ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.217.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
21 ta' Lulju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 217/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 209, 14.7.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 217/02

Kawża C-124/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (EDF), Ir-Repubblika Franċiża, Iberdrola, SA (Appell — Għajnuna mill-Istat — Rinunzja għal kreditu fiskali — Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji — Żieda fil-kapital azzjonarju — Aġir tal-Istat bħala investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq — Kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-Istat li jaġixxi bħala azzjonist u l-Istat li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika — Definizzjoni tal-investitur privat ta’ riferiment — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Oneru tal-prova)

2

2012/C 217/03

Kawża C-489/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy — Il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Łukasz Marcin Bonda (Politika Agrikola Komuni — Skema ta’ pagament wieħed skont l-erja — Regolament (KE) Nru 1973/2004 — Artikolu 138(1) — Esklużjoni mill-benefiċċji f’każ ta’ ineżattezza tal-erja ddikjarata — Natura amministrattiva jew kriminali ta’ din is-sanzjoni — Regola li tipprojbixxi l-akkumulazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali — Prinċipju ta’ ne bis in idem)

2

2012/C 217/04

Kawża C-615/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — proċedura mressqa mill-Insinööritoimisto InsTiimi Oy (Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi fil-qasam tad-difiża — Artikolu 10 — Artikolu 296(1)(b) KE — Protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà ta’ Stat Membru — Kummerċ fl-armi, munizzjon u l-materjal tal-gwerra — Prodott mixtri minn awtorità kontraenti għal skop speċifikament militari — Eżistenza, għal dak li jirrigwarda dan il-prodott, ta’ applikazzjoni ċivili kważi identika — Tagħmir tat-turntable (tiltable turntable) għall-kejl elettromanjetiku — Nuqqas ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti b’mod konformi mal-proċeduri previsti mid-Direttiva 2004/18)

3

2012/C 217/05

Kawża C-27/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Anton Vinkov vs Nachalnik Administrativno-nakazatelna deinost (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ rikonoxximent, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni pekunjarja kif ukoll it-tnaqqis ta’ punti mil-liċenzja tas-sewqan għal ċertu ksur tar-regoli tat-traffiku tat-triq — Sitwazzjoni purament interna — Inammissibbiltà tat-talba)

3

2012/C 217/06

Kawża C-39/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Gunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — VBV — Vorsorgekasse AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA) (Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Fondi ta’ previdenza professjonali — Investiment tal-attivi — Fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor — Investiment f’tali fondi permess biss meta dawn jiġu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali)

4

2012/C 217/07

Kawża C-106/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. J. Bakker vs Minister van Financiën (Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni applikabbli — Ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jaħdem abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi — Residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Affiljazzjoni fl-iskema Olandiża ta’ sigurtà soċjali)

4

2012/C 217/08

Kawża C-132/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH (Direttiva 2000/78/KE — Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — Trattament differenti bbażat fuq l-età — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Ftehim kollettiv — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru fl-iskeda tar-remunerazzjoni, tal-esperjenza professjonali miksuba fi ħdan kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi — Klawżola kuntrattwali)

5

2012/C 217/09

Kawża C-164/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2012 — DMC Beteiligungsgesellschaft mbH vs Finanzamt Hamburg-Mitte

5

2012/C 217/10

Kawża C-182/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fid-19 ta’ April 2012 — Gábor Fekete vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

6

2012/C 217/11

Kawża C-186/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Braga (il-Portugall) fit-23 ta’ April 2012 — Impacto Azul, Lda vs BPSA 9 — Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários, SA et

6

2012/C 217/12

Kawża C-193/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

6

2012/C 217/13

Kawża C-197/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

7

2012/C 217/14

Kawża C-199/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ April 2012 — Minister voor Immigratie en Asiel vs X

7

2012/C 217/15

Kawża C-200/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ April 2012 — Minister voor Immigratie en Asiel vs Y

8

2012/C 217/16

Kawża C-201/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ April 2012 — Z vs Minister voor Immigratie en Asiel

8

2012/C 217/17

Kawża C-228/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Vodafone Omnitel Nv vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

9

2012/C 217/18

Kawża C-229/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Fastweb SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

9

2012/C 217/19

Kawża C-230/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — WIND Telecomunicazioni SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

10

2012/C 217/20

Kawża C-231/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Vodafone Omnitel Nv vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

10

2012/C 217/21

Kawża C-232/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Fastweb SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

10

2012/C 217/22

Kawża C-233/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di La Spezia (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

11

2012/C 217/23

Kawża C-234/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Sky Italia Srl vs AGCOM

11

2012/C 217/24

Kawża C-237/12: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

11

2012/C 217/25

Kawża C-254/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — WIND Telecomunicazioni SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

12

2012/C 217/26

Kawża C-255/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Telecom Italia SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

12

2012/C 217/27

Kawża C-256/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Telecom Italia SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

12

2012/C 217/28

Kawża C-257/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Sky Italia Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia dell’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali

13

2012/C 217/29

Kawża C-258/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Vodafone Omnitel Nv vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

13

2012/C 217/30

Kawża C-263/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

13

2012/C 217/31

Kawża C-286/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 217/32

Kawża T-338/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi — Talba għal eżami intern mill-ġdid — Rifjut — Miżura ta’ portata individwali — Validità — Konvenzjoni ta’ Aarhus)

16

2012/C 217/33

Kawża T-246/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Kuntratti MEDIS u Dias.Net — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati — Żamma ta’ somma intiża għal kontraent ieħor — Rimbors ta’ somom imħallsa — Inammissibbiltà parzjali tar-rikors — Kontrotalba tal-Kummissjoni — Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar il-kontrotalba)

16

2012/C 217/34

Kawża T-366/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Kuntratti Ecres, El Hierro, Islands 2010, Opet I, Opet II, Opet Ola, Respire, Sustainable Communities u Virtual Campus — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati — Rimbors ta’ somom antiċipati jew imħallsa — Inammissibbiltà parzjali tar-rikors — Kontrotalba tal-Kummissjoni)

17

2012/C 217/35

Kawża T-396/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Obbligu tal-Istati Membri li jħarsu u jtejbu l-kwalità tal-arja fl-ambjent — Deroga temporanja mogħtija lil Stat Membru — Talba għal eżami intern mill-ġdid — Rifjut — Miżura ta’ portata individwali — Validità — Konvenzjoni ta’ Aarhus)

17

2012/C 217/36

Kawżi magħquda T-492/09 u T-147/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2012 — Meda Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL) (Trade mark komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali ALLERNIL — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALLERNIL — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti ALLERGODIL — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

18

2012/C 217/37

Kawża T-110/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Kuntratt El Hierro — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati — Rimbors ta’ somom antiċipati — Kontrotalba tal-Kummissjoni)

18

2012/C 217/38

Kawża T-293/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Seven Towns vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ seba’ kwadri ta’ kuluri differenti) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti — Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark Komunitarja — Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2012/C 217/39

Kawża T-342/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Hartmann vs UASI — Mölnlycke Health Care (MESILETTE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MESILETTE — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEDINETTE — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

19

2012/C 217/40

Kawża T-519/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Seikoh Giken vs UASI — Seiko Holdings (SG SEIKOH GIKEN) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali — Talba għal estensjoni territorjali tal-protezzjoni — Trade mark figurattiva SG SEIKO GIKEN — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEIKO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

19

2012/C 217/41

Kawża T-534/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Ġunju 2012 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Garmo (HELLIM) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali HELLIM — Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009)

20

2012/C 217/42

Kawża T-535/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI — Garmo (GAZI Hellim) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GAZI Hellim — Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2012/C 217/43

Kawża T-542/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — XXXLutz Marken vs UASI — Meyer Manufacturing (CIRCON) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CIRCON — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CIRCULON — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Karattru distintiv għoli — Reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell — Drittijiet tad-difiża — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)

20

2012/C 217/44

Kawża T-165/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam vs UASI — Investimust (COLLEGE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali COLLEGE — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

21

2012/C 217/45

Kawża T-277/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Hotel Reservation Service Robert Ragge vs UASI — Promotora Imperial (iHotel) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali iHotel — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti i-hotel — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

21

2012/C 217/46

Kawża T-312/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Süd-Chemie vs UASI — Byk-Cera (CERATIX) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CERATIX — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CERATOFIX — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2012/C 217/47

Kawża T-440/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Azienda Agricola Bracesco vs Il-Kummissjoni (Responsabbilità mhux kuntrattwali — Agrikoltura — Influwenza avjarja — Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur — Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ summien fost l-ispeċi ta’ tjur li jagħtu dritt għal kumpens — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni — Nuqqas ta’ rabta kawżali — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

22

2012/C 217/48

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Ezzedine et vs Il-Kunsill (Kawżi T-131/11, T-132/11, T-137/11, T-139/11 sa T-141/11, T-144/11 sa T-148/11 u T-182/11) (Politika barranija u ta’ siġurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati — Mewt tar-rikorrent — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

22

2012/C 217/49

Kawża T-379/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ġunju 2012 — Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 2003/87/CE — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

23

2012/C 217/50

Kawża T-381/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Eurofer vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

24

2012/C 217/51

Kawża T-202/12: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Al Assad vs Il-Kunsill

24

2012/C 217/52

Kawża T-203/12: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Alchar vs Il-Kunsill

24

2012/C 217/53

Kawża T-204/12: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2012 — Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI — Viavita (VIAVITA)

25

2012/C 217/54

Kawża T-217/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2012 — Shark vs UASI — Monster Energy (UNLEASH THE BEAST!)

