ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.288.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 288

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
25 ta' Settembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 288/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

1

2012/C 288/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012

2

2012/C 288/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2012 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 288/04

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 288/05

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Modifika tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

6

2012/C 288/06

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku

7

2012/C 288/07

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni – Deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedura ta' rkupru finanzjarju għal Forte Asigurări SA (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

8

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 288/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

9

2012/C 288/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2012/C 288/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta' Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-17 ta' Mejju 2011 (2) il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta' Tmexxija, li wieħed minnhom huwa mill-Belġju.

(3)

Il-Gvern Belġjan informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Belġjan fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Jean Roger DRÈZE, ta' nazzjonalità Belġjana, imwieled fis-6 ta' Ġunju 1951, għandu jinħatar membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sur Helmut DE VOS għall-perijodu minn 25 ta’ Settembru 2012 sal-31 ta' Mejju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 1.


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012

2012/C 288/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2012 kien adottat definittivament fl-1 ta' Diċembru 2011 (3),

fl-20 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2012,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kienet adottata fl-24 ta' Settembru 2012.

It-test sħiħ hu disponibbli għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.

(3)  ĠU L 56, 29.2.2012, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 79, 19.3.2012, p. 1 u fil-ĠU L 184, 13.7.2012, p. 19.


ANNESS

ABBOZZ TA' ITTRA

minn

:

President tal-Kunsill

lil

:

President tal-Parlament Ewropew

Sinjur,

Qed nibgħatlek separatament il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għas-sena finanzjarja 2012, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Settembru 2012.

(Formola tal-għeluq).


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Settembru 2012

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2012/C 288/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta' Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2), il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

(3)

Il-Gvern Ungeriż informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Ungeriż fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Krisztina CSENGŐDY ta' nazzjonalità Ungeriża, imwielda fid-9 ta' Jannar 1961, hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Zoltán ADAMIS għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2012 sal-31 ta' Mejju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.


Il-Kummissjoni Ewropea

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Settembru 2012

2012/C 288/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2916

JPY

Yen Ġappuniż

100,79

DKK

Krona Daniża

7,4563

GBP

Lira Sterlina

0,79680

SEK

Krona Żvediża

8,4928

CHF

Frank Żvizzeru

1,2095

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4370

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,940

HUF

Forint Ungeriż

283,28

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6963

PLN

Zloty Pollakk

4,1540

RON

Leu Rumen

4,5183

TRY

Lira Turka

2,3259

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2415

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2668

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0130

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5742

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5871

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 446,53

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,7171

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1491

HRK

Kuna Kroata

7,4265

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 351,43

MYR

Ringgit Malażjan

3,9691

PHP

Peso Filippin

53,931

RUB

Rouble Russu

40,3205

THB

Baht Tajlandiż

39,949

BRL

Real Brażiljan

2,6175

MXN

Peso Messikan

16,6727

INR

Rupi Indjan

69,0680


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/6


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru skedati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 288/05

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Rotta kkonċernata

Tingwall–Fair Isle; Tingwall–Foula; Tingwall–Papa Stour; Tingwall–Out Skerries

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Il-31 ta’ Diċembru 1997

Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

L-1 ta’ April 2013

Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test, u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi ta' servizz pubbliku

Shetland Islands Council

Transport Planning Service

Development Services Department

8 North Ness Business Park

Lerwick

Shetland

Scotland

ZE1 0LZ

UNITED KINGDOM

Tel. +44 1595744868

Posta elettronika: transport@shetland.gov.uk

Internet: http://www.shetland.gov.uk


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/7


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku

2012/C 288/06

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Rotta kkonċernata

Tingwall–Fair Isle; Tingwall–Foula; Tingwall–Papa Stour; Tingwall–Out Skerries

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

L-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Marzu 2016 bl-opzjoni li l-perjodu jkun estiż sal-31 ta’ Marzu 2017

Data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

L-4 ta’ Diċembru 2012

Indirizz fejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti, u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Shetland Islands Council

Transport Planning Service

Development Services Department

8 North Ness Business Park

Lerwick

Shetland

Scotland

ZE1 0LZ

UNITED KINGDOM

Tel. +44 1595744868

Posta elettronika: transport@shetland.gov.uk

Internet: http://www.shetland.gov.uk


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/8


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni

Deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedura ta' rkupru finanzjarju għal Forte Asigurări SA

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2012/C 288/07

Impriża tal-assigurazzjoni

Forte Asigurări SA, li għandha l-uffiċċju rreġistrat f'Calea Grivitei nr. 6, etaj 5, Sector 1, Bucharest, Romania, irreġistrata fl-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ bin-numru J40/1814/11.3.1996, Numru ta' Reġistrazzjoni Uniku 8209593, irrappreżentata legalment minn Guglielmo Frinzi, bħala d-Direttur Ġenerali

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-Deċiżjoni

Deċiżjoni Nru 452 tas-7 ta' Awwissu 2012 dwar l-għeluq tal-proċedura ta' rkupru finanzjarju, abbażi tal-pjan ta' rkupru finanzjarju, għal Forte Asigurări SA.

