|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CE2012.199.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199E |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011 |
|
|
2012/C 199E/01 |
||
|
2012/C 199E/02 |
||
|
2012/C 199E/03 |
||
|
2012/C 199E/04 |
||
|
2012/C 199E/05 |
||
|
2012/C 199E/06 |
||
|
2012/C 199E/07 |
||
|
2012/C 199E/08 |
||
|
2012/C 199E/09 |
||
|
2012/C 199E/10 |
||
|
|
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011 |
|
|
2012/C 199E/11 |
||
|
2012/C 199E/12 |
||
|
2012/C 199E/13 |
||
|
2012/C 199E/14 |
||
|
2012/C 199E/15 |
||
|
2012/C 199E/16 |
||
|
|
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011 |
|
|
2012/C 199E/17 |
||
|
2012/C 199E/18 |
||
|
2012/C 199E/19 |
||
|
2012/C 199E/20 |
||
|
2012/C 199E/21 |
||
|
2012/C 199E/22 |
||
|
2012/C 199E/23 |
||
|
2012/C 199E/24 |
||
|
2012/C 199E/25 |
||
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011 |
|
|
2012/C 199E/26 |
||
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
|
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011 |
|
|
2012/C 199E/27 |
||
|
2012/C 199E/28 |
||
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐. Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2011–2012 Dati tas-seduti: 8–10 ta' Marzu 2011 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 165 E, 7.6.2011. TESTI ADOTTATI
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/1 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq
P7_TA(2011)0076
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq (2010/2085(INI))
2012/C 199 E/01
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE tas-16 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-linji gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema tal-Informazzjoni Rapida tal-Komunità “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 u tal-proċedura ta’ notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE (id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-sigurtà ġenerali tal-prodotti (COM(2008)0905), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu “Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti: Sommarju tal-azzjonijiet previsti”, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, tat-18 ta’ Mejju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali “Konformità mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (Deċiżjoni Nru 768/2008/KE)”, DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija, tal-15 ta’ April 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Direzzjoni bit-titolu Reviżjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (DSĠP), DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, tal-25 ta’ Marzu 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjoni bejn id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti 2001/95/KE u d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, tat-2 ta’ Marzu 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu “Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti: L-identifikazzjoni tal-Kwestjonijiet Ewlenin”, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, tal-15 ta’ Settembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument informattiv ikkummissjonat mill-Kumitat IMCO dwar is-Sorveljanza tas-Suq fl-Istati Membri, ippubblikat f'Ottubru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument informattiv ikkummissjonat mill-Kumitat IMCO dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (DSĠP) u tas-Sorveljanza tas-Suq, ippubblikat f'Settembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-workshop dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti tas-Sorveljanza tas-Suq li sar fit-30 ta’ Settembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra s-Samit trilaterali bejn l-UE, l-Istati Uniti u ċ-Ċina li seħħ f'Shanghai bejn il-25 u s-26 ta’ Ottubru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0033/2011), |
|
A. |
billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-prodotti kollha fis-suq tal-UE huma sikuri sabiex jiġi garantit livell għoli ta’ protezzjoni fost l-oħrajn għall-konsumaturi, |
|
B. |
billi l-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (minn hawn 'il quddiem - QLĠ) ġie adottat f'Lulju 2008 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar is-sorveljanza tas-suq ikun japplika mill-1 ta’ Jannar 2010, |
|
C. |
billi d-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti 2001/95/KE (minn hawn 'il quddiem - DSĠP) li tistabbilixxi fil-livell Komunitarju rekwiżiti dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti tal-konsumatur għandha tiġi riveduta u ssir konformi mal-QLĠ permezz ta’ integrazzjoni, b'mod partikolari r-Regolament dwar is-sorveljanza tas-suq, |
|
D. |
billi l-qafas leġiżlattiv dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq jikkonsisti minn tliet saffi ta’ atti legali (DSĠP, QLĠ u d-direttivi dwar l-armonizzazzjoni speċifiċi għal settur), ħaġa li twassal għal inċertezzi u konfużjoni fis-suq intern, |
|
E. |
billi l-livell ta’ sorveljanza tas-suq ivarja b'mod konsiderevoli fost l-Istati Membri u xi wħud minnhom jonqsu milli jallokaw ir-riżorsi neċessarji biex is-suq ikun sorveljat b'mod effiċjenti u jinterpretaw “prodotti li joħolqu riskju serju” b'mod differenti, li jistgħu joħolqu ostakli għall-moviment ħieles tal-merkanzija fi ħdan is-suq intern; ifixxklu l-kompetizzjoni u jipperikolaw is-sikurezza tal-konsumatur fi ħdan is-suq intern, |
|
F. |
billi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-azzjonijiet konġunti għas-sorveljanza tas-suq hija essenzjali u għandha għalhekk tissaħħaħ aktar u għandhom jiġu allokati riżorsi għaliha, |
|
G. |
billi r-regolamenti, meta mqabbla ma’ Direttivi, iġibu magħhom vantaġġi bħalma huma ċ-ċarezza, il-prevedibbiltà u l-effikaċja kif iddikjarat ukoll fir-Rapport Monti, |
Is-Sorveljanza tas-Suq
Introduzzjoni
|
1. |
Jemmen li l-qafas leġiżlattiv attwali għas-sorveljanza tas-suq ma jipprovdix koerenza suffiċjenti u għalhekk għandu jiġi rivedut u kkoordinat aktar; |
|
2. |
Jipproponi lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas Ewropew komuni għas-sorveljanza tas-suq rigward il-prodotti kollha fis-suq intern jew li jidħlu fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex ikollha rwol aktar attiv fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq Ewropew, tal-awtoritajiet doganali u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; |
|
3. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimmobbilizzaw riżorsi adegwati għal attivitajiet marbutin mas-sorveljanza tas-suq; jenfasizza li sistemi għas-sorveljanza tas-suq li ma jaħdmux joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, jipperikolaw is-sikurezza tal-konsumaturi u huma ta’ ħsara għall-fiduċja taċ-ċittadin fis-suq intern; jenfasizza l-importanza tas-siġurtà tal-fruntieri esterni tas-suq uniku, b'mod partikolari tal-portijiet maġġuri, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri kontra prodotti illegali minn pajjiżi terzi; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni sħiħa tal-punti minn fejn jidħlu l-prodotti fis-suq tal-UE, li tinkludi valutazzjoni tar-riżorsi meħtieġa biex ikun garantit kontroll adegwat; |
|
4. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu pieni b'mod koordinat, inklużi multi kbar, għal operaturi ekonomiċi li jintroduċu deliberatament fis-suq uniku prodotti perikolużi jew mhux konformi; jipproponi li l-projbizzjoni tal-prodotti għandha tkun ippubblikata ta’ spiss kemm jista' jkun sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-kontrolli fuq il-fruntieri u s-sorveljanza tas-suq u biex tiskuraġġixxi lill-operaturi tas-suq kriminali; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq u tal-awtoritajiet tad-dwana biex jikkofinanzjaw azzjonijiet ulterjuri konġunti għas-sorveljanza tas-suq; |
|
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jsir skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri; jitlob għal kooperazzjoni konġunta, il-ġbir tal-għarfien u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq; ifakkar fl-importanza li jkun hemm kooperazzjoni bejn id-dwana u l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fuq il-fruntieri esterni biex iwettqu kontrolli xierqa fuq il-prodotti huma hu deħlin fil-Komunità; jirrikonoxxi l-kontribut importanti li għamel il-PROSAFE rigward il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti għas-sorveljanza tas-suq u l-iskambju ta’ prattiki ppruvati u ttestjati fil-qafas tad-DSĠP; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra taħt liema kundizzjonijiet PROSAFE jista' jservi bħala pjattaforma għal aktar koordinazzjoni bejn l-Istai Membri għal prodotti armonizzati u għal dawk li mhumiex; jikkunsidra li huwa meħtieġ li tiġi stabbilita bażi legali u li jiġu allokati biżejjed riżorsi għal PROSAFE biex dan il-kompitu jkun jista' jitwettaq; jindika, madakollu, li l-koordinazzjoni permezz tal-PROSAFE hija ristretta mir-riżorsi limitati u mill-istruttura informali; |
|
7. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jikkondividu ma’ Stati Membri oħra l-inkjesti u l-istudji relatati mas-sikurezza tal-prodotti. iqis li għandhom jiġu inklużi n-numri ta’ referenza tal-prodotti konċernati biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-prodott minn awtoritajiet oħra, li jistgħu jibbenefikaw mit-traduzzjoni u l-użu tal-informazzjoni provduta fl-istudji; jitlob lill-Istati Membri biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jieħdu miżuri għas-sorveljanza tas-suq abbażi tar-riżultati ta’ testijiet jew studji li jkunu twettqu minn Stati Membri oħra sabiex jiġi evitat xogħol doppju; |
|
8. |
Jissuġġerixxi li għandhom jiġu stabbiliti uffiċċji għall-edukazzzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti eż. inklużi fil-Punti ta’ Kuntatt tal-Prodotti, li jistgħu jiffaċilitaw it-taħriġ u t-trasferiment tal-informazzjoni minn industrija għal oħra; |
|
9. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi Database tal-Informazzjoni dwar is-Sikurezza ta’ Prodotti tal-Konsumatur pubbliċi, li tinkludi pjattaforma għall-ilmenti, possibbilment ibbażata fuq sistemi eżistenti nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri; huwa tal-fehma li dan se jqajjem il-kuxjenza dwar prodotti perikolużi fil-pajjiżi tas-suq intern filwaqt li l-konsumaturi se jkunu jistgħu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar prodotti perikolużi, b'mod elettroniku; jemmem li d-database tista' titfassal billi jiġu żviluppati databases eżistenti bħas-Sistema għas-Sorveljanza tas-Suq Ewropew (ICSMA) jew id-Database dwar Korriment (IDB); jenfasizza l-ħtieġa li d-database jkollha bażi legali, u li rappurtar min-naħa tal-Istati Membri għandu jkun obbligatorju; jiltob għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ statistika dwar l-inċidenti bbażata duq din id-database, li minnha se jiġu ppubblikati rapporti annwali obbligatorji; jitlob biex id-database tkun aċċessibbli għall-pubbliku, filwaqt li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità neċessarja għan-negożji; |
|
10. |
Jirrimarka li l-globalizzazzjoni, iż-żieda fl-esternalizzazzjoni u t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali jfissru li aktar prodotti qegħdin jiġu nnegozjati fis-swieq tad-dinja kollha; iqis li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn regolaturi globali u partijiet interessati oħra fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti tal-konsum hija importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi maħluqa mill-katini kumplessi tal-provvista u l-volum akbar tal-kummerċ; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-kooperazzjoni internazzjonali fil-Caucus dwar is-Sikurezza tal-Prodotti tal-Konsumatur internazzjonali sabiex isir skambju ta’ prattiki ppruvati u ttestjati u b'mod konġunt tiġi evitata l-produzzjoni ta’ sustanzi perikolużi f'pajjiżi terzi maħsuba għall-esportazzjoni lejn is-suq uniku Ewropew; |
Reviżjoni tad-DSĠP
Konformità bejn id-DSĠP u l-QLĠ – Regolament ġdid dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq
|
12. |
Isostni r-reviżjoni tad-DSĠP u tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 rigward d-definizzjonijiet u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi kif definiti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, filwaqt li jiġi evitat il-ħolqien ta’ piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, speċjalment għal SMEs; iqis li l-fatt li jkun hemm regolament uniku huwa l-uniku mod biex ikun hemm sistema unika għall-prodotti kollha; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi sistema għas-sorveljanza tas-suq uniku għall-prodotti kollha, ibbażata fuq att legiżlattiv uniku li jkopri kemm id-DSĠP kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 765/2008; iqis li dan l-att leġiżlattiv ġdid għandu jinħoloq biex jikseb livell għoli ta’ sikurezza tal-prodotti u ta’ sorveljanza tas-suq, fejn se tiġi ċċarata l-bażi legali u se jitqiesu d-dispożizzjonjiet li ġew żviluppati aktar bis-sħiħ fiż-żewġ atti leġiżlattivi eżistenti; |
|
13. |
Jitlob għal konformità bejn ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà fid-DSĠP u l-QLĠ sabiex tkun garantita sistema ta’ traċċabbiltà koerenti li tevita l-ħolqien ta’ burokrazija ġdida; |
|
14. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tiżviluppa kriterji aktar preċiżi għall-evalwazzjoni tas-sikurezza u r-riskji mnissla min-nuqqas ta’ konformità tal-prodotti mal-leġiżlazzjoni tal-UE; |
Tibdiliet speċifiċi addizzjonali fid-DSĠP
|
15. |
Isibha problematika li prodotti operati minn fornituri tas-servizzi mhumiex koperti mid-DSĠP attwali, jiġifieri li r-rekwiżiti dwar is-sikurezza ġenerali japplikaw meta l-prodott qiegħed f'idejn il-konsumatur fuq il-proprjetà tal-fornitur tas-servizz, iżda ma japplikawx jekk l-istess prodott huwa operat mill-fornitur tas-servizz; jenfasizza l-bżonn li tittranġa din il-lakuna legali; |
|
16. |
Jiltob għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sikurezza tal-prodotti, b'mod partikolari fir-rigward tal-objettivi tal-Kummissjoni ta’ “leġiżlar aħjar” u “l-ewwel aħseb fiċ-ċokon” kif ippreżentat fil-Komunikazzjoni “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”, u jħeġġeġ id-dispożizzjonijiet dwar il-Prodotti li Jimitaw l-Ikel biex ikunu inklużi fil-proposta riveduta; |
|
17. |
Jitlob, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ambitu l-aktar wiesa' ta’ konsumaturi partikolarment vulnerabbli, għall-introduzzjoni ta’ referenza għal persuni b'diżabbiltà (flimkien mar-referenzi għal tfal u anzjani li diġà huma preżenti); |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-obbligu li manifatturi għandhom iwettqu analiżi tar-riskju fil-fażi ta’ diżinn tagħhom; iħeġġeġ il-prattika fejn riskji li jkunu ġew identifikati għandhom jiġu dokumentati u jsiru disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi; |
Miżuri Komunitarji ta’ Emerġenza
|
19. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal qafas regolatorju aktar effettiv, li jippermetti interventi fil-pront u soluzzjonijiet affidabbli fit-tul, mingħajr ma’ jiġu delegati deċiżjonijiet politiċi lill-korpi jew lill-Kummissjoni għall-istandardizzazzjoni mingħajr sett ċar ta’ rekwiżiti essenzjali ta’ politika, kif jiġri fil-każ tal-leġiżlazzjoni armonizzata; |
Traċċabbiltà
|
20. |
Jenfasizza li prodotti li joħolqu riskji serji għandhom jiġu rtirati jew jittieħdu lura mis-suq malajr kemm jista' jkun u għandha tiġi zgurata t-traċċabbiltà tagħhom fil-katina kollha tal-forniment li titlob riżorsi suffiċjenti għall-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq; |
|
21. |
Jenfasizza kemm hu importanti li tkun żgurata traċċabbiltà affidabbli fl-istadji kollha tal-ħajja ta’ prodott, filwaqt li jkun żgurat li dan ma jwassalx għal piżijiet amministrattivi akbar; |
|
22. |
Jenfasizza l-importanza tat-traċċabbiltà tal-prodotti u tat-tikketti biex isir magħruf il-pajjiżi ta’ oriġini tal-prodott u tal-manifattur responsabbli; |
|
23. |
Jinsisti fuq infurzar effettiv tal-proċeduri ta’ identifikazzjoni li diġà qegħdin fis-seħħ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet dwar l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, filwaqt li jikkunsidra li l-użu ta’ teknoloġiji ġodda ma għandhomx ipoġġu fil-periklu l-privatezza, is-sigurtà u s-sikurezza tal-konsumatur; |
|
24. |
Jenfasizza madankollu, li ma għandhiex tiġi imponuta soluzzjoni teknika unika bħala sistema/metodu ta’ traċċabbiltà uffiċjali fi ħdan is-suq tal-UE; u jitlob għal proporzjonalità ġenerali; |
|
25. |
Jenfasizza l-ħtieġa biex jitjiebu u jissaħħu aktar l-iskambji ta’ informazzjoni RAPEX rigward prodotti perikolużi minn pajjiżi terzi (bħaċ-Ċina u l-Indja) u biex l-aħħar studji li saru jiġu evalwati; |
RAPEX
|
26. |
Jirrikonoxxi li RAPEX hija għodda utli u effiċjenti biex ixxerred, fost l-Istati Membri, informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu fir-rigward ta’ prodotti perikolużi, iżda hija għodda li tista' tittejjeb aktar; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti lill-professjonisti dwar is-sikurezza tal-prodotti, lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u lill-awtoritajiet nazzjonali waqt li tiġi assigurata l-kunfidenzjalità; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-għarfien tar-RAPEX u s-sistemi ta’ rtirar tal-UE barra l-UE; |
|
28. |
Jilqa' l-linji gwida RAPEX ġodda li jikkontribwixxu għat-titjib tat-tħaddim ta’ RAPEX; jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika l-metodu l-ġdid għall-evalwazzjoni tar-riskju ma’ dawk fis-seħħ għall-prodotti armonizzati sabiex jassisti lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fix-xogħol tagħhom; |
|
29. |
Jitlob lill-Kummissjoni tispjega l-klassifikazzjoni tal-prodotti bħala “riskju serju” għan-notifikazzjonijiet tar-RAPEX; |
|
30. |
Jinnota li l-prodotti tal-konsum li jitqiegħdu fis-suq intern Ewropew kulma jmorru qegħdin jiġu minn pajjiżi terzi; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li kull sena hemm żieda fin-notifiki RAPEX relatati ma’ prodotti ta’ oriġini Ċiniża, li tirrappreżenta aktar min-nofs in-notifiki RAPEX, u jidher li f'20 % tal-każi l-manifatturi ta’ dawk il-prodotti ma jistgħux jiġu identifikati; jitlob għalhekk, għal sforzi msaħħa fuq livell internazzjonali u jilqa' kooperazzjoni bejn l-UE, l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għal strateġiji ta’ traċċabbiltà,; jilqa' kwalunkwe sostenn, taħriġ, u seminars organizzati mill-awtoritajiet tal-UE u taċ-Ċina biex titjieb is-sikurezza tal-prodotti; jenfasizza li teżisti l-ħtieġa għal programmi multiannwali biex jiġu ffaċċjati dawn l-isfidi; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-utilità li tiġi stabbilita sistema analoga għar-RAPEX - ĊINA għal sħab kummerċjali oħrajn, partikolarment dawk li l-prodotti tagħhom ġew notifikati fis-sistema RAPEX; |
|
32. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinkorpora fir-RAPEX, jew kwalunkwe sistema xierqa oħra fil-livell tal-UE, pieni għall-infrazzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri, bil-għan li jkunu żgurati t-trasparenza u l-inċentivi għall-partijiet interessati kollha; |
Bejgħ onlajn u d-dwana
|
33. |
Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom fit-teħid ta’ azzjoni kontra prodotti perikolużi li jinbiegħu onlajn; |
|
34. |
Jilqa' l-proġett tal-Kummissjoni C2013 fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti li se jipproduċi linji gwida għal kontrolli doganali fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tispeċifika għodda għall-awtoritajiet doganali biex jindirizzaw l-isfidi ta’ kontrolli adegwati fuq prodotti importati; jitlob għal aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ infurzar; |
|
35. |
Jirrikonoxxi ż-żieda tal-għadd ta’ prodotti mixtrija onlajn mill-konsumaturi, minn pajjiżi terzi u li ma jikkonformawx mal-istandards Ewropej, b'hekk ipoġġu f'riskju s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tistandardizza l-kontrolli doganali għall-prodotti mixtrija fl-internet u tissorvelja s-suq speċjalment għal dawk il-prodotti li jistgħu jikkawżaw ħsara diretta għall-konsumatur bħall-prodotti farmaċewtiċi u alimentari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistudja x'soluzzjonijiet jista' jkun hemm għal din il-problema, biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-kummerċ elettroniku; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-uffiċjali jitħarrġu kif suppost biex jiġi żgurat żvelar aħjar tal-prodotti li jippreżentaw riskju; iħeġġeġ kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq u dawk doganali qabel ma dawn il-prodotti jkunu ġew rilaxxati fis-suq li titlob għal programm multiannwali hawnhekk ukoll; |
|
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jiżviluppaw aktar il-kampanji ta’ qawmien ta’ kuxjenza mmirati lejn il-konsumaturi biex jinfurmawhom dwar ir-riskju ta’ xiri ta’ prodotti foloz onlajn; |
Standardizzazzjoni
|
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet għas-sorveljaza tas-suq jipparteċipaw sistematikament fil-proċess għall-iżvilupp ta’ standards relatati mas-sigurtà, peress li dan huwa mezz xieraq kif jista' jiġi żgurat li l-għarfien tagħhom se jgħarraf il-proċess ta’ standardizzazzjoni u biex l-istandards jinftehmu aħjar, biex b'hekk jiġi żgurat li l-applikazzjoni volontarja tal-istandards se tikkontribwixxi għal żieda fis-sikurezza u s-saħħa tal-konsumatur kif ukoll għal ċertezza legali, peress li permezz tagħha l-awtoritajiet tal-Istati Membri se jkunu jistgħu jinterpretaw u japplikaw korrettament l-Istandards Ewropej; |
|
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid iċ-ċarezza tal-mandati tal-istandards u tikkunsidra modi evoluzzjonarji oħra kif ittejjeb u tintegra sistemi ta’ standardizzazzjoni nazzjonali u Ewropej fiż-żona li mhix armonizzata, bl-enfasi fuq il-parteċipazzjoni tal-SMEs, filwaqt li jinżammu kif inhuma l-elementi ewlenin tal-istruttura li hemm bħalissa; |
|
40. |
Iħeġġeġ it-titjib tal-proċeduri attwali tal-Kummissjoni li japplikaw għall-istabbiliment ta’ mandati għall-iżvilupp tal-istandards Ewropej sabiex tiġi garantita reazzjoni f'waqtha għal riskji ġodda jew dawk ħerġin fid-dieher, b'mod aktar effiċjenti; jenfasizza, madankollu, li proċeduri emendati jew ġodda għandhom ikunu soġġetti wkoll għal skrutinju min-naħa tal-Parlament; jenfasizza li l-Parlament għandu jkun intitolat li jiskrutinja l-proċeduri għat-teħid jew l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali, dawk mhux Ewropej u standards oħra; |
|
41. |
Jitlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzar u lill-Kummissjoni biex jinvestigaw is-sistemi kollha possibbli li kapaċi jħaffu l-proċess tal-iżvilupp tal-istandards, filwaqt li jassiguraw involviment xieraq tal-partijiet kollha interessati rilevanti, bħall-introduzzjoni ta’ proċedura rapida jew il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tippubblika referenza ta’ standards Ewropej jew tal-ISO eżistenti, żviluppati barra minn mandat tal-Kummissjoni, jekk tali standards huma maħsuba li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur jew biex jiġi indirizzat riskju speċifiku bħala miżura temporanja sakemm issir disponibbli soluzzjoni permanenti; |
|
42. |
Jitlob biex il-mandati tal-Kummissjoni għall-istandardizzazzjoni jkunu mtejba sabiex jippermettu l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzar tiżviluppa Standards Ewropej li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi li għalihom tista' tinkiseb jew tkun valutata l-konformità ma’ deċiżjoni politika; f'dan ir-rigward, iqis li huwa meħtieġ involviment u kooperazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzar fit-tfassil tal-proċess; iqis, fid-dawl tal-fatt li dawn l-organizzazzjonijiet jaħdmu fuq bażi ta’ konsensus, li huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema li kwistjonijiet politiċi jkunu trattati fuq livell tat-tfassil ta’ politika u mhux delegati lill-Kummissjoni Ewropea, lill-korpi għall-istandardizzazzjoni jew lil kwalunkwe amministrazzjoni ta’ infurzar; |
|
43. |
Jitlob biex proċedura formali għar-rifjut ta’ standard, bħal ma hemm fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, tiddaħħal fid-DSĠP, iqis li l-użu ta’ din il-proċedura għandu jkun possibbli anke qabel ma standard ikun ġie ċitat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE, iżda ma għandux jissostitwixxi l-ħsieb tal-Istati Membri li jżidu b'mod sinifikanti, l-involviment tal-awtoritajiet tagħhom għas-sorveljanza tas-suq fis-sistema ta’ standardizzazzjoni; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati kollha jiggarantixxu s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni, inkluż permezz ta’ sħubiji pubbliċi-privati u permezz ta’ ppjanar finanzjarju multiannwali, peress li dan huwa essenzjali biex ikunu żgurati l-effikaċja u l-effiċjenza tagħha; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi ulterjuri f'koerenza mal-qafas leġiżlattiv ġdid, sabiex ir-reviżjonijiet meħtieġa jkunu jistgħu jittejbu; |
*
* *
|
46. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri. |
(2) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(3) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/7 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Il-ġestjoni tal-influwenza H1N1
P7_TA(2011)0077
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-Evalwazzjoni tal-ġestjoni tal-influwenza H1N1 fl-2009-2010 fl-UE (2010/2153(INI))
2012/C 199 E/02
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa - IHR (2005) 2005 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-Istat ta’ Tħejjija u l-Ippjanar tar-Rispons fil-Komunità Ewropea għall-Influwenza Pandemika (COM(2005)0607), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2007 dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tas-saħħa (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar is-sigurtà tas-saħħa (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ gwida interim tal-ECDC dwar l-“Użu ta’ tilqim speċifiku kontra l-influwenza pandemika matul l-influwenza H1N1 2009” (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ gwida tal-WHO ta’ April 2009 dwar it-tħejjija u r-rispons għall-influwenza pandemika (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ April 2009 (6) dwar l-infezzjoni tal-Influwenza A/H1N1, |
|
— |
wara li kkunsidra l-iskambju ta’ fehmiet bejn id-Direttur tal-ECDC u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament, li sar fl-4 ta’ Settembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 dwar l-Influwenza Pandemika (H1N1) 2009 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 dwar akkwist konġunt tat-tilqima kontra l-influwenza A (H1N1) (8), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 dwar komunikazzjoni mal-pubbliku u mal-midja rigward l-Influwenza Pandemika (H1N1) 2009 (9), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 dwar appoġġ lil pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra l-Influwenza A (H1N1) (10), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 dwar proċess regolatorju għall-awtorizzazzjoni ta’ mediċini u tilqimiet kontra l-virusijiet fil-protezzjoni kontra l-influwenza pandemika (H1N1) 2009 (11), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 dwar strateġiji ta’ tilqim kontra l-influwenza pandemika (H1N1) 2009 (12), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu “Strateġija Ewropea għall-Influwenza A/H1N1 – Monitoraġġ tal-Benefiċċji u r-Riksji tat-Tilqima”, ta’ Ottubru 2009 (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 2009 dwar l-Influwenza Pandemika (H1N1) 2009 – approċċ strateġiku (14), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2009 dwar is-Sigurtà tas-Saħħa fl-Unjoni Ewropea u fil-Livell Internazzjonali (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Evalwazzjoni tas-16 ta’ April 2010 dwar Rispons madwar l-UE għall-Influwenza Pandemika (H1N1) 2009 (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali ta’ Jannar 2010 dwar l-Evalwazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1749(2010) “Ġestjoni tal-Influwenza Pandemika H1N1: ħtieġa għal iktar trasparenza”, adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa f'Ġunju 2010 (18), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-lezzjonijiet mgħallma mill-influwenza pandemika A (H1N1), li saret fl-1 u t-2 ta’ Lulju 2010 (19), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew dwar l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tad-29 ta’ April u tad-19 ta’ Mejju 2010 (20), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-25 ta’ Awwissu 2010 dwar Strateġiji ta’ Tilqim kontra l-Influwenza Pandemika madwar l-UE (21), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2010 dwar il-Lezzjonijiet Mgħallma mill-Influwenza A/H1N1 – Sigurtà tas-Saħħa fl-UE (22), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2010 dwar lezzjonijiet li tgħallimna mill-pandemija H1N1 u s-sikurezza tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea (SEC(2010)1440), |
|
— |
wara li kkunsidra l-“Annual epidemiological report on communicable diseases in Europe 2010” mill-ECDC (23), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0035/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa ta’ ħidma tal-5 ta’ Ottubru 2010 tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament Ewropew dwar l-Influwenza Pandemika A(H1N1) – Ir-rispons tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea, |
|
A. |
billi l-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali u internazzjonali, inkluża l-WHO, iddikjaraw f'Mejju 2009 li l-influwenza H1N1 f'dak il-mument kienet qed tikkawża biss mard ħafif, iżda li wieħed ma setax jassumi li din ix-xejra kienet se tkompli, |
|
B. |
billi, skont ir-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa (IHR) – strument legali li jorbot lill-istati kontraenti – il-mandat tal-WHO jinkludi s-sorveljanza tas-saħħa pubblika, il-koordinazzjoni tal-miżuri internazzjonali tas-saħħa pubblika u, fir-rigward ta’ virusijiet pandemiċi potenzjali, id-determinazzjoni ta’ fażijiet attwali ta’ twissija fuq skala bejn wieħed u sitta, |
|
C. |
billi l-fażijiet ta’ pandemija globali huma determinati b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-IHR u b'konsultazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet oħra u mal-Istati Membri milquta, |
|
D. |
billi l-kriterji għad-definizzjoni ta’ “influwenza pandemika”, kif riveduti mill-WHO fl-2009, huma bbażati unikament fuq il-propagazzjoni tal-virus u ma jagħtu l-ebda kas tas-severità tal-mard ikkawżat minnha, |
|
E. |
billi l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-entitajiet esterni bħall-WHO għandhom iqisu l-ħila ta’ epidemija ta’ influwenza fil-ġejjieni li tinfirex b'ħeffa, kif ukoll il-propagazzjoni tal-virus meta jieħdu deċiżjonijiet b'rabta mas-saħħa pubblika li jistgħu jeffettwaw il-politika tas-saħħa pubblika u l-politika soċjali fl-Istati Membri, |
|
F. |
filwaqt li jikkkunsidra l-grad għoli ta’ imprevedibilità fir-rigward tas-severità tal-pandemija u dwar kif din kienet se tiżviluppa, u l-possibilità li l-pandemija tista' tiggrava fl-Ewropa, kif għamlet fl-1918 u l-1968, |
|
G. |
billi, fuq il-bażi tat-twissija dwar il-pandemija tal-WHO u tar-rakkomandazzjonijiet sussegwenti, l-Istati Membri rreaġixxew rapidament, b'konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, billi użaw dawk ir-riżorsi li kellhom disponibbli biex jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni b'rabta mas-saħħa pubblika; billi d-dikjarazzjoni tal-ogħla livell ta’ twissjia, li kienet tindika l-preżenza ta’ pandemija, wasslet biex, f'xi każijiet, ittieħdu deċiżjonijiet dwar is-saħħa pubblika li kienu sproporzjonati, |
|
H. |
billi l-WHO damet sa Awwissu 2010 biex iddikjarat it-tmiem tal-istat ta’ twissija rigward l-influwenza H1N1 (dikjarazzjoni mid-Direttur Ġenerali tal-WHO tal-10 ta’ Awwissu 2010 (24)), |
|
I. |
billi, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, il-preparazzjoni u r-rispons għar-riskji għas-saħħa fl-Unjoni Ewropea huma kompetenza tal-Istati Membri; billi t-Trattat ta’ Lisbona jħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ prattiki tajba fil-qafas tal-WHO u tal-istrutturi eżistenti tal-UE; billi miżuri ta’ koordinazzjoni b'saħħithom mill-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-ECDC u tal-EMA fil-qafas tal-IHR, isaħħu l-effettività tal-miżuri nazzjonali, |
|
J. |
billi l-industrija farmaċewtika kella tirrispondi għal talba immedjata, urġenti u esponenzjali għall-provvista ta’ tilqimiet mill-Istati Membri; billi l-industrija kellha tiżviluppa, b'urġenza kbira, tilqima ġdida li setgħet tkun effikaċi kontra l-virus, |
|
K. |
billi l-ispejjeż b'rabta mal-ġestjoni ta’ din il-kriżi fl-Istati Membri kienu sinifikanti u setgħu forsi jitnaqqsu kieku kien hemm kooperazzjoni itjeb bejn l-Istati Membri u koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u l-ECDC, |
|
L. |
billi n-nefqa minfuqa minn ċerti Stati Membri għall-pjanijiet ta’ rispons fil-parti l-kbira tagħha hija marbuta mal-kwantitajiet kbar ta’ tilqimiet u trattamenti kontra l-virusijiet, u billi l-proċeduri tax-xiri wasslu għal tħassib f'termini ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u ta’ trasparenza f'ċerti Stati Membri, |
|
M. |
billi kien hemm differenzi sinifikanti fil-prezzijiet fost l-Istati Membri li kellhom ftehimiet ta’ xiri minn qabel għat-tilqimiet, ibbażati, fost affarijiet oħra, fuq il-kundizzjonijiet differenti ta’ responsabilità ta’ kull ftehim, |
|
N. |
billi saru kawżi fil-qrati f'diversi Stati Membri, li allegaw korruzzjoni u assoċjazzjoni min-naħa ta’ ħaddiema taċ-ċivil b'relazzjoni ma’ kuntratti ffirmati fis-sajf tal-2009 bejn ministeri tas-saħħa pubblika u l-produtturi tat-tilqimiet kontra l-influwenza H1N1, |
|
O. |
billi, skont il-Kummissjoni, in-nuqqas ta’ rieda tal-fornituri tat-tilqimiet li jġorru r-responsabilità sħiħa għall-prodott seta' wassal biex naqset il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sikurezza tat-tilqima; billi l-fiduċja fit-tilqimiet kontra l-influwenza H1N1 iddgħajfet ukoll minħabba tagħrif mhux komplut jew kontradittorju dwar il-benefiċċji u r-riskji tat-tilqimiet, kif ukoll minħabba r-riskji li l-influwenza H1N1 jista' jkollha fuq il-pubbliku, |
|
P. |
billi r-rakkomandazzjonijiet diverġenti fi ħdan l-UE u l-Istati Membri fir-rigward tal-gruppi prijoritarji fil-mira tat-tilqima juru l-inċertezzi sinifikanti u l-fehmiet diverġenti dwar ir-rispons xieraq għall-influwenza H1N1, |
|
Q. |
billi l-ippjanar għat-tħejjija għall-influwenza pandemika jiddependi ħafna fuq l-istrateġiji tat-tilqim; billi l-istratġeiji tat-tilqim iridu jiddependu fuq tliet kundizzjonijiet biex ikunu ta’ suċċess: l-effikaċja tat-tilqima, bilanċ pożittiv bejn il-vantaġġi u r-riskji tat-tilqima, u l-għażla tal-gruppi fil-mira, |
|
R. |
billi jeħtieġ li jkun hemm trasparenza meta jiġu biex ikunu sodisfati dawn il-kundizzjonijiet, |
|
S. |
billi r-relazzjoni perċentwali bejn il-benefiċċju u r-riskju tat-tilqima issa ġie muri fi studji dwar it-tolleranza u l-immoġeniċità bbażati fuq l-użu fir-realtà, |
|
T. |
billi hemm il-bżonn ta’ studji dwar tilqim u mediċinali kontra l-virusijiet li jkunu indipendenti mill-kumpaniji farmaċewtiċi sabiex ikun hemm bilanċ bejn studji sponsorjati mill-privat u dawk sponsorjati minn fondi pubbliċi, |
|
U. |
billi fl-eventwalità ta’ pandemija ta’ influwenza fil-ġejjieni, għandha ssir iktar ħidma biex jitjiebu r-riżultati tat-tilqim kontra l-influwenza, speċjalment għall-gruppi ta’ riskju għoli u kontra l-varjanti dderivati, |
|
V. |
billi, minħabba l-akkwist bikri tat-tilqimiet u l-istrateġiji ta’ tilqim sistematiku, speċjalment fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli, l-UE kienet ir-reġjun l-aktar ippreparat fid-dinja; billi, madankollu, ħarġu differenzi kunsiderevoli fil-livelli ta’ tħejjija fost l-Istati Membri tal-UE, u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni ġenwina dgħajfet il-livell ġenerali ta’ tħejjija tal-UE, |
|
W. |
billi l-kooperazzjoni limitata fost l-Istati Membri, speċjalment in-nuqqas ta’ sistema konġunta ta’ akkwist tat-tilqima, in-nuqqas ta’ ħażniet konġunti tal-istokkijiet, in-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ solidarjetà u ta’ medjazzjoni bejn l-Istati Membri, u n-nuqqas ta’ ftehimiet ta’ xiri minn qabel f'bosta Stati Membri kienu l-fatturi prinċipali li ma ħallewx li jkun hemm tħejjija aħjar tal-UE, |
|
X. |
billi minkejja t-talbiet ripetuti tal-Ombudsman Ewropew lill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA), id-dokumenti f'idejn l-EMA li jikkonċernaw il-protokolli ta’ riċerka, il-provi kliniċi u l-effetti mhux mixtieqa tal-mediċini mressqa għall-evalwazzjoni tagħha mhux dejjem huma aċċessibbli għall-pubbliku, |
|
Y. |
billi l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-influwenza H1N1 fl-2009-2010 fl-UE wrew ir-rwol kruċjali li kellha l-midja meta ttrażmettiet prekawzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar saħħa pubblika, iżda anki enfasizzat aspetti magħżula tal-epidemija u tal-konsegwenzi tagħha, biex b'hekk, potenzjalment, dawret il-perċezzjonijiet tal-opinjoni pubblika u r-reazzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi, |
Kooperazzjoni
|
1. |
Jappella biex il-pjanijiet ta’ prevenzjoni li ġew stabbiliti fl-UE u fl-Istati Membri tagħha għal pandemiji tal-influwenza fil-ġejjieni jiġu rieżaminati biex jikbru fl-effettività u fil-koerenza tagħhom u biex isiru awtonomi u flessibbli biżżejjed biex jiġu adattati, mill-iktar fis u skont il-każ, għar-riskju reali, abbażi ta’ informazzjoni rilevanti aġġornata; |
|
2. |
Jitlob kjarifika u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, rieżami, tar-rwoli, dmirijiet, mandati, limiti, relazzjonijiet u responsabilitajiet tal-atturi u l-istrutturi ewlenin fil-livell tal-UE għall-immaniġġjar tat-theddidiet għas-saħħa – li huma l-Kummissjoni Ewropea, l-ECDC, l-EMA u l-Istati Membri, iżda wkoll tal-entitajiet aktar informali bħall-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, il-HEOF u l-grupp “saħħa pubblika” magħmula minn uffiċjali mlaħħqa li jistgħu jintervjenu fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni ta’ kriżi tas-saħħa – u jitlob biex dik l-informazzjoni issir pubblikament disponibbli; |
|
3. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tistudja l-possibilità ta’ rieżami u ta’ tisħiħ fuq perjodu ta’ żmien twil tal-bażi legali tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa; |
|
4. |
Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-preparazzjoni bejn setturi fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa; |
|
5. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u l-koordinazzjoni tal-Istati Membri mal-ECDC, biex jiġi żgurat li jkun hemm ġestjoni koerenti tar-riskju bi tweġiba għal pandemija, f'konformità mar-Regolament Internazzjonali dwar is-Saħħa; |
|
6. |
Jappella għall-kontinwazzjoni u t-titjib fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, partikolarment fl-istadji bikrija ta’ epidemija ta’ virus, sabiex tiġi ddeterminata s-severità tagħha u biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa dwar ġestjoni; |
|
7. |
Iqis xieraq li jissaħħaħ il-mandat tal-Kumitat għas-Saħħa Pubblika, li l-azzjoni u r-rwol tiegħu għandhom jittejbu biex jingħata appoġġ aħjar lill-Membri sabiex dawn jiksbu approċċ koerenti fl-aspetti ta’ tħejjija u rispons għat-theddidiet u emerġenzi dwar saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali, skont kif iddefinit mill-IHR; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-WHO terġa’ teżamina d-definizzjoni ta’ pandemija, billi tikkunsidra mhux biss il-firxa ġeografika tagħha iżda wkoll is-severità tagħha; |
|
9. |
Jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lill-professjonisti tas-saħħa aktar mill-qrib f'kull stadju fil-preparazzjoni u l-applikazzjoni ta’ strateġiji għall-prevenzjoni tal-pandemiji u sabiex dawn jiġu miġġielda; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea talloka aktar riżorsi għar-riċerka u l-iżvilupp rigward miżuri preventivi fil-qasam tas-saħħa pubblika, filwaqt li tikkonforma mal-objettiv dikjarat tagħha li talloka 3 % tal-PDG Ewropew lir-R&Ż; b'mod aktar speċifiku tappella għal żieda fl-investimenti dedikati għal valutazzjoni u antiċipazzjoni aħjar tal-impatt ta’ virus tal-influwenza kemm fl-intervall bejn il-pandemiji kif ukoll fil-bidu ta’ pandemija; |
|
11. |
Jitlob għal investiment kontinwu fiċ-ċentri ta’ sorveljanza epidemjoloġika, serloġika u viroloġika; |
|
12. |
Japprova t-twaqqif ta’ proċedura li tippermetti lill-Istati Membri jipproċedu biex flimkien jixtru tilqimiet u mediċini kontra l-virus fuq bażi volontarja, bil-għan li, fost l-oħrajn jinkisbu, fuq prodott partikolari, aċċess ugwali, tariffi vantaġġjużi u flessibilità għall-ordnijiet; |
|
13. |
Ifakkar li skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar prodottti mediċinali, ir-responsabilità għall-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja fir-rigward tal-indikazzjonijiet awtorizzati ta’ prodott mediċinali hija tal-prodottur, u jappella lill-Istati Membri biex japplikaw bis-sħiħ din ir-regola fil-kuntratti kollha tal-akkwist ta’ tilqimiet, bħala fattur importanti biex tinżamm/terġa tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sikurezza tat-tilqima; |
|
14. |
Jitlob, fil-qafas ta’ ġestjoni komuni u responsabbli tal-provvista tat-tilqim, li tiġi kkunsidrata l-possibilità li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-prodotti ta’ tilqim fil-każ ta’ pandemija; |
Indipendenza
|
15. |
Huwa tal-fehma li ċ-Ċentru Ewropew ta’ Prevenzjoni u ta’ Kontroll tal-Mard (ECDC) għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu bħala aġenzija indipendenti biex jevalwa u jikkomunika s-severità tar-riskju ta’ infezzjoni, u jingħata mezzi adegwati għall-inkarigi kollha tiegħu; |
|
16. |
Jistieden lill-ECDC biex, bl-appoġġ tal-WHO, jikkontribwixxi biex isir rieżami tal-aħjar prattika dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija għall-influwenza, u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prattika f'oqsma bħat-tekniki ta’ ġestjoni ta’ kriżi, u strateġiji ta’ tilqim u komunikazzjoni; |
|
17. |
Jitlob li jiġu ggarantiti viġilanza akbar u trasparenza sħiħa rigward l-evalwazzjoni u l-irrappurtar dwar prodotti mediċinali rakkomandati f'każ ta’ emerġenza tas-saħħa, u iktar partikolarment f'każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ pandemija reali; |
|
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ studji indipendenti tal-kumpaniji farmaċewtiċi dwar tilqimiet u medikazzjonijiet kontra l-virusijiet, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ tal-kopertura tat-tilqim; |
|
19. |
Jixtieq jiżgura li l-esperti xjentifiċi ma jkollhom l-ebda interessi finanzjarji jew ta’ xorta oħra fl-industrija farmaċewtika li jistgħu jeffettwaw l-imparzjalità tagħhom; jitlob għall-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta Ewropew relatat mal-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ espert xjentifiku fi kwalunkwe awtorità Ewropea inkarigata mis-sikurezza, il-ġestjoni u l-antiċipazzjoni tar-riskji; jesiġi li kull espert jaċċetta l-prinċipji etiċi ta’ dan il-kodiċi ta’ kondotta qabel jassumi dmirijietu; |
|
20. |
Jitlob li, għalkemm l-esperti li huma involuti fis-settur farmaċewtiku jkunu jistgħu jiġu kkonsultati, huma għandhom jiġu esklużi mit-teħid ta’ deċiżjonijiet; |
|
21. |
Jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni Ewropea biex, bl-appoġġ tal-EMA, ittejjeb il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni aċċellerata għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali maħsuba biex jirrispondu għal kriżi tas-saħħa – fost l-oħrajn billi jiġu adattati għal varjanti differenti tal-influwenza, livelli varji ta’ severità u differenzi fil-gruppi fil-mira – b'mod li testijiet kliniċi xierqa jitwettqu qabel ma tfaqqa' pandemija, biex jiġi żgurat li ssir evalwazzjoni sħiħa tal-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji assoċjati mal-użu ta’ dawk il-prodotti mediċinali għall-gruppi fil-mira relevanti u biex jiġu ppreżentati proposti leġiżlattivi korrispondenti fejn ikun meħtieġ; |
Trasparenza
|
22. |
Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-istrateġiji tat-tilqim kontra l-influwenza rrakkomandati fl-UE u applikati fl-Istati Membri, li tkopri l-effikaċja tat-tilqimiet, il-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji u l-gruppi fil-mira differenti rrakkomandati, bil-ħsieb li jkun hemm użu sikur u effettiv; |
|
23. |
Jistieden lill-Istati Membri jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni qabel it-8 ta’ Settembru 2011:
|
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-appoġġ tal-ECDC u tal-EMA, tfassal rapport sommarju dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 23, skont l-Istat Membru, qabel it-8 ta’ Marzu 2012 u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bħala kontribut importanti għar-rieżami tal-pjanijiet attwali ta’ tħejjija għall-influwenza pandemika; |
|
25. |
Ifakkar lill-EMA dwar l-obbligu regolamentari li tagħmel aċċessibbli għall-kulħadd id-dokumenti relatati mal-provi kliniċi, mal-protokolli ta’ riċerka u mal-effetti mhux mixtieqa tal-prodotti mediċinali evalwati mill-esperti tagħha, inkluż it-tilqimiet u l-mediċini kontra l-virus rakkomandati bħala mezz biex tiġi miġġielda l-influwenza H1N1; jilqa' r-regoli l-ġodda dwar l-aċċess għal dokumenti adottati mill-EMA f'Ottubru 2010; |
|
26. |
Jirrikonoxxi li l-kunflitti ta’ interess fost esperti li jagħtu pariri lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika Ewropej jagħtu lok għal suspetti ta’ abbuż tas-setgħa ta’ influwenzar u jagħmlu ħsara lill-kredibilità globali ta’ dawn l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom; iqis li l-kunflitti ta’ interess kollha għandhom jiġu evitati; |
|
27. |
Jitlob biex tiġi adottata definizzjoni li tkun komuni għall-awtoritajiet tas-saħħa pubblika kollha Ewropej dwar x'jikkostitwixxi kunflitt ta’ interess; |
|
28. |
Jitlob li tali kunflitti ta’ interess jinġiebu għall-attenzjoni tal-Parlament permezz ta’ investigazzjoni interna mwettqa mill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju bil-ħsieb li jiġi determinat jekk ħlasijiet li jkunu saru lill-esperti msemmija aktar qabel kinux saru b'mod korrett u trasparenti u jekk il-proċeduri li normalment jintużaw mill-istituzzjonijiet Ewropej biex jipprevjenu tali kunflitti ta’ interess ġewx segwiti; |
|
29. |
Jitlob li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-esperti kollha li jagħtu pariri lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika Ewropej jiġu pubblikati, inklużi dawk ta’ membri ta’ gruppi informali; |
|
30. |
Jinsab konxju tal-ħtieġa li r-riskji u l-benefiċċji jiġu kkomunikati b'mod aktar ċar u trasparenti lill-pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa li jingħata messaġġ koerenti liċ-ċittadini hekk kif jiġi vverifikat li jkun hemm riskju għas-saħħa; jinsisti dwar l-importanza ta’ komunikazzjoni konsistenti mill-Istati Membri dwar il-kontenut informattiv tal-messaġġ (pereżempju fir-rigward tan-natura tal-virus, in-natura tar-riskju, kif l-aħjar li jiġi evitat, u r-riskji u l-benefiċċji tal-prevenzjoni u/jew tat-trattament); |
|
31. |
Jappella biex ikun hemm approċċ strateġiku globali tal-Ewropa għall-gruppi hekk imsejħa “fir-riskju” dwar kif wieħed jilħaqhom u jikkomunika magħhom fil-każ ta’ pandemija; |
|
32. |
Jitlob li tinbena relazzjoni ta’ fiduċja mal-midja kkonċernata mit-tixrid ta’ messaġġi dwar is-saħħa pubblika; jitlob li jitwaqqaf grupp magħżul ta’ esperti disponibbli biex iwieġbu mistoqsijiet minn ġurnalisti f'kull ħin, kif ukoll li jkun hemm kelliem disponibbli; |
|
33. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-professjonisti tal-informazzjoni jkunu jistgħu jinżammu responsabbli, u l-prudenza meħtieġa fl-ipproċessar ta’ messaġġi ta’ informazzjoni dwar is-saħħa, aktar u aktar fil-kuntest ta’ pandemija; |
|
34. |
Jistenna, f'dan ir-rigward, li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ monitoraġġ dwar is-saħħa jiġbru b'mod aktar komprensiv u jagħtu b'aktar ħeffa dejta koerenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-UE; |
|
35. |
Iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jwettqu b'ħeffa r-reviżjonijiet meħtieġa, inklużi strateġiji aħjar ta’ tilqim u ta’ komunikazzjoni, sabiex tikber il-fiduċja fil-miżuri tas-saħħa pubblika li għandhom l-għan li jħejju għall-pandemiji, u li jipprevjenuhom; |
*
* *
|
36. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-WHO u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) http://www.who.int/ihr/en/
(2) http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/07/st15/st15789.en07.pdf
(3) http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/lsa/104770.pdf
(4) http://www.ecdc.europa.eu/en/publications/Publications/ 0908_GUI_Pandemic_Influenza_Vaccines_during_the_H1N1_2009_Pandemic.pdf
(5) http://www.who.int/csr/disease/influenza/pipguidance2009/en/index.html
(6) http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/lsa/107492.pdf
(7) http://ec.europa.eu/health/archive/ph_threats/com/influenza/docs/com481_2009_en.pdf
(8) http://ec.europa.eu/health/archive/ph_threats/com/influenza/docs/flu_staff1_en.pdf
(9) http://ec.europa.eu/health/ph_threats/com/Influenza/docs/flu_staff2_en.pdf
(10) http://ec.europa.eu/health/archive/ph_threats/com/influenza/docs/flu_staff3_en.pdf
(11) http://ec.europa.eu/health/ph_threats/com/Influenza/docs/flu_staff2_en.pdf
(12) http://ec.europa.eu/health/communicable_diseases/diseases/influenza/h1n1/index_en.htm#fragment2 u http://ec.europa.eu/health/archive/ph_threats/com/influenza/docs/flu_staff5_en.pdf
(13) http://www.ema.europa.eu/docs/en_GB/document_library/Report/2010/01/WC500044933.pdf
(14) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/110500.pdf,
(15) http://ec.europa.eu/health/preparedness_response/docs/commission_staff_healthsecurity_en.pdf
(16) http://ec.europa.eu/health/communicable_diseases/diseases/influenza/h1n1/index_en.htm#fragment2
(17) http://ec.europa.eu/health/files/pharmacos/news/emea_final_report_vfrev2.pdf
(18) http://assembly.coe.int/Mainf.asp?link=/Documents/AdoptedText/ta10/ERES1749.htm
(19) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/116478.pdf
(20) http://www.ombudsman.europa.eu/press/release.faces/fr/4940/html.bookmark u http://www.ombudsman.europa.eu/press/release.faces/fr/5251/html.bookmark
(21) http://ec.europa.eu/health/communicable_diseases/diseases/influenza/h1n1/index_en.htm#fragment2
(22) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/116478.pdf
(23) http://www.ecdc.europa.eu/en/publications/Publications/1011_SUR_Annual_Epidemiological_Report_on_Communicable_Diseases_in_Europe.pdf
(24) http://www.who.int/mediacentre/news/statements/2010/h1n1_vpc_20100810/en/print.html
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/15 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Finanzjament innovattiv f'livell dinji u Ewropew
P7_TA(2011)0080
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew (2010/2105(INI))
2012/C 199 E/03
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta’ Ġunju 2010 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tal-11 ta’ Diċembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra l-minuti tal-laqgħa tal-ECONFIN tad-19 ta’ Ottubru 2010 u r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa li hemm ikkwotat fihom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-programm tal-Presidenza Belġjana, b'mod partikolari l-proposti dwar finanzjament innovattiv, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar it-taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (3) u speċifikament ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat 22 ta’ Settembru 2010 dwar l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (4), tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-Awtorità Bankarja Ewropea (5), tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (6), u tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni dwar finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew (SEC(2010)0409) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar tassazzjoni tas-settur finanzjarju (COM(2010)0549), flimkien mad-dokument ta’ ħidma tal-istaff li jakkumpanjahom (SEC(2010)1166), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-derivattivi OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji kummerċjali, COM(2010)0484/5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Fondi ta’ Riżoluzzjoni Bankarja (COM(2010)0254), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-G20 magħmula fil-15 ta’ Novembru 2008 f'Washington, id-Dikjarazzjoni tal-G20 magħmula fit-2 ta’ April 2009 f'Londra u l-Istqarrija tal-Mexxejja tas-Samit tal-G20 tal-25 ta’ Settembru 2009 f'Pittsburgh, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport 2010 tal-FMI għall-G20 dwar it-Tassazzjoni tas-Settur Bankarju, |
|
— |
wara li kkunsidra l-karta tal-Kumitat Konsultattiv tat-Trejdjunjins tal-OECD bl-isem “The parameters of a financial transaction tax and the OECD global public good resource gap, 2010-2020” tal-15 ta’ Frar 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tal-2010 bl-isem “The elephant in the room: the need to deal with what banks do”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Istitut Awstrijak ta’ Riċerka Ekonomika (WIFO) bl-isem “A General Financial Transaction Tax: Motives, Revenues, Feasibility and Effects” ta’ Marzu 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra l-karta tal-Fondazzjoni tal-Istudji Progressivi Ewropej bl-isem “Financial Transaction Taxes: Necessary, Feasible and Desirable” ta’ Marzu 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju taċ-Ċentru tar-Riċerka ta’ Politika Ekonomika bl-isem “Benefits of a Financial Transactions Tax” ta’ Diċembru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni - Klassifika tal-għajnuna mill-Istat - Ir-rapport dwar l-iżviluppi riċenti tal-għajnuna lis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi (COM(2010)0255), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta’ Notre Europe bl-isem “An ever less carbonated Union? Towards a better European Taxation against climate change”, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument tar-riżulati tal-Laqgħa Plenarja ta’ Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti: “Keeping the promise: united to achieve the Millennium Development Goals” ta’ Settembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni maħruġa fis-Seba' Laqgħa Plenarja tal-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Finanzjament Innovattiv għall-Iżvilupp li saret f'Santiago f'Jannar 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport 2010 tal-Kumitat ta’ Esperti tat-Taskforce dwar Transażżjonijiet Finanzjarji Internazzjonali għall-Iżvilupp “Globalising Solidarity: The Case for Financial Levies”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0036/2011), |
|
A. |
billi l-kriżi globali finanzjarja u ekonomika bla preċedenti fl-2007 kixfet disfunzjonijiet sinifikanti fil-qafas regolatorju u superviżorju tas-sistema finanzjarja globali, li jistgħu jiġu deskritti bħala kombinazzjoni ta’ swieq finanzjarji mhux regolati, prodotti komplessi ż-żejjed u ġurisdizzjonijiet mhux trasparenti; billi l-Ewropa teħtieġ swieq finanzjarji aktar trasparenti u effiċjenti, |
|
B. |
billi s-swieq ħielsa huma l-bażi tal-ħolqien tal-ġid madwar id-dinja, u billi l-ekonomiji tas-suq u l-kummerċ ħieles joħolqu l-ġid u joħorġu n-nies mill-faqar, |
|
C. |
billi ż-żieda spettakolari fil-volum ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji fl-ekonomija globali matul l-aħħar għaxar snin - volum li fl-2007 laħaq livell 73.3 darba ogħla mill-PDG nominali tad-dinja, l-aktar minħabba l-boom tas-suq tad-derivattivi - tispjega n-nuqqas ta’ konnessjoni li qed jikber bejn it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-bżonnijiet tal-ekonomija reali, |
|
D. |
billi s-settur finanzjarju jiddependi ħafna fuq mudelli ta’ kummerċ, bħalma hu l-kummerċ bi frekwenza kbira (HFT), li jimmiraw l-aktar lejn qligħ f’terminu qasir ta’ żmien u huma esposti għal livell għli ta’ ingranaġġ, li kienet waħda mill-bosta kawżi tal-kriżi finanzjarja; billi dan ikkawża volatilità eċċessiva tal-prezzijiet u devjazzjonijiet persistenti ta’ prezzijiet ta’ ishma u prodotti bażiċi (commodities) mil-livelli fundamentali tagħhom, |
|
E. |
billi l-kapaċità tan-negozji, tal-gvernijiet u tal-individwi li jissellfu u jsellfu wieħed lill-ieħor hija fattur kruċjali għall-ekonomija globali; billi l-kriżi finanzjarja pprovdiet eżempji ta’ karatteristiċi sfortunati tas-suq internazzjonali tal-kapital; billi minħabba dik ir-raġuni jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-ħtieġa tat-teħid ta’ passi li jgħinu biex tinżamm stabbiltà finanzjarja u l-ħtieġa li tinżamm il-kapaċità tal-banek li jipprovdu kreditu lill-ekonomija; |
|
F. |
billi fis-samits tal-G20 li saru f’Washington fl-2008 u f’Pittsburgh fl-2009 kien intlaħaq ftehim li jiġu implimentati riformi biex jisaħħu s-sorveljanza u s-sistemi regolatorji tas-swieq finanzjarji sabiex iġiegħlu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jerfgħu s-sehem ġust ta’ responsabbiltà tagħhom għall-inkwiet, |
|
G. |
billi l-ispejjeż prinċipali tal-kriżi s’issa kellhom ibatuhom dawk li jħallsu t-taxxi, li l-flus tagħhom, f’ħafna partijiet tad-dinja, użawhom il-gvernijiet biex isalvaw il-banek privati u istituzzjonijiet finanzjarji oħra; billi qed ikun hemm dejjem iktar sejħiet biex l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-partijiet interessati, li gawdew għal ħafna snin minn dħul eċċessiv minn ishma u minn ħlasijiet eċċessivi ta’ bonus annwali u kienu jikkostitwixxu l-akbar parti tal-profitti korporattivi globali, jikkontribwixxu s-sehem ekwu tagħhom biex jiġu koperti l-ispejjeż, |
|
H. |
billi b’mod partikolari fl-UE l-ispiża tas-salvataġġi aggravat u aċċellerat il-bidu ta’ kriżi fiskali u tad-dejn li tefgħet piż mhux mistenni fuq il-baġits pubbliċi u pperikolat b’mod sever il-ħolqien tal-impjiegi, l-għoti ta’ għajnuniet soċjali statali u l-kisba tal-għanijiet tal-klima u tal-ambjent, |
|
I. |
billi t-tendenzi favur gwadann immedjat u l-ispekulazzjoni fis-suq tal-bonds tal-gvernijiet Ewropej, kienu fatturi aggravanti importanti fil-kriżi tad-defiċit sovran Ewropew fl-2009-2010 u esponew ir-rabtiet mill-qrib li hemm bejn l-iżvantaġġi fis-settur finanzjarju u l-problemi fil-garanzija tas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi fi żmien ta’ defiċits baġitarji eċċessivi u dejn pubbliku u privat dejjem jikber, |
|
J. |
billi l-ineffiċjenza tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir fil-forma attwali tiegħu u d-disparitajiet fil-kompetittività bejn l-Istati Membri qajmu d-diskussjoni attwali dwar il-governanza ekonomika Ewropea, li komponenti kruċjali tagħha għandhom ikunu miżuri biex jissaħħaħ il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, prinċipalment id-dispożizzjonijiet preventivi tiegħu, tnedija mingħajr dewmien ulterjuri ta’ riformi strutturali inevitabbli u koordinazzjoni tal-ġlieda kontra l-evitar, il-frodi u l-evażjoni fiskali sabiex tiġi ssalvagwarjata l-ġustizzja fiskali, filwaqt l-piż tat-taxxi jiġi ttraferit gradwalment minn fuq ix-xogħol għal fuq il-kapital u l-attivitajiet b’esternalitajiet negattivi qawwija, |
|
K. |
billi l-kriżi enfasizzat il-bżonn li jiżdied dħul li jkun ġdid, b’bażi wiesgħa, ġust u sostenibbli u li jiġu infurzati l-leġiżlazzjonijiet eżistenti dwar l-evażjoni fiskali u titjieb l-effikaċja tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-konsolidazzjoni fiskali tkun ikkombinata b'mod effikaċi mal-irkupru ekonomiku tul medda twila ta’ żmien u s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali, li huma prijoritajiet ewlenin tal-aġenda UE 2020, |
|
L. |
billi l-limitazzjonijiet baġitarji serji b’riżultat tal-kriżi reċenti jaħbtu fi żmien meta l-UE daħlet għal impenji importanti ħafna fil-livell globali, prinċipalment fir-rigward ta’ objettivi relatati mat-tibdil fil-klima, l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju (MDGs) u għajnuna għall-iżvilupp, b’mod partikolari għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, |
|
M. |
billi fis-17 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill tal-Ewropa ddikjara li l-UE għandha tmexxi sforzi sabiex jiġi stabbilit approċċ globali għall-introduzzjoni ta’ imposti u taxxi fuq istituzzjonijiet finanzjarji u talbet li l-kwistjoni tal-introduzzjoni ta’ Taxxi fuq Tranżazzjonijiet Finanzjarji globali (TTF) tiġi eżaminata u żviluppata aktar, |
|
N. |
billi diġà talab lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt u tipprovdi analiżi tal-merti pożittivi ta’ TTF; u għaldaqstant, iddeċieda li jistenna din l-analiżi qabel ma jieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri, |
|
1. |
Jieħu nota tax-xogħol li sar sa issa mill-Kummissjoni b'reazzjoni għat-talba li għamel il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-10 ta’ Marzu 2010 sabiex isir studju ta’ fattibilità dwar taxxi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji fil-livell globali u f'dak tal-UE; jenfasizza l-bżonn tal-valutazzjoni tal-impatt komprensiva u jitlob li r-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatt u proposti konkreti possibbli jsiru pubbliċi sas-Sajf tal-2011, kif imħabbar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tassazzjoni tas-Settur Finanzjarju, jenfasizza li studju ta’ fattibilità bbilanċjat u bir-reqqa dwar TTF tal-UE għandu jkun il-bażi li fuqha għandha tiġi implimentata l-proċedura għall-introduzzjoni ta’ tali taxxa; |
|
2. |
Jenfasizza li żieda fir-rati, l-ambitu tal-għodod ta’ tassazzjoni eżistenti u aktar tnaqqis fl-ispiża pubblika ma jistgħu jkunu soluzzjoni la suffiċjenti u lanqas sostenibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi prinċipali li ġejjin fil-livell Ewropew u f'dak globali; jenfasizza li, fl-indirizzar ta’ dawn l-isfidi u d-diskussjonijiet dwar sistemi ġodda ta’ finanzjament, waħda mill-prijoritajiet ewlenin għandha tkun il-ħolqien ta’ mezzi biex jissaħħu l-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku Ewropew; |
|
3. |
Jenfasiżża li suq uniku li jiffunzjona tajjeb huwa l-aktar għodda prezzjuża tal-UE f’dinja globalizzata u kompetittiva u l-forza prinċipali tat-tkabbir Ewropew; jenfasizza li l-punt fokali għandu jkun fuq it-tisħiħ tas-suq intern u fuq kif jistgħu jintefqu r-riżorsi nazzjonali u Ewropej b’mod aktar intelliġenti billi tittieħed viżjoni olistika tar-riforma baġitarja, li tkopri kemm l-infiq kif ukoll id-dħul tal-baġit; jinnota li l-infiq jeħtieġ isir b’mod li jkun imfassal biex iġib ir-riżultati u strumenti finanzjarji ġodda għat-twettiq tal-baġit għandhom ikunu intelliġenti, integrati u flessibbli; |
|
4. |
Jenfasizza li t-tneħħija tal-ostakli li fadal fis-suq intern hija l-aħjar mod biex jiġu promossi politiki ta’ tkabbir reali li jagħtu r-riżultati; jinnota li l-istudji juru li jistgħu jiġu ffrankati bejn 200 sa 300 biljun euro kull sena kieku kellhom jitneħħew l-ostakli kollha għall-erba’ libertajiet; |
|
5. |
Jenfasizza l-importanza tat-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku u jenfasizza li l-UE trid tfassal u timplimenta b’mod effettiv regoli komuni biex is-Suq Uniku ikun jista' jservi ta’ vettur għat-tkabbir strutturali; jenfasizza li l-isforzi jridu jiffukaw fuq il-forza mexxejja tal-ekonomija Ewropea: l-20 miljun negozju Ewropew speċjalment dawk żgħar u ta’ daqs medju mmexxija minn intraprendituri u persuni oħrajn bi spirtu kreattiv; |
|
6. |
Jenfasizza li wieħed mill-assi l-aktar importanti tal-Unjoni Ewropea huwa d-daqs tagħha u dan il-vantaġġ irid jintuża b'mod sħiħ billi jiġi sfruttat il-potenzjal tas-Suq Uniku u billi jintużaw il-fondi mill-baġit tal-UE sabiex jinkiseb valur miżjud fl-isforzi tas-settur pubbliku biex jiġu stimulati l-forzi tat-tkabbir; |
|
7. |
Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta’ strateġija komuni, li jindika strateġija komprensiva ta’ investiment li tittrasforma l-miri u l-objettivi tal-Ewropa 2020 fi prijoritajiet ta’ investiment, u tidentifika l-ħtiġijiet tal-investimenti fir-rigward tal-miri u l-proġetti ewlenin u r-riformi meħtieġa biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investiment appoġġat mill-politika ta’ koeżjoni; |
|
8. |
Jenfasizza li wieħed mill-vantaġġi prinċipali tal-għodod ta’ finanzjament innovattiv huwa li jista' jkollhom benefiċċju doppju, minħabba li jistgħu jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu objettivi ta’ politika importanti, bħalma hi l-istabilità u t-trasparenza tas-suq finanzjarju, u fl-istess ħin joffru potenzjal ta’ dħul sinifikanti; jenfasizza, f’dan il-kuntest, li għandhom jiġu kkunsidrat wkoll l-effetti ta’ dawn l-għodod fuq l-esternalitajiet negattivi prodotti mis-settur finanzjarju; |
It-tasazzjoni tas-settur finanzjarju
|
9. |
Ifakkar li l-ħsara finanzjarja kkawżata mill-evażjoni u l-frodi fiskali fl-Ewropa hija stmata bejn 200 u 250 biljun euro fis-sena; iqis, għalhekk, li t-tnaqqis tal-livelli ta’ frodi fiskali għandu jgħin biex jonqsu d-defiċits pubbliċi mingħajr ma jiżdiedu t-taxxi; jinnota, b'dan l-isfond, li l-finanzjament innovattiv għandu jagħti saħħa mill-ġdid lill-isforzi tal-Istati Membri, l-UE u l-komunità internazzjonal fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-frodi fiskali kif ukoll forom oħrajn ta’ għejbien illegali ta’ kapital li għandhom impatt baġitarju sinifikanti; |
|
10. |
Jenfasizza li wara l-effetti tal-kriżi l-UE jeħtiġilha tikkonvinċi liċ-ċittadini tagħha li għandha r-rieda u l-għodda biex timxi ’l quddiem b’taħlita bbilanċjata ta’ strateġija ta’ konsolidazzjoni fiskali u politiki ta’ stimulu sabiex tissalvagwardja rkupru ekonomiku fit-tul; |
|
11. |
Iqis li, filwaqt li riċentement sar progress kbir kemm min-naħa regolatorja kif ukoll min-naħa superviżorja, il-politika fiskali hija d-dimensjoni nieqsa fl-approċċ tal-UE għas-settur finanzjarju; |
|
12. |
Jilqa’ r-rikonoxximent tal-Kummissjoni li s-settur finanzjarju mhux intaxxat biżżejjed, b’mod partikolari minħabba li ma tiġi imposta l-ebda VAT fuq il-biċċa l-kbira tas-servizzi finanzjarji, u jitlob li jittieħdu miżuri ta’ finanzjament innovattivi biex jinġabar aktar minn dan is-settur u biex il-piż tat-tassazzjoni jiġi jitneħħa minn fuq in-nies li jaħdmu; |
|
13. |
Jikkunsidra li l-introduzzjoni ta’ TTF tista' tgħin biex jiġu indirizzati l-mudelli ta’ kummerċ li qed jiżdiedu u li huma ta’ dannu kbir fis-swieq finanzjarji, bħalma huma t-tranżazzjonijiet b'xejriet lejn profitti b'terminu ta’ żmien qasir u t-tranżazzjonijiet awtomatizzati tat-tip HFT, u biex titrażżan l-ispekulazzjoni; jenfasizza li TTF b’hekk ikollha l-potenzjal li ttejjeb l-effiċjenza tas-suq, iżżid it-trasparenza, tnaqqas il-volatilità eċċessiva tal-prezzijiet u toħloq inċentivi għas-settur finanzjarju sabiex jagħmel investimenti fit-tul b’valur miżjud għall-ekonomija reali; |
|
14. |
Jenfasizza l-istimi ta’ dħul attwali għal rata baxxa ta’ TTF li tkun tista’, bil-bażi wiesgħa ta’ taxxa tagħha, trendi kważi 200 biljun euro fis-sena fil-livell tal-UE u $650 biljun fil-livel globali; iqis li din tista' tikkostitwixxi kontribuzzjoni sostanzjali mis-settur finanzjarju għall-ispiża tal-kriżi u għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi; |
|
15. |
Jinnota l-evuluzzjoni rapida tad-dibattitu dwar it-TTF u l-fehmiet differenti fir-rigward tal-fattibilità, l-effiċjenza u l-effikaċja ta’ taxxa bħal din, kif ukoll id-diskussjoni li qed tiżviluppa dwar it-Taxxa fuq l-Attivitajiet Finanzjarji (FAT), iżda jinnota li s'issa l-G20 ma rnexxilux jippromwovi inizjattivi konġunti sensibbli dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-mexxejja tal-G20 jħaffu n-negozjati għal ftehim dwat l-elementi komuni minimi ta’ TTF globali u jipprovdu gwida dwar il-futur mixtieq ta’ dawn id-diversi tipi ta’ tassazzjoni; |
|
16. |
Huwa favur l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li ttejjeb il-funzjonament tas-suq billi tnaqqas l-ispekulazzjoni u tgħin biex jiġu ffinanzjati l-beni pubbliċi globali u jitnaqqsu d-defiċits pubbliċi; jikkunsidra li l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji għandha tkun b'bażi kemm jista' jkun wiesgħa u li l-UE għandha tippromwovi l-introduzzjoni ta’ TTF fil-livell globali; jekk dan ma jirnexxiex, l-UE għandha timplimenta TTF fil-livell Ewropew bħala l-ewwel pass; jistieden lill-Kummissjoni twettaq malajr studju ta’ fattibbiltà, filwaqt li jitqies il-bżonn ta’ kundizzjonijiet globali ugwali, u tippreżenta proposti leġiżlattivi konkreti; |
|
17. |
Jinnota li fl-eżami tal-possibilitajiet ta’ taxxi fuq is-settur finanzjarju fil-livell globali u f'dak tal-UE, għandhom jiġu kkunsidrati l-lezzjonijiet li ttieħdu mill-introduzzjoni ta’ taxxi fuq tranżazzjonijiet settorjali fil-livell tal-Istati Membri; |
|
18. |
Jenfasizza wkoll li l-fluss ta’ tranżazzjonijiet sempliċement spekulattivi lejn ġurisdizzjonijiet oħrajn għandhom ftit effetti detrimentali, imma jista’ jkollhom il-potennzjal li jikkontribwixxu għal aktar effiċjenza tas-suq; jenfasizza wkoll li mhux l-azzjonijiet kollha meqjusa spekulattivi għandhom jiġu kkundannati, minħabba li ċerti forom ta’ teħid tar-riskju jistgħu jżidu l-istabilità tas-swieq finanzjarji tal-UE; |
|
19. |
Jenfasizza li fi ħdan is-suq ċentralizzat Ewropew, is-servizzi ċentrali ta’ approvazzjoni u ħlas finali (clearing and settlement services) jistgħu jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ TTF li tkun irħisa f’termini amministrattivi u sempliċi biex tiġi implimentata; ifakkar, madankollu, li n-natura globali u interkonnessa tal-industrija finanzjarja għandha tiġi kkunsidrata fit-tfassil tal-aspetti tekniċi tat-TTF; |
|
20. |
Jinnota l-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni bħala l-ewwel pass biex jiġi indirizzat dan is-suġġett; jikkunsidra li l-oneru tal-prova rigward il-vantaġġu u/jew l-iżvantaġġi possibbli tal-introduzzjoni ta’ TTF fil-livell tal-UE huwa tal-Kummissjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tagħha; |
|
21. |
Jinnota li l-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni ħabbret valutazzjoni tal-impatt ta’ diversi possibilitajiet ta’ tassazzjoni tas-settur finanzjarju u jistieden lill-Kummissjoni sabiex fl-istudju ta’ fattibilità tagħha tindirizza wkoll l-assimetrija ġeografika tat-tranżazzjonijiet u d-dħul, u l-possibilità ta’ rata gradata jew differenzjata abbażi tal-katerġorija tal-assi, l-inċidenza tat-taxxa, in-natura tal-attur involut jew in-natura ta’ terminu qasir u spekulattiva ta’ xi tipi ta’ tranżazzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni tutilizza r-riċerka kollha disponibbli; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza, fl-istudju ta’ fattibilità tagħha, l-għażliet differenti possibbli għal TTF tal-UE u l-impatti tagħhom, inklużi l-benefiċċji għall-ekonomija u s-soċjetà ta’ tnaqqis tat-tranżazzjonijiet finanzjarji spekulattivi, li attwalment qed jikkawżaw tgħawwiġ serju tas-suq; |
|
23. |
Jenfasizza li TTF għandu jkollha l-aktar bażi wiesgħa possibbli sabiex tiggarantxxi kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd fis-swieq finanzjarji u mhux timbotta t-tranżazzjonijiet lejn strumenti anqas trasparenti; iqis, għalhekk, li l-istudju ta’ fattibilità tal-Kummissjoni għandu jesplora t-tranżazzjonijiet kollha b’assi finanzjarji, bħalma huma t-tranżazzjonijiet fil-pront (spot transactions) innegozjati f’Borża, kif ukoll it-tranżazzjonijiet ta’ derivattivi li jsiru fis-swieq u barra l-Borża (OTC); jinnota li l-gradazzjoni ta’ TTF, b’rati differenzjati fid-diversi postijiet tan-negozju, tista’ ssaħħaħ aktar l-istabilità tas-suq billi toħloq inċentivi pożittivi għall-atturi finanzjarji biex jirrilokaw it-tranżazzjonijiet lil hinn mill-istrumenti tal-OTC lejn postijiet aktar trasparenti u rregolati tajjeb; |
|
24. |
Jilqa' f’dan il-kuntest, il-proposti reċenti tal-Kummissjoni dwar derivattivi OTC u bejgħ bin-nieqes (short selling) li jimponu rekwiżiti ta’ kustodja espliċiti għal servizzi ta’ approvazzjoni u ħlas finali għat-tranżazzjonijiet kollha ta’ derivattivi OTC, li b’hekk jagħmlu teknikament fattibbli l-implimentazzjoni ta’ din it-TTF b’bażi wiesgħa tal-UE; |
|
25. |
Jinsisti li jiġi stabbilit min fil-fatt se jħallas it-taxxa, billi l-piż normalment jgħaddi fuq il-konsumaturi, li f’dan il-każ ikunu l-investituri bl-imnut u individwi; jenfasizza l-ħtieġa ta’ regoli komprensivi dwar eżenzjonijiet u limiti, sabiex jiġi żgurat li dan ma jiġrix; |
|
26. |
Jilqa' l-proposti reċenti tal-FMI, appoġġati mill-Kummissjoni, għal taxxa fuq l-assi tal-banek sabiex kull pajjiż ikun jista’ jiġbor imposti ta’ bejn 2 u 4 % tal-PDG sabiex jiffinanzja mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta’ kriżijiet futuri; jemmen li imposti tal-banek għandhom ikunu proporzjonati għas-sinifikat sistemiku tal-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata u għal-livell ta’ riskju involut fl-attività; |
|
27. |
Jinnota li l-imposti tal-banek, Taxxa fuq l-Attivitajiet Finanzjarji u Tassazzjoni fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji kollha jservu objettivi ekonomiċi differenti u għandhom potenzjal differenti biex jiġġeneraw id-dħul; jenfasizza madankollu li billi huma bbażati fuq pożizzjonijiet fuq il-karta tal-bilanċ, l-imposti tal-banek ma jistgħux jassumu rwol ta’ trażżin ta’ spekulazzjoni finanzjarja u jirregolamentaw aktar ix-xogħol ta’ banek “parallel”; barra minn hekk jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta’ mekkaniżmi ta’ superviżjoni finanzjarja u trasparenza fit-tisħiħ tar-reżiljenza u l-istabilità tas-sistema finanzjarja; |
|
28. |
Jinnota l-proposta tal-FMI dwar Taxxa fuq l-Attivitajiet Finanzjarji (FAT), u l-impenn riċenti tal-Kummissjoni biex tagħmel valutazzjoni tal-impatt komprensiva tal-potenzjal tagħha; jenfasizza li Taxxa fuq l-Attivitajiet Finanzjarji hija strument fiskali orjentat biss lejn id-dħul immirat għas-settur finanzjarju, u tippermetti li jiġu ntaxxati renti ekonomiċi u profitti minn teħid ta’ riskju eċċessiv, u għaldaqstant tista' tipprovdi soluzzjoni għall-eżenzjoni attwali tal-VAT tas-settur finanzjarju; |
|
29. |
Huwa konxju tal-għażliet differenti għall-ġestjoni ta’ dħul addizzjonali ġġenerat mit-tassazzjoni tas-settur finanzjarju, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; jenfasizza li, jeħtieġ li tissolva l-kwistjoni dwar l-iskop li għalih għandu jmur id-dħul iġġenerat minn TTF u li, sabiex tingħata stampa adegwata lil dawk li jħallsu t-taxxa tar-razzjonal wara t-tassazzjoni addizzjonali tas-settur finanzjarju, il-valutazzjoni u l-prijoritizzazzjoni ta’ l-għażliet differenti għandhom jidhru bħala element essenzjali fid-dibattitu ġenerali dwar il-finanzjament innovattiv; jenfasizza li, minħabba n-natura globali tiegħu, id-dħul iġġenerat minn TTF globali għandu jintuża biex jiġi pprovdut finanzjament għal għanijiet ta’ politika globali bħall-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jinnota l-għan tal-Kummissjoni li żżid il-volum tal-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament innovattiv; huwa konvint li sabiex ikun salvagwardat il-valur miżjud Ewropew tal-istrumenti ta’ finanzjament innovattiv, parti minn dak id-dħul jista’ jkun allokat sabiex jiffinanzja proġetti u politiki tal-UE; ifakkar li l-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni dwar eżami mill-ġdid tal-baġit tal-UE tikkunsidra t-tassazzjoni tal-UE tas-settur finanzjarju bħala sors possibbli ta’ riżorsi proprji; jitlob dibattitu wiesa’ bl-involviment tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-parlamenti nazzjonali, il-partijiet interessati tal-UE u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili dwar l-għażliet disponibbli rigward dawn il-politiki, il-partijiet tad-dħul li jridu jkunu allokati fil-livell tal-UE f'dak nazzjonali u d-diversi modi kif dan jinkiseb; jinnota, fir-rigward tal-ġestjoni tal-parti tad-dħul allokata fil-livell nazzjonali, li għandhom jiġu vvalutati l-fakultajiet kollha possibbli, inkluża l-allokazzjoni ta’ dħul għall-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi; |
|
30. |
Jenfasizza li l-introduzzjoni possibbli ta’ dawn l-għodod ġodda ta’ tassazzjoni fis-settur finanzjarju għandha tiġi analizzata fil-kuntest tal-ambjent tat-taxxa eżistenti f’dak is-settur, billi jitqiesu l-effetti sekondarji u jinżamm punt fokali speċjali fuq l-identifikazzjoni ta’ sinerġiji bejn it-taxxi qodma u dawk ġodda; |
|
31. |
Jinnota l-għan tal-Kummissjoni li żżid il-volum tal-baġit tal-UE permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u jirrikonoxxi l-benefiċċji potenzjali tal-istimulu tal-finanzjament tas-settur privat bi flus pubbliċi; huwa konxju, madankollu, li l-użu ta’ strumenti ta’ skop speċjali għall-finanzjament ta’ proġetti jista’ jirriżulta f’responsabilitajiet dejjem iżjed kontinġenti; jemmen, għalhekk, li tali miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn żvelar trasparenti sħiħ flimkien ma’ linji gwida xierqa għall-investiment, ġestjoni tar-riskju, limiti ta’ espożizzjoni, u proċeduri ta’ skrutinju u sorveljanza, li kollha jridu jiġu stabbiliti b’mod demokratikament responsabbli; |
Eurobonds u bonds ta’ proġetti Ewropej
|
32. |
Jinnota li qed ikun hemm dejjem iżjed riferenza għall-Eurobonds bħala strument ta’ ġestjoni tad-dejn; jinnota l-proposti u l-inizjattivi riċenti kollha b'dak l-effett; jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni jipprovdu reazzjoni immedjata għas-sejħa li l-Parlament għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 (8) dwar mekkaniżmu ta’ kriżi permanenti sabiex jingħata s-sinjal politiku neċessarju biex il-Kummissjoni tinvestiga sistema futura ta’ Eurobonds, bl-għan li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tali sistema tkun ta’ benefiċċju għall-Istati Membri parteċipanti kollha u għaż-żona tal-euro b'mod ġenerali; |
|
33. |
Jappoġġa l-idea li jinħarġu bonds ta’ proġetti Ewropej komuni sabiex jiffinanzjaw il-bżonnijiet infrastrutturali Ewropej li huma sinifikanti u proġetti strutturali fil-qafas tal-aġenda UE 2020, l-istrateġija l-ġodda antiċipati tal-UE, bħalma hi l-Istrateġija l-ġdida dwar l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Enerġija, u proġetti oħrajn fuq skala kbira; jemmen li l-bonds ta’ proġetti tal-UE jistgħu jassiguraw l-investiment meħtieġ u joħolqu fiduċja suffiċjenti biex ikunu jistgħu jsiru proġetti ta’ investiment kbir sabiex jiġbdu l-appoġġ meħtieġ u għalhekk isiru mekkaniżmu importanti għall-istimulu massimu tal-appoġġ pubbliku; ifakkar li, biex l-Ewropa titpoġġa fuq bażi sostenibbli, dawn il-proġetti jridu jikkontribwixxu wkoll għat-trasformazzjoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna, billi jwittu t-triq għall-ekonomija mingħajr karbonju; |
|
34. |
Jenfasizza li għandu jsir użu ikbar tal-baġit tal-UE biex jiġi stimulat l-investiment; jenfasizza li n-norma għal proġetti b’potenzjal kummerċjali fit-tul għandha tkun dik li l-fondi tal-UE jintużaw bi sħubija mas-settur bankarju privat, partikolarment permezz tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għall-Iżvilupp u r-Rekostruzzjoni (BERŻ); |
|
35. |
Jistieden lill-Kummisjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jinvestigaw l-implikazzjonijiet tal-periklu morali għall-Istati Membri tal-finanzjament ta’ proġetti ta’ infrastruttura kruċjali permezz ta’ bonds ta’ proġetti tal-UE jew Eurobonds, speċjalment meta tali proġetti ta’ infrastruttura jkollhom skop transnazzjonali; |
Taxxa fuq il-karbonju
|
36. |
Jenfasizza li l-mudell attwali ta’ tassazzjoni għandu jħaddan bis-sħiħ il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas bl-użu ta’ għodod ta’ finanzjament innovattiv sabiex il-piż tat-taxxi jgħaddi gradwalment għal fuq attivitajiet li jniġġsu l-ambjent, joħolqu emissjonijiet konsiderevoli ta’ gassijiet b'effett serra jew jużaw volumi konsiderevoli ta’ riżorżi; |
|
37. |
Jappoġġa għalhekk, tisħiħ tal-Iskema tal-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet (ETS), u reviżjoni komprensiva tad-direttiva dwar tassazzjoni tal-enerġija sabiex l-emissjonijiet tad-CO2 u l-kontenut tal-enerġija jkunu kriterji bażiċi għat-tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija; |
|
38. |
Jenfasizza li ż-żewġ għodod għandhom benefiċċju doppju qawwi, billi jipprovdu inċentivi maġġuri sabiex min-naħa neqilbu għal sorsi tal-enerġija mingħajr karbonju, sostenibbli u rinnovabbli u min-naħa l-oħra jkun hemm dħul addizzjonali sinifikanti; ifakkar, madankollu, li l-mottiv ewlieni għall-introduzzjoni tat-taxxa tal-karbonju hu biex jinbidlu l-imġiba u l-istrutturi tal-produzzjoni, ladarba d-dħul mistenni se jonqos meta x-xejriet ta’ produzzjoni jgħaddu għal sorsi ta’ enerġija sostenibbli u rinnovabbli; |
|
39. |
Jemmen li t-taxxa tal-karbonju u r-reviżjoni tad-direttiva dwar it-tassazzjoni tal-enerġija għandhom jistabbilixxu rekwiżiti minimi mandatorji għall-Istati Membri kollha, u jħalluha fil-kompitenza ta’ kull Stat Membru biex jimxi ’l quddiem jekk dan jiddeċiedi li jkun xieraq; |
|
40. |
Jenfasizza li għandhom jiġu stipulati perjodi ta’ tranżizzjoni adegwati sabiex tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-karbonju u biex jiġi evitat li jintefax piż li ma jinfelaħx fuq konsumaturi bi dħul baxx; barra minn hekk, jikkunsidra li jkun utli li jkun hemm provvediment għal miżuri speċifiċi mmirati favur familji bi dħul baxx u jissaħħaħ l-investiment fl-infrastruttura tas-settur pubbliku u fl-effiċjenza tal-enerġija fid-djar; |
|
41. |
Iqis, madankollu, li għandu jiġi esplorat b'mod sħiħ l-ambitu ta’ ftehim globali fil-livell tal-G20 jew fi ħdan id-WTO qabel ma tiġi imposta tali taxxa fuq importazzjonijiet minn barra lejn l-UE sabiex jiġi żgurat li din l-għodda ta’ aġġustament ta’ tassazzjoni konfinali ma tirriżultax fi skarsezza ta’ materja prima, fuq naħa waħda, u miżuri ta’ ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi kontra l-esportazzjonijiet tal-UE, fuq in-naħa l-oħra; |
|
42. |
Jiġbed l-attenzjoni, fid-dawl tat-talba dejjem akbar għall-enerġija fil-pajjiżi emerġenti, għall-ħtieġa imperattiva tal-UE li tagħmel investimenti adegwati fl-oqsma ta’ provvista tal-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija li jsaħħu l-infrastruttura tal-enerġija tagħha u jnaqqsu kemm jista' jkun id-dipendenza fuq il-fluttwazzjonijiet tas-suq li jista' jkollhom konsegwenzi negattivi għall-ekonomija tal-UE u għall-miri UE 2020; |
|
43. |
Jitlob lill-Istati Membri jikkunsidraw li jallokaw xi dħul mit-tassazzjoni tat-tibdil fil-klima biex jiffinanzjaw miżuri tal-iżvilupp u r-riċerka li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-emissjoinijiet tal-karbonju u jiġġieldu t-tisħin globali, jistimulaw l-effiċjenza tal-enerġija, jittrattaw il-faqar tal-enerġija u jtejbu l-infrastruttura tal-enerġija fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; ifakkar, f'dan il-kuntest, li skont id-Direttiva dwar l-ETS tal-anqas 50 % tad-dħul mill-irkanti tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-ETS tal-UE għandu jkun riservat għal miżuri li jikkumbattu t-tibdil fil-klima, inkluż fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
44. |
Jinnota li l-istrumenti finanzjarji rotanti għal miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija jirrappreżentaw mod inovattiv ta’ finanzjament ta’ proġetti favur l-ambjent; jilqa' l-introduzzjoni ta’ faċilità finanzjarja speċifika li tista' wkoll tħajjar investituri privati (fil-qafas ta’ sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat (PPPs)), li tuża fondi mhux impenjati mir-Regolament dwar Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) biex jiġu appoġġati inizjattivi ta’ effiċjenza tal-enerġija u enerġija rinnovabbli; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-effikaċja ta’ dan l-istrument u tanalizza l-potenzjal għall-applikazzjoni ta’ approċċ simili, inklużi inizjattivi dwar l-enerġija, l-effiċjenza tal-enerġija u l-materja prima, għal fondi li fil-ġejjieni ma jkunux intefqu fil-baġit tal-UE; |
|
45. |
Jinnota l-importanza tal-effiċjenza tal-enerġija u jħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu effikaċi tal-Fondi Strutturali biex iżidu l-effiċjenza enerġetika fil-binjiet, b'mod partikolari fid-djar; jitlob li jkun hemm użu effikaċi tal-finanzjament mill-BEI u minn korpi oħra ta’ finanzjament pubbliku, kif ukoll koordinament bejn il-fondi tal-UE u dawk nazzjonali u forom oħra ta’ għajnuna li jistgħu jistimulaw l-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija bl-għan li jintlaħqu objettivi tal-UE; |
|
46. |
Ifakkar lill-Istati Membri dwar il-possibbiltà li japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT għal servizzi li joffru titjib tad-djar u aktar effiċjenza tal-enerġija; |
|
47. |
Jikkunsidra wkoll li l-użu ekonomiku tar-riżorsi kif ukoll l-innovazzjoni fit-teknoloġiji l-ħodor huma ta’ importanza maġġuri f'termini ta’ kompetittività; |
|
48. |
Jenfasizza l-ħtieġa, hekk kif tiġi żviluppata u eventwalment introdotta tassazzjoni ġdida u innovattiva, ta’ evalwazzjoni ġenerali, transkonfinali u transsettorjali ta’ tipi differenti ta’ finanzjament eżistenti u ppjanat, tassazzjoni u sussidji għall-attivitajiet ambjentali u klimatiċi, li tista' tissejjaħ id-‘de Larosière tal-finanzjament ambjentali’, sabiex jiġu mmirati dawn l-għodod ġodda b'mod iktar effikaċi u tiġi eliminata l-possibilità ta’ politiki doppji u/jew konfliġġenti; |
|
49. |
Jirrikonoxxi li taxxa tal-karbonju tkun strument biex jitnaqqsu l-emissjonijiet aktar milli sors ta’ dħul fuq perjodu ta’ żmien twil, minħabba li dan is-sors eventwalment jispiċċa jekk dak l-istrument ikun effettiv; |
Finanzjament għall-iżvilupp
|
50. |
Jitlob affermazzjoni mill-ġdid min-naħa tal-Istati Membri rigwar l-impenn tagħhom li jallokaw 0.7 % tad-dħul nazzjonali gross tagħhom għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA); jiddeplora l-fatt li li filwaqt l-Istati Membri tal-UE kollha aċċettaw din il-mira ta’ 0.7 % tal-GNI għall-infiq, l-Isvezja, il-Lussemburgu, id-Danimarka u l-Pajjiżi l-Baxxi biss laħqu jew qabżu din il-mira fl-2008; |
|
51. |
Ifakkar li, minkejja l-kriżi globali, l-Unjoni Ewropea fit-totalità tagħha, inklużi l-Istati Membri tagħha, tibqa’ d-donatur ewlieni ta’ għajnuna għall-iżvilupp, billi tikkontribwixxi 56 % tat-total dinji, li ammonta għal 49 biljun euro fl-2009, ammont li huwa kkonfermat mill-wegħda kollettiva tal-gvernijiet tal-UE li jallokaw 0.56 % u 0.70 % tad-Dħul Nazzjonali Gross għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp sal-2010 u l-2015 rispettivament; |
|
52. |
Jenfasizza l-importanza enormi tal-ġestjoni finanzjarja soda rigward l-għajnuna għall-iżvilupp u umanitarja kollha tal-UE, b'mod partikolari minħabba li l-istituzzjonijiet Ewropej involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-implimentazzjoni ta’ din l-għajnuna jridu jkunu kontabbli bis-sħiħ għaċ-ċittadini u l-kontributuri tat-taxxa Ewropej; |
|
53. |
Jenfasizza li l-finanzjament innovattiv għall-iżvilupp jista’ jikkomplementa l-mekkaniżmi ta’ għajnuna tradizzjonali għall-iżvilupp u b'hekk jgħinhom jiksbu l-għanijiet tagħhom fil-ħin; ifakkar li l-istrumenti ta’ finanzjament innovattiv għandhom ikunu addizzjonali għall-mira tan-NU ta’ 0,7 % tal-PDG iddedikat għall-korporazzjoni għall-iżvilupp; jenfasizza li l-finanzjament innovattiv għall-iżvilupp għandu jkun ikkaratterizzat mid-diversità tal-finanzjament sabiex jintlaħaq potenzjal massimu ta’ dħul, iżda għandu jkun imfassal ukoll bis-sħiħ għall-prijoritajiet ta’ kull pajjiż, bi sjieda qawwija tal-pajjiż; jenfasizza, fl-istess ħin, il-ħtieġa li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw iżidu l-isforzi tagħhom stess fil-qasam tat-tassazzjoni, prinċipalment fir-rigward tal-ġbir tat-taxxi u l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, li huma kruċjali biex tinkiseb politika fiskali soda; |
|
54. |
Jenfasizza li t-twassil effettiv u ta’ kwalità għolja tal-għajnuna għall-iżvilupp jeħtieġ sforz partikolari firrigward tal-koordinazzjoni tad-donatur u l-arranġamenti ta’ governanza; jemmen li l-indirizzar tal-problema ta’ frammentazzjoni fil-għajnuna Ewropea għall-iżvilupp, li tikkawża ineffiċjenzi b'konsegwenzi kemm finanzjarji kif ukoll politiċi, jista’ jġib qligħ permezz tal-effiċjenza stmat li jlaħħaq 6 biljun euro fis-sena għall-Istati Membri u jiffaċilita x-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi sħab; |
|
55. |
Ifakkar li se jkunu meħtieġa USD 300 biljun biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju sal-2015; jiddispjaċih mill-fatt li, minkejja d-dikjarazzjoni riċenti tagħhom fis-Samit ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju f'Settembru 2010, maġġoranza tan-nazzjonijiet żviluppati għandhom ma onorawx l-impenn tagħhom għall-2005 li jżidu l-għajnuna għall-iżvilupp u jinnota li jrid isir sforz wisq aktar koordinat; jenfasizza li mhux aċċettabbli li l-mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattiv jafu jitqiesu li qed jinkoraġġixxu lil ċerti pajjiżi jirrifjutaw l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp; jenfasizza li l-impenji tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattiv iridu jiġu mifhuma bħala essenzjali u komplementari fil-ġlieda kontra l-faqar; |
|
56. |
Jenfasizza li s-superviżjoni pubblika u t-trasparenza ta’ sistemi ta’ finanzjament innovattiv huma sine qua non għall-introduzzjoni tagħhom, u jirriflettu l-lezzjonijiet tal-kriżi finanzjarja u dik tal-ikel li seħħew dan l-aħħar; |
|
57. |
Jenfasizza l-bżonn urġenti li titjieb il-koordinazzjoni tal-UE fil-qasam tal-miżuri ta’ ħolqien tal-ġid fis-swieq lokali u li l-promozzjoni ta’ finanzjament innovattiv għall-iżvilupp m'għandhiex tiffoka biss fuq iż-żieda tat-taxxi imma għandha tesplora wkoll modi oħra, bħalma hu t-tkattir tad-dħul domestiku, li jista' jinkiseb l-aħjar permezz tar-rikonoxximent u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà, bil-kartografija tal-artijiet, u bit-titjib tal-ambjent tan-negozju u tal-investiment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
58. |
Ifakkar li l-mard pandemiku maġġuri - l-AIDS, it-tuberkulosi u l-malarja - li jolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b’mod partikolari l-Afrika sub-Saħarjana, jikkostitwixxi sfida mill-akbar għall-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju; ifakkar f’dan il-kuntest li kontribuzzjoni ta’ solidarjetà imposta fuq il-biljetti tal-ajru hija għodda finanzjarja importanti għall-indirizzar tal-problemi tas-saħħa u waħda li teħtieġ tkompli tiġi żviluppata aktar; jistieden, b’mod partikolari, lill-Kummissjoni tkompli teżamina aktar il-mekkaniżmi ta’ finanzjament maħsuba biex jindirizzaw kwistjonijiet globali tas-saħħa, u tiffaċilita l-aċċess għall-mediċini fil-pajjiżi l-fqar; |
|
59. |
Jinnota li t-tibdil fil-klima se jaffettwa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod partikolari, u huwa tal-fehma li l-finanzjament ta’ miżuri biex itaffu l-impatt tat-tibdil fil-klima u jnaqqsu l-faqar tal-enerġija jkompli jikkontribwixxi għall-ilħiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju; |
|
60. |
Jilqa’ l-fatt li d-Dikjarazzjoni Finali tas-Samit tan-NU dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, adottata fit-22 ta’ Settembru 2010, għall-ewwel darba tirreferi speċifikament għar-rwol tal-finanzjament innovattiv fl-ilħiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju; |
|
61. |
Jenfasizza s-suċċess li kellhom s’issa l-mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattiv, partikolarment il-faċilità internazzjonali UNITAID għax-xiri ta’ sostanzi mediċinali, il-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament għall-Immunizzazzjoni (IFFIm) u l-impenn antiċipat tas-suq (AMC) għat-tilqim kontra l-marda tal-pnewmokokkus, li sal-ġurnata tal-lum tellgħu ’l fuq minn USD 2 biljun; jinnota li hemm mekkaniżmi oħra ta’ finanzjament innovattiv li taw prova tal-effettività tagħhom, pereżempju t-tpartit tad-dejn għan-natura (debt-for-nature swap) jew it-tpartit tad-dejn għas-saħħa (debt-for-health swap) jew it-taxxi tal-karburant tal-bastimenti; |
|
62. |
Ifakkar fl-appoġġ sod mogħti minn għadd ta’ Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern Ewropej għall-implimentazzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji waqt is-Samit tan-NU dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju f’Settembru 2010 u jistenna azzjoni deċiżiva mingħandhom b’appoġġ għal dan l-impenn; |
|
63. |
Jistieden lill-Istati Membri li għadhom mhumiex parti mill-grupp pilota dwar il-finanzjament innovattiv li ġie stabbilit fl-2006 jingħaqdu ma’ dan il-grupp u jipparteċipaw fil-mekkaniżmi eżistenti kollha, inkluża l-kontribuzzjoni ta’ solidarjetà fuq il-biljetti tal-ajru; |
|
64. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi innovattivi ta’ finanzjament tal-iżvilupp fil-livell tal-UE; |
|
65. |
Jistieden lill-gvernijiet tal-UE u lill-istituzzjonijiet jeżaminaw mill-qrib il-possibilità li tinħoloq lotterija mad-dinja kollha li tkun maħsuba biex tiffinanzja miżuri biex jiġi miġġieled il-ġuħ, kif propost mill-Programm Dinji tal-Ikel, fuq il-linji tal-Proġett tal-Ikel; |
|
66. |
Hu tal-fehma li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp mhux se jirnexxielha teqred il-faqar jekk il-G20, l-UE u l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jiħdux pożizzjoni determinata biex jopponu l-amministrazzjonijiet korrotti fil-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jitgħolla l-livell tal-assistenza tal-UE fil-qasam tat-tisħiħ tal-awtoritajiet tat-taxxa, il-ġudikatura u l-aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jikkumbattu t-tixħim imwettaq mill-kumpaniji domiċiljati fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, imma li għandhom operazzjonijiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
67. |
Ifakkar li madwar EUR 800 biljun, jiġifieri 10 darbiet l-ammont tal-għajnuna uffiċċjali għall-iżvilupp, jintilfu kull sena mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta’ prattiki illegali bħalma huma l-flussi ta’ kapital illegali u l-evażjoni fiskali, li l-prevenzjoni u t-tnaqqis tagħhom jisgħu jkunu deċiżivi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex ipoġġu l-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, il-korruzzjoni u l-istrutturi fiskali dannużi fil-quċċata tal-aġenda tagħhom fil-fora internazzjonali kollha sabiex jagħmluha possibbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jipproduċu dħul domestiku; |
|
68. |
Ifakkar fir-responsabilità kollettiva li għandu l-G20 li jtaffi l-impatt tal-kriżi minn fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li ntlaqtu ħażin ħafna mill-effetti indiretti tal-kriżi; |
|
69. |
Iħeġġeġ li, sabiex tinkiseb trasparenza fl-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, għandha tiġi promossa r-responsabilizzazzjoni permezz tat-tisħiħ tal-mekkaniżmi nazzjonali ta’ kontroll u l-iskrutinju parlamentari tal-għajnuna; jistieden lill-UE u lill-G20 jsegwu l-aġenda tagħhom li jieħdu azzjoni ħarxa kontra r-rifuġji fiskali u kontra s-segretezza fiskali, filwaqt li jippromwovu rappurtar pajjiż b'pajjiż; |
|
70. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jippromwovu u jaħdmu favur l-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament innovattiv għall-iżvilupp bħal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, taxxi fuq it-trasport, miżuri kontra l-flussi ta’ kapital illegali u t-tnaqqis jew it-taffija tal-ispejjeż tar-rimessi; |
|
71. |
Jinnota li l-kriżi ekonomika u finanzjarja se titfa’ ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw fi kriżi ġdida ta’ dejn, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jġeddu l-isforzi tagħhom sabiex itaffu l-piż tad-djun minn fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
72. |
Ifakkar li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma l-inqas mgħammra biex jiffaċċaw it-tibdil fil-klima, u, b’mod ġenerali, x’aktarx li jkunu l-vittmi prinċipali ta’ dan il-fenomenu; jitlob l-implimentazzjoni tal-wegħda finanzjarja tal-UE skont il-Qbil ta’ Kopenħagen u fil-kuntest tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima; iħeġġeġ lill-UE tassumi rwol ċentrali fl-inizjattivi konġunti mill-pajjiżi industrijalizzati billi tagħti kontribut akbar u aktar speċifiku lill-appoġġ għall-iżvilupp fit-tielet dinja, li lejha għandhom responsabilità storika; |
*
* *
|
73. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumitat għall-Isfidi tal-Politika tal-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-BEI, lill-BĊE, lill-FMI, u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE. |
(1) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 40.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0376.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0336.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0334.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0337.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0339.
