ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.286.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 286

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
22 ta' Settembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2012/C 286/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland (BĊE/2012/20)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 286/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2012/C 286/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

4

2012/C 286/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6490 – EADS/Israel Aerospace Industries/JV) ( 1 )

6

2012/C 286/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6560 – EQT VI/BSN Medical) ( 1 )

6

2012/C 286/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5979 – KGHM/Tauron Wytwarzanie/JV) ( 1 )

7

2012/C 286/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6628 – Třinecké Železárny/ŽDB Drátovna) ( 1 )

7

2012/C 286/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6678 – Procter & Gamble/Arbora) ( 1 )

8

 

Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

2012/C 286/09

Parir tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-31 ta’ Lulju 2012 ippreżentat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ derivati OTC minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BERS/2012/2)

9

2012/C 286/10

Parir tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-31 ta’ Lulju 2012 ippreżentat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-kollateral għal CCPs (BERS/2012/3)

13

 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

 

Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

2012/C 286/11

Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-13 ta’ Lulju 2012 li timplimenta regoli dwar il-protezzjoni tad-data fi ħdan il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2012/1)

16

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 286/12

Rata tal-kambju tal-euro

20

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2012/C 286/13

Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2012 Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?

21

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 286/14

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

22

2012/C 286/15

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

22

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 286/16

Sejħa għal proposti – Programm Kultura (2007-2013) – L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-programm: proġetti ta’ kooperazzjoni fit-tul; azzjonijiet ta’ kooperazzjoni; azzjonijiet speċjali (pajjiżi terzi) u appoġġ għall-korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam kulturali

23

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 286/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6720 – OAO VTB Bank/Corporate Commercial Bank/Bulgarian Telecommunications Company) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Settembru 2012

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

(BĊE/2012/20)

2012/C 286/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għażel lil RSM Farrell Grant Sparks bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi RSM Farrell Grant Sparks għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Settembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 286/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.7.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35144 (12/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of Hungarian Liquidity scheme for banks

Il-bażi legali

Article 44 (Chapter VII) of Act CXCIV of 2011 on the Stability of Hungarian Economy

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Self f'imgħax favorevoli

L-estimi

Baġit globali: HUF 11 008 000 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

30.7.2012-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry for National Economy

Budapest

József nádor tér 2–4.

1051

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.7.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35145 (12/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of the Hungarian bank support scheme

Il-bażi legali

Act CIV of 2008 on the Reinforcement of the Stability of the Financial Intermediary System

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn

L-estimi

Baġit globali: HUF 300 000 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

30.7.2012-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry for National Economy

Budapest

József nádor tér 2–4.

1051

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/4


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 286/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.6.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33994 (11/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Brandenburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

BFB II (3. Änderung)

Il-bażi legali

Haushaltsordnung des Landes Brandenburg mit den zugehörigen Verwaltungsvorschriften vom 21. April 1999

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

Baġit globali: EUR 30 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerium für Wirtschaft des Landes Brandenburg

Heinrich-Mann-Allee 107

14473 Potsdam

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.6.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34168 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Comunidad Autónoma Euskera

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas a la producción editorial de carácter literario en el País Vasco

Il-bażi legali

Orden 2012 de la Consejera de Cultura, por la que se regula y convoca la concesión de ayudas a la producción editorial de carácter literario en euskera

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 0,483 miljun

 

Baġit globali: EUR 1,449 miljun

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Dirección de Promoción de la Cultura

C/ Donostia-San Sebastián, 1

01010 Vitoria-Gasteiz

Álava, País Vasco

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6490 – EADS/Israel Aerospace Industries/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 286/04

Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6490. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6560 – EQT VI/BSN Medical)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 286/05

Fis-7 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6560. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5979 – KGHM/Tauron Wytwarzanie/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 286/06

Fit-23 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M5979. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6628 – Třinecké Železárny/ŽDB Drátovna)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 286/07

Fl-4 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6628. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6678 – Procter & Gamble/Arbora)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 286/08

Fis-27 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6678. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/9


PARIR TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-31 ta’ Lulju 2012

ippreżentat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ derivati OTC minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(BERS/2012/2)

2012/C 286/09

1.   Sfond legali

1.1.

L-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1) jistipula li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tikkonsulta mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra dwar l-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw: (a) il-kriterji biex jiġi stabbilit liema derivati over-the-counter (OTC) jistgħu jitkejlu oġġettivament bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew ta’ finanzjament tat-teżor imsemmija fl-Artikolu 10(3); u (b) il-valuri tal-limiti minimi tal-ikklerjar li, meta jinqabżu, il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji jridu jikklerjaw id-derivati tagħhom fil-ġejjieni permezz ta’ kontropartijiet ċentrali (CCPs — central counterparties), li jiġu determinati filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rilevanza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi għal kull kontroparti u għal kull klassi ta’ derivati OTC.

1.2.

Fis-26 ta’ Ġunju 2012 il-BERS irċieva talba mingħand l-AETS għal parir dwar il-punti msemmija aktar ’il fuq, b’referenza għad-dokument ta’ konsultazzjoni tal-AETS ippubblikat fil-25 ta’ Ġunju 2012 (2).

1.3.

Bi qbil mal-Artikoli 3(2)(b) u (g) u 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), il-Bord Ġenerali tal-BERS adotta dan il-Parir, li qiegħed jiġi ppubblikat skont l-Artikolu 30 tad-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4).

2.   Sfond ekonomiku

2.1.

Il-kuntratti tad-derivati OTC jintużaw minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji l-aktar għall-iskop ta’ hedging ta’ attivitajiet ta’ finanzjament kummerċjali u tat-teżor. Kull definizzjoni ta’ limitu minimu tal-ikklerjar għandha, bħala prinċipju, tiżgura li jintlaħqu dawn l-għanijiet ta’ politika:

(a)

L-integrità tas-suq għandha tiġi mħarsa u t-trasparenza tiegħu għandha tkun żgurata. Il-leġiżlaturi jistgħu jibdew mis-suppożizzjoni li jeħtiġilhom jiżguraw – mill-aspett makroprudenzjali – li l-ogħla perċentwali tat-tranżazzjonijiet kollha ta’ derivati minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji jridu jiġu kklerjati ċentralment biex jitnaqqas ir-riskju tal-kontroparti fis-suq. Il-leġiżlaturi jistgħu jkunu jixtiequ jiżguraw ukoll li l-korporazzjonijiet kollha li huma esposti għall-attivitajiet tad-derivati sa ċertu proporzjon tal-karta tal-bilanċ totali tagħhom jiġu trattati l-istess, hu x’inhu d-daqs tagħhom.

(b)

L-ammont totali ta’ derivati miżmum minn korporazzjoni mhux finanzjarja, hu x’inhu l-użu li għalih huma maħsuba, għandu jkun rifless b’mod xieraq fil-bażi tal-kalkolu. Mill-perspettiva tal-istabbiltà finanzjarja, ir-riskju jinħoloq mid-daqs (relattiv) tal-pożizzjonijiet tad-derivati, hu x’inhu l-iskop tagħhom.

2.2.

F’numru ta’ setturi tas-suq, bħas-swieq tal-komoditajiet, li qabel kienu jintlaħqu l-aktar mill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, l-użu tad-derivati OTC għal skopijiet ta’ spekulazzjoni, investiment jew negozju sar predominanti. Din sa ċertu punt hi reazzjoni għad-dħul tal-istituzzjonijiet finanzjarji f’dawn is-swieq, dak li hu magħruf bħala l-proċess ta’ financialisation. Din is-sitwazzjoni titlob approċċ prudenti għar-riskji li jġib miegħu l-użu ta’ derivati minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

2.3.

Id-definizzjonijiet tal-attivitajiet ta’ finanzjament kummerċjali u tat-teżor għandhom ikunu kemm jista’ jkun dettaljati u oġġettivi, u ma jħallu l-ebda lok għal interpretazzjonijiet differenti jew tidwir mal-liġi, billi l-konsegwenzi ta’ jekk id-definizzjoni tkunx ġiet sodisfatta jew le jistgħu jkunu sinifikanti.

2.4.