Awtoritajiet kompetenti

Kummissjoni Superviżorja tal-Assigurazzjoni, li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Str. Amiral Constantin Bălescu nr. 18, Sector 1, Bucharest, Romania, Numru tar-Reġistrazzjoni tat-Taxxa 14045240/1.7.2001

Awtorità Superviżorja

Kummissjoni Superviżorja tal-Assigurazzjoni, li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Str. Amiral Constantin Bălescu nr. 18, Sector 1, Bucharest, Romania, Numru tar-Reġistrazzjoni tat-Taxxa 14045240/1.7.2001

Liġi applikabbli

Liġi Nru 32/2000 dwar l-assigurazzjoni u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni, kif emendata


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 288/08

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“HOLSTEINER TILSITER”

KE Nru: DE-PGI-0005-0807-26.04.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Holsteiner Tilsiter”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.3.

Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:

Il-“Holsteiner Tilsiter” huwa ġobon semi-iebes li jiġi prodott skont tradizzjoni, magħmul mill-ħalib tal-baqra, li jinħadem b'mod kontinwu bi Brevibacterium linens matul il-fażi tal-maturazzjoni, u li jkollu bejn 30 % u 60 % xaħam fil-materja niexfa. Il-“Holsteiner Tilsiter” jista' jsir jew mill-ħalib nej, jew mill-ħalib pasturizzat. Apparti fil-forma klassika ta’ rota, il-ġobon qed isir dejjem aktar ta’ spiss f'forma ta’ ħobża. Għandu qoxra naturali rqiqa, safra tagħti fil-kannella, li tiġi pproċessata b'taħlita ta’ Brevibacterium linens, xorrox u ħalib xkumat jew salmura matul il-fażi tal-maturazzjoni, li ddum mill-anqas ħames ġimgħat. Il-ġobon, ta’ lewn isfar ċar, huwa semi-iebes, elastiku, u flessibbli ħafna. Bis-saħħa tal-metodu speċjali ta' produzzjoni tiegħu, il-“Holsteiner Tilsiter” huwa ġobon mimli toqob u xquq, li huma tipiċi tiegħu. It-togħma tvarja minn moderata u kemxejn aromatika għal qawwija u pikkanti, skont kemm ikun ilu jinħażen il-ġobon. Il-ġobon jiġi prodott f'forma ta' ħobża jew kaxxa, b'piż ta' bejn 3,5 u 5,0 kg.

Il-“Holsteiner Tilsiter” jiġi prodott bi tliet kontenuti ta' xaħam differenti: minn 30 % xaħam fil-materja niexfa, minn 45 % xaħam fil-materjal niexfa, u minn 60 % xaħam fil-materja niexfa. Il-kontenut minimu ta' xaħam huwa ta’ 30 % fil-materja niexfa. Il-ħwawar ġeneralment ma jiżdidux matul il-produzzjoni tal-“Holsteiner Tilsiter”. Meta l-ġobon jitħawwar, l-uniku ingredjent li jintuża għal dan il-għan huwa l-ħlewwa Ġermaniża. Ma jintuża l-ebda ħwar ieħor.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-ħalib li jintuża mhux neċessarjament irid joriġina miż-żona ġeografika ddefinita aktar 'l isfel.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

L-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon, minn meta tasal il-materja prima, għall-ħżin minimu ta' ħames ġimgħat, sal-proċess ta’ maturazzjoni, għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Schleswig-Holstein, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Ir-reġjun storikament iddokumentat bħala ż-żona ta’ produzzjoni tal-“Holsteiner Tilsiter” ilu jkopri r-reġjun ta’ Schleswig-Holstein, kif inhu magħruf bil-fruntieri tiegħu tal-lum, sa mill-ewwel nofs tas-seklu 20 (minn madwar l-1920).

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-proċess speċjali ta’ manifattura, il-kwalità partikulari li tirriżulta minnu, u d-dehra tal-“Holsteiner Tilsiter”, żviluppaw b'dan il-mod f’dan ir-reġjun biss bis-saħħa tal-interazzjoni tal-kundizzjonijiet partikulari li ġejjin:

Il-klima fi Schleswig-Holstein hija influwenzata ħafna mill-baħar, billi r-reġjun jinsab bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku. Is-sitwazzjoni ġeografika u l-karatteristiċi tal-ħamrija wasslu għall-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet speċjali bejn il-pjanti, u b'hekk l-għalf żviluppa karatteristiċi partikulari. Dawn il-karatteristiċi, li jiġu riflessi mhux l-inqas fin-natura pikkanti u aromatika tal-“Holsteiner Tilsiter”, kienu ta’ ġid kemm għall-produzzjoni tal-ħalib kif ukoll għal dik tal-ġobon.

