ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.201.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 201

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
7 ta' Lulju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

IL-QORTI TAL-AWDITURI

2012/C 201/01

Opinjoni Nru 3/2012 (skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III li jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

1

MT

 


III Atti preparatorji

IL-QORTI TAL-AWDITURI

7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/1


OPINJONI Nru 3/2012

(skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III li jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

2012/C 201/01

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1–9

2

SOMMARJU …

I–VIII

3

OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI …

10–26

3

Implikazzjonijiet finanzjarji skont il-ftehimiet bejn il-Kummissjoni u l-manifatturi internazzjonali tat-tabakk …

10–15

3

Żieda fir-rati ta’ kofinanzjament …

16–17

3

Objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni …

18–20

4

Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programm …

21–23

4

Semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi …

24–25

4

Il-maniġer tal-programm …

26

4

OSSERVAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI …

27–40

4

Assistenza teknika …

28–34

5

Ix-xiri ta’ tagħmir mhux relatat mal-kuntrabandu tas-sigaretti …

28–29

5

Xiri ta’ tagħmir relatat mal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti …

30–31

5

Żvilupp u akkwist ta’ għodda tal-IT …

32–34

5

Taħriġ kontra l-frodi …

35–38

5

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Avukati …

39–40

6

ANNESS I —

Ammonti proġettati li se jiġu allokati għall-objettivi operazzjonali skont Hercule III …

7

ANNESS II —

Allokazzjonijiet proġettati ta’ riżorsi għall-komponenti skont Hercule III …

8

IL-QORTI TAL-AWDITURI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 325(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet preċedenti mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri dwar deċiżjonijiet fir-rigward ta’ programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità, Hercule I (Nru 8/2003 (1)) u Hercule II (Nru 6/2006 (2)),

Wara li kkunsidrat ir-Rapporti Speċjali Nru 1/2005 (3) u Nru 2/2011 (4) tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u s-segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 1/2005,

Wara li kkunsidrat it-talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Jannar 2012,

Filwaqt li r-Regolament propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 325(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistipola li: "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill […] wara li jikkonsultaw il-Qorti tal-Awdituri, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa fl-oqsma ta' prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-għan li joffru protezzjoni effettiva u ekwivalenti fl-Istati Membri, kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi, (l-uffiċċji) u l-organi (l-aġenziji kollha) tal-Unjoni”,

Filwaqt li l-iskop prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni (5) huwa li l-programm Hercule II (6) meta jiskadi fl-2013 jiġi sostitwit b’Hercule III għal perjodu ta’ seba’ snin (2014 sal-2020),

ADOTTAT L-OPINJONI LI ĠEJJA:

INTRODUZZJONI

1.

Il-programm Hercule I beda fl-1 ta’ Jannar 2004 u Hercule II ikopri l-perjodu 2007-2013. Hercule III huwa kontinwazzjoni tal-programm li jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Il-pakkett baġitarju propost suppost li ħa jkun EUR 110 miljun għall-perjodu 2014-2020. Dan kieku jgħolli l-infiq totali għat-tliet programmi Hercule għal EUR 220,3 miljun (7).

2.

Il-proposta tkompli tenfasizza b’mod speċifiku l-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti biex tirrifletti l-obbligi legali (8) tal-Kummissjoni li jinħolqu mill-ftehimiet ma’ erba’ manifatturi internazzjonali tas-sigaretti (9). Skont il-ftehimiet, ammont ta’ madwar USD 2 biljun huwa pagabbli lill-baġits tal-Istati Membri (90,3 %) u lill-Baġit tal-Unjoni Ewropea (9,7 %), wara tnaqqis tad-drittijiet legali, matul il-perjodu 2004–2030.

3.

Il-programmi huma ġestiti mill-OLAF. L-objettiv prinċipali tal-programm huwa l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni permezz tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn. Hemm ħames objettivi operazzjonali (ara l-Anness I).

4.

Skont id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mal-proposta, 79 % tal-pakkett kieku jkunu allokati għall-“assistenza teknika” lill-Istati Membri, 19 % għat-"taħriġ speċjalizzat” u 2 % għall-"Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Avukati (ELAs)”.

