ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.175.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 175

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
19 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2012/C 175/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-impriżi tal-investiment, u għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi tal-investiment

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 175/02

Komunikazzjoni skont l-Artikolu 12(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

9

2012/C 175/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6555 – Posco/MC/MCHC/JV) ( 1 )

10

2012/C 175/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6604 – CPPIB/Atlantia/Grupo Costanera) ( 1 )

10

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2012/C 175/05

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ April 2012 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (CON/2012/32)

11

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 175/06

Rata tal-kambju tal-euro

17

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 175/07

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa ġdida għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 175/08

Avviż li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u dwar il-ftuħ mill-ġdid parzjali ta’ investigazzjoni tal-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

19

2012/C 175/09

Notifika ta' bidu ta’ reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja

22

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 175/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6631 – Permira Europe III/Telepizza) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

31

2012/C 175/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6561 – Cytec Industries/Umeco) ( 1 )

32

2012/C 175/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6616 – Lion Capital/Alain Afflelou Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

33

2012/C 175/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6490 – EADS/Israel Aerospace Industries/JV) ( 1 )

34

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 175/14

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-impriżi tal-investiment, u għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi tal-investiment

2012/C 175/01

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Din l-Opinjoni hija parti minn pakkett ta’ 4 Opinjonijiet tal-KEPD relatati mas-settur finanzjarju, kollha adottati fl-istess ġurnata (3).

2.

Fl-20 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja. L-ewwel proposta tikkonċerna Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-impriżi tal-investiment (id-“Direttiva proposta”) (4). It-tieni proposta tikkonċerna Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi tal-investiment (ir-“Regolament propost”) (5). Dawn il-proposti ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni fl-istess ġurnata. Fit-18 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkonsulta lill-KEPD dwar id-Direttiva proposta.

3.

Il-KEPD ġie kkonsultat b’mod informali qabel l-adozzjoni tar-Regolament propost. Il-KEPD jinnota li bosta mill-kummenti tiegħu ġew ikkunsidrati fil-proposta.

4.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u mill-Kunsill u jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għall-Opinjoni preżenti fil-preambolu tal-istrumenti adottati.

1.2.   L-objettivi u l-ambitu tal-proposti

5.

Il-leġiżlazzjoni proposta tinkludi żewġ strumenti legali: Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-impriżi tal-investiment u Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi tal-investiment. Fil-qosor, l-objettivi ta’ politika tar-reviżjoni proposta huma li jiġi żgurat l-operat bla xkiel tas-settur bankarju u li tinkiseb lura l-fiduċja mill-operaturi u mill-pubbliku. L-istrumenti proposti ser jissostitwixxu d-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, li konsegwentement ser jiġu rrevokati.

6.

L-elementi ġodda ewlenin tad-Direttiva proposta huma dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet, tmexxija korporattiva effettiva u dispożizzjonijiet li jipprevjenu dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni. B’mod partikolari, id-Direttiva proposta għandha l-għan li tintroduċi sistema ta’ sanzjonar effettiva u proporzjonata, ambitu personali xieraq tas-sanzjonijiet amministrattivi, il-pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet u mekkaniżmi li jinkoraġġixxu r-rapportar ta’ ksur. Barra minn hekk, hija għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas leġiżlattiv rigward it-tmexxija korporattiva u li tnaqqas id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet esterni (6).

7.

Ir-Regolament propost jikkumplimenta d-Direttiva proposta billi jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali uniformi u direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi tal-investiment. Kif issemma fil-memorandum ta’ spjegazzjoni, l-għan kumplessiv tal-inizjattiva huwa li tiżgura li tissaħħaħ l-effettività tar-regolament dwar il-kapital istituzzjonali fl-UE u li jiġi kkontrollat l-impatt negattiv tiegħu fuq is-sistema finanzjarja (7).

1.3.   L-għan tal-Opinjoni tal-KEPD

8.

Filwaqt li bosta mid-dispożizzjonijiet tal-istrumenti proposti huma relatati mat-twettiq tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas legali jistgħu f’ċerti każijiet jaffettwaw id-drittijiet ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom.

9.

Bosta dispożizzjonijiet tad-Direttiva proposta jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u, possibbilment, ta’ pajjiżi terzi (8). Din l-informazzjoni tista’ tkun relatata ħafna ma’ individwi, bħall-membri tal-maniġment tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, mal-impjegati tagħhom u mal-azzjonisti. Barra minn hekk, skont id-Direttiva proposta, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu sanzjonijiet direttament fuq l-individwi u huma obbligati li jippubblikaw is-sanzjonijiet imposti, inkluża l-identità tal-individwi responsabbli (9). Sabiex tiġi ffaċilitata d-detezzjoni tal-ksur, il-proposta tintroduċi l-obbligu għall-awtoritajiet kompetenti li jimplimentaw mekkaniżmi li jinkoraġġixxu r-rapportar ta’ ksur (10). Barra minn hekk, ir-Regolament propost jobbliga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u lill-impriżi tal-investiment biex jiżvelaw l-informazzjoni relatata mal-politiki tagħhom dwar ir-rimunerazzjoni, inklużi l-ammonti mħallsa ssegregati skont il-kategoriji tal-persunal u skont l-iskali tas-salarju (11). Dawn id-dispożizzjonijiet kollha jista’ jkollhom implikazzjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta għall-individwi kkonċernati.

