ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CE2012.182.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182E |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011 |
|
2012/C 182E/01 |
||
2012/C 182E/02 |
||
2012/C 182E/03 |
||
2012/C 182E/04 |
||
2012/C 182E/05 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011 |
|
2012/C 182E/06 |
||
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011 |
|
2012/C 182E/07 |
||
2012/C 182E/08 |
||
2012/C 182E/09 |
||
2012/C 182E/10 |
||
2012/C 182E/11 |
||
2012/C 182E/12 |
||
2012/C 182E/13 |
||
P7_TC1-COD(2008)0241Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) ( 1 ) |
||
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐. Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║. |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2010–2011 Seduti tal-3 ta’ Frar 2011 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 111 E, 9.4.2011. It-testi adottati tat-3 ta’ Frar 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008 ġew ippublikati fil-ĠU L 62, 9.3.2011. TESTI ADOTTATI
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/1 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Ftehimiet dwar il-kummerċ tal-banana
P7_TA(2011)0034
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti
2012/C 182 E/01
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar it-tħejjijiet għas-sitt Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Ħong Kong (1), tal-4 ta’ April 2006 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta’ Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Hong Kong (2), tas-27 ta’ April 2006 dwar sħubija aktar b'saħħitha bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina (3), tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda ta’ Żvilupp ta’ Doha (DDA) (4), tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur bil-ħsieb għall-konklużjoni ta’ Ftehima ta’ Assoċjazzjoni Inter-reġjonali (5), tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (6), tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (7), tal-24 ta’ April 2008 dwar il-Ħames Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew f'Lima (8) u dwar “Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata” (9), tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar is-sospensjoni tar-Rawnd ta’ Doha tad-WTO u l-futur tal-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp (10), tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-Ftehima għall-Partenarjat Ekonomiku bejn l-Istati CARIFORUM, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (11), tal-pożizzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (12), tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina (13) u tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Amerika Latina (14), |
— |
wara li kkunsidra l-“Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana” bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u l-Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-Banana”), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Marrakexx li Stabbilixxa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Partenarjat bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u tal-Paċifiku (AKP) min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehima ta’ Cotonou), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima għal Partenarjat Ekonomiku bejn l-Istati Cariforum, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni tan-negozjati dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni tan-negozjati bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù dwar Ftehim ta’ Kummerċ bejn Bosta Partijiet, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO adottati f'Doha fl-14 ta’ Novembru 2001 u f'Ħong Kong fit-18 ta’ Diċembru 2005 u s-Sinteżi tal-President adottata f'Ġinevra fit-2 ta’ Diċembru 2009, |
— |
wara li kkunsidra l-eżenzjoni mill-implimentazzjoni tal-Artikolu I tal-GATT mogħti f'Doha f'Novembru 2001 (l-“eżenzjoni ta’ Doha”) għall-preferenza kummerċjali tal-Ftehim ta’ Cotonou, b'tul proporzjonat għal dawn il-preferenzi kummerċjali, jiġifieri, sal-31 ta’ Diċembru 2007, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea dwar il-Banana tal-11 ta’ April, 2001, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tat-22 ta’ Diċembru 2009 mid-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Użu tal-Kariga Tiegħu (skont l-Artikolu 3.12 tad-DSU) fit-Tilwim: KE – Reġim għall-importazzjoni tal-banana (DS361) imniedi mill-Kolombja u KE – Reġim għall-importazzjoni tal-banana (DS364) mniedi mill-Panama, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta’ Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE tal-1 ta’ April 2010 dwar il-ftehim bejn l-UE u l-Amerika Latina dwar il-banana u l-impatt tagħha fuq il-produtturi tal-banana mill-AKP u l-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2011 (O-0012/2011 – B7-0007/2011) u lill-Kummissjoni (O-0013/2011 – B7-0008/2011) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-Banana jirrisolvu l-itwal tilwima li qatt seħħet bejn l-UE u l-fornituri tal-banana minn l-Aktar Nazzjon Favorit(MFN) tal-Ameirka Latina; billi jirrisolvu wkoll tilwima inċidentali u partikolarment ħarxa bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-UE u jwarrbu l-possibilità ta’ sanzjonijiet detrimentali min-naħa tal-Istati Uniti tal-Amerika; billi bl-istess mod jirrisolvu kull pretiża mill-fornituri MFN tal-Amerika Latina dwar l-aħħar tliet tkabbiriet tal-UE, |
B. |
billi sal-1 ta’ Lulju 1993, kull Stat Membru tal-UE żamm ir-reġim ta’ importazzjoni proprju tal-banana, b'xi Stati Membru jkollhom arranġamenti speċjali li jiffavorixxu lill-pajjiżi li magħhom kellhom rabtiet storiċi qawwija; |
C. |
billi wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 bosta pajjiżi mill-Amerika Latina membri tad-WTO fornituri tal-banana lill-UE fuq bażi ta’ MFN u lill-Istati Uniti tal-Amerika nedew proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim kontra l-UE rigward id-diskrepanzi fit-trattament tal-banana esportata lis-swieq tal-Komunitajiet Ewropej minn fornituri differenti, |
D. |
billi nstab li xi aspetti partikolari tar-reġim ta’ importazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej ma kinux konsistenti mal-liġi tad-WTO, |
E. |
billi numru ta’ proposti mill-KE għall-modifika tar-reġim tagħha biex tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim ġew irrifjutati mill-pajjiżi li kienu qed jilmentaw, |
F. |
billi r-reġim il-ġdid tal-KE dwar il-banana li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 ġie kkunsidrat bħala inkonsistenti mal-obbligi tal-UE fir-rigward tad-WTO, |
G. |
billi 20 % biss tal-produzzjoni dinjija tal-banana tmur għall-esportazzjoni, peress li l-parti l-kbira hi diretta għas-swieq lokali, |
H. |
billi jeżistu diskrepanzi kbar f'termini ta’ produttività u fil-livell ta’ kompetittività fil-produzzjoni tal-banana bejn il-pajjiżi u ġewwa fihom; billi l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Filippini huma l-aktar esportaturi kompetittivi ewlenin, |
I. |
billi l-UE kkonkludiet in-negozjati mal-Kolombja u l-Perù dwar Ftehim Kummerċjali bejn Diversi Partijiet, kif ukoll ma’ sitt pajjiżi tal-Amerika Ċentrali dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, |
J. |
billi l-programm ta’ għajnuna interna tal-UE, POSEI (“Programm ta’ għażla speċifika għall-iżolazzjoni u l-insularità”), jgħin lill-produtturi fir-reġjuni periferiċi tal-UE, |
K. |
billi l-banana hi r-raba' l-akbar prodott ta’ esportazzjoni agrikolu fid-dinja u l-UE hi l-ikbar importatur tal-banana (nett) fid-dinja, bl-importazzjoni ta’ kważi 5 miljun tunnellata fl-2007, |
L. |
billi l-produzzjoni tal-banana għandha impatt ewlieni fuq il-komunitajiet lokali, mhux biss f'termini ekonomiċi iżda wkoll fir-rigward tal-ambjent, l-immigrazzjoni u l-istandards dwar ix-xogħol, |
M. |
billi l-kumpaniji multinazzjonali li joperaw fl-Amerika Latina jikkontrollaw iktar minn 80 % tas-suq globali, |
N. |
billi is-sistema ta’ rata ta’ tariffa bi kwota tal-UE ħolqot il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-pajjiżi tal-AKP jesportaw kwantitajiet sostanzjali ta’ banana lill-UE u taffiet l-impatt tal-ftehimiet kummerċjali fuq il-produtturi Ewropej u pproteġiet numru kbir ta’ impjiegi marbutin mal-produzzjoni tal-banana, |
O. |
billi l-ftehim ser ifisser tnaqqis sinifikanti fit-tariffi (35 % bejn l-2010 u l-2017) għall-importazzjonijiet mhux minn pajjiżi li mhumiex membri tal-AKP; billi, b'riżultat ta’ dan, il-produtturi tal-AKP u tal-UE x'aktarx ikollhom jadattaw għar-realta' l-ġdida tas-suq internazzjonali, |
1. |
Jieħu nota tal-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-Banana u jilqa' t-tmiem ta’ waħda mill-aktar tilwimiet legali teknikament kumplessa, politikament sensittiva u kummerċjalment daqstant sinifikanti li qatt tressqet quddiem id-WTO; |
2. |
Iqis li l-Ftehim milħuq jirrappreżenta soluzzjoni, li ma dan kollu ma rnexxilux jirrikonċilja l-interessi leġittimi tal-partijiet kollha; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tressaq, malajr kemm jista' jkun, valutazzjoni tal-impatt tal-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-Banana dwar il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jipproduċu l-banana u r-reġjuni Ewropej l-iktar mbiegħda sal-2020; |
3. |
JJJJilqa' l-fatt li l-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-banana għandu jikkostitwixxi l-aħħar impenj ta’ aċċess għas-suq tal-banana tal-UE għal inklużjoni fir-riżultati finali tan-negozjati multilaterali dwar l-aċċess għal prodotti agrikoli, magħluqb'suċċess fid-WTO (Rawnd ta’ Doha); |
4. |
Jenfasizza li l-ftehim milħuq jirrappreżenta pass 'il quddiem limitat fit-taħdidiet tar-Rawnd ta’ Doha, meta jitqies li d-diffikultajiet ffaċċjati jmorru ferm lil hinn mill-kwistjoni dwar il-banana; |
5. |
Jenfasizza li, kull tilwim pendenti u kull ilment imressaq sal-15 ta’ Diċembru 2009 mill-fornituri MFN kollha tal-banana mill-Amerika Latina rigward ir-reġim kummerċjali tal-UE tal-banana, għandhom jingħalqu maċ-ċertifikazzjoni tal-Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-kummerċ tal-banana; |
6. |
Jinnota li ċ-ċifri għall-2010 juru li l-prezzijiet tal-banana għall-konsumaturi tal-UE baqgħu stabbli jew żdiedu bi ftit; |
7. |
Jenfasizza li l-UE għandha tnaqqas it-tariffa dwar l-importazzjoni tagħha mill-Amerika Latina, b'mod gradwali, minn EUR 176/tunnellata għal EUR 114/ tunnellata sal-2017, u b'hekk tipperikola l-produtturi żgħar u ta’ daqs medju fl-AKP, l-UE u l-ibgħad reġjuni tagħha (li diġà huma fost dawk fl-Ewropa bl-ogħla rata ta’ qgħad); |
8. |
Jenfasizza li l-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-banana jippermettu lis-settur tal-banana jinqata' min-negozjati tar-Rawnd ta’ Doha dwar “prodotti tropikali”; jenfasizza li filwaqt li l-“prodotti tropikali” għandhom ikunu soġġetti għal tnaqqis ta’ tariffi aktar qawwija, it-tnaqqis ta’ tariffi fuq “prodotti ta’ erożjoni preferenzjali” ta’ interess għall-pajjiżi tal-AKP għandhom jitwettqu fuq perijodu relattivament itwal mill-formula ġenerali applikata fin-negozjati; jenfasizza madankollu li l-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-Banana x'aktarx li ma jagħtux joffrux ftehim aċċettabbli lill-pajjiżi tal-AKP dwar il-kwistjoni ta’ prodotti tropikali u l-erożjoni tat-trattament preferenzjali tagħhom, peress li l-proposti fformulati fi żmien il-Ftehimiet dwar il-Banana diġà ġew rifjutati minn xi ekonomiji emerġenti kbar, kif jidher mir-reazzjonijiet tal-Indja u l-Pakistan tul il-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO f'Diċembru 2009; |
9. |
Jinnota li l-UE tradizzjonalment toffri preferenzi tariffarji speċjali għall-banana impurtata mill-pajjiżi tal-AKP; ifakkar li xi membri tad-WTO kemm-il darba kkontestaw il-kompatibilità ta’ dan it-trattament preferenzjali mar-regoli tad-WTO; jenfasizza li d-diversi sentenzi legali maħruġa mill-bordijiet ta’ tilwim tad-WTO, mill-Korp tal-Appell u mill-arbitri speċjali kienu jirrikjedu bidla fir-reġim attwali; |
10. |
Jiddispjaċih li l-approċċ reġjonali oriġinali ma setgħax jinżamm fin-negozjati tal-Ftehim bejn id-Diversi Partijiet u mal-pajjiżi Andini, li poġġa lill-Ekwador f'sitwazzjoni li ma jibbenefikax mill-istess tariffi bħall-Kolombja u l-Perù; |
11. |
Jenfasizza li sa mill-2008, grazzi għall-ftehimiet attwali, il-banana mill-pajjiżi tal-AKP daħlet fl-UE, bla dazju u mingħajr kwota; |
12. |
Jenfassiza li d-diskussjonijiet mwettqa b'mod parallel mal-pajjiżi tal-AKP wasslu għal ftehim li flimkien mal-għajnuna regolari tal-UE, il-pajjiżi esportaturi tal-banana ewlenin tal-AKP għandhom jirċievu appoġġ ulterjuri permezz ta’ programm ta’ appoġġ ġdid - l-hekk imsejħa “Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-Banana” (BAM); jenfasizza li l-pakkett tal-BAM jista' ma jkunx biżżejjed f'termini ta’ flus u nieqsa mit-termini tal-perijodu ta’ implimentazzjoni, biex effettivament tgħin lill-produtturi tal-banana mill-AKP jaġġustaw u jadegwaw għall-effetti tal-bidliet fir-reġim ta’ importazzjoni tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni li tindika biċ-ċar li din tikkonsisti fi flus addizzjonali għall-fondi ta’ kooperazzjoni attwali u li mhijiex biss kontribuzzjoni għall-baġits nazzjonali li ma jistgħux jiġu orjentati fuq programmi speċifiċi bħall-edukazzjoni u d-diversifikazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tressaq soluzzjoni finanzjarja multiannwali ġdida; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-BAM, 18-il xahar qabrl tmiem il-programm, u tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar l-azzjonijiet eventwali li għandhom jiġu previsti u x-xorta tagħhom; |
14. |
Jirrifjuta bil-qawwa kull sforz ta’ finanzjament tal-programm għall-pajjiżi tal-AKP produtturi tal-banana permezz tat-tqassim mill-ġdid tal-linji ta’ baġit għall-koperazzjoni fl-iżvilupp; |
15. |
Jinnota l-importanza li r-riżorsi mill-BAM jiġu allokati fost il-pajjiżi skont it-telf mistenni f'termini ta’ importazzjonijet u ta’ produzzjoni tal-banana flimkien mal-livell ta’ żvilupp tal-pajjiż, l-indikaturi piżati u l-kummerċ tal-banana mal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jinstab bilanċ ġust bejn it-tliet tipi ta’ interventi li jistgħu jitwettqu u li mhumiex reċiprokament esklussivi: dawk għat-titjib tal-effiċjenza tal-produzzjoni attwali, dawk li jkabbru l-valur miżjud lokali, u dawk li jgħinu diversifikazzjoni lil hinn mill-produzzjoni tal-banana; |
16. |
Jistieden lill-Istati tal-UE u tal-AKP iressqu miżuri ta’ għajnuna għall-Istati li għandhom dipendenza qawwija fuq il-banana, biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom, inkluż aktar bl-għoti ta’ aktar Għajnuna għall-Kummerċ; |
17. |
Jenfasizza li l-banana tikkostitwixxi wieħed mill-prodotti agrikoli prinċipali f'ċerti regjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, partikularment fid-dipartimenti barranin Franċiżi tal-Gwadalupe u l-Martinique, l-Azores Madejra u l-Gżejjer Kanarji; |
18. |
Jirrakkomanda li titqies l-importanza soċjoekonomika tas-settur tal-banana fir-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-UE, kif ukoll il-kontribut li jagħti għall-ilħiq tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, minħabba d-dħul u x-xogħol li jiġġenera, l-attivitajiet ekonomiċi li joħloq u l-effett li jżomm bilanċ ekoloġiku u tal-pajsaġġi, li jiffavorixxi l-iżvilupp tat-turiżmu; |
19. |
Jinnota li l-programm ta’ appoġġ POSEI kien deċiż fl-2006 fid-dawl tat-tariffa ta’ aċċess għas-suq Ewropew ta’ EUR 176/tunnellata, pprovata mid-WTO, dan ifisser li t-tariffa li tidher fil-ftehimiet tad-WTO dwar il-Kummerċ tal-Banana għadha ma ġietx ikkunsidrata fil-pakkett tal-POSEI; iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti tal-UE biex jaġġustaw il-pakkett ta’ appoġġ għall-produttri domestiċi tal-UE previst fil-pakkett tal-POSEI u biex jieħdu passi ulterjuri biex jiżguraw li b'mod parallel għat-tendenzi tal-kummerċ globali tal-banana, il-produtturi tal-UE għandhom jkunu jistgħu jibqgħu fuq is-suq u jippromwovu l-attivitajiet tradizzjonali tagħhom; |
20. |
Iqis li l-produtturi tal-banana minn pajjiżi AKP u mill-UE u r-reġjuni perifiċi tagħha, jistgħu jiġu effetwati b'mod qawwi mill-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-Banana; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex iżżid l-appoġġ tagħha għalihom u biex testendi dak l-appoġġ sal-2020 jekk meħtieġ; |
21. |
Jinnota li l-produzzjoni tal-banana fl-ibgħad reġjuni tal-UE (OR) għandha standards soċjali u ambjentali ogħla minn dawk li jeżistu f'bosta pajjiżi tal-Amerika Latina; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-ORs, l-użu ta’ materja attiva differenti bħall-pestiċidi, tirrappreżenta dożi ta’ madwar 20 sa 40 darba onqos minn dawk użati fil-pajjiżi tal-Amerika t'Isfel u Ċentrali, filwaqt li fil-qasam fitosanitarju, ħafna mill-materja attiva pprojbita mir-regolament Ewropew għall-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel, tintuża b'mod estensiv fil-pjantaġġuni tal-Amerika t'Isfel u Ċentrali; |
22. |
Jinnota li fil-ftehimiet bilaterali l-aktar reċenti milħuqa mill-UE mal-produtturi tal-banana (il-Ftehim Kummerċjali bejn Diversi Partijiet mal-Kolombja u l-Perù u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali), l-UE aċċettat li tnaqqas progressivament it-tariffa ta’ importazzjoni tagħha għall-banana li toriġina minn dawn il-pajjiżi sa EUR 75/tunnellata sal-1 ta’ Jannar 2020; |
23. |
Jinnota li l-marġini preferenzjali ta’ EUR 39/tunnellata li fl-aħħar mill-aħħar ingħata bil-ftehimiet għandu jtejjeb il-kompetittività b'mod sinifikanti għat-tmien pajjiżi Andini u tal-Amerika Ċentrali u kumpaniji transnazzjonali li joperaw fir-reġjun dwar is-suq tal-UE fil-konfront tal-esportaturi l-oħra jenfasizza li mill-2020 'il quddiem, il-vantaġġi għal dawk il-pajjiżi li diġà jesportaw il-banana lejn l-UE ser ikunu qawwija ħafna, peress li kemm l-esportazzjonijiet tagħhom kif ukoll l-prezz mħallas lilhom ser jiżdied; |
24. |
Jenfasizza li esportaturi MFN l-oħrajn lejn l-UE (l-iktar importanti fosthom hu l-Ekwador), kif ukoll il-pajjiżi tal-AKP u dawk l-anqas żviluppati jistgħu jesperjenzaw tnaqqis fil-kompetittività relattiva tagħhom fis-suq tal-UE fil-konfront tal-firmatarji tal-Ftehimiet dwar il-Kummerċ tal-Banana; |
25. |
Jikkunsidra li l-aċċess għas-suq tal-UE għandu jingħata biss lill-produtturi li jirrispettaw l-aġenda għal xogħol deċenti tal-ILO, kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem u r-regoli ambjentali; |
26. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex igħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-Parlament tal-Istati Membri u tal-Brażilm il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela, l-Istati Uniti u l-pajjiżi tal-AKP. |
(1) ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.
(2) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.
(3) ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 123.
(4) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.
(5) ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.
(6) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.
(7) ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.
(8) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 64.
(9) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 77.
(10) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 31.
(11) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 101.
(12) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 256.
(13) Testi adottati, P7_TA(2010)0141.
(14) Testi adottati, P7_TA(2010)0387.