(7) Testi adottati, P7_TA(2010)0335.
(8) Testi adottati, P7_TA(2010)0491.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/25 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa
P7_TA(2011)0081
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE (2010/2089(INI))
2012/C 199 E/04
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 168 u 184 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE” (COM(2009)0567), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlamentr Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità mill-Komunità Ewropea (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali intitolata “Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2010 dwar “Ekwità u Saħħa fil-politiki kollha: Is-Solidarjetà fis-Saħħa”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar it-tieni valutazzjoni konġunta mill-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali u l-Kummissjoni tal-impatt soċjali tal-kriżi ekonomika u tar-risponsi tal-politika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea” (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar is-saħħa u l-benessri taż-żgħażagħ, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-Kummissjoni dwar id-Determinanti Soċjali tas-Saħħa (WHO, 2008), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE” (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Frar 2007 dwar il-Promozzjoni ta’ Dieti Tajbin u Attività Fiżika: Dimensjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tal-Piż Żejjed, l-Obeżità u l-Mard (5)) kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar il-White Paper dwar in-Nutriment, il-Piż Żejjed u kwistjonijiet ta’ Saħħa relatati mal-Obeżità (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2008 fuq il-White Paper intitolata “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0032/2011), |
|
A. |
billi l-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità għolja, l-ekwità u s-solidarjetà huma valuri u prinċipji komuni li jirrinforzaw is-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri tal-UE, |
|
B. |
billi, filwaqt li n-nies jgħixu, bħala medja, ħajjiet itwal u aktar b'saħħithom mill-ġenerazzjonijiet preċedenti, l-UE qed taffaċċja sfida importanti fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ, b'mod partikolari d-differenzi kbar fis-saħħa fiżika u mentali li jeżistu u li qed jikbru bejn l-Istati Membri tal-UE u fihom, |
|
C. |
billi d-differenza fl-istennija tal-ħajja mat-twelid bejn l-aktar gruppi soċjoekonomiċi baxxi u għoljin hija ta’ 10 snin għall-irġiel u 6 snin għan-nisa, |
|
D. |
billi d-dimensjoni tas-sessi f'termini tal-istennija tal-ħajja hija wkoll kwistjoni ewlenija li tkun indirizzata fil-kuntest tal-inugwaljanzi tas-saħħa, |
|
E. |
billi, barra minn determinanti ġenetiċi, is-saħħa hija influwenzata fuq kollox mill-istili ta’ ħajja tan-nies, mill-aċċess tagħhom għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, inklużi l-informazzjoni u l-edukazzjoni dwar is-saħħa, għall-prevenzjoni tal-mard u mill-aċċess tagħhom għat-trattament ta’ mard fuq perjodi qosra u twal; billi gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi huma aktar suxxettibbli għal nutriment fqir u dipendenza fuq it-tabakk u l-alkoħol, li kollha huma fatturi prinċipali kontributorji f'ħafna mard u kundizzjonijiet, inklużi l-mard kardjovaskulari u l-kanser, |
|
F. |
billi fl-Istati Membri kollha nstabu inugwaljanzi fis-saħħa bejn nies fi gruppi b'edukazzjoni, xogħol u dħul aktar baxxi u aktar għoljin, |
|
G. |
billi teżisti evidenza ta’ dimensjoni ta’ sess fir-rati ta’ malnutrizzjoni li tissuġġerixxi li n-nisa jsofru aktar mill-malnutrizzjoni, u li din l-inugwaljanza hija aggravata aktar 'l isfel fl-iskala soċjoekonomika, |
|
H. |
billi l-inugwaljanzi minħabba s-sessi u l-età fir-riċerka bijomedika u s-sottorappreżentanza tan-nisa fil-provi kliniċi jdgħajfu l-kura tal-pazjenti, |
|
I. |
billi l-kejl komparattiv tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa huwa l-ewwel pass fundamentali għal azzjoni effettiva, |
|
J. |
billi r-rati ta’ morbożità huma ġeneralment ogħla fost dawk fi gruppi b'edukazzjoni, xogħol u dħul aktar baxxi u jinstabu wkoll inugwaljanzi sostanzjali fil-prevalenza ta’ diżabilità b'forom l-aktar speċifiċi u ta’ mard kroniku li ma jitteħidx l-aktar speċifiku, il-mard orali u forom ta’ mard mentali, |
|
K. |
billi l-inċidenza tal-użu tat-tabakk fost in-nisa, l-aktar ix-xebbiet, qiegħed jiżdied b'rata mgħaġġla b'konsegwenzi devastanti għas-saħħa futura tagħhom; u billi, fil-każ tan-nisa, it-tipjip huwa aggravat bi żvantaġġi multipli, |
|
L. |
billi l-Kummissjoni osservat li jeżisti diżlivell soċjali fl-istat tas-saħħa fl-Istati Membri kollha tal-UE (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2010 intitolata “Solidarjetà fis-Saħħa: it-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fis-settur tas-Saħħa fl-UE”); u billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefenixxi dan id-diżlivell soċjali bħala r-rabta bejn l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u l-inugwaljanzi fiż-żoni tas-saħħa u l-aċċess għall-kura tas-saħħa, |
|
M. |
billi għadd ta’ proġetti u studji kkonfermaw li speċjalment l-ewwel sintomi tal-piż żejjed u l-obeżità huma kkaratterizzati minn disparitajiet bikrija konnessi mal-ambjent soċjoekonomiku u li l-ogħla rati ta’ inċidenza tal-piż żejjed u l-obeżita huma rreġistrati fil-gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi; billi din is-sitwazzjoni tista' twassal għal inugwaljanzi akbar ta’ saħħa u soċjoekonomiċi minħabba r-riskju dejjem jikber tal-mard relatat mal-obeżità, |
|
N. |
billi minkejja l-progress soċjoekonomiku u ambjentali li wassal għal titjib ġenerali fl-istat tas-saħħa tan-nies matul perjodi twal ta’ żmien, għadd ta’ fatturi bħall-iġene, il-kundizzjonijiet tal-għejxien u tax-xogħol, il-malnutrizzjoni, l-edukazzjoni, id-dħul, il-konsum tal-alkoħol u t-tipjip għadhom għandhom impatt dirett fuq l-inugwaljanzi tas-saħħa; |
|
O. |
billi l-bidla fil-klima hija mistennija li tirriżulta f'għadd ta’ impatti potenzjali fuq is-saħħa minħabba l-frekwenza li żdiedet tal-ġrajjiet estremi tat-temp bħall-mewġiet tas-sħana u l-għargħar, minħabba xejriet li qed jinbidlu fil-mard li jittieħed, u minħabba espożizzjoni li żdiedet għar-radjazzjoni ultravjola; billi mhux il-pajjiżi kollha tal-UE huma ugwalment imħejjija biex jindirizzaw dawn l-isfidi, |
|
P. |
billi l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa m'humiex biss ir-riżultat ta’ għadd ta’ fatturi relatati ekonomiċi, ambjentali u stili ta’ ħajja, iżda wkoll ta’ problemi relatati mal-aċċess għall-kura tas-saħħa, |
|
Q. |
billi l-inugwaljanzi tas-saħħa huma wkoll marbutin mal-problemi fl-aċċessibilità tal-kura tas-saħħa, kemm għal raġunijiet ekonomiċi (mhux daqshekk għat-trattament prinċipali, li hu indirizzat tajjeb mill-Istati Membri, iżda aktarx għat-trattament ta’ kuljum bħall-kura tas-snien u tal-għajnejn) kif ukoll bħala riżultat ta’ tqassim ħażin tar-riżorsi mediċi f'ċerti żoni tal-UE, |
|
R. |
billi l-iskarsezza ta’ professjonisti mediċi f'ċerti żoni tal-UE u l-fatt li jistgħu faċilment jiċċaqalqu għal żoni oħra tal-UE hija problema reali, u billi din is-sitwazzjoni qed tikkawża l-inugwaljanzi prinċipali rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti, |
|
S. |
billi n-nies li jgħixu f'żoni remoti u fuq gżejjer jibqgħu b'aċċess limitat għall-kura tas-saħħa fil-pront u ta’ kwalità għolja, |
|
T. |
billi pazjenti li jgħixu b'mard jew kundizzjonijiet kroniċi jiffurmaw grupp speċifiku li jsofri minn inugwaljanzi fl-aċċess għal dijanjosi u kura, servizzi soċjali u ta’ għajnuna oħra, u żvantaġġi inklużi pressjoni finanzjarja, aċċess fqir għal impjieg, diskriminazzjoni soċjali u stigma, |
|
U. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa hija fenomenu mifrux sew fil-pajjiżi kollha u fost il-klassijiet soċjali kollha u għandha effett drammatiku fuq is-saħħa fiżika u emottiva tan-nisa u tat-tfal, |
|
V. |
billi l-infertilità hija kundizzjoni medika rikonoxxuta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li għandha impatt sinifikanti fuq is-saħħa tan-nisa, u billi l-Istħarriġ tal-Għarfien Nazzjonali tar-Renju Unit wera li aktar minn 94 % tan-nisa li jsofru minn infertilità jsofru wkoll minn forom ta’ dipressjoni, |
|
W. |
billi hemm disparitajiet kbar bejn l-Istati Membri f'termini ta’ aċċess għat-trattament tal-fertilità, |
|
X. |
billi, skont l-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, il-qgħad madwar is-27 Stat Membru tal-UE laħaq id-9.6 % f'Settembru 2010, u billi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fl-opinjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 wera tħassib li l-kriżi ekonomika u finanzjarja preżenti se taffettwa b'mod negattiv l-aċċess tan-nies għall-kura tas-saħħa u l-baġits tas-saħħa tal-Istati Membri, |
|
Y. |
billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali jaf ikollha impatt kbir fuq is-settur tal-kura tas-saħħa f'ħafna Stati Membri tal-UE, kemm fuq il-provvista kif ukoll fuq id-domanda, |
|
Z. |
billi r-restrizzjonijiet dovuti għall-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, flimkien mal-konsegwenzi tal-isfida demografika li ġejja li l-Unjoni se jkollha tiffaċċja, tista' ddgħajjef serjament is-sostenibilità finanzjarja u organizzattiva tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri, b'hekk tfixkel l-aċċess ugwali għall-kura fit-territorji tagħhom, |
|
AA. |
billi l-faqar flimkien ma’ forom oħra ta’ vulnerabilitajiet, bħat-tfulija jew ix-xjuħija, id-diżabilità jew il-fatt li wieħed jagħmel parti minn minoranza, ikomplu jżidu r-riskji ta’ inugwaljanzi tas-saħħa u viċi versa, il-mard jista' jwassal għall-faqar u/jew l-esklużjoni soċjali, |
|
AB. |
billi l-ewwel snin għandhom effetti tul il-ħajja fuq ħafna aspetti tas-saħħa u l-benesseri – mill-obeżità, il-mard tal-qalb u s-saħħa mentali, sal-edukazzjoni, il-kisba professjonali, l-istatus ekonomiku u l-kwalità tal-ħajja, |
|
AC. |
billi inugwaljanzi fis-saħħa għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi sinifikanti għall-UE u għall-Istati Membri; billi telf relatat mal-inugwaljanzi tas-saħħa kien stmat li jiswa madwar 1.4 % tal-PGD, |
|
AD. |
billi aċċess ekwitabbli għall-kura tas-saħħa mhux garantit, mhux biss fil-prattika iżda wkoll fil-liġi, għall-migranti bla dokumenti f'ħafna pajjiżi tal-UE, |
|
AE. |
billi fl-Istati Membri għadhom iqumu każijiet ta’ membri ta’ diversi gruppi soċjali (pereżempju, nies b'diżabilitajiet) li jiffaċċjaw ostakli għal aċċess ugwali għall-istabbilimenti tal-kura tas-saħħa, li jillimitaw l-aċċess tagħhom għas-servizzi tas-saħħa, |
|
AF. |
billi, bil-popolazzjonijiet tagħhom, li kull ma jmorru jixjieħu, l-Istati Membri qed ikollhom jittrattaw problemi relatati mad-dipendenza u l-bżonn dejjem jikber għall-kura u t-trattament ġerjatriċi; billi bidla fl-approċċ għall-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa hija għalhekk meħtieġa; u billi l-inugwaljanzi rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa għan-nies xjuħ dejjem qed jiżdiedu, |
|
1. |
Jilqa' s-suġġeriment ewlieni magħmul mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE”: (1) li d-distribuzzjoni aktar ekwitabbli tas-saħħa ssir parti mill-għanijiet globali tagħna għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku; (2) titjib fil-bażi tad-data u tal-għarfien (inklużi l-mekkaniżmi għall-kejl, l-immonitorjar, il-valutazzjoni u r-rappurtaġġ); (3) li jinbena l-impenn mas-soċjetà sħiħa biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa; (4) ħarsien tal-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli; u 5) li jiġi żviluppat il-konribut tal-politiki tal-UE għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa; |
|
2. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti s-servizzi tal-kura tas-saħħa b'mod li jkun konsistenti mad-drittijiet fundamentali; jindika l-ħtieġa biex jinżamm u jitjieb l-aċċess universali għas-sistemi tal-kura tas-saħħa u għall-kura tas-saħħa li kulħadd ikun jista' jaffordja; |
|
3. |
Jinnota l-importanza li jitjieb l-aċċess għas-servizzi tal-prevenzjoni tal-mard, tal-promozzjoni tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa primarja u speċjalizzata, u jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn il-gruppi soċjali differenti u l-gruppi tal-etajiet, u jenfasizza li dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu permezz tal-ottimizzazzjoni tal-infiq pubbliku għall-kura tas-saħħa preventiva u kurattiva u permezz tal-programmi fil-mira għal gruppi vulnerabbli; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibqgħu mexjin 'il quddiem bl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi, li fl-aħħar mill-aħħar jagħmluha possibbli biex jitnaqqsu wħud mill-inugwaljanzi relatati mal-kura tas-saħħa; barra minn hekk, fuq il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli, inklużi gruppi migranti żvantaġġati u nies li huma parti minn minoranzi etniċi, tfal u adolexxenti, nies b'diżabilitajiet, b'fokus speċjali fuq il-mard mentali, pazjenti ddijanjostikati b'mard jew kundizzjonijiet kroniċi, nies anzjani, nies li jgħixu fil-faqar, u nies affettwati mid-dipendenza fuq l-alkoħol u d-drogi; |
|
5. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-gruppi l-aktar vulnerabbli, inklużi l-migranti bla dokumenti, jkunu intitolati għal u pprovduti b'aċċess ekwitabbli għall-kura tas-saħħa; jistieden lill-Istati Membri biex jivvalutaw il-fattibilità li tiġi appoġġata l-kura tas-saħħa għall-migranti irregolari billi jipprovdu definizzjoni bbażata fuq il-prinċipji komuni għall-elementi bażiċi tal-kura tas-saħħa kif definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; |
|
6. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tan-nisa immigranti, b'riferiment partikolari għall-għoti ggarantit mis-sistemi tas-saħħa ta’ servizzi xierqa ta’ medjazzjoni lingwistika; dawk is-sistemi għandhom jiżviluppaw inizjattivi ta’ taħriġ li jippermettu lit-tobba u lill-professjonisti l-oħrajn jadottaw approċċ interkulturali msejjes fuq ir-rikonoxximent tad-diversità u s-sensibilitajiet tan-nies minn reġjunijiet ġeografiċi differenti u r-rispett lejn l-istess; għandha tingħata prijorità wkoll lil miżuri u kampanji ta’ informazzjoni maħsuba biex jissieltu kontra l-multilazzjoni ġenitali femminili, inklużi kastigi ħorox għal dawk li jipprattikawha; |
|
7. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jsibu malajr soluzzjonijiet kif wieħed jiġġieled kontra d-diskriminazzjonijiet abbażi tal-oriġini etnika, partikolarment f'ċerti Stati Membri fejn id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE ma ġietx implimentata u fejn in-nisa li jappartjenu għal minoranzi etniċi m'għandhomx jew għandhom ftit protezzjoni soċjali jew aċċess għall-kura tas-saħħa; |
|
8. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-aċċess għal pariri u informazzjoni legali ta’ kwalità għolja f'koordinament ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jgħinu lil membri ordinarji tal-pubbliku, inklużi l-migranti bla dokumenti, biex jitgħallmu aktar dwar id-drittijiet individwali tagħhom; |
|
9. |
Jenfasizza li l-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-miżuri ta’ awsterità mwettqa mill-Istati Membri, b'mod partikolari mil-lat ta’ provvista, jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-livell ta’ ffinanzjar għas-saħħa pubblika u l-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u s-servizzi tal-kura fuq tul ta’ żmien twil bħala riżultat ta’ tnaqqis fil-baġits u inqas dħul mit-taxxi, filwaqt li d-domanda għas-saħħa u s-servizzi tal-kura fuq tul ta’ żmien twil jafu jiżdiedu bħala riżultat ta’ numru ta’ fatturi li jikkontribwixxu għad-deterjorament tal-istat tas-saħħa fost il-popolazzjoni in ġenerali; |
|
10. |
Jenfasizza li inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE jirrappreżentaw piż sostanzjali fuq l-Istati Membri u s-sistemi tas-saħħa tagħhom u li l-funzjonar effettiv tas-suq intern u l-politiki pubbliċi b'saħħithom u, jekk ikun possibbli, ikkoordinati, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib f'dan il-qasam; |
|
11. |
Jenfasizza li fatturi soċjoekonomiċi bħalma huma l-obeżità, it-tipjip, eċċ., l-aċċessibilità għas-sistemi tal-kura tas-saħħa (mhedda bin-nuqqas ta’ rimborż tal-ispejjeż tal-kura u tal-mediċini, prevenzjoni inadegwata u l-frammentazzjoni tad-demografija medika) u dijanjożi effettiva, għandhom jitqiesu bħala aspetti ewlenin ta’ miżuri kontra l-inugwaljanzi fis-saħħa u, barra minn hekk, l-aċċessibilità u l-affordibilità tat-trattament farmaċewtiku għandhom jitqiesu wkoll bħala aspett ewlieni tas-saħħa tan-nies individwali; għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li d-Direttiva dwar Trasparenza (89/105/KEE) qed tiġi implimentata kif suppost u li l-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2008 dwar l-Inkjesta dwar is-Settur Farmaċewtiku qed jiġu indirizzati kif suppost; |
|
12. |
Jenfasizza li l-kura tas-saħħa mhijiex u m'għandhiex titqies bħala oġġett jew servizz ta’ interess ġenerali; |
|
13. |
Jitlob lill-Kunsill u l-Istati Membri biex jevalwaw u jimplimentaw miżuri ġodda biex titjieb l-effettività tal-infiq għas-saħħa tagħhom, b'mod partikolari billi jkun hemm investiment fil-kura tas-saħħa preventiva sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż futuri fuq tul ta’ żmien twil u l-piżijiet soċjali, u biex jiġu ristrutturati s-sistemi tal-kura tas-saħħa sabiex jiġi pprovdut aċċess ekwitabbli għall-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja (b'mod partikolari l-kura medika bażika) mingħajr diskriminazzjoni fl-UE kollha, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistudja l-użu ta’ fondi Ewropej eżistenti biex jappoġġjaw aktar l-investiment fl-infrastruttura, fir-riċerka u fit-taħriġ tas-saħħa u biex jippromwovu u jtejbu l-prevenzjoni tal-mard; |
|
14. |
Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li l-aċċess ekwitabbli għall-kura tas-saħħa u l-opzjonijiet tat-trattamenti għal pazjenti aktar anzjani huma inklużi fil-politiki u l-programmi tas-saħħa tagħhom u biex l-aċċess adegwat għall-kura tas-saħħa u t-trattamenti għall-anzjani jagħmluh prijorità għall-“2012, is-Sena Ewropea tax-Xjuħija Attiva u Solidarjetà Interġenerazzjonali”; jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu inizjattivi sabiex jindirizzaw l-iżolament soċjali tal-pazjenti anzjani billi din għandha impatt sinifikanti fuq is-saħħa tal-pazjenti fuq tul ta’ żmien twil; jisħaq fuq il-bżonn għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex jantiċipaw, permezz ta’ strateġija xierqa fit-tul, l-impatti soċjali u ekonomiċi tal-proċess tax-xjuħija fuq il-popolazzjoni Ewropea, sabiex tiġi ggarantita s-sostenibilità finanzjarja u organizzattiva tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, kif ukoll it-twettiq ugwali u kontinwu tal-kura lill-pazjenti; |
|
15. |
Jitlob lill-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jimmonitorjaw mill-qrib, fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak lokali, is-saħħa u l-impatt soċjali tal-kriżi; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex trawwem il-ġbir komuni tal-esperjenza b'konnessjoni mal-edukazzjoni tas-saħħa, mal-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja b'saħħitha, mal-prevenzjoni, mad-djanjożi bikrija u mat-trattamenti xierqa, b'mod partikolari rigward ix-xorb alkoħoliku, it-tipjip, id-dieta u l-obeżità u d-drogi; jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-attività fiżika, nutriment tajjeb u programmi tal-“Iskejjel b”Saħħithom' li għandhom it-tfal fil-mira tagħhom, b'mod partikolari f'żoni aktar żvantaġġati, u biex jitjiebu l-livelli tal-edukazzjoni personali, soċjali u tas-saħħa bil-għan li tiġi promossa l-imġiba aktar b'saħħitha u titħeġġeġ l-imġiba relatata ma’ stil ta’ ħajja pożittiva; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jinvestu fl-infrastruttura tas-servizzi soċjali, edukattivi, ambjentali u tas-saħħa f'konformità mal-prinċipju ta’ “saħħa fil-politiki kollha”, filwaqt li jiġu kkoordinati miżuri rigward il-kwalifiki, it-taħriġ u l-mobilità tal-professjonisti tas-saħħa, b'hekk jiġu assigurati l-kapaċità u s-sostenibilità tal-infrastruttura u l-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali; |
|
18. |
Jenfasizza li l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa mhux se jingħelbu mingħajr strateġija komuni u globali għall-ħaddiema tas-saħħa Ewropej li tkun tinkludi politiki koordinati għall-ġestjoni tar-riżorsi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, standards minimi ta’ kwalità u ta’ sikurezza u reġistrazzjoni ta professjonisti; |
|
19. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jassiguraw li l-informazzjoni dwar is-saħħa, stili ta’ ħajja b'saħħitha, il-kura tas-saħħa, opportunitajiet ta’ prevenzjoni, djanjożi bikrija tal-mard u trattamenti adattati tkun disponibbli f'forma u f'lingwi li jista' jifhimhom kulħadd, billi jintużaw teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ġodda, b'referenza partikolari għas-servizzi tas-saħħa onlajn; |
|
20. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tat-telemediċina, li jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti d-disparitajiet ġeografiċi fl-aċċess għal ċerti tipi ta’ kura tas-saħħa, b'referenza partikolari għal kura speċjalizzata, b'mod partikolari fir-reġjuni mal-fruntiera; |
|
21. |
Jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu politiki pubbliċi li jfittxu li jiżguraw il-kundizzjonijiet tal-ħajja b'saħħitha għat-trabi, tfal u adolexxenti kollha, inklużi l-kura ta’ qabel il-konċezzjoni, il-kura materna u miżuri biex jiġu appoġġati l-ġenituri u b'mod aktar partikolari n-nisa tqal u li jreddgħu, biex jassiguraw bidu tal-ħajja b'saħħtu għat-trabi kollha u jiġi evitat l-iżvilupp ta’ aktar inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, b'hekk tiġi rikonoxxuta l-importanza li jkun hemm investiment fl-iżvilupp bikri tat-tfal u approċċi ta’ matul il-kors tal-ħajja; |
|
22. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jassiguraw li n-nisa tqal u t-tfal kollha, irrispettivament mill-istatus tagħhom, ikunu intitolati għal u jirċievu b'mod effettiv il-protezzjoni soċjali kif definita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; |
|
23. |
Ifakkar fl-obbligu tal-UE skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità biex jiġi garantit id-dritt tal-persuni b'diżabilità għall-ogħla standard ta’ saħħa li jista' jinkiseb mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ diżabilità; jinsisti li l-inklużjoni tad-diżabilità fl-indikaturi relevanti kollha li jkejlu s-saħħa huwa pass ewlieni biex jiġi sodisfatt dan l-obbligu; |
|
24. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jinkludu l-istatus tas-saħħa tan-nisa u l-kwistjoni tat-tixjiħ (nisa aktar anzjani) bħala fatturi fl-integrazzjoni tal-kwistjonijiet tal-ġeneru u biex jużaw l-ibbaġitjar tal-ġeneru fil-politiki, fil-programmi u fir-riċerka tas-saħħa tagħhom, mill-fażi tal-iżvilupp u tad-disinn sal-valutazzjoni tal-impatt; jistieden lill-programmi ta’ qafas ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE u lill-aġenziji ta’ finanzjament pubbliċi biex jinkludu valutazzjoni tal-impatt tas-sessi fil-politiki tagħhom u biex jipprevedu l-ġbir u l-analiżi ta’ data speċifika għas-sessi u għall-età bil-għan li jidentifikaw differenzi ewlenin bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tas-saħħa, sabiex jappoġġaw il-bidla fil-politika, u biex jintroduċu u jiġbru għodda epidemoloġika biex janalizzaw il-kawżi tad-differenza fl-istennija tal-għomor bejn l-irġiel u n-nisa; |
|
25. |
Iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lin-nisa aċċess faċli għall-metodi ta’ kontraċezzjoni u d-dritt għal abort sikur; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri eżempji ta’ prattika tajba u tal-aqwa prattika biex tinkoraġġixxi aktar uniformità fl-aċċess għat-trattament tal-fertilità; |
|
27. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiffokaw fuq id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, l-aktar fil-prevenzjoni, il-projbizzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ dawk ħatja mill-isterilizzazzjoni forzata tan-nisa u l-mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
28. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-vjolenza maskili kontra n-nisa bħala kwistjoni ta’ saħħa pubblika, tkun xi tkun il-forma li tieħu; |
|
29. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa, fir-rigward tal-aċċess għat-teknoloġiji tar-riproduzzjoni assistita (ART), biex jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa abbażi tal-istatus taż-żwieġ, l-orjentazzjoni sesswali jew l-oriġini etniċi jew kulturali; |
|
30. |
Jistieden lill-Istati Membri biex isegwu lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa billi jirrikonoxxu l-obeżità bħala marda kronika u b'hekk biex jipprovdu aċċess għall-programmi għall-prevenzjoni tal-obeżità u jiggarantixxu aċċess għal trattament b'evidenza ppruvata ta’ riżultat mediku pożittiv għall-persuni li jbatu mill-obeżità u li jeħtieġu trattament mediku, ukoll bil-għan li jiġi evitat il-bidu ta’ mard ulterjuri; |
|
31. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jintegraw id-dimensjoni tas-sessi fil-kontroll tat-tabakk, kif rakkomandat mill-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, u biex jintroduċu kampanji kontra t-tipjip immirati għall-bniet u n-nisa; |
|
32. |
Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu u jappoġġaw ir-riċerka medika u farmaċewtika fil-mard li jolqtu primarjament lin-nisa, b'riferiment għall-fażijiet kollha ta’ ħajjithom u mhux biss is-snin tal-fażi riproduttiva; |
|
33. |
Jistieden lill-Istati Membri jsolvu l-problemi tal-inugwaljanza fl-aċċess għall-kura tas-saħħa li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum, per eżempju fl-oqsma tad-dentistrija u l-oftalmoloġija; |
|
34. |
Jissuġġerixxi li l-UE u l-Istati Membri jdaħħlu politiki koerenti u miżuri ta’ appoġġ immirati għan-nisa li ma jaħdmux jew li jkollhom impjieg f'setturi fejn ma jkunux koperti b'assikurazzjoni tas-saħħa personali, u jfittxu modi kif tali nisa jiġu pprovduti b'assikurazzjoni; |
|
35. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kollaborazzjoni tagħha mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, biex tippromwovi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-prezzijiet u r-rimborż tal-ispejjeż tal-mediċini, inklużi mudelli prattiċi għad-divrenzjar tal-prezzijiet tal-farmaċewtiċi biex tiġi ottimizzata sitwazzjoni fejn il-prezzijiet ikunu għall-but ta’ kulħadd u jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-mediċini; |
|
36. |
Ifakkar li l-adozzjoni ta’ privattiv Ewropew, b'arranġamenti lingwistiċi xierqa u sistema unifikata għas-soluzzjoni tat-tilwim, huma kruċjali sabiex l-ekonomija Ewropea terġa' tingħata l-ħajja; |
|
37. |
Jieħu nota li x-xogħol li diġà sar mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti u r-riklamar, fost affarijiet oħra, għen biex jindirizza ċerti aspetti tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa tal-UE u f'dan il-kuntest jenfasizza li hu importanti li tiġi sorveljata b'mod strett l-informazzjoni li d-ditti farmaċewtiċi jagħtu lill-pazjenti, b'mod partikolari lill-iktar gruppi vulnerabbli u lil dawk li huma l-inqas infurmati sew, u l-ħtieġa ta’ sistema effikaċi u indipendenti ta’ farmakoviġilanza; |
|
38. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jadattaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom għall-ħtiġijiet tal-persuni l-aktar żvantaġġati billi jiżviluppaw metodi biex jiffissaw il-ħlasijiet mitluba mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa li jiżguraw aċċess għall-kura għall-pazjenti kollha; |
|
39. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel ħilitha biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex joffru rimborżi lill-pazjenti u biex jagħmlu dak kollu li hu neċessarju biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-mediċini għat-trattament ta’ dawk il-kundizzjonijiet jew mard bħall-osteoporożi ta’ wara l-menopawsa u l-Marda tal-Alzheimer, li mhumiex rimborżabbli f'ċerti Stati Membri, u biex jagħmlu dan b'urġenza; |
|
40. |
Jenfasizza li, flimkien ma’ gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet reġjonali f'ħafna pajjiżi għandhom rwol importanti fis-saħħa pubblika, fil-promozzjoni tas-saħħa, fil-prevenzjoni tal-mard u fl-għoti tas-servizzi tas-saħħa u għaldaqstant għandhom bżonn li jkunu involuti b'mod attiv; jinnota li l-gvernijiet reġjonali u lokali, u partijiet interessati oħra wkoll għandhom kontribuzzjoni importanti x'jagħmlu, inklużi fil-postijiet tax-xogħol u l-iskejjel; b'mod partikolari fir-rigward ta’ edukazzjoni tas-saħħa, il-promozzjoni tal-istili tal-ħajja b'saħħithom, il-prevenzjoni tal-mard effettiv u l-iskrining u d-dijanjożi bikrija ta’ mard; |
|
41. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw “approċċ ta’ kura lokali” u biex jipprovdu kura tas-saħħa integrata, aċċessibbli f'livell lokali jew reġjonali, li tippermetti lill-pazjenti jkunu appoġġjati aħjar fl-ambjent lokali u soċjali tagħhom stess; |
|
42. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jevalwaw mill-ġdid il-politiki tagħhom li għandhom impatt sinifikanti fuq l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa bħat-tabakk, l-alkoħol, l-ikel, il-farmaċewtiċi kif ukoll l-għoti tas-servizz pubbliku tas-saħħa u l-kura tas-saħħa; |
|
43. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżviluppaw sħubijiet fir-reġjuni tal-fruntieri biex jaqsmu l-ispejjeż tal-infrastruttura u tal-persunal, filwaqt li jnaqqsu l-inugwaljanzi fir-rigward tas-saħħa, b'mod partikolari dwar l-aċċess għal tagħmir avvanzat; |
|
44. |
Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-effetti ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq valutazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-effikaċja tal-mediċini u tal-apparat mediku fis-suq intern, inklużi l-aċċess tal-pazjenti, l-innovazzjoni fi prodotti ġodda u l-prattiki mediċi, li huma wħud mill-elementi ewlenin li jaffettwaw l-ugwaljanza fis-settur tas-saħħa; |
|
45. |
Iqis li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (2011/24/UE) għandha tiġi segwita b'valutazzjonijiet tal-impatt biex titkejjel bl-aktar mod preċiż possibbli l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa u sabiex tiżgura li żżomm livell adegwat tal-protezzjoni tal-pubbliku u tissalvagwardja s-sikurezza tal-pazjenti, b'mod partikolari fis-sens tal-allokazzjoni ġeografika tar-riżorsi mediċi, kemm umani kif ukoll materjali; |
|
46. |
Jinnota li kura tas-saħħa transkonfinali ta’ kwalità għolja u effiċjenti titlob iktar trasparenza fl-informazzjoni għall-pubbliku, għall-pazjenti, għar-regolaturi u għall-fornituri tal-kura tas-saħħa dwar firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-pazjenti, l-aċċess għar-rimedji u r-regolamentazzjoni tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa; |
|
47. |
Jiddeplora l-fatt li d-direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali ma ġietx akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva dwar il-mobilità tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, meta jitqies ir-riskju tal-“eżodu tal-imħuħ” fl-UE, xi ħaġa li żżid b'mod perikoluż l-inugwaljanzi ġeografiċi f'ċerti Stati Membri, u jistieden lill-Kummissjoni ssib rimedju għal dan il-falliment, possibilment fil-kuntest tar-reviżjoni futura tad-direttiva dwar il-kwalifiki professjonali (2005/36/KE); |
|
48. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva dwar Kwalifiki Professjonali (2005/36/KE); fir-rigward tal-komplessità tal-kwalifiki mediċi, jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjoni u fl-eżami tagħha tad-Direttiva tindirizza wħud mil-lakuni regolatorji li għandhom il-potenzjal li jpoġġi lill-pazjenti f'pożizzjoni vulnerabbli li tipperikola u tikkomprometti d-dritt tagħahom għal trattament sikur; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli tikkonsidra jekk tagħmilx l-użu tar-reġistrazzjoni mas-Sistema IMI obbligatorju għall-awtoritajiet kompetenti u ttejjeb kemm l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaqsmu b'mod proattiv l-informazzjoni dixxiplinarja dwar il-professjonisti tal-kura tas-saħħa billi joħolqu mekkaniżmu ta’ twissija xierqa; |
|
49. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-proposta leġiżlattiva imminenti tagħha dwar il-kwalifiki professjonali, biex timxi 'l quddiem lejn mekkaniżmu msaħħaħ għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fl-Istati Membri; |
|
50. |
Jirrimarka li ż-żieda fl-innovazzjoni ta’ spiss twassal għal aċċessibilità ikbar għat-trattament, xi ħaġa li hija partikolarment rilevanti għal komunitajiet iżolati jew rurali; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex trawwem, flimkien mal-Istati Membri, l-iżvilupp tas-servizzi tat-telemediċina bħala mezz biex jonqsu d-disparitajiet ġeografiċi fil-forniment tal-kura tas-saħħa kemm fil-livell reġjonali kif ukoll dak lokali; |
|
52. |
Jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħtu rikonoxximent akbar fl-Istrateġija Ewropa 2020 tal-fatt li s-saħħa fiżika u mentali u l-benessri huma ewlenin għall-ġlieda kontra l-esklużjoni, biex jiġu inklużi indikaturi komparattivi stratifikati minn status soċjoekonomiku u l-istat tas-saħħa pubblika fil-proċeduri għall-immonitorjar tal-istrateġija Ewropa 2020, u biex iqisu d-diskriminazzjoni abbażi tal-età, b'mod partikolari rigward il-provi kliniċi għal trattamenti adattati aktar għall-bżonnijiet tal-anzjani; |
|
53. |
Iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tan-nisa li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, id-dritt għal stil ta’ ħajja li ma jagħmilx ħsara lis-saħħa u d-dritt għax-xogħol, ħalli jkun żgurat li n-nisa jkollhom vuċi fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ politika tas-saħħa Ewropej u nazzjonali; |
|
54. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex irawmu u jibnu l-kapaċità u l-iskambji internazzjonali u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati multisettorjali relevanti kollha fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki li jnaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa; |
|
55. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġaw u jimplimentaw approċċ konġunt għat-tfassil ta’ politika f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali, b'hekk tkun taħdem lejn Approċċ ta’ Saħħa fil-Politiki Kollha (HiAP); |
|
56. |
Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżviluppaw sett komuni ta’ indikaturi biex jiġu mmonitorjati l-inugwaljanzi tas-saħħa skont l-età, is-sess, l-istatus soċjoekonomiku, il-lok ġeografiku kif ukoll ir-riskji marbuta mal-alkoħoliżmu u mal-vizzju tad-droga, u biex tiġi stabbilita metodoloġija ħalli tiġi vverifikata s-sitwazzjoni tas-saħħa fl-Istati Membri bil-għan li jiġu identifikati oqsma li jkollhom bżonn it-titjib u l-aħjar prattiki u tagħtihom prijorità; |
|
57. |
Jenfasizza li l-inugwaljanzi tas-saħħa għandhom għeruqhom fl-inugwaljanzi soċjali rigward il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-mudelli ta’ mġiba soċjali marbutin mas-sess, ir-razza, l-istandards tal-edukazzjoni, l-impjiegi u d-distribuzzjoni inugwali mhux biss tad-dħul iżda wkoll tal-għajnuna medika, tal-prevenzjoni tal-mard u tas-servizzi ta’ promozzjoni tas-saħħa; |
|
58. |
Jenfasizza li r-riskji tas-saħħa għall-membri ta’ kategoriji soċjali żvantaġġjati (l-ifqar) huma l-qofol tal-problema tal-inugwaljanzi tas-saħħa, meta wieħed iqis li dawn ir-riskji qed jaggravaw minħabba l-faqar flimkien ma’ vulnerabilitajiet oħra; |
|
59. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ħidmiet biex jonqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa u jitjieb l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa fiżika u mentali jkun indirizzat bis-sħiħ u integrat fl-inizjattivi attwali tagħha, bħal ma huma s-Sħubija dwar ix-Xjuħija b'Saħħitha u Attiva u l-Pjattaforma tal-UE kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, u f'inizjattivi futuri dwar il-politiki tal-iżvilupp bikri tat-tfal u taż-żgħażagħ li jiffukaw fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi; |
|
60. |
Jappella għal koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji tal-UE li għandhon rwol kbir fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, b'mod partikolari bejn il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet ta’ Għejxien u ta’ Xogħol, iċ-Ċentru Ewropew għall-Ħarsien u l-Kontroll tal-Mard u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol; |
|
61. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lil-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-Metodu Miftuħ tal-Koordinazzjoni sabiex jiġu appoġġati proġetti biex jiġu indirizzati l-fatturi bażiċi tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa; |
|
62. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa mezzi biex jiġu ingaġġati u involuti l-partijiet interessati relevanti kollha fil-livell Ewropew biex jippromwovu l-aċċettazzjoni u t-tqassim ta’ prattiki tajba fl-isfera tas-saħħa pubblika; |
|
63. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza partikolari, fost id-diversi determinanti tas-saħħa, ta’ dieta varjata u ta’ kwalità għolja, u f'dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel użu akbar mill-programmi effettivi stabbiliti taħt il-politika tal-CAP (tqassim bla ħlas ta’ ħalib u ta’ frott fl-iskejjel u ta’ ikel lill-gruppi l-aktar nieqsa mill-kumditajiet essenzjali); |
|
64. |
Jistieden lill-Istati Membri joħolqu netwerk ta’ servizzi soċjali, ta’ saħħa u ta’ pariri speċifiċi, b'helplines telefoniċi ddedikati, għan-nisa, koppji u familji, bl-għan li jipprevjenu l-vjolenza domestika u li jagħtu assistenza professjonali kwalifikata u appoġġ għal dawk li jeħtiġuh b'kooperazzjoni ma’ korpi oħrajn fil-qasam; |
|
65. |
Jitlob lill-Kummissjoni tagħti appoġġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mill-politika ta’ koeżjoni tal-UE u l-fondi strutturali biex jappoġġjaw proġetti li jikkontribwixxu ħalli jiġu indirizzati d-determinanti tas-saħħa u jonqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa; jitlob b'mod ulterjuri lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar tal-programm PROGRESS; |
|
66. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jissuktawx bit-tnaqqis ta’ bħalissa fl-infiq pubbliku fuq is-servizzi tas-saħħa li għandhom rwol ċentrali fl-għoti ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għan-nisa u għall-irġiel; |
|
67. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex ikun integrat approċċ ibbażat fuq id-determinanti ekonomiċi u ambjentali tas-saħħa u fuq “ekwità u saħħa fil-politiki kollha” meta jiġu żviluppati l-politiki interni u esterni kollha tal-UE, speċjalment bil-għan li jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp, u b'mod partikolari saħħa materna tajba; |
|
68. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirrikonoxxu l-importanza tas-saħħa għas-soċjetà u biex iħarsu lil hinn minn approċċ marbut mal-PGD meta jitkejjlu l-iżviluppi tas-soċjetà, tal-komunità u tal-individwu; |
|
69. |
Jitlob lill-Kunsill biex iħeġġeġ it-trattament tal-inugwaljanzi tas-saħħa bħala prijorità tal-politika fl-Istati Membri kollha, billi jitqiesu d-determinanti soċjali tas-saħħa u l-fatturi ta’ riskju relatati mal-istil ta’ ħajja bħal ma huma l-alkoħol, it-tabakk u n-nutriment, permezz ta’ azzjonijiet fl-oqsma tal-politika bħal ma huma l-politika dwar il-konsumaturi, l-impjieg, l-akkomodazzjoni, il-politika soċjali, l-ambjent, l-agrikoltura u l-ikel, l-edukazzjoni, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u r-riċerka, kif definiti bil-prinċipju “is-saħħa fil-politiki kollha”; |
|
70. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Pjanijiet ta’ Azzjoni tas-Saħħa Pubblika attwali u dik futura biex jiġu indirizzati d-determinanti soċjali tas-saħħa; |
|
71. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal linji gwida biex jitjiebu l-mekkaniżmi ħalli jiġu mmonitorjati l-inugwaljanzi fis-saħħa mal-UE (bejn l-Istati Membri u fihom) billi jitjieb il-ġbir tad-data billi tinġabar informazzjoni aktar sistematika u komparabbli li tikkumplimenta data eżistenti dwar l-inugwaljanzi tas-saħħa u permezz ta’ mmonitorjar u analiżi regolari; |
|
72. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-abbozzar ta’ proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, jew kwalunkwe inizjattiva xierqa oħra tal-Komunità, bil-għan li tinkuraġġixxi u tappoġġja l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali jew reġjonali integrati mill-Istati Membri biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa; |
|
73. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta, fir-rapporti ta’ progress tagħha, l-effettività tal-miżuri biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u t-titjib fis-saħħa li jirriżulta mill-politiki relatati mad-determinanti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tas-saħħa; |
|
74. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tapplika l-approċċ ta’ Saħħa fil-Politiki Kollha (HiAP) għal tfassil ta’ politika fil-livell tal-UE u biex tagħmel valutazzjonijiet tal-impatt effettivi li jieħdu inkonsiderazzjoni r-riżultati tal-ekwità fis-saħħa; |
|
75. |
Jargumenta li swieq miftuħa, kompetittivi u li jiffunzjonaw sew jistgħu jistimulaw l-innovazzjoni, l-investiment u r-riċerka fis-settur tal-kura tas-saħħa, u jirrikonoxxi li dan għandu jkun akkumpanjat minn appoġġ finanzjarju b'saħħtu għar-riċerka pubblika biex ikunu żviluppati aktar mudelli tal-kura tas-saħħa effettivi u sostenibbli u biex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u l-applikazzjoni tagħhom f'dan il-qasam (pereżempju t-telemediċina) u b'metodoloġija ta’ evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa komuni, li lkoll għandhom ikunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini kollha, inklużi dawk minn ambjent soċjoekonomiku baxx, filwaqt li jitqies it-tixjiħ tal-popolazzjoni; |
|
76. |
Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw programmi pubbliċi ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni u jsaħħu d-djalogu mas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-NGOs rigward is-servizzi tas-saħħa u mediċi; |
|
77. |
Iqis li jeħtieġ li hu essenzjali li jiżdied l-għadd ta’ nisa li jieħdu sehem fl-iżvilupp tal-politiki dwar is-saħħa, fl-ippjanar tal-programmi u fl-għoti ta’ servizzi fil-qasam tas-saħħa; |
|
78. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(2) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(3) ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.
(4) ĠU C 232, 27.8.2010, p. 1.
(5) ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 93.
(6) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 97.
(7) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 56.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/37 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa
P7_TA(2011)0082
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp - kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (2010/2102(INI))
2012/C 199 E/05
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2010 dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp - Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa (COM(2010)0163), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 25 ta’ Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2), u wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Monterrey (2002), il-Konferenza dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f'Doha (2008), id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi (2005) u l-Aġenda ta’ Accra għall-Azzjoni (2008) li permezz tagħhom il-ħarba ta’ kapital u l-flussi finanzjarji illeċiti ġew identifikati b'mod espliċitu bħala ostaklu maġġuri għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku għall-iżvilupp, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta’ nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f'Settembru 2010 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra s-samit tal-G20 li sar f'Seoul fil-11 u t-12 ta’ Novembru 2010, u l-inizjattiva biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu miġġielda l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, varata mill-Ministeru Ġermaniż għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, magħrufa bħala l-“Patt Fiskali Internazzjonali” (ITC), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Internazzjonali dwar it-Tassazzjoni fi Pretorja fid-29 ta’ Awwissu 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Samit tal-G20 f'Londra tat-2 u t-3 ta’ April 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja maħruġa wara l-Laqgħa Għolja tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta’ Settembru 2009 u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2009 dwarha (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2009 dwar is-Samit tal-G20 ta’ Londra tat-2 ta’ April 2009 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2007 dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 rigward informazzjoni dwar oqsma operattivi (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-Gvern Norveġiż “Ir-Rifuġji Fiskali u l-Iżvilupp”, Ġunju 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0027/2011), |
|
A. |
billi t-tisħiħ tas-sistema tat-taxxa hu waħda mill-isfidi prinċipali li qed jaffaċċjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, |
|
B. |
billi t-tassazzjoni tista' tkun għajn affidabbli u sostenibbli ta’ żvilupp finanzjarju jekk ikun hemm reġim ta’ tassazzjoni progressiva, amministrazzjoni effikaċi u effiċjenti tat-taxxi biex jiġi promossa ir-rispett għall-obbligi tat-taxxa, u użu trasparenti u bl-obbligu ta’ rendikont tad-dħul pubbliku, |
|
C. |
billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiffaċċjaw sfidi importanti biex iżidu d-dħul mit-taxxa minħabba riżorsi umani u finanzjarji insuffiċjenti biex jiġbru t-taxxi, kapaċità amministrattiva dgħajfa, korruzzjoni, nuqqas ta’ leġittimità tas-sistema politika, distribuzzjoni inugwali tad-dħul u governanza tat-taxxa batuta, |
|
D. |
billi s-suriet ewlenin ta’ flussi finanzjarji illeċiti u ta’ ħarba ta’ kapital jinkludu b'mod speċjali: l-ipprezzar ħażin tat-trasferimenti bejn il-pajjiżi biex jiġbdu l-investiment dirett barrani, ir-round-tripping, id-dħul doppju mill-istess sors (double-dipping), il-movimenti ta’ flus kontanti bil-massa, protokolli ta’ investimenti opaki u żvantaġġużi u l-kuntrabandu, |
|
E. |
billi ċ-ċentri finanzjarji offshore u r-rifuġji fiskali jiffaċilitaw ħarba illeċita tal-kapital ta’ US$1 triljun fis-sena; billi dawn il-flussi monetarji illegali ħerġin 'il barra huma madwar għaxar darbiet l-ammont tal-flus għall-għajnuna li jingħataw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għat-titfija tal-faqar u għall-iżvilupp ekonomiku, |
|
F. |
billi r-rifuġji fiskali, li joffru regoli ta’ segretezza u domiċilji fittizji kkombinati ma’ skemi ta’ “taxxa żero”sabiex jattiraw il-kapital u d-dħul li suppost kellu jiġi intaxxat f'pajjiżi oħra, jiġġeneraw kompetizzjoni fiskali dannuża, |
|
G. |
billi l-kompetizzjoni fiskali rriżulat fil-fatt li l-piż fiskali mar fuq il-ħaddiema u l-unitajiet domestiċi bi dħul baxx u ġiegħlet li jsir tnaqqis dannuż fis-servizzi pubbliċi fil-pajjiżi fqar, |
|
H. |
billi l-frodi fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw twassal għal telf annwali tad-dħul fiskali li jikkorrispondi għal għaxar darbiet l-ammont tal-għajnuna għall-iżvilupp mogħtija mill-pajjiżi żviluppati, |
|
I. |
billi l-possibilità li tissaħħaħ il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi tkompli tintlaqat ukoll mill-kuntest globali talliberalizzazzjoni tas-swieq internazzjonali, li jinvolvi s-sostituzzjoni tad-dħul doganali b'riżorsi domerstiċi oħra; billi r-riċerka tal-FMI turi li filwaqt li l-pajjiżi sinjuri rnexxielhom jibbilanċjaw it-tnaqqis tat-taxxi kummerċjali bħala sors ewlieni tad-dħul b'sorsi oħra ta’ dħul, partikolarment il-VAT, l-ifqar pajjiżi fl-aħjar każi ssostitwixxew madwar 30 % tat-taxxi kummerċjali mitlufa (7), |
|
J. |
billi l-“istħarriġ komparattiv” immexxi mill-Patt Fiskali Internazzjonali juri li hemm bżonn ta’ aktar koordinament tad-donaturi fil-qasam tat-tassazzjoni u l-iżvilupp, |
|
K. |
billi l-eżistenza ta’ settur kbir informali fl-ekonomija qed iżomm lura l-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi domestiċi, |
|
L. |
billi ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jitilfu l-opportunità offruta mill-kwantità kbira ta’ prodotti bażiċi billi mhux qed jirċievu sehem diċenti mid-drittijiet dovuti minerali li huma ġustifikati, |
|
M. |
billi ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw lanqas biss jiksbu l-livell fiskali minimu li jkun meħtieġ biex jiffinanzjaw is-servizzi pubbliċi u l-impenji internazzjonali bħat-tnaqqis tal-faqar, |
|
N. |
billi t-taxxa tipprovdi sors ta’ dħul li hu potenzjalment iktar stabbli u sostenibbli mill-flussi tal-għajnuna u tinkoraġġixxi s-sieda tal-pajjiżi rispettivi b'mod aħjar, |
|
O. |
billi r-rappurtar fuq bażi konsolidata spiss jagħmilha diffiċli li jiġu identifikati l-kumpaniji li għandhom jiġu intaxxati u li jiġi determinat il-livell fiskali korrett minħabba l-istrutturi korporattivi kumplessi tagħhom u d-distribution tal-attività ekonomika ta’ bejniethom, |
|
P. |
billi l-hekk imsejħa fondi opportunistiċi (vulture funds), li spiss ikunu bbażati fir-rifuġji fiskali, qed jixtru dejjem b'iktar frekwenza d-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi skont kbir u wara jfittxuhom bil-qorti għall-ammont oriġinali tad-dejn (spiss bl-interessi u t-tariffi tal-multa) u meta jagħmlu dan, jirristrinġu sostanzjalment il-grad sa liema l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jaġixxu permezz tad-dħul fiskali addizzjonali tagħhom, |
|
Q. |
billi m'hemm l-ebda liġi li tagħmel limitu għall-ammont ta’ profitti li jista' jiġbor fond opportunistiku permezz ta’ kawża kontra l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jinġabar id-dejn oriġinali u billi m'hemm l-ebda struttura regolatorja li tiżvela min huma l-fondi opportunistiċi u wkoll kemm ħallsu għal dan id-dejn li qabel kien stmat bħala bla valur, |
|
R. |
billi f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw jeżistu rati korporattivi multipli tat-taxxa fuq id-dħul ibbażati mhux biss fuq id-dħul u d-dividenti, imma wkoll fuq is-setturi tal-negozju, jiġifieri l-allokazzjoni settorjali tar-riżorsi hija mgħawġa minħabba d-differenzi fir-rati tat-taxxa, |
|
S. |
billi l-konformità fiskali għandha tiġi definita bħala li wieħed jipprova jħallas fil-post xieraq, fil-ħin xieraq, fejn “xieraq” tfisser li s-sustanza ekonomika tat-transazzjonijiet li jsiru tkun tikkoinċidi mal-post u l-forma li fihom jiġu rrappurtati għall-finijiet tat-tassazzjoni, |
L-importanza tat-tassazzjoni biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li sistemi fiskali effiċjenti u ġusti huma kruċjali għat-tnaqqis tal-faqar, il-governanza tajba u l-bini tal-istat; |
|
2. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxi favur l-iżvilupp u jara l-ħtieġa ta’ qafas regolatorju maħsub biex jappoġġa l-kooperazzjoni internazzjonali fit-taxxi, it-trasparenza, l-iżviluppp tas-settur pubbliku u privat u t-tkabbir ekonomiku; |
|
3. |
Jenfasizza li l-proporzjonijiet bejn it-taxxa u l-PGD fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ivarjaw bejn l-10 % u l-20 % meta jitqabblu mal-proporzjon ta’ bejn il-25 % u l-40 % fil-pajjiżi żviluppati; jiddispjaċih li s'issa ngħata ftit wisq appoġġ mid-donaturi lill-għajnuna relatata mat-taxxa; f'dan il-kuntest, jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi appoġġ imsaħħaħ għall-assistenza għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-riformi fiskali u għat-tisħiħ tal-amministrazzjonijiet fiskali fir-rigward tal-FEŻ għall-Istati tal-AKP, l-Istrument ta’ Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-PEV u l-Istrument ta’ Sħubija, u appoġġ għall-korpi superviżorji, il-parlamenti u l-atturi mhux statali nazzjonali; |
|
4. |
Jinnota li għandha ssir iktar enfasi fuq l-isforzi biex titwettaq ħidma biex jinbnew il-kapaċitajiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn jiġu megħjuna jagħmlu użu effettiv tal-iskambju ta’ informazzjoni u jikkumbattu b'mod effettiv l-evażjoni fiskali bil-leġiżlazzjoni interna proprja tagħhom; |
Id-diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżidu d-dħul mit-taxxa
|
5. |
Jinnota bi tħassib li s-sistema fiskali f'ħafna pajjiżi fqar għadha kkaratterizzata minn bażijiet tat-taxxa estremament stretti, eżenzjonijiet fiskali għall-elit, vaganzi fiskali korporattivi li jipprovdu inċentiv qawwi għall-evitar tat-taxxa, peress li l-intrapriżi intaxxati jistgħu jidħlu f'relazzjonijiet ekonomiċi ma’ dawk eżenti biex iċaqilqu l-profitti tagħhom, dħul massiv minn riżorsi naturali li ħadd ma jkun jaf bih u flussi ta’ kapital illeċiti kbar relatati ma’ evażjoni fiskali massiva; |
|
6. |
Jenfasizza li d-dħul fiskali m'għandux jitqies bħala alternattiva għall-għajnuna barranija, iżda bħala parti integrali tad-dħul pubbliku li jiffaċilita l-iżvilupp ta’ dawn il-pajjiżi; |
|
7. |
Jinnota li sistemi effiċjenti, progressivi u ekwi tat-taxxa huma kruċjali għall-iżvilupp minħabba li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-provvista ta’ beni u servizzi pubbliċi u għall-kostruzzjoni tal-istat u l-governanza tajba, li l-mira tal-pajjiżi fqar għandha tkun li l-awtosuffiċjenza tat-taxxi tieħu post id-dipendenza mill-għajnuna barranija, u li l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, madankollu, qed ixekklu lil dawn il-miri fl-iżvilupp; |
|
8. |
Jiddeplora l-fatt li r-rifuġji fiskali jdgħajfu l-governanza demokratika, iwasslu biex ir-reati ekonomiċi jrendu aktar qligħ, iħeġġu r-rent seeking u jżidu d-distribuzzjoni inekwa tad-dħul mit-taxxa; iħeġġeġ lill-UE biex tagħmel il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali u l-korruzzjoni prijorità assoluta tal-aġenda fl-istituzzjonijiet internazzjonali tal-finanzi u tal-iżvilupp; |
|
9. |
Ifakkar li l-evażjoni fiskali tirrappreżenta telf finanzjarju konsiderevoli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li l-miżuri għall-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali u l-evażjoni fiskali huma waħda mill-prijoritajiet tal-UE bil-għan li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħataw għajnuna effikaċi biex jiksbu aċċess għad-dħul fiskali tagħhom; ifakkar fil-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri adegwati f'dak ir-rigward fil-livell Ewropew u internazzjonali, bi qbil mal-impenji mogħtija, b'mod partikolari mill-G20; |
|
10. |
Ifakkar li, filwaqt li l-impatt pożittiv tal-FSE se jinħass biss fuq perjodu twil jew medju, it-telf ta’ dħul huwa konsegwenza immedjata tat-tnaqqis fit-tariffi doganali; |
|
11. |
Jenfasizza li trid tingħata aktar attenzjoni lid-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżidu d-dħul domestiku f'kuntest globali, peress li eżenzjonijiet multipli jingħataw lil kumpanijiet domestiċi u barranin kbar bil-għan li jiġu attirati l-investimenti; jistieden lill-UE tgħin tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jibnu sistemi fiskali li jagħmluha possibbli għalihom li jibbenefikaw mill-proċess tal-globalizzazzjoni; |
|
12. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-ifqar pajjiżi qed ikollhom diffikulatjiet biex jikkumpensaw għat-tnaqqis fit-taxxi kummerċjali li jirriżulta mill-kuntest dinji attwali tal-liberalizzazzjoni kummerċjali, billi jissostitwuhom b'tipi oħra ta’ riżorsi domestiċi, billi fl-aħjar sitwazzjoni ġew sostitwiti madwar 30 % tat-taxxi kummerċjali li ntilfu; |
|
13. |
Jisħaq li r-rifuġji fiskali, peress li jżidu l-kompetizzjoni fuq il-kapital mobbli, ftit ftit inaqqru s-sovranità li għandhom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għad-dħul fiskali mill-kapital bħala mezz biex titwessa' l-bażi fiskali, filwaqt li dawn diġà għandhom bażi fiskali idjeq mill-pajjiż sinjuri; |
|
14. |
Ifakkar li l-asimetrija tal-informazzjoni, li tirriżulta mir-regoli ta’ segretezza tar-rifuġji fiskali, tnaqqas l-effiċenza tas-swieq finanzjarji internazzjonali, peress li din wasslet għal premji tar-riskju ogħla u b'hekk spejjeż akbar tas-self kemm għall-pajjiżi s-sinjuri kif ukoll għal dawk fqar; |
|
15. |
Jagħraf li t-titjib kwalitattiv u kwantitattiv fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw se jħalli l-frott fuq żmien twil. jistieden lill-Unjoni Ewropea żżomm l-offerta tagħha ta’ għajnuna fil-forom kollha tagħha sakemm il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jidhrilhom li tkun meħtieġa biex tiffinanzja l-iżvilupp tagħhom stess; |
Appoġġ għal sistemi fiskali effikaċi, effiċjenti, ġusti u sostenibbli
|
16. |
Itenni li l-governanza tajba u l-kwalità tal-istituzzjonijiet jirrappreżentaw il-mutur l-aktar importanti għall-prosperità ekonomika; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tassisti lill-awtoritajiet fiskali, lill-ġudikatura u lill-aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex jibnu sistema fiskali progressiva u sostenibbli li eventwalment iġġib “divident ta’ governanza” permezz ta’ leġittimità u obbligu ta’ rendikont akbar, u tintegra b'mod effikaċi l-prinċipji ta’ governanza tajba fil-kwistjonijiet fiskali fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiżi u r-reġjuni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw l-impenji tagħhom fir-rigward tal-għajnuna tagħhom għat-taxxa u jiġġieldu kontra t-tixħim imwettaq minn kumpaniji ddomiċiljati fil-ġurisdizzjoni tagħhom imma li għandhom operazzjonijiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-proċess baġitarju, u b'hekk tħeġġeġ relazzjoni armonjuża u tippromwovi trasparenza ikbar f'dan il-proċess; |
|
17. |
Jirrimarka li l-governanza tajba fil-qasam fiskali ma tistax tiġi esportata jew imposta minn barra, u li huwa f'idejn kull pajjiż li jiddetermina l-politika fiskali tiegħu; f'dak il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet nazzjonali biex ma jkunux ta’ tfixkil, u jikkooperaw ma’ kull pajjiż li jiddeċiedi favur żieda fit-taxxa, b'mod konsistenti u ġust, li jkollha riperkussjoni fuq il-kumpaniji barranin li jkunu preżenti fit-territorju tiegħu, partikolarment dawk fl-oqsma tal-estrazzjoni tar-riżorsi primarji, li hija għajn ta’ rikkezza ewlenija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi klawsola ta’ governanza fiskali, inkluż is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tagħha, fil-ftehimiet rilevanti bejn pajjiżi terzi u l-UE; |
|
19. |
Jinnota li t-tnaqqis fir-riżorsi doganali li seħħ partikolarment b'riżultat tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika mal-Unjoni Ewropea qiegħed ikollu impatt negattiv fuq ir-riżorsi finanzjarji disponibbli immedjatament għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; f'dak il-kuntest, u bħala kumpens għal dan it-telf, jistieden lill-Kummissjoni tinkuraġġixxi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala parti ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija bil-għan li jsir titjib fis-sistemi fiskali nazzjonali tagħhom, jagħtu prijorità lit-taxxi diretti progressivi fuq it-taxxi indiretti, speċjalment dawk li huma imposti fuq il-konsum, li, min-natura tagħhom, jolqtu l-aktar severament lill-popolazzjonijiet bi dħul baxx; |
|
20. |
Jitlob l-implimentazzjoni sistematika, fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE), ta’ miżuri li jappoġġaw ir-riformi fiskali, speċjalment fil-forma kemm ta’ għajnuna materjali (sistemi tal-informatika) u ta’ għajnuna organizzattiva (taħriġ legali u fiskali tal-persunal tal-awtoritajiet tat-taxxa), jekk mitlub minn pajjiż li qed jiżviluppa; jenfasizza l-bżonn li jsir sforz partikulari mal-pajjiżi Afrikani li għadhom ma jibbenefikawx minn għajnuna fit-tul fir-rigward kwistjonijiet ta’ tassazzjoni; |
|
21. |
Itenni mill-ġdid il-ħtieġa li jissaħħaħ il-grad ta’ koerenza bejn il-politika ta’ żvilupp u l-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea; ifakkar li, filwaqt li l-kriżi setgħet ħarrxet il-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi, u kkawżat tnaqqis fil-flussi ta’ kapital lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali, inklużi l-Istati Membri tagħha, għadha l-ikbar donatur ta’ għajnuna għall-iżvilupp u fl-2009 kienet responsabbli għal EUR 49 biljun minn din l-għajnuna, jiġifieri 56 % tat-total dinji; jenfasizza li, f'dan il-kuntest, it-twaqqif ta’ sistema fiskali effikaċi għandu jkun prijorità għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex titnaqqas id-dipendenza tagħhom mill-għajnuna esterna u minn flussi finanzjarji esterni, imprevedibbli, oħra; |
|
22. |
Jitlob li jkun hemm koerenza bejn l-appoġġ finanzjarju tal-UE u l-għoti ta’ aċċess għas-swieq tal-UE lil pajjiżi partikolari u biex ikun infurzat il-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom fir-rigwart tal-prinċipji ta’ governanza tajba fil-qasam fiskali; |
|
23. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva reġjonali dwar il-kooperazzjoni fil-qasam fiskali li tippermetti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiddiskutu r-rwol tat-taxxa fil-bini tal-istat u fl-iżvilupp tal-kapaċità u biex jaqsmu l-aħjar prattiki dwar l-amministrazzjoni fiskali; |
|
24. |
Ifakkar li l-isfida ewlenija għall-pajjiżi l-fqar hi li jwessgħu l-bażi tat-taxxa; jindika li fost fatturi oħra t-tnaqqis fit-taxxi kummerċjali wassal għall-introduzzjoni ta’ taxxi fuq il-konsum (VAT jew taxxi fuq l-enerġija); jikkunsidra li anke jekk il-VAT tista' tippermetti li l-bażi għat-taxxa fl-ekonomiji bl-ikbar setturi informali titwessa', in-natura mhux diskriminatorja tal-VAT l-agħar li tolqot huwa l-fqar; jemmen li l-għajnuna għall-iżvilupp li tagħti l-UE għandha tpoġġi bħala prijorità l-inizjattivi li jtejbu l-effikaċja u t-trasparenza tas-sistemi fiskali, pereżempju billi jiġu investigati modi kif il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jwessgħu il-bażi tat-taxxa tagħhom/il-fluss tad-dħul mit-taxxa tagħhom permezz ta’ tassazzjoni diretta u indiretta; |
|
25. |
Ifakkar li l-objettiv ta’ espansjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jkun il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-iżvilupp ta’ dawn il-pajjiżi; jinnota li t-tneħħija tad-dazju doganali tikkawża telf inevitabbli ta’ dħul doganali, u għalhekk għandha tkun soġġetta għal superviżjoni aktar stretta, aktar progressiva u li tmur id f'id mal-implimentazzjoni ta’ riformi fiskali li jippermettu l-kisba ta’ forom ta’ dħul alternattivi li jikkumpensaw għal dan in-nuqqas (VAT, taxxa fuq il-proprjetà, taxxa fuq id-dħul); |
|
26. |
Jinnota bi tħassib li biljuni ta’ dollari fis-sena ħallew il-kontinent Afrikan bejn l-1991 u l-2004; b'mod partikolari, jissottolinja li dawn il-flussi 'l barra huma stmata li jammontaw għal 7,6 % tal-PGD annwali tar-reġjun, ħaġa li tagħmel il-pajjiżi Afrikani kredituri netti tal-pajjiżi donaturi; iqis li l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp u l-ħelsien mid-dejn provdut mill-pajjiżi żviluppati se jkun effettiv biss jekk jittieħdu b'mod ugwali miżuri konkreti mill-G20, l-OECD u l-UE biex ikun żgurat li l-bażi fiskali potenzjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhux qed iġġarrab ħsara mill-evażjoni fiskali; jinkoraġġixxi f'dan il-kuntest lin-NU u lill-OECD, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Forum Afrikan tal-Amministrazzjoni Fiskali, biex ikomplu bil-ħidma tagħhom f'dan il-qasam; |
|
27. |
Jinsisti li l-mezzi xierqa biex jinstabu sorsi alternattivi ta’ ġbir ta’ dħul għandhom jappoġġaw, u mhux jiskoraġġixxu, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-ħolqien ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju, filwaqt li jsaħħu s-sjieda u l-iżvilupp lokali; |
|
28. |
Jenfasizza li l-ispejjeż amministrattivi, speċjalment għal sistema tal-VAT ta’ rata multipla, jistgħu jkunu għoljin wisq għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li l-awtoritajiet fiskali tagħhom mhumiex mgħammra bir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa, u għalhekk għandhom jiġu skrutinizzati bir-reqqa; jemmen li f'każi bħal dawn it-taxxi tas-sisa għandhom ikunu selettivi ħafna, fejn ikunu mmirati fuq ftit prodotti prinċipalment għar-raġuni li l-komsum tagħhom jinvolvi esternalitajiet negattivi fuq is-soċjetà, li d-domanda għalihom normalment mhix waħda elastika (it-tabakk, l-alkoħol, eċċ.); jitlob, fil-każ ta’ limitazzjoni, ukoll li jiġu identifikati u intaxxati dawk il-kumpaniji li jistgħu jaqgħu taħt dħul fiskali miżjud (pereżempju dawk involuti fl-estrazzjoni tal-materja prima); |
|
29. |
Jisħaq li rekwiżit importanti sabiex tiżdied it-tassazzjoni diretta għandu jkun li s-settur informali jiddaħħal fis-settur formali u li jitjieb l-ambjent tan-negozju; |
|
30. |
Jenfasizza li, fil-kuntest globali tal-kompetizzjoni fiskali, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jottjenu parti akbar mid-dħul mit-taxxa tagħhom mill-kapital u ftit għandhom possibilità li jiġbru taxxi alternattivi; jinnota li t-tnaqqis fid-dħul mit-taxxa minħabba dik il-kompetizzjoni għandu jiġi indirizzat billi titwessa' l-bażi tat-taxxa jew billi wieħed jastjeni minn dik il-kompetizzjoni għalkollox jekk ikun konvenjenti u jekk fatturi oħra bħall-governanza tajba, is-sigurtà legali u l-evitar tan-nazzjonalizzazzjoni jintefgħu f'periklu fil-proċess tal-kompetizzjoni għall-investiment dirett barrani; jirrimarka li l-pajjiżi bi dħul baxx għandhom bżonn il-kapaċità li jinnegozjaw b'mod effikaċi mal-korporazzjonijiet multinazzjonali sabiex jiżguraw sehem ekwu mill-profitti tal-korporazzjonijiet u jfakkar li dawn għandu jkollhom spazju politiku adegwat biex jimponu l-kontrolli kapitali peress li d-dritt li jinġabar u jerġa' jitqassam id-dħul mit-taxxi huwa kriterju ewlieni għas-sovranità u l-leġittimità tal-istati u għalhekk prerekwiżit għall-governanza tajba; |
|
31. |
Jinnota li l-Gvern Franċiż ikkommissjona riċerka dwar it-tema tal-inċentivi politiċi għat-tassazzjoni, imma għad hemm bżonn ta’ iktar; jistaqsi għalhekk lill-Kummissjoni tistudja jekk approċċi differenti għat-trasferiment tal-għajnuna, eż. għotjiet minflok selfiet, jistgħux jgħinu biex jiġu limitati jew impaċija l-effetti negattivi potenzjali tal-għajnuna fuq it-tkattir tad-dħul, u jekk l-appoġġ baġitarju u t-titjib relatat fit-trasparenza u l-effikaċja tal-ġestjoni tal-infiq pubbliku jikkontribwixxux biż-żmien fuq perjodu twil biex iċ-ċittadini jkollhom rieda akbar li jħallsu t-taxxa; |
|
32. |
Jinnota li ngħatat ftit wisq attenzjoni lejn kif il-gvernijiet jistgħu jużaw il-politiki fiskali biex inaqqsu l-inugwaljanzi fid-dħul u bil-benessri milli jiġu minimizzati d-differenzi eżistenti tal-ġeneru fir-responsabilitajiet fiskali; |
|
33. |
Jitlob għal konċentrazzjoni fuq il-prinċipji tan-newtralità, l-ugwaljanza u s-sempliċità fir-rigward tas-sistemi fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li għandhom jintlaħqu permezz ta':
|
|
34. |
Iqis li hu meħtieġ li l-OECD tfassal linji gwida ġodda dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, mezz essenzjali biex jiġi evitat li ċerti kumpaniji multinazzjonali jittrasferixxu l-profitti tagħhom lejn il-pajjiżi li għandhom l-aktar sistemi fiskali favorevoli u biex jiġi żgurat li jħallsu t-taxxi tagħhom fil-pajjiżi – inklużi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw – fejn ikunu fil-fatt iġġeneraw il-profitti tagħhom; |
|
35. |
Jikkunsidra li hija indispensabbli sistema ta’ taxxa b'rata baxxa għal dħul baxx u medju, ibbażata fuq it-twessigħ tal-bażi fiskali, u li tkun teskludi kwalunkwe eżenzjoni u preferenza fiskali diskrezzjonali, inkluż fir-rigward tal-industriji tal-estrazzjoni; jenfasizza l-bżonn ta’ investiment pubbliku fi proġetti li għandhom impatt lokali pożittiv fil-livell ekonomiku, soċjali, u ambjentali, filwaqt li jiġi evitat il-ħolqien ta’ kwalunkwe opportunità għal xi forma ta’ dumping fiskali; |
Il-ħidma għal ambjent fiskali internazzjonali trasparenti, kooperattiv u ġust
L-ipprezzar kummerċjali ħażin
|
36. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-ipprezzar kummerċjali ħażin hu wieħed mill-muturi l-aktar prominenti tal-flussi finanzjarji illeċiti; jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għall-għarfien espert pubbliku mtejjeb dwar kwistjonijiet bħal dawn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u taħdem fuq proposti konkreti biex tiżgura li l-G20, l-OECD, in-NU u d-WTO jikkunsidraw sett aktar estensiv ta’ indikaturi u metodi biex jiġi affrontat l-ipprezzar kummerċjali ħażin, li fosthom hemm “il-metodi ta’ qligħ kumparabbli” tal-Istati Uniti li wrew indikazzjoni ta’ riżultati tajbin biex jiġi identifikat l-ipprezzar inkorrett ta’ tranżazzjonijiet; |
|
37. |
Jitlob li tittieħed azzjoni kontra l-manipulazzjoni illeġittima tal-prezzijiet tat-trasferimenti (transfer price manipulation) u li jsir rieżami tar-regoli fiskali dinjija li jmorru lilhinn mill-metodu tal-profitti kumparabbli, fil-każ li hemm alternattivi oħra iktar promettenti li jindirizzaw b'mod iktar effikaċi l-problema tal-ipprezzar ħażin; jisħaq li l-UE, il-G20, l-UE u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ b'mod ġenerali għandhom jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq approċċi li jistrieħu fuq l-hekk imsejjaħ prinċipju tad-distakkament (arm's length principle) li jiddikjara li t-tranżazzjonijiet fiskalment relevanti għandhom ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jsiru bejn intrapriżi indipendenti; |
|
38. |
Iħeġġeġ lill-UE tiddefendi fi ħdan il-G20 u l-OECD l-prinċipju tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kwistjonijiet fiskali fuq il-linji tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni ta’ Riżervi fuq id-Dħul, bħala mod kif jitrażżnu l-flussi finanzjarji illeċiti fil-ġurisdizzjonijiet ta’ segretezza; |
|
39. |
Jitlob l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li d-dħul minnha jmur biex itejjeb it-tħaddim tas-suq billi titnaqqas l-ispekulazzjoni u jgħin biex jiġu ffinanzjati l-beni pubbliċi globali bħalma huma l-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u jitnaqqsu d-defiċits pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq malajr studju ta’ fattibilità li jqis il-kundizzjonijiet ugwali globali u, jekk ikun xieraq, biex tippreżenta proposti leġiżlattivi konkreti; |
|
40. |
Jipproponi li dispożizzjoni speċifika relatata mal-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa tiddaħħal fir-reviżjoni tal-ftehim ta’ Cotonou; |
|
41. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu miżuri simili fil-programmi ta’ assistenza bilaterali tagħhom; |
L-industriji estrattivi
|
42. |
Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ inizjattivi għall-promozzjoni ta’ aktar trasparenza fir-renti mir-riżorsi naturali inter alia permezz tal-Konvenzjoni tal-OECD għal kontra l-Korruzzjoni u l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi; jilqa' l-adozzjoni tal-Emendi dwar il-Minerali minn Inħawi f'Kunflitt tal-Kongo u dwar it-Trasparenza li saru għall-Liġi ta’ Riforma tar-Regolament Finanzjarju u jitlob lill-Kummissjoni tipproponi inizjattiva leġiżlattiva fuq l-istess linji mingħajr ma tnaqqas ir-responsabilità tal-gvernijiet fid-dinja li qed tiżviluppa, u mingħajr ma tpoġġi piż burokratiku żejjed fuq il-kumpaniji, peress li din il-ħaġa diġà ġiet ikkritikata mill-partijiet interessati fid-dinja li qed tiżviluppa u tista' tkun ħaġa kontraproduttiva; |
|
43. |
Jisħaq li l-isfruttar tar-riżorsi naturali għandu jitkompla sabiex pajjiż jiġi megħjun jilħaq l-għanijiet soċjali u ekonomiċi iktar wiesgħa tiegħu li, għall-gvernijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, dan ifisser li tiġi deskritta b'mod ġenerali viżjoni, jekk dan ikun mixtieq flimkien mal-partijiet interessati internazzjonali u mal-esperti, dwar kif is-settur tar-riżorsi jidħol fil-futur ekonomiku tal-pajjiż; iqis li għal xi pajjiżi l-aħjar użu tal-kwalitajiet tar-riżorsi jista' jkun li dawn jitħallew fl-art biex jintużaw fil-futur filwaqt li għal oħrajn, dan jista' jkun li jiġu estratti malajr, bħala għajn intermedjarju ta’ dħul domestiku, sabiex jiġi ġġenerat dħul biex isostni l-investiment meħtieġ għat-tkabbir u sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet umani urġenti; |
|
44. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu sħab ugwali fid-diskussjoni u fl-adozzjoni ta’ inizjattivi ġodda fis-settur tal-estrazzjoni tar-riżorsi; jisħaq li l-arranġamenti ġodda f'dan il-qasam għandhom jieħdu l-forma ta’ standards internazzjonali ġeneralizzati sabiex ikun evitat il-ħolqien ta’ tgħaqqid flimkien ta’ biċċiet ta’ regolamenti, ħaġa li tkun kontraproduttiva mill-perspettiva tal-gvernijiet, tal-amministrazzjoni fiskali u tal-kumpaniji internazzjonali; |
|
45. |
Jisħaq li l-proposti tal-Kummissjoni u inizjattivi trasparenti mhux governattivi għas-settur tal-industriji tal-estrazzjoni, eż. il-Karta tar-Riżorsi Naturali, il-Prinċipji tal-Ekwatur u l-Linji Gwida għall-Investituri u għall-Kumpaniji minn ‘Critical Resource’, fil-fatt huma favur in-negozju; dawn jipproduċu sigurtà legali u sħubijiet sostenibbli fuq żmien twil u jservu ta’ salvagwardji kontra r-rinazzjonalizzazzjoni, il-ftuħ mill-ġdid ta’ negozjati u l-espulsjoni; jinnota li hemm problemi li għandhom jiġu indirizzati wkoll, pereżempju l-fatt li n-negozji jista' jkun li jkollhom jiżvelaw informazzjoni kummerċjali sensittiva, ħaġa li tpoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv, jew li xi ftehimiet mal-gvernijiet huma bbażati fuq il-fatt li informazzjoni tinżamm sigrieta; |
|
46. |
Jinnota li r-renti mir-riżorsi dejjem għandhom jitqiesu bħala mezz intermedjarju sabiex jiżdied id-dħul domestiku; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li s-suċċess fit-tassazzjoni tar-riżorsi spiss iġib avvanzi f'taxxi diretti, bħat-taxxi tad-dħul għall-kumpaniji, u dħul mhux fiskali, bħat-tariffi tad-drittijiet; |
|
47. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li numru kbir ta’ stati li għandhom renti akbar, li jibbenefikaw minn renti abbundanti mir-riżorsi, partikolarment dawk miż-żejt u l-minerali, għandhom ftit inċentiv biex ikunu obbligati jagħtu rendikont, biex iwieġbu jew biex ikunu effiċenti; itenni li mekkaniżmi ta’ kontrol istituzzjonali u demokratiku b'saħħithom huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni biex iżżid l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp dwar il-formolazzjoni ta’ kuntratti bejn kumpaniji multinazzjonali u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar kwistjonijiet ta’ sfruttar tar-riżori; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jimpenjaw ruħhom iktar mal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi, permezz tad-disponibilità tal-finanzi u l-parteċipazzjoni fil-korp governattiv tagħha; |
|
49. |
Ifakkar li l-kwalità tar-rappurtar finanzjarju hi kruċjali biex l-evażjoni fiskali tiġi miġġielda b'mod effikaċi; Iqis li r-rappurtar fuq il-bażi ta’ kull pajjiż għalih huwa tal-akbar importanza għall-industriji estrattivi, imma jfakkar li jkun ta’ ġid ukoll għall-investituri fis-setturi kollha, u b'hekk isir jikkontribwixxi għall-governanza tajba globalment; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-inklużjoni ta’ rekwiżit fl-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà li l-korporazzjonijiet multinazzjonali kollha jirrappurtaw id-dħul tagħhom u t-taxxa li ħallsu abbażi ta’ kull pajjiż individwalment; ifakkar li din it-talba hija konsistenti mal-bżonn li tittejjeb ir-responsabilità soċjali korporattivi tal-intrapriżi multinazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra r-rappurtar pajjiż b'pajjiż fir-riforma tagħha tad-direttivi dwar il-kontabilità; |
|
50. |
Jitlob l-introduzzjoni ta’ obbligi ta’ rrappurtar finanzjarju pajjiż pajjiż għall-kumpaniji transkonfinali, inklużi l-profitti qabel u wara t-taxxa, bl-għan li tiżdied it-trasparenza u jiżdied ukoll l-aċċess għal data relevanti għall-amministraturi fiskali; huwa tal-fehma li, sabiex jiġi żgurat li s-setturi kollha u l-kumpaniji kollha jkunu koperti b'mod uniformi, l-UE għandha tintroduċi l-prinċipju bħala parti mir-reviżjonijiet li ġejjin tad-direttiva dwar it-trasparenza u d-direttivi ta’ kontabilità tal-UE, filwaqt li fil-livell internazzjonali l-Kummissjoni għandha tagħmel pressjoni fuq il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà biex jiżviluppa malajr l-istandard komprensiv korrispondenti; jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament dwar ir-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika tagħha u dwar id-diskussjonijiet tagħha mal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà fi żmien is-sitt xhur li ġejjin; |
|
51. |
Jenfasizza l-importanza ta’ rappurtar fuq il-bażi ta’ kull pajjiż għalih u jirrikjedi li n-negozjati f'dan il-qasam jiġu intensifikati:
|
Titjib tal-koordinament tad-donaturi
|
52. |
Jieħu nota tar-riżultati tal-“Istħarriġ Komparattiv” tal-Patt Fiskali Internazzjonali, li juru li hemm bżonn aktar koordinament tad-donaturi fil-qasam tat-tassazzjoni u l-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu inizjattivia fuq din il-linja u tintensifika l-appoġġ tagħha għal inizjattivi multilaterali u reġjonali, bħall-Forum Afrikan għall-Amministrazzjoni Fiskali u ċ-Ċentru Inter-Amerikan tal-Amministrazzjonijiet Fiskali; |
It-titjib tal-arkitettura internazzjonali għall-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali
|
53. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp mhux se jirnexxielha telimina l-faqar globali jekk ma jittieħdu l-ebda miżuri ambizzjużi fi ħdan il-G20, l-OECD u l-UE biex jirreprimu r-rifuġji fiskali u l-istrutturi fiskali ta’ ħsara; |
|
54. |
Jinnota li, mis-Samit tal-G20 tat-2 ta’ April 2009 'l hawn, iċ-ċentri finanzjarji offshore impenjaw ruħhom li jikkonformaw mal-istandards tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni; jinnota, madankollu, li l-istrutturi ta’ ħsara tar-rifuġji fiskali għadhom jeżistu; jitlob għal darb'oħra li tittieħed azzjoni barra mill-qafas tal-OECD biex jiġu miġġielda r-rifuġji fiskali minħabba n-nuqqasijiet varji tagħhom; f'dan ir-rigward, itenni t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-istandards internazzjonali tal-OECD jirrikjedu l-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba imma li ma hemm l-ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni fuq il-linji tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni ta’ Riżervi fuq id-Dħul; jikkritika bl-istess mod il-fatt li l-OECD tippermetti lill-gvernijiet jaħarbu l-lista s-sewda tagħha sempliċimenti billi jwiegħdu li se jaderixxu ruħhom mal-prinċipji ta’ skambju ta’ informazzjoni, mingħajr ma tiżgura li dawn il-prinċipji effettivement jiġu pprattikati; iqis ukoll li r-rekwiżit li jikkonkludu ftehimiet ma’ 12-il pajjiż ieħor bil-għan li jitneħħew minn fuq il-lista s-sewda huwa wieħed arbitrarju peress li ma jirreferi għall-ebda indikatur kwalitattiv għal valutazzjoni oġġettiva tal-konformità mal-prattiki tal-governanza tajba; |
|
55. |
Jenfasizza li fis-sena jintilfu sa EUR 800 biljun mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba r-rifuġji fiskali u l-flussi finanzjarji illeġittimi; jinnota li trasparenza ikbar fil-proċess finanzjarju tista' tkun pass deċiżiv lejn it-taffija tal-faqar u l-ħolqien ta’ ġid sinifikanti; |
|
56. |
Iqis li l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni għandu jseħħ fiċ-ċirkostanzi kollha; jilqa' f'dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni sabiex il-koopereazzjoni bejn l-Istati Membri tiġi estiża biex tkopri t-taxxi ta’ kwalunkwe tip, jiġi abolit s-sigriet bankarju u jiġi stabbilit l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bħala regola ġenerali; |
|
57. |
Jilqa' l-fatt li xi Stati Membri huma firmatarji tal-Konvenzjoni bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-OECD dwar l-Għajnuna Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Fiskali, u jħeġġeġ lis-17-il Stat Membru li m'għamlux dan biex jiffirmaw il-Konvenzjoni; |
|
58. |
Jistieden lill-UE żżid l-azzjoni tagħha u tieħu miżuri konkreti, bħal sanzjonijiet, kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħarba illeċita tal-kapital; jitlob lill-Kunsill jeżamina l-possibilità li jkun hemm mekkaniżmu multilaterali għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni fiskali b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Esperti tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fi Kwistjonijiet Fiskali; |
|
59. |
Jitlob lill-Kummissjoni tadotta kriterji aktar stretti għall-identifikazzjoni tar-rifuġji fiskali u taħdem biex jintlaħaq ftehim multilaterali dwar l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fiskali li jkun vinkolanti internazzjonalment, inkluż għat-trusts u għall-fondazzjonijiet, u li jipprevedi kontromiżuri fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħruġ illeċitu ta’ fondi u l-ħarba illeċita ta’ kapital, minħabba li dawn ġew identifikati bħala ostakolu ewlieni għall-mobilizzazzjoni ta’ dħul domestiku għall-iżvilupp; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni b'mod partikolari lejn il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ mgħax (8) u lejn il-miżuri rakkomandati għall-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali; |
|
60. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-effett sfortunat tat-trattati fiskali fuq id-distribuzzjoni tad-dħul mit-taxxa; jinnota li l-metodu biex jiġu assenjat id-dritt għal taxxa bbażata fuq il-prinċipju tad-domiċilju minflok il-pajjiż sors jgħin biex ir-rifuġji fiskali jsiru postijiet aktar vantaġġużi; iqis li t-trattati fiskali għandhom jerġgħu jiġu eżaminati għal kemm huma ġusti, li timplika l-possibilità li d-dritt primarju għal taxxa fil-pajjiż sors jingħata fejn qed jitwettqu l-attivitajiet reali; |
|
61. |
Jiddeplora l-fatt li l-G20 għandu ma pproponiex kalendarju ċar u mekkaniżmu konkret ta’ sanzjoni biex jagħmel il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali waħda effettiva; jitlob li tiġi adottata konvenzjoni internazzjonali bl-iskop li jiġu eliminati l-istrutturi fiskali ta’ ħsara li tkun tinkludi sanzjonijiet kemm għall-ġurisdizzjonijiet mhux kooperattivi u kemm għall-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw mar-rifuġji fiskali; iħeġġeġ lill-UE tadotta miżuri simili għall-Att tal-Istati Uniti biex jitwaqqaf l-abbuż tar-rifuġji fiskali (Stop Tax Haven Abuse Act) u tqis il-possibilità tat-tneħħija tal-liċenzja bankarja lill-istituzzjonijiet finazjarji li joperaw mar-rifuġji fiskali; |
|
62. |
Iqis li l-UE għandha wkoll tiżgura l-konsistenza fl-implimentazzjoni fil-livell tal-UE u dak internazzjonali ta’ standards fil-qasam tas-superviżjoni ta’ prudenza, it-tassazzjoni u l-ħasil tal-flus; |
|
63. |
Jitlob li l-istrutturi tal-fondi opportunistiċi jiġu żvelati internazzjonalment sabiex dawn jiġu identifikati u sabiex l-attivitajiet tagħhom jiġu pprojbiti; |
|
64. |
Jitlob il-ħolqien, fil-qafas tal-FSE, ta’ mekkaniżmu ta’ kontroll indipendenti biex jevalwa l-impatt fiskali nett tat-tneħħija tad-dazji doganali u fl-istess ħin tal-progress miksub fir-rigward tar-riformi fiskali pajjiż pajjiż; jitlob l-introduzzjoni ta’ klawsola li tipprovdi għal reviżjoni globali obbligatorja tal-FSE kollha fi żmien tlieta sa ħames snin u li tagħti lok għal modifiki ta’ kull ftehim fl-interess tal-qerda tal-faqar, l-iżvilpp sostenibbli u l-integrazzjoni reġjonali; jitlob reviżjoni obbligatorja tal-progress ta’ kull pajjiż individwali fl-implimentazzjoni tar-riformi fiskali b'konformità mal-aħħar aġġornamenti tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kaptial tal-OECD; |
|
65. |
Jisħaq li l-amministrazzjonijiet fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom bżonn jikooperaw jekk ma jagħmlux parti mill-Ministeri tal-Finanzi rispettivi, speċjalment dwar il-politika fiskali u baġitarja, b'modi li ma jistimulawx ir-rivalità u l-għira imma li jħeġġu r-relazzjonijiet tajba u l-governanza tajba fil-kwistjonijiet fiskali; |
|
66. |
Jitlob li jiġu stabbiliti jew (fil-każ li dawn diġà huma stabbiliti) li jittejbu istituzzjonalment l-hekk imsejħa awtoritajiet tad-dħul (semi)awtonomi (ADA), permezz ta’ sistemi adegwati ta’ spezzjonijiet u bilanċi, sabiex jiġi evitat li l-awtoritajiet tat-taxxa; |
|
67. |
Jenfasizza f'dan il-kontest li l-istatus għoli u l-awtonomija maniġerjali tal-awtoritajiet tad-dħul awtonomi għandhom jiġu bbilanċjati permezz ta’ arranġamenti ta’ governanza pluralistika li jiżguraw:
|
|
68. |
Iqis li l-iżvilupp ta’ sistema fiskali effikaċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jkun is-sinsla tal-finanzi pubbliċi tagħhom; iqis li l-politika ġdida ta’ investiment tal-UE fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tikkontribwixxi sabiex jiġi stabbilit ambjent aħjar, aktar favorevoli għal investiment privat barrani u nazzjonali u biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal għajnuna internazzjonli aktar effikaċi; ifakkar li l-politika ta’ investiment tal-UE għandha tiffoka fuq l-iżvilupp tal-SMEs, inkluż permezz tal-mikrokreditu, u tinkoraġġixxi l-innovazzjoni, l-effikaċità tas-servizzi pubbliċi, is-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u t-trasferiment tal-għarfien favur it-tkabbir; |
*
* *
|
69. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 29.
(2) ĠU C 4 E, 7.1.2011, p. 34.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0210.
(4) ĠU C 230 E, 26.8.2010, p. 1.
(5) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 94.
(6) ĠU C 282E, 6.11.2008, p. 323.
(7) Pereżempju, ara l-istudju ta’ Baunsgaard & Keen (2005), ikkwotat fir-rapport tal-FMI tal-15 ta’ Frar 2005, bit-titolu “Dealing with the Revenue Consequences of Trade Reform” ('It-Trattament tal-Konsegwenzi tad-Dħul tar-Riforma Kummerċjali), li fih il-FMI jikkonkludi li “many low-income countries and some middle-income countries have had difficulty in replacing trade tax revenues” (“ħafna pajjiżi bi dħul baxx u xi pajjiżi bi dħul medju kellhom diffikoltà biex jissostitwixxu d-dħul mit-taxxi kummerċjali”).