10.

Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq, l-Opinjoni preżenti ser tiffoka fuq l-aspetti li ġejjin tal-pakkett relatati mal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta: (1) l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta; (2) it-trasferimenti ta’ dejta lil pajjiżi terzi; (3) is-segretezza professjonali u l-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali; (4) il-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet; (5) il-mekkaniżmi għar-rapportar ta’ ksur; (6) ir-rekwiżiti ta’ żvelar li jikkonċernaw il-politiki dwar ir-rimunerazzjoni.

2.   ANALIŻI TAL-PROPOSTI

2.1.   L-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta

11.

Il-premessa 74 tad-Direttiva proposta fiha referenza għall-applikabbiltà sħiħa tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Madankollu, għandha tiddaħħal referenza għal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta f’Artikolu sostantiv tal-proposti. Eżempju tajjeb ta’ dispożizzjoni sostantiva bħal din jista’ jinstab fl-Artikolu 22 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq (12), li bħala regola ġenerali jistabbilixxi espliċitament li d-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplikaw għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qafas tal-proposta.

12.

Dan huwa partikolarment rilevanti, pereżempju, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet varji li jikkonċernaw l-iskambji ta’ informazzjoni personali. Dawn id-dispożizzjonijiet huma perfettament leġittimi iżda jeħtieġ li jiġu applikati b’mod li jkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Ir-riskju huwa li jiġi evitat, b’mod partikolari, li dawn ikunu jistgħu jitqiesu bħala awtorizzazzjoni komprensiva għall-iskambju ta’ kull tip ta’ dejta personali. Referenza għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, anki fid-dispożizzjonijiet sostantivi, għandha tnaqqas dan ir-riskju b’mod sinjifikanti.

13.

Għalhekk, il-KEPD jissuġġerixxi li tiddaħħal dispożizzjoni sostantiva simili bħal fl-Artikolu 22 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq (13), soġġetta għas-suġġerimenti li huwa għamel dwar din il-proposta (14), jiġifieri li ssir enfasi fuq l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tad-dejta u li tiġi ċċarata r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

2.2.   Trasferimenti lil pajjiżi terzi

14.

L-Artikolu 48 tad-Direttiva proposta jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti lill-Kunsill għan-negozjati ta’ ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li qegħdin ifittxu li jiżguraw, fost l-oħrajn, li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni neċessarja għas-superviżjoni tal-impriżi prinċipali li jinsabu fit-territorji tagħhom u li għandhom kumpanija sussidjarja fi Stat Membru wieħed jew aktar.

15.

Safejn din l-informazzjoni tinkludi dejta personali, id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 huma applikabbli għal kollox fir-rigward tat-trasferimenti ta’ dejta lil pajjiżi terzi. Il-KEPD jissuġġerixxi li fl-Artikolu 48 għandu jiġi ċċarat li, f’dawn il-każijiet, tali ftehimiet għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ dejta personali lill-pajjiżi terzi stipulati fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. L-istess għandu jiġi previst fir-rigward tal-Artikolu 56 dwar il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li daħlu fihom l-Istati Membri u l-EBA.

16.

Minbarra dan, fid-dawl tar-riskji kkonċernati fi trasferimenti bħal dawn, il-KEPD jirrakkomanda li jiżdiedu salvagwardji speċifiċi kif sar fl-Artikolu 23 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Fl-Opinjoni tal-KEPD dwar din il-proposta, huwa jilqa’ l-użu ta’ tali dispożizzjoni li tinkludi salvagwardji xierqa, bħal valutazzjoni każ b’każ, li jiżguraw in-neċessità tat-trasferiment u l-eżistenza ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni ta’ dejta personali fil-pajjiż terz li jirċievi d-dejta personali.

2.3.   Is-segretezza professjonali u l-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali

17.

L-Artikolu 54 tad-Direttiva proposta jgħid li l-membri tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispettaw l-obbligu tas-segretezza professjonali. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54 jipprojbixxi l-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali, “ħlief f’għamla fil-qosor jew kollettiva, sabiex ma jkunux jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali […].” Kif inhu fformulat, mhuwiex ċar jekk il-projbizzjoni tkoprix ukoll l-iżvelar ta’ informazzjoni personali.