25

2012/C 217/55

Kawża T-218/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — Micrus Endovascular vs UASI — Laboratorios Delta (DELTA)

26

2012/C 217/56

Kawża T-221/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2012 — Sunrider vs UASI — Nannerl (SUN FRESH)

26

2012/C 217/57

Kawża T-240/12: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Eni vs Il-Kummissjoni

27

2012/C 217/58

Kawża T-243/12: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 — International Brands Germany vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)

28

2012/C 217/59

Kawża T-244/12: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2012 — Unister vs UASI (fluege.de)

28

2012/C 217/60

Kawża T-258/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2012 — Mederer vs UASI — Katjes Fassin (SOCCER GUMS)

28

2012/C 217/61

Kawża T-431/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

29

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 217/62

Kawża F-42/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 — Skareby vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Dmir ta’ assistenza — Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku)

30

2012/C 217/63

Kawża F-71/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Cantisani vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Interpretu tal-konferenzi — Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kunflitt ta’ interessi — Talba għad-danni)

30

2012/C 217/64

Kawża F-83/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Giannakouris vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura riċevuta minn sorsi oħra)

30

2012/C 217/65

Kawża F-84/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra)

31

2012/C 217/66

Kawża F-91/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Alionescu vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Deċiżjoni ta’ estensjoni tat-terminu ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas ta’ lment — Inammissibbiltà manifesta)

31

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/1


2012/C 217/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 209, 14.7.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 200, 7.7.2012

ĠU C 194, 30.6.2012

ĠU C 184, 23.6.2012

ĠU C 174, 16.6.2012

ĠU C 165, 9.6.2012

ĠU C 157, 2.6.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (EDF), Ir-Repubblika Franċiża, Iberdrola, SA

(Kawża C-124/10 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Rinunzja għal kreditu fiskali - Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji - Żieda fil-kapital azzjonarju - Aġir tal-Istat bħala investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq - Kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-Istat li jaġixxi bħala azzjonist u l-Istat li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika - Definizzjoni tal-investitur privat ta’ riferiment - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Oneru tal-prova)

2012/C 217/02

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Gippini Fournier, B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Appellata: Électricité de France (EDF) (rappreżentant: M. Debroux, avukat), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), Iberdrola, SA (rappreżentantii: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de La Serre, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-appellanti: L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (représentants: X. Lewis u B. Alterskjær, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha din tal-aħħar annullat l-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar miżuri ta’ għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003) — Għajnuna mogħtija fil-forma ta’ eżenzjoni fiskali selettiva marbuta ma’ żieda fil-kapital azzjonarju matul ir-rikapitalizzazzjoni tal-impriża — Aġir tal-Istat bħala investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq — Kriterji ta’ distinzjoni bejn l-Istat bħala azzjonist u l-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ setgħa pubblika — Prinċipju ta’ trattament fiskali ugwali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ir-Repubblika Franċiża u Iberdrola SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy — Il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Łukasz Marcin Bonda

(Kawża C-489/10) (1)

(Politika Agrikola Komuni - Skema ta’ pagament wieħed skont l-erja - Regolament (KE) Nru 1973/2004 - Artikolu 138(1) - Esklużjoni mill-benefiċċji f’każ ta’ ineżattezza tal-erja ddikjarata - Natura amministrattiva jew kriminali ta’ din is-sanzjoni - Regola li tipprojbixxi l-akkumulazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali - Prinċipju ta’ ne bis in idem)

2012/C 217/03

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Łukasz Marcin Bonda.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Najwyższy — Interpretazzjoni tal-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, L 330M, p. 58) — Pagament uniku skont l-erja — Esklużjoni mill-benefiċċju tal-għajnuna f’każ ta’ ineżatezza tal-erja ddikjarata — Natura amministrattiva jew kriminali tas-sanzjoni

Dispożittiv

L-Artikolu 138(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri previsti fit-tieni u fit-tielet subparagrafu ta’ din id-dispożizzjonijiet, li jikkonsistu fl-esklużjoni ta’ bidwi mill-benefiċċju tal-għoti ta’ għajnuna għas-sena li fiha huwa għamel dikjarazzjoni falza dwar l-erja ammissibbli għall-benefiċċju ta’ din l-għajnuna u fit-tnaqqis tal-għajnuna li huwa jista’ jitlob għat-tliet snin segwenti li jkun f’ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata, ma jikkostitwixxux sanzjonijiet ta’ natura kriminali.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — proċedura mressqa mill-Insinööritoimisto InsTiimi Oy

(Kawża C-615/10) (1)

(Direttiva 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi fil-qasam tad-difiża - Artikolu 10 - Artikolu 296(1)(b) KE - Protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà ta’ Stat Membru - Kummerċ fl-armi, munizzjon u l-materjal tal-gwerra - Prodott mixtri minn awtorità kontraenti għal skop speċifikament militari - Eżistenza, għal dak li jirrigwarda dan il-prodott, ta’ applikazzjoni ċivili kważi identika - Tagħmir tat-turntable (‘tiltable turntable’) għall-kejl elettromanjetiku - Nuqqas ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti b’mod konformi mal-proċeduri previsti mid-Direttiva 2004/18)

2012/C 217/04

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Insinööritoimisto InsTiimi Oy,

fil-preżenza ta’: Puolustusvoimat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) u tal-Artikolu 346 TFUE — Lista ta’ armi, munizzjon u materjal tal-gwerra stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 255/58, tal-15 ta’ April 1958 — Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva — Materjal intiż għal finijiet essenzjalment militari — Sistema ta’ pjattaforma li ddur intiża għall-miżuri elettromanjetiċi

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqri flimkien mal-Artikolu 296(1)(b) KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza Stat Membru sabiex jevita l-proċeduri previsti mill-imsemmija direttiva għal kuntratt pubbliku mogħti minn awtorità kontraenti fil-qasam tad-difiża għall-kisba ta’ materjal li, għalkemm intiż għal skopijiet speċifikament militari, għandu wkoll possibbiltajiet ta’ applikazzjoni ċivili essenzjalment simili biss jekk dan il-materjal, permezz tal-karatteristiċi proprji tiegħu, jista’ jiġi meqjus bħala speċjalment disinjat u żviluppat, inkluż b’konsegwenza ta’ modifiki sostanzjali, għal tali għanijiet, li hija ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Anton Vinkov vs Nachalnik Administrativno-nakazatelna deinost

(Kawża C-27/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ rikonoxximent, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni pekunjarja kif ukoll it-tnaqqis ta’ punti mil-liċenzja tas-sewqan għal ċertu ksur tar-regoli tat-traffiku tat-triq - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà tat-talba)

2012/C 217/05

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anton Vinkov

Konvenut: Nachalnik Administrativno-nakazatelna deinost

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 82(1)(a) TFUE u tal-Artikolu 91(1)(ċ) TFUE u tad- Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI, tal-24 ta’ Frar 2005, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, p. 16) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 47, 48 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt li d-deċiżjonijiet dwar is-sanzjonijiet pekunjarji relatati ma’ ksur amministrattiv tat-traffiku li jammontaw għal BGN 50 jiġu kkontestatati quddiem il-qrati.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Diċembru 2010 (Kawża C-27/11), hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Gunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — VBV — Vorsorgekasse AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)

(Kawża C-39/11) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Fondi ta’ previdenza professjonali - Investiment tal-attivi - Fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Investiment f’tali fondi permess biss meta dawn jiġu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali)

2012/C 217/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VBV — Vorsorgekasse AG

