|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.232.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 232/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 232/02 |
||
|
2012/C 232/03 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 232/04 |
Sejħa għall-proposti 2013 – EAC/S07/12 – Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (PTĦ) |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 232/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6679 – STEAG/Fronterasol/OHL Industrial/Arenales Solar) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2012/C 232/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6623 – VINCI/EVT Business) ( 1 ) |
|
|
2012/C 232/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6644 – APG/PGGM/Challenger LBC Terminals) ( 1 ) |
|
|
2012/C 232/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6657 – Marubeni Corporation/Gavilon Holdings) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2012/C 232/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6667 – Marquard & Bahls/Linde/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 232/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
10.7.2012 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34364 (12/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Deutsche Innovationsbeihilferegelung für den Schiffbau |
|||||
|
Il-bażi legali |
Richtlinie des Bundesministeriums für Wirtschaft und Technologie zum Förderprogramm „Innovativer Schiffbau sichert wettbewerbsfähige Arbeitsplätze“, §§ 23, 44 Bundeshaushaltsordnung und Landeshaushaltsordnungen |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Innovazzjoni, Protezzjoni tal-Ambjent, Żvilupp settorjali |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Oħrajn – gewöhnlich 20 %, ausnahmsweise bis zu 30 % |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
— |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2013 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Bini ta' dgħajjes u strutturi għal fuq wiċċ l-ilma |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Verschiedene, da Programmnotifizierung
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.7.2012 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34743 (12/N) |
|||||
|
Stat Membru |
L-Olanda |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Wijziging van de maatregel inzake aanloopsteun voor nieuwe gecombineerdvervoerdiensten op basis van het Twin hub spoorwegnet (SA.31981) |
|||||
|
Il-bażi legali |
Het aanstaande besluit van het monitoring comité van het INTERREG IVB-Noordwest Europa programma |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna ad hoc |
Russell, Inter Ferry Boats, Husa (ACTS). |
||||
|
L-għan |
Żvilupp settorjali, Żvilupp reġjonali |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
50 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
1.7.2012-30.9.2015 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Trasport ta' merkanzija bil-ferrovija |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
29.6.2012 |
|
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34904 (12/N) |
|
|
Stat Membru |
Spanja |
|
|
Reġjun |
— |
— |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Extension of the Reintroduced Spanish Guarantee Scheme for H2 2012 |
|
|
Il-bażi legali |
Real Decreto-ley 20/2011, de 30 de diciembre, de medidas urgentes en materia presupuestaria, tributaria y financiera para la corrección del déficit público. |
|
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
|
L-għan |
Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija |
|
|
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
|
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 100 000 (f'miljuni) |
|
|
L-intensità |
— |
|
|
It-tul ta' żmien |
1.7.2012-31.12.2012 |
|
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni |
|
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Kingdom of Spain |
|
|
Aktar informazzjoni |
— |
|
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta’ Awwissu 2012
2012/C 232/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2346 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
96,64 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4417 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,79040 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,3340 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2024 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4045 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,260 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
279,93 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6969 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1031 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6188 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,2147 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,1717 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,2373 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,5752 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5164 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5366 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 396,99 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,2353 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8612 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5267 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 686,68 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,8503 |
|
PHP |
Peso Filippin |
51,564 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,8830 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,902 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5134 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,4551 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,9340 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/5 |
Avviż lill-importaturi
Importazzjoni mill-Iżrael fl-UE
2012/C 232/03
Permezz ta' Avviż preċedenti lill-Importaturi ppubblikat fil-25 ta' Jannar 2005fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1), l-operaturi ġew imfakkra li, skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael (2), l-oġġetti li huma prodotti fl-insedjamenti Iżraeljani li jinsabu fit-territorji miġjuba taħt amministrazzjoni Iżraeljana f'Ġunju 1967 mhumiex intitolati li jibbenefikaw mit-trattament ta' tariffi preferenzjali.
Wieħed ifakkar li skont l-arranġament li jeżisti bejn l-UE u l-Iżrael għall-implimentazzjoni tal-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael, iċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet tal-fattura kollha maħruġa jew mimlija fl-Iżrael mill-1 ta' Frar 2005, beda jkollhom il-kodiċi postali u l-isem tal-belt, villaġġ jew żona industrijali fejn tkun saret il-produzzjoni li tagħti l-istat tal-oriġini. L-istess jgħodd għaċ-ċertifikati kollha ta' moviment EUR-MED u għad-dikjarazzjonijiet kollha tal-fattura EUR-MED li jistgħu jinħarġu jew jimtlew fl-Iżrael għall-esportazzjoni lejn l-UE fuq il-bażi ta' Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael, kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni EU-Iżrael (3).
Dawk l-operaturi li bi ħsiebhom jippreżentaw evidenza ddokumentata tal-oriġini bil-għan li jiżguraw trattament preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw fl-Iżrael, huma infurmati li t-trattament preferenzjali se jinċaħad għal prodotti li għalihom il-prova tal-oriġini tindika li l-produzzjoni li tagħti l-istat tal-oriġini tkun saret f'post fi ħdan it-territorji miġjuba taħt l-Amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju 1967.