18.

Il-KEPD jirrakkomanda li l-projbizzjoni tal-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali inkluża fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tiġi estiża għal każijiet fejn l-individwi jkunu identifikabbli (jiġifieri mhux “istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali” biss). Fi kliem ieħor, id-dispożizzjoni għandha tiġi fformulata mill-ġdid sabiex tipprojbixxi l-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali, “ħlief f’għamla fil-qosor jew kollettiva, sabiex ma jkunux jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali u individwi” (enfasi miżjuda).

2.4.   Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet

2.4.1.   Il-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet

19.

Wieħed mill-objettivi ewlenin tal-pakkett propost huwa li jirrinforza u japprossima l-qafas legali tal-Istati Membri dwar il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi. Id-Direttiva proposta tipprovdi s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu sanzjonijiet, mhux biss fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, iżda wkoll fuq l-individwi li huma materjalment responsabbli għall-ksur (15). L-Artikolu 68 jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kull sanzjoni jew miżura imposta għall-ksur tar-Regolament propost jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta mingħajr dewmien żejjed, inkluż informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u dwar l-identità tal-persuna responsabbli għalih.

20.

Il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet tikkontribwixxi għaż-żieda tad-deterrenza, billi l-awturi ta’ reati attwali jew potenzjali jiġu skoraġġiti milli jwettqu reati biex jevitaw ħsara sinjifikanti fir-reputazzjoni tagħhom. Bl-istess mod, hija għandha żżid it-trasparenza, billi l-operaturi tas-suq isiru jafu li twettaq xi ksur minn persuna partikolari (16). Dan l-obbligu jitnaqqas biss meta l-pubblikazzjoni tkun ser tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, f’liema każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

21.

Il-KEPD mhuwiex konvint li l-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet, kif inhi fformulata bħalissa, tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta kif ikkjarifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Schecke  (17). Huwa tal-fehma li l-għan, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżura mhumiex stabbiliti biżżejjed u li, fi kwalunkwe każ, kellhom jiġu previsti salvagwardji adegwati għad-drittijiet tal-individwi.

2.4.2.   In-neċessità u l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni

22.

Fis-sentenza Schecke, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-dispożizzjonijiet ta’ Regolament tal-Kunsill u ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jipprevedu l-pubblikazzjoni obbligatorja ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi agrikoli, inkluża l-identità tal-benefiċjarji u l-ammonti rċevuti. Il-Qorti ddeċidiet li l-pubblikazzjoni msemmija kienet tikkostitwixxi l-ipproċessar ta’ dejta personali li taqa’ taħt l-Artikolu 8(2) tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali (il-“Karta”) u għalhekk kienet tikkostitwixxi interferenza mad-drittijiet rikonoxxuti mill-Artikolu 7 u 8 tal-Karta.

23.

Wara li analizzat li “d-derogi u l-limitazzjonijiet fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali għandhom japplikaw biss sakemm ikun strettament neċessarju”, il-Qorti għaddiet biex tanalizza l-għan tal-pubblikazzjoni u l-proporzjonalità tagħha. Hija kkonkludiet li f’dak il-każ ma kien hemm xejn li juri li, meta adottaw il-leġiżlazzjoni kkonċernata, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħadu f’kunsiderazzjoni metodi ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni li jkunu konsistenti mal-għan ta’ tali pubblikazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tiġi kkawżata inqas interferenza ma’ dawk il-benefiċjarji.

24.

L-Artikolu 68 tad-Direttiva proposta jidher li huwa affettwat mill-istess nuqqasijiet enfasizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Schecke. Għandna nżommu f’moħħna li meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta ta’ dispożizzjoni li tirrikjedi l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni personali, huwa importanti ħafna li jiġi stabbilit għan ċar u definit sewwa li jkun intiż biex iservi l-pubblikazzjoni prevista. Huwa biss permezz ta’ għan ċar u definit sewwa li jista’ jiġi evalwat jekk il-pubblikazzjoni tad-dejta personali involuta hijiex tabilħaqq neċessarja u proporzjonata (18).

25.

Wara li qara l-proposta u d-dokumenti li jakkumpanjawha (jiġifieri, ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt), il-KEPD għandu l-impressjoni li l-għan, u konsegwentement in-neċessità, ta’ din il-miżura mhuwiex stabbilit b’mod ċar. Filwaqt li l-premessi tal-proposta ma jgħidu xejn dwar dawn il-kwistjonijiet, ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt jgħid biss li l-“pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet hija element importanti sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv fuq id-destinatarji u hija neċessarja sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali”. Madankollu, ir-rapport ma jikkunsidrax jekk metodi inqas intrużivi setgħux jiggarantixxu l-istess riżultat f’termini tad-deterrenza mingħajr ma jinterferixxu mad-drittijiet tal-privatezza tal-individwi kkonċernati. Huwa ma jispjegax, b’mod partikolari, għaliex il-penali finanzjarji jew tipi oħrajn ta’ sanzjonijiet li ma jaffettwawx il-privatezza mhumiex suffiċjenti.