Wara analiżi dettaljata (5), il-BERS qiegħed jipproponi li l-limiti minimi jiġu kkalkulati f’żewġ fażijiet bl-għan li tiġi mħarsa l-integrità tas-suq u tiġi żgurata t-trasparenza tiegħu, u mhux li jitħarsu l-interessi tal-parteċipanti individwali tas-suq. L-għan hu wkoll li jiġi żgurat li jitqiesu kif jixraq ir-riskji marbuta maż-żamma ta’ derivati minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

2.5.

Id-derivati miżmuma fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ finanzjament kummerċjali u tat-teżor mhumiex ħielsa mir-riskji minħabba li, fil-każijiet fejn ma jkunux ġew ipprezzati kif jixraq, jistgħu jwasslu għal livell għoli ta’ hedging li ma jkunx effiċjenti u li jista’ jkollu konsegwenzi sistemiċi.

2.6.

Mill-pożizzjoni makroprudenzjali, hu preferibbli li l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji jikklerjaw id-derivati tagħhom permezz tal-kontropartijiet ċentrali billi jħallsu l-marġini iktar milli billi jakkwistaw servizzi simili minn banek wara li jħallsu dritt. Hemm ir-riskju li d-drittijiet bankarji, li essenzjalment huma riżorsi li jitilqu mill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, ma jipprezzawx ir-riskju kif jixraq, kemm min-naħa tal-banek kif ukoll min-naħa tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

3.   Definizzjonijiet

Definizzjoni ta’ attivitajiet ta’ finanzjament kummerċjali u tat-teżor

3.1.

Il-BERS jilqa’ l-ħidma li saret mill-AETS fid-definizzjoni tal-attivitajiet ta’ finanzjament kummerċjali u tat-teżor u jaqbel b’mod ġenerali mar-riżultati ta’ din il-ħidma, suġġett għal dan li ġej:

3.2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jirreferu għal partiti speċifiċi fil-karta tal-bilanċ u, b’mod aktar speċifiku, għan-negozju ewlieni tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, jiġifieri, l-istokks, l-ammonti pagabbli, l-ammonti riċevibbli, il-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir. Il-kunċetti ta’ “spiża kapitali” u “spiża operattiva” għandhom jiddaħħlu fid-definizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali, billi r-referenza għad-definizzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali li tinsab fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju tista’ ma tkunx l-aħjar waħda. L-ogħla livell ta’ derivati marbut mal-attivitajiet kummerċjali tal-korporazzjoni mhux finanzjarja għandu jkun l-ammont tal-istokks, tal-ammonti pagabbli, tal-ammonti riċevibbli, tal-proprjetà, tal-impjanti u tat-tagħmir miżmum fil-karta tal-bilanċ.

3.3.

L-attivitajiet ta’ finanzjament tat-teżor għandhom jiġu definiti bl-użu tad-dikjarazzjoni ta’ likwidità tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, biex jiġi stabbilit li dawn l-attivitajiet għandhom ikunu limitati għal-likwidità li tkun ġiet iġġenerata matul is-sena mill-attivitajiet ta’ finanzjament tal-korporazzjoni mhux finanzjarja.

Definizzjoni tal-limiti minimi tal-ikklerjar

3.4.

Il-BERS jilqa’ l-ħidma li saret mill-AETS dwar id-definizzjoni tal-limiti minimi tal-ikklerjar, suġġett għal dan li ġej:

3.5.

Il-limiti minimi inizjali tal-ikklerjar għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom ikunu msejsa fuq prinċipji makroprudenzjali ċari, bil-possibbiltà li dawn jiżdiedu wara kull rieżami ieħor li jista’ jsir skont il-ħtieġa.

3.6.

Għandu jinstab bilanċ bejn il-kumplessità tal-kalkolu tal-limitu minimu tal-ikklerjar u l-mitigazzjoni tar-riskji marbuta maż-żamma ta’ derivati OTC minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

3.7.

Għadd limitat ta’ klassijiet ta’ derivati OTC għandu jkun definit, u dan għandu jkun suġġett għal rekwiżiti differenti fir-rigward tal-limiti minimi tal-ikklerjar.

3.8.

Il-limiti minimi tal-ikklerjar m’għandhomx jiġu definiti skont il-kontroparti, billi b’hekk tiżdied il-kumplessità tas-sistema bla ma jinkisbu benefiċċji sostanzjali.

3.9.

Il-valuri gross tas-suq għad-definizzjoni tal-limiti minimi tal-ikklerjar għandhom jiġu preferiti għall-valuri nozzjonali billi b’hekk tkun qiegħda tingħata stampa aktar preċiża tal-valur tas-suq tad-derivati miżmuma mill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u jkun jista’ jintuża approċċ aktar preċiż fir-rigward tar-riskju li dawn id-derivati joħolqu għas-sistema. Il-kalkolu tal-limiti minimi tal-ikklerjar għandu jsir bi frekwenza fissa, bil-possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti li jżidu din il-frekwenza fi żminijiet ta’ kriżi finanzjarja.

3.10.

Il-limitu minimu tal-ikklerjar għal kull klassi ta’ derivati OTC, suġġett għall-kalibrazzjoni tal-limitu minimu tal-ikklerjar f’żewġ fażijiet f’Taqsima 4, għandu jiġi definit hekk:

(a)

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom ikunu suġġetti għal-limiti minimi tal-ikklerjar se jiġu assenjati f'żewġ subsets skont il-kriterji li ġejjin:

Formula u Formula

fejn:

TD (x) hu l-valur gross tas-suq tad-derivati kollha miżmuma mill-korporazzjoni mhux finanzjarja x,

CR (x) hu l-ammont miżmum tal-kapital u r-riżervi tal-korporazzjoni mhux finanzjarja x.

(b)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għalihom il-valur kif definit f’(a) jaqbeż il-valur ta’ δ il-limitu minimu tal-ikklerjar għandu jkun definit kif ġej:

Formula jew NCNTFD (x) > ε'

fejn:

NCNTFD (x) hu l-valur gross tas-suq tad-derivati ta’ finanzjament mhux kummerċjali jew mhux tat-teżor miżmuma mill-korporazzjoni mhux finanzjarja x,

GMVCD hu l-valur gross tas-suq, skont il-klassi ta’ derivati OTC, għall-kontropartijiet kollha rrappurtati fid-dinja kollha fil-bażi tad-dejta tal-Bank tas-Saldi Internazzjonali dwar l-istatistika tas-swieq tad-derivati OTC.

(c)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għalihom il-valur kif definit f’(a) ma jaqbiżx il-valur ta’ δ il-limitu minimu tal-ikklerjar għandu jkun definit kif ġej:

Formula jew NCNTFD (x) > γ'

4.   Kalibrazzjoni tal-limitu minimu tal-ikklerjar f’żewġ fażijiet

L-approċċ f’żewġ fażijiet għandu jsir kif ġej:

(a)

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu assenjati f’żewġ subsets skont il-kriterji li ġejjin:

Formula u Formula

(b)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għalihom il-valur kif definit f’(a) jaqbeż 0,03, għandhom jgħoddu l-limiti minimi li ġejjin għal kull klassi ta’ derivati OTC:

Formula

(i)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ kreditu, εA = 8,4.

(ii)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ ekwitajiet, εB = 9,4.

(iii)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ rati tal-imgħax, εC = 12,4.

(iv)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati tal-kambju, εD = 13,4.

(v)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ prodotti bażiċi u derivati OTC oħra, εE = βE = 9,4.

(c)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għalihom il-valur kif definit f’(a) ma jaqbiżx 0,03, għandhom jgħoddu l-limiti minimi li ġejjin għal kull klassi ta’ derivati OTC:

Formula

(i)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ kreditu, γA = 25,2.

(ii)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ ekwitajiet, γB = 28,2.

(iii)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ rati tal-imgħax, γC = 37,2.

(iv)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati tal-kambju, γD = 40,2.

(v)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ prodotti bażiċi u derivati OTC oħra, γE = 28,2.

(d)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għalihom il-valur kif definit f’(a) jaqbeż 0,03, għandhom jgħoddu l-limiti minimi li ġejjin derivati bħala ammonti assoluti:

NCNTFD (x) > ε'

(i)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ kreditu, ε'A = EUR 13-il miljun.

(ii)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ ekwitajiet, ε'B = EUR 7 miljun.

(iii)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ rati tal-imgħax, ε'C = EUR 151 miljun.

