiri tal-gruppi agrikoli lokali, tirrifletti l-fatt li l-indafa u l-benessri tal-annimali jiffurmaw il-bażi tal-għarfien tekniku tal-produtturi tal-ħalib f’din iż-żona.
Barra minn hekk, l-ikel tal-baqar li huma esklussivament tar-razza Montbéliarde jew Simmental Franċiż, jew mit-taħlita taż-żewġ razez huwa stipulat b’mod strett. Il-konsum bażiku tal-ikel tal-baqar għandu jikkonsisti mill-għalf taż-żona ġeografika. L-għalf ġej minn barra ż-żona ġeografika huwa awtorizzat iżda biss f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.
Għall-produzzjoni ta’ dan il-ġobon, ġew ippreservati għarfien tekniku u tradizzjoni li huma speċifiċi ħafna u li għadhom riflessi fil-kondizzjonijiet tal-produzzjoni: produzzjoni staġonali u l-użu tal-kaxex u tal-istrixxi mill-qoxra tal-prinjol.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
http://agriculture.gouv.fr/IMG/pdf/CDC_Mont_d_Or_cle8515b3.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/24  | 
            
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni ghal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 302/14
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“MIEL DE LA ALCARRIA”
Nru tal-KE: ES-PDO-0117-0079-22.09.2010
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:
| 
                   —  | 
               
                     | 
               
                   Isem il-prodott  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Deskrizzjoni  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Żona ġeografika  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Prova tal-oriġini  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Metodu ta' produzzjoni  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Rabta  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Tikkettar  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Rekwiżiti nazzjonali  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Oħrajn (organu ta’ spezzjoni)  | 
            
2. Tip ta' emendi:
| 
                   —  | 
               
                   ☒  | 
               
                   Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                     | 
               
                   Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sommarju  | 
            
| 
                   —  | 
               
                     | 
               
                   Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-dokument uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).  | 
            
| 
                   —  | 
               
                     | 
               
                   Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).  | 
            
3. Emendi:
3.1. Deskrizzjoni:
Titjieb il-kitba tal-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u melisopalinoloġiċi tal-“Miel de La Alcarria”, bl-introduzzjoni ta’ simboli matematiċi li jiddefinixxu l-limiti ta' kull parametru.
Jiġu emendati l-limiti ta’ ċerti parametri fiżiko-kimiċi u melisopalinoloġiċi abbażi tal-esperjenza miksuba tul iktar minn 16-il sena tad-Denominazzjoni tal-Oriġini “Miel de La Alcarria”, kif ukoll abbażi ta’ studji mwettqa fuq ir-riżultati analitiċi miksuba fil-laboratorju tal-għasel taċ-Ċentru Agrikolu tal-Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha, dwar l-għasel tad-Denominazzjoni tal-Oriġini “Miel de La Alcarria”, li permezz tagħhom setgħu jittejbu l-karatteristiċi tal-prodott.
3.2. Żona ġeografika ddefinita:
Ġiet aġġornata t-taqsima taż-żona ġeografika ddefinita, wara t-tibdil li sar bir-rikonoxximent jew il-ħolqien ta' lokalitajiet ġodda. Ġie vverifikat ukoll li kien hemm ċerti lokalitajiet li baqgħu ma ssemmewx minkejja li huma mdawrin b'lokalitajiet oħra li ssemmew u li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita tad-DPO. Ma kien hemm l-ebda raġuni biex dawk il-lokalitajiet jitħallew barra, u għaldaqstant, ġew inklużi f'din ir-reviżjoni ġdida taż-żona ġeografika ddefinita.
Barra minn hekk, il-kaxex tan-naħal qegħdin jinfirxu lejn muniċipalitajiet fil-madwar, u għaldaqstant, b'referenza għall-istudju taċ-Ċentru Agrikolu tal-Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha, żdiedu muniċipalitajiet ġodda bil-għan li jiffavorixxu l-isfruttar sħiħ għall-apikultura taż-żona, filwaqt li jinżammu l-kwalitajiet iddefiniti tal-“Miel de La Alcarria”, u titqies is-similitudni tad-diversità tal-flora.
3.3. Prova tal-oriġini:
Minħabba li l-organu ta’ spezzjoni li jivverifika l-ispeċifikazzjoni nbidel, tiddaħħal kitba ġdida fit-taqsima “Kontrolli u Ċertifikazzjoni” li tieħu post it-test li kien hemm qabel. Filwaqt li isem l-organu ta' spezzjoni jinbidel mal-isem tal-organu l-ġdid fir-referenzi kollha meħtieġa, jiġu stabbiliti wkoll l-organu ta’ spezzjoni li jieħu ħsieb iċ-ċertifikazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom jirrispettaw l-impriżi tal-ippakkjar u l-prodott stess.
3.4. Metodu ta' produzzjoni:
Bil-bidla tal-organu ta’ spezzjoni, tiġi emendata l-kitba ta’ din it-taqsima fejn jiġi deskritt il-metodu ta’ produzzjoni, u jiġu elenkati r-rekwiżiti obbligatorji, u l-karatteristiċi li għandhom jiġu ċċertifikati, għall-“Miel de La Alcarria”. Għaldaqstant, jiddaħħlu f'din it-taqsima t-tekniki msemmija fir-rabta mal-ambjent. It-tekniki jiġu aġġornati wkoll billi ħafna minnhom mhumiex tipiċi tal-“Miel de La Alcarria”, iżda huma rekwiżiti sanitarji u alimentari rregolati.
3.5. Rabta:
Fit-taqsima “Ħamrija u veġetazzjoni” u fil-paragrafu li jikkorrispondi għall-flora selvaġġa, tiġi aġġornata l-lista ta’ labjati, inkluż il-merqtux (Thymus mastichina L. subsp. mastichina), u fil-paragrafu li jirreferi għall-artijiet tat-tkabbir jiżdied it-test li ġej: “Jikbru wkoll pjanti aromatiċi u tat-taħwir, l-iktar il-lavandina (Lavandula hybrida Rev.)”.
Kif jissemma fit-taqsima ta’ qabel, it-tekniki tmexxew għat-taqsima dwar il-metodu ta’ produzzjoni.
3.6. Organu ta’ spezzjoni:
Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jintalab li l-organu ta’ spezzjoni għad-DPO “Miel de La Alcarria” jkun l-entità ta' ċertifikazzjoni “GEACAM.S.A.”, li hija akkreditata mill-ENAC għas-settur agroalimentari, billi hija konformi mar-rekwiżiti stipulati mill-istandard UNE-EN 45011 “Rewiżiti ġenerali għall-entitajiet li jwettqu ċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti.”
3.7. Tikkettar:
Din it-taqsima tinkiteb mill-ġdid biex jiġu identifikati aħjar it-tipi ta’ ippakkjar.
3.8. Rekwiżiti nazzjonali:
Ġew aġġornati id-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“MIEL DE LA ALCARRIA”
Nru tal-KE: ES-PDO-0117-0079-22.09.2010
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Miel de La Alcarria”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
| 
                   Klassi 1.4.  | 
               
