ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2012.290.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 290A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
26 ta' Settembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2012/C 290A/01

Sejħa għal espressjoni ta' interess — Aġenti kuntrattwali fil-qasam tas-sorveljanza u l-prevenzjoni — grupp ta' funzjoni I (GF I)

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

8

(DA/EL/HU/IT/MT/PL)

10

 

17

(LT)

20

(EN)

22

(DE/EN/FR)

27

 

30

(FR)

31

(ES)

37

 

44

 

46

 

53

 

55

 

59

 

69

(DE/EN/FR)

70

(EL)

71

(ES)

74

(HU)

75

(NL)

76

 

77

(RO)

84

(DE/EN/FR)

86

 

90

(EN)

101

 

110

(DE/EN/FR)

114

 

121

(BG)

122

 

134

 

136

(PT)

140

 

144

(DE/EN/FR)

146

(CS/DA)

160

 

161

 

169

(DE/EN/FR)

180

(DE/EN/FR)

187

 

189

 

197

(DA/DE/EN/SK)

198

(EN/FR)

199

(DE/EN/FR)

204

(ET/GA/LV/PT)

206

(CS)

210

(LT)

211

(MT)

212

(PL)

214

(SK)

215

(DE/EN/FR)

228

(SL)

266

 

270

 

274

(CS)

275

(LV)

276

(DE/EN/FR)

278

 

281

(MT)

283

(SV)

285

(ES)

288

(DE/EN/FR)

290

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 290/1


SEJĦA GĦAL ESPRESSJONI TA' INTERESS

Aġenti kuntrattwali fil-qasam tas-sorveljanza u l-prevenzjoni — grupp ta' funzjoni I (GF I)

(2012/C 290 A/01)

I.   DAHLA

Il-Parlament Ewropew qed iniedi din is-sejħa għal espressjoni ta' interess b'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), bl-għan li jistabbilixxi bażi ta' data tal-kandidati li jistgħu jiġu impjegati bħala aġenti kuntrattwali (gruppi ta' funzjoni I) fil-qasam tas-sorveljanza u l-prevenzjoni.

L-aġenti kuntrattwali huma impjegati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fit-Titolu IX ta' din is-sejħa għal espressjoni ta' interess.

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn l-aġenti huma rregolati mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni, li jistgħu jiġu kkonsultati f'dan l-indirizz li ġej http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20100101:MT:PDF (Titolu III, Kapitolu 4, paġna 166).

Il-bażi tad-data se tintuża mill-Parlament Ewropew. L-impjiegi se jkunu bbażati fi Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu skont il-ħtiġijiet tas-servizzi tal-istituzzjoni.

Is-selezzjonijiet tal-aġenti kuntrattwali ġeneralment jattiraw numru kbir ta' kandidati bi kwalifiki għoljin li jgħaddu b'suċċess l-għażla. Għalhekk, il-kandidati jridu jkunu konxji tal-fatt li n-numru ta' ismijiet fil-bażi tad-data jista' jeċċedi l-ħtiġijiet tal-istituzzjoni.

In-numru ta' impjiegi disponibbli sal-2014 huwa ta' 425.

Ir-remunerazzjoni bażika ta' kull xahar tikkorrispondi mat-tabbella ta' hawn taħt, u se tiġi stabbilita skont it-taħriġ u l-esperjenza professjonali speċifika tal-kandidat.

Mar-remunerazzjoni bażi jistgħu eventwalment jiżdiedu benefiċċji u allowances previsti mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni.

Ir-remunerazzjoni hija soġġetta għat-taxxa Komunitarja u tnaqqis ieħor stabbiliti mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni. Ir-remunerazzjoni hija eżentata minn kull taxxa nazzjonali.

Grupp ta' funzjoni

Salarju bażiku (f'EUR)

Minimu

Massimu.

I

1 847,76

2 674,39

II.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

GF I — Aġenti ta' sorveljanza u prevenzjoni

L-aġent kuntrattwali se jkun inkarigat li jassisti amministratur f'tim magħmul minn aġenti ta' sorveljanza u prevenzjoni, li r-responsabilità tiegħu hi li japplika l-miżuri ta' sigurtà tal-Parlament Ewropew, jilqa' u jinforma lill-Membri, il-persunal statutorju u l-mistednin tagħhom skont ir-regoli dwar il-karti u l-awtorizzazzjonijiet li jagħtu aċċess għall-bini tal-Parlement Ewropew.

Taħt l-awtorità tal-uffiċjal responsabbli u abbażi tad-direttivi ġenerali u tad-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, l-aġent kuntrattwali se jwettaq il-funzjonijiet ta' sorveljanza, prevenzjoni u protezzjoni tal-persuni u tal-oġġetti fi ħdan il-bini tal-Parlament Ewropew.