Konvenuta: Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 TFUE et seq — Moviment liberu tal-kapital — Fondi ta’ previdenza professjonali li jinvestu l-kontribuzzjonijiet obbligatorji ta’ ħaddiema impjegati jew li jaħdmu għal rashom intiżi li jiffinanzjaw l-allowances ta’ rtirar — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita dawn l-investimenti għall-fondi li l-bejgħ tagħhom ikun ġie awtorizzat fit-territorju nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil fond ta’ previdenza professjonali, jew lil impriża ta’ investiment kollettiv maħluqa minn dan il-fond biex tamministra l-assi tagħha, jinvesti l-assi tiegħu f’unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor biss jekk dan il-fond ikun ġie awtorizzat jikkummerċjalizza l-unitajiet tiegħu fit-territorju nazzjonali


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. J. Bakker vs Minister van Financiën

(Kawża C-106/11) (1)

(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Leġiżlazzjoni applikabbli - Ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jaħdem abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi - Residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Affiljazzjoni fl-iskema Olandiża ta’ sigurtà soċjali)

2012/C 217/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. J. Bakker

Konvenut: Minister van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(a), 2 u 13(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jaħdem, abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi — Ħaddiem residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ affiljazzjoni fis-sistema Olandiża ta’ sigurtà soċjali

Dispożittiv

L-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-8 ta’ Frar 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li huwa ċittadin tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma jgħix fih, u li huwa mpjegat fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 160, 28.05.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

(Kawża C-132/11) (1)

(Direttiva 2000/78/KE - Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Trattament differenti bbażat fuq l-età - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Ftehim kollettiv - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru fl-iskeda tar-remunerazzjoni, tal-esperjenza professjonali miksuba fi ħdan kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi - Klawżola kuntrattwali)

2012/C 217/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

Konvenut: Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Innsbruck — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 6(1) u (3) UE kif ukoll tal-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Differenzi fit-trattament ibbażati fuq l-età — Ftehim kollettiv li jipprovdi, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ airhostesses fl-iskala ta’ remunerazzjoni, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali, bl-esklużjoni ta’ dik miksuba minn kumpannija tal-ajru oħra li tifforma parti mill-istess grupp — Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ xogħol minħabba l-effett dirett orizzontali tad-drittijiet fundamentali

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta’ impjiegi previsti minn dan tal-aħħar u, għalhekk, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ remunerazzjoni, tieħu inkunsiderazzjoni biss l-esperjenza professjonali miksuba bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru speċifika, bl-esklużjoni tal-esperjenza materjalment identika miksuba fi ħdan kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2012 — DMC Beteiligungsgesellschaft mbH vs Finanzamt Hamburg-Mitte

(Kawża C-164/12)

2012/C 217/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DMC Beteiligungsgesellschaft mbH

Konvenut: Finanzamt Hamburg-Mitte

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 43 KE (jew l-Artikolu 49 TFUE) jawtorizza leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ kontribuzzjoni ta’ ishma ta’ imprendituri lill-kumpannija b’kapital azzjonarju, il-valur tal-patrimonju kkontribwit għandu imperattivament jiġi stabbilit skont il-valur parzjali (b’mod li, minħabba l-iżvelar ta’ riżervi moħbija, jirriżulta profitt mill-bejgħ favur il-kontributur), sa fejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma għandhiex id-dritt li tintaxxa l-profitt magħmul mill-bejgħ tal-ishma l-ġodda tal-kumpannija mogħtija lill-kontributur meta ssir il-kontribuzzjoni in natura u bi skambju ta’ tali kontribuzzjoni?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 43 KE (jew l-Artikolu 49 TFUE) jawtorizza leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-kontributur id-dritt li jitlob, fir-rigward tat-taxxa dovuta wara l-iżvelar ta’ riżervi moħbija, sospensjoni tal-ħlas mingħajr interessi fis-sens li l-ħlas tat-taxxa dovuta li tirriżulta minn profitt mill-bejgħ jista’ jsir bin-nifs fuq perijodu ta’ diversi snin, jiġifieri b’minimu ta’ 20 % tal-ħlas fis-sena, sa fejn il-ħlas ta’ dawn il-pagamenti parzjali jkun iggarantit?


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fid-19 ta’ April 2012 — Gábor Fekete vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

(Kawża C-182/12)

2012/C 217/10

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Székesfehérvári Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gábor Fekete

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

Domanda preliminari

Skont l-Artikolu 561(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, (iktar ’il quddiem, id-“dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-KDK”), l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-proprjetarju tal-mezz ta’ trasport stabbilit f’pajjiż barra mit-territorju tal-Komunità hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit l-użu privat ta’ mezz ta’ trasport jew huwa l-każ li l-użu privat ta’ mezz ta’ trasport huwa possibbli biss fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol meta dan ikun previst (mill-proprjetarju) fil-kuntratt tax-xogħol?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3)


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Braga (il-Portugall) fit-23 ta’ April 2012 — Impacto Azul, Lda vs BPSA 9 — Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários, SA et

(Kawża C-186/12)

2012/C 217/11

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial de Braga.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Impacto Azul, Lda.

Konvenuti: BPSA 9 — Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários, SA, Bouygues Imobiliária, SGPS, Lda, Bouygues Immobilier SA, Aniceto Fernandes Viegas, Óscar Cabanez Rodriguez

Domanda preliminari

L-inapplikabbiltà tar-regoli tal-Artikolu 501 tas-CSC [Kodiċi tal-Kumpanniji Kummerċjali] għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 481(2) tas-CSC, tmur kontra d-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 49 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/6


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-193/12)

2012/C 217/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Simon u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi ma indikatx bħala żoni vulnerabbli diversi żoni kkaratterizzati mill-preżenza ta’ mases tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art li huma affettwati minn kontenut eċċessiv ta’ nitrati u/jew minn fenomenu ta’ ewtrofikazzjoni, jew li hemm ir-riskju li jiġu hekk affettwati, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(1) u (4) u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1),

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tilmenta li l-konvenuta naqset, meta wettqet reviżjoni taż-żoni vulnerabbli fl-2007, milli tindika b’mod sħiħ dawn iż-żoni, kif hija kellha l-obbligu tagħmel skont l-Artikolu 3(1) u (4) u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE.

Il-Kummissjoni tilmenta b’mod partikolari li l-awtoritajiet Franċiżi ma indikawx 10 żoni vulnerabbli supplimentari u li ma tawx informazzjoni preċiża li tippermetti li dan in-nuqqas jiġi ġġustifikat.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/7


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-197/12)

2012/C 217/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u C. Soulay, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li billi ma ssuġġettatx l-eżenzjoni mill-VAT fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3, 6 u 7 tal-Artikolu 262 II tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa għar-rekwiżit ta’ użu għan-navigazzjoni f’ibħra internazzjonali, fir-rigward ta’ bastimenti użati għat-trasport għal remunerazzjoni ta’ passiġġieri u dawk użati għall-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skont id-Direttiva tal-VAT (1) u, b’mod partikolari, skont l-Artikolu 148(a), (ċ) u (d) ta’ din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni ssostni li l-eżenzjoni mill-VAT fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3, 6 u 7 tal-Artikolu 262 II tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa (KĠT) ma kinitx issuġġettata għar-rekwiżit ta’ użu għan-navigazzjoni f’ibħra internazzjonali, fir-rigward ta’ bastimenti wżati għat-trasport għal remunerazzjoni ta’ passiġġieri u dawk użati għall-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali. Fil-fatt, dik il-kundizzjoni ta’ użu tal-bastimenti f’ibħra internazzjonali żdiedet fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jirregolaw il-VAT fi Franza b’risposta għall-opinjoni motivata mibgħuta mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali. Madankollu, il-konformità tal-paragarfu 2 tal-Artikolu 262 II iċċaħdet minn kull effettività permezz ta’ digriet indirizzat lill-amministrazzjoni, ippubblikat wara l-emenda leġiżlattiva, li ma jsemmix il-kundizzjoni tal-użu għan-navigazzjoni f’ibħra internazzjonali, minkejja li din hija prevista mil-liġi.

Skont il-Kummissjoni, l-ebda wieħed mill-argumenti invokati mill-konvenuta matul il-proċedura prekontenzjuża, marbuta b’mod partikolari, mal-interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 148(a) tad-Direttiva tal-VAT u mal-interpretazzjoni eċċessivament restrittiva tal-kundizzjoni tal-użu għan-navigazzjoni f’ibħra internazzjonali, ma jista’ jiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq. Barra minn hekk, fir-rigward tal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/112, invokata mill-awtoritajiet Franċiżi, dan ma jistax jiġġustifika deroga mill-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-eżenzjonijiet.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ April 2012 — Minister voor Immigratie en Asiel vs X

(Kawża C-199/12)

2012/C 217/14

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister voor Immigratie en Asiel

Konvenut: X

Domandi preliminari

(1)

Il-barranin b’orjentazzjoni omosesswali jikkostitwixxu grupp soċjali partikolari fis-sens tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96; iktar ’il quddiem, id-“Direttiva”)?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: liema attivitajiet omosesswali jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u, fil-każ ta’ atti ta’ persekuzzjoni kontra dawn l-attivitajiet, jistgħu l-imsemmija atti, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra jiġu sodisfatti, iwasslu għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat? Din id-domanda tinkludi ż-żewġ sottodomandi li ġejjin:

(a)

Barranin b’orjentazzjoni omosesswali jistgħu jiġu mistennija li jaħbu l-orjentazzjoni tagħhom minn kulħadd fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom sabiex jevitaw li jiġu ppersegwitati?