                   Prodotti oħra ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti mill-ħalib għajr il-butir, eċċ.)  | 
            
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1:
Il-“Miel de La Alcarria” (għasel mir-reġjun tal-Alcarria) jiġi kklassifikat fit-tipi li ġejjin:
Għasel monoflorali tar-rożmarin (Rosmarinus officinalis L.)
Għasel monoflorali tal-lavanda (Lavandula latifolia Medicus)
Għasel multiflorali.
Mal-ippakkjar, l-għasel għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
A.
| 
                   Umdità  | 
               
                   ≤ 17,5 %  | 
            
| 
                   Idrossimetilfurfural  | 
               
                   ≤ 15,0 mg/kg  | 
            
| 
                   Aċidità ħielsa  | 
               
                   ≤ 35,0 meq/kg  | 
            
| 
                   Konduttività elettrika  | 
               
                   ≤ 0,62 mS/cm  | 
            
| 
                   Kolorimetrija  | 
               
                   L* 10 ≥ 55,0; – 2,0 ≤ a* 10 ≤ + 22,0; hab, 10 ≥ 74,0  | 
            
B.
| 
                   Tip ta’ “Miel de La Alcarria”  | 
               
                   Perċentwal tal-għabriet tad-dakra  | 
            
| 
                   Monoflorali tal-lavanda  | 
               
                   Dakra tal-lavanda > 10 %  | 
            
| 
                   Monoflorali tar-rożmarin  | 
               
                   Dakra tar-rożmarin ≥ 15 %  | 
            
| 
                   Multiflorali  | 
               
                   Is-somma tal-perċentwali tal-għabriet tad-dakra tas-sagħtar (Thymus t.), sagħtrija (Satureja spp.), rożmarin u lavanda għandha tkun ≥ 5 %  | 
            
Barra minn hekk, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
| 
                   —  | 
               
                   Il-perċentwal ta’ għabriet tad-dakra tal-familja tal-ġummar (Ericaceae), għajr il-common bearberry (Arctostaphylos uva-ursi L. Sprengel), għandu jkun ≤ 1 %.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-perċentwal tal-għabriet tad-dakra taċ-ċister (Cistus ladanifer L.) għandu jkun ≤ 3 %.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-perċentwal tal-għabriet tad-dakra tal-lavanda Franċiża (Lavandula stoechas L.) għandu jkun ≤ 3 %.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Is-somma tal-perċentwali tal-għabriet tad-dakra tal-pjanti mhux ornamentali li jikbru fiż-żona ta’ produzzjoni, għajr il-pjanti aromatiċi, għandha tkun ≤ 15 %.  | 
            
C.
L-għasel għandu jkollu l-karatteristiċi organolettiċi proprji tal-fjuri li minnhom jitnissel, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aroma u t-togħma.
Għasel monoflorali tar-rożmarin:
| 
                   —  | 
               
                   Lewn: Minn abjad estrem għal ambra ċara.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Aroma: Floral sutil .Intensidad y persistencia de débil a media.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Togħma: Ħelwa, bi sfumaturi aċidi. Intensità u persistenza bejn dgħajfa u medji. Ftit li xejn ikun hemm togħma ta’ wara.  | 
            
Għasel monoflorali tal-lavanda:
| 
                   —  | 
               
                   Lewn: Minn ambra ċara ħafna għal ambra.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Aroma: Aromatiku, b'noti balsamiċi. Intensità u persistenza bejn medji u qawwijin.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Togħma: Ħelwa, b'aċidità varjabbli. Intensità u persistenza bejn medji u qawwijin. Togħma ta’ wara intensa.  | 
            
Għasel multiflorali:
| 
                   —  | 
               
                   Lewn: Minn ambra ċara ħafna għal ambra.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Aroma: Tvarja ħafna. Ħjiel ta' frott, aromatika, sħuna, degradata, ħjiel ta' annimali, minn florali ftit jew wisq intensa għal veġetali friska u ħadra. Intensità u persistenza varjabbli.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Togħma: Ħelwa, b'aċidità varjabbli. Intensità u persistenza varjabbli. Togħma ta’ wara ġeneralment friska.  | 
            