(iv)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati tal-kambju, ε'D = EUR 31 miljun.

(v)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ prodotti bażiċi u derivati OTC oħra, ε'E = EUR 16-il miljun.

(e)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għalihom il-valur kif definit f’(a) ma jaqbiżx 0,03, għandhom jgħoddu l-limiti minimi li ġejjin derivati bħala ammonti assoluti:

NCNTFD (x) > γ'

(i)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ kreditu, γ'A = EUR 39 miljun.

(ii)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ ekwitajiet, γ'B = EUR 20 miljun.

(iii)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ rati tal-imgħax, γ'C = EUR 453 miljun.

(iv)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati tal-kambju, γ'D = EUR 92 miljun.

(v)

Limitu minimu tal-ikklerjar għal derivati ta’ prodotti bażiċi u derivati OTC oħra, γ'E = EUR 48 miljun.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Lulju 2012

Il-President tal-BERS

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 21.

(2)  Id-dokument ta’ konsultazzjoni tal-AETS “Draft technical standards for the Regulation on OTC derivatives, CCPs and trade repositories”, ippubblikat bl-Ingliż fil-websajt tal-AETS: http://www.esma.europa.eu

(3)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(4)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(5)  Ara t-tweġiba tal-BERS “Macro-prudential stance on the use of OTC derivatives by non-financial corporations in response to a consultation by ESMA based on Article 10 of the EMIR Regulation”, ippubblikata bl-Ingliż fil-websajt tal-BERS: http://www.esrb.europa.eu


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/13


PARIR TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-31 ta’ Lulju 2012

ippreżentat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-kollateral għal CCPs

(BERS/2012/3)

2012/C 286/10

1.   Sfond legali

1.1.

L-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1) jistipula li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tikkonsulta mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra dwar l-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kollateral eliġibbli għall-kontropartijiet ċentrali (CCPs — central counterparties). B’mod partikolari, il-konsultazzjoni għandha x’taqsam mat-tliet punti li ġejjin: (a) it-tip ta’ kollateral eliġibbli li jista’ jitqies bħala likwidu ħafna; (b) it-tnaqqis impost (haircuts) li għandu jiġi applikat għall-valuri tal-assi; u (c) il-kundizzjonijiet li skonthom garanziji tal-banek kummerċjali jistgħu jiġu aċċettati bħala kollateral mis-CCPs.

1.2.

Fis-26 ta’ Ġunju 2012 il-BERS irċieva talba mingħand l-AETS għal parir dwar il-punti msemmija aktar ’il fuq, b’referenza għad-dokument ta’ konsultazzjoni tal-AETS ippubblikat fil-25 ta’ Ġunju 2012 (2).

1.3.

Bi qbil mal-Artikoli 3(2)(b) u (g) u 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabblixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), il-Bord Ġenerali tal-BERS adotta dan il-Parir, li qiegħed jiġi ppubblikat skont l-Artikolu 30 tad-Deċiżjoni ESRB/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4).

1.4.

Il-mandat tal-BERS, kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jinkludi s-sorveljanza tas-sistema finanzjarja kif definita fl-Artikolu 2(b) (5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010; din tinkludi l-infrastrutturi tas-sistema finanzjarja bħas-CCPs u l-irwol tagħhom fi ħdan is-sistema finanzjarja.

2.   Sfond ekonomiku

2.1.

Is-CCPs huma l-qofol tas-sistema finanzjarja u dan l-irwol ser jikber bl-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-G20 ta' Pittsburgh tal-2009 biex id-derivati over-the-counter (OTC) standardizzati kollha jiġu kklerjati ċentralment. Meta jsir l-abbozz tal-leġiżlazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati l-preokkupazzjonijiet makroprudenzjali dwar il-proċikliċità. Il-BERS iqis li l-kwistjoni tal-proċikliċità m’għandhiex tkun limitata għall-impatt immedjat fuq is-saħħa tas-CCPs infushom, u li għandha tintrabat ukoll mal-influwenza tal-imġiba tas-CCPs fuq is-sistema finanzjarja f'livell aktar wiesa’.

2.2.

Il-BERS qiegħed jistieden lill-awtoritajiet makroprudenzjali biex fl-ewwel rieżami li hemm skedat għall-EMIR (ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew) iqisu l-aspett kruċjali tal-użu potenzjali tat-tnaqqis impost (haircuts) u l-marġini applikati għall-kollateral bħala għodod makroprudenzjali.

2.3.

Il-BERS jirrikonoxxi li, waqt li għandu jsir kull sforz biex il-proċikliċità tiġi limitata, dan m’għandu qatt isir b’detriment għas-saħħa tas-CCPs.

3.   It-tip ta’ kollateral li jista’ jitqies bħala likwidu ħafna

3.1.

Kull referenza għall-pajjiż fejn ikun stabbilit l-emittent għandha titneħħa mir-rekwiżit ta’ riskju ta’ kreditu baxx billi dan ir-riskju normalment ikun diġa kkunsidrat fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-emittent.

3.2.

CCPs għandhom ikollhom grad għoli ta’ ċertezza li t-trasferibbiltà u l-valur tal-kollateral:

ma jkunux imxekkla minn drittijiet ta’ konkorrenza favur partijiet terzi,

ikunu żgurati permezz tat-tneħħija tal-pussess mingħand id-donatur tal-kollateral,

ma jkunux suġġetti għall-karatterizzazzjoni mill-ġdid mil-liġijiet dwar it-titoli u l-kollateral fil-każ li ssir klejm mid-donatur tal-kollateral jew minn parti terza, u

ma jkunux annullabbli bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ta’ pajjiż terz dwar l-insolvenza waqt proċedimenti ta’ insolvenza kontra membru tal-ikklerjar jew kontra xi donatur ieħor tal-kollateral.

3.3.

Is-CCPs għandhom ikollhom salvagwardji legali u operattivi xierqa biex jiżguraw li l-kollateral transkonfinali jkun jista’ jintuża f’ħinu u f’waqtu.

3.4.

L-aċċettazzjoni ta’ kollateral maħruġ minn membri tal-ikklerjar għandu jkun suġġett għall-miżuri prudenzjali li ġejjin:

l-użu ta’ strumenti finanzjarji maħruġa minn membru tal-ikklerjar u mqiegħda bħala kollateral minn membru ieħor tal-ikklerjar għandu jew ikun limitat jew ikun suġġett għal tnaqqis impost (haircuts) li jkun ogħla minn dak applikat meta dawn ma jkunux maħruġa minn membru tal-ikklerjar; it-tieni għażla għandha tiġi vvalutata bir-reqqa minn awtoritajiet kompetenti minħabba, l-implikazzjonijiet proċikliċi li jista’ jkollha.

CCPs għandhom jaċċettaw biss titoli li jkunu kwotati fil-Borża u li jiġu negozjati pubblikament.

il-leġiżlazzjoni għandha tistipula b’mod espliċitu kif għandhom jitkejlu r-rabtiet fil-kuntest tat-transkollateralizzazzjoni tal-membri tal-ikklerjar. Il-leġiżlazzjoni għandha tikkjarifika kif CCP trid turi l-kapaċità tagħha fil-ġestjoni tar-riskji marbuta mal-munita.

3.5.

Għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ konċentrazzjoni skont il-pool tal-kollateral, billi aktar ma tkun diffiċli l-kisba tad-diversifikazzjoni, aktar tkun limitata l-firxa ta’ kollateral eliġibbli.

3.6.

Biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tas-suq, il-kapaċità ta’ CCP li terġa’ tuża l-kollateral jew li taċċetta kollateral ipotekat mill-ġdid għandha tiġi ċċarata mil-leġiżlazzjoni minħabba l-implikazzjonijiet makroprudenzjali kbar li din iġġib magħha.

3.7.

Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għandhom japplikaw għall-eliġibbiltà u għall-użu ta’ kollateral minn CCPs biex l-awtoritajiet ta’ sorveljanza jkunu jistgħu jimmonitorjaw l-imġiba tas-suq u d-distribuzzjoni tar-riskju tal-kollateral imwiegħed.

3.8.

Il-leġiżlazzjoni dwar l-eliġibbiltà tal-kollateral għandha tkun suġġetta għal implimentazzjoni prudenti u rieżami frekwenti biex ir-riskju sistemiku jiġi kkunsidrat bir-reqqa.

