ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.277.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 277

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
13 ta' Settembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

Is-96 sessjoni plenarja fit-18 u d-19 ta’ Lulju 2012

2012/C 277/01

Riżoluzzjoni dwar Il-prijoritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2013 bi tħejjija għall-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

Is-96 sessjoni plenarja fit-18 u d-19 ta’ Lulju 2012

2012/C 277/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Migrazzjoni u mobilità — approċċ globali

6

2012/C 277/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar It-titjib tas-solidarjetà fl-UE fil-qasam tal-ażil

12

2012/C 277/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-bliet tal-ġejjieni: Bliet ambjentalment u soċjalment sostenibbli

18

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Is-96 sessjoni plenarja fit-18 u d-19 ta’ Lulju 2012

2012/C 277/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strumenti finanzjarji tal-UE għall-affarijiet interni

23

2012/C 277/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strumenti finanzjarji tal-UE fl-oqsma tal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza

43

2012/C 277/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra

51

2012/C 277/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ programm għall-ambjent u l-azzjoni klimatika (LIFE)

61

2012/C 277/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

74

2012/C 277/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposta għal Regolament dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea

96

2012/C 277/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-pakkett tal-ajruporti

110

2012/C 277/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

125

2012/C 277/13

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposta għal Regolament dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

137

2012/C 277/14

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Orizzont 2020 (il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni)

143

2012/C 277/15

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ewropa kreattiva

156

2012/C 277/16

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-protezzjoni ċivili

164

2012/C 277/17

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Pakkett Negozji Responsabbli

171

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Is-96 sessjoni plenarja fit-18 u d-19 ta’ Lulju 2012

13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/1


Riżoluzzjoni dwar “Il-prijoritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2013 bi tħejjija għall-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea”

2012/C 277/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2012 “It-Twettiq tat-Tiġdid Ewropew” (1)

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar il-Prioritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2012 abbażi tal-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2012 lill-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa 2012 dwar l-abbozz tat-Trattat dwar l-istabbiltà, il-koordinazzjoni u l-governanza fl-unjoni ekonomika u monetarja, (3),

wara li kkunsidra l-Protokoll eżistenti ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni, iffirmat fis-16 ta’ Frar 2012,

billi l-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq juri l-pożizzjonijiet prinċipali tiegħu b’rabta mal-Programm ta’ Ħidma tal-Kumissjoni għall-2013,

Il-ġejjieni tal-Unjoni

1.

jinsab konvint li, filwaqt li l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja sfidi enormi sabiex tindirizza l-kriżi finanzjarja, ekonomika, soċjali u politika kontinwa, hemm bżonn urġenti ta’ Programm ta’ Ħidma ambizzjuż għall-2013 min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu jsaħħaħ it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa u jikkontribwixxi sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea;

2.

iqis li l-irkupru għandu jistrieħ fuq żewġ pilastri importanti indaqs ta’ riformi strutturali: it-tnedija mill-ġdid tat-tkabbir u l-iżgurar tad-dixxiplina baġitarja;

3.

jappoġġja integrazzjoni ekonomika aktar profonda u allinjament aħjar tal-prijoritajiet ta’ politika, tad-dħul finanzjarju u tal-infiq bejn il-livelli kollha ta’ gvern, filwaqt li jirrispetta l-awtonomija u s-setgħat tal-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali: abbażi tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-gvernanza f’diversi livelli, jirrifjuta kwalunkwe rinazzjonalizzazzjoni jew ċentralizzazzjoni impliċiti jew espliċiti tal-politiki;

4.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tirreżisti t-tentattivi li jintużaw il-ftehimiet intergovernattivi sabiex jiġu evitati l-proċeduri demokratiċi tal-Unjoni, kif stipulati fit-Trattati, mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjonijiet imsaħħa previsti mit-Trattat ta’ Lisbona;

5.

ifakkar fil-pożizzjoni tal-KtR (4) li adozzjoni bikrija tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss għall-perjodu 2014-2020 fl-aħħar tal-2012 huwa sinjal importanti li l-UE hija kapaċi tirreaġixxi għall-isfidi globali bl-istrateġija proprja tagħha għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività u prerekwiżit sabiex jiġi garantit li l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ taħdem mingħajr interuzzjonijiet;

6.

itenni li l-baġit tal-UE huwa baġit ta’ investiment, li l-proposti għall-qtugħ finanzjarju fil-programmi li huma parti mill-aġenda għat-tkabbir tal-UE għandhom jiġu rrifjutati u li hemm bżonn li jinħolqu riżorsi proprji ġodda, b’mod partikolari bil-għan li jiġu sostitwiti l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE;

7.

itenni d-determinazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex ikunu involuti fis-semplifikazzjoni tal-fondi tal-UE u r-reviżjoni tar-regolament finanzjarju, sabiex tonqos il-burokrazija, jiżdied l-effett ta’ lieva tal-fondi pubbliċi fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali, kif ukoll biex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà għall-kontribwenti Ewropej;

8.

huwa tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea għandha tressaq analiżi tal-impatt tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali u – b’mod partikolari – fuq il-kwistjoni dwar kif jista’ jinżamm il-mandat tal-awtonomija fiskali reġjonali u lokali;

9.

jappoġġja l-isforzi biex tiġi assigurata dixxiplina baġitarja, b’mod partikolari fir-rigward tal-indirizzar ta’ livelli għolja ta’ dejn pubbliku li huma theddida serja għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. Jinnota li l-kapaċità adegwata tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istess ħin tista’ tiżgura t-tkabbir permezz tal-investiment adatt, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni ta’ proġetti kkofinanzjati mill-fondi Ewropej u mill-akkwist pubbliku;

10.

itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex fil-proposti kollha tagħha tintegra l-Artikolu 9 tat-TFUE dwar il-promozzjoni ta’ livelli għoljin ta’ impjieg, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta rakkomandazzjonijiet bilanċjati relatati mas-Semestru Ewropew u tikkunsidra l-obbligi imposti mit-Trattat f’kull strument leġislattiv relatat mal-kriżi finanzjarja u ekonomika;

11.

jitlob lill-Kummissjoni li tikkoopera mal-Kumitat tar-Reġjuni fit-tfassil ta’ Att Ewropew dwar il-Proċeduri Amministrattivi;

L-Istrateġija Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew

12.

jenfasizza li filwaqt li s-Semestru Ewropew għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, id-dixxiplina fiskali u l-isfidi strutturali, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jantiċipaw u jimmonitorjaw ukoll mill-qrib l-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq l-awtonomija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

13.

jilqa’ b’mod wiesa’ il-“PATT GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI” ġdid kif ġie deċiż mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2012, u jappoġġja l-ħtieġa urġenti biex “f’kull livell ta’ governanza tal-Unjoni Ewropea jiġu mobilizzati l-lievi, l-istrumenti u l-politiki kollha” sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 (5);

14.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex jittejbu l-arranġamenti ta’ governanza u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ sħubija fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma; madankollu jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi evalwazzjoni ta’ dawn l-aspetti f’kull waħda mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;

15.

ifakkar fil-bżonn li fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma jkun hemm strutturi orjentati lejn ir-riżultati, bħall-patti territorjali (6); barra minn hekk, għandhom jiġu rikonoxxuti u appoġġjati l-inizjattivi li jippromovu l-kompetittività u l-innovazzjoni fil-livell lokali u reġjonali, bħal pereżempju t-tikketta tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej;

16.

qiegħed jistenna bil-ħerqa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea matul iċ-ċiklu ta’ politika tal-Ewropa 2020 u jitlob li jkun involut fit-tħejjija tas-Sondaġġ tat-Tkabbir Annwali;

17.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi aġġornamenti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi b’mod partikolari tħejji rapporti dwar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tagħhom;

18.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea li fl-2013, fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-term tal-istrateġija, tipprovdi sommarju dwar kif tixtieq tassigura involviment mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dak ir-rigward;

19.

jitlob li kwalunkwe trasferiment ta’ fondi strutturali mhux użati lejn aġenda ġdida dwar it-tkabbir għandu jirrispetta l-prinċipju tas-solidarjetà u jinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

20.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli tindirizza l-isfidi prinċipali bħall-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-impjiegi għal ħaddiema li għandhom aktar minn 55 sena u l-gruppi soċjalment żvantaġġati, waqt li jitqies ir-rwol prinċipali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; b’mod partikolari jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tressaq abbozz ta’ rakkomandazzjoni lill-Kunsill għal Regolament dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jappella li fil-Pjani Nazzjonali ta’ Impjieg tiddaħħal dimensjoni lokali u reġjonali konkreta;

21.

jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-rakkomandazzjoni li jmiss dwar il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u l-benesseri tat-tfal tinkorpora s-suġġerimenti mfissra fl-Opinjoni tal-KtR dwar il-Faqar fost it-Tfal ta’ Frar 2012 (CdR 333/2011), b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ strateġija komprensiva kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal li tinkludi l-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll it-twaqqif ta’ qafas ta’ monitoraġġ imsejjes fuq indikaturi affidabbli u b’rabta mal-mekkaniżmu ta’ rappurtar attwali taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Il-KtR huwa konvint li hemm bżonn li fl-2013 issir valutazzjoni tal-impatt tal-kriżi fuq il-faqar fost it-tfal li tkun imsejsa fuq ir-rapporti speċifiċi tal-Istati Membri taħt il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u l-Istrateġija Ewropa 2020;

Il-baġit tal-UE

22.

ifakkar li fiż-żminijiet ta’ kriżi u awsterità, il-baġit tal-UE għandu juża kemm jista’ kofinanzjament pubbliku u privat fil-livelli kollha ta’ governanza (7); jiddispjaċih li hemm nuqqas ta’ statistika li tippermetti evalwazzjoni soda ta’ effetti ta’ lieva u multiplikaturi bħal dawn;

23.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tressaq rapport dwar il-kwalità tal-infiq pubbliku (8); jirrakkomanda li fil-kalkoli tad-defiċit baġitarju jkun hemm distinzjoni bejn l-infiq attwali u l-investiment, sabiex jiġi evitat li l-investimenti b’benefiċċji netti fit-tul jiġu kkalkolati bħala negattivi;

24.

jenfasizza li b’mod partikolari jistgħu jitfittxu sinerġiji bejn il-baġits tal-UE u dawk nazzjonali u sottonazzjonali, sakemm ikun hemm fis-seħħ mekkaniżi ta’ koordinazzjoni tajbin u effettivi, bħall-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li jindirizzaw kwistjonijiet baġitarji, regoli tal-komptabilità armomizzati dwar il-finanzi pubbliċi kif ukoll ċikli baġitarji u strutturi baġitarji paragunabbli, u jistieden lill-Kumissjoni Ewropea toħroġ Green Paper sabiex tesplora miżuri konkreti possibbli f’dan il-qasam;

Is-suq uniku, l-SMEs u l-industrija

25.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2013 tinkludi t-Tielet Att dwar is-Suq Uniku, li għandu jinkludi l-inizjattivi kollha ta’ politika li fadal mill-Att dwar is-Suq Uniku li għadha ma ttiħditx azzjoni dwarhom u għandu jżomm bilanċ fost il-pilastri ekonomiċi, soċjali u ta’ governanza fir-rigward tal-erba’ libertajiet fundamentali;

26.

jitlob lill-Kummissjoni li tagħmel sforz partikolari sabiex ittejjeb aktar il-mobilità transkonfinali fil-qasam tal-impjiegi u s-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema u jappella għal sistema mtejba ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki sabiex tiġi appoġġjata l-mobilità tal-professjonisti;

27.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tirtira l-proposta tagħha għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt biex tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi li attivat twissija bikrija dwar is-sussidjarjetà minn 12-il parlament nazzjonali;

28.

jenfasizza r-rwol importanti tal-SMEs fir-riġenerazzjoni ekonomika u l-impjieg fil-livell lokali u reġjonali; dan jista’ jissaħħaħ aktar permezz tal-involviment tal-SMEs, l-universitajiet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-programmi tal-UE li jiffinanzjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni;

29.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippermetti aċċess aktar faċli għall-SMEs għall-finanzjament u għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku kif ukoll sabiex tkompli tnaqqas il-piż amministrattiv;

30.

jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tinvolvi lill-KtR fir-reviżjoni tal-inizjattiva ewlenija dwar il-politika industrijali;

31.

jappoġġja t-talba tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni biex sa Jannar 2013 tressaq, abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, proposta għal direttiva li tiżgura aċċess għal servizzi bażiċi ta’ pagament lill-konsumaturi kollha li jgħixu b’mod legali fl-Unjoni;

32.

itenni s-sejħa tiegħu għal aġenda Ewropea dwar id-djar soċjali, li tikkjarifika r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għad-djar soċjali u tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jipprovdu djar soċjali deċenti u affordabbli, jippromovu taħlita soċjali u jiġġieldu d-diskriminazzjoni;

33.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, wara l-irtirar tal-ewwel abbozz ta’ regolament għall-istatus tas-soċjetajiet Ewropej għall-assigurazzjoni reċiproka, sabiex kemm jista’ jkun malajr tippreżenta abbozz rivedut ta’ proposta;

Enerġija

34.

iħeġġeġ li fl-2013 ikun hemm segwitu tal-Pjan ta’ Direzzjoni dwar l-Enerġija 2050 sabiex ikun assigurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu kapaċi jagħtu kontribut għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzata u l-infrustruttura tal-enerġija bħan-netwerks intelliġenti, li jikkostitwixxu element prinċipali ta’ użu effiċjenti tar-riżorsi u l-ekonomija ekoloġika; għalhekk jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex sal-2030 tiżviluppa qafas ta’ investiment komprensiv, sabiex tipprovdi ċ-ċertezza meħtieġa kemm lill-atturi tas-swieq kif ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

35.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea tevalwa l-għażliet għal strument finanzjarju addizzjonali ġestit b’mod deċentralizzat sabiex titħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-Pjani ta’ Azzjoni dwar l-Enerġija Sostenibbli mill-awtoritajiet reġjonali u lokali u, b’mod partikolari mill-imsieħba tal-Patt tas-Sindki; jappoġġja wkoll raggruppament aħjar tal-miżuri tal-appoġġ finanzjarju għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-konservazzjoni fil-programmi finanzjarji futuri tal-UE (9),

36.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu passi lejn is-soluzzjoni tal-problemi ta’ konnettività bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni fl-Istati Membri; u biex tippromovi miżuri li jiffaċilitaw it-tixrid tal-mikroproduzzjoni tal-enerġija u l-integrazzjoni tagħha fin-netwerks tad-distribuzzjoni;

37.

jappella sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-self mill-Bank Ewropew ta’ Investiment għal investimenti fl-oqsma tal-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġiji rinnovabbli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Il-politika reġjonali

38.

jinsisti fuq il-bżonn li tintlaħaq il-mira li l-pakkett leġislattiv dwar il-politika ta’ koeżjoni għall-2014-2020 jiġi adottat fil-bidu tal-2013 sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jibdew jużaw il-programmi tal-Fondi Strutturali fl-1 ta’ Jannar 2014;

39.

jistieden b’mod insistenti lill-EUROSTAT biex, b’kooperazzjoni mal-aġenziji nazzjonali tal-istatistika, jindirizza l-ħtieġa ta’ data komparabbli li toħroġ fi żmien adatt dwar il-PDG reġjonali;

40.

ifakkar fil-ħtieġa li d-dimensjoni territorjali tal-politiki tal-UE titqies b’mod aktar koerenti u strett; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tinkludi dawn l-elementi fl-attivitajiet tagħha tal-futur relatati mal-valutazzjoni tal-impatt u li tagħti rapport regolari dwarhom (10);

41.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex testendi l-iskema ta’ stazzjonar temporanju ta’ ħaddiema taċ-ċivil tal-UE għal-livell sottonazzjonali (minflok tiffoka biss fuq il-livell nazzjonali) sabiex jitjieb l-għarfien fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej dwar il-prattika li tiġi implimentata l-leġislazzjoni u l-proġetti tal-UE fil-livell lokali u reġjonali;

Trasport

42.

jistenna bil-ħerqa l-proposta li jmiss dwar il-politika tal-UE futura dwar il-portijiet; jitlob li l-proposta tkun soġġetta għal valutazzjoni ta’ impatt territorjali u jinsab lest li jikkontribwixxi għal dan l-eżerċizzju;

43.

jindika l-importanza tal-mobilità urbana sostenibbli u jissuġġerixxi li jiġi promoss it-tikkettar elettroniku u intelliġenti fost il-modi kollha tat-trasport, inklużi l-karozzi tal-linja, il-ferroviji, il-vapuri, l-użu konġunt tal-karozzi u tar-roti, u l-ħlasijiet għall-użu tat-toroq (road tolls), bil-għan li titħeġġeġ interoperabbiltà aħjar bejn is-sistemi u jiżdied l-użu tat-trasport pubbliku;

Ambjent

44.

josserva li, sa ċertu punt, it-tnaqqis fit-titjib tal-kwalità tal-arja, huwa kkawżat minn nuqqas ta’ ambizzjoni fil-politika tal-UE dwar it-tnaqqis mis-sors u nuqqas ta’ miżuri nazzjonali. Ħafna mill-piż u r-responsabbiltà sabiex jissolvew il-problemi dwar il-kwalità tal-arja tqiegħdu fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali (11); jistenna bil-ħerqa l-proposti dwar kif għandhom jiġu indirizzati dawn il-problemi fir-reviżjoni li jmiss tal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-arja;

45.

jistenna li f’din ir-reviżjoni, il-livelli ta’ ambizzjoni u skadenzi tal-politika ta’ emissjonijiet tal-UE (ibbażati fuq is-sors) u tal-politika ta’ immissjonijiet jkunu allinjati u li b’mod partikolari tissaħħaħ id-Direttiva dwar il-limiti nazzjonali ta’ emissjonijiet sabiex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet fl-isfod; l-istandards għall-vetturi fir-rigward tan-NO2/NOx għandhom ikunu aktar stretti u għandhom jiġu indirizzati l-emissjonijiet mill-vapuri, mit-traffiku fl-ajru u mill-agrikoltura, filwaqt li jiġu ssemplifikati l-indikaturi u l-kriterji għall-kejl; jappella wkoll li tiġi integrata l-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-ajru ma’ oqsma oħra ta’ politika, b’mod partikolari t-trasport l-akkomodazzjoni, l-industrija, l-enerġija u l-klima;

46.

jitlob sabiex l-Istrateġija għall-Adattament tal-UE għat-tibdil fil-klima tkun tinkludi sezzjoni dwar azzjoni għal adattament speċifiku fil-livell reġjonali u muniċipali kif ukoll linji gwida u appoġġ għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali. Għandhom jiġu esplorati wkoll it-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma dwar l-istrateġiji ta’ adattament f’reġjuni Ewropej partikolarment vulnerabbli u t-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mill-KtR, mid-DĠ Azzjoni favur il-Klima, iż-ŻEE, miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u min-netwerks u l-assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali

Agrikoltura u politika marittima

47.

jenfasizza l-bżonn għal Komunikazzjoni mmirata dwar skema ġdida ta’ kwalità tal-UE għall-prodotti alimentari lokali, peress li s-sistemi agrikolil lokali jappoġġjaw l-ekonomija lokali u reġjonali billi jipprovdu impjieg fl-agrikoltura u l-produzzjoni alimentari;

48.

jirrakkomanda li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-kontribut tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-istaġnar bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-bażi ġuridika relatata mal-pjani multiannwali għas-settur tas-sajd; jittama li fil-qafas tal-pakkett ta’ proposti għar-riforma tal-politika komuni tas-sajd jiżdiedu l-inizjattivi favur iktar deċentralizzazzjoni tal-politika tas-sajd u miżuri ta’ implimentazzjoni adatti għall-bżonnijiet u l-isfidi li jiffaċċjaw ir-reġjuni kostali u r-reġjuni li jmissu mal-ilmijiet interni;

49.

jappoġġja l-iżvilupp tal-istrateġija tal-baċir tal-baħar bħala għodda integrata ta’ politika marittima integrata, iżda jikkunsidra li dawn l-istrateġiji, bħall-istrateġija li ser tiġi adottata għaż-Żona tal-Atlantiku fl-2013, iridu jinkludu dimensjoni territorjali iktar b’saħħitha u jitgħallmu mil-lezzjonijiet tal-approċċ ta’ strateġija makroreġjonali;

Ċittadinanza tal-UE

50.

japella sabiex id-dimensjoni lokali u reġjonali titqies fl-inizjattivi li jibnu u jsaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini u fl-isforsi sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE u l-istituzzjonijiet tagħha, u jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu involuti t-tfal u ż-żgħażagħ meta wieħed iqis il-kapaċità tagħhom biex jeżerċitaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet taċ-ċittadinanza; jappella lill-Kummissjoni sabiex tiffoka fuq din l-isfida fl-attivitajiet ippjanati fil-kuntest tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013, li għaliha beħsiebu jikkontribwixxi l-KtR;

51.

huwa impenjat li jikkontribwixxi għas-segwitu tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej b’suċċess f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra;

Ewropa estiża u Ewropa fid-Dinja

52.

jitlob sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-partijiet interessati lokali u reġjonali fil-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat għall-fondi speċifiċi tal-UE għal din iż-żona u jappoġġja l-ftuħ ta’ programmi eżistenti, inklużi r-REKT għall-imsieħba fil-pajjiżi ġirien;

53.

jerġa’ jafferma l-intenzjoni tiegħu li jkompli bil-kooperazzjoni pożittiva mal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-programm tal-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali sabiex jitjieb it-trawwim tal-kapaċità lokali u jiġi promoss l-għarfien tal-UE u tal-proċeduri tagħha fil-pajjiżi kandidati u prekandidati; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tespandiha għall-gvernijiet lokali fil-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

54.

huwa fiduċjuż li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ser jitqiesu tajjeb fil-proċess tat-tħejjija tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2013 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tal-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iressaq din ir-Riżoluzzjoni lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-UE u lill-Presidenzi li jmiss Irlandiża u Litwana rispettivament.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  COM(2011) 777 final

(2)  CdR 361/2011 fin

(3)  CdR 42/2012 fin

(4)  CdR 318/2010, korelaturi: is-Sinjura Mercedes Bresso u s-Sur Ramon Valcárcel Siso.

(5)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28/29 ta’ Ġunju 2012, p. 7.

(6)  CdR 72/2011, relatur: is-Sur Markku Markkula

(7)  CdR 318/2010, korelaturi: is-Sinjura Mercedes Bresso u s-Sur Ramon Valcárcel Siso.

(8)  Ara COM(2012) 299, punt 2.1

(9)  CdR 85/2012, relatur: is-Sur Brian Meaney.

(10)  CdR 273/2011, relatur: is-Sur Luc Van den Brande

(11)  CdR 329/2011, relatur: is-Sur Cor Lamers.


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Is-96 sessjoni plenarja fit-18 u d-19 ta’ Lulju 2012

13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/6


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Migrazzjoni u mobilità — approċċ globali”

2012/C 277/02

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u s-solidarjetà mal-pajjiżi minn fejn tkun ġejja l-biċċa l-kbira tal-flussi migratorji għandhom ikunu preżenti fil-fażijiet kollha tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni, anke fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi bir-rispett sħiħ tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tat-TFUE;

jinnota li hemm bżonn analiżi bir-reqqa tal-kawżi kollha tal-migrazzjoni, fosthom it-tibdil fil-klima, b’mod li jkunu jistgħu jiġu definiti f’qafas ġuridiku xieraq dawk kollha li jaħarbu mill-pajjiż tagħhom ta’ oriġini minħabba diżastri naturali jew kundizzjonijiet klimatiċi li jipperikolawlhom ħajjithom u l-integrità fiżika tagħhom;

jemmen li l-approċċ globali għall-migrazzjoni jeħtieġ governanza f’diversi livelli biex jiġi żgurat li din tiġi ġestita fil-livell li jinsab fl-aħjar pożizzjoni skont iċ-ċirkostanzi u fir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, sabiex jiġi ggarantit l-ikbar benesseri possibbli għall-persuni kemm mill-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll mill-pajjiż destinatarju;

jitlob, b’mod partikolari, li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jitqiesu b’mod sħiħ fit-tmexxija tal-Approċċ Globali, u tingħata importanza kemm lill-proġetti ta’ kooperazzjoni ċentralizzata li diġà jeżistu, kif ukoll id-djalogi diġà strutturati bħall-ARLEM u l-CORLEAP;

Relatur:

is-Sur Nichi VENDOLA (IT/PSE), President tar-Reġjun tal-Puglia

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità

COM(2011) 743 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti Ġenerali

1.

jenfasizza r-rilevanza tal-Approċċ Globali bħala qafas ta’ riferiment tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-governanza dinjija tal-migrazzjoni tal-mobilità u bħala strument li joffri viżjoni sħiħa tal-politiki ta’ migrazzjoni, sabiex l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni u l-politiki tal-iżvilupp issir koerenti mal-politiki tal-immigrazzjoni;

2.

iqis bħala pożittiva l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tressaq verżjoni aġġornata tal-approċċ globali, iktar artikolata u ċċentrata fuq il-migranti u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi ta’ oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni;

3.

itenni d-dritt tal-bniedem li wieħed iħalli kwalunkwe Pajjiż, inkluż pajjiżu, u jirritorna f’pajjiżu (1), bħala bażi ġuridika fundamentali ta’ kwalunkwe diskors dwar il-migrazzjoni u l-bżonn li tiġi promossa migrazzjoni fuq għażla minħabba r-raġunijiet li ddeterminaw din l-għażla u r-rekwżiti speċifiċi tal-Pajjiż destinatarju (2);

4.

jenfasizza r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u s-solidarjetà mal-pajjiżi minn fejn tkun ġejja l-biċċa l-kbira tal-flussi migratorji għandhom ikunu preżenti fil-fażijiet kollha tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni, anke fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi bir-rispett sħiħ tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tat-TFUE;

5.

jemmen li għandha tiġi garantita protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem fid-definizzjoni tal-opportunitajiet ta’ dħul taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi, fil-politiki ta’ akkoljenza u ta’ integrazzjoni tal-migranti;

6.

jenfasizza li l-ftehimiet ta’ riamissjoni u l-ftehimiet tal-faċilitazzjoni tal-kisba tal-viżas, kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri, flimkien mal-azzjonijiet kollha għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari għandhom jirrispettaw b’mod effettiv id-drittijiet tal-bniedem, skont dak stipulat b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali, bħal ma jiġi affermat f’diversi okkażjonijiet mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

7.

jenfasizza li l-bżonn li jiġu kkontrollati l-flussi migratorji qatt m’għandu jieħu preċedenza fuq id-dritt ta’ kull persuna li tfittex protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni, li għandha tibqa’ art ta’ kenn għal dawk li jaħarbu minn persekuzzjonijiet jew li b’xi mod jeħtieġu protezzjoni;

8.

josserva li l-kriżi ekonomika li qed tinfluwenza parti kbira mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed thedded li żżid it-tensjoni inerenti bejn il-politiki dwar il-kontroll tal-fruntieri u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti;

9.

jinnota li hemm bżonn analiżi bir-reqqa tal-kawżi kollha tal-migrazzjoni, fosthom it-tibdil fil-klima (3), b’mod li jkunu jistgħu jiġu definiti f’qafas ġuridiku xieraq dawk kollha li jaħarbu mill-pajjiż tagħhom ta’ oriġini minħabba diżastri naturali jew kundizzjonijiet klimatiċi li jipperikolawlhom ħajjithom u l-integrità fiżika tagħhom (4);

10.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippubblika d-dokument ta’ ħidma dwar il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima, kif inizjalment previst fil-komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni tal-4 ta’ Mejju 2011 (5);

11.

jaħseb li l-effikaċja tal-approċċ globali hija neċessarja sabiex issaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u mal-pajjiżi terzi;

12.

itenni dak li diġà ntqal mill-Kumitat tar-Reġjuni li “huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li ser ikunu milquta l-ewwel minn politika komuni tal-immigrazzjoni. Minn banda, id-diffikultajiet marbuta mal-immigrazzjoni illegali jolqtuhom b’mod partikolari. Mill-banda l-oħra huwa l-kompitu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jipprovdu lill-immigranti b’firxa sħiħa ta’ servizzi li jagħmlu parti mill-proċess ta’ integrazzjoni. Għalhekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom sehem sħiħ fl-iżvilupp ta’ qafas Ewropew għall-immigrazzjoni legali, fl-iżvilupp ta’ miżuri kontra l-immigrazzjoni illegali u fil-ħidma ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi ta’ oriġini” (6);

13.

jilqa’ bi pjaċir il-progress notevoli li sar sabiex it-trasferiment tal-flus lejn il-pajjiż ta’ oriġini tal-migrant ikun iktar trasparenti, sikur u b’inqas spejjeż u jappoġġa l-inizjattivi promossi mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-allokazzjoni tar-ritorn tal-fondi tal-migranti lejn investiment produttiv;

14.

jaqbel li l-approċċ globali jenfasizza r-rwol li d-dijaspora jista’ jkollha kemm fil-politika tal-iżvilupp kif ukoll fir-regolazzjoni tal-flussi migratorji, billi tiffavurixxi l-miżuri ta’ appoġġ tat-tluq u tal-integrazzjoni fil-pajjiżi destinatarji;

Dwar ir-rwol tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali fit-twettiq tal-approċċ globali

15.

jemmen li l-approċċ globali għall-migrazzjoni jeħtieġ governanza f’diversi livelli biex jiġi żgurat li din tiġi ġestita fil-livell li jinsab fl-aħjar pożizzjoni skont iċ-ċirkostanzi u fir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, sabiex jiġi ggarantit l-ikbar benesseri possibbli għall-persuni kemm mill-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll mill-pajjiż destinatarju;

16.

iqis ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali bħala atturi fundamentali tal-Approċċ Globali: huma dawk stess li jippromovu u fl-istess ħin jimplimentaw il-politiki soċjali u tax-xogħol, ta’ akkoljenza, ta’ integrazzjoni u ta’ ġestjoni tal-immigrazzjoni irregolari, iżda wkoll iniedu djalogi profondi u forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u tat-tranżitu tal-movimenti migratorji (7);

17.

josserva li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali diġà huma promoturi ta’ inizjattivi ta’ djalogu mar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali ta’ pajjiżi terzi, li fosthom hemm ħafna pajjiżi tal-oriġini jew tat-tranżitu tal-flussi migratorji u tal-proġetti ta’ kooperazzjoni ċentralizzata;

18.

jemmen li l-ARLEM - l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja, u l-CORLEAP, il-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant, għandhom jitqiesu bħala l-forum ideali biex jiġi żviluppat id-djalogu bejn l-awtoritajiet reġjonali tal-Mediterran u tal-Lvant tal-Ewropa dwar il-politiki ta’ immigrazzjoni u ta’ żvilupp;

19.

jemmen li jeħtieġ li jkun hemm l-ikbar koerenza possibbli bejn l-inizjattivi bilaterali tal-Istati Membri u d-djalogi reġjonali u bilaterali li diġà jeżistu, meqjusa bħala strument tal-politika esterna tal-Unjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni u li tali koerenza tiġi garantita anke permezz tar-rikonoxximent sħiħ tal-inizjattivi ta’ djalogu promossi mir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali;

20.

jistieden lill-istituzzjonijiet sabiex iqisu r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali bħala protagonisti li jħaddnu l-Approċċ Globali, b’konformità mal-kompetenzi tagħhom fil-kuntest nazzjonali, permezz ta’ strumenti li jqisuhom bħala entitajiet destinatarji tal-finanzjament tal-Unjoni, anke mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet ċentrali tal-gvern u kumpatibbli mad-differenzi eżistenti bejn bosta Stati Membri;

21.

jappella lill-Kummisjoni sabiex tippromovi proġetti innovattivi sabiex jintlaħaq l-għan tal-iffaċilitar biex jintlaħqu d-domanda u l-offerta tal-impjiegi, permezz tal-intermedjazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, meta jitqiesu l-ħiliet li għandhom f’dan is-settur f’bosta Stati Membri, sabiex jiġi individwat strument effikaċi għall-ġlieda kontra l-problema tan-nuqqas ta’ ħiliet f’xi setturi tas-suq tax-xogħol;

22.

jemmen li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti fl-aġġornament tal-portal tal-UE dwar l-immigrazzjoni, sabiex b’dan il-mod isaħħuħ b’informazzjoni rilevanti għall-migranti fir-rigward tar-reġjun, il-belt u r-raħal destinatarju;

Dwar ir-rabta bejn il-politiki tal-immigrazzjoni u l-politiki ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp

23.

iqis li hi importanti ħafna li tiġi dejjem garantita koerenza bejn il-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp u l-politika esterna tal-immigrazzjoni u l-asil. B’mod partikolari l-interventi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-Pajjiżi Terzi għandhom dejjem ikunu ibbażati prinċipalment fuq prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ kożvilupp biex jiġu miġġielda l-kawżi profondi tal-migrazzjoni u biex jingħeleb il-faqar, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi interni ta’ dawn il-pajjiżi, kif ukoll għall-appoġġ tal-bini tal-istituzzjonijiet u tat-titjib tal-governanza u l-istat tad-dritt, bħala fatturi ewlenin biex titħeġġeġ bidla ekonomika u soċjali;

24.

jappella lill-Kummisjoni twettaq id-distribuzzjoni tar-riżorsi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw abbażi ta’ prinċipji, prijoritajiet u strateġiji tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, filwaqt li jitqies ukoll il-prinċipju ta’ “iktar b’iktar”;

25.

jemmen li l-prinċipju tar-reċiproċità għandu jkun marbut mal-prinċipji ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, speċjalment fis-sħubiji għall-mobbiltà u l-aġenda komuni dwar il-migrazzjoni u l-mobbiltà (8);

26.

jemmen li l-implimentazzjoni tal-approċċ globali għandha titħares b’mod adegwat għall-kategoriji vulnerabbli kollha, in primis il-minuri mhux akkumpanjati, kemm biex jiġu orjentati b’mod adegwat l-interventi fil-pajjiżi terzi, kemm biex jiġu offruti forom xierqa ta’ akkoljenza u ta’ integrazzjoni soċjali fil-pajjiżi membru, kif ukoll li jiffavurixxi ċ-ċirkolazzjoni ta’ prassi xierqa mwettqa minn bosta awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri; jitlob ukoll lill-Kummissjoni Ewropea sabiex timplimenta b’mod effettiv il-miżuri li jinsabu fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-minorenni mhux akkumpanjati;

27.

jitlob għall-iżvilupp ta’ approċċ xieraq ibbażat fuq il-ġeneru sabiex jingħata valur lir-rwol speċifiku li n-nisa għandhom fil-migrazzjoni u l-integrazzjoni soċjali tan-nukleu tal-familja fil-pajjiżi ospitanti;

28.

jinnota li l-politika tal-immigrazzjoni tal-Unjoni tista’ tkun kontra l-politiki ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, fejn tipprova tiġbor bosta talenti li ġejjin mill-pajjiżi terzi, fl-ambitu tal-għanijiet għal żvilupp demografiku u ekonomiku, kif stabbilit fl-Istrateġija Ewropa 2020;

29.

jiddubita li l-effett ta’ brain drain minħabba l-politika ta’ migrazzjoni selettiva jista’ jiġi miġġieled bl-istrument tal-migrazzjoni ċirkolari peress li mhux assolutament ċar kemm dan l-istrument se jkun effikaċi u x’impatt konkret jista’ jkollu;

30.

iqis ukoll li l-istrument tal-migrazzjoni ċirkolari jista’ jkun antagonist fir-rigward tal-għan tal-integrazzjoni tal-migranti u li għaldaqstant għandhom jiġu individwati strateġiji ta’ integrazzjoni mmirati apposta għal dawn il-ħaddiema b’tali mod li jistgħu jiġu integrati b’mod effettiv anke jekk il-perjodu ta’ residenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea mhux wieħed fit-tul (9);

31.

jemmen li r-rikonoxximent tat-titoli ta’ studju u l-kwalifiki f’kundizzjonijiet armonizzati huwa strument fundamentali sabiex ma jinħlewx it-talenti (brain waste), sabiex tiġi garantita integrazzjoni effettiva tal-migranti u tiġi garantita l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fil-pajjiż ta’ oriġini fil-kuntest tal-migrazzjoni ċirkolari;

32.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tappoġġa l-miżuri li jakkumpanjaw l-Istati fil-proċess ta’ semplifikazzjoni tar-rikonoxximent tat-titoli ta’ studju u l-kwalifiki u sabiex jiġi promoss ir-rikonoxximent informali tal-ħiliet, anke bil-għan li tiġi favorita ċ-ċirkolazzjoni tal-ħaddiema ċittadini mill-pajjiżi terzi fis-suq tax-xogħol Ewropew;

33.

jemmen li t-talba għall-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi fil-kontroll tal-flussi migratorji ma jwassal qatt għat-telfien tad-dritt tal-bniedem ta’ kull persuna li tħalli pajjiżha speċjalment meta l-pajjiżi terzi jintalbu janalizzaw l-emigrazzjoni abbażi tal-liġijiet tal-pajjiżi destinatarji;

34.

jemmen li hu neċessarju li jkun hemm iktar investiment fil-proġetti ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp immirati għas-settur tal-edukazzjoni u tas-saħħa, u jiġu involuti direttament l-istrutturi universitarji u tiġi favorita l-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-persunal akkademiku kollu;

35.

jappoġġa t-talba għal petizzjoni mressqa lill-Parlament Ewropew għall-adozzjoni ta’ Programm Erasmus u Leonardo da Vinci Ewro Mediterranju, bħala strument konkret ta’ mobbiltà waħdanija bejn l-istudenti miż-żewġ naħat tal-Mediterran;

36.

jemmen li għandhom isiru sforzi effettivi sabiex ikun hemm mobbiltà taż-żgħażagħ, speċjalment tal-istudenti, permezz tas-semplifikazzjoni tal-għotja tal-viża, it-tnaqqis tal-proċeduri burokratiċi u l-allokazzjoni ta’ biżżejjed riżorsi finanzjarji;

37.

jemmen li l-programm Erasmus for all għandu jiġi vvalorizzat u appoġġat, flimkien mal-prassi xierqa diġà eżistenti tal-iskambju bejn iż-żgħażagħ, bħall-programm Eurodissey promoss min-netwerk AER, Assemblea tar-Reġjuni Ewropej;

38.

iqis neċessarju li tissaħħaħ l-analiżi tal-pressjonijiet migratorji minħabba l-iżbilanċi ekonomiċi, b’tali mod li jiġu individwati strumenti għal tweġiba effikaċi, fosthom skemi li jiggarantixxu l-mobbiltà anke għal dawk li l-kwalifiki tagħhom huma pjuttost skarsi, li għadhom mixtieqa ħafna f’xi Stati Membri u li ma jistgħux jiġu missielta biss bil-mekkaniżmu tal-migrazzjoni ċirkolari;

39.

jemmen li l-involviment tad-dijaspora għandu jirrigwarda wkoll il-miżuri ta’ tħejjija għat-tluq, filwaqt li tingħata importanza lis-siti ġa preżenti, li jieħdu ħsiebhom b’mod dirett l-assoċjazzjonijiet ta’ immigranti li jipprovdu informazzjoni f’waqtha u b’lingwaġġ li jinftiehem minn dawk li huma potenzjalment interessati;

40.

japprezza l-importanza mogħtija lill-miżuri ta’ tħejjija għat-tluq li għandu jsir iktar investiment fihom, bl-involviment tal-ONG li diġà joperaw fil-pajjiżi ta’ oriġini tal-migrati u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u li huma involuti fil-proċeduri ta’ akkoljenza u ta’ integrazzjoni tal-migranti u l-familji tagħhom;

Dwar il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari

41.

japprezza l-impenn konsiderevoli tal-Unjoni sabiex tiġi missielta l-immigrazzjoni irregolari, b’mod partikolari kontra l-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll kontra dawk li jħaddmu persuni li m’għandhomx permess ta’ residenza regolari;

42.

jenfasizza l-importanza ta’ approċċ għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari li jqis li l-migranti jistgħu jkunu vittmi possibbli tat-traffikar illegali tal-bnedmin u għaldaqstant iridu jiġu mħarsin u protetti;

43.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tkompli bl-inizjattivi ta’ analiżi u ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, li huwa pjaga għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u inċentiv għad-dħul ta’ barranin irregolari, li probabbilment jiġu sfruttati kemm fis-settur tax-xogħol kif ukoll fil-qasam operattiv ta’ netwerks kriminali;

44.

jinnota li l-miżuri għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari ngħataw ukoll għajnuna finanzjarja sinifikanti, b’mod speċjali l-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-fruntieri li twettqu mill-aġenzija FRONTEX;

45.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement, f’kull fażi tal-kontroll fil-fruntieri u l-obbligu relatat li l-attività tal-FRONTEX tgħaddi minn verifiki stretti min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE u, b’mod partikolari, tal-Parlament Ewropew;

46.

jemmen li kontrolli simili jiġu estiżi anke għall-kooperazzjoni internazzjonali direttament mmexxija mill-Frontex u li għandha l-kapaċità biex tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ta’ natura teknika mal-pajjiżi terzi, li l-kontenut tagħhom għandu jsir iktar trasparenti u għandu l-kamp tal-applikazzjoni għandu jitnaqqas bi preċiżjoni;

47.

jemmen li hu neċessarju li jsiru valutazzjonijiet preċiżi tar-rabta bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-istrumenti kollha esistenti b’tali mod li jsir tqabbil tal-effikaċja tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri ta’ ritorn (żamma u tbegħid sfurzat) u l-entità effettiva tar-riżorsi allokati mill-Istati kemm għar-ritorn volontarju kif ukoll dak sfurzat;

48.

jemmen li jrid jiġi evitat li l-barranin residenti b’mod regolari jistgħu jsiru irregolari minħabba nuqas ta’ flessibbiltà tal-leġislazzjoni nazzjonali u b’hekk jiżdied in-numru ta’ nies fil-lista tal-overstayers;

49.

jemmen li l-possibbiltà ta’ dħul fl-Unjoni Ewropea għat-tfittxija ta’ xogħol tiġi serjament eżaminata mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri, bħall-każ msemmi fl-Artikolu 79(5) tat-TFUE;

50.

jemmen li d-disponibbiltà ta’ possibilitajiet ta’ dħul regolari għandha titqies bħala wieħed mill-istrumenti prinċipali għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-fenomenu tal-overstayers, minbarra li hu mod kif jiġi garantit ċertu livell ta’ soldarjtà fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ta’ oriġini tal-flussi migratorji;

51.

jappella lill-istituzzjonijiet sabiex iħaddnu l-istrateġija tad-dħul mill-ġdid fi ħdan l-Approċċ Globali, b’tali mod li dan jinkludi l-prinċipji ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u ma jsirx settur maqtugħ għalih u mhux koerenti;

52.

jemmen li l-ftehimiet ta’ dħul mill-ġdid għandhom jiġu eżaminati perjodikament, b’mod partikolari b’riferiment għall-obbligu tal-pajjiż transitorju sabiex idaħħal mill-ġdid mhux biss iċ-ċittadini tiegħu iżda wkoll il-barranin li ħarġu minnu u marru fl-Unjoni, li jistgħu jispiċċaw bejn sema u baħar, u s-sitwazzjoni fil-pajjiżi transitorji ssir iktar gravi filwaqt li jiġu esposti għal riskji serji ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

Dwar id-dimensjoni esterna tal-asil

53.

iqis li t-tisħiħ tas-sistemi tal-asil tal-pajjiżi terzi m’għandux jitqies bħala mod kif jiġi evitat ir-rikonoxximent tad-dritt għall-protezzjoni internazzjonali fl-UE;

54.

japprezza li fil-programmi ta’ protezzjoni reġjonali l-Unjoni ħadmet flimkien mal-UNHCR, anke jekk il-protezzjoni offruta mill-Unjoni hi ikbar minn dik rikonoxxuta mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar ir-rifuġjati, sabiex tkopri wkoll il-protezzjoni sussidjarja u l-ħarsien fir-rigward tat-trattamenti li jmorru kontra l-Konvenzjoni Ewropea għas-Salvagwardja tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

55.

jemmen li l-azzjoni tal-Unjoni qatt ma trid tipprojbixxi lil dawk li jkunu qed jitolbu asil li jitilqu minn pajjiż fejn ikunu jinsabu biex jitolbu protezzjoni f’pajjiż membri tal-UE;

56.

jemmen li hi meħtieġa, speċjalment wara ċ-ċensura ċara min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, reviżjoni tar-regolament c.d. Dublin II, b’tali mod li tiġi garantita b’mod effettiv solidarjetà bejn l-Istati Membri fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt tal-unità tal-familja;

57.

jappella lill-Kummissjoni sabiex tinkludi, fil-qasam tas-sħubijiet għall-mobbiltà, klawżoli adegwati għall-protezzjoni ta’ dawk li jitolbu l-asil u r-refuġjati;

58.

jistieden lill-istituzzjonijiet, flimkien mal-Istati Membri, sabiex itejbu l-effikaċja tas-sistema ta’ riċerka u salvataġġ (search and rescue) fl-ibħra, b’mod partikolari permezz ta’ koordinament aħjar u d-definizzjoni tal-kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ post sikur l-iktar adattat sabiex jaslu l-migranti li ġew salvati;

Kunsiderazzjonijiet tal-aħħar

59.

jitlob lill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew li jżommu miftuħa diskussjoni dwar l-erba’ pilastri tal-Approċċ Globali, b’tali mod li f’din is-sitwazzjoni jiġu involuti b’mod sħiħ il-partijiet kollha li huma potenzjalment interessati;

60.

jitlob, b’mod partikolari, li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jitqiesu b’mod sħiħ fit-tmexxija tal-Approċċ Globali, u tingħata importanza kemm lill-proġetti ta’ kooperazzjoni ċentralizzata li diġà jeżistu, kif ukoll id-djalogi diġà strutturati bħall-ARLEM u l-CORLEAP;

61.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea li tkompli bl-analiżi tal-kawżi u l-karatteristiċi tal-fenomenu tal-migrazzjoni fil-livell globali b’tali mod li jiġu individwati strateġiji effikaċi sabiex jiġi missielet il-fenomenu importanti tas-solidarjetà mal-Pajjiżi Terzi;

62.

jiddispjaċih bil-politiki ta’ kriminalizzazzjoni tal-migrati u japprezza l-miżuri għall-ġlieda kontra n-netwerks kriminali li l-migranti huma vittmi tagħhom;

63.

jitlob għal politika li tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari li ma tkunx ibbażata biss fuq il-kontroll fil-fruntieri u l-interċettazzjoni tal-migranti mit-tluq iżada tkun ibbażata wkol fuq il-possibbilitajiet effettivi għal dħul regolari li huma miftuħa għall-ħaddiema li mhumiex kwalifikati ħafna, skont il-partikolaritajiet tal-Istati Membri individwali.

Brussell, 18 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Artikolu 13(2) tal-Istqarrija universali dwar il-jeddijiet tal-bniedem; Artikolu 2(2) tal-Protokoll Nru 4 tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; Artikolu12(2) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew P6_TA(2006)0319 dwar l-iżvilupp u l-migrazzjoni (mhux disponibbli bil-Malti) adottata fis-6 ta’ Lulju 2006.

(3)  Opinjoni CdR ENVE-V-008 dwar “Ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-promozzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma”, 30 ta’ Ġunju-1 ta’ Lulju 2011, punt 14; Opinjoni tal-Arlem u s-SUDEV “Rapport dwar ir-rabta bejn id-deżertifikazzjoni u t-tibdil fil-klima fil-Mediterran”, 31 ta’ Jannar 2012.

(4)  http://www.unhcr.org/pages/49e4a5096.html,

(5)  Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni, COM(2011) 248, p. 21.

(6)  Opinjoni CONST-IV-017 dwar “Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa”, adottata fis-Sessjoni Plenarja tas26-27 ta’ Novembru 2008, relatur: is-Sur Jostmeier

(7)  Opinjoni CdR CONST-IV-017 dwar “Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa”, 26-27 Novembru 2008, punt 5.

(8)  Hija bbażata totalment fuq dan il-prinċipju l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini huma eżentati minn dik il-ħtieġa, COM(2011) 290 final.

(9)  Abbozz ta’ opinjoni tal-KtR dwar “L-Aġenda Ewropea rinnovata għall-integrazzjoni”, Punt 60; Abbozz ta’ opinjoni tas-CIVEX dwar “Id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja”, relatur: is-Sur Soave, Punt 11.


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/12


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “It-titjib tas-solidarjetà fl-UE fil-qasam tal-ażil”

2012/C 277/03

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza l-importanza kapitali tal-ażil, bħala dritt tal-bniedem iżda wkoll bħala “kisba” taċ-ċivilizzazzjoni, stabbilit minn testi tal-liġi internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-leġislazzjoni tal-Istati Membri kollha, mingħajr l-ebda eċċezzjoni. Il-pedament tal-mekkaniżmu tal-ażil huwa l-prinċipju ta’ non-refoulement;

ifakkar li jekk nirreferu għall-Artikolu 80 tat-TFUE, is-solidarjetà u, flimkien magħha, il-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet jikkostitwixxu l-kunċetti istituzzjonali li jirregolaw il-politiki Ewropej kollha li, fil-qafas taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, jikkonċernaw iċ-ċaqliq tal-persuni, inklużi l-ġestjoni u l-qsim tal-fruntieri esterni, l-ażil u l-protezzjoni internazzjonali kif ukoll l-immigrazzjoni. Dan l-Artikolu jipprovdi bażi legali suffiċjenti għall-miżuri leġislattivi Ewropej li għandhom l-għan li jsaħħu s-solidarjetà u jippromovu l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet;

jinnota li s-sitwazzjoni attwali turi li, fir-rigward tal-ażil, hemm bżonn ta’ solidarjetà konkreta bejn l-UE u l-Istati Membri, u jinsab konvint li mhuwiex possibbli li jinkiseb livell ta’ protezzjoni komuni u għoli għall-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali jew li għandhom dritt għal dan jekk il-mekkaniżmi ma jikkunsidrawx id-disparitajiet qawwija bejn l-Istati Membri differenti kemm fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jilqgħu f'pajjiżhom kif ukoll fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u oħrajn disponibbli għall-ġestjoni tal-flussi migratorji;

jenfasizza d-dimensjoni lokali u reġjonali tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà fir-rigward tal-politika tal-ażil u jenfasizza li l-awtoritajiet lokali jaqdu rwol importanti biex jinfurmaw lill-popolazzjoni tagħhom u jistgħu jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-ażil u l-protezzjoni internazzjonali, u b'hekk jeżerċitaw influwenza pożittiva fuq il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u l-aċċettazzjoni mill-komunità lokali ta’ persuni li jaslu f'pajjiżhom.

Relatur

Is-Sur GKOTSOPOULOS (EL/PSE), Kunsillier Muniċipali ta’ Pallini (Attica)

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib tas-solidarjetà fl-UE fil-qasam tal-ażil: Aġenda tal-UE għal kondiviżjoni tar-responsabbiltà aħjar u aktar fiduċja reċiproka

COM(2011) 835 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jinnota li l-flussi migratorji mħalltin huma realtà fl-Istati Membri kollha tal-UE u jinsabu fil-quċċata tal-aħbarijiet b'mod partikolari minħabba t-taqlib politiku li għaddej bħalissa fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani, iżda wkoll minħabba s-sitwazzjoni politika aktar ġenerali f'żoni bħall-Afganistan u l-Pakistan, jew l-Iraq u l-Iran, li qed twassal għal ċaqliq ġdid ta’ nies lejn l-Ewropa. Dawn il-flussi migratorji mħalltin huma ta’ piż varjabbli fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni u, konsegwentement, fuq il-mekkaniżmi ta’ ażil ta’ ċerti Stati Membri, li b'hekk iwasslu biex jinħolqu sfidi umanitarji;

2.

jenfasizza li l-kriżi ekonomika akuta li qed tinfirex b'mod partikolari fil-pajjiżi Mediterranji tal-UE li jilqgħu għadd kbir u sproporzjonat ta’ persuni li jfittxu l-ażil u l-fatt li minħabba dan mhumiex kapaċi jiġġestixxu din il-problema bl-effikaċja mixtieqa huma fatturi negattivi għall-ġestjoni tas-sitwazzjoni u jiddegradaw il-kundizzjonijiet li diġà kienu koroh;

3.

iqis li jeħtieġ li tiġi żviluppata politika Ewropea komuni sostanzjali fir-rigward tal-migrazzjoni u tal-ażil, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Programm ta’ Stokkolma. Din il-politika għandha tkun ibbażata fuq approċċ integrat li, minn naħa, jissejjes fuq ġestjoni effikaċi tal-immigrazzjoni legali u, min-naħa l-oħra, fuq il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali iżda wkoll u fuq kollox fuq it-tisħiħ tal-istrutturi tal-ażil;

4.

jenfasizza l-importanza kapitali tal-ażil, bħala dritt tal-bniedem iżda wkoll bħala “kisba” taċ-ċivilizzazzjoni, stabbilit minn testi tal-liġi internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-leġislazzjoni tal-Istati Membri kollha, mingħajr l-ebda eċċezzjoni. Il-pedament tal-mekkaniżmu tal-ażil huwa l-prinċipju ta’ non-refoulement;

5.

jiġbed l-attenzjoni għad-drittijiet relatati li jikkompletaw id-dritt tal-ażil, jiġifieri d-dritt għad-dinjità, il-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament inuman, il-protezzjoni li għandha tingħata f'każ ta’ deportazzjoni, ta’ tneħħija jew ta’ estradizzjoni, id-dritt għal tfittxija ta’ rimedju effettiv u li persuna tibbenefika minn sentenza imparzjali kif ukoll id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja;

6.

jagħraf li sar progress fir-rigward tat-tfassil ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA), iżda huwa tal-opinjoni li jeħtieġli jittenna l-appell li sar mill-Programm ta’ Stokkolma biex din is-sistema titlesta sal-2012 u biex l-Istati Membri, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jiġu mistiedna jagħtu xhieda tar-rieda politika meħtieġa biex jiġu konklużi n-negozjati dwar ir-reviżjoni tad-direttivi dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u l-proċeduri tal-ażil, kif ukoll ir-riforma tar-Regolament ta’ Dublin u ta’ dak dwar is-sistema Eurodac;

7.

jenfasizza li l-azzjonijiet tas-SEKA għandhom ikunu ggwidati mid-difiża konkreta tad-drittijiet tal-persuni li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali u mhux biss permezz tas-sigurtà fis-sens strett tal-kelma u s-salvagwardja tas-sovranità nazzjonali;

8.

jixtieq jafferma li sistema tal-ażil verament komuni hija bbażata fuq l-uniformità tad-drittijiet u l-proċeduri fit-territorju kollu tal-UE, bil-għan li jiġi eliminat ir-riskju li jinħolqu disparitajiet konsiderevoli fl-analiżi ta’ tali dossiers u, għaldaqstant japprova l-isforz li sar biex tiġi modifikata l-leġislazzjoni eżistenti fid-dawl tal-introduzzjoni ta’ regoli komuni aktar milli standards minimi;

9.

jiġbed l-attenzjoni għad-deċiżjonijiet reċenti tal-qrati ta’ Strasburgu u tal-Lussemburgu (1) li, aktar minn kwalunkwe ħaġa oħra, joħorġu fid-dieher (a) in-nuqqasijiet kbar tas-sistema legali eżistenti, b'mod partikolari r-Regolament ta’ Dublin, u (b) in-nuqqasijiet li fil-kundizzjonijiet ta’ pressjoni attwali huma ta’ theddida serja għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali u li huma kkaġunati mid-disparitajiet fl-approċċ segwit mill-Istati Membri differenti fil-livell politiku, legali u prattiku. Id-deċiżjonijiet imsemmijin hawn fuq jenfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żviluppata Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil integrata u li, f'dan il-kuntest, jissaħħaħ ir-Regolament ta’ Dublin permezz ta’ dispożizzjonijiet li jindirizzaw il-kawżi tal-kriżijiet u b'hekk jikkontribwixxu biex id-dgħufijiet li qed jolqtu s-sistemi tal-Istati Membri individwali ma jkunux ta’ ħsara għas-sistema kollha u lanqas għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

10.

iqis li, fir-rigward tal-importanza tal-fenomenu migratorju, jeħtieġ li jsiru bidliet importanti fil-qasam tal-politika tal-ażil tal-UE u li l-implimentazzjoni ta’ politiki u metodi effikaċi għall-ġestjoni ta’ dawn il-bidliet issir ħtieġa urġenti;

11.

ifakkar li jekk nirreferu għall-Artikolu 80 tat-TFUE, is-solidarjetà u, flimkien magħha, il-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet jikkostitwixxu l-kunċetti istituzzjonali li jirregolaw il-politiki Ewropej kollha li, fil-qafas taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, jikkonċernaw iċ-ċaqliq tal-persuni, inklużi l-ġestjoni u l-qsim tal-fruntieri esterni, l-ażil u l-protezzjoni internazzjonali kif ukoll l-immigrazzjoni. Dan l-Artikolu jipprovdi bażi legali suffiċjenti għall-miżuri leġislattivi Ewropej li għandhom l-għan li jsaħħu s-solidarjetà u jippromovu l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet;

12.

jagħraf li s-solidarjetà hija relatata mill-qrib mar-responsabbiltà u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirrispettaw u jwettqu l-impenji kollha li daħlu għalihom fil-livell internazzjonali u tal-Unjoni billi jorganizzaw ruħhom sew fil-pajjiż tagħhom. Madankollu, il-Kumitat jenfasizza li kunċett ristrett tar-responsabbiltà ma jistax ikun prekundizzjoni obbligata tas-solidarjetà fil-livell legali jew prattiku: jeżistu każijiet fejn turija konkreta ta’ solidarjetà tista' tikkontribwixxi b'mod f'waqtu biex l-impenji jiġu rispettati b'mod effettiv;

13.

jinnota li s-sitwazzjoni attwali turi li, fir-rigward tal-ażil, hemm bżonn ta’ solidarjetà konkreta bejn l-UE u l-Istati Membri, kif stabbilit mill-Artikolu 80 tat-TFUE, u jinsab konvint li mhuwiex possibbli li jinkiseb livell ta’ protezzjoni komuni u għoli għall-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali jew li għandhom dritt għal dan jekk il-mekkaniżmi ma jikkunsidrawx id-disparitajiet qawwija bejn l-Istati Membri differenti kemm fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jilqgħu f'pajjiżhom (migranti ekonomiċi jew persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali) kif ukoll fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u oħrajn disponibbli għall-ġestjoni tal-flussi migratorji;

14.

jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tagħti deskrizzjoni analitika tas-sitwazzjoni attwali u telenka l-għodod disponibbli għal tisħiħ tas-solidarjetà iżda jiddeplora n-nuqqas ta’ proposti dwar miżuri pożittivi ġodda biex titħeġġeġ is-solidarjetà u tiġi promossa l-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet;

15.

jilqa' l-inizjattiva li ħa l-Kunsill biex ifassal “qafas komuni ta’ referenza għal solidarjetà fir-rigward tal-Istati Membri li s-sistema ta’ ażil tagħhom hija soġġetta għal pressjonijiet partikolarment qawwija minħabba raġunijiet differenti, inklużi l-flussi migratorji mħalltin” (2);

16.

madankollu jenfasizza li miżuri pożittivi favur is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet jistgħu jsaħħu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja, l-ekwità, il-kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni politika. Jeħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

17.

f'dan ir-rigward jinnota li mhuwiex possibbli li tiġi analizzata bis-sħiħ il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea mil-lat tar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà peress li din tiddeskrivi essenzjalment il-mod kif l-istrumenti eżistenti u l-leġislazzjoni tal-UE jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-solidarjetà. Madankollu, peress li fil-Komunikazzjoni jissemmew inizjattivi futuri eventwali, li jikkonċernaw pereżempju l-programmi għar-ripatriazzjoni ta’ rifuġjati rikonoxxuti, jew inkella r-regolamenti dwar l-analiżi komuni tat-talbiet għal ażil, u li dwarhom wieħed jista' jaħseb li jkollhom riperkussjonijiet fuq kwistjonijiet li s'issa kienu marbutin mill-qrib mal-kwistjoni tas-sovranità nazzjonali tal-Istati Membri (bħall-analiżi tat-talbiet għal ażil jew l-akkoljenza ta’ dawk li jitolbu ażil), u li jista' jkollhom effetti aktar mifruxin ta’ natura politika, legali jew finanzjarja, il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħti l-attenzjoni kollha meħtieġa matul it-tfassil tagħhom;

18.

jinnota li l-kunċett ta’ solidarjetà jippreżentaw wkoll dimensjoni esterna li tikkonċerna s-solidarjetà bejn l-UE u r-reġjuni l-oħra tad-dinja milquta minn kriżijiet ta’ natura umanitarja, li jilqgħu, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), il-biċċa l-kbira ta’ rifuġjati u ta’ persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali. Għaldaqstant, huwa importanti li fil-qasam tal-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-Istati Membri jikkollaboraw mal-pajjiżi terzi bil-għan li joħolqu kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali aħjar u biex jikkonsolidaw il-paċi. Madankollu, l-appoġġ għas-sistemi ta’ ażil ta’ pajjiżi terzi ma jistax jiġi kkunsidrat bħala mezz biex jiġi evitat l-għoti ta’ dritt għal protezzjoni internazzjonali fi ħdan l-UE jew biex jiġu trasferiti l-proċeduri 'l barra mill-fruntieri tal-UE. Iżda għandu jkun għodda għat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi terzi;

19.

jappella lill-istituzzjonijiet kompetenti u lill-Istati Membri tal-UE biex iħeġġu b'mod aktar attiv lill-pajjiżi ġirien tal-UE biex jikkonformaw mal-obbligi li jassumu kemm fid-dawl tal-liġi internazzjonali kif ukoll fir-rigward tagħhom innifishom u tal-Istati Membri, partikolarment fil-każ ta’ pajjiżi li kkonkludew ftehimiet ta’ riammissjoni mal-UE;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

20.

jenfasizza d-dimensjoni lokali u reġjonali tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà fir-rigward tal-politika tal-ażil. L-awtoritajiet lokali u reġjonali li jinsabu qrib il-fruntieri esterni tal-UE jinsabu minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Ewropea tal-ażil u s-SEKA. L-istess jgħodd għall-awtoritajiet muniċipali taċ-ċentri urbani l-kbar li qed jirreġistraw żieda kostanti fil-fluss ta’ rifuġjati u ta’ persuni li jitolbu l-ażil. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jassumu kompitu importanti fl-akkoljenza tal-persuni li jitolbu ażil, ir-rifuġjati u l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u, f'ċerti Stati Membri, għandhom ir-responsabbiltà tal-ewwel kuntatt ma’ persuni ġodda li jidħlu f'pajjiżhom;

21.

jenfasizza li minkejja r-rwol stabbilit tajjeb li jaqdu, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kompletament esklużi mill-kunċetti ta’ solidarjetà u ta’ kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet, li s'issa japplikaw biss għall-Istati Membri. Barra minn hekk, il-programmazzjoni u d-djalogu fil-livell politiku iqisu biss il-piż finanzjarju fuq l-Istati Membri u ma jqisux ir-riperkussjonijiet fuq il-koeżjoni soċjali fil-livell lokali u reġjonali b'riżultat tal-akkoljenza ta’ persuni minn pajjiżi terzi, għalkemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma dawk li jintalbu b'mod prijoritarju biex jieħdu ħsiebhom;

22.

għalhekk beħsiebu jfassal direttament pożizzjoni u proposti biex jiggarantixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fil-mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni tar-rifuġjati u fit-tħaddim tal-mekkaniżmi ta’ għajnuna, appoġġ u solidarjetà mal-persuni li jitolbu l-ażil jew li jkunu kisbu dan id-dritt; fil-fatt, f'xi Stati Membri diġà ġew adottati miżuri leġislattivi li jirrikonoxxu li l-gvernijiet reġjonali jerfgħu dawn it-tipi ta’ responsabbiltajiet;

23.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali jaqdu rwol importanti biex jinfurmaw lill-popolazzjoni tagħhom u, peress li għandhom esperjenza konsiderevoli fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jistgħu jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-ażil u l-protezzjoni internazzjonali, u b'hekk jeżerċitaw influwenza pożittiva fuq il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u l-aċċettazzjoni mill-komunità lokali ta’ persuni li jaslu f'pajjiżhom;

It-titjib tal-kondiviżjoni tal-kompetenzi u l-governanza fir-rigward tal-ażil

24.

jenfasizza li jeħtieġ li r-Regolament ta’ Dublin jiġi analizzat mill-ġdid bir-reqqa fil-qafas tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tal-2008 (3). Sal-lum il-ġurnata, is-sempliċi implimentazzjoni tal-kriterju tal-ewwel dħul fl-Unjoni wasslet għal aktar tensjonijiet fis-sistema ta’ ażil ta’ ċerti Stati Membri u twassal biex l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun kwistjoni pura ta’ sitwazzjoni ġeografika u b'hekk tiġi injorata l-idea ta’ solidarjetà. Il-Kumitat għaldaqstant jitlob lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex ifasslu proċedura ġdida għall-ġestjoni tal-kriżijiet u jeżaminaw ċerti miżuri pożittivi ta’ solidarjetà, li jistgħu jnaqqsu l-konsegwenzi negattivi li ħoloq s'issa dan il-mekkaniżmu;

25.

ifakkar li f'opinjoni preċedenti (4) laqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex it-trasferimenti ta’ dawk li jitolbu protezzjoni internazzjonali fil-qafas tal-verżjoni riveduta tar-Regolament ta’ Dublin jiġu sospiżi provviżorjament meta Stat Membru jkun qed jiffaċċja sitwazzjoni partikolarment urġenti fejn ikun hemm il-possibbiltà li dawn it-trasferimenti jkunu ta’ piż addizzjonali fuq il-kapaċitajiet ta’ akkoljenza tal-pajjiż u s-sistema jew l-infrastruttura tal-ażil tiegħu. Madankollu jagħraf li huwa diffiċli li tali miżura tiġi aċċettata u applikata u jifhem ir-rilevanza tal-kontra-proposta li tirrakkomanda l-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ valutazzjoni u ta’ twissija rapida, li jkopri l-funzjonament kollu tas-sistemi ta’ ażil tal-Istati Membri;

26.

iqis li ta’ min jenfasizza, fid-dawl tal-kummenti ta’ hawn fuq, li l-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni u ta’ twissija rapida li huwa propost ser tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-possibbiltà li tiġi provduta informazzjoni affidabbli u aġġornata, li jkun hemm kollaborazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-kapaċità li l-UE tirrimedja f'waqtu in-nuqqasijiet u l-problemi eventwali li jkunu ġew indikati. Barra minn hekk, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għas-siwi li jistgħu joffru organizzazzjonijiet bħall-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), il-kunsilli nazzjonali tar-rifuġjati, kif ukoll NGOs oħra u, fuq kollox, l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

27.

huwa tal-opinjoni li l-proposta li tiġi estiża l-kondiviżjoni volontarja tar-rifuġjati rikonoxxuti, abbażi tal-mudell tal-programm pilota li jikkonċerna lil Malta, hija pass pożittiv għat-tisħiħ tas-solidarjetà. Għaldaqstant, il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jeżaminaw l-ipoteżi li din rilokazzjoni tkun obbligatorja f'ċerti ċirkostanzi (pereżempju meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob li dan isir jew tkun intlaħqet konklużjoni f'dan ir-rigward preċedentement fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ twissija rapida u li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil ikun ta l-opinjoni tiegħu dwar is-suġġett, jew inkella meta l-partijiet interessati jaqblu mal-miżura). Huwa jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jeżaminaw b'mod serju jekk dawk li jitolbu protezzjoni internazzjonali jistgħux jiġu rilokati u b'rabta ma’ dan jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' teżamina l-istudju legali, ekonomiku u tekniku li sar (5);

28.

jinnota li ġew osservati diffikultajiet prattiċi u legali fir-rigward tar-rilokazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ sistema għall-għarfien reċiproku ta’ deċiżjonijiet internazzjonali ta’ protezzjoni; għal din ir-raġuni jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra l-miżuri neċessarji sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata;

29.

jaqbel mal-proposta tal-UNHCR dwar it-twaqqif ta’ “formola” bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament ta’ sistema ta’ kondiviżjoni u li tikkunsidra elementi, fost l-oħrajn bħall-PDG tal-pajjiż ikkonċernat, l-erja tat-territorju nazzjonali tiegħu, ir-riżorsi naturali tiegħu u riżorsi oħra, il-popolazzjoni, il-possibbiltajiet ta’ akkoljenza, l-ispeċifiċità lokali u reġjonali, l-għadd totali ta’ persuni li jaslu fil-pajjiż ikkonċernat u jitolbu ażil, kif ukoll l-impenji ta’ risistemazzjoni (6);

30.

jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni reċenti tal-Parlament Ewropew li wasslet għall-konklużjoni tal-Programm Ewropew Konġunt dwar ir-Risistemazzjoni li jaħseb li ser jikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tas-solidarjetà u jitlob lill-Istati Membri biex sadattant jirrispettaw l-impenji li daħlu għalihom fil-qafas tal-programm tal-UNHCR;

31.

jilqa' l-prospettiva ta’ analiżi komuni tat-talbiet għal ażil li fiha jistgħu jipparteċipaw għadd akbar ta’ Stati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, u eventwalment, il-UNHCR. Madankollu, jinnota li jeħtieġ li dan l-iżvilupp iseħħ b'mod li jirrispetta l-prinċipju li t-talbiet għal protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu eżaminati b'mod individwali. Il-Kumitat għalhekk jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tfassal studju legali, ekonomiku u tekniku u li tinfurmah dwar dan;

32.

iqis ukoll li bħala mekkaniżmu ta’ solidarjetà speċifiku u eċċezzjonali, id-Direttiva 2001/55/KE sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri hija importanti ħafna, għalkemm s'issa qatt ma ġiet applikata. Jemmen ukoll li jeħtieġ li tiġi riveduta b'tali mod li jkun aktar faċli li jiġi ddikjarat, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u kwantitattivi, li ser tinħoloq sitwazzjoni ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati fil-pajjiżi, billi fost affarijiet oħra tiġi eżaminata l-possibbiltà li l-attivazzjoni tagħha sseħħ parmezz ta’ talba f'dan ir-rigward minn reġjun wieħed jew aktar;

33.

jilqa' l-fatt li d-Direttiva 2003/109/KE dwar ir-residenza fit-tul ġiet emendata biex tkun tkopri wkoll il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Fil-prattika, din l-estensjoni ser ikollha l-effett li, wara soġġorn ta’ ħames snin u f'ċerti kundizzjonijiet, ir-rifuġjati rikonoxxuti jkunu jistgħu jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor apparti dak fejn inizjalment ingħataw il-protezzjoni internazzjonali. Għalkemm ma tikkostitwixxix miżura ta’ solidarjetà fis-sens strett, din id-deċiżjoni eventwalment tista' tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-pressjonijiet u għal integrazzjoni mtejba tal-persuni. Għaldaqstant, il-Kumitat jitlob lill-Istati Membri biex jittrasponu b'mod rapidu d-direttiva emendatorja 2011/51/KE (7) fil-liġi nazzjonali tagħhom;

Kooperazzjoni fil-prattika

34.

jinnota li l-kooperazzjoni prattika tikkostitwixxi pilastru fundamentali tas-SEKA u jilqa' b'sodisfazzjon il-kontribut sostanzjali tal-korpi tal-UE, l-ewwel wieħed fosthom l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil kif ukoll il-Frontex, li jagħti l-appoġġ tiegħu biex jiġu ffaċċjati ċerti sitwazzjonijiet konkreti ta’ natura eċċezzjonali, pereżempju fil-każ ta’ Malta u l-Greċja, filwaqt li jinnota li l-azzjoni ta’ dawn il-korpi speċjalizzati għandha tkun akkumpanjata minn garanziji fir-rigward tal-preservazzjoni tad-drittijiet ta’ dawk li jitolbu protezzjoni internazzjonali;

35.

huwa tal-opinjoni li jeħtieġ b'mod partikolari li jiġu evitati prattiki li bħala riżultat konkret jagħmlu l-eżerċizzju tad-dritt li titressaq talba għall-ażil impossibbli. Għaldaqstant il-Kumitat jitlob lill-Frontex biex timpenja ruħha aktar biex tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem hija u teżerċita l-missjonijiet li tiġi nkarigata bihom għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Iqis li l-ewwel pass f'din id-direzzjoni ttieħed permezz tal-emenda reċenti tar-Regolament kostituttiv tal-Frontex li jobbliga lil dan il-korp ifassal strateġija fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, iwaqqaf forum konsultattiv u joħloq post tax-xogħol għal persuna li tkun responsabbli għad-drittijiet fundamentali (8). F'dan ir-rigward jirrikonoxxi r-rwol li tista' taqdi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li diġà analizzat is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-fruntieri esterni tal-UE (9), u jħeġġiġha testendi l-investigazzjonijiet tagħha f'dan il-qasam u tagħti l-pariri u l-għarfien tagħha lill-Frontex u lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil;

36.

iqis li l-edukazzjoni hija importanti ħafna bħala miżura aktar speċifika ta’ kooperazzjoni konkreta min-naħa tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u jinsisti fuq il-possibbiltà ta’ armonizzazzjoni prattika aħjar li tinħoloq permezz tal-finalizzazzjoni u l-implimentazzjoni integrali tal-kurrikulu Ewropew fir-rigward tal-ażil. F'dan ir-rigward, il-Kumitat jipproponi lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil li jfassal programmi ta’ taħriġ li jkunu ta’ siwi għall-uffiċjali tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali bil-għan li jipparteċipaw fl-akkoljenza ta’ dawk li jitolbu protezzjoni internazzjonali;

37.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet operattivi tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil sabiex ikun iżjed effettiv fl-għoti immedjat ta’ appoġġ u fl-għoti ta’ għarfien espert u tekniku lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jsejjaħ għal parteċipazzjoni iktar mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-forum konsultattiv tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li fl-2013 tevalwa l-impatt tal-azzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u jesprimi l-interess tiegħu li jipparteċipa f'din l-evalwazzjoni;

Solidarjetà ekonomika u finanzjarja

38.

jirrikonoxxi li f'dawn l-aħħar snin l-UE ħolqot sensiela ta’ strumenti utli fosthom il-Fond Ewropew għar-rifuġjati li jippermetti lill-Istati Membri japplikaw aħjar il-politika Ewropea dwar l-ażil;

39.

jilqa' s-semplifikazzjoni proposta tal-arkitettura tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament Ewropej immirati għall-ażil u l-migrazzjoni permezz ta’ proposta għall-ħolqien ta’ Fond għall-migrazzjoni u l-ażil li ser ikun mogħni b'riżorsi ta’ ammont totali ta’ EUR 3,87 biljuni, biex tiġi żgurata ġestjoni integrata tal-flussi migratorji, u li ser ikopri taqsimiet differenti tal-politika komuni dwar l-ażil u l-migrazzjoni għall-perjodu 2014-2020. Il-Kumitat jittama li dan l-iżvilupp ser ikun akkumpanjat b'mod parallel minn razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri;

40.

jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għall-miżuri ta’ tisħiħ tas-solidarjetà, li jistgħu jikkonsistu f'appoġġ għall-impenji intiżi għat-titjib tal-kundizzjonijiet bażiċi tas-sistemi ta’ ażil meta jkun hemm bżonn, jagħtu għajnuna konkreta lill-Istati Membri u lir-reġjuni li jiffaċċjaw pressjonijiet eċċezzjonali jew jimplimentaw programmi ta’ kondiviżjoni jew ta’ risistemazzjoni;

41.

jenfasizza li huwa indispensabbli li l-mezzi allokati għall-ażil u l-protezzjoni internazzjonali jkunu tal-livell tal-impenji internazzjonali tal-UE b'mod li jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn, minn naħa, l-ispejjeż għas-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri, kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż tal-oqsma ta’ intervent bħall-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza ta’ dawk li jitolbu l-ażil, li huma oqsma ta’ azzjoni fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu valur miżjud sinifikanti;

42.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom biex jimplimentaw bis-sħiħ il-prinċipju ta’ sħubija li fuqu huwa bbażat il-funzjonament tal-Fondi, b'tali mod li jiġi ggarantit li l-atturi kkonċernati kollha fil-livell lokali u reġjonali jipparteċipaw kemm fit-tfassil tal-prijoritajiet ta’ finanzjament kif ukoll fil-valutazzjoni tal-inizjattivi li jittieħdu. L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju għandha ssegwi l-qafas ta’ implimentazzjoni stabbilit fil-Kapitolu IV tal-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, COM(2011) 752 final;

43.

jappella għaldaqstant lill-Istati Membri biex jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom fil-proċess ta’ djalogu politiku dwar l-istabbiliment tal-prijoritajiet finanzjarji annwali tal-Fondi (10).

Brussell, 18 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Kawża M.S.S kontra l-Belġju u l-Ġreċja, sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ Strasburgu fil-21 ta’ Jannar 2011 u kawża N. S. kontra s-Segretarju tal-Istat għad-Dipartiment tal-Intern (Secretary of State for the Home Department) tar-Renju Unit u oħrajn, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2011 dwar il-kawżi konġunti dwar it-talbiet għal deċiżjoni preliminari C-411/10 u C-493/10.

(2)  It-3151 Kunsill Ġustizzja u Affarijiet iNterni, Brussell, 8 ta’ Marzu 2012.

(3)  COM(2008) 820 final.

(4)  CdR 90/2009, “Is-sistema tal-Asil Komuni Ewropea tal-Ġejjieni II”.

(5)  Study on the feasibility of establishing a mechanism for the relocation of beneficiaries of international protection (Studju dwar il-fattibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu għar-rilokazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali), punt 27, JLS/2009/ERFX/PR/1005 – 70092056.

(http://ec.europa.eu/home-affairs/doc_centre/asylum/docs/final_report_relocation_of_refugees.pdf).

(6)  The challenges of mixed migration, access to protection and responsibility-sharing in the EU. A UNHCR non-paper. (L-isfidi ta’ migrazzjoni mħallta, l-aċċess għall-protezzjoni u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fi ħdan l-UE. Dokument mhux uffiċjali tal-UNHCR), punt 28, http://www.unhcr.org/4a44dd756.html.

(7)  ĠU L 132, 19.5.2001.

(8)  Regolament (UE) 1168/2011, ĠU L 304, 22.11.2011, p. 1 'il quddiem.

(9)  Rapport “Coping with a fundamental rights emergency – The situation of persons crossing the Greek land border in an irregular manner” (Il-ġestjoni ta’ emerġenza tad-drittijiet fundamentali – is-sitwazzjoni tal-persuni li jaqsmu l-fruntieri Griegi b'mod irregolari”).

(10)  Artikolu 13 tal-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, COM(2011) 752 final.


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/18


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-bliet tal-ġejjieni: Bliet ambjentalment u soċjalment sostenibbli”

2012/C 277/04

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappoġġja t-talba għal strateġiji olistiċi għall-iżvilupp urban sostenibbli u għal kooperazzjoni orizzontali u vertikali f'sistema ta’ governanza parteċipattiva li tikkunsidra d-diversità tal-bliet u l-importanza tal-innovazzjoni soċjali u tal-ippjanar orjentat lejn il-futur;

jinnota li d-diviżjoni ekonomika u soċjali dejjem akbar fis-soċjetà tagħna għandha tiġi indirizzata b'mod urġenti permezz ta’ investiment fl-edukazzjoni għal kulħadd u minn kmieni fit-tfulija, swieq tax-xogħol inklużivi, tagħlim tul il-ħajja u politika favur l-inklużjoni attiva, u salarji li jkunu ġusti u li jippermettu s-sostenn tal-bżonnijiet u li jkunu ugwali għall-irġiel u n-nisa;

jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-bżonnijiet li huma kruċjali għas-soċjetà, jiġifieri l-aċċess għal dar, crèches u kindergartens, postijiet siguri għal-logħob u għall-iżvilupp tat-tfal, filwaqt li jitneħħew l-ostakli li jfixklu lin-nies li qed jibdew jew jestendu l-familja;

jenfasizza l-isfida tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li jonqos il-konsum tal-enerġija permezz ta’ proċessi ċikliċi u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, sistemi interkonnessi, l-espansjoni ta’ żoni ekoloġiċi u miftuħa, metodi ġodda ta’ kostruzzjoni u forom ta’ trasport newtrali f'termini ta’ riżorsi, li jkunu siguri u mhux ta’ ħsara għas-saħħa;

jenfasizza l-importanza tal-kultura u l-kreattività mhux biss għat-tkabbir ekonomiku iżda wkoll għall-ksib ta’ ħajja ta’ kwalità tajba, id-demokrazija fil-ħajja ta’ kuljum, il-paċi u r-rispett reċiproku;

jenfasizza l-importanza fundamentali tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tal-politiki;

iqis li d-diversi sforzi tal-istituzzjonijiet Ewropej biex jappoġġjaw il-bliet huma bżonnjużi u jappella biex fil-perjodu ta’ finanzjament li jmiss jingħata sinjal ċar li l-bliet għandhom jiġu appoġġjati permezz ta’ dimensjoni urbana aktar qawwija, flessibbiltà fl-użu tar-riżorsi u rwol ċentrali għall-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni;

jilqa' l-iżvilupp ulterjuri tal-istrumenti ta’ finanzjament sostenibbli fil-politika strutturali li jirrappreżentaw mekkaniżmi ta’ appoġġ kreattivi u stabbli.

