ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.200.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 200

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
7 ta' Lulju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 200/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 194, 30.6.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 200/02

Kawża C-348/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-22 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Il-Ġemanja) — P. I. vs Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid (Moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 28(3)(a) — Deċiżjoni ta’ tkeċċija — Kundanna kriminali — Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika)

2

2012/C 200/03

Kawża C-97/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Palermo — l-Italja) — Amia Spa, kumpannija fi stralċ vs Provincia Regionale di Palermo (Ambjent — Rimi ta’ skart f’landfill — Direttiva 1999/31/KE — Taxxa speċjali għar-rimi ta’ skart solidu — Issuġġettar tal-operatur ta’ landfill għal din it-taxxa — Spejjeż tal-operat ta’ landfill — Direttiva 2000/35/KE — Interessi moratorji — Obbligi tal-qorti nazzjonali)

2

2012/C 200/04

Kawża C-98/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra)

3

2012/C 200/05

Kawża C-188/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien — l-Awstrija) — Peter Hehenberger vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Agrikoltura — Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) — Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u Nru 817/2004 — Sostenn għall-metodi ta’ produzzjoni agroambjentali — Spezzjoni — Benefiċjarju ta’ għajnuna agrikola — Fatt li tiġi prekluża spezzjoni fuq il-post — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ ir-rimbors tal-għajnuna kollha mħallsa matul numru ta’ snin — Kompatibbiltà)

3

2012/C 200/06

Kawża C-196/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Formula One Licensing BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Global Sports Media Ltd (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark figurattiva F1-LIVE — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali internazzjonali u nazzjonali F1 u tat-trade mark figurattiva Komunitarja F1 Formula 1 — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Element deskrittiv — Kanċellament tal-protezzjoni riżervata għal trade mark preċedenti nazzjonali — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

4

2012/C 200/07

Kawża C-352/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jintużaw skont ir-rekwiżiti ta’ din id-direttiva)

4

2012/C 200/08

Kawża C-366/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2000/60/KE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma — Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni — Assenza — Informazzjoni u konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar)

5

2012/C 200/09

Kawża C-166/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ April 2012 — Radek Časta vs Česká správa sociálního zabezpečeni

5

2012/C 200/10

Kawża C-177/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fis-17 ta’ April 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Salim Lachheb, Nadia Lachheb

6

2012/C 200/11

Kawża C-184/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-20 ta’ April 2012 — United Antwerp Maritime Agnecies (UNAMAR) NV vs Navigation Maritime Bulgare

6

2012/C 200/12

Kawża C-195/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage) (il-Belġju) fis-26 ta’ April 2012 — I.B.V. & Cie SA (Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA) vs Région wallonne

7

2012/C 200/13

Kawża C-209/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgersichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Mejju 2012 — Walter Endress vs Allianz Lebensverischerungs AG

7

2012/C 200/14

Kawża C-239/12 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2012 minn Abdulbasit Abdulrahim mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħti fit-28 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-127/09, Abdulbasit Abdulrahim vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

8

2012/C 200/15

Kawża C-245/12: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

8

2012/C 200/16

Kawża C-246/12 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2012 minn Ellinika Nafpigeia AE mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-391/08, Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2012/C 200/17

Kawża C-248/12 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 min-Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T453/10 — Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2012/C 200/18

Kawża C-251/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Bruxelles (il-Belġju) fit-22 ta’ Mejju 2012 — Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop (kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA) vs Banque Internationale à Luxembourg

10

2012/C 200/19

Kawża C-494/10: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Essen — il-Ġermanja) — Dr. Biner Bähr als Insolvenzverwalter über das Vermögen der Hertie GmbH vs HIDD Hamburg-Bramfeld B.V. 1

10

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 200/20

Kawża T-111/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — MasterCard et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni bejn impriżi — Suq tas-servizzi ta’ akkwist ta’ tranżazzjonijiet imwettqa b’karti ta’ debitu, ta’ debitu differit u ta’ kreditu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Drittijiet multilaterali tal-interskambju ta’ riżerva — Artikolu 81(1) u (3) KE — Kunċett ta’ restrizzjoni anċillari — Nuqqas ta’ natura oġġettivament neċessarja — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni dovuta għall-effett — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ eżenzjoni individwali — Drittijiet tad-difiża — Miżura korrettiva — Pagamenti ta’ penalità — Motivazzjoni — Proporzjonalità)

11

2012/C 200/21

Kawża T-371/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Retractable Technologies vs UASI — Abbott Laboratories (RT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva RT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti RTH — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

11

2012/C 200/22

Kawża T-169/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)

12

2012/C 200/23

Kawża T-233/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2012 — Nike International vs UASI — Intermar Simanto Nahmias (JUMPMAN) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali JUMPMAN — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti JUMP — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

12

2012/C 200/24

Kawża T-273/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Olive Line International vs UASI — Umbria Olii International (O·LIVE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O·LIVE — Trade mark Komunitarja u trade marks Spanjoli figurattivi u verbali preċedenti Olive line — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

13

2012/C 200/25

Kawża T-546/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Nordmilch vs UASI — Lactimilk (MILRAM) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MILRAM — Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti RAM — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tal-prodotti u tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

13

2012/C 200/26

Kawża T-555/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — JBF RAK vs Il-Kunsill (Sussidji — Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda — Dazju kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju — Artikolu 11(8), Artikolu 15(1) u Artikolu 30(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

13

2012/C 200/27

Kawża T-570/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Preġudizzju għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2012/C 200/28

Kawża T-585/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Aitic Penteo vs UASI — Atos Worldline (PENTEO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PENTEO — Trade marks tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti XENTEO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)

14

2012/C 200/29

Kawża T-60/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Kraft Foods Global Brands vs UASI — Fenaco (SUISSE PREMIUM) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUISSE PREMIUM — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Premium — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

15

2012/C 200/30

Kawża T-110/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — ASA vs UASI — Merck (FEMIFERAL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIFERAL — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti Feminatal u figurattivi preċedenti feminatal — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Probabbilta’ ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

15

2012/C 200/31

Kawża T-152/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft vs UASI — Comercial Jacinto Parera (MAD) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva MAD — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li hija differenti f’elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv — Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009)

15

2012/C 200/32

Kawża T-179/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Sport Eybl & Sports Experts vs UASI — Seven (SEVEN SUMMITS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVEN SUMMITS — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Seven — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

16

2012/C 200/33

Kawża T-317/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Vakalis vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ kontradittorju — Trattament ugwali)

16

2012/C 200/34

Kawża T-314/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — Fortress Participations vs UASI — FIG u Fortress Investment Group (FORTRESS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

16

2012/C 200/35

Kawża T-315/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — Fortress Participations vs UASI — FIG u Fortress Investment Group (FORTRESS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2012/C 200/36

Kawża T-183/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2012 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki-Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis vs Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

17

2012/C 200/37

Kawża T-184/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Moonich Produktkonzepte & Realisierung vs UASI — Thermofilm Australia (HEATSTRIP)

18

2012/C 200/38

Kawża T-186/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Verus vs UASI — Maquet (LUCEA LED)