Ir-reġjun ta’ Schleswig-Holstein għandu tradizzjoni twila ta' produzzjoni tal-ħalib, għaliex joffri kundizzjonijiet eċċellenti għaliha. Fi tmiem is-seklu 16, l-industrija tal-prodotti tal-ħalib fiż-żewġ dukati ta’ Schleswig u Holstein bdiet tipproduċi volum ta' prodotti ikbar milli kien hemm bżonn fiż-żewġ dukati. Dak iż-żmien, xi rifuġjati Olandiżi ġabu magħhom għarfien dwar il-produzzjoni professjonali tal-ħalib. L-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib f'kooperattivi żviluppat fi tmiem is-seklu 19. Fl-1888 biss, pereżempju, twaqqfu 251 razzett ġdid. Kemm l-istruttura tal-azjendi tal-produzzjoni tal-ħalib, kif ukoll il-livell eċċellenti tat-taħriġ, flimkien mal-kundizzjonijiet favorevoli tal-klima u tal-ħamrija, ikkontribwew biex Schleswig-Holstein sar wieħed mill-postijiet favoriti għall-produzzjoni tal-ħalib fl-Ewropa. Għalhekk, mhux ta’ b'xejn li r-razza tal-baqar tal-ħalib magħrufa mad-dinja kollha jisimha “Holstein-Friesian” (ta’ spiss imsejħa wkoll “Schwarzbunte”, jew “Holsteins Bojod u Suwed” fil-Ġermanja). Id-disponibbiltà tal-ħalib u tat-tames tal-ġħoġol tat lok għas-suċċess tal-produzzjoni tal-ħalib f’dan ir-reġjun. Madankollu, illum il-ġurnata, fil-produzzjoni tal-ġobon fi Schleswig-Holstein jintuża wkoll ħalib minn barra ż-żona ġeografika ddefinita.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-“Holsteiner Tilsiter” għandu reputazzjoni eċċellenti bħala ġobon lokali ta' kwalità għolja, reputazzjoni li ilha teżisti għal madwar 120 sena. Dokumenti antiki juru li diġà kien hemm ġobon simili f'Gut Behl, fir-reġjun magħruf bħala “Holsteinische Schweiz”, fis-seklu 16. Ir-riċetta tat-“Tilsiter” ġiet deskritta għall-ewwel darba fl-1840 minn ċerta Sinjura Westpfahl, li kienet tgħix f'razzett fil-belt ta’ Tilsit, fir-reġjun li dak iż-żmien kien magħruf bħala l-Prussja tal-Lvant. Il-ġobon hu msemmi proprju għal dan il-post. Din ir-riċetta sabet triqitha lejn dak li llum huwa r-reġjun ta' Schleswig-Holstein fi tmiem is-seklu 19, fejn dan it-tip ta’ ġobon malajr sar l-iktar tip ta’ ġobon imfittex, hekk kif għadu llum.

Il-ktieb imsejjaħ “Käsebereitung und Käsespeisen in Deutschland seit 1800” (Frank Roeb, Mainz, 1976) jgħid: “Fi Schleswig-Holstein, it-‘Tilsit’ dam ħafna sa ma beda jiġi prodott. Hemm sorsi li jissuġġerixxu li dan il-ġobon ma bediex jiġi prodott hemmhekk ħafna qabel l-1900. Aktar 'il quddiem, saħansitra rċieva l-fondi mill-istat (mill-1929 ’il quddiem, ara Middelhauve).”

Illum, Schleswig-Holstein huwa ċentru tal-produzzjoni tat-“Tilsit” (ara l-kotba “Dr. Oetker Lebensmittel-Lexikon”, 2004, p. 812; C. Dumont, “Kulinarisches Lexikon”, 1998, p. 516; l-artiklu “Essen & Trinken im Detail — ‘mein coop magazin’: ‘Holsteiner Tilsiter und Beaujolais AOC’”). L-artiklu intitolat “Tilsiter — Käse der Ostsee” mill-“Hamburg Slow Food Convivium” (Burchard Bösche, 2005) jiddikjara li “Schleswig-Holstein, ir-reġjun bejn iż-żewġt ibħra, issa huwa ċ-ċentru tal-produzzjoni tat-‘Tilsit’, u ħadd ma jista' jiċħad dan”.