Relatur

is-Sinjura Hella DUNGER-LÖPER (DE/PSE), Plenipotenzjarja tal-Land ta’ Berlin għall-Affarijiet Federali u Ewropej

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Sfond u motivazzjoni

1.

jilqa' l-fatt li ġie kkonsultat mill-Presidenza Daniża tal-Kunsill tal-UE biex ifassal opinjoni dwar dan is-suġġett u li l-Presidenza pparteċipat b'mod attiv fil-Ħames Summit tal-Bliet u r-Reġjuni li sar fit-22 u t-23 ta’ Marzu 2012 f'Kopenħagen dwar it-tema “In-nisġa urbana Ewropea fis-seklu 21”. B'hekk il-Presidenza wriet rikonoxximent tal-kontribut tal-bliet u r-reġjuni għall-integrazzjoni Ewropea u r-rwol ċentrali tagħhom għall-ksib tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

2.

jinnota b'interess ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea bl-isem “L-Ibliet ta’ Għada. Sfidi, viżjonijiet, modi 'l quddiem” (Ottubru 2011) u jaqbel mal-viżjoni espressa f'dan ir-rapport li l-bliet tal-ġejjieni huma “post ta’ progress soċjali avvanzat b'livell għoli ta’ koeżjoni soċjali, akkomodazzjonijiet soċjalment ibbilanċjati kif ukoll servizzi soċjali, tas-saħħa u ta’ ‘edukazzjoni għal kulħadd’; pjattaforma għad-demokrazija, djalogu u diversità kulturali; post ta’ riġenerazzjoni agrikola, ekoloġika jew ambjentali; post ta’ attrazzjoni u magna ta’ tkabbir ekonomiku”;

3.

jaqbel mat-tħassib espress fir-rapport “L-Ibliet ta’ għada” dwar il-ġejjieni tal-bliet fid-dawl tat-theddid tat-tibdil demografiku, it-tkabbir negattiv u l-konnessjonijiet dejjem aktar dgħajfa bejn it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-iżvilupp soċjali. Sorsi potenzjali oħra ta’ theddid jinkludu ż-żieda fid-differenzi bejn il-pagi, il-polarizzazzjoni u s-segregazzjoni soċjali li qed jiżdiedu, l-għadd dejjem akbar ta’ individwi li jitwarrbu lejn ix-xifer tas-soċjetà, it-tixrid urban kif ukoll il-pressjoni dejjem tikber fuq l-ekosistemi urbani;

4.

jenfasizza li l-Unjoni Ewropea tista' biss tikseb l-għanijiet kollha tal-Istrateġija Ewropa 2020 jekk il-bliet, bħala postijiet ta’ innovazzjoni soċjali u ekonomika, ikunu f'pożizzjoni li jikkontribwixxu bis-sħiħ għat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli u għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

5.

għaldaqstant jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport “L-Ibliet ta’ għada” li l-bliet għandhom jissaħħu billi jiġu promossi strutturi lokali sostenibbli għall-ħolqien ta’ ekonomija reżistenti u inklużiva, billi jintuża l-potenzjal tal-ġenerazzjonijiet differenti u tad-diversità soċjoekonomika, kulturali u etnika u billi jiġu miġġielda l-esklużjoni soċjali u l-faqar permezz ta’ titjib tal-akkomodazzjoni, strateġiji olisitiċi għall-politiki ambjentali u tal-enerġija, il-ħolqien u ż-żamma ta’ spazji pubbliċi attraenti, il-promozzjoni ta’ sistemi tat-trasport sostenibbli, inklużivi u li jippromovu s-saħħa u l-promozzjoni ta’ żvilupp territorjali ibbilanċjat;

6.

jappoġġja t-talba għal strateġiji olistiċi għall-iżvilupp urban sostenibbli, kooperazzjoni orizzontali u vertikali f'sistema ta’ governanza parteċipattiva li tinkludi l-livelli u l-oqsma ta’ politika kollha u li tikkunsidra d-diversità tal-bliet u l-importanza tal-innovazzjoni soċjali u tal-ippjanar orjentat lejn il-futur;

7.

jirreferi għad-“Dikjarazzjoni ta’ Kopenħagen” tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta’ Marzu 2012, li fiha jsir appell għal bliet aktar ekoloġiċi, aktar soċjalment inklużivi u aktar ekonomikament kompetittivi u l-appell relatat biex l-istituzzjonijiet tal-UE jankraw l-Istrateġija Ewropa 2020 fil-livell lokali, jipprovdu biżżejjed riżorsi finanzjarji għal politika urbana komprensiva, jagħtu prijorità akbar lill-kooperazzjoni territorjali bejn il-bliet Ewropej, jallokaw rwol akbar lill-bliet u r-reġjuni fit-tfassil tal-politika Ewropea, jimpenjaw ruħhom aktar favur id-deċentralizzazzjoni fl-Istati Membri tal-UE u jipprovdu aktar flessibbiltà finanzjarja lill-bliet u r-reġjuni;

8.

ifakkar fl-opinjoni tiegħu dwar “Ir-rwol tar-riġenerazzjoni urbana fil-ġejjieni tal-iżvilupp urban fl-Ewropa” tal-10 ta’ Ġunju 2010 u fl-appell li għamel fiha biex tissaħħaħ id-dimensjoni urbana fl-oqsma kollha ta’ politika tal-Unjoni Ewropea;

Kummenti

9.

ifakkar li l-bliet huma dejjem riflessjoni tal-kundizzjonijiet soċjali. It-tip u l-kwalità tal-ħajja tal-bliet tal-ġejjieni ser ikunu influwenzati mid-deċiżjonijiet u żviluppi ekonomiċi u soċjali fil-livelli kollha ta’ responsabbiltà politika u ekonomika;

10.

jistqarr li l-importanza tal-bliet għall-Unjoni Ewropea tmur lil hinn mill-fatturi ekonomiċi u demografiċi. Il-bliet sbieħ, intelliġenti, li jagħmlu użu effiċjenti mill-enerġija u mir-riżorsi, ekoloġiċi u inklużivi huma l-bażi għal ħajja komuni armonjuża u solidali fis-soċjetà tagħna;

11.

jenfasizza li l-bliet huma marbutin mill-qrib u b'mod inseparabbli mal-inħawi ta’ madwarhom bis-saħħa tar-rabtiet soċjali u ekonomiċi, u għaldaqtant jaqdu rwol importanti għall-iżvilupp territorjali bbilanċjat;

12.

f'dan ir-rigward jistqarr li d-differenza kategorika li saret s'issa bejn iż-żoni rurali u l-bliet mhux ser tibqa' valida għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet li jistgħu jqumu fil-ġejjieni u għandha tiġi sostitwita minn analiżi tal-interazzjoni taż-żoni abbażi tal-funzjonalità u l-interdipendenza tagħhom;

13.

jenfasizza li l-bliet Ewropej, meta mqabbla mat-tipi ta’ bliet madwar id-dinja, huma kkaratterizzati minn awtonomija demokratika, soċjetà ċivili b'saħħitha, integrazzjoni soċjali, interazzjoni effettiva bejn is-setturi privati u dawk pubbliċi, il-wegħda tal-libertà, l-emanċipazzjoni u kultura ta’ pjanar urban żviluppata sew;

14.

jinnota li d-deindustrijalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni wasslu għat-telfa ta’ bażi importanti għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika. F'żoni għonja kif ukoll foqra, qed jitniedu strateġiji ġodda għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, li tal-inqas s'issa, ftit li xejn kienu kapaċi jwaqqfu t-tendenzi ta’ divrenzjar fis-soċjetà. Minflok, id-diviżjoni u s-segregazzjoni soċjali żdiedu f'ħafna postijiet minkejja dawn l-isforzi u jirrappreżentaw sfida ewlenija għall-ħajja komuni urbana;

15.

jinnota li d-diviżjoni ekonomika u soċjali dejjem akbar fis-soċjetà tagħna għandha tiġi indirizzata b'mod urġenti permezz ta’ investiment fl-edukazzjoni għal kulħadd u minn kmieni fit-tfulija, swieq tax-xogħol inklużivi, tagħlim tul il-ħajja u politika favur l-inklużjoni attiva, u salarji li jkunu ekwitabbli u li jippermettu s-sostenn tal-bżonnijiet u li jkunu ugwali għall-irġiel u n-nisa; jinnota li l-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien ta’ aktar impjieg fil-bliet huma punti kruċjali f'dan ir-rigward;

16.

bi tħassib jinnota li dawn il-problemi ggravaw f'xi bliet u dan wassal għal protesti vjolenti. Dawn il-problemi ħarġu wkoll fid-dieher in-nuqqas ta’ fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet politiċi;

17.

jinnota l-impatti lokali tat-tibdil demografiku u t-tixjiħ tas-soċjetà, li qed joħolqu sfidi ġodda għall-infrastruttura soċjali u ż-żoni pubbliċi. B'rabta mal-kwistjoni ta’ żieda fil-faqar fost l-anzjani, jistaqsi dwar is-sistemi ta’ sigurtà soċjali sostenibbli u s-servizzi li huma aċċessibbli għaċ-ċittadini, sensittivi għad-differenzi kulturali u affordabbli;

18.

f'dan ir-rigward jenfasizza li l-Ewropa, minkejja s-sitwazzjoni attwali ta’ rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, fis-snin li ġejjin ser tiddependi mill-migrazzjoni taż-żgħażagħ biex tiggarantixxi tkabbir ekonomiku u ttaffi l-impatti tat-tixjiħ fuq is-sistemi soċjali u tas-saħħa. Bliet miftuħa u attraenti jħeġġu l-migrazzjoni. Madankollu, il-migranti u l-minoranzi etniċi fil-bliet s'issa sikwit kienu żvantaġġati f'termini ta’ aċċess għall-edukazzjoni, l-impjieg, l-akkomodazzjoni u l-kura medika. Għaldaqstant, l-istrateġiji ta’ integrazzjoni lokali effettivi huma element neċessarju għal politika ta’ migrazzjoni orjentata lejn il-ġejjieni;

19.

jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-bżonnijiet li huma kruċjali għas-soċjetà, jiġifieri l-aċċess għal dar, crèches u kindergartens, postijiet siguri għal-logħob u għall-iżvilupp tat-tfal, filwaqt li jitneħħew l-ostakli li jfixklu lin-nies li qed jibdew jew jestendu l-familja. Għaldaqstant, għandhom jiġu appoġġjati l-miżuri kollha li jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-popolazzjoni;

20.

jenfasizza l-isfida tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li jonqos il-konsum tal-enerġija permezz ta’ proċessi ċikliċi u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, sistemi interkonnessi, l-espansjoni ta’ żoni ekoloġiċi u miftuħa, metodi ġodda ta’ kostruzzjoni u forom ta’ trasport newtrali f'termini ta’ riżorsi, li jkunu siguri u mhux ta’ ħsara għas-saħħa;

21.

jenfasizza l-importanza tal-kultura u l-kreattività mhux biss għat-tkabbir ekonomiku iżda wkoll għall-ksib ta’ ħajja ta’ kwalità tajba, id-demokrazija fil-ħajja ta’ kuljum, il-paċi u r-rispett reċiproku. Il-kultura urbana tinkludi wkoll iż-żamma ta’ kultura tal-kostruzzjoni urbana, żoni ta’ kwalità għolja u aċċessibbli għal kulħadd u kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi lokali u reġjonali;

22.

jenfasizza l-importanza fundamentali tal-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-politiki bil-għan li tinkiseb il-fiduċja u l-kollaborazzjoni taċ-ċittadini u biex tissaħaħ il-koeżjoni soċjali; din il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini hija possibbli biss jekk il-bażijiet tad-deċiżjonijiet u l-miżuri tal-amministrazzjonijiet tal-bliet ikunu miftuħa u trasparenti;

23.

iqis li d-diversi sforzi tal-istituzzjonijiet Ewropej biex jappoġġjaw il-bliet permezz ta’ programmi u inizjattivi huma bżonnjużi peress li l-awtoritajiet lokali li m'għandhomx riżorsi finanzjarji adegwati tagħhom stess jiddependu minn dawn il-fondi;

24.

jinnota bi tħassib li, minkejja d-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni fil-Karta ta’ Leipzig u l-proċess politiku relatat, fis-snin li għaddew l-impenn tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika urbana naqas aktar milli żdied. Dan joħroġ fid-dieher fil-fatt li s'issa ma kienx possibbli li tingħata prijorità lil kwisjtonijiet ta’ politika urbana fl-oqsma ta’ politika rilevanti bħall-impjieg, l-ambjent, l-edukazzjoni, ix-xjenza u l-akkomodazzjoni. Din il-problema tidher ukoll fil-baġits imnaqqsa tal-programmi għall-politika urbana. Għaldaqstant, ir-riżorsi fil-livell tal-UE li jippermettu lill-bliet biex jindirizzaw dawn il-problemi differenti b'mod flessibbli għandhom ikunu disponibbli mill-iktar fis possibbli;

25.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-allokazzjoni finanzjarja tal-awtoritajiet lokali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tinsab f'sitwazzjoni katastrofika u li mhux ser titjieb, fid-dawl tal-prijoritajiet tal-baġits fl-Istati Membri, sakemm l-Istati Membri ma jbiddlux l-approċċ tagħhom f'dan ir-rigward;

26.

iqis li, fid-dawl tal-perikli soċjali, ekonomiċi u ekoloġiċi kbar, l-isforzi li saru sal-lum il-ġurnata mhumiex biżżejjed biex il-bliet Ewropej jitfasslu b'tali mod li jiġi żgurat il-ġejjieni tagħhom u li jkunu kompetittivi, sbieħ, intelliġenti, jagħmlu użu effiċjenti mill-enerġija u mir-riżorsi, ekoloġiċi, inklużivi, postijiet ta’ innovazzjoni soċjali, kapaċi jagħtu kontribut sħiħ għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni Ewropea u għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Talbiet politiċi

Ġenerali

27.

iqis li, fid-dawl tal-isfidi soċjali, hemm interess ġenerali f'kull livell ta’ responsabbiltà politika li l-bliet ikunu sodi, b'awtonomija demokratika u li jservu ta’ bażi għas-soċjetà Ewropea. Demokrazija b'saħħitha, effettiva u li tirreaġixxi malajr tista' tagħti kontribut deċiżiv għall-irkupru tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tad-demokrazija rappreżentattiva f'kull livell;

28.

itenni t-talba tiegħu għal approċċ għall-iżvilupp soċjali li jmur lil hinn mill-indikatur tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), li jikkunsidra t-tħassib u l-bżonnijiet taċ-ċittadini bis-serjetà u li jinvolvihom aktar fl-ippjanar ta’ programmi u interventi;

29.

jistenna li r-rappreżentanti eletti jkunu kunfidenti u kuraġġużi biex jassumu rwol ta’ tmexxija fil-livelli politiċi kollha sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi u s-solidarjetà. Huwa biss f'ambjent ta’ paċi u solidarjetà transkonfinali ġenwina li jista' jkun hemm tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Dan jinkludi kultura li tilqa' b'mod attiv lill-migranti, li twassal għall-promozzjoni ta’ kompetenzi interkulturali fl-amminstrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi. Jinkludi wkoll impenn ċar u ġenwin għall-protezzjoni tar-refuġjati u individwi oħra li minħabba l-oriġni, it-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali, l-appartenenza għal grupp soċjali partikolari jew il-konvinzjoni politika tagħhom jiġu persegwitati u diskriminati politikament;

30.

jenfasizza l-importanza ta’ strateġiji lokali integrati għal użu effiċjenti u koordinat tar-riżorsi u jappella għall-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tas-setturi politiki rilevanti kollha. Il-kooperazzjoni kostruttiva u naturali bejn il-livelli u d-dipartimenti politiċi kollha hija importanti biex turi liċ-ċittadini li l-istituzzjonijiet jittrattaw il-fiduċja li tingħata lilhom b'mod responsabbli u li huma sensittivi fir-rigward tal-bżonnijiet lokali;

31.

jitlob lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha biex jiżguraw mobbiltà b'saħħitha u sostenibbli fil-bliet u bejniethom. Għandu jissaħħaħ it-trasport pubbliku b'tali mod li jkun aċċessibbli għall-popolazzjoni kollha. Jitlob lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex ikomplu jiżviluppaw il-bliet skont il-mudell tal-belt Ewropea billi jiġu integrati l-użi differenti, id-densità u l-kwalità (urbana u arkitettonika);

32.

jirrakkomanda li jittieħdu impenji ġodda għat-tisħiħ tal-għarfien dwar l-aspetti tekniċi, soċjali, ekonomiċi u ekoloġiċi tal-iżvilupp urban. Dan għandu jinkludi b'mod espliċitu wkoll l-importanza ta’ żoni virtwali għall-ħajja u x-xogħol fil-bliet u r-reġjuni;

33.

jenfasizza l-importanza tal-ġemellaġġi bejn il-bliet, tan-netwerks tal-bliet Ewropej bħall-EUROCITIES, kif ukoll tal-proġetti għall-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-awtoritajiet lokali fil-qafas tal-URBACT, l-INTERREG u r-REKT, li huma intiżi biex itejbu l-għarfien u l-approċċi tal-politika tal-iżvilupp urban; jenfasizza l-bżonn li dan l-iskambju ta’ għarfien jagħti l-frott għat-tfassil tal-politiki, speċjalment fil-qasam tal-fondi strutturali, iżda wkoll fl-oqsma politiċi rilevanti bħas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, it-trasport u l-protezzjoni tal-ambjent;

Lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew

34.

jitlob li l-bliet u r-reġjuni jiġu involuti b'mod naturali fl-istrutturi ta’ diversi livelli tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma politiċi kollha fejn jittieħdu deċiżjonijiet fil-livell tal-UE li jolqtu l-kapaċitajiet tal-amministrazzjonijiet sottonazzjonali;

35.

iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jimpenjaw ruħhom b'mod ċar favur it-tisħiħ tal-bliet, liema impenn għandu jiġi tradott fil-prijoritajiet tal-baġit li jmiss tal-UE;

36.

jenfasizza t-talbiet tiegħu għal politika strutturali ta’ appoġġ li tkompli tagħti biżżejjed flessibbiltà lill-awtoritajiet lokali biex jimplimentaw approċċ integrat u b'diversi fondi li huwa immirat lejn il-prijoritajiet lokali, ibbażat fuq proġetti ta’ investiment u proġetti soċjali u li jqis il-bżonnijiet lokali. Sabiex l-awtoritajiet lokali ikunu jistgħu tabilħaqq jimplimentaw il-politika strutturali għandu jonqos l-infiq fuq l-amministrazzjoni u l-kontrolli;

37.

jenfasizza l-impotanza tal-politika ta’ koeżjoni bħala strument ċentrali għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappella biex fil-perjodu ta’ finanzjament li jmiss jingħata sinjal ċar li l-bliet għandhom jiġu appoġġjati permezz ta’ dimensjoni urbana aktar qawwija, flessibbiltà fl-użu tar-riżorsi u rwol ċentrali għall-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni. Fid-dawl tal-importanza ċentrali tal-bliet għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, dan l-appoġġ għandu jkun aktar mill-kwota minima ta’ 5 % li ġiet proposta sal-lum il-ġurnata;

38.

jenfasizza t-talbiet li għamel il-Kumitat tar-Reġjuni fl-opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-FEŻR, b'mod partikolari fir-rigward tal-possibbiltà li jsir użu flessibbli mir-riżorsi u mingħajr ma jkun hemm preferenzi jew diskriminazzjoni rigward tipi partikolari ta’ żoni, biex jiġi evitat li ż-żoni rurali u periurbani jiġu esklużi milli jibbenefikaw mill-FEŻR. It-tipi ta’ żoni li ser ikunu mmirati mir-riżorsi tal-FEŻR għandhom jiġu deċiżi fil-qafas tal-proċess ta’ programmazzjoni li jitwettaq fi sħubija u ma jistgħux jiġu stabbiliti minn qabel. Id-delegazzjoni tal-kompiti lill-bliet, fil-qafas tal-istrument “Investimenti Territorjali Integrati” kif definit fl-Artikolu 99 tar-Regolament Ġenerali għandha titqies bħala possibbiltà u m'għandhiex tkun obbligatorja;

39.

jilqa' l-iżvilupp ulterjuri tal-istrumenti ta’ finanzjament sostenibbli fil-politika strutturali li, apparti s-sussidji pubbliċi, jirrappreżentaw mekkaniżmi ta’ appoġġ kreattivi u stabbli;

40.

jitlob li jingħata rwol ikbar lill-bliet u r-reġjuni fl-iżvilupp ulterjuri tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, li tikkunsidra l-importanza ċentrali tal-livelli lokali għall-integrazzjoni;

Lill-Istati Membri

41.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-impenji tagħhom fil-qasam tal-politika urbana, kif ukoll biex f'dawn l-inizjattivi jinkludu oqsma ta’ politika oħra minbarra l-ġestjoni tat-territorju. L-iżvilupp urban sostenibbli jiddependi minn kundizzjonijiet qafas ta’ appoġġ, b'mod partikolari fil-politika tal-impjieg, dik soċjali, edukattiva u ambjentali;

42.

iħeġġeġ li jiġi intensifikat id-dibattitu dwar il-ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-bliet u flimkien magħhom. Il-kollaborazzjoni bejn il-bliet u ż-żoni metropolitani hija essenzjali għall-koeżjoni u l-iżvilupp ibbilanċjat.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Is-96 sessjoni plenarja fit-18 u d-19 ta’ Lulju 2012

13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/23


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Strumenti finanzjarji tal-UE għall-affarijiet interni”

2012/C 277/05

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa' l-inizjattiva li għandha l-għan li tikseb żona ġenwina ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja permezz ta’ proposti baġitarji li jirrikonoxxu l-importanza li l-baġit għall-immigrazzjoni, l-asil u s-sigurtà jingħata r-riżorsi neċessarji;

jafferma l-importanz a tal-bidliet proposti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom impatt dirett fuq l-obbligi tagħhom u fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni Ewropea;

jenfasizza l-importanza li tingħata risposta għat-tħassib dwar is-sigurtà, li ġej minn żieda fil-mobbiltà globali, fi ħdan il-kuntest tal-protezzjoni universali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

jilqa' l-fatt li l-flessibbiltà u l-ksib tar-riżultati jingħataw attenzjoni speċjali, waqt li jenfasizza li dan jeħtieġ ippjanar tajjeb kif ukoll parteċipazzjoni u involviment mill-partijiet interessati kollha. Għalhekk jenfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll partijiet interessati oħra, bħall-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati, is-soċjetà ċivili u l-benefiċjarji nfushom, jiġu involuti sa mill-fażi tal-ippjanar, peress li dawn ta’ spiss jimplimentaw il-programmi u l-proġetti;

jemmen li l-aċċess għall-finanzjament ittejjeb ħafna permezz tar-riformi proposti. Madankollu, iħeġġeġ li jkomplu jiġu żviluppati l-mekkaniżmi sabiex tinxtered l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. F'pajjiżi ikbar, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jintużaw sabiex jiġu organizzati konsultazzjonijiet reġjonali u lokali li jippermettu l-parteċipazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet u l-partijiet interessati li joperaw iktar 'il bogħod mill-bliet prinċipali.

Relatur

is-Sur AZZOPARDI (MT/PPE), Sindku tar-Rabat, Għawdex

Dokumenti ta’ referenza

 

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-bini ta’ Ewropa miftuħa u sigura: il-baġit tal-affarijiet interni għal bejn l-2014 u l-2020

COM(2011) 749 final

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża

COM (2011) 750 final

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

COM (2011)751 final

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi

COM (2011) 752 final

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi

COM (2011) 753 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Valutazzjoni ġenerali

1.

jilqa' l-inizjattiva li għandha l-għan li tikseb żona ġenwina ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja permezz ta’ proposti baġitarji li jirrikonoxxu l-importanza li l-baġit għall-immigrazzjoni, l-asil u s-sigurtà jingħata r-riżorsi neċessarji (1);

2.

jappoġġja s-semplifikazzjoni tal-istrumenti eżistenti, fejn ingħaqdu f'żewġ fondi;

3.

jafferma l-importanza tal-bidliet proposti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom impatt dirett fuq l-obbligi tagħhom u fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni Ewropea;

4.

jenfasizza l-importanza li tingħata risposta għat-tħassib dwar is-sigurtà, li ġej minn żieda fil-mobblità globali, fi ħdan il-kuntest tal-protezzjoni universali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

5.

jissottolinja li dan jista' jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta’ strumenti koerenti fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja abbażi tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, is-solidarjetà u r-responsabbiltà, waqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni (2);

6.

jemmen li hemm bżonn li jinħoloq bilanċ bejn il-partijiet tal-infiq relatati mas-sigurtà u l-fruntieri u l-infiq f'oqsma bħall-integrazzjoni tal-migranti u l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għal dawk li qegħdin ifittxu l-asil;

7.

jappoġġja l-ħolqien ta’ baġit ibbażat fuq il-ħtiġijiet li jgħinu jiġu żviluppati sinerġiji bejn l-istrumenti finanzjarji tal-UE, partikolarment bejn il-Fondi Strutturali u l-fondi fil-qasam tal-affarijiet interni. Il-baġit tal-Unjoni għandu jalloka biżżejjed riżorsi għall-qasam tal-affarijiet interni, kemm permezz tal-Fondi Strutturali kif ukoll permezz tal-istrumenti speċjalizzati fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

8.

jindika li bir-revoka tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI tintilef il-possibbiltà li l-istrumenti l-oħra tal-Unjoni u tal-Komunità jintużaw b'mod komplementari, u dan jillimita b'mod konsiderevoli l-flessibbiltà mixtieqa fl-użu tal-istrumenti finanzjarji u jhedded il-kontinwazzjoni mingħajr diffikultà tal-proġetti reġjonali transkonfinali fil-qasam tas-sigurtà interna, li s'issa kienu jiġu ffinanzjati permezz tal-appoġġ tal-Objettiv 3 bbażat fuq il-FEŻR. Għalhekk huwa favur li tinżamm il-komplementarjetà bejn l-istrumenti Komunitarji;

9.

jindika li hemm bżonn ċertu livell ta’ flessibbiltà fil-funzjonament tal-baġit u tal-istrumenti finanzjarji, li jippermetti li jkun hemm reviżjoni ġenwina f'nofs it-term skont il-prijoritajiet politiċi identifikati, filwaqt li jenfasizza li din il-flessibbiltà għandha tiġi żviluppata b'tali mod li teżisti flimkien mal-allokazzjoni ġusta tar-riżorsi;

10.

jilqa' politika dwar l-immigrazzjoni li tibda fil-pajjiżi tal-oriġini u li tqis l-eżiġenzi tas-suq tax-xogħol Ewropew kif ukoll il-bidla demografika, li twassal għal sistema li hija ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha, inklużi l-pajjiżi tal-oriġini li ta’ spiss jibbenefikaw minn pagamenti mill-UE (3);

11.

jenfasizza l-bżonn li jkun hemm kooperazzjoni b'saħħitha fil-livell tal-UE sabiex tinkiseb koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni kif ukoll sabiex tinkiseb Sistema Ewropea Komuni tal-Asil;

12.

jenfasizza l-bżonn li jkun hemm trasparenza fl-użu tal-baġit b'tali mod li l-proposti, il-proġetti u r-riżultati miksuba jkunu viżibbli, aċċessibbli faċilment u li jinftiehmu miċ-ċittadin ordinarju;

Dwar l-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-Fondi

13.

jilqa' l-fatt li l-flessibbiltà u l-ksib tar-riżultati jingħataw attenzjoni speċjali, waqt li jenfasizza li dan jeħtieġ ippjanar tajjeb kif ukoll parteċipazzjoni u involviment mill-partijiet interessati kollha. Għalhekk jenfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll partijiet interessati oħra, bħall-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati, is-soċjetà ċivili u l-benefiċjarji nfushom, jiġu involuti sa mill-fażi tal-ippjanar, peress li dawn ta’ spiss jimplimentaw il-programmi u l-proġetti;

14.

jenfasizza l-bżonn li jkun hemm monitoraġġ u evalwazzjoni indipendenti sabiex jiġi assigurat użu effiċjenti tal-fondi u ġestjoni b'saħħitha mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw. Dan jista' jkun ta’ inċentiv sabiex titjieb il-prestazzjoni istituzzjonali. Il-partijiet interessati kollha jridu jipparteċipaw fl-għażla tal-indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. Il-Kumitat jindika li ċerti indikaturi kwalitattivi jistgħu jkunu effiċjenti u effettivi mil-lat ta’ spejjeż. Il-Kumitat jappella wkoll li l-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament isaħħu s-sorveljanza tal-Fondi sabiex joħroġ l-element indipendenti tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

Aċċess għall-finanzjament

15.

jemmen li l-aċċess għall-finanzjament ittejjeb ħafna permezz tar-riformi proposti. Madankollu, iħeġġeġ li jkomplu jiġu żviluppati l-mekkaniżmi sabiex tinxtered l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. F'pajjiżi ikbar, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jintużaw sabiex jiġu organizzati konsultazzjonijiet reġjonali u lokali li jippermettu l-parteċipazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet u l-partijiet interessati li joperaw 'il bogħod mill-bliet prinċipali;

Allokazzjoni tar-riżorsi

16.

jindika li minkejja l-aspetti pożittivi tas-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà, ir-riformi proposti jwasslu wkoll għal inċertezza dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn is-setturi differenti u bejn il-kwistjonijiet tematiċi. Għalhekk jenfasizza l-importanza li l-fondi għandhom jiġu allokati abbażi tal-bżonnijiet permezz ta’ analiżi bir-reqqa tal-bżonnijiet fejn il-prijoritajiet jiġu allokati skont approċċ ibbażat fuq id-drittijiet. Dan jista' jinkiseb permezz ta’ mekkaniżmi u salvagwardji eżistenti sabiex tiġi żgurata prijoritizzazzjoni effiċjenti, inkluża l-parteċipazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra fit-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali;

17.

jenfasizza l-bżonn li l-fondi jiġu distribwiti b'mod ugwali skont il-kapaċità istituzzjonali u l-proposti tal-proġetti u mhux jingħataw biss lil ftit benefiċjarji;

18.

jemmen li, f'każ li ma jkunx hemm biżżejjed fondi għandha tingħata prijorità lill-fondi intiżi biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni, inklużi dawk li jindirizzaw l-istandards bażiċi ta’ għajxien, il-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru u d-dritt għall-asil, flimkien mar-riżorsi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġġestixxu l-flussi migratorji;

Parteċipazzjoni obbligatorja tal-partijiet interessati

19.

jenfasizza l-importanza ta’ approċċ parteċipattiv sabiex jinkisbu riżultati effettivi, u jappoġġja l-proposta li tobbliga lill-Istati Membri jorganizzaw sħubijiet mal-awtoritajiet pubbliċi kollha kkonċernati u mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi s-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi nazzjonali;

20.

iħeġġeġ għalhekk li l-isħubija tal-partijiet interessati tissaħħaħ u ssir obbligatorja. Jindika li attwalment, il-prinċipju fil-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali (4) jista' ma jwassalx għal parteċipazzjoni b'mod li jkun vinkolanti b'mod suffiċjenti. Filwaqt li l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni huma vinkolanti, f'oqsma oħra hemm ħafna diskrezzjoni dwar jekk sħubija sinifikanti hux ser tiġi implimentata jew le;

21.

jissuġġerixxi li jista' ma jkunx adegwat li tinħatar awtorità responsabbli waħda għall-azzjonijiet kollha appoġġjati mill-fondi, minkejja li din tista' twassal għal semplifikazzjoni. Sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod imparzjali għandu jkun hemm it-trasparenza, il-kontrolli u l-bilanċi. Huwa mħasseb li jista' jkun hemm kwistjonijiet legali li ma jippermettux lil awtorità delegata li taħdem taħt is-superviżjoni tal-awtorità responsabbli nazzjonali. Għalhekk jissuġġerixxi li r-regolamenti għandhom ikunu biżżejjed flessibbli sabiex jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali kollha fl-UE u m'għandhomx jisfurzaw lill-Istati Membri jbiddlu l-istrutturi kostituzzjonali tagħhom jekk l-għan jista' jinkiseb ukoll b'approċċ ta’ sħubija;

Sistema Ewropea Komuni tal-Asil

22.

jilqa' l-progress li sar sabiex titwaqqaf “Sistema Ewropea Komuni tal-Asil” filwaqt li jenfasizza li l-għan tagħha għandu jkun li tikseb l-istandards tal-pajjiżi b'sistemi u strutturi aħjar u mhux twassal għal tnaqqis ġenerali fil-kwalità bħal dawk li għandhom sistemi inqas b'saħħithom;

23.

jixtieq li jkun hemm aktar ċarezza dwar jekk l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn tal-Asil hux ser juża biss fondi allokati direttament lilu jew ser ikun jista' jaċċessa l-Fondi tal-Affarijiet Interni;

Akkoljenza u integrazzjoni tal-persuni bi protezzjoni internazzjonali u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi

24.

jinnota b'sodisfazzjon li ġiet rikonoxxuta l-importanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-sistemi ta’ akkoljenza u asil kif ukoll fl-integrazzjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u l-migranti legali;

25.

ifaħħar l-idea li jkun hemm enfasi fuq l-aktar persuni vulnerabbli, inklużi l-vittmi tat-traffikar;

26.

jenfasizza li l-integrazzjoni għandha tiffoka fuq azzjonijiet sostenibbli fit-tul, waqt li jiġi mfakkar li l-integrazzjoni hija proċess reċiproku fejn l-azzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati lejn il-komunitajiet ospitanti u dawk tal-migranti;

27.

jissuġġerixxi li l-Fondi għall-Affarijiet Interni għandhom jappoġġjaw ukoll l-azzjonijiet rakkomandati mill-Kummissjoni Ewropea, waqt li jirrikonoxxi l-approċċ ta’ governanza f'diversi livelli fit-Tieni Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni (5);

28.

jindika li l-prattiċi amministrattivi ta’ detenzjoni fl-UE kollha ġew analizzati bir-reqqa mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u mill-awtoritajiet tad-drittijiet tal-bniedem u jenfasizza li l-finanzjament tal-proġetti marbuta mad-detenzjoni tal-persuni għandu jassigura li detenzjoni bħal din hija konformi mal-liġi tal-UE u mad-deċiżjonijiet tal-KEDB;

29.

jenfasizza li l-membri tal-familja li jibbenefikaw mill-protezzjoni internazzjonali fi Stati Membri differenti għandhom jitħallew jgħixu flimkien u jgawdu minn protezzjoni fl-istess Stat Membru;

Kondiviżjoni tar-responsabbiltà u rilokazzjoni fl-UE

30.

jenfasizza li r-reġjuni fil-fruntieri tal-Ewropa għandhom jirċievu aktar appoġġ adegwat fir-rigward tal-asil u l-migrazzjoni, speċjalment fi żminijiet ta’ diffikultà partikolari; (6)

31.

jenfasizza li l-kriterji u l-mekkaniżmi għar-rilokazzjoni m'għandhomx ikunu ta’ natura diskriminatorja u għandhom jiffukaw fuq l-aktar persuni vulnerabbli, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tas-suq tax-xogħol tal-UE, partikolarment għall-persuni li attwalment jgħixu f'żoni fejn l-aċċess għas-suq tax-xogħol huwa limitat. M'għandhomx jiffukaw fuq li jagħtu prijorità lill-persuni li għandhom ħafna ħiliet u li diġà jinsabu integrati fis-soċjetà ospitanti;

32.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu f'pożizzjoni tajba sabiex jinvolvu ruħhom fit-twaqqif ta’ mekkaniżmi bħal dawn (7);

33.

huwa tal-fehma li s-solidarjetà sabiex jiġu appoġġjati l-pajjiżi li għandhom piżijiet għandha tkun kondizzjonali fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u fuq ir-rispett għall-istandards ta’ akkoljenza tal-UE, u dan għandu jipprovdi inċentivi għat-titjib tagħhom;

Programm tal-UE għas-sistemazzjoni mill-ġdid

34.

jilqa' t-twaqqif ta’ programm tal-UE dwar is-sistemazzjoni mill-ġdid u jħeġġeġ il-ħolqien ta’ qafas ċar żviluppat minn sħubija bejn il-KEDB, l-UNHCR u l-NGOs, waqt li jitqiesu l-aħjar prattiki f'partijiet oħra tad-dinja. L-UE għandha tkun ta’ eżempju, billi tfittex li tidentifika u tipprovdi protezzjoni lil dawk li l-aktar li jintesew mill-komunità internazzjonali;

35.

jenfasizza l-bżonn li jkun hemm inċentivi u informazzjoni dwar il-benefiċċji sabiex jiżdied in-numru ta’ postijiet imwiegħda mill-Istati Membri għas-sistemazzjoni mill-ġdid;

36.

jenfasizza l-bżonn li tinżamm distinzjoni ċara bejn sistemazzjoni mill-ġdid minn pajjiżi terzi u rilokazzjoni fi ħdan l-UE, kif ukoll in-numru ta’ persuni allokati għal dawn iż-żewġ programmi;

Ritorn volontarju assistit

37.

jerġa' jafferma li l-programmi għandhom, bħala prinċipju, jiġu operati fuq bażi purament volontarja u b'konformità mal-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li twassal għall-integrazzjoni soċjali fit-tul tal-persuni kkonċernati (8). Ir-ritorn għandu jkun vijabbli u jassigura li ma jitnieda l-ebda proġett ġdid dwar il-migrazzjoni (9). Dan jista' jinkiseb permezz ta’ sħubijiet ma’ organizzazzjoni internazzjonali speċjalizzata bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni;

38.

jindika li s-suċċess tal-istrateġiji għar-ritorn ma jistax jitkejjel sempliċiment abbażi tan-numru ta’ persuni rritornati, peress li dan huwa indikatur purament kwantitattiv. L-indikatur jista' jintgħażel bħala n-numru ta’ persuni rritornati f'rabta man-numru ta’ każijiet, waqt li jitqiesu l-fatturi ta’ kwalità fuq perjodu fit-tul;

Strateġija tas-Sigurtà Interna

39.

jenfasizza l-involviment indispensabbli tiegħu fil-proċess għat-titjib tas-sigurtà interna tal-Ewropa flimkien mal-bżonn li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

40.

jenfasizza li l-finanzjament għall-Fond għas-Sigurtà Interna għandu jqis il-bżonn li jkun hemm investiment f'aktar riċerka, titwettaq l-innovazzjoni u jiġi skambjat l-għarfien fl-oqsma bħaċ-ċibersigurtà, il-forensika, il-protezzjoni tal-infrastruttura kruċjali u s-sigurtà urbana u li l-Kummissjoni Ewropea tippromovi dan b'konformità mal-bżonn dejjem jikber li jiġu indirizzati problemi dejjem aktar speċifiċi u kumplessi;

41.

jerġa' jafferma l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-kooperazzjoni tal-pulizija u tas-sigurtà, liema involviment jista' jitwettaq permezz ta’ taħriġ, skambju tal-aħjar prattika u programmi ta’ prevenzjoni kif ukoll permezz tal-iżvilupp ta’ għodod u sistemi tal-IT komuni u komunikazzjoni aħjar;

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata

42.

jirrakkomanda li jissaħħu n-netwerks attwali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u li dawn jintużaw f'kull Stat Membri, jew jekk ikun hemm bżonn jitwaqqfu oħrajn ġodda, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prattika t-tajba b'rabta mal-integrazzjoni soċjali, it-tagħlim professjonali u l-fehim tal-estremiżmu vjolenti li jinbet fid-distretti u nħawi lokali. Dan jista' jappoġġja l-ħidma li ssir permezz tan-netwerks Ewropej kontra r-radikalizzazzjoni li nħolqu reċentement;

43.

jissuġġerixxi li l-finanzjament relatat mal-Fond għas-Sigurtà Interna jinkludi l-konsultazzjoni pubblika fil-livell lokali fl-Istati Membri u li jilħaq lil dawk li ma jħossuhomx parti mis-soċjetà. Dan jista' jgħin sabiex ikun hemm fehim tad-diversi aspetti tal-esperjenzi u l-kunċetti lokali dwar it-terroriżmu u l-motivazzjonijiet li jwasslu għall-estremiżmu;

44.

jenfasizza l-bżonn li l-prattiki tal-banek u n-negozji jiġu analizzati b'aktar reqqa sabiex jiġu identifikati u indirizzati l-finanzi tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata permezz tal-ħasil tal-flus u l-akkoppjar tal-attivitajiet kriminali man-negozji b'għan leġittimu;

45.

ifakkar ukoll fl-importanza li jiġu kkonfiskati l-assi kriminali, li bla dubju huwa mezz importanti għall-ġlieda ta’ kwalunkwe reat ta’ natura trasversali u għalhekk jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet leġislazzjoni sabiex jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE dwar il-konfiska (10);

46.

jindika li filwaqt li s-sħubijiet pubbliċi-privati jista' jkollhom impatti pożittivi, għandha tiġi evitata l-privatizzazzjoni tas-sigurtà;

Kontroll tal-fruntieri u salvataġġ

47.

jenfasizza l-bżonn li l-kontroll tal-fruntieri jiġi ffinanzjat b'mod adegwat (11). Fl-istess ħin jikkunsidra li, fid-dawl tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, hemm dubji dwar kemm l-investiment għoli fil-kontroll tal-fruntieri huwa l-aktar mod effettiv u effiċjenti li jwassal għal tibdil sinifikanti fit-tul;

48.

jenfasizza l-bżonn għal monitoraġġ indipendenti tal-azzjonijiet fil-fruntieri minn organizzazzjoni bħall-UNHCR sabiex jiġi assigurat li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi, qegħdin jiġu rispettati;

49.

jenfasizza li l-ħajja tal-bniedem għandha titqies qabel kull kwistjoni oħra u jappella għal aktar kooperazzjoni fost l-Istati Membri u kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-persuni salvati sabiex jiġu pprovduti inċentivi għas-salvataġġ. Iħoss li kondiviżjoni awtomatika tar-responsabbiltà tista' tgħin biex jiġu salvati aktar ħajjiet fuq il-baħar;

Reazzjoni għall-emerġenzi

50.

jilqa' t-tibdil li għandu l-għan li jżid il-veloċità li biha jkun hemm reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

51.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha fl-ippjanar u l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet transkonfinali li jinvolvu l-parteċipazzjoni attiva tar-reġjuni fil-fruntieri. Dan għandu jippermetti li r-reġjuni jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fil-protezzjoni ċivili u jipprovdu bażi operattiva soda li fuqha jistgħu jibnu forza Ewropea tar-reazzjoni għall-emerġenza;

52.

jappella lill-Kummissjoni tieħu rwol ta’ ġestjoni diretta aħjar fis-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex jinżamm livell ta’ superviżjoni u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni transkonfinali;

53.

iħeġġeġ lill-Istati Membri jwaqqfu timijiet multidixxiplinari għar-reazzjoni rapida f'każijiet ta’ emerġenza meta s-sitwazzjoni ta’ emerġenza jkollha elementi bħal flussi mħallta ta’ migrazzjoni fejn huwa essenzjali l-għarfien fil-liġi tal-asil u d-drittijiet tal-bniedem;

54.

jindika li xi emerġenzi jistgħu jkunu sitwazzjonijiet fuq perjodu fit-tul u li l-fondi għall-emerġenzi jrid ikun disponibbli sakemm iddum l-emerġenza;

Aspetti esterni tal-ġestjoni tal-migrazzjoni

55.

jilqa' approċċ aktar koerenti għall-aspetti interni u esterni tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà interna, waqt li jindika li hemm bżonn tal-kooperazzjoni u d-djalogu mal-pajjiżi terzi sabiex tiġi indirizzata l-immigrazzjoni irregolari u tingħata attenzjoni speċjali lill-migrazzjoni legali;

56.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma l-eqreb jew li għandhom l-iktar rabtiet b'saħħithom mal-pajjiżi terzi jistgħu jipprovdu r-rabtiet importanti għall-kooperazzjoni tal-UE ma’ dawn il-pajjiżi, u b'hekk jagħtu kontribut sostanzjali għat-titjib tar-relazzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta’ għajxien fil-bliet u r-reġjuni tal-oriġini u tat-tranżitu (12). Permezz tal-kooperazzjoni tiegħu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi wara t-tkabbir u dawk ġirien (pereżempju permezz tal-Gruppi ta’ Ħidma u l-Kumitati Konsultattivi Konġunti, il-CORLEAP u l-ARLEM), il-KtR jinsab fl-aħjar post sabiex jippromovi l-objettivi tal-fondi lil hinn mill-fruntieri tal-UE;

57.

ma jarax linja ċara bejn l-attivitajiet ta’ żvilupp u dawk mhux relatati mal-iżvilupp fir-rigward tal-pajjiżi terzi u jappella għall-koerenza u l-koordinazzjoni bejn il-proġetti għall-għajnuna u l-iżvilupp li huma ffinanzjati u l-proġetti għall-affarijiet interni, immexxija permezz ta’ spirtu ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tar-responsabbiltà mal-pajjiżi terzi;

58.

jappella għal salvagwardji sabiex l-Istati Membri jiġu ostakolati milli jsegwu l-interessi nazzjonali proprji tagħhom permezz tal-aspett estern tal-Fondi tal-Affarijiet Interni kif ukoll mekkaniżmi li jassiguraw it-trasparenza fil-kooperazzjoni bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

COM(2011)750 final

Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża

Emenda 1

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 2(b) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

l-appoġġ ta’ ġestjoni għall-fruntieri, biex jiġi żgurat, minn naħa waħda, livell għoli ta’ protezzjoni tal-fruntieri esterni u, min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel tal-fruntieri esterni skont l-acquis ta’ Schengen

(b)

l-appoġġ ta’ ġestjoni għall-fruntieri, biex jiġi żgurat, minn naħa waħda, livell għoli ta’ protezzjoni tal-fruntieri esterni u, min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel tal-fruntieri esterni skont l-acquis ta’ Schengen

Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, l-iżvilupp ta’ tagħmir għall-kontrol tal-fruntieri u l-qbid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi irregolari fil-fruntieri esterni fil-korrispondenza mar-riskju tat-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna.

Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, l-iżvilupp ta’ tagħmir għall-kontrol tal-fruntieril-qbid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi irregolari fil-fruntieri esterni fil-korrispondenza mar-riskju tat-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna.

Raġuni

Ara l-punt 5. Dawk li jittrattaw flussi mħallta tal-migrazzjoni jeħtieġu livell ta’ għarfien tad-dritt għall-asil sabiex dan id-dritt jiġi sodisfatt.

Emenda 2

Artikolu 3

Żid paragrafu 2(c) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 48.

Emenda 3

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 3(f) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(f)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li joperaw f'pajjiżi terzi fir-rigward tal-flussi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f'dan ir-rigward.

(f)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li joperaw f'pajjiżi terzi fir-rigward tal-flussi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f'dan ir-rigward.

Raġuni

Ara l-punt 55.

Emenda 4

Artikolu 3

Żid paragrafu 3(g) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 47.

Emenda 5

Artikolu 4

Żid paragrafu 1(f) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 48.

Emenda 6

Artikolu 4

Żid paragrafu 1(g) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punti 47 u 48.

Emenda 7

Artikolu 4

Żid paragrafu 1(h) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 5.

Emenda 8

Artikolu 9

Ibdel it-test tal-paragrafu 2(b) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

l-appoġġ u l-espansjoni tal-kapaċità eżistenti fil-livell nazzjonali fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, filwaqt li jitqiesu inter alia teknoloġija ġdida, żviluppi u/jew standards fir-rigward tal-ġestjoni tal-flussi migratorji;

(b)

l-appoġġ u l-espansjoni tal-kapaċità eżistenti fil-livell nazzjonali fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, filwaqt li jitqiesu inter alia teknoloġija ġdida, żviluppi u/jew standards fir-rigward tal-ġestjoni tal-flussi migratorji;

Raġuni

Ara l-punt 5.

Emenda 9

Artikolu 13

Ibdel it-test tal-paragrafu 2(g) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(g)

iqawwu l-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromwovu, jappoġġjaw u jiżviluppaw aktar il-politiki u l-objettivi tal-Unjoni;

(g)

iqawwu l-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromwovu, jappoġġjaw u jiżviluppaw aktar il-politiki u l-objettivi tal-Unjoni;

Raġuni

Ara l-punti 3 u 55.

COM(2011) 751 final

Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

Emenda 1

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 2(c) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

sabiex jissaħħu strateġiji ta’ ritorn ġusti u effettivi l-kapaċitajiet tal-Istati Membri b'enfasi fuq is-sostenibbiltà ta’ ritorn u riammissjoni effettiva fil-pajjiżi tal-oriġini;

(c)

sabiex jissaħħu strateġiji ta’ ritorn ġusti u effettivi l-kapaċitajiet tal-Istati Membri b'enfasi fuq is-sostenibbiltà ta’ ritorn u riammissjoni effettiva fil-pajjiżi tal-oriġini;

Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha tiġi mkejjla permezz ta’ indikaturi, fost oħrajn, in-numru ta’ persuni rritornati.

Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha tiġi mkejjla permezz ta’ indikaturi, fost oħrajn, in-numru ta’ persuni rritornati.

Raġuni

Ara l-punt 37.

Emenda 2

Artikolu 5

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(e) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(e)

informazzjoni għall-komunitajiet lokali kif ukoll taħriġ għall-persunal ta’ awtoritajiet lokali, li jkunu qed jitħalltu ma’ dawk li jintlaqgħu;

(e)

informazzjoni għall-komunitajiet lokali kif ukoll taħriġ għall-persunal ta’ awtoritajiet lokali, li jkunu qed jitħalltu ma’ dawk li jintlaqgħu;

Raġuni

Il-persunal tas-soċjetà ċivili ta’ spiss jimplimenta l-proġetti ta’ integrazzjoni.

Emenda 3

Artikolu 5

Żid paragrafu 1(g) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 28.

Emenda 4

Artikolu 6

Ibdel it-test tal-paragrafu (b) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

azzjonijiet li jikkontribwixxi direttament għall-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-ażil, bħall-valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira, l-iżvilupp ta’ indikaturi u benchmarking.

(b)

azzjonijiet li jikkontribwixxi direttament għall-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-ażil, bħall-valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira, l-iżvilupp ta’ indikaturi u benchmarking.

Raġuni

Ara l-punt 13.

Emenda 5

Artikolu 7

Żid paragrafu (h) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 30.

Emenda 6

Artikolu 8

Ibdel it-test tal-paragrafu (a) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

kampanji b'pakketti ta’ informazzjoni u ta’ żieda fl-għarfien, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni faċli għall-utent u t-teknoloġija tal-informatika u websajts;

(a)

kampanji b'pakketti ta’ informazzjoni ta’ żieda fl-għarfien, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni faċli għall-utent u t-teknoloġija tal-informatika u websajts;

Raġuni

Ara l-punt 25.

Emenda 7

Artikolu 9

Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-azzjonijiet eliġibbli għandhom isiru fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, implimentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet lokali u/jew reġjonali u ddisinjati speċifikament għall-integrazzjoni, fil-livell lokali u/jew reġjonali, kif xieraq, tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 4(1). F'dan il-kuntest, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom partikolarment jinkludu dan li ġej:

1.   Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-azzjonijiet eliġibbli għandhom isiru fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, implimentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet lokali u/jew reġjonali u ddisinjati speċifikament għall-integrazzjoni, fil-livell lokali u/jew reġjonali, kif xieraq, tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 4(1). F'dan il-kuntest, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom partikolarment jinkludu dan li ġej:

Raġuni

Ara l-punt 25.

Emenda 8

Artikolu 9

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(a) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

it-twaqqif u l-iżvilupp tat-tali strateġiji ta’ integrazzjoni, inkluż l-analiżi tal-bżonnijiet, it-titjib tal-indikaturi u l-evalwazzjoni;

(a)

it-twaqqif u l-iżvilupp tat-tali strateġiji ta’ integrazzjoni, inkluż l-analiżi tal-bżonnijiet, it-titjib tal-indikaturi u l-evalwazzjoni;

Raġuni

Ara l-punti 18 u 23.

Emenda 9

Artikolu 9

Żid paragrafu 1(i) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 26.

Emenda 10

Artikolu 9

Żid paragrafu 1(j) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 26.

Emenda 11

Artikolu 10

Żid paragrafu (f) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punti 46 u 54.

Emenda 12

Artikolu 11

Ibdel it-test tal-paragrafu (a) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

l-istabbiliment u t-titjib ta’ infrastruttura ta’ akkomodazzjoni jew servizzi u kundizzjonijiet ta’ akkoljenza jew detenzjoni;

(a)

l-istabbiliment u t-titjib ta’ infrastruttura ta’ akkomodazzjoni jew servizzi u kundizzjonijiet ta’ akkoljenza jew detenzjoni;

Raġuni

Ara l-punt 27.

Emenda 13

Artikolu 12

Ibdel it-test tal-paragrafu (b) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

miżuri ta’ ritorn volontarji u assistiti, inklużi eżamijiet mediċi u assistenza, arranġamenti għall-ivvjaġġar, kontribuzzjonijiet finanzjarji, konsulenza u assistenza ta’ qabel u wara r-ritorn;

(b)

miżuri ta’ ritorn volontarji u assistiti, inklużi eżamijiet mediċi u assistenza, arranġamenti għall-ivvjaġġar, kontribuzzjonijiet finanzjarji, konsulenza u assistenza ta’ qabel u wara r-ritorn;

Raġuni

Ara l-punti 36 u 37.

Emenda 14

Artikolu 13

Ibdel it-test tal-paragrafu (a) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

azzjonijiet li jippromwovu u jsaħħu l-kooperazzjoni operattiva bejn is-servizzi ta’ ritorn tal-Istati Membri, inkluż fir-rigward ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet konsulari u servizzi ta’ immigrazzjoni ta’ pajjiżi terzi;

(a)

azzjonijiet li jippromwovu u jsaħħu l-kooperazzjoni operattiva bejn is-servizzi ta’ ritorn tal-Istati Membri, inkluż fir-rigward ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet konsulari u servizzi ta’ immigrazzjoni ta’ pajjiżi terzi;

Raġuni

Ara l-punt 36.

Emenda 15

Artikolu 17

Ibdel it-test tal-paragrafu 4 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Il-gruppi vulnerabbli ta’ refuġjati li ġejjin għandhom f'kwalunkwe każ ikunu inklużi fil-prijoritajiet komuni ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni u jikkwalifikaw għas-somma sħiħa provduta skont il-paragrafu 2:

in-nisa u t-tfal f'riskju,

minorenni mhux akkumpanjati,

persuni bi ħtiġijiet mediċi li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ risistemazzjoni,

persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni ta’ urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika.

4.   Il-gruppi vulnerabbli ta’ refuġjati li ġejjin għandhom f'kwalunkwe każ ikunu inklużi fil-prijoritajiet komuni ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni u jikkwalifikaw għas-somma sħiħa provduta skont il-paragrafu 2:

in-nisa u t-tfal f'riskju,

minorenni mhux akkumpanjati,

persuni bi ħtiġijiet mediċi li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ risistemazzjoni,

persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni ta’ urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika.

Raġuni

Ara l-punt 33. Li l-persuni bi bżonnijiet psikoloġiċi jingħataw prijorità hija prattika tajba użata mill-UNHCR u oħrajn.

Emenda 16

Artikolu 18

Żid paragrafu 5 ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   

Raġuni

Ara l-punt 32.

Emenda 17

Artikolu 18

Żid paragrafu 6 ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   

Raġuni

Ara l-punt 30.

Emenda 18

Artikolu 19

Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex talloka l-ammont indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1), sal-31 ta’ Mejju 2017 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-flussi migratorji fil-perjodu 2014 sa 2016 u l-iżviluppi mistennija.

1.   Sabiex talloka l-ammont indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1), sal-31 ta’ Mejju 2017 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-flussi migratorji fil-perjodu 2014 sa 2016 u l-iżviluppi mistennija.

Raġuni

Is-sitwazzjonijiet fil-qasam tal-migrazzjoni jistgħu jinbidlu mil-lejl għan-nhar u s-sistema għandha tkun flessibbli biżżejjed biex tlaħħaq ma’ dawn il-bidliet.

Emenda 19

Artikolu 22

Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza.

1.   Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Raġuni

Ara l-punt 53.

Emenda 20

Artikolu 23

Ibdel it-test tal-paragrafu 2(a) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

li jservi bħala kunsill konsultattiv tal-Unjoni għall-migrazzjoni u l-ażil permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni f'livell kemm nazzjonali u tal-Unjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, id-dinja akkademika, is-soċjetà ċivili, gruppi ta’ riflessjoni u entitajiet tal-Unjoni/internazzjonali oħra;

(a)

li jservi bħala kunsill konsultattiv tal-Unjoni għall-migrazzjoni u l-ażil permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni f'livell kemm nazzjonali u tal-Unjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, id-dinja akkademika, is-soċjetà ċivili, gruppi ta’ riflessjoni u entitajiet tal-Unjoni/internazzjonali oħra;

Raġuni

Ara l-punt 15.

Emenda 21

Artikolu 23

Ibdel it-test tal-paragrafu 5(c) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali deżinjati mill-Istati Membri, kull wieħed jikkonsisti minn tal-inqas tliet esperti li kollettivament ikollhom kompetenza fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni, li jkopru l-aspetti ta’ tfassil tal-politika liġi, riċerka u statistika, u li għandhom jikkoordinaw u jipprovdu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 19(1) sabiex ikollhom kontributi mill-partijiet interessati kollha rilevanti;

(c)

Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali deżinjati mill-Istati Membri, kull wieħed jikkonsisti minn tal-inqas tliet esperti li kollettivament ikollhom kompetenza fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni, li jkopru l-aspetti ta’ tfassil tal-politika liġi, riċerka u statistika, u li għandhom jikkoordinaw u jipprovdu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 19(1) sabiex ikollhom kontributi mill-partijiet interessati kollha rilevanti;

Raġuni

Ara l-punt 13. Dan għandu jgħin iżid it-trasparenza tal-mekkaniżmi.

COM(2011)752 final

Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi

Emenda 1

Artikolu 4

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-azzjonijiet iffinanzjati mir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

L-azzjonijiet iffinanzjati mir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Raġuni

Il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hija parti mill-UE iżda xi kultant ir-riżultati ta’ dawn id-deċiżjonijiet ma jitqiegħdux fil-prattika mill-Istati Membri. Ikun ta’ għajnuna li tiġi enfasizzata l-importanza tagħhom.

Emenda 2

Artikolu 8

Żid paragrafu 5 ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   

Raġuni

Ara l-punt 53.

Emenda 3

Artikolu 12

Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Kull Stat Membru għandu jorganizza, skont ir-regoli u prattiċi nazzjonali attwali, sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

1.   Kull Stat Membru għandu jorganizza, skont ir-regoli u prattiċi nazzjonali attwali, sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

Dawn l-awtoritajiet u l-korpi għandhom jinkludu l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, u, fejn xieraq, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrapreżentaw is-soċjetà ċivili, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi jew imsieħba soċjali.

Dawn l-awtoritajiet u l-korpi għandhom jinkludu l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, u, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrapreżentaw is-soċjetà ċivili , bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi jew imsieħba soċjali.

Raġuni

Il-kelma “rilevanti” flok “fejn xieraq” tneħħi l-element ta’ diskrezzjoni li jista' jwassal għal nuqqas ta’ ċarezza. Il-kontribut mill-gruppi mmirati huwa l-bażi tal-ipprogrammar tal-UE.

Emenda 4

Artikolu 12

Żid it-test tal-paragrafu 4 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Kull Stat Membru għandu jwaqqaf kumitat ta’ monitoraġġ li jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali.

4.   Kull Stat Membru għandu jwaqqaf kumitat ta’ monitoraġġ li jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali.

Raġuni

Ara l-punt 13. Dan jista' jwassal għal aktar trasparenza u jiġu evitati kunflitti possibbli ta’ interess.

Emenda 5

Artikolu 12

Ibdel it-test tal-paragrafu 5 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.   Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f'kapaċità ta’ pariri.

5.   Il-Kummissjoni tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f'kapaċità ta’ pariri.

Raġuni

Il-parteċipazzjoni mill-Kummissjoni hija importanti ħafna u m'għandhiex tkun fakultattiva.

Emenda 6

Artikolu 14

Żid paragrafu 5(g) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punti 18 u 19.

Emenda 7

Artikolu 20

Żid it-test tal-paragrafu 2(c) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

nefqa marbuta ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(c)

nefqa marbuta ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

Raġuni

Ara l-punti 18 u 19. Il-partijiet interessati rilevanti jinsabu f'pożizzjoni tajba sabiex jiġġudikaw il-prestazzjoni ta’ proġett.

Emenda 8

Artikolu 23

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(b) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

Awtorità Responsabbli akkreditata: korp fis-settur pubbliku tal-Istat Membru, li għandu jkun waħdu responsabbli għall-ġestjoni xierqa u l-kontroll tal-programm nazzjonali u li għandu jiġġestixxi l-komunikazzjoni kollha mal-Kummissjoni;

(b)

Awtorità Responsabbli akkreditata: korp fis-settur pubbliku tal-Istat Membru, li għandu jkun waħdu responsabbli għall-ġestjoni xierqa u l-kontroll tal-programm nazzjonali u li għandu jiġġestixxi l-komunikazzjoni kollha mal-Kummissjoni;

Raġuni

Ara l-punti 18 u 19.

Emenda 9

Artikolu 25

Żid paragrafu 5(d) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punti 18 u 19. Il-partijiet interessati rilevanti jinsabu f'pożizzjoni tajba sabiex jiġġudikaw il-prestazzjoni ta’ proġett.

Emenda 10

Artikolu 48

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(b) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programmi nazzjonali;

(b)

jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programmi nazzjonali;

Raġuni

Ara l-punt 14.

Emenda 11

Artikolu 50

Żid paragrafu 7 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   

Raġuni

Ara l-punti 18 u 19.

Emenda 12

Artikolu 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri li jipproduċu u jiġbru d-dejta meħtieġa għal evalwazzjonijiet, inkluża dejta marbuta ma’ indikaturi komuni u speċifiċi għal programmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri li jipproduċu u jiġbru d-dejta meħtieġa għal evalwazzjonijiet, inkluża dejta marbuta ma’ indikaturi komuni u speċifiċi għal programmi.

Raġuni

Ara l-punt 13.

Emenda 13

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat komuni “Asil, Migrazzjoni u Sigurtà” stabbilit b'dan ir-Regolament. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsir tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat komuni “Asil, Migrazzjoni u Sigurtà” stabbilit b'dan ir-Regolament. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsir tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Raġuni

Ara l-punti 18 u 19.

COM(2011)753 final

Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tar-riskji

Emenda 1

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 2(a) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi rilevanti.

(a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi rilevanti.

Raġuni

Ara l-punti 41 u 55.

Emenda 2

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 3(a) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

miżuri (metodoloġiji, għodod, strutturi) li jsaħħu l-kapaċità tal-Istati Membri biex jevitaw u jiġġieldu l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata li tinkludi t-terroriżmu, b'mod partikolari permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati, l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi, aċċess għad-dejta, teknoloġiji interoperabbli, statistika komparabbli, kriminoloġija applikata, komunikazzjoni pubblika u żieda ta’ għarfien.

(a)

miżuri (metodoloġiji, għodod, strutturi) li jsaħħu l-kapaċità tal-Istati Membri biex jevitaw u jiġġieldu l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata li tinkludi t-terroriżmu, b'mod partikolari permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati, l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi, aċċess għad-dejta, teknoloġiji interoperabbli, statistika komparabbli, kriminoloġija applikata, komunikazzjoni pubblika u żieda ta’ għarfien.

Raġuni

Ara l-punti 38, 39, 40, 41, 43 u 44.

Emenda 3

Artikolu 4

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(a) kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

attivitajiet li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inklużi skwadri ta’ investigazzjoni konġunta u kwalunkwe forma oħra ta’ operazzjoni transkonfinali konġunta, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha u teknoloġiji interoperabbli;

(a)

attivitajiet li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inklużi skwadri ta’ investigazzjoni konġunta u kwalunkwe forma oħra ta’ operazzjoni transkonfinali konġunta, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha u teknoloġiji interoperabbli;

Raġuni

Ara l-punti 38 u 40.

Emenda 4

Artikolu 4

Żid paragrafu 1(h) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 42.

Emenda 5

Artikolu 4

Żid paragrafu 1(i) ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 41.

Emenda 6

Artikolu 6

Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-programm nazzjonali li għandu jiġi preparat taħt l-Istrument u dak li għandu jiġi preparat taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond ta’ Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża għandu jitfassal konġuntament mill-Istati Membri u propost lill-Kummissjoni bħala programm nazzjonali uniku għall-Fond, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Orizzontali].

1.   Il-programm nazzjonali li għandu jiġi preparat taħt l-Istrument u dak li għandu jiġi preparat taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond ta’ Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża għandu jitfassal konġuntament mill-Istati Membri u propost lill-Kummissjoni bħala programm nazzjonali uniku għall-Fond, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Orizzontali].

Raġuni

Ara l-punti 18 u 19.

Emenda 7

Artikolu 14(a)

Żid punt ġdid kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   

   

Raġuni

S'issa, l-appoġġ għall-miżuri transkonfinali tal-pulizija seta' jiġi jew mill-programm ISEC (il-programm tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità) jew mill-Objettiv 3 (iffinanzjat mill-FEŻR) (il-prinċipju tal-komplementarjetà – Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI). Filwaqt li l-miżuri taħt il-programm ISEC kienu ffinanzjati ċentralment mill-UE, il-ġestjoni tal-fondi li jingħataw taħt l-Objettiv 3 kienet deċentralizzata. Skont l-Artikolu 14 tal-abbozz ta’ Regolament dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2007 ser titħassar fil-perjodu finanzjarju li jmiss, u dan ifisser li l-prinċipju tal-komplementarjetà bejn l-istrumenti tal-Komunità ser jitħassar ukoll u għalhekk mhux ser ikun iktar possibbli li ssir l-għażla bejn il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-finanzjament tal-Objettiv 3. Madankollu, il-vantaġġi tal-flessibbiltà fl-użu ta’ strumenti differenti ta’ finanzjament m'għandhomx jintilfu. Sakemm it-tħassir tal-komplementarjetà jkun intiż sabiex jiġi evitat appoġġ doppju, dan jista' jiġi indirizzat b'mod pjuttost adegwat fil-proċess ta’ implimentazzjoni. Għalhekk nissuġġerixxu li l-prinċipju tal-komplementarjetà u l-klawżola tas-salvagwardja fl-Artikolu 11(3) tal-programm ISEC għandhom jiġu indikati f'Artikolu 14(a) ġdid tar-Regolament dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna.

Brussell, 18 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 201/2009, punt 1.

(2)  CdR 201/2009, punti 8 u 9.

(3)  CdR 170/2010, punt 43.

(4)  COM(2011)752 final.

(5)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ Persuni bin-Nazzjonalità ta’ Pajjiżi Terzi – COM(2011) 455 final.

(6)  CdR 170/2010, punti 41 u 42.

(7)  CdR 201/2009, punt 92.

(8)  CdR 170/2010, punt 48.

(9)  CdR 201/2009, punt 87.

(10)  COM (2012) 85.

(11)  CdR 210/2008, punt 30.

(12)  CdR 201/2009, punti 76 u 77.


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/43


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Strumenti finanzjarji tal-UE fl-oqsma tal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza”

2012/C 277/06

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jaħseb li l-programmi proposti jirrappreżentaw strumenti importanti ta’ appoġġ għat-twettiq tal-politiki tal-UE fl-oqsma tal-ġustizzja, id-drittijiet u ċ-ċittadinanza;

huwa tal-fehma li l-proposti huma konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi minn lat għandhom dimensjoni transkonfinali sinifikanti għall-oqsma ta’ intervent involuti, u mil-lat l-ieħor, jipprevedu l-implimentazzjoni taż-żona Ewropea ta’ ġustizzja u drittijiet, li titlob mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u l-possibilità ta’ netwerking għall-professjonisti kkonċernati, u dawn l-objettivi normalment ma jintlaħqux b’mod effikaċi permezz ta’ azzjoni unika ta’ Stat Membru wieħed;

jaħseb li l-previżjonijiet inklużi fil-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 jistgħu jippermettu li jitkomplew l-azzjonijiet b’valur miżjud fil-livell Ewropew, bil-għan li tikber iż-żona Ewropea tal-ġustizzja, flimkien mat-titjib tal-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nies, stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

itenni l-impenn u x-xewqa tiegħu li jappoġġja l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u li jippromovi ċ-ċittadinanza Ewropea;

jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-programm, b’referenza partikolari għall-iżvilupp tal-programmi ta’ ħidma annwali;

jissuġġerixxi li fil-proċedura konsultattiva jista’ jiġi assoċjat rappreżentant tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Relatur

Is-Sur VARACALLI (IT/ALDE), Sindku ta’ Gerace

Dokumenti ta’ referenza

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza

COM(2011) 758 final

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm dwar il-Ġustizzja

COM(2011) 759 final

 

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020

COM(2011) 884 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Konsiderazzjonijiet ġenerali

1.

jaħseb li l-programmi proposti jirrappreżentaw strumenti importanti ta’ appoġġ għat-twettiq tal-politiki tal-UE fl-oqsma tal-ġustizzja, id-drittijiet u ċ-ċittadinanza; fil-fatt dawn huma programmi li, flimkien, għandhom l-għan li jappoġġaw l-attivitajiet li jiġu implimentati mill-Istati Membri sabiex jissensibilizzaw u jippromovu l-applikazzjoni tal-liġi u tal-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-Istati Membri, jippromovu l-kooperazzjoni transnazzjonali u jtejbu l-għarfien dwar il-problemi potenzjali fl-oqsma ta’ intervent imsemmija, bil-għan li jiġi ggarantit li t-tfassil tal-politiki u tal-istandards ikun imsejjes fuq data konkreta. B’mod partikolari l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għandu l-għan li jippromovi l-iżvilupp ta’ ċittadinanza tal-UE;

2.

huwa tal-fehma li l-proposti huma konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi minn lat għandhom dimensjoni transkonfinali sinifikanti għall-oqsma ta’ intervent involuti, u mil-lat l-ieħor, jipprevedu l-implimentazzjoni taż-żona Ewropea ta’ ġustizzja u drittijiet, li titlob mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u l-possibilità ta’ netwerking għall-professjonisti kkonċernati, u dawn l-objettivi normalment ma jintlaħqux b’mod effikaċi permezz ta’ azzjoni unika ta’ Stat Membru wieħed;

3.

jivvaluta l-proposti konformi wkoll mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi ivverifika, qabel xejn, li l-għamla u l-kontenut tagħhom jidhru adatti b’mod oġġettiv fir-rigward ta’ dak li potenzjalment huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi previsti, u barra minn hekk, l-allokazzjoni finanzjarja sħiħa prevista għat-tliet programmi tidher suffiċjenti għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom, fid-dawl tal-fatt li tali allokazzjoni nżammet fuq livell ugwali għal dak allokat għall-programmi li huma fis-seħħ bħalissa fl-istess oqsma ta’ intervent, anke meta l-previżjoni tal-possibilità ta’ modifika tiżdied minħabba s-sħubija ta’ Stat Membru ġdid;

4.

fid-dawl tal-għan li jkun hemm titjib tal-kwalità tar-regolamentazzjoni, japprezza l-valutazzjonijiet ta’ impatt mehmużin mal-proposti, u jqishom ġustifikati u kompleti biżżejjed, jekk wieħed iqis li l-Kummissjoni Ewropea kkonsultat ukoll, tul il-fażi ta’ studju, il-partijiet interessati u r-riżultati relattivi ddaħħlu fil-valutazzjonijiet tal-impatt, bl-istess mod kif saret konsultazzjoni simili, fuq diversi livelli, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

5.

jaħseb li l-previżjonijiet inklużi fil-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 jistgħu jippermettu li jitkomplew l-azzjonijiet b’valur miżjud fil-livell Ewropew, bil-għan li tikber iż-żona Ewropea tal-ġustizzja, flimkien mat-titjib tal-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nies, stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

6.

jittama li l-programmi jkomplu jikkontribwixxu għat-twettiq gradwali ta’ għarfien dejjem aħjar tal-UE min-naħa taċ-ċittadini, b’mod speċjali permezz tal-għoti ta’ inċentivi għall-parteċipazzjoni attiva tagħhom, kif ukoll sabiex isiru ħafna aktar konxji f’dan ir-rigward;

7.

jittama li, fost affarijiet oħra, il-fażi ta’ implimentazzjoni tal-programmi “Drittijiet u ċittadinanza” (b’referenza għall-objettiv speċifiku “jikkontribwixxi għat-titjib tal-eżerċizzju tad-drittijiet derivati miċ-ċittadinanza tal-Unjoni” u “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” (b’referenza għall-objettiv ġenerali “… jtejjeb il-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni” u “jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, …” tippermetti li ċ-ċittadini Ewropej isiru iżjed konxji dwar il-possibilità reċenti li ngħatatilhom permezz tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini li jipproponu inizjattivi leġislattivi lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ kompetenza tal-UE, billi huwa previst li dawn l-inizjattivi jistgħu jiġu promossi jew appoġġati minn organizzazzjonijiet;

8.

itenni l-impenn u x-xewqa tiegħu li jappoġġja l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u li jippromovi ċ-ċittadinanza Ewropea;

9.

b’referenza speċifika għall-programm “Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza”, fir-rigward tal-integrazzjoni tal-ġeneru, iqis li hemm bżonn li tiġi żgurata l-applikazzjoni adegwata u effettiva tal-punti li saru fil-Premessa 12 tal-Proposta għal Regolament dwar il-kontinwazzjoni u l-iżvilupp tat-tliet attivitajiet preċedenti li twettqu fuq il-bażi ta’ tliet programmi, b’mod partikolari fil-programm speċifiku għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq it-tfal u għall-protezzjoni tal-vittmi u l-gruppi fir-riskju (il-programm Daphne III) u għat-taqsimiet tal-“ugwaljanza bejn is-sessi” u “antidiskriminazzjoni u diversità” tal-programm Komunitarju għall-Impjieg u s-Solidarjetà Soċjali (Progress); u l-Artikolu 4(b) (Objettivi speċifiċi), b’referenza speċifika għan-non-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u għall-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

10.

jesprimi l-apprezzament tiegħu, fil-prinċipju, għas-sostituzzjoni prevista tas-sitt programmi operattivi fil-perjodu 2007-2013 b’żewġ programmi, u jsostni li t-tnaqqis jista’ jwassal għal ġestjoni iktar effiċjenti u effikaċi tal-azzjonijiet previsti, anke sabiex ikun hemm fokus aħjar fir-rigward tal-allokazzjoni tal-fondi u l-evitar tal-iżbilanċ ġeografiku, li ġew identifikati, b’referenza għall-programmi fis-seħħ bħalissa mill-Kummissjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġislattivi mehmużin mal-proposti;

11.

jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, sakemm huwa possibbli, jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-programm, b’referenza partikolari għat-tfassil u l-iżvilupp tal-programmi ta’ ħidma annwali;

12.

jirrakkomanda, b’referenza speċifika għall-possibilità ppjanata, u ċertament opportuna, li korpi privati jibbenefikaw mill-azzjonijiet proposti, li l-Kummissjoni għandu jkollha l-għan ukoll li tipperfezzjona dejjem iżjed il-mekkaniżmi tal-valutazzjoni preventiva tal-kwalità tal-applikazzjonijiet;

13.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom interess speċjali fl-oqsma li jirrigwardaw l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-impatt dirett li għandhom fuq il-ħajja ta’ kuljum ta’ kull min jgħix fl-Unjoni Ewropea u fuq id-dmirijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ħafna kompetenzi ewlenin fl-oqsma ta’ politika li jaqgħu f’dan l-“ispazju”;

14.

jenfasizza li sabiex tiġi żgurata s-sussidjarjetà u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu qrib taċ-ċittadini u r-residenti, dawn għandhom jieħdu approċċ dirett lejn it-tħassib u t-tamiet ta’ dawn in-nies, li għalihom l-istituzzjonijiet lokali ta’ sikwit jirnexxilhom iwettqu soluzzjonijiet innovattivi u adatti;

15.

jirrimarka, b’referenza partikolari għall-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, li l-parteċipazzjoni fl-iskemi ta’ ġemellaġġ tal-bliet, kif inhu inkoraġġit b’mod speċifiku fil-programm stess, wasslet għal skambju ta’ valur kbir tal-esperjenzi bejn komunitajiet f’żoni ġeografiċi differenti, u saħħet l-esperimentazzjoni b’inizjattivi ta’ suċċess li permezz tagħhom l-awtoritajiet ressqu lilhom infushom ukoll bħala promoturi u faċilitaturi taċ-ċittadinanza;

16.

jaqbel mal-possibbiltà, imsemmija fit-tliet proposti għal regolament, li l-korpi pubbliċi kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jista’ jkollhom aċċess għall-programmi; jinnota, madankollu, li l-proċeduri ta’ applikazzjoni m’għandhomx iqumu wisq flus, b’mod partikolari fir-rigward tal-komplementarjetà ppjanata bejn il-programmi nfushom u l-possibilità relatata, u rilevanti, li jintużaw riżorsi allokati għal programmi differenti, sakemm il-finanzjament ikopri partiti differenti ta’ nfiq;

17.

jaqbel mal-objettivi stipulati fil-programm, kif esprima f’opinjonijiet preċedenti, u jagħti kelmtu li ħa jkompli bl-impenn kontinwu tiegħu li jippromovi u jrawwem l-użu tagħhom fil-pajjiżi tal-viċinat permezz tal-korpi ta’ kooperazzjoni proprji tiegħu (gruppi ta’ ħidma, kumitati konsultattivi konġunti, il-CORLEAP u l-ARLEM), b’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni rilevanti u f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni;

18.

itenni l-importanza partikolari li jinħoloq spazju ġenwin ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini f’dinja karatterizzata minn iktar mobilità u, f’konformità mal-isforzi għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tar-Reġjuni biex jippromovi sistema ta’ ħarsien fuq ħafna livelli tad-drittijiet fundamentali, jilqa’ l-fatt li sar progress fit-twaqqif ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li jqiegħed liċ-ċittadini fil-qalba tal-proġetti;

19.

huwa tal-fehma li kwistjonijiet ta’ sigurtà u ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jridu jingħaqdu flimkien b’mod ibbilanċjat, billi jiġu implimentati strumenti koerenti fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja: f’dan ir-rigward wieħed ma jistax jinnega li filwaqt li l-Ewropa għandha qafas legali sod għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, fil-prattika jridu jkomplu jittejbu bil-għan li jiġi garantit l-eżerċizzju effettiv ta’ dawn id-drittijiet;

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li t-tliet programmi flimkien, filwaqt li għandhom għanijiet differenti minn xulxin, jikkontribwixxu biex jagħmlu liċ-ċittadini iktar konxji dwar id-dimensjoni Ewropea taċ-ċittadinanza bħala strument għall-parteċipazzjoni fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropew u l-kontribut għall-bini tad-demokrazija Ewropea;

21.

itenni ċerti punti li saru fl-opinjoni riċenti tiegħu dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali wara l-2013, fejn ġiet enfasizzata l-importanza li jiġu pprovduti riżorsi biżżejjed sabiex jiġu promossi d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-isforz sabiex tinbena ċittadinanza Ewropea. Għaldaqstant, iqis ta’ importanza kbira l-enfasi li tingħata fil-Programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” lis-sħubijiet li jappoġġjaw lis-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE, u enfasizza li s-sigurtà tal-UE hija marbuta mill-qrib mat-tkomplija tad-demokrazija, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt f’pajjiżi terzi, u huwa rwol tal-Unjoni li tippromovi dawn il-valuri globalment;

22.

barra minn hekk, itenni li kien diġà rrimarka li jkun ta’ għajnuna li jiġu appoġġati l-forom varji ta’ kooperazzjoni territorjali sabiex jiġu implimentati proġetti u miżuri li għandhom l-għan li ċ-ċittadinanza Ewropea tkun realtà u li jistgħu jgħinu jnaqqsu l-ostakli u l-burokrazija, anke permezz tat-tkattir tal-aqwa prattiki relatati mas-servizzi transkonfinali, pereżempju fl-oqsma tas-saħħa u l-multilingwiżmu;

23.

jittama li l-azzjonijiet li jittieħdu f’dawn l-oqsma fundamentali jitqiesu bħala prijoritajiet għall-programmi ta’ ħidma annwali, b’mod speċjali fir-rigward tal-programmi “Drittijiet u Ċittadinanza” u “L-Ewropa għaċ-ċittadini”;

24.

jirrikonoxxi li l-amalgamazzjoni tas-sitt programmi preċedenti għall-Ġustizzja u d-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza biex isiru tnejn, u l-istrutturar mill-ġdid tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” jistgħu jwasslu għal aktar flessibilità fl-istabbiliment ta’ prijoritajiet tul il-perjodu ta’ programmar ta’ seba’ snin, it-tnaqqis ta’ piż burokratiku għall-benefiċjarji u li jkunu jistgħu jiġu implimentati proġetti li jinvolvu iktar minn settur wieħed u li jkopru bosta objettivi tal-programmi stess;

25.

itenni l-pożizzjoni li esprima fil-passat, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni tal-ġustizzja, li l-politiki żviluppati fl-oqsma tal-ġustizzja u tal-intern għandhom jiġu kkoordinati u integrati ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni, b’mod speċjali l-politiki ekonomiċi u soċjali u barranija tagħha, billi koordinazzjoni mtejba ta’ dawn il-politiki aktarx issaħħaħ l-effikaċja globali tagħhom;

26.

jaqbel li l-promozzjoni taċ-ċittadinanza hija kwistjoni orizzontali li trid titqies fid-daw tal-azzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, u huwa għalhekk li s-sinerġiji mal-Istrument ta’ Assistenza Qabel l-Adeżjoni (IPA) huma importanti sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini futuri tal-UE jkunu mgħarrfa dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u jkunu jafu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom;

27.

għaldaqstant, jittama li jiġu implimentati soluzzjonijiet prattiċi li jippermettu komplementarjetà u sinerġiji bejn it-tliet programmi proposti u ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni, u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar il-mezzi li għandha l-intenzjoni li tuża sabiex tiggarantixxi dawn is-sinerġiji u l-komplementarjetà;

28.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibilità insuffiċjenti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti b’mod effettiv fit-tfassil tal-programmi ta’ ħidma annwali u fl-evalwazzjoni ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet programmi speċifiċi: il-proċess tal-bini ta’ Ewropa taċ-ċittadini jrid jimxi id f’id mal-parteċipazzjoni konkreta, f’kull fażi, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma livelli istituzzjonali essenzjali għall-garanzija ta’ proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li huma iżjed leġittimi mil-lat demokratiku;

29.

għaldaqstant, jappella għall-parteċipazzjoni formali ggarantita tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, permezz tal-Kumitat tar-Reġjuni, fit-tfassil tal-programmi annwali ta’ attivitajiet tal-programmi “Drittijiet u Ċittadinanza” u “L-Ewropa għaċ-ċittadini”;

30.

barra minn hekk, jaħseb li fir-rigward tar-rapporti ta’ valutazzjoni interim u ex-post tal-programm “Drittijiet u Ċittadinanza”, ipprovduti mill-Kummissjoni, għandu jkollu l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu b’mod responsabbli, kif inhu stipulat formalment għall-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, u għaldaqstant isejjaħ għal dispożizzjoni speċifika f’dan is-sens sabiex tiġi inkluża fil-proposta dwar il-programm “Drittijiet u Ċittadinanza”;

31.

jitlob li l-kejl ta’ kemm jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-programm “Drittijiet u Ċittadinanza” ikun dipendenti wkoll fuq il-ġbir ta’ data kwalitattiva u kwantitattiva dwar ir-rispett, l-eżerċizzju u l-implimentazzjoni ta’ dawn id-drittijiet, filwaqt li nżommu f’moħħna li r-referenza għall-perċezzjoni fil-livell Ewropew mhijiex punt ta’ referenza adegwata f’termini ta’ riżultati. F’dan il-kuntest, jagħmel referenza wkoll għall-attivitajiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fit-tfassil ta’ indikaturi u ta’ studji komparattivi;

32.

jappoġġja r-rwol importanti li l-proposti attwali tal-programmi għandhom jaqdu permezz ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess wiesa’ għal informazzjoni, li huwa dejjem iżjed importanti jekk se jaqdu rwol attiv fil-proċess politiku. Il-Kumitat diġà enfasizza dan il-punt, u sejjaħ lill-membri tiegħu biex jaħdmu biex jiżguraw li l-aċċess għall-informazzjoni jkun garantit b’mod effettiv fl-Istati Membri;

33.

fir-rigward tal-programm “Ġustizzja”, jaħseb li t-tkomplija ppjanata tal-iskambji ta’ persunal mis-sistemi ġudizzjali nazzjonali, fi ħdan l-ambitu usa’ tan-netwerk Ewropew tal-ġustizzja, gradwalment se ssaħħaħ l-għarfien reċiproku ta’ sistemi ġudizzjali u ttejjeb il-fiduċja reċiproka;

34.

għaldaqstant, jappoġġja bis-saħħa l-proposta speċifika biex jiġu finanzjati attivitajiet ta’ taħriġ għall-persunal ġudizzjali, kif stipulat fl-Artikolu 6 tal-proposta għal Programmi tal-Ġustizzja, billi dan it-taħriġ u t-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni huma elementi ewlenin fil-bini ta’ Ewropa tal-ġustizzja;

35.

jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari lil dan l-aspett sabiex tiġi ggarantita parteċipazzjoni effettiva mill-professjonisti kollha, fis-settur pubbliku u privat, li jaħdmu fi ħdan is-sistemi ġudizzjali;

36.

huwa tal-fehma li l-attivitajiet tat-taħriġ iffinanzjati taħt il-programm “Drittijiet u Ċittadinanza” għandhom jinkludu t-taħriġ fiċ-ċittadinanza Ewropea għal dawk li qed jippjanaw li jiksbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru, u għat-tfal tal-iskola, u b’mod partikolari għall-immigranti, bħala appoġġ tal-prinċipju taċ-ċittadinanza attiva għaż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni;

37.

jaqbel mal-appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp ta’ moduli ta’ taħriġ onlajn previsti fil-proposta tal-programm, li jikkoinċidi mat-talba tal-KtR biex jiġu promossi miżuri mmirati lejn it-taħriġ fiċ-ċittadinanza permezz tal-mezzi tax-xandir u l-ICT;

38.

huwa tal-fehma li l-programmi “Ġustizzja” u “Drittijiet u Ċittadinanza” huma wkoll mezz vijabbli għat-tisħiħ tal-potenzjal konsiderevoli tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kooperazzjoni transkonfinali dwar kwistjonijiet relatati mal-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

39.

japprova bis-sħiħ, fil-prinċipju, l-approċċ iktar immirat lejn ir-riżultati, magħżul mill-Kummissjoni għall-programmi, iffokat fuq l-użu ta’ indikaturi sabiex jitkejjel is-suċċess fit-tilħiq tal-objettivi tal-programmi; jenfasizza, madankollu, li waqt li lista komprensiva ta’ indikaturi hija inkluża fil-proposta tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, il-proposta tal-programm “Ġustizzja”, pereżempju, issemmi biss indikatur wieħed għal kull objettiv, u tagħti ħjiel ta’ sensiela mhux definita ta’ indikaturi oħrajn; jissuġġerixxi, għaldaqstant, speċifikazzjoni li hija usa’ b’mod ġenerali, preferebbilment b’referenza għal parametri kwantitattivikif ukoll kwalitattivi;

40.

jenfasizza li l-proposta dwar il-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” tipprevedi spazju għal struttura iktar flessibbli mill-programm fis-seħħ bħalissa; għaldaqstant mhux neċessarju li jiġu allokati kwoti bil-quddiem għal azzjonijiet individwali li jistgħu jitwettqu taħt il-programm il-ġdid;

41.

jirrimarka, fir-rigward ta’ dan, li l-iskemi tal-ġemellaġġi tal-bliet, minbarra li jibqgħu jibbenefikaw mill-programm, jista’ jkollhom ukoll kwota fissa stipulata minn qabel, li fil-programm attwali hija ekwivalenti għal kważi terz tal-baġit totali u tista’ tinżamm fuq dan il-livell;

42.

għaldaqstant, jitlob li parti sostanzjali tal-baġit globali tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” tiġi allokata għal attivitajiet li jseħħu fil-kuntest tal-ġemellaġġi tal-bliet, b’mod partikolari fil-kuntest tar-rwol rikonoxxut u importanti tal-ġemellaġġ tal-bliet fil-ħolqien ta’ kuntatti b’saħħithom u sostenibbli bejn iċ-ċittadini, inklużi dawk ta’ pajjiżi terzi;

43.

itenni li, billi l-Parlament u l-Kunsill dan l-aħħar introduċew iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew bħala strument li jenfasizza l-wirt kulturali komuni tal-Istati Membri filwaqt li tiġi rispettata d-diversità nazzjonali u reġjonali, il-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, sabiex jilħaq l-objettivi ddikjarati, jista’ jibbenefika wkoll mis-siti li jingħataw dan iċ-ċertifikat ġdid, bl-istess mod kif il-bliet Ewropej tal-kultura jippromovu l-identità u ċ-ċittadinanza Ewropea.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

DRITTIJIET U ĊITTADINANZA – COM(2011) 758 final

Emenda 1

Artikolu 4(2)

Objettivi speċifiċi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

2.   L-indikaturi għall-kejl tal-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom ikunu, fost affarijiet oħra, il-perċezzjoni Ewropea tar-rispett, l-eżerċizzju u l-implimentazzjoni ta’ dawn id-drittijiet u l-għadd ta’ ilmenti.

