ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.182.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 182

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
22 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 182/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6249 – Princes/ARIA) ( 1 )

1

2012/C 182/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2012/C 182/03

Kontribuzzjoni tas-XLVII COSAC – Kopenħagen, 22-24 ta’ April 2012

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 182/04

Rata tal-kambju tal-euro

7

2012/C 182/05

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni ( 1 )

8

2012/C 182/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2012 li taħtar esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza ( 1 )

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 182/07

Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4)

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 182/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6608 – Tereos/Wilmar/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

2012/C 182/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6591 – Tennet Offshore Gmbh/Mitsubishi Corporation/Tennet Offshore 2) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

13

2012/C 182/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6615 – Nuvia/Coor/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

14

2012/C 182/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6578 – Tyco Flow Control International/Pentair) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6249 – Princes/ARIA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 182/01

Fl-4 ta’ April 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6249. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2012/C 182/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

21.5.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34366 (12/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Saarland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Klimawaldprogramm Saarland (KWP-Saar)

Il-bażi legali

Richtlinie zur Gewährung von Zuwendungen für die Förderung forstwirtschaftlicher Maßnahmen zur Verbesserung der Klimaschutzwirkung des Waldes, Haushaltsordnung des Saarlandes (§§ 23 und 44 LHO)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 1 (f'miljuni)

L-intensità

85 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerium für Umwelt, Energie und Verkehr

Keplerstraße 18

66117 Saarbrücken

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.5.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34545 (12/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aides de l’Agence de l’eau Artois-Picardie aux engagements agro-environnementaux dans le bassin Artois Picardie (EAEAP)

Il-bażi legali

Loi no 2006-1772 du 30 décembre 2006 sur l’eau et les milieux aquatiques

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Impenji agroambjentali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'agriculture, de l'alimentation, de la pêche, de la ruralité et de l'aménagement du territoire

78 rue de Varenne

75349 Paris 07 SP

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/4


KONTRIBUZZJONI TAS-XLVII COSAC

Kopenħagen, 22-24 ta’ April 2012

2012/C 182/03

1.   Bidu ġdid għas-Suq Uniku

1.1.

Il-COSAC tagħraf li għal dawn l-aħħar 20 sena, is-Suq Uniku kien forza motriċi prinċipali fl-integrazzjoni Ewropea li ffaċilitat il-moviment liberu ta’ oġġetti, persuni, servizzi u kapital u stimula t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa kif ukoll f’partijiet oħra madwar id-dinja.

1.2.

Is-Suq Uniku, flimkien mal-politiki ta’ koeżjoni soċjali u l-parteċipazzjoni demokratika ta’ persuni, huwa element essenzjali fil-ġlieda kontra l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali fi “Strateġija Ewropa 2020”. Għalhekk il-COSAC tilqa’ l-Att tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Suq Uniku, li għandu l-għan li jerġa’ jqajjem mill-ġdid is-Suq Uniku li għandu rwol ewlieni fit-trawwim tat-tkabbir u tal-impjiegi fl-Ewropa.

1.3.

Il-COSAC tinnota li l-kunsiderazzjoni politika ta’ inizjattivi f’dan il-qasam tista’ tqajjem diversi diskussjonijiet fil-parlamenti nazzjonali u fil-Parlament Ewropew.

1.4.

Il-COSAC temmen li t-12-il azzjoni ewlenija ta’ prijorità tal-Att dwar is-Suq Intern ser ikunu kruċjali biex jappoġġjaw it-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa.

1.5.

Għaldaqstant, il-COSAC tħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex malajr kemm jista’ jkun jikkonkludu b'suċċess it-12-il azzjoni ewlenija ta' prijorità tal-Att dwar is-Suq Intern, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà, bil-għan li jinħoloq momentum u dinamiżmu ġdid fl-ekonomija Ewropea.

1.6.

Madankollu, Il-COSAC tinnota li għad baqa’ potenzjal x’wieħed jiskopri fis-Suq Uniku u għalhekk jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li jkompli jiżviluppa s-Suq Uniku billi jikkunsidra l-progress miksub bl-Att dwar is-Suq Uniku qabel it-tmiem tal-2012 bl-għan li jinbeda sett komprensiv ta’ proposti ġodda għal azzjonijiet ta’ prijorità.

1.7.

Il-COSAC tistieden lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew biex iqisu kif jistgħu jtejbu l-kunfidenza taċ-ċittadini u l-opportunitajiet tal-konsumaturi fis-Suq Uniku u kif jgħinuhom isiru aktar konxji dwar l-opportunitajiet li dan joffrilhom.