18

2012/C 200/39

Kawża T-198/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta Mejju 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

19

2012/C 200/40

Kawża T-213/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2012 — Elitaliana vs Eulex Kosovo u Starlite Aviation Operations

20

2012/C 200/41

Kawża T-571/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

20

2012/C 200/42

Kawża T-211/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

20

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 200/43

Kawża F-43/12: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs IEEHF

21

2012/C 200/44

Kawża F-45/12: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

21

2012/C 200/45

Kawża F-52/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2012 — ZZ vs Il-Parlament

22

2012/C 200/46

Kawża F-53/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2012 — ZZ et vs KESE

22

2012/C 200/47

Kawża F-55/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

23

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/1


2012/C 200/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 194, 30.6.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 184, 23.6.2012

ĠU C 174, 16.6.2012

ĠU C 165, 9.6.2012

ĠU C 157, 2.6.2012

ĠU C 151, 26.5.2012

ĠU C 138, 12.5.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-22 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Il-Ġemanja) — P. I. vs Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid

(Kawża C-348/09) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 28(3)(a) - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Kundanna kriminali - Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika)

2012/C 200/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P. I.

Konvenuta: Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Münster — Interpretazzjoni tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, p. 46) — Deċiżjoni ta’ tkeċċija meħuda abbażi ta’ raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika fir-rigward ta’ ċittadin Ewropew li kien residenti fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti u li kien ikkundannat għal piena ta’ priġunerija — Kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika”

Dispożittiv

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jqisu li ksur penali bħala dak li jinsab fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 83(1) jikkostitwixxi preġudizzju partikolarment gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà, li jista’ jirrappreżenta theddida diretta għat-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni, u, għaldaqstant, li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ siguratà pubblika” jista’ jiġġustifika miżura ta’ tkeċċija skont l-imsemmi Artikolu 28(3), bil-kundizzjoni li l-mod kif tali ksur twettaq jippreżenta karatteristiċi partikolarment gravi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika abbażi ta’ eżami individwali tal-każ speċifiku li hija tkun adita bih.

Kull miżura ta’ tkeċċija hija suġġetta għall-fatt li l-aġir tal-persuna kkonċernata jippreżenta theddida reali u attwali għal interess fundamentali tas-soċjetà jew tal-Istat Membru ospitanti, konstatazzjoni li timplika, b’mod ġenerali, fi ħdan l-individwu kkonċernat, l-eżistenza ta’ tendenza li jżomm dan l-aġir fil-futur. Qabel tiġi adottata deċiżjoni ta’ tkeċċija, l-Istat Membru ospitanti għandu jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari t-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata fuq it-territorju tiegħu, l-età tagħha, l-istat ta’ saħħa tagħha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika tagħha, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha f’dan l-Istat u l-intensità tar-rabtiet tagħha mal-pajjiż ta’ oriġini tagħha.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Palermo — l-Italja) — Amia Spa, kumpannija fi stralċ vs Provincia Regionale di Palermo

(Kawża C-97/11) (1)

(Ambjent - Rimi ta’ skart f’landfill - Direttiva 1999/31/KE - Taxxa speċjali għar-rimi ta’ skart solidu - Issuġġettar tal-operatur ta’ landfill għal din it-taxxa - Spejjeż tal-operat ta’ landfill - Direttiva 2000/35/KE - Interessi moratorji - Obbligi tal-qorti nazzjonali)

2012/C 200/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Palermo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amia Spa, kumpannija fi stralċ

Konvenuta: Provincia Regionale di Palermo

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Provinciale di Palermo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228), tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226) u tal-Artikoli 12, 14, 43 u 46 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi taxxa speċjali fuq ir-rimi ta’ skart solidu f’landfill u li tobbliga lill-operatur tal-landfill sabiex iħallas bil-quddiem l-imsemmija taxxa, iffissata skont il-kwantità ta’ skart mormi, u dovuta mill-persuna li tarmi l-iskart.

Dispożittiv

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali:

hija l-qorti tar-rinviju li għandha, qabel ma tħalli mhux applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Nru 549, tat-28 ta’ Diċembru 1995, dwar miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni tal-finanzi pubbliċi, fl-ewwel lok tara, fid-dawl tad-dritt intern kollu, kemm sostantiv kif ukoll proċedurali, jekk hija tistax tasal għal interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha li tippermetti li tiġi solvuta l-kawża prinċipali b’mod konformi mat-test u mal-għan tad-Direttivi tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, u 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali,

jekk tali interpretazzjoni ma hijiex possibbli, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tħalli mhux applikata, fil-kawża prinċipali, kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/31, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003, u l-Artikoli 1 sa 3 tad-Direttiva 2000/35.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-98/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra)

2012/C 200/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (rappreżentant: R. Lange, Rechtsanwalt)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (T-336/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2008, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 30 — Karattru distintiv tat-trade mark

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien — l-Awstrija) — Peter Hehenberger vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-188/11) (1)

(Agrikoltura - Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) - Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u Nru 817/2004 - Sostenn għall-metodi ta’ produzzjoni agroambjentali - Spezzjoni - Benefiċjarju ta’ għajnuna agrikola - Fatt li tiġi prekluża spezzjoni fuq il-post - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ ir-rimbors tal-għajnuna kollha mħallsa matul numru ta’ snin - Kompatibbiltà)

2012/C 200/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Hehenberger

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391) kif ukoll tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 46, p. 87) — Spezzjonijiet u sanzjonijiet — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi, fil-każ fejn benefiċjarju ta’ għajnuna agrikola jipprekludi miżura ta’ kontroll, ir-restituzzjoni tal-għajnuna kollha mogħtija matul perijodu ta’ 5 snin — Proporzjonalità

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, ma jipprekludix regolament nazzjonali li jipprevedi li meta l-ispezzjoni li kienet ser issir fuq is-superfiċji kkonċernati tiġi prekluża mill-bidwi benefiċjarju tal-għajnuna, l-għajnuna kollha li tkun ingħatat u tħallset lil dan tal-aħħar fil-kuntest ta’ miżura agroambjentali matul il-perijodu ta’ impenn għandha tiġi rrimborsata, anki meta din l-għajnuna tkun diġà ġiet imħallsa matul numru ta’ snin.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Formula One Licensing BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Global Sports Media Ltd

(Kawża C-196/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva F1-LIVE - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali internazzjonali u nazzjonali F1 u tat-trade mark figurattiva Komunitarja F1 Formula 1 - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Element deskrittiv - Kanċellament tal-protezzjoni riżervata għal trade mark preċedenti nazzjonali - Probabbiltà ta’ konfużjoni)

2012/C 200/06

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Formula One Licensing BV (rappreżentanti: K. Sandberg u B. Klingberg, avukati)

Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Global Sports Media Ltd (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-10/09 (Formula One Licensing vs UASI) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal annullament ippreżentata mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi Komunitarji u nazzjonali “F1”, “F1 Formula 1”, “F1 Racing Simulation”, “F1 Pole Position” u “F1 Pit Stop Café”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 38 u 41, kontra d-deċiżjoni R 7/2008-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-16 ta’ Ottubru 2008, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “F1-Live”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 38 u 41, fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mir-rikorrenti — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b)), u l-Artikolu 8(5), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Frar 2011, Formula One Licensing vs UASI — Global Sports Media (F1-LIVE), (T-10/09), hija annullata.