Hu se jkun inkarigat b'mod speċjali li jwettaq il-kompiti dettaljati hawn taħt:

jiffiltra u jikkontrolla l-aċċess tal-persuni u tal-oġġetti permezz ta' scanners u walk-through metal detectors,

jiġġestjona malajr u b'mod effikaċi sitwazzjonijiet speċifiċi, fejn xieraq permezz tar-rikonoxximent viżwali tal-Membri, il-persunal statutorju, il-fornituri tas-servizzi u l-viżitaturi,

iwettaq rondi ta' sigurtà ġewwa l-bini tal-istituzzjoni,

iwettaq il-kontroll tas-sigurtà tal-posta, pakketti u kunsinni,

jieħu kull inizjattiva meħtieġa biex jiggarantixxi servizz kontinwu u professjonali fi ħdan l-istituzzjoni,

jintervjeni f'każ ta' twissija u allarm ta' nar billi jsegwi l-proċeduri stabbiliti mis-servizzi kompetenti u japplika l-istruzzjonijiet ta' bażi rigward il-prevenzjoni u t-tifi tan-nar,

jagħti l-ewwel għajnuna lil kull min ikun fil-bżonn,

iwettaq diversi kompiti amministrattivi (tfassil ta' rapporti, klassifikazzjoni, word processing, statistiki, kodifikazzjoni, arkivjar u aġġornament tal-fajls).

Il-Parlament Ewropew jinsisti fuq il-kapaċità tal-kandidati li jitrattaw firxa wiesgħa ta' sitwazzjonijiet differenti, jirreaġixxu malajr u b'mod kalm għall-bidliet taċ-ċirkostanzi u jikkomunikaw b'mod effikaċi. Huma jridu jkunu kapaċi jaħdmu regolarment b'mod intensiv, indipendenti jew f'tim, f'ambjent multikulturali.

Il-Parlament Ewropew se jipprovdi lill-aġenti ta' sorveljanza u prevenzjoni uniformi tas-servizz. Din l-uniforma se jkollha l-badge tal-istituzzjoni.

L-aġent kuntrattwali jista' jkollu jwettaq servizz ta' żewġ xifts, tliet xifts, u fejn xieraq, jaħdem bil-lejl u/jew fit-tmiem il-ġimgħa.

III.   KALENDARJU INDIKATTIV TAL-PROĊEDURA

Il-ġestjoni tal-proċedura se titwettaq mill-Parlament Ewropew b'kollaborazzjoni mal-EPSO, bl-għajnuna ta' bord ta' selezzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew.

Il-kalendarju indikattiv huwa dan li ġej:

 

L-ewwel stadju — Talent Screener: Novembru-Diċembru 2012

 

It-tieni stadju — Verifika tal-kwalifiki: Jannar-Marzu 2013

 

Tħabbir tar-riżultati: April 2013

IV.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, il-kandidati għandhom jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

A.   Kundizzjonijiet ġenerali

(a)

ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

(b)

igawdu d-drittijiet ċiviċi tagħhom;

(c)

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet ta' reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari;

(d)

jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

B   Kundizzjonijiet partikolari

I.   Kwalifiki

Il-kandidati għandhom ikunu lestew b'suċċess l-edukazzjoni obbligatorja.

Se jiġu kkunsidrati bħala vantaġġi:

li jkollhom iċ-ċertifikat tal-protezzjoni kontra n-nar (EPI) tal-École du feu (jew ekwivalenti) u/jew ċ-ċertifikat tal-ewwel għajnuna, maħruġa minn awtorità kompetenti rikonoxxuta,

li jkollhom ċertifikat ta' approvazzjoni ta' sigurtà nazzjonali jew Ewropea.

II.   Esperjenza professjonali/għarfien meħtieġ

Il-kandidati għandhom ikunu kisbu, wara t-tlestija tal-edukazzjoni obbligatorja, esperjenza professjonali ta' mill-anqas sentejn b'rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, is-sigurtà pubblika u/jew privata, it-tħaris, is-sorveljanza, l-akkoljenza jew il-protezzjoni tal-persuni pubbliċi.