5.

“Assistenza teknika” tinkludi l-akkwist ta’ tagħmir tekniku, taħriġ u kooperazzjoni bejn is-servizzi li jużaw it-tagħmir u l-akkwist ta’ databases disponibbli kummerċjalment għall-investigazzjonijiet tal-Istati Membri u l-OLAF.

6.

L-objettiv tat-“taħriġ speċjalizzat” huwa l-proviżjoni ta’ tagħrif adegwat dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE lill-uffiċjali tal-Istati Membri u l-promozzjoni tal-‘aqwa prattika’ u n-netwerking bejn l-Istati Membri permezz ta’ seminars u konferenzi.

7.

Il-baġit ta’ “ELA” huwa għall-gruppi akkademiċi u professjonali li qed jagħmlu r-riċerka u jiddiskutu fuq kwistjonijiet legali u dan iservi wkoll bħala forum għat-tixrid tal-iżviluppi fil-qasam tal-liġi tal-UE.

8.

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni dwar il-proposta jiddikjara li l-Kummissjoni kkunsidrat erba’ għażliet għall-programm Hercule III. Dawn huma evalwati fil-valutazzjoni tal-impatt (10): (1) Il-kontinwazzjoni tal-programm Hercule II bl-istess livell ta’ finanzjament; (2) It-tiġdid tal-programm Hercule II b’objettivi mtejba, metodoloġija aħjar u rata ogħla ta’ kofinanzjament (11); (3) Tibdil sinifikanti tal-objettivi b’appoġġ ħafna aktar qawwi għal attivitajiet operattivi u ta’ infurzar tal-liġi; (4) Il-waqfien tal-programm Hercule II, bil-possibilità li ċertu azzjonijiet jitkomplew taħt programmi oħra ta’ kofinanzjament tal-Unjoni u/jew azzjonijiet oħra jaqgħu f’idejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni bbażat il-proposta tagħha fuq l-għażla (2).

9.

Din l-opinjoni hija bbażata fuq il-proposta, il-valutazzjoni tal-impatt u r-reviżjoni intermedja (12) tal-kisba tal-objettivi tal-programm Hercule II. Hija maqsuma f’żewġ partijiet: osservazzjonijiet ġenerali u speċifiċi. Għadha ma saritx valutazzjoni tat-tliet għażliet l-oħra kkunsidrati.

SOMMARJU

I.

Skont il-proposta madwar 40 % tal-programm Hercule III (EUR 44,8 miljun) għandhom jiġu allokati għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti. Dan jirrifletti l-impenn tal-Kummissjoni li jinħoloq mill-ftehimiet ma' erba’ manifatturi internazzjonali tas-sigaretti. Skont il-Ftehimiet, 90,3 % ta’ aktar minn USD 2 biljun huma mħallsa lill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri. Minħabba li ftehim minnhom jiskadi fl-2016, għandu jiġi nnutat li l-baġit tal-UE se jirċievi madwar EUR 10 miljun anqas mill-fondi li l-Kummissjoni qed tippjana li tiddedika għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti.

II.

Aktar informazzjoni li tikkonċerna l-użu mill-Istati Membri tad-dħul li huma jirċievu mill-ftehimiet, għandha tkun disponibbli fuq il-livell tal-Kummissjoni sabiex ikun żgurat approċċ effiċjenti u koordinat fl-amministrazzjoni tar-riżorsi dedikati għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti.

III.

Bidla importanti taħt il-programm Hercule III hija ż-żieda proposta fir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-għotjiet għal appoġġ tekniku minn 50 % sa 80 % (u 90 % f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati). Fl-opinjoni tal-Qorti r-rata massima għandha tkun 80 % u għandha tkun neċessarja biss f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati bħal dawn.

IV.

Indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-Hercule III għandhom bżonn jiġu rfinati.

V.

S’issa l-Kummissjoni għadha ma kejlitx l-impatt ta’ Hercule II. Il-valutazzjoni kemm tirrapporta biss dwar ir-riżorsi u l-prodotti tal-programm.