(2)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 179, 18.06.2011


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-352/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jintużaw skont ir-rekwiżiti ta’ din id-direttiva)

2012/C 200/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u A. Posch, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet jintużaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-imsemmija direttiva

Dispożittiv

(1)

Billi naqset milli toħroġ awtorizzazzjonijiet skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, milli teżamina mill-ġdid, u skont il-każ, milli timplementa l-awtorizzazzjonijiet eżistenti u li tiżgura li l-installazzjonijiet kollha eżistenti jintużaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10 13, 14(a) u (b) u 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-366/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma - Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara - Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni - Assenza - Informazzjoni u konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar)

2012/C 200/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Hadjiyiannis u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u J.-C. Halleux, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-termini previsti, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Nuqqas ta’ preparazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara skont l-Artikoli 13(2), (3) u (6), u 15(1) tad-Direttiva — Proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi ta’ dawn il-pjanijiet — Assenza

Dispożittiv

(1)

Billi ma ppreparax, fit-terminu previst, il-pjanijiet kollha ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara, kemm għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jinsabu kompletament fit-territorju tiegħu kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali, u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, kopja ta’ dawn il-pjanijiet, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 13(2), (3) u (6), u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u, barra minn hekk, billi ma bediex, fit-terminu previst, il-proċeduri kollha ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara, ir-Renju tal-Beljġu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ April 2012 — Radek Časta vs Česká správa sociálního zabezpečeni

(Kawża C-166/12)

2012/C 200/09

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Radek Časta

Konvenut: Česká správa sociálního zabezpečeni

Domandi preliminari

(1)

Kif għandu wieħed jifhem il-kunċett ta’ “kapital (…) li jirrappreżenta d-drittijiet tal-pensjoni tal-irtirar” skont l-Artikolu 11(2), tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej hekk kif emendat bir-Regolament Nru 723/2004 (iktar ’il quddiem “ir-Regolament”)? Dan il-kunċett jinkludi l-livell tad-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar stabbilit kemm fil-forma ta’ ekwivalenza attwarjali kif ukoll fil-forma ta’ valur tar-rimbors b’rata fissa skont l-Artikolu 11(2), tal-Anness VIII tar-Regolament, fil-verżjoni tiegħu preċedenti għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill Nru 723/2004, jew għandu jiġi identifikat ma’ wieħed biss minn dawn il-kunċetti, u, jekk dan ma huwiex il-każ, kif jiddistingwi ruħu minn dawn il-kunċetti?

(2)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 11(2), tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Persunal u tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hekk kif emendat bit-Trattat ta’ Lisbona, jipprekludu l-applikazzjoni tal-metodu għall-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 105a, tal-Liġi Nru 155/1995 dwar l-assigurazzjoni fuq il-pensjonijiet u fir-Regolament tal-Gvern (1) Nru 587/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-trasferiment reċiproku tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar għal dak li jirrigwarda l-iskema għall-pensjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej? F’dan ir-rigward, huwa relevanti li dan il-metodu ta’ kalkolu jimplika, fil-każ speċifiku, li l-livell tad-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar propost għat-trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-UE ikun stabbilit f’livell li ma jilħaq lanqas in-nofs tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet mħallsa mill-uffiċjal fl-iskema tal-pensjoni nazzjonali?

(3)

Is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-293/03, Gregorio My vs Office national des pensions għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tad-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar ittrasferiti għall-iskema tal-pensjoni tal-UE permezz tal-metodu tal-ekwivalenza attwarjali applikat skont il-perijodu ta’ assigurazzjoni, għandu jiġi inkluż fil-bażi individwali tal-kalkolu l-perijodu li matulu l-uffiċjal tal-UE, qabel ma ġiet sottomessa t-talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar, kien diġa’ ipparteċipa fl-iskema tal-pensjoni tal-UE?


(1)  ĠU L 56, p. 1


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fis-17 ta’ April 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Salim Lachheb, Nadia Lachheb

(Kawża C-177/12)

2012/C 200/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenuti: Salim Lachheb, Nadia Lachheb

Domandi preliminari

(1)

Benefiċċju bħal dak previst bil-Liġi, tal-21 ta’ Diċembru 2007, dwar il-bonus għat-tfal, jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i), u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (1), fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 (2)?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda negattiva, l-Artikoli 18 u 45 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikoli 12 u 39 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (3) jew 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-għoti ta’ benefiċċju bħal dak previst bil-Liġi, tal-21 ta’ Diċembru 2007, dwar il-bonus għat-tfal, lill-ħaddiema li jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u jirrisjedu flimkien mal-membri tal-familja tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandu jiġi sospiż sal-ammont tal-benefiċċji tal-familja previsti għall-membri tal-familja tagħhom mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali timponi li l-benefiċċju kkonċernat għandu jiġi suġġett għar-regoli antikumulu tal-benefiċċji tal-familja previsti fl-Artikoli 76 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (4) fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3)

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15

(4)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83)


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-20 ta’ April 2012 — United Antwerp Maritime Agnecies (UNAMAR) NV vs Navigation Maritime Bulgare

(Kawża C-184/12)

2012/C 200/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: United Antwerp Maritime Agencies (UNAMAR) NV

Konvenuta: Navigation Maritime Bulgare

Domanda preliminari

Fid-dawl ukoll tal-klassifikazzjoni fid-dritt Belġjan tal-Artikoli 18, 20 u 21 tal-liġi tat-13 ta’ April 1995 dwar il-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali inkwistjoni fil-proċedura, bħala regoli tad-dritt mandatorji fis-sens tal-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma (1) [tad-19 ta’ Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali], l-Artikoli 3 u 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, moqrija jew le flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KE (2), tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu li r-regoli tad-dritt mandatorji tal-pajjiż tal-qorti li joffru protezzjoni iktar wiesgħa mill-protezzjoni minima imposta mid-Direttiva 86/653/KEE, jiġu applikati għall-kuntratt, anki jekk jidher li d-dritt applikabbli għall-kuntratt huwa d-dritt ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li fih hemm ukoll il-protezzjoni minima offerta mid-Direttiva 86/653/KEE iċċitata iktar ’il fuq li ġiet implementata?


(1)  Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1960 (ĠU C 169, p. 10)

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage) (il-Belġju) fis-26 ta’ April 2012 — I.B.V. & Cie SA (Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA) vs Région wallonne

(Kawża C-195/12)

2012/C 200/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: I.B.V. & Cie SA (Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA)

Konvenut: Région wallonne

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (1), flimkien, skont il-każ, mal-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku (2) u mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (3), għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza, tal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħala:

(a)

li ma japplikax biss għall-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja skont l-Anness III tad-Direttiva;

(b)

li jimponi, jawtorizza jew jipprekludi li miżura ta’ għajnuna, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 38(3) tad-digriet tar-Reġjun tal-Wallonie, tat-12 ta’ April 2001, dwar l-organizzazzjoni tas-suq reġjonali tal-elettriku, tkun aċċessibbli għall-installazzjonijiet kollha ta’ koġenerazzjoni li jużaw prinċipalment il-bijomassa u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-artikolu, bl-eċċezzjoni ta’ installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni li jużaw prinċipalment l-injam jew l-iskart tal-injam?