4.   It-tnaqqis impost (haircuts) li għandu jiġi applikat għall-kollateral

4.1.

It-tnaqqis impost għandu jiġi stabbilit b’mod prudenti u jiġi definit b’mod konservattiv, biex jitħarsu s-CCPs u jiġu limitati l-effetti proċikliċi.

4.2.

Mill-aspett ta’ stabbiltà finanzjarja, ix-xewqa hi li jiġi limitat iċ-ċaqliq proċikliku fil-kriterji ta’ aċċettazzjoni u fit-tnaqqis impost għall-kollateral tas-CCPs. Il-prattika tat-tnaqqis impost għandha titfassal b’mod li timminimizza żidiet f'daqqa u qawwija fi żminijiet ta’ tensjoni fis-swieq.

4.3.

Jinħtieġu proċeduri trasparenti u prevedibbli għall-aġġustament tat-tnaqqis impost bi tweġiba għat-tibdil fil-kundizzjonijiet tas-swieq.

4.4.

Fid-dawl tal-Prinċipji tal-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FSB — Financial Stability Board) li ġew approvati mis-Samit tal-G20 tal-Belt tal-Messiku fl-2012, għandha tiġi evitata dipendenza mekkanistika fuq il-valutazzjonijiet tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA) (6).

4.5.

Is-CCPs għandhom jintalbu juru lill-awtorità kompetenti li mhumiex joqogħdu fuq valutazzjoni mekkanika biex jaġġustaw it-tnaqqis impost għal-limitazzjoni tal-effetti proċikliċi. Il-leġiżlazzjoni għandha tkun konsistenti mal-Prinċipji tal-FSB biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-valutazzjonijiet tal-aġenziji ta’ CRA.

5.   Il-kundizzjonijiet biex il-garanziji tal-banek kummerċjali jiġu aċċettati bħala kollateral

5.1.

Il-leġiżlazzjoni għandha tiddefinixxi parti affidabbli għaż-żamma ta’ kollateral li jsostni l-garanziji tal-banek kummerċjali.

5.2.

Il-garanziji tal-banek kummerċjali għandhom ikunu suġġetti għal użu limitat u għal proporzjon ta’ konċentrazzjoni aktar baxx minn dak applikabbli għal kollateral eliġibbli ieħor.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Lulju 2012

Il-President tal-BERS

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 39.

(2)  Id-dokument ta’ konsultazzjoni tal-AETS “Draft technical standards for the Regulation on OTC derivatives, CCPs and trade repositories”, ippubblikat bl-Ingliż fil-websajt tal-AETS: http://www.esma.europa.eu

(3)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(4)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(5)  L-Artikolu 2(b) jgħid li “sistema finanzjarja” tfisser l-istituzzjonijiet, is-swieq u l-prodotti finanzjarji u l-infrastrutturi tas-suq kollha.

(6)  FSB, “Principles for reducing reliance on CRA ratings”, 27 ta’ Ottubru 2010, b’mod partikolari l-Prinċipju III.4; dan id-dokument jinsab bl-Ingliż fil-websajt tal-FSB: http://www.financialstabilityboard.org


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/16


DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tat-13 ta’ Lulju 2012

li timplimenta regoli dwar il-protezzjoni tad-data fi ħdan il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(BERS/2012/1)

2012/C 286/11

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(8) u l-Anness tiegħu,

Wara li kkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni Ewropea u jipprovdi għall-ħatra ta' uffiċjal għall-protezzjoni tad-data (UPD) minn kull istituzzjoni u korp tal-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 24(8) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni għandhom jadottaw regoli ta’ implimentazzjoni ulterjuri dwar l-UPD b’mod konformi mal-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Huwa xieraq li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontrolluri u l-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data, li l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom huma relatati ma' dawk tal-UPD, u dwar ir-regolazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar:

(a)

il-ħatra u l-istatus tal-UPD tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), kif ukoll dwar il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tal-UPD;

(b)

l-irwoli, il-kompiti u d-dmirijiet tal-kontrolluri u l-koordinaturi tal-protezzjoni tad-dejta;

(c)

l-eżerċitar ta' drittijiet mis-suġġetti tad-dejta.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kontrollur” ifisser maniġer responsabbli għal unità organizzattiva li tiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi għall-ipproċessar ta’ dejta personali;

(b)

“koordinatur tal-protezzjoni tad-data” tfisser membru tal-persunal li jassisti lil kontrollur fil-qadi ta’ dmirijietu ta’ protezzjoni tad-data. Din il-persuna għandha tkun speċjalista fil-ġestjoni tar-rekords.

TAQSIMA 2

L-UFFIĊJAL GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 3

Ħatra, status u affarijiet organizzattivi

1.   Il-Bord Ġenerali għandu:

(a)

jaħtar UPD li jkun anzjan biżżejjed biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

(b)

jiffissa terminu għall-kariga tal-UPD ta’ bejn sentejn u ħames snin.

2.   Il-Bord Ġenerali għandu jiżgura li l-UPD jista’ jwettaq il-kompiti u d-dmirijiet ta’ UPD b’mod indipendenti. Mingħajr preġudizzju għal dik l-indipendenza, l-evalwaturi tal-UPD għandhom jikkonsultaw lill-KEPD qabel ma jevalwaw il-prestazzjoni tal-UPD fir-rigward tal-kompiti u d-dmirijiet tiegħu.

3.   Il-kontrollur relevanti għandu jiżgura li l-UPD jiġi infurmat mingħajr dewmien:

(a)

meta tinqala’ xi kwistjoni li jkollha, jew jista’ jkollha, implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-data; u

(b)

fir-rigward tal-kuntatti kollha bejn il-BERS u l-partijiet esterni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, b’mod partikolari kwalunkwe interazzjoni mal-KEPD.

4.   Il-Bord Ġenerali jista’ jaħtar Viċi UPD, li għalih għandhom japplikaw l-Artikolu 24(1), (2) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-Viċi UDP għandu jappoġġja lill-UPD fit-twettiq tal-kompiti u d-dmirijiet tiegħu u jissostitwih f'każ fejn dan tal-aħħar ikun assenti.

5.   Kull persunal li jipprovdi appoġġ lill-UPD fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data għandu jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mill-UPD.

6.   L-UPD jista’ jitkeċċa bil-kunsens tal-KEPD, jekk ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti u d-dmirijiet tiegħu.

Artikolu 4

Kompiti u dmirijiet tal-UPD

Meta jwettsa id-dmirijiet speċifikati fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u fl-Anness għal dak ir-Regolament, l-UPD għandu jwettaq id-dmirijiet li ġejjin, waqt li jieħu f’kunsiderazzjoni l-kontribut mis-Segretarjat tal-BERS:

(a)

joħloq kuxjenza dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data u jħeġġeġ kultura ta’ protezzjoni tad-data personali fi ħdan il-BERS;

(b)

jagħti pariri lill-Bord Ġenerali, lill-Kumitat ta’ Tmexxija, lis-Segretarjat, lill-kontrollur u lill-koordinatur tal-protezzjoni tad-data dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data fi ħdan il-BERS. L-UPD jista’ jiġi kkonsultat mill-Bord Ġenerali, il-Kumitat ta’ Tmexxija, is-Segretarjat, il-kontrollur ikkonċernat jew kwalunkwe individwu dwar kull kwistjoni li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

(c)

jikkoopera mal-KEPD fuq talba ta’ dan tal-aħħar jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess u jwieġeb għal rikjesti li l-KEPD jindirizza lill-UPD tal-BERS;

(d)

jiddetermina jekk operazzjoni ta’ proċessar hux aktarx li tippreżenta riskji speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u b'hekk hija soġġetta għal verifika minn qabel. L-UPD għandu jikkonsulta lill-kontrollur ikkonċernat jekk dan ikun meħtieġ. F’każ ta’ dubju dwar il-ħtieġa ta’ verifika minn qabel, il-KEPD għandu jiġi kkonsultat, b’mod konformi mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

(e)

fuq talba tal-Bord Ġenerali, il-Kumitat tat-Tmexxija, is-Segretarjat jew kwalunkwe individwu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jinvestiga kwistjonijiet u okkorrenzi relatati direttament mal-kompiti u d-dmirijiet tal-UPD u jirrapporta lura lil min ikun għamel it-talba. L-UPD għandu jikkunsidra l-kwistjonijiet u l-fatti b’mod imparzjali u waqt li jikkunsidra debitament id-drittijiet tas-suġġett tad-data. Jekk l-UPD jidhirlu li huwa xieraq, huwa għandu jinfurma lill-partijiet l-oħrajn ikkonċernati b’mod xieraq. Jekk ir-rikjedent ikun individwu jew jaġixxi f’isem individwu, l-UPD għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura li r-rikjesta tibqa' kunfidenzjali, ħlief jekk is-suġġetti tad-data kkonċernati jagħtu l-kunsens ċar tagħhom biex ir-rikjesta tiġi ttrattata mod ieħor;

(f)

jikkoopera ma’ UPD ta’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiskambja u jaqsam tagħrif u jirrappreżenta lill-BERS f’kull diskussjoni – ħlief f’każijiet tal-qorti – fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data; u

(g)

jissottometti programm ta’ ħidma annwali u rapport annwali dwar attivitajiet tal-UPD lill-Bord Ġenerali u lill-KEPD.