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-produzzjoni tal-“Miel de La Alcarria” u l-elaborazzjoni tiegħu għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.6. Regoli speċifiċi dwar il-qtugħ, l-għerik, l-ippakkjar, eċċ.:
L-ippakkjar għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni, għaliex il-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-“Umdità” u tal-“Idrossimetilfurfural” tal-għasel jintlaqtu, fiż-żewġ każijiet, bil-ġarr bl-ingrossa, bil-moviment jew biż-żmien. Għaldaqstant, biex il-karatteristiċi speċifiċi tal-għasel ma jintilfux, l-ippakkjar għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni.
Il-kontenut nett tar-reċipjenti għandu jkun dak stabbilit mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'massimu ta’ 1 kg.
Is-sistema tal-għeluq tar-reċipjent għandha tiggarantixxi li l-kontenut jibqa' iżolat.
Il-materjal tal-ippakkjar għandu jkun ħġieġ trasparenti u bla kulur.
Ir-reċipjenti ma jistgħux jerġgħu jintużaw.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
L-għasel maħsub li jitqiegħed fis-suq bid-Denominazzjoni tal-Oriġini “Miel de La Alcarria”, u li mal-ippakkjar huwa konformi mar-rekwiżiti relevanti tal-ispeċifikazzjoni, għandu jiġi identifikat minn kontratikketta nnumerata, maħruġa mill-Korp Regolatorju tad-Denominazzjoni tal-Oriġini “Miel de La Alcarria”. Barra minn hekk, l-għasel għandu jiġi kkontrollat mill-organu ta’ spezzjoni, u għandu jġorr siġill ta’ garanzija, kif ukoll tikketta kummerċjali li turi l-informazzjoni li ġejja:
| 
                   —  | 
               
                   Is-sentenza li ġejja f'pożizzjoni ewlenija: “Denominación de Origen Miel de La Alcarria” jew “Denominación de Origen Protegida Miel de La Alcarria”.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   It-tip tal-għasel skont l-oriġini botanika: Rożmarin, Lavanda jew Multiflorali.  | 
            
Kull għasel ippakkjat li jgħaddi mill-ispezzjonijiet tal-kwalità u li jaqbel mar-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima “Deskrizzjoni tal-prodott” għandu juri l-logo li ġej:
         