(b)

Jekk tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, jista’ jiġi mistenni — u f’dan il-każ, sa fejn — li barranin b’orjentazzjoni omosesswali jrażżnu ruħhom fl-espressjoni ta’ din l-orjentazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini sabiex jevitaw li jiġu ppersegwitati? F’dan ir-rigward, jista’ jiġi mistenni li l-omosesswali jrażżnu ruħhom iktar mill-eterosesswali?

(ċ)

Jekk, f’dan ir-rigward, tista’ ssir distinzjoni bejn l-espressjonijiet li jikkonċernaw in-nukleu tal-orjentazzjoni u l-espressjonijiet l-oħra, x’għandu jinftiehem b’nukleu tal-orjentazzjoni u kif jista’ jiġi stabbilit?

(3)

Is-sempliċi penalizzazzjoni tal-attivitajiet omosesswali flimkien mat-theddida ta’ piena ta’ priġunerija, kif previsti mil-Liġi tal-1861 fuq il-ksur kontra l-persuna (Offences against the Person Act 1861) tas-Sierra Leone, jikkostitwixxu att ta’ persekuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(a) moqri flimkien mas-subparagrafu inizjali u mas-subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva? Jekk tingħata risposta fin-negattiv, f’liema ċirkustanzi huwa dan il-każ?


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ April 2012 — Minister voor Immigratie en Asiel vs Y

(Kawża C-200/12)

2012/C 217/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister voor Immigratie en Asiel

Konvenut: Y

Domandi preliminari

(1)

Il-barranin b’orjentazzjoni omosesswali jikkostitwixxu grupp soċjali partikolari fis-sens tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96; iktar ’il quddiem, id-“Direttiva”)?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: liema attivitajiet omosesswali jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u, fil-każ ta’ atti ta’ persekuzzjoni kontra dawn l-attivitajiet, jistgħu l-imsemmija atti, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra jiġu sodisfatti, iwasslu għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat? Din id-domanda tinkludi ż-żewġ sottodomandi li ġejjin:

(a)

Barranin b’orjentazzjoni omosesswali jistgħu jiġu mistennija li jaħbu l-orjentazzjoni tagħhom minn kulħadd fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom sabiex jevitaw li jiġu ppersegwitati?

(b)

Jekk tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, jista’ jiġi mistenni — u f’dan il-każ, sa fejn — li barranin b’orjentazzjoni omosesswali jrażżnu ruħhom fl-espressjoni ta’ din l-orjentazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini sabiex jevitaw li jiġu ppersegwitati? F’dan ir-rigward, jista’ jiġi mistenni li l-omosesswali jrażżnu ruħhom iktar mill-eterosesswali?

(ċ)

Jekk, f’dan ir-rigward, tista’ ssir distinzjoni bejn l-espressjonijiet li jikkonċernaw n-nukleu tal-orjentazzjoni u l-espressjonijiet l-oħra, x’għandu jinftiehem b’nukleu tal-orjentazzjoni u kif jista’ jiġi stabbilit?

(3)

Is-sempliċi penalizzazzjoni tal-attivitajiet omosesswali flimkien mat-theddida ta’ piena ta’ priġunerija, kif previsti mill-kodiċi penali tal-Uganda, jikkostitwixxu att ta’ persekuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva? Jekk tingħata risposta fin-negattiv, f’liema ċirkustanzi huwa dan il-każ?


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ April 2012 — Z vs Minister voor Immigratie en Asiel

(Kawża C-201/12)

2012/C 217/16

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Z

Konvenut: Minister voor Immigratie en Asiel

Domandi preliminari

(1)

Il-barranin b’orjentazzjoni omosesswali jikkostitwixxu grupp soċjali partikolari fis-sens tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96; iktar ’il quddiem, id-“Direttiva”)?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: liema attivitajiet omosesswali jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u, fil-każ ta’ atti ta’ persekuzzjoni kontra dawn l-attivitajiet, jistgħu l-imsemmija atti, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra jiġu sodisfatti, iwasslu għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat? Din id-domanda tinkludi ż-żewġ sottodomandi li ġejjin:

(a)

Barranin b’orjentazzjoni omosesswali jistgħu jiġu mistennija li jaħbu l-orjentazzjoni tagħhom minn kulħadd fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom sabiex jevitaw li jiġu ppersegwitati?

(b)

Jekk tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, jista’ jiġi mistenni — u f’dan il-każ, sa fejn — li barranin b’orjentazzjoni omosesswali jrażżnu ruħhom fl-espressjoni ta’ din l-orjentazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini sabiex jevitaw li jiġu ppersegwitati? F’dan ir-rigward, jista’ jiġi mistenni li l-omosesswali jrażżnu ruħhom iktar mill-eterosesswali?

(ċ)

Jekk, f’dan ir-rigward, tista’ ssir distinzjoni bejn l-espressjonijiet li jikkonċernaw in-nukleu tal-orjentazzjoni u l-espressjonijiet l-oħra, x’għandu jinftiehem b’nukleu tal-orjentazzjoni u kif jista’ jiġi stabbilit?

(3)

Is-sempliċi penalizzazzjoni tal-attivitajiet omosesswali flimkien mat-theddida ta’ piena ta’ priġunerija, kif previsti mill-kodiċi penali tas-Senegal, jikkostitwixxu att ta’ persekuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(a) moqri flimkien mas-subparagrafu inizjali u mas-subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva? Jekk tingħata risposta fin-negattiv, f’liema ċirkustanzi huwa dan il-każ?


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Vodafone Omnitel Nv vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-228/12)

2012/C 217/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone Omnitel Nv

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji tas-settur, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata, u b’mod partikolari l-liġi Nru 266 tal-2005, anki minħabba l-mod ta’ kif din hija applikata b’mod konkret fuq il-livell regolamentari?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni); ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Fastweb SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

(Kawża C-229/12)

2012/C 217/18

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fastweb SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitariji settorjali, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata fid-digriet preżenti, u b’mod partikolari l-Liġi Nru 266/2005, u dan minħabba l-mod kif hija applikata konkretament f’livell leġiżlattiv?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — WIND Telecomunicazioni SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

(Kawża C-230/12)

2012/C 217/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WIND Telecomunicazioni SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata f’dan id-digriet, u b’mod iktar partikolari l-Liġi Nru 266/2005, b’mod partikolari minħabba l-mod kif din hija konkretament applikata fil-livell regolatorju?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Vodafone Omnitel Nv vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-231/12)

2012/C 217/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone Omnitel Nv

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata f’dan id-digriet, u b’mod iktar partikolari jipprekludu l-Liġi Nru 266/2005, b’mod partikolari minħabba l-mod kif din hija konkretament applikata fuq il-livell regolatorju?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Fastweb SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

(Kawża C-232/12)

2012/C 217/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fastweb SpA

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji f’dan is-settur, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva Nru 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ukoll iċċitata, b’mod partikolari l-Liġi Nru 266 tal-2005, ukoll għall-mod kif tiġi applikata konkretament f’regolament?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di La Spezia (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-233/12)

2012/C 217/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di La Spezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Simone Gardella

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 20, 45, 48 u 145 sa 147 TFUE u l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix ħaddiem ta’ Stat Membru jittrasferixxi fis-sistema ta’ pensjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali stabbilita fit-territorju ta’ Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea, fejn jaħdem u fejn jinsab assigurat, id-drittijiet tal-pensjoni li huwa kiseb fis-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat tiegħu, fejn kien assigurat qabel?

(2)

Fid-dawl b’mod partikolari tar-risposta għall-ewwel domanda, it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni għandu jiġi reż possibbli anki fin-nuqqas ta’ ftehim speċifiku bejn l-Istat Membru ta’ oriġini tal-ħaddiem jew l-istituzzjoni ta’ pensjoni tiegħu, minn naħa, u l-organizzazzjoni internazzjonali, min-naħa l-oħra?


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Sky Italia Srl vs AGCOM

(Kawża C-234/12)

2012/C 217/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sky Italia Srl

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13/UE (1), il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza u r-regoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-moviment liberu tas-servizzi, tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-moviment liberu tal-kapital, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005, li jimponi limiti ta’ ħin iqsar għar-reklamar fil-konfront ta’ xandara bi ħlas meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fil-konfront ta’ xandara mingħajr ħlas?