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/6 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Is-sitwazzjoni fit-Tuneżija
P7_TA(2011)0038
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija
2012/C 182 E/02
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tuneżija u b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2005 (1), tal-15 ta’ Diċembru 2005 (2) u tal-15 ta’ Ġunju 2006 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tat-Tuneżija, li daħal fis-seħħ f'Marzu 1998, |
— |
wara li kkunsidra l-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi adottata mill-Kunsill f'Diċembru 2005, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea, adottat fis-14 ta’ Frar 2006 (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2006 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2006)0726), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “l-Implimentazzjoni tal-Politika Ewropea dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-2009, rapport dwar il-progress fit-Tunesija” (COM(2010)0207- SEC(2010)0513), |
— |
wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-politika tal-Unjoni Ewropea favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem adottat fl-17 ta’ Ġunju 2010 (5), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea wara t-8 laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija, li saret fil-11 ta’ Mejju 2010, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Sna. Ashton, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni, u tas-Sur Stefan Füle, Kummissarju Ewropew, dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija, fit-13 ta’ Jannar 2011 u fis-17 ta’ Jannar 2011, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Sur Buzek, President tal-Parlament Ewropew, tas-17 ta’ Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-protesti popolari u tal-massa li saru fil-pajjiż kollu b'segwitu għall-mewt ta’ Mohammed Bouazizi, li ħaraq lilu nnifsu ħaj fis-17 ta’ Diċembru 2010, wasslu għat-tluq tal-President Ben Ali fl-14 ta’ Jannar 2011, u ppermettiet lill-poplu Tuneżin li jerġa' jsib il-libertà u jġib fit-tmiem ir-reġim stabbilit sa mill-1987 mill-President, illum imkeċċi, Ben Ali, |
B. |
billi l-moviment paċifiku ta’ protesta ġie repress vjolentement mill-forzi tal-ordni, u dan wassal għa; iktar minn mitt vittma, |
C. |
billi titqies l-inkapaċità tal-Unjoni Ewropea li tiżviluppa politika barranija reali, koerenti u effikaċi reali fir-rigward tas-sħab tagħha; billi jinnota b'mod partikolari d-dgħufija tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija u filwaqt li jenfasizza għal darba oħra t-talba tal-Parlament Ewropew li l-klawsoli dwar “id-drittijiet tal-bniedem” tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jkunu akkumpanjati b'mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni effikaċi tal-klawsola; billi titqies għalhekk ir-reviżjoni tal-politika tal-viċinat meħtieġa li qed issir bħalissa, |
D. |
billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tal-11 ta’ Mejju 2010 fakkru lit-Tuneżija li r-riforma tal-ġustizzja hija element essenzjali biex it-Tuneżija tersaq verament lejn l-Unjoni Ewropea, bħalma huma l-pluraliżmu u l-parteċipazzjoni demokratika, il-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni u l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-awtoritajiet Tuneżini ma rrispettaw l-ebda wieħed minn dawn l-impenji, |
E. |
billi t-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea kienu qed jiddefinixxu l-pjan ta’ azzjoni għall-perjodu 2011-2016; billi dan il-proċess jeħtieġ impenn qawwi miż-żewġ naħat dwar it-totalità tal-kwistjonijiet, partikularment il-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, |
F. |
billi t-tama maħluqa minn tmiem ir-reġim awtoritarju fit-Tuneżija għal demokrazija stabbli tikkontribwixxi fl-affermazzjoni tal-istess aspirazzjoni għal popli oħra, |
1. |
Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Tuneżin li, imħeġġeġ minn aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi u l-bżonn ta’ titjib fil-kondizzjonijiet soċjali u ta’ aċċess għax-xogħol, mexxa lil pajjiżu lejn bidla politika storika; jifraħ f'dan ir-rigward tal-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħu ta’ manifestazzjonijiet u jagħti l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi u s-solidarjetà lill-midruba; |
2. |
Jikkundanna r-repressjoni u l-użu sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà; jilqa' mill-banda l-oħra l-azzjonijiet tal-forzi armati li rrifjutaw li jisparaw fuq id-dimostranti; jitlob li tinbeda inkjesta indipendenti dwar l-inċidenti li għamlu bosta vittmi u li taw lok għal użu eċċessiv tal-forza matul dawn l-aħħar ġimgħat, kif ukoll dwar il-prattiki ta’ korruzzjoni, u biex il-persuni responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja; |
3. |
Jenfasizza l-importanza li l-forzi politiċi, soċjali, taċ-ċittadini u demokratiċi kollha fit-Tuneżija jiġu rrappreżentati fil-gvern Interim, billi b'dan il-mod biss jista' l-gvern mogħni bil-fiduċja tal-poplu u bil-leġittimità meħtieġa jipprepara għall-elezzjonijiet u għat-tranżizzjoni demokratika; |
4. |
Jappoġġa bis-saħħa il-proċess demokratiku; jenfasizza l-importanza li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex isiru l-elezzjonijiet, mill-aktar fis possibli, iżda fi żmien meqjus sabiex tkun tista' ssir l-organizzazzjoni tal-forzi ta’ oppożizzjoni fit-totalità tagħhom u l-libertà tal-istampa fil-livell nazzjonali, Assemblea Parlamentari ġdida responsabbli mit-twaqqif ta’ Kostituzzjoni demokratika li tirrispetta l-ekwilibriju bejn il-poteri eżekuttivi u leġiżlattivi u l-indipendenza tal-poter legali; jitlob li l-forzi demokratiċi kollha jimpenjaw rwieħhom sabiex jirrispettaw il-pluraliżmu, il-libertà tal-kuxjenza u l-bidla demokratika bil-għan li jkunu jistgħu jipparteċipaw f'din l-elezzjoni; jilqa' f'dan ir-rigward ix-xoljiment tal-ministeru tal-informazzjoni u l-garanzija tal-libertà tal-espressjoni; |
5. |
Jilqa' l-abbozz tal-liġi dwar l-amnestija ġenerali li għandha tippermetti l-liberazzjoni tal-ħabsin politiċi, ir-ritorn tal-opponenti tar-reġim, ir-rikonoxximent tal-partiti kollha tal-oppożizzjoni kif ukoll il-possibilità li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi jiġu rreġistrati; |
6. |
Jitlob l-applikazzjoni immedjata min-naħa tal-UE tad-deċiżjonijiet ta’ iffriżar tal-beni li nkisbu b'mod qarrieqi mill-familja Ben Ali u mill-qraba tagħhom; jilqa' l-isforz magħmul mill-awtoritajiet li jroddu lill-Istat il-beni mobiljari u immobiljari tal-partit RCD; |
7. |
Jilqa' t-twaqqif ta’ tliet kumitati, kull wieħed ippresjedut minn personalitajiet indipendenti u rrispettati, dwar ir-riforma istituzzjonali u r-riforma tal-liġijiet istituzzjonali, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-avvenimenti li seħħew wara s-17 ta’ Diċembru 2010; jenfasizza l-fatt li dawn il-kumitati għandhom ikunu jistgħu jaħdmu f'indipendenza totali u għandu jkollhom poter ta’ inkjesta reali; iqis li hu neċessarju li, meta jkunu jixtiequ, il-kumitati jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħila esperta u mill-appoġġ tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-mekkaniżmi pertinenti tan-Nazzjonijiet Uniti; |
8. |
Jitlob lir-Rappreżentant Għoli sabiex jippromwovi t-twaqqif ta’ taskforce, bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew, li tissodisfa l-bżonnijiet ta’ segwitu tal-proċess ta’ tranżizzjoni demokratika kif espressi mill-protagonisti tal-bidla demokratika, partikularment fir-rigward tal-preparazzjoni għall-elezzjonijiet liberi u demokratiċi, l-appoġġ għall-ħolqien ta’ partiti politiċi u l-iżvilupp ta’ midja indipendenti, kif ukoll ir-rikostruzzjoni ta’ apparat tal-Istat trasparenti u indipendenti mill-poter politiku u ġustizzja ġusta u indipendenti; |
9. |
Jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Viċi President jappoġġaw il-proċess elettorali li ġej billi jibagħtu fit-Tuneżija missjoni ta’ osservazzjoni elettorali; |
10. |
Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-UE ikunu għalhekk lesti biex jorjentaw il-fondi mill-ġdid - u jekk ikun hemm bżonn issir żieda - tad-diversi strumenti finanzjarji ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex jagħmlu provvista ta’ appoġġ għat-Tuneżija f'forma ta’ self b'rati ta’ interessi ssussidjati sabiex jiddiversifikaw l-ekonomija Tuneżina u biex iż-żgħażagħ jingħataw prospetti ta’ impjiegi bi kwalifiki, fil-qafas ta’ kuntratt ta’ żvilupp ġenwin li jipproteġi l-investimenti ta’ prodotti lokali u barranin; |
12. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi, anke finanzjarjament, l-appoġġ u l-għajnuna li s-soċjetà ċivili Ewropea tista' ġġib lis-soċjetà ċivili Tuneżina, partikularment l-assoċjazzjonijiet tad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u lis-sieħba soċjali; |
13. |
Jitlob lill-Unjoni Ewropea biex minnufih tislet il-lezzjonijiet mill-eżempju Tuneżin u tirrevedi l-politika ta’ appoġġ tagħha għad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem, billi tistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti l-implimentazzjoni tal-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kollha mal-pajjiżi terzi; jinsisti biex ir-reviżjoni tal-Politika tal-Viċinat tagħti l-prijorità lill-kriterji relatati mal-indipendenza tal-ġustizzja, ir-rispett tal-libertajiet fundamentali, il-pluraliżmu u l-libertà tal-istampa, kif ukoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aħjar mal-politiki l-oħra mmexxija mill-Unjoni ma’ dawn il-pajjiżi; |
14. |
Iqis li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt fil-pajjiżi terzi huma kriterji fundamentali biex jiġu ssodisfati l-aspirazzjonijiet tal-popli u biex jiġi attirat l-investiment barrani; |
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari tal-Unoni għall-Mediterran, kif ukoll lill-gvern Interim u lill-parlament Tuneżini. |
(1) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 618.
(2) ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 495.
(3) ĠU C 300 E, 9.12.2006, p. 480.
(4) ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0226.
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/9 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Inizjattiva dwar it-Tilqima kontra t-Tuberkulożi
P7_TA(2011)0039
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar it-“Tuberculosis Vaccine Initiative” (TBVI), applikazzjoni konkreta tal-Istrateġija Ewropa 2020 bl-għan li jintlaħaq l-MDG 6 u li t-tuberkulożi tinqered sal-2050
2012/C 182 E/03
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju (MDG) tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprevedu li, sal-2015, titwaqqaf l-espansjoni tat-tuberkulożi u li tinqaleb l-inċidenza ta’ dil-marda, |
— |
wara li kkunsidra li l-Inizjattiva favur tilqima kontra t-tuberkulożi (TBVI), organizzazzjoni indipendenti mingħajr skop ta’ qligħ u l-unika organizzazzjoni pan-Ewropea ta’ dan it-tip, maħluqa bl-appoġġ tal-Kummissjoni, li tippromwovi l-iżvilupp urġenti ta’ tilqimiet ġodda u li tiffaċilita u tagħti l-esperjenza tagħha lil netwerk Ewropew integrat, |
— |
wara li kkunsidra l-għan tal-Istrateġija ta’ Lisbona li tiġi stabbilita żona Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-inizjattiva Ewropa ta’ Innovazzjoni u l-Inizjattiva Ewlenija ta’ Ewropa 2020 “Unjoni ta’ Innovazzjoni”, |
— |
wara li kkunsidra l-programm “Inwaqqfu t-Tuberkulożi”, organizzat mid-WHO, li stabbilixxa l-objettiv li, sal-2015, l-inċidenza u l-mewt bil-marda jitnaqqsu b'50 % meta mqabbla mal-1990, u li t-tuberkulożi tinqered sal-2050, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO “Multidrug and extensively drug-resistant TB (M/XDR-TB): 2010 global report on surveillance and response. (WHO/HTM/TB/2010.3”) dwar l-iżvilupp preokkupanti ta’ razez reżistenti u reżistenti ħafna għat-trattamenti, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Berlin dwar it-Tuberkulożi fil-laqgħa tal-Forum Ministerjali Ewropew tad-WHO (The Berlin Declaration on Tuberculosis – All Against Tuberculosis, EUR/07/5061622/5, WHO European Ministerial Forum, 74415), tat-22 ta’ Ottubru 2007, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-EASAC (European Academies Science Advisory Council), li jistabbilixxi l-ispiża għall-uniku trattament għat-tuberkulożi fl-Unjoni Ewropea bħala 2 biljun euro fis-sena (EASAC Policy report10, Marzu 2009, ISBN: 9789-0-85403-746-9), |
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Fond Dinji għall-Ġlieda Kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja, li saret f'New York f'Ottubru tal-2010, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-PE tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana u s-Saħħa Dinjija (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-aċċess għall-kura tas-saħħa huwa dritt stabbilit fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u li l-gvernijiet iridu jwettqu l-obbligu tagħhom li jipprovdu servizzi tas-saħħa pubblika lill-popolazzjoni kollha tagħhom, |
B. |
billi l-mediċini ma jistgħux jiġu meqjusa purament bħala prodotti kummerċjali, |
C. |
billi erba' snin mill-iskadenza għat-twettiq tal-Għanijiet tal-Millennju (MDGs), l-inċidenza tat-tuberkulożi fid-dinja għadha preokkupanti minkejja l-progress li twettaq, |
D. |
billi t-tuberkulożi għadha sal-lum waħda mill-kawżi ewlenin tal-imwiet fid-dinja, minħabba li kull sena twassal għall-mewt ta’ kważi 2 miljun ruħ, |
E. |
billi l-MDGs jinkludu wkoll it-tnaqqis tar-rata tal-imwiet tat-trabi u t-titjib fis-saħħa materna, |
F. |
billi l-inizjattiva tat-TBVI, li tgħin il-persuni li jbatu bit-tuberkulożi fid-dinja kollha – partikolarment fil-pajjiżi l-anqas żviluppati – għandha tkun mez xieraq għall-implimentazzjoni prattika tal-Istrateġija UE 2020 u tista' għalhekk issaħħaħ l-indipendenza strateġika tal-Unjoni fil-ġlieda kontra t-tuberkulożi u l-mard ieħor li jittieħed, |
G. |
billi l-objettiv tal-investiment 3 % tal-PDG fir-riċerka u l-iżvilupp (COM(2010)2020 u COM(2010)0546) minkejja l-limiti baġitarji, |
H. |
billi l-mard tropikali bħall-malarja, it-tuberkulożi, u l-mard tal-irqad kull sena iħallu miljuni ta’ persuni mejta, l-aktar minħabba r-reżistenza dejjem akbar ta’ dal-mard – it-tuberkulożi multireżistenti u dik ultrareżistenti, huma problema gravi – jew minħabba n-nuqqas ta’ kura, li huma fenomeni marbuta mal-abbandun tar-riċerka minħabba n-nuqqas ta’ profitt kummerċjali, |
I. |
billi t-tuberkulożi hija eżempju ferm ċar tal-inugwaljanzi bejn il-popli peress li tista' tgħid li nqerdet fil-pajjiżi industrijalizzati, |
J. |
billi, f'każ ta’ koinfezzjoni bl-HIV/AIDS, it-tuberkulożi hija marda serja ħafna, |
K. |
billi t-tipi ta’ mard li l-aktar li jiġu ttraskurati, li jikkonċernaw biss lill-popolazzjonijiet fil-pajjiżi li qed iżviluppaw, fil-mument mhi qed issir ebda riċerka suffiċjenti dwarhom, |
L. |
billi s-suċċess tal-fondi “vertikali” fir-rigward ta’ mard speċifiku bħall-AIDS, il-malarja jew it-tuberkulożi ma għandux ikun sinonimu mal-użu kollu tar-riżorsi tal-infrastrutturi tas-saħħa fundamentali “orizzontali”, |
M. |
billi s-servizzi tas-saħħa fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma insuffiċjenti għall-aħħar biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet, |
N. |
billi n-nuqqas ta’ aċċess għas-saħħa jikkonċerna kemm l-aċċess għall-kura (minħabba nuqqas ta’ strutturi u ta’ persunal tas-saħħa, iżda wkoll minħabba n-nuqqas ta’ sistemi pubbliċi tas-saħħa) kif ukoll l-aċċess għat-trattament, |
1. |
Jenfasizza li huwa biss programm ta’ tilqim, li jfisser kampanja ta’ tilqim fuq skala kbira, li jista' jkollu effett pożittiv fuq l-ilħuq previst tal-MDG “6” wara l-2015 u fuq kollox fuq il-qerda tat-tuberkulożi sal-2050; |
2. |
Iqis li, biex tiġi miġġielda t-tuberkulożi, it-tilqimiet jirrappreżentaw għodda essenzjali, flimkien mal-aqwa testijiet li jidentifikaw l-infezzjoni – affidabbli, irħas u sodi -, dijanjożi u trattamenti effikaċi, li kollha jimplikaw bidla radikali fil-fokus tar-riċerka u finanzjament akbar u iżjed fit-tul; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea teżamina l-mezzi ta’ finanzjament innovattivi bħall-implimentazzjoni ta’ garanzija finanzjarja tal-Istati Membri u/jew tal-UE li tippermetti li jinkisbu fondi għat-TBVI mingħand il-Bank Ewropew għall-Investiment sabiex ikun garantit il-finanzjament tar-riċerka r-riċerka dwar il-mard li jiġi ttraskurat u li “ma jħallix profitt” fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
4. |
Ifakkar li r-riċerka farmaċewtika għandha tikkonċentra ħafna iktar sforzi fuq il-mard mortali bħat-tuberkulożi; |
5. |
Jenfasizza li sabiex nirrispondu għall-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, ikun xieraq li jiġi adottat approċċ integrat li jkopri l-programmi vertikali li għandhom l-għan li jiġġieldu l-mard bħall-AIDS, il-malarja jew it-tuberkulożi, kif ukoll il-konsolidazzjoni tas-sistemi bażiċi tal-kura tas-saħħa; |
6. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw l-impenji ta’ finanzjament tagħhom u jagħmlu dak kollu li hu meħtieġ sabiex il-fondi maħsuba għall-kura tas-saħħa jibbenefikaw minnhom anki dawk l-aktar foqra fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jingħataw servizzi ta’ saħħa pubblika fl-inħawi l-aktar remoti; |
7. |
Iqis li t-tilqim kontra t-tuberkulożi għandu jitwettaq bi prijorità fid-dispenseriji u kliniki fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jappella, għaldaqstant, biex jerġgħu jitwaqqfu s-servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa; iqis ukoll li l-għajnuna Ewropea trid, fuq kollox, toffri appoġġ għall-isforzi interni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex isaħħu l-kapaċitajiet umani, istituzzjonali u tal-infrastruttura; |
8. |
Jenfasizza li l-aċċess għall-ilma tax-xorb u għall-ikel ekwilibrat huma kundizzjonijiet indispensabbli għas-saħħa tal-popolazzjonijiet; jinsisti, għaldaqstant, dwar id-dimensjoni trasversali tas-saħħa u dwar il-fatt li t-titjib tal-kundizzjonijiet t'għajxien jikkontribwixxi biex jiżdied it-tul mistenni tal-ħajja kif ukoll għall-ġlieda kontra l-faqar u t-tuberkulożi; |
9. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiffavorixxu l-aċċess liberu għas-saħħa; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-kapijiet tal-Fondazzjoni TBVI, kif ukoll lid-WHO. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0355.