      
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita:
Iż-żona fejn jinsabu l-kaxex tan-naħal tinsab fiċ-ċentru tal-peniżola Iberika, u tinkorpora muniċipalitajiet differenti tad-distrett ta’ Agraria de La Alcarria, li jinfirex bejn il-provinċji ta’ Guadalajara u Cuenca.
Is-superfiċje totali ta’ din iż-żona hija 10 354 km2.
Iż-żona tal-ippakkjar tikkoinċidi ma' dik tal-produzzjoni, li tinkludi l-muniċipji li ġejjin tal-provinċji ta’ Guadalajara u Cuenca:
Fil-provinċja ta' Cuenca: Abía de la Obispalía, Albalate de las Nogueras, Albendea, Alcantud, Alcázar del Rey, Alcohujate, Altarejos (inkluża biss u esklussivament il-lokalità ta' Poveda de la Obispalía), Arandilla del Arroyo, Arrancacepas, Barajas de Melo, Bascuñana de San Pedro, Beteta (inklużi Beteta u l-lokalità ta' Valtablado de Beteta), Buciegas, Buendía, Campos del Paraíso, Canalejas del Arroyo, Cañamares, Cañaveras, Cañaveruelas, Cañizares, Carrascosa, Castejón, Castillo-Albaráñez, Cuenca (inklużi biss u esklussivament il-lokalitajiet Cólliga, Colliguilla u Villanueva de los Escuderos), Cueva del Hierro, Frontera (La), Fuentenava de Jábaga, Gascueña, Huelves, Huerta de la Obispalía, Huete, Leganiel, Olmeda de la Cuesta, Olmedilla de Eliz, Paredes, Peraleja (La), Pineda de Cigüela, Portalrubio de Guadamejud, Pozuelo (El), Priego, Puebla de Don Francisco, Rozalén del Monte, Saceda-Trasierra, Saelices, Salmeroncillos, San Pedro Palmiches, Sotorribas (inklużi l-lokalitajiet ta’ Collados, Pajares, Ribagorda, Ribatajada, Ribatajadilla, Torrecilla u Villaseca), Tinajas, Torralba, Torrejoncillo del Rey, Uclés, Valdecolmenas (Los), Valdeolivas, Valsalobre, Vellisca, Villaconejos de Trabaque, Villalba del Rey, Villanueva de Guadamejud, Villar de Domingo García, Villar del Infantado, Villar de Olalla (inklużi biss u esklussivament il-lokalitajiet ta' Barbalimpia, Hortizuela u Villarejo Seco), Villar y Velasco, Villarejo de la Peñuela, Villas de la Ventosa y Vindel.
Fil-Provinċja ta' Guadalajara: Abánades, Alaminos, Alarilla, Albalate de Zorita, Albares, Alcocer, Alcolea del Pinar, Aldeanueva de Guadalajara, Algora, Alhóndiga, Alique, Almadrones, Almoguera, Almonacid de Zorita, Alocén, Anguita (inkluża biss u esklussivament il-lokalità ta' Padilla del Ducado), Aranzueque, Arbancón, Arbeteta, Argecilla, Armallones, Armuña de Tajuña, Atanzón, Auñón, Azuqueca de Henares, Baides, Barriopedro, Berninches, Brihuega, Budia, Bujalaro, Canredondo, Cañizar, Casas de San Galindo, Caspueñas, Castejón de Henares, Castilforte, Cendejas de Enmedio, Cendejas de la Torre, Centenera, Cifuentes, Ciruelas, Cogollor, Cogolludo (inklużi Cogolludo u l-lokalitajiet ta' Aleas, Beleña del Sorbe u Torrebeleña), Copernal, Chiloeches, Chillarón del Rey, Driebes, Durón, Escamilla, Escariche, Escopete, Espinosa de Henares, Esplegares, Estriégana, Fuencemillán, Fuentelencina, Fuentelviejo, Fuentenovilla, Gajanejos, Guadalajara (inklużi Guadalajara u l-lokalitajiet ta' Iríepal, Taracena u Valdenoches), Henche, Heras de Ayuso, Hita, Hontoba, Horche, Hortezuela de Ocen (La), Huérmeces del Cerro, Huertahernando, Hueva, Humanes, Illana, Inviernas (Las), Irueste, Jadraque, Jirueque, Ledanca, Loranca de Tajuña, Lupiana, Luzaga, Mandayona, Mantiel, Marchamalo, Masegoso de Tajuña, Matillas, Mazuecos, Medranda, Membrillera, Millana, Mirabueno, Miralrío, Mondéjar, Montarrón, Moratilla de los Meleros, Muduex, Negredo, Ocentejo, Olivar (El), Olmeda de Cobeta (inkluża biss u esklussivament il-lokalità ta' La Buenafuente del Sistal), Olmeda de Jadraque (La), Pareja, Pastrana, Peñalén, Peñalver, Peralveche, Pinilla de Jadraque, Pioz, Poveda de la Sierra, Pozo de Almoguera, Pozo de Guadalajara, Puebla de Beleña, Recuenco (El), Renera, Riba de Saelices (inklużi biss u esklussivament il-lokalitajiet ta' La Loma u Ribarredonda), Romanones, Sacecorbo, Sacedón, Saelices de la Sal, Salmerón, San Andrés del Congosto, San Andrés del Rey, Sauca, Sayatón, Sigüenza, Solanillos del extremo, Sotillo (El), Sotodosos, Taragudo, Tendilla, Toba (La), Torija, Torrecuadradilla, Torre del Burgo, Torremocha del Campo, Torremocha de Jadraque, Tórtola de Henares, Trijueque, Trillo, Utande, Valdarachas, Valdearenas, Valdeavellano, Valdeconcha, Valdegrudas, Valderrebollo, Valfermoso de Tajuña, Valtablado del Río, Viana de Jadraque, Villanueva de Alcorón, Villanueva de Argecilla, Villaseca de Henares, Yebes, Yebra, Yélamos de Abajo, Yélamos de Arriba, Zaorejas u Zorita de los Canes.
5. Rabta maż-żona ġeografika ddefinita:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Id-distrett ta’ La Alcarria huwa pjanura għolja f'altitudni ta' bejn 900 u 1 000 metru, maqsuma minn nixxigħat żgħar li ħalqu wileġ u widien mgħottija bi pjanti aromatiċi u bix-xagħri.
Il-wileġ jinsabu f'altitudni ta’ bejn 700 u 800 metru 'l fuq mill-baħar. L-iktar wilġa importanti hija dik tax-xmara Tajuña, li taqsam id-distrett fi tnejn.
Il-ħamrija ta’ La Alcarria hija ta’ tip bażiku, taħlita ta’ tafal u ġir, u bil-ġibs.
Il-flora selvaġġa hija għanja fil-labjati, bħar-rożmarin (Rosmarinus officinalis, L.), is-sagħtar (Thymus ssp), il-lavanda (Lavandula latifolia Medicus), is-sagħtrija (Satureja ssp), l-issopu (Hissopus officinalis, L.), il-merqtux (Thymus mastichina L. subsp. mastichina), u pjanti oħra bħall-common bearberry (Arctostaphylos uva-ursi, L. Sprengel) u l-ġinestrun (Genista scorpius, L.), eċċ.
Ir-raba' ta’ dan id-distrett huwa ddedikat għat-tkabbir bin-newba taċ-ċereali u tal-wardet ix-xemx. Hemm ukoll proporzjon żgħir ta’ wċuħ permanenti, bħall-għeneb u ż-żebbuġ. Jikbru wkoll pjanti aromatiċi u tat-taħwir, l-iktar il-lavandin (Lavandula hybrida Rev.). Fi proporzjon akbar insibu wkoll speċijiet varji tal-foresti, fosthom il-ballut, l-arżnu, il-ġniebru u s-savina, li huma importanti għall-apikultura.
Il-klima tad-distrett hija tat-tip Mediterran, moderata u friska. It-temperatura medja tkun ta’ bejn 8 °C u 12 °C, bi perjodi twal ta’ ksieħ fejn it-temperaturi jvarjaw bejn 0 °C u 4 °C, u b'perjodi ta’ sħana b'temperaturi ta’ bejn 18 °C u 22 °C.
Il-metodu ta’ produzzjoni ddefinit mill-apikulturi taż-żona ġeografika ddefinita jistabbilixxi li t-temperatura massima għal meta l-għasel jiġi likwidifat għad-dikantazzjoni u l-ippakkar għandha tkun ta’ 45 °C. Jistabblixxi wkoll li l-pastorizzazzjoni hija pprojbita; li għandu jiġi ggarantit li l-għasel ma jissaħħanx wisq; li ma għandhomx jintużaw passaturi tar-ramel, tat-trab tad-dijatomi jew simli għat-tneħħija tal-kontenut tad-dakra; u li d-dikantazzjoni għandha ssir bil-gravità.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
A.
| 
                   Umdità  | 
               