26.

Barra minn hekk, ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ma jidhirx li jieħu biżżejjed kont ta’ metodi inqas intrużivi tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, bħal-limitazzjoni tal-pubblikazzjoni għall-identità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew saħansitra li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa għall-pubblikazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ. B’mod partikolari, prima facie, l-aħħar alternattiva tidher li hija soluzzjoni aktar proporzjonata, speċjalment jekk wieħed iqis li l-pubblikazzjoni hija minnha nnifisha sanzjoni skont l-Artikolu 67(2)(a) u li l-Artikolu 69 jistabbilixxi li meta jiddeterminaw l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti (jiġifieri, valutazzjoni każ b’każ), bħall-gravità tal-ksur, il-livell ta’ responsabbiltà personali, ir-riċedività, it-telf għall-partijiet terzi, eċċ. Il-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet, fil-każijiet kollha skont l-Artikolu 68, hija inkonsistenti mas-sistema ta’ sanzjonar stabbilita fl-Artikoli 67 u 69.

27.

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt jiddedika biss ftit paragrafi biex jispjega għaliex il-pubblikazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ mhijiex alternattiva suffiċjenti. Huwa jgħid li jekk inħallu f’idejn l-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu “jekk il-pubblikazzjoni hijiex xierqa” nkunu qegħdin innaqqsu l-effett deterrenti tal-pubblikazzjoni (19). Madankollu, fil-fehma tal-KEPD, huwa eżattament dan l-aspett – jiġifieri, il-possibbiltà li l-każ jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi – li jagħmel din is-soluzzjoni għażla aktar proporzjonata u għalhekk għażla ppreferuta meta mqabbla mal-pubblikazzjoni obbligatorja fil-każijiet kollha. Din id-diskrezzjoni, pereżempju, tagħti ċ-ċans lill-awtorità kompetenti biex tevita l-pubblikazzjoni f’każijiet ta’ ksur inqas serju, fejn il-ksur ma jkun ikkawża ebda ħsara sinjifikanti, fejn il-parti tkun uriet attitudni kooperattiva, eċċ.

2.4.3.   Il-ħtieġa ta’ salvagwardji adegwati

28.

Id-Direttiva proposta għandha tkun ipprevediet salvagwardji adegwati sabiex tiżgura bilanċ ġust bejn l-interessi differenti involuti. L-ewwel nett, is-salvagwardji huma neċessarji fir-rigward tad-dritt tal-persuni akkużati li jikkontestaw id-deċiżjoni quddiem qorti u fir-rigward tal-preżunzjoni tal-innoċenza. F’dan ir-rigward, kellu jiġi inkluż lingwaġġ speċifiku fit-test tal-Artikolu 68, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiġu obbligati jieħdu miżuri xierqa fir-rigward tas-sitwazzjonijiet fejn id-deċiżjoni hija soġġetta għal appell u fejn ġiet eventwalment annullata minn qorti (20).

29.

It-tieni, id-Direttiva proposta għandha tiżgura li d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta jiġu rrispettati b’mod proattiv. Il-KEPD japprezza l-fatt li l-verżjoni finali tal-proposta tipprevedi l-possibbiltà li l-pubblikazzjoni tiġi eskluża f’każijiet fejn tkun ser tikkawża ħsara sproporzjonata. Madankollu, approċċ proattiv għandu jimplika li s-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu informati minn qabel dwar il-fatt li tkun ser tiġi ppubblikata d-deċiżjoni li tissanzjonahom, u li huma jingħataw id-dritt li joġġezzjonaw skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46/KE għal raġunijiet leġittimi konvinċenti (21).

30.

It-tielet, filwaqt li d-Direttiva proposta ma tispeċifikax il-midjum li fuqu għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni, fil-prattika, huwa immaġinabbli li f’ħafna mill-Istati Membri, il-pubblikazzjoni ssir fuq l-Internet. Il-pubblikazzjonijiet fuq l-Internet iqajmu kwistjonijiet u riskji speċifiċi li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-informazzjoni tinżamm online għal mhux aktar milli jkun meħtieġ u li d-dejta ma tkunx tista’ tiġi mmanipulata jew mibdula. L-użu ta’ magni ta’ tfittxija esterni jinvolvi wkoll ir-riskju li l-informazzjoni tista’ tittieħed barra mill-kuntest u titwassal permezz u barra mill-internet b’modi li ma jistgħux jiġu kkontrollati faċilment (22).