Stqarrijiet maħruġin minn istituzzjonijiet fis-settur jikkonfermaw li l-“Holsteiner Tilsiter” sar speċjalità reġjunali magħrufa sew u mfittxa ħafna, u li dan huwa wkoll l-iktar isem marbut mill-qrib mal-ġobon “Tilsit” li jiġi prodott fi Schleswig-Holstein. Dan il-fatt isostnih il-fatt li dan it-tip ta’ ġobon jissemma bħala speċjalità reġjunali tal-ġobon fil-ktieb imsejjaħ “Kulturgeschichte der deutschen Küche” ta' Peter Peter (2005, p. 135), fejn jingħad li “Il-‘Holsteiner Tilsiter’, il-‘Würchwitzer Milbenkäse’, l-‘Allgäuer Bergkäse’, (…) meta mqabbel ma' Franza, l-Italja u anki l-Ingilterra jew l-Irlanda, l-għażla tal-ġobnijiet Ġermaniżi ta' livell għoli hija pjuttost modesta”. Għadd ta' websajts jaċċennaw ukoll għar-reputazzjoni speċjali tal-“Holsteiner Tilsiter”. Is-sit imsejjaħ “Alles Käse — das Infoportal” (http://www.walserstolz.de) jgħid li “Il-ġobon ‘Tilsit’ għandu tradizzjoni twila, speċjalment fit-Tramuntana tal-Ġermanja, kif ukoll tul ix-xatt Baltiku kollu. Ir-reġjun ewlieni li fih isir dan il-ġobon huwa r-reġjun ta’ Schleswig-Holstein, fejn il-kliem ‘Tilsit’ u ‘ġobon semi-iebes’ għadhom jintużaw xi ftit jew wisq bħala sinonimi”. Is-sit http://www.germanfoods.org, li jservi ta’ gwida għall-prodotti tal-ikel Ġermaniżi fl-Istati Uniti, jispjega li “… iż-żoni ta' Schleswig-Holstein (…) fit-Tramuntana tal-Ġermanja jipproduċu wkoll uħud mill-ġobnijiet l-iktar magħrufa tal-Ġermanja, fosthom (…) it-‘Tilsit’ (…)”. Referenzi oħra għal dan il-ġobon insibuhom f'websajts bħal dik tal-kumpanija Paulsen (http://www.party-paulsen.de), li tirreferi għall-“Holsteiner Tilsiter” bħala “l-aqwa ġobon ta' Schleswig-Holstein”.

Il-kulturi ta’ batterji naturali u speċjali fil-kantini ta’ maturazzjoni li żviluppaw minn ġenerazzjoni għall-oħra, u li jinsabu biss f'dan ir-reġjun, jagħtu lill-“Holsteiner Tilsiter” it-togħma tiegħu tal-ġewż, li ma tista' titqabbel ma' xejn, u li tiddistingwih biċ-ċar minn ġobnijiet tat-tip “Tilsit” prodotti f’reġjuni ġeografiċi oħrajn.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Ir-reputazzjoni speċjali tal-“Holsteiner Tilsiter”, u l-ammirazzjoni kbira li hemm għalih, jissejsu, sa ċertu punt, fuq it-tradizzjoni twila tar-reġjun ta’ Schleswig-Holstein bħala l-pajjiż tal-ħalib u tal-ġobon, iżda l-iktar fuq il-ħila u l-għarfien espert tal-bdiewa lokali li jipproduċu l-prodotti tal-ħalib. Metodu ppreferut tal-produzzjoni tal-ħalib ifforma l-bażi għall-ġobon li ilu sekli jiġi prodott mill-bdiewa lokali. Ir-riċetti antiki u l-esperjenza fil-produzzjoni tal-ġobon bħala artiġjanat lokali tnisslu minn ġidd għal ġidd, u baqgħu jnebbħu l-ispeċjalitajiet ta’ ġobon ta’ dan ir-reġjun. Importanti ħafna fost dawn l-ispeċjalitajiet huwa l-“Holsteiner Tilsiter” – speċjalità reġjunali, b'forom varji, li hija magħrufa sew lil hinn mir-reġjun u mfittxija ħafna.

It-togħma distinta u pikkanti tal-“Holsteiner Tilsiter”, u t-toqob tradizzjonali tiegħu, kienu saru parti mit-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ġobon fi Schleswig-Holstein ħafna qabel ma l-isem “Tilsit” inxtered fl-użu b'referenza għal dan it-tip ta' ġobon. Kien biss fi tmiem is-seklu 19 li dan it-terminu ġie importat fi Schleswig-Holstein mill-Prussja tal-Lvant u li beda jintuża għat-tip ta' ġobon li kien qed jiġi prodott fi Schleswig-Holstein b'riċetta simili. Għalhekk, minn dak iż-żmien 'l hawn, bdew jintużaw l-ismijiet “Tilsit minn Schleswig-Holstein” u “Holsteiner Tilsiter”.