(8) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 488.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/48 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
L-agrikoltura u l-kummerċ internazzjonali
P7_TA(2011)0083
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar l-agrikoltura tal-UE u l-kummerċ internazzjonali (2010/2110(INI))
2012/C 199 E/06
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Tielet Parti, Titolu III u l-Ħames Parti, Titoli II u V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-prinċipji relatati mar-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali stipulati fl-Artikolu 13 tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehimiet tad-WTO, u b’mod partikolari l-Ftehim dwar l-Agrikoltura li ġie nnegozjat waqt ir-Rawnd ta’ Urugwaj u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni adottata fir-raba' Konferenza Ministerjali li saret f'Doha mid-9 sal-14 ta’ Novembru 2001, id-Deċiżjoni adottata mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-1 ta’ Awwissu 2004 u d-Dikjarazzjoni adottata fis-sitt Konferenza Ministerjali li saret f'Ħong Kong mit-13 sat-18 ta’ Diċembru 2005, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ April 2006 dwar il-valutazzjoni tar-Rawnd ta’ Doħa wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozzi ta’ modalitajiet riveduti għall-agrikoltura li ġew iċċirkulati fis-6 ta’ Diċembru 2008 mill-president min-naħa tad-WTO li ppresieda n-negozjati dwar l-agrikoltura, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil tal-15 ta’ Mejju 2009 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni Ewropea rigward l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja minn annimali li ma jkunux ġew ittrattati b'ċerti ormoni li jinkoraġġixxu t-tkabbir u rigward id-dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Komunitajiet Ewropej, |
|
— |
wara li kkunsidra s-soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku li ntlaħqed fil-15 ta’ Lulju 2009 bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea għat-tilwima bit-titolu “Il-Komunitajiet Ewropej – Miżuri li jolqtu l-Approvazzjoni u l-Marketing tal-Prodotti Bijoteknoloġiċi”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim li ġie inizjalat fil-15 ta’ Diċembru 2009 bejn l-UE u l-pajjiżi Latino-Amerikani li jistipola l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni aħħarija tat-tilwimiet pendenti dwar ir-reġim tal-importazzjoni tal-UE għall-banana (Ftehim ta’ Ġinevra), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2009 dwar il-prospetti għall-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp (DDA) wara s-Seba' Konferenza Ministerjali tad-WTO (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni, fis-17 ta’ Diċembru 2009, tan-negozjati bejn l-UE u l-Marokk dwar ftehim li jirrigwarda miżuri ta’ liberalizzazzjoni fuq prodotti agrikoli u tas-sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni, fl-1 ta’ Marzu 2010, tan-negozjati bejn l-UE, il-Perù u l-Kolombja dwar l-iffirmar ta’ Ftehim bejn Bosta Partijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra s-soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku li ntlaħqed fit-18 ta’ Marzu 2010 bejn ir-Repubblika Arġentina u l-Unjoni Ewropea għat-tilwima bit-titolu “Il-Komunitajiet Ewropej – Miżuri li jolqtu l-Approvazzjoni u l-Marketing tal-Prodotti Bijoteknoloġiċi”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar ‘Il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: liema strateġija għandna nsegwu? (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni, fid-19 ta’ Mejju 2010, tan-negozjati bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali dwar il-pilastru tal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t’Isfel iffirmat fis-6 ta’ Ottubru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Mercosur għal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Kanada għal Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv, |
|
— |
wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Indja għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles, |
|
— |
wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Ukraina għal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tiegħu bit-titolu “Bilanċ tan-Negozjati Agrikoli tad-WTO wara l-Falliment tat-Taħdidiet tal-2008”, ta’ Ġunju 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra l-gwida bit-titolu ‘Indikazzjonijiet Ġeografiċi u l-Ftehim TRIPs: 10 Snin Wara. Pjan direzzjonali għad-detenturi tal-IĠ tal-UE biex jakkwistaw ħarsien f'Membri oħra tad-WTO', li ġiet ikkummissjonata mill-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ta-15 ta’ Settembru 2010 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontrapartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (COM(2010)0484), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kwistjoni tal-liberalizzazzjoni tad-dmirijiet għall-Pakistan, prevista fl-Artikolu 1 tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għall-Pakistan (COM(2010)0552), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-NU, |
|
— |
li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7–0030/2011), |
|
A. |
billi l-UE għadha bil-wisq l-akbar importatriċi ta’ prodotti agrikoli fid-dinja, fejn l-importazzjonijiet kważi rduppjaw fil-valur f’dawn l-aħħar għaxar snin u issa jiffurmaw kważi 20 % tal-importazzjonijiet kollha tad-dinja, |
|
B. |
billi s-sehem tal-UE mill-esportazzjonijiet agrikoli globali qed jonqos bħala riżultat tat-tkabbir aktar mgħaġġel ta’ sħab kummerċjali agrikoli ewlenin oħra; billi l-prodotti finali ffurmaw 68 % tal-valur tal-esportazzjonijiet tal-UE fl-2007-2009, filwaqt li l-prodotti intermedji u l-kommoditajiet irrappreżentaw 23 % u 9 % rispettivament; billi, barra minn hekk, il-prezzijiet tas-suq dinji huma fattur mid-diffikultajiet li l-UE qed tesperjenza fl-esportazzjoni tal-prodotti tagħha, minħabba li, in ġenerali, il-prezzijiet huma baxxi u l-Unjoni għandha spejjeż tal-produzzjoni ogħla, |
|
C. |
billi l-iżbilanċ tal-kummerċ agrikolu tal-UE laħaq l-ogħla livell rekord ta’ EUR 7 biljun fl-2008; billi l-iżbilanċ kummerċjali tal-UE mal-Mercosur, pereżempju, aktar milli rdoppja mill-2000 'il hawn u l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli mill-Mercosur li jidħlu l-UE issa għandhom il-valur ta’ EUR 19-il biljun, meta mqabbla mal-valur ta’ EUR 1 biljun ta’ esportazzjonijiet, |
|
D. |
billi l-UE hija l-akbar importatriċi fid-dinja fir-rigward tal-prodotti agrikoli mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn timporta aktar mill-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Kanada, l-Awstralja u n-New Zealand kollha f'daqqa; billi madwar 71 % tal-importazzjonijiet agrikoli totali joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala riżultat tal-inizjattiva Kollox ħlief Armi (EBA) għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), is-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP), u l-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (FSE), |
|
E. |
billi l-abbozzi ta’ modalitajiet dwar l-agrikoltura li ħarġet id-WTO fl-2008 jkunu jeħtieġu li l-UE tagħmel konċessjonijiet jerġa’ akbar minn dawk stabbiliti fl-offerta, li diġà hija waħda sostanzjali, magħmula mill-UE f’Ottubru 2005, |
|
F. |
billi l-applikazzjoni tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp (PCD) għall-agrikoltura u l-kummerċ se tħalli effett ukoll fuq il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju 1 (l-eradikazzjoni tal-faqar estrem u l-ġuħ) u 8 (is-sħubija globali għall-iżvilupp), inkluż permezz tad-dispożizzjonijiet għal regoli kummerċjali u aċċess għas-suq aktar ġusti, |
|
G. |
billi l-UE diġà naqqset drastikament l-appoġġ domestiku tagħha li jgħawweġ il-kummerċ, mhux bħas-sħab kummerċjali ewlenin, b’mod partikolari l-Istati Uniti, li żammet u f’xi każijiet saħħet l-istrumenti tagħha skont il-Liġi tal-Biedja (Farm Bill) tal-2008, |
|
H. |
billi l-UE b’mod unilaterali għamlet tnaqqis sostanzjali fir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tagħha, fejn is-sehem tagħhom mill-baġit tal-PAK niżel minn 29,5 % fl-1993 għal biss 1,2 % fl-2009, u bil-proporzjon tal-valur tal-esportazzjonijiet agrikoli li għalih ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni li jitħallsu waqgħu minn 25 % fl-1992 għal biss 0,9 % fl-2009; billi xi sħab kummerċjali ewlenin qed ikomplu jagħmlu użu konsiderevoli minn suriet oħra ta’ inċentivi għall-esportazzjoni, |
|
I. |
billi, fil-qafas tat-tilwima tal-“ormoni taċ-ċanga”, l-Istati Uniti qed tkompli timponi sanzjonijiet fuq l-UE u kienet anke ħabbret li se jieħdu sistema rotattiva biex ikopru prodotti agrikoli oħra tal-UE, bil-għan li l-impatt tagħhom jiżdied (leġiżlazzjoni “karużell”); billi skont il-Memorandum ta’ Qbil (MtQ) l-UE tagħti kwota tariffarja ta’ importazzjoni mingħajr dazju ta’ 20 000 tunnellata ċanga, |
|
J. |
billi l-Istati Uniti sfidat, fi ħdan id-WTO, ir-regoli tal-UE li jirregolaw l-iġjene u l-ikkummerċjar tat-tjur, |
|
K. |
billi soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku intlaħqet mal-Kanada u l-Arġentina dwar it-“tilwima tal-OĠM”; billi l-Istati Uniti għamlet talba ta’ ritaljazzjoni ġenerali, |
|
L. |
billi d-deċiżjoni mogħtija mill-panel tad-WTO dwar iz-zokkor kienet waħda mill-muturi prinċipali tar-riforma taz-zokkor tal-UE tal-2006 u għadha qed ikollha impatt ewlieni fuq il-kummerċ taż-żokkor; billi l-organizzazzjoni tas-suq komuni għaz-zokkor tirrispetta l-impenji tal-kummerċ tal-UE kollha; billi fi żmien tliet snin l-UE nbidlet mit-tieni l-akbar esportatriċi taz-zokkor għat-tieni l-akbar importatriċi netta, b’mod ewlieni għall-benefiċċju tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (LDC u l-pajjiżi tal-AKP), |
|
M. |
billi r-riforma taz-zokkor tal-2006 laħqet l-objettivi ta’ żieda fil-kompetittività, tnaqqis fil-prezzijiet taz-zokkor u tnaqqis fil-kwota tal-produzzjoni taz-zokkor b’madwar 30 %; billi, madankollu, wasslet għall-għeluq ta’ 83 fabbrika minn total ta’ 189 fl-UE ta’ 27, it-telfa ta’ ’l fuq minn 16 500 impjieg dirett f’żoni rurali, u t-tmiem tal-kultivazzjoni tal-pitravi taz-zokkor għal madwar 140 000 bidwi, |
|
N. |
billi s-suq dinji taz-zokkor huwa wieħed mill-aktar swieq tal-prodotti agrikoli volatili u jinsab iddominat minn pajjiż wieħed (il-Brażil); billi l-produzzjoni taz-zokkor tal-UE tipprovdi provvista affidabbli lis-suq dinji u tiżgura provvista interna regolari ta’ prodotti sostenibbli u ta’ kwalità għolja lill-utenti Ewropej, |
|
O. |
billi l-UE qed tippromwovi produzzjoni sostenibbli tal-enerġija rinnovabbli, permezz ta’ rekwiżiti li jridu jiġu applikati sa tmiem l-2010; billi l-UE diġà timporta aktar minn 25 % tal-konsum tal-fjuwil bijoetanol tagħha, bl-esklużjoni tal-bijoetanol importat fil-forma ta’ taħlitiet bil-għan li jiġu evitati d-dazji tal-importazzjoni; billi l-Kummissjoni għandha bżonn tiżgura li jkun hemm bilanċ bejn il-produzzjoni interna tal-bijoetanol u l-importazzjonijiet bi qbil mal-Artikolu 23(5)(a) tad-Direttiva tal-Enerġija Rinnovabbli (Direttiva 2009/28/KE (5)), |
|
P. |
billi r-Raba’ Sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk se ssir f’Novembru 2010; billi tniedet konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni possibbli tad-Direttiva tal-Prodotti tat-Tabakk (Direttiva 2001/37/KE (6)); billi ħafna membri tad-WTO qajmu l-kwistjoni tal-konformità mal-Ftehima TBT tal-Liġi Kanadiża C-32, li tinvolvi b’mod effettiv il-projbizzjoni tal-prodotti kollha tat-tabakk imħallat tradizzjonali, barra dawk li jużaw biss it-tabakk tal-Virġinja, l-unika varjetà prodotta fil-Kanada u użata fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk Kanadiż, |
|
Q. |
billi l-UE trid toħloq bilanċ fil-ftehimiet tal-kummerċ internazzjonali bejn il-liberalizzazzjoni tas-suq u l-protezzjoni għas-setturi ekonomiċi u d-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi, |
|
R. |
billi l-ftehimiet tal-kummerċ tal-UE ma’ pajjiżi terzi jridu jipproteġu s-setturi tal-UE li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet – b’mod partikolari s-setturi tal-frott u l-ħaxix, tal-bhejjem u taċ-ċereali, li fihom id-dħul waqa’ b’mod sostanzjali – u, fl-istess ħin, joffrulhom opportunitajiet tal-esportazzjoni ġenwini, |
|
S. |
billi l-bdiewa lokali ż-żgħar, li jagħtu kontribut sinifikanti lis-sigurtà tal-ikel fir-reġjuni tagħhom, ma jridux jiġu affettwati b’mod negattiv mill-konklużjoni tal-ftehimiet tal-kummerċ internazzjonali tal-UE, |
|
T. |
billi l-UE trid tfittex li tiżgura mmonitorjar aħjar tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali meta tikkonkludi ftehimiet tal-kummerċ internazzjonali, |
|
U. |
billi l-kunsens tal-Parlament huwa meħtieġ għall-konklużjoni tal-ftehimiet tal-kummerċ innegozjati mill-Kummissjoni, |
Konsistenza bejn il-politika agrikola u l-politika kummerċjali komuni tal-UE
|
1. |
Iqis li s-settur agrikolu tal-UE għandu valur miżjud ċar għall-ekonomija Ewropea u għandu rwol strateġiku xi jwettaq fl-istrateġija UE 2020 biex jinstab tarf tal-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qed tiffaċċja l-UE; jisħaq fuq il-bżonn li tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki tal-UE tal-agrikoltura, tal-kummerċ u tal-iżvilupp; |
|
2. |
Jenfasizza li l-politika tal-kummerċ estern m’għandhiex tipperikola l-abilità tal-UE li żżomm settur agrikolu b’saħħtu u tiżgura s-sigurtà tal-ikel fi sfond ta’ volatilità akbar tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefendi, fil-fora kollha, u b’mod partikolari fid-WTO, ir-rwol multifunzjonali tal-agrikoltura tal-UE, inkluż ir-rwol vitali li għandha biex tipprovdi l-impjieg f’żoni rurali u biex issostni l-vitalità tagħhom, u l-mudell agroalimentari Ewropew li huwa komponent strateġiku tal-ekonomija tal-Ewropa; |
|
3. |
Jikkundanna l-approċċ tal-Kummissjoni, li wisq ta’ spiss tagħmel konċessjonijiet fuq l-agrikoltura bil-għan li tottjeni aċċess imtejjeb għas-suq f’pajjiżi terzi għall-prodotti industrijali u s-servizzi; jitlob lill-Kummissjoni biex tieqaf tpoġġi l-interessi agrikoli wara l-interessi tas-settur industrijali u tas-servizzi; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi approċċ li jġib bilanċ bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet, filwaqt li, għal kull settur agrikolu jitqiesu l-iżvilupp ta’ negozjati ta’ kummerċ multilaterali u bilaterali, kif ukoll l-istandards ambjentali, soċjali, tal-benessri tal-annimali u ta’ sikurezza tal-UE u rispett għad-drittijiet tal-bniedem; |
|
5. |
Jenfasizza li, fir-rigward tas-settur agrikolu, il-Kummissjoni trid twettaq valutazzjonijiet tal-impatt li jridu jixxandru qabel ma jinbdew in-negozjati u aġġornamenti proposti ħalli jqisu pożizzjonijiet ġodda li joħorġu min-negozjati; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm proċess xieraq u trasparenti biex jiġu kkonsultati l-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari fil-Parlament u l-Kummissjoni; ifakkar li kunsill konsultattiv domestiku kien inkluż fil-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t’Isfel u jinnota li dan jista’ jkun preċedent għall-involviment ta’ partijiet interessati fi ftehimiet tal-kummerċ ħieles; |
|
6. |
Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt iridu jqisu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull prodott, bħas-suq taċ-ċanga, filwaqt li titqies is-segmentazzjoni tas-suq; jisħaq fuq il-fatt li valutazzjonijiet tal-impatt preċedenti pprovdew biss figuri globali; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprovdi valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati filwaqt li jitqiesu l-effetti fuq setturi speċifiċi tas-suq li joħorġu mill-ftuħ tas-swieq agrikoli tal-UE għall-blokk tal-kummerċ tal-Mercosur; |
|
7. |
Huwa tal-opinjoni li m’għandhomx jittieħdu deċiżjonijiet biex jinfetaħ aktar is-suq tal-UE għall-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli mingħajr ma jiġi żgurat li l-bdiewa tal-UE jkunu kkumpensati għat-telf tagħhom; |
|
8. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-kumpens finanzjarju ma jistax ipatti għall-impatti negattivi tal-qtugħ tal-kontinwità tal-produzzjoni agrikola tal-UE, li tiggarantixxi s-sikurezza u l-kwalità tal-ikel u hija essenzjali għall-prosperità taż-żoni rurali tal-UE u l-ħarsien tal-pajsaġġi rurali kontra t-theddida tal-abbandun tal-art u l-ispopolament rurali; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jinżammu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-bdiewa tal-UE jibqgħu vijabbli u jirċievu dħul ġust fl-Istati Membri kollha, b’hekk jitneħħa x-xkiel għar-revitalizzazzjoni tal-biedja fl-Ewropa, fid-dawl tar-rwol ewlieni li kellu l-PAK fl-istruttura tal-UE; |
|
9. |
Ifakkar li l-produtturi tal-UE huma obbligati li jissodisfaw l-ogħla standards f’dawk li huma kwalità, iġjene tal-prodotti, metodi ta’ produzzjoni sostenibbli, saħħa tal-pjanti, saħħa u benessri tal-annimali, traċċabilità, kontroll tar-residwu tal-pestiċidi, mediċina veterinarja u addittivi; |
|
10. |
Huwa konvint li l-metodi ta’ produzzjoni ta’ pajjiżi terzi għall-esportazzjoni lejn l-UE jridu jipprovdu lill-konsumaturi Ewropej bl-istess garanziji f’termini ta’ saħħa, sikurezza tal-ikel, benessri tal-annimali, żvilupp sostenibbli u standards soċjali minimi bħal dawk meħtieġa mill-produtturi tal-UE; jenfasizza li dan huwa l-uniku mod li bih jiġi żgurat li l-produtturi tal-UE jkunu jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell ma’ pajjiżi terzi, u jinsisti fuq il-ħtieġa li fil-fruntieri jsiru kontrolli aktar stretti tal-importazzjoni u biex jiżdiedu l-kontrolli fuq il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tat-tqegħid fis-suq li jsiru mill-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel f’pajjiżi li jkunu qed jesportaw lejn l-UE sabiex tiġi ggarantita l-konformità mal-istandards tal-UE; |
|
11. |
Jenfasizza l-ħtieġa, fir-rigward tal-importazzjonijiet, ta’ konformità stretta mar-regoli tal-oriġini u mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-kummerċ triangolari; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi b’mod proattiv l-interessi agrikoli offensivi tal-UE u biex issir aktar faċli għall-prodotti tal-UE li jiksbu aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi, minħabba l-potenzjal wiesa’ ta’ esportazzjoni u ta’ stabilizzazzjoni tas-suq dinji tal-prodotti agroalimentari ta’ kwalità għolja tal-UE; jenfasizza, inter alia, il-ħtieġa li l-programmi ta’ promozzjoni jiġu intensifikati; jinnota li dawn il-miżuri huma kompatibbli mad-WTO, peress li jaqgħu fil-“kaxxa l-ħadra”; |
|
13. |
Jinnota li r-reġjuni l-aktar periferiċi (OR) huma parti integrali tal-UE u li ftehimiet tal-kummerċ japplikaw fis-sħuħija tagħhom għal tali reġjuni; jenfasizza li tariffi doganali aktar baxxi joħolqu theddida għall-ekonomiji fraġli tar-reġjuni l-aktar periferiċi, li huma bbażati b’mod ewlieni fuq il-biedja u jipproduċu prodotti simili għal dawk prodotti minn, fost l-oħrajn, pajjiżi msieħba tal-Amerika Latina; jinnota li, skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, il-politiki tal-UE jistgħu jitfasslu b’mod speċifiku għaċ-ċirkustanzi ġeografiċi u ekonomiċi speċifiċi ta’ reġjuni bħal dawn; b’hekk jitlob lill-Kummissjoni biex matul in-negozjati tqis is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar periferiċi, sabiex jiġi żgurat li l-iżvilupp tagħhom ma jiġix ostakolat; |
L-agrikoltura fis-sistema ta’ kummerċ multilaterali
L-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp (ADŻ)
|
14. |
Iqis li, fi sforz biex ikun żgurat riżultat ta’ suċċess għad-DDA, l-UE għamlet offerta estremament ġeneruża fuq l-agrikoltura, li ma tistax tiżdied, imma dan għadu sal-lum il-ġurnata ma ġiex reċiprokat minn livell ekwivalenti ta’ ambizzjoni minn pajjiżi żviluppati u minn pajjiżi li qed jiżviluppaw avvanzati oħrajn; |
|
15. |
Ifakkar li r-riforma tal-PAK tal-2003 u l-“Kontroll tas-Saħħa” tal-2008 wrew is-serjetà tal-impenji tal-UE favur riforma billi antiċipaw ir-rirżultati probabbli tar-Rawnd ta’ Doha, filwaqt li għadna nistennew konċessjonijiet ekwivalenti mis-sħab kummerċjali tal-UE; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkonforma strettament mal-mandat tagħha ta’ negozjar mill-Kunsill, li jistabbilixxi r-riforma l-aktar riċenti tal-PAK bħala l-limitu tal-azzjoni tagħha, kemm-il darba jiġu ottenuti konċessjonijiet ekwivalenti mis-sħab kummerċjali tagħha; jitlobha żżomm lura milli tagħmel xi proposta li tkun tiddetermina minn qabel id-deċiżjonijiet li jridu jsiru dwar il-ġejjieni tal-PAK wara l-2013; |
|
17. |
Jisħaq fuq ir-rwol ta’ tħassib mhux kummerċjali (NTC) fl-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp (DDA); huwa tal-opinjoni li, fin-negozjati tas-settur agrikolu, irid jintlaħaq bilanċ bejn id-dimensjoni ekonomika tal-kummerċ u l-valuri mhux ekonomiċi, bħal ma huma l-valuri soċjali, it-tħassib ambjentali, is-saħħa tal-bniedem u s-saħħa u l-benessri tal-annimali; |
|
18. |
Jiddeplora l-assenza ta’ progress fir-rigward tal-istabbiliment ta’ reġistru multilaterali għall-imbejjed u l-ispirti kif ukoll fir-rigward tal-estensjoni tal-ħarsien tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli kollha; ifakkar li dawn l-elementi huma sine qua non għalbiex joħroġ riżultat ibbilanċjat għan-negozjati agrikoli; jisħaq fuq il-bżonn li jitħeġġu b’mod usa’ fil-livell multilaterali u bilaterali l-prinċipji li jsejsu l-politika tal-kwalità tal-prodott agrikolu tal-UE; |
|
19. |
Ifakkar li l-UE diġà naqqset b’mod sinifikanti l-appoġġ domestiku tagħha li jgħawweġ il-kummerċ u jitlob mis-sħab kummerċjali l-oħra li jagħmlu impenn sod li jagħmlu l-istess; |
|
20. |
Ifakkar fl-impenn li sar mill-membri tad-WTO waqt il-Konferenza Ministerjali ta’ Ħong Kong li jaslu għall-eliminazzjoni ta’ kull sura ta’ sussidji tal-esportazzjoni f’paralleliżmu sħiħ mal-impożizzjoni tad-dixxiplini fuq il-miżuri kollha tal-esportazzjoni b’effett ekwivalenti, notevolment il-krediti tal-esportazzjoni, intrapriżi kummerċjali agrikoli tal-istat u l-regolazzjoni tal-għajnuna f’sura ta’ ikel; |
|
21. |
Iqis li t-tnaqqis ġenerali fit-tariffi tad-dwana għandu jkun ivvalutat fid-dawl tal-offerta tal-UE rigward il-pilastri tal-appoġġ domestiku u tal-kompetizzjoni tal-esportazzjoni, u għandu jiddepenti mill-possibilità li tinżamm il-klawżola tas-Salvagwardja Speċjali, minn eżenzjoni speċifika mid-dixxiplini tas-simplifikazzjoni tat-tariffi u minn flessibilità adegwata fil-formula għat-tnaqqis fit-tariffi u fin-nomina ta’ prodotti sensittivi; huwa tal-fehma li l-mekkaniżmu propost għan-nomina ta’ prodotti sensittivi huwa mdgħajjef b’mod fatali mill-obbligu li tintlaħaq espansjoni sinifikanti tal-kwota tariffarja; |
|
22. |
Jisħaq fuq il-bżonn li l-prinċipju “impriża waħda” jinżamm fin-negozjati tal-ADŻ tad-WTO; jenfasizza li, għal xi żmien issa, kien hemm tendenza li n-negozjati jiffukaw fuq firxa limitata ta’ oqsma ta’ negozjar, inkluża l-agrikoltura, li l-UE għandha interessi difensivi ewlenin fiha, b’relattivament anqas progress magħmul f’oqsma ta’ nnegozjar oħrajn, u dan qed jhedded li jfixkel il-pożizzjoni ta’ nnegozjar tal-UE; barra minn hekk jinnota li dan qed jagħmilha diffiċli li jitqies ir-Rawnd fis-sħuħija tiegħu; |
|
23. |
Jerġa' jafferma li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom b'mod leġittimu jitħallew jgħaddu politiki li joħolqu valur miżjud domestiku; |
|
24. |
Jenfasizza li l-volatilità tal-prezzijiet aggravat il-problemi tal-malnutrizzjoni mad-dinja kollha, kif tosserva l-FAO, u li liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ dinji fil-prodotti agrikoli, li ġiet inkuraġġita minn ftehimiet tad-WTO, sa issa ma rnexxilhiex tagħmilha possibbli li tiġi kkontrollata t-theddida tal-ġuħ fid-dinja; jenfasizza li l-UE għandha wkoll id-dmir li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel fid-dinja; |
Riżoluzzjoni tat-tilwim tad-WTO
|
25. |
Jinnota l-fatt li l-ftehim dwar il-kummerċ fil-banana jsolvi 20 sena tal-aktar tilwima tad-WTO teknikament kumplessa, politikament sensittiva u sinifikanti, jikkostitwixxi pass importanti lejn il-konsolidament ta’ sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, u li fl-istess ħin jista’ jagħmel kontribut deċiżiv għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta ma’ prodotti tropikali u preferenzi fin-negozjati tad-WTO; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riżoluzzjoni tat-tilwima tal-“ormoni taċ-ċnga” se tippermetti s-sospensjoni tas-sanzjonijiet fuq il-prodotti tal-UE, filwaqt jiġi ggarantit li l-importazzjonijiet taċ-ċanga għal ġo l-UE se jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-UE; |
|
27. |
Iqis, fir-rigward tat-tilwima dwar it-“tjur klorinati”, li l-importazzjoni ta’ prodotti bħal dawn għal ġol-UE tmur kuntrarju għad-domanda pubblika fl-UE għal prodotti sikuri u għall-prinċipji li jsejsu l-mudell tal-ikel Ewropew; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex b’mod vigoruż tiddefendi r-reġim tal-UE għall-awtorizzazzjoni u l-ikkummerċjar tal-OĠM fl-isfond tal-isfidi fid-WTO; |
L-agrikoltura fir-relazzjonijiet kummerċjali plurilaterali, interreġjonali u bilaterali
|
29. |
Jemmen li l-konklużjoni ta’ negozjati multilaterali hija prijorità li l-UE trid tfittex li twettaq; jemmen li l-ftehimiet kummerċjali bilaterali jridu jikkomplementaw il-proċessi multilaterali fis-sura ta’ rispett għal kundizzjonijiet indaqs tax-xogħol, regoli ambjentali komuni u standards tas-sikurezza tal-ikel li diġà huma fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea u jevitaw li jiġu inkoraġġiti biss programmi ta’ żviluopp sostenibbli. ifakkar li l-UE għandha interessi offensivi sostanzjali fl-agrikoltura, b’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti pproċessati ta’ kwalità għolja; jemmen li l-ftehimiet kummerċjali bilaterali ma’ sħab kummerċjali maġġuri jistgħu jippromwovu b’suċċess l-interessi ta’ esportazzjoni tal-industrija agroalimentari tal-UE, filwaqt li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi sostanzjali; |
|
30. |
Jitlob biex l-importazzjonijiet agrikoli fl-UE jipprovdu lill-konsumatur Ewropew bl-istess garanziji f’termini ta’ protezzjoni tal-konsumatur, benessri tal-annimali, protezzjoni ambjentali u standards soċjali minimi bħal dawk provduti mill-metodi ta’ produzzjoni Ewropej, u jitfa’ attenzjoni fuq il-pożizzjoni soda tal-Parlament dwar din il-kwistjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi klawżoli fil-ftehimiet tal-kummerċ bilaterali li jobbligaw il-pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-istess kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji li huma imposti fuq il-produttur Ewropew; iqis li tali ftehimiet iridu jipprevedu tal-anqas għal konformità mal-obbligi u l-istandards internazzjonali; |
|
31. |
Jenfasizza li bil-għan li jiġi evitat li “jsir ħlas darbtejn” – l-ewwel fil-livell bilaterali u mbagħad f’dak multilaterali – irid jiġi appoġġjat il-kunċett ta’ “ftehim ta’ but wieħed”, li skont dan il-kunċett il-konċessjonijiet fil-ftehimiet bilaterali se jkunu konnessi mal-eżitu finali tan-negozjati ta’ Doha; |
|
32. |
Jisħaq fuq l-importanza ta’ implimentazzjoni stretta tar-regoli preferenzjali tal-oriġini; jitlob rieżami tal-preferenzi kummerċjali kollha mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi emerġenti li huma membri tal-G-20; |
|
33. |
Huwa tal-opinjoni li għandhom jitwaqqfu limiti li jevitaw il-prattiki irregolari fil-kummerċ agroalimentari bħal ma huma l-kummerċ triangolari meta pajjiż jesporta l-produzzjoni tiegħu lejn l-UE, filwaqt li jieħu vantaġġ mill-preferenzi tal-aċċess għas-suq tal-UE, u mbagħad jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu stess billi jimporta l-prodotti minn barra; iqis li, sabiex jiġu evitati tali irregolaritajiet, il-konċessjonijiet tal-aċċess għas-suq tal-UE offruti mill-UE fil-ftehimiet tal-kummerċ konklużi ma’ pajjiżi terzi m’għandhomx jaqbżu l-produzzjoni attwali u l-kapaċitajiet tal-esportazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefendi b’saħħa l-inklużjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) bħala parti essenzjali tal-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni (ACTA); jiddispjaċih li, fil-qafas tan-negozjati li ġew konklużi dan l-aħħar jew li għadhom għaddejjin bħalissa, hija biss “lista qasira” ta’ IĠ li għandha tiġi mħarsa minn sħabna fil-kummerċ; jinnota li, b’konformità mal-istrateġija tal-Ewropa Globali, il-ftehimiet bilaterali jridu jiżguraw protezzjoni internazzjonali mkabbra għal indikazzjonijiet ġeografiċi permezz ta’ dispozżizzjonijiet tad-WTO+; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm proċess xieraq u trasparenti biex jiġu kkonsultati l-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari fil-Parlament u l-Kummissjoni; |
|
35. |
Ifakkar li l-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles mal-Korea t’Isfel ippermetta li jiġu rikonoxxuti numri sinifikanti ta’ Indikaturi Ġeografiċi; jitlob biex isiru sforzi ulterjuri biex dan ikun previst fil-ftehimiet tal-kummerċ futur; jinnota li l-protezzjoni u r-rikonoxximent tal-Indikaturi Ġeografiċi f’pajjiżi terzi huma potenzjalment ta’ valur kbir għas-settur agroalimentari tal-UE; |
|
36. |
Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (FTA) UE-Korea t’Isfel ikun iserraħ lill-esportaturi tal-UE mill-piż ta’ EUR 380 miljun f’dazji kull sena, billi jelimina d-dazju minn fuq 99 % tal-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE; |
|
37. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet tal-kummerċ ma jfixklux is-sistema tal-UE tal-prezzijiet ta’ entrata tal-frott u l-ħxejjex, filwaqt li żżomm kif inhuma l-iskedi attwali tal-importazzjonijiet; iħeġġeġ madankollu lill-Kummissjoni biex tagħmel il-bidliet neċessarji biex ittejjeb il-funzjonament tas-sistema kemm jista’ jkun malajr; |
|
38. |
Jenfasizza, b’mod partikolari, li s-sistema kumplessa tal-prezzijiet tad-dħul li tapplika għall-importazzjonijiet tat-tadam mill-Marokk qed toħloq il-problemi; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel il-bidliet relevanti mingħajr dewmien; |
|
39. |
Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-ftehim UE-Marokk; juri li, filwaqt li s-swieq Ewropej infetħu kważi għal kollox għal importazzjonijiet mill-Marokk, ċerti prodotti agrikoli għadhom suġġetti għal kwoti tal-esportazzjonijiet mill-UE, inklużi prodotti importanti bħal ma huwa l-frott mill-familja tat-tuffieħ; |
|
40. |
Jiddispjaċih li, fin-negożjati dwar il-kapitlu agrikolu tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-Marokk, ma ngħatat l-ebda garanzija fir-rigward tal-konformità mal-kwoti tal-importazzjoni preferenzjali jew mal-prezzijiet ta’ dħul li japplikaw għall-esportazzjonijiet Marokkini; |
|
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-impenji tagħha rigward is-settur taz-zokkor tal-UE u fin-negozzjati kummerċjali bilaterali u multilaterali twaqqaf il-konċessjonijiet sistematiċi li hemm fuq iz-zokkor; jinnota f’dan il-kuntest l-inizjattivi tas-settur taz-zokkor li żiedu l-kompetittività tiegħu filwaqt li jtejbu s-sostenibilità ambjentali tiegħu u jikkontribwixxu għall-aġenda tal-UE dwar l-iżvilupp permezz tal-preferenzi mogħtija lill-pajjiżi tal-AKP u dawk l-anqas żviluppati; |
|
42. |
Jirrimarka li kwalunkwe konċessjoni bilaterali addizzjonali tal-UE għal aċċess għas-suq taz-zokkor mogħtija lil pajjiżi terzi (pereżempju lill-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Ukraina) se tkun destabbilizzanti għas-suq taz-zokkor tal-UE u se tikkawża erożjoni tal-preferenzi għal-LDCs u għall-pajjiżi tal-AKP; aktar u aktar jinsab imħasseb mill-fatt li konċessjonijiet bħal dawn, meta mogħtija lil pajjiżi li huma importaturi netti, jinkoraġġixxu mekkaniżmi ta’ tpartit; jistieden lill-Kummissjoni tkompli teskludi z-zokkor u l-prodotti derivati miz-zokkor, inkluż l-etanol, mill-ambitu tan-negozjati bilaterali; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħasses kontra ċ-ċirkumvenzjoni tad-dazji tal-importazzjoni fuq l-etanol, peress li issa qed jidħlu fl-UE kwantitajiet dejjem jiżdiedu ta’ etanol fis-sura ta’ taħlitiet b’taxxa tal-importazzjoni baxxa ħafna; |
|
44. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm konċessjonijiet tat-tariffi simetriċi fil-ftehimiet taż-żoni tal-kummerċ ħieles konklużi mill-UE ma’ pajjiżi b’kapaċitajiet tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni agrikoli sinifikanti, eż. il-Mercosur; |
|
45. |
Jinnota l-ftuħ mill-ġdid tan-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur – ftehim tal-akbar importanza, li jkun jaffettwa 700 miljun ruħ u jkun il-ftehim bireġjonali l-aktar ambizzjuż tad-dinja – u għalhekk jenfasizza li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut mill-qrib fl-istadji kollha tan-negozjati; |
|
46. |
Iqis li hija ħaġa inaċċettabbli li l-Kummissjoni reġgħet fetħet in-negozjati mal-Mercosur mingħajr ma għamlet disponibbli b’mod pubbliku valutazzjoni dettaljata tal-impatt u mingħajr ma daħlet f’dibattitu politiku kif għandu jkun mal-Kunsill u l-Parlament; jitlob għal studju dwar l-impatt ta’ dawn in-negozjati fuq is-setturi u r-reġjuni agrikoli Ewropej li jrid isir u diskuss qabel ma jkun hemm skambju ta’ kwalunkwe proposta tat-tariffi bejn l-UE u l-Mercosur; jinnota li, minħabba l-implikazzjonijiet agrikoli tan-negozjati, huwa neċessarju li tiġi stabbilita rabta mar-Rawnd ta’ Doħa; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex ma tikkonkludix in-negozjati mal-Mercosur qabel ma jkun ingħalaq ir-rawnd tad-WTO kif ġie stipulat fil-mandat tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Kunsill u l-Parlament infurmati kif suppost dwar l-iżviluppi tan-negozjati mal-Mercosur u biex fil-futur tinforma lill-Kunsill u l-Parlament qabel jibdew negozjati tal-kummerċ bħal dawn; |
|
47. |
Jinsab imħasseb serjament dwar l-impatti fuq is-settur agrikolu sħiħ tal-UE ta’ ftehim ta’ assoċjazzjoni li possibilment mal-Mercosur, minħabba t-talba magħmula mill-Mercosur f’Marzu 2006 għal aċċess għas-suq agrikolu tal-UE, li marret konsiderevolment lil hemm mill-offerta, li diġà hija waħda sostanzjali, magħmula mill-UE fl-2004; għalhekk iqis li huwa neċessarju li jiġu eżaminati mill-ġdid il-konċessjonijiet sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-bdiewa tagħna; |
|
48. |
Iqis li l-pożizzjoni tal-Istati Membri l-ġodda ma tqisitx fin-negozjati bejn l-UE u l-Mercosur ibbażata fuq il-mandat miftiehem mill-Kunsill fl-1999; |
|
49. |
Jinnota li l-impriżi tal-biedja fil-pajjiżi tal-Mercosur għandhom spejjeż tal-produzzjoni wisq inqas, inklużi l-art, ix-xogħol u spejjeż kapitali oħra, u li l-produtturi tal-Mercosur ma jridux jissodisfaw l-istess standards bħall-produtturi tal-UE fir-rigward tal-ambjent, il-benessri tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel u l-miżuri fitosanitarji; jenfasizza li r-riżultat ibbilanċjat għaż-żewġ partijiet irid jintlaħaq billi jiġi żgurat li n-negozjati jqisu fid-dettall kollu l-konsegwenzi u l-impatti, b'mod partikolari fuq l-isfidi ambjentali u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-konsegwenzi ta’ tali ftehim għas-settur agrikolu; |
|
50. |
Hu tal-fehma li l-livell tal-integrazzjoni tas-suq fl-unjoni doganali tal-Mercosur bħalissa mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi ċirkolazzjoni adegwata tal-prodotti importati fi ħdan ir-reġjun; huwa tal-opinjoni li ftehim mingħajr dispożizzjonijiet li jiżguraw iċ-ċirkulazzjoni sħiħa u effettiva ta’ prodotti fiż-żona tal-Mercosur ma joffri l-ebda dividend reali; |
|
51. |
Jiddispjaċih dwar il-konċessjonijiet tat-tariffi reċentament mogħtija mill-Kummissjoni lill-pajjiżi li jesportaw il-banana lejn l-UE; jitlob għal reviżjoni tal-għajnuna li jirċievu l-produtturi Ewropej taħt il-programmi ta’ għajnuna għar-reġjuni l-aktar periferiċi (POSEI) sabiex dawn il-produtturi jiġu kkumpensati għall-effetti li dan it-tnaqqis fit-tariffi se jkollu fuq il-prezzijiet fis-suq tal-UE; jemmen li l-interessi tal-produtturi tal-Komunità u tal-produtturi tal-AKP jridu jiġu meqjusa f’negozjati simili futuri, ħalli dawn is-setturi, li jipprovdu għadd kbir ta’ impjiegi, ma jiġux imdgħajfa; |
|
52. |
Jisħaq fuq il-fatt li serje ta’ rapporti mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tenfasizza l-fatt li ċ-ċanga Brażiljana għaddejja minn sitwazzjoni fejn mhix tissodisfa l-istandards tal-produttur u tal-konsumatur tal-UE f’dak li jirrigwarda s-sikurezza tal-ikel, l-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali, is-saħħa u l-kontrolli tal-mard tal-annimali; |
|
53. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistudja r-rapporti varji ppubblikati mill-Aġenzija għas-Sorveljanza tas-Saħħa Nazzjonali Brażiljana (Anvisa) dwar l-użu kbir fil-Brażil ta’ pestiċidi li huma pprojbiti fl-UE u f’ħafna partijiet oħrajn tad-dinja, li jenfasizzaw ir-riskji gravi tas-saħħa li joħorġu minn din il-prattika; |
|
54. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-politika li qed timplimenta l-Arġentina, bi ksur tal-obbligi tad-WTO, bil-għan li tagħmel restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ikel li jkunu qed jikkompetu mal-produzzjoni domestika; jirrimarka li dawk il-miżuri jeżistu meta hemm ukoll is-sistema mhix awtomatika tal-liċenzjar tal-importazzjoni, li diġà qed ikollha impatt negattiv fuq l-esportazzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex ikun żgurat li dawk il-miżuri, li jmorru kontra l-ispirtu tan-negozjar ta’ ftehim UE-Mercosur, jitwaqqfu b’mod effikaċi; |
|
55. |
Jinsab imħasseb dwar il-konċessjonijiet magħmula għall-frott u l-ħxejjex fil-ftehimiet Euro-Mediterranji; isostni, f’dan ir-rigward, li l-kumplimentarjetà bejn l-istaġuni tat-tkabbir fil-pajjiżi Mediterranji t’isfel u ta’ fuq għandha tibqa’ għall-Mediterran il-fattur gwida fil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ agrikolu fl-Unjoni; |
|
56. |
Jenfasizza li, filwaqt li l-prodotti tat-tabakk iridu jiġu rregolati minn qafas regolatorju riġidu, ir-regolazzjoni tal-ingredjenti fil-prodotti tat-tabakk fil-livell tal-UE u f’dak internazzjonali trid issegwi approċċ proporzjonat, ibbażat fuq ir-riskji li jirrifletti evidenza xjentifika; iwissi kontra kwalunkwe projbizzjoni mhux ibbażata fuq ix-xjenza ta’ kwalunkwe ingredjent, li twassal b’mod effettiv għall-projbizzjoni tal-prodotti Ewropej tat-tabakk imħallat b’mod tradizzjonali, għax din ikollha riperkussjonijiet soċjoekonomiċi severi għall-produtturi tat-tabakk tal-UE (ta’ varjetajiet orjentali u Burley), mingħajr xi benefiċċju għas-saħħa pubblika; |
|
57. |
Jitlob lill-Kummissjoni, fin-negozjati dwar il-ftehimiet tal-kummerċ tal-UE, inklużi dawk mal-Kanada u l-Ukraina, biex tqis l-interessi taċ-ċittadini tal-UE, biex tibqa’ miftuħa u biex tinforma lill-Parlament b’mod regolari dwar il-progress tan-negozjati; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma infurmatx lill-Parlament dwar in-negozjati għal ftehim tal-kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Kanada anki jekk dawn in-negozjati bdew f’Ottubru 2009; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament u l-kumitati responsabbli b’informazzjoni dettaljata dwar kull rawnd ta’ negozjati ulterjuri; jinsab ukoll imħasseb dwar konċessjonijiet possibbli mill-Kummissjoni fin-negozjati, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ftuħ ta’ swieq, l-OMĠ, il-ħalib, il-protezzjoni tal-propjetà intellettwali u t-tikkettar tal-oriġini, u jitlob lill-Kummissjoni biex ma tagħmel l-ebda konċessjoni li jista' jkollha impatt negattiv fuq l-agrikoltura Ewropea; |
|
58. |
Jinsab imħasseb dwar il-prospett ta’ konċessjonijiet fuq iċ-ċereali fin-negozjati mal-Ukraina, minħabba l-fatt li l-produzzjoni Ukraina hija kompetittiva ħafna u wkoll minħabba li l-Ukraina diġà hija l-utenta prinċipali tal-kwoti taċ-ċereali b’tariffi mnaqqsa (qamħ u xgħir) offruti lill-pajjiżi terzi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni ħalli f’dan is-settur tillimita l-offerta tagħha; |
|
59. |
Isostni mill-ġdid l-importanza li għandu l-kummerċ agrikolu għall-iżvilupp ekonomiku u għat-tafja tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-UE tgħin lill-pajjiżi tal-AKP jadattaw irwieħhom għall-kompetizzjoni globali li qed tiżdied; |
|
60. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis kif suppost din ir-riżoluzzjoni meta tfassal u timplimenta l-istrateġija futura tagħha tal-kummerċ; |
*
* *
|
61. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 293E, 2.12.2006, p. 155.
(2) ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 1.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0286.
(5) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(6) ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/58 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Id-defiċit ta’ proteini fl-UE
P7_TA(2011)0084
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar id-defiċit ta’ proteini fl-UE: x'soluzzjoni hemm għal problema li ilha teżisti? (2010/2111(INI))
2012/C 199 E/07
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2010 bit-titolu 'Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali (COM(2010)0672), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-16 ta’ Lulju 2010 bit-titolu “It-Tieni Pjan direzzjonali dwar it-TSE. Karta ta’ strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015” (COM(2010)0384), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/355/KEE (1) tat-8 ta’ Ġunju 1993 rigward il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Qbil dwar ċerti żrieragħ żejtnija bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qafas tal-GATT, li adottat il-Ftehim ta’ Blair House filwaqt li ffissat limitu fuq il-produzzjoni tal-uċuħ taż-żrieragħ żejtnija u tal-uċuħ tal-proteini fl-Unjoni Ewropea u fuq tariffi speċifiċi għal tali għelejjel, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta’ Novembru 2009 imressaq mill-Kummissjoni mill-LMC Internationali bit-titolu “Evalwazzjoni tal-Miżuri applikati taħt il-Politika Agrikola Komuni lis-settur tal-għelejjel tal-proteina” (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1431/82 (3) li stabbilixxa miżuri għall-piżelli, il-fażola ta’ l-għalqa u l-lupini ħelwa u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jwaqqaf sistema ta’ appoġġ għal produtturi ta’ ċerti prodotti tar-raba' li jinħarat (4), li stabbilixxew miżuri speċjali fis-settur tal-għelejjel tal-proteina u introduċew l-erja ggarantita massima, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (5) u l-Artikoli 79 sa 80 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (6), li jipprovdu li appoġġ speċifiku għall-għelejjel tal-proteina jitneħħa fażi fażi, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 (7), li stipola regoli ddettaljati rigward il-primjum tal-għelejjel tal-proteina, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 767/2009 (8) dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, li jippermetti lill-Istati Membri jagħtu appoġġ għall-għelejjel tal-proteina fuq it-territoju tagħhom, u ġie utilizzat speċifikament minn Franza, Spanja, il-Polonja u l-Finlandja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mid-direttorat ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali dwar “l-Impatt Ekonomiku tal-GMOs mhux approvati fuq l-Importazzjonijiet tal-Għalf tal-UE u l-Produzzjoni tal-Bhejjem”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet rigward ir-rwol tar-riċerka u l-għarfien lokali, inkluż ir-rwol tal-pjanti proteiċi leguminużi, li saru fir-rapport tal-“Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, ix-Xjenza u t-Teknoloġija Agrikoli (IAASTD)” dwar il-provvista dinjija tal-ikel, imwettaq mill-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja (FAO) u l-Bank Dinji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudji mitluba mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u li ġew ippreżentati fil-workshop li sar fil-11 ta’ Ottubru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2008 dwar “Agrikoltura sostenibbli u l-bijogass: reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE” (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Procedura tieghu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0026/2011), |
Fatti bażiċi dwar id-defiċit tal-proteini: provvista, domanda u kummerċ internazzjonali
|
A. |
billi l-produzzjoni totali tal-għelejjel tal-proteina tal-UE bħalissa tokkupa biss 3 % tal-art tal-ħrit tal-Unjoni u tforni biss 30 % tal-għelejjel tal-proteina kkunsmati bħala għalf tal-annimali fl-UE, b'tendenza fuq dawn l-aħħar għaxar snin lejn żieda f'dan id-defiċit, |
|
B. |
billi f'ċerti Stati Membri, żoni sostanzjali ta’ art għall-agrikoltura baqgħu mhux maħduma sena wara l-oħra, bil-potenzjal produttiv tagħhom li qed jinħela, |
|
C. |
billi, storikament, dan id-defiċit sinifikanti fil-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina jmur lura għal ftehimiet kummerċjali internazzjonali li ġew stabbiliti preċedentement, speċjalment mal-Istati Uniti, li ppermettew lill-UE tipproteġi l-produzzjoni tagħha taċ-ċereali u min-naħa l-oħra ppermettew l-importazzjoni ta’ prodotti tal-għelejjel tal-proteina u taż-żrieragħ żejtnija mingħajr dazju għal ġo l-UE (GATT u l-Ftehim ta’ Blair House tal-1992); billi dan kien relatat mal-progress sinifikanti fl-effiċjenza tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda barra mill-UE, li jwasslu għal żvantaġġ kompetittiv għall-bdiewa tal-UE li jqisu l-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina ekonomikament mhux attraenti, |
|
D. |
billi 70 % (45 miljun tunnellata fl-2009) tal-għelejjel tal-proteina kkunsmati, speċjalment il-fażola tas-sojja, qed jiġu importati, prinċipalment mill-Brażil, l-Arġentina u l-Istati Uniti tal-Amerika u madwar 60 % ta’ dawn l-importazzjonijiet huma prodotti sekondarji, li jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ żejt tal-pjanti raffinat u bħala dqiq għall-għalf tal-annimali (partikolarment id-dqiq tas-sojja), |
|
E. |
billi, minħabba li l-volumi prodotti huma tant baxxi, l-industrija tal-ikel kompost Ewropea tuża biss 2 miljun tunnellata ta’ għelejjel tal-proteini kull sena imma tqis li tkun kapaċi tuża kważi 20 miljun tunnellata fis-sena, |
|
F. |
billi dawn il-prodotti importati jirrappreżentaw l-ekwivalent ta’ 20 miljun ettaru kkultivat barra l-UE, jew aktar minn 10 % tal-art tal-ħrit tal-UE u dawn il-prodotti mhumiex suġġetti għall-istess restrizzjonijiet regolatorji ambjentali, tas-saħħa u tal-GMOs bħall-produtturi Ewropej, |
|
G. |
billi ż-żieda ta’ konsumaturi ġodda għall-fornituri tal-Amerika t'Isfel, b'mod partikolari ċ-Ċina, li mhumiex daqshekk eżiġenti bħall-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u strateġija tal-provvista pjuttost opaka, tista' fl-aħħar mill-aħħar iddgħajjef l-istabilità tas-swieq u l-katina tal-provvista tal-UE, |
|
H. |
billi s-settur kollu kemm hu tal-bhejjem tal-UE sar vulnerabbli għall-volatilità tal-prezzijiet u d-distorsjoni fis-suq, kif ukoll huwa dipendenti mill-importazzjoni ta’ proteini bi prezzijiet raġonevoli u ta’ valur għoli u l-kompetittività tiegħu hija pperikolata mill-ispejjeż żejda ta’ proteini importati għall-għalf, li jirriżultaw minħabba n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet tekniċi fil-qafas tal-politika ta’ ebda tolleranza fir-rigward tal-preżenza ta’ GMOs mhux permessi fil-pjanti, |
|
I. |
billi n-nuqqas ta’ prodotti importati tas-sojja u l-qamħirrum jimponi piż addizzjonali fl-ispejjeż għas-setturi tat-trobbija tal-bhejjem u tal-prodotti tal-għalf fl-UE, u jqiegħed fil-periklu l-vijabilità ekonomika tal-produzzjoni domestika tal-laħam, |
|
J. |
billi, bħala konsegwenza tal-persentaġġ żgħir ta’ għelejjel tal-magħlef leguminuż niexef (xnien, silla, tip ta’ ħuxlief eċċ.) u għelejjel taż-żrieragħ (piżelli, sojja, lupina, tip ta’ ful, ġulbiena, eċċ.) prodotti fl-UE, in-numru ta’ programmi għar-riċerka tal-proteini tal-pjanti fl-UE waqa' minn 50 fl-1980 għal 15 fl-2010, u t-taħriġ u l-akkwist ta’ esperjenza prattika fil-produzzjoni domestika tal-għelejjel tal-proteina ġew ittraskurati, ħaġa li wasslet għal livell baxx ta’ innovazzjoni u ta’ produzzjoni taż-żrieragħ adattata reġjonalment fl-UE, |
|
K. |
billi l-UE hija dipendenti ħafna fuq il-fażola tas-sojja u l-qamħirrum importati minn pajjiżi terzi u kwalunkwe interruzzjoni tal-provvista ta’ dawn il-prodotti minħabba preżenza żgħira ħafna ta’ GMOs mhux awtorizzati jkollha konsegwenzi bi spejjeż kbar ħafna fuq l-industrija tal-għalf Ewropea, |
|
L. |
billi politika tar-riċerka għandha biss il-probabilità li tkun ta’ suċċess jekk taqa' taħt impenji fuq tul ta’ żmien medju sa dak twil, li fil-preżent mhuwiex il-każ għall-għelejjel tal-proteina, |
|
M. |
billi l-għarfien tal-bdiewa ta’ prattiki sostenibbli li jorbtu bejniethom il-produzzjoni tal-għelejjel u l-produzzjoni tal-bhejjem permezz ta’ newb ibbilanċjat tal-għelejjel u użu adegwat taż-żoni ta’ mergħat tal-ħaxix jista' jintilef, u billi l-kwalità tal-għelejjel tal-proteina domestiċi barra minn hekk ma toffrix il-kwalità ta’ għalf kompost meħtieġ fid-diversi setturi tal-produzzjoni tal-annimali, |
|
N. |
billi, biex l-għelejjel tal-proteina jsiru element sostenibbli fix-xejriet tal-għelejjel, id-dħul minn dan l-għelejjel irid jiżdied fi żmien qasir, b'mod partikolari permezz ta’ appoġġ speċifiku tal-PAK, |
Dikjarazzjonijiet bażiċi dwar il-vantaġġi tat-tnaqqis tad-defiċit tal-proteini
|
O. |
billi l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-provvista u l-konsum taċ-ċereali, il-proteini u ż-żrieragħ żejtnija fl-UE jista' jkollu benefiċċji ekonomiċi mill-akbar għall-bdiewa u għall-industrija tal-ikel u tal-għalf, barra milli jtejjeb il-varjetà tal-ikel ta’ kwalità u sustanzjuż għall-konsumaturi, jekk l-isfidi l-ġodda li huma enfasizzati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas politiku għar-riforma li se ssir dalwaqt tal-PAK jiġu kkunsidrati, |
|
P. |
billi għandhom jittieħdu l-opportunitajiet kollha mogħtija mill-miżuri ta’ promozzjoni varji biex jitħeġġeġ il-konsum uman taċ-ċereali, tal-għelejjel tal-proteina u taż-żrieragħ żejtnija, li jridu jiġu protetti aktar taħt skema tal-kwalità tal-prodotti agrikoli għall-protezzjoni ta’ prodotti ġeografiċi u tradizzjonali, b'hekk tiġi megħjuna l-preservazzjoni tal-ikel lokali u reġjonali magħmul minn dawn il-prodotti, |
|
Q. |
billi, fil-kuntest tal-bidla fil-klima, jista' jingħata kontribut għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra permezz tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina, jiġifieri permezz ta’ assimilazzjoni u t-twaħħil tan-nitorġenu fil-ħamrija (li jammonta għal sa 100 kgN/ha fix-xahar) u t-tnaqqis sussegwenti fl-użu tal-fertilizzant tan-nitroġenu sintetiku, li fih l-ossidu nitruż li għandu potenzjal ta’ tisħin 310 darbiet ogħla minn dak tad-dijossidu tal-karbonju, |
|
R. |
billi l-programm “GL-pro” tal-UE wera li l-introduzzjoni ta’ għelejjel tal-proteina darba kull erba' snin fin-newb tal-għelejjel tirriżulta f'waqgħa sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2 b'madwar 10 % sa 15 % u tnaqqas il-produzzjoni tal-ożon, |
|
S. |
billi, f'dik li hi fertilità tal-ħamrija, persentaġġ ogħla ta’ għelejjel tal-proteina kkultivati fuq art tal-ħrit bħala parti minn żieda fis-sistemi ta’ newb tal-għelejjel u l-pjanijiet tal-imblukkar jikkontribwixxi għal ħażna aktar ibbilanċjata ta’ nutrienti, inqas aċidifikazzjoni tal-ħamrija, reżistenza msaħħa kontra l-mard, struttura aħjar tal-ħamrija (inkluża effiċjenza enerġetika akbar għat-trattament tal-ħamrija), inqas użu tal-erbiċidi u aktar bijodiversità li tgħin il-fertilizzazzjoni bil-polline, |
|
T. |
billi n-numru ta’ għelejjel li jkunu qed jiġu mnewba huwa fattur fit-tnaqqis tal-probabilità ta’ mard u l-propagazzjoni ta’ ħaxix ħażin, u konsegwentement il-bżonn għal trattamenti tal-protezzjoni tal-pjanti, u billi l-kultivazzjoni ta’ persentaġġ ogħla ta’ għelejjel tal-proteina, bħala parti mis-sistema ta’ tinwib tal-għelejjel, tista' tgħin biex jonqos il-konsum tal-enerġija b'10 %, |
|
U. |
billi, f'dak li hu mmaniġġjar tal-ilma, b'mod partikolari l-użu, fil-produzzjoni tal-għalf tal-annimali, ta’ għelejjel leguminużi – bħalma huma taħlitiet ta’ ħaxix u silla permanenti jew taħlitiet ta’ ċereali u għelejjel tal-proteini – u l-kopertura permanenti tal-ħamrija jistgħu sostanzjalment inaqqsu t-tnixxija ta’ nutrijenti li jitilqu mal-ilma, speċjalment in-nitrati u l-fosfati, għal ġol-ilma ta’ taħt l-art, |
|
V. |
billi, f'dik li hi bijodiversità agrikola, l-użu estiż tal-għelejjel tal-proteina li huma adattati għall-kondizzjonijiet klimatiċi Ewropej, bħalma huma l-fażola, is-sojja, il-piżelli, l-għads, il-lupina, iċ-ċiċri, l-alfalfa/xnien, is-silla, il-Phacelia spp, il-Lotus corniulatus u l-ħuxlief (sainfoin), se jistabbilizza u jseddaq sostanzjalment id-diversità fi ħdan is-sistema tal-produzzjoni, |
|
W. |
billi, f'dik li hi produzzjoni tal-proteini u s-sigurtà globali tal-ikel, jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-produzzjoni tal-proteini tal-għelejjel u l-produzzjoni tal-proteini tal-annimali, speċjalment fir-rigward tal-ammont ta’ enerġija, ilma u mezzi ta’ produzzjoni esterni li bħalissa qed jiġu kkunsmati għall-produzzjoni intensiva tal-proteini tal-annimali f'kuntrast mal-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina għall-konsum tal-bniedem, bil-bilanċ dinji tal-ikel dejjem bħala l-punt ewlieni, |
|
X. |
billi ħafna politiki tal-UE għandhom impatt fuq id-defiċit tal-proteini tal-UE, u billi l-Kummissjoni trid ukoll tanalizza l-kwistjonijiet tal-produzzjoni tal-GMOs ġewwa u barra mit-territorju tal-UE, l-iżvilupp tal-bijofjuwils u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-projbizzjoni totali tal-proteini tal-annimali fl-għalf tal-annimali, |
|
Y. |
billi, minbarra bl-użu tal-għelejjel tal-proteina tal-post, il-kwalità tal-għalf kompost li ma jkunx impurtat jista' jittejjeb ukoll permezz tal-użu tal-prodotti sekondarji taż-żrieragħ żejtnija bħalma huma dawk tas-sojja u tal-warda tax-xemx u tal-kolza, |
|
Z. |
billi l-użu ta’ għelejjel tal-magħlef leguminuż niexef jew ta’ għelejjel taż-żrieragħ minflok proteini importati – primarjament is-smid miċ-ċapep tas-soja – jista' jwassal għal bidliet sinifikanti fil-metodi tat-trobbija u b'hekk ikollu sehem fit-titjib tal-kwalità ta’ prodotti agrikoli (minn prodotti standard għal prodotti ċċerifikati b'bidliet fil-piżijiet relattivi applikabbli) u d-dħul tal-produtturi, |
|
AA. |
billi l-projbizzjoni tal-użu tal-proteina tal-annimali fl-għalf tal-annimali ġiet introdotta b'segwitu għall-kriżi tal-BSE biex tiġi evitata kull kontaminazzjoni tat-TSE; billi din il-projbizzjoni għandha titneħħa biss fuq il-bażi ta’ fatti xjentifiċi u miżuri suffiċjenti ta’ prekawzjoni u kontroll; billi fuq il-bażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet il-proteini tal-annimali pproċessati mill-intern tal-annimali għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali monogastriċi (ħnieżer u tjur) għandhom jiġu kkunsidrati, sakemm l-ingredjenti joriġinaw minn laħam li ġie approvat għall-konsum tal-bniedem, u li l-projbizzjoni tar-riċiklaġġ bejn l-ispeċi u l-kannibaliżmu sfurzat tiġi infurzata u kkontrollata, |
Dikjarazzjonijiet bażiċi bi tweġiba għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni: it-tħejjija tal-bażi għar-rakkomandazzjonijiet u domandi
|
AB. |
billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2010 tenfasizza b'mod ċar il-ħtieġa li tiġi mseddqa l-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina fi ħdan sistema aktar integrata ta’ newb tal-għelejjel, |
|
AC. |
billi diversi studji mwettqa mill-FAO, il-Kummissjoni u awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Istati Membri wrew li l-użu mtejjeb tal-għelejjel tal-proteini fl-agrikoltura tal-UE għandu l-potenzjali li jagħmel il-provvista tal-għalf tal-annimali aktar affidabbli billi jagħmel użu minn miżuri agroambjentali, |
|
AD. |
billi l-koltivazzjoni tal-għelejjel tal-proteina hija vantaġġjuża għall-bdiewa f'diversi oqsma: il-produzzjoni tal-għalf tal-annimali fuq il-post fl-impriża tal-biedja stess bl-użu ta’ għelejjel imħallta bħalma huma ċ-ċereali u l-fażola, il-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina għall-konsum mill-bniedem u l-forom kollha ta’ biedja sostenibbli, |
|
AE. |
billi fil-preżent l-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ speċifiku għall-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina bħala parti mill-programmi agroalimentari u l-“miżuri tal-Artikolu 68” għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tal-produzzjoni u għat-titjib tal-kwalità tal-ikel, |
|
AF. |
billi, flimkien mal-kultivazzjoni taċ-ċereali u tal-qamħirrum għall-produzzjoni tal-għalf u tal-enerġija, l-użu tas-sistemi estiżi tan-newb tal-għelejjel, iż-żrigħ imħallat fuq il-post fl-impriża tal-biedja stess u t-taħlitiet tal-ħaxix u s-silla, li huwa marbut ma’ vantaġġi ambjentali u agronomiċi kbar, għandhom jiġu promossi, peress li t-tkabbir tal-għelejjel leguminużi bħala parti minn sistema ta’ newb jista' jħares mill-mard u jirriġenera l-ħamrija, u kif ukoll jista' jkollu effetti pożittivi fuq il-popolazzjoni tad-dakkara u jipproteġi l-klima, |
|
AG. |
billi ż-żieda fil-produzzjoni taċ-ċereali fl-Ewropa ċentrali se teħles art għar-raba' mal-Ewropa u tagħmilha possibbli għall-għelejjel, u b'mod partikolari l-għelejjel tal-proteina, li jiġu ttrasferiti mal-Ewropa kollha, |
|
AH. |
billi ż-żieda reċenti fil-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli bażiċi qajmu preokkupazzjonijiet mill-akbar dwar il-kompetittività tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem Ewropew u d-dipendenza għolja tiegħu fuq importazzjonijiet tal-għalejjel tal-proteina, billi l-UE teħtieġ pjan ġenwin ta’ żvilupp strateġiku għall-proteini tal-pjanti u r-rwol speċifiku tagħhom biex wieħed jirrispondi għall-isfidi ġodda (it-tibdil fil-klima, ġestjoni aħjar tar-riżorsi naturali); billi tnaqqis fid-defiċit tal-proteina wkoll jeħtieġ sforzi kbar f'riċerka u trobbija tal-bhejjem imtejba, kif ukoll miżuri li jsaħħu infrastruttura adegwata għall-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar ta’ għelejjel tal-proteina; billi anki l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta’ żrieragħ żejtnija u agrofjuwils jistgħu jiġu kkunsidrati bħala għalf għall-annimali, sakemm jiġu mħarsa regoli stretti biex jiġi żgurat li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jiġi applikat bis-sħiħ u li ma jkunx hemm riskji għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem, |
|
AI. |
billi l-problema ta’ tolleranza zero għall-importazzjonijiet tal-għalf trid tkun diskussa aktar u billi jridu jinħolqu approċċi li jwasslu għal soluzzjonijiet prattiċi, |
|
AJ. |
billi t-toroq tal-prodotti agrikoli u industrijali huma f'ħafna modi marbutin flimkien u ċerti prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-bijofjuwil huma xierqa għal raġunijiet ta’ ikel, |
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni tassumu perspettiva fuq żmien medju sa żmien twil fir-rieżami tagħha tal-politika dwar il-proteini, filwaqt li tiżgura li l-proposti leġiżlattivi tagħha għar-riforma tal-PAK ikunu jinkludu miżuri u strumenti ġodda adegwati u affidabbli sabiex jgħinu lill-bdiewa jtejbu s-sistemi ta’ newba biex jonqsu sostanzjalment id-defiċit attwali tal-proteina u l-volatilità tal-prezzijiet; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr lill-Parlament u lill-Kunsill rapport dwar il-possibilitajiet u l-għażliet li hemm biex tiżdied il-produzzjoni domestika tal-għelejjel tal-proteina fl-UE permezz ta’ strumenti ġodda tal-politika (anki billi jiġi kkunsidrat l-użu ta’ żrieragħ żejtnija u l-prodotti sekondarji tagħhom u l-ammont potenzjali għas-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet), l-effett potenzjali fuq id-dħul tal-bdiewa, il-kontribuzzjoni li tagħmel biex ittaffi t-tibdil tal-klima, l-effett fuq il-bijodiversità u l-fertilità tal-ħamrija, u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-mezzi tal-produzzjoni esterni meħtieġa fis-sura ta’ fertilizzanti minerali u pestiċidi; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-impatt tar-regola tat-tolleranza zero fuq il-preżenza fl-għalf importat ta’ GMOs li mhumiex awtorizzati fl-Ewropa, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-possibilità li jiġu introdotti l-valuri tal-limitu u l-applikazzjoni prattika tagħhom; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżomm f'postha l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-magħlef imnixxef sal-2013, sabiex tiżgura s-sopravvivenza kontinwa ta’ dan is-settur ewlieni, li huwa kruċjali fil-produzzjoni ta’ proteini tal-għalf għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa r-riċerka fit-tnissil u l-provvista taż-żrieragħ tal-għelejjel tal-proteina fl-UE, inkluża l-kontribuzzjoni tagħhom għall-kontroll tal-mard, u tagħmel proposti għar-riċerka u l-iżvilupp dwar modi kif jittejbu s-servizzi ta’ estensjoni u taħt l-intestatura tal-iżvilupp rurali dwar is-servizzi tat-taħriġ għall-bdiewa fl-użu tan-newb tal-għelejjel u ż-żrigħ imħallat għall-produzzjoni u l-faċilitajiet tekniċi għall-produzzjoni tal-għalf fuq il-post stess tal-impriża tal-biedja; |
|
6. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-qafas tal-promozzjoni tal-iżvilupp rurali, tressaq miżuri li jħeġġu żieda fin-numru ta’ annimali b'materjal bijoloġiku ta’ valur għoli u b'potenzjal produttiv, u t-tixrid tal-aħjar prattiki fl-introduzzjoni tal-użanzi ottimali tal-għalf, bil-għan li jiġi ggarantit użu effiċjenti tal-għelejjel tal-proteina użati għall-għalf tal-annimali; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas għal miżuri ta’ żvilupp rurali li jintroduċu faċilitajiet imtejba u deċentralizzati għall-produzzjoni tal-għalf tal-annimali, ibbażati fuq il-varjetajiet lokali u reġjonali tal-għelejjel, il-ħżin ta’ dawk l-għelejjel u l-għażla u l-iżvilupp taż-żrieragħ; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-effetti tat-tariffi ta’ importazzjoni attwali u l-ftehimiet kummerċjali dwar diversi għelejjel taż-żrieragħ żejtnija u tal-proteina u tissottometti lill-Parlament u l-Kunsill studju legali dettaljat dwar l-ambitu attwali tal-ftehimiet Blair House dwar il-produzzjonijiet tal-għelejjel tal-proteina fl-Ewropa; |
|
9. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura provvista tas-sojja mingħajr ostakli għas-suq tal-UE billi tiġi pprovduta soluzzjoni teknika għall-preżenza ta’ livell baxx ta’ GMOs għall-għelejjel tal-proteina għall-ikel u l-għalf importat fl-UE; ifakkar li nuqqasijiet fl-importazzjonijiet tas-sojja jimponu piż tal-ispejjeż addizzjonali fuq is-setturi tal-bhejjem u tal-għalf tal-UE, u jqiegħdu l-vijabilità ekonomika tal-produzzjoni domestika tal-laħam f'riskju; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tikkunsidra l-inklużjoni fil-proposti leġiżlattivi tagħha għal PAK riformat u, lilhinn minn dan, il-promozzjoni tal-użu ta’ newb tal-għelejjel tal-proteina bħala miżura ta’ prekawzjoni kontra l-mard tal-għelejjel u kontribuzzjoni għal prattiki agrikoli mtejba u l-isfidi l-ġodda bħas-sikurezza tal-ikel, it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tar-riżorsi eċċ.; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri xierqa li joħolqu kundizzjonijiet tas-suq li jiffavorixxu l-produzzjoni lokali meta mqabbla mal-prodotti importati, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-industrija tal-għalf, inkluża l-introduzzjoni ta’ mudelli għal katini tal-provvista qosra u ħielsa mill-GMOs u l-produzzjoni ċċertifikata; jirrikonoxxi l-fatt li l-biedja lokali u tal-prossimità huma ta’ benefiċċju akbar għall-ambjent; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament u l-Kunsill li tawtorizza l-użu ta’ proteini tal-annimali pproċessati mill-intern tal-annimali għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali monogastriċi (ħnieżer u tjur), sakemm l-ingredjenti joriġinaw minn laħam li ġie approvat għall-konsum tal-bniedem, u li l-projbizzjoni tar-riċiklaġġ bejn l-ispeċi u l-kannibaliżmu sfurzat tiġi infurzata u kkontrollata; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi programm ta’ qafas speċifiku għal riċerka għall-iżvilupp agrikolu u rurali deċentralizzat u biex ittejjeb il-kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali, inkluż programmi ta’ taħriġ fuq il-post fl-impriżi tal-biedja stess dwar it-titjib tat-trawwim u t-tnissil ta’ pjanti tal-proteini adattati lokalment, bil-għan li dan isir qasam innovattiv fl-Istati Membri varji; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi approċċ politiku globali u koerenti għall-applikazzjoni tar-regoli agroambjentali għall-prodotti tal-ikel mibjugħa fit-territorju tal-UE rigward l-importazzjoni ta’ għelejjel tal-proteina modifikati ġenetikament; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-oriġini ta’ għelejjel tal-proteina impurtati fl-UE, li jiżvela b'mod partikolari s-sostenibilità tal-prattiki agrikoli applikati fil-pajjiż tal-oriġini, bħat-tibdil fl-użu tat-territorju u s-sostenibilità tal-użu tal-ilma, u l-użu ta’ teknoloġiji agrikoli; jenfasizza li, għal dan il-għan, jeħtieġ li jkun hemm kontrolli regolari fuq il-post; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-inklużjoni fil-proposti leġiżlattivi tagħha dwar ir-riforma tal-PAK il-provvista ta’ appoġġ lill-bdiewa li jikkoltivaw l-għelejjel b'sistemi tan-newba tal-għelejjel, li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-GHGs u d-defiċit tal-proteina tal-għelejjel fl-UE u jtejbu l-kontroll tal-mard u l-fertilità tal-ħamrija; |
|
17. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq miżuri bbażati fuq l-inċentivi li jħeġġu l-bidu tal-produzzjoni ta’ art mhux maħduma, li jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tad-defiċit tal-proteina fl-UE; |
*
* *
|
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 147, 18.6.1993, p. 25.
(2) http://ec.europa.eu/agriculture/eval/reports/protein_crops/index_en.htm
(3) ĠU L 162, 12.6.1982, p. 28.
(4) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1.
(5) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(7) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.
(9) ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 29.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/65 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel — 2010
P7_TA(2011)0085
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2010 (2010/2138(INI))
2012/C 199 E/08
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (2), id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (3) u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2000, 2001, 2002, 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 (rispettivament COM(2001)0179, COM(2002)0258, COM(2003)0098, COM(2004)0115, COM(2005)0044, COM(2006)0071, COM(2007)0049 u COM(2008)0010), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2010 (COM(2009)0694), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta’ Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 bl-isem “Bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja”, COM(2008)0635, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 89/552/KEE dwar it-Televizjoni minghajr Fruntieri, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 bl-isem “Implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ Barċellona rigward il-faċilitajiet ta’ kura għat-tfal f'età ta’ qabel l-iskola” (COM(2008)0638), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2010 bl-isem “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Bejging tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2006, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni dwar id-differenza fil-pagi bejn is-sessi adottata mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea dwar Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel fit-22 ta’ Marzu 2007, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument Tematiku tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Identità Sesswali (2009), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali dwar l-omofobija, it-transfobija u d-diskriminazzjoni minħabba orjentazzjoni sesswali u identità sesswali (2010), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ Pjan Direzzjonali għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2006–2010, u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħaddiema nisa prekarji, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2007 dwar il-Pjan Direzzjonali għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel (2006-2010) (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar “L-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2008” (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa (14), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar l-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur (15), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0029/2011), |
|
A. |
billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-UE, li hu rikonoxxut fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi għad hemm bosta inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel, |
|
B. |
billi l-Unjoni Ewropea għaddiet ukoll mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, li għamlet dannu kbir lill-impjieg tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, b’mod partikolari l-pożizzjoni ekonomika tan-nisa, u billi fuq medda twila ta’ żmien, hemm ir-riskju li taffettwa iktar lin-nisa, |
|
C. |
billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir ekonomiku, u tgħin biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, li min-naħa tagħha għandha ħafna benefiċċji soċjali u ekonomiċi, |
|
D. |
billi d-data statistika skont is-sess hija meħtieġa biex jiġi mqabbel l-impatt tal-kriżi fuq in-nisa u fuq l-irġiel; billi jitqies ukoll li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu kapaċitajiet importanti f’dan il-qasam, u billi d-data hija meħtieġa sabiex jiġi vvalutat l-impatt li l-faqar għandu fuq is-saħħa tan-nisa, b’mod partikolari dik tan-nisa anzjani, ladarba huwa importanti li tiġi ggarantita s-saħħa tan-nisa, |
|
E. |
billi r-rata tal-qgħad tan-nisa spiss tiġi sottovalutata minħabba li ma tingħaddx ir-rata ta’ inattività tan-nisa (2/3 mit-63 miljun persuna inattiva mill-25 sal-64 sena) u r-rati ta’ qgħad part-time, li huma għoljin, |
|
F. |
billi r-rati tal-impjiegi huma aktar baxxi f’żoni rurali; billi, aktar minn hekk, għadd kbir ta’ nisa mhumiex inklużi fis-suq uffiċjali tax-xogħol u mhumiex għalhekk irreġistrati bħala qegħda jew inklużi fl-istatistiki ta’ dawk qegħda, li jikkawża problemi finanzjarji u legali partikolari rigward id-drittijiet tal-maternità u l-liv tal-mard, l-akkwist tad-drittijiet tal-pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali, kif ukoll problemi fil-każ ta’ divorzju; billi żoni rurali jinsabu fi żvantaġġ minħabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalità, |
|
G. |
billi n-nisa huma żvantaġġati fis-suq tax-xogħol minħabba kuntratti part-time u kuntratti għal żmien qasir mhux volontarji u b'mod partikolari minħabba livelli ta’ paga inferjuri għal dawk tal-irġiel; billi din id-disparità hija riflessa fil-kuntest tal-pensjonijiet u tippreżenta riskju ta’ faqar ogħla għan-nisa milli għall-irġiel, |
|
H. |
billi d-differenzi fis-salarji li jirċievu n-nisa u l-irġiel jirrappreżentaw sa llum medja ta’ 18 % fl-Unjoni Ewropea, u huma ta’ ’l fuq minn 25 % f’ċerti pajjiżi, u saħansitra 30 % fi Stat Membru wieħed, u billi, minkejja l-isforzi u l-progress li saru, id-differenza fil-pagi qed tiċkien bil-mod ħafna, |
|
I. |
billi l-maternità m’għandhiex tikkostitwixxi ostaklu għall-karriera tan-nisa, u billi l-istatistiċi juru biċ-ċar li n-nisa li jkollhom it-tfal jiddedikaw inqas ħin għax-xogħol minn dawk li ma jkollhomx, kuntrarjament għall-missirijiet, li jaħdmu iktar mill-irġiel li ma jkollhomx tfal, |
|
J. |
billi, matul il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona ta’ Marzu 2002, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħmlu sforz sabiex sal-2010, iwaqqfu strutturi li jilqgħu tal-anqas 90 % tat-tfal ta’ bejn it-3 snin u l-età meta jibdew l-iskola obbligatorja, u tal-anqas 33 % tat-tfal ta’ inqas minn 3 snin, iżda billi f’bosta Stati Membri, l-għadd ta’ dawn l-istrutturi b’fondi pubbliċi għadu baxx wisq meta għandu impatt b’mod partikolari negattiv fuq familji żvantaġġjati, |
|
K. |
billi r-rata ta’ impjieg tan-nisa jmur id f’id mar-responsabilitajiet tagħhom fil-familja; billi iktar minn 20 miljun Ewropew (fosthom, żewġ terzi nisa) jieħdu ħsieb il-persuni dipendenti adulti, u dan jimpedixxi li jeżerċitaw attività professjonali full-time; billi dan il-fenomenu joħloq riskju ta’ deterjorament hekk kif jixjieħu l-popolazzjonijiet, |
|
L. |
billi l-aċċess għas-servizzi ta’ kura tat-tfal u assistenza max-xjuħ u persuni dipendenti oħra huwa vitali biex tiġi assigurata parteċipazzjoni ekwivalenti tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, |
|
M. |
billi l-piż tar-responsabilità għax-xogħol tad-dar hija ħafna akbar għan-nisa milli hija għall-irġiel u mhix evalwata f’termini ta’ flus jew f'termini ta’ rikonoxximent tal-valur tiegħu, u billi xogħol fid-dar tieħu ħsieb it-tfal, nies morda jew xjuħ huwa xogħol diffiċli u mhux imħallas, |
|
N. |
billi jeħtieġ li jiġu eliminati l-isterjotipi sessisti fl-edukazzjoni, li ta’ spiss tirriżulta f’li t-tfal jiġu mħajra jieħdu suġġetti fl-iskola u fl-università tradizzjonalment rikonoxxuti bħala femminili u maskili; billi huwa importanti li jkun hemm diversifikazzjoni fl-għażla tal-iskola u dik professjonali, |
|
O. |
billi l-għadd ta’ nisa u bniet li sejrin jieħdu t-triq tal-istudji xjentifiċi – speċjalment il-matematika u s-settur tal-IT – għadu baxx ħafna, u dan għandu bħala konsegwenza segregazzjoni settorjali qawwija, |
|
P. |
billi l-kriżi tista’ tkabbar is-segregazzjoni settorjali u professjonali bejn in-nisa u l-irġiel, li mhux biss ma naqsitx, iżda talli qed tiżdied, f’xi pajjiżi, |
|
Q. |
billi l-Istrateġija tal-UE 2020 tagħmel enfasi fuq it-trasformazzjoni ekoloġika, is-setturi rinnovabbli, u fuq impjiegi ekoloġiċi intensivi fir-rigward tax-xjenza u t-teknoloġija għal ekonomija ġdida sostenibbli; billi l-inklużjoni attiva u l-integrazzjoni mill-ġdid tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija kruċjali biex tintlaħaq il-mira tal-impjiegi ta’ 75 % għan-nisa u l-irġiel, |
|
R. |
billi n-nisa ġeneralment għandhom iktar lawrei mill-irġiel (58,9 % tal-lawrei miksuba) iżda billi l-pagi tan-nisa għadhom b’medja ta’ 18 % anqas mill-pagi tal-irġiel, u huma inqas irrappreżentati fl-iktar postijiet imlaħħqa tal-impriżi, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-entitajiet politiċi, |
|
S. |
billi n-Netwerk Ewropew tan-Nisa li jokkupaw pożizzjonijiet ta’ responsabilità fl-ekonomija u fil-politika, maħluq f’Ġunju 2008, jista’ jikkontribwixxi għat-titjib tal-bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-postijiet ta’ responsabilità, |
|
T. |
billi l-ilħiq tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fis-soċjetajiet tagħna jeħtieġ rappreżentanza politika aħjar tan-nisa fil-livelli kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali, reġjonali u lokali; billi, f’ċerti Stati Membri, il-persentaġġ ta’ nisa fil-parlamenti nazzjonali ma jaqbiżx il-15 %, |
|
U. |
billi azzjoni pożittiva għan-nisa wriet li tkun vitali biex tiġi assigurata l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà inġenerali, |
|
V. |
billi n-nisa huma iktar mhedda mill-faqar mill-irġiel, minħabba t-toroq professjonali skontinwi tagħhom, u l-livelli iktar baxxi ta’ paga u ta’ pensjoni tagħhom; billi, fil-kuntest tas-sena Ewropea ddedikata għall-ġlieda kontra l-faqar, mhux qed jiġu trattati biżżejjed il-kawżi profondi tal-faqar tan-nisa, |
|
W. |
billi l-2011 se tkun iddedikata għall-volontarjat u billi jiġi enfasizzat ir-rwol pożittiv li jista’ jkollha l-promozzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-programmi ta’ volontarjat, |
|
X. |
billi n-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi, u partikolarment in-nisa Roma, jaffaċċjaw regolarment diskriminazzjoni multipla u intersettorjali u huma żvantaġġjati mhux biss meta mqabbla mal-maġġoranza tan-nisa, iżda wkoll meta mqabbla mal-minoranza etnika tal-irġiel, u billi r-riskju ta’ esklużjoni huwa partikolarment għoli għalihom, |
|
Y. |
billi l-vjolenza fuq in-nisa tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom, m’għandhiex limiti ġeografiċi, ekonomiċi, kulturali jew soċjali, u tirrappreżenta ostaklu fundamentali għall-ugwaljanza; billi huwa stmat li bejn 20 % u 25 % tan-nisa fl-Ewropa sfaw vittmi ta’ vjolenza fiżika tul ħajjithom; billi l-vjolenza ta’ natura psikoloġika tista’ tkun kawża ta’ qirda daqs kemm hija dik ta’ natura fiżika, |
|
Z. |
billi l-Parlament Ewropew f’għadd ta’ okkażjonijiet talab li tinħoloq Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, |
|
AA. |
billi n-nisa jiffaċċjaw diversi forom ta’ diskriminazzjoni u huma aktar vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali, il-faqar u vjolazzjonijiet estremi tad-drittijiet tal-bniedem, bħat-traffikar tal-bnedmin, speċjalment jekk ma jkunux jappartjenu għas-soċjetà inġenerali, |
|
1. |
Ifakkar li s-setturi affettwati mill-kriżi l-ewwel kienu s-setturi prinċipalment marbuta mal-irġiel, bħas-setturi tal-kostruzzjoni u tal-industrija, iżda li l-kriżi nfirxet għal setturi oħra fejn hemm iktar bilanċ bejn is-sessi, u b’hekk żdiedet ir-rata ta’ qgħad tan-nisa; jenfasizza li l-pagi naqsu l-aktar f’setturi ta’ servizzi ddominati min-nisa u f’setturi ffinanzjati mill-baġits tal-Istat fejn il-biċċa l-kbira tal-impjegati huma nisa, u, konsegwentement, in-nisa jirċievu pensjonijiet iżgħar, li jirriżulta f’livell akbar ta’ faqar fost in-nisa xjuħ; |
|
2. |
Jinnota li fil-pajjiżi fejn it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol inkiseb, dan kellu riperkussjonijiet pożittivi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u li l-politiki ta’ ugwaljanza ma għandhomx għalhekk jiġu abbandunati fi żminijiet ta’ kriżi, u li minkejja r-rieda ddikjarata tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, għadhom ma nkisbux kundizzjonijiet ugwali konsistenti; jinnota li minħabba r-reċessjoni, ħraxet aktar it-tendenza kostanti li matul dawn l-aħħar għaxar snin, jiġifieri l-fatt li n-nisa ħafna iktar mill-irġiel intlaqtu mill-faqar, mit-telf ta’ impjieg jew mill-impjiegi insikuri, u b’hekk ġiet intensifikata l-femminizzazzjoni tal-faqar fl-UE; |
|
3. |
Jenfasizza li l-Istrateġija ta’ Lisbona tipprova tintegra fis-suq tax-xogħol 60 % tan-nisa li jistgħu jaħdmu, filwaqt li l-isforzi fil-qasam demografiku għandhom ifittxu li jippromwovu żieda fir-rata tat-twelid biex jiġu affrontati l-isfidi tal-futur; |
|
4. |
Jenfasizza li l-preżenza tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija element pożittiv f’termini ta’ tkabbir ekonomiku; jinnota li, skont statistika tal-OECD, il-komponent femminili kkontribwixxa għal kwart tat-tkabbir annwali bejn l-1995 u l-2008; |
|
5. |
Jenfasizza li f’każ ta’ telf tal-impjieg, in-nisa jiffaċċjaw riskju akbar li ma jerġgħux jiġu impjegati; |
|
6. |
Jitlob biex jiġu stabbiliti miri għall-inklużjoni tan-nisa f’attivitajiet jew setturi, jew f’livelli li qabel kienu esklużi minnhom u li fihom għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed, permezz ta’ miżuri li jinfurmaw u jimmotivaw lil min iħaddem biex jirreklutaw u jippromwovu lin-nisa, speċjalment fis-setturi u l-kategoriji msemmija; |
|
7. |
Jenfasizza li huwa neċessarju li tingħata aktar attenzjoni lill-adegwatezza tal-pensjonijiet tan-nisa, minħabba li n-nisa li jaħdmu jinterrompu l-karrieri tagħhom ħafna aktar ta’ spiss mill-irġiel sabiex jieħdu ħsieb it-tfal u l-membri tal-familja morda jew xjuħ, u bħala riżultat tal-impenji familjari tagħhom huma aktar inklinati mill-irġiel biex jagħmlu xogħol part-time jew jagħmlu xogħol prekarju; |
|
8. |
Jitlob li l-impatt tal-kriżi fuq in-nisa jiġi kwantifikat u mkejjel permezz tat-tfassil ta’ statistiċi preċiżi b'indikaturi disaggregati skont is-sess, li jiġu aġġornati u rieżaminati regolarment; iżid jgħid li dawn l-istatistiċi għandhom jippermettu li jiġu trattati b'mod iktar speċifiku l-problemi ċirkostanzjali kif ukoll strutturali biex tingħeleb il-kriżi iktar faċilment u jiġi promoss it-tixrid tal-prattika tajba; |
|
9. |
Jikkritika l-fatt li l-pjanijiet għall-irkupru ekonomiku huma ffukati fuq is-setturi tax-xogħol iddominati mill-irġiel; jenfasizza l-fatt li l-appoġġ preferenzjali għall-futur tax-xogħol tal-irġiel fuq dak tan-nisa qed iżid aktar milli jnaqqas l-inugwaljanza tas-sessi; jenfasizza l-ħtieġa li l-politiki dwar l-ugwaljanza tas-sessi jiġu integrati fil-pjanijiet ta’ rkupru ekonomiku nazzjonali, Ewropej u internazzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi; |
|
10. |
Jinnota li kemm fir-rigward tal-irġiel u kemm fir-rigward tan-nisa, ir-rati tax-xogħol huma iktar baxxi fiż-żoni rurali u dan ipoġġi lil dawk li jgħixu fil-kampanja fi żvantaġġ f’termini tan-nuqqas ta’ disponibilità ta’ impjiegi ta’ kwalità; barra minn hekk, ħafna nisa ma jiffurmawx parti mis-suq tax-xogħol uffiċjali u għalhekk ma jingħaddux bħala persuni qegħda reġistrati, u konsegwentement jiffaċċjaw problemi finanzjarji u legali f'termini tad-dritt għall-maternità, il-liv f’każ ta’ mard u l-kisba tad-drittijiet għall-pensjoni; |
|
11. |
Jenfasizza li l-kriżi ekonomika attwali ġabet magħha effetti ħżiena fuq il-ħaddiema; jinnota li, għalkemm il-livell tal-edukazzjoni tan-nisa żdied kunsiderevolment fl-aħħar snin, u n-numru ta’ gradwati nisa llum jaqbeż lil dak tal-irġiel, in-nisa għadhom imġiegħla jassumu rwoli sekondarji inqas imħallsa; |
|
12. |
Jenfasizza li n-nisa huma rrappreżentati żżejjed f’xogħol prekarju, xogħol part-time involontarju u fost in-nies li qed jgħixu fil-faqar, u għalhekk jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki biex tintlaħaq il-mira tal-UE-2020 fir-rigward tal-faqar u l-inklużjoni soċjali jkunu mmirati għan-nisa skont il-proporzjon tas-sehem ta’ nies li qed jgħixu fil-faqar li huma jirrappreżentaw; |
|
13. |
Ifakkar li l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel għadhom jeżistu, minkejja l-parteċipazzjoni dejjem ikbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jenfasizza li l-kriżi ekonomika u finanzjarja għandha titqies bħala okkażjoni biex isiru proposti ġodda u innovattivi fil-qasam tar-rati ta’ impjieg, tal-livelli ta’ pagi, tal-ħinijiet tax-xogħol u tal-okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ responsabilità; |
|
14. |
Jenfasizza l-effett pożittiv li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha fuq it-tkabbir ekonomiku; jindika li diversi studji kkalkulaw li, kieku l-impjiegi tan-nisa, l-impjiegi part-time u r-rati tal-produttività kienu simili għal tal-irġiel, il-PGD kien jiżdied bi 30 %; |
|
15. |
Ifakkar li l-ħolqien ta’ setturi ġodda bil-potenzjal li joħolqu ħafna impjiegi, bħall-ekoloġija, l-ambjent u t-teknoloġiji l-ġodda, għandu jitqies fit-tfassil tal-politiki dwar l-impjieg; jenfasizza f’dan ir-rigward li n-nisa għandhom rwol importanti f’dawn is-setturi; jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lill-bniet biex ma jittraskurawx studji f’dawn it-tipi ta’ karrieri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura komunikazzjoni kontinwa dwar dawn il-perspettivi ġodda; |
|
16. |
Jistieden lill-Istati Membri biex bl-għajnuna tal-Kummissjoni jintensifikaw l-azzjonijiet diġà eżistenti u jinkoraġġixxu s-sehem tan-nisa fit-taħriġ vokazzjonali fil-qafas tat-tagħlim tul il-ħajja, b’reazzjoni għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli b’enfasi fuq l-SMEs, u b’hekk isaħħu l-impjegabilità tal-ħaddiema nisa; |
|
17. |
Jitlob li jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għal opportunitajiet usa’ fl-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-impjiegi f’setturi mhux tradizzjonali u f’livelli ta’ responsabilità ogħla; |
|
18. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi d-djalogu mas-sħab soċjali dwar kwistjonijiet bħal pereżempju t-trasparenza tal-paga, kundizzjonijiet tal-kuntratti ta’ xogħol part-time u ta’ xogħol għal żmien fiss għan-nisa, filwaqt li n-nisa jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw f’setturi “ħodor” u innovattivi; |
|
19. |
Ifakkar li l-impriżi tal-ekonomija soċjali (fundazzjonijiet, soċjetajiet mingħajr skop ta’ qligħ, kooperattivi) jista’ jkollhom rwol fundamentali fir-rilanċ ekonomiku u li l-impjegati tagħhom huma prinċipalment nisa; jistieden lill-Istati Membri jqisu serjament dan it-tip ta’ attività matul it-tfassil tal-politiki dwar ir-rilanċ; |
|
20. |
Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat il-kunċett legali ta’ sjieda maqsuma biex jiġi assigurat ir-rikonoxximent sħiħ tad-drittijiet tan-nisa fis-settur agrikolu, protezzjoni xierqa rigward is-sigurtà soċjali u r-rikonoxximent tax-xogħol tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi emendat ir-Regolament dwar il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) sabiex, kif mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), tista’ tittieħed azzjoni pożittiva favur in-nisa fil-perjodu ta’ programmazzjoni għall-futur 2014-2020, li kien possibbli f’perjodi preċedenti iżda kien nieqes fil-perjodu attwali, billi dawn il-miżuri jkunu ta’ benefiċċju kbir rigward l-impjiegi tan-nisa fl-ambjent rurali; |
|
21. |
Jenfasizza li l-eliminazzjoni tad-differenzi fil-pagi hija prijorità, u għalhekk jiddispjaċih f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni Ewropea ma għamlitx biżżejjed biex tniedi mill-ġdid dan id-dibattitu fil-livell Ewropew, partikolarment permezz ta’ rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, kif talab il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2009; |
|
22. |
Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprevjenu s-segregazzjoni tas-swieq tax-xogħol u biex jikkumbattu t-tendenza li ħafna nisa spiss jokkupaw impjiegi bl-agħar salarji, billi jħajru lis-subien u lill-bniet fl-iskejjel jieħdu interess fl-ispettru sħiħ tal-impjiegi possibbli, u billi jwessgħu l-opportunitajiet ta’ taħriġ għan-nisa sabiex dawn ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-bidliet fis-suq tax-xogħol matul il-karriera tagħhom; huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni inġusta li fiha ċittadina fl-UE, aktar minn nofs seklu wara l-inklużjoni fit-Trattati tal-prinċipju ta’ ħlas indaqs għall-istess xogħol, bħala medja għandha taħdem 418-il jum kalendarju biex taqla’ dak li raġel jaqla’ f’sena kalendarja; |
|
23. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ azzjoni urġenti għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-paga, permezz tar-reviżoni tad-Direttiva eżistenti, it-tfassil ta’ pjanijiet settorjali fi stadji b’objettivi speċifiċi, li jistgħu jinkludu tnaqqis tad-differenza fil-paga b’0,5 % sal-2020, bil-għan li tintemm id-diskriminazzjoni diretta u indiretta, jew inkuraġġiment għal negozjati kollettivi, it-taħriġ ta’ konsulenti dwar l-ugwaljanza, azzjoni dwar il-kwistjoni tad-diskrepanzi bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tax-xogħol mingħajr ħlas, u l-introduzzjoni ta’ pjanijiet ta’ ugwaljanza fi ħdan l-impriżi u f’postijiet tax-xogħol oħra; jemmen li t-trasparenza fid-determinazzjoni tal-pagi għandha ssir ir-regola, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ negozjar tal-ħaddiema nisa; |
|
24. |
Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jintroduċu miżuri mmirati biex isolvu l-paradoss attwali fejn in-nisa, minkejja li huma edukati aħjar, għadhom imħallsin anqas mill-irġiel; jenfasizza li, għal tkabbir ekonomiku ottimali u żvilupp ġenwinament sostenibbli, il-potenzjal tal-karrieri tan-nisa jeħtieġ li jkun sfruttat bis-sħiħ; |
|
25. |
Jenfasizza li dħul separat u impjieg imħallas u ta’ kwalità għan-nisa huwa l-muftieħ għall-indipendenza ekonomika tagħhom u għal ekwità akbar bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà inġenerali; |
|
26. |
Jistieden lill-Istati Membri biex japplikaw il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fis-sistemi nazzjonali tal-pensjoni f’dak li jirrigwarda kemm l-età kif ukoll il-paga; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni dwar l-istess paga għall-istess xogħol b’mod xieraq, u jistieden lill-Kummissjoni tapplika s-sanzjonijiet fuq l-Istati Membri li ma jikkonformawx; |
|
28. |
Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn is-sessi mhix biss kwistjoni ta’ diversità u ġustizzja soċjali; hija tikkostitwixxi wkoll kundizzjoni bażika għall-ilħuq tal-objettivi ta’ tkabbir sostenibbli, impjieg, kompetittività u koeżjoni soċjali kif previst fl-Istrateġija UE-2020; jistieden. għalhekk, lill-Kummissjoni biex issaħħaħ id-dimensjoni tas-sessi fil-partijiet kollha tal-istrateġija tagħha UE-2020, billi tikkunsidra b’mod partikolari l-ispeċifiċitajiet tas-sessi, u billi tiżviluppa miżuri u miri speċifiċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-miżuri kollha biex itejjeb l-Istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jiffavorixxu proposti vinkolanti minflok strateġiji u dokumenti ta’ politika li ma jorbtux fil-qasam tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
30. |
Jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw taħriġ u għodda ta’ implimentazzjoni sabiex il-partijiet interessati kollha jqisu kif jixraq, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettiva tagħhom, il-perspettiva bbażata fuq opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, inkluż l-evalwar tal-impatt speċifiku tal-politiki fuq in-nisa u l-irġiel; |
|
31. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi u statistiċi bbażati fuq is-sessi li jkunu affidabbli, komparabbli u disponibbli meta meħtieġa, li għandhom jintużaw biex jimmonitorjaw l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha; |
|
32. |
Jemmen li waħda mill-prijoritajiet għandha tkun il-ġlieda biex jinqered il-faqar, billi jiġu riveduti l-politiki makroekonomiċi, monetarji, soċjali u tax-xogħol li huma l-oriġini tiegħu, sabiex tiġi assigurata l-ġustizzja ekonomika u soċjali għan-nisa; jemmen li l-metodi użati biex jiġu determinati r-rati tal-faqar għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u li l-istrateġiji għandhom ikunu żviluppati biex jippromwovu distribuzzjoni ġusta tad-dħul, jiggarantixxu dħul minimu, pagi u pensjonijiet diċenti, joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja bid-drittijiet għan-nisa, jassiguraw aċċess għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja għan-nisa kollha u t-tfajliet, u jtejbu l-assistenza soċjali u s-servizzi rispettivi lokali, b’mod partikolari l-crèches, in-nurseries, iċ-ċentri ta’ matul il-jum, iċ-ċentri tal-komunità u għall-ħin liberu, u s-servizzi ta’ appoġġ għall-familja; |
|
33. |
Jilqa’ t-tnedija mill-Kummissjoni ta’ kampanja mifruxa mal-UE biex tgħin tindirizza d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel; jinnota, madankollu, li l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa jibqgħu, u għalhekk jappella biex issir riflessjoni fil-livell Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-isterjotipi marbuta mar-rwoli rispettivi tal-irġiel u tan-nisa; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fl-iskejjel, fil-postijiet tax-xogħol u fil-midja biex jiġu miġġielda l-isterjotipi persistenti bejn in-nisa u l-irġiel u b’mod partikolari l-immaġini degradanti; jindika li l-kampanji għandhom jenfasizzaw ir-rwol tal-irġiel biex jiġu assiguratai distribuzzjoni ġusta tar-responsabilitajiet familjari u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
34. |
Huwa tal-fehma li t-tibdil demografiku jagħmilha neċessarja li l-potenzjal tan-nisa jiġi realizzat, u li tiżdied ir-rata ta’ impjieg tagħhom sabiex tintlaħaq il-mira ta’ impjieg ta’ 75 % għan-nisa u l-irġiel fl-età ta’ bejn 20 u 64 sena, kif stabbilit fl-istrateġija UE-2020; jemmen li fl-istess ħin il-persuni għandu jkollhom għażla ħielsa li jkollhom it-tfal u li bilanċ ġust bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa kundizzjoni neċessarja biex tagħti spinta qawwija lill-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; |
|
35. |
Jitlob biex isiru proposti konkreti biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata, partikolarment fil-qasam tal-kura ta’ persuni dipendenti u fil-kura tat-tfal; |
|
36. |
Jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu, jappoġġaw u jsaħħu r-rwol tan-nisa fl-ekonomija soċjali, fid-dawl tar-rata għolja ta’ nisa li jaħdmu fis-settur u l-importanza tas-servizzi li jipprovdu biex jippromwovu konċiljazzjoni ġusta bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
37. |
Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li d-diversi leġiżlazzjonijiet Ewropej relatati mal-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma’ dik privata jiġu trasposti kif xieraq mill-Istati Membri billi jadattaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa; |
|
38. |
Jinnota li x-xogħol part-time jista’ jkollu effetti negattivi fuq l-individwu kkonċernat, pereżempju billi joħloq ostakli għall-karriera u jwassal għal faqar fix-xjuħija, jew inkella, minħabba d-dħul aktar baxx, tista’ tkun meħtieġa assistenza addizzjonali mill-Istat għal skopijiet ta’ sussistenza jew fil-każ ta’ mard jew qgħad; |
|
39. |
Jenfasizza l-importanza ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni biex tiġi assigurata n-newtralità tal-ġeneru fis-snajja’ jew f’attivitajiet tradizzjonalment tal-irġiel jew tan-nisa; għall-istess raġuni, jistieden lill-Istati Membri biex jibdew dibattitu dwar ir-rwol tal-lingwa fil-persistenza ta’ sterjotipi, b’mod partikolari dovut lill-feminizzazzjoni jew maskulinizzazzjoni ta’ ċerti ismijiet ta’ snajja’; |
|
40. |
Jistieden l-istabbilimenti pubbliċi u privati biex jintroduċu pjanijiet ta’ ugwaljanza fir-regoli u r-regolamenti interni tagħhom, flimkien ma’ objettivi stretti fuq perdjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, u biex kull sena jevalwaw l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi; |
|
41. |
Jitlob biex isiru proposti konkreti biex jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol, tal-familja u dik privata, billi jitrawwem aktar qsim ta’ responsabilitajiet tax-xogħol, familjari u soċjali bejn l-irġiel u n-nisa, partikolarment fil-qasam tal-għajnuna lil persuni dipendenti u fil-kura tat-tfal; |
|
42. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-impjieg għall-kategorija żvantaġġjata tan-“nisa tqal jew l-ommijiet b’responsabilitajiet tal-familja li jgħixu waħedhom”, billi jinkoraġġixxu l-provvista ta’ impjiegi għal dan il-grupp, li jkunu deċenti, stabbli u kompatibbli ma’ bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
43. |
Jemmen li sabiex jingħaqdu aħjar ix-xogħol u l-kura, hemm bżonn li jitjieb il-liv relatat mat-tfal; jistieden għalhekk lill-Kunsill biex tiġi adottata malajr pożizzjoni komuni dwar il-pożizzjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Ottubru 2010 (16) dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE; |
|
44. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-istabbiliment jew it-titjib tal-istrutturi ta’ lqigħ għat-tfal bħall-crèches u l-kindergartens, u faċilitajiet għax-xjuħ u persuni dipendenti oħra biex ikollhom servizzi bi prezz raġonevoli, ikunu ta’ kwalità u aċċessibbli f’ħinijiet kompatibbli mas-sigħat tax-xogħol full-time għall-parti l-kbira tal-ġenituri; iqis li dawn l-istrutturi jikkostitwixxu appoġġ kbir għall-ġenituri u jiffavorixxu l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol; |
|
45. |
Jenfasizza li l-familja tikkostitwixxi s-sisien tas-soċjetà tagħna u fil-qalba hija marbuta mat-trażmissjoni ta’ valuri u mas-solidarjetà; jenfasizza li l-introduzzjoni tas-sigħat tax-xogħol flessibbli u l-provvediment tal-opportunitajiet ta’ teleworking, u anke l-iżvilupp tal-kura tat-tfal u l-professjonalizzazzjoni tal-kura tal-anzjani fid-djar jirrappreżentaw pass importanti għall-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-familja u biex tikber il-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol u fl-edukazzjoni u t-taħriġ; jiddispjaċih għall-fatt li n-nuqqas ta’ sistemi adegwati ta’ liv, ta’ skemi ta’ liv għall-ġenituri u ta’ skemi ta’ xogħol flessibbli għaż-żewġ ġenituri spiss iwaqqfu lin-nisa milli jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq tax-xogħol jew li jaħdmu full-time; iqis li dan jeħtieġ ukoll bidla fil-kultura imprenditorjali meta jiġu maħtura jew impjegati n-nisa; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprevjenu tnaqqis fil-benefiċċji jew fis-servizzi soċjali fil-qasam tal-kura tat-tfal, il-kura tal-anzjani u l-persuni vulnerabbli bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja; |
|
46. |
Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għall-fatt li għandhom jiġu adottati miżuri pożittivi favur in-nisa u l-irġiel, b’mod partikolari bil-għan li jiġi ffaċilitat ir-ritorn tagħhom fuq il-post tax-xogħol wara perjodu ta’ żmien iddedikat lill-familja (trobbija tat-tfal u/jew kura ta’ qraba morda jew b’diżabilità), li għandu jitħeġġeġ id-dħul (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol u, għalhekk, li dawk ikkonċernati jingħataw il-possibilità li jerġgħu jsiru indipendenti ekonomikament; |
|
47. |
Jinsisti li l-edukazzjoni għandha rwol importanti li trawwem fit-tfal, sa minn età żgħira, l-importanza tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll li tgħinhom jaċċettaw il-kulturi differenti u l-għarfien tal-impatt tad-diskriminazzjoni u l-preġudizzju; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu programmi edukattivi, kif ukoll programmi ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni tul il-ħajja skolastika għall-promozzjoni tal-valuri tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment tal-Artikolu 23 tagħha; |
|
48. |
Jenfasizza l-bżonn li ż-żgħażagħ jitħallew fil-libertà li jagħmlu l-għażliet professjonali tagħhom; ifakkar f’dan ir-rigward li huwa importanti li l-għalliema ma jiddiriġux awtomatikament lill-istudenti tagħhom lejn karrieri skont l-isterjotipi sessisti u li għandha tkun enfasizzata l-medda sħiħa tal-opportunitajiet ta’ xogħol; |
|
49. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jassiguraw, permezz ta’ programmi ta’ sensibilizzazzjoni fis-settur tal-edukazzjoni, li l-bniet ma jiġux orjentati awtomatikament fid-direzzjoni ta’ karrieri u setturi tradizzjonalment femminili; |
|
50. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi mwettqa fil-livell Ewropew biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fl-oqsma politiċi; iħeġġeġ f’dan ir-rigward il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha, partikolarment fil-postijiet ta’ responsabilità; jenfasizzal i għandhom isiru iktar sforzi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u muniċipali; jitlob miri vinkolanti biex tiġi assigurata rappreżentanza ugwali tan-nisa u l-irġiel; jinnota f’dan ir-rigward l-effetti pożittivi tal-użu tal-kwoti fuq ir-rappreżentanza tan-nisa; jindika, għalhekk, li l-użu tal-kwoti elettorali għandu effetti pożittivi fuq ir-rappreżentanza tan-nisa; |
|
51. |
Ifakkar li huma biss it-3 % tal-impriżi l-kbar li għandhom mara li tmexxi l-entità suprema ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; jenfasizza, għalhekk, l-eżempju tan-Norveġja, li mill-2003 applikat b’suċċess politika ta’ kwota biex tassigura parità fuq il-bordijiet amministrattivi tal-kumpaniji, u dan l-eżempju issa qed jiġi segwit minn Spanja u Franza; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi, bħall-kwoti, li jiggarantixxu rappreżentanza aħjar tan-nisa fis-soċjetajiet kbar ikkwotati fil-borża u fil-bords amministrattivi tal-impriżi b’mod ġenerali, speċjalment dawk b’parteċipazzjoni pubblika; |
|
52. |
Jenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ugwaljanza għan-negozji u b’mod settorjali, fuq bażi statutorja, biex tiġi kumbattuta l-inġustizzja fl-impjieg fl-Istati Membri; dawn għandhom ikunu mnedija u l-implimentazzjoni tagħhom immonitorjata miż-żewġ naħat tal-industrija; |
|
53. |
Jenfasizza l-ħtieġa għall-Istati Membri biex jieħdu l-passi, partikolarment permezz ta’ leġiżlazzjoni, biex jistabbilixxu miri vinkolanti ħalli jiggarantixxu parità bejn l-irġiel u n-nisa f’pożizzjonijiet ta’ responsabilità f’kumpaniji, amministrazzjonijiet pubbliċi u korpi politiċi; |
|
54. |
Jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw l-impriżi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata u biex ixerrdu b’mod vast l-aħjar prattiki, partikolarment permezz tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija; |
|
55. |
Jilqa’ d-dibattitu ġenerali dwar żieda tal-proporzjon ta’ nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali fl-industrija u jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ kwota volontarja mmirata għal dan l-għan fi ħdan l-impriżi, li tirrifletti d-distribuzzjoni tas-sessi fost l-impjegati; |
|
56. |
Jappella biex tittieħed azzjoni f’livell nazzjonali u Ewropew biex jiġi promoss l-intraprenditorjat fost in-nisa billi jinħolqu strutturi għat-taħriġ u konsulenza professjonali u legali u billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal finanzi pubbliċi u privati; |
|
57. |
Jinkoraġġixxi skambju regolari ta’ informazzjoni u esperjenzi bejn il-partijiet interessati li jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, bil-għan li jiġu implimentati prattiki tajba fis-soċjetà kollha, f'livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; |
|
58. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi tan-nisa vulnerabbli; in-nisa diżabbli, anzjani, immigranti, leżbjani, bisesswali u transġeneru, u n-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi u nisa li għandhom ftit jew xejn taħriġ u huma responsabbli għal persuni dipendenti, billi dawn kollha jirrappreżentaw gruppi speċifiċi li jeħtieġu t-twaqqif ta’ miżuri adattati għall-kundizzjonijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura kontinwità sabiex is-Sena Ewropea 2011 iddedikata għall-volontarjat tħeġġeġ ukoll il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; |
|
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri biex ikabbru l-prospetti tan-nisa żvantaġġati, bħall-immigranti nisa, il-membri ta’ minoranzi etniċi, in-nisa b’diżabilità, u l-ommijiet li jrabbu lil uliedhom waħedhom, biex b'hekk iżidu l-possibilità tagħhom għal ħajja ekonomikament indipendenti, billi jtejbu l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali; jiġbed l-attenzjoni għad-diskriminazzjoni multipla li tolqot lill-immigranti nisa minħabba s-sess, l-etniċità jew ir-razza oriġinali tagħhom u ħafna drabi anki l-età tagħhom; |
|
60. |
Jistieden lill-korpi nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-ugwaljanza biex jadottaw approċċi integrati li jtejbu r-rispons tagħhom u t-trattament tal-każijiet ta’ diskriminazzjoni multipla; jenfasizza wkoll li dawn il-korpi għandhom joffru taħriġ lill-imħallfin, lill-ġurati u l-istaff ġenerali sabiex dawn ikunu jistgħu jidentifikaw, jantiċipaw u jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni multipla; |
|
61. |
Ifakkar li n-nisa diżabbli ta’ spiss jisfaw vittmi ta’ diskriminazzjoni fl-oqsma tal-ħajja soċjali, kulturali, politika u professjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu proposti konkreti għat-titjib tas-sitwazzjoni tagħhom; |
|
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikolari lin-nisa Roma matul l-applikazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-integrazzjoni tar-Roma; |
|
63. |
Jinnota li nies transesswali għadhom grupp marġinalizzat għall-aħħar u vvittimizzat li jiffaċċja grad għoli ta’ stigmatizzazzjoni, esklużjoni u vjolenza, kif irrappurtat mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali; jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija għal protezzjoni aktar qawwija u aktar ċara kontra d-diskriminazzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali; |
|
64. |
Huwa favur l-aċċess tan-nisa u tal-irġiel għall-informazzjoni u l-appoġġ xierqa relatati mal-kura tas-saħħa riproduttiva, u jenfasizza li n-nisa għandu jkollhom l-istess drittijiet u opportunitajiet bħall-irġiel li jaċċedu għas-servizzi f’dan il-qasam; jenfasizza li n-nisa għandu jkollhom kontroll fuq id-drittijiet sesswali u riprodutttivi tagħhom, b’mod partikolari permezz ta’ aċċess faċli għall-kontraċezzjoni u l-abort; jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jadottaw miżuri u azzjonijiet li jqajmu kuxjenza fost l-irġiel dwar ir-responsabilitajiet tagħhom fi kwistjonijiet sesswali u riproduttivi; |
|
65. |
Ifakkar li l-vjolenza kontra n-nisa tikkostitwixxi ostaklu kbir għall-ilħiq tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni biex tibda bit-tħejjija ta’ proposta għal direttiva globali dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta’ vjolenza fuq in-nisa, kemm fiżika, sesswali jew psikoloġika, partikolarment it-traffikar tan-nisa; |
|
66. |
Jilqa’ l-isforzi magħmula fil-livelli Komunitarji u nazzjonali fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, iżda jenfasizza li l-fenomenu għadu jikkostitwixxi problema kbira li ma ssolvietx u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ħalli jassiguraw l-aċċess biex jappoġġjaw is-servizzi mmirati biex jipprevjenu l-vjolenza ta’ natura sesswali u jipproteġu n-nisa minn vjolenza bħal din irrispettivament mill-istatus legali, ir-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-oriġini etnika jew ir-reliġjon tagħhom; jilqa’ r-rilanċ tad-dibattitu dwar dan it-tip ta’ vjolenza, partikolarment permezz tal-ħolqien tal-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni u d-Direttiva dwar it-Traffikar tal-Bnedmin; jistieden lill-presidenzi suċċessivi tal-Unjoni biex jissoktaw f’din it-triq; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kunsill u l-Kummissjoni jaċċettaw il-ftehim milħuq fil-Parlament Ewropew dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni sabiex id-Direttiva tista’ tidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr; |
|
67. |
Jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni biex fl-erba’ snin li ġejjin, toħloq Sena Ewropea biex tikkumbatti l-vjolenza kontra n-nisa; jindika f’dar-rigward li dan iqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej u jimmobilizza l-gvernijiet biex jiġġieldu l-vjolenza kontra n-nisa; |
|
68. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jsir stħarriġ wiesa’ li jkopri l-pajjiżi kollha tal-UE u li juża metodoloġija komuni biex jiġi determinat l-ambitu reali tal-problema; jindika x-xogħol importanti li għandu jsir f’dan il-qasam mill-Osservatorju Ewropew dwar il-Vjolenza ta’ natura Sesswali, li jkun jipprovdi statistiċi ta’ kwalità għolja biex jiġu appoġġjati l-miżuri politiċi li jikkumbattu dan il-flaġell soċjali; |
|
69. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw taħriġ aħjar għal, u kooperazzjoni bejn, il-persunal fis-settur tas-saħħa, is-servizzi soċjali, il-pulizija u l-ġudikatura, u biex jistabbilixxu l-istrutturi li jkunu kapaċi jittrattaw il-forom kollha ta’ vjolenza fuq in-nisa, inklużi l-forom rari ta’ vjolenza fiżika u psikoloġika bħall-attakki bl-aċidu; |
|
70. |
Jenfasizza l-importanza tal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali li jieħdu azzjoni biex jgħinu l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol għan-nisa li jkunu sofrew vjolenza marbuta mas-sess, billi jużaw strumenti bħall-FSE jew il-programm PROGRESS; |
|
71. |
Jindika li għandhom jittejbu l-iskemi li jgħinu l-organizzazzjonijiet tan-nisa u s-soċjetà ċivili inġenerali biex jikkollaboraw ma’ u jipparteċipaw fi proċessi biex jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru; |
|
72. |
Jenfasizza l-ħtieġa biex jiġu integrati l-perspettiva tal-ġeneru u l-ġlieda kontra l-vjolenza ta’ natura sesswali fil-politika esterna u għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea; |
|
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jippromwovu, fil-midja inġenerali u fil-materjal pubbliċitarju u promozzjonali b’mod partikolari, rappreżentazzjoni tal-immaġini femminili li tkun tirrispetta d-dinjità, id-diversità tar-rwol u l-identità tan-nisa; |
|
74. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja jirrispettaw il-kriterji tal-ibbaġitjar skont is-sessi (gender budgeting) meta jfasslu l-baġits u l-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu dan l-eżempju fit-tfassil tal-baġits pubbliċi nazzjonali; |
|
75. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) Id-dokument tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Nru 5731/10 tat-3 ta’ Marzu 2010.