VI.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014 l-Kummissjoni (OLAF) għandha tippreżenta rapport dwar il-kisba tal-objettivi tal-programm Hercule II. Tagħlimiet miksuba għandhom jintużaw sabiex jiġi modifikat il-programm Hercule III.

VII.

Il-proċedura ssemplifikata prevvista għall-għotjiet taħt EUR 50 000 tiddependi fuq l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

VIII.

Fis-segwitu għar-Rapport Speċjali Nru 1/2005 (Rapport Speċjali Nru 2/2011) l-Qorti żammet l-opinjoni tagħha li OLAF għandu jitrasferixxi r-responsabilità tal-immaniġjar tal-programm Hercule lil servizzi oħrajn tal-Kummissjoni u jiffoka mill-ġdid l-attivitajiet tiegħu fuq il-funzjoni investigattiva.

OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI

Implikazzjonijiet finanzjarji skont il-ftehimiet bejn il-Kummissjoni u l-manifatturi internazzjonali tat-tabakk

10.

Bejn l-2004 u l-2010, fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti, il-Kummissjoni ffirmat ftehimiet ma' erba' manifatturi internazzjonali tat-tabakk. Skont dawn il-ftehimiet aktar minn USD 2 biljun huma mħallsa minn dawn tal-aħħar, lill-baġits nazzjonali u lill-baġit tal-UE. Il-ftehimiet għandhom perjodi ta’ validità li jvarjaw matul is-snin mill-2004 sal-2030.

11.

Matul dan il-perjodu 90,3 % tad-dħul mill-ftehimiet huma mħallsa lill-Istati Membri u 9,7 % lill-baġit tal-UE. Pereżempju, fl-2010 l-Istati Membri rċevew madwar EUR 65,7 miljun u l-baġit tal-UE rċieva EUR 7,1 miljun minn dan is-sors. Il-Qorti tikkalkula li l-Istati Membri rċevew ammonti simili fl-2011. L-OLAF ma pprovda ebda ċifri fir-rigward tas-sena 2011 minħabba f'raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

12.

Fil-proposta tagħha għall-Hercule III, il-Kummissjoni talloka ammont ta’ EUR 44,8 miljun (40,7 % tal-pakkett totali ta’ EUR 110 miljun) għall-ġlieda kontra l-frodi organizzata, il-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti (13). Dan jinkludi l-finanzjament ta' tagħmir tekniku li jammonta għal EUR 27,4 miljun (ara l-paragrafi 30 u 31).

13.

Skont Hercule II l-infiq fuq din il-ġlieda kien bejn wieħed u ieħor ugwali għal sehem il-Kummissjoni tad-dħul mill-ftehimiet. Id-dħul proġettat li jirriżulta mill-ftehimiet huwa kkalkulat mill-Qorti li se jkun EUR 34,9 miljun (14) matul il-perjodu ta' Hercule III. Dan huwa madwar EUR 10 miljun anqas mill-fondi li l-Kummissjoni qed tippjana li tiddedika għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti skont Hercule III matul l-istess perjodu. Dan huwa minħabba l-fatt li l-ftehim ma’ Philip Morris International se jiskadi fl-aħħar tal-2016, jekk ma jiġix imtawwal.

14.

Il-Qorti tinnota li l-Istati Membri għandhom interess partikolari fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti. Id-dazji tal-importazzjoni evażi fuq il-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti jikkostitwixxu telfa għall-baġit tal-UE (ir-riżorsi proprji tradizzjonali). Madankollu, bid-dazji tas-sisa u t-taxxa fuq il-valur miżjud mitlufa, barra mis-sehem tad-dazji tal-importazzjoni li s-soltu l-Istati Membri kieku jżommu bħala spejjeż tal-ġabra, jikkostitwixxu telf għall-baġits tal-Istati Membri li huwa ħafna ogħla minn kwalunkwe telf għall-baġit tal-UE.

15.