1.8.

Il-COSAC tenfasizza l-importanza tad-dimensjoni soċjali tas-Suq Uniku bil-għan globali li jinkiseb Suq Uniku b’saħħtu li huwa sostenibbli fuq livell soċjali, ekonomiku u ambjentali.

2.   Suq Uniku għas-Servizzi

2.1.

Il-COSAC tenfasizza li Suq Uniku li jaħdem tajjeb fis-servizzi huwa prerekwiżit importanti sabiex jiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Il-COSAC għalhekk tistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jiżguraw implimentazzjoni sħiħa u kompleta tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

2.2.

Barra minn dan, il-COSAC tilqa’ wkoll il-proposta tal-Kummissjoni għall-estensjoni ta’ sistema ta’ standardizzazzjoni Ewropea għal servizzi mtejba, biex b’hekk il-proċeduri tal-istandardizzazzjoni jsiru aktar effettivi, effiċjenti, puntwali u inklusivi.

2.3.

Il-COSAC tistenna bil-ħerqa l-preżentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva dwar is-Servizzi f’Ġunju fil-Kunsill Ewropew.

3.   Tkabbir sostenibbli u ekonomija favur l-ambjent

3.1.

Il-COSAC tilqa’ l-objettiv tal-UE li tippromwovi t-transizzjoni għal ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u favur l-ambjent fl-Ewropa. Il-COSAC tappoġġja l-ħolqien ta’ Suq Uniku Sostenibbli permezz tal-iżvilupp ta’ ekonomija inklussiva, b’livell baxx ta’ karbonju, favur l-ambjent u bbażata fuq l-għarfien.

3.2.

Il-COSAC tilqa’ l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni lejn Ewropa effiċjenti fir-riżorsi li tibni fuq diversi strumenti eżistenti bħal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, l-akkwist pubbliku ekoloġiku, programmi ta’ riċerka u ekodisinn, u jsejjaħ għal azzjonijiet kontinwi għal politika tal-enerġija tal-UE ambizzjuża u komprensiva, immirata lejn il-ħolqien tal-infrastruttura tal-enerġija integrata u suq uniku tal-enerġija, li jqis ir-riżorsi u s-sitwazzjoni ekonomika ta’ kull Stat Membru.

4.   Is-Suq Uniku Diġitali

4.1.

Il-COSAC tenfasizza l-bżonn li jitlesta Suq Diġitali tassew uniku u sikur sal-2015, li l-Kummissjoni qieset li ser ikun jiswa EUR 110 biljun fis-sena, sabiex jiffaċilita l-użu traskonfinali ta’ servizzi onlajn, pagamenti onlajn sikuri u jintroduċi mekkaniżmu effettiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim.

4.2.

Sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-ekonomija diġitali, il-COSAC tistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ elettroniku jiġi implimentat mingħajr dewmien sabiex jitneħħew l-ostakoli li jxekklu l-iżvilupp tal-ekonomija tal-Internet tal-Ewropa.

4.3.

Il-COSAC tistenna bil-ħerqa s-sottomissjoni ta’ proposta ġdida dwar il-firma elettronika u dwar il-qbil għal regoli dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim onlajn u dwar ir-roaming sa Ġunju 2012.

5.   Traspożizzjoni u infurzar

5.1.

Il-COSAC tilqa’ l-'Kontroll tal-Governanza' tal-Kummissjoni għall-2011, li għall-ewwel darba jippreżenta ħarsa integrata tal-għodod differenti li jintużaw f’'ċiklu ta’ governanza tas-Suq Uniku', inkluż l-Iscoreboard tas-Suq Intern, ir-rapport annwali Solvit u l-websajt “L-Ewropa Tiegħek”. Madankollu l-COSAC tinnota li hemm bżonn ta’ monitoraġġ aktar mill-qrib tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni għal Suq Intern. Għalhekk il-COSAC tilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb l-aspetti ta' governanza tas-Suq Intern, bil-għan li tnaqqas in-numru ta' proċedimenti ta’ ksur.

5.2.