(2)

L-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fundamentali, u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari l-prinċipju tal-pluraliżmu, jipprekludi d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005 li jimponi limiti ta’ ħin iqsar għar-reklamar fil-konfront ta’ xandara bi ħlas meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fil-konfront ta’ xandara mingħajr ħlas, billi jintroduċu distorsjoni tal-kompetizzjoni u billi jiffavorixxu l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti fis-suq tar-reklamar televiżiv?


(1)  GU L 95, p. 1.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/11


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-237/12)

2012/C 217/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Simon u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi ma żguratx l-implementazzjoni korretta u sħiħa tar-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(4) u l-Annessi II (A.1, A.2, A.3, u A.5) u III (1.1, 1.2, 1.3 u 2) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkritika lill-konvenuta talli ma implementatx b’mod korrett u sħiħ ir-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Artikolu 5(4) u fl-Annessi II (A.1, A.2, A.3 u A.5) u III (1.1, 1.2, 1.3 u 2) tad-Direttiva 91/676/KEE. Il-Kummissjoni għandha dubji dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni fuq:

il-perijodi li matulhom l-applikazzjoni fuq l-art tal-fertilizzanti ma hijiex xierqa, jew saħansitra pprojbita;

il-kapaċità tal-ħażna tad-demel tal-annimali;

il-metodu ta’ kalkolu tal-kwantità ta’ nitroġenu fl-applikazzjoni fuq l-art għall-fertilizzazzjoni bbilanċjata;

il-limitu kwantitattiv tal-applikazzjoni fuq l-art tad-demel tal-annimali;

il-leġiżlazzjoni tal-applikazzjoni fuq artijiet b’xaqliba wieqfa ħafna;

il-leġiżlazzjoni tal-applikazzjoni fuq artijiet mifqugħa bl-ilma, imgħarrqa, iffriżati jew miksija bil-borra.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — WIND Telecomunicazioni SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-254/12)

2012/C 217/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WIND Telecomunicazioni SpA

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata f’dan id-digriet, u b’mod iktar partikolari jipprekludu l-Liġi Nru 266/2005, b’mod partikolari minħabba l-mod kif din hija konkretament applikata fuq il-livell regolatorju?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Telecom Italia SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-255/12)

2012/C 217/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telecom Italia SpA

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata, b’mod partikolari l-Liġi Nru 266 tal-2005, b’mod partikolari minħabba kif din il-liġi qed tiġi applikata fuq livell leġiżlattiv?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Telecom Italia SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-256/12)

2012/C 217/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Telecom Italia SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata f’dan id-digriet, u b’mod iktar partikolari jipprekludu l-Liġi Nru 266/2005, b’mod partikolari minħabba l-mod kif din hija konkretament applikata fuq il-livell regolatorju?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Sky Italia Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia dell’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali

(Kawża C-257/12)

2012/C 217/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sky Italia Srl

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia dell’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata f’dan id-digriet, u b’mod iktar partikolari jipprekludu l-Liġi Nru 266/2005, b’mod partikolari minħabba l-mod kif din hija konkretament applikata fuq il-livell regolatorju?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Vodafone Omnitel Nv vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-258/12)

2012/C 217/29

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone Omnitel Nv

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata, b’mod partikolari l-Liġi Nru 266 tal-2005, b’mod partikolari minħabba kif din il-liġi qed tiġi applikata fuq livell leġiżlattiv?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/13


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-263/12)

2012/C 217/30

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u B. Stromsky)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li billi ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil Ellinikós Chrysós S.A. [C 48/2008 (ex NN 61/2008)], iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Frar 2011 [innotifikata bin-Nru C(2011) 1006 finali] jew, f’kull każ, billi ma informatx b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont dan l-artikolu, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u taħt it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(1)

Fit-23 ta’ Frar 2011 il-Kummissjoni ddeċidiet li l-għajnuna mill-Istat ta’ ammont ta’ EUR 15.34 miljun, mogħtija illegalment mill-Ġreċja, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, lill-kumpannija Ellinikós Chrysós S.A. permezz tal-bejgħ ta’ beni u ta’ artijiet bi prezz inqas mill-valur tagħhom u tal-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħlas tat-taxxi relatati miegħu, għall-finijiet tal-protezzjoni tal-impjieg u tal-ambjent, iżda wkoll sabiex tinħoloq miżura ta’ inċentiv għax-xerrejja potenzjali tal-minjieri ta’ Kassandra, hija inkompatibbli mas-suq intern (1). Permezz tal-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni talbet lir-Repubblika Ellenika tirkupra mingħand il-benefiċjarja din l-għajnuna mill-Istat flimkien mal-interessi. Ir-Repubblika Ellenika kienet wkoll obbligata żżomm lill-Kummissjoni informata bil-miżuri nazzjonali meħuda għall-implementazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika talbet estenzjoni tat-terminu ta’ xahrejn mogħti għat-trażmissjoni tal-informazzjoni, li l-Kummissjoni ma tathiex minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward.

(3)

Minkejja l-ittri ta’ tfakkira tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2011 u tal-14 ta’ Lulju 2011 lir-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni ma ngħatat ebda informazzjoni, fit-termini previsti, dwar it-teħid ta’ miżuri għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(4)

Fit-8 ta’ Mejju 2012 l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ittra tagħhom tal-25 ta’ April 2012 li permezz tagħha huma talbu l-ħlas lura ta’ din l-għajnuna mill-Istat lill-kumpannija Ellinikós Chrysós S.A f’terminu ta’ tletin jum. Il-Kummissjoni madankollu tenfasizza li l-ammont li għandu jiġi rkuprat ma ssemmiex f’din l-ittra. Għandu jiġi nnotat li, għalkemm l-ammont prinċipali tal-għajnuna mill-Istat kien ġie kkalkolat mill-Kummissjoni fl-imsemmija deċiżjoni, l-awtoritajiet Griegi ma kkalkolawx l-ammont tal-interessi, kif huma kellhom jagħmlu, u ma semmewx dan l-ammont fit-talba tagħhom indirizzata lill-kumpannija. F’kull każ, din l-ewwel reazzjoni tal-awtoritajiet Griegi seħħet biss erbatax-il xhar wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u, minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda informazzjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat ikkontestata.


(1)  Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar [l-]għajnuna mill-Istat C 48/08 (ex NN 61/08) mogħtija mill-Greċja lil Ellinikos Xrysos [Chrysós] SA


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/14


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-286/12)

2012/C 217/31

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) billi adottat leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi t-tmiem obbligatorju, fl-eta ta’ 62 sena, tar-relazzjoni ġuridika għal dawk li jservu bħala mħallfin, prosekuturi u nutara, fatt li jagħti lok għal differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età li ma huwiex iġġustifikat minn għan leġittimu u li, f’kull każ, ma huwiex xieraq u lanqas neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit.

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont il-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar l-età massima obbligatorja tal-imħallfin, tal-prosekukturi u tan-nutara, ir-relazzjoni ġuridika li permezz tagħha dawk li jeżerċitaw dawn il-professjonijiet jipprovdu servizzi tintemm meta huma jagħlqu età speċifika — attwalment 62 sena —, filwaqt li qabel huma setgħu jkomplu jeżerċitaw il-kariga tagħhom sakemm jagħlqu 70 sena. Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tistabbilixi li r-relazzjoni ġuridika għal dawk li jservu bħala mħallfin u prosekuturi li għalqu l-età l-ġdida massima qabel l-1 ta’ Jannar 2012 tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2012, u dik tal-imħallfin u tal-prosekuturi li jagħlqu din l-età bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2012 tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2012. Fil-każ tan-nutara, it-tnaqqis tal-età massima obbligatorja minn 70 għal 62 sena ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tibbaża r-rikors tagħha għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fuq il-motivi u l-argumenti li ġejjin:

 

L-ewwel nett hija tikkunsidra li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkostitwixxi differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva, peress li tagħti trattament inqas favorevoli lill-imħallfin, lill-prosekuturi u lin-nutara li għalqu l-età massima obbligatorja l-ġdida milli lill-bqija tal-persuni kollha fis-servizz li ma għalqux din l-età.

 

Sabiex leġiżlazzjoni li tagħti lok għal differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età tiġi eskluża mill-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Skont dan l-artikolu, minn naħa, din il-leġiżlazzjoni għandha tkun oġġettivament iġġustifikata minn għan leġittimu u, min-naħa l-oħra, il-mezzi sabiex jintlaħaq dan l-għan għandhom ikunu xierqa u neċessarji (prinċipju ta’ proporzjonalità).