It-tradizzjoni rurali tal-produzzjoni tal-ġobon baqgħet sal-lum tiżviluppa fi Schleswig-Holstein. Ir-reputazzjoni eċċellenti tat-taħriġ għall-bdiewa fit-teknoloġija tal-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, li llum huwa bbażat fil-“Lehr- und Versuchsanstalt für Milchwirtschaft” fil-belt ta’ Bad Malente, testendi ħafna lil hinn mill-fruntieri ta’ dan ir-reġjun.

Sinjal tar-reputazzjoni eċċellenti tal-“Holsteiner Tilsiter” huwa l-aroma u t-togħma speċifiċi ħafna tiegħu, li huma kkaratterizzati mit-taħwir speċjali tiegħu bil-ħlewwa Ġermaniża. Dawn iż-żewġ karatteristiċi jistgħu jinkisbu biss permezz tal-kulturi speċjali ta’ batterji, li jistgħu jeżistu biss, fit-tip u fil-kombinazzjoni tagħhom, fiż-żona klimatika ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku.

L-impjanti li jipproduċu l-“Holsteiner Tilsiter” jinsabu wkoll fiċ-ċentru tal-assoċjazzjoni msejħa “Käsestraße Schleswig-Holstein” (“it-Triq tal-Ġobon ta’ Schleswig-Holstein”), li hija magħrufa ħafna, ferm lil hinn mill-fruntieri ta’ dan ir-reġjun. F'din l-assoċjazzjoni, hemm madwar 40 produttur tal-ġobon li jaħdmu flimkien biex jippromwovu t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ġobon fi Schleswig-Holstein, u dawn jirrappreżentaw madwar 120 tip ta' ġobon differenti. Din l-assoċjazzjoni twaqqfet wara s-suq tal-ġobon li ttella' fl-1999 fil-mużew estern ta’ Kiekeberg, f'Ħamburgu, fuq inizjattiva tal-moviment kulinari msejjaħ “Slow Food”. F'dan is-suq, il-produtturi tal-ħalib ta’ Schleswig-Holstein issejħu metaforikament il-“Winzern des Nordens” (“il-produtturi tal-inbid tat-Tramuntana”), b'referenza għall-firxa wiesgħa ta' ġobnijiet ta' Schleswig-Holstein li kienu għall-wiri. B'mod partikulari, il-varjanti varji tal-“Holsteiner Tilsiter” kienu għall-wiri fis-suq bħala xempji ta' “Schleswig-Holstein, pajjiż il-ġobon”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Speċifikazzjoni sħiħa ppubblikata:

Fit-taqsima 7a-aa tal-Volum 30 tal-“Markenblatt” tal-24 ta' Lulju 2009, p. 13378

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/7201


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/13


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 288/09

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“WALBECKER SPARGEL”

KE Nru: DE-PGI-0005-0857-08.02.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Walbecker Spargel”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip ta’ prodott:

Il-kategorija 1.6 –

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:

Spraġ frisk ta’ lewn abjad, aħdar jew vjola (Asparagus officinalis). Iz-zkuk tal-ispraġ li jistgħu jittieklu jitpoġġew fis-suq imqaxxra jew bil-qoxra b’kollox. L-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel” jitkabbar skont ir-regoli ta’ prattiki agrikoli tajbin. Meta jinbiegħ bil-qoxra b’kollox, dan l-ispraġ irid ikun konformi għall-inqas mal-Istandard FFV04 tal-UNECE (l-ispraġ).

Iz-zkuk tal-ispraġ ċar ma jistgħux ikunu itwal minn 22 ċm. L-ispraġ irid ikun sħiħ u ma jkollu l-ebda ħsara. Ma jridx ikun beda jmur jew ikollu xi ħsara u jrid ikun jidher frisk u jkollu riħa friska.

L-istruttura fina tal-ħjut fl-għeruq tal-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel”, it-togħma qawwija ta’ spraġ u kemm kemm tal-ġewż tiegħu u z-zkuk torja tiegħu jagħmlu ’l dan it-tip ta’ spraġ uniku.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-produzzjoni tal-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel”, minn meta jinżara’ sa ma jinqata’, għandha ssir fiż-żona ġeografika identifikata.

It-tkabbir iseħħ billi l-ewwel l-art titħejja kif suppost qabel ma l-ispraġ jinżara’. Għal dan il-għan, għandu jintefa’ l-ammont adattat ta’ materjal organiku fiż-żona tat-tkabbir tal-ispraġ (tidmil bil-ħaxix aħdar u użu tal-kompost). Iż-żona ddum sena titħejja, u matul din is-sena l-ħamrija tinħarat sa fond ta’ 80 ċentimetru taħt l-art sabiex il-pjanti jkunu jistgħu jrabbu għeruq fil-fond u jkunu jistgħu jikbru bl-aħjar mod. B’mod ġenerali, il-pjanti tal-ispraġ jitħawlu fiż-żona f’nofs April, u ġieli jitħawlu f’Marzu jekk ir-Rebbiegħa tidħol kmieni. Mir-raddi magħmulin mill-ħamrija jitneħħew b’attenzjoni kbira l-biċċiet tal-għeruq li jkun għad fadal u l-ġebel sabiex dawn l-affarijiet ibsin ma jfixklux iz-zkuk tal-ispraġ milli jikbru b’mod dritt.