2.   L-indikaturi għall-kejl tal-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom ikunu, fost affarijiet oħra, l-implimentazzjoni ta’ dawn id-drittijiet u l-għadd ta’ ilmenti.

Raġuni

Bil-għan li jiġi valutat b’mod iktar effettiv is-suċċess jew le tal-objettivi speċifiċi tal-programm, ikun iktar ċar jekk issir referenza għall-ġbir tad-data kwalitattiva u kwantitattiva, meta wieħed iqis li l-kunċett ta’ “perċezzjoni” jista’ jinftiehem b’mod iktar oskur li mhuwiex rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-ilħuq tal-objettivi.

DRITTIJIET U ĊITTADINANZA – COM(2011) 758 final

Emenda 2

Artikolu 9(1)

Proċedura ta’ kumitat

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Raġuni

Huwa utli u neċessarju li l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali, li permezz tagħhom il-programm sħiħ huwa implimentat, għandha tipprevedi l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant tal-Kumitat tar-Reġjuni, flimkien mal-Kumitat li jinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri u li jassisti lill-Kummissjoni.

Billi dan huwa relatat mal-implimentazzjoni tal-programmi li fihom l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma involuti ħafna, il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-programmi ta’ ħidma annwali permezz tal-istituzzjoni Ewropea li tirrappreżentahom (Kumitat tar-Reġjuni) tippermetti li l-programmi jinbnew minn isfel għal fuq, skont ix-xewqat li jesprimu ċ-ċittadini Ewropej.

Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni fit-tfassil tal-programmi annwali hija konformi mal-kompetenza tal-Kumitat, fil-proċedura leġislattiva għall-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li joħroġ din l-opinjoni b’mod formali.

DRITTIJIET U ĊITTADINANZA – COM(2011) 758 final

Emenda 3

Artikolu 12(2)

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi:

a)

rapport ta’ evalwazzjoni interim sa mhux aktar tard minn nofs l-2018;

b)

rapport ta’ evalwazzjoni ex post.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew lill-Kunsill bi:

a)

rapport ta’ evalwazzjoni interim sa mhux aktar tard minn nofs l-2018;

b)

rapport ta’ evalwazzjoni ex post.

Raġuni

Huwa importanti ħafna li jiġi formalizzat il-proċess ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programmi “Drittijiet u Ċittadinanza” u “L-Ewropa għaċ-ċittadini”: fil-fatt, għat-tieni, huwa ddikjarat b’mod espliċitu fl-Artikolu 14(3) (Monitoraġġ u Evalwazzjoni) tal-proposta tal-Kummissjoni li l-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ta’ evalwazzjoni interim u ex-post mhux biss lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill iżda anke lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Għaldaqstant, m’hemmx raġunijiet validi għalfejn għandha tinżamm id-dispożizzjoni tal-Artikolu 12(2) tal-proposta dwar il-programm “Drittijiet u Ċittadinanza”, li ma tinkludix lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fost dawk li għandhom jirċievu r-rapport ta’ evalwazzjoni interim u ex-post. L-emenda għalhekk tinkludi dawn iż-żewġ korpi.

ĠUSTIZZJA – COM(2011) 759 final

Emenda 1

Artikolu 7

Parteċipazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għall-korpi u entitajiet pubbliċi u/jew privati kollha, stabbiliti f’:

a)

l-Istati Membri;

b)

il-pajjiżi tal-EFTA li huma parti għall-Ftehim taż-ŻEE, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

c)

pajjiżi għall-adeżjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet qafas milħuqin magħhom dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni;

d)

id-Danimarka, abbażi ta’ ftehim internazzjonali.

2.   Il-korpi u l-entitajiet pubbliċi u/jew privatu li huma stabbiliti legalment f’pajjiżi terzi oħrajn, speċjalment fil-pajjiżi fejn tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat, jistgħu jkunu assoċjati ma’ azzjonijiet tal-Programm, jekk dan jaqdi l-finijiet ta’ dawn l-azzjonijiet.

1.   L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għall-korpi u entitajiet pubbliċi u/jew privati kollha, stabbiliti f’:

a)

l-Istati Membri;

b)

il-pajjiżi tal-EFTA li huma parti għall-Ftehim taż-ŻEE, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

c)

pajjiżi għall-adeżjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet qafas milħuqin magħhom dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni;

d)

id-Danimarka, abbażi ta’ ftehim internazzjonali.

2.   Il-korpi u l-entitajiet pubbliċi u/jew privat li huma stabbiliti legalment f'pajjiżi terzi oħrajn, speċjalment fil-pajjiżi fejn tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat, jistgħu jkunu assoċjati ma’ azzjonijiet tal-Programm, jekk dan jaqdi l-finijiet ta’ dawn l-azzjonijiet.

Raġuni

Din l-emenda ma tapplikax għall-verżjoni MT.

L-EWROPA GĦAĊ-ĊITTADINI – COM(2011) 884 final

Emenda 1

Artikolu 9(1)

Kumitat

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament 182/2011.

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament 182/2011.

Raġuni

Huwa utli u neċessarju li l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali, li permezz tagħhom il-programm sħiħ huwa implimentat, għandha tipprevedi l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant tal-Kumitat tar-Reġjuni, flimkien mal-Kumitat li jinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri u li jassisti lill-Kummissjoni.

Billi dan huwa relatat mal-implimentazzjoni tal-programmi li fihom l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma involuti ħafna, il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-programmi ta’ ħidma annwali permezz tal-istituzzjoni Ewropea li tirrappreżentahom (Kumitat tar-Reġjuni) tippermetti li l-programmi jinbnew minn isfel għal fuq, skont ix-xewqat li jesprimu ċ-ċittadini Ewropej.

Brussell, 18 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/51


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra”

2012/C 277/07

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa' t-tentattivi tal-Kummissjoni sabiex tinkiseb il-konformità u s-semplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar iżda jitlob emendi għall-proposta tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi kuntest spazjali/reġjonali għall-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra (GHG), u projezzjonijiet u pjani ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju (PLCD);

jitlob li li d-data/metodoloġiji kollha użati jkunu disponibbli għall-pubbliku u mhux proprjetà privata, li jkunu trasparenti u għaldaqstant replikabbli u mfassla minn korp bħall-EEA sabiex jiġu evitati problemi ta’ multipliċità u sabiex tkun iffaċilitata politika f'ambjent politiku b'governanza f'diversi livelli;

jappella biex l-impatt spazjali fuq l-emissjonijiet ikun konsiderazzjoni materjali fil-politiki, programmi, allokazzjoni tal-fondi u proġetti usa' tal-Kummissjoni;

jirreferi l-Kummissjoni għall-inizjattivi tal-Patt tas-Sindki, ir-Reġjuni ClimAct, carbonn, ICLEI u l-EUCO2 80/50 bħala eżempji ta’ eċċellenza internazzjonali ta’ xogħol li jsir fil-livell reġjonali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2;

jirrakkomanda l-armonizzazzjoni tal-projezzjonijiet tal-Istati Membri sabiex tipprovdi numru ta’ projezzjonijiet konsistenti, inkluż ir-rapportar dwar l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika;

itenni l-appell li kien għamel fil-COP 17 f'Durban, kif ukoll matul konferenzi preċedenti tal-UNFCCC, għar-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tal-klima u azzjonijiet ta’ adattament fil-livell lokali u reġjonali.

Relatur

Is-Sur SWANNICK (UK/PSS), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Manchester

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni

COM(2011) 789 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.   Introduzzjoni

1.1   Il-proposta għal regolament (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-proposta”) “dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni” kienet żviluppata l-aktar bħala konsegwenza tal-Ftehim ta’ Cancun u parzjalment minħabba d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u d-Direttiva 2009/29/KE. Il-bażi legali għall-proposta tinsab fi ħdan il-kuntest tal-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-Trattat”.

1.2   Amalgamazzjoni tad-“Deċiżjoni 406/2009/KE, id-Direttiva 2009/29/KE u ‘t-Trattat’ ”, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-qafas reġjonali”, tpoġġi ħtieġa akbar ta’ involviment reġjonali fil-kuntest tal-mitigazzjoni ikbar milli “il-proposta” attwalment tippermetti. Il-KtR jitlob emendi għall-proposta sabiex jipprovdi kuntest spazjali/reġjonali għal:

Emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra (GHG), u

Projezzjonijiet u pjani ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju (PLCD);

u li d-data/metodoloġiji kollha użati jkunu:

disponibbli għall-pubbliku u mhux proprjetà privata;

trasparenti u għaldaqstant replikabbli; u

imfassla minn korp bħall-EEA sabiex jiġu evitati problemi ta’ multipliċità

sabiex tkun iffaċilitata politika f'ambjent politiku b'governanza f'diversi livelli.

Il-KtR jitlob li ssir previżjoni għall-“emissjonijiet mill-konsum” fi ħdan il-PLCD – jiġifieri emissjonijiet relatati mal-prodotti u s-servizzi importati. Barra minn hekk, il-PLCDs għandhom jirrikonoxxu kwalunkwe konsegwenza kemm volontarja kif ukoll mhux volontarji li twassal għall-“esportazzjoni” tal-emissjonijiet barra l-Istati Membri. Dan spiss jissejjaħ “rilaxx tal-karbonju” u eżempju tajjeb ta’ dan huwa r-rilokazzjoni tal-industrija tal-manifattura (“heavy industry”) barra mill-pajjiż. Ir-rilaxx tal-karbonju għandu jitqies fi ħdan il-PLCDs u l-azzjonijiet meħuda u sabiex dan jiġi evitat għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar. Dan hu importanti sabiex jitwaqqaf ir-rwol proprju tal-Ewropa fit-tnaqqis tal-emissjonijiet globali.

Barra minn hekk, l-impatt spazjali fuq l-emissjonijiet għandu jkun konsiderazzjoni materjali fil-politiki, il-programmi, l-allokazzjoni tal-fondi u l-proġetti usa' tal-Kummissjoni.

Il-KtR itenni t-talba tiegħu li għamel fil-COP 17 f'Durban, kif ukoll dik fil-konferenzi preċedenti tal-UNFCCC (Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima), għar-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tal-klima u azzjonijiet ta’ adattament fil-livell lokali u reġjonali.

1.3   Il-Kumitat tar-Reġjuni jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li billi l-għanijiet tar-Regolament propost, fil-kuntest tal-impenji tal-UNFCCC, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u li jistgħu għal raġunijiet ta’ skala u effetti jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

2.   Kummenti ġenerali

2.1   Il-KtR jilqa':

il-proposta u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt preċedenti;

l-inklużjoni ta’ projezzjonijiet u azzjonijiet ta’ mitigazzjoni li jitressqu flimkien mad-data tal-inventarju;

l-impenn li jiġu armonizzati l-monitoraġġ tal-KE u dak internazzjonali u r-rapportar u l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u rapportar. Madankollu, nistennew li l-KE tuża impenji fi ħdan il-“qafas reġjonali” sabiex testendi l-proposta;

tentattivi sabiex tinkiseb il-konformità u s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar fil-proposta;

koerenza bejn l-istima tal-GhG (gassijiet b'effett ta’ serra) u tal-emissjonijiet lokali fl-arja;

il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Ikklerjar (Clearinghouse) u jittama li jkun għodda utli għal dawk li jfasslu l-politiki nazzjonali, reġjonali u lokali fl-interess tal-politika dwar il-klima;

l-estensjoni fir-rigward ta’ impatti oħra tal-avjazzjoni fuq it-tisħin globali.

2.2   Kwistjonijiet finanzjarji

It-twettiq ta’ politika dwar it-tibdil fil-klima spiss iwassal għal kompetizzjoni bejn fondi allokati għall-mitigazzjoni u dawk għall-adozzjoni. Għaldaqstant il-KtR jinsab imħasseb li:

il-fatt li l-adattament jissemma fil-“proposta” b'mod espliċitu bħala kwistjoni lokali mingħajr ma tissemma l-mitigazzjoni bħala kwistjoni lokali fit-tul ser jostakola l-effettività tal-politika ta’ mitigazzjoni;

mhemmx gwida fir-rigward tal-espansjoni reali fl-ambitu li l-proposta tressaq lill-Istati Membri. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat infiq żejjed fuq il-prattikanti li fl-aħħar mill-aħħar se jressqu l-maġġoranza ta’ dawn l-emendi fil-proposta;

mhemmx allokazzjoni għar-reġjuni ta’ mill-inqas 30 % mid-dħul mill-irkant tal-kwoti. Dan hu meħtieġ sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-miri tal-Ewropa 2020 dwar l-enerġiji rinovabbli u l-effiċjenza enerġetika;

x'aktarx li l-piż amministrattiv, tekniku u finanzjarju ta’ monitoraġġ addizzjonali u r-rekwiżiti ta’ rapportar jiġu estiżi għar-reġjuni, u għaldaqstant għandhom ikunu proporzjonali;

għandha tiġi evitata t-tfittxija tat-titjib marġinali inkrimentali tas-settijiet ta’ data jekk din ixxekkel l-implimentazzjoni tal-politika ta’ mitigazzjoni jew ta’ adattament.

2.3   Inventarju tal-Emissjonijiet u d-Data

Inventarju dwar l-emissjonijiet jurina fejn konna, jew fejn qegħdin, fir-rigward tal-emissjonijiet tagħna. L-għan tiegħu għandu jkun li jinforma lill-partijiet interessati bis-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-politika ta’ mitigazzjoni. Għaldaqstant:

l-utilità ta’ inventarju tingħata spinta kbira minn PLCD b'ħarsa fil-viċin, għal perjodu medju u fit-tul;

id-data dwar l-emissjonijiet li toħroġ mill-“proposta” hi ċentrali sabiex jinftiehmu d-direzzjoni strateġika, il-prijoritajiet u l-prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħha;

madankollu, għall-aħjar użu possibbli, id-data għandha titressaq flimkien mad-data ewlenija tal-prestazzjoni ekonomika u soċjali li tintuża irregolarment minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandha rwol importanti x'taqdi fl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodoloġiji konsistenti u tappoġġja l-Istati Membri fil-produzzjoni ta’ inventarji.

Id-data dwar l-emissjonijiet u l-kwalità tagħha għandhom ikunu r-responsabbiltà diretta tas-servizz ċentrali tal-istatistika u d-data tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jinkludi proċess ċentrali b'saħħtu, trasparenti u responsabbli sabiex ikunu vverifikati l-preċiżjoni/ċertezza ta’ settijiet ta’ data nazzjonali u PLCDs.

Kull Stat Membru għandu jagħti t-total kumulattiv tar-rilaxx ta’ emissjonijiet mill-1990 'l quddiem:

dawk l-emissjonijiet li jirriżultaw fi ħdan l-Istat Membru (sorsi);

dawk li ġew ikkumpensati mill-bidla fl-użu tal-art; u

dawk li ġew ikkumpensati skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 406/2009/KE.

Dawn iċ-ċifri huma ta’ importanza kbira, filwaqt li jikkumplimentaw l-mira assoluta ta’ 20 %, sabiex it-tisħin globali jinżamm taħt iż-2 °C.

2.4   Implimentazzjoni tal-Politika

Il-KtR irid element stabbilit, kwantifikat, spazjali/reġjonali għall-PLCDs minħabba li:

l-element spazjali jipprovdi monitoraġġ tal-progress u evidenza aħjar milli jipprovdu l-preżentazzjonijiet ġeneriċi f'livell nazzjonali;

ir-reġjuni huma eqreb taċ-ċittadini mill-Istati Membri u għaldaqstant ikunu kapaċi jwasslu lill-pubbliku informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-klima, li hu wieħed mill-objettivi tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u rapportar.

L-awtoritajiet reġjonali huma sors kruċjali ta’ tagħrif espert u li ppreżentaw ħidmiethom fil-konferenzi tal-UNFCCC. Dawn għandhom jiġu involuti mill-bidu fit-tfassil ta’ azzjonijiet sabiex jitnaqqas u jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima sabiex isir l-aħjar użu mill-kompetenzi u l-esperjenza tagħhom dwar kif jiġu trattati dawn l-impatti u x'jikkawża t-tibdil fil-klima - li jolqot l-iktar fil-livell lokali.

Għal dan il-għan, nirreferu l-KE għall-inizjattivi tal-Patt tas-Sindki, ir-Reġjuni ClimAct, carbonn, ICLEI u l-EUCO2 80/50 bħala eżempji ta’ eċċellenza internazzjonali ta’ xogħol li jsir fil-livell reġjonali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.

L-idea ta’ involviment akbar tar-reġjuni hi konformi mal-“qafas reġjonali”.

Jeħtieġ li jintbagħat messaġġ politiku ċar f'din id-direzzjoni.

L-impatt tal-politika nazzjonali, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, ivarja bejn ir-reġjuni fi ħdan l-Istat Membru u għandu jinftiehem.

Trid tittieħed azzjoni li hi eqreb għas-sorsi tal-emissjonijiet sabiex jekk tingħata li tkun tista' tintuża lokalment ikun iktar probabbli li tittieħed azzjoni dwarha.

Meta jitqiesu l-Artikoli 191 u 192 tat-Trattat ikun proporzjonat li dan isir.

Ir-reġjuni jikkontribwixxu għal livelli differenti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-għamla u l-infrastruttura ekonomika tagħhom. Dawn il-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ivarjaw bejn ir-reġjuni kemm fi ħdan l-Istati Membri u l-Ewropa b'mod usa'.

Minkejja li dawn l-awtoritajiet huma qrib l-implimentazzjoni tal-politika mhux qed jiġu konsultati b'mod konsistenti mill-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-klima.

Li tintlaħaq l-isfida ta’ mitigazzjoni mhix proċess minn fuq għal isfel.

Barra minn hekk, għandha tiġi rikonoxxuta l-għajnuna teknika u finanzjarja mogħtija lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw imwettqa mill-awtoritajiet reġjonali permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni deċentralizzata.

2.5   Adattament

Attwalment l-istrateġiji ta’ adattament mhumiex obbligatorji u għaldaqstant l-introduzzjoni ta’ obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-adattament (Artikolu 16) tista' titqies bħala inkoerenti – għalkemm hu ċar li dan ma jfissirx li m'għandhiex issir.

Il-KtR itenni t-talba tiegħu għal rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f'korpi bħall-Kumitat ta’ Adattament il-ġdid. Nagħmlu referenza għall-Patt tal-Belt tal-Messiku tal-2010 u l-Karta ta’ Adattament iffirmata f'Durban f'Diċembru 2011.

2.6   Pjani u Projezzjonijiet ta’ Żvilupp b'Emissjonijiet Baxxi ta’ Karbonju: Trasparenza u Sjieda tad-Data

L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jeħtieġu għodod, miżuri, istruzzjonijiet u linji gwida mill-KE/EEA sabiex:

jiżviluppaw PLCDs;

iwaqqfu mekkaniżmi ta’ monitoraġġ;

jipprovdu aċċess fil-waqt u kost effettiv għad-data;

jevitaw li d-data u l-għodod ta’ ġbir jsiru komodità u proliferati;

jiżguraw konsistenza bejn il-PLCDs;

isaħħu l-kwalità, l-affidabbiltà u l-fiduċja fid-data;

jilħqu l-obbligi skont il-Protokoll ta’ Kjoto, il-Ftehimiet ta’ Cancun u l-Pjattaforma ta’ Durban għal Azzjoni Msaħħa.

Nitolbu lill-EEA tipprovdi settijiet ta’ data lokali u reġjonali li huma standardizzati u trasparenti flimkien ma’ inventarji nazzjonali u statistika dwar il-mitigazzjoni, jiġifieri li: jistgħu jitfittxu onlajn, għandhom filters għar-riżultati fil-livell tal-Istat Membru, reġjonali u sottoreġjonali, skont is-settur, li jippermettu analiżi komparattiva, normalizzazzjoni u skrutinju fid-dawl tad-data soċjoekonomika.

2.7   Emissjonijiet Marittimi u mill-Avjazzjoni

Il-proposta tar-regolament ma tantx hi ċara rigward it-trattament tar-rapportar dwar l-emissjonijiet mill-Avjazzjoni Ċivili u Marittimi. Dan minħabba li:

l-KtR jifhem li dan hu minħabba interpretazzjoni żbaljata ta’ “1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili”, l-intenzjoni hi li ma jitqisux l-inġenji tal-ajru privati (iktar milli dawk kummerċjali) jiġifieri prinċipalment inġenji tal-ajru ħfief u ħelikopters li jagħmlu iktar użu minn imtajar żgħar privati. Dan għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar;

mhi mogħtija l-ebda metodoloġija għall-emissjonijiet marittimi minn inġenji marittimi li jużaw portijiet Ewropej u għaldaqstant il-proposta għandha tiddikjara b'mod espliċitu li l-KE qed tistenna l-leġislazzjoni qabel tfassal metodoloġija.

3.   Konklużjoni

Il-KtR jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ enfasi reġjonali fil-proposta. Il-KtR jidhirlu li din hi opportunità mitlufa li se tostakola l-implimentazzjoni tal-politika ta’ mitigazzjoni. Il-KtR jemmen li l-proposta tkun pass 'il quddiem bl-inklużjoni ta’ enfasi reġjonali espliċita. L-enfasi fuq il-PLCDs hija milqugħa.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Artikolu 1 – Is-suġġett

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(e)

ir-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu;

(e)

;

(f)

il-monitoraġġ u r-rapportar tal-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ kwoti skont l-Artikolu 3d(1), (2) jew 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, skont l-Artikoli 3d(4) u 10(3) ta’ dik id-Direttiva;

(f)

il-monitoraġġ u r-rapportar tal-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ kwoti skont l-Artikolu 3d(1), (2) jew 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, skont l-Artikoli 3d(4) u 10(3) ta’ dik id-Direttiva;

(g)

il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sabiex jadattaw għall-konsegwenzi inevitabbli tat-tibdil fil-klima;

(g)

il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sabiex jadattaw għall-konsegwenzi inevitabbli tat-tibdil fil-klima;

(h)

l-evalwazzjoni tal-progress mill-Istati Membri lejn l-issodisfar tal-obbligi tagħhom skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(h)

l-evalwazzjoni tal-progress mill-Istati Membri lejn l-issodisfar tal-obbligi tagħhom skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(i)

il-ġbir tal-informazzjoni u d-dejta meħtieġa sabiex jappoġġjaw il-formulazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika futura tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima.

(i)

il-ġbir tal-informazzjoni u d-dejta meħtieġa sabiex jappoġġjaw il-formulazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika futura tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima.

Raġuni

Mhux disponibbli mekkaniżmu għar-rapportar tal-emissjonijiet marittimi; hija l-fehma tagħna li jiġi provdut mekkaniżmu jekk titolbu leġislazzjoni ġdida.

Minħabba li l-maġġoranza tal-proposti se joħorġu fl-iskala lokali/reġjonali l-proposta għandha tagħmel referenza aktar speċifika għaliha.

Emenda 2

Artikolu 2 – Kamp ta’ applikazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Hi meħtieġa referenza espliċita għal-livell reġjonali kif ukoll għall-adattament.

Emenda 3

Artikolu 3 – Definizzjonijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(13)

“sistema nazzjonali għal politiki u miżuri u projezzjonijiet” tfisser sistema ta’ arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti fi Stat Membru għar-rapportar ta’ politiki u miżuri u għat-tħejjija u r-rapportar tal-projezzjonijiet ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar kif mitlub mill-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

(13)

“sistema nazzjonali għal politiki u miżuri u projezzjonijiet” tfisser sistema ta’ arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti fi Stat Membru għar-rapportar ta’ politiki u miżuri u għat-tħejjija u r-rapportar tal-projezzjonijiet ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, kif mitlub mill-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

Raġuni

Jeħtieġ li jkun hemm konsistenza bejn kif il-politiki, miżuri u l-projezzjonijiet jitqiesu f'kull Stat Membru.

Emenda 4

Artikolu 4 – Strateġiji ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġija tagħhom ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew b'konformità ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġija tagħhom ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew b'konformità ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku minnufih l-istrateġiji rispettivi tagħhom ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku minnufih l-istrateġiji rispettivi tagħhom ta’ żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom.

Raġuni

Jeħtieġ li l-element spazjali jkun inkluż f'dawn il-pjani sabiex jintwera li ġie dedikat ammont xieraq ta’ ħsieb u fehma għall-pjani u dan hu parzjalment minħabba li mingħajr element spazjali huwa diffiċli li l-implimentazzjoni ssir “fil-prattika”.

Il-fehma ta’ kif inħarġu dawn il-projezzjonijiet/kalkoli dwar l-iżvilupp ta’ livell baxx ta’ karbonju hi kruċjali għall-analiżi u t-trasparenza tal-politika.

Emenda 5

Artikolu 5 – Sistemi ta’ inventarju nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament sistemi ta’ inventarju nazzjonali għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet b'effett ta’ serra.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament sistemi ta’ inventarju nazzjonali għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet b'effett ta’ serra.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom ikollhom aċċess għal, kif ukoll li s-sistema ta’ inventarju nazzjonali tagħhom tistabbilixxi li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandu jkollhom aċċess għal:

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom ikollhom aċċess għal, kif ukoll li s-sistema ta’ inventarju nazzjonali tagħhom tistabbilixxi li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandu jkollhom aċċess għal:

(a)

id-dejta u l-metodi rrappurtati għal attivitajiet u installazzjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta’ serra bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra irrappurtati skont l-iskema tal-Unjoni għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta’ serra;

(a)

id-dejta u l-metodi rrappurtati għal attivitajiet u installazzjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta’ serra bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra irrappurtati skont l-iskema tal-Unjoni għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta’ serra;

(b)

id-dejta miġbura permezz tas-sistemi ta’ rapportar dwar il-gassijiet fluworinati fis-setturi varji, imwaqqfa skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta’ serra;

(b)

id-dejta miġbura permezz tas-sistemi ta’ rapportar dwar il-gassijiet fluworinati fis-setturi varji, imwaqqfa skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta’ serra;

(c)

l-emissjonijiet, id-dejta u l-metodoloġiji sottostanti rrappurtati minn faċilitajiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta’ serra;

(c)

l-emissjonijiet, id-dejta u l-metodoloġiji sottostanti rrappurtati minn faċilitajiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta’ serra;

(d)

id-dejta rrappurtata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008.

(d)

id-dejta rrappurtata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom, u li s-sistema ta’ inventarju nazzjonali tagħhom tipprovdi li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom:

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom, u li s-sistema ta’ inventarju nazzjonali tagħhom tipprovdi li l-awtoritajiet tal-inventarju kompetenti tagħhom:

(a)

jagħmlu użu mis-sistemi ta’ rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 sabiex itejbu l-valutazzjoni tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji tal-gassijiet b'effett ta’ serra;

(a)

jagħmlu użu mis-sistemi ta’ rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 sabiex itejbu l-valutazzjoni tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji tal-gassijiet b'effett ta’ serra;

(b)

ikunu jistgħu jwettqu l-verifiki annwali tal-konsistenza msemmija fil-punti (l) u (m) tal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament.

(b)

ikunu jistgħu jwettqu l-verifiki annwali tal-konsistenza msemmija fil-punti (l) u (m) tal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament.

 

   

Raġuni

It-twaqqif u t-tfassil xieraq ta’ miżuri għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet u l-ħtieġa li l-eżiti tagħhom jiġu riflessi fl-inventarji tal-gassijiet b'effett ta’ serra huma marbuta mill-qrib mas-sensibilizzazzjoni tas-sorsi ta’ informazzjoni, mudelli, approċċi metodoloġiċi, stimi, suppożizzjonijiet, eċċ. Xi sorsi ta’ emissjonijiet ta’ setturi diffużi u bjar jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-awtoritajiet reġjonali. Bħala konsegwenza, iridu jkunu familjari u jipparteċipaw fis-sistemi ta’ inventarji nazzjonali sabiex jittejbu u jiġu adattati l-politiki ta’ mitigazzjoni proposti fil-livell reġjonali.

Emenda 6

Artikolu 6 – Sistema ta’ inventarju tal-Unjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

reviżjoni esperta annwali tal-inventarji tal-Istati Membri ta’ gassijiet b'effett ta’ serra.

(c)

reviżjoni esperta annwali tal-inventarji tal-Istati Membri ta’ gassijiet b'effett ta’ serra.

 

Raġuni

L-inventarji tal-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid minn awtorità tal-inventarji kompetenti u mhux kummerċjali li ma kinitx involuta fit-tħejjija ta’ inventarju nazzjonali fi kwalunkwe sena. Idealment din tkun korp intern tal-EEA. Il-KE għandha tirrikonoxxi wkoll l-impatti tal-politiki u l-programmi tagħha fuq l-emissjonijiet sabiex tkun tista' tidentifika jekk għandhomx effett pożittiv jew negattiv.

Emenda 7

Artikolu 7 – Inventarji tal-gassijiet b'effett ta’ serra

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta’ gassijiet b'effett ta’ serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament u l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-sena X-2. Mingħajr preġudizzju għar-rapportar tal-gassijiet b'effett ta’ serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-kategorija tas-sors ta’ IPCC “1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili” għandhom jitqiesu bħala ugwali għal żero għall-finijiet tal-Artikoli 3 u 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(a)

l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta’ gassijiet b'effett ta’ serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament u l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-sena X-2. Mingħajr preġudizzju għar-rapportar tal-gassijiet b'effett ta’ serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-kategorija tas-sors ta’ IPCC “1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili” għandhom jitqiesu bħala ugwali għal żero għall-finijiet tal-Artikoli 3 u 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

Raġuni

Il-kategorija 1.A.3.A tqis emissjonijiet waqt li l-inġenju tal-ajru jitlaq u jinżel u l-komponent “cruise” fi ħdan Stat Membru. L-emissjonijiet tal-inġenju tal-ajru ħafif li jitlaq mill-mitjar privati huma partikolarment ta’ piż sabiex jiġu inklużi fil-qasir. Madankollu x'aktarx li l-karburant użat mill-inġenju tal-ajru ħafif jitqies taħt emissjonijiet b'karburant tal-bastimenti jekk jużaw ajruport kummerċjali (tinħoloq inkonsistenza).

Emenda 8

Artikolu 13 – Is-sistemi nazzjonali għal politiki, miżuri u projezzjonijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Huma għandhom jimmiraw li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u l-projezzjonijiet ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-użu u l-applikazzjoni tad-dejta, tal-metodi u tal-mudelli, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità, kif ukoll l-analiżi tas-sensittività.

2.   Huma għandhom jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u l-projezzjonijiet ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-użu u l-applikazzjoni tad-dejta, tal-metodi u tal-mudelli, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità, kif ukoll l-analiżi tas-sensittività.

Raġuni

Irid ikun hemm l-opportunità li jitqabblu l-PLCDs bejn l-Istati Membri. Irid ikun hemm ukoll il-kapaċità wkoll li jitqabblu l-impatti fuq l-emissjonijiet fuq setturi differenti f'oqsma Ewropej differenti. Għaldaqstant id-data għandha tkun aċċessibbli sabiex tiġi permessa analiżi ulterjuri u fiduċja fl-istrateġiji.

Emenda 9

Artikolu 14 – Rapportar dwar politiki u miżuri

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   …

1.   …

(c)

informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, u dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali għal kull gassijiet b'effett ta’ serra msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tagħmel referenzi għall-politiki nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli, partikolarment dawk dwar il-kwalità tal-arja, u għandha tinkludi:

informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, u dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali għal kull gassijiet b'effett ta’ serra msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tagħmel referenzi għall-politiki nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli, partikolarment dawk dwar il-kwalità tal-arja, u għandha tinkludi:

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, kwalunkwe valutazzjoni tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, u kwalunkwe informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, flimkien ma’ kwalunkwe rapport tekniku li jsostni dawn il-valutazzjonijiet. Dawn għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, kwalunkwe valutazzjoni tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, u kwalunkwe informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, flimkien ma’ kwalunkwe rapport tekniku li jsostni dawn il-valutazzjonijiet. Dawn għandhom jinkludu d-deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, id-definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti.

Raġuni

Il-kuntest reġjonali jeħtieġ li jkun espliċitu.

Huwa meħtieġa kemm il-kalkoli kif ukoll ir-raġunijiet kwalitattivi.

Emenda 10

Artikolu 15 – Rapportar dwar il-projezzjonijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena (“sena X”), il-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, organizzati skont it-tip ta’ gass u skont is-settur.

1.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena (“sena X”), il-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, organizzati skont it-tip ta’ gass u skont is-settur.

Raġuni

Il-kuntest reġjonali jeħtieġ li jkun espliċitu.

Emenda 11

Artikolu 25 – Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(d)

it-twettiq ta’ reviżjoni tal-esperti annwali;

(d)

it-twettiq reviżjoni tal-esperti annwali;

(h)

it-tħejjija tal-estimi għad-dejta dwar il-projezzjonijiet mhux irrapportata mill-Istati Membri;

(h)

it-tħejjija tal-estimi għad-dejta dwar il-projezzjonijiet mhux irrapportata mill-Istati Membri;

(j)

it-tixrid tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, inkluż iż-żamma u l-aġġornar ta’ bażi tad-dejta dwar il-politiki u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-Istati Membri, u ċentru ta’ kklerjar [clearinghouse] għall-impatti, il-vulnerabbiltajiet u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

(j)

it-tixrid tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, inkluż iż-żamma u l-aġġornar ta’ bażi tad-dejta dwar il-politiki u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-Istati Membri, u ċentru ta’ kklerjar [clearinghouse] għall-impatti, il-vulnerabbiltajiet u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

 

 

 

 

 

Raġuni

L-EEA hi kruċjali għas-suċċess tal-politika tal-Istati Membri. Dan ifisser li għandhom ikunu s-sors tat-tagħrif espert u l-gwida dwar l-iktar tendenzi probabbli tal-emissjonijiet. L-emissjonijiet kumulativi huma kruċjali għall-konċentrazzjonijiet fl-atmosfera ta’ GhGs fl-atmosfera u għaldaqstant taż-żieda futura fit-temperatura. L-emissjonijiet fi ħdan il-konfini Ewropej ma jirriflettux b'mod xieraq l-emissjonijiet globali mill-Ewropa. Għaldaqstant għandu jiġi inkluż b'mod espliċitu apprezzament tal-“emissjonijiet mill-konsum”.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/61


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ programm għall-ambjent u l-azzjoni klimatika (LIFE)”

2012/C 277/08

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

fid-dawl tal-isfidi sostanzjali li jeżistu f’dan il-qasam, jilqa’ b’sodisfazzjon żieda ferm iżjed sostanzjali f’dan il-baġit filwaqt li jirrikonoxxi li ma jistax jintlaħaq ftehim dwar iċ-ċifra eżatta qabel ma jiġu konklużi l-ftehimiet dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali;

jappoġġja l-approċċ il-ġdid ta’ “Proġetti Integrati”, madankollu jitlob li għandhom jitħeġġu l-aċċessibbiltà u l-involviment tal-partijiet interessati f’proġetti integrati; li l-ambjent marittimu, il-ħamrija u l-istorbju bħala prijorità għandhom jiżdiedu bħala oqsma rilevanti oħra ulterjuri tal-proġetti integrati; u li jiġu implimentati mekkaniżmi adatti ta’ koordinazzjoni ta’ LIFE ma’ fondi oħra tal-UE fil-Qafas Strateġiku Komuni u ma’ Oqfsa ta’ Azzjoni ta’ Prijorità għall-finanzjament ta’ Natura 2000;

huwa tal-fehma li t-tneħħija tal-VAT bħala nefqa eliġibbli tista’ twaqqaf ħafna applikanti potenzjali milli jiżviluppaw proposta. Ifakkar li f’fondi oħra tal-UE, il-VAT huwa aċċettat bħala spejjeż eliġibbli jekk il-benefiċjarji jistgħu jagħtu prova li l-VAT ma jistax jiġi rkuprat;

jirrakkomanda li l-ispejjeż tal-persunal jibqgħu eliġibbli, bil-kundizzjoni li tingħata prova bil-miktub li l-persunal inkwistjoni jkunu ssekondati formalment għall-attivitajiet tal-proġett, fuq bażi full time jew part time;

jipproponi li l-ogħla rata għandha tiġi estiża għal 85 % fil-każ ta’ reġjuni inqas żviluppati (kif definit fir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali) u fir-reġjuni ultraperiferiċi;

jitlob li l-Programm LIFE għandu jkun miftuħ għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej tal-UE li jkunu partijiet għad-“Definizzjoni tal-Assoċjazzjoni Barranija” (Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE), li huma responsabbli għall-maġġoranza tal-bijodversità tal-UE.

Relatur

Is-Sinjura TWITCHEN (UK/NI), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Essex

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

COM(2011) 874 final – 2011/0428 COD

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Kummenti ġenerali

1.

itenni l-fehma tiegħu li l-Programm LIFE jirrappreżenta strument importanti li jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ politiki u proġetti ambjentali fil-livell lokali u reġjonali b’valur miżjud Ewropew, u għen biex jimmobilizza l-isforzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Ikkontribwixxa wkoll biex joħloq sħubijiet, u b’hekk isaħħaħ l-istrutturi tal-kooperazzjoni u ġie ffaċilitat l-iskambju tal-esperjenza u tal-informazzjoni fil-livell lokali u reġjonali;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni li LIFE jitkompla fi ħdan il-perjodu l-ġdid ta’ finanzjament. Huwa tal-fehma li dan jiżgura intervent iżjed effettiv, joħloq sinerġiji billi jikkoordina l-attivitajiet fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, u jżid il-viżibbiltà tal-azzjonijiet ambjentali u tal-klima;

3.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-azzjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima għandha tkun element integrali tal-biċċa l-kbira tal-politiki tal-UE. Izda, l-istrumenti prinċipali tal-UE għall-finanzjament ma jindirizzawx il-ħtiġijiet speċifiċi kollha fil-qasam tal-ambjent u l-klima. Għaldaqstant, jibqa’ l-bżonn ta’ Programm separat għall-Azzjoni fil-Qasam tal-Ambjent u l-Klima, li jibni fuq il-kisbiet tar-Regolament (KE) Nru 614/2007 dwar LIFE+ għall-perjodu 2007-2013. Għalhekk, jikkomplementa l-approċċ “standard” għall-kisba tal-għanijiet fil-qasam tal-ambjent u l-klima fi ħdan il-baġit tal-UE, permezz tal-finanzjament ta’ proġetti dwar l-ambjent u l-klima li mhumiex eliġibbli għall-finanzjament bnadi oħra;

4.

josserva li l-valutazzjoni tal-programm LIFE eżistenti enfasizzat li l-impatt tiegħu huwa limitat minħabba nuqqas ta’ enfasi strateġika. Għalhekk, il-programm ġdid ser jintroduċi approċċ flessibbli minn fuq għal isfel, u jistabbilixxi żewġ sottoprogrammi separati, li jkopru l-Azzjoni fil-qasam tal-Ambjent u l-Klima bi prijoritajiet identifikati biċ-ċar;

5.

għalhekk huwa importanti li l-flessibbiltà fil-programm tibqa’ garantita. Il-proċess ta’ prijoritizzazzjoni m’għandux iwassal għal limitazzjonijiet kbar u għal kriterji imperattivi. L-istess bħall-programm attwali, il-kejl ewlieni għandu jkun il-kwalità tal-proġetti proposti;

6.

huwa tal-fehma li r-Regolament LIFE għandu jagħmel referenza speċifika għall-bżonn li jkun hemm sinerġiji bejn l-elementi differenti, pereżempju li l-proġetti dwar il-klima ffinanzjati mill-Programm LIFE jkollhom effett pożittiv fuq il-bijodiversità, u li l-proġetti dwar l-ambjent iffinanzjati minn LIFE ikunu reżistenti għat-tibdil fil-klima. Fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni indikat is-sinerġiji potenzjali bejn iż-żewġ sottoprogrammi,u sabiex il-proġetti jissodisfaw firxa sħiħa ta’ għanijiet, huwa importanti li jiġi żgurat li dan iseħħ;

7.

itenni t-talba tiegħu (1) li l-Programm LIFE jkompli jappoġġja proġetti dwar il-komunikazzjoni u l-informazzjoni, u jkun hemm iżjed enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni, inkluża l-edukazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni ta’ proġetti li jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’dan il-kuntest, jilqa’ b’sodisfazzjon il-qasam prijoritarju propost ta’ governanza u informazzjoni f’kull wieħed miż-żewġ sottoprogrammi;

8.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn iż-żewġ sottoprogrammi LIFE, ikunu fi ħdan il-qafas ta’ Programm Multiannwali ta’ Ħidma wieħed, b’sett wieħed ta’ regoli komuni ta’ implimentazzjoni u talba waħda għall-proposti; għandhom ukoll jiġu ttrattati flimkien fi ħdan l-uniku Kumitat LIFE. Il-Kumitat jinnota wkoll li ma għandux ikun hemm proċeduri u prijoritajiet differenti għal sottoprogrammi differenti;

9.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea organizzat konsultazzjonijiet fuq livell wiesa’ hija u tiżviluppa din il-proposta u qieset il-bosta fehmiet tal-partijiet interessati u tal-KtR (2);

B.    L-indikaturi

10.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi li saret fl-Artikolu 3 tal-proposta biex jiġu definiti l-indikaturi għall-kejl tas-suċċess tal-Programm LIFE. Jirrakkomanda li jiżdiedu indikaturi li jkejlu u jippromovu l-governanza u l-komunikazzjoni tajba f’kull proġett fil-qafas tal-Programm LIFE. Il-KtR ħeġġeġ li l-Programm LIFE irawwem mezzi ta’ komunikazzjoni mmirati – u b’hekk iżjed effettivi – u attivitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċità f’kull proġett fil-qafas tal-Programm LIFE;

C.    Sottoprogramm għall-Ambjent (LIFE – il-qasam tal-ambjent)

Qasam prijoritarju: L-ambjent u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi

11.

josserva li l-Artikolu 10 tal-proposta ma jindirizzax l-innovazzjoni fis-settur privat orjentata lejn ir-replikazzjoni tas-suq, peress li din il-kwistjoni ser tiġi koperta mill-inizjattiva Orizzont 2020. Dan jagħmila possibbli li l-Programm LIFE jiffoka fuq l-innovazzjoni ekoloġika min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u li jinstabu soluzzjonijiet li ta’ spiss l-aħjar jiġu implimentati permezz tas-sħubijiet pubbliċi-privati. Għalhekk, il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon iċ-ċaqliqa lejn l-innovazzjoni fis-settur pubbliku u l-possibbiltà ta’ sħubijiet pubbliċi-privati;

Qasam prijoritarju: il-bijodiversità

12.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, kif mitlub mill-KtR (3), il-proposta fl-Artikolu 11 tippermetti attivitajiet rikorrenti, bil-kundizzjoni li l-proġetti jaħdmu abbażi ta’ proċeduri eżemplari li jistgħu jiġu applikati għal reġjuni oħrajn, u li jkunu soġġetti għal standards relatati mal-monitoraġġ tagħhom u l-komunikazzjoni tas-sejbiet lill-pubbliku;

13.

huwa tal-fehma li l-appoġġ permezz ta’ proġetti integrati għall-Oqfsa ta’ Azzjoni ta’ Prijorità għall-finanzjament ta’ Natura 2000 ser ikun element prinċipali fil-ġejjieni fil-kuntest tal-qasam prijoritarju tal-“bijodiversità” fil-programm LIFE. Il-KtR jitlob li, b’konformità mal-qafas istituzzjonali ta’ kull Stat Membru, l-awtoritajiet reġjonali jkunu inkarigati mill-iżvilupp tal-Oqfsa ta’ Azzjoni ta’ Prijorità, u jieħdu nota tal-inizjattivi reċenti mnedija mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzjament ta’ Natura 2000 (4);

Qasam prijoritarju: Governanza ambjentali u informazzjoni

14.

jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li l-appoġġ tal-programm LIFE għall-governanza ambjentali ssaħħaħ billi sar qasam prijoritarju fil-Proposta għal Regolament (Artikolu 12). Il-KtR huwa tal-fehma li dan isaħħaħ il-viżibbiltà ta’ proġetti potenzjali fil-qasam tal-governanza u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser isiru benefiċjarji importanti ta’ dan il-qasam prijoritarju ġdid. Il-KtR ħeġġeġ li LIFE jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u li jiffoka iżjed fuq is-sensibilizzazzjoni, inkluża l-edukazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni ta’ proġetti li jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali u għandhom impatt sostanzjali fil-livell tal-UE (5);

15.

huwa tal-fehma li dan il-qasam prijoritarju għandu jippromovi l-iskambju tal-għarfien dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi ambjentali tal-UE billi jappoġġja n-netwerks, it-taħriġ u l-proġetti dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari dawk tal-awtoritajiet lokali u reġjonali attivi fil-qasam, fil-livell Ewropew;

D.    Sottoprogramm għal Azzjoni dwar il-Klima (LIFE – il-qasam tal-klima)

16.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ sottoprogramm ġdid dwar azzjoni fil-qasam tal-klima, li jista’ jaqdi rwol fil-promozzjoni ta’ azzjonijiet u investiment favur livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u reżistenti għat-tibdil fil-klima. Jilqa’ dan fid-dawl tal-impenji tal-UE fil-livell internazzjonali li tnaqqas il-gassijiet b’effett ta’ serra fil-qafas tal-Protokoll ta’ Kyoto u l-ftehim futur dwar il-klima dinjija li għandu jiġi nnegozjat sal-2015, u fil-qafas tal-għanijiet tal-UE marbuta mal-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (6);

17.

iżda, josserva li l-baġit propost huwa pjuttost parti żgħira mill-Programm LIFE globali (25 %). Għalhekk LIFE – il-qasam tal-klima għandu potenzjal limitat ħafna biex inaqqas b’mod sostanzjali l-gassijiet b’effett ta’ serra. Għaldaqstant, għandu jaħdem biex jippromovi firxa wiesgħa ta’ benefiċċji ambjentali, bħal żoni naturali li huma essenzjali għall-iżgurar ta’ kwalità tajba tal-arja u li għandhom bijodiversità kbira (it-torbieri (peatlands) u l-foresti) jew il-ħolqien ta’ infrastruttura ekoloġika bħala approċċ integrat għaż-żamma tal-bijodiversità u biex jiġu kkontrollati l-impatti tat-tibdil fil-klima;

18.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Proġetti Integrati ser jiffukaw l-iżjed fuq il-mitigazzjoni tal-klima u fuq strateġiji ta’ adattament u pjani ta’ azzjoni;

19.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-għanijiet imniżżla fil-qasam prijoritarju “governanza klimatika u informazzjoni” (Artikolu 16), u jara rwol ċar għall-KtR biex jippromovi s-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ klima;

E.    Proġetti Integrati

20.

kif qal f’opinjoni preċedenti tiegħu (7), jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li jiġu introdotti “Proġetti Integrati” fit-tul fuq skala territorjali wiesgħa (b’mod partikolari dik reġjonali, multireġjonali jew nazzjonali) bħala mezz biex jiġu indirizzati bosta kwistjonijiet differenti permezz ta’ relazzjoni strateġika u strutturata ma’ possibbiltajiet oħra ta’ finanzjament min-naħa tal-UE. Il-proġetti LIFE ikomplu jkollhom valur katalitiku importanti;

21.

huwa tal-fehma li l-Proġetti Integrati se jtejbu l-implementazzjoni tal-politika ambjentali u dik tal-klima u l-integrazzjoni tagħhom f’politiki oħrajn, permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ governanza f’diversi livelli, billi tiġi żgurata mobilizzazzjoni koordinata ta’ fondi oħra tal-UE, u dawk nazzjonali u privati lejn għanijiet ambjentali jew dawk relatati mal-klima. Ser jiffukaw fuq l-implimentazzjoni ta’ pjani u strateġiji fil-qasam tal-ambjent u l-klima fuq skala territorjali ikbar min-normal fil-każ ta’ LIFE+;

22.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-lista tal-oqsma li huma l-iżjed rilevanti għall-Proġetti Integrati fl-Artikolu 18(d) tirrifletti bil-bosta rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-KtR (ġestjoni tal-ilma, konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, użu ta’ riżorsi sostenibbli u ġestjoni tal-iskart). Iżda, huwa tal-fehma li l-ambjent marittimu, il-ħamrija u l-istorbju għandhom jiżdiedu wkoll bħala oqsma rilevanti oħra;

23.

jesprimi t-tħassib tiegħu li jista’ jagħti l-każ li l-Proġetti Integrati jkunu kumplessi biex jitħejjew u jiġu ġestiti, b’mod partikolari fid-dawl tal-firxa tal-iskadenzi, il-kriterji tal-għażla, il-proċeduri marbuta mal-applikazzjonijiet, il-kundizzjonijiet għall-ġestjoni u l-arranġamenti għar-rappurtar. Dan ser ikun partikolarment diffiċli għall-awtoritajiet lokali ż-żgħar, u għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon l-għajnuna teknika prevista fil-proposta biex jitħejjew u jitressqu l-Proġetti Integrati;

24.

jitlob li jkun hemm mekkaniżmi adatti ta’ koordinazzjoni ta’ LIFE ma’ fondi oħra tal-UE fil-Qafas Strateġiku Komuni, b’mod partikolari fi ħdan il-kuntratti ta’ sħubija kif previst fl-Artikolu 14 tal-abbozz ta’ Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali, kif ukoll mal-approċċ il-ġdid propost ta’ zvilupp lokali mmexxi mill-Komunità u strateġiji fil-qasam tal-iżvilupp lokali għall-fondi kollha tal-QSK kif previst fl-Artikoli 28 u 29 tal-abbozz ta’ Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali;

25.

jistenna li din il-kategorija ġdida ta’ proġetti LIFE fuq skala kbira tinkludi l-qafas u l-gwida għall-iżvilupp ta’ proġetti individwali LIFE u proġetti oħra, inkluż pjan li jispjega kif finanzjament ieħor tal-UE, u dak nazzjonali, reġjonali, lokali u privat huwa kkombinat biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet proposti. F’ċerti każi, il-proġetti jistgħu jkunu itwal, biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati u implimentati proġetti LIFE individwali li jkunu relatati ma’ xulxin;

26.

fl-istess ħin, jikkunsidra bħala siewja proġetti tradizzjonali żgħar li huma aċċessibbli għal awtoritajiet lokali żgħar li m’għandhomx daqstant possibbilitajiet li jiżviluppaw Proġett Integrat. Għaldaqstant, jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li dawn xorta waħda jsibu posthom fil-programm il-ġdid u jitlob li l-baġits globali allokati għalihom ma jitnaqqsux;

27.

jirrikonoxxi l-bżonn ta’ bażi ġeografika approssimattiva, iżda huwa tal-fehma li dan il-bżonn ma għandux jitqies bħala xprun prinċipali li jista’ jwassal biex il-finanzjament ma jintefaqx fuq proġetti essenzjali sempliċement biex ikun hemm kwota nazzjonali nozzjonali xi mkien ieħor. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-possibbiltà li jiġu inklużi pajjiżi ġirien f’dawn il-proġetti;

28.

huwa tal-fehma li għandu jitħeġġeġ iżjed is-sehem tal-partijiet interessati fi proġetti integrati;

F.    Semplifikazzjoni, programmazzjoni u atti delegati

29.

jirrikonoxxi li l-Kummissjoni Ewropea fittxet li twieġeb għat-talbiet li saru f’opinjoni preċedenti (8) għal żieda fis-semplifikazzjoni amministrattiva, inkluża programmazzjoni multiannwali u użu iżjed mifrux tal-għodda tal-IT. L-użu ta’ ħlasijiet b’rata fissa u ta’ somom f’daqqa jista’ jnaqqas il-burokrazija, u għalhekk nilqgħuh b’sodisfazzjon. Iżda, huwa mħasseb dwar il-fatt li l-impenn biex ikun hemm semplifikazzjoni huwa espress l-iżjed f’termini mill-iżjed wesgħin bħala aspirazzjoni fil-premessa 26;

30.

jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-introduzzjoni ta’ approċċ “f’żewġ fażijiet” għall-għażla tal-Proġetti Integrati, li permezz tiegħu l-applikanti potenzjali jkunu jistgħu jipprovdu nota lill-Kummissjoni dwar il-kunċett sabiex din tkun tista’ tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel, li jfisser li jinħlew inqas riżorsi minn offerenti li ftit li xejn hemm ċans li jirnexxu. Dan jirrifletti wkoll rakkomandazzjoni tal-KtR (9);

31.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-programmi multiannwali ta’ ħidma li jtawlu ta’ mill-inqas sentejn kif propost fl-Artikolu 24. Huwa tal-fehma li dawn il-programmi annwali ta’ ħidma jistgħu jiżguraw li l-Programm LIFE jirrifletti l-prijoritajiet tal-UE b’mod iżjed strateġiku u politiku. Il-KtR jitlob lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-programmi ta’ ħidma sabiex dawn ikunu jirriflettu sew il-prattika;

32.

iżda, huwa mħasseb dwar il-fatt li l-possibbiltà li ssir reviżjoni ta’ nofs it-term tal-programmi multiannwali kif previst fl-Artikoli 24(3) tista’ twassal għal sens ta’ imprevidibbiltà fil-konfront tal-benefiċjarji. Għalhekk, it-tibdil li jsir f’din ir-revizjoni għandu jkun mill-inqas possibbli;

33.

jirrikonoxxi li fil-programm attwali, il-prestazzjoni tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali ma kinitx uniformi u, f’ċerti każi, kienet dgħajfa tant li ma sarx l-aqwa użu possibbli mill-allokazzjonijiet nazzjonali (f’opinjoni preċedenti, il-KtR talab taħriġ aħjar għall-punti ta’ kuntatt nazzjonali (10));

34.

jisħaq li l-proċedura tal-analiżi u l-Kumitat LIFE (Artikolu 29) għandhom joperaw b’mod trasparenti u inklużiv;

35.

josserva li l-abbozz ta’ Regolament jipprevedi atti delegati dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni li japplikaw għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi (Artikolu 3), dwar l-applikazzjoni tal-kriterji “li jkunu ta’ interess Komunitarju” (Artikolu 19(1)) u dwar l-applikazzjoni ta’ kriterji għall-“applikazzjoni ta’ bilanċ ġeografiku” fil-każ tal-proġetti integrati (Artikolu 19(3)). Il-KtR ħa pożizzjoni kritika dwar iż-żieda fl-użu tal-komitoloġija fil-politika ambjentali, peress li hija nieqsa mit-trasparenza fil-proċess tal-UE għat-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-proċess operattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali (11). Għalhekk, jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel konsultazzjonijiet adatti mal-awtoritajiet lokali u reġjonali matul il-ħidma preparatorja tagħha fil-qafas tal-atti delegati;

G.    Kofinanzjament u nfiq eliġibbli

36.

jirrikonoxxi li l-Kummissjoni Ewropea wieġbet it-talbiet li saru f’opinjoni preċedenti (12) biex ir-rata massima ta’ kofinanzjament togħla minn massimu ta’ 50 %, kif inhi attwalment, għal massimu ta’ 70 % (u sa massimu ta’ 80 % għal proġetti integrati u preparatorji);

37.

jipproponi li l-ogħla rata tiġi estiża għal 85 % fil-każ ta’ reġjuni inqas żviluppati (kif definit fir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali (13)) u r-reġjuni ultraperiferiċi. Dawn ir-reġjuni ta’ spiss huma vitali biex jintlaħaq l-għan li jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità;

38.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea ma weġbitx għat-talbiet li sarulha f’opinjoni preċedenti (14) li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikomplu jqisu l-ispejjeż relatati mal-persunal permanenti bħala riżorsi proprji. L-esklużjoni tal-ispejjeż relatati mal-persunal permanenti jkollha impatt negattiv fundamentali fuq il-kwalità u l-fattibbiltà tal-proġetti, b’mod partikolari ta’ gvernijiet iżgħar u organizzazzjonijiet mhux governattivi, li jiddependu mill-kontinwità tal-persunal permanenti u l-għarfien espert tagħhom, u li l-membri tal-persunal tagħhom ta’ spiss jaħdmu fuq bażi part-time f’għadd ta’ proġetti fl-istess ħin;

39.

huwa tal-fehma li dan, flimkien mat-tneħħija tal-VAT bħala nfiq eliġibbli, kif propost fl-Artikolu 20, probabbli jwaqqaf bosta kandidati potenzjali milli jiżviluppaw proposta. Ifakkar li f’fondi oħra tal-UE, il-VAT huwa aċċettat bħala spejjeż eliġibbli jekk il-benefiċjarji jistgħu jagħtu prova li l-VAT ma jistax jiġi rkuprat;

40.

iżda, jiġbed l-attenzjoni għas-sejbiet ta’ studju li jidher li qed jixhdu li l-effett tar-rati estremament ogħla ta’ finanzjament proposti mill-Kummissjoni ser jikkumpensaw għat-tneħħija ta’ xi wħud mill-elementi tal-fondi eliġibbli għall-biċċa l-kbira tal-proġetti. Barra minn hekk, huwa konxju mill-fatt li l-kwistjoni tal-ħin ta’ ħidma tal-persunal hija l-kaġun ta’ ħafna argumenti bejn l-awdituri tal-Kummissjioni u l-benefiċjarji u twassal għall-irkuprar ta’ somom kbar min-naħa tal-Kummissjoni, xi drabi żmien twil wara li l-proġett jintemm;

41.

madankollu, jirrakkomanda li l-ispejjeż tal-persunal jibqgħu eliġibbli, bil-kundizzjoni li tingħata prova bil-miktub li l-persunal inkwistjoni jkunu ssekondati formalment għall-attivitajiet tal-proġett;

H.    Il-baġit

42.

josserva ż-żieda proposta fil-baġit għall-programm LIFE minn EUR 2 100 miljun għal EUR 3 600 miljun li, għalkemm hija żieda sostanzjali għall-Programm, għadha komparattivament modesta peress li tirrappreżenta 0,3 % biss tal-baġit kumplessiv tal-UE;

43.

iżda, fid-dawl tal-isfidi sostanzjali li jeżistu f’dan il-qasam, il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon żieda ferm iżjed sostanzjali f’dan il-baġit. Jirrikonoxxi li ma jistax jintlaħaq ftehim dwar iċ-ċifra eżatta qabel ma jiġu konklużi l-ftehimiet dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali;

44.

għalkemm nilqgħu b’sodisfazzjon koerenza u komplementarjetà ma’ tipi oħra ta’ finanzjament, il-finanzjament tal-programm LIFE ma għandux ikollu impatt fuq dawn il-fondi (pereżempju, il-fondi strutturali);

45.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li 50 % tas-sottoprogramm Ambjent għandu jkun iddedikat għall-bijodiversità: dan jissodisfa talba li saret mill-KtR (15);

46.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-dispożizzjoni ġdida fl-Artikolu 17 li l-programm LIFE jista’ jkun ikkombinat ma’ strumenti finanzjarji innovattivi. Huwa tal-fehma li dan huwa ta’ rilevanza partikolari għall-qasam prijoritarju Ambjent u Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi. Itenni li dawn l-istrumenti għandhom jintużaw biss flimkien mal-għotjiet ta’ azzjoni (action grants) u mhux minflokhom;

I.    Sussidjarjetà

47.

jafferma mill-ġdid li l-politika ambjentali hija qasam fejn il-kompetenzi jinqasmu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri. Għaldaqstant, japplika l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa tal-fehma, madankollu, li peress li l-Proposta għal Regolament hija essenzjalment tkomplija tal-programm LIFE, li ilu jeżisti sa mill-1992, ma hemmx bżonn ta’ valutazzjoni dettaljata tal-konformità tiegħu mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma affermati mill-ġdid fil-premessa 34 tal-abbozz ta’ Regolament;

48.

Madankollu:

a)

jaqbel ħafna li l-Programm għandu jkompli jiġi ġestit b’mod ċentrali, iżda huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġi żgurat li d-delega tal-kompiti, bħall-għażla tal-proġetti u l-kompiti ta’ monitoraġġ, lil aġenzija eżekuttiva ma tnaqqasx mis-sehem tal-Istati Membri fl-operazzjonijiet tal-Programm, u li kull trasferiment ma jwassalx għal telf ta’ għarfien u għarfien speċjalizzat meħtieġa biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet LIFE;

b)

ifakkar fir-rwol importanti li għandhom jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE u l-istrateġiji fil-qasam tal-klima fil-livell sottonazzjonali, u jissensibilizzaw iżjed lill-pubbliku dwar l-innovazzjonijiet u l-aħjar prattiki;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (16) (minn hawn ’il quddiem il-“Pjan Direzzjonali 2050”) irrikonoxxiet li l-ittestjar ta’ approċċi ġodda lejn il-mitigazzjoni tal-bidla klimatika ser jibqa’ essenzjali biex issir tranżazzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. L-adattament għall-bidla klimatika bħala prijorità transsettorjali tal-Unjoni wkoll ser jeħtieġ li jkun żgurat. Barra minn hekk, il-promozzjoni tal-governanza u s-sensibilizzazzjoni huma essenzjali għall-ilħuq ta’ riżultati kostruttivi u biex jiġi żgurat l-involviment tal-partijiet konċernati. Għalhekk, is-sottoprogramm għal Azzjoni Klimatika għandu jappoġġja l-isforzi li jikkontribwixxu għal tliet oqsma prijoritarji speċifiċi: Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika, Adattament għall-Bidla Klimatika u Governanza Klimatika u Informazzjoni. Ghandu jkun possibbli għall-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta’ iktar minn wieħed minn dawn l-oqsma prijoritarji u li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ iktar minn Stat Membru wieħed.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (16) (minn hawn ’il quddiem il-“Pjan Direzzjonali 2050”) irrikonoxxiet li l-ittestjar ta’ approċċi ġodda lejn il-mitigazzjoni tal-bidla klimatika ser jibqa’ essenzjali biex issir tranżazzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. L-adattament għall-bidla klimatika bħala prijorità transsettorjali tal-Unjoni wkoll ser jeħtieġ li jkun żgurat. Barra minn hekk, il-promozzjoni tal-governanza u s-sensibilizzazzjoni huma essenzjali għall-ilħuq ta’ riżultati kostruttivi u biex jiġi żgurat l-involviment tal-partijiet konċernati. Għalhekk, is-sottoprogramm għal Azzjoni Klimatika għandu jappoġġja l-isforzi li jikkontribwixxu għal tliet oqsma prijoritarji speċifiċi: Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika, Adattament għall-Bidla Klimatika u Governanza Klimatika u Informazzjoni. Ghandu jkun possibbli għall-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta’ iktar minn wieħed minn dawn l-oqsma prijoritarji u li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ iktar minn Stat Membru wieħed.

Raġuni

Ir-Regolament LIFE għandu jagħmel referenza speċifika għall-bżonn li jkun hemm sinerġiji bejn l-għanijiet ambjentali, b’mod partikolari bejn l-azzjoni fil-qasam tal-klima u l-bijodiversità. Huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat ir-rwol tal-ekosistemi tal-foresti minħabba li jistgħu jikkontribwixxu għat-tibdil u l-mitigazzjoni fil-bijodiversità u l-klima kif ukoll iżidu l-kapaċità ta’ assorbiment tal-karbonju.

Emenda 2

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Bil-ħsieb li jiġi ssimplifikat il-Programm LIFE u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti u l-benefiċjarji, għandu jsir użu akbar ta’ rati fissi u ta’ ammonti f’daqqa, u l-finanzjament għandu jiffoka fuq kategoriji aktar speċifiċi ta’ spejjeż. Permezz ta’ kumpens għal spejjeż ineliġibbli u sabiex jinżamm il-livell effettiv ta’ sostenn ipprovdut mill-Programm LIFE, ir-rati ta’ kofinanzjament għandhom ikunu ta’ 70 % bħala regola ġenerali u 80 % f’każijiet speċifiċi.

Bil-ħsieb li jiġi ssimplifikat il-Programm LIFE u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti u l-benefiċjarji, għandu jsir użu akbar ta’ rati fissi u ta’ ammonti f’daqqa, u l-finanzjament għandu jiffoka fuq kategoriji aktar speċifiċi ta’ spejjeż. Permezz ta’ kumpens għal spejjeż ineliġibbli u sabiex jinżamm il-livell effettiv ta’ sostenn ipprovdut mill-Programm LIFE, ir-rati ta’ kofinanzjament għandhom ikunu ta’ 70 % bħala regola ġenerali u .

Raġuni

L-ogħla rata għandha tiġi estiża għal 85 % fil-każ ta’ reġjuni li għadhom lura mil-lat ekonomiku jew qegħdin fi stat ta’ tranżizzjoni (kif definit fir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali). Dawn ir-reġjuni ta’ spiss huma vitali biex jintlaħaq l-għan li jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità. Bħala regola ġenerali r-reġjuni ultraperiferiċi jibbenefikaw minn rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 % mill-fondi Ewropej ewlenin. Għaldaqstant għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata ta’ kofinanzjament tal-programmi l-oħra tal-UE bħall-Programm LIFE. Ta’ min jinnota wkoll li r-reġjuni ultraperiferiċi huma l-ikbar kontributuri netti għall-bijodiversità fl-Unjoni Ewropea kollha, b’numru mdaqqas ta’ siti b’importanza Komunitarja fi ħdan in-Netwerk Natura 2000.

Emenda 3

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità għas-selezzjoni tal-proġetti, tal-kriterji għall-applikazzjoni ta’ bilanċ ġeografiku għal “Proġetti Integrati”, u tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità għas-selezzjoni tal-proġetti, tal-kriterji għall-applikazzjoni ta’ bilanċ ġeografiku għal “Proġetti Integrati”, u tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti . Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Raġuni

Il-KtR ħa pożizzjoni kritika dwar iż-żieda fl-użu tal-komitoloġija fil-politika ambjentali, peress li hija nieqsa mit-trasparenza fil-proċess tal-UE għat-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-proċess operattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 4

Artikolu 5 - Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-Programm LIFE

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm LIFE għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:

Il-Programm LIFE għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:

(a)

il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jkunu partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);

(a)

il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jkunu partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);

(b)

pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali u l-pajjiżi aderenti fl-Unjoni;

(b)

pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali u l-pajjiżi aderenti fl-Unjoni;

(c)

pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat;

(c)

pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat;

(d)

pajjiżi li saru membri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/1999 tad-29 ta’ April 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta’ Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni ambjentali;

(d)

pajjiżi li saru membri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/1999 tad-29 ta’ April 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta’ Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni ambjentali;

 

Din il-parteċipazzjoni għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet preskritti fil-ftehimiet bilaterali jew multilaterali rispettivi li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni.

Din il-parteċipazzjoni għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet preskritti fil-ftehimiet bilaterali jew multilaterali rispettivi li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni.

Raġuni

Il-21 Pajjiż u Territorju Extra-Ewropew tal-UE, flimkien mal-erba’ Reġjuni Ultraperiferiċi ta’ Franza għandhom numru ta’ speċji endemiċi u mhedda iktar mill-pajjiżi tal-UE-27. Ħamsa mill-34 żona nevralġiċa importanti għall-bijodiversità globali jinsabu fl-OCTs tal-UE. L-ekosistemi tal-gżejjer ikopru 5 % biss taż-żona terrestri globali, iżda madankollu huwa mifhum li għandhom terz tal-ispeċi dinjija li huma mhedda. Din il-bijodiversità għadha relattivament mhux protetta, minħabba li d-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Abitati ma japplikawx għalihom. Huwa diffiċli li jinkiseb finanzjament sabiex tiġi appoġġjata l-ħidma ta’ konservazzjoni minħabba li dawn il-postijiet remoti mhumiex eliġibbli għal bosta fondi internazzjonali (minħabba l-assoċjazzjoni tagħhom mal-UE). Il-finanzjament għal proġetti fl-OCTs jista’ jittieħed mill-allokazzjonijiet nazzjonali tal-erba’ Stati Membri (ir-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi, Franza, id-Danimarka) li għandhom territorji li huma kklassifikati bħala OCTs, u għaldaqstant ma jkollhom l-ebda implikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm LIFE fl-kollu kemm hu.

Emenda 5

Artikolu 8 – Komplementarjetà, punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Programm LIFE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, sabiex jinħolqu sinerġiji, partikolarment fil-kuntest ta’ Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d), u biex isostnu l-użu ta’soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati taħt il-Programm LIFE. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha sseħħ fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru … (Ir-Regolament QSK).

Skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Programm LIFE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, sabiex jinħolqu sinerġiji, partikolarment fil-kuntest ta’ Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d), u biex isostnu l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati taħt il-Programm LIFE. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha sseħħ fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru … (Ir-Regolament ).

Raġuni

Fid-dawl tal-importanza ta’ LIFE biex jikkontribwixxi b’mod strateġiku għall-finanzjament ta’ Natura 2000, il-KtR jitlob li r-Regolament jitlob lill-Istati Membri b’mod espliċitu li jiżguraw il-koordinazzjoni, anke permezz tat-twaqqif ta’ Oqfsa ta’ Azzjoni ta’ Prijorità. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni tal-Proġetti Integrati LIFE tista’ twassal għal sinerġiji permezz tal-approċċ il-ġdid propost ta’ żvilupp lokali bbażat fuq il-Komunità u strateġiji fil-qasam tal-iżvilupp lokali għall-fondi kollha tal-QSK, kif previst fl-Artikoli 28 u 29 tal-abbozz ta’ Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali.

Barra minn hekk, il-kliem użat fl-abbozz tar-Regolament QSK ġie rranġat sabiex jaqbel ma’ opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (CdR 5/2012 riv. 1).

Emenda 6

Artikolu 10 – Objettivi speċifiċi fil-qasam prijoritarju l-Ambjent u l-Effiċjenza fir-Riżorsi, punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

biex jiġu sostnuti l-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta’ approċċi integrati għall-implementazzjoni ta’ pjanijiet u programmi skont il-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, primarjament fl-oqsma tal-ilma, l-iskart u l-arja;

biex jiġu sostnuti l-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta’ approċċi integrati għall-implementazzjoni ta’ pjanijiet u programmi skont il-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, primarjament fl-oqsma tal-ilma, l-iskart u l-arja;

Raġuni

F’ħafna reġjuni, l-indirizzar tat-tniġġis tal-ħamrija huwa ta’ importanza kbira u jitqies bħala marbut mill-qrib mal-protezzjoni tal-ilma u l-prevenzjoni tal-iskart.

Emenda 7

Artikolu 14 - Objettivi speċifiċi fil-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika għandu partikolarment ikollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

Sabiex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika għandu partikolarment ikollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

a)

biex jikkontribwixxi għall-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni, inkluż ir-razzjonalizzar trasversali tal-oqsma ta’ politika, partikolarment bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta’ approċċi ta’ politika jew maniġerjali, l-aħjar prassi u soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-bidla klimatika;

a)

biex jikkontribwixxi għall-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni, inkluż ir-razzjonalizzar trasversali tal-oqsma ta’ politika, partikolarment bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta’ approċċi ta’ politika jew maniġerjali, l-aħjar prassi u soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-bidla klimatika;

b)

biex itejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet u miżuri effikaċi ta’ mitigazzjoni u jtejjeb il-kapaċità li l-għarfien jiġi applikat fil-prattika;

b)

biex itejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet u miżuri effikaċi ta’ mitigazzjoni u jtejjeb il-kapaċità li l-għarfien jiġi applikat fil-prattika;

c)

biex jiffaċilita l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ approċċi integrati, bħal għall-istrateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni għall-mitigazzjoni, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;

c)

biex jiffaċilita l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ approċċi integrati, bħal għall-istrateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni għall-mitigazzjoni, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;

d)

biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-mitigazzjoni li jkunu tajbin biex jiġu replikati, ittrasferiti jew razzjonalizzati.

d)

biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-mitigazzjoni li jkunu tajbin biex jiġu replikati, ittrasferiti jew razzjonalizzati.

 

Raġuni

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-miżuri klimatiċi ma jkollhomx effett negattiv fuq il-bijodiversità. Iżda, minħabba li dawn il-miżuri klimatiċi huma mtennija fil-programm LIFE, huwa importanti li jiġi żgurat li jkollhom impatt pożittiv fuq il-bijodiversità. Huwa essenzjali li tiġi żgurata konsistenza bejn iż-żewġ linji tal-programm LIFE.

Emenda 8

Artikolu 15 - Objettivi speċifiċi fil-qasam prijoritarju l-Adattament għall-Bidla Klimatika

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Bil-għan li jikkontribwixxi għas-sostenn tal-isforzi li jwasslu biex tiżdied ir-reżiljenza għall-bidla klimatika, il-qasam prijoritarju Adattament għall-Bidla Klimatika għandu partikolarment jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

Bil-għan li jikkontribwixxi għas-sostenn tal-isforzi li jwasslu biex tiżdied ir-reżiljenza għall-bidla klimatika, il-qasam prijoritarju Adattament għall-Bidla Klimatika għandu partikolarment jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

a)

biex jikkontribwixxi għall-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-adattament, inkluż ir-razzjonalizzar trasversali tal-oqsma ta’ politika, partikolarment bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta’ approċċi ta’ politika jew maniġerjali, l-aħjar prassi u soluzzjonijiet għall-adattament għall-bidla klimatika;

a)

biex jikkontribwixxi għall-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-adattament, inkluż ir-razzjonalizzar trasversali tal-oqsma ta’ politika, partikolarment bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta’ approċċi ta’ politika jew maniġerjali, l-aħjar prassi u soluzzjonijiet għall-adattament għall-bidla klimatika;

b)

biex itejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet u miżuri effikaċi ta’ adattament u jtejjeb il-kapaċità li l-għarfien jiġi applikat fil-prattika;

b)

biex itejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet u miżuri effikaċi ta’ adattament u jtejjeb il-kapaċità li l-għarfien jiġi applikat fil-prattika;

c)

biex jiffaċilita l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ approċċi integrati, bħal għall-istrateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni għall-adattament, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;

c)

biex jiffaċilita l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ approċċi integrati, bħal għall-istrateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni għall-adattament, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;

d)

biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-adattament li jkunu tajbin biex jiġu replikati, ittrasferiti jew razzjonalizzati;

d)

biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-adattament li jkunu tajbin biex jiġu replikati, ittrasferiti jew razzjonalizzati;

 

Raġuni

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-miżuri klimatiċi ma jkollhomx effett negattiv fuq il-bijodiversità. Iżda, minħabba li dawn il-miżuri klimatiċi huma mtennija fil-programm LIFE, huwa importanti li jiġi żgurat li jkollhom impatt pożittiv fuq il-bijodiversità. Huwa essenzjali li tiġi żgurata konsistenza bejn iż-żewġ linji tal-programm LIFE.

Emenda 9

Artikolu 18 – Proġetti, punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għotjiet ta’ azzjoni jistgħu jiffinanzjaw dawn il-proġetti:

….

d)

proġetti integrati primarjament fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, u tal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla klimatika;

Għotjiet ta’ azzjoni jistgħu jiffinanzjaw dawn il-proġetti:

….

d)

proġetti integrati primarjament fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, u tal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla klimatika;

Raġuni

L-oqsma prijoritarji għandhom jinkludu l-ambjent marittimu, il-ħamrija u l-ġestjoni tal-istorbju.

Emenda 10

Artikolu 19 – Il-kriterji tal-eliġibilità għall-proġetti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

1.   Il-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

(a)

li jkunu ta’ interess Komunitarju billi jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħuq ta’ wieħed mill-objettivi tal-Programm LIFE stipulati fl-Artikolu 3;

(a)

li jkunu ta’ interess Komunitarju billi jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħuq ta’ wieħed mill-objettivi tal-Programm LIFE stipulati fl-Artikolu 3;

(b)

jiżguraw approċċ kosteffikaċi u jkunu teknikament u finanzjarjament koerenti;

(b)

jiżguraw approċċ kosteffikaċi u jkunu teknikament u finanzjarjament koerenti;

(c)

ikunu jagħmlu sens fl-implementazzjoni proposta.

(c)

ikunu jagħmlu sens fl-implementazzjoni proposta.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) sabiex tadatta dak il-kriterju għal oqsma prijoritarji speċifiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 9 u 13.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) sabiex tadatta dak il-kriterju għal oqsma prijoritarji speċifiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 9 u 13.

2.   Fejn ikun possibbli, il-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE għandhom jippromwovu sinerġiji bejn objettivi differenti u jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku.

2.   roġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE għandhom jippromwovu sinerġiji bejn objettivi differenti u jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku.

3.   Il-Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) għandhom jinvolvu, fejn xieraq, lill-partijiet konċernati u jippromwovi, meta possibbli, il-koordinazzjoni ma’ sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ dawn.

3.   Il-Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) għandhom jinvolvu lill-partijiet konċernati u jippromwovi, meta possibbli, il-koordinazzjoni ma’ sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ dawn.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-bilanċ ġeografiku konformi mal-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-isforzi fil-proċess tal-aġġudikazzjoni għall-Proġetti Integrati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 dwar il-kriterji għall-applikazzjoni ta’ bilanċ ġeografiku f’kull qasam tematiku msemmi fl-Artikolu 18 il-punt (d).

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-bilanċ ġeografiku konformi mal-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-isforzi fil-proċess tal-aġġudikazzjoni għall-Proġetti Integrati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 dwar il-kriterji għall-applikazzjoni ta’ bilanċ ġeografiku f’kull qasam tematiku msemmi fl-Artikolu 18 il-punt (d).

4.   Il-Kummissjoni għandha partikolarment tqis il-proġetti transnazzjonali meta l-koperazzjoni transnazzjonali tkun essenzjali sabiex jiġu ggarantiti l-objettivi tal-protezzjoni ambjentali u dawk klimatiċi u għandha tfittex li tiżgura li tal-inqas 15 % tar-riżorsi baġitarji ddedikati għall-proġetti jkunu allokati lil proġetti transnazzjonali.

4.   Il-Kummissjoni għandha partikolarment tqis il-proġetti transnazzjonali meta l-koperazzjoni transnazzjonali tkun essenzjali sabiex jiġu ggarantiti l-objettivi tal-protezzjoni ambjentali u dawk klimatiċi u għandha tfittex li tiżgura li tal-inqas 15 % tar-riżorsi baġitarji ddedikati għall-proġetti jkunu allokati lil proġetti transnazzjonali.

 

   

Raġuni

Fejn possiblli, u kemm jista’ jkun, għandhom jitħeġġu l-aċċessibbiltà u l-involviment tal-partijiet interessati f’proġetti integrati.