(2)

It-tweġiba tkun differenti jekk l-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni jużaw biss prinċipalment l-injam jew, għall-kuntrarju, l-iskart tal-injam?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 3, p. 3.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121.

(3)  ĠU L 140, p. 16.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgersichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Mejju 2012 — Walter Endress vs Allianz Lebensverischerungs AG

(Kawża C-209/12)

2012/C 200/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgersichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Walter Endress

Konvenuta: Allianz Lebensverischerungs AG

Domanda preliminari

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990 (1), fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni, bħal dik tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 5a(2) tal-liġi Ġermaniża dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mit-tielet liġi ta’ traspożizzjoni tad-direttivi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tad-dritt tal-assigurazzjonijiet, tal-21 ta’ Lulju 1994 (it-tielet liġi ta’ traspożizzjoni fil-liġi Ġermaniża dwar il-kontroll ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni — VAG), li tagħti lill-persuna assigurata dritt ta’ rinunzja jew ta’ oppożizzjoni għal perijodu ta’ mhux iktar minn sena, li jibda’ jiddekorri mill-ħlas tal-ewwel primjum ta’ assigurazzjoni, anki jekk dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat bid-dritt tiegħu ta’ rinunzja jew ta’ oppożizzjoni?


(1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 330, p. 50).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 360, p. 1).


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/8


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2012 minn Abdulbasit Abdulrahim mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħti fit-28 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-127/09, Abdulbasit Abdulrahim vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-239/12 P)

2012/C 200/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Abdulbasit Abdulrahim (rappreżentanti: H.A.S. Miller, Solicitor, E. Grieves, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob, fil-każ li jintlaqgħu ż-żewġ aggravji tiegħu, li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012;

tiddikjara li r-rikors għal annullament ma huwiex mingħajr skop;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk marbuta mal-osservazzjonijiet ippreżentati fuq talba tal-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji:

(1)

li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli:

tisma’ lill-Avukat Ġenerali, u/jew;

titlob lill-appellant jippreżenta osservazzjonijiet dwar jekk ir-rikors għal annullament kienx mingħajr skop, u/jew;

tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura sabiex tiddetermina jekk ir-rikors għal annullament kienx mingħajr skop.

(2)

li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li r-rikors għal annullament ma setax jagħti benefiċċju oneruż lill-appellant.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/8


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-245/12)

2012/C 200/15

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, B. Simon u K. Herrmann, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina”) (1) u, f’kull każ, billi ma informatx lill-Kummissjoni Ewropea b’tali dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità ta’ EUR 93 492 fil-jum, mid-data li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża, talli ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE skada fil-15 ta’ Lulju 2010.


(1)  ĠU L 164, p. 19.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/9


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2012 minn Ellinika Nafpigeia AE mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-391/08, Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-246/12 P)

2012/C 200/16

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ellinika Nafpigeia AE (rappreżentanti: I. Drosos, avukat, V. Karagiannis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Τ-391/08.

tannulla l-Artikoli 1(2), 2, 3, 5, 6, 8(2), 9, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 18 u 19 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008: “Dwar l-għajnuna Nru C 16/2004 (ex NN 29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005) mogħtija mill-Greċja lil Hellenic Shipyards [Ellinika Nafpigeia A.E.]”, ikkontestata inizjalment.

b’mod alternattiv, tannulla b’mod parzjali s-sentenza appellata sa fejn din tapplika għall-miżuri Ε12b, Ε13a, Ε13b, Ε14, Ε16 u Ε17 fid-deċiżjoni inizjali kkontestata inizjalment u tannulla d-deċiżjoni inizjali kkontestata inizjalment bl-istess mod.

b’mod alternattiv ulterjuri, tannulla b’mod parzjali s-sentenza appellata sa fejn din tapplika għall-miżura Ε7 fid-deċiżjoni inizjali kkontestata inizjalment u tannulla d-deċiżjoni inizjali kkontestata inizjalment bl-istess mod.

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-appellanti kemm fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll f’dik quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bl-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata kienet ivvizzjata minn interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 346 TFUE, li jfisser li din għandha tiġi annullata b’mod sħiħ fuq il-motivi kollha u fir-rigward tad-dispożittiv tagħha, jew fuq motivi partikolari kif mitlub fl-appell. Bit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata kienet ivvizzjata minn interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 348 TFUE, li jfisser li din għandha tiġi annullata b’mod sħiħ fuq il-motivi kollha u fir-rigward tad-dispożittiv tagħha, jew fuq motivi partikolari kif mitlub fl-appell. Bit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata ċaħdet b’mod żbaljat it-talbiet tagħha fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha mid-deċiżjoni kkontestata inizjalment, liema żball ifisser li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata sa fejn stabbilit fl-appell.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/9


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 min-Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T453/10 — Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-248/12 P)

2012/C 200/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development (rappreżentanti: K.J. Brown, Departmental Solicitor’s office, D. Wyatt QC, V. Wakefield, Barristers)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara ammissibbli r-rikors għall-annullament tad-Department of Agriculture and Rural Development (iktar ’il quddiem id-“DARD”) u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tkun tista’ teżamina l-fondatezza tar-rikors għal annullament tad-DARD;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tad-DARD f’dawn il-proċeduri u dawk sostenuti fl-ewwel istanza fir-rigward tat-talba ta’ inammissibbiltà; u

tirriżerva l-kumplament tal-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju, li l-Qorti Ġenerali naqset milli tidentifika u tapplika t-test legali xieraq, jiġifieri li Piraiki-Patraiki u Dreyfus huma biss eżempji ta’ prinċipju iktar wiesgħa tal-liġi, jiġifieri li miżura tal-Unjoni tiġi ttrattata bħala li għandha interess dirett għal dawk li taffettwa s-sitwazzjoni legali tagħhom fejn l-implementazzjoni tagħha b’dan il-mod hija “konklużjoni predeterminata”, jew kull possibbiltà oħra hija “purament teoretika”, jew huwa “ovvju” li kull setgħa diskrezzjonali tiġi eżerċitata b’ċertu mod. Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat għall-fatti ta’ kull kawża.

It-tieni aggravju, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, u aġixxiet bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, fit-tentattivi tagħha li tillimita l-applikazzjoni ta’ Piraiki-Patraiki u Dreyfus (b’mod partikolari billi tillimita l-ewwel waħda għal każijiet li fihom il-miżura tal-Unjoni tiġi adottata bi tweġiba għal talba minn Stat Membru, u billi tillimita din tal-aħħar għal każijiet b’“kuntest fattwali speċifiku ħafna”).