Filwaqt li l-proċeduri fis-seħħ jippermettu għal applikazzjoni adwegwata tal-arranġament, fid-dawl tal-esperjenza, l-mod li bih qed jiġi implimentat fl-UE għandu jiġi ssimplifikat. Għaldaqstant, l-importaturi huma infurmati li minn issa 'l quddiem l-lista aġġornata ta' postijiet mhux eliġibbli u l-kodiċijiet postali tagħhom tinstab fuq il-websajt tematika dwar l-unjoni doganali tal-Kummissjoni (4). Din wieħed jista' jakkwistaha wkoll mill-awtoritajiet tad-dwana fl-Istati Membri tal-UE jew mill-websajts tagħhom.
L-operaturi qed jingħataw il-parir biex jikkonsultaw il-lista b'mod regolari u mill-inqas qabel ma jippreżentaw dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx ta' oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li beħsiebhom isostnu permezz prova ta' oriġini preferenzjali maħruġa jew mimlija fl-Iżrael.
Dan l-avviż jieħhu post l-avviż tal-25 ta' Jannar 2005 minn tat-13 ta’ Awwissu 2012.
(2) ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.
(4) http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/technical-arrangement_postal-codes.pdf
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/6 |
Sejħa għall-proposti 2013 – EAC/S07/12
Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (PTĦ)
2012/C 232/04
1. Għanijiet u deskrizzjoni
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2006 (id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE) (1). Il-programm ikopri l-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-objettivi speċifiċi tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni.
2. Eliġibilità
Il-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja japplika għat-tipi u għal-livelli kollha ta' edukazzjoni u ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u huwa aċċessibbli għall-entitajiet kollha elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.
Il-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja huwa miftuħ għall-applikanti stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin (2):
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
il-pajjiżi taż-ŻEE/l-EFTA: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, |
|
— |
Il-pajjiżi kandidati: il-Kroazja (3), it-Turkija, |
|
— |
l-Isvizzera, |
|
— |
l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja (għall-azzjonijiet tal-programm elenkati fil-Punt A.2 tal-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE biss) (4). |
Barra minn hekk, l-applikanti minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin (5):
|
— |
Żjarat Preparatorji ta’ Comenius, Grundtvig, Erasmus u Leonardo da Vinci, |
|
— |
Taħriġ waqt ix-xogħol Comenius u Grundtvig, |
|
— |
Żjarat u skambji Grundtvig |
|
— |
Mobbiltà għall-istudju tal-istudenti Erasmus, |
|
— |
Mobbiltà tal-Personal Erasmus – Assenjazzjonijiet ta' Tagħlim |
|
— |
Żjarat ta' studju skont l-Attività Ewlenija 1 tal-Programm Trasversali |
|
— |
Mobbiltà Leonardo da Vinci |
Skont l-Artikolu 14(2) tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-PTĦ, il-proġetti u n-netwerks multilaterali ta’ Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u l-attivitajiet prinċipali tal-Programm Trasversali huma miftuħa wkoll għall-imsieħba minn pajjiżi terzi li għadhom ma jeħdux sehem fil-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni. Tista' tirreferi għall-Gwida PTĦ 2013 għad-dettalji tal-azzjonijiet ikkonċernati u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
3. Baġit u tul tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa huwa stmat għal EUR 1 276 miljun.
Il-livell ta' għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħalma huma t-tip ta' proġett u l-għadd ta' pajjiżi involuti.
4. Id-data tal-għeluq biex jitressqu l-applikazzjonijiet
L-iskadenzi ewlenin huma kif ġej:
|
Il-Mobilità tal-Istudenti Individwali Comenius |
|
it-3 ta’ Diċembru 2012 |
|
Comenius, Grundtvig: Taħriġ waqt ix-xogħol |
l-ewwel skadenza: |
is-16 ta' Jannar 2013 |
|
skadenzi oħra: |
it-30 ta' April 2013 is-17 ta' Settembru 2013 |
|
|
Assistentati Comenius |
|
il-31 ta' Jannar 2013 |
|
Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Proġetti multilaterali, Netwerks u Miżuri li Jakkumpanjawhom |
|
il-31 ta’ Jannar 2013 |
|
Leonardo da Vinci: Proġetti multilaterali għat-Trasferiment tal-Innovazzjoni |
|
il-31 ta’ Jannar 2013 |
|
Leonardo da Vinci: Mobilità (inkluż iċ-ċertifikat ta' mobilità ta' Leonardo da Vinci); Erasmus: Korsijiet Intensivi tal-Lingwa (EILC) |
|
l-1 ta' Frar 2013 |
|
Il-Programm Jean Monnet |
|
il-15 ta' Frar 2013 |
|
Comenius, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Sħubijiet; Comenius: Is-Sħubijiet Regio Comenius: Grundtvig: Sessjonijiet ta' ħidma |
|
il-21 ta' Frar 2013 |
|
Erasmus: Programmi Intensivi, Mobilità tal-istudenti għall-istudji u l-pjazzamenti (inkluż iċ-ċertifikat ta' pjazzament mill-konsorzju ta' Erasmus) u l-Mobbiltà tal-Persunal (assenjazzjonijiet ta' tagħlim u taħriġ tal-persunal) |
|
it-8 ta' Marzu 2013 |
|
Grundtvig: Assistentati, Proġetti ta' Volontarjat mal-Anzjani; |
|
it-28 ta' Marzu 2013 |
|
Programm Trasversali: L-attività prinċipali 1 – Żjajjar ta' studju |
l-ewwel skadenza |
it-28 ta' Marzu 2013 |
|
It-tieni skadenza |
il-15 ta' Ottubru 2013 |
|
|
Programm Trasversali: l-attivitajiet l-oħrajn kollha |
|
it-28 ta’ Frar 2013 |
Għaż-Żjajjar u l-Iskambji ta' Grundtvig u għaż-Żjajjar Preparatorji tal-programmi settorjali kollha jeżistu bosta skadenzi skont il-pajjiż partikolari. Jekk jogħġbok irreferi għas-sit tal-Aġenzija Nazzjonali rilevanti f'pajjiżek.