Wara perjodu tat-tkabbir ta’ sentejn, l-ispraġ jinħasad miż-żona tat-tkabbir fit-tielet sena.

Jekk l-ispraġ ikun qed jitkabbar taħt folja sewda u bajda, wieħed irid joqgħod attent ferm li meta x-xemx tkun qawwija ħafna, il-folja tinqaleb min-naħa s-sewda għan-naħa l-bajda tagħha fil-ħin, sabiex il-kwalità tal-ispraġ ma tonqosx minħabba li tarf l-ispraġ ikun irtab iżżejjed.

Il-fertilizzant magħmul min-nitroġenu ma jistax jintuża fiż-żoni tal-ispraġ fejn ikun qed isir il-ħsad qabel ma jintemm il-ħsad. Madwar 21 jum qabel tmiem l-istaġun tal-ispraġ, jittieħdu kampjuni mill-ħamrija sabiex wieħed jara din x’jonqosha biex imbagħad wieħed ikun jista’ jagħtiha l-fertilizzant adattat magħmul min-nitroġenu ladarba jintemm il-ħsad. Sabiex jittejbu l-kwalità u t-tkabbir tal-ispraġ, jittieħdu miżuri tat-tkabbir bħalma huma t-tħaddim kawt tal-ħamrija u t-tidmil adattat, fost l-oħrajn bil-manjesju u bil-fertilizzanti magħmulin mill-potassa.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

L-ippakkjar

Kull pakkett irid ikollu l-istess kontenut. Kull unità jrid ikun fiha biss spraġ li jkun ġej mir-reġjun approvat għall-produzzjoni tal-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel”. L-ispraġ inkluż f’unità waħda ta’ pakkett irid ikun tal-istess kwalità, tal-istess grupp ta’ lewn u tal-istess daqs. Dik il-parti tal-pakkett li tkun tidher għandha tirrappreżenta l-kontenut kollu tiegħu.

L-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel” jitkessaħ malajr ħafna sabiex tinżamm il-kwalità tiegħu. Sa mhux aktar tard minn erba’ sigħat wara li jinqata’ jrid jitkessaħ fl-ilma ġieri jew f’ilma kiesaħ silġ li jkollu temperatura ta’ bejn 1 u 12-il°C. Huwa jrid jitqiegħed għall-bejgħ malajr kemm jista’ jkun. M’għandux jinħażen għal iktar minn tlett ijiem, jekk jista’ jkun, u dan għandu jsir f’maħżen imkessaħ f’temperatura ta’ bejn 1 u 4 C.

Il-produttur għandu jwaqqaf din il-katina ta’ kesħa biss għal ħin qasir ħafna, sakemm l-ispraġ jiġi ppakkjat u jitwassal.

Il-postijiet fejn isir l-ippakkjar, it-tkessiħ u kwalunkwe bejgħ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iġjene.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tat-tkabbir tal-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel” tinsab fil-Majjistral tar-reġjun Ġermaniż ta’ Nordrhein-Westfalen, proprju tul il-fruntiera Ġermaniża mal-Olanda. Il-fruntiera nazzjonali tifforma l-fruntiera taż-żona fil-Punent. Fit-Tramuntana, mill-intersezzjoni tal-fruntiera nazzjonali mat-triq ewlenija A 57, il-fruntiera taż-żona ssegwi t-triq ewlenija A 57 lejn il-Lvant. Fl-intersezzjoni tat-triq ewlenija A 57 u tat-triq sekondarja B 9, il-fruntiera taż-żona ddur lejn ix-Xlokk u ssegwi t-triq sekondarja B 9 sal-intersezzjoni ta’ din it-triq mat-triq sekondarja B 58. Minn hemmhekk, il-fruntiera taż-żona tal-produzzjoni ddur lejn il-Lbiċ u tkompli ssegwi t-triq sekondarja B 58. Mill-intersezzjoni tat-triq sekondarja B 58 mat-triq rurali L 221, il-fruntiera taż-żona ssegwi t-triq rurali L 221 sal-intersezzjoni tagħha mat-triq ewlenija A 61. Imbagħad il-fruntiera taż-żona ssegwi t-triq ewlenija A 61 sal-intersezzjoni ta’ din it-triq mal-fruntiera nazzjonali.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tifforma parti mill-pjanura tan-naħa t’isfel tax-xmara Renu. Din iż-żona hija kkaratterizzata minn kundizzjonijiet klimatiċi li huma ideali għat-tkabbir tal-ispraġ. Proprju fix-xhur importanti ta’ Marzu, April, Mejju u Ġunju jagħmel l-ammont ta’ xita meħtieġ biex l-ispraġ jikber u, f’dawn ix-xhur, konsistentement, it-temperatura ma tkunx ħarxa.