                   ≤ 17,5 %  | 
            
| 
                   Idrossimetilfurfural  | 
               
                   ≤ 15,0 mg/kg  | 
            
| 
                   Aċidità ħielsa  | 
               
                   ≤ 35,0 meq/kg  | 
            
| 
                   Konduttività elettrika  | 
               
                   ≤ 0,62 mS/cm  | 
            
| 
                   Kolorimetrija  | 
               
                   L* 10 ≥ 55,0; – 2,0 ≤ a* 10 ≤ + 22,0; hab, 10 ≥ 74,0  | 
            
B.
| 
                   Tip ta’ “Miel de La Alcarria”  | 
               
                   Perċentwal tal-għabriet tad-dakra  | 
            
| 
                   Monoflorali tal-lavanda  | 
               
                   Dakra tal-lavanda > 10 %  | 
            
| 
                   Monoflorali tar-rożmarin  | 
               
                   Dakra tar-rożmarin ≥ 15 %  | 
            
| 
                   Multiflorali  | 
               
                   Is-somma tal-perċentwali tal-għabriet tad-dakra tas-sagħtar (Thymus t.), sagħtrija (Satureja spp.), rożmarin u lavanda għandha tkun ≥ 5 %  | 
            
Barra minn hekk, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
| 
                   —  | 
               
                   Il-perċentwal ta’ għabriet tad-dakra tal-familja tal-ġummar (Ericaceae), għajr il-common bearberry (Arctostaphylos uva-ursi L. Sprengel), għandu jkun ≤ 1 %.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-perċentwal tal-għabriet tad-dakra taċ-ċister (Cistus ladanifer L.) għandu jkun ≤ 3 %.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-perċentwal tal-għabriet tad-dakra tal-lavanda Franċiża (Lavandula stoechas L.) għandu jkun ≤ 3 %.  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Is-somma tal-perċentwali tal-għabriet tad-dakra tal-pjanti mhux ornamentali li jikbru fiż-żona ta’ produzzjoni, għajr il-pjanti aromatiċi, għandha tkun ≤ 15 %.  | 
            
C.
L-għasel għandu jkollu l-karatteristiċi organolettiċi proprji tal-fjuri li minnhom jitnissel, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aroma u t-togħma.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-altitudni tal-Alcarria – bejn 900 u 1 000 metru 'l fuq mill-baħar –, il-klima Mediterranja moderata u friska, u l-ħamrija ta' tip bażiku, jagħtu lok għal flora selvaġġa għanja fil-labjati, fosthom ir-rożmarin, is-sagħtar, il-lavanda, is-sagħtrija, l-issopu u l-merqtux, kif ukoll pjanti oħra bħall-common bearberry u l-ġinestrun. Dawn il-pjanti kollha jikkaratterizzaw il-“Miel de La Alcarria” multiflorali, monoflorali tar-rożmarin u monoflorali tal-lavanda, iddefiniti skont il-perċentwal tad-dakra u skont il-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi tal-umdità, l-idrossimetilfurfural, l-aċidità ħielsa, il-konduttività elettrika u l-kolorimetrija, b'valuri differenti minn dawk ta' tipi oħra ta' għasel.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejosreguladores/pliegos/pliego_condiciones_miel_alcarria.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
| 
                   6.10.2012  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   C 302/31  | 
            
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 302/15
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
PASTEL DE TENTÚGAL
KE Nru: PT-PGI-0005-0938-09-12.01.2012
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Pastel de Tentúgal”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz:
Il-Portugall
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
| 
                   Klassi 2.4.  | 
               
                   Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnar  | 
            
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:
Din hija prodott tal-ħelu li oriġinarjament kien jiġi prodott fil-kunventi. L-għaġina rqiqa tagħha (0,06-0,15mm) issir b'taħlita ta' ilma u dqiq, u l-krema tal-mili minn taħlita ta' isfra tal-bajd u bajd ma' xropp taz-zokkor. Il-prodott jiġi ppreżentat bħala tubu rqiq (“palito”), tubu ċkejken, nofs qamar jew nofs qamar ċkejken, u jkollu dawn il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u sensorjali:
Tabella 1
Parametri fiżiċi medji għat-tipi varji ta' “Pastel de Tentúgal”
| 
                   
  | 
               
                   Tubu  | 
               
                   Nofs qamar  | 
               
                   Tubu ċkejken  | 
               
                   Nofs qamar ċkejken  | 
            
| 
                   Parametri  | 
               
                   Valuri medji  | 
            |||
| 
                   Piż (grammi)  | 
               
                   70,0-90,0  | 
               
                   80,0-110,0  | 
               
                   30,0-60,0  | 
               
                   40,0-60,0  | 
            
| 
                   Wisa' (mm)  | 
               
                   4,0-6,0  | 
               
                   6,0-7,5  | 
               
                   3,0-4,0  | 
               
                   4,5-5,5  | 
            
| 
                   Tul (mm)  | 
               
                   13,0-15,0  | 
               
                   10,0-14,0  | 
               
                   9,0-12,0  | 
               
                   7,5-10,0  | 
            
| 
                   Għoli (ċm)  | 
               
                   2,5-4,0  | 
               
                   3,0-6,0  | 
               
                   1,5-2,5  | 
               
                   3,0-4,0  | 
            
         
      
Tabella 2
Parametri kimiċi medji għat-tubu u n-nofs qamar tal-“Pastel de Tentúgal”
| 
                   Pastel de Tentúgal  | 
            ||
| 
                   Parametri  | 
               
                   Tubu  | 
               
                   Nofs qamar  | 
            
| 
                   Attività tal-ilma (aw)  | 
               
                   0,836-0,894  | 
               
                   0,836-0,894  | 
            
| 
                   Umdità (%)  | 
               
                   26,0-31,0  | 
               
                   22,0-30,0  | 
            
| 
                   Proteina (%)  | 
               
                   9,2-10,5  | 
               
                   9,5-12,5  | 
            
| 
                   Xaħam (%)  | 
               
                   7,7-13,0  | 
               
                   10,5-23,0  | 
            
| 
                   Karboidrati (%)  | 
               
                   50,0-54,0  | 
               
                   42,0-50,0  | 
            
| 
                   Kontenut totali ta' rmied (%)  | 
               
                   0,5  | 
               
                   0,8-1,2  | 
            
| 
                   Valur Kalorifiku Kcal / 100g  | 
               
                   314,0-358,0  | 
               
                   340-420  | 
            
         
      
