|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.218.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 218/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6535 – Glory/Talaris Topco) ( 1 ) |
|
|
2012/C 218/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6648 – CGI/Logica) ( 1 ) |
|
|
2012/C 218/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6672 – HHR Euro C.V./Starwood/Le Meridien Nuremberg) ( 1 ) |
|
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
|
2012/C 218/04 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2012/C 218/05 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 218/06 |
||
|
2012/C 218/07 |
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2012/C 218/08 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22/KE(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva) ( 1 ) |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 218/09 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 218/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6619 – TSR Recycling/HKS Scrap Metals) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2012/C 218/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6638 – ABN AMRO/Rabobank/Landsbanki/Heiploeg) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6535 – Glory/Talaris Topco)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 218/01
Fit-2 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6535. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6648 – CGI/Logica)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 218/02
Fit-18 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6648. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6672 – HHR Euro C.V./Starwood/Le Meridien Nuremberg)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 218/03
Fis-17 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6672. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/3 |
OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Lulju 2012
dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
(CON/2012/56)
2012/C 218/04
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 (1) dwar il-ħatra ta’ membru ta’ Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Osservazzjonijiet ġenerali
|
1. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Yves MERSCH jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin. |
|
2. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ statura rikonoxxuta u esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat. |
|
3. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Yves MERSCH bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Lulju 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/4 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
2012/C 218/05
L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012 (2), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawn il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti ta' dawn l-Annessi.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG C – Unità ta' Koordinazzjoni |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 196, 24.7.2012, p. 81.
(2) ĠU L 196, 24.7.2012, p. 8.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ Lulju 2012
2012/C 218/06
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2105 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
94,72 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4396 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,77980 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,4508 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2010 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,3810 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,579 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
288,34 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6962 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1968 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6240 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,2043 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,1784 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,2314 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3899 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5301 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5264 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 391,08 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,2454 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7303 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5028 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 476,02 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,8396 |
|
PHP |
Peso Filippin |
50,948 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,4914 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,470 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,4698 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,3715 |
|
INR |
Rupi Indjan |
67,7560 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/6 |
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
2012/C 218/07
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Paġna 51
Fin-Noti ta' Spjega għas-subintestatura “0806 20 10 Passolina” it-test eżistenti jinbidel b' dan li ġej:
“Il-passolini huma l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (cultivars) Korinthiaki N. (Passolina sewda) (Vitis vinifera L.). Huma żgħar, tondi, mingħajr zkuk u prattikament mingħajr żerriegħa, vjola skur li jxaqleb lejn l-iswed f’kulurhom u ħelwin ħafna.”
In-Noti ta' Spjega li ġejjin jiżdiedu wara s-subintestatura “0806 20 10 Passolina”:
|
“0806 20 30 |
Sultana Is-sultana hija l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (cultivars) Soultanina B. (jew Thompson Seedless) (Vitis vinifera L.). Hija mingħajr żerriegħa, ta’ daqs medju, ta’ kulur dehbi li jxaqleb lejn il-kannella u ħelwa. |
|
0806 20 90 |
Oħrajn Din is-subintestatura tinkludi l-għeneb imnixxef kollu l-ieħor apparti l-passolini u s-sultana. L-għeneb tal-muskatell imqadded huwa l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (cultivars) ta’ Moschato Alexandreias B. (jew Muskatell, jew Malaga) (Vitis vinifera L.). Dan fih iż-żerriegħa.” |
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382-386.