It-tielet aggravju, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrestrinġiet l-eżami għall-applikazzjoni tal-Artikolu 263. Dan imur kontra interpretazzjoni xierqa tal-Artikolu 263 kif emendat bit-Trattat ta’ Lisbona, b’mod partikolari b’riferiment għall-għan tiegħu u għall-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

Ir-raba’ aggravju, li kieku l-Qorti Ġenerali kienet applikat il-prinċipji legali korretti għal din il-kawża, id-DARD kien jinstab li huwa “direttament ikkonċernat”. B’mod partikolari, il-pożizzjoni kostituzzjonali fir-Renju Unit hija li l-awtorità amministrattiva — f’dan il-każ id-DARD — hija direttament responsabbli għall-ispejjeż ta’ rifjut. Ir-rabta kawżali hija diretta u awtomatika. Ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ poter fir-Renju Unit huma stabbiliti sew (ara s-sentenza Horvath, C-428/07, Ġabra p. I-6355) u kwalunkwe argument li l-applikazzjoni tagħhom ma tammontax għal “konklużjoni predeterminata” ma għandux jintlaqa’.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Bruxelles (il-Belġju) fit-22 ta’ Mejju 2012 — Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop (kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA) vs Banque Internationale à Luxembourg

(Kawża C-251/12)

2012/C 200/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop (kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA)

Konvenut: Banque Internationale à Luxembourg

Domandi preliminari

(1)

X’interpretazzjoni għandha tingħata lill-kliem “obbligu […] għal benefiċċju ta’ debitur” li jinsabu fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000 (1)?

(2)

Dawn il-kliem għandhom jiġu interpretati li jinkludu ħlas magħmul lil kreditur mid-debitur fallut fuq talba ta’ dan, meta l-parti li tkun wettqet dan l-obbligu ta’ ħlas f’isem u għall-benefiċċju tad-debitur fallut, tkun għamlet dan peress li ma tkunx taf bl-eżistenza ta’ proċedura ta’ falliment miftuħa fil-konfronti tad-debitur fi Stat Membru ieħor?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/10


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Essen — il-Ġermanja) — Dr. Biner Bähr als Insolvenzverwalter über das Vermögen der Hertie GmbH vs HIDD Hamburg-Bramfeld B.V. 1

(Kawża C-494/10) (1)

2012/C 200/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


Il-Qorti Ġenerali

7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — MasterCard et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/08) (1)

(Kompetizzjoni - Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni bejn impriżi - Suq tas-servizzi ta’ akkwist ta’ tranżazzjonijiet imwettqa b’karti ta’ debitu, ta’ debitu differit u ta’ kreditu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Drittijiet multilaterali tal-interskambju ta’ riżerva - Artikolu 81(1) u (3) KE - Kunċett ta’ restrizzjoni anċillari - Nuqqas ta’ natura oġġettivament neċessarja - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni dovuta għall-effett - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ eżenzjoni individwali - Drittijiet tad-difiża - Miżura korrettiva - Pagamenti ta’ penalità - Motivazzjoni - Proporzjonalità)

2012/C 200/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MasterCard, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti); Mastercard International, Inc. (Wilmington); u MasterCard Europe (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Amory, V. Brophy u S. McInnes, avukati, u T. Sharpe, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, N. Khan u V. Bottka, sussegwentement N. Khan u V. Bottka, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: F. Lorente Hurtado, P. Vidal Martínez u A. Rodriguez Encinas, avukati); Royal Bank of Scotland plc (Edinburgh, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Liddell, solicitor, D. Waelbroeck, avukat, N. Green, QC, u M. Hoskins, barrister); HSBC Bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Coleman, P. Scott, solicitors, u R. Thompson, QC); Bank of Scotland plc (Edinburgh) (rappreżentanti: inizjalment S. Kim, K. Gordon u C. Hutton, solicitors, sussegwentement J. Flynn, QC, E. McKnight u K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors); Lloyds TSB Bank plc (Londra) (rappreżentanti: E. McKnight, K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors, u J. Flynn, QC); u MBNA Europe Bank Ltd (Chester, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Davis, solicitor, u J. Swift, QC)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment E. Jenkinson u I. Rao, aġenti, sussegwentement I. Rao, S. Ossowski u F. Penlington, u fl-aħħar nett I. Rao, S. Ossowski u C. Murrell, aġenti, assistiti minn J. Turner, QC, u J. Holmes, barrister); British Retail Consortium (Londra) (rappreżentanti: P. Crockford, solicitor, u A. Robertson, barrister); u EuroCommerce AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment F. Tuytschaever u F. Wijckmans, sussegwentement F. Wijckmans u J. Stuyck, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2007) 6474 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2007, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/34.579 — MasterCard, Każ COMP/36.518 — EuroCommerce, Każ COMP/38.580 — Cards Kummerċjali), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikoli 3 sa 5 u 7 ta’ din l-istess deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

MasterCard, Inc., MasterCard International, Inc., u MasterCard Europe għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

(4)

British Retail Consortium u EuroCommerce AISBL għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(5)

Banco Santander, SA, Royal Bank of Scotland plc, HSBC Bank plc, Bank of Scotland plc, Lloyds TSB Bank plc u MBNA Europe Bank Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Retractable Technologies vs UASI — Abbott Laboratories (RT)

(Kawża T-371/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva RT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti RTH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 200/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Retractable Technologies, Inc. (Little Elm, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Dröge, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Jenewein, sussegwentement minn G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Abbott Laboratories (Abbot Park, Illinois, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1234/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Abbott Laboratories u Retractable Technologies, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Retractable Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)

(Kawża T-169/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)

2012/C 200/22

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentanti: J.M. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Industria Licorera Quezalteca, SA (Quetzal Tenango, il-Gwatemala)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Industria Licorera Quezalteca, SA u Grupo Osborne, SA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 5.6.2010


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2012 — Nike International vs UASI — Intermar Simanto Nahmias (JUMPMAN)

(Kawża T-233/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali JUMPMAN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti JUMP - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 200/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nike International Ltd. (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intermar Simanto Nahmias (Çatalca-Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: J. Güell Serra u M. Curell Aguilà, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Marzu 2010 (R 738/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intermar Simanto Nahmias u Nike International Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Nike International Ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Olive Line International vs UASI — Umbria Olii International (O·LIVE)

(Kawża T-273/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O·LIVE - Trade mark Komunitarja u trade marks Spanjoli figurattivi u verbali preċedenti Olive line - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 200/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Umbria Olii International Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2010 (Każ R 4/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Olive Line International, SL u O. International Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ April 2010 (Każ R 4/2009-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna, minn naħa, il-prodotti kollha koperti mill-applikazzjoni għal trade mark li jaqgħu fil-klassi 3, jiġifieri, il-“preparazzjonijiet għall-ibbliċjar u sustanzi oħra għall-ħasil tal-ħwejjeġ; prodotti għat-tindif, għall-illustrar, għat-tneħħija ta’ xaħmijiet u prodotti li joborxu; sapun; fwejjaħ; żjut essenzjali; prodotti kożmetiċi; lozjonijiet għax-xagħar; dentifriċi”, u, min-naħa l-oħra, is-“servizzi iġjeniċi u għall-kura tal-estetika għall-bnedmin u l-annimali”, koperti mill-applikazzjoni għal trade mark u li jaqgħu fil-klassi 44.