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/12 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Il-kriżi tal-iskart fir-reġjun ta’ Campania
P7_TA(2011)0041
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-kriżi tal-iskart fir-reġjun ta’ Campania
2012/C 182 E/04
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 Lulju 1975 dwar l-iskart (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 fuq skart perikoluż (2), b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (3), b’mod aprtikolari l-Artikolu 11 u l-Anness II tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Qafas rivedut tad-Direttiva dwar l-iskart (2008/98/KE) (4), b’mod partikulari l-Artikoli 17 u 18 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2003 dwar ir-rapport ta’ segwitu rigward id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (Direttiva Qafas dwar l-Iskart) (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 1998 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-immaniġġjar tal-iskart (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma dwar il-missjoni għall-ġbir ta’ fatti li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu għamel fir-reġjun ta’ Campania, fl-Italja, bejn it-28 u t-30 ta’ April 2010 (7), |
— |
wara li kkunsidra l-liġi 123/2008 tar-Repubblika Taljana li ġiet promulgata fl-14 ta’ Lulju 2008, |
— |
wara li kkunsidra d-Directive 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (8), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawża C-135/05 tas-26 ta’ April 2007, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawża C-297/08 tal-4 ta’ Marzu 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 191 u 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent (9) partikolarment l-Artikolu 2 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Aarhus, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-kriżi tal-iskart fir-reġjun ta’ Campania hi l-aktar kapitolu kumpless ta’ storja ta’ ġestjoni problematika tal-iskart f’ħafna partijiet tal-Italja, inkluż ir-reġjuni ta’ Lazio, Calabria u Sqallija, billi fis-snin disgħin ġiet iddikjarata emerġenza tal-iskart u billi nħatru Kummissarji tal-Gvern b’setgħat u fondi speċjali, |
B. |
billi d-digriet ta’ liġi Taljan nru 195 tal-31 ta’ Diċembru 2009 jiddikjara uffiċjalment li l-istat ta’ emerġenza ntemm u jiddelega r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-iskart lill-Awtoritajiet Provinċjali minn dakinhar ’il quddiem, |
C. |
billi, fil-5 ta’ Ottubru 2010, dokument ta’ ħidma li rrapporta dwar il-missjoni għall-ġbir ta’ fatti fir-reġjun ta’ Campania, fl-Italja, bejn it-28 u t-30 ta’ April 2010, bħala riżultat tad-diversi petizzjonijiet li tressqu rigward il-problemi tal-ġestjoni tal-iskart fir-reġjun, ġie adottat mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, |
D. |
billi, ftit wara l-adozzjoni tar-rapport dwar il-missjoni tal-ġbir ta’ fatti tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, faqqgħet kriżi ġdida wara dik tas-sajf tal-2007; billi, wara li tħabbru l-miżuri eċċezzjonali konsegwenti, bħall-ftuħ ta’ landfills ġodda, kien hemm protesti massivi, |
E. |
billi s-soluzzjoni inizjali li kienet tinvolvu l-produzzjoni ta’ “ekobalal” u skart organiku, saret b’mod inkorrett u b’hekk ikkawżat sitwazzjoni fejn il-balal tal-iskart ma setgħux jiġu eliminati; u billi, minħabba n-nuqqas ta’ filtraġġ jew proċeduri ta’ għażla tal-iskart, hu stmat li ġew prodotti aktar minn seba’ miljun tunnellati “ekobalal” ta’ kwalità inferjuri, |
F. |
billi l-ewwel inċineratur f’Acerra beda jiffunzjona biss f’Marzu 2010, u billi t-tħaddim tiegħu bata minħabba n-nuqqas ta’ infrastruttura xierqa għas-separazzjoni u t-trattament tal-iskart u għad fadal tħassib dwar l-eliminazzjoni tal-irmied prodott mill-proċess tal-inċinerazzjoni, |
G. |
billi l-progress li sar f’termini ta’ tnaqqis tal-iskart u r-riċiklaġġ tal-iskart domestiku kien minimu u l-iskart domestiku u ta’ tip ieħor għadu jasal fil-landfills b’mod indiskriminat u f’xi każi jidher li qed ikun imħallat ma’ tipi differenti ta’ skart industrijali, |
H. |
billi ħafna landfills ġew iddikjarati żoni ta’ interess strateġiku, u għaldaqstant membri tal-pubbliku, sindki u l-awtoritajiet lokali, inkluż il-pulizija twaqqfu milli jivverifikaw dak li tabilħaqq jasal hemm, |
I. |
billi l-karatteristika l-aktar importanti tat-tmexxija tal-kriżi tal-iskarti hija l-prattika ssir deroga mir-regolamenti u l-kontrolli, inkluż pereżempju, l-eżenzjoni mill-valutazzjoni ta’ impatt ambjentali u l-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku; billi il-kummissarji nħatru billi ngħataw is-setgħa li jiddeċiedu l-post tal-impjanti, il-landfills u l-inċineraturi, u l-kumpanija mqabbda, mingħajr konsultazzjoni xierqa ta’ jew l-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet lokali u lir-residenti lokali bid-deċiżjonijiet li jittieħdu; billi s-sistema li tinvolvi l-ġestjoni tal-iskart minn Kummissarji ta’ emerġenza qalgħet ħafna kritika u qed isiru bosta inkjesti ġudizzjarji u billi fil-fatt titqies mill-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni bħala parti mill-problema, iktar milli s-soluzzjoni, minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza u n-nuqqas ta’ superviżjoni istituzzjonali, |
J. |
billi, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu infurmati dwar is-sitwazzjoni fit-territorju tagħhom u hu d-dmir tal-awtoritajiet li jipprovdu l-informazzjoni u li jimmotivaw liċ-ċittadin biex jiżviluppa attitudni u forom ta’ mġiba responsabbli; billi, f’konformità mad-Direttiva 2003/35/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effikaċi biex jieħu sehem fit-tħejjija u l-modifika jew ir-rieżami tal-pjanijiet jew il-programmi li hemm bżonn jitfasslu, |
K. |
billi ma ngħatatx importanza xierqa lill-membri tal-pubbliku li pprotestaw dwar is-sitwazzjoni jew li ppruvaw jipproponu approċċi alternattivi; billi l-awtoritajiet politiċi nazzjonali qiegħdu s-siti tal-iskarti u l-inċineratur ta’ Acerra taħt kontroll strett; billi dan l-aħħar saru xi arresti waqt dimostrazzjonijiet pubbliċi dwar il-kwistjoni, li juri b’mod ċar li saret ħsara għar-relazzjoni bejn il-pubbliku u l-awtoritajiet peress li l-iskuntentizza ċivili tiżdied biż-żmien, |
L. |
billi, fl-2007, il-Kummissjoni ddeċidiet tissospendi l-ħlas ta’ EUR135 miljun f’kontribuzzjonijiet mill-perjodu ta’ finanzjament 2006-2013 għal proġetti relatati mal-iskart u ta’ EUR 10,5 miljun oħra mill-perjodu ta’ finanzjament 2000-2006 sa meta tiġi abolita l-istruttura tal-kummissarji, |
M. |
billi f’bosta mill-bliet il-progress li sar f’termini ta’ tnaqqis tal-iskart u r-riċiklaġġ tal-iskart domestiku kien minimu; billi, b’mod notevoli, sar progress sinifikanti f’xi bliet fit-tqassim u l-ġbir tal-iskart domestiku, minkejja li ċ-ċiklu tal-iskart għadu jiddependi ħafna fuq landfills u l-inċinerazzjoni, kuntrarju għal-linji gwida stabbiliti fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart il-ġdida (2008/98/KE); billi bħalissa qed jiġi valutat pjan ta’ ġestjoni tal-iskart f’termini tal-konformità tiegħu mal-prinċipji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart tal-UE rigward il-ġerarkija tat-trattament u l-użu sikur tal-landfills jew l-inċinerazzjoni, |
N. |
billi ma jitwettqu l-ebda kontrolli tal-kwalità tal-iskart domestiku u tar-rimi ta’ skart perikoluż f’siti illegali, u billi l-fatt li l-fatturi ġeoloġiċi u idroloġiċi ma tqisux kif jixraq meta ġie deċiż li l-landfills jitqiegħdu f’siti bħal Chiaiano wassal għal riskji għoljin ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tas-sorsi tal-ilma minn taħt l-art tal-madwar; billi dan jikser l-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, kif ukoll tad-Direttiva dwar il-Landfills, |
O. |
billi l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tas-26 ta’ April 2007 għall-kawża C-135/05, iddikjarat li, meta naqset milli tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura, b’mod partikulari, li l-iskart jiġi rkuprat jew eliminat mingħajr periklu għas-saħħa umana u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-ambjent u wkoll milli tipprojbixxi l-abbandun, ir-rimi jew l-eliminazzjoni bla rażan tal-iskart, ir-Repubblika Taljana naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja; billi, fis-sentenza riċenti tagħha tal-4 ta’ Marzu 2010 fil-kawża C-297/08, iddikjarat li, meta naqset milli tadotta l-miżuri kollha meħtieġa għar-reġjun ta’ Campania, ir-Repubblika Taljana naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12/KE, |
P. |
billi l-Kummissjoni ma rċevietx il-verżjoni finali tal-pjan ta’ ġestjoni tal-iskart għar-Reġjun ta’ Campania, b’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; billi l-Parlament, madankollu, innota abbozz ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-iskart li tressaq wara l-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru 2010, |
Q. |
billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 1998 dwar l-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-immaniġġjar tal-iskart, diġà talab li jinbdew b’mod sistematiku proċedimenti ta’ ksur kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dawn id-direttivi u li kull tliet xhur tiġi pprovduta lista ta’ kawżi kontra Stati Membri li tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, inkluża lista tal-kawżi diġà deċiżi mill-Qorti u lista tal-multi imposti mill-Qorti; u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2003 dwar ir-rapport ta’ segwitu dwar id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, talab li jkun hemm monitoraġġ u koordinazzjoni bir-reqqa u konsistenti tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar l-iskart, |
1. |
Jappella biex tiġi identifikata b’mod urġenti soluzzjoni sostenibbli li tissodisfa l-kriterji tal-UE, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-ġestjoni tal-skart fejn, skont id-Direttiva 2008/98/KE, ir-rispett għall-ġerarkija taċ-ċiklu tal-iskart ikun fundamentali; jitlob lill-Kummissjoni żżommu infurmat dwar l-iżviluppi, inkluża l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-iskart, u l-konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Marzu 2010 u r-regoli tal-UE; |
2. |
Jindika li l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart fir-reġjun ta’ Campania tirrikjedi sforz enerġetiku ħafna biex jitnaqqas il-volum tal-skart u jkun hemm xaqliba lejn il-prevenzjoni, it-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart, billi tiġi pprovduta l-infrastruttura adegwata u jinnota li għandha titqiegħed enfasi ikbar fuq l-irkupru tal-iskart organiku, partikolarment f’dan ir-reġjun li fil-biċċa l-kbira tiegħu hu agrikolu; jirrakkomanda li d-data tiġi vverifikata u li tiġi stabbilita sistema ta’ skambji tal-aħjar prattiki; |
3. |
Iqis li l-miżuri dejjiema ta’ eċċezzjonalità meħuda mill-awtoritajiet Taljani, inkluża l-ħatra ta’ kummissarji speċjali jew l-identifikazzjoni ta’ siti tal-iskart bħala “ta’ interess strateġiku” taħt il-kontroll tal-armata kienu kontraproduttivi u jibża’ li n-nuqqas ta’ trasparenza stabbilit fil-ġestjoni tal-iskart mill-awtoritajiet pubbliċi ffaċilita iktar milli waqqaf iż-żieda fl-involviment ta’ gruppi ta’ kriminalità organizzata, kemm fil-ġestjoni uffiċjali tal-iskart fir-reġjun kif ukoll fl-eliminazzjoni illegali tal-iskart industrijali; jitlob għalhekk għal ħafna iktar trasparenza min-naħa tad-diversi awtoritajiet responsabbli; |
4. |
Jenfasizza l-importanza tal-bini mill-ġdid tal-fiduċja permezz ta’ djalogu strutturat bejn il-pubbliku u d-diversi awtoritajiet involuti u bejn il-livelli differenti tal-gvern; jiddeplora l-akkużi kriminali li tressqu mill-awtoritajiet kontra xi membri tal-pubbliku li pprotestaw b’mod paċifiku kontra l-ftuħ ta’ landfills ġodda u l-vjolenza li saret mill-forzi tas-sigurtà kontra d-dimostraturi; huwa konvint huwa biss permezz tal-involviment attiv taċ-ċittadini u l-infurmar tal-pubbliku tul il-proċess kollu li biż-żmien tista’ tinsab soluzzjoni sostenibbli għall-problemi tal-iskart tar-reġjun; |
5. |
Itenni l-fatt li l-Kummissjoni bħalissa qed iżżomm il-fondi strutturali tal-UE maħsuba għar-reġjun ta’ Campania, fondi li ser jingħataw biss wara li pjan ta’ ġestjoni tal-iskart ikun konsistenti mal-liġi tal-UE; |
6. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn is-7 miljun tunnellata ta’ “ekobalal”, li attwalment qed jiġi eżaminat il-kontenut tagħhom, akkumulati f’siti tal-ħażna, partikolarment fis-sit Taverna del Ré, u jenfasizza l-importanza tal-prijoritizzazzjoni tat-tneħħija u l-eliminazzjoni tagħhom meta l-kontenut preċiż tagħhom ikun ġie evalwat sew; jinsisti li l-eliminazzjoni tal-“ekobalal” għandha titwettaq bl-użu ta’ forom xierqa ta’ trattament u tiġi indirizzata fil-kuntest ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-iskart, b’siti stabbiliti b’mod ċar għal kull trattament u bl-użu ta’ prattiki legali; |
7. |
Jinnota li hemm bżonn ta’ attenzjoni urġenti għar-rimi bil-miftuħ u illegali ta’ skart imħallat u mhux identifikat ħdejn is-sit ta’ Ferandelle, u jitlob li jiġu infurzati kontrolli stretti fuq il-ġestjoni; ifakkar lill-awtoritajiet kompetenti li, sabiex ikun hemm konformità sħiħa mad-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (id-Direttiva 2010/75/UE), iridu jistabbilixxu kontroll strett fuq l-ittrattar tat-tipi speċifiċi ta’ skart industrijali, hi x’inhi l-oriġini tiegħu; jirrimarka wkoll li jridu jiġu stabbiliti siti indikati apposta li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-UE rilevanti, waqt li jiġi żgurat li tiġi żviluppata infrastruttura xierqa għall-iskart industrijali, speċjali u tossiku; jitlob spjegazzjoni għan-nuqqas ta’ użu tas-sit ippjanat biex jirċievi l-iskart organiku u jirrikjedi li jibda jiffunzjona, sakemm jissodisfa l-kriterji stabbiliti mid-Direttiva dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart; jitlob għall-monitoraġġ ta’ landfills mmexxija privatament mingħajr liċenzja u għal azzjoni xierqa biex tiġi żgurata konformità mar-regoli tal-UE; |
8. |
Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni preċedenti li jinfetħu landfills f’żoni naturali protetti fil-Park Nazzjonali tal-Vessuvju, bħal f’Terzigno; jopponi bis-saħħa kull pjan għall-estensjoni ta’ dawn is-siti ta’ landfills u jilqa’ d-deċiżjoni li ma tinfetaħx it-tieni landfill f’Terzigno (Cava Vitiello); |
9. |
Jinnota li l-Kummissjoni ddikjarat li t-tqegħid ta’ landfills fis-siti ta’ Natura 2000 mhuwiex minnu nnifsu ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE u jinnota wkoll li ż-żoni li ġew identifikati jew li diġà qed jintużaw bħala landfills fil-parkijiet nazzjonali, fis-siti ta’ Natura 2000, kif ukoll fiż-żoni ta’ patrimonju tal-UNESCO huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE; iqajjem il-kwistjoni dwar jekk dan iwassal għal riskji ekoloġiċi jew tas-saħħa; huwa tal-opinjoni li l-għażla ta’ żoni naturali protetti jew kulturali bħala siti ta’ landfills mhijiex kompatibbli mal-liġi ambjentali; jitlob lill-Kummissjoni temenda l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart sabiex il-landfills fis-siti ta’ Natura 2000 ikunu kategorikament ipprojbiti; jipproponi li l-Kummissjoni tapplika lill-Qorti tal-Ġustizzja għal inġunzjoni jekk jiġu estiżi l-landfills eżistenti f’żoni naturali protetti jew jekk jinfetħu oħrajn ġodda fis-siti ta’ Natura 2000; |
10. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Taljan biex f’din il-kwistjoni jaġixxi b’osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u b’mod iktar partikolari biex josserva l-aħħar żewġ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, biex jirrispetta l-iskadenzi għall-konformità stabbiliti mill-Kummissjoni u biex jikkoreġi l-każi kollha msemmija ta’ ksur tal-liġi tal-UE, filwaqt li jfakkar fl-obbligu tiegħu li jieħu miżuri biex ikun żgurat li l-acquis communautaire jiġi osservat fil-livelli kollha; |
11. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel dak kollu fis-setgħa tagħha biex timmonitorja l-isforzi li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti fl-Italja biex jiġi żgurat li l-iskart jinġabar, jitqassam u jiġi ttrattat kif suppost, pereżempju permezz ta’ spezzjonijiet sistematiċi, u biex tħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali biex jippreżentaw pjan ta’ ġestjoni tal-iskart kredibbli; jitlob lill-Kummissjoni tistieden lid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tipparteċipa fl-ispezzjonijiet; |
12. |
Jisħaq fuq il-fatt li d-disinn u l-implimentazzjoni taċ-ċiklu tal-iskart huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet Taljani; jikkunsidra li l-piż tat-tindif tas-siti f’Campania li ġew kkontaminati bit-tniġġis mid-diversi forom ta’ skart m’għandux jiġġarrab minn min iħallas it-taxxi imma minflok, f’konformità mal-prinċipju li min iniġġes iħallas, minn dawk responsabbli għat-tniġġis; |
13. |
Jinnota li l-Italja ma nnotifikatx it-traspożizzjoni tagħha tad-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali fi żmien l-iskadenza tas-26 ta’ Diċembru 2010 imma jistenna li l-Italja tikkonforma kompletament mad-direttiva u tapplika s-sanzjonijiet xierqa għar-reati relatati mal-iskart elenkati fid-direttiva, inkluż lill-persuni ġuridiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti; |
14. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-iżviluppi u tuża s-setgħat mogħtija lilha, inkluż billi tieħu iktar azzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ penali finanzjarji (skont l-Artikolu 260 TFUE), biex tiżgura li l-awtoritajiet tal-Campania jikkonformaw mingħajr dewmien mas-sentenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’konformità ma’ dak li hu stipulat fis-sentenza ta’ 12 ta’ Lulju 2005 fil-Kawża C-304/02 Kummissjoni v Franza [2005] ECR I-6263, b’mod partikolari billi tiżgura li l-landfills eżistenti jikkonformaw mal-liġi tal-UE; |
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u l-Parlament tal-Italja. |
(1) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.
(2) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.
(3) ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.
(4) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(5) ĠU C 87 E, 7.4.2004, p. 400.
(6) ĠU C 313, 12.10.1998, p. 99.
(7) PETI_DT(2010)442870.
(8) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.
(9) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/16 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Bżonn għal koordinazzjoni akbar tar-riċerka tal-kanċer fl-Unjoni Ewropea
P7_TA(2011)0042
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-bżonn għal koordinazzjoni akbar tar-riċerka tal-kanċer fl-Unjoni Ewropea
2012/C 182 E/05
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-kanċer jibqa’ l-kawża ewlenija ta’ mwiet fl-Ewropa u li r-riċerka tal-kanċer issir prinċipalment fil-livell nazzonjali u li hija frammentata sew, mhux ugwali u diversa fl-UE kollha, b’tali mod li hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE; |
B. |
billi huwa rikonoxxut li hemm bżonn urġenti li jitrawmu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni awtosuffiċjenti tar-riċerka; |
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koerenza tal-attivitajiet ta’ riċerka tal-kanċer pan-Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, u tevita d-dupplikazzjoni u l-iffukar fuq bżonn li ma ntlaqax fit-trattament tal-kanċer; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm immappjar adegwat, iffinanzjar u kooperazzjoni akbar fir-riċerka tal-kanċer; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġija olistika tar-riċerka tal-kanċer ibbażata fuq matriċi, b’orizzontali bħal per eżempju riċerka tranżnazzjonali u dijanjosi u vertikali bħal per eżempju, riċerka dwar il-prevenzjoni, riċerka dwar l-iskrining u riċerka dwar il-kwalità tal-ħajja u l-kura; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża s-Sħubija Ewropea għal Azzjoni Kontra l-Kanċer biex torganizza Gruppi ta’ Ħidma tar-Riċerka differenti; |
5. |
Iħeġġeġ l-isħubiji ma’ gruppi ta’ pazjenti, jisfrutta l-esperjenza speċifika u l-għarfien tagħhom biex jappoġġjaw il-progress aċċelerat fir-riċerka; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 4 għall-Minuti tat-3 ta’ Frar 2011 (P7_PV(2011)02-03(ANN4)).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/18 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tas-Sur Tamás Deutsch
P7_TA(2011)0029
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Tamás Deutsch (2010/2123(IMM))
2012/C 182 E/06
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Tamás Deutsch, imressqa mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Ungerija fid-9 ta’ Ġunju 2010, u mħabbra fis-seduta plenarja tat-8 ta’ Lulju 2010, |
— |
wara li sema' lil Tamás Deutsch bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta’ April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986 u tal-21 ta’ Ottubru 2008 (1), |
— |
wara li kkunsidra t-Taqsima 10(2) tal-Att LVII tal-2004 dwar l-istatut ġuridiku tal-Membri Ungeriżi tal-Parlament Ewropew, Taqsima 5(1) tal-ATT LV tal-1990 dwar l-istatut ġuridiku tal-Membri Ungeriżi tal-Parlament Ungeriż u t-Taqsima 12(1) tal-Att LVII tal-2004, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0015/2011), |
A. |
billi tmexxew proċedimenti kriminali minn ċittadin Ungeriż kontra Tamás Deutsch, Membru tal-Parlament Ewropew, li huwa akkużat fil-Qorti tat-tieni u t-tielet Distrett ta’ Budapest b'malafama skont it-Taqsima 179(2)(b-c) tal-Kodiċi Kriminali Ungeriż, |
B. |
billi, b'konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu jgawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess mill-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament ta’ pajjiżhom, u billi Membru ma jistax jirrikorri għall-immunità meta jinqabad iwettaq reat u billi dan ma jwaqqafx lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta’ wieħed jew waħda mill-Membri tiegħu, |
Ċ. |
billi, skont it-Taqsima 10(2) tal-Att LVII tal-2004 dwar l-istatut ġuridiku tal-Membri Ungeriżi tal-Parlament Ewropew, Membru tal-Parlament Ewropew jingħata l-istess immunità bħal Membru tal-Parlament Ungeriż, |
D. |
billi, skont it-Taqsima 5(1) tal-ATT LV tal-1990 dwar l-istatut ġuridiku tal-Membri tal-Parlament Ungeriż, il-proċedimenti kriminali kontra Membru jistgħu jitniedu jew jiġu segwiti biss bil-kunsens minn qabel tal-Parlament Ungeriż u skont it-Taqsima 12(1) tal-Att LVII tal-2004 l-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi dwar is-sospensjoni tal-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, |
E. |
billi, is-Sur Deutsch huwa akkużat bir-reat ta’ malafama li allegatament twettaq permezz ta’ stqarrijiet li saru; dwar il-prosekutur, matul il-programm tar-radju mxandar fil-25 ta’ Marzu 2010 li għalih kien mistieden fil-kapaċità tiegħu ta’ politiku u Membru tal-Parlament Ewropew, |
F. |
billi, hu xieraq għalhekk li jingħad li s-Sur Deutsch esprima opinjonijiet fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, |
1. |
Jeddiċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Tamás Deutsch; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Ungerija. |
(1) Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, il-kaz 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391 u l-Każijiet Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente, li għadhom ma ġewx rappurtati fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea.