Il-COSAC tistieden lill-Istati Membri biex itejbu t-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tagħhom tal-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex jiżguraw kamp ta’ opportunitajiet ugwali għal kulħadd fis-Suq Uniku. Il-COSAC jiddispjaċiha li 16-il Stat Membru ma ssodisfawx il-mira ta’ 1 % fid-defiċit tat-traspożizzjoni fl-2011 li kienet stabbilita mill-Kunsill Ewropew. Il-COSAC għalhekk tappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni li qed tipprova tgħin lill-Istati Membri biex inaqqsu d-defiċit tat-traspożizzjoni għal anqas mill-mira ta’ 1 % u biex inaqqsu d-dewmien fit-traspożizzjoni.

5.3.

Il-COSAC tinnota l-miri numeriċi li jillimitaw id-defiċit fit-traspożizzjoni u l-konformità għal-leġiżlazzjoni nazzjonali għal 0,5 %, hekk kif imsemmi mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-Att dwar is-Suq Uniku.

5.4.

Il-COSAC tilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ser tippreżenta rapport lill-Kunsill Ewropew f’Ġunju dwar mezzi possibbli biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku u biex ittejjeb l-infurzar tagħha.

5.5.

Il-COSAC titlob li jkun hemm djalogu intensiv dwar kif għandhom jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku mill-Istati Membri.

6.   Proposta biex jissaħħaħ id-djalogu politiku mal-Kummissjoni Ewropea

6.1.

Il-COSAC tħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa d-djalogu politiku eżistenti bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni. B’mod partikolari huwa mixtieq li jissaħħaħ dan id-djalogu dwar is-Semestru Ewropew u dwar l-infurzar u l-implimentazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku.

6.2.

Il-COSAC tqis li l-kooperazzjoni interparlamentari bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew tikkostitwixxi waħda mill-istrumenti essenzjali fil-proċess tal-iskambju tal-aqwa prattika fil-livell Ewropew. Pereżempju laqgħat reċenti dwar is-Semestru Ewropew ippermettew l-iżvilupp ta’ din il-kooperazzjoni fil-qasam ta’ politiki tal-baġit, tal-ekonomija u tal-impjiegi fl-UE.

6.3.

Fir-rigward tas-Semestru Ewropew wieħed jista’ jbassar li Membru tal-Kummissjoni, jew bi qbil uffiċjal għoli, jidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlamenti nazzjonali sabiex jirrispondi għal mistoqsijiet dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni jew ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għal kull Pajjiż tal-Kummissjoni li jsiru fuq il-bażi tal-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali u l-Programmi tal-Istabilità u tal-Konverġenza ppreżentati mill-Istati Membri.

6.4.

Il-COSAC tistieden lill-Kummissjoni biex tagħti lill-parlamenti nazzjonali l-opportunità li jissottomettu mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissjoni dwar proposti leġiżlattivi u dokumenti ta’ konsultazzjoni (inkluż is-Semestru Ewropew) u dwar l-infurzar u l-implimentazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku.

6.5.

Il-COSAC temmen li l-opportunità (taħt id-djalogu politiku) għall-parlamenti nazzjonali biex jibagħtu l-opinjonijiet tagħhom matul il-fażi preleġiżlattiva tal-proposti tal-UE huwa fattur partikolarment importanti u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex twissi lill-Parlamenti nazzjonali dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi kollha meta dawn jinbdew u biex tippubblika l-kontributi li tirċievi mill-parlamenti nazzjonali dwar id-dokumenti tal-konsultazzjoni. Il-COSAC tinnota r-rwol importanti tal-parlamenti nazzjonali fil-formazzjoni tal-opinjoni tal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet tal-UE.

6.6.

Il-COSAC tistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika l-kontributi li rċeviet mill-Parlamenti nazzjonali taħt intestatura speċifika tal-websajt tal-Kummissjoni fejn jinġabru r-riżultati tal-konsultazzjoni. Il-COSAC tistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiżgura li, fejn hu xieraq, issir referenza b’mod espliċitu għall-kontributi tal-parlamenti nazzjonali dwar il-konsultazzjonijiet fil-memorandum ta’ spjegazzjoni li jkun mehmuż ma’ proposti sussegwenti tal-Kummissjoni. Din ir-referenza tenfasizza l-valur partikolari tal-kontributi mil-parlamenti nazzjonali fil-qafas tad-djalogu politiku.


Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Ġunju 2012

2012/C 182/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2670

JPY

Yen Ġappuniż

101,46

DKK

Krona Daniża

7,4330

GBP

Lira Sterlina

0,80695

SEK

Krona Żvediża

8,8360

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4960

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,683

HUF

Forint Ungeriż

285,83

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6970

PLN

Zloty Pollakk

4,2537

RON

Leu Rumen

4,4660

TRY

Lira Turka

2,2735

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2444

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2907

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,8313

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5857

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6102

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 462,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,4319

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0643

HRK

Kuna Kroata

7,5330

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 983,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,0246

PHP

Peso Filippin

53,753

RUB

Rouble Russu

41,6200

THB

Baht Tajlandiż

40,177

BRL

Real Brażiljan

2,5719

MXN

Peso Messikan

17,3374

INR

Rupi Indjan

71,3380


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ġunju 2012

li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 182/05

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tal-1 ta’ Frar 2012,

Billi:

(1)

Il-mandat ta’ erba’ membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinal Orfni, minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat”, stabbilit skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 141/2000, jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012. Membru tal-Kumitat li se jiskadilu l-mandat inħatar mill-Kummissjoni abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Tliet membri oħra li se jiskadilhom il-mandat inħatru mill-Kummissjoni biex jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jinħatru erba’ membri fil-Kumitat.

(2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini rrakkomandat persuna għall-ħatra.

(3)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2012,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni segwenti qegħdin b’hekk jerġgħu jinħatru membri tal-Kumitat biex jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2012:

 

Is-Sinjura Lesley Claire GREENE,

 

Is-Sinjura Birthe BYSKOV HOLM,

 

Dr Marie Pauline EVERS.

Artikolu 2

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-persuna segwenti qiegħda b’hekk tinħatar membru tal-Kumitat għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2012:

Dr Catherine MORAITI.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.


22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ġunju 2012

li taħtar esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 182/06

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 61a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar sitt esperti xjentifiċi indipendenti bħala membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza.

(2)

L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha taħtar dawk il-membri bil-ħsieb li tiżgura li l-ispeċjalizzazzjoni rilevanti tkun disponibbli fi ħdan il-Kumitat.

(3)

Skont l-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, saret sejħa pubblika għal turija ta' interess mill-Kummissjoni.

(4)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin li jibda fit-2 ta' Lulju 2012 u li jista' jiġġedded darba.

(5)

Meta espert xjentifiku indipendenti li jkun inħatar b'din id-Deċiżjoni ma jibqax kapaċi jikkontribwixxi effiċjentement fil-ħidma tal-Kumitat jew jirreżenja, il-Kummissjoni tista' tissostitwixxi lil dan il-membru mil-lista ta' riserva, għall-kumplament tal-mandat tal-membru,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma hawnhekk maħtura membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza għal terminu ta’ tliet snin li jibda fit-2 ta’ Lulju 2012:

Jane Ahlqvist RASTAD,

Marie Louise DE BRUIN,

Stephen J. W. EVANS,

Brigitte KELLER-STANISLAWSKI,

Hervé LE LOUET,

Lennart WALDENLIND.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin jitpoġġew hawnhekk fil-lista ta' riserva skont l-ordni tal-mertu:

Thierry TRENQUE,

Michael THEODORAKIS,

Giampiero MAZZAGLIA,

Marie-Christine PERAULT-POCHAT,

Annemarie HVIDBERG HELLEBEK.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/10


Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4)

2012/C 182/07

Aġġornament tal-Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL_FINLANDJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin joħroġ karti tal-identità lill-membri tal-missjonijiet, il-membri tal-familja tagħhom u l-impjegati privati tagħhom għat-terminu tal-kariga jew residenza fil-Finlandja. Karta tal-identità mhix ikkunsidrata bħala dokument uffiċjali tal-identità fil-Finlandja. L-iskop tagħha hu li tiċċertifika l-pożizzjoni u l-istatus tal-persuna assenjata biex isservi f'missjoni u hija permess tar-residenza fil-Finlandja. It-tipi differenti ta' karti huma kif ġej:

Karta A għall-aġenti diplomatiċi;

Karta B għall-membri tal-persunal amministrattiv u tekniku;

Karta C għall-membri tal-persunal ta' servizz tal-missjonijiet (bħal xufiera, sefturi u koki);

Karta D għall-impjegati privati tal-membri tal-missjonijiet, u xufiera tal-missjonijiet ingaġġati lokalment.

A.   Membri ta’ l-istaff diplomatiku u l-membri tal-familja tagħhom

quddiem

wara

Image

Image


B.   Membri tal-istaff amministrattiv u tekniku ta' missjonijiet u l-membri tal-familja tagħhom

quddiem

wara

Image

Image


C.   Membri tal-istaff ta’ servizz tal-missjonijiet (xufiera, sefturi, koki, eċċ.)

quddiem

wara

Image

Image


D.   Oħrajn

quddiem

wara

Image

Image


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6608 – Tereos/Wilmar/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 182/08

1.