Artikolu 5

Is-setgħat tal-UPD

1.   L-UPD jista’:

(a)

jitlob opinjoni mingħand is-Segretarjat tal-BERS dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti u d-dmirijiet tal-UPD;

(b)

joħroġ opinjoni dwar il-leġittimità ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar attwali jew proposti jew dwar kull kwistjoni li tirrigwarda n-notifika ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar;

(c)

iwassal għall-attenzjoni tal-Kap tas-Segretarjat tal-BERS kwalunkwe nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-persunal mal-obbligi taħt ir-Regolament (KE) Nru 45/2001;

(d)

ikollu aċċess f’kull ħin għad-data li tikkostitwixxi s-suġġett ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar dwar data personali u għall-uffiċċji, installazzjonijiet ta’ proċessar tad-data u trasportaturi tad-data;

(e)

ikun involut kull meta l-BERS jifformula regoli interni relatati mal-protezzjoni tad-data personali;

(f)

iżomm lista anonima tar-rikjesti bil-miktub mis-suġġetti tad-data fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom; u

(g)

iwettaq il-kompiti l-oħrajn speċifikati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u s-setgħat tal-kontrollur, l-UPD għandu s-setgħat ta' iffirmar għall-korrispondenza mħejjija mill-UPD fi ħdan il-limiti tal-mandat tiegħu.

TAQSIMA 3

KONTROLLUR U KOORDINATUR TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 6

Kompiti u dmirijiet tal-kontrolluri u l-koordinaturi tal-protezzjoni tad-dejta

1.   Il-kontrolluri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha ta’ proċessar li jinvolvu data personali li jitwettqu fi ħdan il-qasam tar-responsabbiltà tagħhom jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Meta jwettqu l-obbligu li jassistu lill-UPD u lill-KEPD fit-twettiq ta' dmirijiethom, il-kontrolluri għandhom jipprovdulhom informazzjoni, jagħtuhom aċċess għad-data personali u jwieġbu għall-mistoqsijiet fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu r-rikjesta.

3.   Il-kontrolluri għandhom jinfurmaw lill-UPD fil-ħin meta jirċievu talba għal aċċess għal, jew korrezzjoni, imblukkar, jew tħassir ta' data personali, jew fir-rigward tad-dritt tas-suġġett tad-data li jqajjem oġġezzjoni, jew kull ilment relatat ma’ kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data.

4.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-kontrolluri:

(a)

il-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data għandhom jassistu lill-kontrolluri fil-qadi ta’ dmirijiethom, jew fuq talba tal-kontrolluri jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess. Meta jagħmlu dan, il-kontrolluri tal-protezzjoni tad-data għandhom jikkollaboraw mal-persunal tal-kontrolluri, li għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni meħtieġa. Dan jista’ jinkludi, skont id-diskrezzjoni tal-kontrollur relevanti, l-aċċess għal data personali pproċessata taħt ir-responsabbiltà ta' dak il-kontrollur;

(b)

il-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data għandhom jassistu lill-UPD:

(i)

fl-identifikazzjoni tal-kontrollur relevanti ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar relatati ma’ data personali;

(ii)

fl-ippromulgar tal-pariri tal-UPD u l-appoġġ għall-kontrollur taħt il-gwida tal-UPD;

(iii)

aspetti oħrajn tal-programm ta’ ħidma tal-UPD kif miftiehem bejn l-UPD u l-maniġment tal-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data.

Artikolu 7

Proċedura ta’ notifika

1.   Qabel ma jintroduċi operazzjonijiet ġodda ta’ proċessar relatati ma’ data personali, il-kontrollur relevanti għandu jinnotifika lill-UPD b’dan permezz tal-interfaċċja li tinsab onlajn li hija aċċessibbli permezz tal-paġni web tal-UPD fuq l-intranet tal-BERS. Kull operazzjoni ta’ proċessar li hija soġġetta għal verifika minn qabel skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandha tiġi nnotifikata sew qabel ma tiġi introdotta sabiex tkun tista’ ssir verifika minn qabel mill-KEPD.

2.   Il-kontrollur relevanti għandu jinforma minnufih lill-UPD dwar kwalunkwe bidla li taffettwa l-informazzjoni li tkun tinsab f’notifika diġà sottomessa lill-UPD.

TAQSIMA 4

DRITTIJIET TAS-SUĠĠETTI TAD-DATA

Artikolu 8

Reġistru

Ir-reġistru miżmum mill-UPD skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu jservi bħala indiċi tal-operazzjonijiet kollha ta’ proċessar relatati ma’ data personali mmexxija fi ħdan il-BERS. Is-suġġetti tad-data jistgħu jużaw l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt l-Artikoli 13 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 9

Eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data

1.   Skont id-dritt tagħhom li jiġu infurmati b’mod xieraq dwar kwalunkwe proċessar tad-data personali tagħhom, is-suġġetti tad-data jistgħu javviċinaw lill-kontrollur relevanti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 13 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif speċifikat hawn isfel:

(a)

dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati biss mis-suġġett tad-data jew mir-rappreżentant tagħhom li jkun debitament awtorizzat. Dawk il-persuni jistgħu jeżerċitaw kwalunkwe minn dawk id-drittijiet mingħajr ħlas;

(b)

it-talbiet biex jiġu eżerċitati dawn id-drittijiet għandhom jiġu indirizzati bil-miktub lill-kontrollur relevanti. il-kontrollur għandu jilqa' t-talba biss jekk l-identità tar-rikjedent u, jekk relevanti, l-intitolament tiegħu biex jirrappreżenta lis-suġġett tad-data jkunu ġew ivverifikati b’mod xieraq. Il-kontrollur għandu mingħajr dewmien jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar jekk it-talba ġietx aċċettata jew le. Jekk it-talba tkun ġiet miċħuda, il-kontrollur għandu jinkludi r-raġunijiet għaċ-ċaħda;

(c)

il-kontrollur għandu, f'kull ħin fi żmien tliet xhur kalendarji minn meta jirċievi t-talba, jagħti aċċess skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 billi jippermetti lis-suġġett tad-data biex jikkonsoluta dik id-data fuq il-post jew jirċievi kopja tagħha, skont kif jippreferi l-applikant;

(d)

is-suġġetti tad-data jistgħu jikkuntattjaw lill-UPD f’każ fejn il-kontrollur ma jirrispetta ebda waħda mill-iskadenzi stipulati fil-paragrafi (b) jew (c). F’każ ta’ abbuż ovvju minn suġġett tad-data fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom, il-kontrollur jista’ jirreferi lis-suġġett tad-data lill-UPD. Jekk il-każ jiġi rriferut lill-UPD, dan tal-aħħar għandu jiddeċiedi dwar il-merti tat-talba u dwar il-passi li għandhom jittieħdu. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur, iż-żewġ partijiet għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw lill-UPD.