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/20 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ***II
P7_TA(2011)0030
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (16447/1/2010 – C7-0424/2010 – 2010/0059(COD))
2012/C 182 E/07
(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16447/1/2010 – C7-0424/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet sottomessi mill-parlamenti nazzjonali dwar l-abbozz ta’ att leġislattiv, |
— |
wara li kkunsidra l-posizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010) 0102), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0009/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati, 21.10.2010, P7_TA(2010)0382.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
P7_TC2-COD(2010)0059
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-iżvilupp għandha l-għan li tnaqqas u fl-aħħar mill-aħħar teqred il-faqar. |
(2) |
L-Unjoni, bħala membru tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), hija impenjata li tissimplifika l-kummerċ fi strateġiji għall-iżvilupp u li tippromwovi l-kummerċ internazzjonali sabiex isir progress fl-iżvilupp u fit-tnaqqis, u fuq it-tul ta’ żmien fil-qerda, tal-faqar madwar id-dinja kollha. |
(3) |
L-Unjoni ssostni l-Grupp ta’ Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fit-triq tagħhom lejn tnaqqis fil-livell ta’ faqar u żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli, u tagħraf l-importanza tas-setturi tagħhom tal-komoditajiet. |
(4) |
L-Unjoni hija impenjata li ssostni l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw fl-ekonomija dinjija bl-għan li jkun hemm żvilupp sostenibbli. Il-pajjiżi prinċipali tal-AKP li jesportaw il-banana jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi fil-kuntest ta’ arranġamenti tal-kummerċ li qegħdin jinbidlu, notevolment il-liberalizzazzjoni tat-tariffa tan-Nazzjon l-Aktar Preferut (NAP) fil-qafas tal-WTO u tal-ftehimiet bilaterali jew reġjonali li ġew konklużi jew fil-proċess li jiġu konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi tal-Amerika Latina. Għalhekk, għandu jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament u tal-Kunsill (2), programm AKP dwar il-Miżuri ta’ Akkumpanjament marbutin mal-Banana (“il-programm”). |
(5) |
Il-miżuri ta’ assistenza finanzjarja li għandhom jiġu adottati taħt il-programm għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-istandards u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies fiż-żoni li jkabbru l-banana u fil-katini tal-valur tal-banana, speċifikament tal-bdiewa ż-żgħar u tal-entitajiet iż-żgħar, kif ukoll biex jassiguraw il-konformità mal-istandards tax-xogħol u tas-saħħa u tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u mal-istandards ambjentali, notevolment dawk li għandhom x’jaqsmu mal-użu tal-pestiċidi u mal-espożizzjoni għalihom. Il-miżuri għandhom għalhekk jappoġġaw l-adattament u jinkludu , meta jkun relevanti, l-organizzazzjoni mill-ġdid taż-żoni li jiddependu fuq l-esportazzjoni tal-banana permezz ta’ sostenn mill-baġit immirat lejn setturi speċifiċi jew interventi mmirati lejn proġetti partikolari. Il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex jipprovdu politika soċjali dwar il-kapaċità ta’ rkupru, diversifikazzjoni ekonomika jew investiment għat-titjib tal-kompetittività, fejn dan ikun vijabbli, filwaqt li jitqiesu r-riżultati u l-esperjenzi miksuba permezz tas-Sistema Speċjali ta’ Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjżi tal-AKP stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2686/94 (3) u l-Qafas Speċjali ta’ Assistenza (QSA) għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-AKP stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/1999 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/1999 (5). L-Unjoni tagħraf l-importanza tal-promozzjoni ta’ tqassim aktar ekwu tad-dħul mill-banana. |
(6) |
Il-programm għandu jakkumpanja l-proċess ta’ adattament fil-pajjiżi tal-AKP li esportaw volumi sinifikanti ta’ banana lill-Unjoni f’dawn l-aħħar snin u li se jiġu affettwati mil-liberalizzazzjoni fil-qafas tal-Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ fil-Banana (6) jew mill-ftehimiet bilaterali jew reġjonali konklużi jew li qed jiġu konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi tal-Amerika Latina. Il-programm jibni fuq il-Qafas Speċjali ta’ Assistenza (QSA) għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-ACP. Il-programm huwa konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fil-qafas tal-WTO u jiffoka fuq ir-ristrutturazzjoni u t-titjib tal-kompetittivitá u b’hekk huwa ta’ xorta temporanja, b’tul ta’ erba’ snin (2010-2013). |
(7) |
Il-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Marzu 2010 bl-isem “Rapport Biennali dwar il-Qafas Speċjali ta’ Assistenza għall-Fornituri Tradizzjonali tal-Banana mill-pajjiżi tal-AKP” jindikaw li l-programmi ta’ assistenza li saru fl-imgħoddi taw kontribut sostanzjali fil-kisba ta’ titjib fil-kapaċità għal diversifkazzjoni ekonomika ta’ suċċess, minkejja illi l-impatt sħiħ għadu ma jistax ikun ikkwantifikat u s-sostenibilità tal-esportazzjonijiet tal-banana tal-AKP għadha fraġli. |
(8) |
Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-programm tal-QSA imma ma għamlitx valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri ta’ akkumpanjament fis-settur tal-banana. |
(9) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinament kif suppost ta’ dan il-programm mal-programmi indikattivi reġjonali u nazzjonali li joperaw fil-pajjiżi benefiċjarji, b’mod partikulari fir-rigward tal-kisba tal-objettivi ekonomiċi, agrikoli, soċjali u ambjentali. |
(10) |
Kważi 2 % tal-kummerċ dinji tal-banana ġie ċċertifikat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-kummerċ ekwitabbli. Il-prezzijiet minimi tal-kummerċ ekwitabbli ġew iffissati fuq il-bażi tal-kalkolu tal-“ispejjeż sostenibbli tal-produzzjoni” stabbiliti wara konsultazzjoni mal-partijiet involuti bil-għan li jiġu internalizzati l-ispejjeż biex isiru konformi ma’ standards soċjali u ambjentali diċenti u biex isir profitt raġonevoli li bis-saħħa tiegħu l-produtturi jkunu jistgħu jinvestu fl-istabilità ta’ xogħolhom fuq tul ta’ żmien twil. |
(11) |
Biex jiġi evitat l-isfruttar tal-ħaddiema lokali, il-katina tal-produzzjoni tas-settur tal-banana għandha ssegwi distribuzzjoni ekwitabbli tad-dħul iġġenerat mis-settur. |
(11a) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Dokumenti Strateġiċi Ġeografiċi, il-Programmi Indikattivi Multiannwali u d-Dokumenti Strateġiċi għall-programmi tematiċi u l-miżuri ta’ akkumpanjament, billi dawn jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u huma ta’ applikazzjoni ġenerali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’ dan li ġej: “Artikolu 4 Implimentazzjoni tal-assistenza mill-Unjoni B’mod konsistenti mal-fini, l-ambitu u l-għanijiet globali u mal-priċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi ġeografiċi u tematiċi stipulati fl-Artikoli 5 sa 16 u fil-programmi stipulati fl-Artikolu 17 u 17a.”; |
(2) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17a Il-pajjiżi prinċipali tal-AKP li jfornu l-banana 1. Pajjiżi tal-AKP li jfornu l-banana elenkati fl-Anness IIIa għandhom jibbenefikaw mill-miżuri ta’ akkumpanjament marbutin mal-banana. L-għajnuna mill-Unjoni għandha tkun immirata biex issostni l-proċess ta’ aġġustament tagħhom wara l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-banana tal-UE fil-qafas tal-WTO. L-għajnuna mill-Unjoni għandha b’mod partikolari tintuża fil-ġlieda kontra l-faqar billi ttejjeb l-istandards u l-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-bdiewa u tal-persuni kkonċernati u tal-entitajiet iż-żgħar rilevanti, inkluż bil-konformità mal-istandards tax-xogħol u tas-sikurezza kif ukoll bil-konformità mal-istandards ambjentali, inkluż l-użu tal-pestiċidi u l-espożizzjoni għalihom. L-assistenza mill-Unjoni għandha tqis il-politika u l-istrateġiji ta’ adattament tal-pajjiżi, kif ukoll tal-ambjent reġjonali tagħhom (f’termini tal-qrubija lejn l-ibgħad reġjuni tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji barranin), u għandha tagħti attenzjoni speċifika lill-oqsma ta’ kooperazzjoni li ġejjin:
2. Fi ħdan l-ammont imsemmi fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tfassal l-ammont massimu disponibbli għal kull pajjiż tal-AKP li jforni l-banana skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq il-bażi tal-indikaturi oġġettivi u maħsuba li ġejjin:
Il-kejl tal-kriterji ta’ allokazzjoni għandu jkun ibbażat fuq data rappreżentattiva ta’ qabel l-2010 u li tkopri perjodu mhux itwal minn ħames snin, u fuq studju tal-Kummissjoni li jevalwa l-impatt fuq il-pajjiżi tal-AKP tal-ftehim milħuq fil-qafas tad-WHO u tal-ftehimiet bilaterali jew reġjonali konklużi, jew fil-proċess li jiġu konklużi, bejn l-Unjoni u pajjiżi tal-Amerika Latina, li jkunu esportaturi ewlenin tal-banana. 3. Il-Kummissjoni għandha todotta strateġiji ta’ sostenn multiannwali permezz ta’ analoġija għall-Artikolu 19, b’konformità mal-Artikolu 21. Għandha tiżgura li tali strateġiji jikkumplimentaw id-dokumenti ġeografiċi strateġiċi tal-pajjiżi kkonċernati, u n-natura temporanja ta’ dawn il-miżuri ta’ akkumpanjament marbutin mal-esportazzjoni tal-banana. L-istrateġiji ta’ sostenn multiannwali għall-miżuri ta’ akkumpanjament fis-settur tal-banana għandhom jinkludu:
Tmintax-il xahar qabel l-iskadenza, għandha ssir valutazzjoni tal-programm dwar il-miżuri ta’ akkumpanjament marbutin mal-banana u tal-progress tal-pajjiżi konċernati li għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjonijiet eventwali li għandhom jiġu previsti u x-xorta tagħhom.”; |
(3) |
L-Artikolu 21 huwa sostitwit b’ dan li ġej: “Artikolu 21 L-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ strateġija ġeografika u tal-programmi indikattivi pluriennali Id-dokumenti ta’ strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali msemmija fl-Artikoli 19 u 20, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 20(1), kif ukoll miżuri ta’ akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17 u 17a rispettivament, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 35 u skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 35a u 35b .”; |
(3a) |
L-Artikolu 22(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-programmi ta’ azzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”; |
(3b) |
Fl-Artikolu 23, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. Fejn l-ispiża ta’ dawn il-miżuri tisboq l-EUR 10 miljun, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal miżuri speċjali taħt l-EUR 10 miljun, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew bħala tagħrif fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha. 4. L-emendi tal-miżuri speċjali, bħal dawk li jwettqu adattamenti tekniċi, li jestendu l-perjodu ta’ implimentazzjoni, li jassenjaw mill-ġdid il-fondi fil-baġit ta’ tbassir, jew li jżidu jew inaqqsu d-daqs tal-baġit b’ammont li ma jisboqx l-20 % tal-baġit inizjali, kemm-il darba dawn l-emendi ma jkollhomx effett fuq l-objettivi inizjali stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jiġu kkomunikati fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
(4) |
L-Artikolu 25(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Fil-prinċipju, l-għajnuna tal-Unjoni m’għandhiex tintuża għall-ħlas ta’ taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.”; |
(5) |
L-Artikolu 29(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-impenji baġitarji għandhom isiru fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikoli 17a(3), 22(1), 23(1) u 26(1).”; |
(6) |
Fl-Artikolu 31(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-parteċipazzjoni fl-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku jew ta’ għotja ffinanzjati minn programm tematiku kif definit fl-Artikoli 11 sa 16, u l-programmi stabbiliti fl-Artikoli 17 u 17a, għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi kollha li huma ċittadini ta’ pajjiż li qiegħed jiżviluppa jew għall-persuni legali li huma stabbiliti fih, kif speċifikat mill-OECD/DAC u fl-Anness II, flimkien ma’ persuni fiżiċi jew legali eliġibbli permezz tal-programm tematiku jew il-programmi stipulati fl-Artikoli 17 u 17a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna l-Anness II f’konformità mar-reviżjonijiet regolari tal-lista tar-riċevituri ta’ għajnuna tal-OECD/DAC, u għandha tgħarraf lill-Kunsill b’dan.”; |
(6a) |
L-Artikolu 33(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala tagħrif. Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.”; |
(6b) |
L-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 35 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 17a u l-Artikolu 21 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 35a u 35b. Artikolu 35a Revoka tad-delega 1. Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 17(2) u l-Artikoli 17a u 21 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħa delegata li tista’ tkun soġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. 3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 35b Oġġezzjonijiet għal atti ta’ delega 1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att ta’ delega fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn. 2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data dikjarata fih. L-att delegat jista’ jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.”; |
(7) |
Fl-Artikolu 38, il-paragrafi (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tul il-perjodu 2007-2013 huwa EUR 17 087 miljun. 2. L-ammonti indikattivi allokati għal kull programm imsemmi fl-Artikoli 5 sa 10 u 11 sa 16 u 17 sa 17a huma stabbiliti fl-Anness IV. Dawn l-ammonti huma stabbiliti għall-perjodu 2007-2013.”; |
(8) |
Għandu jiddaħħal l-Anness IIIa, kif jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(9) |
L-Anness IV huwa sostitwit bil-kontenut tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 17), u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011.
(2) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(3) ĠU L 286, 5.11.1994, p. 1.
(4) ĠU L 108, 27.4.1999, p. 2.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS I
“ANNESS IIIa
Il-pajjiżi prinċipali tal-AKP li jfornu l-banana
1. |
il-Beliże |
2. |
Il-Kamerun |
3. |
Il-Côte d'Ivoire |
4. |
Dominika |
5. |
Ir-Repubblika Dominikana |
6. |
il-Gana |
7. |
Il-Ġamajka |
8. |
Santa Luċija |
9. |
Saint Vincent u l-Grenadini |
10. |
Is-Surinam” |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS II
“ANNESS IV
Allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-perjodu 2007-2013 (f'miljuni ta’ EUR)
Totali |
17 087 |
Programmi ġeografiċi: |
10 057 |
L-Amerika Latina |
2 690 |
L-Asja |
5 187 |
L-Asja Ċentrali |
719 |
Il-Lvant Nofsani |
481 |
L-Afrika t'Isfel |
980 |
Programmi tematiċi: |
5 596 |
Investiment fin-nies |
1 060 |
Ambjent u ġestjoni sostenibbli ta’ riżorsi naturali |
804 |
Atturi mhux statali u awtoritajiet lokali fl-iżvilupp |
1 639 |
Sigurtà alimentari |
1 709 |
Migrazzjoni u ażil |
384 |
Il-pajjiżi tal-AKP tal-Protokoll taz-Zokkor: |
1 244 |
Il-pajjiżi prinċipali tal-AKP li jfornu l-banana |
190” |
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/28 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Stabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006) ***II
P7_TA(2011)0031
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (16446/1/2010 – C7-0427/2010 – 2009/0060B(COD))
2012/C 182 E/08
(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16446/1/2010 – C7-0427/2010), |
— |
wara li kkunsidra il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0194), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0014/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati 21.10.2010, P7_TA(2010)0380.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
P7_TC2-COD(2009)0060B
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209(1) u 212 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Sabiex jitjiebu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-għajnuna esterna tal-Komunità, fl-2006 ġie stabbilit qafas ġdid għall-ippjanar u l-għoti tal-għajnuna. Dan jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (2), ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (4), ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà (5), ir-Regolament (Euratom) Nru 300/2007 tal-Kunsill tad-19 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (6), ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 (7), u r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (8). |
(2) |
Fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti ħarġu xi inkonsistenzi fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-nuqqas ta’ eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni tal-ispejjeż relatati ma’ taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Għalhekk huwa propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006 sabiex ikun konformi mal-istrumenti oħrajn. |
(3) |
Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ikkonċernat, b'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(3a) |
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dokumenti ta’ strateġija, minħabba li dawn id-dokumenti ta’ strateġija jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 u għandhom applikazzjoni ġenerali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:
(-1) |
L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Dokumenti ta’ strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estenzjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati b'konformità mal-Artikolu 17, u soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.”; |
(-1a) |
L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-Programmi ta’ Azzjoni Annwali, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”; |
(-1b) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej: “3. Meta l-ispiża ta’ tali miżuri tkun ugwali jew taqbeż l-EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 4. Għal Miżuri Speċjali li jiswew inqas minn EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.”; |
(-1c) |
L-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miżuri ad hoc mwettqa.”; |
(1) |
L-Artikolu 13(6) huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Unjoni m' għandhiex tiġi użata għall-ħlas ta’ taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.” ; |
(1a) |
L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni. Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.”; |
(1b) |
L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b. Artikolu 17a Revoka tad-delega 1. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed l-aħħar deċiżjoni, filwaqt li jiġi indikat liema setgħa delegata tista' tkun soġġetta għal revoka u r-raġunijiet li jista' jkun hemm għar-revoka. 3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 17b Oġġezzjonijiet għal atti delegati 1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat sa xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn. 2. Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għal att delegat, l-att għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih. L-att delegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fi ħdan il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-att mhux se jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha għalfejn oġġezzjonat għall-att delegat.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 14), u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(3) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(4) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.
(5) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/32 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006) ***II
P7_TA(2011)0032
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (16442/1/2010 – C7-0426/2010 – 2009/0060A(COD))
2012/C 182 E/09
(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16442/1/2010 – C7-0426/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009) 0194), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0006/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati tal-21.10.2010, P7_TA(2010)0379.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
P7_TC2-COD(2009)0060A
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Sabiex jitjiebu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-għajnuna esterna tal-Komunità, fl-2006 ġie stabbilit qafas ġdid li jsostni l-ippjanar u l-provvista ta’ attivitajiet ta’ għajnuna. Dan jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (2), ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (4), ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà (5), ir-Regolament (Euratom) Nru 300/2007 tal-Kunsill tad-19 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (6), ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (7), u r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 (8). |
(2) |
Fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eżenzjoni għall-prinċipju tan-nuqqas ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati ma’ taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Fid-dawl ta’ dan, hu propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dak ir-Regolament sabiex ikun konformi mal-istrumenti l-oħrajn. |
(2a) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Dokumenti Strateġiċi Ġeografiċi, il-Programmi Indikattivi Multiannwali u d-Dokumenti Strateġiċi għall-programmi tematiċi, billi dawn jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u huma ta’ applikazzjoni ġenerali. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. |
(3) |
Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
(-1) |
Fl-Artikolu 17(2),it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Istruzzjonijiet ulterjuri dwar l-allokazzjoni tal-ammont sħiħ fost il-benefiċjarji għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 35a u 35b.”; |
(-1a) |
L-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 21 L-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ strateġija ġeografika u tal-programmi indikattivi multiannwali Id-dokumenti ta’ strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali msemmija fl-Artikoli 19 u 20, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 20(1), kif ukoll il-miżuri ta’ akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 35a u 35b.”; |
(-1b) |
L-Artikolu 22(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-programmi ta’ azzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”; |
(-1c) |
Fl-Artikolu 23, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “3. Fejn l-ispiża ta’ dawn il-miżuri tkun tisboq l-EUR 10 miljun, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal miżuri speċjali taħt l-EUR 10 miljun, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala tgħarif fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha. 4. L-emendi tal-miżuri speċjali, bħal dawk li jwettqu adattamenti tekniċi, li jestendu l-perjodu ta’ implimentazzjoni, li jassenjaw mill-ġdid il-fondi fil-baġit ta’ tbassir, jew li jżidu jew inaqqsu d-daqs tal-baġit b’ammont li ma jisboqx l-20 % tal-baġit inizjali, kemm-il darba dawn l-emendi ma jkollhomx effett fuq l-objettivi inizjali stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jiġu komunikati fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
(1) |
L-Artikolu 25(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Fil-prinċipju, l-għajnuna tal-Unjoni m’għandhiex tintuża għall-ħlas ta’ taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.”; |
(1a) |
Fl-Artikolu 33, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u reviżjoni tal-programmi tagħha b’mod regolari, u tevalwa r-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ linji politiċi u programmi ġeografiċi u tematiċi, u ta’ linji politiċi settorali u l-effettività ta’ programmar, fejn hu xieraq permezz ta’ evalwazzjonijiet esterni indipendenti, sabiex jiġi aċċertat jekk l-objettivi intlaħqux u tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jiġu mtejba operazzjonijiet ġejjienin. Għandhom jitqiesu kif jistħoqq il-proposti mill-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali jew il-Kunsill għal evalwazzjonijiet esterni indipendenti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-setturi soċjali u għall-progress li sar lejn il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. 2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala tagħrif. Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.”; |
(1b) |
L-Artikolu 34(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati, u sa fejn hu possibbli, dwar ir-riżultati ewlenin u l-impatti tal-assistenza. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-parlamenti nazzjonali, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.”; |
(1c) |
L-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej: “;Artikolu 35 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 21 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 35a u 35b. Artikolu 35a Revoka tad-delega 1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 21 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħa delegata li tista’ tkun soġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. 3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 35b Oġġezzjonijiet għal atti delegati 1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn. 2. Jekk, meta jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih. L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. 3. Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 11) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(3) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(4) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.