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/7 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)
2012/C 218/08
|
ESO (1) |
Referenza u titlu tal-istandard armonizzat (u d-dokument ta’ referenza) |
Referenza tal-istandard li ġie sostitwit |
Data tal-waqfa tal-presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit Nota 1 |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
|
CEN |
EN 1359:1998 Miters tal-gass – Miters tal-gass bid-dijaframma |
|
|
|
EN 1359:1998/A1:2006 |
|
|
|
|
CEN |
EN 1434-1:2007 Miters tas-sħana – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
|
|
|
CEN |
EN 1434-2:2007 Miters tas-sħana – Parti 2: Rekwiżiti tal-kostruzzjoni |
|
|
|
EN 1434-2:2007/AC:2007 |
|
|
|
|
CEN |
EN 1434-4:2007 Miters tas-sħana – Parti 4: Testijiet għall-approvazzjoni tal-mudelli |
|
|
|
EN 1434-4:2007/AC:2007 |
|
|
|
|
CEN |
EN 1434-5:2007 Miters tas-sħana – Parti 5: Testijiet għall-verifika tal-bidu |
|
|
|
CEN |
EN 12261:2002 Miters tal-gass – Miters tal-gass bit-turbina |
|
|
|
EN 12261:2002/A1:2006 |
|
|
|
|
EN 12261:2002/AC:2003 |
|
|
|
|
CEN |
EN 12405-1:2005+A2:2010 Miters tal-gass – Apparat ta' bdil – Parti 1: Bdil ta' volum |
EN 12405-1:2005 Nota 2.1 |
31.10.2011 |
|
CEN |
EN 12480:2002 Miters tal-gass – Miters tal-gass rotatriċi |
|
|
|
EN 12480:2002/A1:2006 |
|
|
|
|
CEN |
EN 14154-1:2005+A2:2011 Miters tal-ilma - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
EN 14154-1:2005+A1:2007 Nota 2.1 |
31.10.2011 |
|
CEN |
EN 14154-2:2005+A2:2011 Miters tal-ilma – Parti 2: Stallazzjoni u kondizzjonijiet għall-użu |
EN 14154-2:2005+A1:2007 Nota 2.1 |
31.10.2011 |
|
CEN |
EN 14154-3:2005+A2:2011 Miters tal-ilma – Parti 3: Metodi u tagħmir ta' ttestjar |
EN 14154-3:2005+A1:2007 Nota 2.1 |
31.10.2011 |
|
CEN |
EN 14236:2007 Miters tal-gass għad-djar li jaħdmu b'ħoss ultrasoniku |
|
|
|
Cenelec |
EN 50470-1:2006 Tagħmir għall-kejl ta’ elettriku (a.c.) – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali, testijiet u kondizzjonijiet tat-testijiet – Parti 21: Tagħmir għall-kejl ta’ elettriku (indiċi ta’ klassi A, B, u Ċ) |
|
|
|
Cenelec |
EN 50470-2:2006 Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (a.c.) – Parti 2: Rekwiziti ġenerali - Miters elettromekkaniċi għal enerġija attiva (indiċi ta' klassi A u B) |
|
|
|
Cenelec |
EN 50470-3:2006 Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (a.c.) – Parti 2: Rekwiziti ġenerali – Miters statiċi għal enerġija attiva (indiċi ta' klassi A, B u Ċ) |
|
|
|
Cenelec |
EN 62058-11:2010 Tagħmir għall-kejl ta’ elettriku (a.c.) – Spezzjoni li twassal għal aċċettazzjoni – Parti 11: Metodi ta’ spezzjoni għal skop ta’ aċċettazzjoni ġenerali IEC 62058-11:2008 (Modifikat) |
|
|
|
Cenelec |
EN 62058-21:2010 Tagħmir għall-kejl ta’ elettriku (a.c.) – Spezzjoni li twassal għal aċċettazzjoni – Perti 21: Rekwiziti ġenerali għal miters elettromekkaniċi għal enerġija attiva (klassijiet 0,5, 1 u 2 u indiċijiet ta’ klassi A u B) IEC 62058-21:2008 (Modifikat) |
|
|
|
Cenelec |
EN 62058-31:2010 Tagħmir għall-kejl ta’ elettriku (a.c.) – Spezzjoni li twassal għal aċċettazzjoni – Rekwiziti ġenerali għal miters statiċi għal enerġija attiva (klassijiet 0,2 S, 0,5 S, 1 u 2, u indiċijiet ta’ klassi A, B u C) IEC 62058-31:2008 (Modifikat) |
|
|
|
Cenelec |
EN 62059-32-1:2012 Tagħmir għall-kejl ta’ elettriku – Dipendibilità – Parti 32-1: Durabilità – Ittestjar tal-istabbilità ta’ karatteristiċi metroloġiċi bl-applikazzjoni ta’ temperatura għolja IEC 62059-32-1:2011 |
|
|
|
Nota 1: |
Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor. |
|
Nota 2.1: |
L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva. |
|
Nota 2.2: |
L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva. |
|
Nota 2.3: |
L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid. |
|
Nota 3: |
F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva. |
NOTA:
|
— |
Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE. |
|
— |
L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali. |
|
— |
Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità. |
|
— |
Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista. |
|
— |
Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’ http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm |
(1) ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar:
|
— |
CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu) |
|
— |
Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu) |
|
— |
ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, , FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu) |
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/10 |
ERKOLE II – IL-PARTI TAT-TAĦRIĠ
Sejħa għall-proposti
2012/C 218/09
1. Għanijiet u deskrizzjoni
L-avviż huwa msejjes fuq id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2007 (1) li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II).
Din is-sejħa tirrigwarda l-attivitajiet skont l-Artikolu 1(a)(b) tad-Deċiżjoni Erkole II, li jikkonsistu mill-organizzazzjoni ta' taħriġ, seminars u konferenzi bħala appoġġ fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra kif ukoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' frodi.
2. Applikanti eliġibbli
Il-proposti eliġibbli għal finanzjament jistgħu jitressqu mill-applikanti li ġejjin:
|
— |
L-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali kollha ta' Stat Membru jew f'pajjiż barra l-Unjoni li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tagħha; |
|
— |
L-istituti ta' riċerka u edukazzjoni kollha li kellhom personalità ġuridika għal mill-inqas sena u li huma stabbiliti u joperaw fi Stat Membru jew f'pajjiż barra l-Unjoni u li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tagħha; |
|
— |
Il-korpi kollha bla finijiet ta' profitt li kellhom personalità ġuridika għal mill-inqas sena u li huma legalment stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż barra l-Unjoni u li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tagħha. |
Il-pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea huma: Pajjiżi aderenti u pajjiżi kandidati assoċjati mal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew fil-protokolli addizzjonali tagħhom dwar il-parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni Ewropea konklużi jew li jridu jiġu konklużi ma’ dawk il-pajjiżi.
3. Azzjonijiet eliġibbli
Azzjonijiet eliġibbli biex jirċievu appoġġ finanzjarju minn din is-sejħa għandhom jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' taħriġ bil-għan li tkun żgurata l-espansjoni tal-bażi ta’ għarfien, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattika tajba:
lista mhux eżawrjenti tal-attivitajiet ta' taħriġ appoġġati:
|
— |
Taħriġ fil-forma ta' konferenzi, seminars, colloquia, laqgħat, symposia, tagħlim elettroniku, diskussjonijiet madwar mejda u skambju ta' persunal; |
|
— |
Skambji tal-aħjar prattiki (inkluż dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi). |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet proposti tal-UE mhux se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli.