2.   Il-membri tal-persunal jistgħu jikkonsultaw lill-UPD qabel ma jippreżentaw ilment lill-KEPD.

Artikolu 10

Eżenzjoni u restrizzjonijiet

1.   Kemm-il darba l-UPD jkun ġie kkonsultat minn qabel, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi d-drittijiet msemmija fl-Artikoli 13 sa 17 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fuq il-bażi, u skont il-kundizzjonijiet, stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Kull persuna affettwata tista’ tistaqsi lill-KEPD biex japplika l-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 11

Investigazzjoni

1.   Kull talba għal investigazzjoni taħt il-punt (1) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandha tiġi indirizzata lill-UPD bil-miktub.

2.   L-UPD għandu jibgħat konferma li jkun irċieva t-talba lir-rikjedent fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċieviha.

3.   L-UPD jista’ jinvestiga l-kwistjoni fuq il-post u jitlob stqarrija bil-miktub mill-kontrollur relevanti. Il-kontrollur relevanti għandu jagħti r-risposta tiegħu lill-UPD fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta l-kontrollur jirċievi t-talba tal-UPD. L-UPD jista’ jistaqsi għal informazzjoni jew assistenza addizzjonali mingħand is-Segretarjat. Dik l-informazzjoni jew assistenza għandha tingħata fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta t-talba tal-UPD.

4.   L-UPD għandu jirrapporta lura lil min ikun għamel it-talba fi żmien tliet xhur kalendarji minn meta tiġi riċevuta t-talba.

TAQSIMA 5

DĦUL FIS-SEĦĦ

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Lulju 2012

Il-President tal-BERS

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/20


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Settembru 2012

2012/C 286/12

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2988

JPY

Yen Ġappuniż

101,58

DKK

Krona Daniża

7,4549

GBP

Lira Sterlina

0,79870

SEK

Krona Żvediża

8,4956

CHF

Frank Żvizzeru

1,2110

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4215

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,803

HUF

Forint Ungeriż

282,24

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,1297

RON

Leu Rumen

4,5173

TRY

Lira Turka

2,3314

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2365

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2654

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0682

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5601

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5893

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 453,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,7305

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1895

HRK

Kuna Kroata

7,3932

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 410,27

MYR

Ringgit Malażjan

3,9611

PHP

Peso Filippin

54,109

RUB

Rouble Russu

40,2662

THB

Baht Tajlandiż

40,016

BRL

Real Brażiljan

2,6289

MXN

Peso Messikan

16,6641

INR

Rupi Indjan

69,4400


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/21


Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2012 “Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?”

2012/C 286/13

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 12/2012 “Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti”

12, rue Alcide de Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/22


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 286/14

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

10.8.2012

Tul ta' żmien

10.8.2012-31.12.2012

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

Iż-żoni VIIIa u VIIIb

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

FS21TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/22


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 286/15

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

10.2.2012

Tul ta' żmien

10.2.2012-31.12.2012

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

MAC/2CX14-

Speċi

Pizzintun (Scomber scombrus)

Żona

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

FS34TQ44


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/23


Sejħa għal proposti – Programm Kultura (2007-2013)

L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-programm: proġetti ta’ kooperazzjoni fit-tul; azzjonijiet ta’ kooperazzjoni; azzjonijiet speċjali (pajjiżi terzi) u appoġġ għall-korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam kulturali

2012/C 286/16

INTRODUZZJONI

Is-sejħa attwali għal proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ il-“Programm Kultura”). Il-kondizzjonijiet partikolari tas-sejħa attwali għal proposti jinsabu fil-Gwida tal-Programm Kultura (2007-2013) ippubblikata fuq il-websajt Europa (ara l-punt VIII). Il-Gwida tal-Programm hija parti integrali mis-sejħa attwali għal proposti.

I.   Objettivi

Il-Programm Kultura nħoloq biex jissaħħaħ l-ispazju kulturali kondiviż bejn l-Ewropej stabbilit fuq wirt kulturali komuni, permezz tal-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni kulturali bejn l-operaturi kulturali tal-pajjiżi eliġibbli (2), sabiex tiġi faċilitata l-emerġenza ta’ ċittadinanza Ewropea.

Il-programm huwa strutturat madwar tliet objettivi speċifiċi:

iħeġġeġ il-mobbiltà transnazzjonali tal-professjonisti tas-settur kulturali;

iħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħolijiet tal-arti u prodotti kulturali u artistiċi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u

jippromwovi d-djalogu interkulturali.

Il-programm huwa karatterizzat b’approċċ interdixxiplinari flessibbli u jiffoka fuq il-ħtiġijiet espressi mill-operaturi kulturali matul konsultazzjonijiet pubbliċi li wasslu għall-ħolqien tiegħu.

II.   Oqsma

Is-sejħa attwali għal proposti tkopri l-oqsma li ġejjin tal-Programm Kultura:

(1)   Appoġġ għall-proġetti ta’ kooperazzjoni kulturali (oqsma 1.1, 1.2.1 u 1.3.5)

Il-korpi kulturali jingħataw appoġġ għall-proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u għall-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi.

L-idea kruċjali ta’ dan il-qasam hija li tħeġġeġ lill-korpi fosthom teatri, mużewijiet, assoċjazzjonijiet professjonali, ċentri ta’ riċerka, universitajiet, istituti kulturali u awtoritajiet pubbliċi tad-diversi pajjiżi parteċipanti fil-Programm Kultura sabiex jikkooperaw biex is-setturi differenti jkunu jistgħu jikkollaboraw u jestendu l-promozzjoni kulturali u artistika tagħhom lil hinn mill-fruntieri.

Dan il-qasam huwa maqsum fi tliet kategoriji li huma ppreżentati fid-dettali hawn taħt.

Qasam 1.1:   proġetti ta’ kooperazzjoni fit-tul (li jdumu madwar tliet snin u ħames snin)

L-ewwel kategorija għandha l-għan li tippromwovi, fuq bażi fit-tul, ir-rabtiet kulturali transnazzjonali billi tħeġġeġ mill-anqas sitt operaturi kulturali ta’ mill-anqas sitt pajjiżi eliġibbli sabiex jikkooperaw u jaħdmu għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet kulturali komuni, ta’ natura settorjali u transsettorjali, li jdumu madwar tliet snin u ħames snin. Hemm disponibbli finanzjament ta’ madwar EUR 200 000 (minimu) u 500 000 (massimu) kull sena, iżda l-appoġġ Komunitarju ma jistax jeċċedi l-50 % tat-total eliġibbli. Il-finanzjament għandu l-għan li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġett jew l-estensjoni tal-kopertura ġeografika tiegħu u biex jassigura d-dewmien tiegħu lill hinn mill-perjodu ta’ finanzjament.

Qasam 1.2.1:   proġetti ta’ kooperazzjoni (li jistgħu jdumu sa 24 xahar)

It-tieni kategorija tikkonċerna azzjonijiet settorjali u intersettorjali, li jitwettqu fi sħubija ta’ bejn mill-anqas tliet operaturi kulturali ta’ mill-anqas tliet pajjiżi eliġibbli, bit-tul massimu ta’ sentejn. L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jesploraw oqsma ta’ kooperazzjoni fit-tul huma mħeġġa ħafna. Hemm disponibbli finanzjament ta’ madwar EUR 50 000 u EUR 200 000, iżda l-appoġġ Komunitarju ma jistax jeċċedi l-50 % tat-total eliġibbli.

Qasam 1.3.5:   azzjonijiet speċjali ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (li jistgħu jdumu sa 24 xahar)

It-tielet kategorija għandha l-għan li tappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni kulturali bil-ħsieb tal-promozzjoni ta’ skambji kulturali bejn il-pajjiżi parteċipanti tal-programm u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ assoċjazzjoni jew ta’ kooperazzjoni mal-UE, dment li dan jinkludi klawżoli kulturali. Kull sena, pajjiż terz wieħed jew diversi jiġu magħżulin għas-sena inkwistjoni. Kull sena l-isem tal-pajjiż jew pajjiżi magħżulin jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-programm (ara l-punt VII), fi żmien qabel id-data tal-iskadenza tas-sottomissjoni.