(5) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/36 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Stabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006) ***II
P7_TA(2011)0033
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsiebli jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (16440/1/2010 – C7-0425/2010 – 2009/0059(COD))
2012/C 182 E/10
(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16440/1/2010 – C7-0425/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0197), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0005/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati, 21.10.2010, P7_TA(2010)0381.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
P7_TC2-COD(2009)0059
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207(2) u 209(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Mill-2007, il-Komunità ssemplifikat il-kooperazzjoni ġeografika tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Amerika Latina u mal-Iraq, l-Iran, il-Jemen u l-Afrika t’Isfel taħt ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2). |
(2) |
L-għan primarju u dominanti tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 hu l-qerda tal-faqar permezz tat-twettiq tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju. L-iskop tal-kooperazzjoni għall-programmi ġeografiċi mal-pajjiżi, territorji u reġjuni li qed jiżviluppaw li huma stabbiliti taħt dak ir-Regolament hu, barra minn hekk, limitat b’mod materjali għal miżuri ta’ finanzjament maħsubin biex jissodisfaw il-kriterji għal Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (kriterji tal-ODA) stabbiliti mill-Kumitat tal-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OKŻE/DAC”). |
(3) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li tkompli tintensifika r-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ikkonċernati, li huma sħab u atturi bilaterali importanti fil-fora multilaterali u fil-governanza globali. Ma’ dawk il-pajjiżi l-Unjoni għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta’ rabtiet diversifikati, b’mod partikolari f’oqsma bħal skambji ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, ta’ negozji u xjentifiċi. Hi għalhekk għandha bżonn strument finanzjarju li jippermetti l-finanzjament ta’ miżuri bħal dawn, li fil-prinċipju, ma jikkwalifikawx bħala ODA skont il-kriterji tal-ODA iżda li għandhom importanza deċiżiva f'termini tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet u li jagħtu kontribut importanti għall-promozzjoni tal-progress tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikkonċernati. |
(4) |
Għal dak il-għan, erba’ Azzjonijiet Preparatorji ġew stabbiliti fil-proċeduri tal-baġit tal-2007 u l-2008 sabiex tinbeda tali koperazzjoni msaħħa skont il-punt (b) tal-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3). Dawk l-erba’ Azzjonijiet Preparatorji huma: skambji ta’ negozji u xjentifiċi mal-Indja; skambji ta’ negozji u xjentifiċi maċ-Ċina; kooperazzjoni mal-grupp ta’ pajjiżi bi dħul medju fl-Asja; u kooperazzjoni mal-grupp ta’ pajjiżi bi dħul medju fl-Amerika Latina. Taħt dak l-Artikolu, il-proċedura legislattiva konsegwenti għall-Azzjonijiet Preparatorji, għandha tiġi konkluża qabel it-tmiem tat-tielet sena finanzjarja. |
(5) |
L-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 (4) huma adattati bħala mezz għall-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 u li jiġi pprovdut pakkett finanzjarju sabiex ikopri l-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
(6) |
Bit-twessigħ tal-ambitu ġeografiku tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikkonċernati huma koperti b'żewġ strumenti differenti tal-finanzjament tal-azzjoni esterna. Għandu jkun żgurat li ż-żewġ strumenti ta’ finanzjament jibqgħu għal kollox separati minn xulxin. Il-miżuri li jissodisfaw il-kriterji ODA se jiġu ffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006, waqt li r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 se jkopri biss il-miżuri li, fil-prinċipju, ma jissodisfawx dawn il-kriterji. Hemm bżonn ukoll li jkun żgurat li dawk il-pajjiżi li qabel kienu koperti bir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 – il-pajjiżi u r-reġjuni industrijalizzati kif ukoll pajjiżi u reġjuni oħrajn bi dħul għoli – ma jiġux żvantaġġati, speċjalment mil-lat finanzjarju, bit-twessigħ tal-ambitu ġeografiku ta’ dak ir-Regolament. |
(7) |
Minħabba li l-kriżi ekonomika ħolqot tensjoni baġitarja estrema fl-Unjoni kollha, u li t-twessigħ propost jikkonċerna pajjiżi li f'ċerti każijiet laħqu livell ta’ kompetittività komparabbli ma’ dak tal-Unjoni u livell ta’ għajxien medju qrib dak ta’ ċerti Stati Membri, il-kooperazzjoni tal-UE għandha tieħu kont tal-isforzi li jsiru min-naħa tal-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna biex jikkonformaw mal-ftehimiet internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u biex jipparteċipaw fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta’ serra. |
(8) |
Ir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji ta’ azzjoni esterna identifika inkonsistenzi fid-dispożizzjonijiet li jeskludu spejjeż relatati ma’ taxxi, dazji jew ħlasijiet oħra bħala ineliġibbli. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, qed jiġi propost li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu armonizzati mal-istrumenti l-oħra. |
(8a) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ programmi ta’ kooperazzjoni multiannwali, billi dawn il-programmi jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 u huma ta’ applikazzjoni ġenerali. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. |
(9) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1934/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu tar-Regolament għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
(2) |
l-Artikoli 1 sa 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Objettiv 1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli’ għandhom jinkludu l-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u ‘pajjiżi li qed jiżviluppaw’ għandhom jinkludu l-pajjiżi li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u li huma elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Minn hawn 'il quddiem, dawn huma flimkien imsejħa ‘pajjiżi sħab’ (5). Il-finanzjament mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandu jsostni kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika, kulturali u akkademika mal-pajjiżi sħab fl-oqsma kollha stipulati fl-Artikolu 4, li jaqgħu fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza tagħha. Dan ir-Regolament għandu jservi biex jiffinanzja l-miżuri li, fil-prinċipju, ma jissodisfawx il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (kriterji tal-ODA) stabbiliti mill-Kumitat tal-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (‘OKŻE/DAC’). 2. L-għan primarju ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab għandu jkun li jipprovdi rispons speċifiku għall-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet u li jkun hemm impenn akbar magħhom fuq bażi bilaterali, reġjonali jew multilaterali sabiex jinħoloq ambjent aktar favorevoli u trasparenti għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab skont il-prinċipji li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulata fit-Trattat. Fost affarijiet oħra, dan jirreferi għall-promozzjoni tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, kif ukoll xogħol deċenti, governanza tajba u l-preżervazzjoni tal-ambjent, sabiex jingħata kontribut għall-progress u l-proċess ta’ żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab. Artikolu 2 Ambitu 1. Il-kooperazzjoni għandha tkun immirata biex jiġu involuti l-pajjiżi sħab sabiex jissaħħu d-djalogu u riavviċinament u sabiex jaqsmu u jippromwovu strutturi u valuri politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali simili. L-Unjoni għandu jkollha wkoll l-intenzjoni li żżid il-kooperazzjoni u l-iskambji mas-sħab u l-atturi bilaterali stabbiliti jew dejjem iżjed importanti fil-fora multilaterali u fil-governanza globali. Il-kooperazzjoni tkopri wkoll sħab li magħhom l-Unjoni għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta’ rabtiet u tal-valuri tagħha kif stipulati fit-Trattat. 2. F'ċirkostanzi debitament ġustifikati u sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-effettività tal-finanzjamenti mill-Unjoni u sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi meta tkun qed tadotta l-programmi ta’ azzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 6 li pajjiżi mhux elenkati fl-Annessi huma eliġibbli għal miżuri taħt dan ir-Regolament, fejn il-proġett jew il-programm li għandu jiġi implimentat huwa ta’ natura reġjonali jew transkonfinali. Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal dan fil-programmi ta’ kooperazzjoni multiannwali msemmija fl-Artikolu 5. 3. Il-Kummissjoni għandha temenda l-listi fl-Annessi I u II b'segwitu għal rieżamijiet regolari tal-OKŻE/DAC tal-lista tagħha ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan. 4. Għall-finanzjamenti mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament, għandha tingħata attenzjoni partikolari fejn xieraq għall-konformità tal-pajjiżi sħab mal-istandards tax-xogħol fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u għall-isforzi tagħhom biex jipprovaw inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta’ serra. 5. Fir-rigward tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi rispettata b’mod strett il-koerenza politika mal-miżuri ffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1337/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (6). Artikolu 3 Prinċipji Ġenerali 1. L-Unjoni hija msejsa fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt u tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn għal dawn il-prinċipji fil-pajjiżi sħab permezz tad-djalogu u l-kooperazzjoni. 2. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi segwit, fejn hu xieraq, approċċ differenzjat fit-tfassil tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab biex jittieħed kont tal-kuntesti ekonomiċi, soċjali u politiċi tagħhom kif ukoll tal-interessi, l-istrateġiji u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Unjoni. 3. Il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti ma’ u jkopru l-oqsma ta’ kooperazzjoni stipulati, partikolarment, fl-istrumenti, ftehimiet, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab, kif ukoll l-oqsma li jappartjenu għall-interessi u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Unjoni. 4. Għall-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha timmira li tiżgura koerenza mal-oqsmal- oħra tal-azzjoni esterna tagħha kif ukoll mal-linji politiċi rilevanti l-oħra tal-Unjoni, b’mod partikulari l-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Dan għandu jiġi żgurat bil-formulazzjoni ta’ linji politiċi, ippjanar strateġiku u l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri. 5. Il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jikkumplimentaw, u jġibu valur miżjud lill-isforzi meħuda mill-Istati Membri u l-korpi pubbliċi tal-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet kummerċjali u skambji kulturali, akkademiċi u xjentifiċi. 6. Il-Kummissjoni għandha tinforma u għandu jkollha skambji ta’ opinjonijiet regolari mal-Parlament Ewropew. Artikolu 4 Oqsma ta’ kooperazzjoni Il-finanzjament mill-Unjoni għandu jappoġġa l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 1 u għandu jkun konsistenti mal-iskop, l-ambitu, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali globali ta’ dan ir-Regolament. Il-finanzjament mill-Unjoni għandu jkopri l-azzjonijiet li, fil-prinċipju, ma jissodisfawx il-kriterji tal-ODA, u li jistgħu jinkludu dimensjoni reġjonali, fl-oqsma ta’ kooperazzjoni li ġejjin:
|
(3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafi (2) u (3) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “2. Il-programmi ta’ kooperazzjoni multiannwali m'għandhomx ikopru aktar mill-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jistabbilixxu l-interessi u l-prijoritajiet speċifiċi, l-objettivi ġenerali u r-riżultati mistennija tal-Unjoni. B'mod partikulari, fir-rigward ta’ Erasmus Mundus, il-programmi għandhom jimmiraw għall-iktar kopertura ġeografika bilanċjata possibbli. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll l-oqsma magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni u jiddiskrivu fil-qosor l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva tal-fondi, globalment, għal kull qasam ta’ prijorità u għal kull pajjiż sieħeb jew grupp ta’ pajjiżi sħab għall-perijodu kkonċernat. Fejn xieraq dan jista' jiġi indikat b'massimu u minimu. Il-programmi ta’ kooperazzjoni multiannwali għandhom jiġu rieżaminati f'nofs it-terminu, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ. 3. Il-programmi ta’ kooperazzjoni multiannwali u kull rieżami tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 14b u 14c. ”; |
(4) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(6) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. Il-finanzjament mill-Unjoni m'għandux, bħala prinċipju, jintuża biex jitħallsu taxxi, dazji jew imposti fil-pajjiżi sħab.”; |
(7) |
l-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(9) |
L-Artikoli 13 u 14 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 13 Evalwazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment l-azzjonijiet u l-programmi ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, fejn hu xieraq jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, permezz ta’ evalwazzjonijiet esterni indipendenti, biex taċċerta jekk l-objettivi ntlaħqux u biex tkun tista' tifformula rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu operazzjonijet futuri. Ir-riżultati għandhom jerġgħu jintużaw għad-disinn ta’ programmi u l-allokazzjoni ta’ riżorsi. 2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni. 3. Il-Kummissjoni għandha tassoċja l-partijiet interessati rilevanti, inklużi atturi mhux Statali, fil-fażi ta’ evalwazzjoni tal-kooperazzjoni tal-Unjoni prevista taħt dan ir-Regolament. Artikolu 14 Rapport annwali Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dettaljat dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jistipula r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-baġit u jippreżenta l-azzjonijiet u l-programmi kollha ffinanzjati u, safejn ikun possibbli, jistipula l-eżiti u l-impatti ewlenin tal-azzjonijiet u l-programmi ta’ kooperazzjoni.”; |
(9a) |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 14a Eżerċitar tad-delega 1. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. Malli tadotta atti delegati, il-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru. 3. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 14b u 14c. Artikolu 14b Revoka tad-delega 1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin. 2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tkun soġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. 3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 14c Oġġezzjonijiet għal atti delegati 1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn. 2. Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih. L-att delegat jista’ jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.”; |
(9b) |
L-Artikolu 15 għandu jitħassar. |
(10) |
l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 16 Dispożizzjonijiet finanzjarji L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2007 sal-2013 għandu jkun ta’ EUR 172 miljun għall-pajjiżi elenkati fl-Anness I u EUR 176 miljun għall-pajjiżi elenkati fl-Anness II. L-approprjazzjonijiet annwali għall-perjodu 2010-2013 se jkunu deċiżi mill-awtorità baġitarja bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità baġitarja tagħrif dettaljat fuq il-linji kollha tal-baġit u l-approprjazzjonijiet annwali li għandhom jintużaw għall-finanzjament tal-miżuri skont dan ir-Regolament. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. Għandu jkun hemm attenzjoni biex il-pajjiżi u t-territorji industrijalizzati, u dawk oħrajn bi dħul għoli elenkati fl-Anness I ma jiġux żvantaġġati bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness II. L-approprjazzjonijiet ipprogrammati biex jintużaw skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ma għandhomx jintużaw għal dan l-iskop. ”; |
(11) |
fl-Anness, it-titolu għandu jiġi sostitwit b’ dan li ġej: |
(12) |
għandu jiżdied Anness II ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010 (għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 1) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011.
(2) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.
(5) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(6) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 62.”;
(8) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.”;
(9) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS
“ANNESS II
Lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw koperti minn dan ir-Regolament
L-Amerika Latina
1. |
L-Arġentina |
2. |
Il-Bolivja |
3. |
Il-Brażil |
4. |
Iċ-Ċilì |
5. |
Il-Kolombja |
6. |
Il-Kosta Rika |
7. |
Kuba |
8. |
L-Ekwador |
9. |
El Salvador |
10. |
Il-Gwatemala |
11. |
Il-Ħonduras |
12. |
Il-Messiku |
13. |
In-Nikaragwa |
14. |
Il-Panama |
15. |
Il-Paragwaj |
16. |
Il-Peru |
17. |
L-Urugwaj |
18. |
Il-Venezwela |
L-Asja
19. |
L-Afganistan |
20. |
Il-Bangladexx |
21. |
Il-Butan |
22. |
Il-Burma/Mjanmar |
23. |
Il-Kambodja |
24. |
Iċ-Ċina |
25. |
L-Indja |
26. |
L-Indoneżja |
27. |
Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea |
28. |
Il-Laos |
29. |
Il-Malasja |
30. |
Il-Maldive |
31. |
Il-Mongolja |
32. |
In-Nepal |
33. |
Il-Pakistan |
34. |
Il-Filippini |
35. |
Is-Sri Lanka |
36. |
It-Tajlandja |
37. |
Il-Vjetnam |
L-Asja Ċentrali
38. |
Il-Każakistan |
39. |
Ir-Repubblika Kirgiża |
40. |
It-Taġikistan |
41. |
It-Turkmenistan |
42. |
L-Uzbekistan |
Il-Lvant Nofsani
43. |
L-Iran |
44. |
L-Iraq |
45. |
Il-Jemen |
L-Afrika t'Isfel
46. |
L-Afrika t'Isfel” |
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/47 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Ftehimiet dwar il-kummerċ tal-banana ***
P7_TA(2011)0035
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (07782/2010 – C7-0148/2010 – 2010/0057(NLE))
2012/C 182 E/11
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07782/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (07968/2010) u l-abbozz tal-Ftehim dwar il-kummerċ fil-banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (07970/2010), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0148/2010), |
— |
wara li kkunisdra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0002/2011), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù, il-Venezwela u l-Istati Uniti tal-Amerika. |
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/48 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana ***I
P7_TA(2011)0036
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana (COM(2010)0096 – C7-0074/2010 – 2010/0056(COD))
2012/C 182 E/12
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0096), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0074/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0003/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
P7_TC1-COD(2010)0056
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 306/2011.)
22.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 182/49 |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku ***I
P7_TA(2011)0037
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) (COM(2008)0810 – C6-0472/2008 – 2008/0241(COD))
2012/C 182 E/13
(Proċedura leġislattiva ordinarja: riformulazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0810), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6–0472/2008), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2009 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Diċembru 2009 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali (3), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta’ April 2009 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsira r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7–0229/2010), |
A. |
billi skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludix emendi sostantivi għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti preċedenti flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif qed tiġi indikata hawn taħt filwaqt li tingħata konsiderazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b’ test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 39.
(2) ĠU C 141, 29.5.2010, p. 55.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
P7_TC1-COD(2008)0241
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (4) għandhom isirulha għadd ta’ bidliet sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi rriformulata. |
(2) |
L-għanijiet tal-politika ambjentali tal-Unjoni huma, b'mod partikolari, li jippreservaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-ambjent, jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u jutilizzaw riżorsi naturali b’mod prudenti u raġonevoli. Dik il-politika hija bbażata fuq il-prinċipju prekawzjonarju u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li ħsara ambjentali għandha bħala prijorità tiġi rrettifikata fis-sors, u li min iniġġes għandu jħallas. |
(3) |
Il-programm Komunitarju ta’ politika u azzjoni li għandu x'jaqsam mal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli (Il-Ħames Programm ta’ Azzjoni Ambjentali) (5) jiddikjara li l-ksib ta’ żvilupp sostenibbli jitlob bdil sinifikanti f’mudelli attwali ta’ żvilupp, produzzjoni, konsum u mġiba u jiffavorixxi, fost l-oħrajn, it-tnaqqis ta’ konsum ħali ta’ riżorsi naturali u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Jirreferi għall-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) bħala wieħed mill- oqsma fil-mira li għandhom jiġu rregolati, fid-dawl tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prevenzjoni, irkupru u rimi sikur tal-iskart. |
(4) |
Din id-Direttiva tissupplimenta l-leġiżlazzjoni ġenerali tal-UE dwar il-ġestjoni tal-iskart, bħal pereżempju d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (6). Din tirreferi għad-definizzjonijiet tad-Direttiva inklużi d-definizzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart u l-iskart ġenerali. Id-definizzjoni ta’ ġbir skont id-Direttiva 2008/98/KE tinkludi s-separazzjoni preliminari u l-ħżin preliminari tal-iskart għal skopijiet ta’ trasport lejn faċilità ta’ trattament tal-iskart. Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill t (7) tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodiżinn ta’ prodotti relatati mal-enerġija u tippermetti l-adozzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ ekodiżinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jistgħu jkunu koperti wkoll b'din id-Direttiva. Id-Direttiva 2009/125/KE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart. Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (8) tesiġi s-sostituzzjoni ta’ sustanzi projbiti għat-tagħmir elettriku u elettroniku kollu (EEE) fi ħdan l-ambitu tagħha. |
(5) |
Id-Direttiva 2008/98/KE tipprovdi li regoli speċifiċi għal waqtiet partikolari jew li jissupplimentaw dawk tad-Direttiva dwar it-tmexxija ta’ kategoriji partikolari tal-iskart jistgħu jiġu stipulati permezz ta’ Direttivi individwali. |
(6) |
Hekk kif is-suq qed ikompli jespandi u ċ-ċikli ta’ innovazzjoni saħansitra qegħdin jiqsaru aktar, il-bdil tat-tagħmir qed jaċċelera, u l-WEEE qed isir fluss ta’ skart li qed jikber b'rata mgħaġġla. Filwaqt li d-Direttiva 2002/95/KE tikkontribbwixxi b'mod effettiv għat-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi fl-EEE l-ġdid, sustanzi perikolużi bħall-merkurju, il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju eżavalenti u l-bifenili poliklorinati (PCBs) u sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu xorta se jibqgħu preżenti fil-WEEE għal ħafna snin. Il-kontentut ta’ sustanzi perikolużi f'(EEE) huwa ta’ tħassib ewlieni waqt il-fażi ta’ ġestjoni tal-iskart tal-WEEE u r-riċiklaġġ tal-WEEE ma jitwettaqx sa limitu suffiċjenti. Nuqqas ta’ riċiklaġġ jirriżulta fit-telf ta’ riżorsi prezzjużi. |
(7) |
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli bil-prevenzjoni ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) bħala l-prijorità ewlenija, u barra dan, bl-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ WEEE sabiex tnaqqas ir-rimi ta’ skart u tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-irkupru ta’ materja prima strateġika . Tfittex ukoll li ttejjeb ir-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ EEE, pereżempju l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi u b'mod partikolari dawk l-operaturi involuti direttament fil-ġbir u t-trattament ta’ WEEE. B'mod partikolari, applikazzjonijiet nazzjonali differenti tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur jistgħu jwasslu għal differenzi sostanzjali fil-piż finanzjarju fuq l-operaturi ekonomiċi. Politiki nazzjonali differenti dwar il-ġestjoni tal-WEEE jfixklu l-effikaċja tal-politiki ta’ riċiklaġġ. Għal dik ir-raġuni l-kriterji essenzjali għandhom jiġu stipulati fil-livell tal-Unjoni u għandhom jiġu żviluppati standards armonizzati għall-ġbir u l-ġestjoni tal-WEEE . |
(8) |
Peress li l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-problema, l-Unjoni tista' għalhekk tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk il-għanijiet. |
(9) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għal prodotti u produtturi irrispettivament mill-metodu ta’ teknika ta’ bejgħ, inkluż bejgħ mill-bogħod u elettroniku. F’dan il-każ l-obbligazzjonijiet ta’ produtturi u distributuri li qed jużaw mezzi ta’ bejgħ mill-bogħod u elettroniku għandhom, safejn ikun prattikabbli, jieħdu l-istess forma u għandhom jiġu infurzati bl-istess mod sabiex jiġi evitat li mezzi oħra ta’ distribuzzjoni jkollhom iġarrbu l-ispejjeż li jirriżultaw mid-Direttiva li għandha x’taqsam ma’ WEEE li t-tagħmir tiegħu nbiegħ permezz ta’ bejgħ mill-bogħod jew elettroniku. |