(2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI u Umbria Olii International Srl huma kkundannati jbatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, tliet partijiet minn tmienja tal-ispejjeż ta’ Olive Line International, SL.

(4)

Olive Line International, SL hija kkundannata tbati, minbarra kwart mill-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż tal-UASI u ta’ Umbria Olii International Srl.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Nordmilch vs UASI — Lactimilk (MILRAM)

(Kawża T-546/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MILRAM - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti RAM - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 200/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nordmilch AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lactimilk, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2010 (Każijiet magħquda R 1041/2009-4 u R 1053/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lactimilk SA u Nordmilch AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Nordmilch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — JBF RAK vs Il-Kunsill

(Kawża T-555/10) (1)

(Sussidji - Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda - Dazju kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju - Artikolu 11(8), Artikolu 15(1) u Artikolu 30(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

2012/C 200/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JBF RAK LLC (Ras Al Khaimah, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, M. França u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta’ Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (ĠU L 254, p. 10).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

JBF RAK LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

(Kawża T-570/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Preġudizzju għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 200/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u M. Atkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société Elmar Wolf (Wissembourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société Elmar Wolf u Environmental Manufacturing LLP.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Environmental Manufacturing LLP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 26.02.2011


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Aitic Penteo vs UASI — Atos Worldline (PENTEO)

(Kawża T-585/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PENTEO - Trade marks tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti XENTEO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 200/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aitic Penteo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Atos Worldline SA (Brussell, il-Belġju)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2011 (Każ R 774/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Atos Worldline SA u Aitic Penteo, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Aitic Penteo, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 26.02.2011


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Kraft Foods Global Brands vs UASI — Fenaco (SUISSE PREMIUM)

(Kawża T-60/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUISSE PREMIUM - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Premium - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 200/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kraft Foods Global Brands LLC (Northfield, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: fenaco Genossenschaft (Berna, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 522/2010-1), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Global Brands LLC u fenaco Genossenschaft.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kraft Foods Global Brands LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 02.04.2011


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — ASA vs UASI — Merck (FEMIFERAL)

(Kawża T-110/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIFERAL - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti Feminatal u figurattivi preċedenti feminatal - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Probabbilta’ ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 200/30

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Asa sp. z o.o (Głubczyce, il-Polonja) (rappreżentant: M. Chimiak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Merck sp. z o.o. (Varsavja, Il-Polonja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2010 (Każ R 182/2010-1), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck sp. z o.o. u Asa sp. z o.o.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Asa sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft vs UASI — Comercial Jacinto Parera (MAD)

(Kawża T-152/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva MAD - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti f’elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 200/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M.-H. Hoffmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Comercial Jacinto Parera, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 449/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH u Comercial Jacinto Parera, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

TMS Trademark Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Sport Eybl & Sports Experts vs UASI — Seven (SEVEN SUMMITS)

(Kawża T-179/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVEN SUMMITS - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Seven - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 200/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Fürst, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: D. Sindico, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Jannar 2011 (Każ R 364/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Sport Eybl & Sports Experts hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Seven SpA.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Vakalis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ kontradittorju - Trattament ugwali)

2012/C 200/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ioannis Vakalis (Luvinate, L-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-13 ta’ April 2011, Vakalis vs Il-Kummissjoni (F-38/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ioannis Vakalis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — Fortress Participations vs UASI — FIG u Fortress Investment Group (FORTRESS)

(Kawża T-314/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 200/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalement L. J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister, sussegwentement L. J. van de Braak, S. Malynicz, R. Black, solicitor, u V. Baxter, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FIG LLC (New York, l-Istati Uniti); u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Gray u R. Mallinson, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ April 2011 (Każ R 354/2009-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn FIG LLC u Fortress Investment Group (UK), minn naħa, u Fortress Participations BV, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — Fortress Participations vs UASI — FIG u Fortress Investment Group (FORTRESS)

(Kawża T-315/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 200/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment L. J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister, sussegwentement L. J. van de Braak, S. Malynicz, R. Black u V. Baxter, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FIG LLC (New York, l-Istati Uniti); u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Gray u R. Mallinson, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Marzu 2011 (Każ R 355/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn FIG LLC u Fortress Investment Group (ir-Renju Unit), minn naħa, u Fortress Participations BV, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/17


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2012 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki-Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis vs Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

(Kawża T-183/12)

2012/C 200/36

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki-Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Grecja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenuta: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal- Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (iktar ’il quddiem: l-“Europol”), tas-16 ta’ Frar 2012, li biha kien mogħti l-kuntratt qafas lill-kumpannija Capgemini Nederland BV taħt il-proċedura ta’ offerti miftuħa Nru. D/C3/1104;

tikkundanna lill-Europol biex tikkumpensa d-danni kkawżati lir-rikorrenti mit-telf tal-opportunità li jirbħu l-kuntratt qafas, l-istess dannu stmat għal EUR 161 887, miżjuda bl-imgħax mid-data tad-dikjarazzjoni tas-sentenza u

tikkundanna lil Europol ibati l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont ir-rikorrenti hemm bżonn li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, skont l-Artikolu 263 TFUE, għar-raġuni li l-Europol biddel matul is-sejħa għal offerti ħafna kriterji ta’ għoti kemm fil-valutazzjoni tal-offerta, kemm teknika kif ukoll ekonomika, tal-offerenti, bi ksur sfaċċat tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju Nru. 1605/2002 (1) u tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tiegħu, Nru. 2342/2002 (2), kif ukoll tal-ġurisprudenza stabbilita.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/18


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Moonich Produktkonzepte & Realisierung vs UASI — Thermofilm Australia (HEATSTRIP)

(Kawża T-184/12)

2012/C 200/37

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH (Sauerlach/Lochhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Pannen avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thermofilm Australia Pty Ltd (Springvale, l-Awstralja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 1956/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HEATSTRIP” għal prodotti fil-klassijiet 9, 11 u 35 — Applikazzjoni Nru 7 296 676

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Thermofilm Australia Pty Ltd

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali mhux irreġistrata “HEATSTRIP”, protetta fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerka u fir-Renju Unit għal apparat għat-tisħin

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll tal-Artikolu 75 u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1) tal-istess regolament.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/18


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Verus vs UASI — Maquet (LUCEA LED)

(Kawża T-186/12)

2012/C 200/38

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verus Eood (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: S. Vykydal, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maquet SAS (Ardon, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Frar 2012 fil-Każ R 67/2011-4 u tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Maquet SAS

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LUCEA LED” għal prodotti fil-klassi 10

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LUCEO” għal prodotti fil-klassijiet 10, 12 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009,

ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009,

ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009,

ksur tar-Regola 6(4) tar-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 2868/95, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni Nru EX-05-5,

ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/19


Rikors ippreżentat fl-14 ta Mejju 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/12)

2012/C 200/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Wiedmann)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1348 finali], tal-1 ta’ Marzu 2012, dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-Gvern Federali tal-Ġermanja li jżommu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju u n-nitrosammini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli lil hinn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/48/KE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, innotifikata fit-2 ta’ Marzu 2012,

sa fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati li jżommu valuri limitu għall-antimonju, l-arseniku u l-merkurju ma humiex approvati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1), u

sa fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati li jżommu valuri limitu għaċ-ċomb u għall-barju huma approvati biss sal-21 ta’ Lulju 2003 (it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-Trattati fis-sens tat-tielet ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 114 TFUE, sa fejn il-limitazzjoni ratione temporis tal-approvazzjoni dwar iċ-ċomb u l-barju hija illegali.