5. Informazzjoni sħiħa
It-test sħiħ tas-“Sejħa Ġenerali tal-PTĦ għall-proposti 2011-2013 – Prijoritajiet Strateġiċi 2013”, flimkien mal-“Gwida tal-Programm tal-PTĦ 2013” u l-informazzjoni dwar id-disponibilità tal-formoli tal-applikazzjoni jinsabu f'dan l-indirizz tal-internet: http://ec.europa.eu/education/llp/official-documents-on-the-llp_en.htm
L-applikazzjonijiet iridu jirrispettaw it-termini kollha tat-test sħiħ tas-Sejħa u tal-Gwida tal-Programm tal-PTĦ, u jitressqu fuq il-formoli t-tajbin li huma pprovduti.
(1) Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2006:327:0045:0068:MT:PDF u d-Deċiżjoni Nru 1357/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE: http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:350:0056:0057:MT:PDF
(2) Ħlief għall-programm Jean Monnet li hu miftuħ għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja mad-dinja kollha.
(3) Il-Kroazja mistennija ssir Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013.
(4) Il-parteċipazzjoni tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina u l-Montenegro f'din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għall-iffirmar ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi rispettivament. Jekk il-Memorandum ta' Ftehim ma jkunx ġie ffirmat qabel l-ewwel tax-xahar ta' meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-għotjiet, il-parteċipanti minn dawn il-pajjiżi ma jingħatawx fondi u ma jitqisux fir-rigward tad-daqs minimu tal-konsorzji/l-isħubiji.
(5) fil-kuntest tal-proġetti pilota ffinanzjati bl-Istrument tal-UE għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6679 – STEAG/Fronterasol/OHL Industrial/Arenales Solar)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 232/05
|
1. |
Fil-25 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha STEAG GmbH (permezz tal-impriża ta' akkwiżizzjoni Steag 1. Beteiligungs-GmbH – “STEAG”, il-Ġermanja), Fronterasol B.V., fl-aħħar nett ikkontrollata minn Deutsche Bank AG (“Fronterasol/Deutsche Bank”, il-Ġermanja) u OHL Industrial, S.L., li tappartjeni għall-grupp Villar Mir (“OHL Industrial/Villar Mir”, Spanja), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Rgolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Arenales Solar PS, S.L. (“Arenales”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6679 – STEAG/Fronterasol/OHL Industrial/Arenales Solar, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6623 – VINCI/EVT Business)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 232/06
|
1. |
Fis-26 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Grupp VINCI SA (“VINCI”, Franza) jakkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tan-negozju EVT (Energieversorgungstechnick jew teknoloġija għall-provvediment tal-enerġija) (“In-Negozju EVT”), li jikkonsisti f'numru ta' impriżi, li bħalissa huma kkontrollati minn Alpiq Anlagentechnik GmbH (“AAT”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6623 – VINCI/EVT Business, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6644 – APG/PGGM/Challenger LBC Terminals)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 232/07
|
1. |
Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi APG Algemene Pensioen Groep N.V. (“APG”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u PGGM N.V. (“PGGM”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Challenger LBC Terminals Jersey Limited (“LBC Terminals”, Jersey) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6644 – APG/PGGM/Challenger LBC Terminals, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6657 – Marubeni Corporation/Gavilon Holdings)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 232/08
|
1. |
Fil-25 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Marubeni Corporation (“Marubeni”, il-Ġappun) fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ ta' Gavilon Holdings, LLC (“Gavilon”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6657 – Marubeni Corporation/Gavilon Holdings, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6667 – Marquard & Bahls/Linde/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 232/09
|
1. |
Fis-26 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Marquard & Bahls AG (“M&B”, il-Ġermanja) u Linde AG (“Linde”, il-Ġermanja) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq impriża konġunta ta' funzjonalità sħiħa li għadha kif ġiet maħluqa (“JV”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6667 – Marquard & Bahls/Linde/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).