(10) |
Din id-Direttiva għandha tkopri l-EEE kollu użat minn konsumaturi u tagħmir elettriku u elettroniku maħsub għall-użu professjonali. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ saħħa li jipproteġu l-atturi kollha f’kuntatt mal-WEEE kif ukoll leġiżlazzjoni dwar ġestjoni ta’ skart speċifiku tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (9), u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-diżinn ta’ prodotti, b'mod partikolari d-Direttiva 2005/32/KE Inter alia, għandhom jiġu esklużi mill-qasam ta’ applikazzjoni l-installazzjonijiet fissi l-kbar ladarba dawn huma installati u joperaw b’mod permanenti f’post partikolari u jiġu mibnija u żmantellati minn professjonisti, jiġifieri jirrappreżentaw fluss ta’ skart regolat. Għodod industrijali fissi fuq skala kbira u li ma jiċċaqilqux installati biex joperaw f'lokalità speċifika għandhom jiġu esklużi wkoll mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk, għandu jiġi eskluż il-makkinarju mobbli operat biss minn utenti professjonali peress li dan ukoll jiżżarma u jintrema minn professjonisti u għalhekk jirrappreżenta fluss ta’ skart kontrollat. Il-moduli fotovoltajċi, li wkoll jiġu installati u żarmati minn professjonisti u huma strumentali biex jintlaħqu l-għanijiet rigward l-enerġiji rinnovabbli u b’hekk jgħinu għal tnaqqis tas-CO2, għandhom għalhekk jiġu esklużi wkoll Barra minn hekk, l-industrija tal-enerġija solari daħlet fi ftehim ambjentali volontarju bl-għan li jiġu rriċiklati 85 % tal-moduli fotovoltajċi. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dan il-ftehim huwiex tal-anqas jikseb riżultati ekwivalenti meta mqabbla ma’ din id-Direttiva u jekk huwiex ikopri l-moduli fotovoltajċi kollha mqiegħda fis-suq u, jekk jidhrilha xieraq, fuq il-bażi ta’ rapport għandha tissottometti proposta li tinkludi l-moduli fotovoltajċi fil-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. |
(11) |
It-twaqqif, permezz ta’ din id-Direttiva, ta’ responsabbiltà tal-produttur huwa wieħed mill-mezzi li jinkoraġġixxu d-diżinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li jqisu b’mod sħiħ u jiffaċilitaw it-tiswija, it-titjib possibbli, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tiegħu. |
(12) |
Sabiex jiggarantixxu s-sikurezza u s-saħħa tal-persunal tad-distributuri li jieħdu lura l-WEEE u li huma involuti fil-ġestjoni tiegħu, l-Istati Membri għandhom, skont il- leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza u tas-saħħa, jiddeterminaw il-kundizzjonijiet meta d-distributuri jistgħu jirrifjutaw li jieħdu lura l-WEEE. |
(13) |
Il-ġbir separat huwa kundizzjoni ddeterminata minn qabel sabiex jiġi żgurat it-trattament speċifiku u r-riċiklaġġ tal-WEEE, u huwa meħtieġ biex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fl-Unjoni. Il-konsumaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għas-suċċess ta’ dan it-tip ta’ ġbir u għandhom jiġu inkoraġġuti biex jirritornaw il-WEEE. Għal dan il-għan, għandhom jitwaqqfu faċilitajiet konvenjenti sabiex il-WEEE jiġi rritornat, inklużi punti ta’ ġbir pubbliċi, fejn djar privati jkunu jistgħu jirritornaw l-iskart tagħhom għall-inqas mingħajr ħlas. Id-distributuri, il-muniċipalitajiet u tar-riċiklaġġ kollha għandhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għas-suċess tal-ġbir u l-ġestjoni tal-WEEE u għalhekk għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
(14) |
Sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni u ta’ għanijiet ambjentali armonizzati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimital-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħabirku biex iwaqqfu skemi ta’ ġbir effiċjenti, għandhom ikunu meħtieġa jiksbu livell għoli ta’ ġbir ta’ WEEE, b'mod partikolari għal tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati, minħabba l-impatt qawwi li għandhom fuq l-ambjent u fid-dawl tal-obbligi fir-Regolament (KE) 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (10) u r-Regolament (KE) 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati Test b'rilevanza għaż-ŻEE (11). Id-dejta inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt turi li 65 % tal-EEE mqiegħed fis-suq, illum diġà qiegħed jinġabar separatament, iżda aktar minn nofsu jgħaddi minn trattament mhux xieraq u jiġi esportat illegalment jew jiġi ttrattat kif suppost iżda l-ammonti ttrattati ma ġewx irraportati. Dan iwassal għal nuqqas importanti ta’ materja prima sekondarja u degradazzjoni ambjentali u l-għoti ta’ dejta inkonsistenti. Sabiex dan jiġi evitat jenħtieġ li titwaqqaf mira ta’ ġbir ambizzjuża li tobbliga lill-atturi kollha li jiġbru l-WEEE biex jiżguraw it-trattament tiegħu b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li dawn l-atturi jintalbu jirrappurtaw il-volumi miġbura, ġestiti u ttrattati.Huwa ta’ importanza fundamentali li l-Istati Membri jiżguraw li din id-Direttiva tiġi infurzata effettivament, b’mod partikolari fir-rigward tal-iċċekkjar tal-EEE esportat barra mill-Unjoni. |
(15) |
Trattament speċifiku għall-WEEE huwa indispensabbli sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ inkwinanti fil-materjal riċiklat jew fil-fluss ta’ skart. Trattament ta’ dan it-tip huwa l-mezz l-aktar effettiv biex tiġi żgurata konformità mal-livell magħżul ta’ protezzjoni tal-ambjent tal-Unjoni. Kwalunkwe stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir, riċiklaġġ u trattament għandha tikkonforma ma’ standards minimi li jipprevjenu impatti ambjentali negattivi assoċjati mat-trattament tal-WEEE. L-aqwa tekniki ta’ trattament, irkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli għandhom jintużaw sakemm dawn ikunu jiżguraw is-saħħa tal-bniedem u protezzjoni ambjentali għolja. L-aqwa tekniki ta’ trattament, ta’ rkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli jistgħu jiġu ddefiniti aktar skont il-proċeduri tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (12). |
(16) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji Emerġenti u Identifikati Riċentement, fl-opinjoni tiegħu dwar “Il-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Prodotti tan-Nanoteknoloġija” tad-19 ta’ Jannar 2009, iddikjara li l-esponiment għal nanomaterjali li huma integrati sew fi strutturi kbar, pereżempju f'ċirkwiti elettroniċi, jista' jseħħ fil-fażi tar-rimi jew tar-riċiklaġġ tal-iskart. Biex jiġu kkontrollati r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mit-trattament ta’ nanomaterjali li fihom il-WEEE, jista' jinħtieġ trattament selettiv. Ikun xieraq li l-Kummissjoni tivvaluta jekk it-trattament selettiv għandux jiġi applikat għan-nanomaterjali rilevanti. |
(17) |
Fejn xieraq, għandha tingħata prijorità lill-użu mill-ġdid tal-WEEE u l-komponenti tiegħu, is-submuntaturi u l-oġġetti tal-konsum. Fejn użu mill-ġdid mhuwiex preferibbli, il-WEEE kollu miġbur separatament għandu jintbagħat għall-irkupru, u tul dan il-proċess għandu jinkiseb livell għoli ta’ riċiklaġġ u rkupru. Barra dan, il-produtturi għandhom jiġu inkoraġġuti biex jintegraw materjal riċiklat f’tagħmir ġdid. |
(18) |
L-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir jistgħu jgħoddu lejn il-ksib tal-miri ddefiniti f'din id-Direttiva biss jekk dak l-irkupru jew dik il-preparazzjoni partikolari għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ma tmurx kontra leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli għat-tagħmir. L-iżgurar ta’ rkupru u preparazzjoni xierqa għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir huwa importanti għall-immaniġjar sod tar-riżorsi u jottimizza l-provvista tar-riżorsi. |
(19) |
Prinċipji bażiċi rigward il-finanzjament ta’ ġestjoni tal-WEEE għandhom jitfasslu fil-livell tal-Unjoni u skemi ta’ finanzjament għandhom jikkontribwixxu għal rati għoljin ta’ ġbir kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur. |
(20) |
L-utenti ta’ EEE minn djar privati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw il-WEEE għall-inqas mingħajr ħlas. Produtturi għandhom għalhekk jiffinanzjaw il-ġbir u t-trattament, l-irkupru u r-rimital-WEEE. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-partijiet kollha involuti fil-ġestjoni , ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku sabiex jgħinu biex jintlaħaq l-objettiv ta’ din id-Direttiva sabiex jevitaw li l-WEEE li jinġabar separatament jgħaddi minn trattament substandard kif ukoll l-esportazzjoni illegali. ▐ Sabiex il-ħlas għall-ġbir ta’ dan l-iskart jgħaddi minn dawk li jħallsu t-taxxa għall-konsumaturi tal-EEE u sabiex il-finanzjament ikun konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-produtturi biex jittrattaw l-iskart miġbur kollu ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Sabiex jiġi ffaċilitat trattament xieraq, il-konsumaturi għandhom ir-responsabilità li jiżguraw li l-EEE fi tmiem il-ħajja tiegħu jittieħed fil-faċilitajiet tal-ġbir. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur għandu jkun jista’ jagħżel li jwettaq dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull produttur jew parti terza li taġixxi f'ismu għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjeni li l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti orfni jiġġarrbu mis-soċjetà jew mill-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ġestjoni ta’ skart storiku għandha tinqasam bejn il-produtturi kollha eżistenti fi skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha, li jkunu jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż, jikkontribwixxu proporzjonalment. Skemi ta’ finanzjament kollettivi ma għandux ikollhom l-effett li jeskludu produtturi ta’ prodotti speċjalizzati (niche) u ta’ volumi żgħar, importaturi u dawk li jidħlu ġodda. ▐ |
(21) |
Tagħrif lill-utenti dwar il-ħtieġa li l-WEEE ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex il-WEEE jinġabar b’mod separat, u dwar is-sistemi ta’ ġbir u r-rwol tagħhom fil-ġestjoni tal-WEEE, huwa indispensabbli għas-suċċess tal-ġbir tal-WEEE. Dan it-tip ta’ tagħrif jimplika l-immarkar kif suppost ta’ EEE li jista’ jispiċċa f’laned taż-żibel jew mezzi simili ta’ ġbir ta’ skart muniċipali. |
(22) |
Tagħrif dwar l-identifikazzjoni ta’ komponenti u materjali li għandu jiġi pprovdut minn produtturi huwa importanti biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni, u b'mod partikolari t-trattament u l-irkupru jew ir-riċiklaġġ tal-WEEE. |
(23) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura ta’ spezzjoni u monitoraġġ tippermetti l-verifika tal-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva, wara li jikkunsidraw, inter alia, ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 li tipprovdi għal kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (13). |
(24) |
Tagħrif dwar il-piż ta’ EEE mqiegħed fis-suq fl-Unjoni u r-rati ta’ ġbir, użu mill-ġdid, inkluż sa fejn huwa possibbli użu mill-ġdid ta’ tagħmir sħiħ, irkupru jew riċiklaġġ u esportazzjoni tal-WEEE miġbura skont din id-Direttiva huwa meħtieġ sabiex jiġi mmonitorjat il-ksib tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. |
(25) |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati sakemm jintlaħqu rekwiżiti partikolari. ▐ |
(26) |
Biex jitnaqqsu l-ostakoli li qed ixekklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-piżijiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu permezz tal-armonizzazzjoni tar-reġistrar u l-proċeduri tar-rappurtar u billi ma jitħalliex li jkun hemm ħlasijiet multipli għal reġistrazzjonijiet multipli fi Stati Membri individwali. B’mod partikulari, produttur m’għandux jibqa’ obbligat li jkollu sede legali fi Stat Membru biex it-tagħmir elettriku u elettroniku jkun jista’ jitqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru. Minflok il-ħatra ta’ rappreżentant legali lokali residenti f'dak l-Istat Membru għandha tkun biżżejjed. Għal infurzar prattiku ta’ din il-leġiżlazzjoni għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jidentifikaw il-produttur li huwa responsabbli għall-prodott u jsegwu lura l-katina ta’ forniment mid-distributur finali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li distributur li jagħmel EEE disponibbli għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru (kummerċ ġewwa l-Unjoni) għandu jew jikkonkludi ftehim mal-produttur jieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni ta’ dak it-tagħmir u l-iffinanzjar tal-immaniġjar tal-iskart minn dak it-tagħmir. |
(27) |
Sabiex tadatta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku u xjentifiku u jiġu adottati miżuri oħra neċessarji l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta’ delega f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ miżuri transitorji, l-adattament tal-annessi, ir-regoli dettaljati għall-verifika u monitoraġġ tal-konformità, ir-rekwiżiti minimi u metodoloġija għall-kalkolu tal-livell ta’ garanziji finanzjarji, id-definizzjoni ta’ “volum verament żgħir ta’ WEEE” u ta’ 'mikro-intrapriżi li joperaw fuq superfiċje żgħira', il-format tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar, il-frekwenza tar-rappurtar u emendi għar-regoli li jirrigwardaw rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(28) |
L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jiġi llimitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi ta’ qabel. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jiġu trasposti, ġej mid-Direttivi ta’ qabel. |
(29) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness VI, il-Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistipula miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni ta’ WEEE u bit-tnaqqis tal-impatti ġenerali negattivi mill-użu ta’ riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza f'dan it-tip ta’ użu , f’konformità mal-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE. Din id-Direttiva tesiġi li l-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xi prodott itejbu l-istandards ambjentali tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi għal produzzjoni u rkupru sostenibbli.
Artikolu 2
L-ambitu
1. Din id-Direttiva għandha, suġġett għall-paragrafu 3, tapplika għal EEE kollu .
2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sikurezza u saħħa, marbuta ma’ kimika, b'mod partikolari r-Regolament (KE) 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (14) kif ukoll tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika dwar il-ġestjoni tal-iskart jew id-diżinn ta’ prodotti.
3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal ▐:
(a) |
EEE li huwa meħtieġ għall- protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari. |
(b) |
EEE li huwa ddiżinjat speċifikament bħala parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ din id-Direttiva u jista' jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir. ▐ |
(c) |
stallazzjonijiet industrijali fissi kbar; |
(d) |
għodod industrijali fissi fuq skala kbira li ma jiċċaqilqux; |
(e) |
makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq maħsub esklużivament għall-utenti professjonali; |
(f) |
mezzi tat-trasport għal persuni jew merkanzija; |
(g) |
moduli fotovoltajċi; |
(h) |
bozoz bil-filament. |
(i) |
Apparat mediku impjantat jew infettat. |
Sa mhux aktar tard minn … (15), u kull ħames snin ta’ wara, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina l-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari jekk il-moduli fotovoltajċi għandhomx jiġu inklużi fil-qasam ta’ applikazzjoni tagħha. Il-parti tar-rapport dwar il-moduli fotovoltajċi għandu jevalwa, b’mod partikolari, ir-rati fattwali miksuba ta’ ġbir u riċiklaġġ. Fejn ikun xieraq, fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta.
▐
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
tagħmir elettriku u elettroniku' jew “EEE” tfisser tagħmir li huwa dipendenti fuq kurrenti tal-elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi sabiex jaħdem sew u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet ta’ dan it-tip, iddiżinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l-1000 Volt għal kurrent alternanti u 1500 Volt għal kurrent dirett; |
(b) |
“skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jew “WEEE” tfisser tagħmir elettriku jew elettroniku li huwa skart skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti kollha, is-submontaturi u l-oġġetti tal-konsum li huma parti mill-prodott fil-waqt li jintrema; |
(c) |
“apparat mediku” jfisser EEE fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (16) jew id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (17); |
(d) |
“prevenzjoni” tfisser prevenzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(12) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(e) |
“użu mill-ġdid” tfisser użu mill-ġdid skont it-tifsira tal-Artikolu 3(13) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(f) |
“preparazzjoni għall-użu mill-ġdid” tfisser preparazzjoni għall-użu mill-ġdid skont it-tifsira tal-Artikolu 3(16) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(g) |
“riċiklaġġ” tfisser riċiklaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 3(17) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(h) |
“irkupru” tfisser irkupru skont it-tifsira fl-Artikolu 3(15) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(i) |
“rimi” tfisser rimi skont it-tifsira fl-Artikolu 3(19) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(j) |
“trattament” tfisser trattament skont it-tifsira fl-Artikolu 3(14) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(k) |
“produttur” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod skont i d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni ta’ konsumaturi rigward kuntratti li jsiru mill-bogħod (18);
Kull min jipprovdi esklussivament finanzjament skont kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament ma għandux jitqies bħala “produttur” għajr jekk huwa wkoll jaġixxi bħala produttur skont it-tifsira tas-subpunti (i) sa (iii); |
(l) |
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali fil-katina tal-provvista, li jagħmel disponibbli EEE fis-suq; |
(m) |
“WEEE minn djar privati” tfisser WEEE li jiġu minn djar privati u minn sorsi kummerċjali, industrijali, istituzzjonali jew sorsi oħra li, minħabba fin-natura u l-kwantità tagħhom, huma simili għal WEEE minn djar privati u WEEE li seta' ntuża bħala EEE kemm minn djar privati u kemm minn utenti oħrajn li ma jkunux djar privati; |
(n) |
“skart perikoluż” tfisser skart perikoluż skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(o) |
“ftehim ta’ finanzjament” tfisser kull self, kiri b’self, kiri jew ftehim jew arranġament ta’ bejgħ iddiferit li għandu x’jaqsam ma’ kwalunkwe tagħmir kemm jekk it-termini ta’ dak il-ftehim jew l-arranġament, jew xi ftehim jew arranġament kollaterali, jipprovdu li trasferiment ta’ sjieda ta’ dak it-tagħmir se jseħħ jew jista’ jseħħ, u kemm jekk le; |
(p) |
“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas; |
(q) |
“tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni; |
(r) |
“tneħħi” tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku jew metallurġiku li jirriżulta fil-konteniment ta’ sustanzi perikolużi, preparazzjonijiet u komponenti bħala fluss identifikabbli jew parti identifikabbli minn fluss fit-tmiem tal-proċess ta’ trattament. Sustanza, preparazzjoni jew komponent huma identifikabbli jekk jistgħu jiġu mmonitorjati biex jiġi muri bi prova trattament li huwa sikur għall-ambjent; |
(s) |
“ġbir” tfisser ġbir skont it-tifsira tal-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(t) |
“ġbir separat” tfisser ġbir separat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(u) |
“installazzjonijiet fissi kbar” tfisser kombinazzjoni partikulari ta’ diversi tipi ta’ apparat u, fejn japplika, tagħmir ieħor, li huwa armat u installat b’mod permanenti f’post definit minn qabel. Ma għandhiex tinkludi prodotti tad-dawl; |
(v) |
“għodda industrijali fuq skala kbira installata f’post fiss u li ma tiċċaqlaqx” tfisser kumpless ta’ makkinarju, tagħmir u/jew komponenti mfassla sabiex jintużaw flimkien f'industrija sabiex iwettqu xogħol speċifiku li jiġu installati minn persunal speċjalizzat u jkunu lokalizzati b'mod permanenti matul il-fażi tal-użu tagħhom; |
(w) |
“makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq” tfisser makkinarju li jeħtieġ jew mobilità waqt li jitħaddem, jew moviment kontinwu jew semikontinwu bejn sensiela ta’ postijiet fissi tax-xogħol, jew makkinarju mħaddem mingħajr ma jitmexxa, imma li jista’ jkun mgħammar b’tali mod li jkun jista’ jitmexxa mingħajr xkiel minn post għall-ieħor; |
(x) |
“mezzi ta’ trasport” tfisser vetturi użati għat-trasport ta’ nies jew merkanzija bħalma huma karrozzi, xarabanks, trakkijiet, trammijiet, ferroviji, vapuri u ajruplani; |
(y) |
“moduli fotovoltajiċi” tfisser biss moduli fotovoltajiċi intiżi biex jintużaw f'sistema mfassla, armata u installata għal użu permanenti f'lokazzjoni speċifika għall-ġenerazzjoni tal-enerġija għal skopijiet pubbliċi, kummerċjali u privati. |
Artikolu 4
Id-diżinn tal-prodott
L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-prodotti inkluża d-Direttiva 2009/125/KE , jinkoraġġixxu koperazzjoni bejn produtturi u min jirriċikla u miżuri li jridu jittieħdu sabiex jippromwovu d-diżinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. Dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex produtturi ma jipprevenux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura ta’ dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta’ sikurezza. Rekwiżiti għall-ekodiżinn li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE u li jnaqqsu emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi għandhom jiġu stabbiliti mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014 fil-qafas tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 5
Ġbir separat
1. ▐ Biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat tal-WEEE u trattament korrett għat-tipi kollha ta’ WEEE , notevolment, it-tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati, bozoz li għandhom il-merkurju, u tagħmir żgħir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu jinġabar separatament u ma jitħallatx ma'skart goff jew skart ta’ djar mhux separat, u li WEEE mhux ittrattat ma jintbgħatx f'landfill jew għall-inċinerazzjoni.
2. Għall-WEEE minn djar privati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
jitwaqqfu sistemi li jippermettu lis-sidien finali u d-distributuri li jirritornaw skart ta’ dan it-tip għall-inqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir, filwaqt li jqisu b'mod partikolari d-densità tal-popolazzjoni; |
(b) |
meta jipprovdu prodott ġdid, id-distributuri għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw li skart ta’ dan it-tip jista’ jiġi rritornat lid-distributur għall-inqas mingħajr ħlas fuq bażi ta’ wieħed għal wieħed sakemm it-tagħmir ikun ta’ tip ekwivalenti u jkollu l-istess funzjonijiet tat-tagħmir ipprovvdut. L-Istati Membru jistgħu joħorġu minn din id-dispożizzjoni sakemm jiżguraw li r-ritorn tal-WEEE ma jsirx permezz ta’ dan aktar diffiċli għas-sid u sakemm dawn is-sistemi jibqgħu mingħajr ħlas għas-sid finali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan; |
(c) |
mingħajr preġudizzju għall-punti (a) u (b), il-produtturi għandhom il-permess iwaqqfu u joperaw sistemi ta’ teħid lura individwali u/jew kollettivi għall-WEEE minn djar privati sakemm dawn ikunu skont l-għanijiet ta’ din id-Direttiva; |
(d) |
b'kunsiderazzjoni għall- istandards nazzjonali u tal-Unjoni ta’ saħħa u sikurezza, il-WEEE li jippreżenta riskju għas-saħħa u s- sikurezza tal-persunal minħabba l-kontaminazzjoni jista’ jiġi rrifjutat għar-ritorm skont il-punti (a) u (b). L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti speċifiċi għal dan it-tip ta’ WEEE. |
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw arranġamenti speċifiċi għar-ritorn tal-WEEE skont (a) u (b) jekk it-tagħmir ma jinkludix il-komponenti essenzjali jew jekk it-tagħmir jinkludi skart ieħor għajr WEEE.
3. Fil-każ ta’ WEEE ieħor għajr WEEE minn djar privati, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom jipprovdu għall-ġbir ta’ skart ta’ dan it-tip.
Artikolu 6
Ir-rimi u t-trasport tal-WEEE miġbur
1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-rimi tal-WEEE miġbur b'mod separat li mhuwiex ittrattat u jimmoniterjaw l-infurzar ta’ dik il-projbizzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir u t-trasport tal-WEEE miġbur b'mod separat jitwettaq b'tali mod li jtejjeb bl-aħjar mod possibbli l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u r-restrizzjoni ta’ sustanzi perikolużi. Sabiex jimmassimizzaw l-użu mill-ġdid ta’ tagħmir sħiħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi ta’ ġbir jinkludu s-separazzjoni ta’ tagħmir għall-użu mill-ġdid ta’ WEEE miġbur separatament fil-postijiet ta’ ġbir, qabel kwalunkwe trasportazzjoni.
Artikolu 7
Miri ta’ ġbir
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jiżgura li mill-2016, jinġabar minimu ta’ 85 % tal-WEEE ġġenerat fit-territorju tiegħu.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li mill-2012 jinġabar tal-anqas 4 kg/capita tal-WEEE jew l-istess piż ta’ ammont ta’ WEEE li jkun inġabar f'dak l-Istat Membru fl-2010, ikun liema jkun akbar minn dawn it-tnejn.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwantità tal-WEEE miġbura tiżdied b’mod gradwali mill-2012 sal-2016.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għall-ġbir individwali aktar ambizzjużi, u f’tali każ għandhom jirrappurtaw dan lill-Kummissjoni.
Il-miri ta’ ġbir għandhom jintlaħqu kull sena.
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-pjanijiet ta’ titjib tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn … (19).