OLAF m’għandux informazzjoni dwar x’jagħmel kull Stat Membru bis-sehem tiegħu tal-pagamenti annwali rċevuti mill-manifatturi tat-tabakk. Fl-opinjoni tal-Qorti informazzjoni bħal din għandha tkun disponibbli fuq il-livell tal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat approċċ effiċjenti u koordinat fl-amministrazzjoni tar-riżorsi ddedikati għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti, kemm fuq il-livell tal-UE u kif ukoll fuq il-livell nazzjonali.

Żieda fir-rati ta’ kofinanzjament

16.

L-Artikolu 9 tal-proposta jistipola li għall-azzjonijiet eliġibbli hekk kif definiti skont l-Artikolu 7, ir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex teċċedi 80 % tal-ispejjeż eliġibbli (15) (u 90 % f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati). Skont Hercule II ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal sostenn tekniku kienet 50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

17.

Fl-opinjoni tal-Qorti r-rata massima ta’ kofinanzjament għandha tibqa’ 50 % għall-komponent tat-tagħmir tekniku sabiex ikun żgurat li l-interessi tal-UE u dawk nazzjonali fix-xiri tat-tagħmir ikunu bbilanċjati b’mod ġust. Dan huwa ġġustifikat speċjalment għall-EUR 27,4 miljun li se jkunu ddedikati għall-kofinanzjament tat-tagħmir tekniku relatat mal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti, fid-dawl tal-importanza ta’ din il-ġlieda f’għajnejn l-Istati Membri. Ir-rata massima ta’ kofinanzjament tista’ tiġi miżjuda għal 80 % f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati sabiex ikun żgurat li qed jiġu kkunsidrati ċirkostanzi partikolari madwar l-UE u nazzjonali (16).

Objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni

18.

L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm huma stabbiliti fl-abbozz tar-Regolament. Il-programm ifittex li jipproteġi l-interess finanzjarju tal-Unjoni billi jipprevjeni u jikkumbatti l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività oħra illegali. L-Anness għall-proposta jelenka l-objettivi operazzjonali li mbagħad jiġu maqsuma f’"azzjonijiet" u “prodotti" fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

19.

Għalkemm il-memorandum ta’ spjegazzjoni jiddikjara li l-objettivi ġew stabbiliti billi ntużaw il-kriterji SMART (17), l-indikaturi tal-prestazzjoni għandhom bżonn jitjiebu sabiex ikun jista’ jintwera l-impatt li jista’ jitkejjel attribwibbli għall-programm. Fir-rigward ta’ rkupri, pereżempju, l-indikatur tal-prestazzjoni propost juri ammont ta’ EUR 67,9 miljun irkuprat (18) fl-2010 b’mira li dan l-ammont jiżdied b’5–10 %. Ma teżisti ebda rabta ppruvata bejn il-kisba ta' dawn l-objettivi u l-programm Hercule.

20.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tinkludi erba’ indikaturi prinċipali biex jimmonitoraw l-implimentazzjoni ta’ ħames objettivi operazzjonali, imma m’hemm ebda rabta bejn it-tnejn biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tal-objettivi.

Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programm

21.

Fl-opinjoni tal-Qorti, ir-reviżjoni intermedja tal-kisba tal-objettivi tal-programm Hercule II (19) u l-valutazzjoni tal-impatt huma limitati fir-rigward tal-kejl tal-kisba tal-objettivi. Jirrappurtaw biss dwar ir-riżorsi u l-prodotti tal-programm matul il-perjodu 2007–2010. Dan huwa parzjalment minħabba l-proċeduri ta' akkwist u proġetti mtawwla li l-impatt tagħhom ma jistax jitkejjel immedjatament.

22.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014 l-Kummissjoni (OLAF) se tippreżenta rapport dwar il-kisba tal-objettivi tal-programm Hercule II. Fl-opinjoni tal-Qorti din għandha tkun evalwazzjoni indipendenti u bir-reqqa, li tivvaluta b’mod ċar il-valur miżjud tal-programm. Tagħlimiet miksuba għandhom jintużaw sabiex jiġi modifikat il-programm Hercule III.

23.