Ir-rikorrenti ssostni li, sa fejn il-Kummissjoni approvat id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati li jżommu valuri limitu għaċ-ċomb u għall-barju sal-21 ta’ Lulju 2003 biss, id-deċiżjoni kkontestata tikser it-Trattati fis-sens tat-tielet ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn l-iffissar ta’ terminu jrendi mingħajr sens is-sistema ta’ approvazzjoni prevista fl-Artikolu 114 TFUE.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali fis-sens tat-tieni ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE li jikkonsisti fi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE fir-rigward tal-limitazzjoni ratione temporis tal-approvazzjoni dwar iċ-ċomb u l-barju.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u, għaldaqstant, kisret forom proċedurali sostanzjali fis-sens tat-tieni ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn approvat id-dispożizzjonijiet nazzjonali mitluba li jżommu l-valuri limiti għaċ-ċomb u għall-barju sal-21 ta’ Lulju 2003 biss.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter fis-sens tar-raba’ ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn l-approvazzjoni dwar iċ-ċomb u l-barju hija suġġetta għal terminu ta’ validità.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tat-Trattati fis-sens tat-tielet ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterju ta’ evalwazzjoni previst fl-Artikolu 114(4) u (6) TFUE fir-rigward tal-antimonju, l-arseniku u l-merkurju.

Ir-rikorrenti ssostni li, sa fejn il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni li l-Gvern Ġermaniż ma stabbilixxiex li d-Direttiva 2009/48/KE (1) ma kinitx għadha tipprovdi livell ta’ protezzjoni suffiċjenti, jew li din tipperikola s-saħħa, id-deċiżjoni hija illegali fis-sens tat-tielet ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u dan sa fejn il-Kummissjoni ma osservatx il-kriterju ta’ evalwazzjoni previst fl-Artikolu 114(4) u (6) TFUE sabiex tiddetermina jekk u sa fejn għandha tiġi approvata ż-żamma ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ġġustifikati mir-rekwiżiti importanti previsti fl-Artikolu 36 TFUE wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni.

Ir-rikorrenti tqis li — skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Marzu 2003, Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni (C-3/00, Ġabra p. I-2643) — il-kriterju huwa jekk l-Istat Membru li jagħmel it-talba jkunx stabbilixxa li d-dispożizzjonijiet nazzjonali jiggarantixxu livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika ogħla mill-miżura ta’ armonizzazzjoni Komunitarja u li dawn id-dispożizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tat-Trattati fis-sens tat-tielet ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE minħabba applikazzjoni żbaljata, fil-fatt u fid-dritt, tal-Artikolu 114(4) u (6) TFUE fir-rigward tal-antimonju, l-arseniku u l-merkurju.

Ir-rikorrenti ssostni li, sa fejn il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni li l-Gvern Ġermaniż ma stabbilixxiex li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kienu jiggarantixxu livell ta’ protezzjoni ogħla mid-Direttiva 2009/48/KE, id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 114(4) u (6) TFUE u b’hekk tikser it-Trattati fis-sens tat-tielet ipoteżi prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u dan sa fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiffissaw il-limiti għall-arseniku, l-antimonju u l-merkurju fil-ġugarelli jiggarantixxu effettivament livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tat-tfal ogħla minn dak iggarantit mid-Direttiva 2009/48/KE, ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan u sa fejn il-Gvern Ġermaniż barra minn hekk stabbilixxa dan il-fatt b’mod suffiċjenti għall-finijiet tad-dritt inkonformità mal-ġurisprudenza.


(1)  Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, p. 1).


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/20


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2012 — Elitaliana vs Eulex Kosovo u Starlite Aviation Operations

(Kawża T-213/12)

2012/C 200/40

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Elitaliana SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Colagrande, avukat)

Konvenuti: Eulex Kosovo — European Union Rule of Law Mission (Pristina, ir-Repubblika tal-Kosovo) u Starlite Aviation Operations (Dublin, l-Irlanda)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-provvedimenti ta’ Eulex — ta’ kontenut u data mhux magħrufa mir-rikorrenti — ta’ għoti tal-kuntratt bit-titolu EuropeAid/131516/D/SER/XK — Helicopter Support to the EULEX Mission in Kosovo (PROC/272/11) lill-kumpannija Starlite Aviation Operations, ikkomunikata minn Eulex b’ittra tad-29.3.2012 (li waslet fl-istess data permezz ta’ messaġġ elettroniku) kif ukoll ta’ kwalunkwe att ieħor preżunt, konsegwenti u/jew li huwa konness, u b’mod partikolari, fejn jirriżulta, minn nota 2012-DAS-0392 tas-17.4.2012, li permezz tagħha Eulex ċaħdet lir-rikorrenti l-aċċess għall-atti konnessi mal-kuntratt mitlub fit-2.4.2012;

tikkundanna lil Eulex għall-kumpens għad-danni (f’forma speċifika jew b’mod ekwivalenti) favur ir-rikorrenti bil-mod kif speċifikat iktar ’il fuq fil-paragrafi 37 et seq;

tikkundanna lil Eulex għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti huwa intiż prinċipalment kontra l-provvedimenti ta’ Eulex ta’ għoti tal-kuntratt bit-titolu “EuropeAid/131516/D/SER/XK — Helicopter Support to the EULEX Mission in Kosovo (PROC/272/11)” lill-kumpannija Starlite Aviation Operations, kif ukoll ta’ kwalunkwe att ieħor preżunt, konsegwenti u/jew li huwa konness. Ir-rikorrenti titlob f’dan ir-rigward kumpens għad-danni subiti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur u/jew applikazzjoni ħażina tas-sejħa għall-offerti ppubblikata fit-18.10.2011, b’riferiment ukoll għall-Artikoli 46 et seq tad-Direttiva Nru 18/2004/KE (1); għall-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ trasparenza, proporzjonalità u ugwaljanza fit-trattament kif previsti mill-“Gwida prattika għall-proċeduri kuntrattwali għall-azzjonijiet esterni tal-UE” (Prag) li għaliha l-proċedura kienet suġġetta; kif ukoll għall-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ħarsien ta’ kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-istandards previsti għas-servizz li kien sejjer jingħata kuntratt għalih.

Għandu jiġi nnotat f’dan ir-rigward li l-kuntratt ingħata lil offerent li ma għandux ir-rekwiżiti tekniċi mitluba fis-sejħa għal offerti.


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi].