31.

Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq, jeħtieġ li l-Istati Membri jiġu obbligati jiżguraw li d-dejta personali tal-persuni kkonċernati tinżamm online biss għal perjodu ta’ żmien raġonevoli, li warajh titħassar sistematikament (23) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jintalbu jiżguraw li jiġu implimentati salvagwardji u miżuri ta’ sigurtà adegwati, speċjalment sabiex jipproteġu mir-riskji relatati mal-użu ta’ magni ta’ tfittxija esterni (24).

2.4.4.   Konklużjonijiet dwar il-pubblikazzjoni

32.

Il-KEPD huwa tal-fehma li d-dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet – kif inhi fformulata bħalissa – ma tikkonformax mad-dritt fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Il-leġiżlatur għandu jevalwa bir-reqqa n-neċessità tas-sistema proposta u jivverifika jekk l-obbligu tal-pubblikazzjoni jmurx ’lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess pubbliku segwit u jekk hemmx miżuri inqas restrittivi sabiex jintlaħaq l-istess objettiv. Soġġett għall-eżitu ta’ dan it-test ta’ proporzjonalità, l-obbligu tal-pubblikazzjoni għandu f’kull każ ikun appoġġjat minn salvagwardji adegwati li jiżguraw ir-rispett għall-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt tal-persuni kkonċernati li joġġezzjonaw, is-sigurtà/l-eżattezza tad-dejta u t-tħassir tagħha wara perjodu ta’ żmien adegwat.

2.5.   Rapportar ta’ ksur

33.

L-Artikolu 70 tad-Direttiva proposta jittratta l-mekkaniżmi għar-rapportar tal-ksur, magħrufa wkoll bħala skemi ta’ whistle-blowing. Filwaqt li jistgħu jservu bħala għodda ta’ konformità effettiva, dawn is-sistemi jqajmu kwistjonijiet sinjifikanti minn perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta (25). Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-Proposta fiha salvagwardji speċifiċi, li għandhom ikomplu jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali, dwar il-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw fuq il-ksur suspettat u, b’mod aktar ġenerali, dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali. Il-KEPD huwa konxju tal-fatt li d-Direttiva proposta tistabbilixxi biss l-elementi ewlenin tal-iskema li għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri. Madankollu, huwa jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-punti addizzjonali li ġejjin.

34.

Bħal fil-każijiet ta’ Opinjonijiet oħrajn (26), il-KEPD jagħmel enfasi fuq il-ħtieġa li tiġi introdotta referenza speċifika għall-ħtieġa li tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tal-identità tal-whistleblowers u tal-informaturi. Il-KEPD jenfasizza li l-pożizzjoni tal-whistleblowers hija waħda sensittiva. Il-persuni li jipprovdu din l-informazzjoni għandhom jiġu garantiti li l-identità tagħhom tiġi pproċessata taħt kundizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità, b’mod partikolari vis-à-vis il-persuna li dwarha tkun qiegħda tiġi rrapportata l-allegata irregolarità (27). Il-kunfidenzjalità tal-identità tal-whistleblowers għandha tiġi garantita fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm din ma tmurx kontra r-regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ġudizzjarji. B’mod partikolari, jista’ jkun meħtieġ li l-identità tiġi żvelata fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti mibdija bħala riżultat tal-inkjesta (inkluż jekk ikun ġie stabbilit li b’mod malizzjuż ikunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz dwarhom) (28). Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li fl-ittra b tal-Artikolu 70 tiżdied id-dispożizzjoni li ġejja: “l-identità ta’ dawn il-persuni għandha tiġi garantita fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm l-iżvelar tagħha ma jkunx mitlub mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti”.

35.

Il-KEPD ikompli jenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti regoli xierqa sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-aċċess tal-persuni akkużati, li huma relatati mill-qrib mad-drittijiet tad-difiża (29). Il-proċeduri għall-konsenja tar-rapport u s-segwitu tagħhom imsemmi fl-Artikolu 70(2)(a) għandhom jiżguraw li d-drittijiet tad-difiża tal-persuni akkużati, bħad-dritt li jiġu infurmati, id-dritt tal-aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni u l-preżunzjoni tal-innoċenza, jiġu rrispettati b’mod adegwat u jkunu limitati biss safejn ikunu neċessarji (30). F’dan ir-rigward, il-KEPD jissuġġerixxi li fid-Direttiva proposta tiżdied ukoll id-dispożizzjoni tal-Artikolu 29 l-ittra d) tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq, li jitlob lill-Istat Membru biex idaħħal fis-seħħ “proċeduri xierqa li jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata għad-difiża u li tinstema’ qabel tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lilha u d-dritt li tfittex rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kull deċiżjoni jew miżura li tikkonċerna lilha”.