L-Artikolu 11 tal-proposta jagħmel stipulazzjoni għal evalwazzjoni tal-programm Hercule III mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017. Din l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tkun indipendenti. L-evalwazzjoni finali, skedata għall-2001, għandha tkun indipendenti wkoll, turi l-valur miżjud tal-programm u tikkwantifika l-kisba tal-objettivi.

Semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi

24.

Il-Kummissjoni tipproponi li tissemplifika l-amministrazzjoni tal-għotjiet skont Hercule III. Proċedura ssemplifikata għall-għotjiet taħt EUR 50 000 għandha tiġi introdotta skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju (20).

25.

Din is-semplifikazzjoni tiddependi fuq il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u fuq l-adozzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni.

Il-maniġer tal-programm

26.

Fis-segwitu tagħha għar-Rapport Speċjali Nru 1/2005 (Rapport Speċjali Nru 2/2011) l-Qorti żammet l-opinjoni tagħha li OLAF għandu jitrasferixxi r-responsabilità tal-immaniġjar tal-programmi ta’ finanzjament (bħalma huwa Hercule) lil servizzi oħrajn tal-Kummissjoni u jiffoka mill-ġdid l-attivitajiet tiegħu fuq il-funzjoni investigattiva. OLAF jiddikjara li minn dakinhar ’l hawn huwa alloka aktar riżorsi għall-attivitajiet ta’ investigazzjoni tiegħu. Il-maniġment tal-programm Hercule ġie kkonċentrat f’Unità tal-politika waħda fi ħdan id-Direttorat tal-Politika separata mid-Direttorati ta’ Investigazzjoni.

OSSERVAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

27.

Hercule III essenzjalment huwa kontinwazzjoni ta’ Hercule II, magħmul minn tliet komponenti:

Assistenza teknika

Taħriġ kontra l-frodi

l-Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Avukati.

L-Anness II juri l-allokazzjoni proġettata tar-riżorsi ppjanati għal dawn il-komponenti skont Hercule III.

Assistenza teknika

Ix-xiri ta’ tagħmir mhux relatat mal-kuntrabandu tas-sigaretti

28.

Għall-miżuri fil-ġlieda kontra l-frodi r-riżorsi allokati għall-kofinanzjament ta’ xiri ta’ hardware tekniku li jrid jintuża fl-investigazzjonijiet kieku jkunu EUR 27,9 miljun skont il-programm Hercule III. Għall-perjodu 2007–2010, madwar EUR 12,2 miljun ġew allokati lill-aġenziji ta’ infurzar tal-liġi (kriminali nazzjonali / awtoritajiet tal-pulizija/dwana) (21). It-tagħmir kofinanzjat mhux neċessarjament li jintuża esklussivament għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, imma wkoll għal operazzjonijiet relatati ma’ droga, armi, ħarbiet mill-ħabs, traffikar tal-persuni, frodi fiskali, frodi tal-karti ta’ kreditu, falsifikazzjoni tal-flus u korruzzjoni fl-aġenziji nazzjonali tal-infurzar tal-liġi. (22)

29.

La r-reviżjoni intermedja u lanqas il-valutazzjoni tal-impatt, b’eċċezzjoni waħda (23), ma tagħti dettalji dwar it-tip ta’ tagħmir iffinanzjat skont Hercule II. Huwa ddikjarat li programm sistematiku ta’ kontrolli fuq il-post huwa mwettaq minn OLAF. Madankollu, ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u valutazzjoni tal-kisba tal-objettivi tax-xirjiet ma ġewx inklużi fir-reviżjoni intermedja.

Xiri ta’ tagħmir relatat mal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti

30.

Skont Hercule II, għall-miżuri fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti, ix-xiri tal-iskenners tar-raġġi X kien strument preferut. Għall-perjodu tal-2007–2010 saru impenji ta’ madwar EUR 12,5 miljun u ġew allokati lill-awtoritajiet tad-Dwana f’16-il Stat Membru għax-xiri ta’ 21 skenner.

31.

Ħlief għal żewġ eżempji (24), la r-reviżjoni intermedja u lanqas il-valutazzjoni tal-impatt ma tipprovdi xi evalwazzjoni finali li tikkonċerna l-akkwist ta' tagħmir tal-iskenners.