4. Kriterji tal-għoti
Il-proposti se jkunu evalwati abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:
|
— |
konsistenza tal-attività proposta mal-għanijiet tal-programm Erkole II; |
|
— |
karattru transnazzjonali u valur miżjud tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
il-grad ta’ preparazzjoni u organizzazzjoni tal-proġett, u ċ-ċarezza u l-preċiżjoni tal-għanijiet, it-tfassil (inkluż l-iskeda) u l-ippjanar tagħha; |
|
— |
proporzjonalità bejn il-kostijiet u l-benefiċċji tal-attivita proposta; |
|
— |
il-fattibilità tal-attività proposta, jiġifieri l-prospetti prattiċi li titwettaq bl-użu tar-riżorsi proposti; |
|
— |
il-kost-effettività: il-kostijiet tal-proġett għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet tiegħu; l-aspetti transsettorjali u transkonfinali tagħha se jitqiesu; |
|
— |
il-kumplimentarjetà bejn l-attività proposta u attivitajiet oħra li għalihom jingħataw l-għotjiet; |
|
— |
il-kompatibilità max-xogħol imwettqa jew ippjanat b’rabta mal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-frodi kontra l-baġit tal-UE (speċjalment fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-tkabbir tal-Unjoni); |
|
— |
il-possibbiltà li r-riżultati jistgħu jintużaw (pereżempju permezz ta’ distribuzzjoni mmirata) biex tittejjeb il-kooperazzjoni u l-effikaċja fil-qasam tal-prevenzjoni tal-frodi. |
5. Baġit
Il-baġit disponibbli taħt din is-sejħa huwa: EUR 1 000 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja se tieħu l-forma ta' għotja. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.
6. Aktar tagħrif
Il-websajt http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/training/index_en.htm jinkludi d-dettalji kollha meħtieġa (it-tipi ta’attivitajiet appoġġjati, il-benefiċjarji fil-mira, il-baġit, id-dokumenti).
Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal tagħrif addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lil:
Olaf-anti-fraud-training@ec.europa.eu
7. Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet iridu jiġu preżentati fid-datat ta' skadenza jew qabel: il-25 ta’ Settembru 2012.
Se jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet preżentati bl-użu tal-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif suppost mill-persuna intitolata li tidħol f'impenji legalment vinkolanti f'isem l-organizzazzjoni li qed titfa’ l-applikazzjoni. Fuq l-envelop magħluq għandu jidher b’mod ċar:
“Application for OLAF Training Programme Hercule 2012”
L-applikazzjonijiet (l-oriġinal u kopja waħda) għandhom jintbagħtu bil-posta fl-indirizz li ġej:
|
European Commission — European Anti-Fraud Office (OLAF) |
|
Unit D.5 — Hercule, Pericles and Euro Protection |
|
Office JII 30 — 01/16 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Għandha tintbagħat ukoll kopja elettronika tal-formola tal-applikazzjoni għall-għotja u l-annessi kollha meħtieġa bil-posta elettronika fl-indirizz elettroniku li ġej:
Olaf-anti-fraud-training@ec.europa.eu
(1) ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6619 – TSR Recycling/HKS Scrap Metals)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 218/10
|
1. |
Fis-17 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TSR Recycling GmbH & Co. KG (“TSR”, il-Ġermanja) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża HKS Scrap Metals B.V. (“HKS”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma. TSR hija kkontrollata konġuntement minn Alfa Acciai Spa (“Alfa Acciai”, l-Italja), Cronimet Holding GmbH (“Cronimet”, il-Ġermanja) u Rethmann AG & Co. KG (“Rethmann”, il-Ġermanja). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6619 – TSR Recycling/HKS Scrap Metals, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6638 – ABN AMRO/Rabobank/Landsbanki/Heiploeg)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 218/11
|
1. |
Fit-18 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ABN AMRO Effecten Compagnie B.V. (“AAEC”, il-Pajjiżi l-Baxxi), proprjetà ta’ ABN AMRO Bank N.V. (“ABN AMRO”, il-Pajjiżi l-Baxxi), Rabo Investments B.V. (“Rabo Investments”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Friesland Bank N.V. (“FB”, il-Pajjiżi l-Baxxi) proprjetà ta’ Coöperatieve Centrale Raiffeisen-Boerenleenbank B.A (“Rabobank”, il-Pajjizi l-Baxxi) u Landsbanki Islands HF (“Landsbanki”, l-Islanda) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Heiploeg Holding B.V. u l-grupp ta’ kumpaniji tagħha (“Heiploeg Group”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6638 – ABN AMRO/Rabobank/Landsbanki/Heiploeg, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).