36.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ittra (ċ) tal-paragrafu 2, il-KEPD huwa kuntent li jara li din id-dispożizzjoni titlob lill-Istati Membri biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali kemm tal-persuna akkużata kif ukoll tal-persuna li qiegħda takkuża, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. Madankollu, huwa jissuġġerixxi li jitneħħa l-kliem 'il-prinċipji stipulati fi', sabiex ir-referenza għad-Direttiva ssir aktar komprensiva u kontraenti. Fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi rrispettata l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-implimentazzjoni prattika tal-iskemi, il-KEPD jixtieq jagħmel enfasi partikolari fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 fl-Opinjoni tiegħu tal-2006 dwar il-whistleblowing. Fost l-oħrajn, fl-iskemi nazzjonali ta’ implimentazzjoni, l-entitajiet ikkonċernati għandhom iżommu f’moħħhom il-ħtieġa li tiġi rrispettata l-proporzjonalità billi jiġu llimitati, safejn ikun possibbli, il-kategoriji tal-persuni intitolati biex jirrapportaw, il-kategoriji tal-persuni li jistgħu jiġu inkriminati u l-ksur li għalih jistgħu jiġu inkriminati; il-ħtieġa li jiġu promossi rapporti identifikati u kunfidenzjali kontra rapporti anonimi; il-ħtieġa li jiġi pprovdut l-iżvelar tal-identità tal-whistleblowers fejn il-whistleblower ikun għamel dikjarazzjonijiet malizzjużi; u l-ħtieġa li jiġu rrispettati l-perjodi stretti għaż-żamma tad-dejta.

3.   KONKLUŻJONIJIET

37.

Il-KEPD jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

tiddaħħal dispożizzjoni sostantiva fil-proposti bil-kliem li ġej: “Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq mill-Istati Membri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq mill-EBA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-EBA għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001”;

jiġi emendat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) sabiex l-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali jkun permess biss f’forma fil-qosor jew kollettiva, “sabiex ma jkunux jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali u individwi” (enfasi miżjuda);

jiġi kkjarifikat fl-Artikolu 48 u fl-Artikolu 56 li l-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi jew mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jipprevedu t-trasferiment ta’ dejta personali għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ dejta personali lill-pajjiżi terzi msemmija fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u li fid-Direttiva proposta tiġi introdotta wkoll dispożizzjoni simili għall-Artikolu 23 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq (31);

fid-dawl tad-dubji espressi fl-Opinjoni preżenti, jiġu evalwati n-neċessità u l-proporzjonalità tas-sistema proposta għall-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet. Soġġett għall-eżitu tat-test tal-proporzjonalità u tan-neċessità, f’kull każ għandhom jiġu pprovduti salvagwardji adegwati li jiżguraw ir-rispett għall-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt tal-persuni kkonċernati li joġġezzjonaw, is-sigurtà/l-eżattezza tad-dejta u t-tħassir tagħha wara perjodu ta’ żmien adegwat;

Fir-rigward tal-Artikolu 70, (1) għandha tiżdied fl-ittra (b) tal-Artikolu 70 dispożizzjoni li tgħid li: “l-identità ta’ dawn il-persuni għandha tiġi garantita fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm l-iżvelar tagħha ma jkunx mitlub mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti”; (2) tiżdied ittra (d) li titlob lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ “proċeduri xierqa li jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata għal difiża u li tinstema” qabel tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lilha u d-dritt li tfittex rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kull deċiżjoni jew miżura li tikkonċerna lilha; (3) jitneħħa l-kliem “il-prinċipji stipulati” mill-ittra (ċ) tad-dispożizzjoni;

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  Opinjonijiet tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012 dwar il-pakkett leġiżlattiv dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MIFID/MIFIR) u l-abbuż tas-suq.

(4)  COM(2011) 453.

(5)  COM(2011) 452.

(6)  Memorandum ta’ spjegazzjoni tad-Direttiva proposta, p. 2-3.

(7)  Memorandum ta’ spjegazzjoni tar-Regolament propost, p. 2-3.

(8)  Ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 24, 48 u 51 tad-Direttiva proposta.

(9)  Artikoli 65(2) u 68 tad-Direttiva proposta.

(10)  Artikolu 70 tad-Direttiva proposta.

(11)  Artikolu 435 tar-Regolament propost.

(12)  Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq, COM(2011) 651.

(13)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 12.

(14)  Ara l-Opinjoni tal-10 ta’ Frar 2012 dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq u għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq, COM(2011) 654.