Filwaqt li l-isforzi tal-programm għandhom jitqassmu fl-UE kollha, mhux biss għax il-kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi spiss għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, madankollu kunċetti ta’ “kwoti nazzjonali” mhumiex xierqa u m’għandhomx jitqiesu qabel il-mertu intrinsiku tal-proposti individwali.

Irridu niżguraw li proġetti eliġibbli integrati u multiannwali li jiġu introdotti f’fażi iktar tard ma jnaqqsux mill-baġits tal-proġetti eżistenti li wrew xi jsarrfu. Barra minn hekk, huma eżattament dawn it-tip ta’ proġetti li huma l-eħfef biex jintużaw għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li mhux bilfors ikollhom ir-riżorsi adegwati sabiex iwaqqfu t-tip ta’ proġetti integrati stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, jagħmel sens li l-proġetti ffinanzjati mill-programm LIFE jippromov l-użu ta’ akkwist ambjentali pubbliku.

Emenda 11

Artikolu 20 – Rati ta’ kofinanzjament u eliġibilità ta’ spejjeż għal proġetti, punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 għandha tkun 70 % tal-ispejjeż eliġibbli. Eċċezzjonalment, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal proġetti msemmija fl-Artikolu 18, il-punti (d) u (f) għandha tkun 80 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Ir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 għandha tkun 70 % tal-ispejjeż eliġibbli. Eċċezzjonalment, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal proġetti msemmija fl-Artikolu 18, il-punti (d) u (f) għandha tkun 80 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Raġuni

L-ogħla rata għandha tiġi estiża għal 85 % fil-każ ta’ reġjuni inqas żviluppati (kif definit fir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali). Dawn ir-reġjuni ta’ spiss huma vitali biex jintlaħaq l-għan li jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità. Bħala regola ġenerali, ir-reġjuni ultraperiferiċi jibbenefikaw minn rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 % skont il-fondi Ewropej. Għaldaqstant għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata ta’ kofinanzjament skont il-programmi l-oħra tal-UE bħall-programm LIFE. Għaldaqstant ta’ min jinnota wkoll li r-reġjuni ultraperiferiċi u l-ikbar kontributuri netti lill-bijodiversità fl-Unjoni Ewropea kollha, filwaqt li għandhom numru kbir ta’ siti b’importanza Komunitarja fi ħdan in-netwerk Natura 2000.

Emenda 12

Artikolu 20 – Rati ta’ kofinanzjament u eliġibilità ta’ spejjeż għal proġetti, punt 2, l-ewwel parti dwar il-VAT

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-VAT ma għandhiex titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18.

Il-VAT titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18.

Raġuni

Il-KtR huwa tal-fehma li t-tneħħija tal-VAT bħala nefqa eliġibbli tista’ twaqqaf ħafna applikanti potenzjali milli jiżviluppaw proposta. Ifakkar li f’fondi oħra tal-UE, il-VAT huwa aċċettat bħala spejjeż eliġibbli jekk il-benefiċjarji jistgħu jagħtu prova li l-VAT ma jistax jiġi rkuprat.

Emenda 13

Artikolu 20 – Rati ta’ kofinanzjament u eliġibilità ta’ spejjeż għal proġetti, punt 3 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Il-KtR huwa tal-fehma li t-tneħħija tal-persunal bħala nefqa eliġibbli tista’ twaqqaf ħafna applikanti potenzjali milli jiżviluppaw proposta. Il-formulazzjoni użata hawn fuq terġa’ tintroduċi din l-eliġibbiltà kif stipulat fir-Regolament LIFE+ (KE) Nru 614/2007/ ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 309 tal-20 ta’ Novembru 2008 (ara l-Artikolu 5), filwaqt li tqis l-ispejjeż tal-pagi, u ma tippermettix li jitqiesu l-ispejjeż tal-pagi mingħajr ma jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi. Barra minn hekk, l-obbligu li jiġi impjegat persunal addizzjonali sabiex jitwettqu dawn il-proġetti mhux realistiku għall-operaturi ż-żgħar u f’bosta każi jkun impossibbli li jiġu implimentati, speċjalment li spiss jeħtieġu persunal speċjalizzat b’kompetenzi fil-qasam. Għaldaqstant huwa rakomandat li hawnhekk tiġi restritta din il-kundizzjoni għall-fatt li l-persunal msemmi jeħtieġ li jiġi sekondat għall-proġett li jibbenefika minn dawn il-fondi.

Barra minn hekk, ġie ċċarat li l-ħaddiema taċ-ċivil jistgħu jiġu ssekondati f’proġetti b’bażi full time jew part time sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fejn jidħol il-kalkolu tan-nefqa tal-ħaddiema taċ-ċivil li qegħdin jaħdmu għal proġetti ffinanzjati. L-esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ proġetti skont edizzjonijiet preċedenti tal-programm LIFE turi li l-ħaddiema taċ-ċivil spiss għandhom ikunu involuti fl-iżvilupp tagħhom f’kapaċità part time iżda li hi vitali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li din in-nefqa tiġi rikonoxxuta bħala eliġibbli għall-finanzjament.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 6/2011 fin (punt 74).

(2)  Rapport “Valutazzjoni tal-impatti territorjali tal-Istrument tal-UE LIFE+”, imħejji mis-Segretarjat tal-Kumitat tar-Reġjuni, Mejju 2011, CdR 6/2011 fin.

(3)  CdR 6/2011, (punt 56).

(4)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2011) 1573 final.

(5)  CdR 6/2011 fin, Rapport “Valutazzjoni tal-impatti territorjali tal-Istrument tal-UE LIFE+”, imħejji mis-Segretarjat tal-Kumitat tar-Reġjuni, Mejju 2011.

(6)  COM(2010) 2020 final u COM(2011) 112 final.

(7)  CdR 6/2011 fin (punti 6, 25, 65-69).

(8)  CdR 6/2011 fin (punti 33 u 37).

(9)  CdR6/2011 fin (punt 38).

(10)  CdR 6/2011 fin (punt 18).

(11)  CdR 25/2010 fin, CdR 159/2008 fin, CdR 47/2006 fin.

(12)  CdR 6/2011 fin (punt 35).

(13)  COM(2011) 615 final; CdR 6/2011fin (punt 15).

(14)  CdR 6/2011 fin (punt 34).

(15)  CdR 6/2011 fin (punti 9 u 14).

(16)  COM(2011) 112 final, 8.3.2011.


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/74


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni”

2012/C 277/09

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jinnota li r-regoli attwali dwar il-konċessjonijiet jissawru mill-ġurisprudenza u mil-leġislazzjoni nazzjonali. Fid-dawl tal-fatt li ċerti konċessjonijiet jista’ jkollhom impatt fuq is-suq intern, huwa rrakkomandat li r-regoli jkunu ċari u l-ispjegazzjoni u l-approċċ ikunu uniformi. Il-Kumitat għalhekk jemmen li huwa ġġustifikat li jiġi kkunsidrat regolament f’dan il-qasam;

għalhekk iqis li huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti u l-Istati Membri jibqgħu ħielsa fl-għażla tal-istrument li bih jixtiequ jwettqu l-kompitu tagħhom. Il-liċenzji, inklużi l-liċenzji ta’ operar f’għadd limitat, m’għandhomx jaqgħu taħt din id-direttiva. Dan jgħodd ukoll għas-sempliċi finanzjament ta’ attività, li ħafna drabi jkun abbinat mal-obbligu ta’ rimborż tal-ammonti riċevuti meta dawn ma jintużawx għall-finijiet previsti;

iqis ukoll li tkun ħaġa tajba li jiġi ċċarat iżjed il-mod kif ser tingħata konċessjoni. Għandu jinstab bilanċ, minn naħa, bejn iċ-ċarezza, pereżempju tal-mod kif titħabbar u l-iskadenzi, u, min-naħa l-oħra, il-flessibbiltà tal-awtoritajiet kontraenti dwar, pereżempju liema kriterji jixtiequ japplikaw. Din iċ-ċarezza toffri lill-awtoritajiet kontraenti bażi soda u tintroduċi l-uniformità mixtieqa fil-mod li bih l-Istati Membri japplikaw ir-regolament. Il-flessibbiltà tirrikonoxxi l-għarfien tal-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-konċessjonijiet tagħhom u tagħraf l-awtonomija tal-Istati Membri. B’hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom flessibbiltà wiesgħa li jagħżlu kriterji soċjali u sostenibbli;

huwa tal-fehma li din il-proposta għandha tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà: l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom il-libertà tal-għażla li jiddeċiedu jagħmlux ix-xogħlijiet jew is-servizzi huma stess jew jekk dawn isirux minn partijiet terzi. Meta l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiddeċiedu jissottokuntrattaw, għandhom ikunu liberi li jagħżlu liema strument legali japplikaw: liċenzja, akkwist pubbliku, jew konċessjoni.

Relatur

Is-Sur KOOL (NL/PSE), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Belt tal-Aja

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

COM(2011) 897 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li m’hemm l-ebda qafas legali uniformi għall-konċessjonijiet. Il-konċessjonijiet għax-xogħlijiet pubbliċi huma regolati mid-direttivi Ewropej dwar l-akkwist pubbliku. Il-liġi dwar il-konċessjonijiet għas-servizzi hija eskluża mid-direttivi Ewropej dwar l-akkwist pubbliku u taqa’ taħt il-prinċipji tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dawn il-prinċipji ġew żviluppati iktar fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea;

2.

jinnota li l-Istati Membri huma obbligati jikkonformaw mal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-trattament indaqs, in-nondiskriminazzjoni, it-trasparenza u l-proporzjonalità) fir-rigward tal-għoti tal-kuntratti ta’ konċessjoni, iżda jinnota li dawn jiġu implimentati b’modi differenti. L-għan tal-Proposta għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet huwa li r-regolamenti dwar il-konċessjonijiet tax-xogħlijiet u l-konċessjonijiet tas-servizzi jinġabru f’qafas legali uniku, sabiex ikun hemm direttiva waħda għall-għoti tal-konċessjonijiet fil-livell tal-UE. Permezz ta’ din il-proposta l-għoti tal-konċessjonijiet ikollu bażi legali waħda. Fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi li qed jikkonfrontaw l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tqis li l-iżvilupp tas-suq intern huwa ta’ importanza kbira, sakemm ir-regoli tal-UE dwar il-konċessjonijiet jagħtu lill-awtoritajiet kontraenti biżżejjed flessibbiltà għall-implimentazzjoni;

3.

josserva li l-bażi legali biex jiġi stabbilit qafas legali uniku għall-konċessjonijiet tinsab fl-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-TFUE. Dawn l-artikoli jittrattaw it-tħaddim tas-suq intern. Il-Kumitat jinnota f’dan ir-rigward li l-konċessjonijiet ta’ servizzi għandhom dejjem jiġu kkunsidrati wkoll b’rabta mal-forniment ta’ servizzi ta’ interess (ekonomiku) ġenerali. Il-Proposta għal Direttiva ma tqisx b’mod suffiċjenti l-innovazzjonijiet li ġab miegħu f’dan ir-rigward it-Trattat ta’ Lisbona; u għalhekk il-KtR jitlob li dawn is-servizzi jkunu s-suġġett ta’ derogi aktar estensivi fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva;

4.

huwa tal-fehma li din il-proposta għandha tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà: l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom il-libertà tal-għażla li jiddeċiedu jagħmlux ix-xogħlijiet jew is-servizzi huma stess jew jekk dawn isirux minn partijiet terzi. Meta l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiddeċiedu jissottokuntrattaw, għandhom ikunu liberi li jagħżlu liema strument legali japplikaw: liċenzja, akkwist pubbliku, jew konċessjoni;

5.

jqis li l-konċessjonijiet huma ta’ natura iktar kumplessa u jiġu konklużi għal perjodi iktar għat-tul. Fil-passat il-Kumitat kien ta parir li meta jiġu adottati regolamenti dwar l-għoti tal-konċessjonijiet, dawn għandhom ikunu flessibbli u sempliċi (CdR 21/2010) u jeħtieġ li jiġu evitati l-ambigwitajiet legali;

F’DAN IL-KUNTEST, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

6.

jemmen li fl-Artikolu 1 tad-Direttiva, jew tal-anqas fil-premessi, għandu jiġi ċċarat li t-trasferiment tal-kompiti u tal-kompetenzi minn entità pubblika għal oħra ma jaqax fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk, is-setturi li diġà huma koperti minn dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE speċifiċi għas-settur jew li mhumiex regolati speċifikament minħabba deċiżjonijiet tal-leġislatur tal-Unjoni m’għandhomx jiġu inklużi;

7.

jagħraf li barra milli għandhom ċertu valur, il-konċessjonijiet jinfluwenzaw is-suq intern, u għalhekk jistgħu jiġu soġġetti għal-leġislazzjoni tal-UE;

8.

jinnota li r-regoli attwali dwar il-konċessjonijiet jissawru mill-ġurisprudenza u mil-leġislazzjoni nazzjonali. Fid-dawl tal-fatt li ċerti konċessjonijiet jista’ jkollhom impatt fuq is-suq intern, huwa rrakkomandat li r-regoli jkunu ċari u l-ispjegazzjoni u l-approċċ ikunu uniformi. Il-Kumitat għalhekk jemmen li huwa ġġustifikat li jiġi kkunsidrat regolament f’dan il-qasam;

9.

madankollu, iqis li l-konċessjonijiet fl-Istati Membri differenti qed jiġu implimentati b’modi differenti. Dan qed isir minħabba l-istrumenti nazzjonali l-oħra li l-Istat Membru jkollu biex jirregola l-attivitajiet jew biex jagħti konċessjonijiet relatati. Għalhekk, l-impatt ta’ direttiva jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, u l-Kummissjoni għalhekk għandha tiċċara u tiddefinixxi b’mod espliċitu liema tipi ta’ kuntratti huma kkunsidrati bħala “konċessjonijiet” u liema tipi ta’ relazzjonijiet kuntrattwali jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva;

10.

għalhekk iqis li huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti u l-Istati Membri jibqgħu ħielsa fl-għażla tal-istrument li bih jixtiequ jwettqu l-kompitu tagħhom. Il-liċenzji, inklużi l-liċenzji ta’ operar f’għadd limitat, m’għandhomx jaqgħu taħt din id-direttiva. Dan jgħodd ukoll għas-sempliċi finanzjament ta’ attività, li ħafna drabi jkun abbinat mal-obbligu ta’ rimborż tal-ammonti riċevuti meta dawn ma jintużawx għall-finijiet previsti;

11.

jinsab imħasseb li l-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ sejħa għall-offerti għall-konċessjoni minn strumenti nazzjonali simili jidħol wisq fil-kamp tal-awtonomija nazzjonali tal-Istati Membri. Għalhekk, il-Kumitat bi pjaċir jinnota li mill-preambolu jidher li l-Kummissjoni Ewropea taħseb li tali atti tal-Istat m’għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjoni iżda jemmen li hemm bżonn li tiġi prevista eżenzjoni espliċita f’artikolu;

12.

huwa tal-fehma li d-direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li jkollhom impatt fuq is-suq intern. Għalhekk, il-konċessjonijiet li, minħabba l-valur baxx tagħhom ma jaffettwawx is-suq intern, għandhom jingħataw direttament mingħajr l-ebda sejħa preliminari għall-offerti;

13.

iqis li din id-distinzjoni hija ferm importanti għall-SMEs. B’hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandhom il-flessibbiltà jimplimentaw politika ta’ konċessjonijiet favorevoli għall-SMEs;

14.

jinsab imħasseb dwar il-kumplessità tal-leġislazzjoni. L-awtoritajiet kontraenti jqisu li d-direttivi attwali dwar l-akkwist pubbliku huma kumplessi bla bżonn. Il-biża’ hija li din id-direttiva dwar il-konċessjonijiet tkun ukoll kwistjoni kumplessa ħafna. Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-konċessjonijiet ma jistgħux jiġu regolati kollha bl-istess mod fid-direttivi Ewropej dwar l-akkwist pubbliku u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-direttiva u l-Komunikazzjonijiet sussegwenti potenzjali mill-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward ikunu sempliċi;

15.

iqis ukoll li tkun ħaġa tajba li jiġi ċċarat iżjed il-mod kif ser tingħata konċessjoni. Għandu jinstab bilanċ, minn naħa, bejn iċ-ċarezza, pereżempju tal-mod kif titħabbar u l-iskadenzi, u, min-naħa l-oħra, il-flessibbiltà tal-awtoritajiet kontraenti dwar, pereżempju liema kriterji jixtiequ japplikaw. Din iċ-ċarezza toffri lill-awtoritajiet kontraenti bażi soda u tintroduċi l-uniformità mixtieqa fil-mod li bih l-Istati Membri japplikaw ir-regolament. Il-flessibbiltà tirrikonoxxi l-għarfien tal-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-konċessjonijiet tagħhom u tagħraf l-awtonomija tal-Istati Membri. B’hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom flessibbiltà wiesgħa li jagħżlu kriterji soċjali u sostenibbli.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa (5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendatal-KtR

Għandhom jiddaħħlu wkoll ċerti dispożizzjonijiet għal koordinazzjoni tal-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali peress li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta’ entitajiet li joperaw f’dawn is-setturi u b’kunsiderazzjoni tan-natura magħluqa tas-swieq li joperaw fihom, minħabba l-eżistenza ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri rigward il-forniment, il-provvista jew l-operat ta’ netwerks għall-forniment tas-servizzi konċernati.

Raġuni

Dawn is-setturi diġà huma koperti minn leġislazzjoni speċifika.

Emenda 2

Premessa (6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(6)

Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju konklużi bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala l-għan tagħhom l-akkwist ta’ xogħlijiet jew servizzi fejn il-konsiderazzjoni tikkonsisti, normalment, fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt. L-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi hija soġġetta għal obbligi vinkolanti speċifiċi definit mill-awtorità jew l-entità kontraenti li huma legalment infurzabbli.B’kuntrast, ċerti atti mill-Istat bħal awtorizzazzjonijiet jew liċenzi li bihom l-Istat jew awtorità pubblika tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, m'għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet. L-istess japplika għal ċerti ftehimiet li jkollhom bħala għan tagħhom id-dritt li operatur ekonomiku jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, bħal kuntratti ta’ kiri ta’ art fejn l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti tistabbilixxi biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jakkwistaw xogħlijiet jew servizzi speċifiċi.

(6)

Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju konklużi bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala l-għan tagħhom l-akkwist ta’ xogħlijiet jew servizzi fejn il-konsiderazzjoni tikkonsisti, normalment, fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt. -eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi hija soġġetta għal vinkolanti speċifiċidefinit [sic.] mill-awtorità jew l-entità kontraenti legalment infurzabbli. B’kuntrast, ċerti atti mill-Istat bħal awtorizzazzjonijiet, jew liċenzi li bihom l-Istat jew awtorità pubblika tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika , m’għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet. L-istess japplika għal ċerti ftehimiet li jkollhom bħala għan tagħhom id-dritt li operatur ekonomiku jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, bħal kuntratti ta’ kiri ta’ art fejn l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti tistabbilixxi biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jakkwistaw xogħlijiet jew servizzi speċifiċi.

Raġuni

Id-distinzjoni bejn liċenzja, liċenzja f’għadd limitat, li biha l-awtorità kontraenti tattribwixxi dritt ta’ sfruttament, u konċessjoni għandha tiġi ċċarata.

B’liċenzja jista’ jiġi stabbilit il-mod li bih titwettaq l-attività, skont ċerti ħtiġijiet. Iżda barra minn hekk, hemm liċenzji li jistgħu anke jillimitaw l-attivitajiet stess. Dawn huma l-hekk imsejħa liċenzji ta’ operar jew liċenzja f’għadd limitat. Dan jiġri l-iktar għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, saħħa pubblika u/jew sigurtà. Pereżempju, fil-każ ta’ liċenzja ta’ operar għall-prostituzzjoni, is-settur tal-ospitalità u l-casinos.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni għandu punti komuni ma’ dan it-tip ta’ liċenzja ta’ operar. L-iktar differenza importanti tinsab fil-fatt li, f’kuntratt ta’ konċessjoni, it-twettiq tal-attività huwa kruċjali għall-awtorità kontraenti. Għalhekk, fil-każ ta’ kuntratt ta’ konċessjoni, it-twettiq tal-attività huwa legalment infurzabbli. Jekk it-twettiq tal-attività relatata mad-dritt ta’ sfruttament ikun legalment infurzabbli jista’ jiġi aċċettat it-twettiq ta’ “l-interess pekunarju”. Dan il-kriterju japplika wkoll għad-definizzjoni tal-akkwist pubbliku.

Huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti u l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jagħżlu l-istrument li bih jixtiequ li jitwettaq il-kompitu tagħhom. Il-liċenzji, inklużi l-liċenzji ta’ operar u l-liċenzji f’għadd limitat, m’għandhomx jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-direttiva. Mhuwiex rakkomandat li l-obbligu tat-trasparenza għall-awtoritajiet kontraenti jiġi applikat meta jingħataw it-tali liċenzji jew fil-każ ta’ sejħa għall-offerti. Il-leġislazzjoni nazzjonali u sottonazzjonali għandha sservi bħala l-bażi legali biex jiġi determinat min għandu jingħata liċenzja. Mill-punt 6 tal-Preambolu jidher li l-Kummissjoni Ewropea taqbel ma’ dil-fehma.

Għalkemm id-definizzjoni ta’ konċessjoni tirreferi għall-forma tal-kuntratt, il-kriterji huma spjegati b’mod funzjonali. Għaldaqstant, il-liċenzja tista’ titqies bħala konċessjoni. Għalhekk id-differenza bejn liċenzja (ta’ operar) u konċessjoni għandha tiġi ċċarata fil-Preambolu u fid-definizzjoni tal-konċessjonijiet.

Għandha ssir distinzjoni bir-reqqa bejn il-konċessjonijiet u d-dazji tal-gvern, bħall-ħruġ tal-permessi u l-liċenzji.

Emenda 3

Premessa (9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(9)

Il-kunċett ta’ drittijiet speċjali jew esklussivi huwa ċentrali għad-definizzjoni tal-ambitu ta’ din id-Direttiva, peress li entitajiet li la jkunu entitajiet kontraenti skont l-Artikolu 4(1)(1) u lanqas impriżi pubbliċi huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha sal-punt biss li huma jeżerċitaw waħda mill-attivitajiet koperti fuq il-bażi ta’ dawn id-drittijiet. Għalhekk huwa xieraq li jiġiċċarat li d-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura bbażata fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u li għalihom ġiet żgurat pubbliċità adegwata ma jikkostitwixxux drittijiet speċjali jew esklussivi għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Din il-leġiżlazzjoni għandha tinkludi d-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tirrigwarda regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (1), id-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (2), id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (3), id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (4) u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (5). Il-forom dejjem aktar diversi ta’ azzjoni pubblika ħolqu l-ħtieġa ta’ definizzjoni aktar ċara tal-kunċett stess ta’ akkwist. Ir-regoli tal-Unjoni dwar il-konċessjonijiet jirreferu għall-akkwist ta’ xogħlijiet jew servizzi għal korrispettiv li jikkonsisti fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew is-servizzi. Il-kunċett ta’ akkwist għandu ġeneralment jinftiehem fis-sens tal-ksib tal-benefiċċji tax-xogħlijiet jew is-servizzi inkwistjoni li mhux dejjem jirrikjedi t-trasferiment tas-sjieda lill-awtoritajiet kontraenti jew lill-entitajiet kontraenti. Barra minn hekk, is-sempliċiment finanzjar ta’ attività, li ta’ spiss ikun marbut mal-obbligu ta’ rimborż tal-ammonti riċevuti meta dawn ma jintużawx għall-finijiet maħsuba, normalment ma jaqax taħt din id-Direttiva.

(9)

Il-kunċett ta’ drittijiet speċjali jew esklussivi huwa ċentrali għad-definizzjoni tal-ambitu ta’ din id-Direttiva, peress li entitajiet li la jkunu entitajiet kontraenti skont l-Artikolu 4(1)(1) u lanqas impriżi pubbliċi huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha sal-punt biss li huma jeżerċitaw waħda mill-attivitajiet koperti fuq il-bażi ta’ dawn id-drittijiet. Għalhekk huwa xieraq li jiġiċċarat li d-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura bbażata fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u li għalihom ġiet żgurat pubbliċità adegwata ma jikkostitwixxux drittijiet speċjali jew esklussivi għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Din il-leġiżlazzjoni għandha tinkludi d-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tirrigwarda regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (1), id-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (2), id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (3), id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1994dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi  (4) u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70  (5) Il-forom dejjem aktar diversi ta’ azzjoni pubblika ħolqu l-ħtieġa ta’ definizzjoni aktar ċara tal-kunċett stess ta’ akkwist. Ir-regoli tal-Unjoni dwar il-konċessjonijiet jirreferu għall-akkwist ta’ xogħlijiet jew servizzi għal korrispettiv li jikkonsisti fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew is-servizzi. Il-kunċett ta’ akkwist għandu ġeneralment jinftiehem fis-sens tal-ksib tal-benefiċċji tax-xogħlijiet jew is-servizzi inkwistjoni li mhux dejjem jirrikjedi t-trasferiment tas-sjieda lill-awtoritajiet kontraenti jew lill-entitajiet kontraenti. Barra minn hekk, is-sempliċiment finanzjar ta’ attività, li ta’ spiss ikun marbut mal-obbligu ta’ rimborż tal-ammonti riċevuti meta dawn ma jintużawx għall-finijiet maħsuba, normalment ma jaqax taħt din id-Direttiva.

Raġuni

L-għan tal-emenda huwa li tistqarr mill-ġdid, mingħajr l-ebda possibbiltà ta’ misinterpretazzjoni, il-kunċett fundamentali stabbilit fil-Premessa 25 tad-Direttiva 2004/17/KE dwar il-proċeduri tal-akkwist fis-settur tal-utilitajiet, li tgħid li d-drittijiet li jingħataw minn Stat Membru fi kwalunkwe forma, inkluż permezz ta’ atti ta’ konċessjoni, lil għadd limitat ta’ impriżi fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, proporzjonali u nondiskriminatorji, li jippermettu lil kwalunkwe parti interessata li tilħaq dawn il-kriterji li tgawdi dawn id-drittijiet, lanqas ma jistgħu jitqiesu bħala drittijiet speċjali jew eklużivi. Aħna ma nemmnux li dan il-kunċett għandu jkun limitat għal lista ta’ atti tal-UE, li jistgħu jidhru stretti, u għalhekk, l-esklużjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ Stati Membri individwali li madankollu jissodisfaw l-istess kriterji oġġettivi, proporzjonali u nondiskriminatorji.

Emenda 4

Premessa (10)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(10)

Barra minn hekk, inħolqot il-ħtieġa li jiġi ċċarat x’għandu jinftiehem bħala akkwist wieħed, bl-effett lil-valur aggregat tal-konċessjonijiet kollha konklużi għall-finijiet ta’ dan l-akkwist għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-limiti stabbiliti ta’ din id-Direttiva, filwaqt li l-akkwist għandu jiġi riklamat bħala ħaġa sħiħa, possibbilment maqsum f’lottijiet. Il-kunċett ta’ akkwist wieħed jinkludi l-provvisti, ix-xogħlijiet u s-servizzi kollha meħtieġa biex jitwettaq proġett partikolari. Indikazzjonijiet għall-eżistenza ta’ proġett wieħed jistgħu pereżempju jikkonsistu f’ippjanar u konċepiment ġenerali minn qabel mill-awtorità kontraenti, il-fatt li l-elementi differenti mixtrija jissodisfaw funzjoni ekonomika u teknika waħda jew li huma b’xi mod ieħor loġikament interkonnessi.

Raġuni

It-tħejjija u t-twettiq ta’ konċessjoni jistgħu jdumu s-snin. Matul it-tħejjija, l-awtorità kontraenti probabbilment ikollha tiġbor diversi opinjonijiet esterni. Skont id-definizzjoni, dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-valur tal-konċessjoni. Dan ma jagħmilx sens. Kompiti ta’ natura differenti u li jingħataw lil partijiet terzi m’għandu jkollhom l-ebda rabta mal-valutazzjoni tal-konċessjoni. Jekk dawn il-kompiti jirrappreżentaw ċertu valur, għandhom jiġu allokati abbażi u b’konformità mad-direttiva dwar l-akkwist pubbliku.

Din il-pożizzjoni tikkonforma wkoll ma’ opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat dwar il-clustering mhux meħtieġ tal-kompiti.

Ara l-Emenda 14.

Emenda 5

Premessa (11)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(11)

Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati fuq bażi li mhijiex l-istatus legali tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi żgurat, li ma jiġix preġudikat it-trattament indaqs tal-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 tat-Trattat, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri.

(11)

Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet fis-setturi tas-servizzi l-enerġija, it-trasport u postali huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati fuq bażi li mhijiex l-istatus legali tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi żgurat, li ma jiġix preġudikat it-trattament indaqs tal-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 tat-Trattat, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri.

Raġuni

Ix-xewqa tal-Parlament Ewropew rigward is-settur tal-ilma tista’ tiġi determinata mir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2004, l-10 ta’ Marzu 2004 u l-31 ta’ Mejju 2006. Dawn ir-riżoluzzjonijiet jindikaw li l-Parlament Ewropew mhux qed jaħdem għal-liberalizzazzjoni, iżda iktar għall-approċċ tal-modernizzazzjoni tas-settur tal-ilma, fejn il-prinċipji ekonomiċi jridu jiġu rikonċiljati mal-istandards tal-kwalità u l-ambjent u l-effiċjenza meħtieġa. Għalhekk, mhuwiex rakkomandat li jiddaħħlu regoli ġodda fil-forma ta’ arranġamenti orizzontali.

Emenda 6

Premessa ġdida wara l-Premessa (13)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali (akkomunament kuntrattwali jew istituzzjonali bejn il-muniċipalitajiet) ma jistgħux jidħlu fl-ambitu tal-leġislazzjoni tas-suq intern.

Emenda 7

Premessa (20)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(20)

Reviżjoni tal-hekk imsejħa servizzi ta’ prijorità u mhux ta’ prijorità (servizzi “A” u “B”) mill-Kummissjoni wriet li mhuwiex ġustifikat li tiġi ristretta l-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-akkwist għal grupp limitat ta ’servizzi. Bħala riżultat, din id-Direttiva għandha tapplika għal għadd ta ’servizzi (bħal servizzi ta’ catering u tad-distribuzzjoni tal-ilma), li t-tnejn urew potenzjal għall-kummerċ transkonfinali.

Raġuni

Id-differenza fundamentali bejn is-servizzi prijoritarji u mhux prijoritarji, u għalhekk il-preferenza fil-liġi tal-akkwist pubbliku għall-hekk imsejħa servizzi “B”, għandha tinżamm. Is-servizzi soċjali u dawk tas-saħħa ftit li xejn għandhom impatt fuq is-suq uniku, u bħala regola, jiġu provduti lokalment. L-ilma huwa prodott vitali. Għalhekk, l-approċċ lejn is-settur tal-ilma għandu jkun partikolarment sensittiv, u jqis il-fatturi ambjentali u tas-saħħa. B’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, is-servizzi tal-ilma għandhom jitħallew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-konċessjonijiet.

Emenda 8

Premessa (22)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(22)

Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa li jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-Direttiva ma jzommux lill-Istati Membri milli japplikaw kriterji speċifiċi ta’ kwalità għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas tal-Kwalità Ewropea għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea volontarju. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta’ konċessjonijiet, pereżempju permezz tas-sempliċi finanzjament ta’ dawn is-servizzi jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità jew l-entità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tiżgura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

(22)

Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa li jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-Direttiva ma jzommux lill-Istati Membri milli japplikaw kriterji speċifiċi ta’ kwalità għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas tal-Kwalità Ewropea għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea volontarju. L-IstatiMembri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta’ konċessjonijiet, pereżempju permezz tas-sempliċi finanzjament ta’ dawn is-servizzi jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità jew l-entità kontraenti sakemm tali sistema tiżgura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

Raġuni

Il-Kumitat jipproponi li dan it-test jitneħħa.

Hemm għadd limitat ta’ liċenzji ta’ operar li jirregolaw ċerti attivitajiet li mhijiex ħaġa tajba li ssir sejħa għall-offerti għalihom. Dawn ikunu attivitajiet li ma jitwettqux minħabba l-interess ġenerali jew mill-awtorità kkonċernata, iżda li jitqiesu li huma perikolużi u għalhekk iridu jiġu regolati. Pereżempju, il-liċenzji għall-prostituzzjoni. Għalhekk, il-liċenzji ta’ operar f’għadd limitat m’għandhomx isiru awtomatikament proċedura ta’ attribuzzjoni trasparenti.

Ara wkoll l-Emenda 4.

Emenda 9

Premessa (25)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(25)

Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma’ standards ġenerali. Dawn għandhom jiġu żvelati lill-offerenti potenzjali minn qabel, ikunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt u m’għandhomx joffru lill-awtorità jew lill-entità kontraenti libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. Sabiex jikkonformaw ma’ dawn l-istandards filwaqt li jtejbu ċ-ċertezza legali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-użu tal-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

(25)

Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma’ standards ġenerali. Dawn għandhom jiġu żvelati lill-offerenti potenzjali minn qabel . Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. Sabiex jikkonformaw ma’ dawn l-istandards filwaqt li jtejbu ċ-ċertezza legali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-użu tal-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

Raġuni

Ara wkoll l-Emendi 23 u 28.

Emenda 10

Artikolu 1(3) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

(…)

(…)

 

   

Raġuni

Il-Kumitat huwa tal-fehma li din id-direttiva għandha tittratta biss konċessjonijiet li jkollhom impatt fuq is-suq intern. Il-konċessjonijiet ta’ ammonti taħt il-livelli limiti Ewropej ma jirrappreżentawx “interess transnazzjonali” u għalhekk is-suq intern ma jiġix affettwat. Din iż-żieda tippreserva l-flessibbiltà tal-awtoritajiet kontraenti.

Emenda 11

Artikolu 2(1)(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(…)

(…)

(7)

“konċessjoni ta’ servizzi” tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala l-għan tiegħu l-provvediment ta’ servizzi għajr dawk imsemmija fil-punti 2 u 4 meta l-korrispettiv għas-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jikkonsisti jew fid-dritt ta’ sfruttament tas-servizzi li jkunu s-soġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas;

(7)

“konċessjoni ta’ servizzi” tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala l-għan tiegħu l-provvediment ta’ servizzi għajr dawk imsemmija fil-punti 2 u 4 meta l-korrispettiv għas-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jikkonsisti jew fid-dritt ta’ sfruttament tas-servizzi li jkunu s-soġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas;

 

Raġuni

Id-distinzjoni bejn liċenzja, liċenzja f’għadd limitat, li biha l-awtorità kontraenti tattribwixxi dritt ta’ sfruttament, u konċessjoni għandha tiġi ċċarata.

B’liċenzja jista’ jiġi stabbilit il-mod li bih titwettaq l-attività, skont ċerti ħtiġijiet. Iżda barra minn hekk, hemm liċenzji li jistgħu anke jillimitaw l-attivitajiet stess. Dawn huma l-hekk imsejħa liċenzji ta’ operar jew liċenzja f’għadd limitat. Dan jiġri l-iktar għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, saħħa pubblika u/jew sigurtà. Pereżempju, fil-każ ta’ liċenzja ta’ operar għall-prostituzzjoni, is-settur tal-ospitalità u l-casinos.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni għandu punti komuni ma’ dan it-tip ta’ liċenzja ta’ operar. L-iktar differenza importanti tinsab fil-fatt li, f’kuntratt ta’ konċessjoni, it-twettiq tal-attività huwa kruċjali għall-awtorità kontraenti. Għalhekk, fil-każ ta’ kuntratt ta’ konċessjoni, it-twettiq tal-attività huwa legalment infurzabbli. Jekk it-twettiq tal-attività relatata mad-dritt ta’ sfruttament ikun legalment infurzabbli jista’ jiġi aċċettat it-twettiq ta’ “l-interess pekunjarju”. Dan il-kriterju japplika wkoll għad-definizzjoni tal-akkwist pubbliku.

Huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti u l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jagħżlu l-istrument li bih jixtiequ li jitwettaq il-kompitu tagħhom. Il-liċenzji, inklużi l-liċenzji ta’ operar u l-liċenzji f’għadd limitat m’għandhomx jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-direttiva. Mhuwiex rakkomandat li l-obbligu tat-trasparenza għall-awtoritajiet kontraenti jiġi applikat meta jingħataw it-tali liċenzji jew fil-każ ta’ sejħa għall-offerti. Il-leġislazzjoni nazzjonali u sottonazzjonali għandha sservi bħala l-bażi legali biex jiġi determinat min għandu jingħata liċenzja. Mill-punt 6 tal-preambolu jidher li l-Kummissjoni Ewropea taqbel ma’ dil-fehma.

Għalkemm id-definizzjoni ta’ konċessjoni tirreferi għall-forma tal-kuntratt il-kriterji huma spjegati b’mod funzjonali. Għaldaqstant, il-liċenzja tista’ titqies bħala konċessjoni. Għalhekk id-differenza bejn liċenzja (ta’ operar) u konċessjoni għandha tiġi ċċarata fil-preambolu u fid-definizzjoni tal-konċessjonijiet.

Ara r-raġuni mogħtija għall-Emenda 3.

Emenda 12

Artikolu 2(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2

Definizzjonijiet

2.   Id-dritt ta’ sfruttament ta’ xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu implika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operazzjonali sostanzjali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali sostanzjali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. […]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

2.   Id-dritt ta’ sfruttament ta’ xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu implika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operazzjonali . Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. […]

Raġuni

Il-kelma “sostanzjali” b’rabta mar-riskju operattiv għandha titneħħa. Id-distinzjoni jew id-definizzjoni ta’ riskju operazzjonali b’rabta ma’ kuntratt pubbliku jwasslu għal problemi konsiderevoli fil-livell lokali fil-prattika. Id-definizzjoni ta’ “riskju operazzjonali sostanzjali” fil-Proposta għal Direttiva tmur ferm lil hinn mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ma tistabbilixxix rekwiżiti stretti ħafna għar-riskju finanzjarju. Anke fil-każ ta’ konnessjoni u użu obbligatorji fil-provvista tal-ilma (ara l-punti 72-76 tad-Deċiżjoni C-206/08 tal-10 ta’ Settembru 2009, WAZV Gotha), il-fehma tal-Qorti hija li dan jikkostitwixxi konċessjoni ta’ servizz li mhijiex affettwata mil-liġi tal-akkwist pubbliku.

Emenda 13

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 5

Limiti

Artikolu 5

Limiti

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li ġejjin li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 5 000 000:

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li ġejjin li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 5 000 000:

(a)

konċessjonijiet konklużi minn entitajiet kontraenti biex titwettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III;

(a)

konċessjonijiet konklużi minn entitajiet kontraenti biex titwettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III;

(b)

konċessjonijiet konklużi mill-awtoritajiet kontraenti.

(b)

konċessjonijiet konklużi mill-awtoritajiet kontraenti.

 

 

 

Konċessjonijiet ta’ servizzi li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 2 500 000 iżda anqas minn EUR 5 000 000 minbarra servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jippubblikaw avviż tal-għoti ta’ konċessjoni skont l-Artikoli 27 u 28.

Konċessjonijiet ta’ servizzi li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 2 500 000 iżda anqas minn EUR 5 000 000 minbarra servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jippubblikaw avviż tal-għoti ta’ konċessjoni skont l-Artikoli 27 u 28.

 

Raġuni

Il-konċessjonijiet jistgħu jkunu għat-tul għax l-intraprenditur konċernat għandu jkun jista’ jirkupra l-investiment li jkun għamel. Meta l-perjodu ta’ konċessjoni jkun twil, il-livell limitu ta’ EUR 5 000 000 jidher baxx. L-ammont annwali ta’ qligħ li l-intraprenditur jista’ jaqla’ mill-konċessjoni madankollu mhuwiex ammont li jaffettwa s-suq intern. Għalhekk huwa rakkomandat li ssir din id-distinzjoni.

Emenda 14

Artikolu 6(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

Metodi għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni

Artikolu 6

Metodi għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni

2.   Tal-valur estimat ta’ konċessjoni għandu jkun ikkalkulat bħala l-valur tax-xogħlijiet jew servizzi kollha, anke jekk akkwistati permezz ta’ kuntratti differenti, fejn il-kuntratti jkunu parti minn proġett wieħed. Indikazzjonijiet għall-eżistenza ta’ proġett wieħed jikkonsistu f’ippjanar u konċepiment ġenerali minn qabel mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, il-fatt li l-elementi differenti mixtrija jissodisfaw funzjoni ekonomika u teknika waħda jew li huma b’xi mod ieħor loġikament interkonnessi.

2.   Tal-valur estimat ta’ konċessjoni għandu jkun ikkalkulat .

Meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tipprovdi għal għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tqishom meta tikkalkula l-valur estimat tal-konċessjoni.

Meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tipprovdi għal għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tqishom meta tikkalkula l-valur estimat tal-konċessjoni.

Raġuni

Ara l-Emenda 8.

Emenda 15

Artikolu 8(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 8

Esklużjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti

Artikolu 8

Esklużjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti

5.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għal:

5.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għal:

(a)

l-akkwist jew il-kiri, bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ artijiet, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra jew li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom; madankollu, il-konċessjonijiet ta’ servizzi finanzjarji mogħtija fl-istess żmien, qabel jew wara l-kuntratt ta’ akkwist jew ta’ kiri, fi kwalunkwe forma, għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva;

(a)

l-akkwist jew il-kiri, bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ artijiet, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra jew li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom; madankollu, il-konċessjonijiet ta’ servizzi finanzjarji mogħtija fl-istess żmien, qabel jew wara l-kuntratt ta’ akkwist jew ta’ kiri, fi kwalunkwe forma, għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva;

(b)

l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal ta’ programm intiżi għal xandir, definit bħala trasmissjoni u distribuzzjoni li juża kwalunkwe forma ta’ network elettroniku, li jingħataw minn xandara, u lanqas għal konċessjonijiet għal ħin ta’ xandir, li jingħataw lil xandara;

(b)

l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal ta’ programm intiżi għal xandir, definit bħala trasmissjoni u distribuzzjoni li juża kwalunkwe forma ta’ network elettroniku, li jingħataw minn xandara, u lanqas għal konċessjonijiet għal ħin ta’ xandir, li jingħataw lil xandara;

(c)

is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(c)

is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(d)

servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, servizzi tal-bank ċentrali u operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FESF);

(d)

servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, servizzi tal-bank ċentrali u imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FESF) ;

(e)

kuntratti ta’ impjieg;

(e)

kuntratti ta’ impjieg;

(f)

Servizzi tat-trasport bl-ajru ibbażati fuq l-għoti ta’ liċenzja ta’ operar fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) 1008/2008 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(f)

Servizzi tat-trasport bl-ajru ibbażati fuq l-għoti ta’ liċenzja ta’ operar fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) 1008/2008 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(g)

Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(g)

Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)

 

 

Ix-xandir imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandu jinkludi kwalunkwe tranżmissjoni u distribuzzjoni bi kwalunkwe forma ta’ netwerk elettronika.

Ix-xandir imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandu jinkludi kwalunkwe tranżmissjoni u distribuzzjoni bi kwalunkwe forma ta’ netwerk elettronika.

Raġuni

Konsistenti mal-Emenda 5 dwar il-Premessa 11.

Emenda 16

Artikolu 15(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

1.   Konċessjoni mogħtija minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 lil persuna ġuridika oħra għandhom jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva fejn il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma ssodisfati:

1.   Konċessjoni mogħtija minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 lil persuna ġuridika oħra għandhom jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva fejn il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma ssodisfati:

a)

din l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika konċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

a)

din l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika konċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

b)

mill-inqas 90 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti

b)

mill-inqas tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna jitwettqu għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti

c)

ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata

c)

ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata

Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifsira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta hija teżerċita influwenza deċiżiva kemm fuq l-objettivi strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kontrollata.

Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifsira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta hija teżerċita influwenza deċiżiva kemm fuq l-objettivi strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kontrollata.

Emenda 17

Artikolu 15(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn entità kkontrollata li hija awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 tagħti konċessjoni lill-entità li jikkontrollaha, jew lil persuna ġuridika oħra kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li tingħata l-konċessjoni pubblika

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn entità kkontrollata li hija awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 tagħti konċessjoni lill-entità li jikkontrollaha, jew lil persuna ġuridika oħra kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li tingħata l-konċessjoni pubblika.

Raġuni

Ir-referenza għandha tkun biss għal parteċipazzjoni “operazzjonali” jew “attiva” privata fil-kapital tal-persuna ġuridika kontrollata, fejn id-deċiżjonijiet amministrattivi tal-persuna ġuridika jistgħu jiġu influwenzati. Dan għandu jwassal biex isir investiment purament għall-kapital fil-persuna ġuridika, bħas-sħubijiet passivi (silent partnerships), mingħajr ma tiġi affettwata l-eżenzjoni għall-arranġamenti interni jew il-kooperazzjoni orizzontali bejn l-entitajiet pubbliċi. Il-Kummissjoni Ewropea stess tagħmel dan il-punt fil-komunikazzjoni tagħha tal-5 ta’ Frar 2008 dwar is-sħubijiet pubbliċi/privati (PPP). Huwa importanti li tkun permessa l-parteċipazzjoni purament tal-kapital sabiex l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jiżguraw il-provvista tas-servizzi bi prezz raġonevoli għall-pubbliku inġenerali.

Emenda 18

Artikolu 15(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

3.   Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4, li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, tista' madankollu tagħti konċessjoni mingħajr ma tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fuq persuna ġuridika li tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet jew entitajiet kontraenti oħra bħal dawn, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

3.   Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4, li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, tista’ madankollu tagħti konċessjoni mingħajr ma tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fuq persuna ġuridika li tikkontrolla b'mod konġunt ma’ awtoritajiet jew entitajiet kontraenti oħra bħal dawn, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jeżerċitaw kontroll konġunt fuq il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess.

a)

l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jeżerċitaw kontroll konġunt fuq il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess.

b)

mill-inqas 90 % tal-attivitajiet dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

b)

mill-inqas tal-attivitajiet dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

c)

ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

c)

ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

(…)

(…)

Raġuni

Konsistenti mal-Emenda 16 dwar l-Artikolu 15(1).

Emenda 19

Artikolu 15(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

4.   Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew aktar kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 ma għandux jitqies bħala konċessjoni skont it-tifsira tal-punt 1 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

4.   Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew aktar kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 ma għandux jitqies bħala konċessjoni skont it-tifsira tal-punt 1 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettqu b’mod konġunt il-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom u jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

(b)

il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

(c)

l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti ma għandhomx iwettqu fis-suq miftuħ aktar minn 10 %, f’termini ta’ fatturat, tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

(c)

l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti is-suq miftuħ ;

(d)

il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

(d)

il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

(e)

ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fi kwalunkwe mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti involuti.

(e)

ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fi kwalunkwe mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti involuti.

Raġuni

Il-kuntratti ta’ konċessjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti (fil-qafas ta’ ġestjoni responsabbli tal-fondi pubbliċi) għandhom jiġu eżentati kompletament mir-regoli tal-akkwist pubbliku, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet fl-inċiżi (c) sa (e).

Għandu jkun possibbli wkoll li l-awtoritajiet kontraenti jaħdmu flimkien f’oqsma li ma jaffettwaw l-ebda servizz pubbliku dirett. Pereżempju, kooperazzjoni fl-attivitajiet li jiffaċilitaw u jappoġġjaw it-tħaddim tagħhom, bħall-ICT, il-proprjetà, ix-xiri u l-catering.

It-tali kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti mhux dejjem tkun ibbażata fuq l-ugwaljanza bejn il-partijiet. Dan iwassal biex l-awtoritajiet il-kbar iwettqu attivitajiet għall-awtoritajiet iż-żgħar. Għalhekk huwa rakkomandat li awtorità kontraenti partikolari tkun tista’ twettaq kuntratt ta’ konċessjoni għal awtorità kontraenti oħra. Dan ikun fl-interess ta’ ġestjoni għaqlija tal-finanzi pubbliċi.

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ma qalitx li massimu ta’ 10 % tad-dħul tal-awtoritajiet kontraenti jista’ jiġi mis-suq miftuħ: il-persentaġġ tad-dħul irid jiddependi mill-attività u minn fatturi oħra rilevanti. Huwa imporanti li mhux kull forma ta’ parteċipazzjoni privata għandha teskludi l-eżenzjoni: il-parteċipazzjoni privata u attiva biss – jiġifieri jekk l-azzjonist ikun kumpanija privata li topera fis-suq – għandha twassal biex l-akkwist pubbliku jkun rekwiżit.

Emenda 20

Artikolu 15(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

Artikolu 15

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

5.   Fil-mument tal-għoti tal-konċessjoni jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

5.   

L-eċċezzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom jieqfu japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-konċessjonijiet fis-seħħ ikunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari tal-għoti.

Raġuni

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti għas-semplifikazzjoni u l-inkorporazzjoni tal-liġi dwar il-konċessjonijiet, l-ispjegazzjonijiet kumplikati għandhom jiġi evitati fit-test legali, għax ma jżidux iċ-ċertezza legali u jmorru lil hinn mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Emenda 21

Artikolu 26(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 26

Avviżi tal-konċessjonijiet

Artikolu 26

Avviżi tal-konċessjonijiet

3.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu konċessjoni għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn għandhom jgħarrfu bl-intenzjoni tagħhom tal-għoti ta’ konċessjoni ppjanat permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni minn qabel mill-aktar fis possibbli wara l-bidu tas-sena baġitarja. Dawk l-avviżi għandu jkollhom fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness XIII.

3.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu konċessjoni għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn għandhom jgħarrfu bl-intenzjoni tagħhom tal-għoti ta’ konċessjoni ppjanat permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni minn qabel mill-aktar fis possibbli wara l-bidu tas-sena baġitarja. Dawk l-avviżi għandu jkollhom fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness XIII.

Raġuni

Is-servizzi soċjali ftit li xejn għandhom impatt fuq is-suq uniku, u bħala regola, jiġu provduti lokalment. F’dan il-qasam, ir-rekwiżiti proposti tal-għoti tal-informazzjoni jimponu piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kontraenti. F’dan il-qasam b’mod partikolari, peress li l-għan ewlieni tar-riforma huwa s-semplifikazzjoni tal-liġi tal-akkwist pubbliku, ir-regoli bl-ebda mod m’għandhom isiru iżjed stretti.

Emenda 22

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 35

Garanziji proċedurali

Artikolu 35

Garanziji proċedurali

1.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti jew fid-dokumenti tal-konċessjoni deskrizzjoni tal-konċessjoni, il-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi li jridu jintlaħqu. Din l-informazzjoni għandha tippermetti li tkun identifikata n-natura u l-ambitu tal-konċessjoni, li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiddeċiedu jekk jitolbux li jipparteċipaw fil-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni. Id-deskrizzjoni, il-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi m’għandhomx ikunu mibdula matul in-negozjati.

1.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti jew fid-dokumenti tal-konċessjoni deskrizzjoni tal-konċessjoni, il-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi li jridu jintlaħqu. Din l-informazzjoni għandha tippermetti li tkun identifikata n-natura u l-ambitu tal-konċessjoni, li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiddeċiedu jekk jitolbux li jipparteċipaw fil-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni. .

 

   

 

   

Raġuni

Jista’ jagħti l-każ li wara l-mistoqsijiet u l-kummenti li jsiru minn offerenti matul proċedura tal-akkwist pubbliku, l-awtorità kontraenti jkollha bżonn timmodifika jew tadatta l-konċessjoni. Permezz tan-negozjati jew seduti ta’ djalogu, l-awtorità kontraenti tipprova toħloq tqabbil aħjar bejn id-domanda u l-offerta. Għalhekk għandu jkun possibbli li r-rekwiżiti minimi u s-sottokriterji tal-awtorizzazzjoni jinbidlu parzjalment u li jiġu kompletati skont l-ideat ġodda li joħorġu matul in-negozjati u s-seduti ta’ djalogu. Jekk dan ma jsirx, il-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni titlef l-iskop tagħha.

Attwalment, f’każ ta’ modifika sostanzjali tal-konċessjoni, il-proċedura għandha tkun sospiża temporanjament u għandha terġa’ ssir sejħa għall-offerta għall-kuntratt. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li jinħoloq mod sempliċi li bih l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jibdlu l-konċessjoni, bħal rettifika uffiċjali għal posponiment qasir tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

Emenda 23

Artikolu 36(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 36

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

Artikolu 36

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-konċessjoni l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati ma’:

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, jew id-dokument tal-konċessjoni, l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati ma’:

(a)

l-adegwatezza għat-twettiq tal-attività professjonali;

(a)

l-adegwatezza għat-twettiq tal-attività professjonali;

(b)

il-qagħda ekonomika u finanzjarja;

(b)

il-qagħda ekonomika u finanzjarja;

(c)

l-abilità teknika u professjonali.

(c)

l-abilità teknika u professjonali.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jillimitaw kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni għal dawk li huma xierqa biex jiżguraw li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-abilitajiet kummerċjali u tekniċi li jwettaq il-konċessjoni li għandha tingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u strettament proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jillimitaw kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni għal dawk li huma xierqa biex jiżguraw li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-abilitajiet kummerċjali u tekniċi li jwettaq il-konċessjoni li għandha tingħata.

L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw ukoll fl-avviż tal-konċessjoni r-referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova tal-kapaċitajiet tal-operatur ekonomiku. Ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ dawk ir-referenzi għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni.

L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw ukoll fl-avviż tal-konċessjoni r-referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova tal-kapaċitajiet tal-operatur ekonomiku. Ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ dawk ir-referenzi għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni.

Raġuni

Ara wkoll l-Emendi 2 u 28.

Emenda 24

Artikolu 36(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 36

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

7.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta’ konċessjoni lil kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 36

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

7.    jistgħu jipprovdu li awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta’ konċessjoni lil kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Raġuni

Il-Kumitat iqis li dan huwa kompitu tal-awtoritajiet kontraenti.

Emenda 25

Artikolu 38(3) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 38

Limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-konċessjoni

Artikolu 38

Limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-konċessjoni

 

   

Raġuni

Għal ċerti konċessjonijiet dan mhuwiex importanti. M’hemmx bżonn li ssir il-proċedura sħiħa jekk ikun hemm biss parti waħda interessata. Barra minn hekk, negozjati ħielsa f’tali sitwazzjoni jistgħu jwasslu għal riżultati iktar favorevoli għall-awtorità kontraenti.

Emenda 26

Artikolu 39(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 39

Kriterji għall-għoti ta’ konċessjonijiet

Artikolu 39

Kriterji għall-għoti ta’ konċessjonijiet

2.   Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni u ma jikkonferixxux libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet fuq l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

   

Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv abbażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti.

Raġuni

Din id-dispożizzjoni hija superfluwa. Ma tipprovdi l-ebda valur miżjud u, fil-kuntest tal-intenzjoni għas-semplifikazzjoni, għandha titneħħa. Is-sustanza tagħha diġà hija mnaqqxa fil-prinċipji ġenerali tal-liġi primarja.

Emenda 27

Artikolu 39(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 39

Kriterji għall-għoti ta’ konċessjonijiet

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 39

Kriterji għall-għoti ta’ konċessjonijiet

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. awk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin:

Raġuni

Il-Kumitat iqis li tkun ħaġa tajba li jinżamm il-kriterju tal-irħas prezz. Fid-deskrizzjoni attwali mhuwiex ċar jekk dan huwiex possibbli. Anke b’dan il-kriterju tal-irħas prezz, il-kwalità tista’ taqdi rwol, fil-forma ta’ obbligi minimi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti ħafna drabi jkollhom jilħqu għan ta’ ffrankrar, li għandu jitqies ukoll fil-valutazzjoni għall-għażla tal-kriterji tal-għoti.

Emenda 28

Artikolu 39(4)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 39

Kriterji għall-għoti ta’ konċessjonijiet

Artikolu 39

Kriterji għall-għoti ta’ konċessjonijiet

4.   …

4.   …

a)

kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiki estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv;

a)

kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiki estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv;

Raġuni

Ċerti awtoritajiet kontraenti jkunu jixtiequ jdaħħlu kriterji soċjali fis-sejħiet għall-offerti u l-konċessjonijiet tagħhom. Dawn il-kriterji soċjali bħalissa ma jistgħux jiġu kunsidrati fil-valutazzjoni għax m’għandhomx rabta diretta biżżejjed mal-akkwist pubbliku. Għalhekk dan kien iddaħħal fid-direttiva dwar l-akkwist pubbliku. Il-Kumitat jirrakkomanda li f’din id-direttiva dwar il-konċessjonijiet tiġi prevista b’mod ċar il-possibbiltà li jiddaħħlu l-kriterji soċjali. B’hekk, l-awtoritajiet kontraenti, li jkunu jixtiequ, ikollhom il-possibbiltà jiddefinixxu l-kriterji soċjali. Fil-punt 29 tal-preambolu hemm referenza għat-tali kundizzjonijiet soċjali imma ma jerġgħux jissemmew f’dan l-Artikolu.

Ara wkoll l-emendi 2 u 25.

Emenda 29

Artikolu 40(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 40

Ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja

Artikolu 40

Ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja

3.   Kull meta tiġi adottatta metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja bħala parti minn att leġiżlattiv tal-Unjoni, fosthom atti delegati skont leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn l-ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 39 il-paragrafu 4.

   

Il-lista ta’ dawn l-atti leġiżlattivi u delegati hija pprovduta fl-Anness II. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 46 rigward l-aġġornar ta’ din il-lista, fejn fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, tħassir jew modifiki ta’ din il-leġiżlazzjoni ikunu meħtieġa dawn l-emendi.

Raġuni

Il-fatt li l-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-awtoritajiet kontraenti jqisu l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja meta jagħtu l-kuntratti ta’ konċessjoni għandu jkun pass milqugħ. Madankollu, l-obbligu msemmi hawn fuq imur lil hinn minn dak meħtieġ meta jirreferi għal metodoloġija ta’ kalkolu li jinstab fil-futur u għandu ma ġiex stabbilit. It-twaqqif ta’ rekwiżit legali biex jintuża metodu li ma jeżistix għandu jiġi rifjutat għax mhuwiex previdibbli.

Emenda 30

Artikolu 42(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 42

Modifikazzjoni tal-konċessjonijiet matul it-terminu tagħhom

4.   Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u fejn tkun taħt il-5 % tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

Artikolu 42

Modifikazzjoni tal-konċessjonijiet matul it-terminu tagħhom

4.   Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u fejn tkun taħt l- % tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

Raġuni

Il-Kumitat jirrakkomanda li jkun ammissibbli persentaġġ ogħla ta’ modifiki. Għandu jitfakkar li l-konċessjonijiet ikunu iktar għat-tul mill-akkwist pubbliku.

Emenda 31

Anness III(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

ANNESS III

ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMI FL-ART. 4

ANNESS III

ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMI FL-ART. 4

(…)

(…)

3.

Fir-rigward tal-ilma:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba sabiex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;

(b)

il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil dawn in-netwerks.

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal konċessjonijiet mogħtija jew organizzati minn entitajiet li jwettqu attività msemmija hawn fuq u li huma konnessi ma’ waħda minn dawn:

(a)

inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew dranaġġ tal-art, sakemm il-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawn il-proġetti jew minn stallazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-dranaġġ, jew

(b)

ir-rimi jew it-trattament tad-dranaġġ.

Il-provvista ta’ ilma tax-xorb lin-netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku minn entità kontraenti msemmija fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 u s-subparagrafu 2 tal-Artikolu 4 ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

il-produzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb mill-entità konċernata titwetta minħabba li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, għajr dawk imsemmija fl-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Anness;

(b)

il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum tal-entità stess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ ilma tajjeb għax-xorb tal-entità, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena attwali.

(…)

Raġuni

Konsistenti mal-Emendi 1, 5 u 15.

Emenda 32

Anness IV, it-titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Raġuni

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-proċeduri jibqgħu flessibbli u għalhekk jirrakkomanda li minflok avviż twil ikun hemm il-possibbiltà wkoll li dawn id-dettalji jiddaħħlu fid-dokument ta’ konċessjoni. Il-prattika turi li dan is-suġġett ikun iktar adatt fid-dokument ta’ konċessjoni relatat. It-trasparenza tkun garantita għax id-dokument jintbagħat lill-partijiet kollha interessati.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 1

(2)  ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20.

(3)  ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14.

(4)  ĠU J L 164, 30.6.1994, p. 3.

(5)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.

(6)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità.

(7)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(8)  ĠU L 315, 3.12.2007.


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/96


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal Regolament dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea”

2012/C 277/10

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea ta’ regolament distint dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea (KTE), peress li jipprovdi kontribut importanti għall-għan tal-koeżjoni territorjali, kif ukoll iż-żieda fl-allokazzjoni baġitarja tiegħu; barra minn hekk il-KtR iħeġġeġ li l-fondi tal-UE jiġu allokati mill-programmi ta’ kooperazzjoni u mhux mill-Istati Membri;

josserva li, minħabba n-natura multilaterali tagħha, il-KTE ma tistax tiġi ġestita bl-użu tal-ftehimiet ta’ sħubija. Għalhekk għandha tiġi espliċitament eskluża mill-ambitu ta’ dak l-istrument;

jiddispjaċih li r-Regolament il-ġdid mhuwiex adattat għall-proġetti ż-żgħar u jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tippermetti li jiġu eżentati l-programmi u l-operazzjonijiet transkonfinali żgħar, b’mod partikolari dawk li jiġu allokati inqas minn EUR 35 000;

jaħseb li l-konċentrazzjoni tematika m’għandhiex tiġi applikata awtomatikament għall-KTE, peress li jibża’ jekk il-KTE tkun strettament orjentata lejn il-prijoritajiet fundamentali tal-Istrateġija UE 2020, ma tkunx tista’ taqdi r-rwol distint u uniku tagħha; għalhekk jirrakkomanda li n-numru ta’ objettivi tematiċi jiżdiedu minn 4 għal 5 u li tiġi estiża l-lista ta’ prijoritajiet ta’ investiment; għalhekk jitlob li l-objettivi tematiċi jiġu estiżi għal suġġetti oħra, bħat-turiżmu, it-traport marittimu li jirrispetta l-ambjent, il-kultura jew l-impatt fuq it-tibdil demografiku;

jemmen li l-KtR għandu jkollu rwol attiv fil-promozzjoni tal-KTE u fl-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’ ostakli fl-implimentazzjoni tagħha;

jitlob li r-rata ta’ kofinanzjament tiġi ffissata għal 85 % għar-reġjuni l-inqas żviluppati, kif qiegħda stabbilita fir-Regolament Ġenerali Nru 1083/2006;

jaqbel li r-reġjuni l-aktar imbiegħda jiġu eżentati f’rabta mar-rati ta’ kofinanzjament u l-finanzjament u jitlob li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għaż-żoni li sat-30 ta’ April 2004 jew sal-31 ta’ Diċembru 2006 kienu l-fruntieri esterni tal-Unjoni;

jitlob li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn il-Fondi kollha u l-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali; jenfasizza wkoll il-bżonn li jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn il-KTE u l-programmi esterni ta’ finanzjament tal-UE u jiċċara r-regoli dwar il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programmi tal-KTE.;

jenfasizza r-rwol kruċjali tar-REKT sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni territorjali u jħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli li qegħdin jiskoraġġixxu t-twaqqif jew it-tħaddim tar-REKT.

Relatur

is-Sur OSVALD (CZ/PSE), Kunsillier tal-Belt ta’ Plzeň

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

COM(2011) 611 final – 2011/0273 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali dwar il-Proposta għal Regolament

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea ta’ regolament distint dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea (KTE) li jippermetti li jitqiesu l-għan, l-aspetti partikolari u l-istatut tal-kooperazzjoni territorjali bħala t-tieni għan tal-politika ta’ koeżjoni; dan ir-regolament separat jenfasizza l-kontribut tal-KTE għall-promozzjoni tal-għan il-ġdid tat-Trattat tal-koeżjoni territorjali u għall-ksib tal-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni b’mod ġenerali. Dan isaħħaħ ukoll l-importanza tal-KTE b’rabta mal-enfasi tiegħu fuq il-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali;

2.

jaqbel mal-idea li r-rwol tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea hija dejjem aktar importanti minħabba li l-problemi li jiffaċċjaw l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom imorru lil hinn dejjem aktar il-fruntieri nazzjonali u l-limiti reġjonali u jeħtieġu miżuri konġunti ta’ kooperazzjoni fil-livell territorjali adegwat u li għalhekk, il-KTE tista’ tagħti kontribut importanti għat-tisħiħ tal-objettiv il-ġdid tat-Trattat, jiġifieri l-koeżjoni territorjali;

3.

jappoġġja, fil-prinċipju, il-proposti tal-Kummissjoni sabiex tiġi allinjata l-kooperazzjoni territorjali mal-Istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jindika li għandu jkun hemm biżżejjed flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet lokali; għaldaqstant jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żamma tat-tliet elementi (kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali) tal-KTE fir-reġjuni kollha tal-Ewropa. Il-kooperazzjoni fi proġetti u strutturi lil hinn mill-fruntieri diġà qed tikkontribwixxi għall-integrazzjoni Ewropea. Il-KtR jilqa’ wkoll il-parteċipazzjoni msaħħa ta’ pajjiżi terzi;

4.

jemmen li l-kooperazzjoni transkonfinali għandha wkoll tkompli taqdi rwol essenzjali fil-kuntest tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għalhekk japprova fil-prinċipju l-proposta għat-tqassim tar-riżorsi bejn it-tipi differenti tal-KTE;

5.

jindika li speċjalment fir-rigward tal-programmi ż-żgħar ta’ kooperazzjoni transkonfinali, ir-Regolament huwa wisq tqil, kumpless u ddettaljat u b’hekk hemm ir-riskju li jostakola l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet żgħar iżda ta’ spiss effettivi; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tqis jekk huwiex indispensabbli li d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament ikunu applikabbli wkoll għal dawn il-programmi. Sabiex jinkiseb il-massimu tal-effikaċja, mhuwiex possibbli li jiġu imposti l-istess rekwiżiti kemm fuq il-programmi u l-operazzjonijiet iż-żgħar kif ukoll fuq il-programmi u l-operazzjonijiet il-kbar;

6.

huwa favur il-metodu użat attwalment sabiex jiġu definiti r-reġjuni għall-finijiet tal-kooperazzjonijiet transkonfinali u jissuġġerixxi li jitwessa’ l-qasam ta’ eliġibbiltà għall-kooperazzjoni transkonfinali (taqsima A) bil-għan li r-rabtiet funzjonali transkonfinali jkunu jistgħu jitqiesu sabiex jiġu inklużi fl-ambitu tal-programm. F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni li fil-programm jiġu assoċjati reġjuni funzjonali korrespondenti li huma partikolarment importanti għall-ksib tal-għanijiet m’għandhiex tittieħed qabel il-proċess ta’ approvazzjoni tal-programm. Il-Kumitat japprova wkoll l-akbar opportunitajiet offruti sabiex jitwettqu proġetti multilaterali fiż-żoni fejn mhux ser jiġu implimentati programmi multilaterali ta’ kooperazzjoni;

7.

jenfasizza r-rwol essenzjali tal-KTE għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni transnazzjonali, b’mod partikolari sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp territorjali integrat fil-livell ta’ żona koerenti, u għall-appoġġ tal-proġetti għall-iżvilupp tal-istrateġiji makroreġjonali; jilqa’ l-fatt li ż-żoni ta’ kooperazzjoni transnazzjonali (taqsima B) stabbiliti fil-prinċipju ser jinżammu u li l-istrateġiji makroreġjonali tal-UE mhux ser iwasslu għall-ħolqien ta’ żoni ta’ kooperazzjoni ġodda jew għall-esklużjoni ta’ żoni mill-kooperazzjoni transnazzjonali. B’mod ġenerali, il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali huma appoġġjati fil-qafas tal-kooperazzjoni transnazzjonali;

8.

jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal tal-kooperazzjoni interreġjonali, b’mod partikolari l-effet ta’ lieva tiegħu fl-użu tal-fondi strutturali; iqis li l-appoġġ għall-kooperazzjoni interreġjonali (taqsima C) huwa mezz eċċellenti biex jiġu appoġġjati l-iskambju tal-esperjenzi u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni u jitlob li r-riżultati ta’ dawn l-iskambji jintużaw aktar minn qatt qabel għall-benefiċċju tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali (kapitalizzazzjoni);

Għan tal-KTE u konċentrazzjoni tematika

9.

madankollu josserva li l-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandha qabel kollox:

issolvi, permezz tal-kooperazzjoni, il-problemi tar-reġjuni kollha kkonċernati,

isservi ta’ mekkaniżmu effikaċi għall-kondiviżjoni tal-prattiki t-tajba u t-tagħlim,

tassigura li s-soluzzjoni ta’ problema konkreta tkun aktar effikaċi permezz tal-ekonomiji ta’ skala u l-ksib ta’ massa kritika,

ittejjeb il-governanza permezz tal-koordinazzjoni tal-politiki, l-azzjonijiet u l-investimenti tas-settur fuq skala transkonfinali u transnazzjonali,

tikkontribwixxi għas-sigurtà, l-istabbiltà u r-relazzjonijiet li huma ta’ benefiċċju reċiproku,

u, fejn huwa neċessarju, tikkontribwixxi għall-appoġġ tat-tkabbir, l-impjiegi u ġestjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-ekosistema,

hekk kif huwa indikat fil-memorandum ta’ spjegazzjoni ta’ din il-proposta għal Regolament;

10.

għaldaqstant il-Kumitat tar-Reġjuni huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni territorjali Ewropea għalhekk għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien, fil-livell Ewropew, ta’ sens ta’ appartenenza u ta’ dipendenza reċiproka, għat-tneħħija tal-preġudizzji u għall-iżvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li mhuwiex possibbli li l-konċentrazzjoni tematika tiġi applikata b’mod awtomatiku għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea u li huwa neċessarju li jitqiesu l-livell u l-potenzjal tar-reġjuni differenti, mingħajr ma tiġi sfurzata l-applikazzjoni tal-prinċipju one size fits all, jiġifieri l-istess prijoritajiet għal kulħadd, iżda għall-kuntrarju jiġi adottat approċċ ibbażat fuq it-territorju. Il-Kumitat tar-Reġjuni jibża’ li hekk kif il-kooperazzjoni territorjali Ewropea, u speċjalment il-kooperazzjoni transkonfinali, tkun strettament orjentata lejn il-prijoritajiet fundamentali tal-Istrateġija UE 2020 u lejn l-objettivi tematiċi, din il-kooperazzjoni ma tkunx tista’ taqdi r-rwol distint u uniku tagħha u ssir sempliċiment varjant tal-politika ta’ koeżjoni prinċipali, iżda b’forma oħra għat-tqassim tas-sussidji;

11.

jitlob li t-tibdil demografiku u l-effetti tiegħu fuq is-servizzi ta’ interess ġenerali kif ukoll fuq l-iżvilupp reġjonali sostenibbli ikunu temi separati koperti mill-KTE. Għandha tingħata prijorità lill-forom ġodda ta’ sħubija bejn il-bliet u ż-żoni rurali, bħala bażi għall-koeżjoni territorjali fil-livell reġjonali (fid-dawl tal-Aġenda Territorjali 2020). Barra minn hekk, temi importanti bħat-turiżmu, it-traport marittimu li jirrispetta l-ambjent u l-kultura huma nieqsa;

12.

jemmen li fir-rigward tal-kooperazzjoni transkonfinali, huwa essenzjali li jiġi definit il-potenzjal ta’ żvilupp ta’ kull żona transkonfinali, waqt li jitqies il-livell attwali tar-reġjuni inkwistjoni. Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea, u b’mod partikolari l-kooperazzjoni transkonfinali, m’għandhiex tkun orjentata prinċipalment lejn il-ksib tal-Istrateġija UE 2020, iżda qabel kollox għandha toħloq il-kundizzjonijiet għall-aktar implimentazzjoni wiesgħa possibbli, u għalhekk pan-Ewropea. Għal din ir-raġuni, speċjalment il-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali għandhom ikollhom il-possibbiltà li jagħżlu diversi objettivi tematiċi u mhux ikunu llimitati mill-orjentazzjonijiet definiti għalihom minn qabel;

13.

jinnota li koeżjoni territorjali sostenibbli tista’ tinkiseb biss permezz tal-involviment u l-parteċipazzjoni b’suċċess taċ-ċittadini fir-reġjun. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-programmi tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea jkomplu jappoġġjaw ukoll miżuri fil-qasam tas-soċjetà ċivili u l-kultura (pereżempju proġetti ta’ skambju speċifiċi). F’dan ir-rigward, il-programmi eżistenti diġà jinkludu inizjattivi ta’ suċċess kbir. Għaldaqstant, il-Kumitat jappella sabiex jiġu integrati l-għanijiet tematiċi rilevanti;

14.

jilqa’ bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-aspett tal-kooperazzjoni transnazzjonali. Madankollu jikkritika l-fatt li l-prijoritajiet ta’ investiment addizzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni transnazzjonali huma limitati għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali u strateġiji tal-baċini tal-baħar. Fid-dawl tal-bosta sfidi li r-reġjuni qed jiffaċċjaw bħalissa, kif ukoll in-nuqqasijiet eżistenti, ir-reġjuni, is-sottoreġjuni u ż-żoni funzjonali l-oħra jeħtieġu wkoll prijoritajiet ta’ investiment adatti;

15.

jaqbel mal-fatt li l-kooperazzjoni interreġjonali għandu jkollha l-għan li ssaħħaħ l-effikaċja tal-politika ta’ koeżjoni billi tħeġġeġ l-iskambju tal-esperjenzi bejn ir-reġjuni u jiġi żviluppati r-riżultati ta’ dan l-iskambju fil-qafas tal-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. Jemmen li dan l-iskambju ta’ esperjenzi għandu jkollu bażi soda u m’għandux ikun limitat għar-rwol uniku li jintuża biss bħala komplement tas-Seba’ Programm Qafas;

16.

jemmen li l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkollu rwol attiv fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u fl-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’ ostakli fl-implimentazzjoni tagħha sabiex jissaħħu s-sinerġiji mal-aspetti l-oħra tal-politika ta’ koeżjoni;

Allokazzjoni finanzjarja u livell ta’ kofinanzjament

17.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li jiżdied it-total tar-riżorsi previsti għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea;

18.

jemmen li mhuwiex opportun li r-rata ta’ kofinanzjament proposta ta’ 75 % għall-programmi operazzjonali fil-kuntest tal-għan “Kooperazzjoni territorjali Ewropea”, kif inhu stabbilit fir-Regolament ġenerali, tkun inferjuri għar-rata ta’ kofinanzjament prevista għar-reġjuni l-anqas żviluppati fil-kuntest tal-għan “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi”. Din ir-rata ta’ kofinanzjament inferjuri għandha r-riskju li tagħmel il-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea inqas interessanti għal dawn ir-reġjuni anqas żviluppati. Il-Kumitat tar-Reġjuni jqis din id-differenza bħala mhux ġustifikata u jitlob li r-rata ta’ kofinanzjament tiġi stabbilita fil-livell identiku ta’ 85 % għaż-żewġ għanijiet; huwa tal-fehma wkoll li mhuwiex ġust li r-rata ta’ kofinanzjament applikata għall-allokazzjoni addizzjonali fil-kaz tal-kooperazzjoni interreġjonali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tkun ta’ 50 % u jitlob li din tiġi ffissata għal 85 %;

19.

jinnota li l-kofinanzjament mhux dejjem jiġi provdut mill-imsieħba tal-programm, mill-Istati Membri jew minn korpi pubbliċi oħra, iżda jista’ jiġi pprovdut anke mill-benefiċjarji. Għaldaqstant, ma jistax ikun mistenni b’mod ġenerali li l-Istati Membri parteċipanti jipprovdu r-riżorsi ta’ kofinanzjament meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programm ta’ kooperazzjoni u għalhekk id-dikjarazzjoni ta’ impenn prevista fil-proposta tal-Kummissjoni għandha titħassar;

20.

jemmen li huwa neċessarju li sabiex tinżamm il-kwalità tal-kooperazzjoni, għandhom jinżammu l-kundizzjonijiet attwali applikabbli għar-rata ta’ kofinanzjament li huma stabbiliti fl-Artikolu 53(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Regolament Ġenerali), fejn hemm imniżżel:

“3.   Għal programmi operattivi taħt l-objettiv Koperazzjoni Territorjali Ewropea li fih mill-inqas parteċipant wieħed jappartjeni lil Stat Membru li l-PGD medju tiegħu per capita, għall-perjodu 2001-2003 kien anqas minn 85 % tal-medja tal-UE 25 matul l-istess perjodu, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR m’għandhiex tkun aktar minn 85 % tan-nefqa eliġibbli. Għall-programmi operattivi l-oħra kollha, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR m’għandhiex tkun ogħla minn 75 % tan-nefqa eliġibbli kofinanzjata mill-FEŻR.