(2) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(3) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(4) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(5) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(6) ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.
(7) ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13.
(8) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(9) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 35.
(10) Testi adottati, P7_TA(2010)0231.
(11) Testi adottati, P7_TA(2010)0232.
(12) ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 56.
(13) ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 35.
(14) ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 21.
(15) Testi adottati, P7_TA(2010)0484.
(16) Testi adottati, P7_TA(2010)0373.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/77 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Il-faqar tan-nisa
P7_TA(2011)0086
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea (2010/2162(INI))
2012/C 199 E/09
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 151, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsira l-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet soċjali u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1966 dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Pekin u l-Pjattaforma għall-Azzjoni adottati waqt ir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta’ Settembru 1995, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju definiti min-Nazzjonijiet Uniti fl-2000, b’mod partikolari l-Mira 1 (li jinqerdu l-faqar estrem u l-ġuħ) u l-Mira 3 (li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1558(2007) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-femminizzazzjoni tal-faqar, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Marzu 2010 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2007 dwar ir-Reviżjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Beijing - Indikaturi fir-rigward tan-Nisa u l-Faqar (13947/07), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-Implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ Barċellona rigward il-faċilitajiet ta’ kura għat-tfal f’età ta’ qabel l-iskola (COM(2008)0638), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2010 (COM(2009)0694), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport mill-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2010 (SEC(2009)1706), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2010-2015 (COM(2010)0491), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2010-2015 (SEC(2010)1079) u (SEC(2010)1080), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-24 ta’ Marzu 2010“it-Tieni Sondaġġ dwar il-Kwalità tal-Ħajja Ewropea: il-ħajja tal-familja u x-xogħol”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 2005 dwar in-nisa u l-faqar fl-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi indaqs għall-irġiel u n-nisa (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f’soċjetà li qed tixjieħ (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0031/2011), |
|
A. |
billi, skont d-Deċiżjoni 1098/2008/KE msemmija hawn fuq, l-attivitajiet fil-qafas tas-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali kellhom iqisu r-riskji u d-dimensjonijiet differenti tal-faqar u l-esklużjoni soċjali esperjenzati min-nisa u mill-irġiel; billi 85 miljun Ewropew jgħixu taħt il-linja tal-faqar u 17 % min-nisa kollha fis-27 pajjiż tal-UE huma klassifikati li jgħixu fil-faqar, billi, barra minn hekk, fl-aħħar 10 snin l-ammont ta’ nisa li jgħixu fil-faqar żdied b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-ammont ta’ rġiel, billi l-faqar tal-ġenituri spiss iwassal għall-faqar tat-tfal u lit-tfal jaffettwahom serjament aktar tard fil-ħajja, |
|
B. |
billi l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċa kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali maġġuri li partikolarment tpoġġi fi żvantaġġ lin-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja personali tagħhom, peress li għandhom ċans akbar li jkunu f’impjieg inċert, huma aktar esposti għar-riskju ta’ sensja u li anqas għandhom ċans li jkollhom kopertura tas-sigurtà soċjali; billi, barra minn hekk, fi żminijiet ta’ reċessjoni ekonomika, il-persuni li diġà huma fir-riskju li jiftaqru, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa, isiru aktar vulnerabbli, speċjalment gruppi li diġà jiffaċċaw żvantaġġi numerużi, |
|
C. |
billi l-miżuri ta’ awsterità li qed jiġu implimentati fl-UE kollha se jkollhom impatt partikolarment ta’ ħsara fuq in-nisa, li jiddominaw is-settur pubbliku kemm bħala impjegati u bħala benefiċjarji tas-servizzi, |
|
D. |
billi l-ġlieda kontra l-faqar hija waħda mill-ħames miri li jistgħu jitkejlu tal-Kummissjoni proposti għall-UE 2020; billi l-Linja Gwida Integrata 10 tal-Istrateġija Ewropa 2020 (il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar) se tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ politiki nazzjonali biex jipproteġu n-nisa, b’mod partikolari, mir-riskju tal-faqar, filwaqt li jiżguraw is-sigurtà tad-dħul għall-familji b’ġenitur wieħed jew għan-nisa anzjani, |
|
E. |
billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija arma għall-ġlieda kontra l-faqar fost in-nisa, peress li għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir ekonomiku u twassal għal parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol, li min-naħa tiegħu għandu bosta benefiċċji soċjali u ekonomiċi, |
|
F. |
billi r-rata tal-impjieg tan-nisa hija f’medja ta’ 59,1 %; billi mill-2000 ’il quddiem, il-qabża medja fil-pagi bejn il-ġeneri baqgħet sinifikanti (18 % fl-UE in ġenerali u sa aktar minn 30 % f’xi Stati Membri fl-2010) u l-prinċipju tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa jikkostitwixxi wieħed mill-prinċipji fundamentali stabbiliti fit-trattati Ewropej, billi s-suq tax-xogħol segregat skont il-ġeneru għandu konsegwenzi diretti fuq in-nisa, |
|
G. |
billi f’16-il Stat Membru r-riskju ta’ faqar estrem fost in-nisa jaqbeż sew ir-riskju ta’ faqar estrem fost l-irġiel, |
|
H. |
billi l-impjieg innifsu ma jikkostitwixxix protezzjoni adegwata kontra l-faqar estrem; billi, prinċipalment bħala konsegwenza tas-segregazzjoni fil-post tax-xogħol, aktar nisa milli rġiel jaħdmu f’impjiegi bi ħlas aktar baxx, filwaqt li spiss jagħti l-każ li l-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali waħedhom lanqas ma joffru l-ebda protezzjoni kontra l-faqar estrem, |
|
I. |
billi aktar ma jkun twil il-perjodu ta’ ħajja fil-faqar bi dħul partikolarment baxx, aktar ikun kbir ir-riskju li wieħed jaqa’ fi stat ta’ privazzjoni ekonomika u l-esklużjoni soċjali permanenti; billi, għalhekk, il-miżuri biex jikkumbattu l-faqar ma għandhomx jimmiraw sempliċement biex jgħinu lil dawk li diġà jgħixu fi privazzjoni ekonomika estrema, iżda għandhom ukoll jippruvaw jipprevjenu u jindirizzaw fil-pront fatturi li jwasslu liċ-ċittadini u partikolarment lin-nisa għal privazzjoni ekonomika u soċjali estrema, |
|
J. |
billi hemm disparitajiet konsiderevoli bejn l-età u l-ġeneru fl-ammont ta’ ħin li wieħed jiddedika għax-xogħol mhux imħallas u għall-involviment kwotidjan fl-attivitajiet ta’ kura; billi n-nisa b’mod partikolari jġorru l-ikbar piż ta’ xogħol mhux imħallas, |
|
K. |
billi l-aċċess universali għas-servizzi ta’ appoġġ bi prezzijiet aċċessibbli u ta’ kwalità, bħall-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u faċilitajiet għall-anzjani u persuni dipendenti oħra, huwa importanti għall-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fis-suq tax-xogħol u bħala mezz biex ikun evitat u jitnaqqas il-faqar, |
|
L. |
billi l-anzjani jiffaċċaw riskju ogħla ta’ faqar mill-popolazzjoni ġenerali, u jilħqu rata ta’ madwar 19 % tal-persuni ta’ 65 sena u aktar fl-2008 fis-27 Stat tal-UE; billi n-nisa aktar anzjani jinsabu f’pożizzjoni partikolarment prekarja, peress id-dritt tagħhom għal dħul minn pensjoni spiss huwa derivat mill-istat ċivili tagħhom (benefiċċji favur il-konjuġi jew pensjoni ta’ superstitu) u peress li rarament għandhom dritt għal pensjoni adegwata tagħhom stess, minħabba waqfiet fil-karriera, inugwaljanza fil-paga u fatturi oħrajn, u li, b’konsegwenza, in-nisa jinsabu aktar spiss mill-irġiel f’sitwazzjonijiet ta’ faqar estrem u persistenti (22 % tan-nisa ta’ età ta’ 65 sena u aktar huma f’riskju ta’ faqar, meta mqabbel mas-16 % tal-irġiel), |
|
M. |
billi n-nisa, b’mod partikolari fiż-żoni rurali, huma aktar spiss parti mill-ekonomija informali mill-irġiel, peress li ma jkunux irreġistrati fis-suq uffiċjali tax-xogħol jew ikollhom kuntratti ta’ xogħol għal żmien qasir, ħaġa li tiġġenera problemi partikolari fir-rigward tad-drittijiet soċjali tan-nisa, inklużi d-drittijiet matul it-tqala, il-lif tal-maternità u għat-treddigħ, il-ksib ta’ drittijiet għall-pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali, |
|
N. |
billi l-faqar huwa fattur assoċjat mar-riskju akbar ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, li huwa ostaklu maġġuri għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi, peress li l-vjolenza domestika spiss twassal għat-telf tal-impjiegi, problemi tas-saħħa u telf tad-dar, tista’ wkoll tikkostrinġi lin-nisa f’ċiklu ta’ faqar; billi, barra minn hekk, it-traffikar tal-bnedmin huwa forma moderna ta’ skjavitù li taffettwa lin-nisa u lit-tfajliet fi skala kbira u tikkostitwixxi fattur sinifikanti li huwa kemm konsegwenza tal-faqar u li wkoll jikkontribwixxi għalih, |
|
O. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa, fil-forom kollha tagħha, hija waħda mill-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem l-aktar mifruxa, li ma tafx limiti ġeografiċi, ekonomiċi jew soċjali; billi hija problema akuta fl-Unjoni, fejn madwar 20-25 % tan-nisa jġarrbu vjolenza fiżika, u iktar minn 10 % vjolenza sesswali matul il-ħajja adulta tagħhom, |
|
P. |
billi n-nisa b’diżabilità jsofru diskriminazzjoni fi ħdan l-ambjent familjari u f’dak edukattiv, l-opportunitajiet ta’ impjieg tagħhom huma limitati u l-benefiċċji soċjali li jirċievu fil-maġġoranza tal-każi ma joħorġuhomx mill-faqar billi jeħtieġ li l-Istati Membri għalhekk jipprovdu lin-nisa b’diżabilità l-assistenza speċjalizzata li għandhom bżonn sabiex igawdu drittijiethom u jipproponu miżuri biex jintegraw lil dawn in-nisa permezz ta’ programm addizzjonali ta’ appoġġ; |
|
Q. |
billi n-nisa kulma jmur aktar qed jerfgħu l-piż tal-faqar, in-nisa huma aktar esposti għar-riskju ta’ faqar, speċjaliment fil-każ ta’ kategoriji ta’ nisa bi bżonnijiet speċjali, bħan-nisa b’diżabilità, in-nisa anzjani u l-ġenituri li jrabbu wild waħedhom (partikolarment l-ommijiet mingħajr sieħeb u n-nisa romol b’ulied dipendenti) u l-kategoriji l-aktar f’riskju ta’ esklużjoni, bħan-nisa Rom, li skont it-tradizzjonijiet tagħhom ix-xogħol tad-dar u ta’ kura huwa assenjat lilhom b’mod esklużiv u għalhekk jinqatgħu qabel iż-żmien mill-edukazzjoni u mill-impjiegi u n-nisa immigrati; billi hemm il-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol, inkluż il-ħarsien tad-drittijiet bħalma hi paga deċenti, lif tal-maternità u ambjent tax-xogħol li jkun ħieles mid-diskriminazzjoni, li huma essenzjali għal dawn in-nisa, |
|
R. |
billi l-programm Progress huwa maħsub biex jappoġġa l-implimentazzjoni effikaċi tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex jippromwovi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-UE; billi dan il-programm huwa għodda tal-akbar importanza fil-ġlieda kontra l-femminilizzazzjoni tal-faqar, |
|
S. |
billi t-tul ta’ ħajja mistenni għan-nisa huwa sitt snin iktar mill-irġiel, skont l-istatistika għall-UE-27 fl-2007 li turi li l-irġiel jgħixu sa 76 sena u n-nisa sa 82; billi dan għandu implikazzjonijiet importanti għall-faqar femminili, partikolarment peress li n-nisa għandhom diffikultà akbar biex ikollhom aċċess għas-sigurtà soċjali u s-sistemi tal-pensjoni, |
Femminilizzazzjoni tal-faqar
|
1. |
Iqis li l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-faqar tan-nisa huma element importanti tal-prinċipju fundamentali tas-solidarjetà soċjali li l-Unjoni Ewropea hija marbuta miegħu, kif dispost mill-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jimplika l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, il-ġustizzja soċjali kif ukoll il-protezzjoni u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni; |
|
2. |
Jirrikonoxxi li l-“femminilizzazzjoni tal-faqar” tfisser li n-nisa għandhom inċidenza ogħla ta’ faqar mill-irġiel, li l-faqar tagħhom huwa aktar akut minn dak tal-irġiel u li l-faqar fost in-nisa qiegħed jiżdied; |
|
3. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li skont l-indikatur “riskju ta’ faqar” tal-Eurostat, kważi 85 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea kienu jinsabu fir-riskju tal-faqar fl-2008, u li skont l-indikatur “privazzjoni materjali” huwa stmat li ċ-ċifra titla’ għal 120 miljun; iqis li d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-indikaturi tal-faqar tista’ twassal għal ambigwitajiet rigward il-mira tat-tnaqqis ġenerali li sal-2020 ikunu ħarġu mill-faqar u l-esklużjoni 20 miljun ruħ (tnaqqis ta’ 23,5 % skont l-indikatur “riskju ta’ faqar” tal-Eurostat, imma biss 16,7 % sont l-indikatur “privazzjoni materjali”); Jenfasizza li dawk li jgħixu fil-faqar huma fil-parti l-kbira nisa, sitwazzjoni li ġiet ikkawżata mill-qgħad, ix-xogħol każwali, salarji baxxi, pensjonijiet taħt il-livell minimu ta’ sussistenza, u d-diffikultà mifruxa li jinkiseb aċċess għas-servizzi pubbliċi; |
|
4. |
Jenfasizza li l-inugwaljanza bejn il-ġeneri tostakola t-tnaqqis tal-faqar u tipperikola l-prospetti ta’ żvilupp ekonomiku u uman; |
|
5. |
Jistieden lill-Istati Membri jintegraw il-kunċett tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki u l-miżuri speċjali kollha li għandhom x’jaqsmu mal-impjiegi ħalli jtejbu l-aċċess għall-impjiegi, jevitaw li jkun hemm rappreżentanza żejda ta’ nisa f’impjiegi prekarji, iżidu l-parteċipazzjoni sostenibbli u jippromwovu l-progress tan-nisa fis-settur tal-impjiegi, kif ukoll ħalli jnaqqsu s-segregazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol billi jsibu tarf tal-kawżi diretti u indiretti; |
|
6. |
Jindika li l-faqar fost in-nisa mhuwiex biss ir-riżultat tal-kriżi ekonomika li seħħet dan l-aħħar, imma l-konsegwenza ta’ diversi fatturi, inklużi l-istereotipi, l-inugwaljanzi bejn il-pagi għaż-żewġ sessi, l-ostakli li hemm minħabba n-nuqqas ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol, il-medja itwal tat-tul tal-ħajja mistennija tan-nisa u, b’mod ġenerali, id-diversi tipi ta’ diskriminazzjoni sesswali, li tagħha huma vittmi l-aktar lin-nisa; |
|
7. |
Ifakkar li l-Kummissjoni għażlet is-sena 2010 bħala s-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, bil-għan li tafferma mill-ġdid u ssaħħaħ l-impenn politiku tal-Unjoni għat-temma ta’ avvanz deċiżiv fil-ġlieda kontra l-faqar u tagħraf id-dritt fundamentali ta’ dawk li qed jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali li jgħixu ħajja deċenti u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà; |
|
8. |
Ifakkar li s-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010 kellha tkun mhux biss kampanja medjatika, iżda inizjattiva li tistimola iktar politiki multidimensjonali kontra l-faqar u indikaturi tal-faqar aktar avvanzati; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħti deskrizzjoni ġenerali kritika tal-miżuri l-ġodda li ttieħdu mill-Istati Membri biex jegħlbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali f’dan il-kuntest; |
|
9. |
Jissuġġerixxi li hu meħtieġ li jiġi sostnut, kemm fil-livell Ewropew u kemm fil-livell nazzjonali, impenn sod li jkompli jsir aktar progress lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi, permezz ta’ strateġiji li jkomplu jmexxu ’l quddiem il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-parità bejn in-nisa u l-irġiel, il-Patt għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill tal-Ewropa, u l-qafas ta’ azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi konkluż mill-imsieħba soċjali Ewropej; |
|
10. |
Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija waħda mill-prerekwiżiti għat-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi, il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iqisu kif dovut it-talbiet tal-Parlament li saru fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar inventarju tar-realtà soċjali (12), tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE (13), tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol u tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta’ soċjetà inklużiva fl-Ewropa (14) meta jkunu qed jiġu mfassla l-politiki u l-miżuri għall-istadju li jmiss tal-OMC dwar l-Inklużjoni Soċjali u l-Ħarsien Soċjali, l-Istrateġija tal-Inklużjoni Soċjali u l-inizjattiva ewlenija tal-“Ewropa 2020” għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, li tinvolvi lill-partijiet interessati kollha fi proċess parteċipattiv; |
|
12. |
Jieħu nota tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jadottaw prospettiva speċifika għall-ġeneru bħala element prinċipali tal-politiki komuni u tal-programmi nazzjonali kollha biex jinqered il-faqar u tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali; |
|
13. |
Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummisjoni dwar “Pjattaforma Ewropea Kontra l-Faqar”; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu d-dimensjoni tal-ġeneru f’din il-pjattaforma; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-istrateġija Ewropea dwar l-inklużjoni u l-ħarsien soċjali, skont l-inizjattiva “Pjattaforma Ewropea Kontra l-Faqar” imsemmija hawn fuq, u żżid l-isforzi tagħha b’mod partikolari għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-ġenituri waħedhom sabiex ikunu jistgħu jgħixu b’dinjità; |
|
15. |
Jirrimarka li, bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika, il-qgħad u t-tbatija soċjali għadhom jiżdiedu f’numru ta’ Stati Membri u jaffettwaw liż-żgħażagħ u lill-anzjani, lill-irġiel u lin-nisa u l-familji tagħhom b’mod differenti, u għalhekk jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jsaħħu l-impenn tagħhom u jieħdu miżuri speċifiċi għall-qerda tal-faqar u biex jikkumbattu l-esklużjoni soċjali, partikolarment il-faqar fost in-nisa u l-impatt dirett tiegħu fuq il-ħajja tal-familja, għaliex il-faqar u l-esklużjoni soċjali jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jaffettwaw mill-inqas wieħed minn kull sitt ċittadini Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu enfasi speċifika fuq l-aktar gruppi vulnerabbli (familji b’ġenitur wieħed, familji bi tlett itfal jew aktar, persuni b’diżabilità, minoranzi etniċi, speċjalment ir-Rom, nies li jgħixu fil-mikroreġjuni l-aktar żvantaġġati, persuni b’kapaċità għax-xogħol imnaqqsa u żgħażagħ mingħajr esperjenza ta’ xogħol); jemmen li l-aċċess għall-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà huma meħtieġa għal ħajja deċenti; jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jiżguraw li jittieħdu miżuri sabiex jinqered il-faqar tat-tfal u li t-tfal kollha jkollhom opportunitajiet indaqs fil-ħajja; |
|
16. |
Jinnota li l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol fid-deċennji reċenti tindika mhux biss impatt dirett akbar tar-reċessjoni fuq in-nisa innifishom iżda wkoll fuq in-nuklei familjari, li fihom id-dħul finanzjarju se jkun affettwat b’mod sinifikattiv mit-telf ta’ impjieg tal-mara; jenfasizza li l-qgħad fost in-nisa jista’ jkun mistenni jogħla b’mod sproporzjonat hekk jif jitħabbar tnaqqis fil-baġit tas-settur pubbliku, peress li n-nisa huma impjegati fis-setturi tal-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi soċjali b’mod sproporzjonat; |
|
17. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw l-indikaturi fir-rigward tan-nisa u l-faqar żviluppati b’rabta mal-Pjattaforma għall-Azzjoni ta’ Pekin bħala għodda għas-sorveljanza tal-impatt ta’ politiki soċjali, ekonomiċi u tal-impjieg usa’ dwar it-tnaqqis tal-faqar; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw mezzi aktar xierqa għall-kejl tal-faqar fost in-nisa; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu data u informazzjoni sistematiċi tal-ġeneri mhux aggregati fit-tfassil ta’ rapporti nazzjonali u fir-Rapport Konġunt annwali dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu indikaturi individwali ġodda fir-rigward tan-nisa u l-faqar bħala għodda biex jiġi sorveljat l-impatt li jkollhom fuq in-nisa u l-faqar politiki usa’ soċjali, ekonomiċi u tal-impjiegi; |
|
20. |
Jenfasizza n-neċessità biex jiġi miftiehem segwitu għall-Karta tan-Nisa, b’konsultazzjoni wiesgħa mal-Parlament Ewropew, u b’kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili, biex ikunu promossi mekkaniżmi li jiksbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aspetti kollha tal-ħajja soċjali, ekonomika u politika; |
|
21. |
Jiġbed attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jitkomplu ulterjorment ir-riċerki u l-analiżijiet rigward il-fenomenu tal-“femminilizzazzjoni tal-faqar”; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Eurofound jikkooperaw mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u biex jagħtu bidu għal riċerka mmirata sabiex jivvalutaw, fost ħwejjeġ oħra, l-effetti tal-kriżi dinjija fuq in-nisa; |
|
22. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-individwi kollha, speċjalment it-tfal u l-anzjani, jkollhom aċċess għall-kura bażika; |
|
23. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għall-mediċina preventiva u dijanjostika għal mard tipiku ta’ nisa anzjani bħala strument għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; |
|
24. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-kura medika ta’ nisa immigrati minħabba mard kaġun ta’ drawwiet alimentari u prattiċi ritwali; jistieden rispettivament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindikaw politiki tas-saħħa bil-għan li jiġġieldu u jipprevjenu prattiki ta’ periklu għas-saħħa tan-nisa u li huma wkoll kawża ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali; |
|
25. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki tal-ġeneri u l-prinċipji tal-UE jiġu applikati fil-livelli kollha, lokali u nazzjonali; |
|
26. |
Ifakkar li l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għandha ssir kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kemm esternament, sabiex isir adempiment tal-impenn tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri li jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-NU sal-2015; |
Ġlieda kontra l-faqar tan-nisa permezz tal-politiki tal-impjieg u l-protezzjoni soċjali
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri jadottaw programmi speċifiċi li jippromwovu l-inklużjoni attiva jew ir-reintegrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u għal opportunitajiet speċifiċi għat-taħriġ tul il-ħajja bil-għan li jiġu provduti l-ħiliet u l-kwalifiki, bħal l-għoti ta’ setgħa, trawwim ta’ fiducja u tisħiħ tal-kapaċitajiet, neċessarji fid-dawl tal-Istrateġija UE 2020 li tenfasizza l-proġetti u l-programmi dwar trasformazzjoni ekoloġika, jiġifieri, is-settur rinnovabbli, l-impjiegi ħodor b’element xjentifiku u tekonoloġiku qawwi għal ekonomija sostenibbli ġdida; jitlob li, fl-interess li ma jiżdiedx in-nuqqas ta’ sigurtà esperjenzat min-nisa fis-suq tax-xogħol, jitqiesu r-responsabilitajiet tal-familja meta jkunu qed jintgħażlu l-ħaddiema għas-sensja, filwaqt li dak li jkun iżomm quddiem għajnejh li f’ħafna sitwazzjonijiet in-nisa huma inkarigati mit-tfal; |
|
28. |
Jiġbed l-attenzjoni għad-differenzi konsiderevoli li hemm bejn in-nisa f’żoni rurali u urbani fir-rigward tal-aċċess għat-taħriġ, l-impjiegi u l-kwalità tax-xogħol; jagħti importanza konsiderevoli lid-dritt li għandhom dawn ir-residenti kollha, partikolarment dawk l-aktar żgħar fl-età u l-aktar vulnerabbli, li jirċievu edukazzjoni kif għandha tkun, bit-taħriġ professjonali u l-istudji universitarji, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw lil dawn il-gruppi permezz ta’ sistema effikaċi ta’ politiki attivi u miżuri ta’ taħriġ xierqa sabiex ikunu jistgħu jadegwaw ruħhom malajr għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol; |
|
29. |
Jirrimarka li l-protezzjoni soċjali, il-politiki tas-suq u l-politika soċjali jagħtu kontribut importanti għat-tnaqqis tal-intensità u t-tul tar-reċessjoni billi jistabbilizzaw is-swieq tax-xogħol u l-konsum, u li s-sistema tal-protezzjoni soċjali hija stabbilizzant kemm rigward id-dħul u kemm rigward l-infiq; |
|
30. |
Iqis lill-politika tal-impjiegi attiva (eżempju t-taħriġ waqt ix-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali) importanti ħafna fil-prevenzjoni tal-faqar u proċess li fih l-imsieħba soċjali jiżvolġu rwol essenzjali; iqis barra minn hekk lil-politika tal-impjiegi proattiva (eżempju l-prattika professjonali għaż-żgħażagħ, workshops u postijiet tax-xogħol imħarsa) kruċjali fl-iżgurar tal-bilanċ tas-suq tax-xogħol u żżid l-aċċessibilità għalih, u ssostni l-impjiegi għall-gruppi żvantaġġati; |
|
31. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas regolatorju trasparenti għal forom atipiċi ta’ impjieg sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol kif suppost u paga deċenti, ladarba s-sejbien ta’ impjieg huwa mutur għall-ġlieda kontra l-faqar; |
|
32. |
Jikkunsidra li l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija element prinċipali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jenfasizza l-importanza li jiġi appoġġat il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, ikunu ffaċilitati t-taħriġ u l-edukazzjoni għan-nisa li jgħixu fir-riskju tal-faqar u jissaħħaħ is-sejbien tax-xogħol; |
|
33. |
Jirrikonoxxi l-konnessjoni diretta bejn l-inugwaljanza ekonomika u d-dipendenza femminili, kif ukoll l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu bejn l-irġiel u n-nisa f’termini ta’ aċċess għall-edukazzjoni, ir-responsabilitajiet tal-familja u l-kura ġenerali tal-familja, u jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-inugwaljanza fil-paga bejn iż-żewġ ġeneri għadha preżenti u tipproduċi effetti negattivi; |
|
34. |
Jenfasizza li f’każ ta’ qgħad ir-riskju li ma jerġgħux jiġu impjegati huwa ogħla għan-nisa, u li wkoll aktar hu probabbli li jkunu aktar żvantaġġati meta jiġu għal xi reklutaġġ, peress li aktar nisa jiġu impjegati fuq kuntratti insikuri jew part-time mingħajr ma jkunu għażlu hekk huma jew minħabba li l-paga inugwali qed tkompli taffettwa lin-nisa; |
|
35. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li skont l-Istħarriġ Speċjali tal-Ewrobarometru “L-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE fl-2009” l-ħtieġa li jitnaqqas l-inugwaljanza fil-paga tan-nisa u tal-irġiel hija rikonoxxuta kullimkien fl-Ewropa; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jeliminaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi bħala parti mill-Istrateġija UE 2020; inkoraġġixxi bil-qawwa li t-tnaqqis ta’ 1 % fis-sena tal-inugwaljanza fil-paga bejn il-ġeneri jiġi stabbilit bħala objettiv, sabiex jinkiseb l-objettiv ta’ tnaqqis ta’ 10 % sal-2020 u jiġi żgurat paga sħiħa lin-nisa tul il-lif statutorju tal-maternità kif rakkomandat mill-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2010 (15) dwar dan is-suġġett, peress li dan se jikkontribwixxi biex jelimina l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa għal azzjoni pożittiva biex tiżdied il-preżenza tan-nisa fl-entitajiet eżekuttivi politiċi, ekonomiċi u imprenditorjali; |
|
37. |
Jinnota li l-aċċess tal-imprendituri nisa għall-kreditu huwa limitat, fatt li hu ostaklu maġġuri għall-iżvilupp professjonali u l-indipendenza ekonomika tagħhom, u li huwa f’kunflitt mal-prinċipju tat-trattament ugwali; |
|
38. |
Jistieden lil dawk li jfasslu l-politika, kemm fil-livell tal-UE u nazzjonali, biex jibnu r-reazzjoni tal-politika tagħhom, li jimmiraw lejn limitazzjoni tar-riperkussjonijiet negattivi tal-kriżi ekonomika, fuq analiżi tas-suq tax-xogħol li tikkunsidra l-ġeneri u kif ukoll valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet sistemati tal-impatt fuq il-ġeneri; |
|
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-inizjattivi mmirati lejn rikonoxximent tal-ekonomija informali u l-kwantifikazzjoni tal-“ekonomija tal-ħajja”, bl-użu ta’ approċċi speċifiċi għall-ġeneri bi qbil mal-proġett “Beyond GDP” mniedi mill-Kummissjoni; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu benefiċċji soċjali xierqa għan-nisa u l-irġiel li jieħdu ħsieb l-anzjani, il-morda jew il-qraba b’diżabilità, u għan-nisa anzjani li jirċievu pensjonijiet partikolarment baxxi; |
|
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti rigward l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-irġiel u n-nisa kif rikjest mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 (16) (inizjattiva leġiżlattiva li titlob lill-Kummissjoni tressaq proposta xierqa sa tmiem l-2009); |
|
41. |
Jenfasizza l-importanza kruċjali tar-riforma tal-politiki makroekonomiċi, soċjali u tas-suq tax-xogħol, sabiex tkun iggarantita ġustizzja ekonomika u soċjali għan-nisa, biex jergħu jiġu kkunsidrati l-metodi użati biex jiddeterminaw ir-rata tal-faqar u biex jiġu żiluppati strateġiji għall-promozzjoni ta’ distribuzzjoni ġusta tal-ġid, biex ikunu ggarantiti dħul minimu u pagi u pensjonijiet deċenti, biex jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja għan-nisa, flimkien ma’ drittijiet, sabiex in-nisa u t-tfajliet ikunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi pubbliċi ta’ standard għoli, u biex jitjieb il-forniment ta’ servizzi tal-welfare u l-viċinat, inklużi crèches, kindergartens u forom oħra ta’ edukazzjoni preskolastika, day centres, ċentri ta’ divertiment tal-komunità u ċentri ta’ appoġġ għall-familja u ċentri interġenerazzjonali, li għandhom ikunu bi ħlas raġonevoli u aċċessibbli għan-nisa u l-irġiel u fl-istess ħin għaż-żgħażagħ u l-anzjani u li jkunu kompatibbli mal-ħinijiet tax-xogħol full-time; |
|
42. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu ċentri ta’ konsulenza biex jiġi identifikat u kumbattut l-isfruttament tan-nisa li jaħdmu, li huwa waħda mill-kawżi prinċipali tal-faqar u l-eżklużjoni soċjali; |
|
43. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu r-rieżami tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali bil-ħsieb li jiġu individwalizzati d-drittijiet għall-iskemi pensjonistiċi u tas-sigurtà soċjali biex jiġi eliminat il-“vantaġġ ta’ min jaqla’ l-għajxien tal-familja”, jiggarantixxu drittijiet tal-pensjoni ugwali; |
|
44. |
Jenfasizza l-effett pożittiv li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha fuq it-tkabbir ekonomiku; jinnota li bosta studji jikkalkolaw li kieku r-rati ta’ impjieg, impjieg part-time u ta’ produttività tan-nisa kienu l-istess bħal dawk tal-irġiel, il-PDG kien jiżdied bi 30 %, li mhux biss ikun ta’ benefiċċju għall-ekonomija kollha kemm hi iżda jnaqqas ukoll ir-riskju li jgħaddu minnu ħafna nisa li jiftaqru; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw u jimplimentaw bħala kwistjoni ta’ urġenza strateġija li tnaqqas bin-nofs il-faqar tat-tfal sal-2012 u tkisser l-ispirali tal-faqar b’mod ġenerali, minħabba r-riskju għoli li l-faqar persistenti jingħadda mill-ġenituri lit-tfal tagħhom, li jista’ jfixkel konsiderevolment iċ-ċansijiet tat-tfal għal ħajja aħjar; għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li d-drittijiet tat-tfal individwali jkunu integrati fil-politiki u l-miżuri kollha tal-UE għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-passi meħuda biex jintemm il-faqar tat-tfal, għall-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta’ azzjonijiet prijoritarji, għat-tisħiħ tal-ġbir ta’ data u għall-iżvilupp ulterjuri ta’ indikaturi komuni fil-livell ta’ UE; jemmen li f’dan il-kuntest huwa essenzjali jiġu ffaċilitati kemm id-dħul u kemm ir-ritorn tal-ġenituri waħedhom fis-suq tax-xogħol, kif ukoll arranġamenti ta’ assistenza soċjali għall-familji b’ġenitur wieħed fid-dawl tal-problemi li jiffaċċjaw, filwaqt li jiġi żgurat ukoll appoġġ konkret għall-familji kbar; iqis li t-tfal li ġejjin minn familji foqra li fihom ma jkun hemm ħadd li jaħdem għandhom jirċievu attenzjoni u appoġġ speċjali, sabiex ikun evitat il-faqar fil-ġejjieni; |
|
46. |
Jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jeżaminaw mill-ġdid il-politiki tagħhom tal-immigrazzjoni bil-għan li jneħħu l-ostakli strutturali għall-parteċipazzjoni sħiħa tal-migranti fis-suq tax-xogħol, jiġbru data dwar il-progress rigward id-diskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli u biex jivvalutaw l-impatt tat-tnaqqis fl-infiq rigward l-aċċess għal servizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; |
|
47. |
Jinnota d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2010 li jħalli f’idejn l-Istati Membri biex jistabbilixxu, f’kooperazzjoni mar-reġjuni, l-objettivi nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis tan-numru ta’ nies fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq il-bażi ta’ wieħed jew iktar mit-tliet indikaturi maqbula mill-Kunsill; iqis li l-Istati Membri li qed jużaw biss l-indikatur ta’ familja fejn ħadd m’għandu impjieg jistgħu sistematikament jittraskuraw problemi bħal faqar għalkemm wieħed ikollu xogħol, faqar f’termini ta’ enerġija, il-faqar tal-ġenituri waħedhom, il-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jabbużawx mil-libertà li jagħżlu l-indikatur tagħhom bil-ħsieb li jilħqu objettivi kontra l-faqar li jkunu anqas ambizzjużi; jiġbed l-attenzjoni għall-problemi li qed jiffaċċjaw miljuni ta’ pensjonanti Ewropej li l-pensjonijiet tagħhom mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħajja u jkopru l-ħtiġijiet partikolari marbuta mal-età, speċjalment kaġun ukoll tal-prezz għoli tal-mediċini u tat-trattament mediku; jenfasizza li l-edukazzjoni skolastika u universitarja għall-gruppi l-iktar vulnerabbli għandha tkun objettiv prijoritarju li f’konnessjoni magħha kull Stat Membru jrid jistabbilixxi objettivi; |
|
48. |
Jirrimarka li, peress li parteċipazzjoni ndaqs u sħiħa fil-ħajja ekonomika, politika u soċjali għandha tkun meqjusa bħala dritt individwali, il-politiki attivi tal-inklużjoni soċjali għandhom jużaw approċċ olistiku biex jeqirdu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, speċjalment billi jiżguraw aċċess sħiħ għal servizzi soċjali u servizzi ta’ interess ġenerali (ekonomiku) ta’ kwalità għal kulħadd; |
|
49. |
Jenfasizza l-ħtieġa tal-iżvilupp ta’ politiki xierqa ta’ integrazzjoni tax-xogħol u ta’ taħriġ fil-livell nazzjonali, flimkien ma’ arranġamenti fiskali speċjali għall-familji b’ġenitur wieħed bħala parti mill-ġlieda kontra l-faqar, il-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali; |
|
50. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri fuq livell nazzjonali u Ewropew biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tal-impjiegi u l-politiki tal-pagi; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-qrib l-ostakli li hemm għall-parteċipazzjoni soċjali bħalma huma l-faqar fl-enerġija, l-esklużjoni finanzjarja u ostakli fl-aċċess għat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT); |
|
52. |
Jenfasizza l-importanza ta’ politiki ta’ koordinament biex jiġu miġġielda l-qgħad u l-esklużjoni soċjali fil-livelli kollha ta’ gvern sabiex il-faqar ikun miġġieled b’mod effikaċi; |
|
53. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-programmi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ għall-immigrati u għal minoranzi etniċi, li jaġevola l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; |
Rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u tax-xogħol min-nisa li jgħixu fil-faqar jew li huma esposti għar-riskju tal-faqar
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippromwovu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik privata, sabiex jagħmluha possibbli għan-nisa esposti għar-riskju tal-faqar li jkomplu l-karrieri tagħhom f’xogħol full-time, jew biex joffrulhom l-aċċess għal xogħol part-time jew arranġamenti flessibbli ta’ xogħol, anki billi jużaw arranġamenti ta’ xogħol part-time reversibbli waqt il-perjodi li tulhom jieħdu ħsieb persuni oħra; |
|
55. |
Jenfasizza li terz tal-familji b’ġenitur wieħed fl-Ewropa qed jgħixu fil-faqar; |
|
56. |
Jistieden lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-proċedura msemmija hawn fuq li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu s-sensja ta’ ħaddiema matul it-tqala jew il-maternità; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri attivi biex jipprevjenu d-diskriminazzjoni kontra n-nisa tqal fis-suq tax-xogħol, kif ukoll miżuri biex ikun żgurat li l-maternità ma taffettwax id-dritt tal-ħaddiema nisa għall-pensjonijiet u li l-iskala ta’ dawk il-pensjonijiet ma tiġix affettwata mill-fatt li jkunu ħadu l-lif tal-maternità; |
|
57. |
Ifakkar lill-Istati Membri li l-provvediment għall-indukrar tat-tfal adegwat huwa parti fundamentali mill-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol; jiddispjaċih li l-objettivi tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-2002 dwar l-għoti ta’ assistenza preskolastika tat-tfal għal tal-anqas 90 % tat-tfal f’età bejn it-3 snin u l-età skolastika obbligatorja u tal-anqas 33 % tat-tfal taħt l-età ta’ 3 snin, li stabbilixxa objettivi sal-2010, altru mhumiex qed ikunu sodisfatti; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jġeddu u jonoraw l-impenji tagħhom għall-objettivi ta’ Barċellona għall-għoti ta’ assistenza tat-tfal aċċessibbli, li ma tqumx wisq flus u ta’ kwalità għolja u għall-iżvilupp ta’ objettivi ġodda għall-kura ta’ persuni dipendenti; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jtejbu l-aċċessibilità, partikolarment permezz ta’ sostenn finanzjarju għall-indukrar tat-tfal, u jtejbu l-faċilitajiet pubbliċi għall-indukrar tat-tfal u jipprovdu inċentivi lill-impriżi biex jistabbilixxu faċilitajiet fuq il-post tax-xogħol; |
|
58. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni mmirata biex jiżguraw li n-nisa li jinsabu f’ambjent żvantaġġat ikollhom aċċess ġust għas-sistemi ta’ saħħa pubblika – b’mod partikolari għall-kura tas-saħħa primarja (inkluż il-protezzjoni tal-ommijiet u tat-tfal) kif definit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa – u wkoll kura tas-saħħa ġinekoloġika u ostetrika, akkomodazzjoni deċenti, ġustizzja, edukazzjoni, taħriġ, tagħlim tul il-ħajja, sport u kultura, għall-prevenzjoni ta’ abbandun bikri mill-iskola u għall-iffaċilitar ta’ tranżazzjoni bla xkiel mill-iskola għas-suq tax-xogħol; |
|
59. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri adegwati għall-appoġġ ta’ ommijiet żgħażagħ, li spiss jaffaċċjaw diffikultà biex isibu impjieg u li jgħixu fil-faqar minħabba l-livell ta’ edukazzjoni baxx tagħhom u minħabba l-preġudizzji soċjali; |
Ġlieda kontra l-faqar fost in-nisa anzjani
|
60. |
Jisħaq li r-riskju li wieħed jaqa’ fil-faqar huwa ikbar għan-nisa milli għall-irġiel, partikolarment fl-età kbira, meta s-sistema tas-sigurtà soċjali huma bbażati fuq il-prinċipju tal-impjieg imħallas kontinwu; jinnota li, f’xi każi, in-nisa ma jissodisfawx dan ir-rekwiżit minħabba interruzzjonijiet fix-xogħol tagħhom u li jiġu penalizzati minħabba diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari minħabba l-inugwaljanza fil-paga, il-lif tal-maternità u x-xogħol part-time, jew b’riżultat ta’ waqfien qasir jew għat-tul mix-xogħol biex jerfgħu r-responsabilitajiet familjari, jew minħabba li ħadmu fl-impriża tar-raġel, b’mod partikolari fis-setturi agrikoli u kummerċjali, mingħajr ħlas u mingħajr affiljazzjoni ta’ sigurtà soċjali; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri jagħtu rikonoxximent lit-trobbija tat-tfal u jiżguraw li dan il-perjodu jkun jgħodd għal pensjoni, u b’hekk in-nisa jkunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjonijiet sħaħ; jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw l-għoti ta’ pensjonijiet adegwati għan-nisa; |
|
61. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw l-aċċess ġust għan-nisa għas-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-pensjoni, b’kunsiderazzjoni tal-għomor itwal tan-nisa u sabiex jiżguraw li l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel jiġi applikat b’mod konsistenti fl-iskema tal-assikurazzjoni tal-pensjoni sabiex titnaqqas id-diskrepanza tal-pensjonijiet bejn il-ġeneri; |
|
62. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu assistenza tas-sigurtà soċjali adegwata għan-nisa responsabbli mill-kura tal-morda, tal-anzjani jew ta’ membri tal-familji tagħhom, u għan-nisa anzjani li jirċievu pensjoni partikolarment baxxa. |
Impatt tal-vjolenza tal-ġeneru fuq ir-riskju ta’ faqar
|
63. |
Jinnota li l-vjolenza fuq in-nisa li taffettwa lill-vittmi u lil min iwettaqha, irrispettivament mill-età, l-edukazzjoni, id-dħul jew il-pożizzjoni soċjali, għadha problema maġġuri fil-livell tal-Unjoni Ewropea, għandha impatt dejjem akbar fuq ir-riskju ta’ emarġinazzjoni, faqar u esklużjoni soċjali, u tista’ tkun ostaklu għall-indipendenza ekonomika, is-saħħa u l-aċċess għas-suq tax-xogħol u għall-edukazzjoni għan-nisa; jistieden għal darb’oħra lill-Kummissjoni tistabbilixxi Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa; |
|
64. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir, l-analiżi u l-istudju ta’ fatturi li jikkontribwixxu għall-vjolenza domestika, sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati minnufih politiki għall-prevenzjoni u t-trattament tal-konsegwenzi ta’ din it-tip ta’ vjolenza, bħal pereżempju l-għoti ta’ kenn għan-nisa bla dar li huma vittmi ta’ vjolenza domestika; |
|
65. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi Ewropej għall-qerda tat-traffikar tal-bniedem u tal-isfruttament sesswali permezz ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja u l-pulizija aktar mill-qrib; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa għat-tneħħija tal-attitudnijiet u prattiki komuni jew tradizzjonali ta’ ħsara, inkluż il-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa, iż-żwiġijiet bikrija jew furzati u d-delitti tal-unur; |
|
66. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu, fejn għadhom ma jeżistux, pjanijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa, jiżguraw il-monitoraġġ kontinwu u sistematiku tal-progress tal-miżuri, jiżguraw l-ogħla standards leġiżlattivi bil-għan li jikkumbattu l-vjolenza maskili kontra n-nisa u biex jipprovdu finanzjament adegwat għall-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-vjolenza, bħala mod biex ikun evitat u jitnaqqas il-faqar; |
|
67. |
Jirrikonoxxi, barra minn hekk, li s-sejbien ta’ soluzzjonijiet sinifikanti biex jiġi affaċċjat il-faqar tan-nisa jista’ jkun mezz wieħed ta’ tnaqqis tal-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, peress li n-nisa li jinsabu fil-faqar jinsabu f’riskju akbar ta’ abbuż; |
|
68. |
Jenfasizza l-importanza tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-teħid ta’ azzjoni bħala għajnuna għall-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol għal dawk in-nisa li jkunu sofrew vjolenza abbażi tal-ġeneru bl-użu ta’ strumenti bħall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jew il-programm PROGRESS; |
|
69. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi għall-ġeneru għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet li mhumiex direttament marbuta mad-dħul tal-faqar, iżda minflok għandhom rabta mal-kultura, mal-parteċipazzjoni soċjali u politika u man-netwerks soċjali; |
Djalogu soċjali u soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-faqar tan-nisa
|
70. |
Jenfasizza l-importanza ta’ djalogu soċjali strutturat fil-ġlieda kontra l-faqar tan-nisa; jinnota, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ titjieb fis-sistemi ta’ parteċipazzjoni u ta’ kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tan-nis, ma’ NGOs u partijiet interessati rilevanti oħrajn u mas-soċjetà ċivili b’mod ġenerali; |
|
71. |
Iqis li djalogu soċjali ġenwin, għandu jkollu l-għan li jippermetti lill-membri tal-aktar gruppi żvantaġġati, flimkien mal-amministrazzjoni nazzjonali u tal-UE, jaqsmu l-opinjonijiet u jikkontribwixxu biex jingħeleb il-faqar estrem, filwaqt li jingħata eżempju konkret tal-aħjar prattika fil-livell Ewropew f’dan il-qasam. |
|
72. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżomm l-allokazzjoni finanzjarja li tista’ tintuża fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-faqar tan-nisa u biex jingħelbu l-effetti ta’ dan; |
Garanzija ta’ sostenn finanzjarju għall-ġlieda kontra l-faqar
|
73. |
Jenfasizza l-importanza tal-fondi strutturali, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, bħala għodda prinċipali biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jistieden lill-Istati Membri jieħdu iktar azzjonijiet kofinanzjati biex jagħtu sostenn akbar lis-servizzi bħall-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u tall-anzjani u għall-persuni dipendenti, anke permezz tal-verifika ta’ forom ta’ kooperazzjoni organizzattiva u finanzjarja pubblika u privata ġodda u ta’ arranġamenti ġodda għal din il-kooperazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-użu ġust u adegwat tar-riżorsi allokati; |
|
74. |
Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat il-kunċett legali ta’ sjieda konġunta bil-għan li d-drittijiet tan-nisa fis-settur agrikolu jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ, li jirċievu protezzjoni xierqa tas-sigurtà soċjali u li x-xogħol tagħhom jiġi rikonoxxut; jenfasizza, barra minn hekk, il-bżonn li r-Regolament tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (17) jiġi emendat biex jippermetti, kif jiġri bil-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li jittieħdu miżuri proattivi b’appoġġ għan-nisa fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, li kien fattibbli f’perjodi preċedenti, iżda mhux f’dak attwali, u li se jkollhom effetti ta’ benefiċċju kbir għan-nisa f’żoni rurali; |
|
75. |
Jilqa’ l-istabbiliment ta’ faċilità Ewropea ta’ mikrofinanzi għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali; jitlob, f’dan il-qafas, li jkun hemm azzjonijiet imfassla, b’mod partikolari assistenza teknika u miżuri ta’ sostenn, speċifikament orjentati biex jiżguraw aċċess u disponibilità miżjuda tal-mikrofinanzi għan-nisa li jaffaċċaw diffikultajiet biex jidħlu fis-suq tax-xogħol jew li jkunu jridu jistabbilixxu ruħhom bħala ħaddiema impjegati għal rashom jew jibdew l-mikroimpriżi tagħhom stess; |
*
* *
|
76. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(2) ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.
(4) ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 130.
(5) ĠU C 16E, 22.1.2010, p. 21.
(6) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(7) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 35.
(8) Testi adottati, P7_TA(2010)0231.
(9) Testi adottati, P7_TA(2010)0232.
(10) Testi adottati, P7_TA(2010)0306.
(11) Testi adottati, P7_TA(2010)0365.
(12) ĠU C 282E, 6.11.2008, p. 463.
(13) ĠU C 9E, 15.1.2010, p. 11.
(14) Testi adottati, P7_TA(2010)0375.
(15) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (P7_TA(2010)0373).
(16) ĠU C 16E, 22.1.2010, p. 21.
(17) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilipp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/89 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
It-treġġigħ lura tar-reċiproċità fis-sistema tal-viżi – solidarjetà mal-istatus inugwali taċ-ċittadini Ċeki wara l-introduzzjoni unilaterali ta’ viżi mill-Kanada
P7_TA(2011)0087
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-treġġigħ lura tar-reċiproċità fis-sistema tal-viżi – solidarjetà mal-istatus inugwali taċ-ċittadini Ċeki wara l-introduzzjoni unilaterali ta’ viżi mill-Kanada
2012/C 199 E/10
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi, f'Ġunju 2009, il-Kanada, b'mod unilaterali, imponiet rekwiżit għal viża għaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka, li għaldaqstant l-istatus tagħhom issa hu inugwali għal dak taċ-ċittadini oħra fl-UE u billi l-Kanada, minkejja talbiet ripetuti biex tagħmel dan, għadha ma tatx data meta se tħassar dan ir-rekwiżit għal viża, |
|
B. |
billi dewmien ulterjuri fit-terminazzjoni tal-istatus inugwali taċ-ċittadini Ċeki jista' jhedded ir-ratifikazzjoni fil-ġejjin tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada, |
|
C. |
billi r-Repubblika Ċeka ma tistax tintroduċi b'mod awtonomu rekwiżi għal viża għaċ-ċittadini Kanadiżi, |
|
D. |
billi l-Kummissjoni u l-Kunsill mhumiex qed jaġixxi b'biżżejjed saħħa f'din il-kwestjoni, |
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżidu l-pressjoni politika fuq il-Kanada sabiex tistabbilixxi l-aktar data kmieni possibbli għat-tħassir tas-sistema tal-viżi għaċ-ċittadini Ċeki, kif ukoll għat-tmiem ta’ ksur ieħor ta’ reċiproċità tal-viżi fir-rigward taċ-ċittadini tal-Bulgarija u r-Rumanija; |
|
2. |
Jenfasizza li, sakemm ma jissolviex dalwaqt dan il-ksur ta’ reċiproċità, hu probbabli li jsegwu miżuri ritaljatorji ekwivalenti mill-UE; |
|
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, minflok arranġament bilaterali, mekkaniżmu ġdid li jiggarantixxi reċiproċità sħiħa tal-viżi għall-Istati Membri kollha, waqt li tiżgura li jekk pajjiż mhux tal-UE jikser dik ir-reċiproċità tal-viżi, l-Istati Membri kollha jreġġgħu lura minnufih ir-rekwiżit għal viża għaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 2 tal-Minuti tat-8 ta’ Marzu 2011 (P7_PV(2011)03-08(ANN2)).
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/90 |
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011
Prijoritajiet għall-baġit 2012 - Taqsimiet I, II u IV sa X
P7_TA(2011)0088
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2012 Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Taqsima X – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2011/2017(BUD))
2012/C 199 E/11
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 23(7) u 79 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0049/2011), |
|
A. |
billi s-sitwazzjoni finanzjarja, ekonomika u soċjali attwali tal-UE tobbliga lill-istituzzjonijiet jirreaġixxu bil-kwalità u l-effiċjenza meħtieġa u li jimpjegaw proċeduri ta’ ġestjoni stretti sabiex jinkiseb l-iffrankar, |
|
B. |
billi l-istituzzjonijiet għandhom ikunu pprovduti b’riżorsi biżżejjed, għalkemm fil-kuntest ekonomiku attwali dawn ir-riżorsi għandhom jiġu ġestiti b’rigorożità u b’effiċjenza, |
|
C. |
billi f’dan l-istadju tal-proċedura annwali, il-Parlament qed jistenna l-estimi tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-proposti tal-Bureau tiegħu stess għall-Baġit 2012, |
|
D. |
billi huwa partikolarment mixtieq li l-Kumitat għall-Baġits u l-Bureau jkomplu bil-kooperazzjoni msaħħa bejn iż-żewġ korpi għar-raba’ sena fl-2012, matul il-proċedura baġitarja, |
|
E. |
billi, skont l-Artikolu 23 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, il-Bureau huwa responsabbli sabiex jieħu deċiżjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u l-Kumitat għall-Baġits huwa responsabbli biex jistabbilixxi l-abbozz tal-estimi baġitarji tal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali, |
|
F. |
billi l-impatt tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fir-rigward tal-intestatura 5 għandu jistabilizza fl-2012, għalkemm, pereżempju, l-SEAE se jkollu impatt li għadu diffiċli biex jiġi kkwantifikat f’dan l-istadju, |
|
G. |
billi, bl-adeżjoni tal-Kroazja ppjanata għall-2013, it-tkabbir se jkollu impatt fuq il-baġit għall-2012, partikolarment fir-rigward tar-riżorsi għall-Membri l-ġodda u r-reklutaġġ tal-persunal, |
|
H. |
billi fis-snin li għaddew l-awtorità baġitarja qablet li tieħu approċċ prudenti dwar in-nefqa amministrattiva, biex b’hekk jitħalla marġini sinifikanti taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, |
|
I. |
billi l-limitu massimu għall-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) għall-baġit tal-UE fl-2012 huwa ta’ EUR 8 754 miljun (li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 340 miljun, jew 4 %, meta mqabbel mal-2011, inkluż 2 % għall-inflazzjoni), |
|
J. |
billi, fil-kapaċità tiegħu bħala kolegiżlatur, il-Parlament iddeċieda li jsib ekwilibriju raġonevoli bejn ir-riżorsi umani u l-kompetenzi ġodda tiegħu wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (19,67 % tat-total tal-intestatura 5 fl-2009, 19,99 % fl-2010 u 20,03 % fl-2011), |
|
K. |
billi huwa essenzjali li l-movimenti fl-infiq tal-intestatura 5 jkunu sorveljati matul l-2011, sabiex tinħoloq previżjoni adegwata għall-baġits li jmiss, |
|
L. |
billi permezz ta’ deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2010, il-Bureau adotta strateġija dwar il-bini tal-Parlament fuq perjodu ta’ żmien medju, li tistabbilixxi xi parametri fundamentali għall-politika tal-proprjetà tiegħu għall-ġejjieni; billi, bħala parti minn din l-istrateġija, il-Parlament iddeċieda li jkompli jagħti prijorità lix-xiri ta’ bini (meta jkun raġonevoli), filwaqt li jiffoka fuq il-konċentrazzjoni ġeografika fil-postijiet tax-xogħol tiegħu; billi ħlas bikri, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ finanzjament, jibqa’ waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-ġejjieni, |
Qafas ġenerali u prijoritajiet għall-Baġit 2012
|
1. |
Jenfasizza s-sitwazzjoni diffiċli fir-rigward tal-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5 għall-2012 u huwa kompletament konxju mill-fatt li l-istituzzjonijiet jistgħu jiltaqgħu ma’ problemi biex jirrikonċiljaw ir-rekwiżiti kollha ta’ finanzjament filwaqt li jżommu d-dixxiplina baġitarja u l-awtokontroll sabiex ikun hemm konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali; |
|
2. |
Jistabbilixxi l-prinċipju ta’ eċċellenza leġiżlattiva, bħala prijorità, biex tkun żgurata reazzjoni xierqa għall-isfidi politiċi attwali, li jirrikjedu l-konsolidazzjoni tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi indirizzat il-qafas istituzzjonali ġdid li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona; hu tal-fehma li l-baġit tal-Parlament u tal-istituzzjonijiet l-oħra għall-2012 għandu jkun baġit ta’ konsolidazzjoni, għaliex jista’ jservi wkoll bħala referenza għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss; |
|
3. |
Jirrimarka li dan l-isforz għall-konsolidazzjoni m’għandux iwaqqaf l-investimenti (eż. fit-teknoloġija) li jwasslu għal frankar fit-tul fil-ġejjieni; |
|
4. |
Iqis bħala prijorità oħra l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba (l-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju), jiġifieri l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċità; hu tal-fehma li dawn il-prinċipji għandhom ikunu riflessi b’mod ċar, fl-ispirtu ta’ responsabilità, fil-baġits tal-Parlament u tal-istituzzjonijiet l-oħra, kif ukoll fil-kulturi organizzattivi tagħhom; jemmen, għaldaqstant, li fl-implimentazzjoni tal-politiki varji għandhom jitqiesu r-riżultati miksuba u li l-ispejjeż varjabbli għandhom, kull meta jkun possibbli u meta l-iskala tagħhom tirrikjediha, jiġu soġġetti għal evalwazzjonijiet regolari tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji; |
|
5. |
Jemmen li, minħabba l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, l-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw pjanijiet biex jitqaċċtu l-ispejjeż; hu tal-fehma, f’dan ir-rigward, li għandhom jiġu eżaminati l-vantaġġi taċ-ċentralizzazzjoni, sabiex jinħolqu ekonomiji ta’ skala (eż: akkwist ċentralizzat, servizzi konġunti bejn l-istituzzjonijiet), kif ukoll dak li għandu jibqa’ jew jiġi deċentralizzat; |
|
6. |
Jemmen li l-preċiżjoni, is-sempliċità, iċ-ċarezza u t-trasparenza għandhom ikunu r-riżultat tal-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba; jitlob, f’dan ir-rigward, li titressaq organigramma għal kull istituzzjoni, flimkien mal-ispejjeż rispettivi ta’ kull unità kostitwenti; jitlob, barra minn hekk, li kull spiża tkun speċifikata u ġustifikata b’mod ċar, b’distinzjoni ċara bejn l-ispejjeż fissi u varjabbli sabiex jitwettaq il-prinċipju ta’ politika baġitarja b’bażi żero; |
|
7. |
Iqis li, sa mhux aktar tard mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-baġit tal-Parlament u l-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra għandhom ikunu r-riżultat ta’ ppjanar pluriennali li jkopri t-tul tal-qafas; |
|
8. |
Jirrimarka li għandhom isiru t-tħejjijiet meħtieġa fil-livell interistituzzjonali sabiex ikun akkomodat il-persunal mill-Kroazja fil-prospettiva ta’ tkabbir possibbli tal-UE; |
|
9. |
Hu tal-fehma li l-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom iressqu rapporti biannwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom, waqt li jagħtu dettalji dwar l-implimentazzjoni ta’ kull linja baġitarja; |
|
10. |
Hu tal-fehma li l-politika ambjentali u l-EMAS (5) għandhom ikunu parti mill-kulturi tal-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra u li, għal dan il-għan, għandhom jiġu ppreżentati miżuri għat-tnaqqis tal-konsum ta’ karti, enerġija, ilma u emissjonijiet; |
|
11. |
Itenni li l-kooperazzjoni interistituzzjonali, kull meta possibbli u xierqa, hi essenzjali sabiex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiki li jiffavorixxi l-effikaċità u jippermetti l-iffrankar; iqis li l-kooperazzjoni interistituzzjonali għandha tittejjeb fir-rigward tat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni, ir-reklutaġġ (EPSO) u l-EMAS u għandha tiġi estiża għal oqsma oħra; jitlob li jkun hemm rieżami bir-reqqa tal-esternalizzazzjoni tat-traduzzjonijiet u r-rwol taċ-ċentru ta’ traduzzjoni; |
|
12. |
Ifakkar fil-ħtieġa ta’ sistema integrata bis-sħiħ tal-ġestjoni tal-għerf; jilqa’ l-informazzjoni pprovduta mill-Amministrazzjoni rigward is-sistema tal-ġestjoni tal-għerf; jitlob rapport ta’ progress dwar l-għadd kbir ta’ sorsi/sistemi ta’ informazzjoni disponibbli għall-Membri; jitlob li jiġi stabbilit kalendarju ċar għat-tfassil ta’ prototip; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni rapida ta’ politika dwar il-klassifikazzjoni u indiċjar; jirrikjedi informazzjoni dwar kif din is-sistema tista’ ssir faċilment aċċessibbli għaċ-ċittadini Ewropej; |
|
13. |
Jenfasizza li huwa importanti li l-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħra, jadottaw strateġija diġitali ambizzjuża u b’ambitu estensiv, b’mod partikolari fir-rigward tal-għodda tal-Web 2.0 u n-netwerks soċjali, sabiex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha; iqis ukoll li l-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom jiżviluppaw strateġija ta’ governanza elettronika; jitlob li t-teleworking jintuża kull fejn ikun xieraq; jitlob lill-Bureau jikkunsidra l-introduzzjoni ta’ sistema “cloud computing” biex jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi tas-sistema informatika, jittejjeb ir-rendiment tagħha u tiġi introdotta mobilità ikbar fil-ħidma tal-Parlament; |
|
14. |
Jenfasizza li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tipi simili ta’ analiżijiet tal-ispejjeż huma tal-akbar importanza għat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istituzzjoni; jinsisti li dawn għandhom jintużaw b’mod sistematiku u għandhom jidentifikaw l-ispejjeż rikorrenti u ta’ darba (i.e. spejjeż fissi u spejjeż varjabbli) li huma direttament marbuta ma’ kull miżura speċifika; |
|
15. |
Jitlob li jsiru użu mir-riallokazzjoni tal-persunal u t-taħriġ mill-ġdid sabiex tissaħħaħ il-mobilità; jirrakkomanda li persunal ġdid jiġi reklutat biss wara li l-proċeduri interni ta’ riallokazzjoni tal-persunal u ta’ taħriġ ikunu fallew u fejn l-għażla ta’ akkwist ta’ servizzi esterni ma tkunx xierqa; |
|
16. |
Hu tal-fehma li strateġija konġunta u koordinata għall-implimentazzjoni baġitarja għandha tkun miftiehma bejn l-istituzzjonijiet kollha affettwati mill-adeżjoni tal-Kroazja; jitlob li ssir stima tal-implikazzjonijiet għall-intestatura 5; |
|
17. |
Jemmen li l-istituzzjonijiet kollha għandu jkollhom politiki attivi kontra d-diskriminazzjoni u għandhom jadattaw u l-politiki tagħhom dwar il-bini u r-riżorsi umani sabiex jiżguraw aċċess iktar faċli għall-persuni b’diżabilità; |
|
18. |
Jenfasizza li, f’kuntest ta’ kriżi ekonomika, il-piż tqil tad-dejn pubbliku u t-trażżin fi żminijet l-isforzi ta’ konsolidazzjoni baġitarja nazzjonali li attwalment għaddejjin, il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom juru responsabilità baġitarja u awtokontroll; |
Il-Parlament
|
19. |
Hu tal-fehma li l-għan tal-Parlament għandu jkun l-iżvilupp ta’ eċċellenza leġiżlattiva u li kull riżorsa meħtieġa għandha tkun disponibbli għal dan l-iskop, filwaqt li jiġu rispettati l-limiti baġitarji; |
|
20. |
Jemmen li l-Parlament għandu juri responsabilità baġitarja u awtokontroll billi jibqa’ qrib tar-rata ta’ inflazzjoni; skont l-orjentament interistituzzjonali, il-ħtiġijiet relatati mat-tkabbir għandhom jiġu integrati jew permezz ta’ ittra ta’ emenda jew ta’ baġit emendatorju; anke l-ħtiġijiet għal 18-il Membru tal-PE ġdid b’segwitu għat-Trattat ta’ Lisbona se jiġu intergrati permezz ta’ ittra ta’ emenda jew ta’ baġit emendatorju; |
|
21. |
Iqis li r-riżorsi għall-persunal addizzjonali allokati lill-Amministrazzjoni tal-Parlament biex taffronta l-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona issa għandhom jidħlu f’fażi ta’ konsolidament; jinsisti li l-istrutturi organizzattivi għandhom ikunu tali li jrawmu l-ħolqien ta’ sinerġiji billi jissejsu fuq il-kompetenza rispettiva tal-unitajiet speċjalizzati eżistenti; |
|
22. |
Jinnota li l-baġit tal-Parlament għall-2011 jammonta għal EUR 1 685 miljun, li jirrappreżenta 20,03 % tal-intestatura 5; |
|
23. |
Jistenna li l-Bureau jippreżenta talbiet realistiċi meta jiġi biex jippreżenta l-estimi; jinsab lest li jeżamina l-proposti tiegħu bbażati għal kollox fuq il-ħtiġijiet u fuq bażi prudenti sabiex jiġi żgurat funzjonament xieraq u effiċjenti tal-istituzzjoni; jisħaq li l-għan tal-ittra ta’ emenda ppreżentata mill-Bureau lill-Kumitat għall-Baġits f’Settembru hu li jitqiesu ħtiġijiet li ma kinux previsti fiż-żmien meta tfasslu l-estimi, u jisħaq fuq il-fatt li din m’għandhiex titqies bħala opportunità biex jiġġeddu l-estimi li dwarhom kien sar qbil qabel; skont l-orjentament interistituzzjonali, il-ħtiġijiet relatati mat-tkabbir għandhom jiġu integrati jew permezz ta’ ittra ta’ emenda jew ta’ baġit emendatorju; anke l-ħtiġijiet għal 18-il Membru tal-PE ġdid b’segwitu għat-Trattat ta’ Lisbona se jiġu intergrati permezz ta’ ittra ta’ emenda jew ta’ baġit emendatorju; |
|
24. |
Jitlob ħarsa ġenerali dettaljata u ċara ta’ dawk il-punti baġitarji li ma kinux implimentati biżżejjed fl-2010 u jistenna bil-ħerqa li janalizza r-raġunijiet għal dan; jixtieq ukoll li jingħata rendikont tat-trasferimenti kollha li tħallew għas-sena ta’ wara u l-użu tagħhom fl-2010, kif ukoll aġġornament dwar id-dħul finali assenjat imqabbel mal-ammonti li ġew ibbaġitjati; |
|
25. |
Iqis li l-Membri għandhom jingħataw aċċess għal servizzi ta’ kwalità sabiex ikunu jistgħu jwettqu dmirijithom fuq livell ta’ parità; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta’ trattament ugwali għall-Membri tan-nazzjonalitajiet u l-lingwi kollha fir-rigward tal-possibilità tagħhom li jwettqu dmirijithom u l-attività poltika li hi r-responsabilità tagħhom fil-lingwa tagħhom stess jekk huma hekk jridu; iħoss, pereżempju, li n-nuqqas ta’ interpretazzjoni fil-laqgħat tal-kumitati hu inaċċettabbli; jemmen li hemm bżonn li l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda japplika għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni wkoll; |
|
26. |
Hu wkoll tal-opinjoni li għandu jsir kull sforz sabiex tiżdied il-flessibbiltà fl-interpretazzjoni bħala pass kruċjali biex tiġi żgurata prassi tajba ta’ xogħol u jinnota li, f’ħafna każi, jistgħu jiġu evitati l-problemi u l-ħela finanzjarja jekk ikun hemm il-possibilità li jinbidlu l-lingwi bi preavviż qasir fuq il-bażi tal-attendenza attwali għall-laqgħat, iktar milli fuq il-bażi tal-attendenza ppjanata; |
|
27. |
Iħeġġeġ sabiex jiġi implimentat rieżami bir-reqqa dwar jekk id-dritt għal libertà ta’ aċċess għaċ-ċittadini Ewropej biex jiltaqgħu mar-rappreżentanti Ewropej tagħhom jistax jitqabbel b’mod aktar effikaċi mal-ħtieġa urġenti li tiġi provduta sigurtà għal dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta rapport ta’ dan it-tip sat-30 ta’ Ġunju 2011; |
|
28. |
Hu tal-fehma, kif diġà deċiż, li għandu jiġi implimentat servizz wifi li jiffunzjona bis-sħiħ sabiex jippermetti li jintlaħaq l-għan li jitnaqqas l-użu tal-karti; jikkunsidra li l-użu tal-vidjokonferenzi għal-laqgħat għandu jitħeġġeġ, kif ukoll l-użu ta’ teknoloġiji ġodda li jirrispettaw l-ambjent; jitlob analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji ta’ tali miżuri; |
|
29. |
Jinnota, f’dak li għandu x’jaqsam mal-politika tal-bini, li l-Parlament qed jirsisti biex jirrazzjonalizza l-allokazzjoni tal-ispazju eżistenti tiegħu u biex jikseb iffrankar ta’ flus u ekonomiji ta’ skala; jieħu nota tal-fatt li l-proġett ta’ estensjoni tal-KAD li jinsab attwalment għaddej, u li l-ispiża tiegħu hi stmata għal madwar EUR 549,6 miljun (skont il-prezzijiet tal-2016), se jippermetti l-konċentrazzjoni ġeografika tal-Amministrazzjoni tal-Parlament fil-Lussemburgu, u li l-bini l-ieħor li bħalissa qed jinkera fil-Lussemburgu gradwalment se jitbattal sabiex b’hekk ikun possibbli iffrankar sostanzjali ladarba l-proġett ikun finalizzat; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-finanzjament ta’ dan il-proġett ta’ bini jista’ jirrikjedi t-twaqqif ta’ strutturi legali speċjalizzati (strument bi skopijiet speċjali), peress li r-Regolament Finanzjarju jipprojbixxi s-self dirett, u li l-iffrankar fl-ispejjeż jista’ jinkiseb jekk dan il-proġett kellu jiġi ffinanzjat direttament mill-baġit jew permezz ta’ self dirett, li juri biċ-ċar il-ħtieġa ta’ aġġustamenti għar-Regolament Finanzjarju sabiex tkun garantita implimentazzjoni aktar trasparenti u aktar diretta tal-proġetti ta’ bini fil-futur; |
|
30. |
Jilqa’ d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau fl-24 ta’ Marzu 2010; itenni t-talba tiegħu għall-iżvilupp ta’ strateġija tal-bini fuq żmien medju u fit-tul; hu tal-fehma li din l-istrateġija għandha tkun intenzjonata biex tinstab l-aħjar soluzzjoni, waqt li jitqiesu l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u l-ħtieġa li jiġu vvalutati d-diversi għażliet u l-possibilitajiet ta’ finanzjament alternattiv; jiġbed l-attenzjoni għall-proposta fid-deċiżjoni msemmija hawn fuq biex jintuża d-dħul assenjat mill-gvern Belġjan bħala investiment fl-infrastruttura għall-spazju għall-uffiċċji ġdid għall-assistenti tal-Membri tal-PE; jitlob informazzjoni addizzjonali dwar l-użu ta’ dan id-dħul assenjat għat-tali skop, u informazzjoni ddettaljata dwar l-għażliet altarnattivi qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni; |
|
31. |
Jenfasizza l-bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar id-Dar tal-Istorja Ewropea; b’mod partikolari, jitlob li jiġi ppreżentat pjan kummerċjali dettaljat lill-Kumitat għall-Baġits; itenni l-bżonn li jirċievi informazzjoni dwar il-kost globali ta’ dan il-proġett kif ukoll l-implikazzjonijiet finanzjarji u legali futuri għall-PE u jitlob aktar informazzjoni dwar il-kompetizzjoni għad-disinn arkitettoniku li ilha għaddejja mill-2009; jenfasizza li d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-proġett huma suġġetti għall-proċedura parlamentari standard; |
|
32. |
Jemmen li, kif inhu l-każ għall-organizzazzjonijiet il-kbar kollha, xi kultant hemm bżonn ta’ perspettiva esterna indipendenti dwar kif qed jintużaw ir-riżorsi u kif inhu organizzat ix-xogħol u li din tista’ tkun ta’ benefiċċju biss jekk tiġi trattata b’mod korrett; filwaqt li jenfasizza li istituzzjoni politika Ewropea bħal ma hu l-Parlament hija unika fin-natura tagħha, iqis li, fit-tul, għandha tingħata kunsiderazzjoni għat-twettiq ta’ tali analiżi esterna tal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tiegħu; jemmen li fl-2012 xi setturi speċifiċi jistgħu jkunu identifikati u eżaminati b’dan il-mod; |
|
33. |
Jirrimarka li l-politika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni tal-Parlament hi importanti u għandha tilħaq liċ-ċittadini Ewropej kollha kif ukoll ittejjeb il-kapaċità taċ-ċittadini li jinteraġixxu direttament mal-Parlament, u għalhekk jitlob li r-riżultati miksuba permezz ta’ din il-politika jiġu evalwati; |
|
34. |
Jappoġġa l-isforzi kollha biex ikunu modernizzati s-sistemi informatiċi finanzjarji tal- Parlament; |
|
35. |
Jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi kollha biex tiġi segwita politika tal-persunal aktar effikaċi u professjonali, inkluż ir-riallokazzjoni tal-persunal fi ħdan u bejn id-direttorati ġenerali; |
|
36. |
Iqis li l-azzjoni ta’ segwitu hi importanti fir-rigward ta’ għadd ta’ politiki b’implikazzjonijiet finanzjarji, bħall-EMAS, l-akkwist pubbliku u l-azzjoni meħuda bħala reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet għal kwittanza baġitarja; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm segwitu u analiżi kontinwi tal-implimentazzjoni tal-baġit min-naħa tal-Parlament b’mod ġenerali; |
|
37. |
Hu mħasseb dwar il-proposta li tinħoloq Unità għall-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew sabiex jiġu kkalkulati l-kosts ta’ nuqqas ta’ intervent Ewropew; jiddubita l-ħtieġa ta’ tali uffiċċju; jitlob informazzjoni aktar dettaljata dwar il-ħolqien ta’ dan l-uffiċċju; |
L-istituzzjonijiet oħrajn
|
38. |
Jitlob għal rikjesti baġitarji realistiċi u bbażati fuq l-ispejjeż mill-istituzzjonijiet l-oħra li jqisu b’mod sħiħ il-ħtieġa li r-riżorsi skarsi jiġu ġestiti bl-aħjar mod possibbli; jilqa’ t-twaqqif tat-Taqsima X ġdida fil-baġit tal-UE dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, b’allokazzjoni ta’ EUR 464 miljun, u hu lest jeżamina l-bżonnijiet tas-SEAE fir-rigward kemm tal-proprjetà immobbli u l-persunal u hu determinat li jissorvelja mill-qrib l-impatt tiegħu fuq l-intestatura 5, peress li l-ħolqien tas-servizz kien maħsub li se jkun effett newtrali fuq il-baġit; mhuwiex lest jipperikola l-bżonnijiet tal-istituzzjonijiet eżistenti; |
|
39. |
Jemmen li t-twaqqif tat-Taqsima X ġdida fil-baġit tal-UE għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jissodisfa l-bżonn li l-Unjoni Ewropea tiġi pprovduta b’qafas istituzzjonali li, flimkien mad-dispożizzjonijiet PESK/PSDK il-ġodda, tista’ ssostni l-ambizzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-politika barranija; |
*
* *
|
40. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta’ l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/95 |
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011
Strateġija tal-UE għar-reġjun tal-Atlantiku
P7_TA(2011)0089
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Atlantiku
2012/C 199 E/12
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2010, li talbu lill-Kummissjoni tfassal strateġija Ewropea għar-reġjun tal-Atlantiku sa Ġunju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tippubblika komunikazzjoni dwar strateġija Ewropea għar-reġjun tal-Atlantiku, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Baħar Baltiku u l-istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-5 Rapport ta’ Koeżjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u t-Titolu XVIII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxu l-koeżjoni territorjali bħala objettiv tal-Unjoni Ewropea, |
|
B. |
billi ħames Stati membri tal-UE għandhom kosta Atlantika: Franza, l-Irlanda, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit, |
|
Ċ. |
billi r-reġjun tal-Atlantiku għandu l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, li huma:
|
|
D. |
billi dawn il-karatteristiċi speċifiċi huma ħerġin minn linji gwida li jmorru lil hinn mill-konfini u li għalihom iridu jinstabu tweġibiet fil-livell Ewropew, |
|
E. |
billi f'Ġunju 2010 l-Kunsill talab lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija għar-reġjun tal-Atlantiku sa Ġunju 2011, u billi l-publikazzjoni ta’ Komunikazzjoni mill-Kummissjoni hija ppjanata għall-2011, |
|
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni tfassal malajr kemm jista' jkun l-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Atlantiku bħala strateġija integrata li tittratta kwistjonijiet marittimi u territorjali; |
|
2. |
Huwa tal-fehma li din l-istrateġija għandha tiġi stabbilita fil-qafas tal-objettiv tal-politika ta’ koeżjoni tal-kooperazzjoni territorjali (Objettiv 3), u tkun ibbażata fuq approċċ integrat, trażversali u territorjali, bil-mira li l-politiki jkunu kkoordinati aħjar bejn il-livelli varji ta’ governanza f'territorju partikolari, b'attenzjoni speċjali fuq aspetti relevanti; huwa konvint li l-kooperazzjoni territorjali Ewropea tista' tikkontribwixxi sewwa għall-intensifikazzjoni tal-proċess ta’ integrazzjoni fi ħdan ir-reġjun tal-Atlantiku permezz ta’ parteċipazzjoni akbar mis-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti; |
|
3. |
Jenfasizza li l-valur miżjud maġġuri tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE jidher fil-kooperazzjoni f'livell diversi, il-koordinament u l-investiment strateġiku aħjar tal-fondi disponibbli, u mhux fl-allokazzjoni addizzjonali tar-riżorsi; jenfasizza l-konklużjonijiet tal-Presidenza Svediża li jitkellmu kontra istituzzjonijiet ġodda, leġiżlazzjoni ġdida u baġits ġodda; |
|
4. |
Jitlob li l-istrateġija tinfetaħ għar-reġjuni kollha tal-UE tul il-kosta tal-Atlantiku, inklużi r-reġjuni l-aktar 'l barra tal-Makaroneżja; |
|
5. |
Jemmen li d-dimensjoni esterna ta’ din l-istrateġija tista' tissaħħaħ minħabba l-pożizzjoni ġeografika tar-reġjuni tal-Atlantiku, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà u s-sorveljanza marittima u fl-isfera tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali; huwa tal-opinjoni li l-kooperazzjoni internazzjonali u l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni trijangolari wkoll iridu jiġu indirizzati; |
|
6. |
Jemmen li din l-istrateġija għandha timplimenta koordinazzjoni aħjar tal-għanijiet u l-mezzi, b'rabtiet qawwija mal-istrateġija UE 2020 u l-politiki tal-UE għal wara l-2013; ifakkar f'dan ir-rigward li din l-istrateġija timmira lejn nfiq aħjar tal-fondi tal-UE, mhux lejn żieda fl-infiq; |
|
7. |
Jitlob li din l-istrateġija tkun konnessa tajjeb mal-politika reġjonali tal-UE u l-politika marittima integrata u huwa tal-fehma li għandha tiffaċilita sinerġija ma’ politiki oħra tal-UE bħan-netwerks tat-trasport tranżewropej, il-politika komuni dwar is-sajd, azzjonijiet dwar il-klima u l-ambjent, il-programm ta’ qafas dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, il-politika tal-enerġija, eċċ.; |
|
8. |
Jemmen li d-dimensjoni territorjali ta’ din l-istrateġija hija essenzjali u se tikkontribwixxi għall-koeżjoni territorjali tal-UE; huwa tal-fehma li din id-dimensjoni territorjali se jkollha tindirizza speċjalment il-ftuħ, l-interkonnessjoni tan-netwerks tat-trasport u l-enerġija u l-iżvilupp tal-enerġja tal-baħar, l-iżvilupp taż-żoni urbani u rurali u l-intensifikazzjoni tar-rabtiet bejn l-art u l-baħar u bejn il-baħar u l-ilmijiet interni; |
|
9. |
Itenni l-importanza tat-titjib tal-aċċessibilità fir-reġjuni marittimi tal-Atlantiku, u taż-żieda fil-moviment tal-persuni, il-merkanzija u s-servizzi f'dawn ir-reġjuni sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-suq intern u l-objettiv tal-politika ta’ koeżjoni, speċjalment bl-iżvilupp ta’ tbaħħir fuq distanzi qosra u r-rotot prinċipali tal-baħar; |
|
10. |
Ifakkar li d-dimensjoni marittima hija prijorità ta’ din l-istrateġija, partikolarment permezz ta’ approċċ li jirrigwarda l-baċini marittimi; |
|
11. |
Ifaħħar bil-qawwa kollha l-promozzjoni u l-appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea tal-ippjanar u l-kostruzzjoni ta’ toroq marittimi fir-reġjun tal-Atlantiku, bħat-triq marittima Gijon-Nantes, bħala mod biex jittejbu u jiġu diversifikati n-netwerks tat-trasport transewropej, biex jiġu influwenzati r-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali, tiġi stimulata l-attività ekonomika tal-portijiet u jingħata kontribut għat-tnaqqis fl-emissjonijiet CO2; |
|
12. |
Huwa tal-fehma li din l-istrateġija tindirizza l-aspetti ta’ interess komuni li ġejjin: l-enerġija marittima, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, inkluż il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar mill-vapuri, it-trasport u l-aċċessibilità, is-sikurezza, is-sigurtà u s-sorveljanza, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-industriji kreattivi, il-kultura, il-mistrieħ u t-turiżmu, is-servizzi u t-taħriġ marbuta mal-baħar, is-sajd u s-settur tal-frott tal-baħar; |
|
13. |
Jemmen li din l-istrateġija għandha tiżviluppa sinerġiji bejn il-politiki nazzjonali, reġjonali u locali tal-UE u għalhekk huwa tal-opinjoni li hija meħtieġa governanza mġedda fil-livelli differenti, bbażata fuq involviment aktar mill-qrib tal-awtoritajiet tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
14. |
Jixtieq li din l-istrateġija taħdem b'approċċ minn isfel għal fuq, li jibda mill-awtoritajiet lokali u jinvolvi lil dawk kollha interessati; jinsisti dwar in-neċessità li fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija jiġu assoċjati l-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (inkluż in-netwerks interreġjonali u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati); |
|
15. |
Jinsisti li l-kooperazzjoni fi ħdan il-qafas ta’ din l-istrateġija għandha qabel kollox tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet ta’ dawk kollha interessati u għalehkk huwa tal-fehma li l-prijoritajiet politiċi indirizzati għandhom jiġi deċiżi permezz ta’ kunsens; |
|
16. |
Huwa tal-opinjoni li r-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) jista' jkun għodda interessanti biex tiffaċilita kooperazzjoni fi ħdan il-qafas ta’ strateġija tal-UE għar-reġjun tal-Atlantiku; |
|
17. |
Huwa tal-fehma li din l-istrateġija għandha tkun implimentata mill-2014 'il quddiem u tiġi kkoordinata mal-qafas finanzjarju multiannwali, u li għandha timxi flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni definit fil-livell Ewropew u li jinkludi lista ta’ proġetti għall-istrutturar; |
|
18. |
Huwa tal-opinjoni li d-dimensjonijiet interni u esterni ta’ din l-istrateġija se jkollhom jimplimentaw allokazzjoni Atlantika tal-fondi eżistenti tal-Komunità, ibbażata fuq prijoritajiet maqsuma; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli simplifikati biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija u jnaqqsu l-piż amministrattiv; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew fid-definizzjoni tal-prijoritajiet għall-iżvilupp tal-istrateġija tal-UE għar-reġjuni tal-Atlantiku, u jistieden lill-Kummissjoni tinforma regolarment lill-Parlament u tikkonsulta miegħu dwar l-istatus tal-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija; |
|
21. |
Se jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-komunikazzjoni futura tal-Kummissjoni permezz ta’ rapport ta’ inizjattiva; |
|
22. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lil Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-istituzzjonijiet l-oħra relevanti. |
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/98 |
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011
Ir-rapport ta’ progress 2010 dwar it-Turkija
P7_TA(2011)0090
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar ir-rapport ta’ progress tat-Turkija għall-2010
2012/C 199 E/13
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Progress tat-Turkija għall-2010 tal-Kummissjoni (SEC(2010)1327), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2006 dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni (1), tal-24 ta’ Ottubru 2007 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija (2), tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ir-rapport ta’ progress tat-Turkija (3) għall-2007, u tat-12 ta’ Marzu 2009 dwar ir-rapport ta’ progress tal-2008 dwar it-Turkija (4), u tal-10 ta’ Frar 2010 dwar ir-rapport ta’ progress tat-Turkija għall-2009 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta’ Settembru 2010 dwar il-kummerċ u r-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Korea (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Negozjar għat-Turkija tat-3 ta’ Ottubru 2005, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija (7) (is-Sħubija għall-Adeżjoni), u d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar is-Sħubija għall-Adeżjoni tal-2001, l-2003 u l-2006, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-14 ta’ Diċembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi n-negozjati għall-adeżjoni mat-Turkija nfetħu fit-3 ta’ Ottubru 2005 wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Qafas tal-Innegozjar, u billi l-ftuħ ta’ dawn in-negozjati kien il-punt ta’ tluq ta’ proċess dewwiemi u li m'għandux limitu ta’ żmien, |
|
B. |
billi t-Turkija impenjat ruħha li twettaq riformi u li tfittex relazzjonijiet tajba mal-ġirien u l-allinjament progressiv mal-UE, u billi dawn l-isforzi għandhom jitqiesu bħala opportunità għat-Turkija stess biex timmodernizza ruħha, |
|
C. |
billi l-bażi għall-adeżjoni ma’ l-UE għadha f'konformità sħiħa mal-kriterji ta’ Kopenħagen u l-kapaċità ta’ integrazzjoni ta’ l-UE, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006, li hija komunità bbażata fuq regoli konġunti, |
|
D. |
billi l-Kummissjoni kkonkludiet li fl-2010 t-Turkija kienet kompliet bil-proċess ta’ riforma politika tagħha, iżda wkoll li n-nuqqas ta’ djalogu u spirtu ta’ kompromess bejn il-partijiet politiċi ewlenin għandu impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet politiċi ewlenin u tnaqqas ir-ritmu tax-xogħol fuq riformi politiċi, |
|
E. |
billi t-Turkija, għall-ħames sena konsekuttiva, għadha ma implimentatx id-dispożizzjonijiet tal-Ftehima ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija u l-Protokoll Addizzjonali tagħha, |
|
1. |
Jifraħ liċ-ċittadini Torok u s-soċjetà ċivili għall-appoġġ tagħhom għal iktar demokratizzazzjoni tat-Turkija u l-impenn tagħhom għal soċjetà miftuħa u pluralista; u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti kollha tal-UE tal-politika tat-tkabbir għall-pajjiżi kandidati f'dan ir-rigward; |
|
2. |
Jinnota l-progress li mixi bil-mod tat-Turkija fir-rigward tar-riformi u jfakkar li l-Gvern Tork impenja ruħu li jagħmel riformi komprensivi bil-ħsieb li jissodisfa l-Kriterji ta’ Kopenħagen, kif ukoll għall-modernizzazzjoni tat-Turkija stess; jistieden lill-Gvern iżid l-isforzi tiegħu f'dak ir-rigward; |
|
3. |
Huwa mħasseb dwar il-konfront attwali bejn il-partiti politiċi u n-nuqqas ta’ rieda min-naħa tal-Gvern u l-oppożizzjoni biex jaħdmu lejn kunsens dwar ir-riformi ewlenin; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha, lill-Gvern u lill-oppożizzjoni, biex jaħdmu flimkien biex isaħħu l-pluralità politika fl-istituzzjonijiet tal-istat u biex jippromwovu l-modernizzazzjoni u d-demokratizzazzjoni tal-istat u s-soċjetà; jitlob lill-forzi tal-oppożizzjoni kollha biex jimpenjaw ruħhom b'mod kostruttiv fil-proċess ta’ riforma; |
|
4. |
Jindika r-rwol kruċjali ta’ sistema ta’ verifiki u bilanċi fil-governanza ta’ stat demokratiku modern li għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri u l-bilanċ bejn l-eżekuttiv, il-funzjonijiet leġiżlattivi u ġudizzjarji, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, – partikolarment il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja – u fuq kultura politika parteċipattiva li tirrifletti verament il-pluralità ta’ soċjetà demokratika; |
|
5. |
Jenfasizza r-rwol tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka bħala l-istituzzjoni li għandha tikkontribwixxi b'mod kruċjali għat-tisħiħ ta’ sistema ta’ verifiki u bilanċi, u li tappoġġa, b'mod attiv u kostruttiv, abbażi ta’ impenn ta’ partiti differenti, ir-riformi ta’ modernizzazzjoni, filwaqt li tiżgura li l-politiki tal-Gvern jkunu suġġetti għall-iskrutinju demokratiku; |
|
6. |
Jilqa' l-adozzjoni ta’ emendi kostituzzjonali, li jirrappreżentaw pass importanti fid-direzzjoni t-tajba, u jħeġġeġ l-implimentazzjoni xierqa tagħhom, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-istandards tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-każistika tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza madankollu fl-istess ħin il-ħtieġa pressanti għal riforma kostituzzjoni globali li tbiddel it-Turkija f'demokrazija pluralista sħiħa, bil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-qalba tagħha; jilqa' r-rieda ddikjarata tal-Gvern kif ukoll tal-oppożizzjoni biex iwettqu riforma bħal din, u jistieden lill-Gvern biex jiżgura li l-partiti politiċi kollha, kif ukoll is-soċjetà ċivili, jkunu involuti mill-qrib fil-proċess kostituzzjonali kollu; jitlob l-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ emendi kostituzzjonali; jirrakkomanda li l-Kummissjoni ta’ Venezja tkun mistiedna tipparteċipa wkoll; |
|
7. |
Jilqa' għadd ta’ azzjonijiet simboliċi u ta’ rieda tajba tal-Gvern, kif ukoll ċerti passi konkreti, fl-oqsma tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-religjon, kif ukoll il-protezzjoni tal-minoranzi u d-drittijiet kulturali; jinsisti madankollu li hemm ħtieġa ta’ titjib sistematiku biex it-Turkija tirrikonoxxi d-drittijiet tal-minoranzi bis-sħiħ; iħeġġeġ partikolarment lill-Gvern biex jipprovdi l-ftuħ demokratiku b'impetu ġdid, u jitlob lill-oppożizzjoni biex tappoġġa b'mod kostruttiv u timpenja ruħu f'dan il-proċess; |
L-issodisfar tal-Kriterji ta’ Kopenħagen
|
8. |
Huwa mħasseb dwar id-deterjorazzjoni tal-libertà tal-istampa, dwar ċerti atti ta’ ċensura u dwar iż-żieda fiċ-ċensura proprja fi ħdan il-midja Torka, inkluż fl-internet; jistieden lill-Gvern tat-Turkija sabiex jirrispetta l-prinċipji tal-libertà tal-istampa; jenfasizza li l-istampa indipendenti hija kruċjali għas-soċjetà demokratika, u jindika f'dan il-kuntest ir-rwol essenzjali tal-ġudikatura għall-protezzjoni u t-tisħiħ tal-libertà tal-istampa, biex b'hekk ikun iggarantit spazju pubbliku għad-dibattitu ħieles u l-kontribuzzjoni għal funzjonament xieraq tas-sistema ta’ verifiki u bilanċi; jenfasizza l-ħtieġa għall-adozzjoni ta’ liġi tal-midja ġdida li tindirizza fost affarijiet oħra, il-kwistjonijiet ta’ indipendenza, is-sjieda u l-kontroll amministrattiv; jiddeċiedi li jsegwi mill-qrib il-każijiet ta’ Nedim Șener, Ahmet Șık u ta’ ġurnalisti oħra li qed jiġu ppersegwitati mill-pulizija jew mill-ġudikatura; |
|
9. |
Jilqa' l-liġijiet ġodda dwar ir-radju u t-televiżjoni li huma l-anteċedenti ta’ diversi żviluppi pożittivi bħal żieda fil-persentaġġ li entitajiet barranin jistgħu ikollhom legalment mill-kumpaniji tal-midja Torok (50 %, meta qabel kien 25 %) iżda jesprimi tħassib dwar il-fatt li x-xandir jista' jitwaqqaf għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali mingħajr l-użu ta’ ordni tal- qorti jew sentenza minn imħallef; jinnota bi tħassib il-prattika li jitressqu prosekuzzjonijiet kriminali – speċjalment skont l-Artikolu 285 tal-Kodiċi Penali dwar “ksur tal-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni kriminali” u l-Artikolu 288 “tentattiv biex wieħed jinfluwenza l-ġudikatura” – kontra ġurnalisti li jirrapportaw provi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew li jqajmu kwistjonijiet oħra fl-interess pubbliku; iqis il-kriminalizzazzjoni tal-opinjonijiet bħala ostaklu ewlieni għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija u jiddeplora r-restrizzjonijiet sproporzjonati għal-libertajiet tal-espressjoni, l-assoċjazzjoni u l-assemblea; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok biex jaderixxu strettament mal-obbligi internazzjonali tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem f'dan ir-rigward billi jemendaw il-leġiżlazzjoni rilevanti u billi jħarrġu l-pulizija tagħhom u l-ġudikatura; |
|
10. |
Jiddeplora l-fatt li għadd ta’ dispożizzjonijiet legali bħall-Artikoli 301- 318- 220(6) użati flimkien mal-Artikolu 314/2 tal-Kodiċi Penali, u l-Artikolu 7(2) tal-liġi kontra t-terroriżmu, il-Liġi Nru 5816 tal-25/07/1951 – kif ukoll dikjarazzjonijiet tal-Gvern u attivitajiet ta’ prosekuturi pubbliċi – qed ikomplu jillimitaw il-libertà tal-espressjoni; itenni t-talbiet tiegħu lill-Gvern biex jiffinalizza r-reviżjoni tal-qafas legali dwar il -libertà tal-espressjoni u biex mingħajr dewmien jagħmlu konformi mal-każistika tal-QEDB u l-każistika tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem; f'dan il-kuntest, itenni l-ħtieġa li l-Gvern Tork jagħti gwida ċara lill-prosekuturi dwar il-liġijiet li qed jintużaw spiss biex jillimitaw il-libertà tal-espressjoni; jiddeplora r-rikors sproporzjonat u ripetut ta’ għeluq websajts u jitlob lill-Gvern biex jipprepara emendi għal-liġi tal-internet (Liġi Nru 5651) sabiex jiżgura li ma tibqax tillimita l-libertà tal-espressjoni jew id-dritt taċ-ċittadini għall-aċċess għall-informazzjoni; |
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Gvern biex iħares id-drittijiet tal-libertà tal-assemblea u l-libertà tal-assoċjazzjoni, imħaddna fl-Artikoli 33 u 34 tal-Kostituzzjoni Torka; jiddeplora u jikkundanna f'dan il-kuntest ir-represessjoni vjolenti mill-pulizija tal-manifestazzjoni tal-istudenti fl-Università ta’ Ankara f'Diċembru 2010; |
|
12. |
Jirrikonoxxi li l-kwistjoni tad-drittijiet tar-Roma fit-Turkija issa qed tirċievi attenzjoni sinifikanti u li kemm il-Gvern u kemm il-partiti tal-oppożizzjoni qed jimpenjaw ruħhom fiha politikament; jagħti parir li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ akkomodazzjoni tal-Gvern rigward ir-Roma, speċjalment fir-rigward tas-sostenibbiltà u l-metodoloġija tal-pjan innifsu, għandu jkun immonitorjat u rieżaminat b'attenzjoni; iħeġġeġ lill-Gvern biex jipprattika l-inklużjoni attiva u l-konsultazzjoni kredibbli tal-komunitajiet tar-Roma fil-kuntest ta’ kwalunkwe proċess relatat mal-inklużjoni tar-Roma fil-pajjiż; |
|
13. |
Japprezza l-progress li sar fir-riforma tal-ġudikatura u jtenni l-opinjoni tiegħu li l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura huma fost is-soluzzjonijiet kruċjali għall-funzjonament ta’ soċjetà demokratika pluralista; huwa mħasseb li l-arranġamenti tal-ġudikatura Torka għadhom ma ttejbux biżżejjed sabiex ikun żgurat id-dritt ta’ proċess ġust u mingħajr dewmien żejjed; jitlob lill-Gvern biex jimplimenta l-emendi kostituzzjonali adottati f'dan il-qasam b'rispett sħiħ għas-separazzjoni tal-poteri bejn l-eżekuttiv u l-ġudikatura u l-indipendenza u l-imparzjalità ġudizzjarja, b'konformità ma’ standards Ewropej; |
|
14. |