(15)  L-ambitu personali tas-sanzjonijiet huwa ċċarat fl-Artikolu 65 tad-Direttiva proposta li tistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-obbligi japplikaw għal istituzzjonijiet, kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpanija holding ta’ attivitajiet imħallta, f’każ ta’ ksur, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet għall-membru tal-korp maniġerjali, u għal kwalunkwe individwu ieħor li skont il-liġi nazzjonali huwa responsabbli mill-ksur.

(16)  Ara r-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, p. 42 et seq.

(17)  Il-Kawżi Konġunti C-92/09 u C-93/09, Schecke, il-paragrafi 56-64.

(18)  F’dan ir-rigward, ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD tal-15 ta’ April 2011 dwar ir-regoli Finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (ĠU C 215, 21.7.2011, p. 13).

(19)  Ara p. 44-45.

(20)  Pereżempju, jistgħu jiġu kkunsidrati l-miżuri li ġejjin mill-awtoritajiet nazzjonali: li l-pubblikazzjoni tiddewwem sakemm jiġi rrifjutat l-appell jew, kif issuġġerit fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, li jiġi indikat b’mod ċar li d-deċiżjoni għadha soġġetta għal appell u li l-individwu għandu jitqies bħala innoċenti sakemm id-deċiżjoni ssir finali, sabiex tiġi ppubblikata rettifika f’każijiet fejn id-deċiżjoni tiġi annullata minn qorti.

(21)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD tal-10 ta’ April 2007 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU C 134, 16.6.2007, p. 1).

(22)  F’dan ir-rigward, ara d-dokument ippubblikat mid-DPA tal-Italja “Dejta Personali kif Inkluża wkoll fir-Reġistri u d-Dokumenti mill-Korpi Amministrattivi Pubbliċi: Linji Gwida għall-Ipproċessar Tagħhom minn Korpi Pubbliċi b’Konnessjoni mal-Komunikazzjoni u d-Disseminazzjoni bbażata fuq l-Internet”, disponibbli fuq il-websajt tad-DPA tal-Italja, http://www.garanteprivacy.it/garante/doc.jsp?ID=1803707

(23)  Dan it-tħassib huwa marbut ukoll mad-dritt aktar ġenerali li wieħed jintesa, li bħalissa qiegħda tiġi diskussa l-inklużjoni tiegħu fil-qafas leġiżlattiv ġdid għall-protezzjoni ta’ dejta personali.

(24)  Dawn il-miżuri u s-salvagwardji jistgħu jikkonsistu, pereżempju, fl-esklużjoni tal-indiċjar tad-dejta permezz ta’ magni ta’ tfittxija esterni.

(25)  Fl-2006, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 ippubblika Opinjoni dwar skemi bħal dawn li jittrattaw aspetti ta’ dan il-fenomenu relatati mal-protezzjoni tad-dejta: l-Opinjoni 1/2006 dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta għal skemi ta’ whistleblowing intern fl-oqsma tal-kontabbiltà, kontrolli tal-kontabbiltà interna, materji tal-awditjar, il-ġlieda kontra t-tixħim, reati bankarji u finanzjarji (Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-whistleblowing). L-Opinjoni tista’ tinstab fuq il-paġna elettronika tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29: http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/index_en.htm

(26)  Ara, pereżempju, l-Opinjoni tal-KEPD dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni tal-15 ta’ April 2011 (ĠU C 215, 21.7.2011, p. 13) u l-Opinjoni dwar l-investigazzjonijiet imwettqa mill-OLAF tal-1 ta’ Ġunju 2011 (ĠU C 279, 23.9.2011, p. 11).

(27)  L-importanza li l-identità tal-whistleblower tinżamm kunfidenzjali diġà ġiet enfasizzata mill-KEPD f’ittra lill-Ombudsman Ewropew tat-30 ta’ Lulju 2010 fil-kawża 2010-0458, li tista’ tinstab fuq il-websajt tal-KEPD (http://www.edps.europa.eu). Ara wkoll l-Opinjonijiet tal-KEPD dwar il-verifika minn qabel tat-23 ta’ Ġunju 2006 dwar l-investigazzjonijiet interni tal-OLAF (il-Kawża 2005-0418), u tal-4 ta’ Ottubru 2007 dwar l-investigazzjonijiet esterni tal-OLAF (il-Kawżi 2007-47, 2007-48, 2007-49, 2007-50, 2007-72).

(28)  Ara l-Opinjoni dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni 15/04/2011, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(29)  F’dan ir-rigward, ara l-Linji Gwida tal-KEPD dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali f’inkjesti amministrattivi u fi proċeduri dixxiplinarji mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, li jenfasizzaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn id-dritt ta’ aċċess tas-suġġetti tad-dejta u d-dritt ta’ difiża tal-persuni li jkunu qegħdin jiġu akkużati (ara p. 8 u 9) http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Supervision/Guidelines/10-04-23_Guidelines_inquiries_EN.pdf

(30)  Ara l-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-whistle-blowing, p. 13-14.