 

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li la l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tiddetermina espressament għan leġittimu u lanqas ma jista’ jiġi dedott dan l-għan mill-kuntest tagħha, fatt li għaldaqstant jikkostitwixxi ksur tad-Direttiva, peress li din iċ-ċirkustanza tostakola l-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità u tal-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fir-rigward tal-leġittimità tal-għanijiet allegati matul il-proċedura [amministrattiva] għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tafferma li huma biss l-għanijiet relatati mal-ambitu tal-politika soċjali li jistgħu jitqiesu xierqa sabiex tiġi ġġustifikata eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età.

 

Fl-aħħar nett, skont il-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni la hija xierqa u lanqas neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi allegati, peress li i) il-perijodu tranżitorju tal-iktar sena u nofs huwa straordinarjament qasir, fid-dawl tat-tnaqqis drastiku minn 70 sena għal 62 sena tal-età massima obbligatorja għar-relazzjoni ġuridika ta’ provvista ta’ servizzi, u ii) il-perijodu tranżitorju ma huwiex koerenti mil-lat tar-riforma ġenerali tal-irtirar, li żżid l-età ta’ rtirar ġenerali minn 62 sena għal 65 sena fuq perijodu ta’ tmien snin bejn l-2014 u l-2022, li jagħti lok — wara li jkun għadda perijodu ta’ sentejn biss — għal żieda ġdida tal-età massima obbligatorja għar-relazzjoni ġuridika ta’ provvista ta’ servizzi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikser b’mod sproporzjonat l-interessi leġittimi tal-imħallfin, tal-prosekuturi u tan-nutara affettwati u li din tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-għan tagħha.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 4, p. 79; iktar ’il quddiem id-“Direttiva”.


Il-Qorti Ġenerali

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-338/08) (1)

(Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi - Talba għal eżami intern mill-ġdid - Rifjut - Miżura ta’ portata individwali - Validità - Konvenzjoni ta’ Aarhus)

2012/C 217/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu (Utrecht, l-Olanda) u Pesticide Action Network Europe (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. Kloostra u A. van den Biesen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: inizjalment minn B. Burggraaf u S. Schønberg, sussegwentement minn B. Burggraaf u P. Oliver, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Dowgielewicz, sussegwentement minn M. Szpunar, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Lulju 2008, li jiċħdu bħala inammissibbli t-talbiet tar-rikorrenti għal eżami intern mill-ġdid tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (ĠU L 58, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Lulju 2008, li jiċħdu bħala inammissibbli t-talbiet ta’ Stichting Natuur en Milieu u ta’ Pesticide Action Network Europe intiżi sabiex hija teżamina mill-ġdid ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu, huma annullati.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Stichting Natuur en Milieu u minn Pesticide Action Network Europe.

(3)

Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp - Kuntratti MEDIS u Dias.Net - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Żamma ta’ somma intiża għal kontraent ieħor - Rimbors ta’ somom imħallsa - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Kontrotalba tal-Kummissjoni - Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar il-kontrotalba)

2012/C 217/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Marsal u J.-D. Simonet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, sussegwentement A.-M Rouchaud-Joët u D. Calciu, aġenti, assistiti minn L. Defalque u S. Woog, avukati)

Suġġett

Talba intiża sabiex, minn naħa, jiġi ddikjarat bħala infondat kreditu tal-Kummissjoni ta’ EUR 189 241,64 u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ “nota ta’ kreditu” ta’ dan l-ammont u, fl-aħħar nett, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas bħala danni EUR 212 597, b’mod prinċipali, u EUR 230 025, b’mod sussidjarju.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ippreżentat mill-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa miċħud.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kontrotalbiet ippreżentati mill-Kummissjoni inkwantu dawn huma intiżi għall-kundanna ta’ Insula għall-ħlas tas-somma dovuta, b’mod prinċipali u bl-interessi, fuq il-bażi tal-kuntratt Dias.Net.

(3)

Insula huwa kkundannat jħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 157 983,11, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.75 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-16 ta’ Mejju 2009 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.

(4)

Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp - Kuntratti Ecres, El Hierro, Islands 2010, Opet I, Opet II, Opet Ola, Respire, Sustainable Communities u Virtual Campus - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Rimbors ta’ somom antiċipati jew imħallsa - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Kontrotalba tal-Kummissjoni)

2012/C 217/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-D. Simonet u P. Marsal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, sussegwentement A.-M. Rouchaud-Joët u D. Calciu, aġenti, assistiti minn L. Defalque u S. Woog, avukati)

Suġġett

Talba intiża sabiex, fuq il-bażi tal-Artikolu 238 KE, il-Qorti Ġenerali tiddikjara, minn naħa, bħala infondat kreditu tal-Kummissjoni ta’ EUR 114 996,82 u, min-naħa l-oħra, bħala fondat il-kreditu tal-Kummissjoni ta’ EUR 253 617,83, u sabiex tikkundanna lill-Kummissjoni tagħtih bħala kumpens, is-somma prinċipali ta’ EUR 146 261,06 u s-somma sussidjarja ta’ EUR 573 273,42.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ippreżentat mill-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa miċħud.

(2)

Insula huwa kkundannat jagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-somom prinċipali ta’ EUR 146 261,06, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-16 ta’ Awwissu 2009 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.

(3)

Insula huwa kkundannat jagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 253 617,83, miżjud bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mit-8 ta’ Settembru 2009 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmjai somma prinċipali.

(4)

Il-kumplament tat-talba rikonvenzjonali tal-Kummissjoni huwa miċħud.

(5)

Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/09) (1)

(Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Obbligu tal-Istati Membri li jħarsu u jtejbu l-kwalità tal-arja fl-ambjent - Deroga temporanja mogħtija lil Stat Membru - Talba għal eżami intern mill-ġdid - Rifjut - Miżura ta’ portata individwali - Validità - Konvenzjoni ta’ Aarhus)

2012/C 217/35

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging Milieudefensie (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver, W. Roels u A. Alcover San Pedro, sussegwentement P. Oliver, A. Alcover San Pedro u E. Manhaeve, u finalment P. Oliver, A. Alcover San Pedro u B. Burggraaf, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries, J. Langer u M. de Ree, aġenti); Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment L. Visaggio u A. Baas, sussegwentement L. Visaggio u G. Corstens, aġenti); u il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 6121, tat-28 ta’ Lulju 2009, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti għal eżami intern mill-ġdid mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tagħha C(2009) 2560 finali, tas-7 ta’ April 2009, li tagħti lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill-obbligi previsti mid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni C(2009) 6121 tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Lulju 2009, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2012 — Meda Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)

(Kawżi magħquda T-492/09 u T-147/10) (1)

(Trade mark komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali ALLERNIL - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALLERNIL - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti ALLERGODIL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 217/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meda Pharma GmbH & Co. KG (Bad Homburg vor der Höhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement D. Walicka u fl-aħħar nett G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Ferchland, sussegwentement A. Ferchland u K. Trautmann, avukati)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009 (Każijiet R 1386/2007-4 u R 697/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meda Pharma GmbH & Co. KG u Nycomed GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Meda Pharma GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi T-492/09 u T-147/10.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/10) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp - Kuntratt El Hierro - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati - Rimbors ta’ somom antiċipati - Kontrotalba tal-Kummissjoni)

2012/C 217/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-D. Simonet u P. Marsal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, sussegwentement A.-M. Rouchaud-Joët u D. Calciu, aġenti, assistiti minn L. Defalque u S. Woog, avukati)

Suġġett

Talba, mressqa fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża, min-naħa, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors ta’ somma ta’ EUR 84 120 tiġi ddikjarata infondata u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ “nota ta’ kreditu” għall-ammont ta’ EUR 84 120.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 84 120, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-26 ta’ Jannar 2010 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.

(3)

Il-kumplament tal-kontrotalba tal-Kummissjoni huwa miċħud.