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-571/08) (1)

2012/C 200/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-211/11) (1)

2012/C 200/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 18.06.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/21


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs IEEHF

(Kawża F-43/12)

2012/C 200/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, S. Woog, avukati)

Konvenut: Institut européen pour l’égalité entre les hommes et les femmes

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-IEEHF li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb l-allowance tal-ġestjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Jannar 2012 tad-Direttriċi tal-IEEHF li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb l-allowance tal-ġestjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011, ikkonfermata, wara l-ilment tar-rikorrent, permezz tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2012 tal-aġent tar-riżorsi umani tal-IEEHF;

jordna l-ħlas tal-allowance tal-ġestjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011, flimkien ma’ interessi moratorji liema ammont irid jiġi kkalkolat b’rata fissa mill-Bank Ċentrali Ewropew għal tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, b’żieda ta’ żewġ punti, sa mit-30 ta’ Settembru 2011;

jikkundanna lil Institut européen pour l’égalité entre les hommes et les femmes għall-ispejjeż.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/21


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/12)

2012/C 200/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: N. Visan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tas-27 u tat-28 ta’ Lulju 2011 tad-Delegazzjoni tal-UE fir-Repubblika tal-Moldova li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent, u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DG.HR.D.2, tas-16 ta’ Jannar 2011, fir-rigward tal-ilment tar-rikorrent imressaq skont l-Artikolu 90(2);

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tintegra mill-ġdid lir-rikorrent f’Delegazzjoni tal-UE oħra sabiex ir-rikorrent iżomm id-drittijiet miksuba matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, mill-2008 sal-2011, fid-Delegazzjoni tal-UE f’Moldova (perijodu ta’ prova mwettaq; punti ta’ evalwazzjoni għal avvanz fi skala tas-salarju akkumulati), u tiżgura li l-pożizzjoni l-ġdida tkun kompatibbli mal-profil tal-kompetizzjoni EPSO/CAST li r-rikorrent għadda minnha fl-2007;

tordna lill-konvenuta tirrikonoxxi pubblikament l-iżball imwettaq mid-Delegazzjoni tal-UE fir-Repubblika tal-Moldova meta hija offriet il-pożizzjoni ta’ “Charge de Mission Adjoint” lir-rikorrent — żball li wassal għall-impossibbiltà li tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2)/klawżola ta’ tiġdid mill-ewwel jum tal-kuntratt, għal klassifikazzjoni professjonali inferjuri tar-rikorrent u għall-attribuzzjoni ta’ kompiti inferjuri minn dawk previsti fid-deskrizzjoni tax-xogħol tar-rikorrent, mill-2008 sal-2011;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu morali kkawżat mill-2008 sal-2011 minħabba l-irregolaritajiet imsemmija iktar ’il fuq. Il-kumpens għandu jiġi kkalkolat fuq bażi ta’ xahar b’xahar u għandu jikkorrispondi għad-differenza bejn is-salarju tar-rikorrent u dak tal-membru tal-persunal lokali għall-perijodu kollu bejn l-2008 u l-2011 — dan peress li d-Delegazzjoni (a) kienet volontarjament assenjat lir-rikorrent kompiti identiċi għal dawk assenjati lill-membru tal-persunal lokali minkejja deskrizzjonijiet ta’ xogħol differenti ħafna, (b) kienet għamlet minn kollox sabiex iżżomm lir-rikorrent milli jwettaq kompiti/jokkupa l-pożizzjoni korretta skont id-deskrizzjoni tax-xogħol, (c) b’mod kostanti ċaħdet li l-pożizzjoni tar-rikorrent kienet tinvolvi li jaġixxi bħala Assistent Kap tal-FCA;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens, għall-perijodu “10 ta’ Novembru 2011 — sar-reintegrazzjoni f’Delegazzjoni tal-UE oħra — Istituzzjoni tal-UE”, għad-danni materjali u mhux materjali subiti mir-rikorrent b’riżultat tad-deċiżjoni tas-27 u tat-28 ta’ Lulju 2011 tad-Delegazzjoni tal-UE fir-Repubblika tal-Moldova li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal tal-kategorija 3a tar-rikorrent. Il-kumpens għandu jiġi kkalkolat abbażi tas-salarju ta’ kull xahar tar-rikorrent għall-perijodu kollu mill-10 ta’ Novembru 2011 sar-reintegrazzjoni fix-xogħol;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha relatati ma’ din il-kawża.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2012 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-52/12)

2012/C 200/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-residenza prinċipali tar-rikorrenti fil-Lussemburgu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li għandha l-avviż ta’ emenda tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti u li tneħħi l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza mill-1 ta’ Jannar 2010.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċiplament:

jannulla d-deċiżjoni dwar ir-residenza prinċipali tar-rikorrenti fil-Lussemburgu u d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ġunju 2011, li tinkludi l-avviż ta’ emenda tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti, dwar it-tneħħija tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza mill-1 ta’ Jannar 2010;

jikkundanna lill-Parlament għad-devoluzzjoni tal-ammonti miġbura bħala rkupru ta’ pagament mhux dovut;

jikkundanna lill-Parlament għall-ħlas tal-arretrati tal-pensjoni li jirriżultaw flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati, mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu rilevanti, miżjud b’żewġ punti;

sussidjarjament:

jannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati sa fejn għandhom effetti retroattivi sal-1 ta’ Jannar 2011;

jikkundanna lil Parlament għall-ħlas tal-arretrati tal-pensjoni li jirriżultaw flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati, mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu rilevanti, miżjud b’żewġ punti;

fi kwalunkwe każ:

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2012 — ZZ et vs KESE

(Kawża F-53/12)

2012/C 200/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett

Annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li tippromwovi lir-rikorrenti mill-grad AST 5 għall-grad AST 6 fil-parti fejn tistabbilixxi l-fattur ta’ multiplikazzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2011 tal-Assistent Segretarju Ġenerali responsabbli għall-Affarijiet Ġenerali, għar-Riżorsi Umani u għall-Affarijiet Interni, sa fejn il-fattur ta’ multiplikazzjoni li jirriżulta mill-promozzjoni tar-rikorrenti għall-grad AST 6/1 b’effett mill-1 ta’ April 2011 u li ġie stabbilit permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet huwa dak li kien iffissat fir-rigward tagħhom fl-1 ta’ April 2009 u mhux dak li kien iffissat fir-rigward tagħhom fl-24 ta’ Marzu 2011 b’effett mill-1 ta’ April 2011;

sussidjarjament, jannulla dawn id-deċiżjonijiet sa fejn il-fattur ta’ multiplikazzjoni li jirriżulta mill-promozzjoni tar-rikorrenti ma jiħux inkunsiderazzjoni l-anzjanità fl-iskala tagħhom miksuba bejn l-1 ta’ April 2009 u l-1 ta’ April 2011;

sussidjarjament, jannulla d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2011 sa fejn jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2011 u mhux fid-data li tiġi immedjatament wara dik li fiha daħlu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tal-24 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.


7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/23


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/12)

2012/C 200/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-DĠI ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet ta’ trasferiment tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet li jinkludu l-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tat-talba tagħhom skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinkludu proposta kkalkolata abbażi tad-DĠI adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lil Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.