4.   Il-kontribuzzjoni mill-Fondi fil-livell ta’ assi prijoritarju m’għandhiex tkun suġġetta għal-livelli stabbiliti fil-paragrafu 3 u fl-Anness III. Madankollu, hija għandha tkun iffissata sabiex tiżgura l-konformità mal-ammont massimu ta’ kontribuzzjoni mill-Fondi u r-rata ta’ kontribuzzjoni massima għal kull Fond ffissat fil-livell tal-programm operattiv.”;

21.

ma jqisx li huwa opportun li r-rata massima ta’ kofinanzjament tiġi stabbilita għal-livell ta’ kull ass prijoritarju, kif huwa previst fir-Regolament Ġenerali. Għandu jkun possibbli li jiġi aġġustat il-livell tal-kofinanzjament fil-kuntest tal-assi prijoritarji differenti, sabiex il-benefiċjarji jingħataw l-inċentiv li jilħqu ċerti prijoritajiet strateġiċi. Jeħtieġ li kull programm jistabbilixxi rata ta’ kofinanzjament għal kull miżura skont it-tip tagħha, waqt li jitqies il-fatt li mhux il-miżuri kollha għandhom jiksbu r-rata massima ta’ appoġġ;

22.

jaqbel mal-idea li l-programmi ta’ kooperazzjoni li jinvolvu r-reġjuni l-aktar imbiegħda jirċievu mill-inqas 150 % tal-appoġġ li rċevew mill-FEŻR matul il-perjodu 2007-2013 u li barra minn hekk il-kooperazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tingħata EUR 50 miljun mir-riżorsi tal-kooperazzjoni interreġjonali;

23.

jitlob li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għaż-żoni li sat-30 ta’ April 2004 jew sal-31 ta’ Diċembru 2006 kienu l-fruntieri esterni tal-Unjoni u li f’dawk id-dati waqfu milli jkunu hekk, bħalma huwa l-każ fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (Regolment Ġenerali). Seba’ snin ta’ appoġġ ma jistgħux jitqiesu bħala perjodu twil biżżejjed sabiex jiġu solvuti l-problemi ta’ dawn iż-żoni. Il-Kumitat tar-Reġjuni jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ż-żieda fl-għajnuna għal dawk iż-żoni li qabel kienu l-fruntieri tal-UE ma sservix biss sabiex jogħla l-livell ekonomiku tar-reġjuni inkwistjoni, iżda tħalli impatt importanti fuq il-ħolqien ta’ identità Ewropea u ta’ interdipendenza barra milli jingħelbu l-preġudizzji;

Pjanar tal-programm

24.

jikkritika l-fatt li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(2)(a) jikkostitwixxu piż addizzjonali konsiderevoli għall-ippjanar tal-programm fir-rigward tal-perjodu ta’ appoġġ attwali mingħajr ma jipprovdu valur miżjud magħruf;

25.

josserva li, minħabba n-natura multilaterali tagħha, il-KTE ma tistax tiġi ġestita bl-użu tal-ftehimiet ta’ sħubija. Għaldaqstant għandha titneħħa b’mod espliċitu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali strument;

26.

jemmen li huwa importanti ħafna li titfassal direttiva dwar l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-programmi tal-KTE u jitlob li anke operaturi privati, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jiġu inklużi fost il-benefiċjarji possibbli ta’ miżuri ta’ kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali, fejn hemm qbil fost l-Istati Membri konċernati mill-programm inkwistjoni;

27.

jitlob li fid-definizzjoni tal-gruppi destinatarji tal-programm tal-KTE jiġu kkunsidrati aħjar l-istrutturi amministrattivi, li jvarjaw ħafna madwar l-Ewropa, fil-livell lokali u reġjonali. L-għan huwa li tiġi kkunsidrata aħjar id-diversità tal-forom organizzattivi tal-partijiet interessati pubbliċi fir-reġjuni tal-Istati Membri. B’mod partikolari, forma organizzattiva mwaqqfa taħt il-liġi privata m’għandhiex twassal għall-esklużjoni tas-settur pubbliku;

Monitoraġġ u Valutazzjoni

28.

iqis li l-obbligi ta’ rappurtaġġ jistgħu jiġu estiżi kemm fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll tal-frekwenza tagħhom u jitlob li jinżammu għall-minimu. Għaldaqstant, il-Kumitat jopponi l-fatt li l-iskadenza għat-tressiq tar-rapport annwali jinbidel mit-30 ta’ Ġunju għat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara. Il-bżonn li jintlaħaq ftehim bejn diversi msieħba tal-programm li jitkellmu diversi lingwi jeħtieġ aktar xogħol u għalhekk aktar ħin;

29.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li ġew stabbiliti indikaturi komuni tat-twettiq u tar-riżultati bil-għan li l-għanijiet jinkisbu b’mod aktar effikaċi, ikun hemm aktar attenzjoni fuq l-impatt kif ukoll biex tkun tista’ titwettaq valutazzjoni trasversali tal-programmi. Però l-indikaturi proposti fl-anness tar-Regolament dwar il-KTE ftit li xejn huma adatti għar-rekwiżiti speċifiċi tal-KTE u ma jippermettux li l-kwalità tal-KTE tiġi deskritta jew imkejla b’mod suffiċjenti. Għalhekk il-Kumitat jitlob li l-lista tal-indikaturi tiġi riveduta b’mod li r-riżultati speċifiċi tal-KTE jiġu esposti b’mod adatt;

30.

fil-prinċipju jilqa’ l-fatt li r-rata tal-għajnuna teknika ġiet stabbilita għal 6 % tat-total b’ammont minimu ta’ EUR 1,5 miljun. Madankollu, il-Kumitat iqis li l-konverżjoni obbligatorja tal-iskambju tal-informazzjoni kollha għal sistemi elettroniċi ta’ skambju ta’ data abbażi tal-għajnuna teknika sal-31 ta’ Diċembru 2014 hija problematika;

Amministrazzjoni, kontroll u akkreditazzjoni

31.

jirrakkomanda li jinżammu l-istrutturi ta’ amministrazzjoni ttestjati fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għall-implimentazzjoni ta’ programmi operazzjonali, għall-kontinwità ġenerali tal-istrutturi kif ukoll l-allokazzjoni ċara ta’ kompiti u responsabbiltajiet lid-diversi istituzzjonijiet li jimplimentaw il-programm;

32.

jilqa’ l-possibbiltà li l-kompiti tal-awtoritajiet ta’ amministrazzjoni u tal-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni (Artikolu 113 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni) jiġu raggruppati, iżda madankollu jopponi r-raggruppament obbligatorju tagħhom fil-KTE (Artikolu 22 tar-Regolament dwar il-KTE); b’mod ċar jirrifjuta l-akkreditazzjoni prevista tal-awtoritajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll;

Koordinazzjoni tal-fondi

33.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforz li titjieb il-koordinazzjoni bejn il-programmi tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-istrumenti l-oħra tal-politika ta’ koeżjoni; f’dan ir-rigward għandha tissaħħaħ il-vijabbiltà tal-finanzjament Komunitarju fil-proġetti ta’ kooperazzjoni, permezz tat-tixrid tar-riżultati ta’ dawn il-proġetti, waqt li titfittex il-multiplikazzjoni tal-impatt tagħhom u jiġu evitati l-azzjonijiet doppji li diġà ġew ippruvati u ttestjati;

34.

jindika madankollu li sabiex jiġi implimentat mekkaniżmu li jassigura l-koordinazzjoni bejn il-fondi u strumenti oħra, jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni bejn dawn il-Fondi u l-istrumenti fil-livell tal-UE u fil-livell tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri differenti. Jeħtieġ li jiġu introdotti proċeduri identiċi u kkoordinati, kif ukoll ġestjoni, kontroll ta’ segwitu, eliġibilità ta’ spejjeż, metodi ta’ preżentazzjoni ta’ indikaturi eċċ., li jkunu identiċi. Ikun utli ħafna wkoll li tiġi assigurata koordinazzjoni bejn il-pajjiżi differenti, peress li dawn qed jipparteċipaw b’numru dejjem ikbar fil-programmi ta’ kooperazzjoni reġjonali Ewropea. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni bejn l-istrumenti finanzjarji esterni. Il-Kumitat tar-Reġjuni jistieden lill-Kumissjoni Ewropea tfassal metodu għall-koordinazzjoni tal-programmi;

35.

jindika li l-Artikolu 10 tal-proposta għar-Regolament dwar il-Fondi Soċjali Ewropej (COM(2011) 607 final) jittratta l-kooperazzjoni transnazzjonali, li tkopri l-istess perjodu tar-Regolament dwar il-KTE, iżda mingħajr l-ebda rabta mar-Regolament dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Madankollu, il-Kumitat tar-Reġjuni jqis indispensabbli preċiżament il-koordinazzjoni bejn il-kooperazzjoni territorjali Ewropea ffinanzjata mill-FEŻR u dik iffinanzjata mill-FSE, peress li jekk l-attivitajiet ta’ dawn iż-żewġ Fondi jitħalltu b’mod adegwat, ikun possibbli li jinkisbu s-sinerġiji neċessarji. Jista’ jiġi previst livell għoli ta’ effikaċja tal-attivitajiet li b’mod ġenerali jseħħu fil-kuntest tal-FSE speċjalment fil-qasam tal-kooperazzjoni transkonfinali, peress li ż-żoni transkonfinali tal-pajjiżi ġirien jippreżentaw sitwazzjoni simili mil-lat tas-suq tax-xogħol, tal-problemi soċjali, eċċ. L-attivitajiet tematiċi li jikkorrespondu għall-FSE jikkostitwixxu element importanti ħafna għall-programmi kollha tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, u huwa għalhekk li l-Kumitat tar-Reġjuni jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tagħti l-attenzjoni meħtieġa lill-koordinazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Sakemm ma tkunx garantita forma aktar profonda ta’ koordinazzjoni, għall-inqas jeħtieġ li l-attivitajiet tematiċi tal-KTE li jappartjenu għall-FSE jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FEŻR;

36.

iqis adegwat ħafna li jiġi kkoordinat l-istrument il-ġdid li jorbot l-Ewropa mal-programmi tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, peress li dan l-istrument il-ġdid għandu jqis ir-relazzjonijiet transkonfinali u internazzjonali;

Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

37.

iqis li huwa importanti ħafna li tiġi assigurata l-koordinazzjoni bejn il-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-istrumenti ta’ għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi terzi. Jeħtieġ li f’dawn il-programmi tiġi integrata direttament sistema li permezz tagħha l-istrumenti inkwistjoni jiġu kkoordinati mal-programmi differenti ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, sabiex xejn ma jżomm lill-entitajiet ta’ pajjiżi terzi milli jipparteċipaw fi proġetti konġunti. Din is-sistema, fost oħrajn, għandha tassigura l-konformità mal-proċeduri, l-eliġibbiltà tal-ispejjeż, eċċ., bejn il-programmi tal-KTE fil-pajjiżi membri u l-programmi ta’ preadeżjoni u ta’ viċinat. Għandha tassigura wkoll li l-pajjiżi terzi jiggarantixxu l-aċċess, l-amministrazzjoni u l-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati mill-programmi ta’ preadeżjoni u ta’ viċinat għall-programmi tal-KTE;

38.

jaqbel, minn naħa, mal-bżonn li jiġu ċċarati r-regoli fis-seħħ fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja, il-programmazzjoni, is-segwitu, il-valutazzjoni u l-kontroll dwar il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali, u, min-naħa l-oħra, mal-idea li dawn ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti fil-programmi ta’ kooperazzjoni kkonċernati, jew jekk ikun hemm bżonn, fil-ftehim finanzjarju rilevanti bejn il-Kummissjoni, kull wieħed mill-pajjiżi terzi u l-Istat Membru li fih jinsab il-korp li jmexxi l-programm ta’ kooperazzjoni inkwistjoni. Madankollu, il-Kumitat tar-Reġjuni jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġu żgurat li kwalunkwe problema jew nuqqas ta’ azzjoni minn pajjiżi terzi ma jsarrfux f’dewmien fil-programmi transnazzjonali u interreġjonali u li ma jiġix ipperikolat it-twettiq ta’ dawn il-programmi;

Ir-rwol tar-REKT

39.

jenfasizza r-rwol tar-REKT bħala strument essenzjali għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali. Minhabba f’hekk itenni l-importanza li r-Regolament rivedut dwar ir-REKT, li m’għandu l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni Ewropea, jiġi adottat mingħajr dewmien u mingħajr ma tiġi mistennija l-adozzjoni tal-pakkett leġislattiv sħiħ dwar il-politika ta’ koeżjoni wara l-2013. Jappella wkoll lill-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli amministrattivi kollha li jew jiskoraġġixxu t-twaqqif ta’ REKT jew jiddiskriminaw kontra l-għażla tar-REKT – b’mod partikolari fir-rigward tat-tassazzjoni u r-reklutaġġ tal-persunal – meta mqabbla ma’ strumenti legali oħra;

40.

jindika li għalkemm l-Istati Membri jridu jitħeġġu jafdaw ir-rwol ta’ korpi ta’ ġestjoni lir-REKT, il-Kummissjoni Ewropea għandha tipproponi mekkaniżmi ġenerali sabiex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(3) tal-proposta għal Regolament, peress li din tobbliga lill-Istati Membri fejn ikun irreġistrat ir-REKT jew fejn ikun jinsab il-benefiċjarju ewlieni li jirrimborsaw l-ammont li ma kellux jitħallas lill-benefiċjarji ta’ pajjiżi oħra. Dan l-obbligu impost fuq l-Istati fejn ikun irreġistrat ir-REKT jew fejn ikun jinsab il-benefiċjarju ewlieni jista’ jillimita r-rieda ta’ dawn l-Istati li jittrasferixxu l-poteri tagħhom ta’ ġestjoni lir-REKT, peress li jistgħu jkunu responsabbli ta’ xi ħaġa li fil-prattika ma jistgħux jinfluwenzaw. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk jemmen li għandu jiġi kkonfermat li awtorità fl-Istat Membru tal-benefiċjarju ta’ ammont li ma kellux jitħallas tista’ tingħata l-kunsess minn awtorità fl-Istat Membru fejn huwa rreġistrat ir-REKT għall-irkupru tal-ammont. Inkella jistgħu jiġu applikati l-kundizzjonijiet fis-seħħ matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, fejn ir-responsabbiltà tintrefa mill-Istat Membru li fih jinsab il-benefiċjarju li għandu l-obbligu li jħallas lura l-ammonti li ma kellhomx jingħataw;

Kummenti addizzjonali

41.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni ta’ rata fissa għall-persunal, għax din hija miżura tajba ħafna, li twassal għal semplifikazzjoni konsiderevoli għall-benefiċjarju. Ir-rati fissi għall-persunal għandhom ikunu identiċi, ikun liema jkun il-pajjiż tal-operazzjoni, jekk ikunu qegħdin jagħmlu l-istess xogħol. Għandu jkun hemm ukoll metodu armonizzat għall-kontroll u l-eliġibbiltà tal-ispejjeż. Madankollu, il-Kumitat jirrifjuta li r-rata fissa tal-persunal tiġi limitata għal ammont massimu ta’ 15 % tal-ispiża kollha peress li l-kooperazzjoni territorjali fin-natura tagħha tirrikjedi ħafna riżorsi umani u limitu ta’ 15 % tal-ispejjeż tal-persunal huwa ferm inqas mill-medja attwali;

42.

minkejja li jqis importanti ħafna l-protezzjoni tal-ambjent, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, il-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs, il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, l-oriġini etnika jew tar-razza, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, l-appoġġ għall-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa, eċċ., il-Kumitat tar-Reġjuni ma jqisx li huwa adegwat li jiġi mitlub li l-applikazzjoni tagħhom tiġi ddikjarata fid-deskrizzjoni ta’ kull programm. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jikkomplikaw b’mod sinifikanti u jipparalizzaw b’mod partikolari t-twettiq ta’ programmi żgħar ta’ kooperazzjoni transkonfinali. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda li dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux applikati b’mod sistematiku iżda biss meta jkun jagħmel sens u huwa rilevanti fir-rigward tal-prijoritajiet u l-operazzjonijiet ikkonċernati; inkella jkun hemm ir-riskju li tiġi imposta ġustifikazzjoni obbligatorja li tkun assurda u illoġika għall-operazzjonijiet li m’għandhom l-ebda rabta;

43.

iqis importanti li l-benefiċjarji jikkooperaw fl-iżvilupp, fit-twettiq, fir-riżorsi umani u fil-finanzjament tal-operazzjonijiet. Madankollu, b’mod partikolari fir-rigward tal-proġetti żgħar, jiġifieri dawk li jiġu allokati inqas minn EUR 35 000 mill-FEŻR, l-obbligu li jiġu ssodisfati l-erba’ kriterji tal-kooperazzjoni jista’ jikkomplika l-iżvilupp u l-implimentazzjoni; għalhekk jemmen li mhux adegwat li dawn il-proġetti jkunu mitluba jissodisfaw din il-kondizzjoni; għal dawn il-proġetti żgħar jipproponi li, bħalma qiegħed isir issa, jiġu soġġetti għall-kundizzjoni li jiġu ssodisfati għallinqas tnejn mill-erba’ kriterji;

Proposti

44.

minħabba l-enfasi li hemm fuq il-koordinazzjoni, l-effikaċja, it-tneħħija tad-disparitajiet u l-integrazzjoni, għall-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni jipproponi li jitniedu inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jippromovu l-koordinazzjoni transkonfinali tal-istrateġiji tematiċi u l-iżvilupp (trasport, enerġija, swieq ta’ xogħol, protezzjoni tal-ambjent, xjenza u riċerka, eċċ.) u l-adozzjoni ta’ approċċi integrati. B’dan il-mod jistgħu jiġu individwati, fil-livell transkonfinali, in-nuqqasijiet, il-potenzjal għall-iżvilupp u s-soluzzjonijiet integrati. Sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi identifikati b’mod ċar u sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-iżvilupp individwat, jeħtieġ li jipparteċipaw entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati b’riżorsi finanzjarji li ġejjin minn diversi sorsi. Għall-funzjonament tajjeb ta’ dan l-istrument, jidher opportun li jiġi sfruttat il-potenzjal tar-REKT u tal-Ewroreġjuni. Din l-inizjattiva għandha tibbenefika, fil-kuntest tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, minn allokazzjoni finanzjara adegwata sabiex tiġi garantita l-effikaċja tagħha.

II.   RAKKOMANDAZZJONI SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 3(1)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kopertura ġeografika

Kopertura ġeografika

1.   Għall-kooperazzjoni transkonfinali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġjati għandhom ikunu r-reġjuni tal-Unjoni tal-livell 3 NUTS mal-konfini interni u esterni kollha tal-art minbarra dawk koperti minn programmi taħt l-istrumenti finanzjarji esterni tal-Unjoni, u r-reġjuni kollha tal-Unjoni tal-livell 3 NUTS matul il-konfini marittimi separati b’massimu ta’ 150 kilometru, mingħajr ħsara għall-aġġustamenti potenzjali meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-koeżjoni u l-kontinwità taż-żoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni stabbiliti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

1.   Għall-kooperazzjoni transkonfinali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġjati għandhom ikunu r-reġjuni tal-Unjoni tal-livell 3 NUTS mal-konfini interni u esterni kollha tal-art minbarra dawk koperti minn programmi taħt l-istrumenti finanzjarji esterni tal-Unjoni, u r-reġjuni kollha tal-Unjoni tal-livell 3 NUTS matul il-konfini marittimi separati b’massimu ta’ kilometru, mingħajr ħsara għall-aġġustamenti potenzjali meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-koeżjoni u l-kontinwità taż-żoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni stabbiliti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista ta’ żoni transkonfinali li għandhom jirċievu appoġġ, maqsuma skont il-programm ta’ kooperazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 30(2).

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista ta’ żoni transkonfinali li għandhom jirċievu appoġġ, maqsuma skont il-programm ta’ kooperazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 30(2).

Il-lista għandha tispeċifika wkoll dawk ir-reġjuni ta’ livell 3 NUTS fl-Unjoni li huma kkunsidrati għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-koperazzjoni transkonfinali fuq il-konfini interni kollha u fuq dawk il-konfini esterni koperti mill-istrumenti finanzjarji esterni tal-unjoni, bħall-ENI skont ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [ir-Regolament ENI] u l-IPA skont ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [ir-Regolament IPA]

Il-lista għandha tispeċifika wkoll dawk ir-reġjuni ta’ livell 3 NUTS fl-Unjoni li huma kkunsidrati għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-koperazzjoni transkonfinali fuq il-konfini interni kollha u fuq dawk il-konfini esterni koperti mill-istrumenti finanzjarji esterni tal-unjoni, bħall-ENI skont ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [ir-Regolament ENI] u l-IPA skont ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [ir-Regolament IPA]

Meta jissottomettu abbozzi ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li reġjuni addizzjonali tal-livell 3 NUTS li jkunu qrib dawk elenkati fid-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu jiżdiedu ma’ żona transkonfinali speċifika u għandhom jagħtu raġunijiet għat-talba.

Meta jissottomettu abbozzi ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li reġjuni addizzjonali tal-livell 3 NUTS li jkunu qrib dawk elenkati fid-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu jiżdiedu ma’ żona transkonfinali speċifika.

[…]

[…]

Raġuni

Fir-rigward tad-distanza ta’ 300 kilometru (minflok ta’ 150), intwera fil-prattika li r-raġunijiet għall-eżistenza tal-kooperazzjoni transkonfinali marittima ma jiddependux direttamment fuq il-prossimità iżda fuq ir-relazzjonijiet reċiproċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Barra minn hekk, il-mezzi attwali tal-komunikazzjoni u t-trasport jagħmlu d-distanza inqas importanti.

Apparti minn hekk, fir-rigward tal-livell NUTS, pereżempju r-reġjuni Franċiżi ġeneralment huma favur ż-żamma taż-żoni kif stabbiliti fil-perjodu attwali ta’ programmar. Madankollu minħabba li dawn iż-żoni jvarjaw ħafna, iħossu li hemm bżonn ta’ xi flessibbiltà fit-tifsira tal-ambitu ġeografiku tal-proġetti. Speċifikament, għandha tiġi promossa l-kooperazzjoni mtejba fi ħdan iż-żoni transnazzjonali tal-livell 2 NUTS (mingħajr ma jinbidlu l-fruntieri tagħhom) u l-kopertura ġeografika ta’ ċerti programmi transkonfinali għandha tiġi estiża lil hinn mil-livell 3 NUTS (għal-livell 2 NUTS mingħajr ma tiddgħajjef il-konċentrazzjoni tal-finanzjament fiż-żoni li jmissu eżattament mal-fruntieri). Ir-reġjuni Franċiżi jappellaw ukoll li l-Kummissjoni tqis liż-żoni ġodda ta’ kooperazzjoni mtejba li huma l-ewroreġjuni.

Emenda 2

Artikolu 4(3)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Riżorsi għal kooperazzjoni territorjali Ewropea

Riżorsi għal kooperazzjoni territorjali Ewropea

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni unika li tistabbilixxi l-lista tal-programmi kollha ta’ kooperazzjoni u tindika l-ammonti tal-appoġġ totali tal-FEŻR għal kull programm u tal-allokazzjoni tal-2014 għal kull programm permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 30(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni unika li tistabbilixxi l-lista tal-programmi kollha ta’ kooperazzjoni u tindika l-ammonti tal-appoġġ totali tal-FEŻR għal kull programm u tal-allokazzjoni tal-2014 għal kull programm permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 30(2).

Il-popolazzjoni fiż-żoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) għandha tintuża bħala l-kriterju għad-disaggregazzjoni annwali skont l-Istati Membri.

Il-popolazzjoni fiż-żoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) għandha tintuża bħala l-kriterju għad-disaggregazzjoni skont .

[…]

[…]

Raġuni

Inħeġġu bil-qawwa li l-fondi tal-UE jiġu allokati mill-programm ta’ kooperazzjoni. Jekk tinżamm is-sistema attwali li l-fondi jiġu disaggregati mill-Istati Membri (u jkunu huma li jqassmu l-allokazzjoni totali ta’ kooperazzjoni bejn id-diversi reġjuni tagħhom), dan ikun jinvolvi ż-żewġ riskji li ġejjin: allokazzjonijiet nazzjonali mhux ibbilanċjati għall-istess żona u l-persistenza tal-prinċipju tar-ritorn ġust, fejn l-Istati Membri individwali, kontra l-ispirtu ta’ kooperazzjoni, jaċċertaw ruħhom li jirkupraw fondi minn tal-inqas ugwali għall-ammont ta’ fondi li jkunu allokaw lil dik iż-żona.

Emenda 3

Artikolu 4(7)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Riżorsi għal kooperazzjoni territorjali Ewropea

7.   Fl-2015 u l-2016, il-kontribuzzjoni annwali mill-FEŻR lill-programmi taħt l-ENI u l-IPA li għalihom ma jkun ġie sottomess l-ebda programm operazzjonali lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju taħt il-programmi transkonfinali u tal-baċini tal-baħar taħt l-ENI u l-IPA għandha tiġi allokata lill-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali interni taħt il-paragrafu 1(a) li fihom jipparteċipaw l-Istati Membri kkonċernati.

Riżorsi għal kooperazzjoni territorjali Ewropea

7.   Fl-2015 u l-2016, il-kontribuzzjoni annwali mill-FEŻR lill-programmi taħt l-ENI u l-IPA li għalihom ma jkun ġie sottomess l-ebda programm operazzjonali lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju taħt il-programmi transkonfinali u tal-baċini tal-baħar taħt l-ENI u l-IPA għandha tiġi allokata lill-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali taħt il-paragrafu 1(a) li fihom jipparteċipaw l-Istati Membri kkonċernati.

Raġuni

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, u kuntrarjament għall-perjodu attwali, jekk il-programmi ma jiġux ippreżentati fil-ħin, ir-riżorsi tal-FEŻR li ma ntużawx jistgħu jiġu allokati biss lill-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali interni li fihom jipparteċipa l-Istat Membru kkonċernat. Peress li dan jista’ jippenalizza lil ċerti reġjuni jekk ma jkunux jistgħu jilħqu l-iskadenzi – anke jekk mhumiex responsabbli għal dan – huwa propost li jinżammu l-arranġamenti attwali fis-seħħ.

Emenda 4

Artikolu 5

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Konċentrazzjoni tematika

L-objettivi tematiċi msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [is-CPR] għandhom jiġu kkonċentrati kif ġej:

a)

għandhom jintgħażlu sa 4 objettivi tematiċi għal kull programm ta’ kooperazzjoni transkonfinali;

b)

għandhom jintgħażlu sa 4 objettivi tematiċi għal kull programm ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

c)

l-objettivi tematiċi kollha jistgħu jintgħażlu għal programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali skont l-Artikolu 2(3)(a).

Konċentrazzjoni tematika

L-objettivi tematiċi msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [is-CPR] għandhom jiġu kkonċentrati kif ġej:

a)

għandhom jintgħażlu sa objettivi tematiċi għal kull programm ta’ kooperazzjoni transkonfinali;

b)

għandhom jintgħażlu sa objettivi tematiċi għal kull programm ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

c)

l-objettivi tematiċi kollha jistgħu jintgħażlu għal programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali skont l-Artikolu 2(3)(a).

Raġuni

L-għan tal-kooperazzjoni transkonfinali huwa li jgħin ħalli jittaffu l-iżvantaġġi li ġejjin mill-pożizzjoni periferika tar-reġjuni tal-fruntieri u li jsolvi l-problemi li jinħolqu, billi tiġi stabbilita u appoġġjata l-kooperazzjoni transkonfinali fl-oqsma kollha tal-ħajja (integrazzjoni taż-żoni transkonfinali). Jingħata appoġġ ukoll lill-kooperazzjoni li għandha l-għan li telimina l-problemi permezz ta’ ħidma konġunta kif ukoll lill-kooperazzjoni li tippromovi l-integrazzjoni f’diversi oqsma. Għalhekk, għar-reġjuni tal-fruntieri, huwa essenzjali li kemm jista’ jkun tinżamm firxa wiesgħa ta’ attivitajiet eliġibbli għall-appoġġ, li tirrifletti ħafna sferi ta’ oqsma ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

L-istess raġunijiet għall-kooperazzjoni transkonfinali japplikaw għall-kooperazzjoni transnazzjonali. Huwa importanti li l-ambitu għall-kooperazzjoni jinżamm wiesgħa kemm jista’ jkun għal kwalunkwe tip ta’ kooperazzjoni.

Emenda 5

Artikolu 6(a)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Prijoritajiet ta’ investiment

Prijoritajiet ta’ investiment

[…]

[…]

taħt kooperazzjoni transkonfinali:

taħt kooperazzjoni transkonfinali:

(i)

l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol transkonfinali, inkluża l-mobilità transkonfinali, inizjattivi lokali konġunti ta’ impjieg u taħriġ konġunt (fl-objettiv tematiku tal-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ tal-mobilità tal-ħaddiema);

(i)

l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol transkonfinali, inkluża l-mobilità transkonfinali, inizjattivi lokali konġunti ta’ impjieg u taħriġ konġunt (fl-objettiv tematiku tal-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ tal-mobilità tal-ħaddiema);

(ii)

il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali minn konfini għall-ieħor (fl-objettiv tematiku tal-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar);

(ii)

il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali minn konfini għall-ieħor (fl-objettiv tematiku tal-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar);

(iii)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ skemi edukattivi u ta’ taħriġ konġunti (fl-objettiv tematiku tal-investiment fil-ħiliet, l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-ħajja kollha);

(iii)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ skemi edukattivi u ta’ taħriġ konġunti (fl-objettiv tematiku tal-investiment fil-ħiliet, l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-ħajja kollha);

(iv)

il-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet (fl-objettiv tematiku tat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti);

(iv)

il-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l- kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet (fl-objettiv tematiku tat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti);

 

 

(vi)

 

(vii)

 

(viii)

Raġuni

Ara l-punt 9 tar-“Rakkomandazzjonijiet ta’ Politika”.

Emenda 6

Artikolu 6(b)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

b)

taħt il-kooperazzjoni transnazzjonali: l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar (fl-objettiv tematiku tat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti)

b)

taħt il-kooperazzjoni transnazzjonali: l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar (fl-objettiv tematiku tat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti).

Raġuni

Ara l-punt 14 tar-“Rakkomandazzjonijiet ta’ Politika”.

Emenda 7

Artikolu 6, inċiż c) ġdid

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara l-punt 11 tar-“Rakkomandazzjonijiet ta’ Politika”.

Emenda 8

Artikolu 7(2)(c)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kontenut tal-programmi ta’ kooperazzjoni

Kontenut tal-programmi ta’ kooperazzjoni

[…]

[…]

c)

il-kontribut tal-istrateġija integrata għall-iżvilupp territorjali stabbilita fil-kuntratt ta’ sħubija inkluż

c)

il-kontribut tal-istrateġija integrata għall-iżvilupp territorjali stabbilita fil-kuntratt ta’ sħubija inkluż

(i)

il-mekkaniżmi li jiżguraw koordinazzjoni bejn il-Fondi, il-FAEŻR, l-EMFF u strumenti oħra tal-Unjoni u ta’ finanzjament nazzjonali u mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI);

(i)

il-mekkaniżmi li jiżguraw koordinazzjoni bejn il-Fondi, il-FAEŻR, l-EMFF u strumenti oħra tal-Unjoni u ta’ finanzjament nazzjonali u mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI);

(ii)

fejn xieraq, approċċ integrat ippjanat għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali u kostali u żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari, b’mod partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru./2012 [CPR];

(ii)

fejn xieraq, approċċ integrat ippjanat għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali u kostali u żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari, b’mod partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru./2012 [CPR];

(iii)

fejn xieraq, il-lista ta’ bliet fejn azzjonijiet integrati għall-iżvilupp sostenibbli urban għandhom jiġu implimentati u l-allokazjoni indikattiva annwali ta’ appoġġ mill-FEŻR għal dawn l-azzjonijiet;

(iii)

fejn xieraq, il-lista ta’ bliet fejn azzjonijiet integrati għall-iżvilupp sostenibbli urban għandhom jiġu implimentati u l-allokazjoni indikattiva annwali ta’ appoġġ mill-FEŻR għal dawn l-azzjonijiet;

(iv)

l-identifikazzjoni taż-żoni li fihom l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità se jiġi implimentat;

(iv)

l-identifikazzjoni taż-żoni li fihom l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità se jiġi implimentat;

(v)

fejn xieraq, il-kontribuzzjoni tal-inverventi ppjanati lejn strateġiji makroreġjonali u strateġiji dwar qiegħ il-baħar;

(v)

fejn xieraq, il-kontribuzzjoni tal-inverventi ppjanati lejn strateġiji makroreġjonali u strateġiji dwar qiegħ il-baħar;

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li huwa pertinenti u obbligatorju li fil-livell tad-dokument ta’ programmazzjoni tiġi pprovduta l-informazzjoni relatata mal-forom speċifiċi ta’ appoġġ għall-iżvilupp territorjali, kif imniżżla fil-punt 7(c), fil-każ fejn dawn il-mekkaniżmi ser jiġu użati b’mod attiv fil-kuntest ta’ programm operattiv biss, jew meta teżisti raġuni oħra sabiex tiġi inkluża deskrizzjoni fid-dokument ta’ programmazzjoni. Għal din ir-raġuni, m’għandux ikun obbligatorju li l-programmi tal-KTE jiddeskrivu dawn l-oqsma, iżda għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu dan biss f’każijiet fejn huwa rilevanti u xieraq, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-proposta ta’ kompromess tal-Presidenza Daniża dwar ir-Regolament Ġenerali (Artikolu 87(2)) għall-programmi tal-objettiv 1.

Emenda 9

Artikolu 7(2)(g)(iv)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

iv)

il-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt;

iv)

il-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt;

Raġuni

It-twaqqif ta’ korpi intermedjarji wera li kien estremament effettiv f’firxa wiesgħa ta’ programmi. Għalhekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jappella li din il-proċedura tinżamm fil-qasam fejn uriet li kienet utli.

Emenda 10

Artikolu 11(2)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għażla tal-operazzjonijiet

Għażla tal-operazzjonijiet

[…]

[…]

2.   L-operazzjonijiet magħżula taħt kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali għandhom jinvolvu benefiċjarji minn mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, fejn mill-inqas wieħed minnhom irid ikun minn Stat Membru. Operazzjoni tista’ tiġi implimentata f’pajjiż uniku, bil-kundizzjoni li tkun għall-benefiċċju taż-żona tal-programm.

2.   L-operazzjonijiet magħżula taħt kooperazzjoni transkonfinali għandhom jinvolvu benefiċjarji minn mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, fejn mill-inqas wieħed minnhom irid ikun minn Stat Membru. Operazzjoni tista’ tiġi implimentata f’pajjiż uniku, bil-kundizzjoni li tkun għall-benefiċċju taż-żona tal-programm.

L-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-kooperazzjoni interreġjonali taħt l-Artikolu 2(3)(a) u (b) għandhom jinvolvu benefiċjarji minn mill-inqas tliet pajjiżi, fejn mill-inqas tnejn minnhom iridu jkunu Stati Membri.

L-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-kooperazzjoni interreġjonali taħt l-Artikolu 2(3)(a) u (b) għandhom jinvolvu benefiċjarji minn mill-inqas tliet pajjiżi, fejn mill-inqas tnejn minnhom iridu jkunu Stati Membri.

 

Raġuni

Skont il-proposta tal-KE, il-kooperazzjoni transnazzjonali taħdem b’metodi simili għal dawk tal-kooperazzjoni transkonfinali, jiġifieri li l-benefiċjarji jistgħu jkunu ġejjin minn żewġ Stati biss, u li jkun possibbli li l-operazzjonijiet jiġu implimentati fi Stat wieħed biss. Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li din id-definizzjoni tal-kooperazzjoni ma tirriflettix id-dimensjoni transnazzjonali tagħha u li huma r-regoli tal-kooperazzjoni interreġjonali msemmija f’dan il-paragrafu li għandhom jiġu applikati hawnhekk.

Barra minn hekk, numru ta’ programmi attwali tal-kooperazzjoni transnazzjonali huwa maħluq speċifikament għar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Il-ħtieġa li jiġu involuti tliet pajjiżi f’dawn il-programmi tikkomplika l-affarijiet b’mod konsiderevoli.

Emenda 11

Artikolu 11(4)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-benefiċjarji għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta’ persunal għall-operazzjonijiet u l-finanzjament tagħhom.

Il-benefiċjarji għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta’ persunal għall-operazzjonijiet u l-finanzjament tagħhom. Fir-rigward tal-proġetti żgħar, jiġifieri dawk dawk li jiġu allokati inqas minn EUR 35 000 mill-FEŻR, huwa biżżejjed li jiġu ssodisfati tnejn mill-erba’ kriterji ta’ kooperazzjoni msemmija.

Raġuni

Il-kriterji sabiex tiġi stabbilita n-natura transkonfinali ta’ proġett għandhom ikunu inqas rigorużi, speċjalment għal proġetti iżgħar, li jammontaw għal numru kbir ta’ proġetti ta’ kwalità għolja li jagħti kontribut indisputabbli għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet transkonfinali iżda li xorta waħda jsibuha diffiċli biex jilħqu l-erba’ kriterji.

Emenda 12

Artikolu 15

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Indikaturi għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea

Indikaturi għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea

Fejn ikun rilevanti għandhom jintużaw indikaturi komuni kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]. Il-linji bażi tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta’ żero u l-miri kumulattivi għandhom jiġu fissati għas-sena 2022.

Fejn ikun rilevanti għandhom jintużaw indikaturi komuni kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]. Il-linji bażi tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta’ żero u l-miri kumulattivi għandhom jiġu fissati għas-sena 2022.

[…]

[…]

Raġuni

Jeħtieġ li l-indikaturi komuni kif stabbiliti fl-Anness għandhom jitqiesu biss bħala eżempju. F’kull każ jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk l-indikatur huwiex rilevanti għall-programm, għall-objettiv u għall-prijorità. L-indirizzar tal-kwistjoni tal-indikaturi permezz ta’ dispożizzjoni ġenerali mhux ser tassigura l-effikaċja la tal-programm ikkunsidrat u lanqas tal-operazzjonijiet. Apparti hekk, l-indikaturi stabbiliti fl-Anness jantiċipaw il-prijoritajiet u t-tipi ta’operazzjoni għall-programmi kollha.

Emenda 13

Artikolu 16

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għajnuna teknika

L-ammont tal-FEŻR allokat għall-assistenza teknika għandu jiġi limitat għal 6 % tal-ammont totali allokat għal programm ta’ kooperazzjoni, iżda ma għandux ikun inqas minn EUR 1 500 000.

Għajnuna teknika

L-ammont tal-FEŻR allokat għall-assistenza teknika għandu jiġi limitat għal 6 % tal-ammont totali allokat għal programm ta’ kooperazzjoni , iżda ma għandux ikun inqas minn EUR 1 500 000

Raġuni

Filwaqt li huwa ċert li l-erba’ proġetti pan-Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (ESPON, INTERACT, INTERREG IV C u URBACT) għandhom spejjeż aktar baxxi mill-proġetti ta’ investiment, is-sehem ta’ spejjeż amministrattivi huwa akbar minħabba n-natura tal-attivitajiet (studji, għarfien espert, skambju tal-aħjar prattika).

Emenda 14

Artikolu 18

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kostijiet tal-persunal ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati bħala rata fissa li tista’ tasal sa 15 % tal-kostijiet diretti minbarra l-kostijiet tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni.

Il-kostijiet tal-persunal ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati bħala rata fissa li tista’ tasal sa  % tal-kostijiet diretti minbarra l-kostijiet tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni.

Raġuni

Ara l-punt 41 tar-“Rakkomandazzjonijiet ta’ Politika”.

Emenda 15

Artikolu 19, inċiż 4 ġdid

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet fil-programmi ta’ kooperazzjoni skont il-post

L-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet fil-programmi ta’ kooperazzjoni skont il-post

 

[…]

 

   

Raġuni

Filwaqt li r-regolamenti attwali jippermettu li jintużaw ir-“regoli dwar il-flessibbiltà” fil-kuntest tal-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali, l-Istati Membri (jew l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-awtorità nazzjonali) rarament għamlu użu minn din l-għażla fl-iżvilupp tal-programmi. Dan jikkomplika l-implimentazzjoni tal-proġetti f’qafas reġjonali multilaterali bħall-Ewroreġjuni.

Emenda 16

Artikolu 26

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-użu tal-euro

L-użu tal-euro

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR], in-nefqa magħmula f’valuta oħra li ma tkunx l-euro għandha tiġi konvertita f’euro mill-benefiċjarji fix-xahar li waqtu tkun saret in-nefqa.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR], in-nefqa magħmula f’valuta oħra li ma tkunx l-euro għandha tiġi konvertita f’euro mill-benefiċjarji fix-xahar li waqtu in-nefqa .

Il-konverżjoni għandha tiġi verifikata mill-awtorità ta’ ġestjoni jew mill-kontrollur fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih ikun jinsab il-benefiċjarju.

Il-konverżjoni għandha tiġi verifikata mill-awtorità ta’ ġestjoni jew mill-kontrollur fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih ikun jinsab il-benefiċjarju.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li l-perjodu magħżul sabiex issir il-konverżjoni tal-valuti nazzjonali f’euros għandu jkun il-perjodu (sakemm ma tintużax ir-rata tal-kambju valida matul ix-xahar) li matulu titressaq in-nefqa għall-kontroll, b’konformità mal-Artikolu 114(4)(a) tar-Regolament Ġenerali. Minkejja li din hija kwistjoni teknika, il-Kumitat ma jqisx opportuni d-dispożizzjonijiet attwali għall-konverżjoni abbażi tar-rata tal-kambju fis-seħħ matul il-perjodu li matulu ssir in-neqfa u dawn jistgħu jikkomplikaw is-sitwazzjoni (u b’hekk jiżdied ir-riskju ta’ żball), b’mod partikolari meta jitqies il-fatt li b’mod ġenerali, in-nefqa li tiġi ppreżentata għall-kontroll tkun tkopri perjodi differenti. F’każ li jiġi ppreżentat “pakkett” wieħed ta’ nefqa, jintużaw diversi rati ta’ kambju għall-konverżjoni. L-aktar soluzzjoni teknikament sempliċi u l-inqas riskjuża tidher li hi dik li tikkonverti n-nefqa kollha abbażi ta’ rata waħda ta’ kambju, dik li tkun valida matul ix-xahar li matulu n-nefqa tiġi ppreżentata għall-kontroll. Barra minn hekk, l-emenda proposta ser ikollha l-għan li żżid is-sigurtà tal-benefiċjarji fir-rigward tal-ammont ta’ riżorsi li jirċievu, peress li dan jippermetti li jitnaqqas il-perjodu bejn il-konverżjoni f’euros u l-pagament tas-sussidju.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/110


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-pakkett tal-ajruporti”

2012/C 277/11

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa' l-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex l-infrastruttura eżistenti tintuża b'mod aktar effiċjenti, però jemmen li għandhom jittieħdu aktar passi biex tiġi sodisfatta t-talba dejjem tikber għall-kapaċitajiet. B'mod partikolari, huwa importanti li tiġi estiża l-infrastruttura tal-ajruporti mgħobbija b'aktar xogħol milli jifilħu, li jiġu kkunsidrati aktar il-kapaċitajiet liberi tal-ajruporti reġjonali, li jissokta b'mod kontinwu l-ħolqien ta’ Ajru Uniku Ewropew u li jiġu garantiti ħinijiet kompetittivi, anke matul il-lejl;

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li titjieb ir-rabta intermodali bejn l-ajruporti u l-modi l-oħra tat-trasport. Dan iżid il-kompetittività u jiggarantixxi li r-reġjuni jkunu konnessi b'mod adegwat man-netwerk Ewropew u dinji tat-trasport bl-ajru;

jaqbel li, fil-kuntest tal-Approċċ Bilanċjat, għandha tingħażel l-aktar miżura kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tat-tnaqqis tal-istorbju, iżda jemmen li d-dritt ta’ skrutinju previst għall-Kummissjoni Ewropea jmur lil hinn mis-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ir-restrizzjonijiet operattivi għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet reġjonali fid-dawl tas-sitwazzjoni lokali u tal-ispeċifiċitajiet lokali. Id-dritt ta’ skrutinju addizzjonali tal-Kummissjoni Ewropea la huwa meħtieġ u lanqas proporzjonat;

jilqa' l-fatt li l-aċċess għas-suq tas-servizzi ta’ groundhandling ser ikompli jinfetaħ u jiġi armonizzat. Dan iwassal għal aktar kompetizzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, għal servizzi ta’ groundhandling ta’ kwalità ogħla fl-ajruporti tal-UE. Però, sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi fuq il-kundizzjonijiet tal-impjieg eżistenti, is-sikurezza tal-avjazzjoni u l-kapaċità tal-ajruporti, għandu jkun possibbli li jiġu kkunsidrati b'mod adatt l-ispeċifiċitajiet lokali fl-ajruporti;

jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tintroduċi strumenti bbażati fuq is-suq sabiex il-kapaċitajiet infrastrutturali skarsi tal-ajruporti traffikużi jintużaw aħjar, iżda jenfasizza li għandu jibqa' jiġi żgurat li r-reġjuni jkunu konnessi man-netwerk tat-trasport bl-ajru.

Relatur

Is-Sur WERNER (DE/ALDE), Segretarju tal-Istat fi ħdan il-Ministeru tal-Istat ta’ Sachsen għall-Affarijiet Ekonomiċi, ix-Xogħol u t-Trasport

Dokumenti ta’ referenza

 

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

Il-politika tal-ajruporti fl-Unjoni Ewropea – nindirizzaw il-kapaċità u l-kwalità biex nippromwovu t-tkabbir, il-konnettività u l-mobbiltà sostenibbli

COM(2011) 823 final

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f'ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2011) 828 final

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE

COM(2011) 824 final

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f'ajruporti tal-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)

COM(2011) 827 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali (COM(2011) 823 final)

1.

jaqbel mal-fehma li l-ajruporti huma parti indispensabbli minn netwerk tat-trasport modern u effiċjenti. F'ċerti reġjuni huma jagħtu kontributi importanti għall-iżvilupp ekonomiku, is-suq tax-xogħol u t-turiżmu. Fl-istess ħin, huma jsaħħu l-koeżjoni territorjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

2.

jaqbel li l-istorbju mill-ajruplani hija problema għal għadd dejjem ikbar ta’ ċittadini Ewropej, speċjalment bil-lejl, u li għalhekk hemm bżonn strateġija għall-ġestjoni tal-istorbju biex jitnaqqsu l-effetti mhux mixtieqa;

3.

jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni Ewropea li tiżviluppa u tuża bl-aħjar mod possibbli l-potenzjal tat-trasport bl-ajru, u speċjalment dak tat-tkabbir previst f'dan l-qasam;

4.

jenfasizza li l-UE tista' tippromovi l-investiment fil-modernizzazzjoni tan-netwerks tal-ajruporti u l-bini ta’ ajruporti ġodda, l-aktar permezz ta’ strumenti finanzjarji innovattivi, sabiex tiggarantixxi tkabbir ekonomiku fit-tul fi ħdanha kif ukoll it-titjib tar-relazzjonijiet ekonomiċi tagħha mal-bqija tad-dinja;

5.

huwa tal-fehma li d-diskrepanza bejn il-kapaċità tal-infrastruttura tal-ajruporti u l-bżonnijiet dejjem akbar tal-ivvjaġġar u t-trasport qed tiżdied. Xi ajruporti Ewropej diġà għandhom aktar xogħol milli jifilħu għalih jew inkella qed jaħdmu fil-limiti tal-kapaċità tagħhom. Mhux dejjem ikun possibbli, speċjalment fl-ajruporti fejn isiru ħafna konnessjonijiet tat-titjiriet (hub airports), li jinħolqu biżżejjed kapaċitajiet ġodda daqskemm titlob id-domanda għalihom. Għal din ir-raġuni, huwa mistenni li fis-snin li ġejjin il-limitazzjonijiet tal-kapaċitajiet ser ikomplu jiggravaw;

6.

jilqa' l-għan li jsiru sforzi kontra l-limitazzjonijiet dejjem jiżdiedu tal-kapaċitajiet, u li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex l-infrastruttura eżistenti tintuża b'mod aktar effiċjenti. Madankollu, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-miżuri proposti fil-pakkett tal-ajruporti mhumiex biżżejjed biex jintlaħaq dan il-għan;

7.

jisħaq li bosta ajruporti reġjonali għandhom biżżejjed kapaċitajiet infrastrutturali sabiex itaffu b'mod effettiv il-piż tal-ajruporti b'limitazzjonijiet tal-kapaċitajiet, u b'hekk tkun tista' tittejjeb il-konnessjoni tar-reġjuni;

8.

jinnota li għandhom jittieħdu aktar passi biex jiġu koperti l-kapaċitajiet meħtieġa, li dejjem qed jiżdiedu. B'mod partikolari, huwa importanti li tiġi estiża l-infrastruttura tal-ajruporti mgħobbija b'aktar xogħol milli jifilħu, li jiġu kkunsidrati aktar il-kapaċitajiet liberi tal-ajruporti reġjonali, li jissokta b'mod kontinwu l-ħolqien ta’ Ajru Uniku Ewropew u li jiġu garantiti ħinijiet kompetittivi, anke matul il-lejl. Barra minn hekk, l-ajruporti reġjonali ż-żgħar għandhom jiġu appoġġjati b'mod sinifikanti sabiex jikkomplementaw lill-ajruporti l-kbar u jiġu ottimizzati l-infrastrutturi eżistenti;

9.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li titjieb ir-rabta intermodali bejn l-ajruporti u l-modi l-oħra tat-trasport. Dan iżid il-kompetittività u jiggarantixxi li r-reġjuni jkunu konnessi b'mod adegwat man-netwerk Ewropew u dinji tat-trasport bl-ajru;

10.

jemmen li l-allokazzjoni aktar effiċjenti tas-slots hija opportunità adatta sabiex jintużaw aħjar il-kapaċitajiet infrastrutturali skarsi tal-ajruporti traffikużi. Jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li tintroduċi strumenti bbażati fuq is-suq għal dan il-għan, iżda hawnhekk għandu jibqa' jiġi żgurat li r-reġjuni jkunu konnessi man-netwerk tat-trasport bl-ajru;

11.

jappoġġja l-proposta li jiġu riveduti r-regoli u l-proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju. L-għan li jiġi armonizzat il-mod kif jiġi applikat l-Approċċ Bilanċjat għandu jwassal għal livell ogħla ta’ protezzjoni għal dawk milqutin mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru b'konformità mad-Direttiva 2002/49/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali;

12.

jilqa' l-għan li jkompli jiġi liberalizzat is-suq tas-servizzi ta’ groundhandling. Dan iwassal għal aktar kompetizzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, għal servizzi ta’ kwalità ogħla. Sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi fuq il-kundizzjonijiet tal-impjieg eżistenti, is-sikurezza tal-avjazzjoni u l-kapaċità tal-ajruporti, għandu jkun possibbli li jiġu kkunsidrati b'mod adatt l-ispeċifiċitajiet lokali fl-ajruporti. Barra minn hekk, irid jiġi żgurat li r-regoli f'dan il-qasam ma jwasslux biex il-kumpaniji li jipprovdu dawn is-servizzi jiġu ttrattati b'mod inugwali. L-għan tal-Kummissjoni Ewropea li tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jista' jintlaħaq biss jekk jiġu applikati l-istess kundizzjonijiet għall-partijiet interessati kollha;

13.

jinsab imħasseb dwar il-proposti tal-Kummissjoni u l-proposta aktar ġenerali ta’ “Aproċċ Ġenerali” tal-Kunsill biex jiġu regolati t-tariffi tal-infrastruttura tal-groundhandling b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-imposti tal-ajruporti (Direttiva 2009/12/KE) u lil hinn minnhom. Dawn it-tariffi tipikament jinkludu persentaġġ żgħir ħafna tad-dħul ġenerali tal-ajruporti, b'mod partikolari fl-ajruporti reġjonali li jaqbżu bl-eżatt il-limitu ġdid propost ta’ żewġ miljun passiġġier fis-sena, u jikkostitwixxu ammonti żgħar f'termini assoluti. L-ispejjeż amministrattivi jistgħu jaqbżu sew kwalunkwe benefiċċju potenzjali peress li l-ajruporti diġà huma obbligati jistabbilixxu tariffi bħal dawn b'mod oġġettiv u trasparenti;

14.

jisħaq fuq l-importanza tal-Avjazzjoni Ġenerali għat-trasport bl-ajru fl-UE. Din tippermetti lill-intraprendituri li joħolqu l-ġid u l-impjiegi sabiex wieħed jivvjaġġa bi flessibbiltà massima, u żżid is-setgħa ekonomika tar-reġjuni periferiċi u ta’ dawk ultraperiferiċi. Dan huwa partikolarment importanti meta tiġi kkunsidrata l-kwistjoni tas-slots u l-aċċessibbiltà tal-ajruporti;

Restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju (COM(2011) 828 final)

15.

jilqa' l-għan li jiġu speċifikati l-proċeduri u r-regoli fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju u li tiżdied it-trasparenza fil-proċess ta’ evalwazzjoni. Dan jikkontrobatti l-applikazzjoni mhux uniformi tad-Direttiva fl-Istati Membri, minbarra li joffri livell komparabbli ta’ protezzjoni mill-istorbju lil dawk milqutin mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru. Madankollu, il-Kumitat jinnota li l-abbozz ta’ Regolament għadu mhuwiex konformi mad-Direttiva 2002/49/KE li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali, b'mod partikolari b'rabta mal-valutazzjoni tal-istorbju u l-analiżi tal-kosteffikaċja, u għalhekk joħloq piż amministrattiv kbir, li min-naħa tiegħu jwassal għal spiża sinifikanti u jikkomprometti l-aċċettazzjoni min-naħa tal-pubbliku tat-trasport bl-ajru;

16.

jistenna li bil-bidla tad-Direttiva attwali f'Regolament, il-miżuri tal-protezzjoni mill-istorbju jsiru aktar effettivi u jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fl-Unjoni Ewropea;

17.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li, fil-kuntest tal-Approċċ Bilanċjat, għandha tingħażel l-aktar miżura kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tat-tnaqqis tal-istorbju. Madankollu, anke s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni li jgħixu viċin l-ajruporti għandhom jitqiesu kemm jista' jkun u mhux biss bħala għażla fakultattiva. B'dan il-mod l-Istati Membri jkunu jistgħu jsibu t-triq tan-nofs bejn il-konsegwenzi ekonomiċi tal-miżuri ta’ protezzjoni mill-istorbju u l-bżonnijiet ġustifikati ta’ protezzjoni li jkollhom dawk milqutin mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru;

18.

fil-prinċipju, jappoġġja l-għan li jogħla l-limitu għall-inġenji tal-ajru marġinalment konformi. B'dan il-mod jiġi kkunsidrat il-progress tekniku fl-iżvilupp ta’ ajruplani inqas storbjużi. Però l-Kumitat jinnota li l-ajruplani tal-merkanzija jirrispettaw il-limitu aktar strett ta’ 10 EPNdB (Effective Perceived Noise in decibels, Storbju Effettivament Ipperċepit f'deċibel) b'mod anqas frekwenti mill-ajruplani tal-passiġġieri. Għaldaqstant, kwalunkwe projbizzjoni fuq l-“inġenji tal-ajru marġinalment konformi” taffettwa b'mod sproporzjonalment aktar lil-linji tal-ajru tal-merkanzija. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li l-limitu jogħla iżda b'ammont aktar baxx fi żmien ta’ tranżizzjoni adatt. Jekk il-limitu jiżdied għal 8 EPNdB, l-istorbju diġà jonqos b'mod sostanzjali;

19.

huwa tal-fehma li hemm bżonn korp ta’ appell indipendenti fil-livell tal-Istati Membri;

20.

jilqa' l-applikazzjoni tal-Approċċ Bilanċjat sabiex jiġi mnaqqas jew limitat il-livell ta’ kemm in-nies jintlaqtu mill-istorbju. Dan jagħti lill-Istati Membri l-flessibbiltà neċessarja fil-ġlieda kontra l-istorbju. F'dan ir-rigward, il-Kumitat jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li r-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandhom jiġu introdotti biss meta ma jkunx fadal aktar xi jsir;

21.

jappoġġja l-għan li jiġu speċifikati r-regoli għall-valutazzjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru u li l-proċess ta’ valutazzjoni jitfassal b'mod aktar trasparenti. Il-konsultazzjoni prevista ma’ dawk milqutin mill-istorbju twassal biex tiġi aċċettata aktar l-implimentazzjoni tal-miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju. Madankollu, il-Kumitat jirrakkomanda li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-“forum għall-kooperazzjoni teknika” previst fl-abbozz ta’ Regolament. Jekk fl-Istati Membri jkunu diġà stabbiliti korpi simili, għandu jkun possibbli li dawn jiġu rikonoxxuti sabiex ma jinħolqux korpi addizzjonali;

22.

huwa tal-fehma li l-metodu ta’ valutazzjoni tal-istorbju msemmi fl-Anness I tal-abbozz ta’ Regolament, li huwa bbażat fuq ir-Rapport tal-ECAC Dok 29 bit-titolu “Metodu Standard ta’ Kkomputar ta’ Profili tal-Istorbju madwar l-Ajruporti Ċivili”, mhuwiex adatt biex iżid it-trasparenza fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-istorbju. L-introduzzjoni ta’ metodu ta’ valutazzjoni addizzjonali twassal biex tintilef il-komparabbiltà, pereżempju, mad-Direttiva dwar il-ħsejjes ambjentali jew mar-regoli nazzjonali dwar il-kalkolazzjoni tal-istorbju, u toħloq ukoll piż burokratiku mhux meħtieġ. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-istorbju għandha ssir skont id-Direttiva li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (Direttiva 2002/49/KE);

23.

jemmen li d-dritt ta’ skrutinju previst għall-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri li din tkun tista' tirrevedi r-restrizzjonijiet operattivi qabel ma jiddaħħlu u – jekk ikun hemm bżonn – twaqqafhom, imur lil hinn mis-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ir-restrizzjonijiet operattivi għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet reġjonali fid-dawl tas-sitwazzjoni lokali u tal-ispeċifiċitajiet lokali. Id-dritt ta’ skrutinju addizzjonali tal-Kummissjoni Ewropea la huwa meħtieġ u lanqas proporzjonat. Barra minn hekk, dan bl-ebda mod ma jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan tar-Regolament li jitnaqqas in-numru ta’ persuni milqutin mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru;

24.

jemmen li d-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “inġenji tal-ajru” u ta’ “inġenji tal-ajru marġinalment konformi”, l-aġġornament tal-limiti massimi ta’ storbju u tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll il-bidla fil-metodu u r-rapport tekniku huma parti essenzjali mill-kontenut tar-Regolament. F'dan ir-rigward, dawn il-punti mhumiex adegwati sabiex is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni;

Servizzi ta’ groundhandling (COM(2011) 824 final)

25.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li s-servizzi ta’ groundhandling għandhom rwol ewlieni fil-katina tal-avjazzjoni. Servizzi ta’ groundhandling effiċjenti u ta’ kwalità jagħtu kontribut essenzjali sabiex tiġi garantita sistema tal-avjazzjoni effiċjenti u kompetittiva;

26.

jilqa' l-fatt li l-aċċess għas-suq tas-servizzi ta’ groundhandling ser ikompli jinfetaħ u jiġi armonizzat. F'dan il-kuntest, huwa mistenni li l-kwalità tas-servizzi ta’ groundhandling offruti fl-ajruporti tal-Unjoni tkompli titjieb. Dan huwa ta’ benefiċċju, bl-istess mod, għal-linji tal-ajru, l-ispedituri u l-passiġġieri. Bil-għan li jiġu evitati impatti neġattivi fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol eżistenti, is-sikurezza tal-avjazzjoni u l-kapaċità tal-ajruport, għandu jkun possibbli li jitqiesu b'mod adatt l-ispeċifiċitajiet lokali tal-ajruporti;

27.

huwa favur ir-regolamentazzjoni dwar it-trasferiment tal-persunal bejn il-fornituri tas-servizzi. F'dan il-kuntest jitlob li jiġi verifikat jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) 1370/2007 jippermettux li l-awtoritajiet kontraenti japplikaw, mingħajr l-ebda att ta’ implimentazzjoni ieħor mill-Istati Membri, il-possibbiltà li jittrasferixxu persunal kif jiġi determinat fil-livell nazzjonali, u jekk jistgħux jiġu definiti parametri oħra rigward it-trasferiment tal-ħaddiema;

28.

jinnota li għad ma ġewx stabbiliti b'mod adegwat id-dispożizzjonijiet kollha għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. B'mod partikolari hemm bżonn ta’ titjib fir-rigward ta’ kif jiġi stabbilit it-twettiq fil-ħin tad-diversi fażijiet tal-proċedura, dispożizzjoni speċjali li bis-saħħa tagħha jitneħħa l-effett imprattikabbli tal-ilmenti sospiżi, il-kompetenza fl-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u l-kriterji ta’ attribuzzjoni;

29.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li l-ajruporti għandhom rwol deċiżiv fil-kordinament tal-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling. Madankollu, il-Kumitat jinnota li l-ajruporti jistgħu jaqdu dan ir-rwol biss jekk fl-Istati Membri jiġu żgurati l-kundizzjonijiet legali meħtieġa għal dan il-għan. Barra minn hekk, dawn il-kompiti joħolqu spejjeż addizzjonali li l-ajruporti jsibuha diffiċli biex ikopruhom permezz tas-suq;

30.

jenfasizza li jekk ikompli jinfetaħ is-suq, dan m'għandux ikolllu impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-avjazzjoni. Sabiex jiġi garantit livell għoli ta’ sigurtà fl-ajruporti tal-Unjoni, jeħtieġ li l-persunal jitħarreġ u jkompli jitħarreġ b'mod adegwat;

31.

jemmen li huwa importanti li t-taħriġ ikun twil biżżejjed biex jiggarantixxi servizzi ta’ groundhandling ta’ kwalità. Peress li s-servizzi ta’ groundhandling jeħtieġu approvazzjoni li tkun rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha, il-Kumitat jirrakkomanda li t-taħriġ jitfassal b'tali mod li jinħolqu standards komparabbli tal-kwalifiki. Hawnhekk iridu jitqiesu wkoll il-kosteffiċjenza u t-tħeġġiġ tal-impjiegi;

32.

josserva li s-subkuntrattar huwa riżervat għall-fornituri terzi biss. L-operaturi tal-ajruporti u l-utenti tal-ajruporti mhux ser jingħataw din il-possibbiltà. Fil-fehma tal-Kumitat, dan jirrappreżenta diskriminazzjoni li xxekkel il-kompetizzjoni u mhuwiex kompatibbli mal-għan tal-abbozz ta’ Regolament li tissaħħaħ il-kompetizzjoni. Is-subkuntrattar għandu jiġi permess għall-fornituri kollha tas-servizzi ta’ groundhandling skont regoli speċifiċi;

Slots (COM(2011) 827 final)

33.

jemmen li r-reviżjoni tar-Regolament tagħti kontribut importanti biex il-kapaċitajiet infrastrutturali skarsi jintużaw b'mod aktar effiċjenti. Peress li t-traffiku tal-ajru huwa mbassar li jiżdied filwaqt li l-infrastruttura tal-ajruporti mhijiex qed tikber bl-istess rata, il-linji tal-ajru qed jiffaċċjaw dejjem aktar limitazzjonijiet biex jissodisfaw b'mod suffiċjenti d-domanda għas-servizzi tat-trasport. Dan huwa ostaklu għall-iżvilupp ekonomiku tat-trasport bl-ajru u, b'hekk, għar-reġjuni;

34.

jemmen li, f'każijiet fejn l-awtorità indipendenti ta’ superviżjoni tintalab tieħu deċiżjoni dwar il-livell ta’ tariffi għall-użu ta’ infrastruttura ċentralizzata, il-korp ta’ ġestjoni tal-infrastruttura ċentralizzata għandu jkun intitolat għal irkupru mill-utenti fil-livell propost inizjalment, sakemm l-awtorità indipendenti ta’ superviżjoni tagħmel id-deċiżjoni finali tagħha. Dan jista' jnaqqas l-inċentiv li wieħed iqajjem sfidi vessatorji għad-deċiżjonijiet dwar il-livell ta’ tariffi;

35.

jilqa', fil-prinċipju, l-introduzzjoni ta’ strumenti bbażati fuq is-suq għall-allokazzjoni tas-slots. Dan jiżgura li s-slots jingħataw lil-linji tal-ajru li jkunu jistgħu jużawhom bl-aħjar mod. Għandu jibqa' jiġi żgurat li r-reġjuni jkunu konnessi man-netwerk tat-trasport bl-ajru;

36.

jinnota li ma ġewx ippreżentati l-konsegwenzi kollha tal-kummerċ tas-slots. B'mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea ma ssemmix kif il-kummerċ tas-slots ser jaffettwa l-ajruporti reġjonali u, b'hekk, il-konnettività reġjonali;

37.

jemmen li huwa possibbli li l-linji tal-ajru jagħtu preferenza lit-trasport fuq distanzi twal meta jiġu biex jużaw is-slots li jkollhom f'hub airports traffikużi wisq. Dan idgħajjef il-konnessjoni tal-ajruporti reġjonali mal-hub airports. Għalhekk, il-Kumitat jitlob li jiġu previsti miżuri adatti biex jiżguraw li r-reġjuni jkunu konnessi man-netwerk dinji tat-trasport bl-ajru;

38.

huwa kuntent bl-intenzjoni li tissaħħaħ l-indipendenza tal-kordinaturi tal-ajruporti. L-abbozz ta’ Regolament jippermetti lil-linji tal-ajru li fil-futur jittrasferixxu s-slots tagħhom, anke bi ħlas. It-trasferiment irid jiġi approvat u kkonfermat mill-kordinatur tal-ajruporti. Għaldaqstant, fil-fehma tal-Kumitat, huwa aktar u aktar importanti li l-kordinatur tal-ajruporti jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'mod indipendenti u oġġettiv;

39.

huwa tal-fehma li ma jagħmilx sens li s-slots jiġu allokati mingħajr ħlas jekk dawn imbagħad ikunu jistgħu jinbiegħu. B'mod partikolari, il-kummerċ tas-slots tal-linji tal-ajru għandu jiġi approvat biss jekk dawn jagħtu prova li qabel kienu użaw is-slots b'mod regolari;

40.

jemmen li l-bidla fir-regola dwar l-użu minimu tas-slots hija aċċettabbli. Din il-miżura żżid il-pressjoni biex is-slots miksuba jintużaw aktar bis-sħiħ. Fl-istess ħin, wieħed għandu jiżgura li jiġu kkunsidrati l-avvenimenti eċċezzjonali (bħal strajks u rmied tal-vulkani). Huwa mistenni li fil-ġejjieni jkun hemm aktar slots li jitqiegħdu lura fil-pool tas-slots jew li jinbiegħu lil linja tal-ajru oħra. B'hekk isir aktar faċli li linji tal-ajru oħrajn jiksbu aċċess għas-suq ta’ ajruporti traffikużi wisq;

41.

jilqa' l-possibbiltà li, bis-saħħa ta’ sistema ta’ imposti, l-ajruporti jistgħu jinfluwenzaw ir-ritorn kemm jista' jkun bikri ta’ slots mhux meħtieġa jew riżervati. Dan jiżgura li s-slots ma jiġux blokkjati, iżda jkunu jistgħu jintużaw minn linji tal-ajru oħrajn;

42.

jagħraf l-importanza tad-dispożizzjoni dwar ir-“regoli lokali” biex jiġi żgurat li l-qafas regolatorju jippermetti biżżejjed flessibbiltà f'dawk ir-reġjuni u l-ajruporti tagħhom b'ċirkostanzi speċifiċi li jirrikjedu attenzjoni mistħoqqa. F'tali ċirkostanzi, l-input reġjonali huwa meħtieġ biex jiġi żgurat użu ottimu u effiċjenti tal-kapaċità tal-ajruporti individwali;

43.

iqis li d-dritt propost li l-Kummissjoni Ewropea taħtar b'mod individwali “ajruport li huwa parti min-netwerk”, fejn tista' titlob lill-Istati Membri biex jittrattaw ajruporti individwali b'mod distint u separat, imur lil hinn mis-setgħat tagħha skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

44.

jinsab imħasseb dwar l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ “operatur tan-netwerk” mill-Kummissjoni Ewropea u b'mod partikolari l-allokazzjoni proposta ta’ setgħat sinifikanti u wiesgħa lil din l-entità fl-assenza ta’ definizzjoni ċara tal-governanza tal-entità.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju (COM(2011) 828 final)

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)   “Inġenji tal-ajru marġinalment konformi” tfisser inġenji tal-ajru ċivili li jissodisfaw il-limiti ta’ ċertifikazzjoni tal-Kapitolu 3 stipulati fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 3 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Chicago) b'marġni kumulattiva ta’ inqas minn 10EPNdB (Storbju Effettivament Ipperċepit f'deċibel), fejn il-marġni kumulattiva hija ċ-ċifra espressa f'EPNdB miksuba billi jiġu magħduda l-marġini individwali (jiġifieri differenzi bejn il-livell ta’ storbju ċċertifikat u l-livell massimu ta’ storbju permess) f'kull wieħed mit-tliet punti ta’ referenza għall-kejl tal-istorbju kif iddefinit fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 4 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(4)   “Inġenji tal-ajru marġinalment konformi” tfisser inġenji tal-ajru ċivili li jissodisfaw il-limiti ta’ ċertifikazzjoni tal-Kapitolu 3 stipulati fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 3 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Chicago) b'marġni kumulattiva ta’ inqas minn EPNdB (Storbju Effettivament Ipperċepit f'deċibel), fejn il-marġni kumulattiva hija ċ-ċifra espressa f'EPNdB miksuba billi jiġu magħduda l-marġini individwali (jiġifieri differenzi bejn il-livell ta’ storbju ċċertifikat u l-livell massimu ta’ storbju permess) f'kull wieħed mit-tliet punti ta’ referenza għall-kejl tal-istorbju kif iddefinit fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 4 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;

Raġuni

1

L-ajruplani tal-merkanzija jirrispettaw il-limitu ta’ 10 EPNdB, propost fl-abbozz ta’ Regolament, b'mod anqas frekwenti mill-ajruplani tal-passiġġieri. Għaldaqstant, kwalunkwe projbizzjoni fuq l-“inġenji tal-ajru marġinalment konformi” taffettwa b'mod sproporzjonalment aktar lil-linji tal-ajru tal-merkanzija.

2

L-introduzzjoni ta’ fażi ta’ tranżizzjoni adatta tagħti l-opportunità lil-linji tal-ajru li jippjanaw u jwettqu l-modernizzazzjoni meħtieġa fil-flotot tagħhom skont il-kundizzjonijiet tan-negozju.

Emenda 2

Restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju (COM(2011) 828 final)

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Dritt ta’ skrutinju

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u mingħajr ħsara għal proċedura pendenti ta’ appell, il-Kummissjoni tista' tiskrutinja d-deċiżjoni dwar restrizzjoni operattiva, qabel l-implimentazzjoni tagħha. Fejn il-Kummissjoni ssib li d-deċiżjoni ma tirrispettax ir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, jew inkella tkun kontra l-liġi tal-Unjoni, tista' tissosspendi d-deċiżjoni.

   

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li turi konformità ma’ dan ir-Regolament.

   

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 13(2), parikolarment billi jitqiesu il-kriterji fl-Anness II, jekk l-awtorità kompetenti konċernata tistax tipproċedi bl-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Kunsill u l-Istat Membru kkonċernat.

   

4.   Fejn il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista' tapplika d-deċiżjoni prevista dwar restrizzjoni operattiva.

   

Raġuni

1

Ir-restrizzjonijiet operattivi għandhom jiġu imposti biss mill-Istati Membri, kif isir bħalissa. Il-Kunsill diġà esprima l-opinjoni tiegħu dwar din il-kwistjoni u ħassar l-artikolu rilevanti mill-proposta tal-Kummissjoni. It-tneħħija tal-artikolu ta’ hawn fuq hija wkoll konsistenti mal-punt 23 ta’ din l-Opinjoni.

2

L-Artikolu 10, kif inhu miktub bħalissa, jista' jixħet dubju fuq il-ftehimiet ta’ medjazzjoni reġjonali. Ħafna drabi dawn il-ftehimiet bejn l-ajruporti, ir-reġjun ikkonċernat u ċ-ċittadini jintlaħqu wara bosta snin ta’ negozjati diffiċli u eżawrjenti. Il-Bundesrat Ġermaniż, il-Bundesrat Awstrijak, is-Senat Franċiż u l-Ewwel Kamra tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonkludew li d-dritt ta’ skrutinju mogħti lill-Kummissjoni fl-Artikolu 10 jikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda 3

Restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju (COM(2011) 828 final)

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 dwar:

(a)

emendi tad-definizzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru fl-Artikolu 2, punt (3) u ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi fl-Artikolu 2, punt (4);

(b)

emendi u aġġornamenti tal-istandards ta’ ċertifikazzjoni tal-istorbju previsti fl-Artikoli 4 u 8; u tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1);

(c)

emendi għall-metodu u r-rapport tekniku stabbiliti fl-Anness I.

Raġuni

Id-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “inġenji tal-ajru” u ta’ “inġenji tal-ajru marġinalment konformi”, l-emendi tal-limiti massimi ta’ storbju u tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll l-emendi fil-metodu u r-rapport tekniku huma parti essenzjali mill-kontenut tar-Regolament. F'dan ir-rigward, dawn il-punti mhumiex adegwati sabiex is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda 4

Restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju (COM(2011) 828 final)

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Is-setgħat ta’ adozzjoni ta’ atti delegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

   

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 għandha tiġi kkonferita għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

   

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Ir-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni.

Għandha tidħol fis-seħħ mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

   

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

   

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifikazzjoni ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

   

Raġuni

Emenda 3 u Emenda 4 huma marbutin direttament ma’ xulxin. Il-proposta għat-tneħħija tal-Artikolu 11 titlob it-tneħħija tal-Artikolu 12.

Emenda 5

Servizzi ta’ groundhandling (COM(2011) 824 final)

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 13

Ajruporti fuq gżejjer

Artikolu 13

Ajruporti fuq gżejjer

Għall-għażla ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling f'ajruport kif ipprovdut fl-Artikoli 7 sa 10, Stat Membru jista' jestendi obbligu ta’ servizz pubbliku għal ajruporti oħrajn f'dak l-Istat Membru sakemm:

Għall-għażla ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling f'ajruport kif ipprovdut fl-Artikoli 7 sa 10, Stat Membru jista' jestendi obbligu ta’ servizz pubbliku għal ajruporti oħrajn f'dak l-Istat Membru sakemm:

(a)

dawn l-ajruporti jkunu jinsabu fuq gżejjer fl-istess reġjun ġeografiku; u

(a)

dawn l-ajruporti jkunu jinsabu fuq gżejjer fl-istess reġjun ġeografiku; u

(b)

kull wieħed minn dawn l-ajruporti jkollu volum ta’ traffiku ta’ mhux inqas minn 100 000 moviment ta’ passiġġieri fis-sena;

(b)

kull wieħed minn dawn l-ajruporti jkollu volum ta’ traffiku ta’ mhux inqas minn 100 000 moviment ta’ passiġġieri fis-sena;

(c)

din l-estensjoni tkun approvata mill-Kummissjoni.

(c)

din l-estensjoni tkun approvata mill-Kummissjoni.

Id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-estensjoni tikkostitwixxi att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 43 (2). Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat.

 

Id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-estensjoni tikkostitwixxi att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 43 (2). Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Raġuni

L-Artikolu 13 tar-Regolament propost, li jittratta dwar il-possibbiltà li l-obbligu ta’ servizz pubbliku jiġi estiż għall-ajruporti fuq gżejjer, għandu jgħid li fil-każ tal-ajruporti fuq gżejjer, l-operaturi tal-ajruporti huma obbligati jipprovdu s-servizzi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tal-proposta (jiġifieri l-immaniġġjar tal-bagolli, l-immaniġġjar tar-rampa, l-immaniġġjar tal-fjuwil u taż-żejt, u l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta). Tkun idea tajba wkoll li jiġi nnotat li meta l-forniment ta’ dawn is-servizzi ma jkunx vijabbli mil-lat finanzjarju u b'hekk l-ebda intrapriża ma tkun interessata li tipprovdihom, u lanqas it-trasportaturi bl-ajru ma jkunu interessati jipprovduhom billi jimmaniġġjawhom huma stess, allura l-operatur tal-ajruport għandu jassumi l-obbligu li jipprovdihom hu minħabba r-rwol ewlieni ta’ din l-infrastruttura mhux biss biex tiżgura li l-gżira (li m'għandha l-ebda alternattiva oħra) tkun aċċessibbli u konnessa mad-dinja esterna, iżda wkoll biex tipprovdi servizzi pubbliċi bażiċi bħall-kura tas-saħħa f'każ ta’ emerġenza, it-tifi tan-nar, is-sorveljanza u s-salvataġġ fuq il-baħar, u servizzi oħra li jiġu pprovduti bl-użu ta’ elikotteri li jitilqu mill-ajruporti – servizzi li ma jistgħux jiġu pprovduti b'mod ieħor (mingħajr il-provvista tal-fjuwil, pereżempju).

Emenda 6

Servizzi ta’ groundhandling (COM(2011) 824 final)

Artikolu 28(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Meta l-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport ma jaqbilx ma’ xi ħlas iffissat mill-korp li jmexxi l-ajruport jew, fejn rilevanti, il-korp li jmexxi l-infrastruttura ċentralizzata, dan jista' jitlob lil xi awtorità ta’ superviżjoni indipendenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex tiddeċiedi dwar il-livell tal-ħlas.

Meta l-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport ma jaqbilx ma’ xi ħlas ffissat mill-korp li jmexxi l-ajruport jew, fejn rilevanti, il-korp li jmexxi l-infrastruttura ċentralizzata, dan jista' jitlob lil xi awtorità ta’ superviżjoni indipendenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex dwar il-livell tal-ħlas.

Raġuni

Essenzjalment, din il-proposta tintroduċi proċedura ta’ appell dettaljata f'każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-ħlasijiet li jista' jirriżulta fi spejjeż sinifikanti – kemm f'termini finanzjarji kif ukoll rigward il-ħin. Fil-każ ta’ xi ajruporti li d-dħul tagħhom mill-groundhandling huwa inqas minn 1 % tat-total, dan huwa approċċ sproporzjonat.

Emenda 7

Servizzi ta’ groundhandling (COM(2011) 824 final)

Artikolu 28 – inċiż 8 ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn jitqajmu sfidi vessatorji sempliċement biex l-applikazzjoni ta’ tariffa tiġi posposta sakemm jiġi solvut in-nuqqas ta’ qbil min-naħa tal-utenti, huwa importanti li l-awtoritajiet tal-ajruporti jkunu jistgħu jirkupraw it-tariffa fil-livell propost inizjalment sa minn meta tiġi stabbilita. Din hija kwistjoni importanti għall-ajruporti reġjonali li ħafna drabi d-dħul tagħhom mis-servizzi aeronawtiċi jkun limitat, b'mod partikolari jekk ikunu ddominati minn trasportaturi li jimponu r-regola ta’ “bagalja waħda”. Dan il-metodu, li huwa newtrali mil-lat tad-dħul, iħeġġeġ il-kooperazzjoni fis-settur, sistema li tixbah lil dik użata biex l-ajruporti jirritornaw is-slots mhux meħtieġa jew mhux riservati.

Emenda 8

Servizzi ta’ groundhandling (COM(2011) 824 final)

Artikolu 32(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling u l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess għandhom josservaw dawn l-istandards minimi ta’ kwalità. Barra minn hekk, l-utenti tal-ajruport u l-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling għandhom josservaw l-istandards minimi ta’ kwalità fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling u l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess għandhom josservaw dawn l-istandards minimi ta’ kwalità. Barra minn hekk, l-utenti tal-ajruport u l-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling għandhom josservaw l-istandards minimi ta’ kwalità fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom.

 

Raġuni

Billi l-groundhandling huwa importanti ħafna biex l-ajruporti jaħdmu mingħajr diffikultà, hemm bżonn ta’ miżuri ta’ infurzar proporzjonati u adatti bil-għan li jiġi żgurat ir-rispett tal-istandards minimi.

Emenda 9

Servizzi ta’ groundhandling (COM(2011) 824 final)

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi (2), (3) u (4), il-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling jistgħu jissubkuntrattaw.

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragraf (3) , il-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling jistgħu jissubkuntrattaw.

2.   L-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess jistgħu jissubkuntrattaw servizzi ta’ groundhandling biss meta ma jkunux jistgħu temporanjament iwettqu s-servizzi huma stess minħabba force majeure.

   

3.   Is-subkuntratturi ma jistgħux jissubkuntrattaw servizzi ta’ groundhandling.

.   Is-subkuntratturi ma jistgħux jissubkuntrattaw servizzi ta’ groundhandling.

4.   Fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) ma jistax jissubkuntratta servizzi ta’ groundhandling ħlief jekk ma jkunx jista' temporanjament jipprovdi dawn is-servizzi ta’ groundhandling minħabba force majeure.

   

5.   Kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling u kwalunkwe utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess li juża subkuntrattur wieħed jew aktar għandu jiżgura li s-subkuntratturi jikkonformaw mal-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling skont dan ir-Regolament.

.   Kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling u kwalunkwe utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess li juża subkuntrattur wieħed jew aktar għandu jiżgura li s-subkuntratturi jikkonformaw mal-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling skont dan ir-Regolament.

 

   

 

   

6.   Kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling u kwalunkwe utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess li juża subkuntrattur wieħed jew aktar għandu jinforma lill-korp li jmexxi l-ajruport dwar l-isem u l-attivitajiet tas-subkuntratturi kkonċernati.

6.   Kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling u kwalunkwe utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess li juża subkuntrattur wieħed jew aktar għandu jinforma lill-korp li jmexxi l-ajruport dwar l-isem u l-attivitajiet tas-subkuntratturi kkonċernati.

7.   Meta fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling japplika għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdi servizzi ta’ groundhandling skont il-proċedura tal-għażla stabbilita fl-Artikolu 7, dan għandu jindika n-numru, l-attivitajiet u l-ismijiet tas-subkuntratturi li bi ħsiebu juża.

7.   Meta fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling japplika għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdi servizzi ta’ groundhandling skont il-proċedura tal-għażla stabbilita fl-Artikolu 7, dan għandu jindika n-numru, l-attivitajiet u l-ismijiet tas-subkuntratturi li bi ħsiebu juża.

Raġuni

1

Il-projbizzjoni tas-subkuntrattar għall-ajruporti u l-utenti tal-ajruport twassal għad-diskriminazzjoni tagħhom meta mqabblin mal-fornituri l-oħra ta’ servizzi ta’ groundhandling, u xxekkel il-kompetizzjoni. Dan mhuwiex kompatibbli mal-għan tal-abbozz ta’ Regolament li tissaħħaħ il-kompetizzjoni.

2

Ir-rekwitiżi marbutin mal-affidabbiltà u l-kwalità tas-servizz għandhom jiġu sodisfatti mis-subkuntratturi kollha bl-istess mod kif iridu jiġu sodisfatti mill-entitajiet kontraenti. Barra minn hekk, l-ajruporti għandhom ikunu jistgħu jirrestrinġu n-numru ta’ subkuntratturi f'każ li l-ispazju jkun limitat.

Emenda 10

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 3(3)(ii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

fuq talba mill-Kummissjoni, b'mod partikolari meta membri ġodda jiltaqgħu ma’ problemi serji biex jassiguraw possibbiltajiet ta’ nżul u tluq fl-ajruport inkwistjoni jew meta min jimmaniġġa n-netwerk iqis li dan huwa meħtieġ sabiex tkun garantita l-konsistenza tal-pjan operazzjonali tal-ajruport mal-pjan operazzjonali tan-netwerk, f'konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011.

fuq talba mill-Kummissjoni, b'mod partikolari meta membri ġodda jiltaqgħu ma’ problemi serji biex jassiguraw possibbiltajiet ta’ nżul u tluq fl-ajruport inkwistjoni jew meta min jimmaniġġa n-netwerk iqis li dan huwa meħtieġ sabiex tkun garantita l-konsistenza tal-pjan operazzjonali mal-pjan operazzjonali , f'konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011.

Raġuni

Ir-rwol tal-operatur tan-netwerk għandu jkun li jikkoordina n-netwerk, u mhux li jagħti l-istruzzjonijiet fil-livell lokali. Kull ajruport huwa responsabbli għall-pjan operattiv tiegħu, u din mhix ir-responsabbiltà tal-operatur tan-netwerk.

Emenda 11

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 3(9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fuq talba tal-Kummissjoni, li tista' taġixxi fuq inizjattiva tagħha jew fuq inizjattiva tal-operatur tan-netwerk, u wara konsultazzjoni mal-korpi msemmija fil-paragrafu 4, l-Istat Membru jiżgura li ajruport mingħajr statut ikun imsemmi bħala li jagħmel parti min-netwerk. Id-deċiżjoni tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ajruport ma jkunx aktar ta’ interess għan-netwerk, l-Istat Membru, wara konsultazzjoni mal-korpi msemmija fil-paragrafu 4, ibiddel il-kwalifika tal-ajruport għal ajruport mingħajr statut.

Raġuni

Id-definizzjoni ta’ “ajruport li huwa parti min-netwerk” li tagħti bħalissa l-proposta tal-KE hija wiesgħa ħafna u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni soġġettiva dwar jekk ajruport għandux “impatt fuq it-tħaddim tan-netwerk Ewropew tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru”. X'aktarx l-ajruporti reġjonali, b'mod partikolari, jesperjenzaw “żieda sinifikanti fit-traffiku” aktar minn oħrajn, u għalhekk il-kunċett ta’ “ajruport li huwa parti min-netwerk” u l-obbligi assoċjati miegħu għandhom jitneħħew jew għall-inqas jiġu definiti b'mod aktar speċifiku. M'hemm l-ebda raġuni li tiġġustifika l-introduzzjoni ta’ dan il-paragrafu peress li l-kunċett ta’ “ajruport li huwa parti min-netwerk” mhux rilevanti għal dan ir-Regolament.

Emenda 12

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 3(10)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jekk tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafi 6, 8 jew 9, din tkun ikkomunikata mill-Istat Membru lill-korpi msemmija fil-paragrafu 4 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April fir-rigward tal-perjodu ta’ skedar tax-xitwa u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru għall-perjodu ta’ skedar tas-sajf.

Jekk tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafi 6 8, din tkun ikkomunikata mill-Istat Membru lill-korpi msemmija fil-paragrafu 4 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April fir-rigward tal-perjodu ta’ skedar tax-xitwa u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru għall-perjodu ta’ skedar tas-sajf.

Raġuni

Ara l-Emenda 11.

Emenda 13

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru responsabbli għal ajruport li huwa parti min-netwerk, faċilitat bi skedi jew kordinat għandu jiżgura l-ħatra ta’ persuna kwalifikata naturali jew ġuridika bħala faċilitatur tal-iskedi jew kordinatur tal-ajruport wara li jkun ikkonsulta mat-trasportaturi bl-ajru li jużaw l-ajruport regolarment, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-korp li jimmaniġġa tal-ajruport u l-kumitat ta’ kordinament, fejn dak il-kumitat ikun jeżisti. L-istess faċilitatur tal-iskedi jew kordinatur jista' jinħatar għal aktar minn ajruport wieħed.

L-Istat Membru responsabbli għal ajruport faċilitat bi skedi jew kordinat għandu jiżgura l-ħatra ta’ persuna kwalifikata naturali jew ġuridika bħala faċilitatur tal-iskedi jew kordinatur tal-ajruport wara li jkun ikkonsulta mat-trasportaturi bl-ajru li jużaw l-ajruport regolarment, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-korp li jimmaniġġa tal-ajruport u l-kumitat ta’ kordinament, fejn dak il-kumitat ikun jeżisti. L-istess faċilitatur tal-iskedi jew kordinatur jista' jinħatar għal aktar minn ajruport wieħed.

Raġuni

L-Istati Membri, u mhux il-Kummissjoni Ewropea, huma responsabbli għall-ajruporti tagħhom, irrispettivament minn jekk humiex faċilitati bi skedi jew kordinati.

Emenda 14

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

Trasparenza tal-attivitajiet ta’ kordinament u ta’ ffaċilitar bi skedi

Artikolu 6

Trasparenza tal-attivitajiet ta’ kordinament u ta’ ffaċilitar bi skedi

1.   Fi tmiem kull perjodu ta’ skedar, il-kordinatur jew il-faċilitatur tal-iskeda għandu jibgħat lill-Istati Membri konċernati u lill-Kummissjoni rapport ta’ attività li jippreżenta s-sitwazzjoni ġenerali tal-allokazzjoni tas-slots u/jew tal-iffaċilitar bi skeda. Ir-rapport jeżamina, b'mod partikolari, l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(5) u l-Artikoli 13 u 18 kif ukoll xi lmenti li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 mibgħuta lill-kumitat ta’ kordinament u l-passi meħuda biex jiġu riżolti. Ir-rapport jinkludi wkoll ir-riżultati ta’ stħarriġ li sar fost il-partijiet interessati u li jitratta l-kwalità tas-servizzi offruti mill-kordinatur.

1.   Fi tmiem kull perjodu ta’ skedar, il-kordinatur jew il-faċilitatur tal-iskeda għandu jibgħat lill-Istati Membri konċernati u lill-Kummissjoni rapport ta’ attività li jippreżenta s-sitwazzjoni ġenerali tal-allokazzjoni tas-slots u/jew tal-iffaċilitar bi skeda. Ir-rapport jeżamina, b'mod partikolari, l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(5) u l-Artikoli 13 u 18 kif ukoll xi lmenti li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 mibgħuta lill-kumitat ta’ kordinament u l-passi meħuda biex jiġu riżolti. Ir-rapport jinkludi wkoll ir-riżultati ta’ stħarriġ li sar fost il-partijiet interessati u li jitratta l-kwalità tas-servizzi offruti mill-kordinatur.

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta mudell għar-rapport ta’ attività msemmi fil-paragrafu 1. Dan l-att ta’ implimentazzjoni kien adottat skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2).

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta mudell għar-rapport ta’ attività msemmi fil-paragrafu 1. Dan l-att ta’ implimentazzjoni kien adottat skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2).

3.   Il-kordinatur għandu jżomm aġġornat bażi ta’ dejta elettronika, li hija aċċessibbli mingħajr flus, li fiha l-informazzjoni li ġejja:

3.   Il-kordinatur għandu jżomm aġġornat bażi ta’ dejta elettronika, li hija aċċessibbli mingħajr flus, li fiha l-informazzjoni li ġejja:

Raġuni

Fir-rigward tal-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni, l-Artikolu 6 tal-abbozz ta’ Regolament jistipula li l-kordinatur għandu jkollu bażi tad-data aċċessibbli mingħajr flus. Għandu jingħad b'mod ċar li din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd u mhux għall-ajruporti u t-trasportaturi bl-ajru biss. Fir-Regolament preċedenti (KEE 95/93) din l-informazzjoni kienet ristretta għall-“partijiet interessati [il-linji tal-ajru], b'mod partikolari l-membri jew osservaturi tal-kumitat ta’ kordinament”, mingħajr ma ssir ebda referenza għal partijiet interessati oħrajn, bħall-amministrazzjonijiet reġjonali. Dan diġà ġie kkoreġut fil-proposta (ara l-aħħar paragrafu maqtugħ f'paġna 33 tal-COM(2011) 827 final). Madankollu, għandu jiġi stipulat b'mod espliċitu li l-informazzjoni fil-bażi tad-data għandha tkun aċċessibbli għal kull parti terza interessata (amministrazzjonijiet lokali, ċentri ta’ studju u riċerka universitarji, u saħansitra konsulenti li fl-aħħar mill-aħħar ikunu qed jaħdmu biex itejbu l-politiki pubbliċi u l-inizjattivi ta’ negozju). Il-ftuħ tal-bażi tad-data għal dawn il-gruppi bl-ebda mod mhu ta’ ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni ħielsa, u lanqas ma jaffettwa l-kunfidenzjalità u d-diskrezzjoni meħtieġa fl-istrateġiji ta’ negozju, peress li din l-informazzjoni kollha tkun diġà disponibbli għal-linji tal-ajru. Fl-istess ħin, bis-saħħa tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, din l-informazzjoni tista' tinħażen u tkun disponibbli b'mod immedjat għal kull parti interessata. Dan jista' jsir mingħajr ħlas jew bi prezz baxx. Għalhekk, din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku bħala għodda siewja mhux biss biex is-slots jitqassmu b'mod aktar trasparenti iżda wkoll biex tgħin fl-iskedar u l-ippjanar tal-industriji kkonċernati (lukandi, stabbilimenti ta’ divertiment, ristoranti) u biex tiffaċilita l-kordinament tar-responsabbiltajiet ammnistrattivi, bħall-ippjanar tal-kampanji ta’ promozzjoni relatati mat-turiżmu mill-awtoritajiet reġjonali u n-negozjar ta’ strateġiji mal-operaturi bl-ingrossa.

Emenda 15

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 7(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Trasportaturi bl-ajru li joperaw jew li jkollhom il-ħsieb li joperaw f'ajruport li huwa parti min-netwerk, ajruport bi skedi faċilitati jew kordinat għandhom jibgħatu lill-faċilitatur tal-iskedi jew lill-kordinatur l-informazzjoni kollha rilevanti mitluba minnhom. ⇨ Meta jkun hemm tibdil marbut mal-informazzjoni, it-trasportaturi bl-ajru jinfurmaw lill-faċilitaturi tal-iskeda u lill-kordinaturi malajr kemm jista' jkun. ⇦ L-informazzjoni kollha rilevanti għandha tkun provduta fil-format u fil-limitu ta’ żmien speċifikat mill-faċilitatur ta’ l-iskedi jew kordinatur. B'mod partikolari, it-trasportatur bl-ajru għandu jinforma lill-kordinatur, fiż-żmien tat-talba għall-allokazzjoni, jekk ikunx jibbenefika mill-istatus ta’ membru ġdid, skont l-Artikolu 2(b), fir-rigward tas-slots fl-iskeda mitluba.

Trasportaturi bl-ajru li joperaw jew li jkollhom il-ħsieb li joperaw f'ajruport bi skedi faċilitati jew kordinat għandhom jibgħatu lill-faċilitatur tal-iskedi jew lill-kordinatur l-informazzjoni kollha rilevanti mitluba minnhom. ⇨ Meta jkun hemm tibdil marbut mal-informazzjoni, it-trasportaturi bl-ajru jinfurmaw lill-faċilitaturi tal-iskeda u lill-kordinaturi malajr kemm jista' jkun. ⇦ L-informazzjoni kollha rilevanti għandha tkun provduta fil-format u fil-limitu ta’ żmien speċifikat mill-faċilitatur ta’ l-iskedi jew kordinatur. B'mod partikolari, it-trasportatur bl-ajru għandu jinforma lill-kordinatur, fiż-żmien tat-talba għall-allokazzjoni, jekk ikunx jibbenefika mill-istatus ta’ membru ġdid, skont l-Artikolu 2(b), fir-rigward tas-slots fl-iskeda mitluba.

Raġuni

Ara l-Emenda 11.

Emenda 16

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F'ajruport kordinat, l-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura li jitwaqqaf kumitat ta’ kordinament. L-istess kumitat ta’ kordinament jista' jinħatar għal aktar minn ajruport wieħed. Is-sħubija f'dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-anqas għat-trasportaturi bl-ajru li jużaw l-ajruport/i inkwistjoni regolarment u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, il-korp li jimmaniġġa tal-ajruport konċernat, l-awtoritajiet rilevanti tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, ir-rappresentanti tal-avjazzjoni ġenerali li jużaw l-ajruport regolarment, l-operatur tan-netwerk, l-entità ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet u l-awtorità nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-Istat Membru kkonċernat.

F'ajruport kordinat, l-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura li jitwaqqaf kumitat ta’ kordinament. L-istess kumitat ta’ kordinament jista' jinħatar għal aktar minn ajruport wieħed. Is-sħubija f'dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-anqas għat-trasportaturi bl-ajru li jużaw l-ajruport/i inkwistjoni regolarment u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, il-korp li jimmaniġġa tal-ajruport konċernat, l-awtoritajiet rilevanti tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, ir-rappresentanti tal-avjazzjoni ġenerali li jużaw l-ajruport regolarment, l-operatur tan-netwerk, l-entità ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet u l-awtorità nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-Istat Membru kkonċernat.

Raġuni

Ma jkunx xieraq li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jintalbu jagħmlu parti mill-kumitat ta’ kordinament. L-Istati Membri diġà huma mitluba jaħtru rappreżentanti tal-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni fil-kumitat. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jipparteċipaw biss meta jkun hemm ċirkostanzi speċjali li jitolbu dan.

Emenda 17

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 9(8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kordinatur għandu wkoll jagħti kont tal-linji gwida stabbiliti mill-industrija tat-trasport bl-ajru mad-dinja kollha jew mal-Unjoni kollha kif ukoll il-linji gwida lokali proposti mill-kumitat ta’ kordinament u approvati mill-Istat Membru jew minn xi korp ieħor kompetenti responsabbli għall-ajruport in kwistjoni, kemm-il darba dawk il-linji gwida ma jeffettwawx l-istatus indipendenti tal-kordinatur, jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, jimmiraw li jtejbu l-użu effiċjenti tal-kapaċità tal-ajruport u jkunu ġew innotifikati minn qabel lill-Kummissjoni u approvati minnha.

Il-kordinatur għandu wkoll jagħti kont tal-linji gwida stabbiliti mill-industrija tat-trasport bl-ajru mad-dinja kollha jew mal-Unjoni kollha kif ukoll il-linji gwida lokali proposti mill-kumitat ta’ kordinament u approvati mill-Istat Membru jew minn xi korp ieħor kompetenti responsabbli għall-ajruport in kwistjoni, kemm-il darba dawk il-linji gwida ma jeffettwawx l-istatus indipendenti tal-kordinatur, jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, jimmiraw li jtejbu l-użu effiċjenti tal-kapaċità tal-ajruport.

 

Raġuni

Għad ma jeżistux regoli lokali, li huma essenzjali biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi/lokali f'ajruport lokali partikolari (pereżempju l-ambjent, l-aċċessibbiltà, id-diversità ġeografika, il-kundizzjonijiet speċjali tat-temp). Bl-istess mod kif is-sitwazzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet lokali jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet operattivi fir-rigward tal-istorbju, hekk ukoll iċ-ċirkostanzi speċifiċi għandhom jitqiesu meta jiġu allokati s-slots sabiex jiġi żgurat li l-qafas regolatorju jkun flessibbli biżżejjed biex verament jippermetti użu ottimu u effiċjenti tal-kapaċità tal-ajruporti individwali.

Emenda 18

Allokazzjoni ta’ slots (COM(2011) 827 final)

Artikolu 12(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fejn ikunu ġew imposti obbligi ta’ servizz pubbliku fuq rotta skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, Stat Membru jista' jirriżerva f'ajruport kordinat is-slots meħtieġa għall-operati maħsuba fuq dik ir-rotta. Jekk is-slots riżervati fuq ir-rotta konċernata ma jintużawx, dawn għandhom jintgħamlu disponibbli għal xi trasportatur ieħor bl-ajru interessat fl-operat tar-rotta skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku, bla ħsara għall-paragrafu 2. Jekk ebda trasportatur ma jkun interessat fl-operat tar-rotta u l-Istat Membru konċernat ma joħroġx sejħa għall-offerti bl-appalt taħt l-Artikolu 16(10), l-Artikolu17(3)(7), u l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1008/2008, is-slots għandhom jew ikunu riservati għal rotta oħra bla ħsara għall-obbligi ta’ servizz pubbliku jew jingħataw lura lill-pool.

Fejn ikunu ġew imposti obbligi ta’ servizz pubbliku fuq rotta skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, Stat Membru jista' jirriżerva f'ajruport kordinat is-slots meħtieġa għall-operati maħsuba fuq dik ir-rotta. Jekk is-slots riżervati fuq ir-rotta konċernata ma jintużawx, dawn għandhom jintgħamlu disponibbli għal xi trasportatur ieħor bl-ajru interessat fl-operat tar-rotta skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku, bla ħsara għall-paragrafu 2. Jekk ebda trasportatur ma jkun interessat fl-operat tar-rotta u l-Istat Membru konċernat ma joħroġx sejħa għall-offerti bl-appalt taħt l-Artikolu 16(10), l-Artikolu17(3)(7), u l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1008/2008, is-slots għandhom jew ikunu riservati għal rotta oħra bla ħsara għall-obbligi ta’ servizz pubbliku jew jingħataw lura lill-pool.

Raġuni

M'hemmx bżonn ta’ rekwiżiti aktar stretti għar-reservazzjoni. L-abbozz ta’ Regolament diġà jagħti lill-Istati Membri biżżejjed drittijiet ta’ reservazzjoni. Sakemm ma jkunx hemm obbligi ta’ servizzi pubbliċi, m'għandu jkun hemm l-ebda dispożizzjoni dwar id-drittijiet ta’ reservazzjoni għall-ajruporti fuq gżejjer, sabiex il-kompetizzjoni ma tixxekkilx bla bżonn.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/125


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-faċilità Nikkollegaw l-Ewropa”

2012/C 277/12

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

ifakkar dwar l-importanza tal-politika Ewropea fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni bħala strument ewlieni biex tiġi żgurata ż-żieda fil-kompetittività tal-bliet u r-reġjuni u biex tikkontribwixxi għall-ksib tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE;

jappoġġja l-ħolqien tal-istrument il-ġdid tal-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” (FNE) bħala qafas legali komuni u bħala strument uniku ta’ finanzjament għas-settur tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni;

jilqa' l-enfasi tagħha li tindirizza l-konnessjonijiet neqsin, it-tneħħija tal-punti ta’ konġestjoni u l-provvista ta’ konnessjonijiet transkonfinali adegwati kif ukoll l-introduzzjoni ta’ strumenti finanzjarji innovattivi, sabiex jiġi żgurat l-ikbar effett ta’ lieva tal-infiq pubbliku u ċ-ċittadini tal-UE jingħataw valur miżjud ogħla;

jappella sabiex l-implimentazzjoni ssir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-atturi fil-livell lokali b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

iqis li l-implimentazzjoni tal-FNE għandha tkun konformi wkoll mal-għanijiet kemm tal-Istrateġija Ewropa 2020 kif ukoll il-politika ta’ Koeżjoni, u komplementari u konsistenti mal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni;

jinsisti li l-fondi jiġu allokati b'mod ġust bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-UE filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi territorjali speċifiċi tal-UE;

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara li l-EUR 10 biljun li għandhom jiġu trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni jkunu jirrispettaw ir-Regolament għall-Fond tal-Koeżjoni, inklużi l-kwoti nazzjonali li japplikaw għall-Istati Membri.

Relatur

Is-Sur ŽAGAR (SI/PPE), Sindku ta’ Slovenska Bistrica

Dokumenti ta’ referenza

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

COM(2011) 665 final/3 – 2011/0302 (COD)

 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija

COM (2011)659 final/2 – 2011/0301 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Valutazzjoni ġenerali

1.

ifakkar li l-politika Ewropea dwar it-trasport, it-telekomunikazzjonijiet u l-faċilitajiet diġitali għandha titfassal bħala strument ewlieni maħsub biex jiżgura ż-żieda tal-kompetittività tal-bliet u r-reġjuni, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-persuni, l-integrazzjoni tas-Suq Uniku u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE u l-konnessjoni tagħha mal-bqija tad-dinja;

2.

jilqa' r-rwol potenzjali tal-Faċilità “Nikkolegaw l-Ewropa” sabiex issaħħaħ it-tkabbir u l-impjiegi u tagħmel l-Ewropa iktar kompetittiva (1) u jappoġġja l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-ħolqien tal-konnessjonijiet neqsin, it-tneħħija tal-punti ta’ konġestjoni u l-provvista ta’ konnessjonijiet transkonfinali adegwati;

3.

jappoġġja l-ħolqien tal-istrument il-ġdid tal-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” (FNE) bħala qafas legali komuni u bħala strument ta’ finanzjament għas-setturi tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet;

4.

jappella sabiex l-implimentazzjoni ssir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-atturi fil-livell lokali b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

5.

jappella għal approċċ aktar trasparenti, koerenti u semplifikat lejn il-finanzjament tal-UE li jkun kapaċi jattira l-finanzjament tas-settur privat li llum il-ġurnata huwa neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE;

6.

iqis li l-implimentazzjoni tal-FNE għandha tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-għanijiet ekonomiċi, soċjali u territorjali tal-politika ta’ koeżjoni u li għandha tkun interkonnessa mal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni sabiex ikunu kumplementari għal xulxin u konsistenti bejniethom;

7.

jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni sabiex talloka EUR 10 biljun mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-FNE sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni kkoordinata ta’ proġetti dwar l-infrastruttura tat-trasport fuq in-netwerk ewlieni TEN-T fl-Istati Membri ta’ Koeżjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rrispettati, kemm jista' jkun, l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju favorevoli, kif stabbilit mill-Fond ta’ Koeżjoni, għat-tipi kollha ta’ proġetti eliġibbli, inklużu proġetti transkonfinali dwar it-toroq;

8.

iqis li l-proġetti tal-FNE għandhom isegwu l-prijoritajiet ta’ tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli – l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

9.

jisħaq fuq id-diffikultà li jiffaċċjaw ħafna Stati Membru biex jiżviluppaw waħedhom proġetti kumplessi ta’ infrastruttura tat-trasport transkonfinali, filwaqt li fil-livell tal-UE hemm volum kritiku ta’ domanda għal aktar sinerġiji bejn diversi programmi ta’ finanzjament u setturi ta’ politika li jridu jiżguraw l-ogħla effett ta’ lieva tal-infiq pubbliku li jippreżenta valur miżjud ogħla għaċ-ċittadini tal-UE;

Qafas legali

FNE – Kuntest ġenerali

10.

jappoġġja l-ħolqien tal-istrument il-ġdid tal-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” (FNE) bħala qafas legali komuni u bħala strument uniku ta’ finanzjament għas-settur tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni;

11.

jenfasizza li fil-kuntest tal-proġetti tat-trasport, għandha titqies l-interkonnessjoni tagħhom ma’ forom oħra ta’ trasport li jinvolvu punti fokali, pereżempju t-trasport bl-ajru, il-metro, eċċ.; għandu jiġi pprovdut aċċess għal netwerk u servizzi rapidi ta’ broadband, b'mod partikolari f'żoni li mhumiex attraenti mil-lat kummerċjali, bħalma huma ż-żoni rurali b'densità tal-popolazzjoni baxxa, fejn it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) jistgħu jagħmluha aktar faċli li jiġu pprovduti servizzi pubbliċi u jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-popolazzjoni rurali u għall-koeżjoni territorjali;

12.

jixtieq li jiġi ċċarat it-trattament tar-reġjuni li għandhom indiċi ta’ żvilupp differenti sabiex jirriflettu sitwazzjonijiet speċifiċi territorjali tal-UE, inklużi reġjuni bi żvantaġġi demografiċi u naturali gravi u permanenti u d-dimensjoni ultraperiferika, u jkopru r-reġjuni tal-Ewropa b'mod bilanċjat;

Għanijiet settorjali

13.

jappoġġja l-isforzi favur il-promozzjoni ta’ sistemi tat-trasport nodfa u sostenibbli – speċjalment it-trasport bil-ferrovija u bil-baħar – li huma modi effikaċi u kompetittivi li għandhom jingħataw infrastruttura adegwata u servizzi organizzati. Sabiex jiġi żgurat li dawn il-modi ta’ trasport sostenibbli jaħdmu tajjeb, hemm bżonn ukoll li jiġu żviluppati nodi loġistiċi interni li jippermettu l-aqwa skambju intermodali possibbli u l-effikaċja tas-sistema kollha kemm hi;

14.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolari ta’ firxa ta’ żoni differenti fl-UE, inklużi r-reġjuni fl-Istati Membri l-ġodda b'infrastruttura li s'issa ġiet żviluppata b'mod dgħajjef u kienet nieqsa minn finanzjament adegwat, b'mod partikolari fejn dan iġib miegħu valur miżjud reġjonali kbir, pereżempju, għat-trasport transkonfinali;

15.

jisħaq fuq il-bżonn li jiġu promossi l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija u l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija fl-UE u jirrikonoxxi l-indipendenza tal-UE fil-qasam tal-enerġija bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin ta’ dan l-istrument u li tiġi xprunata s-sigurtà tal-provvista;

16.

jisħaq fuq il-fatt li l-investimenti fin-netwerk tat-telekomunikazzjoni broadband u fil-pjattaformi tal-infrastruttura ta’ servizzi diġitali huma essenzjali biex tinkiseb l-Aġenda Diġitali tal-UE u biex jingħata kontribut għall-għanijiet tal-UE 2020, kif ukoll biex jiġu pprovduti s-servizzi pubbliċi Ewropej;

Kwistjonijiet baġitarji

17.

jilqa' l-ħolqien tal-istrument tal-FNE u r-riżorsi finanzjarji tiegħu li m'għandhux ikun hemm dubji dwarhom, sabiex jiġi żgurat FNE effikaċi u b'effett ta’ lieva fuq sorsi oħra ta’ finanzjament pubbliku u privat, iżda jwissi kontra kull sforz li jista' jkun ta’ ħsara għall-Fondi Strutturali;

18.

minħabba l-qagħda tas-swieq finanzjarji, jinsab imħasseb dwar l-impatt u l-effett ta’ lieva mistennijin tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-FNE fuq il-finanzjament pubbliku reġjonali u lokali ppjanat għall-investiment fl-infrastruttura;

19.

jinsisti li l-finanzjament għandu jiġi allokat b'mod ġust bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kollha, u jqis il-kwalità u l-valur miżjud tal-proġetti finanzjati mill-FNE fin-netwerks tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni għar-reġjuni l-iktar dgħajfa, inklużi dawk bi żvantaġġi ġeografiċi u naturali permanenti, ir-reġjuni b'densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u dawk insulari, transkonfinali u muntanjużi, b'konsiderazzjoni adatta għall-effettività u l-effett ta’ lieva tal-proġetti proposti;

20.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara li l-EUR 10 biljun li għandhom jiġu trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni jkunu jirrispettaw ir-Regolament għall-Fond tal-Koeżjoni, inklużi l-kwoti nazzjonali li japplikaw għall-Istati Membri;

21.

jisħaq fuq il-fatt li r-regoli ta’ eliġibbiltà għandhom jiġu estiżi għall-ispejjeż amministrattivi;

Forom ta’ finanzjament u dispożizzjonijiet finanzjarji

22.

jappoġġja approċċ aktar trasparenti, koerenti u semplifikat lejn il-finanzjament tal-UE sabiex ikun jista' jiġi attirat il-finanzjament tas-settur privat; għalhekk, jitlob li l-ispejjeż amministrattivi jiġu inklużi fl-ispejjeż eliġibbli sabiex l-għanijiet ikunu jistgħu jintlaħqu b'mod aktar effettiv u jenfasizza li sorsi ġodda ta’ finanzjament m'għandhom bl-ebda mod jieħdu post il-finanzjament tradizzjonali tal-UE, iżda pjuttost jikkomplementawh;

23.

jilqa' l-introduzzjoni ta’ strumenti finanzjarji innovattivi, b'mod partikolari l-użu ta’ bonds tal-proġetti tal-UE, li ser jattiraw l-investituri privati u jħeġġu s-sħubijiet pubbliċi-privati fl-UE. Meta wieħed iqis il-qagħda tas-swieq finanjarji, il-garanzija għal dawn il-bonds għandha tkun f'idejn il-Kummissjoni;

24.

jitlob lill-Kummissjoni tipprevedi miżuri għall-bini tal-kapaċitajiet għall-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi, sabiex tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li m'għandhomx l-għarfien espert meħtieġ, speċjalment fil-livell reġjonali u lokali; jilqa' l-adozzjoni fis-6 ta’ Lulju 2012 tar-Regolament li jniedi l-fażi pilota 2012-2013 tal-inizjattiva tal-bonds għall-proġetti tal-UE bil-għan li jiġu mobilizzati sa EUR 4,5 biljun f'finanzjament mis-settur privat għall-proġetti ta’ infrastruttura strateġiċi prinċipali (2); jappoġġja li jekk tkun ta’ suċċess, il-fażi pilota tiġi segwita minn fażi operattiva matul il-perjodu 2014-2020 fil-qafas tal-faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”;

Għotjiet ta’ flus

25.

jilqa' l-programmi ta’ ħidma bħala strumenti li jużaw il-forma ta’ għotjiet li jintużaw fil-każ ta’ miżuri partikolari;

26.

jistqarr li l-eliġibbiltà tal-infiq, kif definita mill-FNE, tista' tkun fattur li jillimita l-implimentazzjoni tal-proġetti; għalhekk, għandha tiġi emendata rigward id-dati tal-eliġibbiltà u aspetti partikolari tal-ispejjeż eliġibbli, bħall-ispejjeż ta’ tħejjija, VAT li ma tistax tiġi rkuprata, ix-xiri ta’ bini;

27.

jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali u r-rati ta’ finanzjament fil-qafas tal-Fond ta’ Koeżjoni u jitlob li l-lista indikattiva tal-proġetti definita fil-programmi operattivi tiġi ffinanzjata permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni;

28.

jenfasizza li, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni attwali li qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-benefiċjarji mhux ser ikunu jistgħu jibdew il-ħidma tagħhom fil-ħin. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kanċellazzjoni tal-proġetti m'għandhomx ikunu restrittivi wisq u b'hekk għandu jkun hemm perjodu ta’ tliet snin minflok sentejn kif propost mill-Kummissjoni Ewropea;

Akkwist

29.

ifakkar li l-EUR 10 biljun li se jitwarrbu mill-Fond ta’ Koeżjoni se jiġu trattati skont ir-regoli ta’ ġestjoni diretta u mhux skont il-“prinċipju ta’ min ikun applika l-ewwel jinqeda l-ewwel”; jenfasizza li l-approċċ “min ikun applika l-ewwel jinqeda l-ewwel” jista' jkollu r-riskju li jżid l-iżbilanċ tal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-UE, li jiffaċċjaw aktar diffikultajiet rigward kundizzjonijiet amministrattivi, umani u finanzjarji; dan jista' jfixkel lil xi Stati Membri u reġjuni milli jippreżentaw proġetti maturi;

30.

jipproponi li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa tal-EUR 10 biljun li għandhom jiġu trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom ikunu konformi mar-regolament li japplika għal dan il-Fond;

Strumenti finanzjarji

31.

jitlob li, mingħajr preġudizzju għall-kwistjonijiet ta’ kompetenza, l-appoġġ finanzjarju għal proġetti li ma jkunux laħqu l-livell tan-netwerks trans-Ewropej għandu jkun konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

Programmar, implimentazzjoni u kontroll

32.

jappoġġja l-programmi ta’ ħidma multiannwali li għandhom jiġu komunikati lill-partijiet kkonċernati kollha. B'konformità mal-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli, it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma għandhom jinvolvu l-imsieħba fil-livelli kollha;

Governanza f'diversi livelli

33.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma legalment responsabbli għal ħafna mill-oqsma koperti mill-FNE u li huma affettwati direttament mill-miżuri proposti għall-finanzjament tal-infrastrutturi trans-Ewropej tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni; għalhekk, huwa vitali li l-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli jiġu rispettati sabiex jiġi żgurat żvilupp territorjali bbilanċjat;

34.

iqis li l-proposta tal-FNE ma tidhirx li tqajjem xi kwistjoni fir-rigward tal-konformità tagħha mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà (3); ifakkar li, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, il-proġetti tal-FNE jistgħu jinvolvu d-dimensjoni transnazzjonali u għaldaqstant iridu jinkisbu fl-iktar livell xieraq tagħhom: UE, nazzjonali, reġjonali jew lokali;

35.

jinsisti li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet interessati oħra għandhom jiġu inklużi fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-ippjanar fi ħdan l-Istati Membri rigward il-lista indikattiva tal-proġetti tal-FNE li potenzjalment jistgħu jiġu ffinanzjati;

36.

jinsisti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu informati kmieni kemm jista' jkun dwar il-proposti tal-FNE u għandhom jiġu appoġġjati b'mod attiv sabiex jiġu integrati fit-tħejjija tal-proġetti u l-istrateġiji territorjali għall-iżvilupp. Huwa vitali wkoll li l-partijiet interessati kollha tar-reġjuni individwali jikkooperaw fit-tħejjija tal-proġetti futuri tal-FNE u fl-implimentazzjoni tagħhom;

37.

huwa tal-fehma li sa tmiem l-2012 għandhom jiġu żviluppati miżuri strateġiċi sabiex l-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali jitħeġġu biex iħejju l-listi ta’ investimenti proposti fl-oqsma tal-enerġija u t-telekomunikazzjoni, għax hekk biss jista' jifdal ħin biżżejjed għall-Istati Membri individwali biex iħejju d-dokumenti tagħhom rigward il-proġetti;

Ġestjoni u implimentazzjoni

38.

jenfasizza li teknoloġiji ġodda (eż. infrastruttura għal karburanti alternattivi) għandhom iktar ostakli għad-dħul mill-infrastruttura tradizzjonali bħat-toroq u l-ferroviji u għaldaqstant l-għotjiet se jkunu permessi sa 50 % flok 20 %;

39.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-FNE mill-aġenzija eżekuttiva tal-Kummissjoni Ewropea bħala awtorità tal-ġestjoni għandha titwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet pubbliċi rilevanti oħrajn. Għandhom jiġu evitati spejjeż addizzjonali għat-twaqqif u t-tħaddim tal-aġenzija;

40.

jenfasizza li r-regoli li jirregolaw il-fondi tal-FNE għandhom jiġu definiti, meta msieħba individwali minn Stati Membri differenti ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ proġett individwali;

41.

għaldaqstant, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tanalizza l-utilità tar-REKT sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati d-diffikultajiet potenzjali fl-implimentazzjoni ta’ proġetti transkonfinali minħabba leġislazzjonijiet nazzjonali differenti u li jiġu kkombinati sorsi finanzjarji differenti definiti f'regolamenti varji;

Konformità ma’ politiki oħra tal-UE – il-politika ta’ koeżjoni

42.

jisħaq fuq il-bżonn li tiġi żgurata kompatibbiltà koerenti bejn proġetti ffinanzjati permezz tal-Fondi Strutturali, il-Fond tal-Koeżjoni u l-FNE u l-impatt mistenni tal-FNE fuq il-proġetti ż-żgħar;

43.

jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi miżuri ċari li jiggarantixxu koordinazzjoni u kompatibbiltà bejn ir-regolamenti li japplikaw għall-Fondi Strutturali, speċjalment fir-rigward tal-abbozzar tal-Qafas Strateġiku Komuni u l-Kuntratti ta’ Sħubija, iżda wkoll rigward ir-regoli ta’ eliġibbiltà u l-irduppjar potenzjali ta’ proġetti ffinanzjati;

44.

jiġbed l-attenzjoni għall-impatt tal-FNE fuq l-ippjanar territorjali u l-istrateġiji għall-iżvilupp reġjonali u lokali u jappoġġja l-miżuri ta’ bini tal-kapaċitajiet biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom l-appoġġ meħtieġ bil-għan li jkunu mħejjija bl-aħjar mod possibbli biex iressqu proġetti maturi li jkunu jridu jiġu ffinanzjati permezz tal-FNE;

45.

jinsisti li l-programmi operattivi u r-regolamenti għall-perjodu ta’ pprogrammar 2014-2020 għandhom jiġu approvati fil-ħin, sabiex l-implimentazzjoni tal-proġetti tkun tista' tibda fil-bidu tal-2014;

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

46.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tersaq lejn approċċ aktar orjentat lejn ir-riżultati permezz tal-użu ta’ miri ċari u miżurabbli u indikaturi ta’ suċċess miftiehma minn qabel. Għandhom jiġu definiti ftit indikaturi ċari u affidabbli. L-indikaturi għandhom ikunu ġenerali, ġusti, proporzjonali u bbażati fuq il-prinċipju tat-trattament indaqs. Għalhekk, strumenti għall-ippjanar strateġiku għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li jiġi evitat piż amministrattiv addizzjonali rigward ir-rappurtar, li jżid ħtieġa ta’ valutazzjoni li tinkludi l-impatt fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

47.

jitlob li l-Istati Membri jagħmlu aktar użu mill-għajnuna teknika li hija disponibbli għall-programmi operattivi sabiex jittejbu l-kapaċitajiet tal-korpi lokali u reġjonali u ta’ parteċipanti oħra li jibbenefikaw mill-fondi tal-UE. Fil-qafas tal-istrument tal-FNE, huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri l-anqas żviluppati jħejju wkoll proġetti ta’ kwalità bl-għajnuna ta’ riżorsi ta’ assistenza teknika u b'hekk ikunu jistgħu jikkompetu bl-istess saħħa ma’ Stati Membri oħra huma u japplikaw għas-sejħiet għall-proposti mmirati lejn il-kofinanzjament mill-UE;

48.

jitlob definizzjoni aktar iddettaljata fir-rigward tat-tħejjija tad-dokumenti rigward il-proġetti, it-tħejjija tal-proġetti, il-proċeduri ta’ tnedija u l-applikazzjonijiet ta’ parteċipanti individwali (il-qsim tal-kompiti bejn il-korpi nazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali) fil-qafas tal-istrument FNE.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

COM(2011) 665 finali/3

Emenda 1

Żid premessa ġdida wara l-punt 2:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Il-koeżjoni territorjali u soċjali fl-Ewropa ġeneralment tiddependi minn kemm l-UE hija kapaċi tikseb bilanċ bejn id-diversi oqsma u żżomm rabta bejniethom. Meta r-reġjuni tal-Ewropa jiġu strutturati fuq netwerks tat-trasport kbar u ambjentalment sostenibbli, m'għandux jitqies biss il-bżonn li jinħolqu konnessjonijiet bejn iż-żoni li huma diġà żviluppati: il-konnessjonijiet tat-telekomunikazzjoni stess għandhom jipprovdu fokus li jsaħħaħ l-iktar żoni żvantaġġati mil-lat soċjoekonomiku. L-implimentazzjoni tal-faċilitajiet Nikkollegaw l-Ewropa għandhom ikunu wkoll fattur ewlieni fl-ippjanar spazjali tat-territorju u l-bilanċ bejn ir-reġjuni.

Emenda 2

Artikolu 3(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi tiżviluppa netwerks trans-Ewropej moderni u bi prestazzjonijiet tajbin ħafna, u b'hekk toħroġ benefiċċji għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi f'termini ta’ kompetittività u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdan is-Suq Uniku u billi toħloq ambjent illi jgħin il-ħolqien ta’ investiment privat u pubbliku permezz ta’ taħlita ta’ strumenti finanzjarji u għajnuna diretta mill-Unjoni u billi jiġu użati bl-aqwa mod s-sinerġiji bejn is-setturi kollha.

li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi tiżviluppa netwerks trans-Ewropej moderni u bi prestazzjonijiet tajbin ħafna, u b'hekk toħroġ benefiċċji għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi f'termini ta’ kompetittività u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdan is-Suq Uniku u billi toħloq ambjent illi jgħin il-ħolqien ta’ investiment privat u pubbliku permezz ta’ taħlita ta’ strumenti finanzjarji u għajnuna diretta mill-Unjoni u billi jiġu użati bl-aqwa mod s-sinerġiji bejn is-setturi kollha.

Raġuni

Ara l-punt 12.

Emenda 3

Artikolu 5(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-pakkett finanzjarju tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jista' jkopri spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma’ attivitajiet ta’ preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u l-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, sakemm huma relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament, spejjeż marbuta ma’ networks tal-IT li jiffokaw fuq ipproċessar u skambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispiża ta’ kull assistenza teknika u amministrattiva oħra mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

Il-pakkett finanzjarju tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jista' jkopri spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma’ attivitajiet ta’ preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar, evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u l-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, sakemm huma relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament, spejjeż marbuta ma’ networks tal-IT li jiffokaw fuq ipproċessar u skambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispiża ta’ kull assistenza teknika u amministrattiva oħra mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

[…]

[…]

Raġuni

Ara l-punt 22.

Emenda 4

Artikolu 7(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-qasam tat-trasport, huma biss azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T] u azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programmi, li huma eliġibbli għal appoġġ permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill-UE f'għamla ta’ akkwisti u strumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament. F'għamla ta’ għotjiet ta’ flus, huma biss dawn l-azzjonijiet li ġejjin illi għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

Fil-qasam tat-trasport, huma biss azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T] u azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programmi, li huma eliġibbli għal appoġġ permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill-UE f'għamla ta’ akkwisti u strumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament. F'għamla ta’ għotjiet ta’ flus, huma biss dawn l-azzjonijiet li ġejjin illi għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T], inkluż it-tħaddim ta’ teknoloġiji ġodda u innovazzjoni skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

(a)

azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T], inkluż it-tħaddim ta’ teknoloġiji ġodda u innovazzjoni skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

(b)

studji għal proġetti ta’ interess komuni kif definiti fl-Artikolu 8(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

(c)

azzjonijiet ta’ appoġġ għall-proġetti ta’ interess komuni kif definiti fl-Artikolu 8(1)(a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

()

studji għal proġetti ta’ interess komuni kif definiti fl-Artikolu 8(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

(d)

azzjonijiet ta’ appoġġ għas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

()

azzjonijiet ta’ appoġġ għall-proġetti ta’ interess komuni kif definiti fl-Artikolu 8(1)(a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

(e)

azzjonijiet ta’ appoġġ għas-servizzi tal-ġarr ta’ merkanzija skont l-Artikolu 38 tar-Regolament XXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

()

azzjonijiet ta’ appoġġ għas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

(f)

azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istorjbu li joħroġ mill-ferroviji li jġorru l-merkanzija permezz ta’ twaħħil ta’ tagħmir apposta mal-vetturi kollha li joperaw fuq il-linji tal-ferroviji;

()

azzjonijiet ta’ appoġġ għas-servizzi tal-ġarr ta’ merkanzija skont l-Artikolu 38 tar-Regolament XXX/2012 [Linji Gwida tat-TEN-T];

(g)

azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programmi.

()

azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istorbju li joħroġ mill-ferroviji li jġorru l-merkanzija permezz ta t-twaħħil ta’ tagħmir apposta mal-vetturi kollha li joperaw fuq il-linji tal-ferroviji;

 

(h)

azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programmi.

[…]

Emenda 5

Artikolu 7(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, l-azzjonijiet kollha li jimplimentaw proġetti ta’ interess komuni u l-azzjonijiet kollha ta’ appoġġ għall-programmi stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tal-INFSO] għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fl-għamla ta’ għotja ta’ flus, akkwist u strumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament.

Fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, l-azzjonijiet kollha li jimplimentaw proġetti ta’ interess komuni u l-azzjonijiet kollha ta’ appoġġ għall-programmi stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Linji Gwida tal-INFSO] għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fl-għamla ta’ għotja ta’ flus, akkwist u strumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament.

 

Raġuni

Skont l-Artikolu 2(9) tal-Proposta għal Regolament, il-korpi pubbliċi jistgħu jibbenefikaw direttament ukoll mill-assistenza finanzjarja. Dan il-pass għandu jintlaqa'. Ir-riżorsi għandhom ikunu wkoll disponibbli għall-Istati Membri u r-reġjuni bħala appoġġ finanzjarju għall-iskemi ta’ espansjoni tal-broadband.

Emenda 6

Artikolu 8(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

In-nefqa tista' tkun eliġibbli mid-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-għajnuna. [In-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fil-ewwel programm multiannwali tista' tkun eliġibbli sa mill-1 ta’ Jannar 2014].

In-nefqa tista' tkun eliġibbli mid-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-għajnuna. [In-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fil-ewwel programm multiannwali tista' tkun eliġibbli sa mill-1 ta’ Jannar 2014].

 

Raġuni

Ara l-punt 26.

Emenda 7

Artikolu 8(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Nefqa marbuta max-xiri ta’ art ma għandhiex titqies bħala spiża eliġibbli.

Nefqa marbuta max-xiri ta’ art ma għandhiex għandha titqies bħala spiża eliġibbli .

Raġuni

Ara l-punt 26.

Emenda 8

Artikolu 8(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-VAT ma għandhiex titqies bħala spiża eliġibbli.

Il-VAT għandh titqies bħala spiża eliġibbli.

Raġuni

Ara l-punt 26.

Emenda 9

Artikolu 9(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Proposti jistgħu jiġu mressqa minn wieħed jew bosta Stati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti, jew impriżi pubbliċi jew privati jew korpi stabbiliti fl-Istati Membri.

Proposti jistgħu jiġu mressqa minn wieħed jew bosta Stati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti , jew impriżi pubbliċi jew privati jew korpi stabbiliti fl-Istati Membri.

Raġuni

Ara l-punt 27.

Emenda 10

Artikolu 10(2)(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

fir-rigward ta’ għotjiet ta’ flus għal xogħlijiet:

i)

ferroviji u passaġġi tal-ilma fuq l-art: l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż l-20 %tal-ispiża eliġibbli; ir-rata ta’ finanzjament tista' tiġi miżjuda għal 30 % għal azzjonijiet li jindirizzaw il-konġestjonijiet; ir-rata ta’ finanzjament tista' tiġi miżjuda għal 40 % għal azzjonijiet li jikkonċernaw sezzjonijiet transkonfinali;

fir-rigward ta’ għotjiet ta’ flus għal xogħlijiet:

i)

ferroviji u passaġġi tal-ilma fuq l-art: l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż l-20 %tal-ispiża eliġibbli; ir-rata ta’ finanzjament tista' tiġi miżjuda għal 30 % għal azzjonijiet li jindirizzaw il-konġestjonijiet; ir-rata ta’ finanzjament tista' tiġi miżjuda għal 40 % għal azzjonijiet li jikkonċernaw sezzjonijiet transkonfinali ;

[…]

[…]

Raġuni

F'ċerti pajjiżi bħal Spanja, irid isir sforz kbir biex jintlaħqu l-istandards tal-interoperabbiltà tal-ferroviji Ewropej, fid-dawl tas-sitwazzjoni inizjali b'gejġ differenti u sistema ta’ elettrifikazzjoni differenti fost l-oħrajn. F'dan ir-rigward jitqies essenzjali li l-miżjuri li jippermettu li effettivament ikun hemm bidu ta’ interoperabbiltà jingħataw prijorità bid-dħul ta’ operaturi ġodda min-naħa tan-negozji tas-setturi tat-trasport u tal-loġistika li jkollhom jużaw in-netwerks li qed jinħolqu, jipprovdu ferroviji, vetturi u tagħmir tal-aħħar ġenerazzjoni eċċ. B'hekk jinħass li l-introduzzjoni li diġà qed isseħħ, ta’ soluzzjonijiet tekniċi bħat-“tielet ferrovija” (tliet ferroviji għal kull linja – three rails per track - li jippermettu żewġ gejġijiet) fuq ir-rotot attwali, ser joħolqu servizzi ta’ trasport interoperabbli mingħajr ma jkun hemm għalfejn nistennew it-tkomplija ta’ kurituri li ġew disinjati apposta għal dawn l-istandards, li jfisser li dawn is-servizzi ma’ jibdewx qabel l-2020. Dawn l-inizjattivi għandhom jidhru bħala inizjattivi tal-bidu biex tintlaħaq l-interoperabbiltà sħiħa tal-kurituri futuri li jitlestew fuq perjodu twil, u għalhekk għandhom jingħataw prijorità fl-istrumenti finanzjarji. Soluzzjoni waħda tista' tkun li dawn l-azzjonijiet jingħataw l-istess status tas-sezzjonijiet transkonfinali. Fi kwalunkwe każ din il-proposta hija konformi mal-punt 17 tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika, peress li f'termini ferrovjarji Spanja hija waħda mill-aktar reġjuni dgħajfa u mir-reġjuni bl-akbar problemi peress li għandha gejġ tal-linja differenti. Din il-proposta taqbel ukoll mal-punt 26 peress li fin-netwerk ferrovjarju konvenzjonali, Spanja hija parti mill-grupp tar-reġjuni li jinsabu lura minħabba fil-gejġ tal-linji differenti.

Emenda 11

Artikolu 10(4)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

azzjonijiet fil-qasam tan-netwerks tal-broadband: l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispiża eliġibbli;

azzjonijiet fil-qasam tan-netwerks tal-broadband: l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il- % tal-ispiża eliġibbli;

Raġuni

Jeħtieġ investiment finanzjarju konsiderevoli biex jinfirxu n-netwerks tal-broadband fiż-żoni b'popolazzjoni baxxa, u l-operaturi ekonomiċi bilkemm għandhom inċentiv li jestendu l-attivitajiet kummerċjali għal dawn iż-żoni. Is-settur tal-komunikazzjoni elettronika għalhekk ser isibha diffiċli li jikseb l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali għall-aċċess għall-broadband fuq il-bażi tar-rata ta’ kofinanzjament li ġiet proposta.

Emenda 12

Artikolu 10(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-rati ta’ kofinanzjament imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu miżjuda b'sa mhux aktar minn 10 punti perċentwali għal azzjonijiet li għandhom sinerġiji transsettorjali, li jilħqu l-objettivi ta’ mitigazzjoni fil-klima, li jtejbu r-reżiljenza għall-klima jew li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra. Din iż-żieda ma għandhiex tapplika għar-rati ta’ kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 11.

Ir-rati ta’ kofinanzjament imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu miżjuda b'sa mhux aktar minn 10 punti perċentwali għal azzjonijiet li għandhom sinerġiji transsettorjali, li jilħqu l-objettivi ta’ mitigazzjoni fil-klima, li jtejbu r-reżiljenza għall-klima jew li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra . Din iż-żieda ma għandhiex tapplika għar-rati ta’ kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 11.

Raġuni

Hemm bżonn li jiġi introdott trattament differenzjat kemm għar-reġjuni inqas żviluppati kif ukoll dawk b'diffikultajiet demografiċi u naturali serji u permanenti, peress li dawn il-kriterji kollha jolqtu l-iżvilupp reġjonali, u għalhekk għandhom jitqiesu b'mod ugwali meta jiġu vvalutati r-rati ta’ kofinanzjament. Għaldaqstant il-Kummissjoni Ewropea introduċiet dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiżgura li d-diffikultajiet speċifiċi tar-reġjuni b'dawn il-karatteristiċi territorjali partikolari jingħataw attenzjoni speċjali fil-proposta tagħha għal regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss fuq il-bażi tal-Artikolu 174 tat-TFUE.

Emenda 13

Artikolu 11(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawn is-sejħiet speċifiċi. Meta jkun il-waqt li jiġu implimentati dawn is-sejħiet, għandha tingħata l-ogħla prijorità possibbli lill-proġetti li jirrispettaw l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta’ Koeżjoni.

Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawn is-sejħiet speċifiċi. Meta jkun il-waqt li jiġu implimentati dawn is-sejħiet, għandha tingħata l l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta’ Koeżjoni .

Raġuni

Ara l-punt 7.

Emenda 14

Artikolu 12(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tirrevoka, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, l-għajnuna finanzjarja mogħtija għal azzjonijiet li jkunu għadhom ma nbdewx fi żmien sena wara d-data li suppost bdiet fiha l-azzjoni stabbilita fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-għajnuna.

Il-Kummissjoni għandha tirrevoka, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, l-għajnuna finanzjarja mogħtija għal azzjonijiet li jkunu għadhom ma nbdewx fi żmien wara d-data li suppost bdiet fiha l-azzjoni stabbilita fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-għajnuna.

Raġuni

Dan jassigura flessibbiltà akbar li hija meħtieġa biex tgħin lill-benefiċjarji ħalli jegħlbu l-limitazzjonijiet tal-implimentazzjoni.

Emenda 15

Artikolu 12(2)(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

wara evalwazzjoni ta’ kif qed jimxi l-proġett, b'mod partikolari f'każ ta’ dewmien kbir fl-implimentazzjoni tal-azzjoni.

wara evalwazzjoni ta’ kif qed jimxi l-proġett, b'mod partikolari f'każ ta’ dewmien kbir fl-implimentazzjoni tal-azzjoni .

Raġuni

Ara l-punt 28.

Emenda 16

Artikolu 12(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni tista' titlob ir-rimborż tal-għajnuna finanzjarja mogħtija jekk, fi żmien sentejn mid-data tat-tlestija kif stabbilita fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-għajnuna, l-implimentazzjoni tal-azzjoni li tirċievi l-għajnuna finanzjarja tkun għadha ma tlestietx.

Il-Kummissjoni tista' titlob ir-rimborż tal-għajnuna finanzjarja mogħtija jekk, fi żmien mid-data tat-tlestija kif stabbilita fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-għajnuna, l-implimentazzjoni tal-azzjoni li tirċievi l-għajnuna finanzjarja tkun għadha ma tlestietx.

Raġuni

Ara l-punt 28.

Emenda 17

Artikolu 12(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Qabel ma l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe deċiżjoni minn dawk previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3, hija għandha teżamina l-każ partikolari u tgħarraf lill-benefiċjarji kkonċernati sabiex b'hekk huma jkunu jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom saż-żmien stipulat.

Qabel ma l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe deċiżjoni minn dawk previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3, hija għandha teżamina l-każ partikolari u tgħarraf lill-benefiċjarji kkonċernati sabiex b'hekk huma jkunu jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom .

Raġuni

Ara l-punt 28.

Emenda 18

Artikolu 17(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha taddotta programmi ta’ ħidma multiannwali u annwali għal kull settur. Il-Kummissjoni tista' taddotta wkoll programmi ta’ ħidma multiannwali u annwali li jkopru aktar minn settur wieħed. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu addottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Il-Kummissjoni għandha taddotta programmi ta’ ħidma multiannwali u annwali għal kull settur. Il-Kummissjoni tista' taddotta wkoll programmi ta’ ħidma multiannwali u annwali li jkopru aktar minn settur wieħed. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu addottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Raġuni

Ara l-punt 32.

Emenda 19

Artikolu 17 (punt ġdid 8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

It-teknoloġiji l-ġodda (eż. infrastruttura għal karburanti alternattivi) għandhom aktar ostakli għad-dħul mill-infrastruttura tradizzjonali bħat-toroq u l-ferroviji. Dawn jagħmlu parti mil-linji gwida l-ġodda tat-TEN-T imma m'għandhomx klawsoli ta’ finanzjament fl-FNE. Dan it-tip ta’ proġetti huma iktar diffiċli li jiġu finanzjati. Mill-banda l-oħra, dawn jippromovu l-indipendenza mill-użu taż-żejt u l-għanijiet tal-White Paper tat-trasport biex il-vetturi li jużaw il-karburant tradizzjonali fil-bliet jitnaqqsu bin-nofs sal-2030. Għaldaqstant, inqisu li mhijiex ħaġa konsistenti li l-innovazzjoni fit-trasport tkun limitata għal għotjiet ta’ 20 %, l-iktar wieħed baxx mill-modi kollha.

Emenda 20

Artikolu 17 (punt ġdid 9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Emenda 21

Artikolu 26(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sa mhux aktar tard minn nofs l-2018, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-miżuri kollha (fuq il-livell ta’ riżultati u impatti), l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tagħhom, fil-perspettiva ta’ deċiżjoni li tittieħdet fuq it-tiġdid, modifika jew sospensjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din għandha tikkunsidra r-riżultati li joħorġu mill-evalwazzjoni rigward l-impatt fit-tul tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel.

Sa mhux aktar tard minn nofs l-2018, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-miżuri kollha (fuq il-livell ta’ riżultati u impatti), l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tagħhom, fil-perspettiva ta’ deċiżjoni li tittieħdet fuq it-tiġdid, modifika jew sospensjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza dejjiema tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-provvedimenti għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, . Din għandha tikkunsidra r-riżultati li joħorġu mill-evalwazzjoni rigward l-impatt fit-tul tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel.

Raġuni

Ara l-punt 46.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Dan ir-rwol ġie enfasizzat mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012 (paġna 11, “Il-kontribut tal-politiki Ewropej għat-tkabbir”).

(2)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u l-enerġija.

(3)  L-Opinjoni tal-KtR dwar il-FNE tqis il-konsultazzjoni tan-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà tal-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapport tal-konsultazzjoni hu disponibbli fil-websajt tal-KtR: http://extranet.cor.europa.eu/subsidiarity/Pages/default.aspx.


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/137


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal Regolament dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE”

2012/C 277/13

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

josserva li l-isfida tal-elettriku b’vultaġġ għoli u għoli ħafna hija li l-elettriku minn sorsi rinnovabbli minn impjanti lil hinn mill-kosta (offshore) u fuq l-art (onshore) jitwassal b’mod kosteffettiv u effiċjenti fir-reġjuni bl-ikbar bżonnijiet tal-enerġija; filwaqt li fil-każ tal-elettriku b’vultaġġ baxx u medju għandha tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa biex jiġu stabbiliti diversi produtturi deċentralizzati ġodda,

jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni tagħti sinjal politiku ċar daqs il-kristall lill-Istati Membri, lis-settur ekonomiku u dak bankarju u lill-imsieħba fid-dinja kollha li ma nistgħux nerġgħu lura mit-triq li ttieħdet lejn sehem ikbar ta’ sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-ġejjieni u li din it-triq ta’ min isegwiha, b’mod partikolari mil-lat tal-investiment privat;

jenfasizza li biex jinkisbu l-għanijiet tal-2020 l-UE għandu jiġi promoss b’aktar qawwa l-iżvilupp ta’ netwerks intelliġenti fil-livell lokali u reġjonali, hekk kif ġie mitlub f’opinjonijiet preċedenti tal-KtR (CdR 160/2008 fin, CdR 8/2009 fin, CdR 244/2010 fin, CdR 312/2010 fin, CdR 7/2011 fin, CdR 104/2011 fin). Il-prezzijiet għall-utent aħħari jeħtieġ li jiġu stabbiliti skont il-produzzjoni u d-domanda, fil-qafas ta’ ġestjoni kompjuterizzata tat-tagħbija sabiex jingħata inċentiv għall-iffrankar tal-enerġija u jiġu armonizzati aħjar il-produzzjoni u l-konsum deċentralizzati tal-enerġija;

jitlob li jiġi eżaminat jekk l-abbozz ta’ linji gwida inqas dettaljati għall-orjentazzjoni mmirat lejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet nazzjonali jkunx mezz aktar adatt. B’hekk il-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri kemm jista’ jkun flessibbiltà biex jieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tal-integrazzjoni konkreta tal-istrutturi li jeżistu diġà. Dan jikkonċerna lill-awtoritajiet tal-Istati Membri – li jista’ jkollhom struttura federali – responsabbli għall-ġestjoni tat-territorju, l-ippjanar u l-approvazzjoni kif ukoll lill-gruppi reġjonali li jeżistu diġà fit-tielet pakkett tas-suq intern. Bażikament, il-mandat ta’ istituzzjonijiet li diġà qed jaħdmu b’suċċess għandu jingħata prijorità qabel ma jinħolqu strutturi ġodda;

Relatur

Is-Sur LEHMANN (DE/PPE), Membru tal-Landtag ta’ Sachsen

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

COM(2011) 658 final – 2011/0300 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-fatt li l-għan tar-Regolament huwa l-integrazzjoni sħiħa tas-suq intern tal-enerġija u li b’hekk jiġi żgurat li l-ebda Stat Membru u l-ebda reġjun ma jkun iżolat min-netwerk Ewropew, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u li jiġu applikati l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u tal-protezzjoni tal-ambjent. Din hija kundizzjoni importanti biex sal-2020 l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jonqsu b’20 %, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija titjieb b’20 % u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli jiżdied b’20 %;

2.

jenfasizza l-importanza deċiżiva ta’ din l-inizjattiva li għandha tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, bl-użu ta’ kull tip ta’ soluzzjoni teknika għal dan l-iskop, speċjalment l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ trasport u distribuzzjoni, u kull tip ta’ enerġija rinnovabbli diġà disponibbli u potenzjali u bl-użu ta’ miżuri ta’ appoġġ disponibbli;

3.

jistenna li din il-proposta tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u tipprovdi vantaġġi deċiżivi għall-Unjoni Ewropea kollha f’termini ta’ kompetittività u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

4.

jilqa’ l-fatt li, sabiex l-għanijiet fir-rigward tal-infrastruttura jinkisbu mill-aktar fis, ġie identifikat, għall-perjodu sal-2020 u wara, għadd limitat ta’ kurituri u oqsma prijoritarji trans-Ewropej li jkopru n-netwerks tal-elettriku u l-gass kif ukoll l-infrastruttura tat-trasport taż-żejt, il-gass naturali, id-diossidu tal-karbonju u l-bijometan (bijogass imnaddaf mill-impjnati tal-bijogass), li jiġġustifikaw l-aktar li tittieħed azzjoni mill-UE. Ir-razzjonalizzazzjoni u t-tnaqqis tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, it-titjib tal-aċċettazzjoni min-naħa tal-pubbliku permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu sa minn stadju bikri, is-semplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-proġetti, it-tqassim ġust tal-ispejjeż, li jwassal għall-armonizzazzjoni bejn id-dħul u r-riskji, u d-disponibbiltà tal-appoġġ finanzjarju dirett u bbażat fuq is-suq meħtieġ mill-UE jikkontribwixxu b’mod sostenibbli biex jitħaffu l-proġetti ta’ interess komuni;

5.

iqis li n-netwerk komuni tal-enerġija Ewropew għandu jissodisfa standards ogħla ta’ sigurtà. B’mod partikolari għandu jiġi evitat li attakki elettroniċi jew attakki fiżiċi jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista fl-Ewropa u jkollhom impatt negattiv fuq il-kapaċità ekonomika tal-Istati Membri;

A.    Kuntest

6.

josserva li attwalment kull Stat Membru tal-UE għandu taħlita tal-enerġija li hija determinata mill-kundizzjonijiet ġeografiċi, ġeoloġiċi, tekniċi kif ukoll mill-politika tal-enerġija u l-bżonnijiet nazzjonali. Din it-taħlita hija magħmula minn tagħbija bażika (base load) li s’issa ġiet alimentata l-iktar minn riżorsi fossili, nukleari u xi sorsi rinnovabbli (enerġija mill-ilma u bijomassa solida) u tagħbija differenti parzjalment minn karburanti fossili flessibbli u parzjalment minn sorsi rinnovabbli skont il-kundizzjonijiet tat-temp. Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti dwar il-klima, ser ikun hemm bżonn fuq kollox li titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, jitnaqqas il-konsum tal-enerġija għat-tisħin u l-karburanti (mingħajr kunsiderazzjoni tal-bilanċi tal-enerġija primarja) u jkompli jiżdied is-sehem tal-enerġiji rinnovabbli fil-produzzjoni totali tal-enerġija. Il-varjazzjoni naturali li tinħoloq għandha tiġi bbilanċjata permezz ta’ għadd ta’ miżuri bħall-immodernizzar tal-impjanti eżistenti, il-bini ta’ impjanti flessibbli ħafna li jaħdmu bil-gass għall-koġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija, l-espansjoni tal-kapaċitajiet tal-ħżin permezz tal-pompi jew ta’ teknoloġiji oħra tal-ħżin, kif ukoll permezz tal-aġġornament u l-estensjoni tas-sistemi eżistenti ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni. L-oqsma kollha tal-istruttura tan-netwerk għandhom bżonn jiġu mmodernizzati. Filwaqt li fil-każ tal-elettriku b’vultaġġ baxx u medju għandha tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa biex jiġu stabbiliti diversi produtturi deċentralizzati ġodda, l-isfida tal-elettriku b’vultaġġ għoli u għoli ħafna hija li l-elettriku minn sorsi rinnovabbli minn impjanti lil hinn mill-kosta (offshore) u fuq l-art (onshore) jitwassal b’mod kosteffettiv u effiċjenti fir-reġjuni bl-ikbar bżonnijiet tal-enerġija;

7.

sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istati Membri, għandhom jiddaħħlu soluzzjonijiet ibbażati fuq il-modernizzazjoni u fuq livell ogħla ta’ esplojtazzjoni u espansjoni tas-sorsi kummerċjali konvenzjonali u alternattivi eżistenti, billi dawn jagħtu kontribut deċiżiv biex jiġi żgurat it-tħaddim stabbli tas-sistemi tal-enerġija elettrika, pereżempju fil-livell lokali u nazzjonali;

8.

jenfasizza li l-ittestjar ta’ teknoloġiji fattibbli tat-trażmissjoni u tal-ħżin aktar effiċjenti, l-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni kif ukoll it-tħeġġiġ tal-iżvilupp ta’ pjani lokali u reġjonali tal-enerġija huma fil-qalba tad-diskussjonijiet f’dan ir-rigward;

9.

iqis li fis-snin li ġejjin anke l-gass naturali jista’ jaqdi rwol importanti fl-Ewropa biex jiġu bbilanċjati l-varjazzjonijiet fil-ġenerazzjoni tal-elettriku. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu diversifikati l-importazzjonijiet tal-gass, tiġi żviluppata l-produzzjoni tiegħu fl-Istati Membri tal-UE, bl-użu ta’ sorsi konvenzjonali u mhux konvenzjonali, jiġi prodott il-bijometan (bijogass imnaddaf) li jinħareġ mill-impjanti tal-bijogass, jitkomplew in-netwerks tal-gass permezz ta’ pipelines u tiżdied il-kapaċità tal-ħżin tal-elettriku. Biex jintużaw aktar impjanti li jaħdmu bil-gass għall-enerġija tal-ibbilanċjar (regulating energy), huwa fundamentali li tissaħħaħ l-infrastruttura tal-pajpijiet tal-gass f’dawk l-Istati Membri fejn il-gass naturali huwa sors importanti tal-enerġija;

10.

jirrikonoxxi li huwa inevitabbli li anke fil-futur it-taħlita tal-enerġija Ewropea tkun magħmula parzjalment minn karburanti fossili anke jekk is-sehem ta’ din l-enerġija jkompli jonqos. It-teknoloġija għall-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju matul dan iż-żmien tista’ tagħti kontribut għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, bil-kundizzjoni li tkun tista’ tiġi żviluppata f’sistema li hija teknikament possibbli, u li tista’ tiffunzjona bi spejjeż raġonevoli u b’mod sikur. Madankollu, għad hemm bżonn ta’ aktar riċerka u żvilupp fl-ittestjar prattiku b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tekniċi u ekonomiċi kif ukoll l-impatt ambjentali marbut ma’ dan. Madanakollu l-iżvilupp futur ta’ netwerk transkonfinali għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju jirrikjedi li jittieħdu minn issa passi fil-livell Ewropew;

B.    Is-sussidjarjetà

11.

jenfasizza li fir-rigward tal-klima l-UE stabbilixxiet għanijiet li l-implimentazzjoni tagħhom tirrikjedi impenn kbir mill-Istati Membri. Wieħed minn dawn l-impenji huwa l-bini ta’ infrastruttura tal-enerġija kemm jista’ jkun intelliġenti. Apparti l-involviment ta’ għadd kbir ta’ produtturi żgħar u żgħar ħafna tal-enerġija elettrika minn sorsi rinnovabbli fin-netwerks eżistenti, l-iżvilupp ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni intelliġenti kapaċi li jmexxu l-bilanċ b’mod deċentralizzat u t-tisħiħ u l-iffaċilitar tal-interkonnessjonijiet ma’ pajjiżi b’riżorsi tal-enerġija sabiex tiżdied il-produzzjoni elettrika minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-infrastrutturi nazzjonali għandhom ukoll jiġu interkonnessi b’mod effiċjenti u fuq kollox flessibbli. Il-Kummissjoni kienet diġà kkunsidrat din l-idea fir-rigward tat-TEN-E snin ilu;

12.

jagħraf li fl-istess waqt, l-Istati Membri kollha żviluppaw pjani għat-tisħiħ tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u introduċew leġislazzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, wara d-dħul fis-seħħ tat-tielet pakkett tal-enerġija tal-UE, għadd ta’ istituzzjonijiet u gruppi transnazzjonali bdew jaħdmu flimkien b’suċċess;

13.

jinnota li minkejja dawn l-istrutturi li sadattant ġew żviluppati, xi proġetti transkonfinali konkreti tal-enerġija qed ikollhom xi diffikultajiet minħabba l-istat tal-infrastruttura nazzjonali, il-prijoritajiet speċifiċi tal-politika tal-enerġija jew minħabba r-responsabbiltajiet differenti. Dawn l-inkompatibbiltajiet imbagħad wasslu għal telf ta’ żmien fl-ippjanar, il-finanzjament u l-bini ta’ proġetti TEN-E;

14.

jinnota li permezz tal-proposta għal Regolament, il-Kummissjoni beħsiebha tiżgura li dawn l-inkompatibbiltajiet jiġu identifikati kmieni kemm jista’ jkun u jingħelbu kemm jista’ jkun malajr permezz tal-proċedura ta’ moderazzjoni li ġiet proposta. L-għan tar-Regolament tal-Kummissjoni huwa li jħaffef għadd limitat ta’ proġetti transkonfinali ewlenin u ta’ proġetti nazzjonali ewlenin b’impatt transkonfinali konsiderevoli, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala pedament għan-netwerk Ewropew futur ta’ trażmissjoni bi prestazzjoni għolja;

15.

jirrikonoxxi li l-kompitu ħafna aktar estensiv tal-kwalifikazzjoni tan-netwerks nazzjonali għall-provvista tal-enerġija fil-ġejjieni huwa f’idejn l-Istati Membri u r-Regolament jindirizza din il-kwistjoni b’mod indirett biss. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq l-Artikoli 170-172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għalkemm dawn id-dispożizzjonijiet jolqtu l-prinċipju tas-sussidjarjetà, minħabba l-għadd limitat ta’ proġettti kkonċernati b’implikazzjonijiet transkonfinali, xorta waħda ma jiksruhx;

16.

jenfasizza li, apparti l-iżvilupp ta’ pjan globali Ewropew għan-netwerks transkonfinali tal-enerġija, il-vantaġġ ta’ dan l-approċċ huwa li l-Kummissjoni tagħti sinjal politiku ċar daqs il-kristall lill-Istati Membri, lis-settur ekonomiku u dak bankarju u lill-imsieħba fid-dinja kollha li ma nistgħux nerġgħu lura mit-triq li ttieħdet lejn sehem ikbar ta’ sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-ġejjieni u li din it-triq ta’ min isegwiha, b’mod partikolari mil-lat tal-investiment privat;

17.

jinnota li l-Kummissjoni tipproponi strument legali applikabbli direttament għall-Istati Membri kollha u li l-partijiet kollha tiegħu huma vinkolanti. Fid-dawl tat-tħaffif mixtieq tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni fir-rigward tal-proporzjonalità, il-KtR iqis b’mod ġenerali li dan jirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità;

18.

jikkunsidra, madanakollu, li għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li r-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għall-proġetti ta’ infrastruttura tista’ potenzjalment tirrappreżenta interferenza kbira fid-drittijiet tal-ippjanar tal-Istati Membri kif ukoll fid-drittijiet ta’ parteċipazzjoni ta’ dawk ikkonċernati u tal-pubbliku. Il-kompetenzi li l-kostituzzjoni tagħti lill-istati f’sistemi federali għall-infurzar u l-iżvilupp tal-proċeduri ta’ ppjanar u ta’ awtorizzazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fi proġetti ta’ interess komuni. Il-Kumitat mhuwiex tal-fehma li l-linji gwida kollha dettaljati fil-Kapitolu III jistgħu jibqgħu jiġu kkunsidrati bħala “linji gwida”“elementi essenzjali” għan-netwerks trans-Ewropej b’konformità mal-Artikolu 171 tat-TFUE, u b’hekk jiġu kkunsidrati bħala allinjament minimu verament meħtieġ tal-proċeduri amministrattivi nazzjonali;

19.

jitlob li f’dan il-kuntest, jiġi eżaminat jekk l-abbozz ta’ linji gwida inqas dettaljati għall-orjentazzjoni mmirat lejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet nazzjonali jkunx mezz aktar adatt. B’hekk il-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri kemm jista’ jkun flessibbiltà biex jieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tal-integrazzjoni konkreta tal-istrutturi li jeżistu diġà, u b’hekk jiġu ffaċilitati u prijorizzati l-interkonnessjonijiet meta Stat Membru jkollu riżorsi sabiex tiżdied il-produzzjoni elettrika rinnovabbli. Dan jikkonċerna lill-awtoritajiet tal-Istati Membri – li jista’ jkollhom struttura federali – responsabbli għall-ġestjoni tat-territorju, l-ippjanar u l-approvazzjoni kif ukoll lill-gruppi reġjonali li jeżistu diġà fit-tielet pakkett tas-suq intern. Bażikament, il-mandat ta’ istituzzjonijiet li diġà qed jaħdmu b’suċċess għandu jingħata prijorità qabel ma jinħolqu strutturi ġodda;

20.

jinnota b’għajn kritika l-limiti ta’ żmien proposti b’mod inkontestabbli fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi. Anke fir-rigward ta’ proġetti ta’ interess komuni, għandha tingħata prijorità lill-kwalità qabel ir-rapidità. Apparti s-sigurtà tal-provvista, il-kwalità tal-proġetti ta’ interess komuni ser ikollha impatt sinifikanti fuq il-prezz li jħallas l-utent aħħari. L-ispejjeż għall-SMEs lokali u ċ-ċittadini huma fattur importanti wkoll fl-għażla tal-lok tal-proġetti, apparti l-interessi tal-investituri;

21.

iqis li l-problemi li jinqalgħu fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq, b’hekk tiġi rispettata s-sussidjarjetà u li jiġu eżaminati bir-reqqa l-alternattivi kollha possibbli. Huwa biss f’każijiet meta l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali jew multinazzjonali ma jkunux jistgħu jaslu għal deċiżjoni fil-ħin li għandu jaġixxi l-koordinatur tal-proġetti Ewropew. Fil-passat diġà kien hemm każijiet fejn l-intervent ta’ moderatur Ewropew kien ta’ siwi. Il-fatt li jeżisti koordinatur Ewropew biex jgħin fir-riżoluzzjoni ta’ każijiet partikolarment diffiċli ma jidhirx li jmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Madankollu, in-nomina tiegħu jew, fejn jagħti l-każ, l-estensjoni tal-mandat tiegħu għandhom isiru abbażi ta’ deċiżjoni konġunta tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Parlament Ewropew;

22.

jilqa’ t-twaqqif ta’ awtorità nazzjonali tal-approvazzjoni bħala “punt uniku ta’ servizz” (“one-stop shop”). L-għażla li jiġi applikat regolament integrat jew koordinat għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għandha titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri;

23.

jappoġġja l-proposta għal Regolament dwar il-qsim transkonfinali tal-ispejjeż permezz tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER). Dan japplika wkoll għall-obbligu tal-awtoritajiet regolamentorji nazzjonali li joħolqu ħlasijiet bħala inċentivi ta’ investiment għall-proġetti ta’ interess komuni. Dawn l-inċentivi għandhom ikunu adatti għar-riskji;

24.

iqis li jeħtieġ li l-lista tal-proġetti ta’ interess komuni tiġi riveduta b’mod regolari u adattata għar-rekwiżiti li dejjem jinbidlu;

C.    Aċċettazzjoni

25.

jinnota espliċitament li l-ħolqien ta’ prerekwiżiti tekniċi għall-ksib tal-objettivi ambizzjużi tal-enerġija u tal-klima tagħna jista’ jkun ta’ suċċess biss bl-appoġġ tal-opinjoni pubblika – qatt kontriha. Għal din ir-raġuni, għandu jintlaqa’ tajjeb il-fatt li ċ-ċittadini, il-komunitajiet u l-awtoritajiet lokali jiġu infurmati, involuti u jieħdu sehem fil-proġetti minn stadju bikri;

26.

jenfasizza li l-bidla lejn produzzjoni tal-elettriku b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tirrikjedi arranġament mill-ġdid tal-arkitettura tan-netwerk. Filwaqt li l-integrazzjoni ta’ produtturi żgħar ġodda fin-netwerks b’vultaġġ baxx u medju u l-ġestjoni intelliġenti tagħhom tista’ sseħħ mingħajr ma dan l-intervent ibiddel il-pajsaġġ, il-bini ta’ pajpijiet ġodda huwa inevitabbli għat-tkomplija tal-awtostradi l-ġodda Ewropej b’vultaġġ għoli. Għandha tingħata prijorità lil-linji li jippermettu li jiżdiedu l-interkonnessjonijiet għall-Istati li jistgħu jassiguraw żidiet fil-produzzjonijiet elettriċi rinnovabbli. Peress li l-ispejjeż tal-bini ta’ dawn is-sistemi fl-aħħar mill-aħħar għandhom jiġġarrbu mill-konsumaturi tal-elettriku, huwa importanti li l-eżekuzzjoni teknika ssir bl-aktar mod intelliġenti u effettiv possibbli. Dan ifisser ukoll li għandha ssir l-inqas użu possibbli mill-pajsaġġ. Dan kollu għandu jiġi spjegat mill-aktar fis u b’mod kontinwu lill-pubbliku;

27.

jitlob li l-gvernijiet nazzjonali jistabbilixxu inċentivi adatti li jikkumpensaw b’mod ġust l-impatt fuq iċ-ċittadini, il-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet muniċipali. Mill-esperjenzi tal-muniċipalitajiet li fil-passat intlaqtu minn proġetti ta’ kostruzzjoni ġodda ta’ din id-dimensjoni jidher li t-trasparenza u l-preżenza permanenti fil-post ta’ rappreżentant ta’ dawk responsabbli għall-proġett huma prerekwiżiti importanti għall-ippjanar fil-ħin u għall-progress fil-proċess tal-bini;

28.

jenfasizza li l-manwal li għandu jitfasssal huwa mezz importanti ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini dwar il-vantaġġi tal-iżvilupp tal-infrastruttura u ta’ netwerks intelliġenti f’termini ta’ sigurtà tal-provvista, tat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Din l-informazzjoni m’għandhiex taħbi l-aspetti negattivi. Huwa biss permezz ta’ informazzjoni kompluta u trasparenti li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu l-isfidi u li jaċċettaw aħjar l-effetti potenzjali negattivi tagħhom. Il-fluss tal-informazzjoni għandu jkun ibbażat fuq is-sitwazzjoni u jipprovdi informazzjoni rilevanti liċ-ċittadini kkonċernati;

29.

jitlob li, apparti l-għoti ta’ kumpens materjali liċ-ċittadini, il-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet muniċipali partikolarment milquta mill-implimentazzjoni tal-proġetti, issir preżentazzjoni pubblika dwar il-prekawzjonijiet meħuda u valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku u ekoloġiku. It-trasparenza u sistema ta’ kumpens ġusta huma prerekwiżiti essenzjali biex iċ-ċittadini jaċċettaw l-iżvilupp mgħaġġel tan-netwerks tal-enerġija fil-futur;

D.    Il-finanzjament

30.

jirrikonoxxi li skont il-Kummissjoni, l-istrumenti attwali ta’ finanzjament tat-TEN-E ma kellhomx biżżejjed suċċess. Dawn għandhom jiġu sostitiwiti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Mill-ammont ta’ EUR 50 biljun previst fir-Regolament dwar l-infrastruttura għall-qafas finanzjajru multiannwali, EUR 9,1 biljuni huma allokati għall-qasam tal-enerġija fuq perjodu ta’ seba’ snin. B’hekk jista’ jkun hemm riżorsi disponibbli biex jitwettqu studji u jiġu żviluppati strumenti finanzjarji għal proġetti fil-qasam tal-elettriku, tal-gass u tad-diossidu tal-karbonju; barra minn hekk jistgħu jingħataw sovvenzjonijiet li ma jitħallsux lura (non-repayable subsidies) għal proġetti tal-elettriku u tal-gass li għandhom effett pożittiv fuq is-sigurtà tal-provvista, is-solidarjetà u l-innovazzjoni, u li l-pjani ta’ żvilupp tagħhom juru li mhumiex kummerċjalment vijabbli u li dwarhom ittieħdet deċiżjoni dwar il-qsim transkonfinali tal-ispejjeż. Barra minn hekk, in-netwerks u t-tagħmir tal-kejl intelliġenti kif ukoll il-proġetti tad-diossidu tal-karbonju, li l-vijabbiltà kummerċjali tagħhom ma tistax tiġi pruvata, jistgħu jiġu promossi permezz ta’ sovvenzjonijiet li ma jitħallsux lura;

31.

jilqa’ l-fatt li fil-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” tingħata iktar attenzjoni lill-proġetti ta’ infrastruttura importanti f’termini ta’ enerġija iżda inqas attraenti mil-lat kummerċjali. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ proġetti bħal dawn tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib tas-suq intern tal-UE u għas-sigurtà tal-provvista;

32.

jemmen li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda twassal messaġġ żbaljat fir-rigward tal-politika tal-enerġija meta jitqies li l-parti l-kbira tat-tnax-il proġett infrastrutturali prijoritarji previsti fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tikkonċerna l-pajpijiet tal-gass u taż-żejt għaliex s’issa għadha ma ngħatatx spjegazzjoni konklużiva dwar kif il-prijorità mogħtija lil sorsi ta’ enerġija fossili tista’ tkun konformi mal-objettivi tal-UE għall-2020 u mal-għanijiet usa’ dwar il-klima għall-2030 u l-2050;

33.

jenfasizza li biex jinkisbu l-għanijiet tal-2020 l-UE, apparti l-espansjoni rapida tan-netwerks kbar ta’ tranżmissjoni, hekk kif ġie mitlub f’opinjonijiet preċedenti tal-KtR (CdR 160/2008 fin, CdR 8/2009 fin, CdR 244/2010 fin, CdR 312/2010 fin, CdR 7/2011 fin, CdR 104/2011 fin) għandu jiġi promoss b’aktar qawwa l-iżvilupp ta’ netwerks intelliġenti fil-livell lokali u reġjonali. Il-prezzijiet għall-utent aħħari jeħtieġ li jiġu stabbiliti skont il-produzzjoni u d-domanda, fil-qafas ta’ ġestjoni kompjuterizzata tat-tagħbija sabiex jingħata inċentiv għall-iffrankar tal-enerġija u jiġu armonizzati aħjar il-produzzjoni u l-konsum deċentralizzati tal-enerġija. Jekk it-taxxi fuq l-enerġija huma wieħed mill-istrumenti li l-Istati Membri jistgħu jużaw sabiex jiġġieldu t-tibdil fil-klima fil-kundizzjonijiet previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku, il-KtR iqis li l-possibbiltà li tiġi introdotta sistema ta’ divrenzjar fiskali m’għandhiex tkun limitata għar-reġjuni iżda għandha tinkludi wkoll l-awtoritajiet lokali li fl-UE huma rikonoxxuti bħala atturi sħaħ tal-iżvilupp sostenibbli. B’mod partikolari fl-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ netwerk intelliġenti sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu rati ta’ tassazzjoni ġenerali tal-konsum tal-enerġija divrenzjati fir-rigward tal-livell nazzjonali korrispondenti sakemm jiġi żgurat it-trattament ugwali tas-sorsi tal-enerġija li jikkompetu ma’ xulxin u li d-differenzi fiskali ma jfixklux it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u ċ-ċirkulazzjoni tal-prodotti tal-enerġija bejn l-Istati Membri;

34.

fir-rigward tal-integrazzjoni meħtieġa tas-suq tal-enerġiji rinnovabbli, huwa mħasseb ħafna preċiżament dwar l-esklużjoni espliċita ta’ impjanti għall-ħżin permezz tal-pompi (jew soluzzjonijiet tekniċi oħra) mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-possibbiltà li joffru dawn l-impjanti għall-ħżin tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli hija ta’ importanza ċentrali għall-integrazzjoni tas-sorsi varjabbli tal-enerġija mir-riħ u x-xemx.

35.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma fasslitx fid-dettall l-istrumenti ta’ finanzjament il-ġodda li ser ikunu disponibbli mill-2014 ’il quddiem. Meta jkunu qed jiġu magħżula dawn l-istrumenti, għandu jiġi kkunsidrat il-valur miżjud tagħhom. Għandhom ikunu komplementari għas-sovvenzjonijiet tradizzjonali li ma jitħallsux lura u għandhom joħolqu qafas finanzjajru konsistenti u koerenti għas-setturi tan-netwerks tal-ferroviji, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni, abbażi tal-esperjenza bil-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji, l-Istrument ta’ Garanzija fuq is-Self u l-Fond Marguerite;

36.

jinnota li fost l-istrumenti ta’ finanzjament hemm previsti strumenti ta’ ekwità u ta’ kapital ta’ riskju kif ukoll ta’ kapital barrani. Dawn jinkludu garanziji għall-intermedjarji li jipprovdu finanzjament għal benefiċjarji bi problemi finanzjarji kif ukoll il-kondiviżjoni tar-riskju ma’ istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżdied il-volum tal-finanzjament. Dan jinkludi wkoll il-bonds tal-proġetti (“project bonds”);

37.

jaċċetta l-fatt li, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tqis li l-istrumenti ta’ finanzjament proposti ma jwasslu għall-ebda distorsjoni fis-suq finanzjarju peress li, għalkemm huma ekonomikament vijabbli, l-ebda wieħed minnhom ma jirċievi biżżejjed finanzjament mis-suq;

38.

iqis li dan iwassal għal kontradizzjoni fir-rigward tal-Artikolu 15 tar-Regolament, li jgħid li l-problemi ta’ finanzjament ma jikkostitwixxux kriterju biex jiġi evalwat jekk l-istrumenti finanzjarji humiex adatti;

39.

jevalwa b’mod pożittiv il-fatt li, fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, matul il-perjodu ta’ ppjanar sa 20 % tal-baġit disponibbli ser jiġi allokat għall-kondiviżjoni tar-riskji u għal strumenti ta’ ekwità. B’hekk jiġu żviluppati aktar bir-reqqa l-possibbilitajiet ta’ finanzjament u, għall-kuntrarju tas-sovvenzjonijiet li ma jitħallsux lura, tiġi promossa s-sjieda tan-negozji. Madankollu għandu jiġi żgurat li jiġu applikati kriterji stretti kemm fl-analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji li huma speċifiċi għall-proġetti kif ukoll fil-valutazzjoni tal-vijabbiltà kummerċjali ta’ proġetti ta’ interess komuni;

40.

jiddubita kemm huma adatti l-istrumenti finanzjarji proposti għall-proġetti tal-estensjoni tan-netwerks tal-enerġija;

41.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adattati l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa b’mod li jiġi garantit l-aċċess għall-iffinanzjar tal-proġetti lir-reġjuni ultraperiferiċi bil-għan li tiżdied l-awtonomija tal-enerġija f’dawn ir-reġjuni;

E.    Bonds tal-proġetti

42.

jinnota li għall-inizjattiva tal-bonds tal-proġetti ġiet prevista fażi pilota fl-2012/13 taħt it-tmexxija tal-BEI. Il-proġetti kkonċernati huma dawk li l-ippjanar tagħhom fil-kuntest tal-linji gwida tat-TEN-E diġà huwa fi stadju avvanzat. Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni tistenna li fil-fażi pilota jikkwalifika proġett tal-enerġija wieħed biss;

43.

jaqbel mal-fehma tal-Kunsill tar-Regolaturi Ewropej tal-Enerġija (CEER) li l-bonds tal-proġetti għall-investiment fi ħdan netwerks li jeżistu diġà mhumiex għalkollox vijabbli peress li d-distinzjoni tidher li toħloq il-problemi. Jistgħu jkunu għodda utli għall-konnessjonijiet lil hinn mill-kosta u għall-pajpijiet ta’ konnessjoni transkonfinali;

44.

jinnota li peress li dan it-tip ta’ finanzjament għall-proġetti għadu mhux komuni fost l-operaturi tan-netwerks jista’ jkun li din il-klassi ġdida ta’ assijiet iddum xi ftit biex tiġi aċċettata mill-investituri. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jippromovu l-għażla ta’ proġetti li jkunu ġew ikkalkulati b’mod affidabbli biex titrawwem il-fiduċja fost l-investituri potenzjali. L-għan għandu jkun li tintlaħaq klassifikazzjoni “investment grade” biex il-proġetti jkunu interessanti wkoll għal investituri istituzzjonali kbar;

45.

jinnota b’sodisfazzjon il-fatt li, fir-rigward tal-użu tar-riżorsi baġitarji, għandhom jiġu introdotti strumenti ta’ finanzjament komplementari għas-sovvezjonijiet li ma jitħallsux lura. Madankollu, għandu jiġi żgurat li jiġu finanzjati biss proġetti ġenwinament meħtieġa, jiġiferi li huma utli u li ntwera li mhumiex kummerċjalment vijabbli. Fl-ebda każ m’għandhom jiġu appoġġjati eċċessivament proġetti vijabbli li jwasslu biex jiġi sostitwit il-finanzjament privat. B’mod partikolari, il-proġetti li jkunu ġew ikkalkulati b’mod affidabbli biss għandhom jirċievu kapital barrani inferjuri. Fl-ebda każ m’għandu jiġi stabbilit suq artifiċjali, li jinżamm ħaj biss permezz tal-kofinanzjament tal-UE u li dejjem ikollu bżonn riżorsi ġodda biex tiġi evitata l-insolvenza. Matul il-fażi pilota għandu jiġi verifikat b’mod regolari jekk ikunx hemm metodi ta’ appoġġ alternattivi li jkunu ekonomikament aktar vantaġġużi. Għandu jiġu kkunsidrat finanzjament mogħti minn konsorzju (syndicated financing) minflok is-self ippjanat;

46.

jenfasizza li l-finanzjament tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija, li huwa rikonoxxut li huwa meħtieġ b’mod urġenti, għandu jibqa’ l-ewwel u qabel kollox il-kompitu tal-kumpaniji. Il-kompitu tal-UE u tal-Istati Membri huwa li jappoġġjaw ix-xogħlijiet tal-infrastruttura u l-ħolqien tal-oqfsa meħtieġa għall-atturi tas-suq. Sabiex ixxejjen id-dubji eżistenti dwar l-investiment totali meħtieġ, il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tagħti aktar dettalji speċifiċi dwar l-istimi tagħha. Fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li t-tarriffi tan-netwerk adatti jiggarantixxu rata ta’ interessi għall-kapital li jintuża li tirrifletti s-sitwazzjoni tas-suq;

F.    Interazzjoni ma’ regolamenti Ewropej oħra

47.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li l-proġetti ta’ interess komuni jiġu konklużi fi żmien iqsar bis-saħħa ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni razzjonalizzata li tkun ikkoordinata minn awtorità nazzjonali, bil-kundizzjoni li l-proċeduri nazzjonali tal-ippjanar jiġu kkunsidrati biżżejjed f’dawn il-proċessi. Għandu jiġi definit status ta’ prijorità għall-proġetti prijoritarji. Il-kwistjonijiet ta’ proċeduri u ta’ organizzazzjoni jinsabu fil-qalba tal-proposta għal Regolament;

48.

għaldaqstant, jistqarr li jeħtieġ li l-istandards materjali, li għalihom huma soġġetti l-proġetti ta’ interess komuni, jiġu adattati għal dan l-istatus ta’ prijorità. Fil-forma attwali tagħha, il-proposta għal Regolament ma twassal għall-ebda semplifikazzjoni. Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-Direttivi Qafas dwar l-Ilma u dwar il-Ħabitats tal-UE, il-proġetti għandhom tabilħaqq ikunu ta’ interess pubbliku predominanti. Madankollu, dawn m’għandhomx jolqtu l-kundizzjonijiet materjali tar-Regolament. F’dan ir-rigward, il-proposta għal Regolament hija ambigwa. Għad hemm bżonn li l-Kummissjoni tieħu pożizzjoni dwar l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats 92/43/KE, għalkemm għandha tistabbilixxi lista tal-proġetti ta’ interess komuni. Din hija dupplikazzjoni mhux meħtieġa tax-xogħol;

49.

jinnota li, filwaqt li jiġu determinati minn qabel skadenzi għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ir-responsabbiltà għar-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali inkarigati mill-għoti tal-awtorizzazzjoni, li għandhom jadattaw l-awtorizzazzjonijiet skont l-istatus ta’ prijorità, filwaqt li l-istandards materjali stabbiliti mill-UE essenzjalment jinżammu. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tfassal, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet inkarigati mill-għoti tal-awtorizzazzjoni, proposti konkreti għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, liema proposti jkunu jikkunsidraw l-esiġenzi prattiċi meħtieġa għal proċeduri effiċjenti u trasparenti.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/143


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Orizzont 2020 (il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni)”

2012/C 277/14

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iressaq il-messaġġi ewlenin li ġejjin

Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill u l-pjani ta’ implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 iridu jkunu aktar iffukati fuq il-prattiki tal-ħajja reali u jkollhom impatt akbar fuqha, jiġifieri jeħtieġ li l-livelli lokali u reġjonali jiġu sfidati jipparteċipaw b’mod attiv biex jilħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020.

Is-sistema ta’ tliet pilastri tal-Orizzont 2020 toħloq valur miżjud kbir għar-Riċerka Ewropea.

L-Orizzont 2020 għandu jiffinanzja r-riċerka u l-iżvilupp tal-kunċetti, il-metodi u forom oħra ta’ kapital intellettwali meħtieġa għall-kooperazzjoni bejn il-bliet u r-reġjuni, l-universitajiet u n-negozji dwar l-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien.

Ir-reġjuni u l-bliet għandu jkollhom ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bħala parti essenzjali mill-aġenda ta’ politka ewlenija tagħhom. L-Orizzont 2020 u l-Fondi ta’ Koeżjoni għandhom jintużaw biex joħolqu l-kunċetti, l-għodod u prerekwiżiti oħra li permezz tagħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu b’mod attiv l-innovazzjoni, jieħdu r-riskji u jinvestu fl-applikazzjoni prattika tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, sabiex b’hekk ikun jista’ jsir adattament skont l-ispeċifiċitajiet reġjonali.

Il-KtR jipproponi għan strateġiku għall-Orizzont 2020 biex tinħoloq il-kultura tal-innovazzjoni miftuħa Ewropea permezz ta’ programmi dedikati u strumenti oħra. L-ekosistemi tal-innovazzjoni, it-teknoloġiji ewlenin l-akkwist pubbliku u l-infrastrutturi ta’ riċerka jeħtieġu żviluppi kbar.

It-tiġdid tal-programm qafas ifisser semplifikazzjoni tal-prattiki tal-programm u żieda fl-impatt ta’ proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE.

Hija meħtieġa wkoll bidla fil-mentalità sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Il-KtR jistieden lir-reġjuni pijunieri biex jiffurmaw konsorzji Ewropej li jintegraw il-kapaċitajiet differenti sabiex jinħolqu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fil-livell tas-soċjetà li jistgħu jiġu applikati fl-Ewropa kollha.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) jista’ jżid valur speċjali anke lill-livell reġjonali.

Relatur

Is-Sur MARKKULA (FI/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Espoo

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020(2014-2020)

COM(2011) 809 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

L-ewwel messaġġ ewlieni:

Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill u l-pjani ta’ implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 iridu jkunu aktar iffukati fuq il-prattiki tal-ħajja reali u jkollhom impatt akbar fuqha, jiġifieri jeħtieġ li l-livelli lokali u reġjonali jiġu sfidati jipparteċipaw b’mod attiv biex jilħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020.

1.

Il-proposti tal-Kummissjoni huma punt ta’ tluq eċċellenti biex jiġu definiti l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni tal-UE għall-perjodu ta’ programm li jmiss tal-2014-2020. Ir-regjuni u l-partijiet interessati tar-reġjun jistgħu u għandhom ikunu effettivi fl-użu tal-għarfien. Għalhekk huwa importanti ħafna li r-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jinxterdu u jkomplu jiġu żviluppati madwar l-Ewropa.

2.

Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, huwa importanti li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bażi ta’ ħiliet lokali u l-kapaċità ta’ innovazzjoni fil-livell lokali, kif ukoll l-iżvilupp ta’ strumenti u kooperazzjoni li jippromovu l-kooperazzjoni ġewwa l-Ewropa bejn ir-reġjuni. Dawn l-istrumenti u l-kooperazzjoni huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-riżultati tal-Orizzont 2020 fil-livell lokali u reġjonali. Ir-riċerka reġjonali kollha ffinanzjata mill-Orizzont 2020 għandha tinkludi dimensjoni ta’ “eċċellenza globali”, iffaċilitata mill-prinċipji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Barra minn hekk, rabta iktar mill-qrib tal-Orizzont 2020 u l-fondi strutturali għandha tiġi riflessa b’mod xieraq fil-programmi operattivi u l-istrateġiji għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

3.

Il-proposti tal-Kummissjoni huma konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Meta implimentati fil-livell tal-UE, il-miżuri tal-Orizzont 2020 huma maħsuba b’tali mod li jiksbu kemm jista’ jkun valur miżjud u impatt. L-attivitajiet jistgħu jsaħħu mill-ġdid il-prinċipji ġenerali tar-riċerka u l-innovazzjoni, jappoġġjaw l-azzjonijiet ta’ riċerka tal-Istati Membri u jevitaw id-dupplikazzjoni. Huwa speċjalment importanti li l-Orizzont 2020 jkun jista’ jgħin tinkiseb massa kritika f’setturi prinċipali u jittieħdu azzjonijiet ta’ riskju għoli u fit-tul fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, peress li jippermetti li r-riskji jinqasmu u jiġġenera ambitu wiesa’ u ekonomiji ta’ skala li ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod ieħor.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

4.

jenfasizza l-importanza tal-Orizzont 2020. Il-livell ta’ finanzi ppjanat ta’ EUR 80 biljun, bħala l-livell minimu meħtieġ, huwa appoġġjat minn argumenti sodi fir-rigward tar-rwol tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni kif ukoll fit-twettiq u t-tħaddim taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). Madankollu, filwaqt li jenfasizza li l-Ewropa teħtieġ li tirkupra mill-kriżi finanzjarja u toħloq bażi soda għal prijoritajiet magħżulin fir-rwol globali tagħha, l-Orizzont 2020 irid ikollu strumenti li huma ffukati fuq il-bidliet fil-prattiki tal-ħajja reali u li jiżguraw riżultati aktar mgħaġġla għas-soċjetà fil-forma ta’ impjiegi ġodda, tkabbir intelliġenti u benesseri akbar kemm fuq perjodu qasir kif ukoll twil;

5.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-mira tal-Orizzont 2020 li tikseb aktar innovazzjoni permezz tar-riċerka, filwaqt li jitqies il-potenzjal ta’ innovazzjoni. Għalhekk huwa essenzjali li – anke qabel ma jibda l-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni – dawk li jiffurmaw il-politiki fil-livell reġjonali, l-universitajiet lokali u l-istituti tar-riċerka jibdew jiżviluppaw b’mod attiv strateġiji u programmi ta’ implimentazzjoni reġjonali u konġunti fil-qasam tal-innovazzjoni u li huma bbażati strateġikament fuq l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u ffinanzjati b’mod konġunt minn sorsi differenti, fosthom il-baġits muniċipali, il-kontribuzzjonijiet tan-negozji u għadd ta’ strumenti finanzjarji tal-UE. F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-aġenda Ewropea fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw din l-istess innovazzjoni jkunu interkonnessi;

6.

jappella biex il-pjani tal-Orizzont 2020 (f’termini ta’ kontenut, immirar ta’ fondi u strumenti) jiġu valutati għall-impatt tagħhom, speċjalment l-effett ta’ stimolu tagħhom, bħala parti mill-attivitajiet kollha ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni li qed isiru madwar l-Ewropa. L-Orizzont 2020 huwa programm enormi f’termini finanzjarji (EUR 80 biljun għall-perjodu 2014-2020). Madankollu, fil-każ tal-azzjonijiet “Marie Curie”, wieħed josserva rigress, billi l-baġit bilkemm jilħaq l-EUR 0,7 biljun fl-2014 kontra EUR 1 biljun fl-2013. Meta jitqiesu s-servizzi li joffri dan il-programmm, il-kontribut finanzjarju għal dawn l-azzjonijiet għandu jikkorrispondi aktar għall-kontribut tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka. Barra minn hekk, peress li l-programm Orizzont 2020 jirrappreżenta biss perċentwali żgħir mill-attività kollha ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni Ewropea, it-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jenfasizza s-sistema Ewropea ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni bħala tali, u jistabbilixxi prijoritajiet stretti fl-użu tal-fondi tal-Orizzont 2020;

7.

itenni (1) li fil-livell prattiku jeħtieġ li jittieħdu passi kuraġġużi, sabiex il-livelli kollha ta’ gvern fl-Istati Membri – lokali u reġjonali kif ukoll ċentrali – jingħataw aktar responsabbiltà u jiġu involuti l-partijiet interessati l-oħra kollha. Ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandu jiġi rikonoxxut fil-Programmi tar-Riforma Nazzjonali. Barra minn hekk, dan l-approċċ jirrikjedi responsabbiltà kondiviża tal-atturi kollha ewlenin li jiffukaw fuq l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni reġjonali permezz tal-Patti Territorjali;

8.

jappella biex il-bliet u r-reġjoni jieħdu rwol ewlieni fit-tiswir ta’ tipi ġodda ta’ arranġamenti ta’ impriżi konġunti ta’ sħubijiet pubbliċi-privati-ċittadini b’enfasi fuq rwol aktar b’saħħtu tal-utenti, l-innovazzjoni miftuħa u l-valorizzazzjoni tal-għarfien ta’ eċċellenza biex jissaħħu r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni meħtieġa biex jinħolqu soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi tas-soċjetà. Meta tiġi stabbilita l-mira li l-Ewropa ssir mexxej dinji fl-indirizzar tal-isfidi l-kbar tas-soċjetà, kif diġà ġie ddikjarat fl-Orizzont 2020, l-attivitajiet tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jridu jkunu multidixxiplinari, multisettorjali, multidimensjonali u multikulturali fin-natura tagħhom, u b’hekk hemm bżonn ta’ parteċipazzjoni qawwija mill-isferi tal-ħajja reali. Il-laboratorji m’għadhomx faċilitajiet tradizzjonali tal-universitajiet, iżda ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali bħala postijiet fejn isiru provi ta’ malajr fuq prototipi ta’ diversi innovazzjonijiet immexxija mill-utenti: prodotti ġodda, proċessi, strutturi u sistemi ta’ natura trasformattiva u adattabbli. Dawn ma jistgħux jinħolqu u jinżammu mingħajr il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

9.

bil-għan li jintlaħaq l-għan ta’ sinerġija bejn il-politika reġjonali u l-politika tar-riċerka, jisħaq fuq l-importanza li tiġi prevista dimensjoni reġjonali fil-programm Orizzont 2020. Għaldaqstant, il-Kumitat jitlob li jinżammu l-istrumenti u l-programmi fl-Orizzont 2020, bħar-Reġjuni tal-Għarfien u l-Laboratorji Ħajjin. Dawn il-programmi għandhom dimensjoni, parteċipazzjoni u impatt importanti fil-livell reġjonali, isaħħu l-potenzjal ta’ innovazzjoni tar-reġjuni u jmorru lil hinn minn sempliċi “kondiviżjoni tal-għarfien”;

10.

jisħaq li l-programm Reġjuni tal-Għarfien m’għandux jingħalaq – anke jekk attivitajiet simili qed jiġu organizzati u ffinanzjati b’mod sostanzjali mill-fondi tal-politika tal-koeżjoni. Għall-kuntrarju, il-programm Reġjuni tal-Għarfien għandu jintuża bħala strument li jiżviluppa l-eċċellenza reġjonali u l-volum tiegħu għandu jimmultiplika. Ir-Reġjuni tal-Għarfien jista’ jkollu importanza kruċjali f’li jisfida u jappoġġja r-reġjuni lejn Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u jsir mezz biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jippermettu kollaborazzjoni u tagħlim komparattiv miżjud fil-livell Ewropew.It-tagħlim komparattiv huwa proċess li jiffoka fuq il-ħolqien flimkien ta’ tibdil sistemiku permezz tal-valuri indikattivi (benchmarks) u t-tagħlim komparattiv;

11.

jipproponi li r-Reġjuni tal-Għarfien għandu jieħu rwol speċjali fl-iffinanzjar tar-riċerka biex l-attivitajiet reġjonali jiġu integrati f’inizjattivi ewlenin differenti għal kollaborazzjoni Ewropea li tagħti l-frott. Għalhekk wieħed mill-għanijiet tar-Reġjuni għall-Għarfien għandu jkun li jsaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistemi reġjonali mmexxija mir-riċerka fl-oqsma tal-aġenda diġitali u t-teknoloġiji li huma effiċjenti fir-riżorsi kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja, biex b’hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju għall-SMEs li jipparteċipaw, u li jaqdu rwol kruċjali fil-kummerċjalizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ żviluppi innovattivi;

12.

jesprimi t-tħassib tiegħu li la l-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni Ewropea propost għall-perjodu 2014-2020 u lanqas l-Orizzont 2020 ma jsemmu l-futur tal-programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE), li fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali kien essenzjali għall-innovazzjoni f’termini ta’ governanza lokali, inġinerija finanzjarja, l-attirar tal-atturi lokali u taċ-ċittadini, viżjoni fuq tul ta’ żmien u netwerking, u ppermetta t-tnedija ta’ inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki. Għaldaqstant jappella għal intestatura tal-baġit separata ddedikata għal soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi fil-programm Orizzont 2020, fl-ispirtu u għat-tkomplija tal-programm IEE.

It-tieni messaġġ ewlieni:

Is-sistema ta’ tliet pilastri tal-Orizzont 2020 toħloq valur miżjud kbir għar-Riċerka Ewropea

13.

Iridu jiġu indirizzati diversi kwistjonijiet biex jiżdied l-impatt reġjonali tal-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni Ewropej:

a)

il-pubbliku jiġi infurmat bl-innovazzjoni kif ukoll bl-impatt u l-possibbiltà li r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jadattaw;

b)

jiġu żviluppati parametri tal-valur biex jgħinu jżidu l-kollaborazzjoni reġjonali biex jiġu trattati sfidi kbar tas-soċjetà u biex jinħolqu u jitmexxew pjattaformi konġunti għall-innovazzjoni miftuħa u għas-sħubijiet pubbliċi-privati-ċittadini;

c)

jitħeġġeġ id-djalogu bejn ix-xjenza u s-soċjetà, u b’hekk tinftiehem aħjar in-natura sistemika tal-innovazzjoni u l-previżjoni.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

14.

jisħaq li l-kwistjonijiet ewlenin rigward ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fir-reġjuni madwar l-Ewropa huma:

a)

Id-definizzjoni tar-rwol tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fir-rinnovament tal-proċessi tradizzjonali tas-settur pubbliku fosthom it-teħid tad-deċiżjonijiet;

b)

Iż-żieda tar-rilevanza u l-utilità tar-riżultati tal-inizjattivi ewlenin tal-UE u implimentazzjoni mħaffa ta’ dawn l-attivitajiet;

c)

Li jista’ wieħed jisfrutta l-għarfien mir-riċerka u l-innovazzjoni attwali u jagħmel użu kummerċjali minnhom permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati u billi jaqsam l-aħjar prattiki u għarfien ieħor rilevanti;

15.

jisħaq li l-istruttura fuq tliet pilastri tal-Orizzont 2020 toħloq opportunitajiet biex jinkisbu l-miri tal-Istrateġija UE 2020. Meta wieħed iqis li l-Orizzont 2020 jiffoka fuq il-livell tal-UE fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzoni li għandu jaġixxi ta’ katalizzatur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Istati Membri u fir-reġjuni, għandhom jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fid-definizzjoni mill-ġdid tar-regolamenti u l-prattiki tal-Orizzont 2020:

a)

F’termini ta’ kriterji ta’ valutazzjoni u tal-iffinanzjar, l-enfasi tinsab fuq l-eċċellenza fil-livell dinji; l-attivitajiet kollha jisiltu mill-għarfien espert xjentifiku. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li kull pilastru għandu jkollu l-kriterji tiegħu ta’ eċċellenza: fl-ewwel, għandha tkun l-eċċellenza xjentifika; fit-tieni, l-eċċellenza tal-innovazzjonijiet industrijali u t-tiġdid fin-negozju; u fit-tielet għandha tkun l-eċċellenza u l-impatt tal-innovazzjonijiet tas-soċjetà.

b)

Fil-pilastru ta’ prijorità “Xjenza eċċellenti”, għandha titpoġġa enfasi akbar fuq is-sinifikat tan-natura multidixxipplinari tat-Teknoloġiji Futuri u dawk Emerġenti. Barra mill-pubblikazzjonijiet xjentifiċi u l-brevetti, il-kriterji tal-valutazzjoni tal-impatt għandhom jinkludu wkoll forom oħra ta’ flussi tal-għarfien bejn atturi varji minn dawk li joħolqu l-għarfien għal dawk li jużawh sa l-benefiċjarji aħħarija.

c)

Fil-pilastru “Tmexxija industrijali”, għandu jkun hemm enfasi qawwija fuq il-kombinazzjoni ta’ diversi teknoloġiji fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni biex jikber il-potenzjal tat-tkabbir tal-kumpaniji Ewropej, speċjalment l-SMEs. Dan jista’ jinkludi l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-konsorzji pubbliċi-privati. L-indirizzar tal-kumplessitajiet industrijali jirrikjedi wkoll aġilità dejjem akbar fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, b’hekk hemm bżonn ta’ parteċipazzjoni akbar mill-SMEs. It-teknoloġiji għandna nħarsu lejhom bħala xi ħaġa li jwasslu għal żvilupp mgħaġġel, anke fil-livell ta’ bidla radikali, li tenfasizza li l-attenzjoni ewlenija għandha tkun fuq l-integrazzjoni tad-diġitalizzazzjoni, l-imġiba umana u d-dinamiċi tas-suq.

d)

Fil-pilastru “Sfidi tas-soċjetà”, l-enfasi għandha tkun li l-aqwa għarfien espert Ewropew jiġi assoċjat mal-proġetti fuq skala kbira ta’ ħolqien konġunt, u b’hekk l-Ewropa tkun tista’ timplimenta bidliet kbar li jirrinnovaw l-istrutturi fil-livell tas-sistema fuq il-limitazzjonijiet tradizzjonali. Ir-riċerka ċċentrata fuq id-dixxiplina ma toħloqx għarfien biżżejjed biex jiġu riżolti l-isfidi l-kbar tas-soċjetà. L-attenzjoni għandha tingħata lill-attivajiet multidixxiplinari ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni li jwasslu għal kunċetti u komponenti meħtieġa f’dawk il-bidliet li jirrinnovaw l-istruttura fil-livell tas-sistema. Fil-qalba tar-riċerka hemm l-esperimentazzjoni u l-pilotaġġ. Eżempju tajjeb huwa l-qasam wiesa’ ta’ operat tas-Smart City. Parti essenzjali minn dan kollu hija l-adattabbiltà tar-riżultati f’kundizzjonijiet differenti madwar l-Ewropa.

e)

Peress li hemm bżonn ta’ riżultati eċċellenti anke fi żmien qasir, il-pilastru “Sfidi tas-soċjetà” għandu jintuża speċjalment biex tiġġedded il-politika qafas li bħalissa hija inflessibbli wisq u li hija wkoll iżolata wisq mill-prattiki tad-dinja reali. Programmi differenti għandhom jużaw skemi ta’ fondi differenti skont il-miri tagħhom. Soluzzjoni waħda li tista’ tiġi kkunsidrata hija l-politika ta’ finanzjament f’fażijiet differenti, fejn kull fażi tiġi ffinanzjata effettivament u r-riżultati huma evalwati skont il-kriterji li jenfasizzaw il-ħtieġa għal kwalità eċċellenti. Huma biss il-proġetti li jkollhom suċċess, li jilħqu dawn ir-rekwiżiti ta’ eċċellenza, li jkomplu fil-livelli ta’ wara. Il-livelli jistgħu jindirizzaw fażijiet ta’ proġetti bħal 1) il-fattibbiltà; 2) l-esperimentazzjoni; 3) il-ħolqien konġunt tal-għarfien u 4) id-diffużjoni u l-adattabbiltà. L-ewwel fażi tiffoka fuq il-ħolqien ta’ soluzzjni f’interazzjoni wiesgħa u miftuħa. It-tieni fażi timmira li tittestja l-alternattivi differenti u telabora s-sistema. Fit-tielet fażi, l-aqwa riċerkaturi jiżviluppaw il-komponenti meħtieġa. Ir-raba’ fażi tkun magħmula minn diversi esperimenti paralleli, applikati li flimkien joħolqu elementi ġodda li jżidu l-impatt tal-proġett fuq is-soċjetà.

f)

Il-prattika f’fażijiet differenti tal-proġetti, deskritta hawn fuq – meta tiġi applikata b’mod trasparenti u meta r-riżultati jiġu disseminati b’mod effettiv – għandha tipprovdi lir-reġjuni u oħrajn li jirċievu l-Fondi ta’ Koeżjoni ammont kbir ħafna ta’ informazzjoni utli dwar għarfien espert li diġà jeżisti u aġenti potenzjali f’attivitajiet li qed jiżviluppaw.

It-tielet messaġġ ewlieni:

Ir-reġjuni u l-bliet għandu jkollhom ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bħala parti essenzjali mill-aġenda ta’ politka ewlenija tagħhom. L-Orizzont 2020 u l-Fondi ta’ Koeżjoni għandhom jintużaw biex joħolqu l-kunċetti, l-għodod u prerekwiżiti oħra li permezz tagħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu b’mod attiv l-innovazzjoni, jieħdu r-riskji u jinvestu fl-applikazzjoni prattika tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, sabiex b’hekk ikun jista’ jsir adattament skont l-ispeċifiċitajiet reġjonali.

16.

Ir-reġjuni għandhom bżonn iżidu l-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw mir-riċerka. Hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni u fondi għal dan. Imbagħad il-kompetenzi, il-prattiki u l-għodod żviluppati għandhom jintużaw bħala lieva għar-riżultati tar-riċerka għall-użu madwar l-Ewropa. Dan jista’ jintlaħaq biss billi jissaħħu s-sinerġiji fl-użu tal-istrumenti tal-iffinanzjar kollha, jiġifieri l-Orizzont 2020, il-politika ta’ koeżjoni kif ukoll ir-riżorsi nazzjonali, reġjonali u lokali. Madankollu, l-użu konġunt tar-riżorsi mhuwiex biżżejjed u barra minn hekk jeħtieġ bidliet fil-kultura operattiva u fil-prattiki amministrattivi. B’mod partikolari, hemm bżonn li jiżdiedu l-kollaborazzjoni reġjonali u t-tagħlim konġunt fir-rigward tal-użu effettiv tal-istrateġiji RIS3 (strateġiji nazzjonali/reġjonali ta’ innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti);

17.

Madankollu, il-komplementarjetà tal-Orizzont 2020 ma’ programmi ta’ finanzjament oħra tal-UE, inklużi l-Fondi Strutturali, għandha tiżgura li anke dawk il-bliet u r-reġjuni li mhumiex eliġibbli għall-finanzjament minn tali fondi jiġu appoġġjati fl-iżvilupp tal-hekk imsejħa kostellazzjoni tat-Tliet Spirali (Triple Helix) (li tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-istituti ta’ għarfien u l-industrija) dwar l-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien. Għal dan il-għan, u meta titqies ir-rilevanza tal-Orizzont 2020 għall-UE kollha, il-baġit tal-programm għandu jinkludi fondi speċifiċi li għandhom jiġu allokati għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ tali relazzjonijiet kollaborattivi.

18.

Hija meħtieġa wkoll bidla fil-mentalità sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Il-KtR jistieden lir-reġjuni pijunieri biex jiffurmaw konsorzji Ewropej li jintegraw il-kapaċitajiet differenti sabiex jinħolqu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fil-livell tas-soċjetà li jistgħu jiġu applikati fl-Ewropa kollha. Jitlob ukoll li jiżdiedu l-kapaċitajiet tar-reġjuni u l-bliet biex jużaw il-Programm Orizzont 2020 u inizjattivi simili oħrajn. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-użu sħiħ tad-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji ġodda ewlenin ta’ appoġġ sabiex tiġi modernizzata l-politika ta’ innovazzjoni reġjonali. Barra minn hekk, il-KtR iħeġġeġ lir-reġjuni jimxu lejn l-innovazzjoni miftuħa, b’viżjoni ċentrata fuq is-sħubijiet bejn l-atturi tas-settur pubbliku u privat mal-universitajiet u istituzzjonijiet oħra tal-għarfien li għandhom rwol kruċjali.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

19.

jisħaq fuq ir-rwol kumplimentari tal-Orizzont 2020 fir-rigward tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Istati Membri. L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha, b’mod partikolari, twassal għal-programmi u strumenti oħra ta’finanzjament li jiffaċilitaw il-politiki ta’ innovazzoni Ewropej, iħeġġu l-ħidma ta’ pijunieri u jżidu l-parteċipazzjoni korporattiva, speċjalment dik tal-SMEs. Dan jirrikjedi t-tħeġġiġ tat-teħid tar-riskji li ta’ sikwit huwa assoċjat ma’ innovazzjonijiet ewlenin; jesiġi wkoll iktar fondi għall-SMEs b’mod partikolari fit-tfassil rapidu ta’ protipi, il-kummerċjalizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ żviluppi innovattivi;

20.

jappella għal tibdil fir-rwol taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka biex jassisti lil dawk responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet lokali u reġjonali bl-aħħar riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Din l-attenzjoni għandha tintlaħaq f’kooperazzjoni stretta mal-iżviluppi l-ġodda tal-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti. Minflok rapporti u pubblikazzjonijiet oħra, ir-riżultati għandhom iduru ħafna aktar madwar l-iffinanzjar tal-esperimenti u l-ħolqien mgħaġġel ta’ prototipi, billi l-għarfien tar-riċerka jiġi applikat għall-proċessi ta’ tibdil prattiku fil-partijiet kollha tal-Ewropa, b’hekk jiżdied il-kapital tat-tiġdid fil-livelli reġjonali u lokali;

21.

jagħti attenzjoni speċjali lill-mod kif jiġi assigurat li jiġu żviluppati u adottati strumenti ġodda effikaċi b’dimensjoni reġjonali qawwija. Il-linji gwida ta’ politika jeżistu fil-Programm Orizzont 2020. Il-programm speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 isemmi b’mod espliċitu punti ta’ rilevanza reġjonali u koordinazzjoni mas-sorsi ta’ fondi ta’ koeżjoni. Il-prijorità tal-isfidi tas-soċjetà fiha punt dwar it-tneħħija tas-separazzjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, pereżempju billi istituti tar-riċerka eċċellenti jiġu abbinati ma’ reġjuni anqas żviluppati, billi tiġi rikonoxxuta l-eċċellenza fir-reġjuni anqas żviluppati, u billi jiġi ffaċilitat it-tagħlim tal-politiki fil-livell reġjonali;

22.

jibgħat il-messaġġ qawwi tiegħu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iħeġġeġ ir-rwol attiv tagħhom f’Orizzont 2020. Biex jieħdu kemm jistgħu mill-Programm Orizzont 2020, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom l-isfida li jiżviluppaw kooperazzjoni transkonfinali u pan-Ewropea. Biex jagħmlu dan, iridu jużaw ukoll il-potenzjal tar-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) (2). B’mod partikolari, għandhom bżonn ikunu kapaċi jiżviluppaw pjattaformi konġunti (bħal fora dwar l-innovazzjoni u esperimenti ta’ kooperazzjoni billi d-dinja reali tiġi integrata ma’ dik virtwali) biex jitrawmu l-innovazzjoni miftuħa u l-ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali. Il-kooperazzjoni Ewropea attiva kieku twassal għal ekonomiji ta’ skala u l-ħolqien ta’ swieq aktar mifruxa għan-negozji lokali u żviluppi lokali oħra. L-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti – bħala l-prinċipju gwida ewlieni kemm tal-Orizzont 2020 kif ukoll tal-politika ta’ koeżjoni – qed tiftaħ toroq ġodda għal dan kollu;

23.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha tiġbed l-attenzjoni fuq in-natura sistemika tal-katina tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-istadji finali tagħha, fi kliem ieħor, il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka fis-swieq. Żieda fl-attivitajiet tal-innovazzjoni miftuħa tirrikjedi aktar attivitajiet ta’ riċerka marbutin mal-innovazzjoni u l-ekosistemi tal-innovazzjoni. Għalhekk, l-attenzjoni fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni multidixxipplinari għandha tkun b’mod speċjali fuq dawk li jwasslu għat-tibdil innovattiv, inklużi l-previżjoni, il-kapital uman, it-tiġdid tal-kompetenzi u tal-parametri għall-valutazzjoni tal-innovazzjoni;

24.

jipproponi għan strateġiku għall-Orizzont 2020 biex tinħoloq il-kultura tal-innovazzjoni miftuħa Ewropea permezz ta’ programmi dedikati u strumenti oħra, pereżempju għall-parteċipazzjoni tal-utenti finali, iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiżviluppaw metodi u għodod ibbażati fuq l-ICT għall-innovazzjoni miftuħa. L-għan għandu jinkludi attivitajiet li joħolqu esperjenza adattabbli fil-ġestjoni, il-metodi, l-għodod u l-oqsma ta’ applikazzjoni tal-innovazzjoni miftuħa. L-approċċ sperimentali huwa meħtieġ b’mod speċjali f’oqsma fejn l-innovazzjonijiet assoċjati mad-diġitalizzazzjoni jista’ jkollhom impatt enormi, pereżempju fis-smart cities u l-mobbiltà intelliġenti.

Ir-raba’ messaġġ ewlieni:

It-tiġdid tal-programm qafas ifisser semplifikazzjoni tal-prattiki tal-programm u żieda fl-impatt ta’ proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE.

25.

Is-semplifikazzjoni tal-prattiki amministrattivi hija waħda mill-itqal aspettattivi fir-rigward tal-Orizzont 2020. L-għan għandu jkun fuq it-temi tar-riċerka u sistemi ta’ ffinanzjar flessibbli u trasparenti li huma attraenti b’mod li l-universitajiet, l-istituti ta’ riċerka u l-intrapriżi jitħajru jfittxu kollaborazzjoni estensiva Ewropea u jallokaw ammonti kbar mill-fondi tagħhom stess f’dawn l-isforzi. Iż-żamma legali tal-kotba tal-kontabbiltà u l-awditjar ta’ rutina ta’ kull operatur jistgħu jitqiesu bħala miżuri ta’ kontroll adegwati, biżżejjed għall-monitoraġġ tal-infiq tal-fondi. Dan inaqqas b’mod konsiderevoli l-ammont ta’ verifiki li jsiru mill-UE u l-uffiċjali amministrattivi tal-Istati Membri tagħha f’livell saħansitra aktar baxx milli ppjanat.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

26.

jappella għas-semplifikazzjoni amministrattiva u jenfasizza li l-prattiki amministrattivi dejjem għandhom jagħtu appoġġ u jaqdu l-miri attwali tal-kontenut tal-proġetti. Il-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea jista’ jkun mezz biex tiġi evitata l-frammentazzjoni fil-koordinazzjoni tal-proġetti innovattivi. Dan il-punt huwa partikolarment importanti għall-proġetti multidixxiplinari jew dawk iffinanzjati minn diversi fondi Ewropej;

27.

iħoss li huwa essenzjali li jinbidel l-Artikolu 24 tal-abbozz għal Regolament dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni (COM(2011) 810 final), li jittratta l-ispejjeż indiretti. Skont il-mudell propost attwalment (mudell ta’ “rata fissa”), l-ispejjeż indiretti huma determinati billi tiġi applikata rata fissa ta’ 20 % tat-total tal-ispejjeż diretti eliġibbli. Din ta’ spiss ser toħloq diffikultajiet mhux raġonevoli sabiex jintlaħqu l-ispejjeż indiretti attwali. Jew għandha tiżdied sostanzjalment ir-rata jew għandu jkun possibbli li jiġu aċċettati l-ispejjeż attwali anke fir-rigward tal-ispejjeż indiretti;

28.

jilqa’ b’sodisfazzjoni l-allinjament tal-Orizzont 2020 mal-politika ta’ koeżjoni, u r-rabtiet li nħolqu bejn il-programmi varji tal-UE u l-istrumenti finanzjarji. Madankollu, il-pjani tal-Orizzont 2020 għandhom jiġu definiti aktar biex jiksbu l-bidliet meħtieġa. Dan ifisser li kull programm għandu jadotta kriterji li jieħdu ħsieb il-miri tal-programm partikolari, iżda kollha jkunu jsegwu l-prinċipju komuni li l-proġett għandu jkun fih miżuri effettivi li jittrasferixxu r-riżultati tar-riċerka tiegħu għall-użu minn partijiet terzi għall-proġett. Biex jikber l-impatt, l-użu tal-fondi għandu jsir aktar flessibbli waqt il-proġett. Li jimporta huma r-riżultati mhux l-amministrazzjoni;

29.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-approċċ issuġġerit mill-Parlament Ewropew għal approċċ ibbażat fuq “ix-xjenza u t-teknoloġija” jew wieħed ibbażat fuq “ix-xjenza u l-innovazzjoni”, ibbażat fuq kriterji sodi ta’ kwalità xjentifika/teknika; li jafda fuq prattiki ta’ ġestjoni realistiċi u jagħraf x’hemm komuni u x’jiddistingwi bejn ix-xjenza, l-iżvilupp teknoloġiku u d-diffużjoni fis-suq (3);

30.

jisħaq fuq l-importanza ta’ kollaborazzjoni mill-qrib fost l-attivitajiet ffinanzjati mill-Orizzont u l-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid il-fond ta’ koeżjoni għandu jintuża għall-iskop li l-KtR indika fl-opinjoni tiegħu dwar is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi qafas tar-riċerka. Il-KtR appella għall-ħolqien ta’ mekkaniżmi ġodda li permezz tagħhom jkunu jistgħu jingħataw fondi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jixtru r-riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka li kellhom suċċess bil-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti f’termini ta’ ħiliet ta’ żvilupp reġjonali innovattiv (4);

31.

jipproponi l-miżuri li ġejjin li jridu jiġu applikati għal parti kbira tal-programmi tal-Orizzont 2020, filwaqt li kull programm jenfasizza l-aktar temi pertinenti għall-miri tiegħu:

a)

Waħda min-nuqqasijiet il-kbar fis-sistema attwali toħroġ mill-għarfien attwali li għadu ma jintużax biżżejjed. Fil-bidu tal-proġett, għandhom jiġu riżervati biżżejjed ħin u riżorsi oħra biex jinġabar u jiġi analizzat għarfien li diġà jeżisti marbut mas-suġġett. Ir-riżultati minn din il-fażi tal-proġett għandhom jiġu ppublikati b’mod miftuħ anke għal partijiet barra mill-proġett sabiex id-disseminazzjoni tal-informazzjoni u l-utilità titjieb kullimkien.

b)

Il-piż li jintlaħqu l-miri tar-riżultati għandu jingħata aktar piż minn qabel. Fil-prattika dan ifisser, pereżempju, li d-deskrizzjonijiet tal-programm u l-applikazzjonijiet tal-proġett jenfasizzaw l-impatt fuq is-soċjetà tal-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni kemm fuq perjodu qasir kif ukoll dak twil. Għandhom jiġu investiti aktar riżorsi biex jikber l-impatt, jiżdiedu l-proġetti pilota waqt li l-attivitajiet tad-disseminazzjoni tar-riżultati għandhom jiżdiedu u jitqassmu tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-proġett. Ir-riżorsi għandhom jiġu allokati biex jinkludu msieħba ġodda waqt il-fażijiet tal-proġett, billi jiġu involuti, b’mod partikolari, dawk li joħolqu l-għarfien u dawk li jimplimentaw ir-riżultati minn oqsma u reġjuni differenti.

c)

Il-ftuħ, il-kollaborazzjoni u s-sensittività għar-reazzjoni fil-kultura tal-proġett għandhom jissaħħu wkoll sabiex parti mill-baġit tal-proġett (tipikament 10-20 %) jiġi riżervat għal miżuri mhux immirati li jittieħdu waqt il-proġett bħala reazzjoni għal tibdil estern u żviluppi fil-qasam, u għalhekk ippjanati waqt il-proġett. Dawn il-fondi jistgħu jintużaw ukoll biex jiddaħħlu msieħba ġodda fil-proġett, meta għarfien espert utli għall-proġett jiġi rikonoxxut f’atturi li oriġinarjament ma kinux involuti fil-proġett.

d)

Fl-ambitu tar-Regolamenti Finanzjarji, għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi li jippermettu li ammonti żgħar ta’ fondi jiġu allokati għal aktar żvilupp ta’ eżiti eċċezzjonali ta’ proġetti. Dan l-appoġġ għandu jkun marbut ma’ kriterji ta’ eċċellenza, u jaħdem primarjament bħala inċentiv biex eżiti eċċezzjonali jiġu diretti lejn l-istadju li jmiss taċ-ċiklu ta’ innovazzjoni (pereżempju mir-riċerka għad-dimostazzjoni, u għall-kummerċjalizzazzjoni).

e)

It-trijangolu tal-għarfien (is-sinerġija bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni) għandu jkun prinċipju ewlieni, mhux biss fl-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, iżda fl-Orizzont kollu. Kull proġett għandu jippjana attivitajiet biex jimplimenta t-triangolu tal-għarfien.

Il-ħames messaġġ ewlieni:

L-ekosistemi tal-innovazzjoni, it-teknoloġiji ewlenin abilitanti, l-akkwist pubbliku u l-infrastrutturi ta’ riċerka jeħtieġu żviluppi kbar

32.

L-Orizzont 2020 għandu jiżgura li l-metodi u l-proċessi avvanzati għas-sħubijiet bejn l-universitajiet u l-industriji jiġu applikati fil-partijiet kollha tal-Ewropa. L-attenzjoni trid tkun fuq iż-żjieda tal-potenzjal għal riżultati li joffru aktar forom ta’ innovazzjoni mir-riċerka, kif ukoll fuq negozji li jagħmlu l-qligħ, fosthom dawk li jaħdmu fis-settur pubbliku.

33.

Il-prodotti ta’ suċċess internazzjonali – kemm jekk huma prodotti fis-sens strett tal-kelma, jew sistemi, servizzi jew oqfsa operattivi aktar mifruxa – huma r-riżultat ta’ għarfien espert ta’ livell dinji bbażat fuq ktajjen ta’ valur u ekosistemi. L-Orizzont 2020 għandu jkun jista’ joħloq il-kundizzjonijiet għal ktajjen ta’ innovazzjoni funzjonali. B’hekk biss ikun possibbli li nirreaġixxu għall-isfidi prinċipali tas-soċjetà u l-ħtieġa għar-riġenerazzjoni industrijali.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

34.

jenfasizza r-rwol tat-teknoloġiji ewlenin abilitanti (KET, Key Enabling Technologies) f’Orizzont. It-tekonoloġiji m’għandhomx jiġu żviluppati biss fi programmi separati tax-xjenza u t-teknoloġija, imma għandhom ikunu marbutin sa mill-istadju tar-riċerka u l-iżvilupp mal-ktajjen ta’ valur industrijali u man-netwerks tal-valur globali tal-innovazzjoni, kif ukoll ma’ attivitajiet li jiżviluppaw l-ekosistemi reġjonali u l-clusters tal-innovazzjoni u li jsaħħu l-għarfien espert. L-iżvilupp ta’ kampusijiet fil-livell reġjonali jista’ jgħin. Dan huwa importanti peress li jippermetti li jkun hemm attivitajiet ta’ żvilupp ta’ prodotti minn negozji żgħar u anke kbar li jimxu lil hinn mill-istadji diffiċli tal-bidu;

35.

iħeġġeġ li jittieħed benefiċċju sħiħ mill-ħtieġa tas-settur pubbliku għal servizzi, prodotti u teknoloġiji ġodda, u li dan jintuża bħala lieva biex tinħoloq aktar domanda għall-innovazzjoni permezz tal-akkwist pubbliku. Il-KtR jagħraf (5) il-potenzjal kbir ta’ akkwist tal-akkwist pubbliku li jammonta għal 17 % tal-PDG tal-UE27, u jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-akkwist pubbliku bħala forza li tippromovi l-innovazzjoni u xprun ovvju li jtejjeb il-livell ta’ attività (soċjali, ambjentali, eċċ.). Il-potenzjal għandu jiġi sfruttat fil-livelli ta’ governanza reġjonali, nazzjonali u Ewropea u appoġjat b’miżuri adatti li jsaħħu l-kapaċità;

36.

itenni t-twemmin tiegħu li ż-Żona Ewropea tar-Riċerka tista’ tissaħħaħ jekk l-akkwist tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp jiddaħħlu fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku; jfakkar fl-opinjoni tal-KtR dwar il-Green Paper dwar is-suq tal-akkwist (6) u l-opinjoni tal-KtR dwar l-akkwist prekummerċjali (7), sakemm dan ma jirriżultax li dawn is-servizzi jiġu esposti għall-kompetizzjoni;

37.

jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-bliet bħala kuntesti ta’ innovazzjonijiet mifruxa u li jbiddlu s-sistemi b’impatt potenzjali kbir li jirrispondu għall-isfidi ambjentali, soċjali u ekonomiċi kbar ta’ żminijietna. Huwa meħtieġ appoġġ akbar mill-istituti tal-politika u l-għarfien għall-proċess ta’ trasformazzjoni li permezz tiegħu l-innovazzjonijiet li jġibu tibdil fil-kuntest urban jistgħu jiġu żviluppati, pilotati u adattati;

38.

jenfasizza li l-involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa vitali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari dawk tal-“Unjoni tal-Innovazzjoni”, abbażi tal-adattament għall-ispeċifiċitajiet reġjonali, u jisħaq fuq ir-rwol importanti li jaqdu biex iressqu l-intrapriżi, l-universitajiet jew iċ-ċentri ta’ riċerka u l-istituzzjonijiet pubbliċi lejn xulxin (permezz ta’ approċċ “triple helix” jew ekwivalenti);

39.

jenfasizza l-importanza tal-investiment fl-infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej. Biex il-partijiet interessati lokali u reġjonali jiġu involuti fil-ksib tal-għanijiet tal-Ewropa 2020, id-dimensjoni tal-innovazzjoni għandha tiġi rappreżentata b’mod adatt fl-aspetti kollha tal-Qafas taż-ŻER, jiġifieri bl-iżvilupp taż-ŻER lejn iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. L-infrastrutturi tar-riċerka huma riżorsi essenzjali li jikkomplementaw il-faċilitajiet u t-tagħmir ta’ riċerka disponibbli għall-universitajiet fost oħrajn. L-infrastrutturi ta’ riċerka jiġbdu wkoll riċerkaturi eċċellenti fuq bażi globali u għandhom jitqiesu bħala pjattaformi konġunti għar-riċerkaturi minn dixxipplini differenti u ċentri essenzjali ta’ kooperazzjoni bejn l-akkademiċi, il-professjonisti mill-industriji privati u pubbliċi u atturi soċjetali oħra.

Is-sitt messaġġ ewlieni:

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) jista’ jżid valur speċjali anke lill-livell reġjonali

40.

Il-Kummissjoni tenfasizza (8) li ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-EIT jaqdu rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (Knowledge and Innovation Communities, KICs) kollha kemm huma, permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali, partikolarment dawk involuti fid-disinn u t-twassil tal-Istrateġiji tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). Eżempju eċċellenti tal-iżvilupp tal-kunċett huwa l-Komunitajiet Reġjonali ta’ Innovazzjoni u Implimentazzjoni (RICs) implimentati mill-KIC fil-qasam tal-klima. Huma jipprovdu mudell ta’ innovazzjoni reġjonali pan-Ewropew oriġinali, li juża r-reġjuni bħala post ta’ sperimentazzjoni, filwaqt li jorbot flimkien l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ ġestjoni u l-vantaġġi reġjonali mal-isfidi globali.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

41.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjani li jiġu stabbiliti KICs ġodda kif propost mill-Kummissjoni fl-oqsma tematiċi: fl-ewwel fażi dwar l-innovazzjoni għal ħajja b’saħħitha u t-tixjiħ attiv, il-materji primi u l-ikel tal-futur, u fit-tieni fażi dwar il-mobbiltà urbana, il-valur miżjud fil-manifattura u s-soċjetajiet intelliġenti u sikuri. Ir-rwol tal-KICs huwa ta’ rilevanza speċjali fit-tħeġġiġ u l-appoġġ ta’ innovazzjoni miftuħa permezz tal-mezzi avvanzati tad-diġitalizzazzjoni, li b’hekk isaħħu l-innovazzjoni madwar l-Ewropa;

42.

iħeġġeġ l-EIT ikompli bil-missjoni tiegħu li hija importanti għall-iżvilupp u l-promozzjoni b’mod attiv biex jinxterdu l-prattiki tajba għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta’ kondiviżjoni tal-innovazzjoni u l-għarfien. Fil-ġejjieni, l-EIT għandu jippromovi l-utilità tal-esperjenza tal-KICs madwar ir-reġjuni Ewropej u joħloq kultura ta’ kollaborazzjoni li tista’ taġixxi bħala mudell fl-Ewropa u lil hinn;

43.

jappoġġja l-pjani ta’ żvilupp strutturali tal-governanza tal-EIT. Hija speċjalment rilevanti l-proposta tal-Kummissjoni (9) fir-Regolament li l-EIT għandu jinteraġixxi b’mod dirett mar-rappreżentanti nazzjonali u reġjonali u partijiet oħra interessati tul il-katina tal-innovazzjoni, u b’hekk jinħolqu effetti ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat. Sabiex dan id-djalogu u l-iskambju jkunu aktar sistematiċi għandu jiġi organizzat Forum tal-Partijiet Interessati tal-EIT li jiġbor flimkien komunità usa’ ta’ partijiet interessati madwar kwistjonijiet trasversali. Il-KtR għandu jkollu rwol ta’ intermedjarju bejn il-Forum u r-reġjuni;

44.

jipproponi li l-KICs tal-EIT għandhom jieħdu r-responsabbiltà li jorganizzaw taħriġ ta’ ġestjoni fl-għola livell għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell reġjonali biex dawn jitgħallmu jieħdu l-opportunitajiet li jeżistu fl-użu tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bħala parti essenzjali mit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali u l-proċess ta’ tagħlim komparativ f’netwerk bejn ir-reġjuni Ewropej. Dan huwa rilevanti ħafna, peress li n-netwerk EIT hija l-mutur tal-innovazzjoni Ewropea li tgħaqqad l-aktar suġġetti importanti fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kummerċ.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa (19)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Raġuni

Kif diġà ddikjarat fl-Orizzont 2020, meta tiġi stabbilita l-mira sabiex l-Ewropa ssir mexxej globali li kapaċi tindirizza l-isfidi soċjetali l-kbar, hemm bżonn li l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni jkollhom komponent reġjonali b’saħħtu. Il-laboratorji tal-innovazzjoni m’għadhomx il-faċilitajiet universitarji tradizzjonali iżda saru l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali li joperaw bħala bankijiet ta’ prova għall-prototipaġġ rapidu ta’ ħafna tipi ta’ innovazzjonijiet iffokati fuq l-utent: prodotti ġodda, servizzi, proċessi, strutturi u sistemi li għandhom bżonn li jkunu trasformattivi u varjabbli.

Għal dan l-iżvilupp, għandu jkun hemm dimensjoni reġjonali partikolari fil-baġit tal-Orizzont 2020 sabiex jiġu mmodernizzati l-attivitajiet tat-tliet spriali. Għandha tingħata enfasi speċjali lir-riċerka u l-innovazzjoni ta’ kunċetti u metodi li huma meħtieġa sabiex jiżdied l-impatt soċjetali taċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien bejn id-diversi partijiet, mill-kreaturi tal-għarfien u l-utenti tal-għarfien sal-benefiċjarji finali. Il-Fondi Strutturali jistgħu jintużaw sabiex jiġu koperti parti minn dawn l-ispejjeż. Il-komplementarjetà tal-Fondi Strutturali mal-Orizzont 2020 tkopri biss parti mill-ispejjeż tal-iżvilupp u biss għal dawk ir-reġjuni u l-bliet li huma eliġibbli għal finanzjament bħal dan. Għalhekk titqajjem il-kwistjoni għal dawk ir-reġjuni u l-bliet li mhumiex eliġibbli jew li huma eliġibbli għal parti żgħira u għalhekk ma jistgħux jużaw dawn il-fondi għall-iżvilupp tal-attivitajiet tat-tliet spirali b’rabta mal-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien.

Emenda 2

Premessa (26)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni f’oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni f’oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

Emenda 3

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Raġuni

Mhumiex biss il-Fondi Strutturali, iżda wkoll l-Orizzont 2020, li għandhom jipprovdu l-finanzjament għall-iżvilupp tal-attivitajiet tat-tliet spirali relatati mal-innovazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-għarfien. L-immodernizzar tat-tliet spirali huwa importanti ħafna sabiex jiġu stimulati u apoġġjati r-reġjuni fi triqthom lejn l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u dan jista’ jiftaħ il-bieb lejn l-eċċellenza Ewropea permezz ta’ aktar kollaborazzjoni u t-tagħlim paragunabbli. Għal dan il-għan, l-Orizzont 2020 għandu bżonn jinkludi l-finanzjament għall-universitajiet u r-reġjuni pijunieri sabiex jingħalaq id-distakk relatat mar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, billi jingħaqdu flimkien istituti eċċellenti ta’ riċerka u reġjuni inqas żviluppati, billi tiġi rikonoxxuta l-eċċellenza fir-reġjuni inqas żviluppati u billi jiġi ffaċilitat it-tagħlim ta’ politiki tal-innovazzjoni fil-livell reġjonali.

Emenda 4

Artikolu 5.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

1.   Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta’ riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

Artikolu 5

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

1.   Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta’ riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

Raġuni

Il-Programm Orizzont 2020 kollu jenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni. Ir-riċerka waħedha mhijiex biżżejjed; ir-riċerka pjuttost għandha twassal għall-innovazzjoni kif ukoll it-tkabbir ekonomiku u l-benesseri. Kif propost fil-punt 39 tal-opinjoni, isem aktar adatt għall-ERA huwa “Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (ERIA). Din l-emenda għandha ssir fil-partijiet rilevanti kollha tal-abbozz ta’ Regolament.

Emenda 5

Artikolu 5(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

3.   Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettivi u prijoritajiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 1 u 2 billi jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni. Il-linji ġenerali tal-attivitajiet huma stipulati fil-Parti IV tal-Anness I.

Artikolu 5

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

3.   Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettivi u prijoritajiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 1 u 2 billi jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni. Il-linji ġenerali tal-attivitajiet huma stipulati fil-Parti IV tal-Anness I.

Raġuni

Kif iddikjarat fil-punt 20 tal-opinjoni, iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jgħin ukoll it-teħid ta’ deċiżjonijiet reġjonali u lokali bl-aħħar riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Din l-enfasi għandha sseħħ f’koordinazzjoni mill-qrib mal-iżviluppi ġodda tal-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti. Minflok rapporti u pubblikazzjonijiet oħra, ir-riżultati għandhom jiffokaw ħafna aktar fuq il-finanzjament tal-esperimenti u l-ħolqien rapidu ta’ prototipi, l-applikazzjoni ta’ għarfien tar-riċerka għall-proċessi prattiċi ta’ tibdil madwar l-Ewropa kollha u b’hekk jiżdied il-kapital ta’ tiġdid fil-livell lokali u reġjonali.

Emenda 6

Artikolu 7(1)(b)(ii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) ii)

għandhom rekord ta’ mġiba tajjeb ta’ parteċipazzjoni fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni;

Raġuni

Dan awtomatikament jelimina lill-persuni ġodda.

Emenda 7

Artikoli 12(1) u 12(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Konsulenza esterna u involviment tas-soċjetà

Artikolu 12

Konsulenza esterna u involviment tas-soċjetà

1.   Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqiesu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta’ esperti ta’ livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

1.   Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqiesu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta’ esperti ta’ livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

2.   Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni.

2.   Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni.

 

   

Raġuni

Din l-emenda hija bbażata fuq il-punti 8 sa 11 tal-opinjoni.

Emenda 8

Artikolu 13(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Azzjonijiet trasversali

1.   Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Artikolu 13

Azzjonijiet trasversali

1.   Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Raġuni

Kif iddikjarat fil-punt 34 tal-opinjoni, ir-rwol tat-teknoloġija ewlenija ta’ appoġġ għandu jiġi kkunsidrat fuq skala usa’ mill-iżvilupp teknoloġiku, jiġifieri t-teknoloġiji għandhom ikunu marbuta minn stadju bikri, bħall-istadju tar-riċerka u l-iżvilupp, mal-katini ta’ valur industrijali u n-netwerks ta’ valur tal-innovazzjoni globali, u ma’ attivitajiet li jiżviluppaw ekosistemi reġjonali u clusters ta’ innovazzjoni u jsaħħu l-għarfien espert. Din l-enfasi tista’ tiġi definita aħjar bħala “kompetenzi u teknoliġiji industrijali ewlenin ta’ appoġġ”.

Emenda 9

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

Sħubiji pubbliċi-pubbliċi

Artikolu 20

Sħubiji pubbliċi-pubbliċi

1.   Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fejn azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jiġu implimentati b’mod konġunt fi ħdan l-Unjoni.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi tal-programmar konġunt bejn l-Istati Membri.

1.   Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fejn azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jiġu implimentati b’mod konġunt fi ħdan l-Unjoni.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi tal-programmar konġunt bejn l-Istati Membri.

2.   Is-sħubiji pubbliċi-pubbliċi jistgħu jiġu appoġġati fi ħdan, jew fil-medda, tal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2), b’mod partikolari permezz ta’:

2.   Is-sħubiji pubbliċi-pubbliċi jistgħu jiġu appoġġati fi ħdan, jew fil-medda, tal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2), b’mod partikolari permezz ta’:

(a)

strument ERA-NET li juża għotjiet bħala appoġġ għas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fit-tħejjija, l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ netwerking, id-disinn, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet konġunti kif ukoll bħala ffinanzjar aġġuntiv (topping up) għal sejħiet individwali konġunti u azzjonijiet ta’ natura transnazzjonali;

(a)

strument ERA-NET li juża għotjiet bħala appoġġ għas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fit-tħejjija, l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ netwerking, id-disinn, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet konġunti kif ukoll bħala ffinanzjar aġġuntiv (topping up) għal sejħiet individwali konġunti u azzjonijiet ta’ natura transnazzjonali;

(b)

parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE.

(b)

parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-iffinanzjar aġġuntiv għandu jkun kondizzjonali fuq livell sinifikanti ta’ impenji finanzjarji minn qabel ta’ entitajiet parteċipanti f’sejħiet u azzjonijiet konġunti. L-istrument ERA-NET jista’ jinkludi objettiv li jiġu armonizzati r-regoli u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ sejħiet u azzjonijiet konġunti. Dan jista’ jintuża wkoll fit-tħejjija għal inizjattiva bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-iffinanzjar aġġuntiv għandu jkun kondizzjonali fuq livell sinifikanti ta’ impenji finanzjarji minn qabel ta’ entitajiet parteċipanti f’sejħiet u azzjonijiet konġunti. L-istrument ERA-NET jista’ jinkludi objettiv li jiġu armonizzati r-regoli u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ sejħiet u azzjonijiet konġunti. Dan jista’ jintuża wkoll fit-tħejjija għal inizjattiva bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE.

Għall-finijiet tal-punt (b) tali inizjattivi għandhom jiġu proposti biss f’każijiet fejn tkun meħtieġa struttura dedikata ta’ implimentazzjoni u fejn ikun hemm livell għoli ta’ impenn tal-pajjiżi parteċipanti għall-integrazzjoni fil-livelli xjentifiċi, ta’ ġestjoni u finanzjarji. Barra minn hekk, proposti għal inizjattivi msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu identifikati abażi tal-kriterji li ġejjin:

Għall-finijiet tal-punt (b) tali inizjattivi għandhom jiġu proposti biss f’każijiet fejn tkun meħtieġa struttura dedikata ta’ implimentazzjoni u fejn ikun hemm livell għoli ta’ impenn tal-pajjiżi parteċipanti għall-integrazzjoni fil-livelli xjentifiċi, ta’ ġestjoni u finanzjarji. Barra minn hekk, proposti għal inizjattivi msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu identifikati abażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

definizzjoni ċara tal-objettiv li għandu jitwettaq u r-rilevanza tiegħu għall-objettivi tal-Orizzont 2020 u l-objettivi usa’ tal-politika tal-Unjoni;

(a)

definizzjoni ċara tal-objettiv li għandu jitwettaq u r-rilevanza tiegħu għall-objettivi tal-Orizzont 2020 u l-objettivi usa’ tal-politika tal-Unjoni;

(b)

impenji finanzjarji ċari tal-pajjiżi parteċipanti, inklużi impenji minn qabel biex jinġabru investimenti nazzjonali u/jew reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni transnazzjonali;

(b)

impenji finanzjarji ċari tal-pajjiżi parteċipanti, inklużi impenji minn qabel biex jinġabru investimenti nazzjonali u/jew reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni transnazzjonali;

(c)

il-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(c)

il-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(d)

il-massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti, kemm l-attivitajiet ikunu simili għal xulxin, u l-proporzon ta’ riċerka rilevanti li jkopru;

(d)

il-massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti, kemm l-attivitajiet ikunu simili għal xulxin, u l-proporzon ta’ riċerka rilevanti li jkopru;

(e)

l-effiċjenza tal-Artikolu 185 TFUE bħala l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-objettivi.

(e)

l-effiċjenza tal-Artikolu 185 TFUE bħala l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-objettivi.

Raġuni

Ir-rwol attiv tar-reġjuni huwa kruċjali biex jinkisbu l-miri tal-Orizzont 2020. Jinħtieġu aktar flessibbiltà u rwol akbar tar-reġjuni għall-ħolqien ta’ inizjattivi tal-programmar konġunt.

Għan ieħor ta’ din l-emenda huwa li l-istess loġika li tappplika għall-Istati Membri tapplika wkoll għall-parteċipazzjoni tal-UE fi programmi li jniedu l-awtoritajiet reġjonali. Dan ikun b’konformità mal-ispirtu tal-Artikolu 185 tat-TFUE.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 72/2011 fin.

(2)  CdR 230/2010 final.

(3)  CdR 230/2010 fin, adattat minn 2010/2079(INI) paragrafu 37.

(4)  CdR 230/2010 fin.

(5)  CdR 373/2011 fin.

(6)  CdR 70/2011 fin.

(7)  CdR 58/2008 fin.

(8)  COM (2011) 822 final.

(9)  COM(2011) 817 final.


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/156


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ewropa kreattiva”

2012/C 277/15

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa' l-programm qafas ġdid “Ewropa Kreattiva” għas-settur tal-kultura u tal-kreattività taħt il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 (1) li jiġbor flimkien il-programmi Culture, MEDIA u MEDIA Mundus billi joħloq strument ġdid li jiffaċilita l-aċċess għar-riżorsi;

jenfasizza bis-sħiħ li l-kultura għandha valur intrinsiku li huwa indipendenti mill-aspetti ekonomiċi tal-oġġetti u s-servizzi kulturali u jeħtieġ li l-istruttura tal-programm tiġbor fiha din in-natura doppja illi ma tkunx orjentata biss lejn l-utilità ekonomika tal-kultura;

bi pjaċir jinnota li l-Kummissjoni għall-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 iżżid b'mod sinifikanti l-baġit għas-setturi tal-kultura u l-kreattività għal total ta’ EUR 1 801 biljun, li jirrappreżenta żieda sinifikanti (ta' 37 %) fir-riżorsi finanzjarji meta mqabbla mal-ispjjeż attwali;

jinnota li kultura libera u indipendenti hija importanti ħafna għall-iżvilupp tas-soċjetà. Hija tiggarantixxi l-libertà tal-opinjoni u d-diversità, tipprovdi l-opportunità għalll-parteċipazzjoni u toħloq fora ta’ dibatitti kritiċi u indipendenti li huma prerekwiżiti ta’ demokrazija vivaċi.

Relatur

Is-Sur Gábor BIHARY (HU/PSE), Membru tal-Kunsill Ġenerali ta’ Budapest

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva

COM(2011) 785 final

I.   IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa' b'mod favorevoli l-programm qafas ġdid “Ewropa Kreattiva” għas-settur tal-kultura u tal-kreattività taħt il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 (2) li jiġbor flimkien il-programmi Culture, MEDIA u MEDIA Mundus billi joħloq strument ġdid li jiffaċilita l-aċċess għar-riżorsi;

2.

jenfasizza bis-sħiħ li l-kultura għandha valur intrinsiku li huwa indipendenti mill-aspetti ekonomiċi tal-oġġetti u s-servizzi kulturali u jeħtieġ li l-istruttura tal-programm tiġbor fiha din in-natura doppja billi ma tkunx orjentata biss lejn l-utilità ekonomika tal-kultura;

3.

jagħraf li billi ngħaqdu l-kultura u l-mezzi ta’ komunikazzjoni nistgħu niffaċilitaw it-tixrid tal-prodotti kulturali, noħolqu suq uniku online għax-xogħlijiet awdjoviżivi u nagħtu kontribut sabiex jinħareġ il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjieg fis-setturi tal-kultura u l-kreattività;

4.

japprova l-isforzi li saru sabiex jiġi semplifikat il-programm qafas billi dan joffri aċċess faċli għall-professjonisti Ewropej tal-kultura u l-kreattività u jagħtihom l-opportunità li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-UE u lil hinn minnha;

5.

jaqbel mal-istqarrijiet li saru fil-valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-programmi attwali fejn intqal li jeżistu erba’ problemi komuni li jeħtieġ li jiġu solvuti fil-livell Ewropew sabiex ikunu jistgħu jinkisbu r-riżultati mixtieqa permezz ta’ amalgamazzjoni tal-programmi u ta’ faċilità finanzjarja ġdida miġbura taħt programm qafas uniku:

a.

il-frammentazzjoni tas-suq li ġejja mid-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa li attwalment tillimita ċ-ċirkulazzjoni transnazzjonali tax-xogħol u l-mobilità tal-artisti u l-professjonisti u toħloq ukoll żbilanċi ġeografiċi; hija tillimita wkoll l-għażliet tal-konsumaturi kif ukoll l-aċċess għax-xogħlijiet kulturali Ewropej;

b.

il-bżonn li s-setturi jadattaw għall-impatt tal-globalizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn l-era diġitali li tirriżulta f’konċentrazzjoni tal-provvista f’idejn numru restritt ta’ atturi prinċipali li hija theddida għad-diversità kulturali u lingwistika; is-settur għalhekk għandu x’jibbenefika minn approċċi u soluzzjonijiet transnazzjonali u transreġjonali;

c.

in-nuqqas ta’ data paragunabbli dwar is-settur kulturali fil-livell nazzjonali u Ewropew għandu riperkussjonijiet fuq il-koordinazzjoni tal-politika Ewropea. Din id-data tista’ tkun mutur utli għall-iżvilupp tal-politika nazzjonali u l-bidla sistematika, mingħajr impatt kbir fuq il-baġit tal-UE u f’konformità sħiħa mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

d.

il-problemi ta’ aċċess għall-finanzi għall-SMEs kulturali u kreattivi;

6.

jilqa’ l-fatt li bl-enfasi fuq l-attivitajiet transnazzjonali tas-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll fuq ir-rabta stretta mal-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, il-programm ser jikkomplementa l-azzjonijiet ta’ programmi oħra tal-UE, bħalma huma l-għajnuna tal-Fondi Strutturali favur l-investiment fis-setturi tal-kultura u tal-kreattività, ir-restawr tal-patrimonju, l-infrastrutturi u s-servizzi kulturali, il-fondi allokati għad-diġitalizzazzjoni tal-patrimonju kulturali u l-istrumenti fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni u t-tkabbir;

7.

bi pjaċir jinnota li barra minn hekk, il-programm ser jibbaża fuq l-esperjenza miksuba fil-kuntest tal-inizjattivi ta’ suċċess bħall-MEDIA, iċ-ċertifikat tal-patrimonju Ewropew u l-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura;

8.

bi pjaċir jinnota li l-Kummissjoni għall-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 iżżid b’mod sinifikanti l-baġit għas-setturi tal-kultura u l-kreattività għal total ta’ EUR 1 801 biljun, li jirrappreżenta żieda sinifikanti (ta’ 37 %) fir-riżorsi finanzjarji meta mqabbla mal-ispjjeż attwali;

9.

jenfasizza li ż-żieda fl-appoġġ tikkonforma mal-ispirtu u l-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha, peress li l-investiment fis-setturi tal-kultura u l-kreattività jikkontribwixxu direttament għall-objettiv ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv stabbilit fl-istrateġija u jiffaċilita l-aċċess għar-riżorsi għall-SMEs attivi fis-setturi tal-kultura u l-kreattività;

10.

madanakollu, iqis li hemm bżonn definizzjonijet iktar preċiżi, b'mod partikolari fir-rigward tal-qafas legali u l-kriterji ta’ applikazzjoni tal-faċilità finanzjarja;

11.

jixtieq ifakkar li l-biċċa l-kbira tal-intrapriżi tas-settur tal-kultura u l-kreattività huma mikrointrapriżi, SMEs u intrapriżi b’ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jirrikjedu inizjattivi u organizzazzjoni fil-livell lokali. Dan l-approċċ lokali huwa aspett pożittiv għar-reġjuni kemm għax jistimula l-ekonomija lokali (il-kreattività ssaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija) u kif ukoll għax jagħti kontribut sabiex jinżammu l-ħiliet u l-impjiegi relatati fil-post; għalhekk jeħtieġ li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolari tal-intraprendituri u l-ħaddiema tas-settur tal-kultura;

12.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċitajiet tas-settur kulturali, kif ukoll dawk li jistimulaw iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tal-kultura, kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha, billi huwa jqis id-diversità kulturali bħala waħda mis-sorsi tal-iżvilupp;

13.

jaqbel li f'perjodu ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, il-kultura tista’ taqdi rwol biex twassal għall-ksib tal-objettivi tal-politika soċjali b'mod kreattiv, billi tappoġġja l-innovazzjonijiet li huma wieħed mill-ixpruni li bihom jinkisbu r-riżultati fil-qasam soċjali (3).

14.

iqis li l-kultura u l-arti kif ukoll il-mezzi tax-xandir u l-mezzi awdjoviżivi kulturali huma f’pożizzjoni li jibdlu l-imġiba, billi joħolqu rabtiet soċjali ġodda u jħeġġu lill-individwi jisfruttaw il-kapaċitajiet kreattivi tagħhom; fl-istess waqt il-kultura u l-arti jistgħu jkunu salvagwardja tal-valuri ta’ soċjetà demokratika;

15.

jinnota li kultura libera u indipendenti hija importanti ħafna għall-iżvilupp tas-soċjetà. Hija tiggarantixxi l-libertà tal-opinjoni u d-diversità, tipprovdi l-opportunità għalll-parteċipazzjoni u toħloq fora ta’ dibatitti kritiċi u indipendenti li huma prerekwiżiti ta’ demokrazija vivaċi;

16.

jenfasizza li fl-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltà kbira fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-kultura billi huma jaqdu rwol importanti ħafna fil-promozzjoni tal-kultura u biex isaħħu l-influwenza tagħha, b’mod partikolari f’dak li huwa l-ħarsien tal-patrimonju kulturali u l-promozzjoni tal-innovazzjoni artistika (4). L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ukoll ir-responsabbiltà partikolari li jaraw li t-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom aċċess għal ħajja kultura attiva u li jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw fiha;

17.

ifakkar li huwa kien diġà enfasizza l-importanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li, billi huma viċin taċ-ċittadini, jinsabu fl-aħjar pożizzjoni strateġika biex jindirizzaw il-bżonnijiet u t-talbiet speċifiċi tal-gruppi kulturali differenti fi ħdan l-UE kif ukoll biex jimmobilizzaw b’mod effettiv lill-komunitajiet lokali u reġjonali favur il-promozzjoni ta’ djalogu interkulturali mtejjeb (5);

18.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali rnexxilhom jintegraw is-settur tal-kultura u l-kreattività fl-istrateġiji tal-iżvilupp tagħhom u li dan ikkontribwixxa biex jissaħħi l-ekonomiji lokali; b'mod partikolari huwa possibbli li fil-livell lokali u reġjonali jinħolqu netwerks u bażijiet tad-data tal-artisti żgħażagħ, li jiġi promoss it-taħriġ taż-żgħażagħ fl-oqsma tal-arti u l-kultura, li tingħata prijorità l-professjonalizzazzjoni tal-artisti żgħażagħ, li jsiru esperimenti multimedjali u multikulturali, li jkunu disponibbli spazji pubbliċi għall-produzzjonijiet tal-artisti żgħażagħ, li jitħeġġeġ l-iżvilupp artistiku u kulturali tal-pubbliku żgħażugħ u li jiġu appoġġjati l-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-qasam artistiku u kulturali u li tingħata prijorità lill-innovazzjoni fl-oqsma tat-tradizzjonijiet u l-vokazzjonijiet lokali (6);

19.

jenfasizza li l-mezzi awdjoviżivi mhumiex biss settur importanti kbir għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjieg, iżda jifformaw ukoll settur ewlieni peress li jiddefendu u jippromovu l-identità u d-diversità kulturali tal-bliet u r-reġjuni. Is-settur huwa magħmul b’tali mod li huwa fattur ewlieni fl-iżvilupp tal-valuri soċjali Ewropej u t-tħaddim tas-soċjetajiet demokratiċi, peress li x-xogħlijiet awdjoviżivi jistgħu jaqdu rwol importanti biex tissawwar identità Ewropea (7);

20.

jenfasizza li t-triq lejn id-diġitalizzazzjoni tiftaħ perspettivi ġodda ta’ interkonnessjoni bejn id-diversi reġjuni Ewropej, fejn dawn jiskambjaw il-materjal awdjoviżiv li jkunu ħolqu u jesploraw direzzjonijiet ġodda sabiex jinħolqu rabtiet u jiskambjaw il-kontenut. Din it-tranżizzjoni tista’ tipprovdi opportunità biex is-swali jiġbdu lejhom udjenzi ġodda, jisfruttaw il-kontenut li mhux tal-films, jipprovdu servizzi ġodda u jagħtu aktar viżibbiltà lill-kontenut minn reġjuni differenti (8);

21.

mill-ġdid jitlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li tissaħħaħ ir-referenza għar-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni u t-tixrid tal-kultura tal-komunità tagħhom (9), u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw rwol aktar importanti fil-programm;

22.

jenfasizza, f'dan il-kuntest, li hemm lok li jinkiseb bilanċ adegwat bejn, minn naħa, ir-riżorsi ddedikati għall-proġetti l-kbar globali, u min-naħa l-oħra, il-finanzjament tal-miżuri u l-attivitajiet iffokati fuq il-livell lokali u reġjonali;

23.

jitlob minnufih lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jevitaw li jpoġġu enfasi żejda fuq is-settur finanzjarju huwa u jiġi implimentat ir-regolament u li minflok l-atturi kulturali jingħataw iktar vuċi fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

24.

jagħraf li l-miżuri msemmija fil-proposta, fil-forma attwali tagħhom, jidhru li jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jenfasizza, madankollu, li għad hemm lok biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu kkonsultati b'mod sistematiku fil-kuntest tat-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-governanza tal-miżuri relatati mal-finanzjament tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej;

25.

jixtieq jagħti kontribut sabiex il-programm “Ewropa Kreattiva” jinfirex kemm jista' jkun fir-reġjuni tal-UE u joffri li jikkollabora f'dan ir-rigward; huwa jixtieq jipparteċipa wkoll fil-proċess tal-monitoraġġ tal-programm;

26.

iqis essenzjali d-diviżjoni tal-qasam fi tliet taqsimiet (taqsima transsettorjali, taqsima kulturali u taqsima MEDIA) u li l-baġit indikattiv jinqasam bejn kull taqsima iżda jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li matul l-implimentazzjoni tal-programm tiġi garantita l-flessibbiltà meħtieġa għad-distribuzzjoni mill-ġdid potenzjali bejn it-taqsimiet skont l-eżiġenżi u l-esperjenzi;

27.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm bżonn li f'din l-istruttura ġdida s-setturi tal-arti u l-patrimonju kulturali ma jiġux marġinalizzati;

It-Taqsima Transsettorjali

28.

jilqa’ l-approċċ strateġiku u inklużiv li tipproponi l-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ l-iżvilupp tas-setturi tal-kultura u tal-kreattività;

29.

jenfasizza li sabiex ikunu jistgħu jħallu l-frott, l-istrateġiji integrati tal-iżvilupp għandhom jiġu definiti fil-livell territorjali pertinenti fil-qafas ta’ sħubija mal-awtoritajiet responsabbli mill-bosta politiki tal-gvern (bħall-iżvilupp ekonomiku, l-impjieg, l-edukazzjoni u l-kultura u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jiġifieri n-negozji, l-impjegati u l-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini;

30.

hemm bżonn li jiġu analizzati l-oqsma u t-temi li huwa aspetti b'saħħithom tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u li jistħoqqilhom li jiġu promossi billi kull reġjun għandu possibbiltajiet li hemm bżonn li jiġu identifikati: il-bliet il-kbar u r-reġjuni sinjuri għandhom iktar possibbiltajiet u strumenti sabiex isiru punti ċentrali attraenti tal-kreattività fuq diversi livelli filwaqt li r-reġjuni ż-żgħar u inqas vantaġġati, b'mod partikolari dawk li jinsabu fil-periferija tal-UE jeħtieġ li jitpoġġew f'qagħda fejn ikunu jistgħu jxerrdu l-valur kulturali tagħhom fil-bqija tad-dinja;

31.

diġà insista qabel fuq il-bżonn reali ta’ informazzjoni iktar affidabbli dwar is-sitwazzjoni globali tas-settur Ewropew tal-kultura (10); jilqa’ b’mod favorevoli l-miżuri li għandhom l-għan li jappoġġjaw il-ġbir tad-data, l-istudju, l-antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-istrumenti tal-impjieg, l-evalwazzjonijiet, l-evalwazzjonijiet ta’ politika u l-istħarriġ ta’ statistika dwar is-swieq konċernati. Madanakollu, għandhom jiġu salvagwardjati l-ġbir u l-analiżi tad-data li ser tinqasam mal-korpi tal-istatistika nazzjonali u Ewropej sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-sorsi, l-ispejjeż u l-ipproċessar tad-data;

32.

jenfasizza li ambjent interdixxiplinarju jiggarantixxi l-aħjar kundizzjonijiet tat-tħaddim tas-setturi tal-kultura u l-kreattività u jirrakkomanda għalhekk il-promozzjoni ta’ rabta iktar mill-qrib bejn l-arti, il-filosofija, ix-xjenzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-intrapriżi;

33.

iqis essenzjali li jinħolqu sħubijiet reali tal-kreattività bejn is-setturi tal-kultura u l-kreattività u oqsma oħra bħat-tagħlim, l-industrija, ir-riċerka u l-amministrazzjoni pubblika u jinsisti li jitfasslu mekkaniżmi effikaċi li jippermettu t-trasferiment tal-għarfien kreattiv bħal pereżempju d-disinn, f'setturi oħra;

It-taqsima kultura

34.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċitajiet tas-settur kulturali, kif ukoll dawk li jistimulaw iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tal-kultura, kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha;

35.

bi pjaċir jinnota li fil-programm it-taqsima tal-kultura qed tagħti iktar attenzjoni lit-tisħiħ tal-kapaċitajiet u ċ-ċirkulazzjoni transnazzjonali inklużi t-tours internazzjonali, lit-twaqqif ta’ pjattaformi Ewropej ġodda li għandhom effett strutturali kbir u l-adozzjoni ta’ appoġġ iktar strateġiku favur it-traduzzjoni letterarja għall-kumpaniji tal-editjar kif ukoll miżuri ta’ appoġġ promozzjonali;

36.

jenfasizza li f'perjodu ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, il-kultura tista’ taqdi rwol biex twassal għall-ksib tal-objettivi tal-politika soċjali b'mod kreattiv, billi tappoġġja l-innovazzjonijiet li huma wieħed mill-muturi mexxejja li bihom jinkisbu r-riżultati fil-qasam soċjali;

37.

bi pjaċir jinnota l-appoġġ previst għaċ-ċirkulazzjoni transnazzjonali tal-kultura u jenfasizza b’mod partikolari l-importanza li jiġu appoġġjati s-setturi konnessi li jgħinu lill-kultura tasal għand il-pubbliku indipendentement mis-sitwazzjoni ġeografika li xi drabi jkunu ta’ żvantaġġ għar-reġjuni u mill-problema tal-multilingwiżmu;

38.

jenfasizza li l-investimenti fil-kultura għandhom jinkoraġġixxu bl-istess mod il-produzzjoni artistika individwali u kollettiva kif ukoll l-oqsma essenzjali għas-setturi tal-kultura u l-kreattività bħall-mudelli l-ġodda tal-intrapriża, il-kreattività u l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni u l-iżvilupp tal-kapital uman kif ukoll is-sħubijiet kreattivi ma’ setturi oħra;

39.

jinsisti fuq l-importanza li jiġu żviluppati inizjattivi konġunti bil-għan li jiġu appoġġjati l-esperjenzi artistiċi privati u pubbliċi li jistgħu jintużaw għall-benefiċċju reċiproku tat-tisħiħ tal-kultura u l-kosteffettività tal-intrapriżi;

40.

jafferma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu juru li huma iktar effikaċi f’li jinfurmaw l-intrapriżi lokali dwar il-mod ta’ kif jistgħu jippromovu l-attivitajiet lokali u reġjonali kulturali;

41.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-settur privat ħafna drabi jaqdi rwol importanti fil-qasam tal-promozzjoni tal-kultura fil-qafas tar-responsabbiltà soċjali tal-intrapriżi permezz ta’ għotjiet jew forom oħra ta’ appoġġ iżda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali min-naħa tagħhom jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ ambjent li jiffavorixxi l-aħjar użu possibbli ta’ din l-għajnuna;

42.

jagħraf l-importanza ta’ approċċ koerenti fil-perjodu l-medju u fit-tul għall-programmazzjoni tal-interventi fil-qasam tal-kultura u jirreferi dwar dan għall-eżempju tajjeb tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fejn strateġija tal-iżvilupp fuq perjodu twil tippromovi approċċi iktar sostenibbli tal-iżvilupp kulturali, issaħħaħ l-impatt u l-effetti marbuta mal-Belt Kapitali tal-Kultura (11) u toħroġ ir-rikkezzi kulturali Ewropej, id-diversità tagħhom u l-punti komuni ta’ bejntiehom;

It-taqsima MEDIA

43.

jinnota li l-muniċipalitajiet u r-reġjuni jistgħu jaqdu rwol prinċipali f’li jħeġġu x-xogħlijiet awjdoviżivi lokali u reġjonali u b’hekk isaħħu l-produzzjoni awdjoviżiva u jikkontribwixxu b’mod attiv fil-promozzjoni tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali (12);

44.

iqis bħala pass importanti t-tfassil ta’ programm ta’ kooperazzjoni internazzjonali fis-settur awdjoviżiv bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet kemm kulturali kif ukoll kummerċjali bejn l-industrija ċinematografika Ewropea u dik tal-pajjiżi terzi;

45.

iqis li hemm bżonn li jiġu indirizzati l-isfidi assoċjati mat-tibdil fix-xena awdjoviżiva globali li ġejja mill-evoluzzjonijiet teknoloġiċi u d-djgħufijiet strutturali li jolqtu t-tixrid tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropew fis-swieq tal-pajjiżi terżi u li jżommu lill-industrija Ewropea tas-settur lura milli tisfrutta l-perspettivi internazzjonali u jheddu wkoll il-kompetittività tagħha;

46.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li mil-lat tal-isfruttar soċjali tal-programm, l-iżvilupp tal-kompetenzi fil-qasam tal-mezzi ta’ komunikazzjoni flimkien mal-adattament tal-metodi edukattivi għall-mezzi fil-qasam skolastiku u lil hinn minnu għandhom rwol partikolarment importanti; ser ikun hemm bżonn li jiġu stimulat it-tagħlim tat-teknoloġiji l-ġoddda tal-komunikazzjoni li huma importanti ħafna għall-integrazzjoni soċjali u professjonali (13);

47.

ifakkar fl-importanza taċ-ċinema fil-bini ta’ identità Ewropea u fl-integrazzjoni tar-reġjuni (14);

48.

jenfasizza li permezz ta’ dan il-programm, industrija kulturali f’saħħitha tista’ toħloq sħubijiet kreattivi bejn il-qasam u setturi oħra (teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, riċerka, turiżmu, sħubijiet soċjali eċċ) sabiex jissaħħaħ l-impatt soċjoekonomiku tal-investimenti fil-kultura u l-kreattività (15) b'mod partikolari fejn tidħol il-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjieg kif ukoll l-iżvilupp tar-reġjuni u l-bliet u l-attraenza tagħhom;

49.

jinsisti fuq il-bżonn li jittieħdu iktar miżuri għall-mobilizzazzjoni sħiħa tal-kontenut kreattiv tal-Ewropa (16) bil-għan li tissaħħaħ kemm il-produzzjoni kif ukoll id-disponibbiltà u ċ-ċirkulazzjoni tal-xogħlijiet Ewropej innovattivi u ta’ kwalità, il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea u ż-żieda fil-kompetittività Ewropea fil-qasam tal-mezzi tax-xandir;

50.

jisħaq mill-ġdid li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol importanti fil-ġestjoni tal-patrimonju kulturali u lingwistiku tagħhom billi jippromovu mudelli intraprenditorjali ġodda fl-industriji kreattivi u l-mezzi tax-xandir lokali u jħeġġu x-xogħlijiet kreattivi kofinanzjati minn istituti u organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir (17);

51.

ifakkar li anki jekk “Ewropa Kreattiva” mhijiex programm soċjali, il-politiki relatati ma’ servizzi ġodda u mal-mezzi tax-xandir diġitali u l-kontenut kreattiv ma jistgħux jitfasslu abbażi ta’ kriterji ekonomiċi biss iżda għandhom iqisu l-kriterji kulturali u soċjali (18). Konsegwentement, il-kontenut kreattiv għandu jippromovi l-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali b'mod partikolari ta’ ċerti gruppi mhedda mill-esklużjoni jew li jiffaċċjaw żvantaġġi soċjali oħrajn;

Prestazzjoni u segwitu

52.

jenfasizza li hu importanti li jiġu żgurati s-sinerġiji fil-livell ta’ implimentazzjoni bejn il-programm u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti;

53.

jagħraf li fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat li l-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni tiddependi fuq l-impatt komplementari ta’ attivitajiet oħra fil-livell Ewropew u nazzjonali li jaffettwaw is-setturi kulturali u kreattivi u li konsegwentement il-bidliet fl-indikaturi ma jistgħux jiġu attribwiti dejjem għall-effetti tal-programm “Ewropa Kreattiva”;

54.

japprova d-definizzjoni ta’ indikaturi kwantifikabbli għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi tax-xogħlijiet kulutrali u kreattivi jiġifieri l-impjieg, l-aċċessibbiltà, is-sħubijiet, il-possibbiltajiet ta’ apprentistat, iċ-ċirkulazzjoni transnazzjonali, il-mobbiltà tal-atturi, in-numru ta’ nies fost l-udjenza għall-films, il-perċentwal ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropew flimkien mal-kwistjoni tad-dimensjoni reġjonali ta’ dawn l-indikaturi. Huwa jiddispjaċih madanakollu li l-indikaturi tal-programmi jenfasizzaw wisq it-tkabbir ekonomiku, il-profitt u l-kompetizzjoni, li mhumiex strumenti tajba sabiex jevalwaw is-settur mhux kummerċjali tal-kultura jew li jiżguraw is-segwitu tas-settur;

55.

jinnota b’sodisfazzjon li, f’dak li jikkonċerna t-twettiq tal-għan tat-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tas-settur Ewropew tal-kultura u l-kreattività, li apparti ż-żieda fl-ammont ta’ self, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-istabbilimenti finanzjarji li jipprovdu aċċess għall-finanzjament huma meqjusa wkoll;

56.

jitlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jiżguraw li apparti monitoraġġ regolari, il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-rapport tal-evalwazzjoni li għandha tħejji l-iktar tard sa tmiem l-2017 dwar it-twettiq tal-għanijiet tal-programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud Ewropew.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 3(1)

Valur miżjud Ewropew

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Valur miżjud Ewropew

Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u attivitajiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew b'potenzjal u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha.

Artikolu 3

Valur miżjud Ewropew

Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u attivitajiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew b'potenzjal u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha.

Raġuni

Il-valur miżjud Ewropew mhuwiex ikkonċentrat biss fuq l-UE2020 iżda anki fuq l-Orizzont 2020 u l-koeżjoni fost inizjattivi oħra.

Emenda 2

Artikolu 3(2)(a)

Valur miżjud Ewropew

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

a)

il-karattru transnazzjonali tal-attivitajiet tiegħu u l-impatt tagħhom li se jikkumplimentaw il-programmi nazzjonali, internazzjonali u oħrajn tal-Unjoni;

a)

il-karattru transnazzjonali tal-attivitajiet tiegħu u l-impatt tagħhom li se jikkumplimentaw il-programmi nazzjonali, internazzjonali u oħrajn tal-Unjoni;

Raġuni

Jeżistu proġetti u programmi transnazzjonali li huma mfassla u implimentati fil-livell lokali u reġjonali. Dawn għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna Ewropea grazzi għall-programm futur “Ewropa Kreattiva”.

Emenda 3

Artikolu 5(c)

Objettivi speċifiċi tal-Programm

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

li jsaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet

li jsaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji, l- u l-organizzazzjonijiet ;

Raġuni

L-ambitu tal-għanijiet speċifiċi tal-Programm għandu jkun iktar mifrux u jmur fil-livell tal-SMEs sabiex juri b'mod preċiż ir-realtà tal-persuni li jaħdmu fis-setturi tal-kreattività u l-kultura.

Emenda 4

Artikolu 7(1)(a)

Il-Faċilità tas-Setturi Kulturali u Kreattivi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej;

l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għall- intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u organizzazzjonijiet fis-settur kulturali u kreattiv;

Raġuni

L-ambitu tal-Faċilità tas-Setturi Kulturali u Kreattivi għandu jkun iktar mifrux u jmur fil-livell tal-SMEs sabiex juri b'mod preċiż ir-realtà tal-persuni li jaħdmu fis-setturi tal-kreattività u l-kultura.

Emenda 5

Artikolu 13(1)(a)

Konsistenza u kumplimentarjetà

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

a)

il-politiki rilevanti tal-UE, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-impriża, it-turiżmu, il-ġustizzja u l-iżvilupp;

a)

il-politiki rilevanti tal-UE, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-impriża, it-turiżmu, il-ġustizzja u l-iżvilupp;

Raġuni

Is-settur tal-kultura jaqdi rwol dinamiku ħafna fl-ekonomija u fil-qasam tal-ħolqien tal-impjieg fl-UE u jikkontribwixxi b'mod sostanzjali fl-iżvilupp lokali u reġjonali. L-appoġġ tas-setturi tal-kultura u tal-kreattività jista' jwassal ukoll għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni billi jnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp bejn ir-reġjuni.

Emenda 6

Artikolu 14(1)

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ u evalwazzjoni esterna regolari tal-Programm Ewropa Kreattiva kontra l-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin. Għandu jkun ikkunsidrat li l-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni tiddependi fuq l-impatt kumplimentari ta’ attivitajiet oħra fil-livell Ewropew u nazzjonali li jaffettwaw is-setturi kulturali u kreattivi:

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ u evalwazzjoni esterna regolari tal-Programm Ewropa Kreattiva kontra l-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin. Għandu jkun ikkunsidrat li l-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni tiddependi fuq l-impatt kumplimentari ta’ oħra fil-livell Ewropew u nazzjonali li jaffettwaw is-setturi kulturali u kreattivi:

Raġuni

Emenda ċara.

Emenda 7

Anness 1

Arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-faċilità tas-setturi kulturali u kreattivi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta’ strument ta’ dejn tal-Unjoni għall-impriżi u medji. L-appoġġ finanzjarju previst għandu jkun immirat għall-impriżi u l-organizzazzjonijiet żgħar u medji li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta’ strument ta’ dejn tal-Unjoni għall-impriżi u medji. L-appoġġ finanzjarju previst għandu jkun immirat għall- impriżi żgħar u medji joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi.

Raġuni

L-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Faċilità tas-Setturi Kulturali u Kreattivi għandhom ikunu iktar mifruxa u jmorru fil-livell tal-SMEs sabiex juru b'mod preċiż ir-realtà tal-persuni li jaħdmu fis-setturi tal-kreattività u tal-kultura.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Baġit għall-Ewropa 2020, (COM(2011) 500 final tad-29 ta’ Ġunju 2011).

(2)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Baġit għall-Ewropa 2020, (COM(2011) 500 final tad-29 ta’ Ġunju 2011).

(3)  CdR 181/2010 fin.

(4)  CdR 172/2007 fin.

(5)  CdR 44/2006 fin.

(6)  CdR 181/2010 fin.

(7)  CdR 27/2009 fin.

(8)  CdR 293/2010 fin.

(9)  CdR 259/2004 fin.

(10)  CdR 259/2004 fin.

(11)  CdR 251/2005 fin.

(12)  CdR 27/2009 fin.

(13)  CdR 133/2009 fin.

(14)  CdR 293/2010 fin.

(15)  CdR 293/2010 fin.

(16)  CdR 94/2008 fin.

(17)  CdR 94/2008 fin.

(18)  CdR 94/2008 fin.


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/164


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-protezzjoni ċivili”

2012/C 277/16

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ t-trasformazzjoni minn approċċ reattiv u ad hoc għal mekkaniżmu iktar integrat, effettiv u mtejjeb;

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali s-soltu jkunu parteċipanti ewlenin fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u għalhekk ikun adegwat li jiġu involuti fit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju u l-pjanijiet tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju;

jemmen li l-UE għandha taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex iżżid in-numru ta’ korsijiet ta’ taħriġ tal-persunal fil-livell lokali u reġjonali sabiex tiżgura reazzjoni effettiva għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha tistabbilixxi pjattaforma li tista’ tintuża għall-iskambju tal-informazzjoni u l-esperjenzi dwar l-indirizzar ta’ diżastri bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom;

jenfassiza l-bżonn ta’ iktar preċiżjoni fid-definizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni u fir-rigward tat-talbiet għal għajnuna fir-reazzjoni lejn diżastri kbar attwali jew imminenti;

iħoss li għandu jintuża mudell standard bħala bażi għall-pjanijiet tal-ġestjoni sabiex jiġi assigurat li l-kontenut tagħhom ikun jista’ jitqabbel;

jinsab konvint li għandha tiġi stabbilita skeda għall-Istati Membri sabiex b’mod regolari jaġġornaw u jipprovdu l-pjanijiet tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju.

Relatur

is-Sur BANASZAK (PL/AE), Membru tal-Assemblea Reġjonali tal-Kujawsko-Pomorskie

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni

COM(2011) 934 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jinnota bi pjaċir li l-proposta hija marbuta mal-politika tal-Kummissjoni sabiex tiżviluppa soluzzjonijiet aħjar u politika iktar koerenti ta’ rispons għad-diżastri li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Ewropa 2020 u għal żieda fis-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE bħala parti mill-Programm ta’ Stokkolma u tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna tal-UE;

2.

jinnota li l-proposti l-ġodda ġew ifformulati abbażi ta’ reviżjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ċivili u l-esperjenza ta’ diżastri preċedenti;

3.

jinnota bi pjaċir li din il-proposta tirrappreżenta pass ieħor tal-Kummissjoni lejn semplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni permezz ta’ proposta leġislattiva unika għall-2014-2020 li tgħaqqad il-proposti eżistenti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili fil-livell tal-UE li hija regolata minn żewġ strumenti legali: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili;

4.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali s-soltu jkunu parteċipanti ewlenin fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u li d-disseminazzjoni tal-informazzjoni lil dawk li huma responsabbli mill-miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet fil-livell lokali u reġjonali għandha tkun waħda mill-għanijiet tal-leġislazzjoni tal-protezzjoni ċivili;

5.

jenfasizza li mekkaniżmu ta’ protezzjoni ċivili msaħħaħ ser jikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-Klawżola ta’ Solidarjetà; japprezza li ngħatat attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata koordinazzjoni mill-qrib bejn il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja, kif ukoll għall-konsistenza ma’ azzjonijiet imwettqa taħt politiki u strumenti oħra tal-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tal-politiki tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Il-konsistenza ma’ strumenti finanzjarji oħra tal-UE għandha teskludi d-duplikazzjoni tal-finanzjament;

6.

jidentifika mal-prinċipji tas-solidarjetà, il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-appoġġ reċiproku bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-komunitajiet lokali tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni ċivili; jaqbel mal-Kummissjoni li sabiex tinforza l-kapaċità integrata tar-rispons lejn id-diżastri, hemm bżonn ta’ bidla minn approċċ ad hoc għal miżuri ppjanati minn qabel biżżejjed, flimkien ma’ politika integrata dwar l-eżerċizzji u l-korsijiet ta’ taħriġ, kunsiderazzjoni tan-natura transkonfinali tal-miżuri tal-prevenzjoni tad-diżastri (pereżempju fl-oqsma tal-protezzjoni tal-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-għargħar, ir-riskji ta’ nirien, is-sigurtà, il-protezzjoni tas-saħħa u l-politika reġjonali) u l-iffaċilitar ta’ iktar kooperazzjoni bejn l-istati parteċipanti;

7.

jinnota wkoll li l-UE għandha taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex iżżid in-numru ta’ korsijiet ta’ taħriġ tal-persunal fil-livell lokali u reġjonali sabiex tiżgura reazzjoni inizjali suffiċjenti u fuq kollox rispons effettiv għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

8.

jaqbel li l-miżuri ta’ protezzjoni ċivili huma kompetenza fundamentali tal-Istati Membri u li l-mekkaniżmu m’għandux jolqot ir-responsabbiltà prinċipali tal-Istati Membri li jħarsu lill-persuni, lill-ambjent u lill-proprjetà tat-territorju tagħhom mid-diżastri. L-għan prinċipali tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili għandu jkun li jappoġġja, jikkoordina u jikkumplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri;

9.

jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni iktar mill-qrib mal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar il-miżuri ta’ protezzjoni ċivili fil-każ ta’ emerġenzi kbar;

10.

iħoss li l-UE għandha tidentifika nuqqasijiet speċifiċi ta’ riżorsi u tiddefinixxi eżattament kif tista’ tgħin l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex itejbu l-prontezza tagħhom b’mod partikolari f’relazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri u l-UE għandhom jimmiraw li jużaw ir-riżorsi eżistenti sabiex ma joħolqux piżijiet finanzjarji u amministrattivi addizzjonali mhux l-inqas għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

11.

jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha tistabbilixxi pjattaforma li tista’ tintuża għall-iskambju tal-informazzjoni u l-esperjenzi dwar l-indirizzar ta’ diżastri bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom;

12.

jenfasizza li l-Istati Membri bl-appoġġ tal-UE għandhom jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rispons għad-diżastri fi stadju bikri sabiex jużaw is-sistema tal-gvernanza f’diversi livelli użata fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni;

13.

jappoġġja l-proposta li jkun hemm għanijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, l-iżgurar tal-prontezza għar-rispons lejn id-diżastru u li jiġu ffaċilitati l-interventi rapidi u effiċjenti ta’ reazzjoni għall-emerġenza meta jseħħu diżastri kbar jew fl-imminenza tagħhom;

L-evalwazzjoni tal-problemi attwali u l-oqsma li fihom ġew indirizzati

14.

jinnota l-importanza ta’ semplifikazzjoni kontinwa tal-leġislazzjoni applikabbli (il-proposta hija pass kbir f’din id-direzzjoni) u l-proċeduri rilevanti filwaqt li jiġi żgurat li dawn mhumiex ambigwi u li huma trasparenti; dan għandu jillimita l-piżijiet amministrattivi u jservi ta’ punt ta’ tluq għal iktar miżuri ta’ semplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-mekkaniżmu. Jindika li mudell standard jista’ jkun ta’ għajnuna sabiex jiġu stabbiliti pjanijiet individwali tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju. In-nuqqas ta’ mudell bħal dan iżid ikoll ir-riskju ta’ kunflitti ma’ pjanijiet oħra tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju. In-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni dwar l-ambitu u l-kontenut bażiku tal-pjanijiet iżid l-ispiża tat-tħejjija tagħhom, jagħmel il-paragun aktar diffiċli u fuq kollox, idgħajjef il-loġika wara l-obbligu għall-Istati Membri sabiex iressqu l-pjanijiet;

15.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiżguraw rispons immedjat għad-diżastri billi għandhom għarfien dettaljat tal-kundizzjonijiet ġeografiċi u soċjali lokali; iħoss li jkun adegwat li l-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju u l-pjanijiet tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju billi f’bosta każijiet dawn tal-aħħar għandhom iktar għarfien mil-livell nazzjonali pereżempju f’termini ta’ evalwazzjoni tal-perikli;

16.

jinnota li d-dispożizzjonijiet finanzjarji fil-proposta dwar it-trasport jimxu fid-direzzjoni t-tajba u għandhom jippermettu li jittieħdu iktar passi fi żmien iktar qasir filwaqt li jżidu n-numru ta’ pajjiżi li jużaw ir-riżorsi billi t-trasport huwa wieħed mill-ispiżi prinċipali fil-każ tal-missjonijiet internazzjonali;

17.

jappoġġja l-miżuri tal-Kummissjoni li ttejjeb l-aċċess għal riżorsi adegwati tat-trasport sabiex tappoġġja l-proċess ta’ bini ta’ kapaċità rapida ta’ rispons fil-livell tal-UE sakemm l-iskop, l-ambitu u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni potenzjali ta’ dawn il-miżuri huma speċifikati b’mod ċar; jilqa’ l-possibbiltà li l-Kummissjoni tikkomplementa t-trasport provdut mill-Istati Membri permezz ta’ riżorsi addizzjonali tat-trasport li jiżguraw rispons rapidu għal diżastri kbar;

18.

jenfasizza l-importanza ta’ trasformazzjoni minn approċċ reattiv u ad hoc għal mekkaniżmu iktar integrat, effettiv u mtejjeb. Neħtieġu tranżizzjoni ġenwina mill-approċċ ad hoc attwali għal pjanar u rispons rapidu;

19.

jifhem li l-għanijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni wiesa’ tagħha tal-kunċetti assoċjati mal-istrument sabiex tiżgura tħaddim iktar flessibbli u effettiv tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili; iħoss madanakollu li tkun utli kjarifika tad-definizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili b’mod partikolari l-kunċetti ta’ “diżastru” u “diżastru kbir”; fil-futur dan jista’ jservi ta’ prevenzjoni kontra l-irregolaritajiet fl-użu tar-riżorsi tal-Istati Membri permezz tal-mekkaniżmu;

20.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-aċċess għall-kapaċità ta’ reazzjoni kritika u soluzzjonijiet tat-trasport għandhom jittejbu filwaqt li jiġu faċilitati l-proċeduri li jiżguraw l-aħjar rispons u l-integrazzjoni mill-qrib ta’ politiki ta’ prevenzjoni;

21.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-kapaċità ta’ reazzjoni għall-emerġenzi billi żżid il-korsijiet u l-eżerċizzji ta’ taħriġ u tfassal pjanijiet adegwati ta’ emerġenza;

L-erba’ blokki ewlenin tal-linja politika ta’ protezzjoni ċivili: il-prevenzjoni, l-istat ta’ tħejjija, ir-reazzjoni u d-dimensjoni esterna

22.

huwa favur li l-mekkaniżmu jkun ibbażat fuq l-erba’ blokki ewlenin tal-linja politika ta’ protezzjoni ċivili: il-prevenzjoni, l-istat ta’ tħejjija, ir-reazzjoni u d-dimensjoni esterna filwaqt li fl-istess ħin jiżdiedu wkoll id-dispożizzjonijiet finanzjarji;

23.

huwa favur miżuri li jħeġġu lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi li jadottaw approċċ integrat fil-qasam tal-ġestjoni tad-diżastru;

24.

jenfasizza li għall-prevenzjoni kontra l-ħsara kkawżata mid-diżastri lin-nies, lill-proprjetà u lill-ambjent, importanti li jittieħdu miżuri li b’mod kostanti jibnu u jaġġornaw il-bażi tal-għarfien dwar ir-riskju filwaqt li jsiru skambji ta’ għarfien, prattiki u informazzjoni. Huwa vitali wkoll li tiżied is-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni u li l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jingħataw appoġġ f’li jieħdu passi b’enfasi partikolari fuq it-tfassil ta’ pjanijiet tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju;

25.

jaqbel mal-miżuri li qed tippjana l-Kummissjoni sabiex tiżgura t-tħejjija pereżempju billi tistabbilixxi Ċentru ta’ Reazzjoni għall-Emerġenza (ERC), il-ġestjoni ta’ Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni dwar l-Emerġenzi (CECIS), il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ individwazzjoni u ta’ avviż bikri għal diżastri, it-twaqqif u ż-żamma tal-kapaċità ta’ gruppi ta’ esperti, moduli u elementi kif ukoll it-teħid ta’ azzjoni ta’ appoġġ u komplementari (taħriġ, disseminazzjoni tal-esperjenza u l-għarfien). Fl-istess waqt il-Kumitat jixtieq jara iktar dettalji dwar it-talbiet tal-Istati Membri għal għajnuna permezz tal-ERC. Ir-referenza fit-test għal “talba speċifika” hija vaga wisq. Barra dan l-ERC jrid ikun konformi wkoll mal-korpi nazzjonali u reġjonali eżistenti;

26.

jaqbel mal-miżuri li qed tippjana l-Kummissjoni fil-każ ta’ talba minn Stat Membru għal għajnuna f’diżastru kbir attwali jew imminenti b’mod partikolari b’relazzjoni mal-miżuri li jiffaċilitaw il-mobilizzazzjoni tal-gruppi, l-esperti, l-moduli u l-appoġġ apparti dak li jingħata mill-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi;

27.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi fil-forma ta’ konsorzjament volontarju ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni impenjati minn qabel tal-Istati Membri. Ir-rekwiżiti ta’ kwalità għall-kapaċità ta’ reazzjoni għall-emerġenzi għandhom jiġu definiti f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Fl-istess waqt jixtieq iktar dettalji dwar il-proċeduri tal-Istati Membri sabiex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe raġunijiet li jżommuhom lura milli jagħmlu dawn il-kapaċitajiet disponibbli f’emerġenza speċifika. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kapaċità ta’ reazzjoni m’għandhiex għalfejn tkun disponibbli f’emerġenza speċifika jekk tkun meħtieġa għal finijiet nazzjonali;

28.

iħoss li huwa essenzjali li tiġi provduta informazzjoni min-naħa tal-Istati Membri għall-Kummissjoni dwar raġunijiet li jżommuhom lura milli jpoġġu l-kapaċitajiet għad-dispożizzjoni tal-aġġornamenti ta’ pjanijiet tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju;

29.

jappoġġja l-valutazzjoni ta’ nofs it-term tal-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi li qed tippjana l-Kummissjoni; jekk din topera b’mod effiċjenti għandha tgħin sabiex jinkisbu l-għanijiet speċifiċi li ġew identifikati;

Kummenti ta’ konklużjoni

30.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiftaħ l-allokazzjoni ta’ għotjiet abbażi tad-deċiżjoni li qed tiġi riveduta u li jieħdu bosta forom ipprovduti mir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, rimborż ta’ spejjeż, akkwist pubbliku, jew kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji;

31.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tieħu azzjoni biex tikseb sinerġiji u komplementarjetà ma’ strumenti oħra tal-Unjoni filwaqt li teskludi għajnuna simultanja mill-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni;

32.

iħoss li huwa adegwat li l-Kummissjoni tieħu miżuri adegwati li jiżguraw li meta jiġu implimentati l-azzjonijiet finanzjarji, l-interessi tal-Unjoni jiġu mħarsa mill-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra;

33.

fl-istess waqt jenfassiza l-bżonn ta’ iktar preċiżjoni fid-definizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni u fir-rigward tat-talbiet għal għajnuna fir-reazzjoni lejn diżastri kbar attwali jew imminenti sabiex jiġu esklużi l-irregolaritajiet potenzjali li jistgħu jqumu minn kunċetti li mhumiex definiti tajjeb.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Artikolu 4(2) – Id-definizzjonijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, se japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

2.

“diżastru ewlieni” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni li għandha jew jista’ jkollha impatt avvers fuq il-persuni, l-ambjent jew il-proprjetà u li tista’ tirriżulta f’sejħa għall-għajnuna taħt dan il-Mekkaniżmu;

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, se japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

2.

“diżastru ewlieni” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni li għandha jew jista’ jkollha impatt avvers fuq il-persuni, l-ambjent jew il-proprjetà u li ;

Emenda 2

Artikolu 6 – Il-pjanijiet tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva fi ħdan il-Mekkaniżmu, l-Istati Membri se jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet tagħhom tal-ġesjtoni f’każ ta’ riskju.

1.   Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva fi ħdan il-Mekkaniżmu, l-Istati Membri se jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet tagħhom tal-ġesjtoni f’każ ta’ riskju .

2.   Il-pjanijiet ta’ ġestjoni f’każ ta’ riskju se jikkunsidraw il-valutazzjonijiet nazzjonali ta’ riskju u valutazzjoni oħra rilevanti ta’ riskju u se jkunu koerenti ma’ pjanijiet rilevanti oħrajn fis-seħħ f’dak l-Istat Membru.

2.   Il-pjanijiet ta’ ġestjoni f’każ ta’ riskju se jikkunsidraw il-valutazzjonijiet nazzjonali ta’ riskju u valutazzjoni oħra rilevanti ta’ riskju u se jkunu koerenti ma’ pjanijiet rilevanti oħrajn fis-seħħ f’dak l-Istat Membru.

3.   L-Istati Membri se jassiguraw li sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2016 li l-pjanijiet tagħhom tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju jkunu lesti u kkomunikati lill-Kummissjoni fil-forma l-aktar aġġornata.

   

   L-Istati Membri se jassiguraw li sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-201 li l-pjanijiet tagħhom tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju jkunu lesti u kkomunikati lill-Kummissjoni .

Raġuni

In-nuqqas ta’ mudell standard li jintuża bħala bażi għall-pjanijiet tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju jista’ jwassal għal differenzi sinifikanti fil-kontenut tal-pjanijiet individwali. Barra minn hekk huwa essenzjali li jiġi definit u enfasizzat ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali billi huma jinsabu fl-aħjar post li jiżguraw rispons immedjat għad-diżastri fid-dawl tal-għarfien dettaljat tagħhom tal-kundizzjonijiet ġeografiċi u soċjali lokali. Jeħtieġ li tiġi stabbilita skeda għall-Istati Membri sabiex jaġġornaw b’mod regolari u jissottomettu pjanijiet tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju filwaqt li jsir aġġronament eċċezzjonali wkoll fil-każ ta’ bidliet għal għarrieda u mhux mistennija fil-pjan attwali.

Emenda 3

Artikolu 7(a) – L-azzjonijiet ta’ tħejjija ġenerali tal-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni se twettaq l-azzjonijiet ta’ tħejjija li ġejjin:

(a)

twaqqaf u timmaniġġa ċ-Ċentru Ewropew ta’ Rispons għall-Emerġenza (ERC), li jiżgura kapaċità operattiva 24/7, u jservi lill-Istati Membri u l-Kummissjoni għar-raġunijiet tal-Mekkaniżmu;

Il-Kummissjoni se twettaq l-azzjonijiet ta’ tħejjija li ġejjin:

(a)

twaqqaf u timmaniġġa ċ-Ċentru Ewropew ta’ Rispons għall-Emerġenza (ERC), li jiżgura kapaċità operattiva 24/7, u jservi lill-Istati Membri u l-Kummissjoni għar-raġunijiet tal-Mekkaniżmu;

Raġuni

Huwa essenzjali li jiġi assigurat li l-istabbiliment u l-ġestjoni tal-ERC ma joħolqux strutturi paralleli jew proċeduri mhux ċari ta’ skjerament fil-livell Ewropew. L-Artikolu 7 tal-proposta għal Deċiżjoni, li jikkonċerna l-ERC, għalhekk għandu jipprovdi li jitqiesu l-korpi nazzjonali u reġjonali u li għandu jkun hemm koordinazzjoni bejnhom u bejn l-ERC.

Emenda 4

Artikolu 11(3) u (7) – Il-kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Tiġi mwaqqfa Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi fil-forma ta’ konsorzjonament volontarju ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Istati Membri.

1.   Tiġi mwaqqfa Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi fil-forma ta’ konsorzjonament volontarju ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Istati Membri.

2.   Fuq il-bażi ta’ xenarji ta’ referenza, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiddefinixxi t-tipi u n-numru ta’ kapaċitajiet meħtieġa għall-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi (minn hawn ’il quddiem “miri ta’ kapaċità”).

2.   Fuq il-bażi ta’ xenarji ta’ referenza, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiddefinixxi t-tipi u n-numru ta’ kapaċitajiet meħtieġa għall-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi (minn hawn ’il quddiem “miri ta’ kapaċità”).

3.   Il-Kummissjoni tiddefinixxi ħtiġijiet ta’ kwalità għall-kapaċitajiet li jkunu se jiġu impenjati lill-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi. L-Istati Membri jkunu responsabbli biex jiżguraw il-kwalità tagħhom.

3.   Il-Kummissjoni tiddefinixxi ħtiġijiet ta’ kwalità għall-kapaċitajiet li jkunu se jiġu impenjati lill-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi. L-Istati Membri jkunu responsabbli biex jiżguraw il-kwalità tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni tistabilixxi u timmaniġġa proċess għaċ-ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ kapaċitajiet li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli għall-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi.

4.   Il-Kummissjoni tistabilixxi u timmaniġġa proċess għaċ-ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ kapaċitajiet li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli għall-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi.

5.   L-Istati Membri jidentifikaw u jirreġistraw kapaċitajiet fuq bażi volontarja, li jimpenjaw lill-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi. Ir-reġistrazzjoni ta’ moduli multinazzjonali pprovduti minn żewġ Stati Membri jew aktar tintuża b’mod konġunt mill-Istati Membri kollha kkonċernati.

5.   L-Istati Membri jidentifikaw u jirreġistraw kapaċitajiet fuq bażi volontarja, li jimpenjaw lill-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi. Ir-reġistrazzjoni ta’ moduli multinazzjonali pprovduti minn żewġ Stati Membri jew aktar tintuża b’mod konġunt mill-Istati Membri kollha kkonċernati.

6.   Il-kapaċitajiet reġistrati fil-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi jkunu disponibbli għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni għall-emerġenzi taħt il-Mekkaniżmu fuq it-talba tal-Kummissjoni permezz tal-ERC. L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr dwar raġunijiet serji li jistgħu jwaqqfuhom milli dawn il-kapaċitajiet ikunu disponibbli f’emerġenza speċifika.

6.   Il-kapaċitajiet reġistrati fil-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi jkunu disponibbli għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni għall-emerġenzi taħt il-Mekkaniżmu fuq it-talba tal-Kummissjoni permezz tal-ERC. L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr dwar raġunijiet serji li jistgħu jwaqqfuhom milli dawn il-kapaċitajiet ikunu disponibbli f’emerġenza speċifika.

7.   Fil-każ ta’ skjerament, il-kapaċitajiet jibqgħu taħt il-kmand u d-direzzjoni tal-Istati Membri. Il-koordinazzjoni fost il-kapaċitajiet differenti tkun żgurata mill-Kummissjoni permezz tal-ERC. Il-kapaċitajiet jibqgħu disponibbli għar-raġunijiet nazzjonali tal-Istati Membri meta ma jintużawx f’operazzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu.

7.   Fil-każ ta’ skjerament, il-kapaċitajiet jibqgħu taħt il-kmand u d-direzzjoni tal-Istati Membri. Il-koordinazzjoni fost il-kapaċitajiet differenti tkun żgurata mill-Kummissjoni permezz tal-ERC.

8.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw viżibilità xierqa tal-interventi tal-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi.

8.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw viżibilità xierqa tal-interventi tal-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi.

Emenda 5

Artikolu 15 – Ir-reazzjoni għal diżastri kbar fi ħdan l-Unjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Fejn iseħħ diżastru kbir fi ħdan l-Unjoni, jew l-imminenza tiegħu, Stat Membru jista’ jitlob għall-għajnuna permezz tal-ERC. It-talba tkun speċifika kemm jista’ jkun.

1.   Fejn iseħħ diżastru kbir fi ħdan l-Unjoni, jew l-imminenza tiegħu, Stat Membru jista’ jitlob għall-għajnuna permezz tal-ERC. It-talba tkun speċifika

Raġuni

Hemm bżonn ta’ iktar informazzjoni preċiża mill-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru kbir li tippermetti azzjoni effettiva, immirata u kosteffiċjenti taħt il-Mekkaniżmu, apparti li tippermetti li l-għanijiet mixtieqa jinkisbu iktar malajr, fattur importanti ħafna fir-rispons għad-diżastri.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/171


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Pakkett Negozji Responsabbli”

2012/C 277/17

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qiegħdet l-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni soċjali fil-qalba tal-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 “Unjoni ta’ Innovazzjoni”, il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-Att dwar is-Suq Uniku;

jaqbel li l-analiżi strateġika tar-responsabbiltà soċjali korporattiva (RSK) saret aktar importanti f’termini ta’ kompetittività tan-negozji. Dan jista’ jgħin fil-ġestjoni tar-riskju, it-tnaqqis tal-ispejjeż, il-ksib tal-kapital, ir-relazzjonijiet mal-konsumaturi, il-ġestjoni tal-persunal u l-kapaċità għall-innovazzjoni. Jekk jiffokaw fuq ir-RSK, in-negozji jistgħu jikkonsolidaw il-fiduċja li l-impjegati, il-konsumaturi u ċ-ċittadini għandhom fir-rigward tagħhom;

japprova l-appell tal-Kummissjoni lill-mexxejja tan-negozji Ewropej biex jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra biex jippromovu negozju responsabbli f’għadd dejjem akbar ta’ kumpaniji tal-UE, b’konformità mal-miri ċari stabbiliti għall-2015 u l-2020;

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti aktar attenzjoni lil-livelli differenti tal-iżvilupp u lid-differenzi reġjonali li għadhom jeżistu fl-UE. Is-sitwazzjonijiet tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet b’rabta mal-ħames miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 – għall-impjieg, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-enerġija, l-edukazzjoni u l-prevenzjoni tal-faqar – ivarjaw b’mod konsiderevoli u l-kriżi qed taffettwahom b’modi differenti.

Relatur

Is-Sinjura TIETARI (FI/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Säkylä

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta: Pakkett “Negozji responsabbli”, li fih:

il-Komunikazzjoni ta’ introduzzjoni

COM(2011) 685 final

il-proposta biex jiġu riveduti d-Direttivi dwar il-Kontabilità,

COM(2011) 684 final

il-proposta biex tiġi riveduta d-Direttiva dwar it-Trasparenza,

COM(2011) 683 final

il-Komunikazzjoni dwar ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (RSK),

COM(2011) 681 final

il-Komunikazzjoni dwar l-“Inizjattiva għan-negozju soċjali”

COM(2011) 682 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qiegħdet l-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni soċjali fil-qalba tal-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 “Unjoni ta’ Innovazzjoni”, il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-Att dwar is-Suq Uniku;

2.

jaqbel li l-analiżi strateġika tar-responsabbiltà soċjali korporattiva (RSK) saret aktar importanti f’termini ta’ kompetittività tan-negozji. Dan jista’ jgħin fil-ġestjoni tar-riskju, it-tnaqqis tal-ispejjeż, il-ksib tal-kapital, ir-relazzjonijiet mal-konsumaturi, il-ġestjoni tal-persunal u l-kapaċità għall-innovazzjoni. Jekk jiffokaw fuq ir-RSK, in-negozji jistgħu jikkonsolidaw il-fiduċja li l-impjegati, il-konsumaturi u ċ-ċittadini għandhom fir-rigward tagħhom;

3.

japprova l-appell tal-Kummissjoni lill-mexxejja tan-negozji Ewropej biex jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra biex jippromovu negozju responsabbli f’għadd dejjem akbar ta’ kumpaniji tal-UE, b’konformità mal-miri ċari stabbiliti għall-2015 u l-2020;

4.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix definizzjoni standard tal-intraprenditorija soċjali għall-UE b’mod globali li tista’ torbot lill-partijiet kollha u twassal għal regolamentazzjoni stretta wisq, u japprova l-proposta għal prinċipji komuni biex jiġu kkunsidrati l-istrateġiji politiċi, ekonomiċi u soċjali u l-kapaċitajiet tal-Istati Membri differenti. Madankollu, il-lingwaġġ u t-terminoloġija għandhom ikunu konsistenti fil-pajjiżi kollha tal-UE;

5.

japprova l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex tibni Ewropa b’saħħitha u kompetittiva orjentata lejn tkabbir sostenibbli bil-għan li jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku. L-Istrateġija Ewropa 2020 tqiegħed l-appoġġ għal negozji kompetittivi u sostenibbli “fil-qofol” (1);

6.

jinnota li l-elementi varjabbli l-ġodda li qed jaffettwaw il-kompetittività xeħtu dubju fuq ir-rwol globali tal-ekonomija Ewropea u li l-Istrateġija Ewropa 2020 għandha tiġi appoġġjata bis-saħħa biex l-ekonomija Ewropea tkun tista’ terġa’ tikseb il-pożizzjoni tagħha. Bħala xprun għat-tkabbir, il-perspettiva soċjali għandha tkun fil-qalba ta’ dan il-proċess;

7.

jenfasizza l-importanza li jiġi sfruttat il-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-UE meta tkun qed titfassal risposta għall-isfidi globali. Il-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 jistgħu jinkisbu biss jekk jinġabru f’daqqa r-riżorsi tal-Istati Membri u jinħolqu sinerġiji;

8.

jappoġġja żieda fil-kooperazzjoni komprensiva u l-fehmiet bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri li jorbtuhom biex jiksbu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020;

9.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti aktar attenzjoni lil-livelli differenti tal-iżvilupp u lid-differenzi reġjonali li għadhom jeżistu fl-UE. Is-sitwazzjonijiet tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet b’rabta mal-ħames miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 – għall-impjieg, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-enerġija, l-edukazzjoni u l-prevenzjoni tal-faqar – ivarjaw b’mod konsiderevoli u l-kriżi qed taffettwahom b’modi differenti;

10.

jemmen li l-attività kummerċjali responsabbli għandha tiġi appoġġjata u ppremjata fis-suq, pereżempju permezz ta’ għotjiet għall-investiment u l-akkwist pubbliku. L-appoġġ għandu jkun immirat lejn il-partijiet interessati li jirrikonoxxu l-importanza ewlenija tal-ħaddiema għall-iżvilupp tan-negozji. Iż-żieda fl-impjieg fost dawk in-nies minn gruppi li jitqiesu fir-riskju tal-qgħad għandha tiġi ppremjata sabiex ikun hemm effett ta’ imitazzjoni;

11.

jinsab sodisfatt bil-proposta tal-Kummissjoni li jiġu rikonoxxuti pubblikament in-negozji li jagħtu sehemhom biex ikunu soċjlament responsabbli. L-UE tista’ tgħin biex ixxerred l-aqwa prattiki, issaħħaħ it-tagħlim mill-pari u tħeġġeġ għadd dejjem akbar ta’ negozji biex jiżviluppaw l-approċċ tagħhom stess fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ RSK;

12.

jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal leġislazzjoni li tobbliga l-fondi ta’ investiment u l-istituzzjonijiet finanzjarji jinfurmaw lill-klijenti tagħhom (iċ-ċittadini, il-kumpaniji, l-awtoritajiet, eċċ.) dwar il-prinċipji ta’ investiment responsabbli jew etiku li jużaw jew dwar l-istandards u r-regoli li japplikaw biex jintroduċu sistema ġdida ta’ etika;

13.

jappoġġja l-ħolqien ta’ strument Ewropew li ser jgħin lill-intrapriżi soċjali biex jiżguraw il-finanzjament;

14.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni u l-KtR jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod regolari l-implimentazzjoni u l-informazzjoni f’dan il-qasam. Jekk tiġi provduta informazzjoni dwar kwistjonijiet soċjali, ambjentali u relatati mal-klima jissaħħaħ l-impenn fir-rigward ta’ diversi miżuri li jagħmilha aktar faċli li jiġu identifikati riskji ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli;

15.

jifhem li biex tiġi stabbilita r-RSK jinħtieġu ħiliet ġodda min-naħa tan-negozji u bidla fil-valuri u l-imġiba. L-Istati Membri jistgħu jaqdu rwol ewlieni biex jipprovdu lill-istituzzjonijiet edukattivi b’inċentivi biex jinkludu r-RSK, l-iżvilupp sostenibbli u ċ-ċittadinanza responsabbli fil-kurrikuli rilevanti, kemm fl-iskejjel sekondarji kif ukoll fl-edukazzjoni għolja;

16.

jinsab kuntent li l-inizjattiva talloka rwol ewlieni lit-tagħlim, lill-kuxjenza soċjali u lir-rikonoxximent tal-attività ta’ żvilupp fil-mudell il-ġdid tal-UE ta’ tkabbir, u jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tiggwida u tiffinanzja proġetti edukattivi li jsaħħu r-responsabbiltà soċjali; jemmen li l-iżvilupp ta’ mentalità ta’ intraprenditorija soċjali għandu jseħħ fl-iktar stadju bikri tal-edukazzjoni, B’hekk, titrawwem kuxjenza xierqa tar-rwol tal-kapital uman fl-ekonomija;

17.

jagħraf li l-industrija espandiet bħala kunċett u li tip ġdid ta’ industrija bbażat fuq in-netwerking qed isir dejjem aktar importanti. L-estensjoni tar-responsabbiltà soċjali għall-operazzjonijiet kollha ser tgħin biex negozji bħal dawn jiżviluppaw;

18.

jirrikonoxxi li l-estensjoni tar-responsabbiltà soċjali biex tkopri n-negozju hija sfida ewlenija biex il-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem issir aktar konsistenti;

19.

jinnota li implimentazzjoni aktar effettiva tal-Prinċipji Gwida tan-NU ser tikkontribwixxi għall-interessi tal-UE fi kwistjonijiet individwali ta’ drittijiet tal-bniedem u biex tippromovi standards tax-xogħol ewlenin f’oqsma li jinkludu t-tħaddim tat-tfal, it-tħaddim sfurzat fil-ħabs, it-traffikar tal-bnedmin, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-diskriminazzjoni, il-libertà tal-assoċjazzjoni u d-dritt għan-negozjar kollettiv;

20.

jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tinvesti f’miżuri bl-ikbar potenzjal soċjoekonomiku u jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fl-2012 taħdem man-negozji u l-partijiet interessati biex tfassal linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem għal ċerti setturi u għall-SMEs abbażi tal-Prinċipji Gwida tan-NU;

21.

itenni li wieħed mill-aktar objettivi importanti għandu jkun il-ħolqien ta’ sistema ta’ finanzjament aktar responsabbli u aktar trasparenti. L-investituri għandhom jikkunsidraw ħafna aktar aspetti milli l-benefiċċji finanzjarji attwali biss huma u jagħmlu deċiżjonijiet ta’ investiment. L-effett ta’ politika responsabbli dwar il-kapital uman huwa vantaġġi kompetittivi fit-tul. Dawn jissarrfu f’benefiċċji finanzjarji sostanzjali;

22.

jemmen li l-għan tar-responsabbiltà soċjali għandu jkun li jiġu żviluppati proċessi li jippermettu ġestjoni aktar effiċjenti, responsabbli u trasparenti ta’ riżorsi li qed jonqsu u biex tiżdied l-implimentazzjoni ta’ miżuri soċjalment responsabbli;

23.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tendenzi demografiċi huma relatati ma’ mudelli ġodda ta’ konsum. It-tixjiħ tal-popolazzjoni fil-pajjiżi żviluppati qed iwassal għal żieda fid-domanda fuq is-servizzi soċjali, iżda ser jipprovdi wkoll opportunitajiet biex jinħolqu negozji soċjalment responsabbli;

24.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni u l-KtR jidentifikaw miżuri etiċi u bbażati fuq il-valuri biex jimmotivaw aktar lin-negozji biex jiżviluppaw ir-responsabbiltà soċjali tagħhom. Dan ser jirrikjedi ħiliet ġodda u bidla fil-valuri u l-imġiba;

25.

jirrakkomanda li jinstabu inċentivi li jħeġġu lin-negozji jsiru aktar responsabbli soċjalment b’mod volontarju u fuq l-inizjattiva tagħhom stess. In-negozji għandhom jingħataw il-flessibbiltà biex jinnovaw u jiżviluppaw approċċ lejn ir-responsabbiltà soċjali adatt għaċ-ċirkostanzi tagħhom stess u m’għandhomx ikunu mgħobbija żżejjed skont id-daqs u s-settur tagħhom. Għandu jiġi nnutat li r-RSK tippromovi u tappoġġja d-djalogu soċjali;

26.

jemmen li għandhom jiġu żviluppati miżuri tanġibbli u kwantifikabbli fil-livell lokali f’partijiet differenti fl-Ewropa biex b’hekk l-impatt dirett u indirett jista’ jintwera u jinqasam;

27.

jappoġġja kunċett ta’ sostenibbiltà integrata fejn il-fatturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali jkunu bbilanċjati. Għandha titħeġġeġ il-kunsiderazzjoni ta’ aspetti soċjali fl-akkwist pubbliku matul l-applikazzjoni tal-qafas legali attwali tal-UE (2);

28.

jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mil-liġi attwali dwar l-akkwist pubbliku biex jinkludu kriterju ta’ responsabbiltà soċjali fl-akkwist. Madankollu, in-negozji żgħar u l-mikrointrapriżi għandhom jiġu garantiti opportunitajiet ugwali biex jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti, u għandu jiġi żgurat ukoll li din il-parteċipazzjoni tkun sostenibbli;

29.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex tadatta l-leġislazzjoni dwar l-akkwist pubbliku sabiex din tkun taqbel aktar mal-ħtiġijiet lokali, u jitlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ikomplu jikkunsidraw dawn il-ħtiġijiet kif ukoll dawk tal-SMEs;

30.

jirrakkomanda li jsiru proposti għal miżuri ta’ riforma fil-leġislazzjonijiet dwar l-akkwist biex jinħolqu aktar opportunitajiet għal atturi iżgħar, aktar aġili u soċjalment responsabbli. Għandu jkun possibbli li jiġu enfasizzati l-kwalità u l-kundizzjonijiet tax-xogħol meta jkun qed isir akkwist pubbliku, b’mod partikolari fis-setturi soċjali u tal-kura tas-saħħa;

31.

jinsisti li fis-sejħiet għall-offerti għandu jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ sħubijiet u netwerks. L-offerti kompetittivi m’għandhomx ikunu onerużi u kumplessi wisq u m’għandhomx jirrikjedu ħafna burokrazija. Għandha tiġi evitata wkoll enfasi mhux dovuta fuq il-ksib ta’ riżultati bl-aktar mod irħis u malajr possibbli. L-iktar ħaġa importanti hija li jinkisbu r-riżultati kwalitattivi mistennija mill-pubbliku;

Mudelli ġodda meħtieġa u miżuri proposti biex jiżdied in-negozju soċjalment responsabbli

Ir-responsabbiltà soċjali bħala fattur kompetittiv

32.

jirrakkomanda miżuri li ser jgħinu lin-negozji jiżviluppaw attivitajiet, prodotti u servizzi aktar soċjalment responsabbli u kompetittivi. Għandu jitfassal u jitwettaq stħarriġ li jidentifika l-għarfien fis-settur, modi kif dan jista’ jiġi żviluppat u objettiv li jista’ jitkejjel. Għandu jiġi promoss ukoll l-iskambju tal-prattiki tajba;

Faċilità tal-użu għall-konsumaturi

33.

jemmen li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw b’mod faċli informazzjoni dwar negozji soċjalment responsabbli u l-prodotti tagħhom. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’forma li tista’ tintuża u titqassam faċilment;

34.

jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-ftuħ ta’ aspetti differenti tal-proċessi tal-produzzjoni bil-għan li tintwera r-responsabbiltà soċjali. It-terminoloġija għandha tkun ċara u konsistenti u l-konsumaturi għandhom jingħataw l-opportunità li jagħtu feedback;

L-inċentivi finanzjarji għandhom ikunu ċari

35.

iqis li jekk jiġu provduti inċentivi finanzjarji jew oħrajn għall-intraprenditorija soċjali dawn għandhom ikunu ċari. Fl-istess waqt, l-ambjent kummerċjali għandu jkun jista’ jrawwem kummerċ responsabbli u jagħmlu attraenti. In-negozji ż-żgħar għandhom jingħataw opportunità ġenwina wkoll biex joperaw bħala intrapriżi soċjali;

Taħriġ, edukazzjoni

36.

jemmen li l-intraprenditorija soċjali tingħata ftit wisq attenzjoni fit-taħriġ. In-nuqqas ta’ approċċ intraprenditorjali mill-maniġers ta’ intrapriżi soċjali jista’ jfixkel l-iżvilupp. Għaldaqstant huwa essenzjali fil-futur li jiġi adottat approċċ doppju għall-kwistjoni tal-ekonomija soċjali: bħalissa, fil-qafas tat-taħriġ, u fil-ġejjieni, fil-qafas tal-programmi ta’ edukazzjoni għolja. Jekk dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati, il-persunal ikun jista’ jitħarreġ b’mod adatt;

37.

iqis li l-inizjattivi ta’ żvilupp u ta’ taħriġ għandhom jitfasslu f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-finanzjament. B’dan il-mod il-kapital uman ikun jista’ jintuża wkoll biex jgħin fl-iżvilupp tal-intraprenditorija soċjali;

Ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni dwar l-akkwist

38.

jinnota li fis-sejħa għall-offerti għas-servizzi u l-provvisti pubbliċi qed tingħata enfasi partikolari fuq l-ispejjeż. L-akkwist isir fil-forma ta’ offerti kbar u ta’ darba għal servizzi jew provvisti li jistgħu jeskludu lil atturi iżgħar minħabba l-prezz ogħla tagħhom għal kull unità. Għandu jkun aktar faċli biex l-iżvilupp sostenibbli jitqies matul l-akkwist. Għandu jiġu organizzat taħriġ u jingħataw pariri dwar kif jitressqu l-offerti;

Inħeġġu l-intraprenditorija soċjali

39.

iqis li l-intraprenditorija soċjali għandha titħeġġeġ biex l-esperti f’oqsma differenti jiġu involuti u jaqsmu informazzjoni dwar bosta aspetti prattiċi;

40.

jenfasizza li ħafna SMEs b’mod partikolari jħossu li huma esklużi meta jitfasslu dispożizzjonijiet u regolamenti ġodda. In-negozji għandhom jingħataw opportunitajiet prattiċi biex jinfluwenzaw u jevalwaw l-impatt ta’ miżuri differenti u għandhom jiġu offruti possibbiltajiet aktar flessibbli, pereżempju għall-finanzjament;

41.

jemmen ukoll li huwa importanti li jinstab mod ġdid kif tissaħħaħ il-prestazzjoni, il-kontabilitàu t-trasparenza tal-kumpaniji bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament;

42.

jinnota li l-ekonomija soċjali attwalment timpjega aktar minn 11-il miljun persuna fl-UE jew 6 % tal-forza tax-xogħol kollha (3). Tinkludi organizzazzjonijiet bi status legali speċjali (kooperattivi, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u soċjetajiet reċiproċi) – li ħafna minnhom għandhom objettivi soċjali skont il-forma legali partikolari tagħhom – kif ukoll intrapriżi soċjali li joperaw bħala negozji privati tradizzjonali jew kumpaniji b’responsabbiltà limitata;

43.

jenfasizza n-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-intraprenditorija soċjali. M’hemmx netwerk tajjeb biżżejjed bejn il-partijiet interessati minn reġjuni u pajjiżi differenti u dan ifixkel it-tifrix tal-aqwa prattiki, l-istabbiliment ta’ sħubijiet u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda;

44.

jenfasizza b’mod partikolari l-bżonn fis-suq uniku għal forma ġdida u inklużiva ta’ tkabbir immirata lejn il-livell massimu ta’ impjieg possibbli;

45.

jitlob biex jiġi kkunsidrat jekk l-intrapriżi soċjali jistgħux jagħmlu kontribut ekonomiku konsiderevoli, soġġett pereżempju għal intervent fil-metodi tal-produzzjoni tas-settur pubbliku. L-intraprenditorija soċjali tista’ sservi ta’ mudell għar-riforma tas-servizzi pubbliċi, miżura li ser tkun indispensabbli fil-ġejjieni;

46.

jixtieq li jitqiesu l-aspetti speċjali tal-intrapriżi soċjali b’mod partikolari fl-akkwist pubbliku. Madankollu, dan m’għandux iwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni;

47.

jappoġġja l-miżuri li ħadet il-Kummissjoni fil-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (4) u fl-Att dwar is-Suq Uniku (5) biex issaħħaħ il-koeżjoni territorjali u tidentifika approċċi oriġinali għal problemi soċjali, speċjalment bil-għan li jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

48.

jappoġġja l-idea li l-intrapriżi soċjali jsitgħu jifformaw kategorija speċifika ta’ kumpaniji bl-istatus legali tagħhom u objettivi oħra apparti s-sempliċi qligħ għall-partijiet interessati. Madankollu, tali kategorija ta’ kumpaniji jkollha l-prijoritajiet reġjonali u nazzjonali tagħha stess;

49.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jitfasslu prinċipji kondiviżi filwaqt li jiġu rispettati l-għażliet politiċi, ekonomiċi u soċjali differenti tal-Istati Membri u l-kapaċità tal-intrapriżi soċjali għall-innovazzjoni;

50.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-responsabbiltà soċjali mhijiex xi ħaġa ġdida għan-negozji ż-żgħar. L-intraprenditorija soċjali diġà qed tiġi prattikata min-negozji mingħajr ma jafu li qed jagħmlu dan. Jistgħu ma jkunux familjari mat-terminoloġija u l-kunċetti. Għandha tiżdied is-sensibilizzazzjoni ġenerali dwar il-kunċetti biex ikunu jistgħu jiġu applikati fl-operazzjonijiet kummerċjali u meta jkunu qed jimplimentaw l-operazzjonijiet;

51.

jappoġġja l-miżuri li ser jissensibilizzaw dwar l-intraprenditorija soċjali u jsaħħu l-viżibbiltà u l-familjarità tagħha. Għandu jkun aktar faċli u malajr li wieħed isib informazzjoni dwar l-intrapriżi soċjali sabiex l-esperjenzi u l-aqwa prattiki jiġu kondiviżi;

52.

jaqbel mal-ħolqien ta’ pjattaforma multilingwistika diġitali għall-iskambju tal-informazzjoni immirata lejn l-intrapriżi soċjali, l-inkubaturi tan-negozji, il-clusters kummerċjali u l-investituri fl-intrapriża soċjali u li jiġu ffaċilitati l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni bħala forma ta’ appoġġ mill-programmi tal-UE. L-iżvilupp tal-pjattaforma għandu jsir wara konsultazzjonijiet ma’ gruppi interessati;

53.

jissuġġerixxi li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tal-prattiki ta’ finanzjament tal-proġetti. Fid-dawl tal-fatt li għandu jinstab finanzjament minn bosta fondaturi differenti, l-applikanti għandhom jiffamiljarizzaw ruħhom mar-regoli u l-istruzzjonijiet speċifiċi għal kull wieħed minnhom, għaliex it-tip u l-ammont ta’ appoġġ offrut minn sistemi differenti jvarjaw skont il-korp ta’ finanzjament pubbliku, in-natura tal-proġett u l-leġislazzjoni nazzjonali. Dan jillimita l-opportunitajiet b’mod partikolari għal atturi żgħar bi ftit riżorsi biex jipparteċipaw fi proġetti. Il-proċeduri ta’ implimentazzjoni, interpretazzjoni u applikazzjoni għall-finanzjament tal-UE wkoll jirrikjedu attenzjoni;

54.

jemmen li għandhom jiġu żviluppati linji wesgħin ta’ azzjoni u programmi mmirati biex jappoġġjaw lill-intrapriżi soċjali u jippromovu l-innovazzjoni soċjali. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom jitfasslu b’tali mod li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni;

55.

jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-intrapriżi soċjali biex isibu finanzjament sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. Il-mod kif jużaw il-profitti jew il-fatt li jimpjegaw persuni soċjalment vulnerabbli jfisser li l-intrapriżi soċjali ta’ spiss jagħtu lil min isellifhom jew lil investituri potenzjali l-impressjoni li huma iktar riskjużi jew jagħmlu inqas profitt minn negozji oħra;

56.

jappoġġja l-miżuri (6) proposti mill-Kummissjoni sabiex il-partijiet interessati mis-settur privat u pubbliku jitħeġġu jinvestu iktar f’dawn in-negozji permezz ta’ parteċipazzjoni fir-riskju jew self, kemm permezz ta’ investiment soċjalment responsabbli jew ta’ strument Ewropew sabiex jappoġġja l-finanzjament tal-intrapriżi soċjali;

57.

huwa favur it-tfassil ta’ qafas regolatorju fil-livell Ewropew li jippermetti l-ħolqien ta’ vetturi ġodda u soċjalment responsabbli ta’ investiment;

58.

jinsisti li n-negozji u l-fondazzjonijiet kollha fis-settur tal-intraprenditorija soċjali għandhom ikunu jistgħu joperaw fis-suq uniku, u għalhekk jeħtieġ li r-regoli ma jkunux kumplessi ħafna. Għandu jkun faċli li wieħed jifhem sew u jikkonforma mar-regoli;

59.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjani tal-Fond Ewropew tal-Investiment (7) biex fl-2012 tiġi introdotta “opportunità tal-ekwità” (ESIEF) (8) sabiex isir investiment f’vetturi għall-kisba ta’ objettivi soċjali. Huwa diffiċli jinkiseb finanzjament, b’mod partikolari, għall-fażi tal-bidu;

60.

jissuġġerixxi li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jitwaqqaf grupp ġdid ta’ investiment immirat lejn l-intraprenditorija soċjali u jiġi kkunsidrat jekk jistax jiġi żviluppat approċċ li jagħti bidu għall-intraprenditorija soċjali li jħeġġeġ l-involviment ta’ fornituri ta’ finanzjament differenti fis-sistema ta’ innovazzjoni. Il-finanzjament għandu jingħaqad ma’ konsulenza u gwida dwar ħiliet ta’ investiment u negozju, peress li l-varjetà kbira tal-għażliet ta’ ffinanzjament jagħmluha diffiċli għall-intrapriżi ġodda ta’ skala żgħira biex japplikaw. Il-fatt li d-deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ negozju u l-iffissar ta’ objettivi huma diffiċli biex isiru jimpedixxi l-aċċess għall-finanzjament;

61.

jinsisti li l-investiment għandu jiġi akkumpanjat b’definizzjoni preċiża tal-impatti u r-rekwiżit ta’ operat responsabbli;

62.

jipproponi li l-ġenerazzjoni ta’ innovazzjonijiet ġodda u negozji ġodda issir mira kwalitattiva fl-iżvilupp tal-intraprenditorija soċjali sabiex tgħin biex jitnaqqas il-qgħad fit-tul u jinħolqu impjiegi u netwerks ġodda u permanenti, speċjalment fost in-negozji ż-żgħar;

63.

jirrakkomanda li jsir studju aktar mill-qrib dwar jekk l-intraprenditorija soċjali u t-taħriġ rilevanti jistgħux jintużaw biex jgħinu liż-żgħażagħ vulnerabbli jsibu xogħol, u jekk il-parteċipazzjoni fl-intrapriża soċjali tistax toffrilhom sengħa u esperjenza, taqlagħhom mill-qgħad u ddaħħalhom fil-ħajja tax-xogħol;

64.

jenfasizza l-opportunità li l-ħiliet u l-għarfien taċitu ta’ ħaddiema ta’ mezza età jgħaddu lill-ġenerazzjonijiet iżgħar bit-twaqqif ta’ intrapriża soċjali. Ħaddiema akbar fl-età li huma kapaċi jaħdmu aktar fit-tul ukoll huma mhedda bl-għoti tas-sensja u l-marġinalizzazzjoni tul il-kriżi ekonomika. Il-fondi tal-UE għandhom jintużaw ukoll sabiex jiġi adottat mudell tal-għalliem-apprentista fl-intraprenditorija soċjali. It-trasferiment tal-għarfien bejn il-ġenerazzjonijiet joħloq valur miżjud sinifikanti, peress li ħaddiema akbar fl-età jkunu jistgħu jgħaddu modi ta’ ħsieb u għarfien prattiku filwaqt li ħaddiema iżgħar joffru ideat friski u entużjażmu. Għaldaqstant, il-mudell tal-għalliem-apprentista huwa bidirezzjonali;

65.

huwa favur iż-żieda fl-informazzjoni għall-persuni akbar fl-età dwar il-benefiċċji tal-intraprenditorija soċjali bħala parti mis-Sena Ewropea tat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet 2012;

66.

jemmen li għandhom jiġu organizzati gwida esperta, servizzi ta’ żvilupp, seminars dwar il-kooperazzjoni, żjarat ta’ studju u attivitajiet rilevanti oħra adatti għal kull sitwazzjoni li jiffaċċja negozju sabiex jitjiebu l-ħiliet ta’ negozju u jitħeġġeġ l-iskambju tal-għarfien;

67.

huwa favur approċċ fit-tul biżżejjed iktar minn wieħed frammentat ibbażat fuq proġett. Proċess imtarraġ ibbażat fuq miri interim ċari huwa prerekwiżit sabiex jinħolqu operazzjonijiet ta’ profitt fost l-intrapriżi soċjali;

68.

jippromovi l-bini ta’ sħubijiet bejn is-setturi kif ukoll bejn l-organizzazzjonijiet f’dixxiplini u oqsma differenti. Liema huma l-atturi rilevanti l-oħra li huma importanti li jiġu involuti; liema huma diġà involuti fl-intraprenditorija soċjali? U xi ngħidu dwar proġetti, programmi u netwerks relatati li l-intraprenditorija soċjali sħiħa hija, jew tipprova tkun, konnessa magħhom? B’liema mod jistgħu proġetti/fondaturi/investituri oħra jibbenefikaw min-netwerking?

69.

jemmen li għandhom jiġu identifikati approċċi sodi u mudelli li jistgħu jaħdmu b’kooperazzjoni mal-partijiet interessati. L-intrapriżi soċjali fl-Ewropa għandhom jiġu valutati u elenkati, u għandhom jiġu stabbiliti l-karatteristiċi speċifiċi, il-mudelli finanzjarji, il-piż ekonomiku, il-potenzjal ta’ tkabbir transkonfinali u l-forom legali tagħhom, kif ukoll il-kontenut u l-prinċipji tal-iskemi li jiggvernawhom. B’hekk, l-informazzjoni eżistenti tkun tista’ tintuża u jkunu jistgħu jinbnew mudelli kunċettwali li jinkorporaw l-aqwa prattiki;

L-iżvilupp ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-intraprenditorija soċjali

70.

jemmen li hekk kif l-intraprenditorija ssir aktar diversa u jikber l-għadd ta’ intraprendituri differenti, l-intraprenditorija soċjali teħtieġ li tiġi definita b’mod aktar preċiż sabiex jiġu applikati trattament tat-taxxa, sistemi ta’ pensjoni u nfiq tas-sigurtà soċjali ġusti b’mod li jinħolqu impjiegi u li jgħin biex jinħolqu opportunitajiet differenti ta’ negozju;

71.

jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ akkreditazzjoni fil-livell lokali bbażata fuq ċerti kriterji, kif ukoll kooperazzjoni mill-qrib u żvilupp ta’ sħubijiet bejn ir-reġjuni; jirrakkomanda li jingħata lok għal aspetti reġjonali speċifiċi bil-għan li jiġu appoġġjati n-negozji responsabbli kemm fir-rigward tal-kontenut kif ukoll fir-rigward tal-forma ta’ rikonoxximent;

Taħriġ, gwida u mentoring għal żvilupp kontinwu

72.

jemmen li t-tiswir ta’ ambjent favorevoli għall-kumpaniji li huma parti mill-ekonomija soċjali ser jeħtieġ forma ġdida ta’ tmexxija u għarfien espert minnhom, li ser jinħoloq permezz ta’ tibdil fil-programmi ta’ edukazzjoni għolja, taħriġ u sforzi ta’ titjib sistematiku;

73.

jirrakkomanda t-tagħlim permezz tal-prattika, jew approċċ tal-għalliem-apprentista, li jippermettu użu effiċjenti ta’ riżorsi. Il-ġbir u l-qsim tal-esperjenzi tal-intraprendituri soċjali li diġà kienu attivi fis-settur għal xi żmien huwa mod importanti kif tiżdied l-informazzjoni disponibbli;

Riżultati li jistgħu jiġu mudellati u riprodotti

74.

jinnota l-ħtieġa li jiġi valutat kemm il-ħidma u l-attivitajiet ta’ dawk li huma attivi fl-intraprenditorija soċjali jistgħu jiġu mudellati u riprodotti, u kif jista’ jiġi żviluppat mudell attraenti ta’ produzzjoni minn dan, li jħeġġeġ lill-investituri biex jimpenjaw ruħhom fi sforzi ta’ titjib u lill-konsumaturi biex jixtru;

Il-prevenzjoni tal-marġinalizzazzjoni taż-żgħażagħ

75.

iqis li għandu jkun hemm investiment fl-impjegar u l-benesseri taż-żgħażagħ u individwi oħrajn fir-riskju tal-marġinalizzazzjoni billi jitjiebu l-għażliet tagħhom tal-impjieg u jiżdiedu l-opportunitajiet għal intraprenditorija soċjali. “Kunċett operattiv” b’aċċess faċli jista’ jipprovdi finanzjament kundizzjonali għal attivitajiet sabiex tiġi evitata l-marġinalizzazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ bil-għan li jiġu żviluppati u estiżi tipi ġodda ta’ servizzi. Iż-żgħażagħ għandhom jingħataw ukoll opportunitajiet biex japplikaw għall-fondi għall-proġetti u l-attivitajiet tagħhom;

76.

jinnota li kumpanija elenkata fil-Borża ma tistax topera mingħajr superviżjoni minn Stat Membru;

77.

jenfasizza l-ħtieġa li miżuri taħt il-“kunċett operattiv” jiġu mmirati b’mod partikolari lejn il-valutazzjoni tal-impatti;

78.

jippromovi l-flessibbiltà fir-rigward tal-frekwenza u l-iskedar taż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja għal emittenti żgħar u medji, u jixtieq li l-frekwenza tal-pubblikazzjoni tkun adatta;

79.

ser jappoġġja miżuri biex jiġu semplifikati l-partijiet narrattivi tar-rapporti finanzjarji għall-emittenti żgħar u medji;

80.

jispera li tingħata attenzjoni partikolari meta tiġi diskussa l-innovazzjoni soċjali għall-prevenzjoni tal-marġinalizzazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

81.

iħeġġeġ li jintlaqgħu l-istandardizzazzjoni u s-semplifikar tal-komunikzazzjoni, filwaqt li jinnota li l-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja dwar kumpaniji elenkati fil-Borża fil-livell tal-UE attwalment huwa ta’ piż: il-partijiet interessati jridu jiflu 27 bażi tad-data nazzjonali differenti sabiex ifittxu informazzjoni;

82.

jixtieq jara l-iżvilupp ta’ ambjent ta’ negozju li jħeġġeġ aktar il-kreattività u l-innovazzjoni u li jtejjeb il-fiduċja fin-negozju billi jnaqqas il-burokrazija u jelimina l-ostakli, li jfixklu, b’mod partikolari, l-attivitajiet tal-kumpaniji ta’ daqs żgħir u medju (SMEs);

83.

huwa favur l-estensjoni tar-rwol tan-negozju responsabbli fis-soċjetà u l-iżvilupp ta’ ambjent fejn l-intraprendituri huma mħeġġa jiżviluppaw innovazzjonijiet li għandhom impatt soċjali u proġetti ekonomikament vijabbli. L-attivitajiet għandhom ikunu ta’ profitt u motivazzjoni għan-negozju, u l-attivitajiet operattivi għandhom iqisu l-intraprendituri mill-bidu;

84.

jirrakkomanda l-valutazzjoni simultanja tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni, li hija maħsuba biex tippromovi l-innovazzjoni soċjali u tikkontrolla l-kreattività tal-assoċjazzjonijiet u l-intrapriżi soċjali sabiex din tibbenefika l-aktar gruppi vulnerabbli u tissodisfa l-ħtiġijiet soċjali urġenti li ma ġewx sodisfati mis-swieq u l-awtoritajiet pubbliċi, sabiex jiġu evitati miżuri replikati;

85.

jippromovi s-semplifikazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kontabilità, b’mod partikolari biex jibbenefikaw minnhom kumpaniji iżgħar. Id-Direttivi dwar il-Kontabilità għandhom ikunu raġonevoli u ġusti fir-rekwiżiti tagħhom, bħalma huma r-regoli ta’ divulgazzjoni u valutazzjoni, u għandhom iqisu d-daqs u s-settur tal-kumpanija;

86.

jemmen li rekwiżiti aktar sempliċi tal-kontabilità jistgħu jippromovu klima ta’ negozju li tħeġġeġ bidu ta’ negozju u intraprenditorija. Il-Kumitat tar-Reġjuni m’għandux ir-riżorsi meħtieġa biex jivvaluta l-effetti negattivi tar-rekwiżiti tal-kontabilità u jirrakkomanda lill-Parlament Ewropew biex iwettaq valutazzjoni wiesgħa qabel ma d-Direttivi dwar il-Kontabilità jidħlu fis-seħħ;

87.

madankollu, jiffavorixxi s-semplifikazzjoni tar-rekwiżiti attwali b’tali mod li l-kontijiet jibqgħu kumparabbli u adatti għall-iskop;

88.

jirrakkomanda l-istandardizzazzjoni tal-limiti għal kumpaniji tal-istess daqs sabiex jiġu faċilitati l-paraguni u jixtieq jara l-ipparagunar tad-data finanzjarja promossa madwar l-Unjoni Ewropea kollha;

89.

jappoġġja l-għan ta’ regolamentazzjoni konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, u jixtieq li jkun żgurat li l-piżijiet amministrattivi jkunu proporzjonali mal-benefiċċji tagħhom;

90.

japprova L-Att dwar is-Suq Uniku (9), li huwa mmirat biex jissemplifika ħajjet l-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji tal-Ewropa. L-“Ismall Business Act” (SBA) jirrikonoxxi l-ħtieġa li jitqiesu bżonnijiet distinti għall-SMEs bħala kategorija, kif ukoll li jkun hemm segmenti f’dik il-kategorija. Barra minn hekk, l-approċċ “l-ewwel aħseb fiż-żgħir” ta’ din il-proposta jippermetti li r-reġimi tal-kontabilità jaqdu daqsijiet differenti ta’ kumpaniji.

91.

jippromovi li jkun żgurat li l-Istati Membri ma jistabbilixxux rekwiżiti addizzjonali inutli. Dan jista’ jintlaħaq bl-aħjar mod permezz ta’ liġi koordinata tal-UE. Fil-każ tal-kumpaniji medji u kbar, ir-rappurtar finanzjarju jeħtieġ li jsir aktar komparabbli fil-livell tal-UE minħabba li l-attivitajiet ta’ dawn il-kumpaniji spiss ikunu jkopru l-firxa tal-UE u jkunu rilevanti għall-partijiet konċernati fis-suq intern kollu.

92.

jappoġġja l-wegħda mill-gvernijiet tal-G8 biex “idaħħlu liġijiet u regolamenti dwar it-trasparenza jew li jippromwovu standards volontarji li jeħtieġu jew iħeġġu lill-kumpaniji taż-żejt, tal-gass u tal-minjieri jiddivulgaw il-pagamenti li jagħmlu lill-gvernijiet”. Il-Parlament Ewropew ippreżenta wkoll Riżoluzzjoni (10) fejn reġa’ sostna l-appoġġ tiegħu għar-rekwiżiti ta’ rappurtar pajjiż b’pajjiż, b’mod partikolari għall-industriji estrattivi;

Konklużjonijiet

93.

iqis bħala prijorità li jittieħdu miżuri bil-għan li jiggwidaw, iħeġġu u jassistu lill-SMEs biex jadottaw b’mod usa’ perspettivi soċjali u soċjalment responsabbli fl-attivitajiet tagħhom. Hemm madwar 24 miljun negozju ta’ daqs żgħir u medju fl-Ujoni Ewropea, u għall-futur tal-Unjoni huwa importanti kif inħeġġu liż-żgħażagħ, b’mod partikolari, biex jimpenjaw ruħhom f’tip ġdid ta’ negozju soċjalment responsabbli;

94.

jemmen li miżuri magħżula sew ser jippromovu l-ħolqien ta’ negozji ġodda u t-tkabbir ta’ dawk li diġà jeżistu. Il-miżuri ta’ politika industrijali għandhom ikunu maħsuba biex jappoġġjaw b’mod partikolari negozji abbundanti fl-impjiegi b’ambizzjonijiet għal tkabbir internazzjonali u soċjalment responsabbli u li huma tajbin biex jisfruttaw in-netwerks;

95.

huwa konvint li l-futur ser jissawwar fl-iżvilupp reġjonali. L-għanijiet jew il-proċeduri magħżula jistgħu jkunu immirati lejn il-bini ta’ xi ħaġa ġdida, iż-żamma ta’ dak li diġà hemm jew l-adattament għall-bidliet fl-ambjent tan-negozju. Il-fattur ewlieni huwa l-kapaċità ta’ reġjun li jibni fuq l-għarfien prattiku tiegħu, li jagħmel użu mill-punti b’saħħithom tiegħu, li jispeċjalizza u li jagħmel użu minn netwerks reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

96.

jinnota li għandhom jiġu aċċertati l-effettività u r-rilevanza tal-appoġġ provdut lin-negozji, u għandhom isiru kull bidla u ffrankar meħtieġa skont is-sejbiet miksuba. Għandhom jiġu żviluppati attivitajiet ta’ negozju aċċessibbli minn netwerks biex jappoġġjaw il-politika industrijali reġjonali inġenerali, filwaqt li jsir użu aħjar tal-potenzjal, il-punti b’saħħithom u l-opportunitajiet ta’ reġjun. Il-kooperazzjoni bejn iż-żoni ċentrali u periferiċi tista’ tiżdied billi titfassal mappa tal-iżviluppi. Il-kooperazzjoni, is-sħubija u n-netwerking bejn ir-reġjuni għandhom isiru wkoll aktar effettivi;

97.

jemmen li huwa importanti wkoll li jitqies jekk l-ambitu tal-proġetti u l-kumplessità tar-regoli jfisssrux li l-proġetti huma mmexxija minn korpi li jispeċjalizzaw fl-amministrazzjoni ta’ proġett, bħalma huma l-muniċipalitajiet, l-universitajiet, l-iskejjel u diversi kumpaniji tal-iżvilupp tan-negozju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex ikunu żgurati opportunitajiet ugwali għall-parteċipazzjoni tan-negozji ż-żgħar fil-proġetti. Organizzazzjonijiet stabbiliti għandhom aktar riżorsi disponibbli għar-riċerka dwar regoli kumplessi tal-proġett, u għat-tfassil ta’ rapporti meħtieġa, li għalihom in-negozji ż-żgħar jaf ma jkollhomx l-għarfien jew il-kapaċità. Madankollu, approċċ aktar fil-pront min-naħa tan-negozji jista’ jippermetti biex il-proġetti jiġu implimentati b’mod aktar kosteffettiv;

98.

juri li attwalment il-forma organizzattiva tal-intrapriża soċjali mhijiex definita sew; l-atturi prinċipali għadhom l-amministraturi pubbliċi u atturi akbar, u n-negozji jaraw l-intraprenditorija soċjali aktar bħala tip ta’ provvediment ta’ servizz benevolenti milli ġeneratur ġenwin ta’ attività ta’ negozju. Dawn l-operazzjonijet jinħassu mhux familjari u mhux relatati mal-intraprenditorija, jew jistgħu jitqiesu li qed jikkompetu ma’ xulxin iktar milli bħala tipi paralleli ta’ attività. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal din il-kwistjoni fil-kuntest tal-iżvilupp tal-intraprenditorija soċjali;

99.

jemmen li l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet għall-intrapriżi soċjali għandha titjieb u ssir aktar aċċessibbli. Il-portal prinċipali fuq il-web għandu jkollu link għal informazzjoni essenzjali u aġġornata. L-informazzjoni għandha tkun interkonnessa u mxandra bl-użu ta’ approċċi effettivi ta’ preżentazzjoni bħalma huma l-bulettini, l-iskambju ta’ esperjenzi ewlenin u t-twettiq ta’ aġġornamenti;

100.

jemmen li għandu jintlaħaq ftehim dwar l-ordni ta’ prijorità tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati, u għandhom jinstabu l-aħjar miżuri, tekniki u metodi prattiċi biex jiġu indirizzati l-problemi fl-oqsma differenti. Dawn il-metodi għandhom jiġu identifikati u riprodotti għall-użu mill-akbar numru ta’ partijiet interessati possibbli;

101.

jemmen li għandha tiżdied il-kapaċità tal-iżvilupp komprensiv relatat man-negozju; il-ġbir u l-iskambju tal-esperjenzi tal-intraprendituri soċjali li diġà ħadmu fis-settur huma mod importanti kif jiżdied l-ammont ta’ informazzjoni. Għandu jkun hemm determinazzjoni fl-Ewropa sabiex tinbena UE integrata fejn kull attur huwa importanti u għandhom jitwettqu sforzi sabiex jinstab rwol għal kulħadd li jkabbar il-ħiliet tagħhom;

102.

jinnota li l-għan huwa li tingħata għajnuna biex jiġu ġġenerati kunċetti ġodda u titħaffef l-adozzjoni ta’ metodi ġodda. Jista’ jintuża ppilotar sabiex jitressqu metodi ġodda fis-suq u tinkiseb esperjenza prattika permezz ta’ suċċessi u fallimenti. Is-settur ser jikseb mudelli ta’ kwalità aħjar u iktar funzjonali kif ukoll informazzjoni dwar l-effettività u l-impatt ta’ kunċett partikolari f’diversi pajjiżi mmirati, u dwar id-diffikultajiet u l-problemi li jinqalgħu;

103.

jinnota li l-ippilotar jipprovdi mod kif jiġi ġġenerat interess ġdid fl-intraprenditorija. Hemm bosta oqsma għal esperimentazzjoni, u l-ippilotar jagħmilha possibbli biex ir-riskju jinżamm f’limiti stabbiliti. Jekk il-proġetti pilota għandhom jiġġeneraw ideat ta’ negozju bi profitt, huwa importanti li jkun hemm appoġġ f’forma ta’ fondi u informazzjoni fil-fażijiet tal-bidu. Il-proġetti pilota jistgħu jservu wkoll bħala pjattaforma ta’ tagħlim qabel ma jiġu introdotti approċċi ġodda;

104.

fl-aħħar nett, jirrakkomanda li jitfittxu soluzzjonijiet b’mod metodiku, fuq medda twila ta’ żmien, u pass wara l-ieħor. Tinħtieġ determinazzjoni friska fl-Ewropa sabiex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku, u dan jista’ jiġri b’mod soċjalment responsabbli, ukoll f’kuntest ta’ restrizzjonijiet ambjentali. Għandhom jiġu elaborati miżuri sabiex tiġi evitata l-esklużjoni, u dawn għandhom jestendu sew fil-futur. Għandhom jiġu evitati miżuri fuq medda qasira ta’ żmien u fuq bażi ta’ proġett mingħajr rekwiżiti speċifiċi ta’ segwitu. Ser inkomplu nippromovu t-tfassil ta’ proposti aktar dettaljati għal miżuri u rapporti kemm dwar ir-responsabbiltà soċjali kif ukoll dwar l-intrapriża soċjali, sabiex isir iktar biex tiġi promossa l-istabbiltà soċjali. B’mod ġenerali, huwa ta’ importanza primarja li tinġibed attenzjoni biex jitjiebu l-isforzi, jiġu skambjati l-eżempji tal-aqwa prattika u tittieħed lezzjoni minnhom, ikun hemm qsim tal-informazzjoni disponibbli u riproduzzjoni tar-riżultati. Il-Kumitat ser iħeġġeġ l-identifikazzjoni ta’ prototipi u appoġġ għal attivitajiet li jħarsu ’l quddiem.

Brussell, 19 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  COM(2010) 614 final.

(2)  Xiri soċjali. Gwida sabiex jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku. Kummissjoni Ewropea, 2011.

(3)  CIRIEC (iċ-Ċentru Internazzjonali tar-Riċerka u l-Informazzjoni dwar l-Ekonomija Pubblika, Soċjali u Kooperattiva), L-ekonomija soċjali fl-Unjoni Ewropea, p. 48.

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali, COM(2010) 758 final, 16.12.2010.

(5)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar L-Att dwar is-Suq Uniku Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzart tal-fiduċja “Flimkien għal tkabbir ġdid”. COM(2011) 206 final, 13.4.2011.

(6)  COM(2011) 681 final.

(7)  Grupp tal-BEI.

(8)  Fond Ewropew għall-Investiment Soċjali u l-Intraprenditorija (ESIEF – European Social Investment and Entrepreneurship Fund) li jkun qed jinvesti f’10 sa 15-il vettura madwar l-Istati Membri.

(9)  Ir-reviżjoni tad-Direttivi dwar il-Kontabilità hija msemmija fit-taqsima 2.11 tal-Komunikazzjoni ta’ April 2011 tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja “Flimkien għal tkabbir ġdid”, disponibbli hawnhekk: http://ec.europa.eu/internal_market/smact/docs/20110413-communication_en.pdf#page=2 (mhux disponibbli bil-Malti).

(10)  Riżoluzzjoni INI/2010/2102.