2. Biex jistabbilixxu li ntlaħqet ir-rata minima ta’ ġbir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi relevanti jikkomunikaw, mingħajr spiża għall-Istati Membri, skont l-Artikolu 16 u fuq bażi annwali, l-informazzjoni dwar il-WEEE li:
(a) |
ġie ippreparat għall-użu mill-ġdid jew mibgħut f'faċilitajiet ta’ trattament minn kwalunkwe attur, |
(b) |
ittieħed fil-faċilitajiet ta’ ġbir skont l-Artikolu 5(2)(a), |
(c) |
ittieħed għand distributuri skont l-Artikolu 5(2)(b), |
(d) |
inġabar b’mod separat mill-produtturi jew minn partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom, jew |
(e) |
inġabar b'mod separat b'xi mezzi oħrajn; |
3. Jista' jiġi stipulat arranġament tranżizzjonali rigward il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2015, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 18b u 18c, sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet li l-Istati Membri jiffaċċjaw biex jilħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi;
4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012 il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ta’ delega skont l-Artikolu 18a u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 18b u 18c, metodoloġija komuni sabiex jiġi determinat l-ammont abbażi ta’ piż ta’ WEEE iġġenerat f'kull Stat Membru. Din il-metodoloġija għandha tinkludi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-metodi ta’ kalkolu għall-verifika ta’ konformità mal-miri stipulati fil-paragrafu 1.
▐
5. Abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, jerġgħu jeżaminaw ir-rata ta’ ġbir u d-dati tal-miri msemmija fil-paragrafu 1, inter alia bil-ħsieb li possibilment titwaqqaf mira separata possibbli għat-tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar, għall-bozoz, inklużi bozoz bil-filament, u għal tagħmir żgħir .
Artikolu 8
It-trattament
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu miġbur b'mod separat jiġi ttrattat.
Il-Kummissjoni għandha, mhux iktar tard minn … (20), titlob lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni biex jiġu żviluppati u adottati Standards Ewropej għall-ġbir, il-ħżin, it-trasport, it-trattament, ir-riċiklaġġ u t-tiswija tal-WEEE, kif ukoll għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid. Dawk l-istandards għandhom jirriflettu l-professjonalità.
Referenza għall-istandards armonizzati għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-ġbir, il-ħżin, it-trasport, it-trattament, ir-riċiklaġġ u t-tiswija tal-WEEE, kif ukoll il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għandhom jitwettqu abbażi ta’ approċċ immirat biex tiġi salvata l-materja prima u li jkollu l-iskop li jirriċikla riżorsi prezzjużi li jkun hemm fil-EEE f'dak li jirrigwarda l-provvista aħjar ta’ prodotti utli fl-Unjoni.
2. It-trattament għajr il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid għandu, tal-anqas, jinkludi t-tneħħija tal-fluwidi u t-trattament selettiv skont l-Anness III.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom iwaqqfu sistemi biex jipprovdu għall-irkupru tal-WEEE bl-użu tal-aqwa tekniki disponibbli. Is-sistemi jistgħu jitwaqqfu minn produtturi individwalment jew kollettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir jew trattament jaħżen/taħżen il-WEEE skont ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness IV.
4. ▐ Sabiex tintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent , il-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 19 u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20 u 21, għandha tadotta emendi għall-Anness III . Il-Kummissjoni għandha tevalwa bħala prijorità jekk l-entrati rigward bords stampati ta’ ċirkwiti għall-mowbajls u skrins tal-kristalli likwidi jeħtieġux li jiġu emendati. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-emendi għall-Anness III humiex meħtieġa biex jiġu trattati n-nanomaterjali rilevanti.
5. Għall-għanijiet ta’ protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu standards minimi ta’ kwalità għat-trattament tal-WEEE miġbur.
L-Istati Membri li jagħżlu standards ta’ kwalità ta’ dan it-tip għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dawn l-istandards, u l-Kummissjoni għandha tippubblikahom.
6. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu stabbilimenti jew impriżi li jwettqu operazzjonijiet ta’ trattament biex jintroduċu sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni ambjentali kont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja tal-ekoġestjoni u l-verifika (EMAS) (21).
Artikolu 9
Permessi u spezzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ trattament jikseb/tikseb permess mill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal- Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.
2. Id-deroga mir-rekwiżit tal-permess imsemmija fl-Artikolu 24(b) tad-Direttiva 2008/98/KE tista’ tapplika għal operazzjonijiet ta’ rkupru li jikkonċernaw il-WEEE jekk spezzjoni tkun twettqet mill-awtoritajiet kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni sabiex tiżgura konformità mal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
L-ispezzjoni għandha tivverifika dan li ġej:
(a) |
it-tip u l-kwantità ta’ skart li għandu jiġi ttrattat; |
(b) |
ir-rekwiżiti tekniċi ġenerali li għandhom jintlaħqu; |
(c) |
il-prekawzjonijiet ta’ sikurezza li għandhom jittieħdu. |
L-ispezzjoni għandha titwettaq mill-inqas darba fis-sena u r-riżultati għandhom jiġu kkomunikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess jew ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinkludu l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2), 8(3) u 8(5) u għall-ksib tal-miri ta’ rkupru stabbiliti fl-Artikolu 11.
Artikolu 10
Ġarr tal-WEE
1. L-operazzjoni ta’ trattament tista’ ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew mill-Unjoni sakemm il-ġarr tal-WEEE ikun f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart [il-ġarr tal-iskart fuq il-baħar] (22).
2. Il-WEEE esportat barra mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (23) għandu jgħodd lejn it-twettiq ta’ obbligi u miri stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva biss jekk l-esportatur ikun jista’ jagħti prova billi jipprovdi provi konklużivi qabel il-ġarr li l-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ikunu se jsiru skont kundizzjonijiet li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Wara li jkun sar l-ikrupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ, l-osservazzjoni ta’ dawk il-kundizzjonijiet ekwivalenti għandha tkun ikkonfermata.
3. L-Istati Membri m’għandhomx jippermettu t-tagħbija ta’ ebda EEE maħsub għall-użu mill-ġdid sakemm ma jkunx ġie ċċertifikat minn persuna jew entità korporattiva identifikata kompetenti, li jkun jiffunzjona kompletament u jkollu tikketta li turi dan.
4. Sabiex tippermetti operazzjonijiet ta’ trattament barra l-Unjoni f’livell ekwivalenti ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha,mhux aktar tard minn … (24), tadotta, permezz ta’ atti ta’ delega skont l-Artikolu 18a u suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 18b and 18c, regoli dettaljati fir-rigward tal-paragrafi 1 u 2, b'mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti.
▐
Artikolu 11
Il-miri tal- irkupru
1. Fir-rigward tal-WEEE kollu miġbur separatament u mibgħut għat-trattament skont l-Artikoli 8, 9 u 10 jew għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 2011 il-produtturi jilħqu l-miri minimi li ġejjin:
(a) |
għall-WEEE li jaqgħu taħt il-kategoriji 1 u 4 fl-Anness IA,
|
(b) |
għall-WEEE li jaqgħu taħt il-kategorija 2 tal-Anness IA,
|
(c) |
għall-WEEE li jaqa' taħt il-kategorija 3 tal-Anness IA,
|
(d) |
għall-WEEE li jaqa’ taħt il-kategorija 5 tal-Anness IA,
|
(e) |
għall-WEEE li jaqa’ taħt il-kategorija 6 tal-Anness IA,
|
(f) |
għal bozoz li jiskargaw bil-gass, 80 % għandhom jiġu rriċiklati . |
2. Dawn il-miri jiġu kkalkulati bħala perċentwali tal-piż ta’ skart tal-WEEE miġbur separatament li jintbagħat fil-faċilitajiet ta’ rkupru u huwa użat mill-ġdid, riċiklat jew irkuprat b’mod effettiv. L-operazzjonijiet ta’ ħażna, għażla u ta’ qabel l-ipproċessar fil-faċilitajiet ta’ rkupru m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu dwar jekk dawn il-miri ntlaħqux.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jiġu kkalkulati dawn il-miri, il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom għandhom iżommu reġistri dwar il-piż ta’ EEE użat, tal-WEEE, il-komponenti, il-materjali jew is-sustanzi tagħhom meta jidħlu (input) u joħorġu (output) mill-faċilità tat-trattament u/jew meta jidħlu (input) u joħorġu (output bħala perċentwal globali) fil-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ.
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda ta’ rkupru, riċiklaġġ u trattament.
Artikolu 12
Finanzjament tal-WEEE minn djar privati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jipprovdu għall-inqas l-finanzjament tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal- WEEE minn djar privati ddepożitati f’faċilitajiet ta’ ġbir mwaqqfa skont l-Artikolu 5(2). Barra minn hekk , l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq jiżguraw li, sabiex tiġi mtejba l-ġabra tal-WEEE, jinġabru biżżejjed riżorsi finanzjarji skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” (fejn dak li jniġġes huwa l-bejjiegħ bl-imnut, il-konsumaturi u l-produtturi, iżda mhux minn min iħallas it-taxxa in ġenerali) fil-mument tal-bejgħ ta’ EEE ġdid biex ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-WEEE mid-djar, inkluż l-ispiża tat-tħaddim tal-faċilitajiet ta’ ġbir u kampanja assoċjata ta’ tqajjim tal-kuxjenza ddedikata għall-ġestjoni tal-WEEE. Dawn ir-riżorsi finanzjarji għandhom ikunu disponibbli biss għal atturi li huma obbligati legalment li jiġbru l-WEEE.
Fejn tali spejjeż tal-operaturi huma koperti mir-riżorsi finanzjarji li jinġabru skont l-ewwel subparagrafu, dawk l-operaturi, kemm jekk muniċipalitajiet jew punti ta’ ġbir privati għandhom jagħtu l-WEEE kollu miġbur lill-iskemi ta’ responsibilità tal-produttur.
Il-finanzjament tal-ġbir tal-WEEE mid-djar biex jintbagħtu għall-faċilitajiet ta’ ġbir m’għandux jaqa’ taħt ir-responsabilità individwali tal-produttur għall-iffinanzjar kif stipulat fil-paragrafu 2.
Ir-regoli addizzjonali dwar il-metodi ta’ kalkolu li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-ġbir u tal-faċilitajiet tal-ġbir jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. Għal prodotti li jitqiegħdu fis-suq aktar tard mit-13 ta’ Awissu 2005, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-operati msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom x’jaqsmu mal-iskart mill-prodotti tal-produttur stess. Il-produttur jista' jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Produttur jista' jissodisfa l-obbligu tiegħu permezz ta’ metodu wieħed jew taħlita ta’ dawn il-metodi. Skemi kollettivi għandhom jintroduċu miżati differenzjati għall-produtturi abbażi ta’ kemm ikun faċli r-riċiklaġġ tal-prodotti u l-materja prima strateġika li jkun fihom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta jqiegħed prodott fis-suq li tkun turi li l-ġestjoni tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u li l-produtturi jimmarkaw il-prodotti tagħhom b’mod ċar skont l-Artikolu 15(2). Din il-garanzija għandha tiżgura li l-operazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-prodott se jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista’ tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-WEEE, assikurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat. Il-garanzija finanzjarja rigward it-tmiem il-ħajja tal-prodotti għandha tiġi kkalkulata sabiex tiżgura l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott tal-produttur, billi jiġu kkunsidrati l-istandards tat-trattament u r-riċiklaġġ kif imsemmija fl-Artikolu 8.
3. Sabiex ikun possibbli approċċ armonizzat għal konformità mar-rekwiżiti tal-garanzija finanzjarja kif stabbilit fil-paragrafu 2 il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn … (25), permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 19 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 20 u 21, tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi u l-metodoloġija biex tikkalkula l-livell ta’ dawk il-garanziji, u tistabbilixxi linji gwida għall-kontroll u l-verifika tagħhom.
Dawk ir-rekwiżiti minimi għandhom tal-inqas jiżguraw li:
(a) |
il-garanzija toħloq internalizzazzjoni tal-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott tal-produtturi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istandards tat-trattament u r-riċiklaġġ, |
b) |
l-ispejjeż li jirrigwardaw obbligu ta’ produttur ma jaqgħux fuq atturi oħrajn, u |
c) |
il-garanzija tkun preżenti fil-futur u tkun tista’ tintuża biex issolvi l-obbligu pendenti ta’ produttur dwar ir-riċiklaġġ f’każ ta’ falliment ta’ dan ta’ l-aħħar. |
4. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti mqiegħda fis-suq qabel it-13 ta’ Awwissu 2005 (“skart storiku”) għandha tiġi pprovduta minn sistema waħda jew aktar li l-produtturi kollha, li jkunu jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż rispettivi, jikkontribbwixxu għaliha/għalihom b'mod proporzjonali, pereżempju bi proporzjon mis-sehem rispettiv tagħhom fis-suq skont it-tip ta’ tagħmir.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jkunu qed jaġixxu f’isimhom jirrappurtaw lilhom dwar il-finanzjament u l-ispejjeż tas-sistemi għall-ġbir, trattament u rimi u l-effiċjenza ta’ dawk is-sistemi fuq bażi annwali.
Artikolu 13
Finanzjament tal-WEEE minn utenti għajr djar privati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn utenti għajr djar privati ta’ prodotti mqiegħda fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005 għandu jkun ipprovdut mill-produtturi.
Għal skart storiku li qed jinbidel bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl-istess funzjoni, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdutmill-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jistipulaw li utenti għajr djar privati jkunu wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il-finanzjament.
Għal skart storiku ieħor, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mil l-utenti għajr djar privati.
2. Produtturi u utenti għajr djar privati jistgħu, mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, jikkonkludu ftehimiet li jistipulaw metodi oħra ta’ finanzjament.
Artikolu 14
Skemi ta’ ġbir u tagħrif għall-utenti
▐
1. Sabiex jikber l-għarfien tal-utent, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri jdaħħlu fis-seħħ skemi xierqa ta’ ġbir għal volumi żgħar ta’ WEEE. Tali skemi ta’ ġbir:
(a) |
għandhom jipperemettu lill-utenti finali jarmu volum verament żgħir ta’ WEEE f’punt ta’ ġbir aċċessibbli u viżibbli fil-ħanut tal-bejjiegħ bl-imnut; |
(b) |
għandhom jeħtieġu lill-bejjiegħa bl-imnut biex jieħdu lura l-iskart tal-WEEE li jkollu volum verament żgħir mingħajr ebda ħlas meta jipprovdu EEE li jkollu volum verament żgħir; |
(c) |
m’għandhom jinvolvu ebda ħlas mill-utenti finali meta jkunu qed jarmu volum verament żgħir ta’ WEEE, u anqas obbligu li jinxtara prodott ġdid tal-istess tip; |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-punti (b) u (c) japplikaw għall-bejjiegħa mill-bogħod, jiġifieri persuni naturali jew ġuridiċi li, permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod f’konformità mad-Direttiva 97/7/KE, jagħmlu, jew jagħmlu disponibbli, l-EEE fis-suq. L-iskema tal-ġbir implimentata mill-bejjiegħ mill-bogħod għandha tippermetti l-utenti aħħara li jirriturnaw volum żgħir ħafna WEEE mingħajr ma l-utenti jkollhom jeħlu spejjeż żejda, inkluża l-kunsinna jew l-ispejjeż tal-posta.
Mhux aktar tard minn … (26) il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 18a u suġġetti għall-Artikoli 18b and 18c, definizzjoni ta’ “volumi verament żgħar ta’ WEEE” li tqis ir-riskju li skart bħal dan ma jinġabarx b'mod seperat minħabba d-daqs żgħir ħafna tiegħu.
L-obbligu f'dan il-paragrafu m'għandux japplika għal mikrointrapriżi li joperaw fuq superfiċi ta’ daqs żgħir ħafna. Sa mhux aktar tard minn [ … (26)] il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 18b u 18c, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, definizzjoni ta’ mikrointrapriżi li joperaw fuq superfiċi ta’ daqs żgħir ħafna.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku fi djar privati jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar:
(a) |
ir-rekwiżit li l-WEEE ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex WEEE ta’ dan it-tip jinġabar separatament; |
(b) |
is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli għalihom, li jħeġġu l-koordinazzjoni ta’ informazzjoni li sservi biex tidentifika l-punti ta’ ġbir kollha disponibbli, irrispettivament mill-produtturi li jkunu stabbilewhom; |
(c) |
ir-rwol tagħhom li jikkontribwixxu għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u tipi oħra ta’ rkupru tal-WEEE; |
(d) |
l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw bil-preżenza ta’ sustanzi perikolużi f’EEE; |
(e) |
it-tifsira tas-simbolu muri fl-Anness V. |
3. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ta’ konsumaturi fil-ġbir tal-WEEE u jinkoraġġuhom sabiex jiffaċilitaw il-proċess ta’ użu mill-ġdid, trattament u rkupru.
4. Bil-għan li jiġi minimizzat ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jiġi ffaċilitat il-ġbir separat tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw b’mod xieraq – skont l-istandard Ewropew EN 50419 (27) – EEE li jitqiegħed fis-suq bis-simbolu muri fl-Anness IV. F’każijiet eċċezzjonali, fejn dan ikun meħtieġ minħabba d-daqs jew il-funzjoni tal-prodott, is-simbolu għandu jiġi stampat fuq l-imballaġġ, fuq l-istruzzjonijiet għall-użu u fuq il-garanzija ta’ EEE.
5. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafi 2 sa 4 jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu jew fil-punt tal-bejgħ, jew permezz ta’ kampanji pubbliċi tat-tqajjim tal-kuxjenza.
Artikolu 15
Tagħrif għall-faċilitajiet ta’ trattament
1. Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu u t-trattament korrett u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE, inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, l-użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, arranġament mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu tagħrif bla ħlas dwar użu mill-ġdid u trattament għal kull tip ġdid ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq fi żmien sena wara li t-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid, faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tal-EEE differenti, kif ukoll il-lok ta’ sustanzi perikolużi u preparazzjonijiet fl-EEE. Għandu jsir disponibbli għaċ-ċentri ta’ użu mill-ġdid, faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi tal-EEE bħala manwali jew permezz ta’ midja elettronika (bħal CD-ROM jew servizzi online).
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur ta’ xi EEE li jitqiegħed fis-suq huwa identifikabbli b’mod ċar permezz ta’ marka fuq it-tagħmir. Barra minn hekk, sabiex id-data li fiha t-tagħmir ikun tqiegħed fis-suq tkun tista’ tiġi stabbilita mingħajr l-ebda dubju, marka fuq it-tagħmir għandha tispeċifika li dan tal-aħħar tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awissu 2005. L-Istandard Ewropew EN 50419 għandu jiġi applikat għal dan il-għan.
Artikolu 16
Reġistrazzjoni, tagħrif u rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom iħejju reġistru ta’ produtturi, inklużi l-produtturi li jipprovdu EEE permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod skont il-paragrafu 2.
Dak ir-reġistru għandu jservi għall-monitoraġġ tal-konformità mal-obbligi finanzjarji skont l-Artikoli 12 u 13.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe produttur fit-territorju tagħhom jista' jdaħħal taħt forma elettronika kull tagħrif rilevanti fir-reġistri nazzjonali tagħhom, inklużi r-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-imposti, li jirriflettu l-attivitajiet tiegħu madwar l-Istati Membri l-oħra kollha.
Ir-reġistri għandhom ikunu interoperazzjonali sabiex ikun jista' jseħħ l-iskambju ta’ dan it-tip ta’ tagħrif, inkluż tagħrif dwar il-kwantità ta’ EEE mqiegħed fis-suq nazzjonali kif ukoll informazzjoni li tippermetti trasferiment ta’ flus relatat ma’ trasferimenti ġewwa l-Unjoni ta’ prodotti jew WEEE.
3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li produttur li jqiegħed tagħmir elettriku jew elettroniku fis-suq tiegħu iżda li ma jkunx residenti fit-territorju tiegħu jkun jista' jaħtar rappreżentant legali lokali residenti f'dak l-Istat Membru sabiex ikun responsabbli għall-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva.
4. Sabiex tiżgura funzjonament bla xkiel tas-sistema tar-reġistrazzjoni, tal-informazzjoni u ta’ rappurtaġġ, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ delega f’konformità mal-Artikolu 19, u f'konformita' mal-Artikoli 20 u 21 , il-miżuri li jistabbilixxu l-format għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar u l-frekwenza tar-rappurtar. Il-format tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar għandu jinkludi mill-inqas dan it-tagħrif:
(a) |
il-kwantità ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq nazzjonali; |
(b) |
it-tip ta’ tagħmir; |
(c) |
il-marki; |
(d) |
il-kategoriji; |
(e) |
fejn applikabbli il-garanzija. |
5. Għandu jkun possibbli li r-reġistru jista' jiġi mħaddem permezz ta’ skemi kollettivi tar-responsabbiltà tal-produttur imwaqqfa skont l-Artikolu 12(2).
6. L-Istati Membri għandhom jiġbru tagħrif, inklużi stimi ssostanzjati, fuq bażi annwali dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ EEE li jitqiegħed fis-swieq tagħhom, li jinġabar tul ir-rotot kollha, li jintuża mill-ġdid, jiġi rriċiklat u rkuprat fl-Istati Membri, u dwar WEEE miġbur separatament li jiġi esportat, skont il-piż.
7. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u dwar t-tagħrif stipulat fil-paragrafu 5 kull tliet snin. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għandu jitfassal abbażi ta’ kwestjonarju kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/249/KE tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar kwestjonarju għal rapporti mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparat elettriku u elettroniku skartat (WEEE) (28) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/369/KE tat- 3 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri u li tistabbilixxi formati għad-dejta għall-iskopijiet tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (29) Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-Kummissjoni mhux iktar tard minndisa’ xhur wara tmiem il–perjodu ta’ tliet snin kopert minnu.
L-ewwel rapport ta’ tliet snin għandu jkopri l-perjodu 20xx sa 20xx.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien disa’ xhur wara li jiġu riċevuti r-rapporti mill-Istati Membri.
Artikolu 17
L-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi sabiex jiżguraw li l-informazzjoni hija miksuba sabiex tippermetti lil awtoritajiet regolatorji, produtturi u distributuri jidentifikaw:
(a) |
kwalunkwe operatur ekonomiku li fornihom b’EEE; |
b) |
kwalunkwe operatur ekonomiku li huma fornew EEE. |
Artikolu 18
Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku
▐ Sabiex jiġu adottati l-Artikolu 16(7) u l-Annessi għal progress xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ delega f’konformità mal-Artikolu 19, u soġġett għal kondizzjonijiet tal-Artikoli 20 u 21 .
Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fost l-oħrajn, il-produtturi ta’ EEE, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattament u l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-għaqdiet tal-impjegati u l-konsumaturi.
