ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.251.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
21 ta' Awwissu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 251/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6619 – TSR Recycling/HKS Scrap Metals) ( 1 )

1

2012/C 251/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6537 – Faurecia/Plastal) ( 1 )

1

2012/C 251/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6618 – Raiffeisen Bank International/Raiffeisen Bank Polska) ( 1 )

2

2012/C 251/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6622 – Banco Santander/Kredyt Bank/Zagiel) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 251/05

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 251/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6691 – AXA IMPEE/FIVES) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

4

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6619 – TSR Recycling/HKS Scrap Metals)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 251/01

Fit-13 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6619. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6537 – Faurecia/Plastal)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 251/02

Fit-23 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6537. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6618 – Raiffeisen Bank International/Raiffeisen Bank Polska)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 251/03

Fit-30 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6618. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6622 – Banco Santander/Kredyt Bank/Zagiel)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 251/04

Fit-18 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6622. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Awwissu 2012

2012/C 251/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2300

JPY

Yen Ġappuniż

97,82

DKK

Krona Daniża

7,4456

GBP

Lira Sterlina

0,78345

SEK

Krona Żvediża

8,2339

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3130

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,905

HUF

Forint Ungeriż

277,84

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,0697

RON

Leu Rumen

4,4958

TRY

Lira Turka

2,2161

AUD

Dollaru Awstraljan

1,1784

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2167

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5412

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5230

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5432

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 396,50

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,2264

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8235

HRK

Kuna Kroata

7,4694

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 686,50

MYR

Ringgit Malażjan

3,8480

PHP

Peso Filippin

52,148

RUB

Rouble Russu

39,4883

THB

Baht Tajlandiż

38,771

BRL

Real Brażiljan

2,4817

MXN

Peso Messikan

16,1413

INR

Rupi Indjan

68,5100


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6691 – AXA IMPEE/FIVES)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 251/06

1.

Fl-10 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika, konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1), dwar proposta ta' konċentrazzjoni li permezz tagħha l-fondi ta' kapital ta' riskju AXA LBO Fund IV Supplementary FCPR (“AXA LBO Fund IV Supplementary”, Franza) u AXA LBO Fund V FCPR (“AXA LBO Fund V”, Franza), immaniġġjati mill-impriża AXA Investment Managers Private Equity Europe SA (“AXA IMPEE”, Franza), li hija proprjetà tal-grupp AXA (“AXA”, Franza) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3, paragrafu 1, punt b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-grupp Fives (“Fives”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal AXA IMPEE: fond ta' nvestiment,

għal Fives: inġinerija industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6691 – AXA IMPEE/FIVES, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).