L-azzjoni jeħtieġ li jkollha dimensjoni ta’ kooperazzjoni internazzjonali konkreta. Il-proġetti ta’ kooperazzjoni li jirrigwardaw mill-anqas tliet operaturi kulturali ta’ mill-anqas tliet pajjiżi eliġibbli u jipprevedu kooperazzjoni kulturali ma’ mill-anqas korp wieħed tal-pajjiż terz ikkunsidrat, u/jew l-attivitajiet kulturali mwettqin fil-pajjiż terz ikkunsidrat. Hemm disponibbli finanzjament ta’ madwar EUR 50 000 u EUR 200 000 massimu, iżda l-appoġġ Komunitarju ma jistax jeċċedi l-50 % tat-total eliġibbli.

(2)   Proġetti ta’ traduzzjoni litterarja (li jistgħu jdumu sa 24 xahar) (qasam 1.2.2)

Dan il-qasam jikkonċerna l–appoġġ ta’ proġetti ta’ traduzzjoni. L-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għat-traduzzjoni litterarja għandu l-għan li jtejjeb il-konoxxenza tal-letteratura u tal-wirt letterarju tal-koċittadini Ewropej billi jiffavorixxi l-propagazzjoni ta’ xogħolijiet letterarji bejn il-pajjiżi. Id-djar ta’ pubblikazzjoni jistgħu jibbenefikaw minn sussidji għat-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ xogħolijiet ta’ fiction minn lingwa Ewropea għal oħra. Hemm disponibbli finanzjament ta’ madwar EUR 2 000 u EUR 60 000, iżda l-appoġġ Komunitarju ma jistax jeċċedi l-50 % tat-total eliġibbli.

(3)   Appoġġ għall-festivals kulturali Ewropej (proġetti li jistgħu jdumu sa 12-il xahar) (qasam 1.3.6)

Dan il-qasam jipprevedi l-appoġġ għall-festivals ta’ dimensjoni Ewropea li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objetttivi ġenerali tal-Programm (jiġifieri l-mobbiltà ta’ professjonisti, iċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħolijiet u d-djalogu interkulturali).

L-ammont massimu tas-sottomissjoni huwa ta’ EUR 100 000, li jirrappreżenta massimu ta’ 60 % tal-ispejjeż eliġibbli. Dan l-appoġġ jista’ jingħata għal edizzjoni waħda tal-festival.

(4)   Appoġġ għall-korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (Qasam 2) (għotji għall-ispejjeż tal-operat li jdumu 12-il xahar)

Il-korpi kulturali li jaħdmu jew jixtiequ jaħdmu fil-qasam tal-kultura fuq livell Ewropew jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ biex jiffinanzjaw l-ispejjeż tal-operat tagħhom. Dan il-qasam jipprevedi l-korpi li jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ esperjenza kulturali komuni bil-ħsieb ta' dimensjoni verament Ewropea.

Is-sussidju mogħti skont it-titolu ta’ dan il-qasam għandu bħala objettiv il-kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-operat li jitwettqu fil-qafas tal-attivitajiet permanenti tal-korpi benefiċjarji. Dan huwa differenti konsiderevolment minn sussidji oħrajn suxxettibbli li jingħataw skont it-titolu ta’ proġetti oħrajn tal-programm.

Skont it-titolu ta’ dan il-qasam tliet kategoriji ta’ korpi huma eliġibbli:

(a)

l-ambaxxaturi,

(b)

in-netwerks ta’ rappreżentazzjoni u ta’ difiża,

(c)

il-pjattaformi ta’ djalogu strutturat.

Il-finanzjament massimu huwa disponibbli abbażi tal-kategorija mitluba, iżda l-appoġġ Komunitarju ma jistax jeċċedi t-80 % tat-total eliġibbli.

(5)   Proġetti ta’ kooperazzjoni bejn korpi involuti fl-analiżi ta’ politiki kulturali (li jistgħu jdumu sa 24 xahar) (qasam 3.2)

Din il-kategorija għandha l-għan li tappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati (fondazzjonijiet jew osservatorji kulturali, dipartimenti ta’ universitajiet li jispeċjalizzaw fl-affarijiet kulturali, organizzazzjonijiet professjonali u netwerks), li għandhom esperjenza diretta u prattika fl-analiżi, l-istima jew l-evalwazzjoni tal-impatt tal-politiki kulturali fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropew, fir-rigward ta’ mill-anqas wieħed mit-tliet objettivi tal-Aġenda Ewropea tal-Kultura (3):

Iil-promozzjoni tad-diversità kulturali u tad-djalogu interkulturali;

il-promozzjoni tal-kultura bħala katalizzatur tal-kreattività fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Lisbona għall-konoxxenza u l-impjieg;

Il-promozzjoni tal-kultura bħala element essenzjal tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni bl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali (4).

L-azzjonijiet għandhom jirrigwardaw mill-anqas tliet organizzazzjonijiet stabbiliti legalment f’mill-anqas tliet pajjiżi parteċipanti fil-Programm.

L-ammont massimu tas-sottomissjoni huwa ta’ EUR 120 000 kull sena, li jirrappreżenta massimu ta’ 60 % tal-ispejjeż eliġibbli.

III.   Azzjonijiet u kandidati eliġibbli

Il-Programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-kategoriji kollha tal-atturi kulturali, safejn l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jeżerċitaw attivitajiet kulturali li ma jagħmlux profitt. L-intrapriżi u l-attivitajiet kulturali tas-settur awdjoviżiv (li jinkludi l-festivals taċ-ċinema), li diġà huwa kopert bil-Programm MEDIA, mhumiex eliġibbli skont it-titolu tal-Programm Kultura. Fl-istess ħin, il-korpi li l-attività prinċipali tagħhom taqa’ taħt is-settur awdjoviżi li jeżerċitaw din l-attività mingħajr profitt huma eliġibbli skont it-titolu tal-qasam 2 tal-Programm Kultura, il-kategorija “Netwerks”, peress li ma jeżisti l-ebda appoġġ komparabbli fis-sens tal-Programm MEDIA.

Il-kandidati eliġibbli għandhom ikunu:

Il-korpi pubbliċi (5) jew privati li għandhom personalità ġuridika u li l-attività prinċipali tagħhom tinsab fil-qasam tal-kultura (is-settur kulturali u s-settur tal-ħolqien); u

li għandhom is-sede soċjali tagħhom f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli.

Il-persuni fiżiċi m’għandhomx permess jitolbu għotja skont it-titolu ta’ dan il-programm.

IV.   Pajjiżi eliġibbli

Il-pajjiżi eliġibbli skont it-titolu ta’ dan il-programm huma:

l-Istati Membri tal-UE (6);

l-Istati Membri taż-ŻEE (7) (Islanda, Liechtenstein, Norveġja);

il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Bożnija u Ħerżegovina, it-Turkija, is-Serbja, l-Albanija u l-Montenegro).

V.   Kriterji għall-għoti

Oqsma 1.1, 1.2.1 u 1.3.5:

Il-punt sa fejn il-proġett huwa suxxettibbli li jipprovdi valur miżjud Ewropew

Ir-rilevanza tal-attivitajiet għall-objettivi speċifiċi tal-Programm

Il-punt sa fejn l-attivitajiet proposti huma mfasslin b’mod li jistgħu jiġu ġestiti sabiex jagħtu livell eċċellenti ulterjuri.

It-tip ta’ sħubija bejn il-koordinatur u l-koorganizzaturi

Il-punt sa fejn l-attivitajiet għandhom jiġġeneraw riżultati sodisfaċenti għall-objettivi tal-Programm

Il-punt sa fejn l-attivitajiet proposti għandhom ikunu kkomunikati sabiex ikollhom appoġġ adatt

Il-punt sa fejn l-attivitajiet għandhom jiġġeneraw impatt fit-tul (vjabbiltà)

Id-dimensjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali (għall-proġetti ta’ kooperazzjoni biss mal-pajjiżi terzi, il-qasam 1.3.5)

Qasam 1.2.2:

Il-punt sa fejn il-proġett huwa suxxettibbli li jipprovdi valur miżjud Ewropew u r-rilevanza tal-attivitajiet għall-objettivi tal-Programm

Il-punt sa fejn l-attivitajiet proposti huma mfasslin b’mod li jistgħu jiġu ġestiti sabiex jagħtu livell eċċellenti ulterjuri

Il-punt sa fejn ir-riżultati tal-attivtajiet proposti għandhom ikunu kkomumikati sabiex ikollhom appoġġ adatt

Qasam 1.3.6:

Valur miżjud Ewropew u d-dimensjoni Ewropea tal-attivitajiet proposti

Il-kwalità u l-karattru innovattiv tal-programmazzjoni

L-impatt fuq il-pubbliku fil-mira

Il-parteċipazzjoni ta’ professjonisti Ewropej u l-kwalità tal-iskambji previsti bejniethom

Qasam 2:

Il-punt sa fejn il-programm ta’ ħidma u l-attivitajiet sussegwenti tiegħu huma suxxettibbli sabiex jipproduċi valur miżjud Ewropew, u dimensjoni Ewropea tal-attivitajiet proposti.