Żvilupp u akkwist ta’ għodda tal-IT

Ftehimiet speċjali maċ-Ċentru Konġunt tal-UE dwar ir-Riċerka

32.

Ġew miftiehma żewġ proġetti bejn OLAF u ċ-Ċentru Konġunt tal-UE dwar ir-Riċerka skont il-programm Hercule II:

—    Proġett AMT  (25): sistema prinċipalment użata mill-Istati Membri u OLAF. Skont ir-reviżjoni intermedja l-benefiċċji mistennija jew miksuba jinkludu l-analiżi sistematika eżawrjenti dwar data ta' kummerċ b'rata għolja u sinjali rigward tibdil sinifikanti fit-tendenzi tal-kummerċ,

—    Proġett CONTRAFFIC  (26): sistema prinċipalment użata mill-Istati Membri biex tikkumplementa l-analiżi tar-riskju nazzjonali. Ir-reviżjoni intermedja telenka l-benefiċċji mistennija jew miksuba li ġejjin:

—   Operazzjonali: appoġġ għall-investigazzjonijiet (movimenti tal-kontejners),

—   Tattiċi: xenarji aktar realistiċi u effettivi għall-operazzjonijiet konġunti tad-dwana,

—   Strateġiċi: analiżi tar-riskju effettiva għat-trasport bil-baħar.

Kisba ta’ aċċess għal databases esterni

33.

Skont Hercule II, OLAF u l-Istati Membri ngħataw aċċess għall-databases esterni sabiex jiġu megħjuna fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi, inklużi:

Id-database tal-Global Trade Atlas (GTA),

Informazzjoni miċ-China Trade (CTI) u Tips Software Services,

Data dwar it-trasport u l-manifest marittimu u għodda sabiex wieħed ikun jista' jfittex il-kumpaniji.

Trikkib potenzjali ta’ informazzjoni bejn id-databases differenti

34.

Il-Kummissjoni għandha tevita kwalunkwe trikkib bejn is-sistemi differenti u d-databases iffinanzjati skont il-programm Hercule. Dan japplika wkoll għall-għodda ta’ informazzjoni li huma disponibbli, pereżempju fid-DĠ TAXUD.

Taħriġ kontra l-frodi

35.

Dan il-komponent jiffoka fuq l-azzjonijiet u l-konferenzi tat-taħriġ kontra l-frodi u għall-parteċipanti mill-Istati Membri, pajjiżi kandidati u pajjiżi li mhumiex fl-UE. Jingħataw ukoll opportunitajiet għan-netwerking, skambju ta’ esperjenzi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u tixrid wiesa’ tal-kampanji kontra l-frodi madwar l-UE.

36.

Għall-perjodu 2007–2010 saru impenji ta’ madwar EUR 12,6 miljun (27).

37.

Ir-reviżjoni intermedja turi r-riżultati prinċipali miksuba mill-benefiċjarji (28). Tqassmu formuli ta’ evalwazzjoni lill-parteċipanti fl-avvenimenti ta’ taħriġ. Madankollu, għadu mhuwiex ċar sa liema punt l-istħarriġiet jappoġġaw dawn ir-riżultati. Ir-riżultati ta’ mistoqsija waħda biss (Impressjoni ġenerali tas-seminar) huma ppreżentati fir-reviżjoni intermedja.

38.

Il-Kummissjoni għandha turi b’mod ċar il-valur miżjud tal-attivitajiet u konferenzi ta’ taħriġ fir-rapport finali tal-2014.

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Avukati

39.

Il-benefiċjarji ta’ dan is-settur huma amministrazzjonijiet nazzjonali, istituzzjonijiet tar-riċerka u edukattivi. Huma kollha organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ u li jippromwovu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Azzjonijiet li għalihom huma attribwiti l-għotjiet, prinċipalment huma konferenzi/seminars, pubblikazzjonijiet perjodiċi, it-tixrid ta’ għarfien espert u studji kumparattivi tal-liġi. Ir-Reviżjoni Intermedja ma tipprovdi ebda evalwazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet u l-Valutazzjoni tal-Impatt tirrapporta biss dwar is-sodisfazzjon tal-benefiċjarji.