(4)

Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Seven Towns vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ seba’ kwadri ta’ kuluri differenti)

(Kawża T-293/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti - Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark Komunitarja - Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven Towns Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Schäfer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1475/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Hartmann vs UASI — Mölnlycke Health Care (MESILETTE)

(Kawża T-342/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MESILETTE - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEDINETTE - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mölnlycke Health Care AB (Göteborg, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Mejju 2010, (fil-Każ R 1222/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paul Hartmann AG u Mölnlycke Health Care AB.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Mejju 2010, (Każ R 1222/2009-2) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Seikoh Giken vs UASI — Seiko Holdings (SG SEIKOH GIKEN)

(Kawża T-519/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali - Talba għal estensjoni territorjali tal-protezzjoni - Trade mark figurattiva SG SEIKO GIKEN - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEIKO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kabushiki Kaisha Seikoh Giken (Matsudo-shi Chiba, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seiko Holdings Kabushiki Kaisha (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. Fish, R. Miller, solicitors, u A. Bryson, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 1553/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seiko Holdings Kabushiki Kaisha u Kabushiki Kaisha Seikoh Giken.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kabushiki Kaisha Seikoh Giken hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Ġunju 2012 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Garmo (HELLIM)

(Kawża T-534/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali HELLIM - Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: inizjalment C. Milbradt u H. Van Volxem, sussegwentement C. Milbradt u A. Schwarz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Settembru 2010 (Każ R 794/2010-4), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias u Garmo AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L-Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI — Garmo (GAZI Hellim)

(Kawża T-535/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GAZI Hellim - Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: inizjalment C. Milbradt u H. Van Volxem, sussegwentement C. Milbradt u A. Schwarz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1497/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias u Garmo AG.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1497/2009-4), hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — XXXLutz Marken vs UASI — Meyer Manufacturing (CIRCON)

(Kawża T-542/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CIRCON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CIRCULON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv għoli - Reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Drittijiet tad-difiża - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 217/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement K. Klüpfel, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meyer Manufacturing Co. Ltd (Kowloon, Hong-Kong) (rappreżentant: M. Fiedler, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2010 (Każ R 40/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meyer Manufacturing Co. Ltd u XXXLutz Marken GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2010 (Każ R 40/2010-1), hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn XXXLutz Marken GmbH.

(3)

Meyer Manufacturing Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam vs UASI — Investimust (COLLEGE)

(Kawża T-165/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali COLLEGE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. van Leeuwen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Investimust SA (Genève, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2011 (Każ R 508/2010-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam u Investimust SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Hotel Reservation Service Robert Ragge vs UASI — Promotora Imperial (iHotel)

(Kawża T-277/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali iHotel - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti i-hotel - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Koch u D. Hötte, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Promotora Imperial, SA (Pozuelo de Alarcón, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Frar 2011 (Każ R 832/2010-1), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Promotora Imperial, SA u Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Süd-Chemie vs UASI — Byk-Cera (CERATIX)

(Kawża T-312/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CERATIX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CERATOFIX - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Süd-Chemie AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Baron W. von der Osten-Sacken u A. Wenninger-Lenz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Byk-Cera BV (Deventer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Kroher, A. Hettenkofer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2011 (Kaz R 1585/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Süd-Chemie AG u Byk-Cera BV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Süd-Chemie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Azienda Agricola Bracesco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-440/09) (1)

(Responsabbilità mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Influwenza avjarja - Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur - Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ summien fost l-ispeċi ta’ tjur li jagħtu dritt għal kumpens - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni - Nuqqas ta’ rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2012/C 217/47

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Azienda Agricola Bracesco Srl – in liquidazione (Orgiano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Tosello, S. Rizzioli u C. Pauly, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006, tat-3 ta’ Lulju 2006, li jikkonċerna ċerti miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur f’ċerti Stati Membri (ĠU L 180 p. 3), inkwantu ma jipprovdix tali miżuri favur il-bdiewa tat-tjur involuti fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-summien.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

Azienda Agricola Bracesco Srl – in liquidazione għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Ezzedine et vs Il-Kunsill

(Kawżi T-131/11, T-132/11, T-137/11, T-139/11 sa T-141/11, T-144/11 sa T-148/11 u T-182/11) (1)

(Politika barranija u ta’ siġurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati - Mewt tar-rikorrent - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 217/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ibrahim Ezzedine (Abidjan, Côte d’Ivoire) (Kawża T-131/11); Feh Lambert Kessé (Abidjan) (Kawża T-132/11); Georges Guiai Bi Poin (Abidjan); (Kawża T-137/11); Loba Emmanuel Patrice Gnango (Abidjan) (Kawża T-139/11); Badia Brice Guei (Abidjan) (Kawża T-140/11); Blé Brunot Dogbo (Abidjan) (Kawża T-141/11); Tiapé Edouard Kassarate (Abidjan) (Kawża T-144/11); Gagbei Faussignaux Vagba (Abidjan) (Kawża T-145/11); Claude Yoro (Abidjan) (Kawża T-146/11); Gogo Joachim Robe (Abidjan) (Kawża T-147/11); Philippe Mangou (Abidjan) (Kawża T-148/11); u Philippe Henry Dacoury Tabley (Abidjan) (Kawża T-182/11) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-132/11, T-137/11, T-139/11, T-140/11, T-141/11, T-146/11, T-147/11 u T-182/11, G. Collard ; fil-Kawża T-131/11, inizialment G. Collard, sussegwentement F. Dressen u J. Y. Dupeux ; u, fil-Kawżi T-144/11, T-145/11 u T-148/11, G. Collard u L. Aliot, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen kif ukoll, fil-Kawzi T-131/11, T-132/11 u T-182/11, G. Étienne, fil-Kawzi T-139/11 sa T-141/11, C. Fekete u, fil-Kawzi T-144/11 sa T-148/11, E. Dumitriu-Segnana, agenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J. P. Mignard u J. P. Benoit, avukati, fil-Kawzi T-132/11, T-137/11, T-140/11, T-141/11 u T-144/11 sa T-148/11); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis kif ukoll, fil-Kawzi T-137/11, T-139/11 sa T-141/11 u T-144/11 sa T-148/11, inizjalment E. Cujo, agenti)

Suġġett

Fil-Kawżi T-132/11, T-137/11, T-139/11 sa T-141/11 u T-144/11 sa T-148/11, talbiet għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), fil-Kawża T-131/11, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 60), u fil-Kawża T-182/11, talba għall-annullament, min-naħa, tad-deċiżjoni 2011/71, u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 32).

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-131/11, T-132/11, T-137/11, T-139/11 sa T-141/11, T-144/11 sa T-148/11 u T-182/11 huma maqgħuda għall-finijiet tad-digriet.

(2)

Ma hemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq ir-rikorsi.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, barra mill-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn I. Ezzedine, F. L. Kessé, G. Guiai Bi Poin, L.E.P. Gnango, B. Price Guei, B. Brunot Dogbo, T. E. Kassarate, G. F. Vagba, C. Yoro, G. J. Robe, P. Mangou u P. H. Dacoury-Tabley.

(4)

Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 130, 30.4.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ġunju 2012 — Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/11) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/CE - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Assenza ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2012/C 217/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH (Duisburg, il-Ġermanja); Rogesa — Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja); Salzgitter Flachstahl GmbH (Salzgitter, il-Ġermanja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg); u voestalpine Stahl GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH, Rogesa — Roheisengesellschaft Saar mbH, Salzgitter Flachstahl GmbH, ThyssenKrupp Steel Europe AG u voestalpine Stahl GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Eurofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/11) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Assenza ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2012/C 217/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Euroalliages.

(3)

Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/24


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Al Assad vs Il-Kunsill

(Kawża T-202/12)

2012/C 217/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bouchra Al Assad (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2012/172/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja sa fejn tirrigwarda lil Bouchra (sive Bushra) Al Assad;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 282, p. 30.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/24


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Alchar vs Il-Kunsill

(Kawża T-203/12)

2012/C 217/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamad Nedal Alchaar (Aleppo, is-Sirja) (rappreżentant: A. Korkmaz, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, bħala atti li jikkonċernaw lir-rikorrent:

ir-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 1244/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011;

id-Deċiżjoni 2011/782/PESK kif emendata u ssupplementat sa llum, u dan b’mod partikolari permezz tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni 2012/37/PESK, id-Deċiżjoni 2012/122/PESK, id-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni 2012/172/PESK u d-Deċiżjoni 2012/206/PESK;

ir-Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, kif emendat u ssupplementat sa llum, u dan b’mod partikolari permezz tar-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 55/2012, ir-Regolament Nru 168/2012 u r-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 266/2012;

l-atti kollha futuri li jemendaw jew jissupplementaw id-Deċiżjoni 2011/782/PESK u r-Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill inkluża fil-komunikazzjoni tagħha tas-16 ta’ Marzu 2012 indirizzata lejn ir-rikorrent, sa fejn din iżżommu inkluż fil-listi kontenzjużi;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali u garanziji proċedurali, b’mod partikolari d-drittijiet tad-difiża, l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li r-rikorrent ma rċeviex notifika formali tal-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ persuni ssanzjonati u peress li l-motivi tal-inklużjoni tiegħu indikati fl-atti kkontestati ma humiex suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw is-sanzjonijiet.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà u tal-libertà ekonomika.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/25


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2012 — Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI — Viavita (VIAVITA)

(Kawża T-204/12)

2012/C 217/53

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vila Vita Hotel und Touristik GmbH (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Schoenen u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Viavita SASU (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 419/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti; u

fl-eventwalità li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tingħaqad f’dawn il-proċedimenti bħala intervenjenti, tordna li din tbati l-ispejjeż tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VIAVITA”, għal servizzi fil-klassijiet 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 52201504

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni fl-Awstrija tat-trade mark verbali “VILA VITA PARC” Nru 154631, għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42; Reġistrazzjoni fil-Ġermanja tat-trade mark figurattiva “VILA VILA TOURISTIK GMBH” Nru 2097301, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 35, 37, 39 u 41.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/25


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2012 — Shark vs UASI — Monster Energy (UNLEASH THE BEAST!)