▐
Artikolu 19
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-poter sabiex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7, 8, 10, 12, 14, 16, 18 u 23 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.
2. Malli tadotta att ta’ delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Il-poter sabiex jiġu adottati atti ta’ delega għandu jingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21c.
Artikolu 20
Revoka tad-delega
1. Id-delega tal-poter imsemmija fl-Artikoli 7, 8, 10, 12, 14, 16, 18 u 23 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna għal deċiżjoni dwar jekk tirrevokax id-delega tal-poter jew le għandha timpenja ruħha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, fejn tindika s-setgħa ta’ delega li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni għal revoka għandha ġġib fi tmiem id-delega tal-poteri speċifikati f’din id-deċiżjoni. Hija għandha tibda sseħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ta’ delega li diġà huma fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 21
Oġġezzjoni għal atti ta’ delega
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att ta’ delega f’perjodu ta’ xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
2. Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmija fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ta’ delega, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.
L-att delegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
3. Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att ta’ delega fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tistqarr ir-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att ta’ delega.
Artikolu 22
Il-penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 24 u għandhom jinnotifikawha minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.
Artikolu 23
Spezzjoni u monitoraġġ
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet u monitoraġġ kif xieraq sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva.
Dawk l-ispezzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-kwantitajiet irrapurtati ta’ tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq, biex jivverifikaw il-livell ta’ garanzija finanzjarja skont l-Artikolu 12(2) , l-esportazzjonijiet tal-WEEE lil hinn mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u l-operazzjonijiet fil-faċilitajiet ta’ trattament skont id-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart u l-Anness III ta’ din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġarr ta’ tagħmir elettriku u elettroniku użat li jkun suspettat li hu skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku jsir skont ir-rekwiżiti minimi ▐ fl-Anness I u jimmonitorjaw dan il-ġarr kif xieraq.
3. Sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ spezzjonijiet u monitoraġġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ delega f’konformità mal-Artikolu 19, u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 20 u 21 , regoli addizzjonali dwar spezzjonijiet u monitoraġġ.
▐
4. L-Istati Membri għandhom joħolqu reġistru nazzjonali ta’ faċilitajiet rikonoxxuti ta’ ġbir u trattament. Dawk il-faċilitajiet li l-opertauri tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3) biss jiddaħħlu f'dak ir-reġistru nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kontenut tar-reġistru disponibbli għall-pubbliku.
5. Operaturi tal-faċilità għandhom jissottomettu prova annwali tal-osservanza tagħhom ta’ din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompenti, u għandhom jissottomettu rapporti lill-awtoritajiet kompetenti b'konformità mal-paragrafi 6 u 7 sabiex iżommu l-istejtus tagħhom ta’ faċilitajiet tat-trattament rikonoxxuti.
6. L-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ġbir għandhom jissottomettu rapporti annwalment lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali biex iqabblu l-volum ta’ WEEE miġbur mal-volum ta’ WEEE li fil-fatt ġie trasferit għal faċilitajiet ta’ rkupru jew riċiklaġġ. Il-WEEE għandu jkun trasferit esklussivament lejn faċilitajiet rikonoxxuti ta’ rkupru u trattament.
7. L-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ trattament għandhom annwalment jissottomettu rapporti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali biex iqabblu l-ammont ta’ WEEE li ttieħed mis-sidien jew minn faċilitajiet ta’ ġbir rikonoxxuti mal-ammont ta’ WEEE li kien verament irkuprat, riċiklat, jew esportat f’konformità mal-Artikolu 10.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE jingħata esklussivament lil faċilitajiet irreġistrati u rikonoxxuti ta’ ġbir, irkupru u/ jew ta’ riċiklaġġ.
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2, 3, 5, 6, 7, 11, 14, 16, 22, 23 u l-Anness II sa mhux aktar tard minn … (30). Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva sabiex kull produttur jiffinanzja biss l-operazzjonijiet marbuta mal-iskart mill-prodotti tiegħu mqiegħda fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005, u li jkunu pprovduti l-garanziji finanzjarji xierqa, kif meħtieġa mill-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva.
Meta Stati Membri jadottaw tali miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi mħassra b'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha tiġi fformulata t-tali dikjarazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil- qasam kopert b'din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 8(6), 14(2) u 15 permezz ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati sakemm jinkisbu l-għanijiet stipulati b'din id-Direttiva. Dawn il-ftehimiet għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-ftehimiet għandhom ikunu infurzabbli; |
(b) |
il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw l-għanijiet mal-iskadenzi korrispondenti; |
(c) |
il-ftehimiet għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew dokument uffiċjali li huwa aċċessibbli għall-pubbliku bl-istess mod u kkomunikati lill-Kummissjoni; |
(d) |
ir-riżultati miksuba għandhom jiġu mmonitorjati regolarment, irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim; |
(e) |
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-progress milħuq skont il-ftehim jiġi eżaminat; |
(f) |
fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ftehim l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva permezz ta’ miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi. |
4. Flimkien mal-eżamijiet mill-ġdid li huma stipulati fl-Artikoli 2 u 7, il-Kummissjoni għandha, sa [ … (31) ], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill abbażi tal-esperjenza fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposti għal emendi għal din id-Direttiva.
Artikolu 25
Tħassir
Id-Direttiva 2002/96/KE kif emendata bid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness VI, għandha titħassar b'effett minn … (32), minbarra l-Artikolu 5(5) tagħha, li jitħassar b'effett mill-31 ta’ Diċembru 2011, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak ta l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 27
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 39.
(2) ĠU C 141, 29.5.2010, p. 55.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011.
(4) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.
(5) ĠU C 138, 17.5.1993, p. 5.
(6) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(7) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(8) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.
(9) ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.
(10) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(11) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.
(12) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.
(13) ĠU L 118, 27.4.2001, p. 41.
(14) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(15) 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(16) ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.
(17) ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.
(18) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
(19) 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(20) 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(21) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
(22) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
(23) ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.
(24) 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(25) 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(26) Daħħal data ta’ 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(27) Adottat mis-CENELEC f'Marzu 2006.
(28) ĠU L 78, 16.3.2004, p. 56.
(29) ĠU L 119, 11.5.2005, p. 13.
(30) 18-il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
(31) 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(32) 18-il xahar u ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS IA
Kategoriji ta’ tagħmir bl-għan li jiġu definiti l-miri ta’ rkupru skont l-Artikolu 11
(1) |
Tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi, |
(2) |
Skrins u moniters, |
(3) |
Bozoz, |
(4) |
Tagħmir kbir, bl-eċċezzjoni ta’ tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi, skrins u moniters, u bozoz. It-tagħmir kbir huwa definit bħala t-tagħmir kollu li fil-prinċipju mhuwiex mobbli jew li fil-prinċipju hu maħsub biex matul il-perjodu kollu tal-użu tiegħu jibqa' fil-post fejn ikun ser jintuża, |
(5) |
Tagħmir żgħir, bl-eċċezzjoni ta’ tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi, skrins u moniters, u bozoz u tagħmit tal-IT u tat-telekomunikazzjoni. It-tagħmir żgħir huwa definit bħala tagħmir li fil-prinċipju jista' jiċċaqlaq u mhuwiex maħsub biex matul il-perjodu kollu tal-użu tiegħu jibqa' fil-post fejn ikun ser jintuża, |
(6) |
Tagħmir żgħir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni. |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS IB
Lista mhix eżawrjenti ta’ tagħmir li jaqa' taħt il-kategoriji tal-Anness -IA
1. Tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi
— |
Refiġerejters |
— |
Friżers |
— |
Tagħmir għall-erogazzjoni/bejgħ awtomatiku ta’ prodotti kesħin |
— |
Tagħmir tal-arja kondizzjonata |
— |
Radjaturi li jaħdmu biż-żejt u tagħmir ieħor għat-trasferiment tas-sħana bl-użu ta’ mezzi differenti mill-ilma (bħal pereżempju pompi tas-sħana u tagħmir li jnaqqas l-umdità) |
2. Skrins u moniters
— |
Skrins |
— |
Settijiet tat-televiżjoni |
— |
Frames tar-ritratti diġitali |
— |
Moniters |
3. Bozoz
— |
Lampi florexxenti dritti |
— |
Lampi florexxenti kompatti |
— |
Lampi tad-discharge ta’ intensità għolja, inklużi lampi tas-sodu bi pressa u lampi alidi tal-metall |
— |
Lampi tas-sodju bi pressjoni baxxa |
— |
Bozoz LED |
4. Tagħmir kbir
— |
Tagħmir kbir għat-tisjir u għal proċessar ieħor tal-ikel (bħal pereżempju hot plates tal-elettriku, fran, kukers, microwaves, magni tal-kafè installati permanentement) |
— |
Kapep tal-estrazzjoni |
— |
Tagħmir għat-tindif (bħal pereżempju magni għall-ħasil tal-ħwejjeġ, magni li jnixxfu l-ħwejjeġ, magni li jaħslu l-platti) |
— |
Tagħmir li jsaħħan (bħal pereżempju ħiters tal-fann, fireplaces tal-elettriku, ħiters tal-ġebel u tal-irħam, tagħmir għat-tisħin tal-pixxini u tagħmir kbir ieħor li jsaħħan il-kmamar, is-sodod u l-għamara li fuqha wieħed joqgħod bilqiegħda) |
— |
Tagħmir kbir għall-iġjene u l-benessri personali (bħal pereżempju solarji, sawni, siġġijiet li jagħmlu l-massaġġi) |
— |
Tagħmir kbir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bħal pereżempju kompjuters kbar, servers, infrastruttura u tagħmir tan-netwerks fissi, printers, tagħmir li jagħmel il-kopji, settijiet tat-telefown bil-ħlas) |
— |
Tagħmir kbir għal waqt il-mistrieħ u l-isport (bħal pereżempju tagħmir tal-isport b'komponenti tal-elettriku jew elettroniċi, magni tal-logħob li jaħdmu bil-muniti) |
— |
Tagħmir kbir li jdawwal u tagħmir ieħor li jxerred jew jikkontrolla t-tidwil |
— |
Għodda u makkinarju industrijali kbar tal-elettriku u elettroniċi barra għodda fissa u makkinarju mobbli kbar intiżi għall-użu ta’ utenti professjonali biss |
— |
Tagħmir kbir għall-iġġenerar jew it-trażmissjoni tal-elettriku (bħal pereżempju ġeneraturi, transformers, tagħmir li jipprovdi fluss kontinwu ta’ elettriku (UPS), tagħmir li jibdel kurrenti alternati f'kurrenti diretti jew bil-maqlub) |
— |
Tagħmir mediku kbir |
— |
Strumenti kbar ta’ mmonitorjar u ta’ kontroll |
— |
Strumenti u tagħmir kbir ta’ kejl (bħal pereżempju mwieżen, magni installati f'post fiss) |
— |
Tagħmir kbir li jipprovdi/jbigħ prodotti b'mod awtomatiku u għall-għoti awtomatiku ta’ servizzi sempliċi (pereżempju magni tal-bejgħ, ATMs, apparat għall-ġbir ta’ kontenituri vojta, photo booths) |
5. Tagħmir żgħir
— |
Tagħmir żgħir użat għat-tisjir u proċessar ieħor tal-ikel (bħal pereżempju magni għax-xiwi tal-ħobż, pjanċi għat-tisħin, skieken, tagħmir li jiġi mgħaddas f'likwidi biex isaħħanhom, magni li jqattgħu l-ikel) |
— |
Tagħmir żgħir għat-tindif (bħal pereżempju vacuum cleaners, ħdejjed tal-mogħdija eċċ.) |
— |
Ventilaturi, air fresheners |
— |
Tagħmir żgħir għat-tisħin (bħal pereżempju kutri tal-elettriku) |
— |
Arloġġi u arloġġi tal-idejn u apparat ieħor għall-indikazzjoni jew il-kejl tal-ħin |
— |
Tagħmir żgħir għall-iġjene u l-benessri personali (bħal pereżempju xfafar għat-tqaxxir tal-leħja, xkupilji tas-snien, apparat li jnixxef ix-xagħar, apparat li jagħmel il-massaġġi) |
— |
Kameras |
— |
Tagħmir elettroniku għall-użu ta’ kuljum, speċjalment għal skopijiet ta’ divertiment (bħal pereżempju radjijiet, amplifikaturi tal-awdjo, radjijiet tal-karozza, plejers tad-DVDs) |
— |
Strumenti mużikali u tagħmir mużikali (bħal pereżempju amplifikaturi, amplifikaturi li jżidu s-saħħa tal-output, audio mixing consoles, mikrofoni) |
— |
Tagħmir żgħir li jdawwal u tagħmir ieħor li jxerred jew jikkontrolla d-dawl jew jikkontrolla d-dawl |
— |
Ġugarelli (bħal pereżempju ferroviji, mudelli tal-ajruplani eċċ.) |
— |
Tagħmir żgħir tal-isport (bħal pereżempju kompjuters għar-roti, l-għadis, il-ġiri, il-qdif eċċ.) |
— |
Tagħmir żgħir għal waqt il-mistrieħ (bħal pereżempju logħob tal-vidjo, tagħmir tas-sajd u għal-logħob tal-golf eċċ.) |
— |
Tagħmir elettriku u elettroniku inkluża għodda tal-ġnien (bħal pereżempju trapani, srieraq, pompi, lawn-mowers) |
— |
Tagħmir żgħir għall-iġġenerar jew it-trażmissjoni tal-elettriku (bħal pereżempju ġeneraturi, chargers, tagħmir li jipprovdi fluss kontinwu ta’ elettriku (UPS), aċċessorji għall-provvista tal-elettriku) |
— |
Tagħmir mediku żgħir, inkluż tagħmir veterinarju |
— |
Strumenti żgħar ta’ mmonitorjar u kontroll (bħal pereżempju ditekters tad-duħħan, regolaturi tas-sħana, termostati, ditekters taċ-ċaqliq, strumenti u prodotti ta’ monitoraġġ, remote controls) |
— |
Apparat żgħir ta’ kejl (bħal pereżempju mwieżen, apparat tad-displej, apparat li jkejjel id-distanzi, termometri) |
— |
Tagħmir żgħir li jeroga/jbigħ prodotti b'mod awtomatiku |
6. Tagħmir żgħir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni
— |
Kompjuters laptop |
— |
Kompjuters notebook |
— |
Tagħmir żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bħal pereżempju kompjuters personali, printers, kalkulaturi tal-but, telefowns, telefowns ċellulari, routers, apparat tar-radju, monitors tat-trabi, projetturi tal-vidjo.) |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS II
Rekwiżiti minimi ▐ għall-ġarr ta’ EEE użati
1. |
Sabiex issir distinzjoni bejn l-EEE u l-WEEE, fejn sid ta’ oġġett jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jġorr jew li qiegħed iġorr EEE użat iżda li mhux WEEE, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jitolbu dan li ġej sabiex ikollhom prova tad-dikjarazzjoni:
Il-punti a) u b) ma japplikawx jekk it-tagħmir elettriku u elettroniku użat jiġi rritornat għand il-produttur bħala kunsinja ta’ tagħmir difettuż għat-tiswija li għadu taħt il-garanzija, bil-għan li jerġa’ jintuża. |
2. |
Sabiex jintwera li l-oġġetti li qegħdin jinġarru huma EEE użat u mhux WEEE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li jitwettqu l-passi li ġejjin għall-ittestjar u ż-żamma ta’ reġistri għal EEE użat:
|
3. |
Minbarra d-dokument mitlub fil-punt 1, kull tagħbija (eż. kontenitur tal-ġarr, trakk) ta’ EEE użat għandha tkun akkumpanjata minn:
|
4. |
Fin-nuqqas tad-dokumentazzjoni xierqa mitluba fil-punt 1 u 3 jew ta’ imballaġġ xieraq jew ta’ tqegħid xieraq tat-tagħbija, li huwa r-responsabilità tal-utent ta’ tagħmir maħsub għal ġarr biex jipprovdi, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jippreżumu li oġġett huwa WEEE perikoluż u jippreżumu li t-tagħbija hija konsenja illegali. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jiġu mgħarrfa u t-tagħbija tiġi ttrattata skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. ▐ |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS III
Trattament selettiv għal materjali u komponenti ta’ WEEE msemmi fl-Artikolu 8(2)
1. |
Bħala minimu, is-sustanzi, il-preparazzjonijiet u l-komponenti li ġejjin għandhom jitneħħew minn kwalunkwe WEEE miġbur separatament:
Dawn is-sustanzi, il-preparazzjonijiet u l-komponenti għandhom jintremew jew jiġu rkuprati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE. |
2. |
Il-komponenti li ġejjin tal-WEEE li jinġabar separatament għandhom jiġu ttrattati kif indikat:
|
3. |
Filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u x-xewqa ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati b'tali mod li l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ komponenti jew tagħmir sħiħ li jitwettqu b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent ma jiġux imfixkla. |
(1) ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS IV
Rekwiżiti tekniċi skont l-Artikolu 8(3)
1. |
Siti għall-ħażna (inkluża l-ħażna temporanja) tal-WEEE qabel it-trattament tiegħu (mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f'terraferma (1)):
|
2. |
Siti għat-trattament tal-WEEE:
|
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS V
Simbolu għall-immarkar ta’ EEEI
s-simbolu li jindika ġbir separat għal EEE jikkonsisti minn landa taż-żibel fuq ir-roti maqtugħa b'salib, bħal ma huwa muri hawn taħt. Is-simbolu għandu jiġi stampat b'mod viżibbli, leġġibbli u li ma jitħassarx.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
ANNESS VI
Il-Parti A
Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Id-Direttiva 2002/96/KE |
|
Id-Direttiva 2003/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Id-Direttiva 2008/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Il-Parti B
Lista tal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Id-Direttiva. |
Id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni |
2002/96/KE |
13 ta’ Awwissu 2004 |
2003/108/KE |
13 ta’ Awwissu 2004 |
2008/34/KE |
— |
Il-Ħamis 3 ta’ Frar 2011
L-ANNESS VII
Tabella ta’ korrelazzjoni (1)
Id-Direttiva 2002/96/KE |
Din id-Direttiva |
L-Artikolu 1 |
— |
— |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 2(2) |
L-Artikolu 2(2) |
— |
L-Artikolu 2(3), daħla |
L-Artikolu 2(3) |
L-Artikolu 2(3)(a) |
Parti mill-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 2(3)(b) |
— |
L-Artikolu 2(3)(c) |
L-Anness IB, il-punt 5 |
L-Artikolu 2(3)(d) |
L-Anness IB, il-punt 8 |
L-Artikolu 2(3)(e) |
— |
Artikolu 2(4) |
L-Artikolu 3(a) sa (d) |
L-Artikolu 3(a) sa (d) |
— |
L-Artikolu 3(e) |
L-Artikolu 3(e) |
L-Artikolu 3(f) |
L-Artikolu 3(f) |
L-Artikolu 3(g) |
L-Artikolu 3(g) |
L-Artikolu 3(h) |
L-Artikolu 3(h) |
L-Artikolu 3(i) |
L-Artikolu 3(i) |
L-Artikolu 3(j) |
L-Artikolu 3(j) |
L-Artikolu 3(k) |
L-Artikolu 3(k) |
L-Artikolu 3(l) |
L-Artikolu 3(l) |
— |
— |
L-Artikolu 3(m) |
L-Artikolu 3(m) |
L-Artikolu 3(n) |
— |
L-Artikolu 3(o) sa (s) |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 5(1) sa (3) |
L-Artikolu 5(1) sa (3) |
— |
L-Artikolu 6(1) |
L-Artikolu 5(4) |
L-Artikolu 6(2) |
L-Artikolu 5(5) |
— |
— |
L-Artikolu 7 |
— |
L-Artikolu 8(1) |
L-Artikolu 6(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi u (3) |
L-Artikolu 8(2), (3) u (4), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
L-Anness II (4) |
L-Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
L-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 8(5) |
L-Artikolu 6(6) |
L-Artikolu 8(6) |
L-Artikolu 6(2) |
L-Artikolu 9 (1) u (2) |
L-Artikolu 6(4) |
L-Artikolu 9(3) |
L-Artikolu 6(5) |
L-Artikolu 10(1) u (2) |
— |
L-Artikolu 10(3) |
L-Artikolu 7(1) |
— |
L-Artikolu 7(2) |
L-Artikolu 11(1) |
— |
L-Artikolu 11(2) |
L-Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 11(3) |
L-Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu |
— |
L-Artikolu 7(4) |
— |
L-Artikolu 7(5) |
L-Artikolu 11(4) |
L-Artikolu 8(1) |
L-Artikolu 12(1) |
L-Artikolu 8(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
L-Artikolu 12(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
L-Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu |
— |
L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu |
— |
L-Artikolu 8(4) |
— |
L-Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu |
— |
L-Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 9(1), ir-raba' subparagrafu |
L-Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 9(2) |
L-Artikolu 13(2) |
— |
L-Artikolu 14(1) |
L-Artikolu 10(1) |
L-Artikolu 14(2) |
L-Artikolu 10(2) |
L-Artikolu 14(3) |
L-Artikolu 10(3) |
L-Artikolu 14(4) |
L-Artikolu 10(4) |
L-Artikolu 14(5) |
L-Artikoli 11 |
L-Artikoli 15 |
— |
L-Artikolu 16(1) sa (4) |
L-Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 16(5) |
L-Artikolu 12(1), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi |
— |
L-Artikolu 12(2) |
L-Artikolu 16(6) |
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 19 |
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu |
— |
L-Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu |
— |
L-Artikolu 23(2) u (3) |
L-Artikolu 17(1) sa (3) |
L-Artikolu 24(1) sa (3) |
L-Artikolu 17(4) |
— |
— |
L-Artikolu 25 |
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 26 |
L-Artikolu 19 |
L-Artikolu 27 |
L-Anness IA |
— |
L-Anness IB |
— |
— |
L-Anness III |
L-Annessi II sa IV |
L-Annessi IV sa VI |
— |
L-Anness VII |
— |
L-Anness VIII |
(1) It-tabella ta’ korrelazzjoni ma nbidlitx biex tirrifletti l-pożizzjoni tal-Parlament. Ser tiġi aġġornata ladarba jintlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill.