ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.275.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
12 ta' Settembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 275/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6664 – Al Safi Danone/NDL International/ND Logistics LLC JV) ( 1 )

1

2012/C 275/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6689 – Iridium/LBEIP/Desarrollo De Equipamientos Públicos) ( 1 )

1

2012/C 275/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6660 – Louis Dreyfus Commodities Suisse/Ecoval Holding BV) ( 1 )

2

2012/C 275/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6455 – SCA/Georgia-Pacific Europe) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 275/05

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 275/06

Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni

4

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 275/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6702 – Carlyle/BC Partners/Hamilton Sundstrand Industrial) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6664 – Al Safi Danone/NDL International/ND Logistics LLC JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 275/01

Fl-4 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6664. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


12.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6689 – Iridium/LBEIP/Desarrollo De Equipamientos Públicos)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 275/02

Fl-4 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6689. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


12.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6660 – Louis Dreyfus Commodities Suisse/Ecoval Holding BV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 275/03

Fil-31 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6660. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


12.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6455 – SCA/Georgia-Pacific Europe)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 275/04

Fil-5 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6455. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Settembru 2012

2012/C 275/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2787

JPY

Yen Ġappuniż

99,70

DKK

Krona Daniża

7,4522

GBP

Lira Sterlina

0,79780

SEK

Krona Żvediża

8,4773

CHF

Frank Żvizzeru

1,2074

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3890

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,548

HUF

Forint Ungeriż

284,88

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6963

PLN

Zloty Pollakk

4,1082

RON

Leu Rumen

4,4848

TRY

Lira Turka

2,3065

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2301

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2429

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9161

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5690

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5745

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 441,82

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,4847

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1016

HRK

Kuna Kroata

7,4203

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 239,56

MYR

Ringgit Malażjan

3,9512

PHP

Peso Filippin

53,125

RUB

Rouble Russu

40,5783

THB

Baht Tajlandiż

39,742

BRL

Real Brażiljan

2,5851

MXN

Peso Messikan

16,6711

INR

Rupi Indjan

70,7440


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/4


Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni

2012/C 275/06

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħa fil-Programm Speċifiku ta' Kooperazzjoni: It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni: FP7-ICT-2013-EU-Brazil.

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi d-dati tal-għeluq tas-sejħa u l-baġit jidhru fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/page/home


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6702 – Carlyle/BC Partners/Hamilton Sundstrand Industrial)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 275/07

1.

Fis-6 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha The Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti) u BC Partners Limited (“BCP”, Guernsey), permezz tal-vettura ta’ akkwist Silver II Acquisition Sàrl li hi proprjetà tagħhom b’mod konġunt (il-Lussemburgu), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Hamilton Sundstrand industrijali (“HSI”), diviżjoni ta’ Hamilton Sundstrand Corporation (l-Istati Uniti) li tappartjeni għal United Technologies Corporation (l-Istati Uniti), permezz tax-xiri ta’ ishma fil-kumpaniji li jiffurmaw parti minn HSI: Sullair Corporation, Sundyne Coporation u Milton Roy Company.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Carlyle: maniġer tal-assi alternattivi globali, li jiffinanzja fondi li jinvestu globalment madwar erba’ dixxiplini ta' investiment (akkwiżizzjoni, alternattivi ta’ kreditu, tkabbir ta’ kapital u l-proprjetà immobbli) f'medda ta’ industriji,

għal BCP: il-ġestjon ta’ fondi ta’ investiment ta’ ekwità privata,

għal HSI: Il-manifattura ta’ pompi u kompressuri industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6702 – Carlyle/BC Partners/Hamilton Sundstrand Industrial, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).