40.

Il-Kummissjoni għandha turi b’mod ċar il-valur miżjud ta’ dan il-komponent fir-rapport finali tal-2014.

Din l-opinjoni ġiet adottata mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-15 ta’ Mejju 2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU C 318, 30.12.2003, p. 5.

(2)  ĠU C 302, 12.12.2006, p. 41.

(3)  ĠU C 202, 18.8.2005, p. 1.

(4)  ĠU C 124, 27.4.2011, p. 9.

(5)  COM(2011) 914 finali, 19.12.2011.

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18), li temenda u testendi (l-programm Erkole I:) Id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Hercule II) (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 9).

(7)  Hercule I: 2004–2006: EUR 11,775 miljun; Hercule II: 2007–2013: EUR 98,525 miljun; Hercule III: 2014–2020: EUR 110 miljun.

(8)  Memorandum ta’ Spjegazzjoni, il-paragrafu 1, tal-proposta: COM(2011) 914 finali, 19.12.2011.

(9)  Philip Morris International (PMI), Japan Tobacco Int. (JTI), Imperial Tobacco Ltd. (ITL), British American Tobacco (BAT).

(10)  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Valutazzjoni tal-Impatt — dokument li jakkumpanja l-proposta dwar il-programm Hercule III: SEC(2011) 1610 finali, 19.12.2011.

(11)  Ara l-paragrafu 16.

(12)  Reviżjoni intermedja tal-kisba tal-objettivi tal-programm Hercule II, aġġornata fit-18 ta’ Marzu 2011.

(13)  Objettiv operazzjonali Nru 4 anness mad-dikjarazzjoni leġiżlattiva.

(14)  Dħul mistenni u maqlub f’EUR bl-użu ta’ rata tal-kambju tal-EUR/ 1,31 USD: EUR 360,1 miljun * 9,7% (sehem il-Kummissjoni) = EUR 34,9 miljun.

(15)  Spejjeż eliġibbli: (a) assistenza teknika għall-awtoritajiet nazzjonali, (b) organizzazzjoni ta’ taħriġ speċjalizzat, u workshops tal-analiżi tar-riskju, konferenzi, (c) kwalunkwe azzjoni oħra pprovduta bil-programmi ta’ ħidma annwali sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tar-regolament propost.

(16)  Limiti finanzjarji u/jew esponiment għar-riskju ta’ kuntrabandu tas-sigaretti lejn is-swieq tal-Istat Membru inkwistjoni jew is-swieq ta’ Stati Membri oħra minħabba l-fruntieri esterni, pereżempju.

(17)  Speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin.

(18)  Irkupri fis-settur tal-fondi strutturali (EUR 32,9 miljun), fl-agrikoltura (EUR 11,9 miljun), infiq dirett (EUR 10,6 miljun), u oħrajn (dwana, għajnuna esterna…: EUR 12,5 miljun). Sors: Ir-rapport ta' ħidma nru 11 tal-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010, p. 40.

(19)  Id-dokument, aġġornat fit-18.3.2011, ikopri l-perjodu 1.1.2007–31.12.2010.

(20)  P. 22 tad-Dikjarazzjoni, leġiżlattiva mehmuża mal-proposta.

(21)  Eżempju: Għotjiet mogħtija (EUR 657 000 għall-2007–2009) lill-GSG 9 (il-Pulizija Federali) fil-Ġermanja, li huma inkarigati minn operazzjonijiet kontra t-terroriżmu u speċjali taħt il-kontroll tal-Ministeru Federali tal-Intern.

(22)  Rapport dwar il-kisba tal-objettivi tal-programm Hercule I ippreparat mill-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-OLAF (1.1.2004–31.12.2006).

(23)  Eċċezzjoni: Il-valutazzjoni tal-impatt fuq p. 4 tikkwota bħala eżempji ta’ finanzjament, tagħmir tal-qari tal-pjanċi tan-numri fuq il-vetturi u l-kontejners fil-fruntiera esterna …

(24)  Il-valutazzjoni tal-Impatt, pp. 24–25. Żewġ skenners mobbli kofinanzjati taħt Hercule II għall-Irlanda u Malta.