Se jiġu kkunsidrati bħala vantaġġi:

esperjenza ta' sentejn miksuba jew f'organizzjonijiet Ewropej jew internazzjonali, jew inkella f'amministrazzjoni jew assemblea parlamentari federali/nazzjonali/reġjonali jew lokali, jew inkella f'kumpanija tas-sigurtà,

esperjenza fl-użu tal-apparat/istallazzjonijiet/tagħmir ta' sigurtà (skanner tal-bagalji, il-walk-through metal detectors, CCTV, eċċ.),

esperjenza ta' ħidma f'tim,

esperjenza miksuba f'ambjent multikulturali,

għarfien tajjeb tal-istruzzjonijiet ta' sigurtà b'mod ġenerali u t-tifi tan-nar,

għarfien tajjeb tal-għodda tal-uffiċċju (word processor, e-mail, intranet, spreadsheets, aġenda elettronika).

III.   Għarfien lingwistiku

Il-kandidati għandhom ikollhom għarfien profond (livell C1  (1) ) ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1 — lingwa prinċipali) (2), kif ukoll għarfien sodisfaċenti (livell B2) tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż (lingwa 2). Il-lingwa 2 għandha tkun differenti mil-lingwa 1.

Waqt l-applikazzjoni, il-kandidati jistgħu jagħżlu bħala l-lingwa prinċipali (lingwa 1) waħda biss mit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma mhux se jkunu jistgħu jbidlu l-għażla tal-lingwa tagħhom wara li jivvalidaw il-formola tal-applikazzjoni elettronika tagħhom.

IV.   Ħiliet

Ikunu rigorużi, kreattivi, u japprezzaw il-ħidma f'tim multikulturali,

ikunu disponibbli u flessibbli,

ikollhom ħiliet interpersonali tajbin u jkunu diplomatiċi, edukati, kunfidenti u diskreti,

jieħdu inizjattiva u jkollhom ħila ta' versatilità u organizzazzjoni.

V.   PROĊEDURA U L-ISKADENZA TAL-APPLIKAZZJONI

Il-kandidati għandhom japplikaw b'mod elettroniku fis-sit tal-Internet tal-EPSO f'dan l-indirizz li ġej http://europa.eu/epso/apply/today/contract_en.htm u jsegwu l-istruzzjonijiet li jinsabu hemm, b'mod partikolari, fil-manwal ta' applikazzjoni onlajn. Il-formola ta' applikazzjoni għandha timtela' bil-Ġermaniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

Il-kandidati huma mistennija jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex l-applikazzjoni elettronika titlesta qabel l-iskadenza. Huwa rrakkomandat biex il-kandidati ma jħallux għall-aħħar minuta biex japplikaw għaliex jekk il-linji jkunu eċċezzjonalment okkupati jew jekk ikun hemm problema fil-konnessjoni tal-Internet, il-kandidati jkollhom jirrepetu l-applikazzjoni elettronika u dan ikun impossibbli ladarba jiskadi l-ħin tal-għeluq.

Ladarba l-applikazzjoni tiġi vvalidata, ma tistax tiġi modifikata għaliex id-data tiġi pproċessata minnufih mill-Parlament Ewropew, f'kollaborazzjoni mal-EPSO, għall-organizzazzjoni tas-selezzjoni.

SKADENZA TAL-APPLIKAZZJONIJIET (validazzjoni inkluża):

it-30 ta' Ottubru 2012 f'nofsinhar (ħin ta' Brussell).

VI.   STADJI TAS-SELEZZJONI

Is-selezzjoni hija organizzata abbażi tal-kwalifiki.

Din is-selezzjoni ssir abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidat fit-taqsima “talent screener” tal-formola ta' applikazzjoni u abbażi tal-fajls tal-kandidati mibgħuta lill-bord tal-għażla fil-forma mitluba u qabel id-data tal-għeluq. Is-selezzjoni ssir f'żewġ stadji:

A.   Evalwazzjoni tal-kwalifiki

Il-bord ta' selezzjoni l-ewwel se jipproċedi għal selezzjoni abbażi tat-tweġibiet (iva/le) mogħtija mill-kandidat u tal-piż ta' kull mistoqsija, li se jkunu fuq skala minn 1 sa 3 skont l-importanza marbuta mal-kriterju korrispondenti.

Imbagħad il-bord ta' selezzjoni jeżamina t-tweġibiet dettaljati pprovduti mill-kandidati (madwar 1 500) li jkunu kisbu l-akbar numru ta' punti fis-selezzjoni abbażi tat-tweġibiet iva/le. Il-bord sa jagħti minn 0 sa 4 punti għal kull waħda minn dawn it-tweġibiet dettaljati; wara, il-punti se jiġu mmultiplikati skont il-piż mogħti għal kriterju korrispondenti.

Il-kandidati li jiksbu l-aktar punti fit-talent screener se jkunu ammessi għat-tieni stadju tal-proċedura. In-numru ta' dawn il-kandidati se jkun madwar 1 000.

B.   Verifika tal-fajls

Il-kandidati ammessi għat-tieni stadju se jiġu mistiedna jibagħtu fajl ta' applikazzjoni komplut, li jippermetti lill-bord ta' selezzjoni jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni. Imbagħad, il-bord ta' selezzjoni se jipproċedi għal verifika tad-dokumenti ta' prova mibgħuta.

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jiġi nnutat li l-indikazzjonijiet pprovduti fil-formola ta' applikazzjoni ma jkunux eżatti, ma jkunux ikkonfermati mid-dokumenti mibgħuta jew ma jikkorrispondux għal kundizzjonijiet kollha ta' dan l-avviż, l-isem tal-kandidat jitneħħa mill-bażi tad-data.

VII.   IR-RIŻULTATI TAS-SELEZZJONI

Ir-riżultati miksuba fl-istadju A se jiġu ppubblikati fil-kont tal-EPSO tal-kandidati.

Ir-riżultati miksuba fl-istadju B se jiġu kkomunikati lill-kandidati fl-indirizz tal-e-Mail indikat fl-applikazzjoni.

VIII.   ISKRIZZJONI FIL-BAŻI TAD-DATA

L-ismijiet tal-kandidati li jiksbu l-aktar punti fit-talent screener u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u partikolari kif imsemmi fit-taqsima IV punt A. u B. tal-avviż se jiddaħħlu fil-bażi tad-data u mhux se jiġu ppubblikati b'mod ieħor. L-aċċess għall-bażi tad-data se jkun miftuħ għall-Parlament Ewropew. Il-bażi tad-data se tkun valida għal tliet snin, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-kandidati jkunu ġew infurmati bir-riżultati tagħhom.

IX.   REKLUTAĠĠ POTENZJALI

L-iskrizzjoni fil-bażi tad- data mhijiex garanzija ta' reklutaġġ. Jekk ikun hemm possibilità ta' kuntratt, il-kandidat se jiġi kkuntattjat mis-servizzi tal-Parlament Ewropew u mistieden għal intervista. Waqt din l-intervista, l-għarfien lingwistiku (lingwa prinċipali u lingwa 2) tal-kandidat se jiġi wkoll ivvalutat. Skont ir-riżultat ta' din l-intervista, il-kandidat jista' jiġi propost offerta ta' xogħol uffiċjali.

Il-kuntratt jiġi stabbilit skont l-Artikoli 3a, 84 u 85 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni. It-tiġdid tal-kuntratt għal dewmien mhux determinat jista' jingħata biss f'każ li l-membru tal-persunal jikseb ċertifikat ta' approvazzjoni ta' sigurtà.

X.   PROĊEDURI TA' RIEŻAMI/APPELL

Il-kandidati li jqisu li deċiżjoni affettwathom b'mod negattiv jistgħu jitolbu li jsir rieżami ta' din id-deċiżjoni, jappellaw jew jippreżentaw ilment lill-Ombudsman (3).

Talba ta' rieżami (din il-possibilità hija limitata għall-istadju tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki)

Il-kandidati jistgħu jintroduċu talba ta' rieżami bili jibagħtu ittra rreġistrata fejn jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom f'dan l-indirizz:

PARLEMENT EUROPÉEN

Unité concours — MON 02 S 010

Appel à manifestation d'intérêt — Agents contractuels dans le domaine de la surveillance et de la prévention

60 rue Wiertz

1047 Bruxelles

BELGIQUE

fi żmien għaxart ijiem li jibdew jgħoddu mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultati fil-kont tal-EPSO tal-kandidati. It-tweġiba se tiġi nnotifikata lill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli.

Appelli (din il-possibilità hija miftuħa għall-istadji kollha tal-proċedura ta' selezzjoni)

Il-kandidati jistgħu jagħmlu lment taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, indirizzat lil:

M. le Secrétaire général

Parlement européen

Bât. Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Għandha tinġibed l-attenzjoni fuq id-diskrezzjoni kbira li jgawdu minnha l-ġurija tal-kompetizzjoni, li jaġixxu b'mod indipendenti, u li d-deċiżjonijiet tagħhom ma jistgħux jinbidlu mill-Awtorità tal-Ħatra. Id-diskrezzjoni kbira tal-ġurija tal-kompetizzjoni hija soġġetta għall-kontroll biss f'każ ta' ksur evidenti tar-regoli li jirregolaw il-ħidma tal-bord ta' selezzjoni. F'dan l-aħħar każ, id-deċiżjoni tal-ġurija tista' titressaq quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea anke jekk ma jkun sar l-ebda lment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Talba għal appell lil:

Tribunal de la fonction publique de l'Union européenne

2925 Luxembourg

LUXEMBOURG

abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Uffiċjali.

Din il-possibilità hija miftuħa biss għad-deċiżjonijiet meħuda mill-bord ta' selezzjoni.

F'każ ta' deċiżjonijiet amministrattivi li jirrifjutaw l-aċċess għall-proċedura ta' selezzjoni minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet ta' ammissjoni kif stipulat fit-titolu B, punt I tal-avviż, jista' jsir appell quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea biss wara li jsir ilment kif imsemmi hawn fuq.

It-talba għal appell quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea teħtieġ b'mod obbligatorju l-intervent ta' avukat li jista' jeżerċita quddiem ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Il-limiti ta' żminijiet imsemmija fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Uffiċjali (4) u li japplikaw għal dawn iż-żewġ tipi ta' appelli jibdew jgħoddu, jew min-notifika tad-deċiżjoni inizjali li taffettwa b'mod negattiv jew, fil-każ biss ta' talba għal rieżami, mid-data tan-notifika tat-tweġiba inizjali tal-bord ta' selezzjoni għal din it-talba.

Ilmenti lill-Ombudsman

Bħal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati jistgħu jagħmlu lment lil:

Médiateur européen

1, avenue du Président Robert Schuman — BP 403

67001 STRASBOURG CEDEX

FRANCE

skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).

Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-ilmenti li jsiru lill-Ombudsman ma jdewmux il-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għat-tressiq ta' appell quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

XI.   KOMUNIKAZZJONI

Il-Parlament Ewropew se jikkuntattjak permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek jew permezz tal-e-mail. Hija r-responsabilità tiegħek li tikkonsulta l-kont tal-EPSO b'mod regolari — tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa — sabiex issegwi l-iżvilupp tal-proċedura u tivverifika l-informazzjoni li tikkonċernak. Jekk, minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, ma tkunx tista' tivverifika din l-informazzjoni, hija r-responsabilità tiegħek li tinnotifika minnufih lill-EPSO.

Għal kull komunikazzjoni dwar il-proċedura, jekk jogħġbok ibgħat e-mail f'dan l-indirizz funzjonali:

ACprevention@ep.europa.eu

Sabiex tiggarantixxi ċ-ċarezza u l-komprensjoni tat-testi ġenerali u l-korrispondenza mibgħuta lill-kandidati, l-Ingliż jew il-Franċiż biss se jintuża għall-korrispondenza bejn il-kandidati u l-Parlament Ewropew.

XII.   RAĠUNIJIET TA' SKWALIFIKA MARBUTA MAL-APPLIKAZZJONI

Il-Parlament Ewropew jiżgura bir-reqqa li l-prinċipju tal-ugwaljanza tat-trattament jiġi rispettat. Għalhekk, jekk fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, il-Parlament Ewropew jinnota li int ħloqt diversi kontijiet tal-EPSO jew aktar minn applikazzjoni waħda għal din il-proċedura ta' selezzjoni jew li int għamilt dikjarazzjonijiet foloz, int se tiġi skwalifikat mill-proċedura tal-għażla.

Kull frodi jew tentattiv ta' frodi jista' jkun punibbli b'sanzjoni. F'dan ir-rigward, irridu niġbdulek l-attenzjoni li kull persuna reklutata mill-istituzzjonijiet għandha tkun tal-ogħla integrità possibbli.


(1)  Jekk jogħġbok irreferi għall-qafas ta' referenza fis-sit tal-Europass. Tista' taċċedi għalih billi tikklikkja din il-link: http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr

(2)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru (BG), l-Ispanjol (ES), iċ-Ċek (CS), id-Daniż (DA), il-Ġermaniż (DE), l-Estonjan (ET), il-Grieg (EL), l-Ingliż (EN), il-Franċiż (FR), l-Irlandiż (GA), it-Taljan (IT), il-Latvjan (LV), il-Litwan (LT), l-Ungeriż (HU), il-Malti (MT), l-Olandiż (NL), il-Pollakk (PL), il-Portugiż (PT), ir-Rumen (RO), is-Slovakk (SK), is-Sloven (SL), il-Finlandiż (FI) u l-Isvediż (SV).

(3)  Talbiet għal rieżami, appell jew ilment lill-Ombudsman Ewropew ma jwaqqfux il-ħidma tal-bord ta' selezzjoni.

(4)  Ara r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u riċentement mir-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1080/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ta' dawk il-Komunitajiet (ĠU L 311, 26.11.2010, p. 1)