Tabella 3
Karatteristiċi sensorjali
| 
                   
  | 
               
                   Tubu jew tubu ċkejken  | 
               
                   Nofs qamar jew nofs qamar ċkejken  | 
            
| 
                   Dehra minn barra  | 
               
                   Prodott tal-ħelu magħmul minn għaġina sfiljurata u kważi trasparenti, ta' forma rettangolari u mitwija fit-truf, u ta' lewn safrani bejn tibni u kemmxejn maħruq. Jista' jiġi ppreżentat ukoll billi wieħed iroxxilha z-zokkor tad-dulċiera jew iz-zokkor normali.  | 
               
                   Prodott tal-ħelu magħmul minn għaġina sfiljurata rqiqa ħafna u kważi trasparenti, bil-piegi, ta' forma rettangolari u mitwija fit-truf, u ta' lewn safrani bejn tibni u kemmxejn maħruq. Wieħed jista' jroxx ukoll fuq il-prodott iz-zokkor tad-dulċiera jew zokkor normali u kannella.  | 
            
| 
                   Dehra minn ġewwa  | 
               
                   Il-mili għandu lewn safrani għal safrani qastni (minħabba l-preżenza tat-trab tal–kannella), u huwa mrammel u konsistenti u ma joħroġx meta l-prodott jinqata', imma faċli tigdmu u jdub fil-ħalq.  | 
               
                   Il-mili għandu lewn safrani għal safrani qastni (minħabba l-preżenza tat-trab tal-kannella u l-lewż inkaljat), u huwa mrammel u konsistenti u ma joħroġx meta l-prodott jinqata', imma faċli tigdmu u jdub fil-ħalq.  | 
            
| 
                   Għamla  | 
               
                   Sfiljurata, delikata u mqarqċa fl-istess ħin  | 
               
                   Sfiljurata, delikata u mqarqċa fl-istess ħin  | 
            
| 
                   Konsistenza  | 
               
                   Kremuża imma konsistenti  | 
               
                   Kremuża imma konsistenti  | 
            
| 
                   Togħma  | 
               
                   Ħelwa, b'togħmiet ta' bajd, zokkor u kannella  | 
               
                   Ħelwa, b'togħmiet ta' bajd, zokkor, lewż inkaljat u kannella  | 
            
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Għaġina: ilma, dqiq tal-qamħ 45 jew 55 (livelli għolja tal-proteini flijadina u glutenina), li jagħtu għaġina viskoelastika u koeżiva
Mili: isfar tal-bajd (ippasturizzat jew minn bajd frisk), bajd (ippasturizzat jew frisk), zokkor, marġerina b'10 % butir, kannella u lewż
3.4. Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
Is-suċċess ta' dan il-proċess jiddependi ħafna mill-għarfien miksub minn dawk involuti fil-produzzjoni tal-prodott. Anki jekk teżisti riċetta għal din it-tip ta' għaġina, il-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi u l-istabbiltà tad-dqiq jafu jagħtu riżultati mhux mistennija, u għalhekk tkun meħtieġa intervenzjoni f'waqtha minn min qed jipproduċi l-għaġina.
Din parti oħra tal-proċess fejn l-għarfien ta' dawk involuti huwa kruċjali, għaliex wieħed jara empirikament li l-mili huwa “tajjeb” u dan b'xi mod jiddependi wkoll mill-ħila u l-esperjenza.
L-għarfien espert huwa importanti ħafna fl-għaġna tal-pastizzott jew tan-nofs qamar, għaliex il-qisien unformi jiddependu minn ħila kbira u ħeffa tal-idejn. L-għaġina trid tinżamm sħiħa filwaqt li t-truf mitwija karatteristiċi jkunu sodi u ta' daqs xieraq.
Wara din il-fażi, il-“pastel” jista' jiġi ffinalizzata (moħmi) għand id-destinatarju tal-prodott, minħabba li dan l-istadju tal-proċess tal-produzzjoni ma jeħtieġx għarfien espert.
3.6. Regoli speċifiċi li japplikaw għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-tikkettar:
Dawn li ġejjin għandhom jidhru fuq it-tikketta:
| 
                   —  | 
               
                   Pastel de Tentúgal — Indicação Geográfica Protegida jew Pastel de Tentúgal IGP (wara r-reġistrazzjoni Komunitarja);  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Is-simbolu tal-UE (wara r-reġistrazzjoni Komunitarja);  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   Il-logo tal-Pastel de Tentúgal: 
                       | 
            
4. Definizzjoni Konċiża dwar iż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika li fiha jiġi prodott il-Pastel de Tentúgal hija limitata għall-belt żgħira ta' Tentúgal, ikkonfinata fil-lvant mill-belt ta' Lamarosa (muniċipalitàta' Coimbra), fit-tramuntana mir-raħal ta' Portela, fil-punent mir-raħal ta' Póvoa de Santa Cristina (paroċċa ta' Tentúgal) u mill-belt ta' Meãs (munċipalità ta' Montemor-o-Velho), u fin-nofsinhar mill-mogħdija tal-ilma Vala Real.
5. Rabta maż-żona Ġeografika:
Sa mis-seklu sittax, l-għarfien assoċjat mal-produzzjoni tal-“Pastel de Tentúgal” qatt ma siefer lil hinn mill-konfini tal-belt. Huwa għalhekk li, sabiex jinkiseb prodott bil-karatteristiċi speċifiċi li jagħtuh il-fama tiegħu, il-fażijiet tal-produzzjoni tal-għaġina u tal-mili u l-għaġna tal-“pastel” iseħħu biss fil-belt ta' Tentúgal li tagħti isimha lill-prodott.
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-produzzjoni tal-“Pastel do Tentúgal” hija esklussivament limitata għall-belt ta' Tentúgal. Dan minħabba l-fatturi klimatiċi sinifikanti (speċifikament, it-temperaturi moderati u l-livelli għolja ta' umdità relattiva fl-arja) u l-fatt li isem il-prodott huwa dak taż-żona ristretta li fiha il-prodott huwa magħruf sew. Dan tal-aħħar iwassal direttament għaċ-ċertezza tal-oriġini fil-Kunvent tal-Madonna tan-Natività, fejn is-sorijiet Karmelitani kienu jagħmluh bejn l-1565 u l-1898.
Il-qrubija ta' Tentúgal mal-oċean (il-belt ta' Figueira da Foz) u l-fatt li tgħaddi ftit kilometri lil hinn mill-belt ix-xmara Mondego joħolqu sett ta' kundizzjonijiet naturali bħat-temperaturi moderati u l-livelli għolja ta' umdità relattiva fl-arja. Dawn huma fatturi li jgħinu bil-kbir fil-produzzjoni u l-manipulazzjoni, mingħajr ħela enormi, ta' għaġina rqiqa ħafna u mqarqċa, kważi trasparenti, magħmula biss mill-ilma u mid-dqiq.
Il-qrubija tal-baħar u tax-xmara jgħinu fir-regolazzjoni tat-temperaturi, u b'hekk Tentúgal għandha temperaturi moderati s-sena kollha. It-temperaturi tax-xitwa mhumiex baxxi żżejjed (fl-2010, il-medja ta' kull xahar fil-muniċipalità ta' Montemor-o-Velho kienet bejn 10 °C u 20 °C), filwaqt li fis-sajf ma jkunx hemm sħana eċċessiva (medja massima fl-2010 ta' 26 °C).
Ir-reġjun tal-wied tal-Baixo Mondego, fejn tinsab Tentúgal, ġeneralment ikollu livelli għolja ta' umdità relattiva tul is-sena, b'medja li tvarja bejn 70 % fir-rebbiegħa u s-sajf u 87 % fil-ħarifa u fix-xitwa. Dan ifisser li s-sjuf li ma tantx huma nexfin.
Din il-klima tgħin sew fil-produzzjoni tal-għaġina (livelli baxxi ta' umdità jagħmluha aktar diffċili biex iġġebbed l-għaġina, bis-sogru li titqatta' minn kmieni) u fit-trattament tagħha (ma jkunx posssibbli li jiġi ffurmat il-“pastel” mingħajr umdità).
Minbarra l-importanza tal-klima, ta' min wieħed jinnota li minħabba l-bejgħ tal-ħelu mill-Kunvent tal-Madonna ta' Carno, ir-referenzi għall-“Pastel do Tentúgal” jidhru sa mill-1860. Din il-fama ġejja mill-kombinazzjoni tal-fatturi naturali u l-għarfien espert li taw sura lill-prodott. Tant hu hekk li tul erba' sekli, in-nisa ta' Tentúgal kisbu l-għarfien dwar l-aħjar mod kif wieħed jipproduċi l-għaġina u l-mili għal dan il-prodott u kif jifforma l-“pastel”. Ir-riżultat huwa prodott tal-ħelu uniku li kiseb fama marbuta direttament mal-post minn fejn joriġina.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
L-ispeċifiċità tal-“Pastel de Tentúgal” tiġi l-ewwelnett mill-metodu tal-produzzjoni użat biex tinkiseb għaġina rqiqa u delikata bi ħxuna ta' bejn 0,06 u 0,15mm. Din l-għaġina magħmula biss mid-dqiq u l-ilma u tgħaddi minn bosta fażijiet fejn l-għarfien espert huwa importanti għall-aħħar, fost l-oħrajn il-mod ta' kif tinħadem sabiex wieħed jasal għall-ħxuna mixtieqa. Dan il-metodu kważi artiġjanali tal-produzzjoni, ħlief għall-impastatura li ssir mekkanikament, jiddependi għal kollox mill-għarfien miksub f'Tentúgal li huwa ddeterminat mill-karatteristiċi tad-dqiq u l-limiti imposti mill-kundizzjonijiet klimatiċi.
Speċifikament fir-rigward tal-proċess tal-produzzjoni, l-għaġina (magħmula minn xejn iżjed għajr dqiq u ilma) għall-ewwel titħejja f'impastatriċi mekkanika, sabiex toħroġ uniformi, u mbagħad titqiegħed fuq wiċċ tond magħmul minn materjal xieraq u mbagħad titqiegħed fuq wiċċ tond magħmul minn materjal xieraq.
Imbagħad titqiegħed fuq tilar tal-injam mal-art li jkun mgħotti b'lożor bojod u tiġġebbed kemm jista' jkun sabiex tinġieb irqiqa rqiqa u kważi trasparenti. Dan huwa l-aktar punt importanti fil-proċess tal-produzzjoni, u huma meħtieġa taħriġ xieraq u biżżejjed attenzjoni u reqqa sabiex jiġi evitat li l-għaġina titqatta' qabel ma tkun laħqet il-ħxuna mixtieqa.