Il-ħamrija fiż-żona tal-produzzjoni hija mrammla, u fix-Xlokk hija bil-lom u fiha saff trab fin minfuħ mir-riħ fil-widien tax-xmajjar li huwa fertili ħafna. Iż-żoni magħżulin tradizzjonalment biex fuqhom jitkabbar l-ispraġ huma kkaratterizzati minn ħamrija b’ammont kbir ta’ ramel fiha. Dan ir-ramel huwa ramel tad-duni li ġej mid-duna tax-xmajjar Maas u Niers. Il-ħamrija li tinsab bejn ix-xmajjar Niers u Maas żviluppat l-istruttura tagħha fi żmien l-Era Glaċjali. Hija kkaratterizzata f’ċerti partijiet minn ħamrija kemm kemm ramlija li tħalli l-arja u x-xita jgħaddu minnha u li żżomm il-minerali fiha, u li fiha kemm kemm saff trab fin minfuħ mir-riħ fil-widien tax-xmajjar li huwa fertili ħafna, ammont kbir ta’ materjal organiku u ammont tajjeb ta’ ġir. Tradizzjonalment, il-bdiewa fiż-żona tal-produzzjoni qiesu din it-tip ta’ ħamrija bħala ta’ żvantaġġ kbir meta mqabbla mal-ħamrija fertili li wieħed isib fiż-żoni tal-madwar, jiġifieri fiż-żoni ta’ Pont, Nieuwkerk u Aldekerk u fiż-żona ta’ Baersdonk, li ġeneralment hija iktar adattata għat-tkabbir tal-għelejjel milli l-ħamrija li wieħed isib fiż-żona ġeografika identifikata. Madankollu, il-ħamrija f’din iż-żona ġeografika hija partikularment ideali għat-tkabbir tal-ispraġ.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

L-istruttura fina tal-ħjut fl-għeruq tal-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel”, it-togħma qawwija ta’ spraġ u kemm kemm tal-ġewż tiegħu u z-zkuk torja tiegħu jagħmlu ’l dan it-tip ta’ spraġ, li jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss bħala spraġ frisk ta’ lewn abjad, aħdar jew vjola, uniku. Il-produtturi tal-post għandhom għarfien speċjali tat-tkabbir tal-ispraġ, li, permezz tat-tħejjija t-tajba tal-art u t-tħawwil it-tajjeb, kif ukoll tal-għażla tal-punt it-tajjeb tal-ħsad, jiżgura li l-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel” jikber partikularment sewwa u dritt u jkollu konsistenza tajba. Bis-saħħa tat-tradizzjoni twila tiegħu u tal-karatteristiċi partikularment tajbin tiegħu, l-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel” igawdi minn fama tajba li tmur ferm lil hinn miż-żona tal-produzzjoni tiegħu.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-istruttura fina tal-ħjut fl-għeruq tal-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel”, iz-zkuk torja tiegħu u t-togħma qawwija ta’ spraġ u tal-ġewż ta’ dawn iz-zkuk, kif ukoll il-fatt li dawn jikbru dritti żgur li ġejjin mill-kundizzjonijiet ideali tal-ħamrija li hemm fiż-żona ta’ Walbeck u mill-kundizzjonijiet klimatiċi li hemm fil-pjanura tan-naħa t’isfel tax-xmara Renu. Proprju fil-każ tal-ispraġ, il-karatteristiċi tal-prodott huma marbutin partikularment mill-qrib mal-kundizzjonijiet naturali. Dawn huwa minħabba li sa 70 % mit-togħma tal-ispraġ tiddependi mill-ħamrija, sa 20 % minnha tiddependi fuq kif din il-ħamrija tinħadem u tiddemmel u sa 10 % biss minnha tiddependi mill-varjetà tal-ispraġ. Proprju fix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u Ġunju tagħmel biżżejjed xita fiż-żoni bir-ramel tad-duni mogħni bil-materjal organiku li huma ppreferuti għat-tkabbir tal-ispraġ u f’dawn ix-xhur, konsistentement, it-temperatura ma tkunx ħarxa. Barra minn hekk, ir-regoli ta’ prattiki agrikoli tajbin jiżguraw li l-prodotti jkunu ta’ kwalità għolja.