Fl-14 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Syral China Investment (il-Belġju), li hija proprjetà ta' Tereos group (“Tereos”, Franza), u Yihai Kerry Investments Co. Ltd (iċ-Ċina), li hija proprjetà ta' Wilmar group (“Wilmar”, Singapor) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”, iċ-Ċina), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Tereos: ipproċessar ta' pitrava taz-zokkor u zokkor tal-kannamieli, alkoħol u bijoetanol, lamti u koprodotti għall-għalf tal-annimali u l-enerġija elettrika,

għal Wilmar: ipproċessar u bejgħ u xiri ta' prodotti tal-palm taż-żejt, xaħmijiet partikolari, żjut għall-ikel, oleokimiki u ċereali, l-għasir taż-żerriegħa taż-żejt u l-manifattura tal-bijodiżil,

għal JV: produzzjoni u bejgħ ta' ingredjenti tal-ikel, addittivi naturali tal-ikel u għalf bijoloġiku fiċ-Ċina u fix-Xlokk tal-Asja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6608 – Tereos/Wilmar/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6591 – Tennet Offshore Gmbh/Mitsubishi Corporation/Tennet Offshore 2)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 182/09

1.

Fit-13 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu Tennet Offshore GmbH (“TOG”, il-Ġermanja), li hi kkontrollata minn Tennet Holding B.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi) u Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), jieħdu l-kontroll konġunt ta' Tennet Offshore 2 skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Beteiligungsgesellschaft mbH (“HoldCo”, il-Ġermanja) permezz tal-akkwist konġunt ta' ishma f'kumpanija li għadha tinħoloq Fil-preżent HoldCo tappartjeni kompletament lil TOG. HoldCo għandha 100 % tal-ishma ta NewCo.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TOG: it-trażmissjoni tal-elettriku fil-Ġermanja lil hinn mill-kosta,

għal MC: il-kummerċ tal-enerġija, tal-metalli; tal-makkinarju, tal-kimiki, tal-ikel u tal-merkanzija ġenerali,

għal NewCo: il-bini, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' kejbils BorWin 1/2, HVDC (inklużi stazzjonijiet tal-konverżjoni) li jagħqdu xi impjanti ta' enerġija mir-riħ lil hinn mix-xtut fil-Baħar tat-Tramuntana barra mill-kosta Ġermaniża, max-xibka tad-distribuzzjoni fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6591 – Tennet Offshore Gmbh/Mitsubishi Corporation/Tennet Offshore 2, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6615 – Nuvia/Coor/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 182/10

1.

Fl-14 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Nuvia Nordic AB (“Nuvia”, l-Isvezja), li finalment hija kkontrollata minn Vinci SA (“Vinci”, Franza), u Coor Services Management Nuclear AB (“Coor”, l-Isvezja), li finalment hija kkontrollata minn Cinven Ltd. (“Cinven”, ir-Renju Unit), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt, permezz ta’ xiri ta’ ishma, ta’ Nordic Nuclear Services AB (“JV”, l-Isvezja), li hija impriża konġunta ġdida.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Coor hija attiva fl-immaniġġjar u l-iżvilupp ta’ funzjonijiet ta’ servizz f’uffiċċji, fi proprjetajiet, f'faċilitajiet tal-produzzjoni u fis-settur pubbliku,

Nuvia hija attiva f’servizzi nukleari,

JV se tipprovdi servizzi nukleari lil impjanti tal-enerġija nukleari fl-Isvezja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6615 – Nuvia/Coor/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


22.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6578 – Tyco Flow Control International/Pentair)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 182/11

1.

Fil-15 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Tyco Flow Control International Ltd. (“Tyco Flow Control”, l-Isvizzera), li qabel kienet sussidjarja li tappartjeni kompletament lil Tyco International Ltd. (l-Isvizzera) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Pentair, Inc. (“Pentair”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Tyco Flow Control: il-manifattur ta' prodotti għall-kontroll tal-flussi u għall-ġestjoni termali,

għal Pentair: il-manifattur ta' prodotti li jipproċessaw l-ilma u fluwidi oħrajn u ta' kompartimenti magħluqa għal tagħmir elettroniku u għal dak elettriku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6578 – Tyco Flow Control International/Pentair, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).