Huwa madankollu mħasseb mill-interpretazzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali li testendi l-perjodu ta’ detenzjoni qabel il-proċess sa 10 snin, bi ksur ċar tal-istandards Ewropej f'dan ir-rigward jistieden lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka sabiex temenda l-liġi relevanti skont il-każistika tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem; jiġbed l-attenzjoni fl-istess ħin għall-obbligu tat-Turkija li tikkonforma b'mod strett mal-impenn tagħha skont l-Artikolu 6 tal-KEDB dwar smigħ xieraq fi żmien raġonevoli, b'mod partikolari bil-ħolqien ta’ qrati tal-appell fis-sistema legali tagħha u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-qrati supremi tagħha; |
|
15. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ Dink v. it-Turkija tal-14 ta’ Settembru 2010; għalhekk jistieden lill-awtoritajiet Torok biex jappoġġaw bis-sħiħ il-konsegwenzi tad-deċiżjoni bl-implimentazzjoni ta’ miżuri adegwati biex jipproteġu l-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ostakoli artifiċjali li tqajmu mill-amministrazzjoni tal-Istat Tork biex tevita l-iżvelar tal-istigaturi veri tal-qtil tal-ġurnalista Armen Hrant Dink; |
|
16. |
Jilqa' l-fatt li l-emendi kostituzzjonali adottati saflaħħar jipprovdu l-bażi għall-istabbiliment ta’ istituzzjoni ta’ ombudsman u jħeġġeġ lill-Gvern biex jipprepara, u lill-Parlament biex jadotta, il-leġiżlazzjoni rilevanti li tippermettu li ssir ħatra abbażi ta’ proċedura demokratika sabiex tiddaħħal personalità rispettata f'din il-kariga ġdida; jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif addizzjonali propost ta’ Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, u jitlob lill-Assemblea Nazzjonali Torka sabiex tikkonsulta lis-soċjetà ċivili u tagħti garanziji suffiċjenti tal-indipendenza tal-korp ġdid skont il-“Prinċipji ta’ Pariġi”; |
|
17. |
Jikkumplimenta l-progress li sar rigward ir-relazzjonijiet ċivili-militari, speċjalment iż-żieda tal-kontroll ċivili permezz tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati militari, id-dispożizzjoni tas-sentenzi Qorti Suprema Militari għar-rieżami ġudizzjarju u tal-arranġamenti li saru biex uffiċjali ta’ grad għoli jitressqu quddiem il-qrati ċivili; jinnota li dan il-progress għandu jitkompla sabiex tkun żgurata sorveljanza ċivili sħiħa, u jistieden lill-Parlament Tork biex isir attiv fl-iżgurar tal-kontroll parlamentari fuq il-forzi ta’ sigurtà, inkluż il-kontroll sħiħ fuq il-baġit tad-difiża; |
|
18. |
Jenfasizza li l-investigazzjonijiet tal-każijiet ta’ allegazzjonijiet ta’ pjanijiet ta’ coup bħal “Ergenekon” u “Sledgehammer” għandhom juru s-saħħa u l-funzjonament xieraq, indipendenti u trasparenti tal-istituzzjonijiet demokratiċi Torok u tal-ġudikatura; huwa mħasseb dwar il-perjodi ta’ detenzjoni twal ta’ qabel proċedimenti u jenfasizza l-ħtieġa għal garanziji ġudizzjarji effikaċi għall-persuni susspettati kollha; huwa mħasseb min-nuqqas ta’ progress f'dawn l-investigazzjonijiet u jinnota li d-detenzjoni reċenti ta’ ġurnalisti magħrufa bħal Nedem Șener u Achmet Șik tista' twassal għal telfa fil-kredibbilta' ta’ dawn il-proċessi ġudizzjarji li għandhom, kuntrarjament, isaħħu d-demokrazija; |
|
19. |
Jiddispjaċih li l-emendi dwar l-għeluq tal-partiti politiċi proposti bħala parti mir-riforma reċenti tal-kostituzzjoni ma sabux maġġoranza fil-Gran Assemblea Nazzjonali Torka, u jħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha biex l-leġiżlazzjoni rilevanti tikkonforma mal-opinjoni rilevanti tal-Kummissjoni ta’ Venezja; |
|
20. |
Itenni s-sejħiet tiegħu fir- riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu biex issir riforma tas-sistema elettorali billi jitnaqqas il-limitu ta’ 10 %, u b'hekk jissaħħaħ il-pluraliżmu tal-partiti u jirrifletti aħjar il-pluralità tas-soċjetà Torka; jiddeplora b'mod partikolari l-fatt li ma ngħata bidu għal ebda riforma f'dan il-qasam fl-2010; jitlob rieżami komprensiv tar-regoli tal-finanzjament tal-partiti u tal-infiq għall-elezzjonijiet bl-iskop li tissaħħaħ id-demokrazija interna tal-partiti u tisseddaq sistema politika aktar miftuħa; iħeġġeġ lill-partiti politiċi biex isaħħu d-demokrazija interna tagħhom u biex iġiegħlu l-membri eletti isiru aktar r-responsabbli lejn il-kostitwenzi tagħhom; |
|
21. |
Jiddispjaċih li ma sar l-ebda progress b'mod partikulari biex jiġu limitati l-immunitajiet tal-Membri tal-Parlament rigward offiżi relatati mal-korruzzjoni, filwaqt li jinnota li hemm tħassib dwar il-protezzjoni xierqa tal-espressjoni ta’ opinjonijiet mhux vjolenti fil-Parlament; jistieden għalhekk lill-Gvern u lill-Parlament biex jaqblu dwar riforma xierqa tas-sistema tal-immunitajiet parlamentari; |
|
22. |
Jieħu nota tal-presidenza attwali tat-Turkija fil-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa u jħeġġeġ lit-Turkija biex tirrifletti l-impenn tagħha għall-valuri tal-Kunsill tal-Ewropa billi tiffirma u tirratifika l-Konvenzjoni ta’ Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali u billi jiġu ratifikati l-protokolli addizzjonali kollha tal-QEDB; |
|
23. |
Jilqa' r-ratifika mill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka tal-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, u jistieden lit-Turkija timplimenta d-dispożizzjonijiet tagħha bla dewmien u b'kooperazzjoni mill-qrib mas-Sottokumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta’ Trattament jew Kastig Inuman jew Degradanti ieħor; |
|
24. |
Jappoġġa d-djalogu li għaddej bħalissa tal-Gvern mal-komunitajiet reliġjużi, inklużi l-komunitajiet Alevis, kif ukoll Griegi, Armeni, Aramej u komunitajiet Kristjani oħra; iżda hu ddispjaċut li sar biss progress limitat rigward il-qafas legali tal-funzjonament ta’ dawn il-komunitajiet, partikolarment rigward l-abbiltà tagħhom biex jiksbu personalità legali, biex jiftħu u jħaddmu djar ta’ qima, iħarrġu lill-kleru u jsolvu problemi ta’ proprjetà li ma ġewx ittrattati mil-Liġi dwar il-Fondazzjonijiet; jitlob - b'riferenza għad-dewmien prevalenti u l-problemi proċedurali - li jsir sforz effettiv u kontinwu fl-implementazzjoni tal-Liġi dwar il-Fondazzjonijiet, li trid jippermetti lill-komunitajiet reliġjużi msemmija jitħallew jiffunzjonaw mingħajr limitazzjonijiet bla bżonn f'konformità mal-KEDB u l-każistika tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli jżid l-appoġġ tiegħu għal-libertà tal-kuxjenza u l-pluralità reliġjuża fis-soċjetà Torka; |
|
25. |
Jitlob għalhekk li l-Gvern jindirizza b'mod sistematiku dawn il-kwistjonijiet billi jemenda l-leġiżlazzjoni u billi jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tagħha fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-muniċipji; f'dan il-kuntest jindika wkoll r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni ta’ Venezja fir-rebbiegħa tal-2010 rigward il-personalità legali tal-komunitajiet reliġjużi u t-titlu ekkleżjastiku “Ekumeniku” tal-Patrijarkat Ortodoss; jilqa' d-deċiżjoni reċenti tal-“Assemblea tal-Fondazzjonijiet” li tittrasferixxi l-Orfanotrofju Grieg tas-Subien ta’ Büyükada lill-Patrijarkat Ekumeniku skont id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-għoti ta’ ċittadinanza Torka lill-għadd ta’ membri tal-kleru Grieg Ortodoss sabiex jiffaċilità l-Patrijarka u Sinodu Santu; jilqa' bi pjaċir iċ-ċerimonja reliġjuża fil-Mużew tal-Monasteru ta’ Sümela fi Trabzon u ċ-ċerimonja fil-knisja fuq il-Gżira Akdamar fil-provinċja ta’ Van; jiddispjaċih għad-deċiżjoni li ħadet il-Qorti Suprema tat-Turkija kontra Mor Gabriel Monastery rigward il-kwistjoni dwar l-art mal-villaġġi u t-Teżor Tork; itenni l-aspettattiva tiegħu li l-istqarrija tal-Gvern rigward il-ftuħ mill-ġdid tas-seminarju Grieg Ortodoss ta’ Halki tiġi segwita malajr minn azzjoni konkreti u minn miżuri li jipprevedu t-taħriġ bla xkiel tal-kleru tal-komunitajiet Kristjan; iħeġġeġ lill-Gvern biex jagħti attenzjoni speċjali lill-materjal edukattiv fl-iskejjel li għandu jirrifletti l-pluralità reliġjuża tas-soċjetà Torka, u għall-ħtieġa ta’ materjal ta’ tagħlim mhux preġudikat; |
|
26. |
Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza terroristika kontinwa mwettqa mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), li qiegħed fuq il-lista ta’ Organizzazzjonijiet terroristiċi tal-UE, u minn gruppi terroristiċi oħrajn fit-territorju Tork; iħeġġeġ lit-Turkija, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-koordinatur kontra t-terroriżmu u l-Europol u b'konformità stretta mal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
27. |
Jitlob lill-Gvern biex iħeġġeġ l-isforzi tiegħu, fil-qafas tal-ftuħ demokratiku, biex jindirizza b'mod komprensiv il-kwistjoni Kurda sabiex tinstab soluzzjoni paċifika għall-kwistjoni, partikolarment billi jiżgura l-interpretazzjoni konsistenti ta’ liġijiet li jippermettu l-użu tal-lingwa Kurda fil-ħajja politika u dik pubblika u fl-edukazzjoni; billi tiġi emendata l-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu sabiex jiġi evitat abbuż jew interpretazzjoni estensiva; billi jiġu garantiti d-drittijiet tal-libertà ta’ espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ assemblea; billi jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-problemi ta’ persuni li tressqu mir-reġjuni ta’ oriġini tagħhom bħala konsegwenza ta', fost affarijiet oħra, il-kunflitt fit-tul; u billi tittejjeb iktar is-sitwazzjoni soċjoekonomika fix-xlokk tal-pajjiż; f'dan il-kuntest jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proċessi li għadhom għaddejjin ta’ 151 attivisti politiċi Kurdi, inklużi tmien sindki eletti u fil-poter f' Diyarbakir, li jirrappreżentaw indħil fl-attivitajiet politiċi legali; |
|
28. |
Jilqa' t-tisħiħ tal-qafas legali li jiggarantixxi d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza tas-sessi permezz ta’ pakkett kostituzzjonali; jinsab imħasseb dwar ir-rati li dejjem qed jonqsu tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol anke fost in-nisa b'edukazzjoni għolja; ħeġġeġ lill-Gvern, u lis-soċjetà ċivili u tan-negozji, biex jieħdu miżuri komprensivi, bħal pereżempju l-ġlieda kontra l-illitteriżmu femminili, l-appoġġ attiv tal-aċċess ta’ bniet għall-edukazzjoni sekondarja jew l-għoti ta’ faċilitajiet tal-kura tat-tfal, sabiex jittrattaw il-faqar tan-nisa, iżidu l-inklużjoni soċjali tan-nisa u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol; barra minn hekk, iħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kwoti riżervati sabiex tkun żgurata preżenza reali tan-nisa fil-livelli kollha tan-negozju, is-settur pubbliku u l-politiki; jitlob b'mod partikolari lill-partiti politiċi biex jużaw l-opportunità tal-elezzjonijiet li ġejjin biex isaħħu l-impenn attiv tan-nisa fil-politika; |
|
29. |
Jiddeplora bis-sħiħ il-livelli għolja u persistenti ta’ vjolenza domestika, inklużi l-hekk imsejħa reati tal-unur u l-fenomenu ta’ żwiġijiet sfurzati; jilqa', f'dan il-kuntest, l-inizjattivi minn movimenti tan-nisa li jtellgħu fil-wiċċ dawn il-problemi u jħeġġeġ lill-Gvern biex jintensifika l-isforzi preventivi fil-livelli kollha, partikolarment bl-implimentazzjoni tal-Liġi Nru 4320 dwar il-Protezzjoni tal-Familja u sabiex jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha permezz tal-pulizija u l-ġudikatura billi jobbliga lill-muniċipiji jistabbilixxu kenn ta’ kwalità għolja f'kull muniċipalità b'iktar minn 50 000 persuna, billi jimmonitorja b'mod effikaċi l-konformità sħiħa ma’ dan l-obbligu, u billi jistabbilixxi sistema għal assistenza ta’ segwitu għan-nisa li jitilqu minn dan il-kenn sabiex jipprovdilhom appoġġ psikoloġiku xieraq, assistenza legali, kura tas-saħħa u integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjetà; jistieden lill-Gvern biex jistabbilixxi sorveljanza adegwata u effikaċi tal-konformità tal-muniċipalitajiet ma’ dan l-obbligu; iħeġġeġ lill-ġudikatura biex tiżgura li l-vjolenza kontra n-nisa u minorenni, kif ukoll kontra dawk li jiġġieldu l-hekk imsejħa reati tal-unur, tiġi kkastigata b'mod konsisteni u xieraq; |
|
30. |
Iħeġġeġ lill-Gvern sabiex jiżgura li ugwaljanza indipendentement mis-sess, il-ġeneru, l-oriġini razzjali u etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar miżuri biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ orjentazzjoni sesswali jew identità sesswali; jistieden lill-Gvern tat-Turkija sabiex javża lill-Forzi Armati Torok sabiex itemmu l-klassifikazzjoni tal-omosesswalità bħala marda “psikosesswali”; jitlob li l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni u l-Kumitat għall-Ugwaljanza jsir konformi mal-istandards tal-UE, anke fir-rigward tal-ugwaljanza abbażi tas-sess u l-orjentazzjoni sesswali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali jwaqqfu l-qtil kontinwu ta’ persuni transġeneru, fosthom il-ħaddiema sesswali transġeneru; |
|
31. |
Jemmen li t-Turkija, b'konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha, għandha tgħaddi leġiżlazzjoni li bħala alternattiva għas-servizz militari tinroduċi servizz ċivili u soċjali li bħala tul ma jkunx punittiv u li jkun bbażat fuq għażla libera; jitlob lill-Gvern sabiex jiġura konformità sħiħa mad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ Dink v. it-Turkija, filwaqt li jemenda l-leġiżlazzjoni sabiex iwaqqaf il-prosekuzzjoni kontinwa tal-objetturi kuxjenzjużi minħabba li jirrifjutaw li jagħmlu s-servizz militari; jitlob lill-Gvern sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin tal-objetturi kuxjenzjużi li jinsabu taħt arrest militari u jieħu passi sabiex tali abbuż ma jseħħx fil-ġejjieni; |
|
32. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi pprovduta protezzjoni effikaċi għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi tħassib dwar il-kontinwazzjoni tal-każijiet fil-qorti kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-proċess kontra Pinar Selek, li dam għaddej tnax-il sena minkejja tliet deċiżjonijiet biex tinħeles; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib il-każ tagħha, kif ukoll każijiet simili, u tattendi sistematikament proċessi bħal dawn; |
|
33. |
Iħeġġeġ lill-partiti politiċi ewlenin sabiex isibu soluzzjoni dwar il-projbizzjoni tal-velu fl-universitajiet biex jingħelbu l-effetti polarizzanti tal-kwistjoni fuq is-soċjetà Torka; jinsisti li din is-soluzzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-rispett tal-għażla libera tan-nisa; |
|
34. |
Itenni bil-qawwa t-talba tiegħu lill-Gvern Tork - peress li s'issa ma sar l-ebda progress, b'segwitu għar-Riżoluzzjoni 1625 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) - sabiex isegwi politiki għall-preservazzjoni tal-karattru bikulturali tal-gżejjer Torok Gokceada (Imvros) u Bozcaada (Tenedos), u b'mod partikulari biex jindirizza l-problemi li ltaqgħu magħhom membri tal-minoranza Griega fir-rigward tad-drittijiet tal-edukazzjoni u tal-proprjetà tagħhom; |
It-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u tal-propsperità
|
35. |
Ifaħħar r-reżiljenza tal-ekonomija Torka f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriżi ekonomika globali; jenfasizza li dan il-qawmien ekonomiku hu opportunità unika għaż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol u r-rati tal-impjiegi, li għadhom baxxi ħafna billi bilkemm jilħqu 50 %, u jiġi rrankat proċess ta’ inklużjoni soċjali progressiva; jinnota r-responsabbiltà maqsuma tal-Gvern u s-sħab soċjali, u jħeġġiġhom jintensifikaw il-kooperazzjoni sabiex jankraw aktar fis-sod l-ekonomija tas-suq orjentata lejn il-lat soċjali; |
|
36. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Tork u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex l-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-UE li għandhom oriġini Torka fis-soċjetajiet tal-pajjiżi ġodda li qed jgħixu fihom jikkunsidrawha u jippreżentawha mhux bħala theddida, imma bħala opportunità għall-ġejjieni tas-soċjetajiet tagħna; |
|
37. |
Jinnota l-interdipendenza tal-ekonomiji tal-UE u tat-Turkija u jinnota l-potenzjal tagħha biex isaħħaħ il-prosperità għat-tnejn li huma, filwaqt li tavvanza l-integrazzjoni tat-Turkija fis-suq tal-UE; |
|
38. |
Jilqa' bi pjaċir it-titjib introdott mill-emendi kostituzzjonali fil-qasam tad-djalogu soċjali u d-drittijiet tat-trejdjunjins; iżda, jinsisti li minbarra dan, il-qafas legali, inkluża l-leġiżlazzjoni pendenti rigward trejdjunjins, għandu jiġi adattat b'mod komprensiv biex jiġi konformi mal-istandards tal-ILO u tal-UE; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali biex isaħħu l-impenn u l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jimxu lejn dan il-għan; |
|
39. |
Itenni l-ħtieġa tat-tisħiħ tal-koeżjoni bejn ir-reġjuni Torok u bejn iż-żoni rurali u urbani; jenfasizza f'dan il-kuntest, ir-rwol partikolari tal-edukazzjoni u l-ħtieġa li jiġu ttrattati d-disparitajiet reġjonali kbar persistenti fejn jidħlu l-kwalità tal-edukazzjoni u r-rati ta’ reġistrazzjoni; |
|
40. |
Jistieden lill-Gvern Tork biex iqis bis-sħiħ il-konsegwenzi ambjentali u ta’ sostenibbiltà tal-pjanijiet tiegħu għal infrastruttura ġdida tal-ilma u l-enerġija skont il-proġett tax-Xlokk tal-Anatolja (GAP) li jirriskja li jeqred l-ambjent u l-pajsaġġ uniku ta’ bosta reġjuni, u b'mod partikolari l-impatt li dan il-proġett għandu fuq il-pajjiż ġar tal-Iraq; jenfasizza speċjalment il-ħtieġa li jkun żgurat li l-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità jiġi emendat sabiex jinżamm il-wirt kulturali u arkeoloġiku b'konformità sħiħa mal-istandards Ewropej, u biex tiġi allokata r-responsabbiltà b'mod ċar għall-protezzjoni tan-natura fi ħdan l-eżekuttiv; jistieden lill-Gvern sabiex jadotta qafas ta’ politika iktar ambizzjuż imsejjes fuq pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi kontra ż-żieda fl-emissjonijiet tal-karbonju; |
Il-bini ta’ relazzjonijiet tajbin mal-ġirien
|
41. |
Jitlob lill-Gvern Tork u l-partijiet kollha konċernati biex jappoġġaw b'mod attiv in-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-kwistjoni ta’ Ċipru u biex jikkontribwixxi f'termini konkreti għal soluzzjoni komprensiva u jistieden lill-Gvern biex jiffaċilita ambjent xieraq għan-negozjati billi jibda jirtira l-forzi tiegħu minn Ċipru minnufih; iħeġġeġ bil-qawwa liż-żewġ komunitajiet f'Ċipru biex jaħdmu b'mod intensiv kif mitlub mis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex ikomplu jaħdmu fuq il-progress li diġà sar fin-negozjati sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli, konformi mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurta tan-NU, u jippromwovu partikolarment ir-Riżoluzzjoni 550 (1984) u mal-prinċipji li fuqhom twaqqfet l-UE, għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ċiprijotti, l-UE u t-Turkija; |
|
42. |
Iħeġġeġ lit-Turkija biex tintensifika l-appoġġ tagħha għall-Kumitat dwar il-Persuni Neqsin f'Ċipru, partikolarment billi jiġi ffaċilitat l-aċċess tiegħu għall-arkivji u ż-żoni militari u biex tieħu kull azzjoni xierqa oħra f'konformità mar-riżulati miksuba mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kwistjoni umanitarja ta’ persuni li għebu; |
|
43. |
Jistieden lit-Turkija u lill-awtoritajiet Torok-Ċiprijotti sabiex ma jagħmlux iktar insedjamenti ġodda ta’ ċittadini Torok fuq il-gżira peress li dan ikompli jbiddel il-bilanċ demografiku u jnaqqas il-lealtà taċ-ċittadini tagħha lejn stat komuni futur mibni fuq il-bażi tal-imgħoddi komuni tiegħu; jistieden lit-Turkija sabiex tindirizza l-kwistjoni tal-insedjament ta’ ċittadini Torok fuq il-gżira f'konformità mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u l-prinċipji tal-Liġi Internazzjonali; |
|
44. |
Iħeġġeġ liż-żewġ partitjiet, it-Turkija u l-Armenja, biex jirratifikaw mingħajr kundizzjonijiet minn qabel, il-protokolli u biex tinfetaħ il-fruntiera, u jistieden lit-Turkija sabiex tuża l-qawwa reġjonali tagħha biex jissaħħu l-miżuri tat-tisħiħ tal-fiduċja; |
|
45. |
Jieħu nota tal-isforzi intensifikati bejn it-Turkija u l-Greċja għat-titjib tar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom; jiddispjaċih madankollu li l-casus belli ddikjarat mill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka kontra l-Greċja għadu ma ġiex irtirat; jistenna li l-Gvern Tork għandu jtemm l-atti ta’ vjolazzjonijiet kontinwi tal-ispazju tal-ajru Grieg u t-titjiriet militari fuq il-ġżejjer Ġriegi; |
|
46. |
Jenfasizza li l-UNCLOS ġiet iffirmata mis-27 Stat Membru, l-UE u l-pajjiżi kandidati l-oħra kollha, u li din hija parti mill-acquis communautaire; għalhekk jistieden lill-Gvern biex jiffirma u jirratifikaha mingħajr aktar dewmien; |
|
47. |
Japprezza t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn it-Turkija u l-Iraq, inkluż il-gvern reġjonali Kurd tiegħu, u jindika partikolarment il-kontribut tat-Turkija għall-istabilizzazzjoni tal-Iraq; iħeġġeġ lit-Turkija biex tartikula mal-Gvern tal-Iraq, u ma’ pajjiżi ġirien oħra, miżuri kontra l-impatt negattiv tal-proġett għal diga idroelettrika, li tħabbar mill-Gvern tat-Turkija; |
L-avvanzi fil-kooperazzjoni UE-Turkija
|
48. |
Jiddeplora n-nuqqas ta’ implimentazzjoni mit-Turkija tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija li qed ikompli jaffettwa l-proċess tan-negozjati u jistieden lill-Gvern tat-Turkija sabiex jimplimenta bis-sħiħ il-protokoll; |
|
49. |
Jieħu nota tal-progress li nkiseb mit-Turkija fil-kapitolu tal-enerġija u jerġa' jħeġġeġ lill-Kunsill biex jiftaħ in-negozjati dwar dan il-kapitolu mingħajr iktar dewmien; jitlob lill-Gvern Tork biex isaħħaħ l-isforzi fin-negozjati biex jaderixxi mat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija; jilqa' r-ratifika tal-Ftehim Intergovernamentali Nabucco u l-iffirmar tal-memorandum ta’ fehim għat-tħaddim tal-pipeline tal-gass naturali ITGI, (Interconnector-Turkey-Greece-Italy) li t-tnejn li huma jirrappreżentaw proġetti importanti għas-sigurtà tal-enerġija fl-UE; |
|
50. |
Jilqa' n-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-kapitolu dwar is-Sigurtà fl-Ikel, Politika Veterinarja u Fitosanitarja li nfetħu fit-30 ta’ Ġunju 2010; iħeġġeġ lit-Turkija biex tlesti l-passi neċessarji għall-għeluq ta’ ċerti kapitoli bħal ma huma l-Intrapriża u l-Politika Industrijali u n-Netwerks Trans Ewropej; |
|
51. |
Jilqa' l-finalizzazzjoni tan-negozjati dwar il-ftehim ta’ riammissjoni UE-Turkija, u jitlob lill-Gvern Tork jiżgura li, sakemm dan il-ftehim jidħol fis-seħħ, il-ftehimiet bilaterali eżistenti għandhom jiġu implimentati bi sħiħ; jenfasizza l-importanza tal-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-kontrolli fuq il-fruntieri, ukoll minħabba l-perċentwali ta’ immigranti illegali deħlin fit-territorju tal-UE permezz tat-Turkija; jilqa' l-konsultazzjoni mas-soċjeta' ċivili dwar tliet abbozzi tal-liġi fil-qasam tal-ażil u jħeġġeġ il-Gvern biex iressaq il-liġijiet quddiem il-Parlament mingħajr dewmien; huwa tal-opinjoni li ladarba l-ftehim ta’ riammissjoni jidħol fis-seħħ, il-Kunsill għandu jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tkun tista' tibda djalogu dwar il-viżi b'attenzjoni partikolari għall-kundizzjonijiet ta’ dħul għal professjonisti u studenti li qegħdin jivvjaġġaw lejn UE; |
|
52. |
Jieħu nota tal-politika barranija dejjem iktar attiva tat-Turkija mmirata lejn it-tisħiħ tar-rwol tagħha bħala personaġġ reġjonali; ħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika għas-Sigurtà biex tqis din id-dimensjoni bis-sħiħ u jaħdem mat-Turkija għall-koordinazzjoni tal-għanijiet u l-valorizzazzjoni xierqa tal-interessi tal-UE; jistieden lill-Gvern Tork biex jintensifika l-koordinazzjoni tal-politika barranija tiegħu mal-UE; jilqa', bħala prinċipju, il-politika ta’ “problemi żero” li tħabbret dan l-aħħar fir-rigward tal-pajjiżi ġirien tat-Turkija, iżda jindika l-bżonn li t-Turkija tħaddan impenn mhux ambigwu għall-valuri u l-interessi komuni Ewropej tagħna; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika għas-Sigurtà biex tintensifika d-djalogu mat-Turkija dwar kwistjonijiet tal-politika barranija fid-dawl tal-fatt li t-Turkija hija ta’ ispirazzjoni għal ħafna fid-dinja Għarbija, bħala demokrazija sekulari b'maġġoranza ta’ popolazzjoni Musulmana, jinkoraġġixxi bil-qawwa li jsiru sforzi miftiehma biex jirfdu d-demokratizzazzjoni u l-iżvilupp fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq; |
|
53. |
Jenfasizza l-importanza strateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed għall-UE, jemmen li t-Turkija hija msieħba importanti tal-UE f'dan ir-reġjun u jistieden lit-Turkija biex tappoġġa u tikkontribwixxi b'mod attiv għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet tal-UE fir-reġjun, li tinkludi strateġija tal-UE eventwali għall-Baħar l-Iswed; |
|
54. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-komunità internazzjonali biex tipprevjeni lill-Iran milli takkwista armi nukleari, u jiddeplora l-vota tat-Turkija kontra r-riżoluzzjoni rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; huwa tal-opinjoni li t-Turkija tista' tikkontribwixxi għad-demokratizzazzjoni u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, filwaqt li tikkoordina l-isforzi tagħha mal-UE; |
|
55. |
Jemmen li t-Turkija għandha jkollha rwol importanti fit-tkattir ta’ djalogu fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani u fil-kontribut tagħha għall-istabbilizzazzjoni fil-Lebanon u jitlob li t-Turkija ġġedded ir-relazzjonijiet mill-qrib tagħha mal-Iżrael, terġa tibda' bil-medjazzjoni kostruttiva tagħha u partikolarment tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-Awtorità Palestinjana; |
|
56. |
Japprezza l-impenn kostruttiv tat-Turkija fl-appoġġ tal-isforzi tas-sħab transatlantiċi fl-Afganistan u l-Balkani; jiddispjaċih madankollu li kooperazzjoni strateġika bejn in-NATO u l-UE li tmur lil hinn mill-arranġamenti “Berlin Plus” tinsab imblukkata minn oġġezzjonijiet tat-Turkija; |
|
57. |
Jistieden lill-Gvern Tork sabiex jiffirma u jirratifika l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, biex b'hekk iżid il-kontribuzzjoni, kif ukoll l-impenn, tat-Turkija għas-sistema multilaterali globali; |
|
58. |
Jieħu nota tal-konklużjonijiet u tal-elementi ta’ titjib proposti mill-Kummissjoni Ewropea fir-rapport annwali tal-2009 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) sabiex jiġu prijoritizzati l-miri u l-proġetti previsti b'konformità mal-kriterji ta’ adeżjoni, kif propost fir-Rapport Speċjali mill-Qorti tal-Awdituri Nru 16/2009. jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ komprensiv tal-implimentazzjoni tal-IPA hekk kif jibdew jitwettqu aktar proġetti; |
*
* *
|
59. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija. |
(1) ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 284.
(2) ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 452.
(3) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 57.
(4) ĠU C87 E, 1.4.2010, p. 139.
(5) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 59.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0324.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/106 |
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011
Il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tal-Montenegro
P7_TA(2011)0091
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tal-Montenegro
2012/C 199 E/14
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, tas-17 ta’ Diċembru 2010, biex il-Montenegro jingħata l-istatus ta’ pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0670), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Istrateġija ta’ Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2010-2011 (COM(2010)0660), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, tad-29 ta’ Marzu 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim ta’ riammissjoni KE-Montenegro tat-8 ta’ Novembru 2007 (2) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009, adottat fl-1 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro tas-27-28 ta’ Settembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Kunsill Ewropew ta’ Salonka tad-19-20 ta’ Ġunju 2003 reġa' afferma li l-futur tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-Unjoni Ewropea; billi t-tali dikjarazzjoni ġiet imtennija mill-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-15-16 ta’ Ġunju 2006 u waqt is-samits sussegwenti, |
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-kunsens ġenerali u l-prijorità għolja mogħtija lill-integrazzjoni Ewropea mill-partiti fil-gvern u tal-oppożizzjoni fil-Montenegro, li rriżulta fi progress tajjeb fil-proċess ta’ riforma minn mindu l-pajjiż kiseb l-indipendenza; jagħti merħba lit-tmexxija politika l-ġdida ta’ Podgorica u jħeġġeġ lill-gvern il-ġdid ikompli l-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tal-Montenegro u jaċċelera r-riformi li jwasslu fis-sodisfazzjon tal-kriterji tal-Kopenħagen; |
|
2. |
Jilqa' favorevolment id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2010 biex il-Montenegro jingħata l-istatus ta’ pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea; jiddispjaċih, iżda, bil-fatt li l-istatus ta’ kandidat inħall mid-dritt għall-bidu tan-negozjati u jenfasizza li d-deċiżjoni biex dawn jinbdew ma għandhiex tkun posposta bla bżonn jew bla raġuni; jistenna li n-negozjati jibdew tal-anqas wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport ta’ Progress tal-2011 imħejji mill-Kummissjoni, kemm-il darba l-Montenegro jagħmel progress fir-rispett tal-parametri ta’ riferiment stabbiliti mill-Kummissjoni; |
|
3. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonċedi liċ-ċittadini Montenegrini l-possibilità li jivvjaġġaw mingħajr viża (liberalizzazzjoni totali tal-viżi) lejn iż-żona Schengen tal-UE mid-19 ta’ Diċembru 2009; jenfasizza l-importanza ta’ dan il-pass għall-iżvilupp tal-kuntatti interpersonali, partikolarment fil-qasam tal-edukazzjoni, ir-riċerka, it-turiżmu, għall-kuntatti kummerċjali u l-kooperazzjoni tat-trade unions fuq livell internazzjonali; jistieden lill-pajjiżi tal-UE li mhumiex membri ta’ Schengen jikkunsidraw il-possibilità li jadottaw ukoll reġim liberalizzat analogu tal-viżi għaċ-ċittadini Montenegrini b'mod speċjali fid-dawl tal-implimentazzjoni mingħajr xkiel tar-reġim tal-liberalizzazzjoni tal-viża mal-pajjiżi tal-UE membri ta’ Schengen; |
|
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proċess ta’ stabbiliment ta’ qafas ġuridiku u kostituzzjonali tal-pajjiż tlesta kważi għalkollox; jiġbed, madankollu, l-attenzjoni għall-fatt li t-terminu ta’ żmien għall-armonizzazzjoni tal-ordinament ġuridiku attwali mal-kostituzzjoni l-ġdida ġiet prorogata għar-raba' darba u jistieden lill-awtoritajiet jadottaw malajr il-leġiżlazzjoni pendenti, partikolarment l-emendi għall-qafas ġuridiku dwar l-elezzjonijiet; jistieden lill-partiti politiċi kollha jilħqu kunsens dwar l-abbozz ta’ liġi mingħajr dewmien ulterjuri f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE-ODIHR u l-Kummissjoni ta’ Venezja, u għat-titjib tal-mekkaniżmu ta’ verifika tal-ilmenti fil-materja elettorali quddiem il-Kummissjoni Elettorali jew fil-qrati; jistieden lill-Parlament Montenegrin isaħħaħ b'mod urġenti u sinifikanti l-kapaċitajiet tiegħu fir-rigward tal-kompitu li jivvaluta jekk liġijiet proposti mill-gvern humiex konformi mal-acquis u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi f'dan ir-rigward l-assistenza teknika meħtieġa, fil-qafas tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA); iħeġġeġ lill-gvern jagħmel il-proċess ta’ tfassil ta’ liġijiet aktar trasparenti u aktar aċċessibbli għall-pubbliku; |
|
5. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-assistenza mill-IPA taħdem tajjeb fil-Montenegro; jinkoraġġixxi kemm lill-Gvern Montenegrin kif ukoll lill-Kummissjoni jissemplifikaw il-proċedura amministrattiva għall-finanzjamenti IPA, bil-għan li din issir aktar aċċessibbli għal organizzazzjonijiet ċivili iżgħar u mhux ċentralizzati, għat-trade unions u għal benefiċjarji oħrajn; |
|
6. |
Itenni l-importanza massima tal-istat tad-dritt għall-iżvilupp tal-pajjiż u għall-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-Istat f'għajnejn iċ-ċittadini; jilqa' b'sodisfazzjon, fid-dawl ta’ dan, iż-żieda tal-attività li saret mill-gvern u mill-parlament fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa; jenfasizza madankollu l-importanza ta’ parteċipazzjoni pubblika fl-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni ġdida u tal-implimentazzjoni effikaċi tagħha biex il-progress ikun viżibbli għaċ-ċittadini; |
|
7. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Parlament Montenegrin biex ibiddel fi professjoni l-funzjoni tal-President tal-Kummissjoni Elettorali Statali, jitlob madankollu professjonalizzazzjoni tal-bqija tal-membri ta’ dan il-korp u aġġornament tal-kapaċitajiet tiegħu sabiex jiżgura amministrazzjoni trasparenti, demokratika u effikaċi tal-proċessi elettorali; |
|
8. |
Josserva r-riżultati tajbin fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni importanti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jilqa' favorevolment l-adozzjoni ta’ strateġija ġdida u ta’ pjan ta’ azzjoni kif ukoll il-ħolqien ta’ Kummissjoni Nazzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza, madankollu, li l-korruzzjoni għadha prevalenti f'bosta setturi, speċjalment fis-settur tal-kostruzzjoni, tal-privatizzazzjonijiet u tal-akkwist pubbliku, u din tikkostitwixxi problema gravi; josserva wkoll li r-riżultati ta’ investigazzjonijiet, azzjonijiet penali u kundanni definittivi fil-każijiet ta’ korruzzjoni għadhom skarsi; jenfasizza l-importanza li jiġi stabbilit qafas komprensiv u definit biċ-ċar għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluż titjib fl-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-aċċess ħieles għal informazzjoni u fil-koordinament bejn l-aġenziji inkarigati mill-infurzar tal-liġi kif ukoll awtorità unika responsabbli mill-monitoraġġ tal-obbligi u l-ottemperanza magħhom min-naħa tal-entitajiet governattivi u li tieħu ħsieb is-segwitu tal-ilmenti mill-pubbliku (Ombudsman); jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta’ implimentazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni adottata f'dan il-qasam, biex lill-aġenziji inkarigati mill-infurzar tal-liġi jingħatawlhom strumenti ġodda biex jiġġieldu l-korruzzjoni; iħeġġeġ tibdil fil-qafas leġiżlattiv fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali sabiex jiġu żgurati kontroll indipendenti u trasparenza tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament; |
|
9. |
Jappella biex jittieħdu provvedimenti enerġiċi intiżi biex jeliminaw il-każijiet ta’ kunflitt ta’ interessi fl-amministrazzjoni pubblika billi tissaħħaħ il-Kummissjoni għall-Kunflitt ta’ Interessi u tingħata s-setgħa ta’ verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-beni ta’ uffiċjali pubbliċi u biex tissanzjona l-irregolaritajiet; jappella, bl-istess mod, għall-emenda tal-liġi dwar il-prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interessi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi, li tippermetti lid-deputati u lil rappreżentanti eletti oħrajn jassumu karigi bħala membri ta’ korpi ta’ tmexxija jew ta’ superviżjoni; iqis li, f'ċerti każijiet, it-trasparenza totali u d-dikjarazzjoni tal-interessi min-naħa tar-rappreżentanti eletti jistgħu jsolvu t-tali kunflitt; |
|
10. |
Isemmi li l-liġi dwar il-libertà ta’ informazzjoni qed tiġi implimentata b'diffikultà speċjalment fejn jidħol l-għoti ta’ dokumenti li jistgħu jiżvelaw każijiet ta’ korruzzjoni fil-qasam tal-privatizzazzjonijiet u tal-akkwist pubbliku; iħeġġeġ lill-gvern jaġevola l-aċċess għal data rilevanti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet statali jastjenu milli jeżerċitaw pressjoni fuq dawk l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u dawk mingħajr skop ta’ lukru u, ġeneralment, fuq l-atturi tas-soċjetà ċivili li jinvestigaw każijiet ta’ korruzzjoni u ta’ kriminalità organizzata u jaqdu rwol ta’ sorveljanza; |
|
11. |
Josserva l-progress li sar fir-riforma tal-ġudikatura, kif turi l-adozzjoni ta’ emendi importanti tal-proċedimenti penali u ta’ leġiżlazzjoni sostanzjali oħra, li żżid ir-riżorsi umani disponibbli u tnaqqas l-għadd ta’ kawżi pendenti quddiem il-qrati; jisħaq madankollu fuq il-bżonn ta’ garanzija tar-responsabilità u tal-effiċjenza tal-ġudikatura u tal-prosekuturi kif ukoll l-indipendenza tagħhom mill-indħil politiku; jenfasizza l-bżonn li tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi Deontoloġiku; jappella b'urġenza biex isiru bidliet fis-sistema ta’ ħatra tal-imħallfin u tal-prosekuturi, u għat-tmiem tal-prattika ta’ nomina tal-prosekuturi u tal-membri tal-Kunsill Ġudizzjarju u tal-Kunsill tal-Prosekuturi esklussivament mill-parlament permezz ta’ maġġoranza sempliċi u mill-gvern; jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu rigward il-potenzjal ta’ akkumulu eċċessiv ta’ poter fil-persuni tal-President tal-Qorti Suprema u tal-Prosekutur Pubbliku Suprem; jappella għall-adozzjoni tal-liġi dwar ir-regolamentazzjoni tal-aċċess għall-assistenza legali bla ħlas; jitlob l-armonizzazzjoni tal-ġurisprudenza, biex tiġi żgurata sistema ġudizzjarja trasparenti u l-fiduċja taċ-ċittadini; jenfasizza l-importanza ta’ titjib tal-kooperazzjoni internazzjonali, b'mod speċjali mal-pajjiżi ġirien; |
|
12. |
Jistieden lill-Montenegro jkompli jtejjeb kriterji komuni għal taħriġ ġudizzjarju, li għandhom jiġu applikati miċ-Ċentru għat-Taħriġ Ġudizzjarju, u biex jalloka r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għal dan l-objettiv; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fir-rapport ta’ progress tagħha li jmiss, valutazzjoni tal-impatt u r-riżultati miksuba permezz tal-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE fir-riforma tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; |
|
14. |
Jenfasizza l-fatt li l-kriminalità organizzata, u fuq kollox il-ħasil ta’ flus u l-kuntrabandu, għadhom problema għad li sar titjib fil-qafas ġuridiku u fl-implimentazzjoni tiegħu; jistieden lill-awtoritajiet jieħdu passi biex jagħtu spinta lill-kapaċitajiet ta’ infurzar tal-liġi, partikolarment il-kapaċitajiet investigattivi proattivi, u jtejbu l-koordinament bejn id-diversi entitajiet u aġenziji, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet internazzjonali u ġirien rispettivi sabiex jiġu stabbiliti riżultati tajbin fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali u jappella għall-implimentazzjoni rapida u korretta tiegħu; |
|
15. |
Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib fl-attivitajiet tal-parlament iżda jirrakkomanda li jsiru aktar sforzi biex tiġi garantita l-kwalità għolja tal-leġiżlazzjoni adottata u l-konformità tagħha mal-acquis; jappella għal allokazzjoni interna ikbar f'termini ta’ riżorsi baġitarji u umani kif ukoll aktar assistenza mill-UE lill-Parlament Montenegrin, bħal ġemellaġġi mal-parlamenti tal-Istati Membri jew mal-Parlament Ewropew, bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet tad-deputati u tas-segretarjat parlamentari biex jitħallew is-sorveljanza u l-kontroll fuq il-gvern kif affermat fl-opinjoni tal-Kummissjoni; |
|
16. |
Jappella għal riformi ulterjuri tal-amministrazzjoni pubblika, li għad ma għandhiex riżorsi biżżejjed għad-dispożizzjoni tagħha u hija apertament politiċizzata, u partikolarment għal rieżami tal-liġi dwar l-impjegati ċivili u statali bil-għan li tiġi stabbilita sistema ta’ impjegar komprensiva u meritokratika, li tinkludi regoli trasparenti għall-ingaġġ u li tistabbilixxi proċeduri għall-avvanzament fil-karriera; jenfasizza wkoll il-bżonn li jissaħħew ir-riżorsi umani fil-livell lokali tal-amministrazzjoni u li jingħata finanzjament suffiċjenti għat-tħaddim tagħha bil-għan li tiġi garantita l-effiċjenza u t-trasparenza tagħha, partikolarment importanti fid-dawl tal-proċess ta’ deċentrament li għaddej bħalissa; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġu rispettati d-deċiżjonijiet ġuridikament vinkolanti tal-Awtorità ta’ Tmexxija tar-Riżorsi Umani; jissottolinja l-bżonn li jitjieb il-qafas ġuridiku u istituzzjonali, sabiex jissaħħew ir-responsabbiltà tal-Istat tad-dritt u r-rispett lejh fl-amministrazzjoni pubblika, b'mod partikolari f'oqsma bħall-amministrazzjoni fiskali, l-akkwist pubbliku, l-ippjanar urbanistiku u l-ħruġ ta’ liċenzji fl-amministrazzjoni lokali u d-dwana; jilqa' l-ftuħ ta’ Skola Reġjonali ta’ Amministrazzjoni Pubblika (ReSPA) f'Danilovgrad; |
|
17. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-leġiżlazzjoni ordinarja dwar il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fl-impjiegi jew fl-għoti ta’ servizzi pubbliċi, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni barra mill-mertu, bħala pass importanti biex jiġi stabbilit qafas ġuridiku favorevoli għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; josserva iżda li għad fadal nuqqasijiet possibbli fil-liġi u jappella biex dawn jiġu rranġati; jenfasizza li gruppi vulnerabbli bħar-Rom, l-Ashkali u l-Eġizzjani u l-persuni b'diżabilitajiet għadhom allegatament iġarrbu diskriminazzjoni u li d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru għadha tippersisti ħafna, inkluż min-naħa tal-awtoritajiet tal-istat; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jsaħħu l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni għall-prevenzjoni, il-monitoraġġ, is-sanzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ diskriminazzjoni; huwa mħasseb li d-drittijiet tax-xogħol ta’ persuni b'diżabbiltà mhumiex jiġu rispettati għalkollox u jilqa' f'dan ir-rigward il-Memorandum li jittratta s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni b'diżabbiltà ffirmat mill-Konfederazzjoni tat-Trade Unions tal-Montenegro (CTUM) u l-NGOs; |
|
18. |
Jinsab imħasseb li n-nisa għadhom mhux rappreżentati biżżejjed fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u f'pożizzjonijiet prinċipali kemm fl-amministazzjoni pubblika, bħall-parlament, ministeri u karigi governattivi għoljin kif ukoll fit-tmexxija ta’ kumpaniji pubbliċi; jappella għal azzjonijiet għall-integrazzjoni rapida tal-politika dwar l-ugwaljanza tal-ġeneru, permezz tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u għall-introduzzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali; |
|
19. |
Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni mill-vjolenza domestika u jistieden lill-gvern jimplimentaha malajr, kif ukoll jagħti sostenn finanzjarju lill-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi lill-vittmi; jistieden lill-awtoritajiet jippromwovu kampanja ta’ sensibilizzazzjoni biex jinfurmaw lin-nisa bi drittijiethom u b'politika ta’ “tolleranza żero” fir-rigward tal-vjolenza domestika; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ġuridiċi rilevanti inkluża l-liġi dwar id-drittijiet u l-libertajiet tal-minoranzi jiġu implimentati b'mod komprensiv; ifakkar li l-minoranzi kollha għandhom jiġu protetti minn implimentazzjoni rigoruża ta’ liġi kontra d-diskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-Montenegro jagħmel aktar sforzi ta’ sensibilizzazzjoni fir-rigward ta’ kull tip ta’ diskriminazzjoni; jinkoraġġixxi l-awtoritajiet Montenegrini jkomplu jappoġġaw bis-sħiħ l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu għar-riżoluzzjoni tal-istat ta’ persuni spostati; |
|
21. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-relazzjonijiet interetniċi ġeneralment tajbin u l-ħarsien ġenerali tajjeb tad-drittijiet tal-minoranzi preżenti fil-pajjiż, u jtenni li din hija bażi pożittiva li minnha għandu jibda l-proċess ta’ paċi f'reġjun li f'dak iż-żmien kien ikkaratterizzat minn vjolenza interetnika u bi spostament ta’ massa tal-popolazzjoni, iżda jappella għal aktar konsultazzjoni tal-opinjonijiet tal-gruppi minoritarji min-naħa tal-awtoritajiet u fl-istrutturi amministrattivi sabiex tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni fir-reġjun; jiġbed, għal dan il-għan, l-attenzjoni għall-bżonn ta’ kjarifika tad-dispożizzjoni kostituzzjonali dwar ir-rappreżentanza preċiża tal-minoranzi u jilqa' b'sodisfazzjon il-passi meħuda għall-produzzjoni ta’ statistika preċiża f'dan l-ambitu; jappella għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u dik dwar il-barranin mal-istandards Ewropej; iħeġġeġ lill-mexxejja kemm politiċi kif ukoll reliġjużi fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn is-Serbja u l-Montenegro jikkontribwixxu għal klima interetniku u interreliġjuż pożittiva billi jsibu soluzzjonijiet ta’ kompromess dwar kwistjonijiet kontroversjali inklużi siti reliġjużi kkontestati; |
|
22. |
Josserva li l-komunitajiet Rom, Ashkali u Eġizzjani għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ problemi relatati ma’ diskriminazzjoni frekwenti; jistieden lill-awtoritajiet itejbu l-kundizzjonijiet ta’ ħajja, l-aċċess għas-sigurtà soċjali, is-servizzi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-impjiegi għal dawn il-komunitajiet, kif ukoll jagħtuhom dokumenti ta’ identità li hija prekundizzjoni għall-aċċess għal kwalunkwe servizz pubbliku; jisħaq fuq l-urġenza li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ ħajja fil-kamp ta’ Konik u l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġija sostenibbli għat-titjib tal-kundizzjonijiet fi ħdan il-kamp u l-għeluq eventwali tiegħu; |
|
23. |
Itenni l-importanza ta’ organizzazzjonijiet attivi u indipendenti tas-soċjetà ċivili għad-demokrazija; jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib fil-kooperazzjoni bejn il-gvern u l-NGOs, partikolarment fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jappella għal aktar tisħiħ ta’ dawn ir-relazzjonijiet u għal konsultazzjoni usa' mal-NGOs fit-tfassil tal-politiki, inkluża l-formulazzjoni ta’ politiki u liġijiet, kif ukoll fil-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-awtoritajiet; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-atturi tas-soċjetà ċivili sabiex jikkontribwixxu għal kooperazzjoni reġjonali mtejba dwar l-aspetti soċjali u politiċi; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea, inklużi s-soċjetà ċivili, il-gvern, il-ġudikatura u l-oppożizzjoni, iżda jappella għat-tisħiħ tar-rwol tiegħu fil-progress ta’ integrazzjoni mal-UE; |
|
24. |
Jinkoraġġixxi lill-Gvern Montenegrin jidħol f'kollaborazzjoni mill-qrib u fi djalogu regolari mal-NGOs, it-trade unions u ogranizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili; jilqa' f'dan ir-rigward il-ħatra ta’ Kunsill għal Kooperazzjoni bejn il-Gvern Montenegrin u l-NGOs; jissottolinja l-importanza tat-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali għall-kooperazzjoni bejn il-gvern, l-NGOs, it-trade unions u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili; |
|
25. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress fl-implimentazzjoni tal-proċess ta’ riforma ta’ Bolonja u jappella għal aktar sforzi biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni, kemm ġenerali kif ukoll dik professjonali, biex iż-żgħażagħ jingħataw il-kapaċitajiet meħtieġa ħalli jikkompetu b'suċċess fis-suq tax-xogħol; iħeġġeġ aktar implimentazzjoni effikaċi tal-istrateġija għal edukazzjoni inklużiva, inklużi t-tfal minn gruppi vulnerabbli; |
|
26. |
Jirrikonoxxi l-passi li ttieħdu mill-Gvern Montenegrin biex tiġi żgurata l-libertà tal-espressjoni fl-ambitu tal-mezzi tal-informazzjoni permezz tal-adozzjoni tal-liġi dwar il-mezzi tal-komunikazzjoni elettroniċi u l-emendi magħmlua lill-Kodiċi Kriminali, jitlob, iżda, għal aktar miżuri biex jiġu garantiti l-indipendenza u l-professjonalità tal-mezzi ta’ tixrid tal-mezzi tal-informazzjoni, fosthom it-tisħiħ tal-kapaċità u tal-indipendenza tax-xandir pubbliku; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini juru l-impenn tagħhom bil-għan li jiġi żgurat li s-settur tal-mexxi tal-informazzjoni jopera mingħajr indħil politika u li l-indipendenza ta’ korpi ta’ regolamentazzjoni tiġi garantita; jiġbed l-attenzjoni għall-multi sproporzjonati għall-malafama, li għadhom ixekklu l-libertà u l-indipendenza tax-xogħol tal-ġurnalisti, u jappella biex il-leġiżlazzjoni u l-prattika dwar il-malafama jkunu totalment allinjati mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jisħaq fuq il-fatt li l-każijiet irrapportati ta’ intimidazzjoni u vjolenza fiżika kontra l-ġurnalisti kif ukoll attivisti tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu totalment indagati u pproċessati kif xieraq; jenfasizza l-importanza tal-applikazzjoni, min-naħa tal-ġurnalisti, ta’ standards professjonali għoljin u ta’ kodiċi deontoloġiku; |
|
27. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati tajbin tal-pajjiż fl-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi iżda jenfasizza l-fatt li l-kriżi finanzjarja żvelat dgħufijiet potenzjali fil-mudell ekonomiku tiegħu u jenfasizza l-urġenza ta’ bidliet strutturali ulterjuri; jappella, partikolarment, għal aktar azzjonijiet għat-titjib fil-monitoraġġ u l-infurzar ta’ kuntratti ta’ privatizzazzjoni, li tiġi żgurata trasparenza fl-għoti ta’ għajnuna mill-Istat u li tiġi adottata regolamentazzjoni aħjar u aktar sempliċi tal-kuntest kummerċjali u speċjalment għall-aġevolazzjoni tat-tħaddim tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju; |
|
28. |
Josserva t-titjib fil-funzjonament tas-suq tax-xogħol iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell konsiderevoli ta’ impjiegi informali; iqis l-ekonomija informali bħala problema b'għeruq fondi, li s-soluzzjoni tagħha titlob strateġiji profondi li għandhom jinkludu l-aspetti kollha tas-soċjetà; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-suq tax-xogħol għadu kkaratterizzat minn qgħad strutturali u fl-istess ħin il-postijiet vakanti għal impjiegi kkwalifikati ħafna għadhom ma mtlewx, u dan juri korrispondenza ħażina bejn il-kapaċitajiet mitluba u fornuti; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Qafas ta’ Kwalifiki Nazzjonali li jkopri l-prekundizzjonijiet legali biex tiġi rimedjata din il-korrispondenza ħażina, jinkoraġġixxi lill-Gvern Montenegrin biex jimplimenta dan malajr; |
|
29. |
Jenfasizza l-importanza li titjieb l-infrastruttura tat-trasport u li tiġi żgurata l-konnettività tas-sistema ta’ trasport ma’ dawk tal-pajjiżi ġirien, għall-iżvilupp tal-Montenegro; jappella għal aktar żvilupp tas-sistemi ferrovjarji u l-modernizzazzjoni ta’ dawk eżistenti, li jirrappreżentaw alternattiva vijabbli u ekoloġika għat-toroq u jistgħu jieħdu parti sostanzjali tat-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri; |
|
30. |
Jissottolinja li l-Montenegro rratifika it-tmien konvenzjonijiet fundamentali dwar id-drittijiet tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Karta Soċjali Ewropea; jenfasizza li għalkemm id-drittijiet bażiċi tax-xogħol u t-trade unions huma previsti fil-Kodiċi tax-Xogħol, xorta għad hemm xi restrizzjonijiet; iħeġġeġ lill-Montenegro jkompli jsaħħaħ id-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions; josserva r-rwol importanti tad-djalogu soċjali u jinkoraġġixxi lill-Gvern Montenegrin iżid l-ambizzjoni tiegħu biex ikompli jsaħħaħ il-Kunsill Soċjali; jenfasizza l-importanza li jitjiebu t-trasparenza u l-effikaċja tal-Kunsill Soċjali; |
|
31. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kostituzzjoni tiddefinixxi lill-Montenegro bħala stat ekoloġiku; josserva r-rwol sinifikanti li t-turiżmu żvolġa fl-ekonomija u l-potenzjal tiegħu biex jikkontribrixxi għall-iżvilupp tal-pajjiż; josserva, iżda, ir-riskji għall-ambjent li jirriżultaw mit-turiżmu u jistieden lill-gvern jieħu passi ulterjuri biex iħares in-natura, bħall-implimentazzjoni rapida tal-leġiżlazzjoni dwar l-ambjenti u leġiżlazzjoni sussidjarja pendenti u aktar sforzi meħtieġa għall-prevenzjoni mill-qerda possibbli tal-kosta tal-Baħar Adrijatiku; jiġbed attenzjoni partikolari għall-bżonn ta’ ġestjoni effikaċi tal-iskart, partikolarment fuq livell lokali, biex jiġi garantit ir-rimi mingħajr periklu; jilqa' pożittivament il-miżuri għall-iżvilupp ta’ ekonomija b'konsum baxx ta’ karbonju permezz tal-iżvilupp tal-potenzjal idroelettriku enormi u enerġija rinnovabbli oħra, li se jikkontribwixxu biex ikopru l-ħtiġijiet domestiċi u saħansitra jkunu riżorsa għall-esportazzjoni u fattur li se jattira fil-pajjiż valuti barranin; iwissi, madankollu, li digi fuq skala kbira ta’ spiss ikollhom impatti negattivi kbar fuq l-ambjent u jitlob stima ambjentali adatta u trasparenti, inkluż “għażliet aħjar għall-ambjent”, parteċipazzjoni pubblika u involviment tas-soċjetà ċivili, qabel l-approvazzjoni tagħhom, f'konformità mal-acquis tal-UE; |
|
32. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini, l-aktar il-Ministeru tal-Ekonomija, jippubblikaw fuq is-sit elettroniku l-annessi u d-dokumenti kollha relatati mal-ftehim reċenti għall-istallazzjoni ta’ kejbil taħt l-baħar għat-trasport tal-enerġija bejn il-Montenegro u l-Italja; jitlob biex il-konsegwenzi kollha tal-ftehim, inkluż l-impatt ambjentali, isiru pubbliċi; |
|
33. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-Montenegro huwa impenjat bis-sħiħ favur il-kooperazzjoni reġjonali u huwa sieħeb reġjonali kostruttiv; ifaħħar lill-Montenegro għar-relazzjonijiet tajbin li għandu mal-pajjiżi ġirien u għar-rwol stabbilizzanti globali tiegħu fir-reġjun; josserva li l-pajjiż huwa membru attiv tal-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet reġjonali u kkonkluda sensiela ta’ ftehimiet fl-ambitu ġudizzjarju u tal-pulizija mal-pajjiżi ġirien tiegħu; jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehimiet ta’ riammissjoni ratifikati reċentement mal-Kroazja u mas-Serbja kif ukoll il-ftehim dwar l-estradizzjoni konkluż reċentement mas-Serbja u l-Kroazja; jistieden lill-pajjiż isolvi malajr il-kwistjoni dwar il-fruntiera mal-Kroazja permezz tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja; |
|
34. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament Montenegrin kien l-ewwel wieħed fir-reġjun li adotta r-riżoluzzjoni dwar il-ġenoċidju ta’ Srebrenica u jilqa' b'sodisfazzjon dan il-pass bħala kontribut importanti għar-rikonċiljazzjoni reġjonali; |
|
35. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Montenegro. |
(1) ĠU L 108, 29.4.2010, p. 1.
(2) ĠU L 334, 19.12.2007, p. 25.
(3) ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/112 |
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011
L-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma
P7_TA(2011)0092
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma (2010/2276(INI))
2012/C 199 E/15
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari l-Artikoli 1, 8, 19, 20, 21, 24, 25, 35 u 45, |
|
— |
wara li kkunsidra l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, primarjament il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali, id-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1992 dwar id-Drittijiet ta’ Persuni li jappartjenu lil Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet Ewropej li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, partikolarment il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-każistika relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea u r-rakkomandazzjonijiet relatati tal-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, li jistabbilixxu d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali li fuqhom tissejjes l-Unjoni Ewropea, inklużi l-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni u tal-moviment liberu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jipprovdi l-bażi legali għall-azzjoni tal-Unjoni jekk l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu kif xieraq mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jittratta dwar id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jipprevedi sanzjonijiet u s-sospensjoni tad-drittijiet f’każ ta’ ksur serju tal-liġi tal-Unjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jobbligaw lill-Unjoni tikkunsidra – bħala rekwiżit orizzontali – il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, kif ukoll il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini razzjali jew etnika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jagħti lill-Kunsill is-setgħa li jieħu azzjoni adegwata biex jiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini razzjali jew etnika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiddefinixxi il-promozzjoni tal-impjieg, kundizzjonijiet aħjar ta’ għajxien u ta’ impjieg, u protezzjoni soċjali adegwata bħala objettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiddefinixxi l-oqsma li fihom l-Unjoni għandha tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(1)(h) dwar l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol u l-Artikolu 153(1)(j) dwar il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Titolu XVIII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“klawsola tal-flessibilità”), li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri adegwati biex jintlaħaq wieħed mill-objettivi stabbiliti fit-Trattati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 8, 16, 18, 20, 21 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1355(1998) tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda Kontra l-Esklużjoni Soċjali u t-Tisħiħ tal-Koeżjoni Soċjali fl-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa, li tagħraf lil-lingwi reġjonali jew minoritarji bħala partijiet integrali tal-wirt kulturali Ewropew, kif ukoll il-Konvenzjoni ta’ Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2005 dwar il-qagħda tar-Roma fl-Unjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar il-qagħda tan-nisa Roma fl-Unjoni Ewropea (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet tal-libertà tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar Strateġija Ewropea għar-Roma (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2008 dwar iċ-ċensiment tar-Roma fuq bażi tal-etniċità fl-Italja (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar is-sitwazzjoni soċjali tar-Roma u t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol fl-UE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar it-Tieni Samit Ewropew dwar ir-Roma (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2010 dwar il-qagħda tar-Roma u dwar il-libertà tal-moviment fl-Unjoni Ewropea (8), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ din id-data (9), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika (10), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (11), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu b’mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri (12); |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 437/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-interventi għall-akkomodazzjoni favur komunitajiet emarġinati (14), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ewropej ta’ Diċembru 2007 u ta’ Ġunju 2008 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali ta’ Diċembru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Impjieg, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur fir-rigward tal-inklużjoni tar-Roma, iffirmati fil-Lussemburgu fit-8 ta’ Ġunju 2009, b’attenzjoni partikolari lill-Għaxar Prinċipji Bażiċi Komuni dwar l-Inklużjoni tar-Roma, annessi mal-konklużjonijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tar-Roma fl-Ewropa (COM(2010)0133), il-ħolqien ta’ task-force (15) (fis-7 ta’ Settembru 2010), l-ewwel riżultati tal-ħidma tat-Task Force (16) u r-rapporti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni bl-isem: “Ir-Roma fl-Ewropa: L-Implimentazzjoni tal-Istrumenti u l-Politiki tal-Unjoni Ewropea għall-Inklużjoni tar-Roma – Rapport dwar il-Progress 2008-2010”(SEC(2010)0400), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ewwel Samit Ewropew dwar ir-Roma, li sar fi Brussell fis-16 ta’ Settembru 2008, u t-Tieni Samit Ewropew dwar ir-Roma, li sar f'Córdoba fit-8 ta’ April 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapporti dwar ir-Rom, ir-razziżmu u l-ksenofobija fl-Istati Membri tal-UE fl-2009, ippubblikat mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (17), u r-rapporti tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, Thomas Hammarberg, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet u dikjarazzjonijiet relatati magħmula mill-Kunsill tal-Ewropa, bħall-konklużjonijiet tal-laqgħa ta’ livell għoli dwar ir-Roma tal-Kunsill tal-Ewropa (Strasburgu, 20 ta’ Ottubru 2010) (18), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proklamazzjoni tal-2005 tad-Deċennju ta’ Inklużjoni tar-Roma u tat-twaqqif tal-Fond għall-Edukazzjoni tar-Roma, minn għadd ta’ Stati Membri tal-UE, ta’ pajjiżi kandidati għall-UE u ta’ pajjiżi oħra fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom preżenza sinifikanti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumtat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali matul is-77 sessjoni tiegħu (2-27 t’Awwissu 2010), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa bit-titlu “Ir-Raba” Rapport tal-ECRI dwar Franza’, ippubblikat fil-15 ta’ Ġunju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-apport tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar l-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0043/2011), |
|
A. |
billi parti kbira mill-10 sa 12-il miljun Roma fl-Ewropa – li ħafna minnhom huma ċittadini tal-UE – soffrew minn diskriminazzzjoni sistematika u għalhekk qed jiffaċċjaw livell intollerabbli ta’ esklużjoni soċjali, kulturali u ekonomika kif ukoll ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jsofru minn stigmatizzazzjoni u diskriminazzjoni severi fil-ħajja pubblika u privata, |
|
B. |
billi għadhom jeżistu disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni differenti tal-Unjoni Ewropea u billi proporzjon sinifikanti tal-komunità tar-Roma jgħix f’reġjuni li huma fost l-inqas avvanzati ekonomikament u soċjalment fl-Unjoni, |
|
C. |
billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fit-Trattati tal-UE, li fosthom hemm il-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni, id-drittijiet speċifiċi li jiddefinixxu ċ-ċittadinanza tal-UE, il-moviment liberu u l-ugwaljanza, |
|
D. |
billi t-trio tal-UE, fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom fit-tieni samit tar-Roma li sar f’Cordoba bejn it-8-9 ta’ April 2010 impenjaw ruħhom li jmexxu ’l quddiem l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet marbuta mar-Roma fil-politiki Ewropej u nazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni kontra r-razziżmu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali; itejbu t-tfassil tal-pjan direzzjonali tal-Pjattaforma Integrata dwar l-Inklużjoni tar-Roma u jipprijoritizzaw l-objettivi u r-riżultati fundamentali; u jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Fondi Strutturali, ikunu disponibbli għar-Roma, |
|
E. |
billi l-esklużjoni tat-tfal Roma mis-sistema tal-edukazzjoni għandha konsegwenzi negattivi fuq id-drittijiet l-oħra tar-Roma, partikolarment id-dritt għax-xogħol u dan jaggrava l-l-emarġinazzjoni tagħhom, |
|
F. |
billi l-popolazzjonijiet li jixtiequ jżommu t-tradizzjoni tagħhom ta’ nomadiżmu ġewwa l-Ewropa huma dawk l-aktar milquta mill-illitteriżmu u billi jeżistu għalhekk ostakli kulturali fil-konfront tal-iskolarizzazzjoni tat-tfal, |
|
G. |
billi jeħtieġ li lit-tfal Roma jiġuhom garantiti l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-iskolarizzazzjoni tagħhom, inkluża l-ħatra ta’ medjaturi skolastiċi, |
|
H. |
billi l-UE żviluppat sensiela ta’ għodda, mekkaniżmi u fondi utli biex trawwem l-inklużjoni tar-Roma, iżda dawn huma mifruxa f’oqsma politiċi, ma ġewx immonitorjati kif suppost, u għalhekk mhux faċli li wieħed ikejjel l-effett u l-benefiċċju tagħhom, li għadu limitat; billi minkejja l-eżistenza ta’ bosta mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u istituzzjonijiet, il-problemi u l-isfidi fir-rigward tal-inklużjoni tar-Roma s’issa għadhom ma ġewx trattati kif xieraq u għalhekk l-għażla li ma jsir l-ebda tibdil mhijiex sostenibbli, |
|
I. |
billi “Deċennju ta’ inklużjoni tar-Roma” kien varat fl-2005 biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni u jtejjeb is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-Roma, u billi l-firmatarji tad-Dikjarazzjoni tad-Deċennju – il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Montenegro, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Serbja, is-Slovakkja u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja – impenjaw ruħhom li jaħdmu biex jeqirdu għalkollox id-diskriminazzjoni u biex jagħlqu l-lakuni inaċċettabbli li hemm bejn ir-Roma u l-bqija tas-soċjetà, |
|
J. |
billi l-integrazzjoni vera tar-Roma hija possibbli biss permezz tal-għarfien reċiproku tad-drittijiet u tal-obbligi tal-komunitajiet ikkonċernati, |
|
K. |
billi f’diversi Stati Membri twettqu ripatrijazzjonijiet u bgħit lura tar-Roma u dawn spiss isiru flimkien mal-istigmatizzazzjoni tar-Roma u ma’ diskors politiku b’sentiment ġenerali antiżingaru, |
|
L. |
billi n-nondiskriminazzjoni – għalkemm hija indispensabbli – mhijiex biżżejjed bħala tweġiba għall-istorja tad-diskriminazzjoni strutturali li qed taffettwa r-Roma u billi huwa għalhekk meħtieġ li l-leġiżlazzjoni u l-politiki dwar l-ugwaljanza jiġu kkumplimentati u rinforzati billi jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tar-Roma fir-rigward tar-rispett sħiħ, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, l-applikazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja tal-leġiżlazzojni, il-politiki u l-mekkaniżmi biex jiġi mmonitorjat u sanzjonat il-ksur tad-drittijiet tar-Roma, kif ukoll it-twettiq u l-aċċess ugwali tagħhom għad-drittijiet tal-bniedem speċifiċi fir-rigward tal-impjieg, l-akkomodazzjoni, il-kultura, il-kura tas-saħħa, il-parteċipazzjoni f’affarijiet pubbliċi, it-taħriġ, l-edukazzjoni u l-moviment ħieles permezz ta’ strateġija fil-livell tal-UE, |
|
M. |
billi l-approċċ ta’ politika mhux vinkolanti (soft policy) tal-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni li jiddependi fuq il-parteċipazzjoni volontarja tal-Istati Membri, mingħajr ebda inċentiv konkret li jwassal għal rendiment effettiv, irriżulta li kien insuffiċjenti biex tiġi promossa l-inklużjoni tar-Roma u din il-limitazzjoni tista’ tkun parzjalment evitata billi l-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE jintrabtu aktar mill-qrib mal-proċessi tar-reviżjoni minn pari, |
|
N. |
billi n-nisa minn minoranzi etniċi u speċjalment in-nisa Roma jħabbtu wiċċhom ma’ diskriminazzjoni multipla ħafna aktar serja mill-irġiel mill-istess grupp etniku jew nisa mill-maġġoranza, u billi r-rata ta’ impjieg tan-nisa Roma hija saħansitra aktar baxxa minn dik tal-irġiel Roma u, mill-banda l-oħra, minħabba r-rwol tagħhom fil-familja, in-nisa jistgħu jkunu l-pedament tal-inklużjoni tal-komunitajiet marġinalizzati, |
|
O. |
billi jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikulari lill-minorenni u lit-tfal meta tkun qed titfassal strateġija Ewropea għall-integrazzjoni tar-Roma, |
|
P. |
billi l-Istrateġija tal-UE dwar l-Inklużjoni tar-Roma għandha tindirizza l-forom kollha ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tar-Roma – inklużi d-diskriminazzjoni, is-segregazzjoni, id-diskors tal-mibegħda, il-“profiling” etniku u t-teħid tal-marki tas-swaba’, kif ukoll l-iżgrumbrament u t-tkeċċija mhux legali – billi jiġu żgurati t-transpożizzjoni sħiħa u l-implimentazzjoni aktar b’saħħitha tad-direttivi u l-liġi tal-UE relatati kollha, |
|
Q. |
billi l-istigmatizzazzjoni dejjem tikber tar-Roma u s-sentiment antiżingaru fid-diskors politiku u fost il-pubbliku ġenerali huma raġunijiet għal tħassib, billi r-ripatrijazzjonijiet u l-bgħit lura diskutibbli tar-Roma li seħħew f’diversi Stati Membri ħolqu biża’ u ansjetà fost il-popolazzjoni Roma kif ukoll wasslu għal livelli preokkupanti ta’ razziżmu u diskriminazzjoni, |
|
R. |
billi ċ-ċansijiet li r-Roma jkollhom aċċess għall-istess drittijiet u obbligi bħala ċittadini ta’ Stat Membru jiddependu ħafna fuq li huma jingħataw dokumentazzjoni legali ta’ ċittadinanza, |
|
S. |
billi l-aċċess tal-poplu Roma għal edukazzjoni u għal taħriġ professjonali ta’ kwalità għolja, il-kondiviżjoni u l-fehim tal-kultura u tal-valuri tagħhom u tal-wirt kulturali tagħhom, il-parteċipazzjoni tagħhom fl-assoċjazzjonijiet u r-rappreżentanza aħjar tagħhom huma elementi essenzjali ta’ approċċ olistiku għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej għall-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà; |
|
T. |
billi l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità għolja jinfluwenzaw il-ħajja ġejjiena ta’ kull individwu kemm fuq livell personali kif ukoll fuq dak professjonali u fil-parteċipazzjoni tiegħu jew tagħha fis-soċjetà, u għalhekk huwa essenzjali li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-edukazzjoni u għat-taħriġ ikunu ndaqs għal kulħadd mingħajr diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip, u billi l-inklużjoni tad-diversità kulturali u ta’ azzjoni biex jiġu miġġielda l-istereotipi fil-kurrikula skolastiċi minn età ċkejkna ħafna hija għodda importanti għall-integrazzjoni tar-Roma u għall-fehim reċiproku, |
|
U. |
billi fid-19 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ħabbret li f’April 2011 se jiġi ppreżentat Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali dwar ir-Roma (19), |
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi u lill-Kunsill jadotta Strateġija tal-UE dwar l-Inklużjoni tar-Roma (minn hawn 'l isfel: “l-Istrateġija”) bħala pjan ta’ azzjoni mal-UE kollha, indikattiv, inklużiv u fuq ħafna livelli, li jkun ippreparat u implimentat fil-livelli politiċi u amministrattivi kollha u li jista’ jevolvi kif ikun hemm bżonn, li jinbena fuq il-valuri fundamentali tal-ugwaljanza, l-aċċess għad-drittijiet, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi u li huwa bbażat fuq il-kompiti, l-objettivi, il-prinċipji u l-istrumenti definiti fit-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif imsemmija hawn fuq, kif ukoll fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE u barra minn hekk ibbażat fuq il-kompetenzi maqsuma, kif ukoll fuq l-azzjonijiet ta’ appoġġ, ta’ koordinazzjoni u kumplimentari tal-Unjoni; |
|
2. |
Jirrikonoxxi li r-Roma għadhom vittmi ta’ diskriminazzjoni persistenti f’ħafna Stati Membri u li s-sitwazzjoni marret għall-agħar minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali li wasslet għat-telf tal-impjiegi; jenfasizza li l-inklużjoni tal-popolazzjoni tar-Roma hija r-responsabilità kemm tal-Istati Membri kollha kif ukoll tal-Istituzzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-UE u mar-rappreżentanti tal-popolazzjoni Roma fit-tfassil ta’ politiki integrati, fejn jintużaw ir-riżorsi finanzjarji tal-UE disponibbli taħt il-fondi tal-UE, u b'mod partikolari taħt il-FEŻR, il-FSE u l-FAEŻR, biex tiġi promossa l-inklużjoni tar-Roma fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari għat-talbiet ta’ assistenza teknika bl-għan li titjieb l-effettività tal-istrumenti kollha disponibbli għall-integrazzjoni tal-komunitajiet Roma; |
|
3. |
Ifakkar li l-programmi u l-finanzjament Ewropej huma disponibbli u jistgħu jintużaw għall-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni u l-impjieg tal-popolazzjoni tar-Roma iżda li l-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u l-gruppi fil-mira potenzjali ta’ dawn il-programmi mhumiex infurmati biżżejjed dwarhom; barra minn hekk, iħeġġeġ l-użu tal-fondi eżistenti tal-UE għall-bini ta’ djar ġodda jew għar-rinovazzjoni ta’ dawk li jeżistu, għat-titjib tal-infrastruttura tal-inġinerija, tas-servizzi lokali, tas-sistemi ta’ komunikazzjoni, tal-edukazzjoni, u ta’ miżuri għall-aċċess għas-suq tax-xogħol, eċċ.; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni:
|
|
5. |
Jenfasizza li programmi kumplessi u programmi adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-komunitajiet tar-Roma li jgħixu f’ċirkostanzi differenti huma kruċjali, u li f’dan il-kumtest hemm il-ħtieġa li r-Roma jingħataw aċċess għal servizzi personalizzati fuq il-post; |
|
6. |
Ifakkar li l-appoġġ ta’ dħul adegwat, is-swieq tax-xogħol inklużivi u l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità huma pilastru bażiċi tal-istrateġija tal-inklużjoni attiva ppreżentata fir-Rakkomandazzjoni 2008/867/KE; |
|
7. |
Jenfasizza li l-għajnuna soċjali, l-akkomodazzjoni u l-ilbies diċenti, programmi ta’ żvilupp bikri aċċessibbli u ta’ kwalità għolja u edukazzjoni mhux segregata ta’ kwalità għolja bi klima inklussiva u b’rieda li jiġu involuti l-ġenituri huma essenzjali biex jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs, il-possibilità ta’ parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni fil-ġejjieni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu miġġielda l-iskartar u t-tluq bikri mill-iskola, u li jiġu pprovduti għotjiet u appoġġ finanzjarju; isostni li l-edukazzjoni, l-opportunitajiet ta’ taħriġ u l-għajnuna fl-impjiegi offruti lill-adulti huma kruċjali biex jiġi sostnut ir-reklutaġġ u l-impjegar kontinwu tar-Roma bil-għan li tiġi evitata r-riproduzzjoni tal-esklużjoni soċjali; |
|
8. |
Iħeġġeġ li l-prevenzjoni tal-marġinalizzazzjoni għandha tibda fit-tfulija bikrija, sabiex malli tarbija titwieled tiddaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni b’mod li n-nazzjonalità tagħha tiġi rikonoxxuta u tidħol fl-isfera tas-servizzi soċjali kollha; jikkunsidra b’mod partikolari li t-tfal Roma għandhom jingħataw garanzija ta’ servizzi ta’ edukazzjoni bikrija ta’ kwalità għolja u li għandhom jittieħdu miżuri speċjali biex l-edukazzjoni tagħhom tiġi appoġġjata; |
|
9. |
Ifakkar dwar l-isfidi li jiffaċċjaw ir-Roma, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet, f’dawk li huma faqar estrem, diskriminazzjoni u esklużjoni, li jirriżultaw f’nuqqas ta’ aċċess għal livelli għolja ta’ edukazzjoni, għall-impjiegi u għas-servizzi soċjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-bżonnijiet partikolari tan-nisa u tal-bniet Roma billi japplikaw perspettiva tas-sessi fil-politiki kollha għall-inklużjoni tar-Roma, u jipprovdu protezzjoni għas-sottogruppi li huma partikolarment vulnerabbli; |
|
10. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni konkreta biex jgħarrfu liċ-ċittadini tagħhom bis-sitwazzjoni storika u attwali tar-Roma billi jużaw, fost affarijiet oħra, ir-rapporti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) bħala għajn ta’ materjal għal dan il-għan; |
|
11. |
Jenfasizza li l-Istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma għandha tinkludi wkoll miżuri biex jiġi żgurat li jsir monitoraġġ tas-sitwazzjoni tar-Roma fir-rigward tar-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet soċjali fundamentali tagħhom, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u ċ-ċirkolazzjoni libera fl-UE; |
|
12. |
Jisħaq li l-aċċess tal-poplu Roma għal edukazzjoni u għal taħriġ professjonali ta’ kwalità, il-kondiviżjoni u l-fehim tal-kultura u tal-valuri tagħhom u tal-wirt kulturali tagħhom, il-parteċipazzjoni tagħhom fl-assoċjazzjonijiet u r-rappreżentanza aħjar għall-komunità tagħhom huma elementi essenzjali ta’ approċċ olistiku għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej għall-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà; |
|
13. |
Jenfasizza li l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità jinfluwenzaw il-ħajja personali u professjonali tal-futur ta’ individwu, u għaldaqstant huwa essenzjali li jiġi garantit aċċess ekwu għal sistemi effikaċi tal-edukazzjoni u taħriġ, mingħajr ebda diskriminazzjoni jew segregazzjoni ta’ kwalunkwe tip; |
|
14. |
Jenfasizza l-importanza li wieħed jaċċetta l-Istrateġija u jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha b’mod trasparenti bir-responsabilità ewlenija li taqa’ f’idejn ministri maħtura b’mod demokratiku fi ħdan il-Kunsill, u jenfasizza li l-Istrateġija m’għandha bl-ebda mod ikollha effett li taqsam għall-UE, li joħloq diverġenzi bejn l-Istati Membri, imma bil-maqlub għandha tikkontribbwixxi għar-rinfurzar tal-integrazzjoni tal-komunità; |
|
15. |
Jenfasizza l-importanza tal-użu xieraq tal-fondi allokati lill-Istati Membri individwali fis-setturi ta’ prijorità previsti f’din l-Istrateġija; |
|
16. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-objettivi tal-Istrateġija jkunu suġġetti għal kontrolli u kejl fir-rigward tal-grad ta’ suċċess sabiex ikunu introdotti kriterji li jippremjaw l-Istati Membri konformi u penali għal nuqqas ta’ konformità; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni:
|
|
18. |
Ifakkar li l-Kummissjoni għandha responsabilità speċjali li tippromwovi Strateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma, imma li din l-istrateġija trid tiġi implimentata fil-livell lokali; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmobilizzaw l-istrateġiji u l-istrumenti eżistenti tal-UE bil-ħsieb li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjoekonomika tar-Roma, jippjanaw u jimplimentaw il-politiki rilevanti kollha billi jikkunsidraw, fejn xieraq, il-Prinċipji Bażiċi Komuni dwar l-Inklużjoni tar-Roma; |
|
20. |
Jikkunsidra li kollaborazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-mexxejja tar-Roma, l-awtoritajiet lokali u l-organi tal-UE hija kruċjali biex jiġu determinati l-isfidi u s-soluzzjonijiet ewlenin li kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri tagħha qed jiffaċċjaw fir-rigward tal-inklużjoni soċjoekonomika għall-popolazzjoni tar-Roma; |
|
21. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkonferixxu lill-organi tat-teħid tad-deċiżjonijiet is-setgħat meħtieġa biex jiżguraw finanzjament tal-UE kumpless u orjentat lejn l-iżvilupp li jsostni inizjattivi lokali tajba u jwieġeb għad-diversi bżonnijiet lokali tal-poplu Roma; jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati u skambjati prattiki tajba fir-rigward tal-integrazzjoni tar-Roma u li tiżdied il-viżibilità tal-istejjer ta’ suċċess; jitlob ukoll li tiġi żviluppata l-kapaċità istituzzjonali biex tipprovdi l-għajnuna meħtieġa (għajnuna amministrattiva u ta’ mmaniġġjar ta’ proġetti) fil-livell lokali; |
|
22. |
Iqis li l-azzjoni u r-responsabilità miftiehma għandhom ikomplu jittieħdu matul il-proċess kollu kemm mill-organizzazzjonijiet Roma u kemm minn dawk li mhumiex Roma, mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u l-organi tal-UE billi jinbnu fuq l-aħjar prattiki, fuq il-bażijiet vasti ta’ għarfien eżistenti li ġew ikkompilati mill-Istati Membri u fuq l-esperjenzi tal-ewwel perjodu tad-Deċennju tal-Inklużjoni tar-Roma; jenfasizza kemm hu importanti li jiġu organizzati l-kampanji ta’ għarfien b'mod partikolari għar-reġjuni li fihom komunitajiet kbar ta’ Roma; |
|
23. |
Iqis li l-inklużjoni soċjali tar-Roma mhijiex possibbli mingħajr il-ħolqien u t-tisħiħ tar-rappreżentanza tal-interess tagħhom, inkluż fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi, u l-attivitajiet ċivili tagħhom permezz tal-NGOs fil-livell nazzjonali u Ewropew; |
|
24. |
Jirrakkomanda bil-qawwa lill-organi tal-UE jiżguraw involviment akbar tal-livell nazzjonali fil-konsultazzjonijiet u fil-mekkaniżmu tat-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tintlaħaq strateġija futura li tista’ tkun ta’ ġid għall-partijiet kollha involuti; jiġbed ukoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri lejn il-fatt li jeħtieġ li jiġu ppjanati, żviluppati, implimentati u evalwati politiki tal-inklużjoni tar-Roma f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, ma’ gruppi tal-popolazzjoni kemm Roma kif ukoll mhux Roma, rappre’entanti u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u mal-Kumitat tar-Reġjuni u organizzazzjonijiet internazzjonali bil-għan li tittejjeb l-aċċettazzjoni u l-effikaċja tal-politiki; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor u xxerred l-informazzjoni dwar l-esperjenza miksuba u l-azzjoni meħuda fid-diversi Stati Membri, partikolarment fil-qasam edukattiv u kulturali; |
|
26. |
Jitlob biex jingħataw pariri aqwa lill-organizzaturi ta’ proġetti li jkunu eliġibbli għall-finanzjament Ewropew għall-integrazzjoni tal-popolazzjoni tar-Roma, billi jinħolqu pjattaformi għall-informazzjoni, l-analiżi u l-iskambji ta’ prattika tajba; |
|
27. |
Isostni li parti mis-soluzzjoni tinsab fl-impenn sħiħ tal-Istati Membri sabiex jipprovdu appoġġ effettiv lill-organizzaturi tal-proġetti u li l-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, għandhom ir-rwol li jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet lokali jagħżlu proġetti biex jintegraw il-popolazzjoni tar-Roma; |
|
28. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji li jnaqqsu l-faqar bejn is-setturi li jagħtu każ il-kwistjoni ta’ sikwit sensittiva tal-koeżistenza tal-komunità tar-Roma u l-maġġoranza tal-komunità, li huma t-tnejn affettwati min-nuqqas ta’ impjiegi, faqar u marġinalizzazzjoni; jenfasizza l-importanza ta’ miżuri ta’ inċentiva li permezz ta’ benefiċċji viżibbli jinkoraġġixxu lill-fqar biex jidħlu fis-suq tax-xogħol minflok li jgħixu bil-benefiċċji soċjali u forsi b’xogħol fis-suq illegali; jenfasizza, li huma tal-ikbar importanza l-programmi li jippromwovu fehim u tolleranza reċiproċi lejn xulxin; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora d-dimensjoni tat-tkabbir fl-Istrateġija billi tiżviluppa proġetti pilota fil-pajjiżi kandidati u fil-kandidati potenzjali, li jiggarantixxu l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali skont l-Istrateġija tal-UE; |
|
30. |
Jistieden lill-Istati Membri jaħtru uffiċjal għoli tal-gvern jew korp amministrattiv biex jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-implimentazzjoni trasparenti u effiċjenti tal-Istrateġija, b'setgħat eżekuttivi u responsabbli għall-implimentazzjoni, il-koordinazzjoni, il-monitoraġġ, l-integrazzjoni u l-infurzar tal-Istrateġija fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali billi jiġu żgurati l-burokrazija minima u l-immaniġġjar u l-kontroll effiċjenti tal-fondi kif ukoll trasparenza tar-rappurtar; |
|
31. |
Jistieden lill-ministeri nazzjonali tal-edukazzjoni u lill-Kummissjoni jistabbilixxu boroż ta’ studju innovattivi u flessibbli biex jikkultivaw it-talenti u biex jiżdied is-sostenn għall-għotjiet u għall-programmi attwali; |
|
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jadottaw il-komponenti miżjuda u dettaljati tal-iIndikaturi ta’ Laeken’ meta jkunu qed ikejlu l-esklużjoni soċjali u territorjali, kif ukoll li jevalwaw il-progress; jenfasizza fl-istess waqt li d-diviżjonijiet orizzontali tal-“Indikaturi ta’ Laeken” għandhom jiġu estiżi wkoll għall-iċken unitajiet statistiċi u amministrattivi (LAU 1 u LAU 2); barra minn hekk jirrimarka li l-indikaturi ta’ Laeken jistgħu jiżdiedu ma’ indikaturi futuri fil-politika ta’ koeżjoni, speċjalment rigward id-dimensjoni soċjali; |
|
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkumplimenta l-indikaturi b’sistema ta’ objettivi u limiti biex ikollhom impenn politiku reali għall-progress; barra minn hekk jisħaq fuq il-bżonn urġenti għal progress fil-ġbir ta’ data mhux aggregrata biex il-progress ikun jista’ jitkejjel favur il-miri/limiti/indikaturi u biex jiġu żviluppati politiki bbażati fuq l-evidenza kif ukoll jiżdiedu l-effettività u l-evalwazzjoni; |
|
34. |
Jitlob b’mod urgenti għall-iżvilupp – bil-għajnuna tal-aħjar prattiki – ta’ punti ta’ riferiment, indikaturi, monitoraġġ indipendenti u mekkaniżmi ta’ valutazzjoni tal-impatt sabiex jappoġġaw u jevalwaw l-effiċjenza u r-riżultati tanġibbli tal-programmi aktar milli sempliċement jiġi vverifikat li l-proġetti li qed jirċievu l-fondi qegħdin ta’ bilħaqq jissodisfaw il-formalitajiet proċedurali, u jitlob għal monitoraġġ effikaċi tal-użu tal-fondi ħalli r-riżorsi finanzjarji ġenwinament jispiċċaw itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjiegi tar-Roma; |
|
35. |
Jikkunsidra li l-kooperazzjoni strutturata tal-Istati Membri fil-metodi miftuħa ta’ koordinazzjoni eżistenti fl-oqsma tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali hija ta’ importanza vitali biex l-inklużjoni sħiħa tar-Roma timxi ’l quddiem u jitlob lill-Kummissjoni torganizza skambji ta’ prattiki tajba u ta’ esperjenzi bejn l-Istati Membri u l-partijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-Roma; |
|
36. |
Jitlob – fl-interess li jiġi żgurat li fondi b'oġġettivi ddikjarati u speċifikati b'mod preċiż effettivament jilħqu lir-Roma li jinsabu fil-bżonn u jġibu avvanzi dewwiema fil-ħajja tagħhom – għal impenn ġenwin min-naħa tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għal aktar programmi sostenibbli, flessibbli u kumplessi li jkunu orjentati lejn miri partikolari u lejn l-iżvilupp u li jkunu jkopru żmien itwal u jkollhom relevanza territorjali akbar, filwaqt li jiffukaw fuq il-mikroreġjuni l-aktar żvantaġġjati fil-kuntest ġeografiku, soċjoekonomiku u kulturali tagħhom, filwaqt ukoll li jindirizzaw il-problema tal-faqar suburban u rurali u tal-kwartieri segregati tar-Roma, u jagħmlu enfasi speċjali fuq it-titjib tal-akkomodazzjoni inferjuri (li tkun nieqsa, pereżempju, mill-ilma tax-xorb, it-tisħin, l-elettriċità u l-kundizzjonijiet tajba għall-iġjene) u fuq il-forniment ta’ għajnuna ulterjuri lill-familji biex tiġi sostnuta s-sitwazzjoni mtejba tal-akkomodazzjoni tagħhom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni timmonitorja l-eżiti tal-proġetti wara li l-finanzjament tagħhom ikun ġie eżawrit; |
|
37. |
Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-opportunitajiet ekonomiċi tar-Roma inkluża l-promozzjoni tal-faċilità tal-mikrokreditu fost l-intraprendituri; jistieden lill-Istati Membri jibnu fuq l-esperjenza ta’ proġetti li kienu suċċess, pereżempju fejn impriżi mhux iddikjarati ġew mibdula f’attivitajiet ekonomiċi legali bil-għajnuna ta’ esperti; |
|
38. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jfasslu politiki ċari għall-inklużjoni tar-Roma fis-suq tax-xogħol, u joħolqu u jadottaw miżuri biex jiġu miġġielda l-effetti negattivi li ġġib magħha d-dipendenza mis-sistema tas-sigurtà soċjali fit-tul; |
|
39. |
Jagħraf il-fatt li l-biċċa l-kbira tar-Roma huma impjegati f’xogħlijiet mhux iddikjarati, u, minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sostenibilità tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, jistieden lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jikkumbattu b’mod effikaċi dan il-fenomenu; |
|
40. |
Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom biex jinvolvu atturi pubbliċi bħalma huma l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-mikrokumpaniji fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ inklużjoni għall-popolazzjoni Roma fir-rigward tal-impjegabilità; |
|
41. |
Jenfasizza r-rwol importanti li jistgħu jwettqu l-SMEs u l-mikrokumpaniji fl-integrazzjoni tar-Roma u jesprimi ruħu favur li jsiru miżuri biex jiġu ppremjati dawk li jikkontribwixxu biex jinkiseb dan il-għan; |
|
42. |
Jemmen li prospettivi aħjar għall-popolazzjoni Roma, partikolarment fid-dawl tal-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol, jistgħu jkunu garantiti permezz ta’ żieda fl-investiment min-naħa tal-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni u taħriġ – b'attenzjoni partikolari fuq it-teknoloġiji l-ġodda u l-internet – bl-inklużjoni ta’ miżuri approvati mill-komunità xjentifika internazzjonali, fondazzjonijiet u NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-inklużjoni soċjali f'livell reġjonali u lokali; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal mappa Ewropea ta’ kriżi, li tidentifika, tkejjel u tissorvelja dawk il-mikroreġjuni fi ħdan l-UE fejn l-abitanti jkunu ntlaqtu l-iżjed mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali tal-inqas fuq il-bażi tal-elementi li ġejjin:
|
|
44. |
Jistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom biex jipprovdu data rigward is-sitwazzjoni soċjoekonomika tar-Roma (prinċipalment rigward l-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi tagħhom) u jistieden lill-organizzazzjonijiet internazzjonali (eż. l-ILO u l-OECD) jelaboraw fuq dawn il-kwistjonijiet bħala parti mis-stħarriġiet ġenerali tagħhom, u jgħinu biex jiġu stabbiliti miri speċifiċi rigward, pereżempju, il-persentaġġ mill-komunità tar-Roma li jkomplu l-edukazzjoni sekondarja u terzjarja, li jkunu impjegati fl-amministrazzjoni pubblika u li jkunu rappreżentati f’setturi differenti tal-ħajja soċjali u politika, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tgħin biex tiġi stabbilita strateġija ċara u vijabbli tal-UE rigward l-inklużjoni tar-Roma bil-għajnuna ta’ din id-data; |
|
45. |
Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex iġġib appoġġ speċifiku, inkluż appoġġ finanzjarju, lil dawn il-mikroreġjuni u tiżviluppa direttament proġetti pilota li jinkludu l-parteċipazzjoni ta’ medjaturi skont il-programm tal-Kunsill tal-Ewropa u segwitu speċifiku tal-evoluzzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fl-Istrateġija, tinkoraġġixxi lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet rilevanti internazzjonali u Ewropej, lill-NGOs, lill-komunitajiet tar-Roma, lil partijiet interessati oħra u lill-pubbliku biex jużaw it-termini “Roma” / “Roma u Sinti” fir-referenzi kollha għal din il-minoranza; |
|
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jallokaw finanzjament iddedikat fil-politika ta’ koeżjoni fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali espliċitament b’appoġġ għall-Istrateġija billi tinħoloq riżerva ta’ prestazzjoni għall-Istrateġija tal-UE dwar ir-Roma; |
|
48. |
Hu tal-fehma li r-rati ta’ assorbiment attwali tal-fondi tal-UE huma baxxi wisq; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet għal dan il-fenomenu u telabora approċċ aktar effiċjenti lejn il-monitoraġġ tal-assorbiment tal-fondi tal-UE, b’mod partikolari dawk il-fondi li huma maħsuba speċifikament għall-gruppi emarġinati; fuq kollox, jitlob b’mod urġenti li tinġabar id-dejta – bil-kunsiderazzjoni dovuta għad-direttivi tal-protezzjoni tad-dejta – dwar l-effikaċja tal-fondi tal-UE, bil-għan li jiġu żviluppati politiki bbażati fuq l-evidenza; |
|
49. |
Isostni li l-esklużjoni soċjali li taffettwa lir-Roma għandha dimensjoni territorjali verament qawwija ta’ faqar u marġinalizzazzjoni, u din tinsab l-aktar f’mikroreġjuni sottożviluppati li għandhom nuqqas kbir ta’ riżorsi finanzjarji neċessarji biex jipprovdu kontribuzzjoni tagħhom stess lill-finanzjament Komunitarju li huma eliġibbli għalih u bosta drabi huma m’għandhomx il-kapaċità amministrattiva u r-riżorsi umani sabiex ikunu jistgħu jużaw il-finanzjament b’mod korrett; Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm konċentrazzjoni ta’ sforzi speċifiċi fil-mikroreġjuni li huma ta’ spiss żoni intrareġjonali periferali u għas-simplifikazzjoni sostanzjali għar-regoli burokratiċi u implimentattivi sabiex l-allokazzjoni massima possibbli tar-riżorsi tkun tista’ tinkiseb taħt l-ambitu tal-Politika ta’ Koeżjoni; |
|
50. |