Ir-rilevanza tal-programm ta’ ħidma u l-attivitajiet sussegwenti tiegħu meta mqabbla mal-objettivi speċifiċi tal-Programm.

Il-punt sa fejn il-programm ta’ ħidma proposta u l-attivitajiet sussegwenti tiegħu huma mfasslin b’mod li jistgħu jiġu ġestiti sabiex jagħtu livell eċċellenti ulterjuri

Il-punt sa fejn il-programm ta’ ħidma proposta u l-attivitajiet sussegwenti tiegħu huma suxxettibbli li jiġġeneraw riżultati li jaffettwaw kemm jista’ jkun persuni possibbli, f’kull każ direttament u indirettament.

Il-punt sa fejn ir-riżultati tal-attivtajiet proposti għandhom ikunu kkomumikati u appoġġati b’mod adattat.

Il-punt sa fejn l-attivitajiet huma suxxettibbli li jipproduċu livell adatt ta’ vjabbiltà (riżultati u kooperazzjoni fit-tul), u li bl-istess mod jaġixxu bħala multiplikaturi għal promoturi possibbli oħrajn.

Qasam 3.2:

Il-punt sa fejn il-proġett huwa suxxettibbli li jipprovdi valur miżjud Ewropew

Ir-rilevanza tal-attivitajiet meta mqabbla mal-objettivi speċifiċi tal-Programm fil-qafas tal-Aġenda Ewropea tal-Kultura

Il-punt sa fejn l-attivitajiet proposti huma mfasslin b’mod li jistgħu jiġu ġestiti sabiex jagħtu livell eċċellenti ulterjuri

It-tip ta’ sħubija bejn il-koordinatur u l-koorganizzaturi

Il-punt sa fejn l-attivitajiet għandhom jiġġeneraw riżultati sodisfaċenti għall-objettivi tal-Programm

Il-punt sa fejn ir-riżultati tal-attivtajiet proposti għandhom ikunu kkomumikati u promossi b’mod adatt

Il-punt sa fejn l-attivitajiet għandhom jiġġeneraw impatt fit-tul (vjabbiltà)

VI.   Baġit

Il-programm għandu allokat baġit totali ta’ EUR 400 miljun (8) għall-perjodu 2007-2013. L-allokazzjonijiet annwali għall-2013 se jkunu madwar EUR 60 miljun.

Fuq proposta tal-Kummissjoni, it-tqassim tal-baġit annwali għal kull qasam (f’konformità mal-approprjazzjonijiet indikati ‘l quddiem) huwa approvat mill-kumitat tal-programm.

Previżjonijiet baġitarji għall-2013 għall-oqsma li ġejjin:

Qasam 1.1

Proġetti ta’ kooperazzjoni fit-tul

EUR 24 000 000

Qasam 1.2.1

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni

EUR 21 100 000

Qasam 1.2.2

Proġetti ta’ traduzzjoni litterarja

EUR 3 899 263

Qasam 1.3.5

Proġetti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

EUR 2 650 000

Qasam 1.3.6

Appoġġ għall-festivals kulturali Ewropej

EUR 2 700 000

Qasam 2

Appoġġ għall korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura

EUR 6 100 000

Qasam 3.2

Proġetti ta’ kooperazzjoni bejn il-korpi implikati fl-analiżi tal-politiki kulturali

EUR 700 000

VII.   Dati ta’ skadenza għas-sottomissjoni

Oqsma

Data ta' skadenza għas-sottomissjoni

Qasam 1.1

Proġetti ta’ kooperazzjoni fit-tul

7 ta’ Novembru 2012

Qasam 1.2.1

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni

7 ta’ Novembru 2012

Qasam 1.2.2

Proġetti ta’ traduzzjoni litterarja

6 ta’ Frar 2013

Qasam 1.3.5

Proġetti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

3 ta’ Mejju 2013

Qasam 1.3.6

Appoġġ għall-festivals kulturali Ewropej

5 ta’ Diċembru 2012

Qasam 2

Appoġġ għall korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura

10 ta’ Ottubru 2012

Qasam 3.2

Proġetti ta’ kooperazzjoni bejn il-korpi implikati fl-analiżi tal-politiki kulturali

7 ta’ Novembru 2012

Jekk id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tkun fit-tmiem il-ġimgħa jew jum ta’ festa fil-pajjiż tal-kandidat, m’għandu jingħata l-ebda tul supplimentari u l-kandidat għandu jieħu kont taż-żmien sabiex jippjana s-sottomissjoni tiegħu.

Il-proċeduri tal-applikazzjoni kif ukoll l-indirizz qegħdin fil-Gwida tal-Programm Kulturali li tinsab fis-siti elettroniċi indikati fit-taqsima VIII hawn taħt.

VIII.   Aktar informazzjoni

Il-kondizzjonijiet dettaljati tad-domanda jinsabu fil-Gwida tal-Programm Kultura li jista’ jiġi kkonsultat fuq il-websajts li ġejjin:

Direttorat Ġenerali “Edukazzjoni u Kultura”

http://ec.europa.eu/culture/index_en.htm

Aġenzija Eżekuttiva “Edukazzjoni, Awdjoviżwali u Kultura”

http://eacea.ec.europa.eu/culture/index_en.htm


(1)  ĠU L 372, 27.12.2006.

(2)  Ara l-punt IV.

(3)  Irreferi għall-komunikazzjoni relatata mal-Aġenda Ewropea tal-Kultura fi żmien tal-globalizzazzjoni, COM(2007) 242 finali: http://europa.eu/legislation_summaries/culture/l29019_mt.htm

(4)  http://portal.unesco.org/fr/ev.php-URL_ID=31038&URL_DO=DO_TOPIC&URL_SECTION=201.html

(5)  Bil-kelma korp huwa mifhum il-korpi kollha li parti mill-ispejjeż tagħhom hija ffinanzjata direttament mill-fondi pubbliċi, kemm mill-gvern ċentrali, reġjonali jew dak lokali. Jiġifieri li dawn l-ispejjeż huma ffinanzjati mill-fondi tas-settur pubbliku li ġejjin minn ħlasijiet, multi jew kummissjonijiet irregolati mil-liġi, mingħajr ma jgħaddu minn proċess ta’ domanda li tista’ tkun ta’ ostakolu biex jinkisbu l-fondi. Il-korpi li l-eżistenza tagħhom tiddependi mill-fondi pubbliċi u li jirċievu għotjiet sena wara sena, iżda li teoretikament humna suxxettibbli li ma jakkwistawx fondi għal sena partikolari, huma kkunsidrati bħala korpi privati.

(6)  Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea:; Il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, Spanja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, ir-Renju Unit, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Isezja.

(7)  Żona Ekonomika Ewropea.

(8)  Pajjiżi eliġibbli li mhux fl-UE wkoll jistgħu jikkontribwixxu għall-baġit tal-programm.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6720 – OAO VTB Bank/Corporate Commercial Bank/Bulgarian Telecommunications Company)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 286/17

1.

Fis-17 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi OAO VTB Bank (“VTB”, il-Federazzjoni Russa) u Corporate Commercial Bank AD (“Corporate Commercial Bank”, il-Bulgarija) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Bulgarian Telecommunications Company AD (“Bulgarian Telecommunications Company”, il-Bulgarija), permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal VTB: istituzzjoni finanzjarja attiva internazzjonalment,

għal Corporate Commercial Bank: istituzzjoni finanzjarja attiva fil-Bulgarija,

għal Bulgarian Telecommunications Company: it-telekomunikazzjonijiet u t-televiżjoni diġitali fil-Bulgarija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6720 – OAO VTB Bank/Corporate Commercial Bank/Bulgarian Telecommunications Company, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).