Il-kwalità speċjali tal-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel” ġejja mill-għarfien tat-tkabbir tal-ispraġ tal-produtturi li nkiseb tul diversi ġenerazzjonijiet, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-mument adattat għat-tħawwil u għall-bidu u t-tmiem tal-ħsad, mat-tip ta’ materjali ta’ kopertura li jintużaw u l-estent tal-użu tagħhom, kif ukoll mat-tħejjija tajba tar-raddi magħmulin mill-ħamrija u t-tneħħija tal-biċċiet tal-għeruq li jkun għad fadal u tal-ġebel minnhom, kif ukoll mad-deċiżjoni dwar kemm hemm bżonn ta’ tidmil abbażi tal-kampjuni meħudin mill-ħamrija.

L-ispraġ tat-tip “Walbecker Spargel” igawdi minn fama tajba ħafna. Id-Dott. Walther Klein-Walbeck, avukat u maġġur irtirat, ipprova jkabbar l-ispraġ għall-ewwel darba madwar il-kastell ta’ Walbeck fl-1923 tul il-perjodu ta’ inflazzjoni. Is-suċċess li kiseb malajr qanqal l-interess tal-bdiewa tal-post, li ma kienx ikollhom wisq għelejjel meta kienu jiżirgħu jew iħawlu wċuħ tar-raba’ oħrajn f’din il-ħamrija mrammla. Fil-Ħarifa tal-1927, 33 bidwi minn Walbeck qablu li jibdew ikabbru l-ispraġ fir-raba’ tagħhom mir-Rebbiegħa tal-1928 ’il quddiem. Fl-ewwel staġun l-ispraġ tħawwel f’żona ta’ 50 ettaru. Fl-1 ta’ Jannar 1929, flimkien ma’ 55 bidwi minn Walbeck li kienu jkabbru l-ispraġ, id-Dott. Walther Klein-Walbeck waqqaf il-koperattiva msejħa “Spargelbaugenossenschaft Walbeck und Umgegend e.G.”, li hija l-koperattiva li qed tressaq din it-talba. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-bdiewa li huma membri ta’ din il-koperattiva li qed tagħmel it-talba bdew jipproduċu l-ispraġ abbażi ta’ koperattiva u jikkummerċjalizzawh bl-isem ta’ “Walbecker Spargel”. Mill-1932 sal-1938, din il-koperattiva bagħtet 1 800 000 kilogramma ta’ spraġ lejn Straelen biex dawn jiġu rkantati hemmhekk. Dan wassal għal qligħ ta’ 1.3 miljun Reichsmark għar-raħal ta’ Walbeck li qabel kien raħal fqir kollu art moxa. Fl-1936, 40 000 persuna li jħobbu l-ispraġ żaru ’l dan ir-raħal matul l-istaġun tal-ispraġ.

Matul it-tieni gwerra dinjija, it-tkabbir tal-ispraġ waqaf. Wara r-riforma tal-munita li saret fl-1948, l-ispraġ reġa’ beda jitkabbar fir-reġjun. Illum il-ġurnata, l-koperattiva li qed tagħmel it-talba għandha 50 membru, li jkabbru l-ispraġ f’żona ta’ 80 ettaru.

Il-kanzunetta msejħa “Walbecker Heimatlied”, bi kliem ta’ Jakob Schopmanns (li kitibha fl-1935 u ppubblikaha fil-Gazzetta tar-reġjun imsejħa “Niederrheinische Landeszeitung” fil-5 ta’ Lulju 1935) u b’mużika ta’ ibnu Helmut Schopmanns (li kiteb din il-mużika fl-1977) turi l-importanza li l-ispraġ għandu għall-identità tar-raħal ta’ Walbeck u tar-reġjun ta’ madwaru:

„Kennst Du mein friedliches Walbeck nicht? (Ma tafx bir-raħal kwiet ta’ Walbeck tiegħi?)

Das Spargeldorf an der Grenze? (Ir-raħal tal-ispraġ li jinsab mal-fruntiera?)

Dort schießt der Spargel in Sonnenlicht (Fejn l-ispraġ jikber dritt lejn id-dija tax-xemx)

alljährlich im taufrischen Lenze. (kull sena fir-Rebbiegħa friska bin-nida.)”

Ta’ kull sena, matul il-festa tal-ispraġ li ddum għaddejja jumejn, ikun hemm purċissjoni kbira li matulha l-“Prinċipessa tal-ispraġ” tiġi ppreżentata lill-pubbliku li jkun preżenti. Dan isir billi l-Prinċipessa – li żżomm dan it-titlu għal staġun tal-ispraġ wieħed – tiddawwar mal-pubbliku fuq karru li fuqu hija tkun bilqiegħda fuq tron. Din il-Prinċipessa tirrappreżenta r-raħal ta’ Walbeck – ir-raħal tal-ispraġ – fuq ir-radju u t-televiżjoni, waqt il-fieri u waqt ħafna festi lokali oħrajn li jsiru fir-reġjun tan-naħa t’isfel tax-xmara Renu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006)

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/13251


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.