(Kawża T-217/12)

2012/C 217/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shark AG (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentant: D. Campbell, Barrister, u P. Strickland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 360/2011-1; u

tikkundanna lill-Uffiċċju u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “UNLEASH THE BEAST!”, għal prodotti fil-klassi 32 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5093174

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2729366 tat-trade mark verbali “BRING OUT THE BEAST”, għal prodotti fil-klassi 32; Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2730133 tat-trade mark figurattiva “COOL BITE BRING OUT THE BEAST”, għal prodotti fi klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Trade mark Komunitarja kkontestata dikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u talba għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/26


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — Micrus Endovascular vs UASI — Laboratorios Delta (DELTA)

(Kawża T-218/12)

2012/C 217/55

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Micrus Endovascular LLC (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Delta Lda (Queluz, il-Portugal)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 244/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż inkorsi minnha quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DELTA”, għal prodotti fil-klassi 10 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6655906

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni trade mark internazzjonali Nru 131374 tat-trade mark figurattiva“DELTA PORTUGAL”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 140578 tat-trade mark figurattiva “DELTA PORTUGAL”, għal prodotti fil-klassi 5; isem kummerċjali rreġistrat Nru 23113 “LABORATORIOS DELTA”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tal-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/26


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2012 — Sunrider vs UASI — Nannerl (SUN FRESH)

(Kawża T-221/12)

2012/C 217/56

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Sunrider Corp. (L-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Dontas u E. Markakis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nannerl GmbH & Co. KG (Anthering bei Salzburg, l-Awstrija)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 Marzu 2012 fil-Każ R 2401/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti neċessarjament sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti li saru quddiem ir-Raba’ Bord Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SUN FRESH”, għal prodotti fil-klassi 32 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6171433

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 605014 tat-trade mark verbali “SUNNY FRESH”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni bħala trade mark tar-Renju Unit Nru 2016689 għat-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad “SUNRIDER SUNNY FRESH”, għal prodotti fil-klassi 32; reġistrazzjoni tat-trade mark Irlandiża Nru 169766 għat-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad “SUNRIDER SUNNY FRESH”, għal prodotti fil-klassi 32; reġistrazzjoni tat-trade mark Ungeriża Nru 144500 għat-trade mark verbali “SUNNYFRESH”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 574389 għat-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad “SUNRIDER SUNNY FRESH”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tal-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/27


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Eni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/12)

2012/C 217/57

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;

tannulla l-att ikkontestat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra l-ittra (prot. *D/2012/04226) tat-23 ta’ April 2012, dwar il-Każ COMP/F/38.638 — Gomma butadiene u gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni — Adozzjoni mill-ġdid, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea kkomunikat lill-ENI d-deċiżjoni tagħha li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura BR-ESBR wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Lulju 2011 (Kawża T-39/07, Eni vs Il-Kummissjoni), li annullat parzjalment id-Deċiżjoni C(2006) 5700 tad-29 ta’ Novembru 2006, adottata fil-Każ COMP/F/38.638 — Gomma butadiene u gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni u naqqset il-multa imposta.

Insostenn tar-rikors tagħha, ENI tinvoka motiv wieħed, li permezz tiegħu tallega nuqqas ta’ kompetenza, peress li l-Kummissjoni ma tistax tiftaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ investigazzjoni fil-każ BR-ESBR bil-ħsieb li tiġi adottata deċiżjoni ġdida li timponi sanzjoni.

ENI tirrileva li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Lulju 2011, minbarra li annullat parzjalment id-Deċiżjoni BR-ESBR tal-2006, fuq il-bażi li l-Kummissjoni kienet naqset milli tevalwa b’mod korrett iċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva, eżerċitat fil-fatt il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha — skont l-Artikolu 261 TFUE u r-Regolament 1/2003 — billi ddeterminat mill-ġdid l-ammont tal-multa u billi ssostitwiet il-kalkoli tagħha ma’ dawk tal-Kummissjoni. Hija f’din il-perspettiva li d-deċiżjoni għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura BR-ESBR, minbarra li tikser il-prinċipju ta’ tqassim tal-kompetenzi u tal-bilanċ istituzzjonali stabbilit fl-Artikolu 13 TFUE, tikser wkoll id-dritt fundamentali għal proċess imparzjali li jinsab fl-Artikolu 6 KEDB u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-prinċipju ta’ ne bis in idem li jinsab fl-Artikolu 7 KEDB.

Barra minn hekk, ENI ssostni li, kuntrarjament għal dak li hemm stabbilit fl-att ikkontestat, il-Qorti Ġenerali ma aċċertatx sempliċiment difett proċedurali fl-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-kunċett tar-reċidiva fid-Deċiżjoni BR-ESBR tal-2006; għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tinvoka l-ġurisprudenza PVC II  (1) sabiex tiġġustifika l-inizjattiva tagħha, li, anki f’dan is-sens, tikser l-Artikolu 7 KEDB.

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti, ENI tirrileva li fiċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti kull possibbiltà ta’ adozzjoni mill-ġdid ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni u li tapplika mill-ġdid il-kunċett tar-reċidiva hija, fi kwalunkwe każ, kompletament eskluża.


(1)  Sentenza tal-15 ta' Ottubru 2002, Kawżi Magħquda C-238/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, minn C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Limburgse Vinyl Maatschappij NV (LVM) et vs Il-Kummissjoni (PVC II), Ġabra p. I-8375


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/28


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 — International Brands Germany vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)

(Kawża T-243/12)

2012/C 217/58

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: International Brands Germany GmbH & Co. KG (Paderborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M. Hoffmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stuffer SpA (Bolzano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1058/2011-1 u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: International Brands Germany

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ALOHA 100 % NATURAL” għal prodotti fil-klassi 32 — Applikazzjoni Nru 7 050 701

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Stuffer

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ALOA” għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/28


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2012 — Unister vs UASI (fluege.de)

(Kawża T-244/12)

2012/C 217/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 2149/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “fluege.de” għal prodotti fil-klassijiet 25, 28, 35, 39, 41 u 43

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2012 — Mederer vs UASI — Katjes Fassin (SOCCER GUMS)

(Kawża T-258/12)

2012/C 217/60

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mederer GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl u C. Sachs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ April 2012 fil-Każ R 225/2011-4;

tikkundanna lill-UASI u lil Katjes Fassin GmbH & Co. KG għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-UASI, kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SOCCER GUMS” għal prodotti fil-klassi 30 — applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 629 446

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Katjes Fassin GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “SOCCER STAR” għal prodotti fil-klassi 30 (trade mark nazzjonali Ġermaniża)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-431/11) (1)

2012/C 217/61

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 — Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Dmir ta’ assistenza - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku)

2012/C 217/62

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Louvain, il-Belġju), (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tagħha għal għajnuna fir-rigward ta’ fastidju psikoloġiku li r-rikorrenti tallega li kienet vittma tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

C. Skareby hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 31.07.10, p. 55


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Cantisani vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-71/10) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Interpretu tal-konferenzi - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Kunflitt ta’ interessi - Talba għad-danni)

2012/C 217/63

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicola Cantisani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. de Lannoy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku u t-talba għall-kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Nicola Cantisani għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010, p. 49.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Giannakouris vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura riċevuta minn sorsi oħra)

2012/C 217/64

Lingwa tal-kawża:il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Konstantinos Giannakouris (Roodt-su-Syre, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li bintu tirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

K. Giannakouris huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011, p. 38.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-84/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra)

2012/C 217/65

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Efstratios Chatzidoukakis (Schrassig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V.Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li ibnu jirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

M. Chatzidoukakis huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 13, 15.01.11, p. 39.


21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/31


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Alionescu vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/11)

(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Deċiżjoni ta’ estensjoni tat-terminu ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ lment - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 217/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ciprian-Calin Alionescu (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M. Stănculescu, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li testendi b’sitt sigħat it-terminu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-kuntest tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/206-207/11.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

C.-C. Alionescu għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.