L-għaġina mbagħad titnixxef f'temperatura ambjentali jew b'fannijiet jew inkella b'lampa tal-ħruq sabiex jitħaffef it-tnixxif fil-jiem meta jkun hemm ħafna umdità. Malli l-għaġina tkun laħqet il-livelli ta' umdità mixtieqa, tinqata' tonda u tinġabar bl-idejn, u titqiegħed fuq tilari magħmula minn materjal xieraq u titgħatta b'biċċa drapp bajda niexfa. Biċċa niedja titqiegħed fuq din id-drapp sabiex l-għaġina ma tinxifx. L-għaġina għandha għamla simili għall-karta strazza imma tkun irqaq.
Huwa wkoll fundamentali għall-iffurmar tal-“pastel” l-għarfien użat fil-ħdim ta' din l-għaġina, bir-riżultat li s-saffi rqaq jitqiegħedu b'tali mod li ma joħroġx il-mili minnhom.
Fl-aħħar nett, is-saffi rqaq għall-aħħar u kważi trasparenti tal-għaġina, flimkien mal-għamla kremuża b'bażi ta' bajd, jagħtu dehra minn barra u minn ġewwa, konsistenza, togħma u għamla li huma individwali u li jagħmlu l-prodott wieħed uniku.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):
Flimkien mal-importanza tal-klima, ta' min wieħed jinnota li l-prodott jaqsam ismu maż-żona ristretta li fiha huwa magħruf sew. Dan huwa marbuta direttament maċ-ċertezza tal-oriġini tal-prodott fil-Kunvent tal-Madonna tan-Natività, fejn kien manifatturat mis-sorijiet Karmelitani li kienu jgħixu hemm bejn l-1565 u l-1898. Sa minn tmiem is-seklu sittax, l-għarfien espert inkiseb mill-kunvent sabiex ta lok għal prodott uniku, kif ġie attestat minn bosta għejun misjuba f'firxa kbira ta' pubblikazzjonijiet.
Eżempju huwa l-ktieb “Velharias de Coimbra” ta' Augusto Fonseca li jgħid li qabel l-1860, bejjiegħa jisimha Rosa kienet tbigħ, taħt l-“Arco do Bispo” ta' Coimbra, il-“pastéis de Tentúgal” li kienu apprezzati ħafna. António Nobre, poeta Portugiż li studja f'Coimbra bejn l-1888 u l-1890, kiteb fil-poeżija tiegħu “Carta a Manuel” li kien iżur Tentúgal kull xahar biex jixtri l-ħelu mingħand soru gustuża. Ix-xogħol “Conimbricense” tal-1891 isemmi l-“pastéis de Tentúgal magħrufa” tal-Kunvent li kellek tippruvahom almenu darba f'ħajtek. Fl-1884, il-ktieb dwar l-Exposição Districtal ta' Coimbra (Wirja Distrettwali) isemmi l-'pastéis de Tentúgal delizzjużi'. Dawn ir-referenzi storiċi użati jikkonfermaw lill-Kunvent bħala l-oriġini tal-prodott u bihom nifhmu wkoll kif dan il-“pastel” ilu jgawdi din il-fama. L-aġġettivi użati biex jiddeskrivu l-prodott huma pożittivi għall-aħħar u jgħinuna nifhmu kif anki fis-seklu dsatax il-“pastéis de Tentúgal” kellhom fama tajba u mifruxa.
Ix-xogħol “O Doceiro Moderno” ta' J. M. Sousa Monteiro (tmiem is-seklu XIX) jitkellem dwar dawn il-“pastéis” bħala li għandhom riċetta unika għaż-żona lokali tagħhom “għalkemm nispjegaw kif titfa' l-għaġina f'saffi, li hi l-iktar biċċa diffiċli”. Ix-xogħol “Tratado Completo de Cozinha e de Copa” ta' Carlos Bento da Maia, li ħareġ l-ewwel darba fl-1904, isemmi r-riċetta għall-pastéis de Tentúal u jiddeskrivi l-għaġina bħala li għandha bżonn tiġġebbed sakemm ikollha l-ħxuna u t-trasparenza tal-karta strazza. Jikkummenta wkoll dwar il-proċess tal-produzzjoni tal-għaġina u jinnota li dan ma jistax isir sew jekk ma jkunx hemm ħeffa tal-idejn.
António Maria de Oliveira Belo, fil-ktieb “Culinária Portuguesa” (1936), jiddeskrivi l-pastéis de Tentúgal bħala diffċili biex tagħmilhom minħabba li jrid ikollok esperjenza twila biex tħejji l-għaġina.
Dawn it-tliet siltiet minn xogħlijiet kulinarji ippubblikati huma xhieda ta' kemm huwa meħtieġ għarfien espert speċifiku għall-produzzjoni tal-“pastel” u n-natura speċifika tal-proċess li n-nisa ta' Tentúgal kisbuhom tul is-snin.
Għalhekk, il-kombinazzjoni ta' fatturi naturali u ta' għarfien espert wasslet b'mod deċiżiv għall-ħolqien ta' prodott tal-ħelu uniku. It-temperatura u l-umdità huma żewġ kundizzjonijiet attivi naturali għall-produzzjoni tal-pastel de Tentúgal, u jaħdmu flimkien mal-għarfien li beda fil-Kunvent u li ġie żviluppat tul erba' sekli sabiex wassal għall-prodott kif nafuh illum u li jagħmel tajjeb għall-fatturi naturali meta dawn ma jkunux ideali. Il-prodotti tradizzjonali joħolqu relazzjoni speċjali mal-post fejn joriġinaw, għal raġunijiet sew materjali sew kulturali, u jistabbilixxu rabtiet li, minkejja li ma jidhrux, jagħtu l-karattru li l-postijiet fejn isir il-prodott.
Ta' min wieħed isemmi li l-għarfien dwar il-produzzjoni tal-pastel de Tentúgal qatt ma ħareġ mil-limiti tal-belt ta' Tentúgal.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.gpp.pt/Valor/DOP_IGP_ETG.html
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.