(25)  Spejjeż: EUR 517 000 għall-perjodu Diċembru 2008 sa Novembru 2010.

(26)  Spejjeż: EUR 220 000 kull sena għall-2007–2010.

(27)  EUR 4 miljun f’għotjiet u EUR 8,6 miljun f’akkwist.

(28)  Taħriġ speċjalizzat kontra l-frodi mogħti lill-persunal ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali; l-istabbiliment ta’ netwerks bejn l-organizzazzjonijiet kontra l-frodi f’pajjiżi differenti; l-iskambju ta’ esperjenza u l-istabbiliment ta’ kuntatti personali ma’ kollegi f’organizzazzjonijiet oħra fuq il-livell nazzjonali, il-livell tal-UE u anke dak li mhuwiex tal-UE; tixrid tal-kampanja kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni madwar l-UE permezz tal-attivitajiet ta’ taħriġ.


ANNESS I

Ammonti proġettati li se jiġu allokati għall-objettivi operazzjonali skont Hercule III

Nru tal-objettiv

Deskrizzjoni

Total

(f’EUR miljun)

1

Biex titjieb il-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ frodi u attivitajiet oħra illegali aktar mil-livelli milħuqa fil-preżent permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni transnazzjonali u multidixxiplinarja.

34,8

2

Biex tiżdied il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi, il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni, l-esperjenzi u l-aqwa prattiki, inklużi l-iskambji tal-persunal.

11,835

3

Biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet oħra illegali li jagħtu appoġġ tekniku u operazzjonali lill-investigazzjoni nazzjonali u b’mod partikolari lid-dwana u lill-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi.

16,45

4

Biex jiġi limitat l-esponiment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni għal frodi, korruzzjoni u attivitajiet oħra illegali, meta mqabbel mal-livell ta' esponiment li jeżisti llum il-ġurnata, bl-iskop li jitnaqqas l-iżvilupp ta' ekonomija illegali f'oqsma ta' riskju prinċipali bħalma huma l-frodi organizzata, il-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni, speċjalment tas-sigaretti. (Il-miżuri kollha li hemm stipulazzjoni dwarhom fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva, il-paragarafu 3.2.2, jikkonċernaw il-kuntrabandu tas-sigaretti biss)

44,815

5

Biex jissaħħaħ il-grad tal-iżvilupp tal-protezzjoni speċifika legali u ġudizzjarja tal-interessi finanzjarji kontra l-frodi permezz tal-promozzjoni tal-analiżi tal-liġi kumparattiva.

2,1

Total Hercule III 2014–2020

110

Sors: Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva, p. 30–36.


ANNESS II

Allokazzjonijiet proġettati ta’ riżorsi għall-komponenti skont Hercule III

Nru tal-objettiv operazzjonali

Settur

f'EUR miljun

%

1

Kofinanzjament tax-xiri ta’ hardware tekniku li jrid jintuża fl-investigazzjonijiet

27,9

 

4

Kofinanzjament ta’ tagħmir relatat mal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti

27,4

Total kofinanzjament tax-xiri ta’ tagħmir tekniku

55,3

1

Żviluppi tal-IT

6,9

3

Assistenza teknika — sottoskrizzjoni għal databases, informatika għall-forensika

16,45

4

Databases tas-sigaretti u żviluppi tal-IT

2,1

Total Akkwist u l-iżvilupp ta’ databases tal-IT

25,45

4

Skambju tal-persunal fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti

3,5

4

Assistenza teknika oħra relatata mal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti

2,85

Total miżuri ta’ assistenza teknika oħra

6,35

Total Assistenza teknika

87,1

79

2

Taħriġ, seminars, laqgħat, pubblikazzjonijiet

11,835

 

4

Taħriġ, konferenzi, seminars — relatati mal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti

8,965

Total Attivitajiet ta’ taħriġ

20,8

19

5

ELA — studji, konferenzi, laqgħat

2,1

 

Total ELA

2,1

2

Total Hercule III 2014–2020

110

100

Sors: Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva, p. 30–36.