Iqis li hemm ukoll il-ħtieġa ta’ regolamenti ġodda dwar l-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali sabiex jistabbilixxu kondizzjonalità rigward l-eliminazzjoni tas-segregazzjoni u l-assigurazzjoni ta’ aċċess ugwali tar-Roma għas-servizzi pubbliċi; hu tal-fehma li pjanijiet dwar opportunitajiet indaqs u pjanijiet kontra s-segregazzjoni għandhom jiġu mħejjija wkoll fil-livell lokali, ibbażati fuq indikaturi miżurabbli u fuq azzjonijiet konkreti; |
|
51. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi strumenti xierqa biex jiggwidaw lill-Istati Membri ħalli jiżguraw il-kumplementarjetà bejn il-FSE, il-FEŻR, u l-Fonda Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) u jistieden lill-Istati Membri jutilizzaw programmi oħra, bħalma hu l-programm PROGRESS, il-programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja Kollha, il-programm tal-Kultura (2007-2013) u l-programm tas-Saħħa (2008-2013) fl-interessi tal-inklużjoni tar-Roma; |
|
52. |
Jitlob lill-entitajiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp tal-UE li jiddelegaw taħt is-superviżjoni u l-kontroll tat-“Task Force” tar-Roma sabiex:
|
|
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japplikaw monitoraġġ u evalwazzjoni parteċipattivi li jinvolvu l-komunitajiet Roma u jgħinu biex tkun żviluppata l-kapaċità tal-partijiet interessati fuq naħa u, fuq l-oħra, l-għarfien espert estern sabiex tinkiseb idea realistika u oġġettiva tas-suċċess jew falliment globali tal-miżuri u strumenti differenti; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament lista ta’ proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni mill-2000 li kienu ta’ benefiċċju għar-Roma, filwaqt li tippreżenta indikazzjonijiet dwar ir-riżultati milħuqa; |
|
54. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw il-prijorità orizzontali “Komunitajiet Marġinalizzati” fi ħdan il-qafas tal-Fondi Strutturali tal-UE u biex jipparteċipaw fin-netwerk UE-Roma li qed jaħdem biex ikun hemm implimentazzjoni tajba tal-fondi strutturali għall-inklużjoni soċjali tar-Roma; jenfasizza li miżuri eżistenti, mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni u dawk ta’ monitoraġġ iridu jittejbu b’mod sinifikanti; jenfasizza, barra minn hekk, li l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw proġetti kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u li huma maħsuba għandhom għar-Roma jew li joffru benefiċċju indirett lir-Roma għandhom jinżammu responsabbli u għandhom jimplimentaw l-azzjonijiet b'mod trasparenti; barra minn hekk jitlob għal analiżi kontinwa tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-proporzjon ta’ fondi ddedikati u minfuqa għall-programmi u l-ispejjeż operattivi nfushom; |
|
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jestendu l-ambitu tal-finanzjament tal-UE sabiex, minbarra l-iżvilupp, isir eliġibbli wkoll il-provvediment ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità; jenfasizza wkoll li l-kofinanzjament għandu jiġi eżaminat mill-ġdid u possibilment differenzjat biex jirrifletti aħjar id-diversità tal-azzjonijiet u tal-benefiċjarji, u għalhekk il-proġetti mmirati għar-Roma jista’ jkun li jkollhom rekwiżit ta’ sehem iżgħar ta’ kofinanzjament mill-pajjiż, b’sehem akbar min-naħa tal-UE; |
|
56. |
Jenfasizza li l-koordinazzjoni fost il-politiki relatati tal-UE għandha tittejjeb b'mod sinifikanti sabiex jitrawmu sinerġiji u komplementarjetajiet; ir-regoli burokratiċi u ta’ implimentazzjoni jridu jkunu ssimplifikati sostanzjalment u l-ostakli kollha bejn il-fondi varji għandhom jitneħħew sabiex tkun tista’ tinkiseb l-akbar allokazzjoni ta’ riżorsi possibbli mill-istrumenti kollha; |
|
57. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Fondi Strutturali jikkombinaw l-approċċi nazzjonali u lokali billi jaġixxu permezz ta’ programmi li joperaw fl-istess ħin bi strateġija nazzjonali u jipprovdu rispons lokali għall-ħtiġijiet speċifiċi; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji bejn l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-istrateġiji tal-gvern għar-Roma, kif ukoll bejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Fond Soċjali Ewropew u l-unitajiet speċjalizzati fuq ir-Roma jew strutturi ta’ koordinazzjoni li jittrattaw kwistjonijiet tar-Roma; |
|
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex itejbu l-aċċess għall-fondi tal-UE għall-gvernijiet lokali u l-NGOs li jaħdmu għall-inklużjoni tar-Roma, billi jissimplifikaw il-proċess ta’ applikazzjoni u r-regoli; |
|
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi fl-Istrateġija mekkaniżmu li jippromwovi l-impjieg tar-Roma fl-amministrazzjoni pubblika kemm fil-livell tal-UE u kemm f’dak nazzjonali, u jistieden lill-Istati Membri jimpjegaw staff Roma fl-amministrazzjoni pubblika, speċjalment fl-istituzzjonijiet li jipparteċipaw fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta’ programmi għall-inklużjoni tar-Roma ffinanzjati mill-UE jew fil-livell nazzjonali; |
|
60. |
Jenfasizza l-importanza tal-firma u r-ratifika min-naħa tal-Istati Membri tal-Konvenzjoni Ewropea dwar in-Nazzjonalità li tgħid b'mod ċar li m’għandha teżisti l-ebda diskriminazzjoni fil-liġi interna ta’ stat dwar in-nazzjonalità minħabba raġuinijiet ta’ sess, reliġjon, oriġini nazzjonali jew etnika; |
|
61. |
Jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li l-programmi tal-UE jkomplu għaddejjin, bħall-Programm għall-Progress għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u JASMINE biex jinvestu fil-bini tal-kapaċità, u jitlob biex tali programmi jkunu żviluppati aktar wara l-2013; |
|
62. |
Jilqa’ l-opportunità li nħolqot permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 437/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010, li jipprovdi sa 3 % tal-allokazzjoni tal-FEŻR għall-programmi speċifiċi jew 2 % tal-baġit ġenerali allokat għar-riabilitazzjoni tad-djar għall-benefiċċju tal-komunitajiet marġinalizzati; jiddispjaċih li l-ebda pjan operattiv ma nbidel biex jipprijoritizza mill-ġdid l-akkomadazzjoni tal-popoloazzjoni Roma; jiltob għal darba oħra lill-Istati Membri, biex jagħmlu użu sħiħ u fil-pront ta’ din l-opportunità ġdida fi ħdan il-qafas tal-Fondi Strutturali, sabiex isaħħu l-prospetti ta’ inklużjoni soċjali effettiva; jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq ’il quddiem pjan ta’ azzjoni speċifiku dwar dan ir-regolament biex tgħaġġel l-użu tal-fondi. Jitlob lill-Istati Membri biex jużaw b’mod effettiv il-potenzjal għall-interazzjoni bejn l-FEŻR, l-FSEu l-FAEŻR fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ finanzjament għall-integrazzjoni tar-Roma; |
|
63. |
Jirrikonoxxi li l-Komunitajiet Roma huma gruppi estremament eteroġeni, u bħala konsegwenza ma hemmx lok għal strateġija unika biss; jirrakkomanda għalehekk li l-awtoritajie reġjoanli u lokali tal-Istati Membri għandhom jipproponu politiki ta’ integrazzjoni effettiva li għandhom ikunu differenti minn xulxin skont l-isfondi speċifiċi (ġeografiku, ekonomiku, soċjali, kulturali); jirrakkomanda li l-Kummissjoni tuża l-esperjenza miksuba minn dawn l-awtoritajiet li attivament ikkontribwixxew għall-integrazzjoni tal-komunitajiet tar-Roma u għall-inkoraġġiment tal-użu tal-aqwa prattiki u tal-passi li jwasslu għas-suċċess, sabiex jiksbu l-inklużjoni soċjali tagħhom; |
|
64. |
Ifakkar li l-prerekwiżit primarju ta’ integrazzjoni b’suċċess fl-isforzi konġunti magħmula kemm mis-soċjetà razzjonalizzata kif ukoll mill-komunità tar-Roma; għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu l-għajnuna tagħhom biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni u tal-impjieg, u jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali pubbliċi jintegraw – b'konformità mar-regolament li jirregola l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – l-allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni ġdida lill-komunitajiet marġinalizzati f'qafas ta’ politika usa', aktar kumpless ta’ impenn soċjali reċiproku, bħall-bini tal-komunitajiet, li jinkludi l-parteċipazzjoni tar-Roma fil-proċess tral-bini tal-istabbilimenti ġodda u sforzi reċiproċi biex tissaħħaħ l-attendenza tal-iskola għal uliedhom u jitnaqqas sostanzjalment il-qgħad; l-Istati Membri jistgħu għalhekk jikkontribwixxu lejn soluzzjoni konkreta għall-bżonnijiet ta’ lokalità tal-gruppi marġinalizzati li qegħdin jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena ta’ akkomodazzjoni; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jużaw in-netwerk UE-Roma sabiex jinkoraġġixxu skambju tal-aħjar prattiki; |
|
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu l-aħjar użu mill-programmi taħt l-Objettiv Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali, bħal programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali, programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali, u biex jisfruttaw il-possibilitajiet ipprovduti mill-Grupp Ewropew għall-Kooperazzjoni Territorjali; |
|
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex janalizzaw u jeliminaw l-ostakli għad-dħul fis-suq tax-xogħol, jew għad-dħul mill-ġdid fih, tan-nisa Roma, kif ukoll l-ostakoli għall-impjieg għal rashom, u wkoll biex jenfasizzaw kif inhu xieraq ir-rwol tan-nisa fit-tisħiħ ekonomiku tar-Roma emarġinati u fit-tnedija ta’ negozji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-involviment tan-nisa Roma fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Inklużjoni tar-Roma; |
|
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkludu bħala għan orizzontali l-bini tal-kapaċità u t-tisħiħ tan-nisa Roma fl-oqsma ta’ prijorità kollha tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Inklużjoni tar-Roma; |
|
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jinkludu l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fost l-għanijiet tal-Istrateġija kif ukoll il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali; |
|
69. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw informazzjoni statistika affidabbli diżaggregata skont is-sessi sabiex ikunu jistgħu jevalwaw u jaġġornaw l-Istrateġija kif ukoll ikejlu l-impatti tal-proġetti tal-Istrateġija u l-interventi għan-nisa Roma; |
|
70. |
Jitlob għall-inklużjoni fl-Istrateġija ta’ mekkaniżmu ta’ koperazzjoni, ta’ skambju ta’ informazzjoni u monitoraġġ, mhux biss fl-UE iżda wkoll fil-livell nazzjonali, flimkien mal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, mal-Kunsill tal-Ewropa u ma’ istituzzjonijiet oħra rilevanti internazzjonali u Ewropej, NGOs, komunitajiet Roma, partijiet interessati oħrajn, sabiex jiġu indirizzati l-problemi u jinstabu soluzzjonijiet u biex ikun żgurat li l-Istrateġija tkun implimentata b’mod korrett u bis-sħiħ kemm fil-livell tal-UE u kemm f’dak nazzjonali minn dawk responsabbli għaliha, biex b'hekk ikun żgurat is-suċċess tal-Istrateġija; |
|
71. |
Jistieden lill-Kummissjoni toffri l-appoġġ tekniku meħtieġ biex jittejbu l-kapaċitajiet amministrattivi tal-organi involuti fl-amministrazzjoni tal-Fondi Strutturali, u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu parir u għajnuna amministrattiva, eż. billi jorganizzaw taħriġ u billi jgħinu fl-applikazzjoni tal-għajnuna u fl-ispjegazzjonijiet, biex jagħmluha aktar faċli għar-Roma li jottjenu tagħrif rigward programmi Ewropej u nazzjonali ta’ finanzjament b'appoġġ għall-intraprenditorija u l-impjiegi u li jressqu l-applikazzjonijiet relevanti; |
|
72. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miri konkreti u speċifiċi, u għanijiet iddettaljati u li jistgħu jitkejlu, dwar l-inklużjoni soċjali tar-Roma meta jkunu qed jittrasponu l-objettivi ta’ Ewropa 2020 dwar il-faqar u l-inklużjoni soċjali fil-programmi nazzjonali, u jitlob b'mod urġenti għal miżuri li jinfurzaw l-ilħuq tal-għanijiet fil-mira; |
|
73. |
Jemmen li futur aħjar għall-poplu Roma jista’ jiġi żgurat permezz tal-edukazzjoni, u li l-investiment fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ Roma għalhekk huwa essenzjali; jenfasizza li l-iskolarizzazzjoni mhijiex biss dritt iżda anki dmir u jippromwovi attivitajiet għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-istudenti Roma fl-iskola permezz ukoll tal-involviment attiv tal-familji; |
|
74. |
Jemmen li l-promozzjoni tal-għarfien tal-kultura Roma madwar l-Ewropa se taġevola l-fehim reċiproku bejn l-poplu Roma u dak li mhuwiex Roma fl-Ewropa filwaqt li jagħti spinta lid-djalogu interkulturali Ewropew; |
|
75. |
Huwa tal-fehma li l-istrateġija tal-futur għall-minoranza Roma għandha tikkonċentra fuq l-edukazzjoni, bħala l-istrument ewlieni għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali; |
|
76. |
Jemmen li għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ sostenn, bħal boroż ta’ studju u arranġamenti ta’ tutoraġġ għaż-żgħażagħ Roma biex dawn mhux biss jitħeġġu jiksbu diplomi, iżda wkoll biex jinkitbu f'korsijiet tal-edukazzjoni ogħla u jtejbu l-kwalifiki tagħhom; |
|
77. |
Huwa tal-fehma li għandu jiġi żviluppat tip ġdid ta’ programm ta’ boroż ta’ studju biex jiggarantixxi l-ogħla kwalità ta’ istruzzjoni għall-istudenti Roma bil-għan li tiġi edukata ġenerazzjoni ġdida ta’ mexxejja Roma; |
|
78. |
Jemmen li l-istituti skolastiċi li l-istudenti żvantaġġati tagħhom jottjenu postjiet f'istituti ta’ livell ogħla, jew li l-perċentwal ta’ studenti lawrjati hija ogħla mill-medja, għandhom ikunu ppremjati, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proġetti f'dan il-qasam; |
|
79. |
Jisħaq fuq il-fatt li huwa kruċjali li l-Istati Membri jippromwovu l-integrazzjoni tar-Roma fil-ħajja assoċjattiva u kulturali tal-postijiet u tal-pajjiżi fejn jgħixu, u jiżguraw il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza fit-tul tagħhom fihom, inkluż permezz ta’ miżuri intiżi li jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali (VET) u l-programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja mmirati għall-komunità Roma, filwaqt li jitqiesu l-wirt kulturali u l-istil ta’ ħajja tad-diversi gruppi Roma fl-Ewropa; jiġbed l-attenzjoni, pereżempju, għall-fatt li jistgħu jsiru sforzi biex jiġi offrut taħriġ speċjali għall-persunal tal-iskejjel, promoss l-impjegar ta’ għalliema Roma, tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mill-qrib mal-familji u l-għaqdiet Roma, u jipprovdu appoġġ wara l-ħin tal-iskola u boroż ta’ studju; josserva li dan il-proċess għandu jinvolvi b'mod attiv lill-awtoritajiet lokali fl-Istati Membri u jagħti sinjal lis-settur non-profit biex l-attivatajiet tiegħu jinkludu programmi intiżi għall-integrazzjoni fis-soċjetà tal-poplu Roma; |
|
80. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu kontra kull forma ta’ esklużjoni soċjali u edukattiva fir-rigward tar-Roma u jħeġġu l-azzjonijiet pedagoġiċi kollha li jinvestu fl-iskolarizzazzjoni tar-Roma; |
|
81. |
Jemmen li l-gvernijiet lokali għandhom jieħdu r-responsabilità għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-istudenti li jabbandunaw is-sistema skolastika qabel ma jilħqu l-età li fiha l-edukazzjoni ma tibqax obbligatorja; josserva, għal dan il-għan, li l-istituti skolastiċi għandhom jagħtu lill-gvernijiet lokali informazzjoni dwar l-istudenti li jabbandunaw l-iskola; |
|
82. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa inizjattivi ulterjuri maħsuba sabiex jipprovdu opportunitajiet ta’ edukazzjoni u assistenza minn mindu t-tfal ikunu żgħar ħafna għat-tfal u ż-żgħażagħ Roma; |
|
83. |
Jemmen li l-kindergartens u/jew forom alternattivi ta’ assistenza preskolastika u edukazzjoni għandhom ikunu stabbiliti f'komunitajiet fejn dawn ma jeżistux, u mkabbra fejn hemm nuqqas ta’ postijiet; |
|
84. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssostni dawk l-inizjattivi li wrew ruħhom effikaċi fil-prevenzjoni ta’ kull forma ta’ segregazzjoni u li jipprijoritizzaw proġetti inklużivi li jippromwovu suċċess edukattiv li jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-familji Roma; |
|
85. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rata għolja ta’ illitteriżmu fost il-persuni Roma u jqis li hu essenzjali li l-programmi jkunu mfassla u żviluppati b'mod li jiżguraw edukazzjoni primarja, sekondarja u terzjarja ta’ kwalità għall-bniet u n-nisa Roma, fosthom strateġiji biex jaġevolaw it-tranżizzjoni tagħhom mill-iskola primarja għal dik sekondarja u jippromwovu, matul il-proċess kollu kemm hu, fehim aħjar tal-wirt kulturali, l-istorja u l-valuri Roma kemm fost ir-Roma kif ukoll fost dawk li mhumiex Roma; |
|
86. |
Jenfasizza li l-attendenza baxxa, ir-rati għolja ta’ assenteiżmu fl-iskejjel u riżultati edukattivi baxxi jistgħu jindikaw li l-istudenti u l-ġenituri mhumiex konxji tal-importanza tal-edukazzjoni; fatturi rilevanti oħra jistgħu jinkludu riżorsi insuffiċjenti, problemi ta’ saħħa, nuqqas ta’ edukazzjoni ta’ kwalità fil-post jew nuqqas ta’ trasport aċċessibbli lejn l-iskola, akkomodazzjoni u lbies ta’ kwalità inferjuri li jagħmlu l-attendenza fl-iskola impossibbli, ambjent skolastiku mhux inklużiv u skejjel segregati li jonqsu milli jagħtu preparazzjoni adegwata fid-dawl tal-kompetittività fis-suq tal-impjiegi; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta’ azzjoni mmirata lejn il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-iskola min-naħa tal-istudenti Roma u tad-djalogu kontinwu u regolari dwar kwistjonijiet edukattivi ma’ dawk il-familji tal-istudenti, il-komunità Roma u l-partijiet interessati kollha; |
|
87. |
Jenfasizza r-rwol vitali li l-isports tal-massa u ta’ dawk ta’ kompetizzjoni jistgħu jiżvolġu fil-proċess ta’ garanzija ta’ inklużjoni tal-popolazzjoni ta’ etnija Roma; |
|
88. |
Jappoġġa l-promozzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ għall-għalliema li jżidu l-kapaċità tal-għalliema li jirrelataw mat-tfal u maż-żgħażagħ ta’ oriġini Roma, kif ukoll mal-ġenituri tagħhom u mal-persuni impjegati bħala medjaturi Roma, partikolarment fi skejjel primarji, bħala mod kif tiġi promossa l-attendenza regolari fl-iskola min-naħa tar-Roma; |
|
89. |
Jissuġġerixxi li approċċ differenti għall-integrazzjoni edukattiva jiġi adattat kemm għat-tfal minn familji Roma li jixtiequ jissistemaw ruħhom f'post wieħed – pereżempju permezz ta’ monitoraġġ tal-attendenza regoli tat-tfal fl-iskola – kif ukoll lil dawk minn familji li jixtiequ jkomplu bl-istil ta’ ħajja nomada tagħhom – pereżempju permezz ta’ miżuri li jiffaċilitaw l-attendenza fl-iskola ġewwa l-kampijiet tar-Roma; |
|
90. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-programmi ta’ mobilità, ta’ tagħlim tul il-ħajja, ta’ taħriġ professjonali u ta’ taħriġ kontinwu biex tiġi żgurata l-inklużjoni u jissaħħaħ l-adattament għas-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ u tal-adulti li ġejjin mill-komunitajiet Roma; |
|
91. |
Jemmen li s-sistema ta’ taħriġ fil-postijiet tax-xogħol għandha tespandi biex tippermetti l-ksib tal-kompetenzi u tal-kapaċitajiet neċessarji fuq skala kbira; |
|
92. |
Jemmen li jeħtieġ li jkun hemm armonizzazzjoni bejn l-għoti ta’ taħriġ u d-domanda tas-suq tax-xogħol, u jappella għaldaqstant għal tbassiriet nazzjonali u reġjonali għat-terminu ta’ żmien medju dwar id-domanda mistennija ta’ xogħol; |
|
93. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u timplimenta sistemi ta’ monitoraġġ konġunt li jinvolvu lill-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-mexxejja tal-komunità Roma fir-rigward tal-programmi u l-proġetti mqiegħda fil-prattika fi ħdan l-Istati Membri; |
|
94. |
Iqis li l-kultura tar-Roma hija parti integrali mill-mużajk kulturali tal-Ewropa; jirrimarka li mezz ewlieni għal fehim tal-poplu Roma u l-istil ta’ ħajja tiegħu hija ż-żieda tal-għarfien min-naħa ta’ Ewropej oħra tal-wirt, it-tradizzjonijiet u l-lingwa tar-Roma, u tal-kultura kontemporanja Roma; isostni bil-qawwa l-promozzjoni u l-konservazzjoni tal-attivitajiet kreattivi tagħhom bħala komponent essenzjali tad-djalogu interkulturali; |
|
95. |
Iqis li l-poplu Roma għandu jagħmel sforz edukattiv biex ikun jaf id-drawwiet u l-kultura tal-popli fejn jgħix u b'hekk jiffaċilita integrazzjoni aħjar fl-ambjent fejn jgħix; |
|
96. |
Jemmen li l-promozzjoni tal-attivitajiet ta’ volontarjat u l-isport li jinvolvu lir-Roma u lil dawk li mhumiex Roma hija importanti biex trawwem aktar inklużjoni soċjali; |
|
97. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-aħjar prattiki kif ukoll mudelli u esperjenzi pożittivi li jinbtu minn programmi implimentati u inizjattivi meħuda mir-Roma stess, bil-għan li titjieb il-perċezzjoni u d-dehra tar-Roma fi ħdan il-komunitajiet li mhumiex Roma u jingħata spinta lill-parteċipazzjoni attiva mill-komunitajiet Roma u lill-kollaborazzjoni kreattiva bejn dawk il-komunitajiet u l-UE, l-Istati Membri u programmi lokali; |
|
98. |
Jappella għal identifikazzjoni u użu aħjar, fil-livell kollha ta’ gvern, tal-fondi tal-UE diġà eżistenti għall-impjiegi, l-edukazzjoni u l-promozzjoni tal-kultura tal-popli Roma; |
|
99. |
Jirrakkomanda li l-politiki tal-UE futuri għall-minoranza Roma għandhom ikunu bbażati fuq approċċ differenzjat, adattat għall-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi Stati Membri u n-natura partikolari tal-komunitajiet involuti; |
|
100. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-użu ta’ finanzjamenti tal-UE għall-inklużjoni tar-Roma jiġi sottopost għal kontrolli aktar rigorużi; |
|
101. |
Jemmen li jkunu siewja l-iskambji ta’ esperjenzi u ta’ prattiki tajba bejn l-Istati Membri li laħqu riżultati tajbin fil-qasam tal-inklużjoni tar-Roma u dawk li għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ din il-problema; |
|
102. |
Jirrikonoxxi li l-kumplessità tad-dokumenti tista’ tkun ta’ tfixkil għall-organizzaturi tal-proġetti; isostni l-ħtieġa li tiġi intensifikata l-ħidma dwar l-issimplifikar tal-proċeduri tal-għoti; isostni li r-rata tal-użu tal-finanzjament Ewropew f’dan il-qasam hija baxxa; |
|
103. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 45 E, 23.2.2006, p. 129.
(2) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 283.
(3) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 428.
(4) ĠU C 68 E, 21.3.2009, p. 31.
(5) ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 54.
(6) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 60.
(8) Testi adottati, P7_TA(2010)0312.
(9) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(10) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(11) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(12) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(13) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(14) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 1.
(15) IP/10/1097.
(16) MEMO/10/701 tal-21.12.2010.
(17) Rapport dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofonija fl-Istati Membri tal-UE fl-2009; Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni, Rapport li Jiffoka fuq id-Data: Ir-Roma fl-2009; Il-Qagħda taċ-Ċittadini tar-Roma tal-UE li Jmorru u Jgħixu fi Stati Membri oħra tal-UE; u l-Kundizzjonijiet tal-Akkomodazzjoni tar-Roma u tat-Travellers fl-Unjoni Ewropea: Rapport Komparattiv.
(18) CM(2010)133.
(19) MEMO/10/502.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/131 |
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011
Politika industrijali għall-era globalizzata
P7_TA(2011)0093
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar Politika Industrijali għall-era Globalizzata (2010/2095(INI))
2012/C 199 E/16
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 173 tat-Titolu XVII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikolu 157 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), li jkopri l-politika industrijali u jirreferi, fost affarijiet oħra, għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni - Il-Kompetittività u s-Sostenibbiltà fix-Xena Prinċipali” (COM(2010)0614), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f’dinja li qed tinbidel (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru 2009“Tħejjija għall-ġejjieni tagħna: Żvilupp ta’ strateġija komuni għal teknoloġiji abilitanti essenzjali fl-UE” (COM(2009)0512), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar ir-reviżjoni tal-politika industrijali ta’ nofs it-terminu: kontribut lejn l-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kunsill għall-Kompetittività informali tal-14 u l-15 ta’ Lulju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-2999 laqgħa tal-Kunsill għall-Kompetittività tal-1 u t-2 ta’ Marzu 2010, |
|
— |
- wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2008 bit-titolu “L-inizjattiva tas-swieq tal-materja prima - nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa” (COM(2008)0699), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020 - Strateġija għal Tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv” (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni” (COM(2010)0546), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2010 mid-DĠ Intrapriża u Industrija bit-titolu “Industrija tal-Manifattura tal-UE: X’inhuma l-Isfidi u l-Opportunitajiet għas-Snin li Ġejjin?” |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu “Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-SBA” (COM(2009)0680), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 bit-titolu “il-Pjan ta’ Azzjoni għal Konsum u Produzzjoni Sostenibbli u Politika Industrijali Sostenibbli” (COM(2008)0397), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport “Nippromwovu Mudelli ta’ Negozju Innovattivi b’Benefiċċji Ambjentali” ta’ Novembru 2008 li tħejja f’isem il-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2007 bl-isem “Reviżjoni tal-politika industrijali ta’ nofs it-terminu - Kontribut lejn l-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet” (COM(2007)0374), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0022/2011), |
|
A. |
billi l-kriżi ekonomika dinjija laqtet ħażin l-industrija Ewropea, li għamlitha aktar diffiċli biex din tadatta ruħha għall-isfidi tal-globalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis ta’ riżorsi, it-tibdil demografiku u l-bidla għall-industrija bbażata fuq l-għarfien u l-effiċjenza, li qed jaffettwaw profondament l-iżvilupp industrijali, is-suq u l-prospetti tal-impjiegi għall-futur, |
|
B. |
billi, biex jirnexxilha tegħleb l-effett tal-kriżi u tiffaċċja dawk l-isfidi, l-UE teħtieġ approċċ ta’ politika industrijali li jikkombina l-kompetittività, is-sostenibilità u impjiegi deċenti li fl-istess ħin jistgħu jistimulaw l-ekonomija, jagħtu spinta lill-impjiegi, inaqqsu d-degradazzjoni ambjentali u jtejbu l-kwalità tal-ħajja, |
|
Ċ. |
billi fl-Ewropa l-politika industrijali tista’ tirnexxi biss jekk tkun integrata kemm f’arkitettura ġdida tas-settur finanzjarju li tippromwovi l-investiment u tipprevjeni l-ispekulazzjoni u kemm f’politika makroekonomika li torjenta l-politika dwar it-taxxi, l-ekonomija u l-baġit fl-UE lejn it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi, |
|
D. |
billi ċerti industriji Ewropej qegħdin fi kriżi permanenti bħala riżultat tal-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari fl-oqsma tar-relazzjonijiet tax-xogħol, l-ambjent u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u industrijali, |
|
E. |
billi l-industrija Ewropea qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni globali dejjem akbar minn pajjiżi industrijalizzati u emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil f’termini ta’ aċċess għar-riżorsi, innovazzjoni teknoloġika, ħaddiema tas-sengħa kif ukoll politiki mmirati u ambizzjużi dwar l-industrija u l-innovazzjoni, |
|
F. |
billi strateġija tal-UE li tippromwovi:
hija l-uniku mezz biex iżżid is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-Industrija Ewropea u b'hekk iżżommha fuq quddiem fix-xena internazzjonali, |
|
G. |
billi l-pożizzjoni fuq quddiem tal-industrija Ewropea fil-livell internazzjonali qed tiġi sfidata aktar u aktar mill-bażi industrijali li qed tikber fil-pajjiżi emerġenti u billi l-ikbar kompetituri, bħall-Istati Uniti, il-Ġappun u ċ-Ċina, qed isegwu politika industrijali attiva u b’saħħitha appoġġjata b’investiment kbir fi prodotti u servizzi innovattivi, u għal din ir-raġuni ż-żamma u ż-żieda tal-kompetittività tal-industrija Ewropea huma ta’ importanza ewlenija biex ma jintilifx l-irwol tagħha ta’ xprun tat-tkabbir sostenibbli u tal-impjiegi fl-Ewropa, |
|
H. |
billi huwa possibbli li ssostni progress industrijali permezz ta’ taħlita ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa, regolamentazzjoni intelliġenti, immirata u li tħares 'il quddiem u permezz ta’ stimulazzjoni tas-suq ibbażata fuq aspettattivi preċiżi ta’ żviluppi fis-suq u li ssostni xejriet globali favur forom ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u konsum nodfa, sostenibbli u innovattivi, |
|
I. |
billi politika ġenerali ta’ sostenn għall-investiment fl-industrija u s-servizzi għandha tkun il-prijorità makroekonomika tal-UE, b’mod partikolari fi żmien ta’ kriżi, bħalma hu issa, meta l-investiment (partikolarment fil-kapaċità mqabbla mal-produttività) huwa l-ewwel tip ta’ nfiq li jinqata’; billi l-Istati Membri, l-UE u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jistabbilixxu huma stess miri għall-investiment pubbliku (jiġifieri xi proporzjon ta’ nfiq pubbliku totali għandu jittieħed għall-investiment), inklużi l-pjanijiet ta’ awsterità, |
|
J. |
billi politika industrijali ambizzjuża tal-UE għandha tiġi bbażata fuq suq intern b’saħħtu, kemm fi ħdan il-fruntieri tal-UE kif ukoll fid-dimensjoni esterna tagħha; billi, f’dan ir-rigward, l-istrumenti kollha ta’ politika industrijali (bħall-politika tar-R&Ż, il-politika reġjonali, il-politika tal-kompetizzjoni, il-politika tal-konverġenza regolatorja u l-politika tal-kummerċ) għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati l-opportunitajiet u l-isfidi tal-globalizzazzjoni, |
|
K. |
billi d-diżindustrijalizzazzjoni hija fatt stabbilit fl-Ewropa li jpoġġi l-pożizzjoni teknoloġika u ekonomika tagħna f’riskju, minħabba ż-żieda kontinwa fil-globalizzazzjoni u l-kompetizzjoni qawwija min-naħa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw b’rata mgħaġġla, |
|
L. |
billi l-burokrazija li jħabbtu wiċċhom magħha n-negozji jeħtieġ li titnaqqas drastikament u l-ambjent leġiżlattiv u regolatorju tagħhom jeħtieġ li jiġi ssimplifikat skont il-prinċipji tat-tfassil aħjar tal-liġijiet, |
|
M. |
billi d-domanda globali għall-materja prima u r-riżorsi baqgħet tiżdied b’mod kostanti, biex b’hekk wasslet għal tħassib dwar tfixkil possibbli fil-provvista, |
|
N. |
billi, skont l-uffiċċju tal-istatistika Ġermaniż, sa 45 % tal-prezz ta’ prodott hu magħmul mill-ispiża tal-materjali, u billi l-użu intelliġenti tal-materja prima u l-użu effiċjenti tal-enerġija huma b’hekk ta’ importanza kruċjali għall-industrija Ewropea, |
|
O. |
billi, minkejja l-prestazzjoni ta’ wħud mill-Istati Membri, l-UE tilfet mis-sehem tagħha fis-suq; billi l-preżenza tal-UE fis-settur tat-teknoloġija avvanzata mhix daqs kemm għandha tkun, b’mod partikolari rigward l-NICTs (13 % tal-valur miżjud fl-Istati Uniti, imqabbel mal-5 % fl-UE); billi l-produttività qed tonqos fl-industrija tal-manifattura, |
|
P. |
billi l-industrija tal-manifattura hija s-sors ewlieni tal-avvanz fil-produttività, kemm fi ħdan l-industrija nnifisha kif ukoll fis-setturi ekonomiċi l-oħra, u billi l-innovazzjoni industrijali hija wieħed mill-katalisti ewlenin għall-iżvilupp ta’ servizzi ġodda, u għalhekk, għat-tkabbir fit-tul, b’mod partikolari fid-dawl tax-xejriet demografiċi fl-UE, |
|
Q. |
billi l-industrija tifforma parti essenzjali mill-ekonomija tal-UE, li tammonta għal 37 % tal-PGD tal-UE (meta titqies flimkien mas-servizzi relatati), 80 % tal-infiq tar-R&Ż u 75 % tal-esportazzjonijiet, |
|
R. |
billi l-industriji tradizzjonali tal-UE huma importanti, u billi l-kompetenza tagħhom jeħtieġ li tintuża tajjeb, |
|
S. |
billi l-kompetituri internazzjonali tagħna, bħall-Istati Uniti u l-pajjiżi Ażjatiċi, adottaw politiki industrijali proattivi bbażati fuq investiment fuq skala kbira fir-R&Ż fis-setturi prinċipali, |
Approċċ ġdid għal politika industrijali sostenibbli
|
1. |
Jilqa’ l-fatt li, permezz tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Komunikazzjoni dwar Politika Integrata Industrijali tal-UE, il-Kummissjoni fl-aħħar qed tirrikonoxxi l-importanza ta’ bażi industrijali, u b'mod partikolari tal-manifattura, li qiegħda tirnexxi għal tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi fl-Ewropa u qed timpenja ruħha għal politika industrijali integrata bbażata fuq il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq soċjali; |
|
2. |
Jirrikonoxxi l-proposta għal politika Industrijali Integrata proposta mill-Kummissjoni u jinnota li din hija ffukata fuq ir-riġenerazzjoni tal-kompetittività industrijali tal-UE; jenfasizza, f’dan ir-rigward li, fid-dawl tal-isfidi globali, huwa essenzjali li l-effiċjenza f’sens ta’ enerġija u riżorsi tkun il-bażi tat-tiġdid industrijali Ewropew jekk l-industrija Ewropea għandha l-ħsieb li żżomm il-kompetittività tagħha fil-futur; |
|
3. |
Jenfasizza l-fatt li d-diversi miżuri proposti mill-Kummissjoni għandhom jibqgħu tali li jkunu jistgħu jintlaħqu mill-but tal-konsumaturi kollha, speċjalment fi żmien meta l-ekonomija Ewropea, b’mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda, għadha qed tirkupra minn waħda mill-agħar kriżijiet li għaddiet minnhom f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin; |
|
4. |
Jenfasizza l-fatt li żvilupp sostenibbli, kif definit fil-Konferenza ta’ Johannesburg fl-2002, għandu jkun ibbażat fuq tliet pilastri: dak ekonomiku, soċjali u ambjentali, u li, sabiex ikun hemm l-iktar ekonomija kompetittiva, il-politika industrijali għandha tiġi sostnuta billi tinstab taħlita bilanċjata ta’ dawn il-fatturi; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw Strateġija industrijali tal-UE ambizzjuża, ekoeffikaċi u ekoloġika biex terġa’ tinħoloq il-kapaċità tal-manifattura fit-territorju kollu tal-UE u biex jinħolqu impjiegi li jirrikjedu kwalifiki għoljin u li jkunu mħallsa sew fi ħdan l-UE; |
|
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal prevedibbiltà u stabbiltà regolatorja fit-tul li huma essenzjali għall-industrija għall-ippjanar tal-investiment; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, viżjoni komprensiva għall-industrija Ewropea għas-sena 2020, bil-perspettiva tal-kompetittività u sostenibbiltà tal-industrija u li tistipula linji gwida, per eżempju għall-effiċjenza fl-enerġija u tar-riżorsi, bil-ħsieb li jkun hemm żvilupp fit-tkabbir, fl-impjiegi u b’hekk fil-prosperità tal-Ewropa; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, għan-nuqqas ta’ proposti tanġibbli fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li fir-rigward tal-bidliet fit-Trattati tal-UE li qed jiġu kkunsidrati bħalissa, l-impjiegi tqiegħdu fl-istess livell tal-ġlieda kontra l-inflazzjoni fost l-objettivi tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
|
8. |
Jenfasizza li l-iżvilupp ma jistax jeżisti mingħajr ma jkun hemm bażi industrijali soda u b’saħħitha; jirrikonoxxi li l-iżvilupp jista’ jikkontribwixxi għal żieda fil-ħolqien tal-impjiegi u għall-preservazzjoni tal-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi biex jaqtgħu l-burokrazija, jevitaw id-duplikazzjoni tal-formalitajiet u jżidu t-trasparenza rigward il-perjodu ta’ żmien għar-riżoluzzjoni tal-proċedimenti; |
|
10. |
Jenfasizza li dan ikun possibbli biss b’industrija bbażata fuq l-għarfien b’bażi industrijali soda; |
|
11. |
Jenfasizza li politika industrijali ġdida, sostenibbli tista’ tikseb suċċess biss permezz ta’ approċċ integrat u transsettorjali fuq bażi ta’ inizjattivi settorjali u orizzontali bbażati fuq argumentazzjoni dwar objettivi ekonomiċi, iffukata fuq kwestjonijiet komuni li għandhom implikazzjonijiet maġġuri għal diversi setturi u li twassal għal riżultati tanġibbli kemm għan-neġozji kif ukoll għall-konsumaturi fl-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
12. |
Jenfasizza l-importanza li setturi bħall-enerġija u t-trasport ikunu fi ħdan l-istruttura tal-ispejjeż tal-industrija Ewropea; huwa tal-opinjoni li l-kompetittività ta’ dawn is-setturi jeħtieġ titjieb ulterjuri permezz tal-privatizzazzjoni; għalhekk, b'dan preżenti, huwa konvint mill-ħtieġa li għandu jiġi ristrett il-livell ta’ finanzjament pubbliku f’kumpaniji li joperaw fi swieq liberalizzati u li għandhom jittieħdu passi li jwasslu għal libertà fil-provvista ta’servizzi fil-mezzi kollha tat-trasport; |
|
13. |
Jemmen li għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ qafas makroekonomiċi li fihom tista’ tirnexxi l-industrija Ewropea, billi tiġi kkunsidrata kif dovut ir-realtà tal-iskarsezza u t-tnaqqis tar-riżorsi; f’dan il-kuntest, jikkunsidra li l-Ewropa għandha jkollha l-għan li mhux biss tippromwovi l-kompetittività fil-preżent iżda fuq kollox li tiżgura l-kompetittività tal-futur; |
|
14. |
Huwa tal-opinjoni li l-istrateġija industrijali tal-UE għandha tidentifika oqsma strateġiċi biex tinvesti fihom u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirriflettu dawn il-prijoritajiet fil-perspettiva finanzjarja futura, fil-baġit annwali u fil-politiki tal-UE; |
|
15. |
Jikkunsidra li huwa importanti li tiġi adottata politika industrijali integrata li skontha l-inizjattivi Ewropej fl-oqsma kollha huma komplimentari u mhux kontradittorji għall-mira komuni tal-iżvilupp; |
|
16. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma ddumx ma tlesti s-suq uniku tal-UE, ladarba l-imsemmija tlestija hija prekondizzjoni għall-industrija kompetittiva u l-innovazzjoni; |
|
17. |
Jenfasizza l-fatt li kompetizzjoni ġusta flimkien ma’ swieq miftuħa huma kruċjali għall-ħolqien ta’ industriji ġodda u dinamiċi; |
|
18. |
Huwa konvint li mhux biss is-settur pubbliku, iżda l-iktar is-settur privat, se jkollu rwol essenzjali fil-proċess ta’ investiment fir-ristrutturar u l-iżvilupp ta’ setturi industrijali ġodda, billi jiġu żgurati kemm il-ħolqien tal-impjiegi kif ukoll it-tranżizzjoni għal ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jikkunsidra li huwa essenzjali, għalhekk, li jiġi stabbilit il-qafas adattat biex jistimula dawn l-investimenti privati; |
|
19. |
Jenfasizza li, l-approċċ integrat ġdid jeħtieġ kollaborazzjoni effettiva ħafna fi ħdan il-Kummissjoni u l-koerenza fost il-politiki differenti tal-Kummissjoni; għal dan il-fini, jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf task force permanenti tal-politika industrijali li se jkun responsabbli biex jikkoordina u jadotta d-direzzjoni u l-miżuri skont l-istrateġija l-ġdida attwali integrata tal-politika industrijali Ewropea u li se jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka iktar fuq l-aspetti tal-kompetittività matul il-proċess għall-valutazzjoni tal-impatt (“L-Ittestjar tal-Kompetittività”) u fil-valutazzjoni ex-ante/ex-post (“Kontrolli tal-adegwatezza”), u biex timplimenta malajr kemm jista’ jkun din il-parti essenzjali tar-regolament intelliġenti fis-servizzi kollha tal-Kummissjoni; jenfasizza l-fatt li s-sostenibbiltà hija essenzjali għaż-żamma tal-kompetittività u għal ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; |
|
21. |
Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea tista’ toħloq l-iktar industrija kompetittiva fid-dinja permezz ta’, fost l-oħrajn:
|
|
22. |
Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni kif stipulata fil-Punt 3 tal-Komunikazzjoni tagħha, li tanalizza b'mod konsistenti l-implikazzjonijiet għall-politika industrijali ta’ leġiżlazzjoni futura u biex tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, u jenfasizza li l-isħab soċjali għandhom ikunu inklużi u għandu jkun hemm l-akbar trasparenza possibbli; |
|
23. |
Jenfasizza li politika industrijali ġdida u sostenibbli tal-UE tista’ tkun effettiva biss jekk tiġi segwita b’koordinazzjoni mill-qrib mal-politiki industrijali tal-Istati Membri, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2011 tieħu l-inizjattivi possibbli skont l-Artikolu 173 (2) tat-Trattat ta’ Lisbona, fl-għamla ta’ linji gwida, indikaturi, l-iskambju u t-tixrid tal-aħjar prassi u teknoloġiji, u proċeduri ta’ monitoraġġ u valutazzjoni; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, qafas ġdid li jkun jippermetti u jħeġġeġ kumpaniji minn Stati Membri differenti biex jaħdmu flimkien b’mod iktar effettiv biex jistabbilixxu u jilħqu l-prijoritajiet industrijali tagħhom; jemmen li dan għandu jsaħħaħ il-kompetittività tal-prodotti magħmulin fl-Ewropa u jtejjeb ir-rispons għall-kondizzjonijiet tas-suq globali li qed jinbidlu; |
|
25. |
Huwa konvint li s-suċċess ta’ politika industrijali sostenibbli ġdida jiddependi mill-involviment tal-partijiet interessati, inklużi s-sħab soċjali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, rappreżentanti tal-SMEs u tas-soċjetà ċivili; jieħu nota li l-Kummissjoni hija mħeġġa tankra l-prinċipju ta’ sħubija fl-oqsma u l-miżuri kollha, li parti minnu jinkludi l-monitoraġġ u l-valutazzjoni konġunti tal-miżuri antiċipati, li tinkludi l-valutazzjoni ta’ strateġiji/miżuri/programmi; |
|
26. |
Jikkunsidra li “Politika industrijali tal-UE għall-era globalizzata” tista' tilħaq l-għanijiet tagħha biss jekk tindirizza l-kwestjoni dwar kemm il-politiki tal-Unjoni huma adattati għall-isfidi tal-ġejjieni li r-reġjuni Ewropej u l-industriji lokali tagħhom qed jaffaċċjaw u se jkunu qegħdin jaffaċċjaw fis-snin li ġejjin, u sakemm il-miżuri jew il-politiki Ewropej iwasslu għal żieda fl-effiċjenza u l-kompetittività tal-SMEs, li huma l-katalisti ewlenin tal-industrija Ewropea; f'dan ir-rigward, jenfasizza li hemm bżonn li l-impatt tal-bidliet ekonomiċi, demografiċi, klimatiċi u enerġetiċi jiġi analizzat aktar fir-rigward tad-dimensjoni reġjonali tagħhom, filwaqt li jitqiesu d-differenzi reġjonali potenzjali li dawn l-isfidi se jiġġeneraw, b'mod li jaffettwaw it-tkabbir omoġenju tal-industriji tal-UE; jenfasizza r-rwol attiv li jiżvolġu r-reġjuni fil-promozzjoni ta’ bidla ekoloġika fl-industrija u l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli; |
|
27. |
Jinnota li l-politika industrijali tiddependi l-biċċa l-kbira fuq il-protezzjoni tal-industrija tal-UE kontra l-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal mingħajr dewmien skeda ta’ żmien konkreta għall-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija u tippreżenta rapport annwali tal-progress; iqis, barra minn hekk, li l-effikaċja ta’ dawn il-linji gwida u inizjattivi għandha tiġi valutata mill-ġdid kull sena mill-Kummissjoni sabiex tkun tista' tiġi identifikata kwalunkwe problema li tinqala' matul l-implimentazzjoni tagħhom u għandha tistabbilixxi objettivi addizzjonali bil-għan li jiġi assigurat li l-politika industrijali tal-UE tkun dejjem fuq quddiem nett tal-progress; |
|
29. |
Jindika li l-internazzjonalizzazzjoni hija fattur essenzjali fil-kompetittività tan-negozji, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi biex tippromwovi l-għarfien akkwistat mill-ispettru kollu tan-netwerks ta’ sostenn għan-negozju kemm jista’ jkun sabiex il-kumpaniji li qegħdin fil-proċess ta’ internazzjonalizzazzjoni jkun jistgħu jagħmlu użu minnu; |
|
30. |
Jenfasizza li l-istrutturi u l-infrastrutturi pan-Ewropej li għandhom l-għan li jgħaqqdu s-sorsi u r-riżori jistgħu jniedu mudell industrijali pan-Ewropew, li jkun kapaċi jikkompeti fis-suq globali; |
Finanzjament
|
31. |
Jitlob għal finanzjament ambizzjuż għall-politika industrijali u għall-faċilitajiet infrastrutturali (b’mod partikolari l-infrastruttura tar-riċerka u l-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet u t-trasport (TEN) – is-“servizzi pubbliċi” li jiffurmaw l-ambjent korporattiv; iqis li hu essenzjali, għal dan il-fini, li jinħarġu bonds tal-UE (Eurobonds jew bond ta’ proġetti) bil-għan li jgħinu lill-Unjoni tiffinanzja l-innovazzjoni, l-infrastruttura u r-riindustrijalizzazzjoni; |
Innovazzjoni
|
32. |
Jenfasizza li l-innovazzjonijiet huma l-ixpruna prinċipali li jmexxu l-politika industrijali u t-tkabbir, u li l-inizjattivi kollha li jsostnu l-innovazzjoni:
|
|
33. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm distinzjoni ċara bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, billi attivitajiet li waqt li jkunu marbuta mill-qrib ikollhom objettivi differenti, tkun tfisser strumenti ta’ intervent u metodi ta’ xogħol: ir-riċerka mwettqa minn intrapriżi fl-interess tat-tkabbir tagħhom stess għandha toħloq għarfien ġdid u għandha, minħabba n-natura tagħha, tkun esplorattiva, indipendenti u disposta għar-riskju; l-innovazzjoni, għall-kuntrarju, għandha l-għan li toħloq prodotti, servizzi u proċessi ġodda li jkollhom impatt dirett fis-suq, fuq is-soċjetà u fuq il-ħajja tal-intrapriżi; |
|
34. |
Jemmen li b’mod partikolari t-twaqqif ta’ valuri ta’ referenza u ta’ standards wera li dawn huma importanti ħafna għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-kompetittività sostenibbli f’diversi setturi industrijali; jitlob għal tisħiħ fis-Sistema ta’ Standardizzazzjoni Ewropea permezz ta’ miżuri li jippromwovu s-simplifikazzjoni, it-trasparenza, it-tnaqqis tal-ispejjez u l-involviment tal-partijiet interessati; |
|
35. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u kooperazzjoni eqreb bejn in-negozji permezz ta’ gruppi ta’ negozji simili, netwerks u ċentri ta’ eċċellenza; |
|
36. |
Jenfasizza li l-kompetittività tal-UE hija dipendenti ħafna fuq il-kapaċità tal-innovazzjoni, fuq il-faċilitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp u fuq ir-rabta bejn l-innovazzjoni u l-proċess ta’ manifattura; |
|
37. |
Jitlob li n-nefqa għar-riċerka għall-perjodu li jmiss wara l-2013 (RDP 8) tiżdied b'mod sinifikanti (Mira tal-UE: 3 % tal-PGD għar-riċerka u l-iżvilupp, 1 % tal-PGD fil-finanzjament pubbliku) sabiex l-industrija Ewropea tibqa’ fuq quddiem nett fit-teknoloġija u kompetittiva globalment, b’hekk l-investiment privat jintuża b’mod effettiv; jinnota li, flimkien ma’ enfasi qawwija fuq ir-riċerka f'proċessi innovattivi, fil-ġestjoni, fl-organizzazzjoni u fl-involviment tal-impjegati fl-innovazzjoni, tinħtieġ ukoll riċerka fit-teknoloġiji bażiċi ġeneriċi; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi u dawk ta’ aċċess għall-finanzjament; |
|
38. |
Jirrimarka li ż-żieda fid-differenzi reġjonali f'termini ta’ potenzjal tar-riċerka u l-iżvilupp hija sfida li għandha tiġi indirizzata mhux biss fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, iżda wkoll permezz tal-politika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni; f'dan ir-rigward, jitlob li, apparti l-fondi għar-riċerka, jkun hemm riallokazzjoni tal-fondi fl-istess programmi operattivi bħala appoġġ għall-innovazzjoni u tisħiħ tal-użu tar-riċerka dwar soluzzjoni kummerċjalizzati għas-soċjetà; |
|
39. |
Jinnota li żieda sinifikanti fl-investiment għar-R&Ż, kemm dak privat u dak pubbliku, hija essenzjali biex l-industrija tal-UE tibqa’ fuq quddiem nett fil-qasam tat-teknoloġija u tibqa' kompetittiva fix-xena internazzjonali f’oqsma bħalma huma dawk tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza fit-trasport; jinnota li biex ikun hemm appoġġ għal żieda fl-investiment privat għar-R&Ż, jeħtieġ li jkun hemm swieq operattivi għal prodotti innovattivi u ambjent stabbli għall-investimenti; jemmen li tinħtieġ żieda fil-finanzjament pubbliku tar-R&Ż biex tingħata spinta lill-investiment privat u titħeġġeġ il-kollaborazzjoni u li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-finanzjament pubbliku, speċjalment fil-Programmi ta’ Qafas tal-UE, hija prerekwiżit għaż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-industrija; |
|
40. |
Jirrikonoxxi, madankollu, li biex l-Ewropa tilħaq il-livelli ta’ investiment meħtieġa biex l-innovazzjoni tkun il-forza prinċipali wara t-tkabbir ekonomiku, is-settur privat jeħtieġ iżid il-finanzjament tiegħu fir-R&Ż; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ostakoli li jfixklu lin-negozji Ewropej milli jinvestu livelli ekwivalenti għal dawk tal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom, pereżempju l-Istati Uniti, u biex tieħu l-miżuri adegwati, leġiżlattivi u anki mhux leġiżlattivi, skont il-bżonn; |
|
41. |
Iqis l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti ta’ (bħal is-Sema Nadifa) huma mezz utli ħafna biex jitqassmu l-fondi minn Stati, l-UE u s-settur privat għal proġetti innovattivi b’effett qawwi indirett; jitlob biex il-finanzjament jibqa’ jkun provdut għall-proġetti eżistenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jitlestew, u jqis li huwa essenzjali għal proġetti ġodda li jkunu żviluppati f’setturi li jippromettu (bħall-bijoteknoloġija, in-nanoteknoloġija, l-ispazju, l-enerġija rinnovabbli, mezzi ġodda tat-trasport u materjali ġodda); |
|
42. |
Jitlob għall-użu konsistenti u għat-tisħiħ tal-kompetenzi xjentifiċi u teknoloġiċi fl-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji abilitanti essenzjali (KET); |
|
43. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iskjerament ta’ grupp ta’ esperti ta’ livell għoli biex ifasslu strateġija komuni fuq medda ta’ żmien itwal u pjan ta’ azzjoni għall-KETs, bl-għan li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom; |
|
44. |
Jenfasizza s-suċċess tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF), bħala mod importanti kif jista' jiġi pprovdut finanzjament għar-R&Ż u għall-innovazzjoni permezz tal-BEI, iħeġġeġ bil-qawwi lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli ammont sinifikanti ta’ aktar fondi, inkluż permezz ta’ fondi ta’ rotazzjoni għall-innovazzjoni minn sorsi tal-FEŻR, u biex tippromwovi investimenti privati diretti u mekkaniżmi ta’ investiment innovattivi għal proġetti innovattivi ta’ riskju għoli u dawk li SMEs adattati jistgħu jipparteċipaw fihom; jenfasizza wkoll l-importanza li l-programmi ta’ innovazzjoni jsiru iktar aċċessibbli għall-SMEs billi jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi; |
|
45. |
Jinsab imħasseb dwar l-użu limitat tal-fondi strutturali mill-intrapriżi għall-finanzjament ta’ proġetti innovattivi; iqis li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jiffukaw biex jinfurmaw aħjar lill-intrapriżi dwar il-programmi operattivi u biex jipprovduhom bl-għajnuna kollha meħtieġa fit-twettiq tal-proġetti tagħhom; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel inventarju tal-aqwa prassi fir-rigward tal-mekkanizmi ta’ finanzjament eżistenti u ppjanati, tal-miżuri fiskali u l-inċentivi finanzjarji għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, u jitlob aġġornament u rieżami annwali tal-effikaċja tal-miżuri; |
|
47. |
Jitlob li tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi alternattivi ġodda biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ finanzjament għan-negozji tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs. jikkunsidra li tali miżuri għandhom
u għandu jkollhom l-għamla tal-istrumenti li ġejjin:
|
|
48. |
Jirrikonoxxi l-problema tal-UE li għandha anqas innovaturi ewlenin żgħażagħ fis-setturi tar-R&Ż ta’ intensità għolja, speċjalment tal-bijoteknoloġija u l-internet; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jitħeġġeġ l-iżvilupp tagħhom billi jiġu indirizzati l-ostakli speċifiċi li jiffaċċjaw f’setturi ġodda u billi jiġu sorveljati mill-qrib swieq emerġenti innovattivi, billi jadattaw it-taħlita ta’ strumenti tal-politika għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; |
|
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq ambjent favorevoli lill-intrapriżi fil-fażijiet tal-bidu u tal-ispin-offs, permezz ta’ servizzi dedikati li jgħinu lil intraprendituri żgħażagħ jegħlbu l-ostakli li tradizzjonalment fixklu d-dħul tagħhom f’attivitajiet ġodda ta’ produzzjoni (ostakli infrastrutturali, aċċess għall-informazzjoni, spejjeż tas-servizzi, ġestjoni tal-proprjetà intellettwali); |
|
50. |
Jitlob fl-aħħar nett lill-UE tagħti rispons għall-frammentazzjoni tas-suq Ewropew tal-kapital ta’ riskju billi tippreżenta skema tal-UE biex tistabbilixxi fondi pan-Ewropej; |
|
51. |
Jenfasizza l-fatt li investiment fir-R&Ż u fl-innovazzjoni jista’ jsir permezz ta’ inċentivi nazzjonali tat-taxxa u ta’ aċċess għal finanzjament speċjalizzat, pereżempju għal kapital ta’ riskju; |
|
52. |
Jitlob għal aktar stimulazzjoni ta’ teknoloġiji għal żvilupp sostenibbli kif sar bit-tnedija tal-pjan ta’ azzjoni ETAP bl-insiġ flimkien ta’ strateġiji għar-riċerka, l-ambjent u l-ekonomija, u jitlob għal pjan ta’ segwitu ambizzjuż għall-ETAP, fejn ir-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-industrija jgħaqqdu l-isforzi tagħhom, u jiltlob biex jiġi allokati riżorsi finanzjarji adegwati għall-implimentazzjoni tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa biex jiżdied il-finanzjament għall-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (il-Pjan SET); |
|
53. |
Jitlob biex l-industrija tkun involuta fl-ekoinnovazzjoni biex tagħti spinta lill-potenzjal tal-impjiegi tagħha; jieħu nota, f'dan ir-rigward li, l-għoti ta’ informazzjoni lill-intrapriżi - dwar opportunitajiet ta’ negozju ġodda - se jkun kruċjali għas-suċċess ta’ strateġija mmirata għall-iżvilupp ta’ ekonomiji li jużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti u ta’ industriji sostenibbli; |
|
54. |
Jissuġġerixxi li għandha tingħata attenzjoni wkoll lil forom oħra ta’ finanzjament biex isostnu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi billi jinġabu flimkien diversi partijiet interessati f’livelli differenti (Ewropej, nazzjonali u lokali), kif ukoll biex isir użu minn firxa ta’ għodod inklużi sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u kapital ta’ riskju; |
|
55. |
Jitlob li attenzjoni partikolari għandha tingħata għas-sostenn tal-innovazzjoni fl-użu effettiv u sostenibbli tal-materja prima; |
|
56. |
Ifakkar li l-akkwist pubbliku, li jirrappreżenta 17 % tal-PGD fl-UE annwalment, għandu rwol importanti għas-suq uniku Ewropew u biex jistimula l-innovazzjoni; jinnota li pajjiżi l-kompetituri bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti ffissaw objettivi ambizzjużi għall-akkwist ta’ prodotti innovattivi u ambjentali; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jissimplifikaw u jtejbu r-regoli nazzjonali u tal-UE għall-akkwist pubbliku fejn meħtieġ u b'konformità mar-regoli dwar trasparenza, il-kompetizzjoni ġusta u non-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq informazzjoni dwar il-possibbilitajiet eżistenti għall-involviment ta’ kriterji innovattivi u sostenibbli f'offerti pubbliċi skont regoli tal-akkwist tal-UE attwali b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020 u biex tippromwovi l-użu ta’ dawn il-possibbilitajiet; jenfasizza li huwa essenzjali li tiġi żgurata r-reċiproċità tal-aċċess għas-swieq esterni tal-akkwist pubbliku, sabiex in-negozji tal-UE jkunu jistgħu jikkompetu b’kundizzjonijiet ġusti internazzjonalment; |
|
57. |
Jirrimarka li l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali jistgħu jipprovdu mbuttatura inizjali deċiżiva għas-swieq il-ġodda f’dawk li huma teknoloġiji innovattivi u ekoloġiċi filwaqt li jtejbu l-kwalità u l-effikaċja tas-servizz pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkomunikaw aħjar lill-awtoritajiet pubbliċi l-possibilitajiet eżistenti għall-akkwist prekummerċjali; |
|
58. |
Iqis li l-importanza tal-akkwist pubbliku fl-istimular ta’ bażi industrijali innovattiva ma għandhiex tiġi sottovalutata; jistieden f’dan ir-rigward lill-Istati Membri tal-UE jisfruttaw il-potenzjal kollu tal-akkwist prekummerċjali bħala mutur tal-innovazzjoni u bħala għodda biex tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku, bl-effett li jiġu identifikati u stimulati b’mod effikaċi s-swieq ewlenin għan-negozju Ewropew; |
|
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid fl-isforzi tagħha kontra t-trasferiment tal-għarfien mill-UE lejn id-dinja kollha, b’mod partikolari lejn iċ-Ċina, li ħafna drabi ma tirreċiprokax; |
Riżorsi
|
60. |
Iqis li t-tkabbir ekonomiku jista’ u għandu jkun indipendenti minn żieda fl-użu tar-riżorsi; |
|
61. |
Huwa konvint li ż-żieda ċara fl-effiċjenza tar-riżorsi fir-rigward tal-materja prima, awżiljarja u provvista tal-materjal qed isaħħu l-pożizzjoni kompetittiva mondjali tal-industrija Ewropea, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex, abbażi tal-Komunikazzjoni tagħha dwar strateġija għar-riżorsi (COM (2005)0670), tipproponi politika tal-UE ambizzjuża dwar l-effiċjenza tar-riżorsi bħala prijorità, permezz ta’ pjan ta’ azzjoni jew, jekk meħtieġ, f'Direttiva dwar l-effiċjenza tar-riżorsi. jikkunsidra li dan ifisser li:
|
|
62. |
Jenfasizza li d-disponibbiltà tal-materja prima, b'mod partikolari ta’ riżorsi strateġiċi u elementi skarsi, hija ta’ importanza fundamentali għall-possibilitajiet ta’ żvilupp tal-industrija Ewropea, u għaldaqstant, il-Kummissjoni qed titħeġġeġ biex tippreżenta strateġija komprensiva u ambizzjuża dwar il-materja prima fl-ewwel sitt xhur tal-2011, li ma għandhiex tkun limitata biss għal “materja prima kruċjali” kif definita mill-Kummissjoni tal-UE u għandha tinkludi:
|
|
63. |
Huwa tal-opinjoni li politika għall-industrija teħtieġ, l-ewwel u qabel kollox, li jiġu bbilanċjati mill-ġdid l-azzjonijiet tal-enerġija favur politika bbażata fuq id-domanda, li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tissepara t-tkabbir ekonomiku mill-użu tal-enerġija; iqis b’mod partikolari li t-trasport u l-industriji tal-kostruzzjoni jridu jsegwu politika attiva dwar l-iffrankar tal-enerġija u jiddiversifikaw għal sorsi sostenibbli, li ma jniġġsux u ta’ enerġija sikura, u li politika dwar l-industrija għandha tgħin biex jinħolqu kundizzjonijiet tas-suq li jistimulaw iffrankar akbar ta’ enerġija u investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, biex tiġi sfruttata skala wiesgħa ta’ enerġiji rinnovabbli kif ukoll teknoloġiji ewlenija għall-mobbiltà tal-ħażna tal-enerġija (l-aktar it-trasport pubbliku); |
|
64. |
Huwa konvint li, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-investiment, l-industrija teħtieġ politika tal-enerġija fit-tul ambizzjuża iżda realistika li: tiggarantixxi prezzijiet tal-enerġija kompetittivi u sikurezza fil-provvista tal-provvista tal-UE, tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, tinkoraġġixxi l-effiċjenza u l-iffrankar fil-produzzjoni u l-konsum, tippermetti li l-produzzjoni sseħħ bl-anqas emissjonijiet dannużi possibbli, u timpedixxi l-faqar tal-enerġija u l-ħruġ tal-karbonju; jinnota li ċ-ċertezza legali, kundizzjonijiet ta’ qafas stabbli, investiment xieraq u aktar armonizzazzjoni għas-suq intern tal-enerġija huma fatturi ewlenija li jiffavorixxu l-bidla għall-produzzjoni u l-provvista ta’ enerġija mingħajr karbonju u l-iffrankar tal-ispejjeż tal-industrija; jenfasizza li l-infrastruttura għal network ta’ enerġija trans-Ewropea, li tinkludi t-tisħin u tieħu wkoll vantaġġ mill-infrastrutturi ta’ network diġitali u tat-trasport, għandha tiġi mġedda u estiża f’waqtha u b’mod kosteffettiv u għandhom jiġu promossi l-grids intelliġenti u l-meters, b’mod partikolari bil-għajnuna ta’ finanzjament mill-Bank Ewropew għall-Investiment |
|
65. |
Jenfsizza l-importanza għas-settur tal-karozzi Ewropej li jieħu l-inizjattiva fl-iżvilupp u l-produzzjoni ulterjuri tal-karozzi elettriċi; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward biex tiżgura, mhux aktar tard mill-2011, kundizzjonijiet ta’ qafas għall-iżvilupp ta’ vetturi elettriċi, l-aktar dawk marbuta mal-istandardizzazzjoni tal-infrastrutturi u t-teknoloġiji taċ-ċarġing li jiggarantixxu l-interoperabilità u s-sikurezza tal-infrastrutturi; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati għall-approvazzjoni ta’ vetturi elettriċi, b’mod partikolari rigward is-saħħa u s-sikurezza, kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-utenti finali; |
|
66. |
Ifakkar il-potenzjal kbir tal-ħolqien ta’ impjiegi u l-benefiċċji tar-roħs fil-prezzijiet li t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija mistenni jġib; jikkunsidra li l-adozzjoni ta’ miżuri inklużi miri, standards u mekkaniżmi tal-livelli ta’ referenza li jiżguraw li t-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija għandha għalhekk tikkonsolida l-inizjattivi fis-setturi industrijali kollha; |
|
67. |
Jappella għal innovazzjonijiet fis-settur tal-kura tas-saħħa u dak soċjali sabiex l-industriji ma jiffaċċjawx nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol u spejjeż ogħla tax-xogħol fid-deċennji li ġejjin; |
|
68. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija li jistgħu joffru t-teknoloġiji intelliġenti; |
|
69. |
Jemmen li hemm bżonn ta’ politika li ttejjeb is-sostenibbiltà tas-sistemi u l-infrastruttura tat-trasport permezz ta’ tali miżuri bħala teknoloġiji aktar effiċjenti, interoperabilità, soluzzjonijiet innovattivi għal mobbiltà iżda wkoll politiki ta’ provvista lokali biex jiġi żgurat li ktajjen ta’ provvista jkunu jistgħu jiffunzjonaw b’sistemi ta’ loġistika aktar sostenibbli u b’anqas spejjeż tal-operat; |
|
70. |
Jemmen li teknoloġiji moderni tal-ICT jipprovdu potenzjal kbir għall-innovazzjonijiet fl-appoġġ tas-sostenibilità u l-eko-effiċjenza, p.e. l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji billi jitpoġġew saffi addizzjonali ta’ intelliġenza fuq saffi fiżiċi biex tinkiseb ġestjoni aktar effiċjenti tas-sistemi (bħall-provvista tal-ilma u s-sistemi tat-trasport); jenfasizza l-ħtieġa li jkunu disponibbli standards miftuħin tal-ICT għal tali soluzzjonijiet; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex titlob standards miftuħin u l-partijiet interessati biex imexxu l-iżvilupp ta’ standards miftuħin xierqa fl-appoġġ għall-effiċjenza tar-riżorsi; |
|
71. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun hemm biżżejjed persunal tekniku u tas-sengħa; iqis għalhekk li jeħtieġ aktar investiment fil-qasam tal-edukazjoni u t-taħriġ; Jinsisti li jsir kull sforz biex jimtela l-vojt ikkawżat min-nuqqas ta’ persuni mħarrġa fil-livelli kollha sabiex jiġu promossi l-kwalifiki tal-ħaddiema u aktar interess mill-gradwati żgħażagħ fl-industrija. Dan għandu jinkludi, fost affarijiet oħra:
|
|
72. |
jenfasizza l-bżonn li jitħeġġeġ l-aċċess taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol permezz ta’ perjodi ta’ prattika mħallsin b'mod ġust u apprendistat ta’ kwalità;' |
|
73. |
Iqis li huwa importanti għall-ġejjieni ekonomiku, soċjali u ekoloġiku tal-Unjoni li ż-żgħażagħ ikunu jafu dwar il-livell għoli ta’ edukazzjoni speċjalizzata u ġenerali meħtieġa, fir-rigward tal-impjiegi ġejjiena tagħhom fl-industrija; |
|
74. |
Jenfasizza li n-nuqqas relattiv ta’ persuni lesti li jaħdmu bħala intraprendituri għal rashom jista’ jingħeleb permezz tal-ħolqien ta’ ambjent aktar favorevoli għal min jibda jwettaq attività bħala intraprenditur, aktar skemi integrati ta’appoġġ, bħal pereżempju l-proġett ENTRE:DI u programmi konkreti, bħal pereżempju “Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ”; |
|
75. |
Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tesplora sorsi ġodda ta’ finanzjament għall-proġetti kbar Ewropej ta’ infrastruttura u jappoġġja l-ħolqien ta’ proġett ta’ bond tal-UE f’kollaborazzjoni mal-Bank Ewropew ta’ Investiment; |
Kompetizzjoni ġusta
|
76. |
Huwa konvint mill-bżonn li l-istrumenti tas-suq intern jitqiegħdu għas-servizz tal-politika industrijali Ewropea sabiex jiġi promoss id-dħul fix-xena ta’ “Kampjuni Ewropej” kbar li jistabbilixxu standards fis-setturi ta’ attività tagħhom, bħal Galileo jew SESAR; jistieden lill-UE biex ma timponix limiti asimmetriċi b’mod eċċessiv fuq in-negozji tagħha mqabblin ma’ dawk li jeżistu fil-pajjiżi terzi; |
|
77. |
Jenfasizza l-ħtieġa biex l-UE tiżgura għan-negozji tagħha aċċess reċiproku għall-kuntratti pubbliċi meta tinnegozja ftehimiet bilaterali u multilaterali ma’ pajjiżi terzi, filwaqt li ttejjeb l-effikaċja tal-użu tal-istrumenti ta’ difiża tal-kummerċ mill-SMEs biex jiġġieldu l-prattika tad-dumping monetarju, soċjali u ekoloġiku, il-piraterija, il-kontrafazzjoni u l-ikkupjar illegali; |
|
78. |
Jistieden lill-UE, biex bħall-Kanada, l-Istati Uniti, iċ-Ċina jew il-Ġappun, tobbliga indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għal ċerti prodotti impurtati minn pajjiżi terzi sabiex ir-rekwiżiti ta’ kwalità u sikurezza rigward it-traċċabilità tapplika għalihom kif ukoll għal dawk manifatturati fl-UE; |
|
79. |
Huwa tal-opinjoni li, biex tiġi kkonsolidata l-industrija Ewropea u, b’mod partikolari, titjieb il-kompetittività tal-kumpaniji fi ħdan l-ekonomija dinjija, huwa meħtieġ li jiġu introdotti d-dispożizzjonijiet Ewropej rigward il-marka tal-oriġini (Magħmul fi); jikkunsidra li dan jagħmilha possibbli għall-pubbliku u għall-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati u jinkoraġġixxi l-produzzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li f’ħafna każijiet għandha reputazzjoni għal standards ta’ kwalità u produzzjoni għolja; |
|
80. |
Iqis li ftehim multilaterali dwar il-klima jkun l-aħjar strument biex inaqqas l-impatti negattivi marbuta mas-CO2, iżda li hemm riskju li dan mhux se jintlaħaq fil-futur qrib; hu tal-opinjoni, għalhekk, li l-UE għandha tkompli tanalizza l-possibilità li timplimenta, għall-industriji li tabilħaqq huma esposti għall-ħruġ tal-karbonju, strumenti ambjentali adegwati flimkien mal-irkantar tal-kwoti tas-CO2 taħt l-iskema ta’ skambju ta’ emmissjonijiet tal-UE, partikolament ta’ “mekkaniżmu ta’ inklużjoni tal-karbonju”, li huwa konformi mar-regoli tad-WTO, peress li mekkaniżmu ta’ dan it-tip jippermetti li jiġi miġġieled ir-riskju tat-trasferimenti tal-emissjonijiet ta’ CO2 lejn il-pajjiżi terzi; |
|
81. |
Jinsisti li l-UE għandha teżamina l-prattiki ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi qabel tfassal il-politiki tagħha stess, u jistieden b’mod partikolari lill-Kummissjoni tevalwa bħala kriterju l-pożizzjoni kompetittiva internazzjonali tan-negozji Ewropej meta timmonitorja l-għajnuna mill-Istat; |
Kultura sostenibbli għall-industrija
|
82. |
Jenfasizza l-importanza li jinħoloq il- qafas tajjeb għall-industrija biex din tibqa’ fl-Ewropa u li titjieb aktar il-kompetittività dinjija tagħha; jemmen, għalhekk, li l-politiki tal-UE għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet tal-impatt qawwijin li janalizzaw l-angoli kollha tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-politiki tal-UE; |
|
83. |
Jitlob għal inizjattivi tal-UE li jidentifikaw x’jistimula t-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività f’setturi differenti, u wara jitressqu reazzjonijiet u strumenti għal politika tal-UE aktar b'saħħithom, ikkoordinati, teknoloġikament newtrali u bbażati fuq is-suq għal dawk is-setturi, u għandhu jsir użu komplet minnhom; iqis li, għal dawn il-finijiet, leġiżlazzjoni li tkun orjentata lejn il-prodott, bħad-direttiva dwar id-disinn ekoloġiku għandha tiġi applikata bis-sħiħ b'mod kosteffettiv, id-direttiva dwar l-ekotikkettjar ta’ prodotti li jikkunsmaw l-enerġija għandha tkun kompletament implimentata u inizjattivi li jistumulaw l-industrija bħall-“inizjattiva tal-karozzi ekoloġiċi” għandhom jiġu implimetati; f’dan il-kuntest jitlob kampanja fit-tul dwar il-konsum sostenibbli li taħdem favur aktar għarfien u bidla fl-imġiba u b’hekk tappoġġja prodotti u kunċetti ġodda innovattivi; |
|
84. |
Jemmen fil-bżonn li l-Ewropa tinżamm u tissaħħaħ fuq il-mappa industrijali dinjija, speċjalment minħabba li l-opportunitajiet industrijali l-ġodda jirriżultaw minn impenji ta’ investiment tal-UE, pereżempju fl-oqsma tat-tibdil fil-klima u l-enerġija, li se jiftħu opportunitajiet ta’ impjieg f'setturi speċjalizzati ħafna; |
|
85. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintegra b’mod ċar din il-politika industrijali fl-iżvilupp tal-Pjan tar-Rotta għal Ekonomija b’Karbonju Baxx sal-2050, l-inizjattivi industriali tal-pjan SET u l-viżjoni 2050 fil-Pjan tar-Rotta għal Ewropa Effiċjenti fl-użu tar-Riżorsi |
|
86. |
Jitlob il-manutenzjoni u l-estensjoni tal-finanzjament tal-innovazzjoni qrib tas-suq bħall-“Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – (CIP)” attwali; |
|
87. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa għal kontroll sistematiku tal-kwalità ta’ kull leġiżlazzjoni ġdida li tuża l-kriterji li ġejjin:
|
|
88. |
Ifakkar li l-Fond Ewropew għall-Aġġustament tal-Globalizzazzjoni (EGF) sar għodda vitali li tgħin komunitajiet jittrasformaw minn industriji mhux kompetittivi għal oħrajn sostenibbli; jenfasizza li l-EGF għandu jkompli u jekk ikun hemm bżonn, jiġi mwessa’; |
|
89. |
Jitlob għal sforzi aktar qawwija biex jingħelbu d-diffikultajiet attwali u jinħolqu mingħajr dewmien brevett Komunitarju li jipprovdi protezzjoni legali effettiva, u ta’ kwalità għolja bi prezz baxx, u sistema Ewropea armonizzata biex jiġu riżolti tilwimiet dwar il-brevetti, sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għal drittijiet ta’ proprjetà industrijali u intellettwali, biex tissaħħaħ ċ-ċertezza legali u biex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni, filwaqt li l-ispejjeż burokratiċi jinżammu fl-inqas livell possibbli, partikolarment għall-SMEs; jilqa' l-appoġġ kbir tal-Kunsill għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinbeda fl-2011 il-proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa fuq brevett komuni tal-UE; barra minn hekk jitlob għal riforma ta’ metodi ta’ standardizzazzjoni (b'mod partikolari fis-settur tal-ICT) li tinvolvi żvilupp tal-istandards fil-miftuħ, trasparenti, ibbażat fuq il-prinċipju tal-interoperabilità u li jiżgura l-kompetittività tal-industrija Ewropea; iqis li l-promozzjoni ta’ standardizzazzjoni internazzjonali se tissalvagwardja t-tmexxija teknoloġika Ewropea; |
|
90. |
Jirrimarka li t-tlestija tas-suq intern hijaa essenzjali għall-kompetittività u għat-tkabbir tal-industrija Ewropea; jenfasizza li l-industriji Ewropej jeħtieġu qafas adegwat sabiex fih jinħolqu u jiġu żviluppati beni u servizzi fil-livell Ewropew u jesprimi f’dan il-kuntest is-sodisfazzjon tiegħu bil-proposti li jinsabu fl-Att dwar is-Suq Uniku. jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika l-ambitu għall-armonizzazzjoni li ssaħħaħ l-effiċjenza u l-governanza mtejba fil-qafas tal-Att dwar is-Suq Uniku, speċjalment fl-oqsma tal-VAT, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-privattiva tal-UE, l-istandardizzazzjoni globali, it-tikkettjar u l-istandards settorjali speċifiċi; |
|
91. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jassumu rwol aktar proattiv fil-ġestjoni tas-suq uniku, billi jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u jsaħħu t-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u t-tisħiħ tar-regoli tas-suq uniku fil-prattika; jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet permezz ta’ miżuri addizzjonali, bħal pereżempju amministrazzjoni governattiva onlajn aktar effikaċi; |
|
92. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet pubbliċi jappoġġjaw l-iżvilupp tat-teknoloġiji ewlenin u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ standards, peres li huwa kruċjali għall-ħarsien tal-kompetittività industrijali tal-UE u għall-istimular ta’ tkabbir ġdid, u dan japplika b'mod partikolari għall-iżvilupp ta’ standards li jistimulaw l-innovazzjoni fir-rigward tal-isfidi ambjentali u soċjali li qed jitfaċċaw; |
|
93. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs u tal-impriżi artiġġjanali fis-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni, partikolarment f’dawk li huma t-tnaqqis tal-ispiża ta’ aċċess għall-istandards, ix-xandir tal-istandards (permezz tal-pubblikazzjoni ta’ ġabriet qosra) jew l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju; jinsisti fuq ir-rwol ewlieni li għandhom iwettqu l-entitajiet nazzjonali tal-istandardizzazzjoni fil-promozzjoni u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-SMEs u tal-impriżi artiġġjanali fil-proċess ta’ standardizzazzjoni, skont il-prinċipju ta’ “delegazzjoni nazzjonali”; |
|
94. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati l-aspetti li attwalment mhumiex koperti bil-liġi Ewropea tal-brevetti, bħas-“sigrieti tan-negozju”, sabiex l-industrija Ewropea tkun tista’ tgawdi l-benefiċċji ta’ protezzjoni ġenwina tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati ma’ prodotti u proċeduri, fuq l-eżempju tal-Istati Uniti u l-Ġappun; |
|
95. |
Ifakkar li, sabiex tiżdied il-kompetittività u t-tmexxija teknoloġika tal-industrija Ewropea, huwa mixtieq li:
|
|
96. |
Jenfasizza li l-implimentazzjoni vera tas-suq intern għad fiha potenzjal kbir għall-effiċjenza tal-industrija Ewropea u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu mill-aktar fis l-ostakli u l-impedimenti li għad hemm fis-suq intern; |
|
97. |
Jistieden lill-Istati Membri - filwaqt li jinnota li r-ristrutturar huwa r-responsabilità primarja tal-kumpaniji u s-sħab soċjali - jistabbilixxu task forces fuq operazzjonijiet ta’ ristrutturar li jieħu ħsieb il-proċessi ta’ ristruttura u jiżguraw it-tranżizzjoni ekonomika mingħajr diffikulatjiet billi, pereżempju, itejbu l-mobbiltà fis-suq tax-xogħol, it-taħriġ mill-ġdid u miżuri oħra li jistgħu jipprovdu alternattivi innovattivi u sostenibbli kemm għall-impjegati u għad-ditti; jitlob li jiġu intensifikati r-rwol tal-Fondi Strutturali Ewropej u r-riċerka u l-iżvilupp fil-proċessi ta’ ristrutturazzjoni; |
|
98. |
Jappella għal investiment imġedded fil-forza tax-xogħol industrijali Ewropea, b’enfasi qawwija fuq djalogu soċjali settorjali biex jiġu mmaniġġjati l-bidliet strutturali kkawżati mill-globalizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ ekonomija li tkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija; jinkoraġġixxi lis-sħab soċjali f'setturi li fihom l-impjiegi qegħdin imajnaw biex jaffrontaw l-isfidi f'fażi bikrija u biex jappoġġaw kemm il-ħaddiema individwali kif ukoll is-settur matul il-fażi ta’ tranżizzjoni jisħaq fuq l-importanza tas-sigurtà fil-perjodi ta’ tranżizzjoni permezz tal-funzjonament ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, billi din tista' tgħin lill-individwi jgħaddu għal setturi li fihom qegħdin jinħolqu l-impjiegi; |
|
99. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva biex tipproponi appoġġ għat-tranżizzjoni professjonali, biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali, biex tiġi promossa l-Aġenda dwar ix-Xogħol Diċenti tal-ILO, u biex jintużaw il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi tal-UE biex jiġu speċifikati l-garanziji li jridu jingħataw matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull tip ta’ tranżizzjoni professjonali; |
|
100. |
Jitlob li l-Kummissjoni Ewropea jkollha rwol aktar attiv fir-ristrutturar ta’ kumpaniji b’Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet; iqis li l-informazzjoni relevanti kollha għandha tkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun għall-Kummissjoni Ewropea meta tali ristrutturar jitwettaq sabiex hija tkun tista’ taqdi bis-sħiħ ir-rwol tagħha bħala interlokutur Ewropew u koordinatur għall-Istati Membri; iqis li dan ukoll se jpoġġi lill-Kummissjoni f’pożizzjoni aħjar biex tifli u tevalwa kwalunkwe użu tal-għajnuna mill-Istat biex tgħin ir-ristrutturar; |
|
101. |
Jitlob li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jkun evalwat u rriformat sabiex jitħaffef l-aċċess għalih, u biex il-baġit tiegħu jiżdied fil-Perspettiva Finanzjarja li jmiss; jissuġġerixxi barra minn hekk li jiġi stabbilit Fond Ewropew ta’ Aġġustament Ambjentali; |
|
102. |
Jenfasizza li l-kriżi ekonomika globali qed taffettwa r-rati tal-impjiegi fl-Ewropa kollha, b'mod li qed iġġib għall-agħar il-prospetti soċjoekonomiċi tal-UE u żżid id-differenzi reġjonali; f'dan ir-rigward, jenfasizza li l-eżistenza ta’ settur industrijali kompetittiv, diversifikat, ġust u sostenibbli bbażat fuq kollox fuq SMEs effiċjenti u kompetittivi, hi essenzjali għall-futur tal-ħaddiema fl-Ewropa kollha; jirrakkomanda li jiġu żviluppati l-esperjenza u l-kompetenzi ta’ min hu ikbar fl-età biex ikun żgurat li dawn jibqgħu jintużaw mill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar; |
|
103. |
Jirrikonoxxi li jeżistu differenzi reġjonali fl-iżvilupp industrijali, prinċipalment fejn kien hemm proċessi ta’ deindustrijalizzazzjoni fl-Istati Membri l-ġodda, u jitlob li dawn jiġu inkorporati fil-politika industrijali sostenibbli l-ġdida, u l-allokazzjoni ta’ riżorsi mill-Fondi Strutturali sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali; |
|
104. |
Jenfasizza l-importanza kbira tal-SMEs fix-xena industrijali b’mod partikolari fejn jikkonċerna l-ħolqien tal-impjiegi fit-tul fil-livell reġjonali, u fiż-żamma tal-vitalità ekonomika u kreattiva u livell għoli ta’ tkabbir u jistieden lill-Kummissjoni:
|
|
105. |
Huwa tal-opinjoni li d-Direttiva Ewropea dwar l-offerti ta’ xiri trid tiġi riveduta biex tagħti lill-UE l-mezz biex topponi proġetti li jistgħu juru li huma ta’ ħsara – f’termini industrijali, ekonomiċi u soċjali – għall-koeżjoni soċjali u l-istabilità tas-suq intern; huwa tal-opinjoni li l-Unjoni trid tkun kapaċi topponi l-offerti ta’ xiri minn kumpaniji li mhumiex soċjalment responsabbli u/jew jonqsu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ governanza tajba, flimkien mal-offerti ta’ xiri meqjusa f’setturi li l-Istati Membri jqisu li huma strateġiċi, skont l-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea; |
|
106. |
Jitlob li jsir titjib fl-iżvilupp ta’ sħubijiet pubbliċi-privati; |
|
107. |
Huwa tal-fehma li sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020 u l-miri tal-klima u l-enerġija sal-2020, li l-politika ta’ appoġġ settorjali ma għandhiex titqies biss fil-kuntest tal-liġi tal-kompetizzjoni, iżda, fl-interessi tal-Ewropa, għandha tintuża b’mod proattiv, trasparenti u b’regoli ċari għat-tisħiħ tal-innovazzjoni, l-kompetittività u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sostenibbli u waqt ristrutturar industrijali; jopponi skemi speċifiċi nazzjonali ta’ għajnuna mill-Istat li ma jikkonformawx mal-liġi u b'hekk joħolqu kundizzjonijiet mhux ugwali fir-rigward tal-kompetizzjoni; |
|
108. |
Huwa tal-opinjoni li l-politika tal-kompetizzjoni għandha, filwaqt li tirrispetta r-regoli tas-suq intern, tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ politika industrijali ambizzjuża; |
|
109. |
Jenfasizza li l-iżvilupp sostenibbli u ġust fis-settur industrijali jista' jintlaħaq aħjar mill-Istati Membri permezz tal-prinċipju tar-reċiproċità tal-politiki kummerċjali; jinnota li l-istrutturi reġjonali tan-netwerks u r-ragruppamenti kompetittivi m'għandhomx jiġu affettwati b'mod negattiv b'regoli u dispożizzjonijiet kummerċjali li ma jkunux simili li jaffettwaw b’mod partikolari lill-SMEs; |
|
110. |
Jisħaq, kif enfasizzat f’ħafna studji reċenti, li għajnuna settorjali tistimula t-tkabbir fejn ikun kompatibbli mal-preservazzjoni tal-kompetizzjoni fis-setturi kkonċernati, u fejn l-għoti tal-għajnuna jkun akkopjat ma’ mekkaniżmi li jiżguraw li l-proġetti li ma jkunux effettivi ma jirċivux aktar finanzjament; iħeġġeġ li l-għoti ta’ tali għajnuna tkun sistematikament suġġetta għal rekwiżit li l-attivitajiet megħjuna jibqgħu fl-UE għal mill-anqas ħames snin, u għal mill-anqas għaxar snin fil-każ ta’ attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp; |
|
111. |
F’dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-siti Ewropej ta’ negozji għandhom ikunu kapaċi jlaħħqu mal-kompetizzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji abilitanti essenzjali; |
|
112. |
Jemmen li l-kummerċ ħieles jibqa’ l-qofol għat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa u għalhekk jitlob li ftehimiet kummerċjali futuri jitfasslu b’mod li jiffurmaw parti minn strateġija tal-politika industrijali bbażata fuq kompetizzjoni u reċiproċità ġusti u dinjin mis-sħab kummerċjali Ewropej; huwa tal-opinjoni li, sabiex jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, it-tħassib soċjali u ambjentali u l-istandards relevanti għandhom jiġu riflessi fi ftehimiet ta’ kummerċ ħieles; iqis li għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-industriji Ewropej ma jkunux mhedda minn miżuri inġusti, kif qed jiġri bħalissa fl-industrija tal-enerġija mix-xemx; ifakkar li d-djalogi regolatorji ma’ sħab kummerċjali prinċipali għandhom jissaħħu biex jiġu evitati u jitneħħew l-ostakoli għall-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod strett il-leġiżlazzjoni ambjentali, il-politiki fuq ir-rati ta’ kambju, ir-regoli tal-għajnuna mill-istat u programmi ta’ appoġġ oħra adottati minn pajjiżi terzi li jikkompetu mal-UE; jitlob għall-kunsiderazzjoni ta’ strateġija ta’ investiment dirett barrani tal-UE fi swieq emerġenti biex tippermetti aċċess aħjar fi swieq ġodda u l-bini ta’ produzzjoni lokali; |
|
113. |
Iqis li, fil-kuntest multilaterali tal-WTO u ta’ suq trasparenti u regolat b'mod effikaċi, il-politika kummerċjali tal-UE għandha bżonn bażi produttiva effikaċi sostnuta minn politiki settorjali adegwati u intiża għat-tkabbir u għall-iżvilupp sostenibbli; |
|
114. |
Iqis li l-irkupru ekonomiku, appoġġat mid-deċiżjonijiet meħuda mill-UE u f'koordinament mal-Istati Membri, se jiffavorixxi opportunitajiet ġodda għall-impriżi Ewropej li kulma jmur qed jintalbu jikkompetu fi swieq dinjin, miftuħa u trasparenti; |
|
115. |
Iqis ukoll li l-linji gwida għal politika industrijali tal-UE għandhom jinkludu iktar omoġenjità fil-kontrolli tad-dwana, bħala strument neċessarju għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u għall-ħarsien tal-konsumaturi Ewropej; iqis li politika industrijali għandha tiżgura wkoll armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġbir tad-dazji doganali tal-pajjiżi mal-fruntieri tal-UE biex jiġu evitati l-inugwaljanzi u d-dannu għall-interessi tal-importaturi u għall-iżvilupp tan-nisġa industrijali tal-UE;. |
|
116. |
Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-kummerċ ħieles għall-iżvilupp tal-industrija Ewropea; |
|
117. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex il-linji gwida tal-politika industrijali tal-UE jservu bħala bażi għall-istabbiliment ta’ strumenti leġiżlattivi konkreti għall-promozzjoni tal-kummerċ tal-UE; |
|
118. |
Jitlob lill-Kummissjoni mhux biss biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-industrija tal-UE fil-proposti legali tagħha iżda fl-istess ħin tiżgura li l-istess standards ambjentali fir-rigward tal-prodotti li jiġu prodotti fl-Unjoni Ewropea japplikaw ukoll għall-prodotti importati fis-suq uniku tal-UE, u tiffoka mhux biss biex tistabbilixxi dawn ir-regoli iżda biex tħarishom ukoll; |
|
119. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex twassal l-għanijiet stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Ewropa Globali u l-komunikazzjoni li ġejja dwar il-politika kummerċjali, speċjalment minn aċċess għas-suq ġdid ambizzjuż fiċ-Ċiklu ta’ Doha, inklużi l-ftehimiet settorjali, pereżempju l-kimiċi u l-makkinarju; |
|
120. |
Jitlob għall-preservazzjoni ta’ strumenti effettivi għad-difiża tal-kummerċ biex jiffaċċjaw prattiki kummerċjali inġusti, bħall-ipprezzar doppju rigward il-provvista ta’ materja prima u sussidji għall-industrija domestika; |
|
121. |
Jenfasizza li l-ideat u l-kompetenzi tal-impjegati għandhom jintużaw fir-ristrutturar tal- industrija, u għalhekk jinnota li l-konsultazzjoni għandha tkun wiesgħa kemm jista’ jkun; |
|
122. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq qafas legali għal negozjar kollettiv transkonfinali sabiex tikkontribwixxi fl-infurzar ta’ ftehimiet transkonfinali u biex tindirizza l-isfidi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-kundizzjonijiet ta’ impjieg u t-taħriġ; |
|
123. |
Jenfasizza l-ħtieġa li meta tkun qed tiġi fformulata u implimentata politika industrijali fl-UE li tkun prevista l-kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet li taħthom jintremew b'mod permanenti prodotti ta’ skart industrijali, speċjalment prodotti ta’ skart industrijali tossiku, sabiex jiġi żgurat li l-iskart industrijali ma jsirx piż ambjentali, ekonomiku u soċjali fuq il-komunitajiet kemm fi ħdan l-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi; |
|
124. |
Jasserixxi li sorveljanza effikaċi tas-suq fis-suq intern kollu hija ta’ importanza kruċjali għall-ħarsien tal-industrija Ewropea kontra l-kompetizzjoni inġusta; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tressaq proposti ambizzjużi bil-ħsieb li tiġi rriformata s-sistema attwali tas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li jiġi msaħħaħ ir-rwol tal-UE fil-koordinament tal-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mis-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali, u filwaqt li jiġi aċċertat li riżorsi adegwati jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha; |
|
125. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-istrateġija ta’ Regolamentazzjoni Aħjar u ttejjeb l-governanza tas-suq uniku, b'mod partikolari billi toħloq skemi ta’ “punt uniku fejn tinqeda minn kollox” u l-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet amministrattivi transkonfinali onlajn, filwaqt li tikkunsidra l-ħtiġijiet partikolari tal-SMEs; |
|
126. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-espansjoni, fi żminijiet ta’ kriżi, tal-ekonomija s-sewda u l-attivitajiet mhux iddikjarati hija element importanti fid-distorsjoni tal-kompetizzjoni; jitlob lill-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-ġlieda kontra dan il-fenomenu; |
|
127. |
Jenfasizza l-importanza tal-kontributi tal-ħaddiema għaż-żieda fit-tkabbir ekonomiku u l-progress; |
Industriji speċifiċi
|
128. |
Huwa konvint li, b’mod parallel ma’ approċċ orizzontali, inizjattivi speċifiċi settorjali għandhom jiġu llanċjati sabiex jiġu promossi aktar il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività u s-sostenibbiltà ta’ setturi industrijali individwali, il-katini tal-provvista u servizzi assoċjati tagħhom permezz ta’ qsim tal-prattika tal-aqwa każ, iffissar tal-istandards, l-għoti ta’ punti ta’ referenza u għodda simili ħfief għat-tfassil tal-politika; jitlob:
|
|
129. |
Huwa tal-opinjoni li l-politika industrijali tal-UE għandha tkun ibbażata wkoll fuq proġetti konkreti li jġibu benefiċċji tanġibbli lin-negozji u liċ-ċittadini Ewropej, bħal pereżempju l-proġetti GMES, Galileo u ITER; |
|
130. |
Jirrimarka li l-industrija Ewropea kulma jmur aktar qed issir tiddependi mis-servizzi għall-impriżi u li għalhekk jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil kull rabta prinċipali fil-katina tal-produzzjoni; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu, f’dan il-kuntest, bir-rieda li wriet il-Kummissjoni li tagħti importanza akbar lil dawn l-interdipendenzi; |
|
131. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jsir progress rapidu fil-kapitolu tal-interkonnessjoni tal-impriżi Ewropej bħala mezz ta’ kif jiġu ggarantiti t-trasparenza u l-affidabilità tat-tagħrif kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi; |
|
132. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-industrija tat-turiżmu fl-UE, li hi d-destinazzjoni turistika ewlenija fid-dinja, u f’ċerti reġjuni fejn tirrappreżenta l-attività ekonomika prinċipali; jappoġġa l-istrateġija tal-Kummissjoni biex tagħti spinta lill-kompetittività tal-industrija tat-turiżmu permezz ta’ miżuri marbuta mal-kwalità, is-sostenibbiltà u t-tisħiħ tal-immaġni tal-Ewropa bħala destinazzjoni turistika; |
|
133. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta l-pjanijiet ta’ direzzjoni u l-konklużjonijiet żviluppati f’approċċi industrijali speċifiċi; jemmen li dawn il-pjanijiet ta’ direzzjoni jipprovdu industrija b’ċertezza tal-ippjanar fit-tul u huma għodda ta’ valur biex tibqa' kompetittiva; |
Responsabbiltà
|
134. |
Huwa tal-fehma li l-industrija u l-partjiet interessati Ewropej għandhom iżidu l-investimenti u l-impenji korporattivi, soċjali u ambjentali tagħhom u għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżviluppaw kundizzjonijiet ta’ qafas favorevoli; jemmen li l-industrija għandha żżomm l-investimenti u l-produzzjoni fl-Ewropa, għandha tikkonsolida l-isforzi tagħha stess tar-riċerka, u tistinka biex ikun hemm tkabbir sostenibbli, innovazzjoni u impjiegi b'rimunerazzjoni ġusta; jemmen li l-industrija għandha rwol fl-iżvilupp ta’ kultura ġdida tal-kwalifiki billi toffri opportunitajiet tajbin għal taħriġ ta’ kwalità għolja, aktar innovazzjonijiet sostenibbli għall-prodotti u l-proċessi u għandha tidħol fi sħubijiet strateġiċi fl-Ewropa meta dan ikun possibbli; |
|
135. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu kunċetti ġodda ta’ medjazzjoni għall-monitoraġġ u l-bini ta’ infrastrutturi ġodda u biex jimplimentawhom bil-għan li jissaħħaħ l-involviment taċ-ċittadini, sabiex isiru possibbli bla dewmien infrastrutturi meħtieġa għat-tiġdid sostenibbli tal-bażi industrijali (pereżempju netwerks “intelliġenti”, turbini tar-riħ, rotot ferrovjarji ġodda); |
|
136. |
Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-kriżi ekonomika dinjija wriet b’mod ċar il-ħtieġa għall-kumpaniji biex jaġixxu b’diliġenza dovuta f’konformità sħiħa mal-prinċipji tas-CSR fir-rigward tal-governanza korporattiva tajba kif ukoll ir-rispett tal-eċċellenza ambjentali u soċjali; |
Reġjuni
|
137. |
Jenfasizza li l-istrutturi reġjonali jagħtu kontribut importanti għat-tisħiħ tal-industrija fl-Ewropa; iqis li r- raggruppamenti kompetittivi u netwerks ta’ innovazzjoni (negozji, universitajiet, ċentri ta’ riċerka, servizzi ta’ teknoloġija, istituti ta’ taħriġ, eċċ.) u r-rabtiet bejn kumpaniji (katini ta’ valur miżjud, sinerġiji) u ma’ atturi oħra huma essenzjali għal deċiżjonijiet ta’ investiment; għal din ir-raġuni, huwa tal-opinjoni li:
|
|
138. |
Jagħraf il-kontribut tal-industrija Ewropea għall-viżjoni ta’ koeżjoni soċjoekonomika u territorjali u jqis li industrija b’saħħitha hija kundizzjoni indispensabbli għat-tkabbir ekonomiku u l-istabbiltà soċjali tar-reġjuni Ewropej; |
|
139. |
Jitlob, għalhekk, li jiġu sfruttati u msaħħa b’mod ikkunċertat il-kompetenzi xjentifiċi u teknoloġiċi diġà disponibbli fir-reġjuni, partikolarment fil-qasam tat-teknoloġiji fundamentali, u biex issir aktar enfasi fuq il-politiki tar-ragruppamenti; |
|
140. |
Jindika: li l-implimentazzjoni progressiva tal-infrastrutturi diġitali u t-teknoloġiji innovattivi xierqa hi element strateġiku biex tiżdied il-kompetittività tar-reġjuni u l-industriji tal-UE; li s-settur tal-ICT jiżvolġi rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-produttività tas-setturi industrijali l-oħra; li l-infrastrutturi moderni tal-komunikazzjoni b’kapaċità għolja ta’ trażmissjoni għandhom jiġu istallati l-aktar fir-reġjuni b'anqas servizzi; u li din il-miżura tista’ tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-investiment pubbliku u privat, u, b'mod sinjifikanti, tgħin fit-titjib tal-kwalità tal-litteriżmu diġitali tal-impriżi; |
*
* *
|
141. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0223.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0209.
(3) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 65.
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/154 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
Il-liġi dwar il-midja fl-Ungerija
P7_TA(2011)0094
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-liġi tal-media fl-Ungerija
2012/C 199 E/17
Il-Parlament Ewropew
|
— |
wara li kkunsidra Artikoli 2, 3, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 49, 56, 114, 167 u 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) dwar ir-rispett u l-promozzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, partikolarment il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni u d-dritt għall-pluralizmu tal-media, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva – DSMA), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar il-Libertà tal-Istampa tal-25 ta’ Mejju 2009, id-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar il-pluraliżmu tal-media fl-Istati Membri tal-UE (SEC(2007)0032), għall-'metodu fi tliet stadji dwar il-pluraliżmu fil-media' definit mill-Kummissjoni, u għall-istudju indipendenti li sar f'isem il-Kummissjoni u ntemm fl-2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta’ April 2004 dwar ir-riskji tal-vjolazzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni fl-Unjoni Ewropea u partikolarment fl-Italja (1), tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar il-konċentrazzjoni u l-pluraliżmu fil-media fl-Unjoni Ewropea (2), u fis-7 ta’ Settembru 2010 dwar il-ġurnaliżmu u l-media l-ġdida – il-ħolqien ta’ sfera pubblika fl-Ewropa (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni, il-mistoqsijiet parlamentari mressqa u d-dibattiti li saru fil-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Ottubru 2009, dwar il-libertà tal-informazzjoni fl-Italja, u fit-8 ta’ Settembru 2010, u d-diskussjonijiet li saru fil-laqgħa konġunta tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (il-Kumitat LIBE) u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (il-Kumitat CULT) fis-17 ta’ Jannar 2011 dwar il-liġi tal-media Ungeriża, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kumitat LIBE li l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tintalab toħroġ rapport komparattiv annwali fuq is-sitwazzjoni dwar il-libertà tal-media, il-pluraliżmu u l-governanza indipendenti fl-Istati Membri tal-UE, inklużi indikaturi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, partikolarment Artikoli 5(2), 7, u 11 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq il-valuri tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif jistipola l-Artikolu 2 tat-TUE, u konsegwentement tiggarantixxi u tippromwovi l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, kif minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 10 tal-KEDB, u tirrikonoxxi l-valur legali tad-drittijiet, ial-libertajiet u il-prinċipji kif tistqarrhom il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tat prova tagħhom ukoll bl-adeżjoni tagħha fil-KEDB, li għaliha l-libertà tal-media u l-pluraliżmu huma prerekwiżiti fundamentali, u billi dawn id-drittijiet jinkludu l-libertà li wieħed jesprimi fehmietu u l-libertà li wieħed jirċievi u jikkomunika l-informazzjoni mingħajr ma l-awtoritajiet pubbliċi jikkontrollawh, ifixkluh jew jagħfsuh, |
|
B. |
billi l-pluraliżmu tal-media u l-libertà jibqgħu kwistjonijiet ta’ tħassib serju f'għajnejn l-UE u l-Istati Membri, l-aktar fl-Italja, fil-Bulgarija, fir-Rumanija, fir-Repubblika Ċeka u fl-Estonja, kif uriet biċ-ċar il-kritika reċenti fuq il-liġi tal-media u t-tibdiliet kostituzzjonali maħruġa fl-Ungerija bejn Ġunju u Diċembru 2010 li tkellmu fuqhom organizzazzjonijiet internazzjonali, bħalma huma l-OSKE u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, minn għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali ta’ ġurnalisti, edituri u pubblikaturi, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili, u Stati Membri u l-Kummissjoni, |
|
C. |
billi l-Kummissjoni wriet xi tħassib u talbet tagħrif mill-Gvern Ungeriż dwar il-konformità tal-liġi tal-media Ungeriża mad-DSMA u mal-acquis communautaire ġenerali, l-aktar għal dak li għandu x'jaqsam mal-obbligu ta’ rappurtar bilanċjat applikabbli għal dawk kollha li jipprovdu servizzi tal-media awdjoviżiva, u wkoll qajmet dubju dwar jekk dik il-liġi qagħditx mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jekk irrispettatx id-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni minqux fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini u r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni, u billi l-Gvern Ungeriż wieġeb billi ta aktar tagħrif u billi beda l-proċess tal-emendar tal-liġi biex jindirizza l-punti li qajmet il-Kummissjoni, |
|
D. |
billi l-OSKE esprimiet tħassib serju dwar l-ambitu tal-liġijiet Ungeriżi (ambiti materjali u territorjali), il-libertà tal-espressjoni u r-regolazzjoni tal-kontenut, il-ħatra ta’ persuna waħda responsabbli mill-media nazzjonali u mill-awtorità tat-telekomunikazzjoni (4), il-konformità mal-prinċipji li jirregolaw ix-xandir ta’ servizz pubbliku, filwaqt li indikat li l-leġiżlazzjoni l-ġdida dgħajfet il-pluraliżmu tal-media, neħħiet l-indipendenza politika u finanzjarja tal-media ta’ servizz pubbliku u kkonsolidat il-fatturi negattivi għall-media ħielsa fuq tul ta’ żmien, u li l-Awtorità tal-Media u l-Kunsill tal-Media kienu poltikament omoġenji (5) u eżerċitaw kontroll politiku u governattiv pervażiv u ċentralizzat fuq il-media kollha; billi aktar tħassib inkluda l-pieni sproporzjonati u estremi imposti b'raġunijiet dibattibbli u mhux definiti, in-nuqqas ta’ proċedura ta’ sospensjoni awtomatika tal-pieni f'każ ta’ rikors lill-qrati kontra deċiżjoni tal-Awtorità tal-Media, il-vjolazzjoni tal-prinċipju tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ġurnalistiċi u l-protezzjoni tal-valuri tal-familja, |
|
E. |
billi jikkondividi l-preokkupazzjonijiet serji li esprimiet l-OSKE dwar il-kompożizzjoni politikament omoġenja tal-Awtorità tal-Media u l-Kunsill tal-Media, il-qafas taż-żmien, it-tħaddim ta’ kontroll politiku u governattiv pervażiv u ċentralizzat fuq il-media kollha, il-fatt li l-fatturi l-iktar problematiċi tal-leġiżlazzjoni jmorru kontra l-OSKE u l-istandards internazzjonali dwar il-libertà tal-espressjoni, pereżempju permezz tas-soppressjoni tal-indipendenza politika u finanzjarja tal-media ta’ servizz pubbliku, l-ambitu tar-regolazzjoni (materjali u territorjali), u d-deċiżjoni li termini ewlenin jibqgħu mhux definiti, b'tali mod li l-ġurnalisti jsibuha impossibbli li jagħrfu meta jkunu qed jiksru l-liġi, |
|
F. |
billi l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa stieden l-awtoritajiet Ungeriżi biex, meta jkunu qed jirrevedu l-liġi tal-media, iqisu l-istandards tal-libertà tal-espressjoni u tal-pluraliżmu tal-media tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kumitat tal-Ministri u tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, u, partikolarment, l-istandards obbligatorji tal-KEDB u l-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; billi rrefera għall-użu ta’ definizzjonijiet mhux ċari li huma miftuħa għall-miżinterpretazzjoni, għat-twaqqif ta’ makkinarju regolatorju li huwa politikament żbilanċat b'poteri sproporzjonati u li mhuwiex suġġett bis-sħiħ għas-superviżjoni ġudizzjarja, għat-theddid lejn l-indipendenza tal-media tas-servizz pubbliku, u għat-tħassir tal-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti; billi enfasizza wkoll il-ħtieġa li l-persuni kollha interessati, inklużi l-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, ikunu jistgħu jieħdu sehem b'mod sinifikanti fir-reviżjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, li tirregola aspett daqstant fundamentali għat-tħaddim ta’ soċjetà demokratika (6), |
|
G. |
billi, fit-tieni opinjoni maħruġa fil-25 ta’ Frar 2011, il-Kummissajru għad-Drittijiet tal-Bniedem jirrakkomanda “reviżjoni sħiħa” tal-pakkett Ungeriż tal-liġi tal-media, bil-ħsieb, inter alia, li terġa' tiddaħħal leġiżlazzjoni preċiża li tippromwovi media pluralista u indipendenti, u ssaħħaħ il-garanziji li l-mekkaniżmi regulatorji tal-media jkunu indipendenti mill-influwenza politika (7); billi jkompli jiddikjara li l-media fl-Ungerija trid tkun kapaċi twettaq ir-rwol tagħha bħala għassiesa f'soċjetà demokratika pluralista u li, sabiex dan twettqu, l-Ungerija għandha timxi bl-impenji tagħha bħala Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tuża kemm tiflaħ l-għarfien espert ta’ dik l-organizzazzjoni fl-oqsma tal-libertà tal-espressjoni u tal-indipendenza tal-media u l-pluraliżmu, |
|
H. |
billi l-liġi tal-media Ungeriża għandha tiġi konsegwentement sospiża b'urġenza u rreveduta skont il-kummenti u l-proposti tal-Kummissjoni, tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa, sabiex ikun żgurat li hija tiġi taqbel perfettament mal-liġi tal-UE u mal-valuri u l-istandards Ewropej għal dak li għandu x'jaqsam mal-libertà tal-media, il-pluraliżmu u l-governanza indipendenti tal-media, |
|
I. |
billi, minkejja li l-Parlament ripetutement tenna l-istediniet tiegħu biex issir direttiva fuq il-libertà tal-media, il-pluraliżmu u l-governanza indipendenti, il-Kummissjoni sal-lum iddawret fuq il-proposta, li issa saret dejjem iktar meħtieġa u urġenti, |
|
J. |
billi l-kriterji ta’ Kopenħagen għas-sħubija fl-UE rigward il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni, kif stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen f'Ġunju 1993, għandhom jinżammu mill-Istati Membri kollha tal-UE u jkunu infurzati b'leġiżlazzjoni relevanti tal-UE, |
|
K. |
billi, fil-paragrafi 45 u 46 tal-ġudizzju tagħha fil-kawżi konġunti C-39/05 P u C-52/05 P, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-aċċess għall-informazzjoni jippermetti li ċ-ċittadini jieħdu sehem aktar mill-qrib fil-proċess deċiżjonali, u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi minn leġittimità ikbar u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli lejn iċ-ċittadin f'sistema demokratika, u li huwa “prekondizzjoni għat-tħaddim tad-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini”, |
|
1. |
Jistieden lill-awtoritajiet Ungeriżi jreġġgħu għal li kienet l-indipendenza tal-governanza tal-media u jwaqqfu l-interferenza mill-istat fuq il-libertà tal-espressjoni u “r-rappurtar bilanċjat”, u jemmen li regolazzjoni żejda fuq il-media hija kontroproduttiva, u tipperikola l-pluraliżmu effettiv fl-isfera pubblika; |
|
2. |
Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet Ungeriżi biex iġibu l-liġi Ungeriża tal-media f'konformità mat-Trattati u l-liġi tal-UE, u l-bidu tal-proċess tal-emendar fuq livell nazzjonali; |
|
3. |
Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tolqot tliet punti biss marbutin mal-implimentazzjoni tal-acquis communautaire mill-Ungerija u n-nuqqas ta’ kwalunkwe referenza għall-Artikolu 30 tad-DSMA, li b'effett tagħha tillimita l-kompetenza tal-Kummissjoni stess biex tifli kemm l-Ungerija tkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali meta tiġi biex timplimenta l-liġi tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina l-konformità tal-Ungerija mal-arranġamenti ta’ responsabbiltà stipulati fid-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku u t-traspożizzjoni tal-Ungerija tad-deċiżjonijiet ta’ qafas tal-UE dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (2008/913/ĠAI) u dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (2008/919/ĠAI), li tinkludi referenzi għal-libertà tal-espressjoni u tidwir mar-regoli tal-libertà tal-media; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli s-sorveljanza mill-qrib u l-valutazzjoni tal-konformità tal-liġi tal-media Ungeriża kif emendata skont il-leġiżlazzjoni Ewropea, b'mod partikolari mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; |
|
5. |
Jistieden lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jinvolvu lil dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mar-reviżjoni tal-liġi tal-media u dik tal-Kostituzzjoni, li hija l-bażi ta’ soċjetà demokratika mibnija fuq l-istat tad-dritt, b'kontrolli xierqa u b'bilanċi li jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali tal-minoranza kontra r-riskju tat-tirannija tal-maġġoranza; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni, skont l-Artikolu 265 tat-TFUE, billi qabel tmiem is-sena tipproponi inizjattiva leġiżlattiva skont l-Artikolu 225 tat-TFUE dwar il-libertà tal-media, il-pluraliżmu u l-governanza indipendenti, biex b'hekk tegħleb l-inadegwatezzi tal-qafas leġiżlattiv tal-UE fuq il-media, billi tuża l-kompetenzi tagħha fl-oqsma tas-suq intern, il-politika awdjoviżiva, il-kompetizzjoni, it-telekomunikazzjonijiet, is-sussidji mill-Istat, l-obbligi ta’ servizz pubbliku u d-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna residenti fit-territorju tal-UE, bil-ħsieb li tiddefinixxi tal-anqas l-istandards minimi essenzjali li l-Istati Membri kollha għandhom jilħqu u jirrispettaw fil-leġiżlazzjoni nazzjonali biex jiżguraw, jiggarantixxu u jippromwovu l-libertà tal-informazzjoni u livell xieraq ta’ pluraliżmu tal-media u governanza indipendenti tal-media; |
|
7. |
Jistieden lill-awtoritajiet Unġeriżi biex ikomplu jirrevedu l-liġi tal-media skont il-kummenti u l-proposti tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, l-OSKE u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Ministri u tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, u l-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u f'każ li jsibu li ma taqbilx mal-ittra jew mal-ispirtu tat-Trattati jew mal-liġi tal-UE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jew il-KEDB, jirrevokaw il-liġi u ma japplikawhiex jew ma japplikawx dawk l-elementi tagħha li jinstab li jkunu inkompatibbli; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-OSKE. |
(1) ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 1026.
(2) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 85.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0307.
(4) Analiżi u valutazzjoni ta’ pakkett ta’ leġislazzjoni u abbozzi ta’ leġislazzjoni Ungeriżi dwar il-midja u t-telekomunikazzjonijiet, imħejji minn Dr Karol Jakubowicz għall-OSKE.
(5) Ittra tal-14 ta' Jannar 2010 mir-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media lill-President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern.
(6) http://www.coe.int/t/commissioner/News/2011/110201Hungary_en.asp.
(7) https://wcd.coe.int/wcd/ViewDoc.jsp?id=1751289.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/158 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
Il-Viċinat tan-Nofsinhar, u b'mod partikolari l-Libja, inklużi l-aspetti umanitarji
P7_TA(2011)0095
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar, u l-Libja b'mod partikolari
2012/C 199 E/18
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGA) tal-1 ta’ Marzu 2011 li bl-unanimità tissospendi s-sħubija tal-Libja fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1970/2011 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) tat-26 ta’ Frar 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2011 li timplimenta r-riżoluzzjoni tal-UNSC u li timponi miżuri restrittivi addizzjonali fuq dawk responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni S-15/2 tal-UNHRC adottata fil-25 ta’ Frar 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sospensjoni fit-22 ta’ Frar 2011 tan-negozjati dwar Ftehim ta’ Qafas UE-Libja, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet reċenti dwar il-Libja u dwar l-Afrika ta’ Fuq mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libja, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Libja (1), u r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2011 li tippreċiża kundizzjonijiet kritiċi rigward in-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Qafas UE-Libja (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 u l-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-protokoll tagħha dwar it-twaqqif ta’ Qorti Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, ratifikati mil-Libja fis-26 ta’ Marzu 1987 u fid-19 ta’ Novembru 2003 rispettivament, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi dimostrazzjonijiet ta’ dan l-aħħar f'bosta pajjiżi Għarab tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani sejħu għal tmiem tar-reġimi awtoritarji u għal riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali, libertà, demokrazija u kundizzjonijiet tal-għajxien aħjar għan-nies ordinarji; billi l-protesti massivi f'bosta pajjiżi Għarab urew li reġimi mhux demokratiċi u awtoritarji ma jistgħux jiggarantixxu stabbiltà kredibbli u li l-valuri demokratiċi huma ċentrali għas-sħubijiet ekonomiċi u politiċi, |
|
B. |
billi protesti kontra r-reġim Libjan bdew fil-belt ta’ Benghazi fil-15 ta’ Frar 2011 u nfirxu mal-pajjiż kollu, sa ma waslu Al-Bayda, Al-Quba, Darnah u Az-Zintan, filwaqt li d-dimostranti ħadu f'idejhom il-kontroll ta’ bosta bliet, b'mod partikolari fil-Lvant tal-Libja, |
|
C. |
billi d-dimostranti sfaw attakkati bi vjolenza liema bħalha mir-reġim ta’ Gaddafi, li uża l-forzi armati Libjani, milizji, merċenarji u ġellieda barranin biex ixejjen il-protesti bil-vjolenza, inkluż bl-użu indiskriminat ta’ maxingans, tiraturi magħżula, ajruplani u elikotteri tal-gwerra kontra ċ-ċivili; billi dan wassal għal żieda qawwija ħafna tal-għadd ta’ mwiet u għal għadd kbir ta’ nies li sfaw miġruħa u arrestati, |
|
D. |
billi r-reazzjoni vjolenti u brutali tar-reġim kontra l-popolazzjoni Libjana wasslet mhux biss biex bosta suldati fil-pajjiż għaddew għan-naħa l-oħra fil-ġlieda, imma wkoll għar-riżenja ta’ membri tar-reġim, |
|
E. |
billi skont l-UNHRC aktar minn 200 000 ruħ ħarbu mil-Libja lejn it-Tuneżija, l-Eġittu u n-Niġer f'dawn l-aħħar ġranet u mijiet ta’ eluf ta’ rifuġjati u ħaddiema barranin oħra qed iħabbtu wiċċhom ma’ taqbida ddisprata biex jaħarbu l-kunflitt jew joħorġu mil-Libja; billi dan qed joħloq emerġenza umanitarja li tirrikjedi reazzjoni rapida tal-UE, |
|
F. |
billi wara l-adozzjoni mill-UNHRC, bi qbil komuni, ta’ riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja fil-15-il Sessjoni Speċjali fil-25 ta’ Frar 2011, li tikkundanna vjolazzjonijiet gravi u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja u tinnota li wħud minnhom jistgħu jitqiesu bħala delitti kontra l-umanità, l-UNGA fit-2 ta’ Marzu 2011 iddeċidiet li tissospendi s-sħubija tal-Libja fil-UNHRC, kif irrakkomanda l-istess UNHRC, |
|
G. |
billi b'reazzjoni għar-Riżoluzzjoni tal-UNSC tas-26 ta’ Frar 2011 dwar il-Libja, li ddikjarat li l-każ għandu jitressaq quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), il-Prosekutur tal-ICC fit-3 ta’ Marzu 2011 vara investigazzjoni dwar l-allegati delitti kontra l-umanità li twettqu fil-Libja, fost oħrajn minn Muammar al-Gaddafi u membri tar-reġim; billi r-Riżoluzzjoni 1970 tal-UNSC timponi embargo tal-armi fuq il-pajjiż, projbizzjoni tal-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi fuq il-familja Gaddafi u r-reġim u fl-istess ħin tawtorizza lill-Istati Membri kollha tan-NU li jieħdu taħt idejhom u jiddisponu minn materjal relatat mal-miltar, |
|
H. |
billi d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2011 timponi miżuri restrittivi addizzjonali, b'mod partikolari projbizzjoni tal-viża u ffriżar tal-assi, kontra dawk li huma responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fil-Libja, u b'hekk timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-UNSC tas-26 ta’ Frar 2011 dwar il-Libja, |
|
I. |
billi bosta mexxejja dinjija mindu beda l-irvell ripetutement talbu lill-Kurunell Gaddafi biex jirriżenja, |
|
J. |
billi fit-22 ta’ Frar 2011 il-Lega Għarbija ssospendiet il-Libja u fit-3 ta’ Marzu 2011 s-Segretarju Ġenerali tagħha ddikjara li l-Lega, jekk ikompli għaddej il-ġlied fil-Libja, tista' tappoġġa żona ta’ projbizzjoni tat-titjir fuq il-Libja b'koordinazzjoni mal-Unjoni Afrikana, |
|
K. |
billi, fi stqarrija bid-data tal-5 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Nazzjonali Tranżizzjonali ad Interim (ITNC) jitlob lill-komunità internazzjonali “taqdi l-obbligi tagħha li tipproteġi l-poplu Libjan min kull ġenoċidju u delitti kontra l-umanità ulterjuri u dan bla intervent militari dirett fuq it-territorju Libjan”, |
|
L. |
billi, b'effett mit-22 ta’ Frar 2011, l-UE ssospendiet in-negozjati li kienu għaddejjin dwar il-Ftehim ta’ Qafas UE-Libja flimkien ma’ kull kuntratt ta’ kooperazzjoni mal-Libja, |
|
M. |
billi l-UE għandha interess vitali f'Afrika ta’ Fuq ta’ demokrazija, prosperità, stabbiltà u paċi; billi l-avvenimenti li seħħew dan l-aħħar fil-Libja, l-Eġittu u t-Tuneżija enfasizzaw il-ħtieġa urġenti ta’ riforma tal-politika barranija tal-UE rigward ir-reġjun tal-Meditterran, |
|
N. |
billi l-Kunsill Ewropew straordinarju li se jiltaqa' l-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2011 mistenni jeżamina bir-reqqa r-rapport tar-Rappreżentant Għoli u dak tal-Kummissjoni dwar l-adattament rapidu tal-istrumenti tal-UE kif ukoll ir-rapport tar-Rappreżentant Għoli dwar l-appoġġ għall-proċessi ta’ tranżizzjoni u trasformazzjoni, |
|
1. |
Jesprimi s-solidaretà tiegħu mal-poplu Libjan, u b'mod partikolari maż-żgħażagħ Libjani li kienu huma li taw spinta favur id-demokrazija u t-tibdil tar-reġim, juri r-rispett tiegħu quddiem il-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħhom u jappoġġa bil-qawwa l-aspirazzjonijiet demokratċii, ekonomiċi u soċjali leġittimi tagħhom; |
|
2. |
Jikkundanna bil-qawwa kollha l-vjolazzjonijiet sfaċċati u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, u b'mod partikolari r-ripressjoni vjolenti ta’ dimostranti paċifiċi favur id-demokrazija, ġurnalisti, u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mir-reġim ta’ Gaddafi; jiddeplora bil-kbir il-ħafna qtil li rriżulta u l-għadd kbir ta’ miġruħa; jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; jikkundanna l-inċitament espliċitu għall-ostilità kontra l-popolazzjoni ċivili fl-istqarrijiet magħmula minn Muammar al-Gaddafi u ibnu Saif al-Islam, l-ogħla rappreżentanti tar-reġim; |
|
3. |
Jitlob it-tmiem immedjat tar-reġim dittatorjali brutali tal-Kurunell Gaddafi u jistiednu jirriżenja minnufih biex ma jħallix li jixtered aktar demm u jħalli sseħħ fis-sliem tranżizzjoni politika; jistieden lill-awtoritajiet Libjani jwaqqfu l-vjolenza minnufih u jippermettu riżoluzzjoni paċifika tas-sitwazzjoni, bi qbil ma’ dak li jistenna leġittimament il-poplu Libjan; jistieden lill-awtoritajiet Libjani jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali umanitarja, itemmu kull restrizzjoni tal-libertà tal-espressjoni, inkluż permezz l-internet, u jagħtu aċċess immedjat għall-pajjiż lil osservaturi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u lill-midja barranin; |
|
4. |
Jappoġġa bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni 1970 tal-UNSC li tikkundanna l-vjolazzjonijiet gravi u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja u jitlob li l-kwistjoni tinġieb quddiem l-ICC, filwaqt li jimponi embargo tal-armi fuq il-pajjiż u projbizzjoni tal-ivvjaġġar u ffriżar tal-beni għall-familja ta’ Muammar al-Gaddafi; jenfasizza li dawk li jwettqu attakki kontra n-nies ċivili huma individwalment kriminalment responsabbli skont il-liġi internazzjonali, li jeħtiġilhom jinġiebu quddiem il-ġustizzja u li ma jista' jkun hemm l-ebda impunità; jappoġġa bil-qawwa l-varar mill-Prosekutur tal-ICC ta’ investigazzjoni dwar l-allegati delitti kontra l-umanità mwettqa minn Muammar al-Gaddafi u membri tar-reġim tiegħu; |
|
5. |
Jinnota li l-UE kienet l-ewwel li implimentat is-sanzjonjiet imposti mill-UNSC u li l-miżuri tal-UE jisbqu dawn is-sanzjonijiet, minħabba li jimponu oħrajn separati; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li tipprojbixxi l-kummerċ mal-Libja f'tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna, kif ukoll l-estensjoni tal-lista ta’ persuni koperti bl-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni tal-viża; jitlob li l-effikaċja tas-sanzjonijiet tkun ivvalutata bla waqfien; |
|
6. |
Jenfasizza li l-miżuri kollha għandhom iħaddnu l-assi Libjani kollha, inklużi l-fondi sovrani ġestiti mill-Awtorità Libjana tal-Investimenti; jitlob li l-iffriżar tal-assi jinkludi d-dħul mill- bejgħ taż-żejt u l-gass; jitlob lill-Kunsill u lill-Istati membri jikxfu d-dettalji kollha tal-assi kollha li jiġu ffriżati; jilqa' f'dan il-kuntest, diskussjonijiet dwar sanzjonijiet ulterjuri tal-UE, inkluż l-iffriżar tal-assi ta’ kumpaniji Libjani b'rabtiet mar-reġim ta’ Gaddafi; |
|
7. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2011 li tipprojbixxi l-forniment ta’ armi, munizzjon u materjal relatat lil-Libja; jitlob lill-Kunsill jivverifika, f'dak ir-rigward, jekk inkisirx il-Kodiċi tal-Kondotta tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi u jadotta miżuri stretti bil-għan li dan il-kodiċi jiġi rrispettat bis-sħiħ mill-Istati Membri kollha; jitlob lir-Rappreżentant Għoli tesplora l-possibiltà li l-embargo jiġi infurzat bl-użu ta’ assi tal-avjazzjoni u navali tal-PSDK; |
|
8. |
Jappoġġa bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-UNHRC li jibgħat kummissjoni ta’ inkjesta internazzjonali u indipendenti fil-Libja biex tinvestiga vjolazzjonijiet tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll id-deċiżjoni tal-UNGA tat-2 ta’ Marzu 2011 li tissospendi s-sħubija tal-Libja fil-UNHRC; |
|
9. |
Jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jieħdu kull miżura possibbli biex jiżolaw għalkollox lil Gaddafi u r-reġim tiegħu, sew nazzjonalment kif ukoll internazzjonalment; |
|
10. |
Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jaqdu r-Responsabbiltà ta’ Protezzjoni tagħhom, biex isalvaw in-nies ċivili Libjani minn attakki armati fuq skala kbira; jirrimarka li għaldaqstant l-ebda possibbiltà pprovduta fil-Karta tan-NU ma tista' tkun eliminata; jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri jkunu lesti għal deċiżjoni tal-UNSC dwar miżuri ulterjuri, inkluża l-possibbiltà ta’ żona ta’ projbizzjoni tat-titjir bil-għan li r-reġim ma jitħalliex jieħu fil-mira l-popolazzjoni ċivili; jenfasizza li kwalunkwe miżura deċiża mill-UE u l-Istati Membri tagħha għandha tkun f'konformità ma’ mandat tan-NU u tissejjes fuq koordinament mal-Lega Għarbija u mal-Unjoni Afrikana, u b'hekk tinkoraġġixxi liż-żewġ organizzazzjonijiet biex imexxu l-isforzi internazzjonali; |
|
11. |
Jistieden lill Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għal politika estera u tas-sigurtà tistabbilixxi relazzjonijiet mal-Kunsill Nazzjonali Interim ta’ Tranżizzjoni Libjan sabiex tibda l-proċess sabiex tagħmilhom uffiċjali, biex tiġi inkoraġġita t- tranżizzjoni lejn id-demokrazija, tiżgura l-involviment ta’ spettru wiesa' ta’ rappreżentanti tas-soċjetà Libjana u tagħti aktar setgħa lin-nisa u lill-minoranzi fil-proċess ta’ tranżizzjoni, u jistedinha tappoġġa l-ITNC fiż-żona lliberata ħalli tnaqqas il-pressjoni fuq il-popolazzjoni lokali u taqdi l-ħtiġijiet umanitarji bażiċi ta’ dawk in-nies, inkluża l-assistenza medika; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-UE tikkontribwixxi għar-riformi demokratiċi u għat-twaqqif ta’ istituzzjonijiet tal-istat ta’ dritt fil-Libja billi tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta’ midja ħielsa u ta’ organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili; b'mod partikolari partiti politiċi demokratiċi, sabiex ikunu jistgħu jsiru elezzjonijiet demokratiċi fil-ġejjieni; |
|
13. |
Huwa mħasseb ħafna dwar il-kriżi umanitarja li qed tikber, hekk kif 200 000 migrant qed jaħarbu l-vjolenza fil-Libja, filwaqt li bosta minnhom jibqgħu weqfin fil-fruntiera bejn il-Libja u t-Tuneżija u oħrajn ma jistgħux jitħallew f'kampijiet tar-refuġjati fit-Tuneżija, l-Eġittu u n-Niġer; jistieden lill-awtoritajiet Libjani tal-lum u tal-ġejjieni biex jagħtu aċċess għall-pajjiż lil organizzazzjonijiet umanitarji u jiggarantixxu s-sikurezza ta’ persunal umanitarju; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi finanzjarji u umani kollha meħtieġa biex jappoġġaw operazzjoni umanitarja internazzjonali soda, filwaqt li jgħinu lill-UNHCR u aġenziji umanitarji rilevanti oħra biex jipprovdu l-protezzjoni u l-assistenza ta’ emerġenza lil dawk kollha li jeħtiġuhom; jilqa' l-miżuri meħuda u l-fondi li nħarġu s'issa mill-Kummissarju Georgieva u mill-ECHO kif ukoll l-għajnuna umanitarja pprovduta minn xi Stati Membri biex jilqgħu għal din l-isfida; jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex jipprovdu trasport bl-ajru u bil-baħar biex jgħinu lill-migranti, lill-persuni li qed ifittxu ażil u lir-refuġjati mil-Libja jerġgħu lura f'pajjiżhom jew imorru joqogħdu f'pajjiż ġdid, skont il-liġi internazzjonali u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea, u biex jipprovdu appoġġ finanzjarju b'risposta għall-appell konġunt tal-UNHCR-IOM (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni), li nħareġ fit-3 ta’ Marzu 2011; |
|
15. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri kollha meħtieġa, inlużi riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati, ikunu implimentati biex jiggarantixxu lil l-UE tkun tista' tirreaġixxi adegwatament fil-każ ta’ kwalunkwe ċaqliq migratorju tal-massa, skont l-Artikolu 80 tat-TFUE; |
|
16. |
Ifakkar li fl-Istrateġija Konġunta UE-Afrika tal-2007, mexxejja tal-UE u tal-Afrika wiegħdu li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li assi miksuba illegalment, inklużi fondi, jiġu investigati u jintbagħtu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaġixxu skont il-Konvenzjoni Kontra l-Korruzzjoni u f'konformità magħha, sabiex jiżguraw li l-assi ffriżati jingħataw lura lill-poplu Libjan fil-futur; jenfasizza li azzjoni koordinata min-naħa tal-UE hija meħtieġa biex timplimenta l-iffriżar tal-assi miżmuma mill-familja Gaddafi u assoċjati magħrufa fl-Ewropa jew f'istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej li joperaw fi kwalunkwe rifuġju fiskali, u b'hekk tiżgura li l-banek tal-UE josservaw ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta’ kwalunkwe fondi potenzjalment illeċiti trasferiti mil-Libja; |
|
17. |
Jenfasizza li attivitajiet merċenarji huma theddida għall-paċi internazzjonali u s-sigurtà u delitt kontra l-umanità u għaldaqstant għandhom jitwaqqfu; jitlob lill-Kunsill u lir-Rappreżentat Għoli biex joħorġu twissijiet sodi li jiskoraġġixxu lil kwalunkwe gvern milli jibgħat merċenarji, persunal militari jew tagħmir militari b'appoġġ għar-ripressjoni tal-poplu Libjan mir-reġim ta’ Gaddafi; |
|
18. |
Jilqa' t-tlaqqigħ ta’ Kunsill Ewropew straordinarju dwar l-iżviluppi fil-Libja u fil-Viċinat tan-Nofsinhar fil-11 ta’ Marzu 2011; jitlob lir-Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri jfasslu strateġija komprensiva u koerenti għar-risposta umanitarja u politika għas-sitwazzjoni fil-Libja; |
|
19. |
Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tibda t-tħejjijiet għall-involviment tal-UE fil-Viċinat tan-Nofsinhar u għall-appoġġ favurih, b'referenza speċifika għall-iżvilupp tal-istat tad-dritt, governanza tajba u prerekwiżiti kostituzzjonali u elettorali għal demokrazija stabbli, pluralistika u paċifika fir-reġjun; jistieden lir-Rappreżentant Għoli tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti rilevanti kollha ta’ finanzjament estern; |
|
20. |
Huwa tal-fehma li l-bidliet revoluzzjonarji fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofasni għamluha ċara li l-impatt pożittiv tal-UE u l-kredibbiltà tagħha fit-tul f'dak ir-reġjun se jiddependu mill-kapaċità tagħha li twettaq politika barranija komuni koerenti li tkun imsejsa fuq il-valuri u żżomm biċ-ċar mal-forzi demokratiċi l-ġodda; itenni t-talba tiegħu biex l-UE tirrivedi l-politika tagħha ta’ appoġġ tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem sabiex toħloq mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni għall-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem f'kull ftehim ma’ pajjiżi terzi; |
|
21. |
Jerġa' jtenni t-talba tiegħu li jkun involut mill-qrib fix-xogħol tat-task force stabbilita biex tikkoordina r-reazzjoni tal-UE għall-kriżi fil-Libja u fi mkejjen oħra tar-reġjun tal-Mediterran; |
|
22. |
Jenfasizza mill-ġdid li l-avvenimenti fil-Libja, u f'pajjiżi oħra tar-reġjun, ħarġu fid-dieher il-ħtieġa urġenti tal-iżvilupp ta’ politiki u strumenti aktar ambizzjużi u effikaċi, u tat-tisħiħ tal-bażi baġitarja tagħhom, b'tali mod li jinkoraġġixxu u jappoġġaw riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE; jenfasizza li r-rieżami strateġiku tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) li jinsab għaddej jeħtieġlu jirrifletti żviluppi attwali fl-Afrika ta’ Fuq u joħroġ b'metodi ġodda u mtejba biex jinqdew il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-popli tar-reġjun; jinsisti li r-rieżami tal-ENP jeħtieġlu jipprijoritizza kriterji relatati mal-indipendenza tal-ġudikatura, ir-rispett għal-libertajiet fundamentali, il-pluraliżmu u l-libertà tal-istampa kif ukoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jitlob li jkun hemm koordinament aħjar mal-politiki oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi involuti; |
|
23. |
Japprova l-fehma li l-Unjoni Għall-Mediterran jeħtiġilha tadatta ruħha għall-era l-ġdida u ċ-ċirkostanzi l-ġodda u tirrifletti u taġixxi fuq l-avvenimenti ta’ dan l-aħħar, biex tressaq proposti dwar kif tippromwovi bl-aħjar mod id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri tagħha u fir-reġjun, inkluż fil-Libja, kif ukoll dwar riformi possibbli ħalli tqawwi r-rwol tagħha u tagħmlu aktar koerenti u effikaċi; |
|
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lill-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lil-Lega tal-Istati Għarab, lill-Unjoni Afrikana, lill-Unjoni għall-Mediterran, lill-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien tal-Libja u lill-Kunsill Nazzjonali Tranżizzjonali ad Interim. |
(1) Test adottati, P7_TA(2010)0246.
(2) Test adottati, P7_TA(2011)0020.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/163 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
L-approċċ tal-UE rigward l-Iran
P7_TA(2011)0096
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar l-approċċ tal-UE rigward l-Iran (2010/2050(INI))
2012/C 199 E/19
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet perċedenti tiegħu dwar l-Iran, inklużi r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Settembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b'mod partikolari l-każijiet ta’ Sakineh Mohammadi Ashtiani u Zahra Bahrami (1), dik tal-10 ta’ Frar 2010 dwar is-sitwazzjoni fl-Iran (2), u dik tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar l-Iran (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICECR), il-Patt dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali u l-Patt dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li l-Iran hi firmatarja tagħhom ilkoll, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Uniti tal-Amerika (USA) tat-8 ta’ Frar 2010 li tistieden lill-Gvern Iranjan iwettaq l-obbligi tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton (minn hawn 'il quddiem ir-“Rappreżentant Għoli”) tal-24 ta’ Settembru 2010 dwar “rimarki xokkanti u inaċċettabbli” magħmula mill-President Iranjan Mahmoud Ahmadinejad waqt l-Assemblea Ġenerali tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-UE dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa adottata waqt il-Kunsill Ewropew ta’ Tessalonika tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 u l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa tal-10 ta’ Diċembru 2003, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta’ Settembru 2010 tal-kelliem tar-Rappreżentant Għoli li tikkundanna l-attakk bil-bombi f'Mahabad, l-Iran, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (ESS) bit-titolu “Nipprovdu Sigurtà f'Dinja li Qed Tinbidel”, adottat mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tat-22 ta’ Settembru 2010 f'isem l-E3+3 dwar soluzzjoni negozjata bikrija għall-kwistjoni nukleari Iranjana, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tat-12 ta’ Awwissu 2010 f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sentenza mogħtija lil 7 mexxejja Baha'i, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-16 ta’ Lulju 2010 tal-kelliem tar-Rappreżentant Għoli li tikkundanna l-attakk fl-Iran, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 2010 dwar aċċess liberu għall-informazzjoni fl-Iran, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-eżekuzzjonijiet imminenti fl-Iran, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tat-12 ta’ Ġunju 2010 f'isem l-Unjoni Ewropea dwar “is-sitwazzjoni gravament iddeterjorata tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran mill-elezzjonijiet Presidenzjali ta’ Ġunju 2009 'l hawn”, |
|
— |
wara li kkunsidra d-data miċ-Ċentru tal-Istatistika tal-Iran dwar iż-żieda fir-rata tal-qgħad tal-Iran fir-rebbiegħa tal-2010 għal 14,6 %, fejn l-għadd ta’ nies qiegħda hu stmat li hu ta’ 'l fuq minn 3,5 miljun ruħ, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li l-Iran hija firmatarja tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) u bħala tali impenjat ruħha li tabbanduna l-akkwist ta’ armi nukleari u hija marbuta legalment li tiddikjara l-attivitajiet nukleari tagħha kollha, inkluż il-materjal nukleari, u tqegħidhom fis-salvagwardja tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), |
|
— |
wara li kkusidra d-dikjarazzjoni tal-IAEA tas-27 ta’ Settembru 2005 li tgħid li l-Iran ma kenitx qed tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-NPT, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li s-sospensjoni tal-arrikkiment u rekwiżiti oħra ġew affermati suċċessivament f'sitt riżoluzzjonijiet (1696, 1737, 1747, 1803, 1835 u 1929) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bħala prekondizzjonijiet biex id-drittijiet tal-Iran skont l-NPT jerġgħu jiġu kif kienu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-IAEA Yukiya Amano fir-rapport tiegħu ta’ kull tliet xhur lill-Bord tal-Gvernaturi fit-18 ta’ Frar 2010 li l-“Iran mhix qed timplimenta r-rekwiżiti li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Bord tal-Gvernaturi u tal-Kunsill tas-Sigurtà”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-IAEA għal ftehim biex ikun pprovdut fjuwil nukleari lir-Reattur ta’ Riċerka f'Teħran bi skambju għal uranju b'arrikkiment baxx mill-istokkijiet tal-Iran, u l-proposta pont sponsorjata mill-gvernijiet tat-Turkija u l-Brażil f'tentattiv biex jibnu l-fiduċja u jiffaċilitaw in-negozjati bejn l-Iran u l-E3+3, kif ukoll bejn l-Iran u l-Grupp ta’ Vjenna, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1929 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) li ddaħħal miżuri restrittivi ġodda kontra l-Iran billi timponi r-raba' rawnd ta’ sanzjonijiet fuq l-Iran minħabba l-programm nukleari tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Iran tas-26 ta’ Lulju 2010 u l-adozzjoni min-naħa tal-Kunsill ta’ ġabra ta’ miżuri restrittivi li għandhom jiġu imposti fuq l-Iran fl-oqsma tal-kummerċ, is-servizzi finanzjarji, l-enerġija u t-trasport, u ta’ regolament li jestendi l-lista ta’ entitajiet u individwi soġġetti għal iffriżar ta’ assi, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sanzjonijiet addizzjonali fuq l-Iran imħabbra mill-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Kanada u l-Awstralja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn li ilu jeżisti tal-Unjoni Ewropea li taħdem għal soluzzjoni diplomatika għall-kwistjoni nukleari Iranjana, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0037/2011), |
|
A. |
billi r-Repubblika Iżlamika tal-Iran (minn hawn 'il quddiem “l-Iran”) qed tiffaċċja sensiela ta’ sfidi ta’ governanza – minn ġlied għall-poter bejn fazzjonijiet rivali fi ħdan l-eliti li qed imexxu l-pajjiż sa sitwazzjoni soċjali u ekonomika ġenerali ħażina li qed tikkawża ħsara kbira, ambjent ta’ sigurtà reġjonali problematika u skuntentizza popolari li qed dejjem tikber fil-pajjiż – li ħafna minnhom huma prodotti li ħoloq ir-reġim Iranjan stess, |
|
B. |
billi l-iżviluppi politiċi fl-Iran wara l-elezzjonijiet presidenzjali kontroversjali ta’ Ġunju 2009, meqjusa minn ħafna bħala li kienu qarrieqa, urew li hemm potenzjal kbir għall-bidla demokratika fil-pajjiż immexxija mill-poplu, bl-azzjoni ta’ attakk immexxija mis-soċjetà vibranti u attiva tagħha, jinnota li r-riformisti saru identifikati bl-aktar mod komuni mal-Moviment l-Aħdar li ssawwar waqt il-protesti tal-massa li seħħew kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Ahmadinejad, |
|
C. |
billi l-forzi tas-sigurtà tal-Iran – il-Gwardji Rivoluzzjonarji, il-milizja Basij u l-pulizija – irreaġixxew b'repressjoni qawwija, bl-arrest arbitrarju ta’ eluf ta’ dimostranti u dissidenti paċifiċi, inklużi studenti u akkademiċi, attivisti tad-drittijiet tan-nisa, trejdjunjonisti, avukati, ġurnalisti, bloggers, kleriċi u difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan ċar li jintimidaw il-kritiċi u joħonqu l-espressjoni tan-nuqqas ta’ qbil; billi l-ġudikatura organizzat proċessi ta’ massa ta’ mijiet ta’ riformisti u attivisti prominenti biex jingħata eżempju bihom, li rriżultaw fl-issentenzjar ta’ xi wħud għal żmien twil il-ħabs u saħansitra għall-mewt, |
|
D. |
billi mindu ġie elett il-President Ahmadinejad fl-2005 l-Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana uża fondi akkumulati mis-snin tmenin biex jixtri intrapriżi u negozji statali li ġew privatizzati permezz tal-Borża ta’ Teheran, |
|
E. |
billi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem tal-Iranjani – id-dritt għall-ħajja, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni u d-dritt għall-ħelsien mill-arrest arbitrarju, mid-detenzjoni u mit-tortura u minn kull forma ta’ diskriminazzjoni – għadhom qed jiġu miksura b'impunità, |
|
F. |
billi l-Iran jinsab fost l-aktar nazzjonijiet fil-Lvant Nofsani mqabbda mal-Internet u t-telekomunikazzjonijiet, u dan jagħmel minnu t-tielet l-ikbar blogosfera fid-dinja wara l-Istati Uniti u ċ-Ċina; billi mhix b'kumbinazzjoni li t-telekomunikazzjonijiet u l-Internet ilhom ikunu interrotti regolarment mill-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2009 'l hawn, |
|
G. |
billi l-Iran għad għandu l-piena tal-mewt u huwa wieħed mit-tliet pajjiżi fid-dinja li jwettqu l-iktar eżekuzzjonijiet; billi l-Iran iżomm ir-rekord għall-ogħla numru ta’ delinkwenti minorenni ġġustizzjati; billi l-Iran għadu japplika l-piena tal-mewt bit-tħaġġir, ħaġa li tmur kontra t-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, |
|
H. |
billi għadd kbir ta’ Iranjani kienu ġġustizzjati għal raġunijiet politiċi, numru bla għadd għadhom il-ħabs, u mijiet ġew sfurzati jaħarbu mill-pajjiż għaliex beżgħu għal ħajjithom u/jew minn ħabs għal żmein indefinit, interrogazzjoni u tortura, |
|
I. |
billi l-korpi għad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran (eż. il-Kummissjoni Iżlamika għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni għall-Artikolu 90) huma alleati mal-Gvern u għadhom fil-biċċa l-kbira insinifikanti, |
|
J. |
billi l-programm nukleari tal-Iranj għandu passat ta’ ħabi, li maż-żmien naqqar il-kredibilità tal-pretensjonijiet tal-Iran li l-programm huwa biss għal skopijiet paċifiċi, |
|
K. |
billi l-Iran għad irid jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont kull riżoluzzjoni tal-UNSC rilevanti, li l-aktar waħda riċenti fosthom hija r-Riżoluzzjoni 1929 (2010), u r-rekwiżiti kollha tal-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA, li jindikaw aċċess sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet mill-Aġenzija għas-siti kollha, għat-tagħmir, għan-nies u għad-dokumenti kollha li jippermettu spezzjoni xierqa tal-iskopijiet nukleari tal-Iran u jkunu jippermettu lill-IAEA twettaq ir-rwol tagħha bħala l-għassiesa nukleari, |
|
L. |
billi xi wħud mill-politiki tal-Gvern Iranjan jippreżentaw theddida għall-istabilità u l-paċi fir-reġjun; billi Iżrael u r-reġjun tal-Golf b'mod partikolari jħossuhom intimidati mir-retorika aggressiva u b'miri speċifiċi tal-Iran, mill-programm nukleari tiegħu li għadu għaddej, u l-appoġġ tiegħu għall-Ħeżbollaħ u l-Ħamas; billi, mill-banda l-oħra l-influwenza stabbilizzanti li l-Iran jista' potenzjalment jiggwadanja mill-ġdid tkun ta’ benefiċċju għar-reġjun kollu kemm hu, sakemm jinnormalizza r-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu, b'mod partikolari mal-ġirien tiegħu, ineħħi darba għal dejjem it-tħassib fir-rigward tal-għanijiet reali tal-programm nukleari tiegħu u jiggarantixxi rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, |
|
M. |
billi l-Iran ospita żewġ ġenerazzjonijiet ta’ rifuġjati Afgani fil-pajjiż, li bbenefikaw minn servizzi bażiċi tas-saħħa u tal-edukazzjoni; billi fl-2010 kien hemm aktar minn miljun Afgan irregistrat residenti fl-Iran; billi l-Iran irċieva biss appoġġ internazzjonali limitat f'dan il-qasam, |
|
N. |
billi l-Iran huwa kklassifikat fost l-iktar tliet pajjżi li għandhom riservi ppruvati kemm ta’ żejt u kemm ta’ gass naturali, |
|
O. |
billi kien hemm approfondiment notevoli tar-relazzjonijiet bejn l-Iran u t-Turkija; billi l-Iran qed juża l-alleati statali u mhux statali tiegħu s-Sirja, il-Ħeżbollaħ u l-Ħamas, kif wkoll il-Fraternità Musulmana, biex jiddestabbilizza r-reġjun, |
|
P. |
billi l-Artikolu IV tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armami Nukleari (NPT) jinnota d-dritt inaljenabbli tal-Partijiet kollha għat-Trattat li jiżviluppaw ir-riċerka, il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija nukleari għal skopijiet ċivili paċifiċi bla diskriminazzjoni u skont l-Artikoli I u II ta’ dak it-Trattat, |
Is-sitwazzjoni interna
|
1. |
Jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni politika interna, b'mod partikolari fir-rigward tad-demokrażija; jinnota wkoll l-aspirazzjonijiet għall-bidla demokratika tal-poplu Iranjan, b'mod partikolari l-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa, u jiddeplora profondament il-fatt li l-Gvern u l-Parlament Iranjan apparentement mhumiex kapċi jwieġbu għat-talbiet ġustifikabbli li jagħmlu bi dritt iċ-ċittadini Iranjani; jenfasizza li l-iskuntentizza popolari bil-Gvern Iranjan bħala riżultat tas-sitwazzjoni soċjoekonomika gravi kkombinata ma’ nuqqas ta’ libertà u ta’ rispett bażiku għad-dinjità umana fi ħdan l-Iran tirrappreżenta l-isfida prinċipali tas-sopravivenza tar-reġim; |
|
2. |
Jenfasizza li l-bidla demokratika ma tistax tkun imposta minn barra jew saħansitra permezz ta’ mezzi militari iżda għandha tinkiseb permezz ta’ proċess demokratiku paċifiku; jesprimi l-ammirazzjoni tiegħu għall-kuraġġ tal-għexieren ta’ eluf ta’ Iranjani li jkomplu jirriskjaw il-karrieri professjonali tagħhom u ħajjithom billi jitolbu għal libertà akbar u għal aktar drittijiet demokratiċi fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran; |
|
3. |
Jirrimarka li, għalkemm il-President Ahmadinejad ġie elett fl-2005 fuq pjattaforma ta’ ġustizzja soċjali u populiżmu ekonomiku, il-problemi domestiċi tal-Iran komplew sejrin għall-agħar minkejja l-fatt li l-prezzijiet taż-żejt telgħu rapidament; jiddeplora, għalhekk, il-għan tas-Sur Ahmadinejad li jappoġġja l-pożizzjoni politika tiegħu f'pajjiżu billi jħaddan aġenda internazzjonali radikali bl-istennija li pożizzjoni akuta u ħarxa kontra l-Punent u kontra Iżrael se ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ tmexxija li għandu l-Iran fid-dinja Musulmana; |
|
4. |
Josserva li movimenti tal-massa Iranjani preċedenti kienu bbażati fuq tfittxija doppja – it-tfittxija għall-benesseri u għal-libertà, u li dawn għadhom wegħdi mhux miżmuma tar-rivoluzzjoni tal-1979; jirrimarka li n-nuqqasijiet ekonomiċi bħalma huma l-inflazzjoni, il-korruzzjoni, ir-rata għolja tal-qgħad, in-nuqqas ta’ enerġija, settur statali ineffiċjenti u l-ħela tal-fondi pubbliċi żdiedu drastikament matul l-aħħar snin; |
|
5. |
Jinnota li l-moviment riformista jkopri firxa ta’ tendenzi intelletwali u aġendi politiċi li jvarjaw minn xewqa għall-modernizzazzjoni gradwali tal-istituzzjonijiet governattivi tal-Iran għall-objettiv tar-rieżami mill-qiegħ u tiswija tar-reġim; |
|
6. |
Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-miljuni ta’ Iranjani li niżlu fit-toroq mindu saru l-elezzjonijiet presidenzjali ta’ Ġunju 2009 bit-tama ta’ bidla politika fl-Iran; |
|
7. |
Jikkundanna bil-qawwa ż-żamma illegali tal-kapijiet tal-oppożizzjoni Iranjani Mir Hossein Mousavi u Mehdi Karroubi flimkien man-nisa tagħhom mill-qawwiet ta’ sigurtà Iranjani u jsejjaħ għall-ħelsien minnufih u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom; jiġbed l-attenzjoni li ż-żamma tagħhom saret bi ksur tal-liġi Iranjana; jikkundanna l-attitudni tal-awtoritajiet Iranjani lejn l-eżerċitar mill-oppożizzjoni tal-jedd leġittimu tagħha li tipprotesta u jiddikjara s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Iranjan fl-aspirazzjonijiet demokratiċi tiegħu; jikkundanna il-wiċċ b'ieħor tal-gvern Iranjan, li uża saħħa żejda, tbeżżigħ u arresti arbitrarji kontra dimostranti paċifiċi b'solidarjetà mal-poplu Eġizzjan fl-14 ta’ Frar 2011, filwaqt li jgħid li jappoġġja l-libertà fl-Eġittu; |
|
8. |
Jirrofta bil-qawwa l-kundanna min-naħa tar-reġim tad-dimostranti u l-opponenti wara l-elezzjonijiet tal-2009 bħala “għedewwa ta’ Allah” (“muharib”), li, skont l-Iżlam, għandhom jirċievu l-eħrex fost il-pieni; jikkonkludi li, filwaqt li matul ir-renju tax-Xah il-kritika tar-reġim kienet titqies bħala delitt, taħt ir-reġim attwali din hija ekwivalenti għal dnub kontra l-Iżlam; |
|
9. |
Iwissi li l-iżvilupp ta’ rwol li kulma jmur qed isir aktar prominenti għall-Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana (KGRI) fis-soċjetà Iranjana, f'dak li hu militari, politiku u ekonomiku, iqajjem biżgħat li l-istat se jkompli jiġi militarizzat aktar; jesprimi t-tħassib l-aktar profond tiegħu għall-fatt li tali tendenzi jista' jagħti l-każ li jirriżultaw f'eskalazzjoni tal-vjolenza u tal-oppressjoni kontra l-opponenti politiċi; |
|
10. |
Jinsab imħasseb serjament dwar ir-rwol maġġuri li twettaq l-Organizzazzjoni tal-Istudenti Basij (OSB) fis-soċjetà Iranjana fil-kontroll u s-soppressjoni tal-espressjoni tan-nuqqas ta’ qbil tal-istudenti, taħt il-kontroll ċentrali tal-KGRI, u jirrimarka li l-moviment studentesk tal-Iran kien wieħed mill-atturi l-aktar prominenti fil-ġlieda għad-demokrazija, il-libertà u l-ġustizzja; |
Id-drittijiet tal-bniedem
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Iran biex item għalkollox kull forma ta’ diskriminazzjoni fil-pajjiż; jinsab inkwetat minħabba d-diskriminazzjoni u r-ripressjoni politika u soċjali li qed tolqot lin-nisa b'mod partikolari fl-Iran; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex jieqfu jiddiskriminaw kontra l-persuni fuq il-bażi tal-orjentament sesswali tagħhom; jiddenunċja l-prattika inumana u medjevali tal-ikkundannar ta’ persuni għall-piena tal-mewt għal offiżi allegati li jappartienu l-għażla tas-sieħeb jew sieħba jew tal-prattiki sesswali; |
|
12. |
Jinsab imkexkex bl-informazzojni, skont ir-rapporti annwali dwar il-piena tal-mewt fl-Iran, li l-għadd ta’ eżekuzzjonijiet fl-2009 kien l-ogħla għal dawn l-aħħar 10 snin, ħaġa li tagħmel lill-Iran il-pajjiż bl-ogħla għadd ta’ eżekuzzjonijiet per kapita fid-dinja; jistieden lill-Iran joħroġ statistika uffiċjali dwar l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt; jistieden lill-Iran jabolixxi definittivament il-piena tal-mewt għal delitti mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena u jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu, li tikser il-konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem li l-Iran irratifika, inkluża l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-ICCPR; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex, f'konformita mar-Riżoluzzjonijiet 62/149 u 63/138 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, jistitwixxu moratoju fuq l-eżekuzzjonijiet fl-istennija tal-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; jenfasizza l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jeżerċitaw pressjoni kostanti fuq l-Iran f'dan ir-rigward; |
|
13. |
Jikkundanna bis-saħħa kollha l-eżekuzzjoni ta’ Zahra Bahrami ta’ nazzjonalità Iranjana-Olandiża li seħħet f'Tehran fid-29 ta’ Jannar 2011; jinsab ixxukkjat li l-awtoritajiet Iranjani ċaħdu l-aċċess konsulari għas-Sa Bahrami u li ma żgurawx proċss trasparenti u ġust; |
|
14. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Iranjani li huma kontra d-diskriminazzjoni razzjali, iżda jenfasizza li l-minoranzi etniċi tal-Iran jilmentaw mis-sottożvilupp ekonomiku tal-provinċji fejn huma fil-maġġoranza; jikkundanna l-attakki terroristiċi numerużi mwettqa mill-Jundullah fis-Sistan u l-Balukistan mit-twaqqif tiegħu fl-2003 'l hawn; fl-istess ħin, jitlob provi konkreti tad-dikjarazzjoni uffiċjali Iranjana li l-Jundullah huwa appoġġjat mis-servizzi tal-intelliġenza Amerikani u Ingliżi; |
|
15. |
Jesprimi l-kosternazzjoni profonda tiegħu gaħll-fatt li l-Iran għadu fost il-ftit pajjiżi, flimkien mal-Afganistan, is-Somalja, l-Arabja Sawdija, is-Sudan u n-Niġerja, li għadhom jipprattikaw it-tħaġġir; jistieden lill-Parlament Iranjan jgħaddi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi din is-sura ta’ piena krudili u inumana; |
|
16. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani iwaqqfu għalkollox, fil-liġi u fil-prattika, kull forma ta’ tortura u trattament jew piena oħra ta’ natura krudili, inumana jew degradanti u jiddefendi l-proċedura dovuta tal-liġi u jwaqqaf għalkollox l-impunità f'każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem; b'mod partikolari, jistieden lill-Parlament u lill-ġudikatura Iranjani biex jabolixxu tali kastigi krudili u inumani, bħalma huma l-amputazzjoni, it-tħaġġir u s-swat bil-frosta, li huma inkonsistenti mal-obbligi internazzjonali tal-Iran; jirrifjuta bis-saħħa kollha l-kunċett promoss mill-awtoritajiet ġudizzjarji Iranjani li tali kastigi huma kulturalment ġustifikati; |
|
17. |
Ifakkar fl-għajtiet ma’ kullimkien – u ġustifikabbli – ta’ “Fejn hu l-vot tiegħi?” mid-dimostranti Iranjani fit-13 ta’ Ġunju 2009 b'referenza għall-konvinzjoni tagħhom li kien hemm frodi mifruxa ħafna fl-elezzjonijiet tal-jum ta’ qabel, li se jibqgħu tebgħa fuq it-tieni mandat tal-President Ahmadinejad; |
|
18. |
Iħossu mkexkex mill-fatt li l-isparar fuq il-folol tad-dimostranti kien meqjus bħala aċċettabbli mill-forzi tas-sigurtà mil-lejl tal-15 ta’ Ġunju 2009 'il quddiem, kif jidher fil-vidjos li nġibdu; jinsab profondament inkwetat minħabba ż-żieda fir-ripressjoni sena wara l-protesti popolari fl-Iran, inkluż rapporti dwar arresti arbitrarji, tortura, trattament ħażin u eżekuzzjonijiet tad-dissidenti politiċi; jikkundanna l-isforzi tal-Gvern Iranjan biex isikket kull oppożizzjoni politika, kif ukoll id-drabi kollha fejn l-Iran ipprova jevita kwalunkwe skrutinju internazzjonali tal-vjolazzjonijiet li seħħew matul il-ferment li qam wara l-elezzjoni; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jippreżentaw lill-awtoritajiet Iranjani lista ddettaljata tal-inċidenti/azzjonijiet vjolenti magħrufa kollha li saru kontra persuni ċivili Iranjani f'dak li seħħ wara l-elezzjoni u jinsistu li ssir investigazzjoni internazzjonali indipendenti u li l-fatti li jinstabu permezz tagħha għandhom jinħarġu fil-pubbliku; |
|
19. |
Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jeħilsu immedjatament lil dawk kollha detenuti talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tagħhom tal-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, u jinvestigaw u jtellgħu l-qorti l-uffiċjali tal-gvern u l-membri tal-forzi tas-sigurtà li huma responsabbli għall-qtil, l-abbuż u t-tortura ta’ membri tal-familja ta’ dissidenti, dimostranti u detenuti; |
|
20. |
Jinsisti li fi kwalunkwe negozjati futuri mal-Iran, ir-Rappreżentant Għoli għandha tagħti l-ogħla prijorità lis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-istrumenti kollha li hemm għad-dispożizzjoni tagħha għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran; iħeġġiġha b'mod partikolari biex tinvinta miżuri addizzjonali fil-kuntest tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem sabiex jiġu protetti b'mod attiv id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-iffaċilitar tal-provvediment ta’ rifuġju għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ aċċess għal riżorsi organizzattivi u pjattaformi ta’ komunikazzjoni hija ta’ importanza partikolari; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw il-Programm Ewropew ta’ Belt ta’ Rifuġju u programmi għall-iżvilupp ta’ miżuri kontra t-teknoloġija tal-interċettazzjoni tal-midja; |
|
21. |
Jiddeplora l-fatt li l-irġiel miżżewġa Iranjani jistgħu jiddikjaraw li r-relazzjonijiet adulteri tagħhom fil-fatt huma żwiġijiet temporanji legali, filwaqt li n-nisa miżżewġin akkużati b’ adulterju ma jistgħu jiksbu proroga b'dan il-mod; jiddeplora wkoll il-fatt li l-Artikolu 105 tal-Kodiċi Penali tar-Repubblika Iżlamika tagħti l-kapaċità lill-imħallef li jagħti sentenza ta’ tħaġġir lil persuna adultera sempliċement fuq il-bażi li huwa “jaf”, kif ukoll il-fatt li l-Iran tipprova tillimita l-għarfien internazzjonali dwar il-brutalità tiegħu billi ma jħabbarx pubblikament il-verdetti ta’ tħaġġir; |
|
22. |
Jikkundanna l-fastidju sistematiku mill-awtoritajiet Iranjani kontra l-attivisti fis-suq tax-xogħol, kuntrarjament għall-pleġġijiet li l-Iran ta matul il-proċess ta’ Rieżami Perjodiku Universali tan-Nazzjonijiet Uniti li jirrispetta d-drittijiet soċjali u ekonomiċi taċ-ċittadini tiegħu u d-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jeħilsu l-attivisti kollha tas-suq tax-xogħol li huma arrestati u jirrispettaw id-dritt tal-attivisti tat-trejdunjins u tal-għalliema li jipparteċipaw fil-Jum Dinji tal-Ħaddiema (l-1 ta’ Mejju) u fil-Jum Nazzjonali tal-Għalliema (2 ta’ Mejju); jistieden lill-Gvern Iranjan jirrispetta d-drittijiet bażiċi tal-ħaddiema, kif stabbiliti fl-istandards internazzjonali tax-xogħol; |
|
23. |
Jikkundanna l-kampanja ta’ tkeċċijiet ta’ professuri magħrufa tal-università għal raġunijiet politiċi bħala attakk intollerabbli fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà akkademika tagħhom; jemmen li dawn il-politiki se jkomplu jippolitiċizzaw aktar u jkomplu jwaqqgħu l-livell tal-universitajiet Iranjani, li ilhom żmien twil għajn ta’ kburija nazzjonali u oġġett ta’ ammirazzjoni għall-akkademiċi madwar id-dinja; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jieħdu passi immedjati biex jirrestawraw il-libertà akkademika fil-pajjiż; |
|
24. |
Jiddeplora l-fatt li, kuntrarjament għall-Kostituzzjoni, membri ta’ minoranzi reliġjużi qed isofru diskriminazzjoni fl-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-impjiegi uffiċċjali, li qed iwassal biex membri żgħażagħ ta’ dawn il-minoranzi jagħżlu li jemigraw; jikkundanna b'mod partikolari l-persekuzzjoni sistematika tal-komunità Baha'i, il-mewġa ta’ arresti ta’ Insara fl-2009, u l-fastidju lil dissidenti reliġjużi, lil dawk li kkonvertew kif ukoll lill-Musulmani Sufi u Sunniti; itenni t-talba tiegħu għall-ħelsien ta'seba' mexxejja Baha'i u jistieden lill-Parlament Iranjan jibdel il-leġiżlazzjoni Iranjana sabiex jiżgura li dawk kollha li jagħmlu parti minn twemmin differenti fl-Iran, kemm jekk ikunu rikonoxxuti mill-Kostituzzjoni u kemm jekk le, ikunu jistgħu jsegwu l-konvinzjonijiet tagħhom mingħajr ma jiġu persegwitati u jiġu ggarantiti drittijiet ugwali skont il-liġi u fil-prattika; |
|
25. |
Jinnota li l-pożizzjoni tal-NGOs Iranjani marret għall-agħar b'mod konsederevoli wara l-protesti li kien hemm wara l-elezzjoni presidenzjali kontroversjali tat-12 ta’ Ġunju 2009; jikkritika bil-qawwa kollha l-fatt li l-kuntatti internazzjonali kollha jew l-appoġġ finanzjarju kollu għall-NGOs fl-Iran jiġu sistematikament sfruttati mill-awtoritajiet biex jipprovaw jiskreditaw lil dawn l-organizzazzjonijiet u lix-xogħol tagħhom; |
|
26. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu fir-rigward tal-għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet ta’ minorenni u tat-tħaġġir pubbliku ta’ nisa li jsiru ta’ kull sena minkejja l-appelli internazzjonali biex l-Iran jirrispetta l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
27. |
Jitlob biex jerġa' jiġi stabbilit mandat tan-NU għal Rapporteur Speċjali biex jinvestiga l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u jiżgura l-obbligu ta’ rendikont għal dawk li jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jirreaġixxu b'mod pożittiv għat-talbiet li ilhom isiru minn diversi Rapporteurs Speċjali tan-NU (eż. dwar eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji; it-tortura; il-libertà ta’ reliġjon jew twemmin; l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati) biex isiru żjarat uffiċċjali fl-Iran; |
|
28. |
Jiddeplora l-fatt li, kuntrarjament għall-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar ir-Rwol tal-Avukati, is-sitwazzjoni tal-avukati fl-Iran iddeterjorat kunsiderevolment mill-elezzjoni presidenzjali ta’ Ġunju 2009 'l hawn, peress li l-awtoritajiet Iranjani qed jirrikorru għal metodi oppressivi (pereżempju arresti, tneħħija mill-elenku tal-avukati, ksur tal-libertà tal-espressjoni, investigazzjonijiet mhux ġustifikati fuq it-taxxi u pressjoni finanzjarja oħra) biex l-avukati ma jitħallewx jipprattikaw il-professjoni tagħhom liberament; |
|
29. |
Jiddispjaċih għall-fatt li s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem u d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, li qed jiġu mmirati b'mod partikolari, qed tiddeterjora; jinsab ferm inkwetat dwar il-fatt li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem sofrew diversi attakki u ġew issoġġettati għal prosekuzzjoni inġusta u qed jinżammu milli jużaw id-drittijiet kostituzzjonali tagħhom; jitlob biex jinħelsu immedjatament dawk id-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u l-priġunieri tal-kuxjenza li għadhom qed jinżammu fil-ħabsijiet; |
|
30. |
Jistieden lir-Repubblika Iżlamika tal-Iran biex tiffirma, tirratifika u timplimenta l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW); |
|
31. |
Jappoġġa l-kampanja “Miljun Firma li Jitolbu Tibdil fil-Liġijiet Diskriminatorji”, li għandha l-għan li tiġbor miljun firma b'appoġġ għal tibdil fil-liġijiet diskriminatorji kontra n-nisa fl-Iran; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jwaqqfu għalkollox l-atti ta’ fastidju, inkluż mill-awtoritajiet ġudizzjarji, kontra membri ta’ din il-kampanja; |
|
32. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Iranjan itejjeb id-drittijiet tan-nisa, ħalli jagħraf ir-rwol kruċjali li jwettqu n-nisa fis-soċjetà, u jirrispetta l-impenji tal-Iran fi ħdan il-qafas tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; itenni l-istedina tiegħu lill-Parlament Iranjan biex jgħaddi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-prattika krudili u inumana tat-tħaġġir; jistieden lir-Rappreżentant Għoli tagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet tan-nisa fl-Iran u tqajjem il-każijiet ta’ Sakineh Mohammadi Ashtiani u Zahra Bahrami mal-awtoritajiet Iranjani; |
|
33. |
Jenfasizza li r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jiżviluppaw kuntatti mar-rappreżentanti ta’ firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet politiċi u soċjali Iranjani, inklużi difensuri Iranjani prominenti tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Mmebri jżidu l-appoġġ tagħhom għal attivitajiet fil-livell lokali (grassroots) u għall-kuntatti bejn il-persuni; |
|
34. |
Jikkundanna r-ripressjoni min-naħa tal-awtoritajiet Iranjani tal-midja indipendenti, inkluża ċ-ċensura tal-materjal bil-vidjo u fotografiku, bil-għan li jiġi limitat il-fluss tal-komunikazzjonijiet u tal-informazzjoni u l-aċċess għalihom; jinsab estremament inkwetat dwar il-fatt li l-amministrazzjoni arbitrarja tal-ġustizzja fl-Iran tirriżulta f'(awto)ċensura qawwija mill-midja; iħeġġeġ lir-rappreżentanti uffiċjali tal-UE u l-Istati Membri tagħha jfakkru lill-Iran fl-obbligu internazzjonali tiegħu li jiddefendi l-libertà tal-midja; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex, meta jiltaqgħu mal-kontrapartijiet Iranjani tagħhom, jinsistu fuq il-ħruġ mill-ġdid tal-ħafna gazzetti ta’ kuljum li sfaw magħluqa bil-forza, kif ukoll fuq il-ħelsien tal-priġunieri politiċi, kif ukoll biex jippreżentaw listi ta’ ismijiet fiż-żewġ każijiet; jikkundanna l-prattika tal-espulsjoni tal-korrispondenti barranin mill-Gvern Iranjan, inklużi riporters minn gazzetti Ewrope maġġuri; jilqa' l-varar ta’ servizz tal-Euronews bil-lingwa Farsi; |
|
35. |
Jesprimi tħassib dwar ir-ripressjoni tal-espressjoni kulturali, mużikali u artistika permezz taċ-ċensura, il-projbizzjoni, kif ukoll ir-ripressjoni ta’ artisti, mużiċisti, diretturi tal-films, kittieba u poeti; |
|
36. |
Jitlob li l-impunità fl-Iran tintemm għalkollox permezz tal-ħolqien ta’ proċedura ta’ rieżami ġudizzjarju indipendenti fil-pajjiż jew riferiment permezz tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU lil istituzzjonijiet li joperaw skont il-liġi internazzjonali, bħalma hi l-Qorti Kriminali Internazzjonali; |
|
37. |
Jilqa' l-passi meħuda minn diversi Stati Membri biex jippovdu kenn lil dawk l-Iranjani li huma difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dissidenti, ġurnalisti, studenti, nisa, tfal u artisti li huma ppersegwitati għat-twemmin reliġjuż tagħhom, għall-opinjonijiet tagħhom, l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, jew aspetti oħra tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-bniedem li huma għandhom; |
Id-dossjer nukleari
|
38. |
Itenni, minkejja d-dritt tal-Iran li jiżviluppa l-enerġija nukleari għal skopijiet paċifiċi skont ir-regoli tar-reġim ta’ nonproliferazzjoni, li r-riskji tal-proliferazzjoni marbuta mal-programm nukleari Iranjan jibqgħu għajn ta’ tħassib serju għall-Unjoni Ewropea u għall-komunità internazzjonali, kif espress b'mod ċar ħafna f'bosta riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
39. |
Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani tissodisfaw l-obbligi tal-Iran skont l-NPT; jistieden bil-qawwa kollha lil Tehran tirratifika u timplimenta l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim tas-Salvagwardji; jikkundanna r-rifjut kontinwu min-naħa tal-Iran li jikkoopera għalkollox mal-IAEA, il-fatt li qed jostakola x-xogħol tal-IAEA, il-fatt li qed jiċħad l-aċċess sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet għall-faċilitajiet ewlenin u l-fatt li qed joġġezzjonia għall-ħatra ta’ spetturi; |
|
40. |
Jefasizza, barra minn hekk, il-fatt li, f'konformità ma’ prinċipju ċentrali tal-NPT, l-Iran għandu d-dritt li jarrikkixxi l-uranju għal skopijiet paċifiċi u li jirċievi assistenza teknika għall-istess objettivi; |
|
41. |
Jappoġġja lill-Kunsill fl-approċċ tiegħu ta’ żewġ binari mmirat li jsib soluzzjoni negozjata u paċifika għall-istaġnar nukleari, u jfaħħru għall-pożizzjoni komuni l-ġdida tiegħu tas-26 ta’ Lulju 2010 li ddaħħal miżuri awtonomi ġodda b'miri speċifiċi u b'effetti wiesgħa ħafna applikabbli għall-Iran; jiddispjaċih għall-fatt li l-Iran ma kienx lest li jaċċetta l-offerti li tressqu fuq il-mejda fl-aħħar rawnd tat-taħdidiet tal-P5+1 li l-Iran ospita f'Istanbul, u għall-fatt li sussegwentement dawk it-taħdidiet fallew; jibqa' konvint, madankollu, li l-UE għandha tinvinta strateġija aktar wiesgħa lejn l-Iran li tmur lilhinn mill-kwistjoni nukleari u li tindirizza wkoll is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-Iran u r-rwol reġjonali tiegħu; |
|
42. |
Ifakkar li l-kwistjoni tal-programm nukleari tal-Iran tqiegħdu f'oppożizzjoni għan-Nazzjonijiet Uniti kollha kemm hi, u mhux biss għall-“Punent”; |
|
43. |
Jinnota li sanzjonijiet addizzjonali huma l-konsegwenza loġika tal-fatt li l-Iran qed tonqos milli tikkoopera għalkollox mal-IAEA; jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri tal-UE jivvalutaw il-mekkaniżmi kollha għall-infurzar tal-implimentazzjoni tal-pożizzjoni komuni tal-UE – speċjalment fir-rigward tal-għoti tal-liċenzji għall-esportazzjoni, il-kontrolli tad-dwana u tal-fruntieri, it-tagħbijiet tal-merkanzija bl-ajru u t-traffiku marittimu – bil-għan li l-Iran tinżamm milli tevadi r-reġim tas-sanzjonijiet u tkun tista' ssir evalwazzjoni realistika dwar jekk is-sanzjonijiet jipproduċux jew le ir-riżultat antiċipati; itenni l-pożizzjoni tiegħu li dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw b'mod negattiv il-popolazzjoni ġenerali; jilqa' f'dawn ir-rigward id-deċiżjoni tal-Istati Uniti li timponi sanzjonijiet b'miri speċifiċi fuq uffiċjali Iranjani li huma maħsuba li kienu responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, jew li kienu kompliċi fihom, minn meta saret l-elezzjoni presidenzjali kontroversjali ta’ Ġunju 2009; jistieden lill-Kunsill jadotta miżuri simili; |
|
44. |
Jemmen li huma meħtieġa sforzi mġedda mad-dinja kollha biex id-dinja tinħeles mit-theddida tal-armamenti nukleari; jilqa' l-appell tal-President Obama għad-diżarm nukleari u jistieden lir-Rappreżentant Għoli tagħmel din il-kwistjoni waħda mill-prijoritajiet tagħha, kemm fit-trattativi tagħha mal-Istati membri kif ukoll fil-kuntatti tagħha mal-gvernijiet fil-Lvant Nofsani u fl-Asja; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE jevalwaw ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-Iran lilhinn mis-sanzjonijiet, bil-mira li jillimitaw il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-esportazzjoni lejn l-Iran ta’ teknoloġiji li jissodisfaw standards Ewropej, inklużi telefowns ċellulari, netwerks ta’ komunikazzjoni, teknoloġiji (b'użu doppju), teknoloġiji ta’ sorveljanza u softwer għall-iskenning tal-Internet u ċ-ċensura u d-data mining, inkluża data personali; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal regolament dwar sistema ġdida ta’ ħruġ ta’ liċenzji jekk dan ir-rieżami jissuġġerixxi li hija meħtieġa azzjoni leġiżlattiva; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu passi immedjati biex jipprojbixxu l-esportazzjoni ta’ teknoloġija ta’ sorveljanza (speċjalment ċentri ta’ monitoraġġ) minn kumpaniji tal-UE lejn l-Iran; |
|
47. |
Jistieden lill-Kunsill Ewropew jespandi l-lista tal-individwi Iranjani li għandhom rabtiet mal-programmi nukleari u ballistiċi tal-Iran u n-netwerks ta’ akkwist li jaqduhom; jistieden lill-awtoritajiet relevanti biex jaġixxu malajr biex jiffriżaw l-assi tagħhom u jżommuhom milli jidħlu fit-territirju tal-UE u jużaw ġuriżdizzjonijiet tal-UE biex imexxu xi attività relatata ma’ dawk il-programmi; |
|
48. |
Jistieden lir-Rappreżentant Għoli iżomm id-dossjer nukleari Iranjan u d-drittijiet tal-bniedem tal-poplu Iranjan f'pożizzjoni prijoritarja fuq l-aġenda, u jistieden lill-Iran jimpenja ruħu f'negozjati b'sinifikat bil-ħsieb li jinkiseb ftehim komprensiv u li jservi fit-tul li jagħlaq il-kwistjoni nukleari; |
Ir-relazzjonijiet esterni
|
49. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli x-xewqa espressa mill-President Iranjan Ahmadinejad li “janniħila” lil Iżrael u r-retorika anti-Semitika tiegħu, speċjalment iċ-ċaħda tiegħu li l-Olokawst eżista u l-aġenda sottostanti tiegħu li jiddeleġittimizza l-istat ta’ Iżrael; jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-eżistenza ta’ Iżrael u soluzzjoni ta’ żewġ stati għall-Palestina; |
|
50. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimmoniterjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Golf u jagħmlu ħilithom kollha biex jippromwovu l-paċi u l-istabilità f'dan ir-reġjun; |
|
51. |
Jagħraf ir-rwol tat-Turkija bħala attriċi reġjonali influwenti u jfaħħar l-isforzi konġunti tagħha mal-Brażil biex isseħħ soluzzjoni negozjata tal-kwistjoni nukleari Iranjana; jinnota b'dispjaċir, madankollu, li t-termini tal-ftehim bejn tliet partijiet tas-17 ta’ Mejju 2010 ma jissodisfawx ħlief parzjalment ir-rekwiżiti stabbiliti mill-IAEA; jistieden lill-awtoritajiet Torok isegwu l-approċċ Ewropew lejn it-theddida nukleari Iranjana; iħeġġeġ lit-Turkija biex tinkludi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-djalogu tagħha mal-Iran; |
|
52. |
Jenfasizza l-fatt li r-Russja kienet waħda mill-fornituri l-aktar kbar ta’ armamenti moderni u uranju arrikkit lill-Iran; jilqa' d-deċiżjoni mill-Federazzjoni Russa din is-sena li twaqqaf il-bejgħ tal-S-300 lill-Iran u l-appoġġ tagħha għas-sanzjonijiet tan-NU kontra l-Iran rigward il-programm nukleari tiegħu; jistieden bil-qawwa kollha lir-Russja twaqqaf kull tip ta’ proliferazzjoni ta’ armamenti u kull esportazzjoni ta’ uranju lill-Iran, sabiex l-effikaċja tas-sanzjonijiet kontra l-Iran u s-soddisfar tar-rekwiżiti tal-NPT jkunu jistgħu jiġu żgurati; |
|
53. |
Jinkoraġġixxi lir-Rappreżentant Għoli ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kumplementarjetà transatlantiċi fir-rigward tal-Iran u tikkonsulta dwar azzjoni lejn l-Iran mal-membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u mas-sħab globali u reġjonali relevanti kollha li għandhom l-istess tħassib dwar l-Iran; |
|
54. |
Jieħu nota tal-interess komuni li għandhom l-UE u l-Iran biex jiżguraw il-paċi u l-istabilità fl-Afganistan; jilqa' r-rwol kostruttiv li qed iwettaq l-Iran fir-restawr tal-infrastruttura u fl-għoti tal-ħajja mill-ġdid lill-ekonomija, kif ukoll fil-prevenzjoni tat-traffikar tad-drogi mill-Afganistan; jenfasizza, madankollu, li l-paċi u l-istabilità sostenibbli fl-Afganistan se jeħtieġu li l-ġirien kollha jżommu lura milli jindaħlu politikament fil-pajjiż; |
|
55. |
Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tiftaħ delegazzjoni tal-UE f'Tehran, issa li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ħa f'idejh ir-responsabilità mill-Presidenza b'rotazzjoni li jirrappreżenta l-Unjoni Ewropea f'pajjiżi terzi; |
|
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jinkuraġġixxu lill-Iran iwettaq rwol kostruttiv fir-rigward tal-iżvilupp futur tal-Afganistan, u jenfasizza l-miri komuni tal-UE u l-Iran rigward l-istabilità tal-Afganistan u t-teħid ta’ azzjoni effettiva biex jiġu miġġielda l-poduzzjoni tal-oppju u t-traffikar tad-droga; |
*
* *
|
57. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u lill-gvern u lill-parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0310.
(2) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 9.
(3) ĠU C 265 E, 30.9.2010, p. 26.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0351.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/172 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
Is-16-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (Ġinevra, 28 ta’ Frar - 25 ta’ Marzu 2011)
P7_TA(2011)0097
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-prijoritajiet għas-16-il Sessjoni tal-Kunsill tan-NU tad-drittijiet tal-bniedem u r-reviżjoni 2011
2012/C 199 E/20
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC), b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2010 dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (1), u tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-iżvilupp tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, inkluż r-rwol tal-UE (2), kif ukoll dawk tas-16 ta’ Marzu 2006 dwar ir-riżultat tan-negozjati dwar il-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem u dwar it-62 sessjoni tal-UNCHR (3), tad-29 ta’ Jannar 2004 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti (4), tad-9 ta’ Ġunju 2005 dwar ir-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti (5), tad-29 ta’ Settembru 2005 dwar l-eżitu tas-Samit Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti tal-14-16 ta’ Settembru 2005 (6) u tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet urġenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/RES/60/251 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li tistabbilixxi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sessjonijiet regolari u specjali preċedenti tal-UNHRC, kif ukoll rawnds preċedenti tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU), |
|
— |
wara li kkunsidra is-16-il Sessjoni tal-UNHRC u l-ħdax-il rawnd tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU) li ser isir bejn it-2 u t-13 ta’ Mejju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżami tal-UNHRC li ser iseħħ tul l-2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-bidliet istituzzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, b'mod partikolari l-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5), 18, 21, 27 u 47 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fil-verzjoni tiegħu li rriżultat mit-Trattat ta’ Lisbona, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi r-rispett għall-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħha jagħmlu parti mill-acquis etiku u legali tal-Unjoni Ewropea u huma wieħed mill-elementi ewlenin tal-unità u tal-integrità Ewropea (8), |
|
B. |
billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki tagħhom stess, sabiex tissaħħaħ u ssir kredibbli l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-UNHRC, |
|
C. |
billi l-UNHRC hija pjattaforma unika li tispeċjalizza fid-drittijiet universali tal-bniedem u forum speċifiku li jittratta d-drittijiet tal-bniedem fis-sistema tan-NU, billi ġie fdat il-kompitu u r-responsabilità importanti li jsaħħaħ il-promozzjoni, il-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, |
|
D. |
billi l-eżami tal-UNHRC qed isegwi żewġ binarji: l-istatus tal-korp qiegħed jiġi diskuss fi New York, u l-proċeduri f'Ġinevra; billi, fl-istess ħin, il-parteċipanti internazzjonali kollha għandhom jaħdmu għat-tneħħija ta’ standards doppji u l-evitar tas-selettività u l-politiċizzazzjoni meta jkunu qed jiġu kkunsidrati kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem, |
|
E. |
billi l-kwistjonijiet ta’ sovranità u ġurisdizzjoni domestika ma jistgħux jibqgħu jintużaw biex jipproteġu stati mill-iskrutinju tar-rekords tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
F. |
billi l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi bħala attur globali fil-kuntest tan-NU b'mod ġenerali u fil-UNHCR b'mod speċifiku, u billi l-inklużjoni ta’ approċċ ġdid fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandha tkun instrumentali biex l-Unjoni tiġi megħjuna taġixxi b'mod aktar effettiv u magħruf, biex tilqa' u tindirizza l-isfidi globali b'mod koerenti, konsistenti u effiċjenti, |
|
G. |
billi twaqqaf Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fi ħdan is-SEAE, |
|
H. |
billi delegazzjoni mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewopew se tmur Ġinevra għas-16-il Sessjoni tal-UNHRC, kif sar fis-snin ta’ qabel għas-sessjoniet tal-UNHRC, u qabel dan, għall-predeċessur tal-UNHRC, il-Kummissjoni tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
1. |
Jenfasizza l-importanza tas-16-il Sessjoni tal-UNHRC u b'mod partikolari tal-proċess ta’ eżami tal-UNHRC, li joffri opportunità unika biex jiġi vvalutat kif il-Kunsill implimenta l-mandat tiegħu u jippreżenta okkażjoni għall-Kunsill biex isaħħaħ il-metodi ta’ ħidma tiegħu biex ikun aktar effiċjenti u biex jirreaġixxi b'mod sistematiku għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' l-fatt li l-eżami tal-HRC ħatar żewġ kofaċilitaturi għal dan il-proċess, il-Marokk u l-Liechtenstein; |
|
2. |
Jilqa' l-fatt li fuq l-aġenda tas-16-il Sessjoni regolari hemm, fost l-oħrajn, rapporti dwar id-“Drittijiet ta’ persuni li jiffurmaw parti mill-minoranzi nazzjonali jew etniċi, reliġjużi u lingwistiċi” u dwar il-“Promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu”, kif ukoll laqgħat estensivi dwar id-drittijiet tat-tfal; |
|
3. |
Jilqa' n-nominazzjonijiet ta’ din is-sena ta’ Rapporteurs Speċjali dwar dawn is-suġġetti ewlenin u jieħu nota tar-rapporti li għandhom jitressqu mir-Rapporteurs Speċjali dwar it-tortura u forom oħra ta’ trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti, dwar il-libertà tar-reliġjon jew twemmin, u dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu għal dawn id-dibattiti b’mod attiv; |
|
4. |
Jilqa' d-Direttorat il-ġdid għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u jappoġġa t-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-UE, ibbażat fi Brussell, dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM) li jkun jinkludi esperti dwar id-drittijiet tal-bniedem mis-27 Stat Membru tal-UE, peress li Brussell qiegħda f'pożizzjoni aħjar biex wieħed jimmonitorja l-politiki tal-UE u li se jgħin biex tiġi organizzata l-ħidma multilaterali fir-rigward tal-ħidma bilaterali; |
|
5. |
Jappoġġa l-ħatra ta’ Rappreżentant Speċjali tal-UE ta’ livell għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u jerġa' jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ strateġiji tal-pajjiżi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; |
|
6. |
Jenfasizza l-importanza taż-żamma ta’ pożizzjonijiet komuni mill-UE dwar kwistjonijiet għal diskussjoni tul is-16-il Sessjoni, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex isaħħu l-prattika tal-UE li twassal “messaġġ wieħed, iżda b'ħafna ilħna”, li ħadmet tajjeb fi snin reċenti, pereżempju rigward l-inizjattivi tal-UE kontra l-piena kapitali; |
Il-ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem
|
7. |
Itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri tal-UE sabiex jopponu attivament kull tentattiv biex jiddgħajjef il-kunċett tal-universalità, l-indiviżibilità u l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem, u sabiex iħeġġu lill-UNHRC jagħti l-istess attenzjoni lid-diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe raġuni, inkluż ġeneru, diżabilità, oriġini razzjali jew etnika, età, orjentazzjoni sesswali, u reliġjon jew twemmin; |
|
8. |
Ifakkar fl-importanza tal-interdipendenza tad-drittijiet ċivili u politiċi u dawk ekonomiċi, soċjali u kulturali; jitlob li l-ilma u s-sanità jitqiesu bħala dritt fundamentali għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ għajxien tal-bniedem; |
|
9. |
Jinsab imħasseb li l-akbar ostaklu biex il-UNHRC jwettaq il-mandat tiegħu b'mod aktar effikaċi huwa “l-politika tal-blokkijiet” li ta’ spiss tiddomina, u l-impatt tagħha fuq l-għażla tal-pajjiżi u s-sitwazzjonijiet li jirċievu l-attenzjoni tal-UNHRC; itenni l-fehma li l-kapaċità tal-UNHRC li jindirizza s-sitwazzjonijiet tal-pajjiżi b'mod effikaċi u f'waqtu u b’mod xieraq hija ċentrali għall-awtorità u l-kredibilità tiegħu; |
|
10. |
Jemmen li l-HRC għandu jkun armat aħjar biex jindirizza kemm is-sitwazzjonijiet kroniċi u dawk ta’ emerġenza, forsi permezz tal-espansjoni tas-sett ta’ strumenti li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, billi jintużaw panels, mhux biss waqt imma anke bejn is-sessjonijiet, u billi jsiru sessjonijiet fir-reġjuni 'l bogħod minn Ġinevra; jiddispjaċih li f'diversi okkażjonijiet il-UNHRC ma setax jindirizza sitwazzjonijiet serji li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem b'mod urġenti u f'waqtu minħabba n-nuqqas ta’ strumenti xierqa, u jappoġġa l-idea li jkun hemm sistemi indipendenti li jqanqlu l-mekkaniżmi tal-UNHRC; qiegħed jaħdem attivament għall-ħolqien ta’ mekkaniżmi ddedikati tal-UNHRC biex ikun hemm reazzjoni fil-pront għall-kriżijiet tad-drittijiet tal-bniedem, pereżempju fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq, fl-Iran u fil-Belarus; |
|
11. |
Jilqa' t-tentattivi fi ħdan il-UNHRC biex jiġi ffurmat grupp ta’ ħidma interreġjonali dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus; iħeġġeġ lill-UNHRC jagħmel dikjarazzjoni li tikkundanna b'mod qawwi il-ksur evidenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u r-ripressjonijiet kontra l-oppożizzjoni demokratika u ċ-ċittadini ordinarji wara l-elezzjonijiet presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010 u jadotta riżoluzzjoni dwar il-kwistjoni; |
|
12. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Istati Uniti biex tintroduċi riżoluzzjoni dwar l-Iran; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jappoġġaw bil-qawwa l-installazzjoni ta’ Mekkaniżmu Speċjali dwar l-Iran; jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lis-SEAE jikkoordinaw il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ta’ tħassib komuni, filwaqt li l-UE għandha taġixxi b'mod kompletament indipendenti sabiex tkun effikaċi u kredibbli; |
|
13. |
Jilqa' l-fatt li ntbagħtet missjoni ta’ livell għoli tan-NU tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tuneżija mis-27 ta’ Jannar sat-2 ta’ Frar 2011 u jħeġġeġ b'mod qawwi l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tagħha; itenni t-talba tiegħu biex titwaqqaf kummissjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti biex tinvestiga l-allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-avvenimenti ta’ wara s-17 ta’ Diċembru 2010; |
|
14. |
Jappoġġa l-intenzjoni li tintbagħat missjoni tal-OHCHR fl-Eġittu biex tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem wara l-bidla tal-mexxejja tal-pajjiż; |
|
15. |
Jilqa' l-adozzjoni permezz ta’ kunsens ta’ riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja fil-15-il Sessjoni Speċjali tal-25 ta’ Frar 2011 li tikkundanna l-ksur evidenti u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fil-Libja bl-indikazzjoni li wħud minnhom jistgħu jirriżultaw li huma reati kontra l-umanità; jitlob li tintbagħat kummissjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti fil-Libja biex tinvestiga l-allegazzjonijiet kollha ta’ ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u jappoġġa bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tagħha li tissospendi s-sħubija tal-Libja fil-UNHCR; jilqa’ f’dan ir-rigward id-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2011 li tissospendi s-sħubija tal-Libja fil-UNHCR; |
|
16. |
Jappoġġa l-ftuħ tal-uffiċċju reġjonali tal-OHRHC fir-reġjun tal-Mediterran; |
|
17. |
Jilqa' l-fatt li, fuq inizjattiva tan-Niġerja u l-Istati Uniti, saret l-14-il Sessjoni Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Côte d'Ivoire fil-kuntest tal-konklużjoni tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010, u kkundannat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u stiednet lill-partijiet kollha jirrispettaw kompletament id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt; itenni l-appoġġ tiegħu għall-eżitu tal-elezzjonijiet kif rikonoxxut min-NU u jistieden lill-atturi kollha jirrikonoxxu l-awtorità ta’ Alassane Ouattara bħala l-president elett; jappoġġa d-deċiżjoni tal-Unjoni Afrikana li twaqqaf panel tal-Kapijiet ta’ Stat biex ikun hemm soluzzjoni paċifika u negozjata għall-kriżi postelettorali fil-Côte d'Ivoire; |
|
18. |
Fid-dawl tar-rapporti mir-Rapporteurs Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (DPRK), u dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mjanmar/Burma, jerġa' jiddikjara t-talba tiegħu biex l-UE tappoġġa b'mod pubbliku t-twaqqif ta’ kummissjonijiet ta’ inkjesta tan-NU biex jivvalutaw il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'dawn il-pajjiżi u jivvalutaw il-punt sakemm dawn jikkostitwixxu reati kontra l-umanità; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ koperazzjoni tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea mar-Rapporteur Speċjali u jitlob li jiġi estiż il-mandat tar-Rapporteur Speċjali għall-Mjanmar/Burma; |
|
19. |
Iħeġġeġ lill-UE tikkontribwixxi u tappoġġa b'mod proattiv, fis-sessjoni li ġejja tal-HRC, riżoluzzjoni relatata mar-rapport dwar is-segwitu tal-kumitat ta’ esperti indipendenti għall-missjoni internazzjonali għas-sejba tal-fatti dwar il-kunflitt ta’ Gaza, sabiex tiġi żgurata r-responsabilità għall-ksur tad-dritt internazzjonali u tappoġġa riferiment lill-Assemblea Ġenerali u l-mekkaniżmi tal-Ġustizzja Internazzjonali fil-każ li l-partijiet Iżraeljani u Palestinjani jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jwettqu investigazzjonijiet skont l-istandards internazzjonali; jitlob ukoll lir-Rappreżentant Għoli tikkontrolla b'mod attiv il-konformità mas-sejbiet ta’ “Is-segwitu għar-rapport tal-missjoni internazzjonali għas-sejbien tal-fatti dwar l-inċident tal-flotta umanitarja”, waqt li tiżgura li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ responsabilità u li wieħed jagħti rendikont ta’ għemilu; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem għandhom l-ewwel jiġu diskussi fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael u fil-Kumitat Konġunt UE-PA; jinsab imħasseb b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael tal-21 ta’ Frar 2011 ma jirriflettux il-pożizzjoni tal-UE dwar din il-kwistjoni; |
|
20. |
Jilqa' d-dikjarazzjonijiet li l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem għamlet fl-ewwel żjara tagħha fit-territorju Palestinjan okkupat u fl-Iżrael u, b'mod partikulari, il-messaġġ b'saħħtu li wasslet mal-kritika tagħha tal-politika tal-insedjamenti tal-Iżrael u li “wieħed ma jistax jinnegozja dwar id-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali”; jisħaq fuq l-importanza ta’ demokratizzazzjoni paċifika tal-Lvant Nofsani; |
|
21. |
Jiddispjaċih li, waqt li l-kriterji għal sħubija mal-UNHRC kif stabbiliti mir-Riżoluzzjoni 60/251 tal-Assemblea Ġenerali, jimplikaw kooperazzjoni sħiħa ma’ dik l-entità, il-prattika attwali ta’ wegħdiet volontarji kellha riżultati varjati u inadegwati ħafna; itenni għalhekk li l-membri kollha għandu jkollhom stediniet permanenti effettivi għall-Proċeduri Speċjali bħala livell minimu għas-sħubija, flimkien ma’ rekord solidu ta’ impenn għad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq fuq l-importanza ta’ ambjent tassew kompetittiv fil-proċess elttorali; jitlob li tiġi eliminata l-possibilità li gruppi reġjonali jippreżentaw skjerament ta’ kandidati prestabbilit għas-sħubija fil-UNHRC; |
|
22. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lis-SEAE jinvolvu ruħhom attivament fl-eżami tal-2011 tal-UNHRC biex isaħħu l-konformità mal-mandat tiegħu; jisħaq fuq il-fatt li l-UNHRC għandu jkun aktar mekkaniżmu ta’ twissija bikrija u mekkaniżmu preventiv u li l-kompetenza tal-Proċeduri Speċjali għandha tintuża għal dan l-iskop; itenni li hemm bżonn ta’ proċess ta’ eżami mill-ġdid trasparenti u li jinkludi kollox, li jqis il-fehmiet tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati l-oħra relevanti kollha; jistieden lis-SEAE jżomm lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew infurmat dwar il-qagħda attwali tal-eżami mill-ġdid; |
|
23. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-eżami mill-ġdid għandu jippreserva l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) u jopponi kull tentattiv li jinbidel l-istatus tal-OHCHR li jista' jkollu impatt negattiv fuq il-finanzjament u konsegwentement fuq l-indipendenza tiegħu; jilqa' l-ħatra riċenti ta’ Assistent Segretarju Ġenerali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem li jmexxi l-uffiċċju tal-OHCHR fi New York; iqis li dan l-uffiċċju l-ġdid se jgħin isaħħaħ il-kuntatt, id-djalogu u t-trasparenza bejn l-Assemblea Ġenerali tan-NU u l-entitajiet l-oħrajn tan-NU, inklużi l-Kunsill tas-Sigurtà u l-OHCHR; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament biex l-uffiċċji reġjonali u l-antenni tal-OHCHR jibqgħu miftuħin sabiex ikunu jistgħu jkomplu b'ħidmithom fuq il-post; |
|
24. |
Jinsisti fuq is-salvagwardja u t-tisħiħ tal-Proċeduri Speċjali u fuq il-garanzija tal-possibilità li l-UNHRC jindirizza ksur speċifiku tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ riżoluzzjonijiet u mandati speċifiċi għall-pajjiżi; jenfasizza l-importanza tal-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem, kemm jekk huma soċjali, ekonomiċi, kulturali, ċivili jew politiċi; jinnota bi tħassib li l-Mekkaniżmu għall-Ilmenti, mekkaniżmu uniku u universali orjentat lejn il-vittmi, ftit ipproduċa riżultati meta mqabbel man-numru kbir ta’ lmenti li rċieva; jenfasizza l-ħtieġa li din il-kwistjoni tiġi indirzzata fl-eżami tal-UNHRC; |
Eżami Perjodiku Universali (EPU)
|
25. |
Jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-EPU bħala esperjenza kondiviża għall-gvernijiet kollha li jissottometti lill-membri kollha tan-NU għal trattament u skrutinju ugwali minkejja l-fatt li l-pajjiżi jridu jaċċettaw volontarjament li jgħaddu minnu u jkun hemm segwitu għar-rakkomandazzjonijiet; jinnota li sa Diċembru 2011, l-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti se jkunu ġew eżaminati taħt dan il-mekkaniżmu; |
|
26. |
Jinsisti li hu essenzjali li jinżamm spazju għas-soċjetà ċivili fl-HRC sabiex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-djalogu, jinfetħu opportunitajiet ġodda biex l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) jidħlu fi djalogu fi Stati partikulari; |
|
27. |
Jappoġġa l-involviment ulterjuri tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-EPU billi jkunu permessi t-tressiq ta’ rakkomandazzjonijiet bil-miktub biex jiġu eżaminati mill-Grupp ta’ ħidma u l-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet tiegħu; |
|
28. |
Jieħu nota tal-possibilità li joffri l-EPU biex l-Istati jimpenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u għas-segwitu tal-konklużjonijiet tal-entitajiet tat-trattati u l-Proċeduri Speċjali; |
|
29. |
Jerġa' jafferma l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu aktar orjentati lejn ir-riżultati u jitlob li jkun hemm aktar involviment minn esperti indipendenti u istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fl-EPU sabiex jiġi żgurat li hu mekkaniżmu ta’ segwitu effikaċi; jikkunsidra li l-kompetenza indipendenti tista' tiġi inkluża fil-proċess tal-EPU billi jitqabbdu esperti biex josservaw il-proċess ta’ eżami u jippreżentaw sommarju u analiżi tal-EPU waqt l-adozzjoni tar-rapport finali; |
|
30. |
Jiddispjaċih li l-ewwel ċiklu tal-eżami ta’ ċerti pajjiżi għadu ma laħaqx l-aspettattivi ta’ proċess trasparenti, mhux selettiv u mhux konfrontazzjonali; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, ir-rwol li żvolġew l-Istati Membri tal-UE meta ppruvaw jisfrondaw “il-mentalità ta’ blokk”; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jipprovdu assistenza teknika biex jgħinu fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet; |
|
31. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jkomplu jinvolvu rwieħhom fl-eżami tal-UNHRC, biex jiżguraw li ma jkunx hemm distakk bejn l-ewwel u t-tieni ċikli tal-EPU, u jiżguraw li t-tieni ċiklu jiffoka fuq l-implimentazzjoni u s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet; jappoġġa l-fehma li l-Istati sottomessi għall-EPU għandhom jipprovdu risposti ċari għal kull rakkomandazzjoni u kalendarji għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma; jinnota li t-tressiq ta’ rapport ta’ nofs it-terminu dwar l-istatus tal-implimentazzjoni jista' jikkontribwixxi għal dan il-proċess; |
Il-Proċeduri Speċjali
|
32. |
Jerġa' jiddikjara li l-Proċeduri Speċjali qegħdin fil-qalba tal-mekkaniżmu tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, u li l-kredibilità u l-effikaċità tal-UNHRC fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jiddependu fuq il-koperazzjoni mal-Proċeduri Speċjali u l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; jisħaq, f'dan il-kuntest, li t-tisħiħ tal-indipendenza u l-interattività tal-Proċeduri Speċjali mal-Kunsill hu fundamentali; |
|
33. |
Jikkundanna t-tentattivi li tiddgħajjef l-indipendenza tal-Proċeduri Speċjali billi l-gvernijiet jitqiegħdu f'pożizzjoni ta’ sorveljanza fuq il-Proċeduri Speċjali; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe tip ta’ kontroll jippolitiċizza u jagħmel ħsara lill-effikaċja tas-sistema; |
|
34. |
Itenni li l-Proċeduri Speċjali dwar sitwazzjonijiet ta’ pajjiżi huma strument essenzjali għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post; jisħaq fuq il-fatt li, minħabba elementi kruċjali bħall-perjodiċità tagħhom u l-kompetenza li huma bbażati fuqha, il-mandati tal-pajjiżi ma jistgħux jiġu sostitwiti mill-EPU; |
|
35. |
Jitlob lill-Istati Membri tal-UE jiddefendu l-integrità u r-responsabilità tal-UNHRS fl-eżami mill-ġdid billi jappoġġaw il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ segwitu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Proċeduri Speċjali, apparti l-adozzjoni ta’ kriterji ta’ għażla u proċess aktar trasparenti għall-ħatriet li jkun ibbażat fuq il-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persuni nominati; jappoġġa l-proposta mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ twissija bikrija tal-Proċeduri Speċjali permezz ta’ mekkaniżmu li jippermettilhom iqanqlu l-eżami awtomatiku ta’ sitwazzjoni mill-UNHRC; |
L-involviment tal-UE
|
36. |
Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-VP/RGħ tal-UE fis-16-il sessjoni tal-UNHRC; |
|
37. |
Jinsisti li s-SEAE, u b'mod speċjali d-delegazzjonijiet tal-UE f'Ġinevra u New York, iżid il-koerenza, il-viżibilità u l-kredibilità tal-azzjoni tal-UE fil-UNHRC billi jkompli jiżviluppa programmi ta’ kuntatt u kooperazzjoni interreġjonali u speċjalment billi jagħmel lobbying mal-istati moderati fil-gruppi kollha; |
|
38. |
Itenni f'dan ir-rigward il-pożizzjoni tiegħu dwar il-kunċett tal-“inġurja tar-reliġjonijiet” u, waqt li jirrikonoxxi l-bżonn li tiġi indirizzata bis-sħiħ il-problema tad-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi, jikkunsidra li l-inklużjoni ta’ dan il-kunċett fil-Protokoll dwar standards komplementari dwar ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni razzjali, il-ksenofobija u l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni mhijiex xierqa; jilqa' l-avveniment sekondarju organizzat mid-delegazzjoni tal-UE għall-kommemorazzjoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali għal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin; jitlob lill-UE tinvolvi ruħha mal-isponsors ewlenin tar-riżoluzzjoni u ma’ atturi oħrajn biex issib alternattiva għar-riżoluzzjoni dwar l-inġurja li se tiġi ppreżentata; |
|
39. |
Jappoġġa d-dikjarazzjoni interreġjonali li se titressaq dwar id-drittijiet tal-LGBTI; |
|
40. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għall-parteċipazzjoni attiva tal-UE fil-ħidma tal-UNHRC minn mindu twaqqaf, speċifikament billi sponsorjat jew kosponsorjat riżoluzzjonijiet, ħarġet dikjarazzjonijiet u interveniet fi djalogi u dibattiti interattivi; jirrikonoxxi l-impenji li ħadet l-UE biex tindirizza sitwazzjonijiet ta’ pajjiżi fil-UNHRC u jisħaq fuq l-importanza li dawn l-impenji jiġu implimentati b'mod qawwi; |
|
41. |
Jappoġġa l-inizjattiva konġunta tal-UE u l-GRULAC (il-Grupp tal-Istati tal-Amerika Latina u tal-Karibew) għal riżoluzzjoni dwar it-tfal li jgħixu u jaħdmu fit-triq; |
|
42. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jagħmlu kull ma jistgħu biex jippreservaw il-mandat tal-proċeduri speċjali kollha u jitlob b'mod partikulari għat-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
43. |
Jiddispjaċih li bħala effett sekondarju tal-isforzi tagħha biex issib kunsens, l-UE ta’ spiss tidher li qed tbaxxi l-ambizzjonijiet tagħha, u jemmen li l-UE għandha tkun ħafna aktar kuraġġuża meta tipproponi u/jew tappoġġa r-riżoluzzjonijiet tal-pajjiżi; |
|
44. |
Jinnota bi tħassib li l-UE ma kinitx kapaċi teżerċità influwenza b'mod effikaċi fi ħdan is-sistema aktar estiża tan-NU; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tagħti prijorità lill-HRC, tikkoordina aħjar fost l-Istati Membri u jistieden lill-Kunsill jadotta linji gwida sabiex jiffaċilita l-koordinament u t-teħid tad-deċiżjonijiet f'dan il-kuntest, u jfittex li jibni koalizzjonijiet/alleanzi mas-sħab reġjonali ewlenin u l-istati moderati kollha fl-isforz biex tingħeleb il-loġika tal-blokkijiet fl-HRC; |
|
45. |
Jiġbed l-attenzjoni, fuq livell prattiku, għall-importanza li jkun hemm Delegazzjoni tal-UE akbar u b'riżorsi tajbin f'Ġinevra u fi New York; jisħaq fuq il-fatt li dak li jiġri f'Ġinevra u fi New York irid ikun parti integrali tal-politika barranija tal-UE, waqt li tingħata attenzjoni biex jittejjeb il-koordinament intern, u jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa ta’ azzjoni reċiproka tajba bejn il-livelli bilaterali u l-livelli multilaterali; |
|
46. |
Jiddeplora l-fatt li r-riżoluzzjoni mressqa mill-UE fl-Assemblea Ġenerali tan-NU f'Settembru 2010 bil-għan li ssaħħaħ “l-istatus” tagħha sabiex tkun konsistenti mal-arranġamenti istituzzjonali l-ġodda minħabba t-Trattat ta’ Lisbona ġiet posposta; jinnota li dan l-istatus imsaħħaħ jagħti l-possibilità li l-UE tkun rappreżentata minn persuna stabbli (il-President tal-Kunsill Ewropew u/jew ir-Rappreżentant Għoli) biex titkellem b'leħen wieħed u dan jgħolli l-viżibilità u l-influwenza tal-UE bħala attur globali; jinsisti fuq il-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi li għamel “it-task force speċjali” tas-SEAE biex jippromwovi l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE; |
|
47. |
Jagħti l-mandat lid-delegazzjoni tiegħu għas-16-il Sessjoni tal-UNHRC biex tleħħen it-tħassib espress f'din ir-riżoluzzjoni; jistieden lid-delegazzjoni tirrapporta lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward taż-żjara tagħha, u jikkunsidra li hu indispensabbli li tibqa' tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew lis-sessjonijiet relevanti tal-UNHRC; |
|
48. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri tal-UE biex jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem ikunu rispettati fil-politiki interni tagħhom sabiex jiġu evitati standards doppji u fil-prospettiva tal-proċess attwali tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, peress li jekk jonqsu milli jagħmlu dan b'mod fundamentali, tista' tiddgħajjef il-pożizzjoni tal-UE fil-UNHRC; |
*
* *
|
49. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-64 Assemblea Ġenerali, lill-President tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Grupp ta’ Ħidma UE-NU mwaqqaf mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin. |
(1) ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 6.
(2) ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 71.
(3) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 409.
(4) ĠU C 96 E, 21.4.2004, p. 79.
(5) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 549.
(6) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 582.
(7) Testi adottati, P7_TA(2010)0489.
(8) L-Artikoli 2, 3(5) u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/179 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
Pakistan - il-qtil ta’ Shahbaz Bhatti, Ministru tal-Minoranzi
P7_TA(2011)0098
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-Pakistan, b'mod partikolari dwar il-qtil ta’ Shahbaz Bhatti
2012/C 199 E/21
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-Pakistan, b'mod partikolari dawk tal-20 ta’ Jannar 2011 (1), kif ukoll dawk tal-20 ta’ Mejju 2010 (2), tat-12 ta’ Lulju 2007 (3), tal-25 ta’ Ottubru 2007 (4) u tal-15 ta’ Novembru 2007 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew twemmin, adottati fil-21 ta’ Frar 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-2 ta’ Marzu 2011 mir-Rappreżentant Għoli tal-UE, Catherine Ashton, dwar il-qtil tal-Ministru għall-Minoranzi tal-Gvern tal-Pakistan, is-Sur Shahbaz Bhatti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek, tal-2 ta’ Marzu 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 (UDHR), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha tal-Intolleranza u tad-Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tal-Kostituzzjoni tal-Pakistan dwar il-libertà tal-espressjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Ministru għall-Minoranzi tal-Pakistan, Shahbaz Bhatti, inqatel minn irġiel armati li sparaw fuq il-karozza tiegħu fi triqtu lejn ix-xogħol fil-kapitali Islamabad; billi, grupp bl-isem ta’ Tehreek-e-Taliban Punjab (Moviment Taliban tal-Punjab) ħa r-responsabilità tal-qtil u qal li l-ministru nqatel minħabba l-pożizzjoni tiegħu rigward il-liġijiet dwar l-atti blasfemi; |
|
B. |
billi, minkejja t-theddid ripetut għal ħajjet is-Sur Bhatti minn gruppi Iżlamisti, it-talba speċifika tiegħu għall-użu ta’ karozza bulletproof uffiċjali kif ukoll biex personalment jagħżel uffiċjali ta’ sigurtà personali ta’ fiduċja, kienet miċħuda mill-awtoritajiet tal-Pakistan; |
|
C. |
billi Shahbaz Bhatti kien l-uniku membru Nisrani fil-kabinett tal-Pakistan u wieħed mill-ftit politiċi ewlenin fil-pajjiż li kellu l-kuraġġ li jiġġieled kontra dawn il-liġijiet u l-inġustizzji li ħolqu; |
|
D. |
billi l-qtil tiegħu seħħ xahrejn biss wara l-qtil ta’ Salman Taseer, Gvernatur tal-provinċja tal-Punjab, minn wieħed mill-uffiċjali ta’ sigurtà personali tiegħu, li ma kienx jaqbel mal-opppożizzjoni ta’ Taseer għal-liġijiet dwar l-atti blasfemi tal-Pakistan; |
|
E. |
billi fl-1 ta’ Marzu 2011, inqatel ukoll it-tielet difensur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan, Naeem Sabir Jamaldini, il-Koordinatur tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Pakistan, li kien partikolarment attiv fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun tal-Balukistan; |
|
F. |
billi kien rappurtat li nħarġet fatwa kontra Sherry Rehman, ex-Ministru tal-Pakistan, politiku reformista u ġurnalista magħrufa, li jimmarkaha bħala l-kandidat għall-qtil li jmiss; |
|
G. |
billi l-Ministru Bhatti u l-Gvernatur Taseer waħidhom tennew mill-ġdid il-pożizzjoni dikjarata tal-Partit tal-Poplu tal-Pakistan, il-partit fil-gvern; billi l-Gvern ta’ Gilani, fit-30 ta’ Diċembru 2010, pubblikament mar lura minn kelmtu dwar l-impenn fil-manifest tiegħu li jeżamina mill-ġdid il-liġijiet dwar l-atti blasfemi, u b'hekk ħalla lis-sostenituri tar-riforma iżolati u vulnerabbli għat-theddid kontinwu tal-mexxejja reliġjużi radikali u tal-gruppi ta’ estremisti militanti li jintimidaw, jheddu u joqtlu lil dawk li għandhom opinjonijiet differenti; |
|
H. |
billi l-politiċi, il-partiti politiċi u r-rappreżentanti tal-midja u tas-soċjetà ċivili bħall-attivisti għad-drittijiet umani u tan-nisa huma kontinwament intimidati u anke maqtula u billi għaldaqstant id-dibattitu pubbliku dwar il-liġijiet dwar l-atti blasfemi qiegħed dejjem aktar jinħanaq; |
|
I. |
billi l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-promozzjoni tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili huma prinċipji u miri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jikkostitwixxu bażi komuni għar-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi; billi l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp tiddependi fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi, |
|
1. |
jikkundanna bil-qawwa l-qtil brutali ta’ Shahbaz Bhatti, Ministru għall-Minoranzi fil-Gvern tal-Pakistan fit-2 ta’ Marzu 2011 u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familja u lill ħbieb tal-vittma u liċ-ċittadini tal-Pakistan u ukoll jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma’ kull min għadu jiġu mhedda u li jibqgħu jgħollu leħinhom; |
|
2. |
Ifaħħar lill-Ministru Shahbaz Bhatti għall-kuraġġ u l-impenn dikjarat tiegħu għall-ġustizzja, id-djalogu inter-reliġjuż, u għal-libertà reliġjuża u tat-twemmin fil-Pakistan, flimkien mat-tħassib tiegħu dwar Asia Bibi, il-mara Nisranija u omm ta’ ħamest itfal, ikkundannata għall-mewt għal atti blasfemi minkejja t-theddid kontinwu u riskji personali kbar involuti; |
|
3. |
Jirrikonoxxi d-dedikazzjoni tal-Ministru Shahbaz Bhatti fil-ġlieda kontra l-liġijiet dwar l-atti blasfemi u l-inġustizzja li ħolqu; jirrikonoxxi l-progress imwettaq tul il-perjodu tiegħu bħala Ministru, inkluż, b'mod sinifikanti, in-negozjati diskreti dwar emendi potenzjali għal dawn il-liġijiet; |
|
4. |
Jinnota li kuntrarjament għar-reazzjoni pubblika fqira wara l-qtil tal-Gvernatur Salman Taseer, kien hemm kundanna pubblika qawwija għall-qtil tal-Ministru Shahbaz Bhatti fost il-partiti politiċi partikolari, fil-midja u fost l-ispettru reliġjuż u etniku tas-soċjetà tal-Pakistan; jittama li din l-offiża tikkontribwixxi biex tgħaqqad ir-ranki ta’ dawk kollha li jfittxu li jiddefendu l-valuri demokratiċi mħaddna fil-Kostituzzjoni tal-Pakistan; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Pakistan iwettqu investigazzjoni bir-reqqa tal-aspetti kollha tal-qtil ta’ Shahbaz Bhatti u biex il-qattiela jitressqu minnufih quddiem il-ġustizzja b'applikazzjoni stretta tal-istat tad-dritt u wkoll biex tiġi żgurata l-prosekuzzjoni mgħaġġla u ġusta tal-qattiel tal-mejjet ex Gvernatur Salman Taseer; |
|
6. |
Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan iżid il-miżuri biex jiżgura s-sigurtà tal-ministri tal-kabinett u tal-persuni li jinsabu taħt theddid reali minn estremisti reliġjużi u minn terroristi, bħall-ex Ministru tal-Informazzjoni Sherry Rehman u wkoll tal-avukati li jiddefendu każijiet marbuta ma’ akkużi ta’ atti blasfemi; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan biex jaħtar mingħajr dewmien Ministru għall-Minoranzi ġdid u jtenni l-pożizzjoni tiegħu li din il-persuna għandha tkun rappreżentant qawwi u imparzjali tal-minoranzi; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan jappoġġja lill-Ministru għall-Minoranzi biex jibni fuq il-ħidma u l-viżjoni ta’ Shahbaz Bhatti, b'mod partikolari fid-djalogu fil-livell nazzjonali bejn il-mexxejja reliġjużi u l-proġett fil-livell lokali ta’ Kumitati ta’ Armonizzazzjoni Inter-Reliġjuża Distrettwali; |
|
9. |
Itenni b'mod urġenti t-talba tiegħu lill-Gvern tal-Pakistan, lill-partiti politiċi kollha, lis-soċjetà ċivili u lill-midja biex jingħaqdu flimkien fil-ġlieda kontra l-attakk estremista; jittama li l-Gvern tal-Pakistan jirrappreżenta t-taħlita multietnika u multireliġjuża tas-soċjetà tal-Pakistan fil-kompożizzjoni u fl-azzjonijiet tiegħu; |
|
10. |
Jitlob għal bidla politika urġenti u sinifikanti lil hinn mill-ipplakar ta’ dawn l-estremisti, bl-appoġġ tal-militar, tal-ġudikatura, tal-midja u tal-klassi politika, b'konsegwenza tal-fatt li l-istatus quo ħoloq konsegwenzi daqstant drammatiċi; jitlob lill-Gvern tal-Pakistan biex ma jħallix li l-ilħna ta’ dawk favur it-tolleranza reliġjuża u r-rispett għall-prinċipji universali tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż jitrażżnu mill-estremisti; |
|
11. |
Jinsab imħasseb bil-qawwi dwar il-klima ta’ intolleranza u ta’ vjolenza u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan jressaq quddiem il-qorti lil dawk li jinċitaw għall-vjolenza fil-Pakistan, b'mod partikolari dawk li jitolbu u f'xi każijiet joffru premji għall-qtil ta’ individwi jew gruppi li ma jaqblux magħhom; |
|
12. |
Ifaħħar b'mod partikolari l-isforzi tal-ex Ministru Sherry Rehman u tal-mejjet ex Ministru għall-Minoranzi, Shahbaz Bhatti, biex jemendaw il-liġijiet dwar l-atti blasfemi sabiex jipprevjenu l-użu ħażin tagħhom u jistieden lill-Gvern jirtira dawk il-liġijiet kif ukoll kull leġiżlazzjoni diskriminatorja oħra, inter alia, is-Sezzjoni 295 B u C tal-Kodiċi Penali, li huma meqjusa bħala relikwi tal-passat; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan biex jinforza wkoll il-leġiżlazzjoni eżistenti bħall-Artikolu 137 tal-Kodiċi Penali li jqis bħala reat id-diskorsi ta’ mibgħeda; |
|
13. |
Jitlob lill-istituzzjoni kompetenti tal-UE biex jinkludu l-kwistjoni dwar it-tolleranza reliġjuża fis-soċjetà fid-djalogu politiku tagħhom mal-Pakistan ġaladarba din hija ta’ importanza ċentrali fil-ġlieda għat-tul kontra l-estremiżmu reliġjuż; |
|
14. |
Jissuġġerixxi li l-UE tistieden lill-Gvern tal-Pakistan għal laqgħa ta’ diskussjoni konġunta annwali dwar is-sitwazzjoni tal-minoranzi fil-Pakistan u biex tinkludi lill-Parlament Ewropew fit-tħejjija u fit-twettiq ta’ dan l-avveniment; |
|
15. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex ikomplu l-appoġġ finanzjarju tal-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u biex joħolqu miżuri prattiċi ħalli jappoġġaw il-moviment dejjem jikber tas-soċjetà ċivili fil-Pakistan kontra l-liġijiet dwar l-atti blasfemi u leġiżlazzjoni diskriminatorja oħra; |
|
16. |
Jilqa' l-konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew twemmin, li jirreferu għat-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE f'dan il-qasam; jistieden lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE biex jippromwovu b'mod attiv il-kwistjoni ta’ persekuzzjoni reliġjuża fid-dinja; |
|
17. |
jistieden lill-istituzzjonijiet kompetenti jinvestigaw il-possibilità tal-użu tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) għall-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ għall-ġlieda kontra l-intolleranza reliġjuża, l-estremiżmu u l-liġijiet diskriminatorji madwar id-dinja; itenni t-talba tiegħu lir-Rappreżentant Għoli biex tiżviluppa kapaċità permanenti fid-direttorat għad-drittijiet tal-bniedem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tar-restrizzjonijiet governattivi u tas-soċjetà rigward il-libertà tal-kuxjenza u d-drittijiet relatati; |
|
18. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE iħeġġu lill-Gvern tal-Pakistan joħloq mill-ġdid il-Ministeru għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu kif ukoll Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem li tkun sinifikanti, indipendenti u imparzjali; |
|
19. |
Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE biex jinsistu li l-Gvern tal-Pakistan jirrispetta l-klawsola rigward id-demokrazija u drittijiet tal-bniedem imħaddna fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan; jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u dwar il-klawsola tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
20. |
Ifakkar li l-Pakistan għandu ċerti obbligi bħala Stat firmatarju tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u jistieden lill-awtoritajiet rilevanti tal-Pakistan jipparteċipaw f'proċess ta’ rieżami tal-ambitu ta’ riservi ġenerali magħmula lill-ICCPR, li uħud minnhom jillimitaw id-drittijiet imħaddna fil-Kostituzzjoni tal-Pakistan jew li jmorru kontra l-kunċett tas-supremazija tal-liġi internazzjonali fuq dik ċivili; jemmen li l-implimentazzjoni attwali tal-liġijiet dwar l-atti blasfemi tikser biċ-ċar dawn l-obbligi u jitlob lis-SEAE biex tqis dan kollu fl-eżami tal-applikazzjoni possibbli tal-iskema GSP+ għall-Pakistan mill-2013 'il quddiem u biex tirrapporta lura lill-PE dwar din il-kwistjoni; |
|
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-parlament u l-gvern tal-Pakistan. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0026.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0194.
(3) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 583.
(4) ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 666.
(5) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 432.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0489.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/182 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
Il-Bjelorussja, b'mod partikolari l-każijiet ta’ Ales Michalevic u Natalia Radina
P7_TA(2011)0099
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-Bjelorussja (b'mod partikolari dwar il-każijiet ta’ Ales Mikhalevic u Natalia Radina)
2012/C 199 E/22
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bjelorussja b'mod partikulari, dawk tal-20 ta’ Jannar 2011 (1), tas-17 ta’ Diċembru 2009 (2) u tat-22 ta’ Mejju 2008 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-UE, Catherine Ashton, fit-18 ta’ Frar 2011 fi Brussell, dwar il-kundanna u s-sentenzjar tar-rappreżentant tal-oppożizzjoni tal-Bjelorussja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bjelorussja adottati fit-3065 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saret fi Brussell fil-31 ta’ Jannar 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 2011/69/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (Konvenzjoni kontra t-Tortura) li l-Bjelorussja hi firmatarja tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli Standard Minimi tan-NU għat-Trattament tal-Priġunieri, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linjigwida għall-politika tal-UE fir-rigward ta’ pajjiżi terzi dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, adottati fl-2001 u riveduti fl-2008, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1790(2011) tas-27 ta’ Jannar 2011 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja wara l-elezzjoni Presidenzjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Amnesty International tat-2 ta’ Frar 2011, bl-isem ta’ “Sigurtà, Paċi u Ordni? Ksur tad-drittijiet wara l-elezzjonijiet fil-Bjelorussja”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi numru kbir ta’ membri tal-oppożizzjoni, inkluż ex kandidati Presidenzjali, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kienu arrestati wara l-avvenimenti tad-19 ta’ Diċembru 2010 f'Minsk u li għadhom miżmuma bħala prinġunieri fiċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-KGB; billi l-atti ta’ ripressjoni u l-proċessi b'motivazzjoni politika kontra l-membri tal-oppożizzjoni u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għadhom għaddejjin sal-lum, b'aktar minn 40 persuna tkun akkużata u b'riskju ta’ sentenzi ta’ priġunerija sa 15-il sena; |
|
B. |
billi l-uffiċċju tal-Prosekutur tal-Belt ta’ Minsk estenda l-perjodu ta’ investigazzjoni b'ħames xhur, għall-każ tal-hekk imsejħa “rewwixta tal-massa” b'konnessjoni mal-avvenimenti tad-19 ta’ Diċembru 2010; billi l-proċessi kontra l-kandidati presidenzjali, l-attivisti tal-oppożizzjoni, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti b'rabta ma’ dan il-każ kienu istigati minn motivazzjoni politika; |
|
C. |
billi Aliaksandr Atroshchankau, Aliaksandr Malchanau, Dzmitry Novik, Vasil Parfiankou, membri tat-timijiet tal-kampanja elettorali tal-kandidati tal-oppożizzjoni demokratika Uladzimir Niakliayeu u Andrei Sannikau kienu kkundannati minn tliet sa erba' snin priġunerija f'kolonja ta’ sigurtà għolja b'konnessjoni mad-dimostrazzjonijiet tad-19 ta’ Diċembru 2010; billi kif dikjarat mill-avukati tagħhom, l-awtoritajiet naqsu milli jippruvaw il-ħtijiet tagħhom; |
|
D. |
billi l-avukati tagħhom ġew miċħuda ripetutament milli jiltaqgħu magħhom; billi, minħabba t-theddid tal-KGB, l-avukati kienu sfurzati jirtiraw mill-każijiet tagħhom, u billi l-Ministeru tal-Ġustizzja sussegwentement irrevoka l-liċenzji tagħhom, |
|
E. |
billi Ales Mikhalevic, ex kandidat Presidenzjali arrestat wara l-protesti ta’ wara l-elezzjoni, inħeles biss fis-26 ta’ Frar 2011, wara li ffirma impenn li jikkollabora mal-KGB tal-Bjelorussja, impenn li aktar tard ċaħad pubblikament, |
|
F. |
billi fit-28 ta’ Frar 2011, Ales Mikhalevic ħareġ stqarrija fejn ta rendikont tat-tortura mentali u fiżika li għaliha kienu soġġetti l-priġunieri politiċi sabiex jiġu mġiegħla jammettu u jaċċettaw il-prova tal-ħtija tagħhom; |
|
G. |
billi Natalia Radina, l-editur tas-sit elettroniku tal-oppożizzjoni Charter 97, ukoll kienet arrestata f'Diċembru 2010, u akkużata bl-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-irvelli tal-massa li seħħew wara l-elezzjonijiet Presidenzjali; billi s-Sa Radina nħelset miċ-ċentru pre-proċesswali tal-KGB u nżammet milli tħalli belt twelida sa tmiem l-investigazzjoni tal-każ tagħha; |
|
H. |
billi wara l-ħelsien tagħha Natalia Radina ddikjarat li tul id-detenzjoni tagħha, kienet soġġetta għal pressjoni psikoloġika mill-uffiċjali tal-KGB u li dawn ippruvaw jirreklutawha bħala informatriċi tal-KGB; billi d-dikjarazzjoni tagħha tikkonferma r-rapporti ta’ tortura ta’ priġunieri politiċi fiċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-KGB f'Minsk; |
|
I. |
billi l-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tal-Bjelorussja ċaħad kull użu ta’ tortura kontra l-priġunieri fiċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-KGB, |
|
1. |
Jikkundanna n-nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet fundamentali ta’ libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja u jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjoni ta’ kull dimostrant arrestat u għat-twaqqigħ tal-akkużi kollha b'motivazzjoni politika kontrihom; |
|
2. |
Jikkundanna bl-iktar mod qawwi l-użu tat-tortura kontra priġunieri bħala forma ta’ trattament inuman li hu pprojbit bl-iktar mod ċar mil-liġi internazzjonali u li assolutament mhuwiex aċċettabbli f'pajjiż Ewropew u f'wieħed mill-eqreb ġirien tal-UE; |
|
3. |
Jikkundanna s-sentenzi severi reċenti imposti fuq attivisti żgħażagħ tal-oppożizzjoni għas-sempliċi fatt li pparteċipaw fid-dimostrazzjonijiet tad-19 ta’ Diċembru 2010 bħala ksur flagranti u serju tad-drittijiet politiċi u ċivili tagħhom u għall-ksur flagranti tal-konvenzjonijiet internazzjonali li l-Bjelorussja hi firmatarja tagħhom; |
|
4. |
Jiddenunzja l-klima ta’ biża' u intimidazzjoni fil-konfront ta’ avversarji politiċi fil-Bjelorussja jikkundanna r-ripressjoni u l-abbuż tal-attivisti tas-soċjetà ċivili u tal-midja indipendenti, ta’ wara jum l-elezzjoni, inklużi tfittxijiet tal-massa f'appartamenti privati, uffiċċji tal-midja u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, espulsjonijiet mill-universitajiet u l-postijiet tax-xogħol; jitlob lill-awtoritajiet jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja fil-Bjelorussja; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-Bjelorussja tirrispetta l-istat tad-dritt, il-konvenzjonijiet internazzjonali u l-liġijiet nazzjonali li jiżguraw it-trattament ugwali tal-priġunieri u l-aċċess mingħajr xkiel għall-familjari tagħhom, għal pariri legali u l-kura medika u biex jintemm l-abbuż kontinwu tal-avversarji politiċi, tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-midja indipendenti; |
|
6. |
Jikkundanna d-deċiżjoni meħuda mill-Kulleġġ tal-Avukati tal-Belt ta’ Minsk li jirtira l-liċenzji ta’ wħud mill-avukati ta’ dawk akkużati fil-każ kriminali b'akkuża ta’ irvell tal-massa inklużi, Aleh Ahiejev, Pavel Sapelko, Tatiana Ahijeva, Uladzimir Touscik u Tamata Harajeva, u jistieden lill-Kulleġġ tal-Avukati tal-Belt ta’ Minsk jannulla din id-deċiżjoni; |
|
7. |
Jikkundanna t-tkeċċija ta’ Alyaksandr Pylchanka, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Belt ta’ Minsk, mill-Ministru tal-Ġustizzja, talli esprima t-tħassib tiegħu għad-deċiżjoni tal-Ministeru li jirrevoka l-liċenzji ta’ erba' avukati involuti fl-hekk imsejjaħ każ ta’ rewwixta bħala wieħed mingħajr bażi u bla provi ta’ theddida reali għall-indipendenza tal-ġudikatura u għall-indipendenza ta’ kull avukat individwali; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jwettqu investigazzjoni bir-reqqa u imparzjali tal-allegazzjonijiet ta’ tortura fuq priġunieri politiċi u biex jidentifikaw u jtellgħu l-qorti lill-individwi involuti f'dawn il-prattiki; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jirrevedu l-Liġi dwar l-avvenimenti Pubbliċi biex din tkun konformi mar-rekwiżti tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; |
|
10. |
Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-UE u lill pajjiżi sieħba oħrajn tal-UE biex jikkunsidraw l-estensjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni fuq prosekuturi, imħallfin u rappreżentanti tal-KGB konnessi mal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja sakemm ma tintemmx minnufih ir-repressjoni f'dan il-pajjiż u sakemm ma jsirx progress konsiderevoli fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; iqis li l-kunsill għandu jeżamina l-possibilità li jintroduċi sanzjonijiet ekonomiċi intelliġenti u mmirati fuq il-kumpaniji b'sieda tal-Gvern tal-Bjelorussja; |
|
11. |
Jilqa' l-impenn meħud minn disa' pajjiżi – b'mod partikolari l-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, l-Albanija, il-Bosnja-Ħerżegovina, is-Serbja, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja – li japplikaw miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja; |
|
12. |
Itenni li sakemm il-Gvern tal-Bjelorussja ma jiħux passi immedjati lejn id- demokratizzazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-proċess ta’ parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja ser ikun iffriżat, inkluż il-parteċipazzjoni tal-Bjelorussja fis-Sħubija tal-Lvant; |
|
13. |
Jenfasizza, li minkejja l-konsegwenzi politiċi fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Bjelorussja tal-infurzar strett fuq l-oppożizzjoni wara l-elezzjoni, l-UE teħtieġ tintensifika l-assistenza tagħha lis-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja, inkluż fil-forma ta’ faċilitar tal-viżi; |
|
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti u l-Gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Assemblej Parlamentari tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa, u lill-Parlament u l-Gvern tal-Bjelorussja. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0022.
(2) ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 16.
(3) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 113.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/185 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
Is-sitwazzjoni u l-wirt kulturali f'Kashgar (Reġjun Awtonomu Uyghur Xinjiang, Ċina)
P7_TA(2011)0100
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar is-sitwazzjoni u l-wirt kulturali f’Kashgar (ir-Reġjun Awtonomu Xinjiang Uyghur, iċ-Ċina)
2012/C 199 E/23
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina, notevolment dawk li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi, u b’mod partikolari dawk tas-26 ta’ Novembru 2009 (1) u tal-25 ta’ Novembru 2010 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra t-13-il Samit UE-Ċina tas-6 ta’ Ottubru 2010, li sar fi Brussels, li kien jinkludi l-ewwel Forum Kulturali ta’ Livell Għoli UE-Ċina bl-għan tat-tisħiħ tad-djalogu u kooperazzjoni kulturali UE-Ċina, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jappartjenu għal Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi adottata b’riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali 47/135 tat-18 ta’ Diċembru 1992, li tistipula li “stati għandhom jipproteġu l-eżistenza u l-identità nazzjonali jew etnika, kulturali, reliġjuża u lingwistika ta’ minoranzi fi ħdan it-territorji rispettivi tagħhom”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 22 u 119 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jipprovdu, rispettivament, għal għajnuna governattiva fl-iżvilupp kulturali ta’ reġjuni fejn jgħixu nazzjonalitajiet ta’ minoranza, għall-protezzjoni mill-Istat ta’ monumenti u relikwi kulturali ta’ valur, u għall-protezzjoni tal-wirt kulturali tan-nazzjonalitajiet, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi fl-2009 il-Gvern Ċiniż ħabbar li se titwettaq “Riforma tad-Djar Perikolużi ta’ Kashgar” (Kashgar Dangerous House Reform) b’nefqa ta’ USD 500 miljun, bi programm ta’ rikostruzzjoni urban, li, mill-2009, ilu jeqred il-belt tat-Triq tal-Ħarir Kashgar, fejn il-pjan hu li jitwaqqa’ 85 % tal-Belt il-Qadima, u minflok jinbnew blokkijiet ta’ appartamenti moderni, u l-partijiet il-qodma li jkun fadal fil-belt jinbidlu f’siti turistiċi Sino-Uyghur, |
|
B. |
billi Beijing tibqa’ teskludi l-belt ta’ Kashgar mill-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ sit ta’ wirt dinji għall-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO), bħall-applikazzjoni transnazzjonali ppjanata biex tinkiseb il-protezzjoni ta’ bosta siti kulturali fit-Triq tal-Ħarir tal-Ażja Ċentrali, |
|
C. |
billi l-belt ta’ Kashgar hija sit sinifikanti internazzjonali ta’ wirt arkitettoniku b’importanza storika u ġeografika bħala ċentru antik tal-kummerċ u t-turiżmu, |
|
D. |
billi l-belt ta’ Kashgar iżżomm valur simboliku kbir għall-identità kulturali tal-popolazzjonijiet Uyghur u Hui tar-reġjun, kif ukoll għad-diversità kulturali taċ-Ċina, |
|
E. |
billi l-ġustifikazzjoni uffiċjali tal-programm ta’ rikostruzzjoni tal-fortifikazzjoni tat-terremot ma teħtieġx qerda assoluta ta’ bini tradizzjonali, filwaqt li għażla oħra hi r-rinnovazzjoni sensittiva kulturalment, |
|
F. |
billi Beijing impenjat ruħha fil-modernizzazzjoni distruttiv tad-djar f’partijiet oħra taċ-Ċina permezz tad-diversi “pjanijiet ta’ żvilupp” lokali tagħha, fejn twaqqa’ bini storiku u intużat il-forza biex ir-residenti jmorru jgħixu x’imkien ieħor mingħajr ma tqies it-telf tal-wirt storiku u kulturali imprezzabbli u mingħajr ma ngħatat prijorità lill-preservazzjoni – f’żoni protetti jew f’mużewijiet – ta’ relikwi jew artefatti ta’ bini prinċipali u l-arkitettura sabiex jiġu trasmessi lil ġenerazzjonijiet futuri u lid-dinja, oġġetti li juru eluf ta’ snin ta’ żvilupp storiku u kulturali Ċiniż, |
|
G. |
billi Beijing qed timplimenta kontinwament politiki etnokulturali ripressivi fir-Reġjun Awtonomu Xinjiang Uyghur (XUAR), li laħaq punt ikraħ waqt ir-repressjoni vjolenti kontra n-nies ta’ Uyghur li kienu qegħdin jipprotestaw fil-kunflit tal-2009 f’Urumqi, |
|
H. |
billi l-popolazzjoni Uyghur u Hui jbatu minn ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom u billi bosta minnhom huma mċaħda minn rappreżentazzjoni politika adegwata u self-determinazzjoni kulturali, |
|
1. |
Jitlob lill-Gvern Ċiniż biex minnufih iwaqqaf il-qerda kulturali li qed thedded is-sopravivenza arkitettonika ta’ Kashgar u jwettaq inkjesta esperta komprensiva dwar il-metodi ta’ rinnovazzjoni relatati mal-kultura; |
|
2. |
Jitlob lill-Gvern Ċiniż iwaqqaf il-marġinalizzazzjoni tal-popolazzjoni Uyghur ta’ Kashgar u ma jibqax jisfurzahom jitilqu jgħixu post ieħor, li hu riżultat tat-twaqqigħ ta’ żoni residenzjali, u biex jagħti kumpens xieraq lill-vittmi preċedenti kollha għat-telf li esperjenzaw; |
|
3. |
Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżviluppaw djalogu ġenwin bejn il-Han u l-Uyghur sabiex f’Xinjiang jadottaw politiki ekonomiċi li jkunu aktar inklużivi u komprensivi li jkollhom l-għan li jsaħħu s-sjieda lokali u li jħarsu l-identità kulturali tal-popolazzjoni Uyghur; |
|
4. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż jaderixxi mal-obbligi kostituzzjonali tiegħu billi jagħti appoġġ adegwat lit-tradizzjonijiet kulturali ta’ Kashgar u Xuar, li huma influwenzati ħafna mill-identità Uyghur; |
|
5. |
Jitlob lill-awtoritajiet Ċinizi jieħdu iktar miżuri biex jipprevjenu l-kummerċ illegali u l-attivitajiet ta’ traffikar, li jikkontribwixxu għat-telf tal-wirt ta’ ċivilizzazzjonijiet Ċiniżi; |
|
6. |
Jitlob lill-Ministru Ċiniż għall-Kultura jirrevedi r-regolamenti u l-liġijiet eżistenti dwar il-protezzjoni tar-relikwi kulturali sabiex jadatta l-istil tal-ħajja attwali li dejjem qed tinbidel tal-grupp etniku ta’ minoranza li xi drabi, mingħajr ma jkun konxju tat-teżori tagħhom, jagħmel użu mhux xieraq jew jirrifjuta l-protezzjoni tal-wirt kulturali tiegħu; jiddikjara li għandha tiġi promossa kampanja edukattiva fil-livell nazzjonali dwar din il-kwistjoni; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniz biex jevalwa l-possibbiltà li jinkludi l-belt ta’ Kashgar fl-applikazzjoni konġunta mal-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, u l-Uzbekistan għad-denominazzjoni ta’ wirt dinji tal-UNESCO tat-Triq tal-Ħarir; |
|
8. |
Jitlob lill-Gvern Ċiniż biex iwaqqaf il-politiki diskrimatorji u ripressivi kollha lejn il-popolazzjonijiet Uyghur u Hui, u jirrispetta d-dritt fundamentali tagħhom ta’ espressjoni kulturali, billi jitqies b’mod partikolari Tursunjan Hezim, ex għalliem tal-istorja, li, wara proċess sigriet, intbagħat seba’ snin il-ħabs, kif ukoll attivisti oħra li ngħataw sentenza f’dawn l-aħħar xhur; |
|
9. |
Jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jfassal miżuri addizzjonali fil-kuntest tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem u dawk kulturali tal-gruppi ta’ minoranzi etniċi, reliġjużi u lingwistiċi fiċ-Ċina; |
|
10. |
Jitlob lir-rappreżentanti tal-UE u lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex iżidu u jintensifikaw id-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u biex jagħmlu d-djalogu tad-drittijiet tal-bniedem iktar effikaċi u orjentati lejn ir-riżultati; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-UNESCO, lill-Kungress Popolari Nazzjonali (u l-Kumitat Permanenti tiegħu) tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u lill-Kumitat Permanenti tal-Partit Reġjonali ta’ XUAR. |
(1) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 80.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0449.
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/187 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
L-istabbiliment ta’ statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet
P7_TA(2011)0101
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar l-istabbiliment ta’ statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet
2012/C 199 E/24
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-ekonomija soċjali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-ġid u l-istabilità tas-soċjetà ġejjin mid-diversità tagħha f'dak li hu imprenditorjat, u billi l-assoċjazzjonijiet, is-soċjetajiet mutwi u l-fondazzjonijiet jikkontribwixxu għal dik id-diversità billi jipprovdu mudell kummerċjali distintiv ibbażat fuq valuri fundamentali, jiġifieri s-solidarjetà, is-sorveljanza demokratika u li wieħed jiffavorixxi l-objettivi soċjali aktar milli l-gwadann, |
|
B. |
billi, filwaqt li l-assoċjazzjonijiet, is-soċjetajiet mutwi u l-fondazzjonijiet s'issa żviluppaw f'kuntest primarjament nazzjonali, jeħtieġ li jtejbu l-aċċess transkonfinali biex jimmassimizzaw il-potenzjal imprenditorjali tagħhom fl-UE, |
|
1. |
Jinnota li hu meħtieġ li jinħolqu “kundizzjonijiet ugwali” li jipprovdu lill-assoċjazzjonijiet, lis-soċjetajiet mutwi u lill-fondazzjonijiet strumenti u opportunitajiet ekwivalenti għal dawk disponibbli għal strutturi ġuridiċi organizzattivi oħrajn, biex b'hekk tingħata dimensjoni Ewropea lill-organizzazzjoni u lill-attivitajiet tagħhom; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tintroduċi proposti għal statuti Ewropej għall-assoċjazzjonijiet, is-soċjetajiet mutwi u l-fondazzjonijiet, tipproponi studju tal-fattibilità u valutazzjoni tal-impatt għall-istatuti għall-assoċjazzjonijiet u għas-soċjetajiet mutwi, u biex tlesti l-valutazzjoni tal-impatt għall-istatut għall-fondazzjonijiet fiż-żmien opportun; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (3), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 16.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0186.
(3) Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tal-10 ta’ Marzu 2011 (P7_PV(2011)03-10(ANN1)).
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/188 |
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2011
Ħabtiet tal-vetturi għall-merkanzija tqila
P7_TA(2011)0102
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2011 skont l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura dwar ħabtiet tal-vetturi għall-merkanzija tqila
2012/C 199 E/25
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-vetturi għall-merkanzija tqila (HGVs) jikkostitwixxu 3 % tal-flotta tal-vetturi tal-UE, iżda huma l-kawża ta’ 14 % tal-ħabtiet fatali, u jammontaw għal aktar minn 4 000 fatalità kull sena fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, |
|
B. |
billi fl-Ewropa kull sena, madwar 400 persuna li fil-parti l-kbira tagħhom huma utenti tat-triq mhux protetti, bħal pereżempju ċ-ċiklisti, is-sewwieqa tal-mutur u n-nies bil-mixi, jinqatlu minħabba l-partijiet mhux viżibbli (blind spots) tal-HGVs, |
|
C. |
billi bosta minn dawn il-fatalitajiet jistgħu jiġu evitati permezz tal-istallazzjoni kompleta ta’ mirja jew ta’ tagħmir ta’ kamera moniters, sistemi ta’ twissija attiva, sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza u sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mil-lejn li dejjem qed isiru irħas, |
|
D. |
billi partijiet mhux viżibbli sinifikanti u perikolużi għadhom jeżistu fl-HGVs minkejja ż-żieda fir-rekwiżiti dwar il-viżibilità tad-Direttivi 2003/97/KE u 2007/38/KE għall-HGVs li ġew irreġistrati reċentement u għal dawk fiċ-ċirkolazzjoni rispettivament, |
|
E. |
billi r-rekwiżiti tal-2007 huma aktar dgħajfa minn dawk tal-2003 u ma ġewx implimentati biżżejjed mill-Istati Membri, minkejja l-aspirazzjoni tal-UE li tnaqqas bin-nofs il-fatalitajiet fit-toroq, |
|
1. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħaffef l-evalazzjoni tagħha tad-Direttiva 2007/38/KE u biex tirrevediha bl-għan li tallinjaha mal-avvanz teknoloġiku u mar-rekwiżiti tat-tagħmir tal-viżjoni indiretta l-aktar reċenti għat-trakkijiet li ġew irreġistrati reċentement, sabiex jiġi żgurat livell ottimali ta’ sigurtà; |
|
2. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li ma tingħata ebda eżenzjoni għall-installazzjoni obbligatorja ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza u ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mil-lejn skont ir-Regolament dwar is-Sigurezza Ġenerali (KE) Nru 661/2009; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kunsill u l-Kummissjoni. |
(1) Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tal-10 ta’ Marzu 2011 (P7_PV(2011)03-10(ANN2)).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/190 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tas-Sur Elmar Brok
P7_TA(2011)0075
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elmar Brok (2010/2283(IMM))
2012/C 199 E/26
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elmar Brok, imressqa mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-28 ta’ Settembru 2010 u mħabbra fis-seduta plenarja tal-22 ta’ Novembru 2010, |
|
— |
wara li sema' lil Elmar Brok, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ April 1965 u l-Artikolu 6(2) u l-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta’ Mejju 1964 u tal-10 ta’ Lulju 1986 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz), |
|
— |
wara li kkunsidra il-Kodiċi Fiskali Ġermaniż (Abgabenordnung), b’mod partikolari t-Taqsima 370 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0047/2011), |
|
A. |
billi l-fatti murija fl-istqarrija spjegattiva jikkostitwixxu każ ċar ta’ fumus persecutionis; |
|
B. |
billi nġiebu akkużi kriminali kontra persuna politika magħrufa ħafna rigward somma ta’ flus u f’ċirkostanzi li fil-każ ta’ ċittadin ordinarju kienu jattiraw biss proċedimenti amministrattivi; |
|
C. |
billi, barra minn hekk, il-prosekutur pubbliku mhux biss ipprova ma jiżvelax lis-Sur Brok tagħrif dwar l-akkuża għal raġunijiet artifiċjali u derogatorji u mingħajr ebda bażi, iżda wkoll żġura ruħu li l-każ ikollu pubbliċita kbira fil-midja, hekk li jikkawża l-akbar ħsara possibbli lill-Membru konċernat; |
|
D. |
billi għalhekk jidher ċar li dan huwa każ ta’ fumus persecutionis billi jidher li l-proċedimenti saru bl-iskop waħdieni li ssir ħsara għar-reputazzjoni tal-Membru konċernat; |
|
E. |
billi għalhekk ikun kompletament mhux xieraq li titneħħa l-immunità tal-Membru, |
|
1. |
Jeddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Elmar Brok; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtorità xierqa tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
(1) Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, u Każ 149/85 Wybot v Faure 1986] ECR 2391.
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/192 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Ħatra ta’ membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Is-Sur Harald Wögerbauer - AT)
P7_TA(2011)0078
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar il-ħatra proposta ta’ Harald Wögerbauer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0029/2011 – 2011/0801(NLE))
2012/C 199 E/27
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C7-0029/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Marzu 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill għall-kariga ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0048/2011), |
|
A. |
billi Harald Wögerbauer Galea jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, |
|
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta’ Harald Wögerbauer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri. |
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/193 |
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
Żona koperta mill-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ***I
P7_TA(2011)0079
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2009)0477 – C7-0204/2009 – 2009/0129(COD))
2012/C 199 E/28
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0477), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0204/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0023/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 71.
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
P7_TC1-COD(2009)0129
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata adottata fl-ewwel qari fit-8 ta’ Marzu 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) [Emenda 1]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, [Emenda 2]
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
▐ [Emenda 3]
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) , [Emenda 4]
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2) , [Emenda 5]
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (“GFCM”), minn issa 'l quddiem “il-Ftehim tal-GFCM”, kien approvat mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 98/416/KE tas-16 ta’ Ġunju 1998 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-GFCM (3). |
|
(2) |
Il-Ftehim tal-GFCM jipprovdi qafas xieraq għal kooperazzjoni multilaterali sabiex jippromwovi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa utilizzazzjoni tal-istokkijiet tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f'livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b'riskju baxx ta’ kollass. |
|
(3) |
L-Unjoni Ewropea , kif ukoll il-Bulgarija, l-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta, r-Rumanija u s-Slovenja u huma Partijiet Kontraenti mal-GFCM. [Emenda 6] |
|
(4) |
Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM huwa vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti. Peress li l-Unjoni hija parti kontraenti mal-GFCM, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-Unjoni u għalhekk għandhom jiġu trasposti fil-liġi tal-Unjoni , fejn il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert. [Emenda 7] |
|
(5) |
Fis-Sessjonijiet Annwali tagħha fl-2005, l-2006, l-2007 u l-2008 l-GFCM adottat għadd ta’ rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet għal ċertu sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM li ġew trasposti fil-liġi tal-Unjoni fuq bażi temporanja permezz ta’ regolamenti annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd (4) jew fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM 2005/1 u 2005/2, mill-Artikoli 4(3) u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal- 21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (5). [Emenda 8] |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, simplifikazzjoni u ċertezza legali, u peress li l-karattru permanenti tar-rakkomandazzjonijiet jitlob ukoll strument legali permanenti għat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi tal-Unjoni , huwa xieraq li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu trasposti permezz ta’ att leġiżlattiv wieħed li miegħu jistgħu jiżdiedu rakkomandazzjonijiet futuri permezz ta’ emendi. [Emenda 9] |
|
(7) |
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM japplikaw għaż-żona sħiħa ta’ Ftehim tal-GFCM, b'mod partikolari l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet konnessi, kif imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni 98/416/KE, u għalhekk, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni , huma għandhom jiġu trasposti f'regolament separat aktar milli permezz ta’ emendi għar-Regolament (KE) 1967/2006, li jkopri biss il-Baħar Mediterran. [Emenda 10] |
|
(8) |
Ċerti dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għandhom japplikaw mhux biss fil-Baħar Mediterran imma fiż-żona sħiħa tal-Ftehim tal-GFCM. Għalhekk dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jitħassru mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u jiġu inklużi f'dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Iż-“Żoni tas-Sajd Ristretti” stabbiliti mir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM għal miżuri spazjali ta’ ġestjoni huma effettivament ekwivalenti għaż-“Żoni tas-Sajd Protetti” kif użati fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006. |
|
(10) |
Fis-Sessjoni Annwali tagħha mit-23 sas-27 ta’ Marzu 2009, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ żona tas-sajd ristretta fil-Golf tal-Iljuni, fuq il-bażi tal-parir xjentifiku tal-Kumitati Xjentifiku Konsultattiv (SAC), kif misjub fir-rapport tal-11-il sessjoni tiegħu (rapport tal-FAO nru 890). Huwa xieraq li din il-miżura tiġi implimentata permezz ta’ sistema tal-ġestjoni tal-isforzi. |
|
(11) |
Is-selettività ta’ ċerti tipi ta’ rkaptu tas-sajd ma tistax tilħaq aktar minn ċertu livell fis-sajd imħallat tal-Mediterran u, flimkien mal-kontroll u l-limitazzjoni tal-isforz tas-sajd, huwa fundamentali li jiġi limitat l-isforz tas-sajd f'żoni fejn l-adulti ta’ stokkijiet importanti jiltaqgħu sabiex ikollhom riskju baxx ta’ tfixkil fir-riproduzzjoni, u b'hekk jiġi permess l-isfruttament sostenibbli tagħhom. Għalhekk, ta’ min wieħed jirrikkmanda li l-ewwel ikun limitat l-isforz tas-sajd magħmul fiż-żona eżaminata mis-SAC għal livelli preċedenti u ma tkun permessa l-ebda żieda għal dak il-livell. |
|
(12) |
Il-parir li fuqu jkunu bbażati l-miżuri ta’ ġestjoni għandu jkun ibbażat fuq l-użu xjentifiku ta’ data rilevanti dwar il-kapaċità u l-attività tal-flotta, dwar l-istatus bijoloġiku ta’ riżorsi sfruttati u dwar is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tas-sajd; din id-data għandha tinġabar u tiġi ppreżentata fil-ħin sabiex il-korpi sussidjarji tal-GFCM jippreparaw il-parir tagħhom. |
|
(13) |
Fis-Sessjoni Annwali tal-2008, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar skema reġjonali ta’ miżuri tal-Istat tal-Port biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM. Filwaqt li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (6) jkopri b'mod ġenerali l-kontenut ta’ din ir-rakkomandazzjoni u japplika mill- 1 ta’ Jannar 2010, madankollu hemm xi aspetti bħall-frekwenza, il-kopertura u l-proċedura għall-ispezzjonijiet fil-port li għandhom bżonn ikunu msemmija f'dan ir-Regolament sabiex il-miżura tkun adattata għall-ispeċifikazzjonijiet taż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. [Emenda 11] |
|
(14) |
Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament , għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat tal-implimentazzjoni. Dawk is-setgħat, li għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament marbuta ma’ atti ddelegati u li ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-miżuri tal-Istat tal-Port u l-proċeduri ta’ spezzjoni fl-Istat tal-Port, għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7). [Emenda 12] |
|
(15) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-inkorporazzjoni fil-liġi tal-Unjoni ta’ emendi ġejjienin għal dawk il-miżuri tal-GFCM għall-konservazzjoni, l-kontroll jew l-infurzar, kif diġà trasposti fil-liġi tal-Unjoni, li huma s-suġġett ta’ ċerti elementi mhux essenzjali ddefiniti espliċitament ta’ dan ir-Regolament u li saru jorbtu fuq l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha skont it-termini tal-Ftehima GFCM. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert. [Emenda 13] |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni, ġestjoni, sfruttament, monitoraġġ, kummerċjalizzazzjoni u infurzar għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif stabbilit mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (“GFCM”). [Emenda 14]
Artikolu 2
Ambitu
1. Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd u l-akkwakultura kummerċjali tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u taċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-żona ta’ Ftehim tal-GFCM. [Emenda 15]
Għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu infurmati bil-quddiem li fl-ilmijiet tagħhom tkun qed titwettaq ir-riċerka. L-Istati Membri li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd għall-finijiet ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li fl-ilmijiet tagħhom tkun qed titwettaq ir-riċerka u lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd dwar il-qabdiet kollha minn operazzjonijiet tas-sajd bħal dawn.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (8) u mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006:
|
(a) |
“Żona ta’ Ftehim tal-GFCM” tfisser il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet li jgħaqqduhom, kif imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 98/416/KE; |
|
(b) |
“Sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità tal-bastiment tas-sajd, kemm f'kW kif ukoll f'TG, u l-jiem fuq il-baħar; |
|
(c) |
“jum fuq il-baħar” tfisser kwalunkwe jum tal-kalendarju li l-bastiment huwa assenti mill-port, irrispettivament mill-ammont ta’ ħin fil-jum li l-bastiment huwa prezenti f'żona. |
TITOLU II
MIŻURI TEKNIĊI
Kapitolu I
Żoni ta’ sajd ristretti
Taqsima I
Żona ta’ sajd ristretta fil-Golf tal-Iljuni
Artikolu 4
Stabbiliment ta’ żona ta’ sajd ristretta
Żona ta’ sajd ristretta hija stabbilita fil-Lvant tal-Golf tal-Iljuni, konfinata permezz ta’ linji li jgħaqdu l-koordinati ġeografiċi li ġejjin:
|
|
42°40′N, 4°20′ E; |
|
|
42°40′N, 5°00′ E; |
|
|
43°00′N, 4°20′ E; |
|
|
43°00′N, 5°00′ E. |
Artikolu 5
Sforz tas-sajd
L-isforz tas-sajd għall-istokkijiet demersali tal-bastimenti li jużaw xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ u ta’ nofs il-baħar u xbieki tal-qiegħ fiż-żona ta’ sajd ristretta msemmija fl-Artikolu 4 ma għandux ikun aktar mil-livell tal-isforz tas-sajd applikat fl-2008 minn kull Stat Membru f'dik iż-żona.
Artikolu 6
Sajd passat
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni f'format elettroniku, sa mhux aktar tard minn … (9) , lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li matul l-2008 kienu jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u fis-Subżona Ġeografika 7 tal-GFCM kif imsemmija fl-Anness I. Il-lista għandu jkollha l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu fir-Reġistru tal-Flotta tal-UE , imsemmi fl-anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta’ Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (10), il-perjodu li matulu l-bastiment kien awtorizzat jistad fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u l-għadd ta’ jiem li kull bastiment għamel fis-Subżona Ġeografika 7 fis-sena 2008 u aktar speċifikament fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4. [Emenda 16]
Artikolu 7
Bastimenti awtorizzati
1. Il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw Permess Speċjali tas-Sajd mill-Istat Membru tagħhom skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd (11).
2. Il-bastimenti tas-sajd li fil-passat ma stadux fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 qabel il-31 ta’ Diċembru 2008 ma għandhomx ikunu awtorizzati biex jistadu hemmhekk.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn … (12) , il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2008 dwar: [Emenda 17]
|
(a) |
il-ħin massimu ta’ attività ta’ sajd kuljum permess lil kull bastiment, |
|
(b) |
l-għadd massimu ta’ jiem fil-ġimgħa li bastiment jista' joqgħod fuq il-baħar u jkun assenti mill-port u |
|
(c) |
l-iskedar obbligatorju ta’ ħruġ u ritorn lejn il-port reġistrat tal-bastimenti tas-sajd tagħhom. |
Artikolu 8
Ħarsien ta’ ħabitats sensittivi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona msemmija fl-Artikolu 4 hija protetta mill-impatti ta’ kwalunkwe attività tal-bniedem oħra li tipperikola l-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta’ dik iż-żona bħala żona fejn jinġabar il-ħut li jista’ jirriproduċi.
Artikolu 9
Informazzjoni
Qabel il-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport f'format elettroniku dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.
Taqsima II
Żoni ta' sajd ristretti sabiex jiġu mħarsa ħabitats sensittivi tal-baħar fond
Artikolu 10
Stabbiliment ta’ żoni ta’ sajd ristretti
Is-sajd bil-gangmu rmunkat u bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni li ġejjin:
|
(a) |
Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “Lophelia reef off Capo Santa Maria di Leuca” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
|
|
(b) |
Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “The Nile delta area cold hydrocarbon seeps” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
|
|
(c) |
Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “The Eratosthemes Seamount” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
|
Artikolu 11
Ħarsien ta’ ħabitats sensittivi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom il-kompitu tal-ħarsien tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 10 u b'mod partikolari ▐ mill-impatti ta’ kwalunkwe attività oħra ▐ li thedded il-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta’ dawk il-ħabitats speċifiċi. [Emenda 18]
Kapitolu II
L-istabbiliment ta’ staġun magħluq għas-sajd tal-lampuki permezz ta’ tagħmir biex jinġema’ l-ħut (FADs)
Artikolu 12
Staġun magħluq
1. Is-sajd għal-lampuki (Coryphaena hippurus) permezz ta’ tagħmir biex jinġema’ l-ħut (FADs) għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar sal-14 ta’ Awwissu ta’ kull sena.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jista' juri li, minħabba kundizzjonijiet ta’ maltemp, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu ma setgħux jutilizzaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom dak l-Istat Membru jista' jgħaddi jiem mitlufa mill-bastimenti tiegħu fis-sajd bil-FAD sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. F'dak il-każ, qabel għeluq is-sena, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-għadd ta’ jiem li jixtieq jgħaddi għas-sena ta’ wara.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fiż-żona ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.
4. L-applikazzjoni li tissemma fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
rapport bid-dettalji tal-waqfien mill-attivitajiet tas-sajd rilevanti, inkluża informazzjoni meterjoloġika xierqa bħala evidenza; |
|
(b) |
l-isem tal-bastiment u n-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE . [Emenda 19] |
5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 6 ġimgħat mid-data li fiha tirċievi l-applikazzjoni, u tinforma b'dan lill-Istat Membru bil-miktub.
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 5. Qabel l-1 ta’ Novembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar il-jiem mitlufa fis-sena ta’ qabel, li jixtiequ jgħaddu għas-sena ta’ wara skont il-paragrafu 2.
Artikolu 13
Permess speċjali tas-sajd
Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jipparteċipaw fis-sajd tal-lampuki għandhom jingħataw permess speċjali tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 u għandhom ikunu inklużi f'lista li jkollha l-isem tal-bastiment u n-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE , li għandu jingħata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat. Irrispettivament mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94, il-bastimenti b'anqas minn 10 metri tul totali għandu jkollhom permess speċjali tas-sajd. [Emenda 20]
Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għaż-żona ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu (26)1 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.
Artikolu 14
Ġbir tad-data
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (13) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema xierqa ta’ ġbir u trattament ta’ data tal-qbid u l-isforz tas-sajd.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-għadd ta’ bastimenti involuti fis-sajd, it-total tal-qabdiet li jinħattu l-art u ta’ trażbordi ta’ lampuki mwettqa fis-sena preċedenti mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom f'kull subżona ġeoġrafika taż-żona ta’ Ftehim GFCM kif determinat fl-Anness I.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM."
Kapitolu III
Irkaptu tas-sajd <BR> ▐ <BR>[Emendi 21, 22, 23, 24 u 25]
Artikolu 15
Daqs minimu tal-malji fil-Baħar l-Iswed
1. Id-daqs minimu tal-malja għax-xbieki użati għal attivitajiet tat-tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandu jkun ta’ 40 mm; pannelli ta’ xbieki b'malji iżgħar minn 40 mm ma għandhomx ikunu użati jew miżmuma abbord.
2. Sal-31 ta’ Jannar 2012, ix-xibka msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinbidel minn xibka b'malja kwadra tal-manka ta’ 40 mm jew, fuq talba ġustifikata kif suppost ta’ sid il-bastiment, għal xibka b'malja djamant ta’ 50 mm li għandu jkollha selettività ta’ daqs rikonoxxut li tkun ekwivalenti għal jew ogħla minn dak tax-xbieki b'malja kwadra tal-manka ta’ 40 mm.
3. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu involuti f'attivitajiet tat-tkarkir li jisfrutta l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sal-1 ta’ Ottubru 2011 u sussegwentement kull 6 xhur, il-lista ta’ bastimenti tas-sajd, u l-perċentwali mill-flotta kollha nazzjonali demersali tat-tkarkir b'xibka bil-malja kwadra tal-manka ta’ 40 mm jew aktar jew xbieki bil-malja djamant ta’ mill-anqas 50 mm. [Emenda 26]
4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.
Artikolu 16
Użu ta’ gangmu rmunkat u sajd bix-xbieki tat-tkarkir
L-użu ta’ gangmu rmunkat u xbieki tat-tkarkir f’fond ta’ aktar minn 1 000 m għandu jkun ipprojbit.
TITOLU III
MIŻURI TA’ KONTROLL
kapitolu I
Reġistru tal-bastimenti
Artikolu 17
Reġistru ta’ bastimenti awtorizzati
1. Qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-data, lista aġġornata tal-bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu li huma awtorizzati minnu li jistadu fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM bil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għas-sajd . [Emenda 27]
2. Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru tal-bastiment fir-reġistru tal-flotta tal-UE , u l-marki esterni kif definiti fl-Anness I għar- Regolament (KE) Nru 26/2004; [Emenda 28] |
|
(b) |
il-perjodu li għalih huwa awtorizzat għas-sajd u/jew trażbord, |
|
(c) |
l-irkaptu tas-sajd użat. |
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista aġġornata lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena biex dawn il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-GFCM ta’ bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali awtorizzati biex jistadu fiż-żona tal-Ftehim GFCM (“Reġistru tal-GFCM”). [Emenda 29]
4. Kull bidla li tkun se ssir fil-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għat-trażmissjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u l-istess proċedura għandha tapplika minn tal-anqas 10 ijiem tax-xogħol qabel ma l-bastiment jibda l-attività tas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.
5. Il-bastimenti tas-sajd tal-UE b'tul totali ta’ aktar minn 15-il metru, li ma jkunux imdaħħla fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma għandhomx jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art kwalunkwe tip ta’ ħut jew frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. [Emenda 30]
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:
|
(a) |
jkunu biss il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord awtorizzazzjoni għas-sajd maħruġa minnhom li jkunu awtorizzati, skont it-termini tal-awtorizzazzjoni , li jwettqu attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM; [Emenda 31] |
|
(b) |
l-ebda permess awtorizzazzjoni għas-sajd ma għandha tinħareġ lil bastimenti li jkunu wettqu sajd IUU fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM jew band’oħra, sakemm is-sidien il-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adegwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti ma għad għandhom l-ebda interess legali, benefiċjarju jew finanzjarju fi, u ma jeżerċitaw l-ebda kontroll fuq, il-bastimenti tagħhom, u li l-bastimenti tagħhom la jieħdu sehem u lanqas ma huma assoċjati ma’ sajd IUU; [Emenda 32] |
|
(c) |
safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tipprojbixxi lis-sidien u l-operaturi tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 milli jieħdu sehem jew ikunu assoċjati ma’ attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tal-Ftehim GFCM minn bastimenti li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM; |
|
(d) |
safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun teħtieġ li s-sidien tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ikunu ta’ nazzjonalità jew entitajiet legali tal-Istat Membru tal-bandiera; |
|
(e) |
il-bastimenti tagħhom jikkonformaw mal-miżuri kollha rilevanti tal-GFCM dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni. |
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu s-sajd, iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut u frott tal-baħar maqbuda fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM minn bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-Reġistru tal-GFCM.
8. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jgħaddu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li turi li jkun hemm raġunijiet sodi ta’ suspett li xi bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM ikunu qed jistadu jew jittrażbordaw ħut u frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.
kapitolu II
Miżuri tal-istat tal-port
Artikolu 18
Ambitu
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi.
Artikolu 19
Notifika minn qabel
B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 ▐ l-perjodu għal notifika minn qabel għandu jkun ta’ mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port. [Emenda 33]
Artikolu 20
Spezzjonijiet fil-Port
1. Irrispettivament mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fil-portijiet deżinjati tagħhom ta’ mill-anqas 15 % tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord kull sena.
2. Irrispettivament mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti tas-sajd li jidħlu f'port ta’ Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu spezzjonati fil-każijiet kollha.
Artikolu 21
Proċedura ta’ spezzjoni
Flimkien mar-rekwiżiti provduti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-ispezzjonijiet fil-port għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 22
Ċħid mill-użu tal-port
1. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li bastiment ta’ pajjiż terz juża l-portijiet tagħhom għall-ħatt tal-ħut, it-trażbord jew l-ipproċessar ta’ prodotti tal-ħut li nqabad fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM u għandhom jiċħdu l-aċċess għas-servizzi tal-port, inkluż, inter alia, servizzi ta’ forniment ta’ karburant jew ta’ provvisti, bl-eċċezzjoni ta’ każijiet ta’ force majeure jew ta’ periklu skont it-tifsira fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar għas-servizzi strettament meħtieġa biex jirrimedjaw dawk is-sitwazzjonjiet, jekk: [Emenda 34]
|
(a) |
il-bastiment ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ; jew [Emenda 35] |
|
(b) |
il-bastiment ikun inkluż minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd f’lista ta’ bastimenti li kienu involuti fi, inkella li appoġġaw, sajd IUU; jew |
|
(c) |
il-bastiment ma jkollux awtorizzazzjoni valida sabiex jinvolvi ruħu fis-sajd jew f'attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċħid tal-użu tal-port pprovduti mill-Artikoli 4(2) u 37(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
3. Fejn Stat Membru iċaħħad l-użu tal-portijiet tiegħu skont il-paragrafi 1 u 2, għandu jinnotifika mill-ewwel lill-kaptan tal-bastiment, lill-Istat li tiegħu itajjar il-bandiera, lill-Kummissjoni u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM b'azzjoni bħal din.
4. Meta r-raġunijiet għaċ-ċħid imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux japplikaw, l-Istat Membru għandu jirtira ċ-ċħid u jgħarraf b'dan lill-persuni nnotifikati skont il-paragrafu 3.
TITOLU IV
KOOPERAZZJONI, INFORMAZZJONI U RAPPURTAR
Artikolu 23
Koperazzjoni u informazzjoni
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM, b'mod partikolari billi:
|
(a) |
jitolbu informazzjoni minn u jipprovdu informazzjoni lid-databases rilevanti; |
|
(b) |
jitolbu u jipprovdu kooperazzjoni biex jippromwovu l-implimentazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tagħhom għall-informazzjoni marbuta mas-sajd jippermettu l-iskambju elettroniku dirett tal-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet mill-Istat tal-port kif jissemmew fit-Titolu III, bejniethom u s-Segretarjat tal-GFCM, billi jqisu kif xieraq ir-rekwiżiti rilevanti ta’ kunfidenzjalità.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jaqsmu mal-aġenziji nazzjonali rilevanti l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi u biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ aġenziji bħal dawn fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Kapitolu II tat-Titolu III . [Emenda 36]
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ punti ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jiġu trażmessi elettronikament, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u lill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM.
Artikolu 24
Rappurtar ta’ matriċi tal-istatistika
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM id-data tal-Kompitu 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5 tal-matriċi tal-istatistika tal-GFCM kif stipulat fl-Anness III.
▐ [Emenda 37]
2. L-ewwel preżentazzjoni tad-data tal-Kompitu 1.3 u 1.5 għandha ssir qabel l-1 ta’ Frar 2011.
3. Għall-preżentazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema tad-dħul tad-data tal-GFCM jew kwalunkwe standard jew protokoll ieħor xieraq ta’ preżentazzjoni tad-data mis-Segretarjat tal-GFCM u disponibbli fis-sit tal-internet li ġej: http://www.gfcm.org/gfcm/topic/16164.
4. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-data ppreżentata abbażi ta’ dan l-Artikolu.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Atti ta’ implimentazzjoni [Emenda 48]
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiżgura l-istess kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament . Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni, li għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament u li ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar miżuri tal-Istat tal-Port u l-proċeduri ta’ spezzjoni fl-istat tal-port fl-Anness II, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 26(2). [Emenda 49]
Artikolu 26
Il-proċedura tal-Kumitat [Emenda 50]
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit mill-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 . Dak il-kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Emenda 51]
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l -Artikolu 5 tar-Regolament 182/2011/UE għandu japplika. [Emenda 52]
▐ [Emenda 40]
Artikolu 27
Proċeduri għall-emendi
Sa fejn ikun meħtieġ, għat-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ emendi għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Iskema li jsiru obbligatorji għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista' temenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 28 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 29 u 30, dwar:
|
— |
iż-żona b’restrizzjonijiet fuq is-sajd fil-Golf tal-Iljuni kif stipulat fl-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 u 9; |
|
— |
iż-żoni b’restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-protezzjoni tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond kif stipulat fit-Titolu II, Kapitolu I, Taqsima II, Artikoli 10 u 11; |
|
— |
l-istabbiliment ta’ staġun magħluq għas-sajd tal-lampuki permezz ta’ FADs kif stipulat fit-Titolu II, Kapitolu II, Artikoli 12, 13 u 14; |
|
— |
l-għoti ta’ informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM kif stipulat fl-Artikolu 15(4); |
|
— |
ir-reġistru ta’ bastimenti awtorizzati kif stipulat fl-Artikolu 17; |
|
— |
il-kooperazzjoni, l-informazzjoni u r-rappurtar kif stipulat fl-Artikoli 23 u 24; |
|
— |
il-koordinati tat-tabelli, tal-mapep u koordinati ġeografiċi tas-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM kif stipulati fl-Anness I; |
|
— |
il-matriċi tal-istatistika tal-GFCM kif stipulat fl-Anness III. |
[Emenda 41]
Artikolu 28
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 27 għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin … (14). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar is-setgħa ddelegata sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun awtomatikament imtawla għal perjodi ta’ tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 29.
2. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.
3. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 29 u 30.
[Emenda 42]
Artikolu 29
Revoka tad-delega
1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 27 tista’ tkun irrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista’ tkun suġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
[Emenda 43]
Artikolu 30
Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.
B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.
2. Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.
L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma joġġezzjonawx.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att iddelegat.
[Emenda 44]
Artikolu 31
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 għandu jitħassar; |
|
(b) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: “3. Għal xbieki rmunkati għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4, id-daqs minimu tal-malji għandu jkun tal-inqas:
Il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu awtorizzati jużaw u jżommu abbord biss waħda miż-żewġ tipi ta’ xbieki. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2012, u fuq il-bażi tiegħu kif ukoll tat-tagħrif ipprovduta mill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Diċembru 2011, għandha tipproponi emendi adattati fejn ikunu xierqa”. [Emenda 45] |
|
(c) |
l-Artikolu 24 għandu jitħassar; |
|
(d) |
fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 4 għandhom jitħassru. |
▐ [Emenda 46]
Artikolu 32
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 71.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011.
(3) ĠU L 190, 4.7.1998, p. 34.
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 Artikoli 28-31, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 Artikoli 29-31, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 Artikoli 26-27, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 l-Anness III.
(5) ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.
(6) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1;
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(9) 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(11) ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7-13
(12) 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(14) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament .
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
ANNESS I
A) Mappa ta’ Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs)
|
SUBŻONA FAO |
TAQSIMIET STATISTIĊI TAL-FAO |
GSAs |
||
|
TAL-PUNENT |
1.1 |
IL-BALEARIĊI |
1 |
It-Tramuntana tal-Baħar Alboran- |
|
2 |
Il-Gżira Alboran |
|||
|
3 |
In-Nofsinhar tal-Baħar Alboran |
|||
|
4 |
L-Alġerija |
|||
|
5 |
Il-Gżejjer Baleariċi |
|||
|
6 |
It-Tramuntana ta’ Spanja |
|||
|
11.1 |
Sardinja (il-Punent) |
|||
|
1.2 |
Il-GOLF TAL-ILJUNI |
7 |
Il-Golf tal-Iljuni |
|
|
1.3 |
SARDINJA |
8 |
Il-Gżira ta’ Korsika |
|
|
9 |
Il-Baħar Ligurjan u t-Tramuntana tal-Baħar Tirrenjan |
|||
|
10 |
In-Nofsinhar tal-Baħar Tirrenjan |
|||
|
11.2 |
Sardinja (il-Lvant) |
|||
|
12 |
It-Tramuntana tat-Tuneżija |
|||
|
ĊENTRALI |
2.1 |
L-ADRIJATIKU |
17 |
It-Tramuntana tal-Adrijatiku |
|
18 |
In-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku (parti) |
|||
|
2.2 |
IL-JONJU |
13 |
Il-Golf ta’ Hamamet |
|
|
14 |
Il-Golf ta’ Gabes |
|||
|
15 |
Il-Gżira ta’ Malta |
|||
|
16 |
In-Nofsinhar ta’ Sqallija |
|||
|
18 |
In-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku (parti) |
|||
|
19 |
Il-Punent tal-Baħar Joniku |
|||
|
20 |
Il-Lvant tal-Baħar Joniku |
|||
|
21 |
In-Nofsinhar tal-Baħar Joniku |
|||
|
TAL-LVANT |
3.1 |
L-EĠEW |
22 |
Il-Baħar Eġew |
|
23 |
Il-Gżira ta’ Kreta |
|||
|
3.2 |
IL-LEVANT |
24 |
It-Tramuntana tal-Levant |
|
|
25 |
Il-Gżira ta’ Ċipru |
|||
|
26 |
In-Nofsinhar tal-Levant |
|||
|
27 |
Il-Levant |
|||
|
IL-BAĦAR L-ISWED |
4.1 |
IL-MARMARA |
28 |
Il-Baħar ta’ Marmara |
|
4.2 |
IL-BAĦAR L-ISWED |
29 |
Il-Baħar l-Iswed |
|
|
4.3 |
IL-BAĦAR AZOV |
30 |
Il-Baħar Azov |
|
B) Mappa ta’ GSA tal-GFCM (GFCM, 2009)
C) Koordinati ġeografiċi għas-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs) (GFCM, 2009)
|
GSAs |
LIMITI |
|
1 |
Il-linja tal-Kosta 36° N 5° 36′ W 36° N 3° 20′ W 36° 05′ N 3° 20′ W 36° 05′ N 2° 40′ W 36° N 2° 40′ W 36° N 1° 30′ W 36° 30′ N 1° 30′ W 36° 30′ N 1° W 37° 36′ N 1° W |
|
2 |
36° 05′ N 3° 20′ W 36° 05′ N 2° 40′ W 35° 45′ N 3° 20′ W 35° 45′ N 2° 40′ W |
|
3 |
Il-linja tal-Kosta 36° N 5° 36′ W 35° 49′ N 5° 36′ W 36° N 3° 20′ W 35° 45′ N 3° 20′ W 35° 45′ N 2° 40′ W 36° N 2° 40′ W 36° N 1° 13′ W Il-fruntiera Marokk-Alġerija |
|
4 |
Il-linja tal-Kosta 36° N 2° 13′ W 36° N 1° 30′ W 36° 30′ N 1° 30′ W 36° 30′ N 1° W 37° N 1° W 37° N 0° 30′ E 38° N 0° 30′ E 38° N 8° 35′ E Il-fruntiera Alġerija-Tuneżija Il-fruntiera Marokk-Alġerija |
|
5 |
38° N 0° 30′ E 39° 30′ N 0° 30′ E 39° 30′ N 1° 30′ W 40° N 1° 30′ E 40° N 2° E 40° 30′ N 2° E 40° 30′ N 6° E 38° N 6° E |
|
6 |
Il-linja tal-Kosta 37° 36′ N 1° W 37° N 1° W 37° N 0° 30′ E 39° 30′ N 0° 30′ E 39° 30′ N 1° 30′ W 40° N 1° 30′ E 40° N 2° E 40° 30′ N 2° E 40° 30′ N 6° E 41° 47′ N 6° E 42° 26′ N 3° 09′ E |
|
7 |
Il-linja tal-Kosta 42° 26′ N 3° 09′ E 41° 20′ N 8° E Il-fruntiera Franza-l-Italja |
|
8 |
43° 15′ N 7° 38′ E 43° 15′ N 9° 45′ E 41° 18′ N 9° 45′ E 41° 20′ N 8° E 41° 18′ N 8° E |
|
9 |
Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Franza-l-Italja 43° 15′ N 7° 38′ E 43° 15′ N 9° 45′ E 41° 18′ N 9° 45′ E 41° 18′ N 13° E |
|
10 |
Il-linja tal-Kosta (inkluża it-Tramuntana ta’ Sqallija) 41° 18′ N 13° E 41° 18′ N 11° E 38° N 11° E 38° N 12° 30′ E |
|
11 |
41° 47′ N 6° E 41° 18′ N 6° E 41° 18′ N 11° E 38° 30′ N 11° E 38° 30′ N 8° 30′ E 38° N 8° 30′ E 38° N 6° E |
|
12 |
Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Alġerija-Tuneżija 38° N 8° 30′ E 38° 30′ N 8° 30′ E 38° 30′ N 11° E 38° N 11° E 37° N 12° E 37° N 11° 04′E |
|
13 |
Il-linja tal-Kosta 37° N 11° 04′E 37° N 12° E 35° N 13° 30′ E 35° N 11° E |
|
14 |
Il-linja tal-Kosta 35° N 11° E 35° N 15° 18′ E Il-fruntiera Tuneżija-Libja |
|
15 |
36° 30′ N 13° 30′ E 35° N 13° 30′ E 35° N 15° 18′ E 36° 30′ N 15° 18′ E |
|
16 |
Il-linja tal-Kosta 38° N 12° 30′ E 38° N 11° E 37° N 12° E 35° N 13° 30′ E 36° 30′ N 13° 30′ E 36° 30′ N 15° 18′ E 37° N 15° 18′ E |
|
17 |
Il-linja tal-Kosta 41° 55′ N 15° 08′ E Il-fruntiera Kroazja-Montenegro |
|
18 |
Il-linji tal-kosta (iż-żewġ naħat) 41° 55′ N 15° 08′ E 40° 04′ N 18° 29′ E Il-fruntiera Kroazja-Montenegro Il-fruntiera Alġerija-Greċja |
|
19 |
Il-linja tal-Kosta (inkluż il-Lvant ta’ Sqallija) 40° 04′ N 18° 29′ E 37° N 15° 18′ E 35° N 15° 18′ E 35° N 19° 10′ E 39° 58′ N 19° 10′ E |
|
20 |
Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Alġerija-Greċja 39° 58′ N 19° 10′ E 35° N 19° 10′ E 35° N 23° E 36° 30′ N 23° E |
|
21 |
Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Tuneżija-Libja 35° N 15° 18′ E 35° N 23° E 34° N 23° E 34° N 25° 09′ E Il-fruntiera Libja-Eġittu |
|
22 |
Il-linja tal-Kosta 36° 30′ N 23° E 36° N 23° E 36° N 26° 30′ E 34° N 26° 30′ E 34° N 29° E 36° 43′ N 29° E |
|
23 |
36° N 23° E 36° N 26° 30′ E 34° N 26° 30′ E 34° N 23° E |
|
24 |
Il-linja tal-Kosta 36° 43′ N 29° E 34° N 29° E 34° N 32° E 35° 47′ N 32° E 35° 47′ N 35° E Il-fruntiera Turkija-Sirja |
|
25 |
35° 47′ N 32° E 34° N 32° E 34° N 35° E 35° 47′ N 35° E |
|
26 |
Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Libja-Eġittu 34° N 25° 09′ E 34° N 34° 13′ E Il-fruntiera Eġittu-Stretta ta’ Gaża |
|
27 |
Il-linja tal-Kosta Il-fruntiera Eġittu-Stretta ta’ Gaża 34° N 34° 13′ E 34° N 35° E 35° 47′ N 35° E Il-fruntiera Turkija-Sirja |
|
28 |
|
|
29 |
|
|
30 |
|
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
ANNESS II
Proċeduri ta’ spezzjoni fl-istat tal-port għall-bastimenti
(1) Identifikazzjoni tal-bastiment
L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom:
|
a) |
jivverifika(w) li d-dokumentazzjoni uffiċjali abbord tkun valida, jekk meħtieġ, permezz ta’ kuntatti xierqa mal-Istat li tiegħu qed itajjar il-bandiera jew mar-reġistrazzjonijiet internazzjonali tal-bastimenti; |
|
b) |
fejn hu meħtieġ, jirranġa(w) għal traduzzjoni uffiċjali tad-dokumentazzjoni; |
|
c) |
jiżgura(w) ruħu/rwieħhom li l-isem, il-bandiera, kull numbru ta’ identifikazzjoni estern u l-immarkar tal-bastiment (u fejn huwa disponibbli n-numru ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima) u kodiċi internazzjonali tar-radju huma korretti; |
|
d) |
safejn huwa possibbli, jeżamina(w) jekk il-bastiment biddilx l-isem u/jew il-bandiera u, jekk iva, jagħmel/jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-bandiera/bnadar preċedenti; |
|
e) |
jagħmel/jagħmlu nota tal-port ta’ reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz tas-sid (u l-operatur u s-sid benefiċjarju jekk huwa different mis-sid), l-aġent, u l-kaptan tal-bastiment, inkluż l-ID uniku tal-kumpanija u tas-sid reġistrat jekk huma disponibbli. kif ukoll; |
|
f) |
jagħmel/jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tas-sid(ien) preċedenti, jekk ikun hemm, matul l-aħħar ħames snin. |
(2) L-awtorizzazzjoni(jiet)
L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jivverfika(w) li l-awtorizzazzjoni(jiet) biex jistad jew iġorr il-ħut u l-prodotti tal-ħut huwa/huma kompatibbli mal-informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 u jeżamina(w) it-tul tal-awtorizzazzjoni(jiet) u l-applikazzjoni tagħha/tagħhom għaż-żoni, l-ispeċijiet u l-irkaptu tas-sajd.
(3) Dokumenti oħra
L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jeżamina(w) id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inklużi d-dokumenti f'format elettroniku. Id-dokumentazzjoni rilevanti tista' tinkludi ġurnali ta’ abbord, b'mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, kif ukoll lista tal-ekwipaġġ, pjanijiet ta’ stivar u diżinji jew deskrizzjonijiet tal-istivi tal-ħut jekk ikunu disponibbli. Stivi jew postijiet bħal dawn jistgħu jiġu spezzjonati sabiex issir il-verifika ta’ jekk id-daqs u l-kompożizzjoni tagħhom jikkorrispondux ma’ dawn id-diżinji u jekk l-istivar huwiex skont il-pjanijiet ta’ stivar. Fejn ikun xieraq, din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti tal-qbid jew id-dokumenti tal-kummerċ maħruġa minn kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.
(4) Irkaptu tas-sajd
|
a) |
L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jivverifika(w) li l-irkaptu tas-sajd abbord huwa f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni(jiet). L-irkaptu jista' wkoll jiġi ċċekjat sabiex ikun żgurat li l-karatteristiċi bħal, inter alia, id-daqs(ijiet) tal-malja (u strumenti possibbli), it-tul tax-xbieki, id-daqsijiet tas-snanar ikunu konformi mar-regolamenti applikabbli u li l-marki ta’ identifikazzjoni tal-irkaptu jikkorrispondu ma’ dawk awtorizzati għall-bastiment. |
|
b) |
L-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu wkoll ifittex/ifittxu fil-bastiment għal kwalunkwe rkaptu tas-sajd stivat li ma jidhirx u għal irkaptu tas-sajd li b'xi mod ieħor ikun illegali. |
(5) Ħut u prodotti tas-sajd
|
(a) |
L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom, sa fejn huwa l-aktar possibbli, jeżamina(w) jekk il-ħut u l-prodotti tal-ħut abbord kinux maħsuda skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtorizzazzjoni(jiet) applikabbli. Meta jagħmel/jagħmlu dan, l-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jeżamina(w) il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, ir-rapporti preżentati, inklużi dawk trażmessi minn sistema ta’ monitoraġġ tal-bastiment (VMS), kif xieraq. |
|
(b) |
Sabiex ikunu determinati l-kwantitajiet u l-ispeċijiet abbord, l-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu jeżamina(w) il-ħut fl-istiva jew matul il-ħatt. Meta jagħmel/jagħmlu dan, l-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu jiftaħ/jiftħu l-kaxxi tal-kartun fejn il-ħut ikun ippakkjat minn qabel u jċaqlaq/jċaqilqu l-ħut jew il-kaxxi tal-kartun biex jiżgura(w) l-integrità tal-istivi tal-ħut. |
|
(c) |
Jekk il-bastiment ikun qed iħott, l-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu jivverfika(w) l-ispeċijiet u l-kwantitajiet li jkunu nħattu. Verifika bħal din tista' tinkludi t-tip ta’ prodott, il-piż ħaj (il-kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta’ abbord) u l-fattur ta’ konverżjoni użat għal kalkolu ta’ piż ipproċessat għal piż ħaj. L-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu wkoll jeżamina(w) kull kwantità possibbli li tinżamm abbord. |
|
(d) |
L-ispettur(i) tal-port jista'/jistgħu jeżamina(w) il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-qabdiet kollha abbord, inkluż permezz ta’ kampjuni. |
(6) Verifika ta’ sajd IUU
Japplika l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
(7) Rapport
L-ispettur għandu jipprepara u jiffirma rapport bil-miktub wara li jlesti l-ispezzjoni u jagħti kopja lill-kaptan tal-bastiment.
(8) Riżultati tal-Ispezzjonijiet tal-Istat tal-Port
Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet tal-Istat tal-port għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
1. |
Referenzi tal-ispezzjoni
|
|
2. |
Identifikazzjoni tal-bastiment
|
|
3. |
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd (liċenzji/permessi)
|
|
4. |
Informazzjoni dwar il-vjaġġ tas-sajd
|
|
5. |
Riżultat tal-ispezzjoni tal-qabda
|
|
6. |
Riżultati tal-ispezzjoni tal-irkaptu
|
|
7. |
Konklużjonijiet
|
It-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011
ANNESS III
A) Segmentazzjoni tal-Flotta tal-GFCM/SAC
|
Gruppi |
< 6 metri |
6-12 metru |
12-24 metru |
Aktar minn 24 metru |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
C |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
D |
E |
F |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
G |
H |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
I |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
J |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
K |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
L |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
M |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
B) Tabella dwar il-kejl tal-isforz tas-sajd (1)
|
Irkaptu |
Għadd u qies |
Kapaċità |
Attività |
Sforz Nominali (2) |
|
Sajd bil-gangmu (għall-molluski) |
Ħalq miftuħ, wisa' tal-ħalq |
TG |
Ħin tas-sajd |
Superfiċje tal-qiegħ fejn sar sajd bil-gangmu (3) |
|
Tkarkir (inkluż is-sajd bil-gangmu għall-ħut ċatt) |
Tip ta’ tkarkir (pelaġiku, tal-qiegħ) TG u/jew GRT Qawwa tal-magna Daqs tal-malja Daqs tax-xibka (wisa' tal-ħalq) Veloċità |
TG |
Ħin tas-sajd |
TG*jiem TG*sigħat KW*jiem |
|
Purse Seine |
Tul u kemm taqa' 'l isfel ix-xibka TG Qawwa tad-dawl Għadd ta’ dgħajjes żgħar |
TG Tul u kemm taqa' 'l isfel ix-xibka |
Ħin tat-tfittix Sett |
TG * Settijiet tas-sajd (2) Tul tax-xibka * settijiet tas-sajd |
|
Xbieki |
Tip tax-xibka (pereżempju parit, għeżula, eċċ.) Tul tax-xibka (użat fir-regolamenti) TG Superfiċje tax-xibka Daqs tal-malja |
Tul u kemm taqa' 'l isfel ix-xibka |
Ħin tas-sajd |
Tul tax-xibka * jiem Superfiċje * jiem |
|
Konzijiet |
Għadd ta’ snanar TG Għadd ta’ unitajiet ta’ konzijiet Karatteristiċi tas-snanar Lixka |
Għadd ta’snanar Għadd ta’unitajiet ta’ konzijiet |
Ħin tas-sajd |
Għadd ta’ snanar * sigħat Għadd ta’ snanar * jiem Għadd ta’ unitajiet ta’ konzijiet * jiem/sigħat |
|
Nases |
TG |
Għadd ta’Nases |
Ħin tas-sajd |
Għadd ta’ nases * jiem |
|
Purse seine/FADs |
Għadd ta’ FADs |
|
Għadd ta’vjaġġi |
Għadd ta’ FADs * Għadd ta’ vjaġġi |
C) Kompitu 1 tal-GFCM – Unitajiet Operazzjonali
(1) Jirreferi għall-isforz nominali.
(2) Għandu jkun riferit għal żona partikolari (li tindika is-superfiċje) sabiex tkun stmata l-intensità tas-sajd (sforz · km2) u biex jirrelata l-isforz lill-komunitajiet sfruttati.
(3) Il-kejl tal-isforz li ma jinkludix attività ta’ żmien għandu jkun riferit bħala perjodu ta’ żmien (jiġifieri bis-sena).