(31)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 12.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/9


Komunikazzjoni skont l-Artikolu 12(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

2012/C 175/02

Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja ma tibqax valida minn dan il-jum jekk issir inkompatibbli mal-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:

Emendi l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1705 – rapport tat-48 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IT-48 SESSJONI TAL-HSC – SETTEMBRU 2011)

DOK. NC1705

Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS

2106.90/28

O/3

3824.90/18-19

O/4

8537.10/1

O/5

Informazzjoni dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri tista' tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, 1049 Brussell, Belgium) jew tista' titniżżel mis-sit tal-internet tad-Direttorat-Ġenerali:

http://ec.europa.eu/comm/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/harmonised_system/index_en.htm


19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6555 – Posco/MC/MCHC/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 175/03

Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6555. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6604 – CPPIB/Atlantia/Grupo Costanera)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 175/04

Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6604. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/11


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ April 2012

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej

(CON/2012/32)

2012/C 175/05

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-20 ta’ Jannar 2012, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ircieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju”) u dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (2) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost EuSEF”) (minn hawn ’il quddiem flimkien imsemmijin bħala r-“regolamenti proposti”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni dwar ir-regolamenti proposti hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolamenti proposti fihom dispożizzjonijiet b’impatt fuq l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji u li jeffettwaw il-kontribut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel mill-awtoritajiet kompetenti tal-politika fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja taħt l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju għandu l-għan li jegħleb in-nuqqasijiet ta’ finanzjament li jiltaqgħu magħhom intrapriżi Ewropej żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fil-fażijiet tal-bidu tagħhom. Billi parti kbira mill-finanzjament ta’ dawn il-kumpaniji toriġina minn fondi żgħar, b’daqs medju ta’ EUR 60 miljun f’assi taħt ġestjoni, ir-regolament għandu l-għan li jtejjeb l-abbiltà li jinġabar kapital fl-UE kollha. Huwa jwaqqaf Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju speċifiċi b’karatteristiċi komuni taħt qafas regolatorju wieħed. Dan għandu jagħti ċertezza u trasparenza lil dawk kollha li għandhom interess, inkluż l-investituri, ir-regolaturi u l-kumpaniji eliġibbli għal investimenti. L-introduzzjoni ta’ passaport għas-suq wieħed, li permezz tiegħu fond irreġistrat fi Stat Membru wieħed ikun jista’ jippromwovi unitajiet u ishma fi Stati Membri oħra, għandha tnaqqas il-piż amministrattiv u tillimita l-barrieri regolatorji.

2.

Dan il-qafas huwa kkumplimentat mir-regolament propost EuSEF, li għandu l-għan li jistimola l-finanzjament għal negozju soċjali permezz tat-twaqqif ta’ kategorija ġdida ta’ fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (minn hawn ’il quddiem “EuSEFs”). Dan għandu jgħin lill-investituri biex jidentifikaw u jqabblu l-fondi li qed jinvestu f'negozju soċjali u jwessgħu l-possibbiltajiet li jippromwovu dawn il-fondi lil investituri internazzjonali.

3.

L-Istrateġija Ewropa 2020 (3) reġgħet stqarret il-ħtieġa ta’ involviment f’azzjoni regolatorja immirata biex ittejjeb l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, b’mod partikolari billi tindirizza l-barrieri li jxekklu l-fluss ta’ finanzjament ta’ kapital ta’ riskju permezz ta’ fondi ta’ investiment iddedikati. Il-Kunsill Ewropew approva dan l-approċċ li jagħmel sejħa għat-tneħħija ta’ xkiel regolatorju li għad baqa’ għall-flussi transkonfinali ta' kapital ta' riskju (4). Bħala riżultat ta’ dan, f’April tal-2011 il-Kummissjoni ħabbret inizjattiva biex tiżgura illi l-fondi ta’ kapital ta’ riskju stabbiliti fi kwalunkwe Stat Membru jistgħu jiġbru l-kapital mill-UE kollha (5).

4.

Il-BĊE diġa nnota d-diffikultajiet biex jaċċessaw il-finanzjament li ltaqgħu magħhom riċentement ħafna SMEs, aktar mill għal ditti kbar, speċjalment fi żmenijiet ta’ stress fis-suq (6). Bl-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għal SMEs u t-titjib tar-rekwiżiti regolatorji applikabbli, il-BĊE jittama illi r-reġimi ġodda proposti għandhom jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ta’ ekonomija innovattiva u sostenibbli. Li tingħeleb il-frammentazzjoni tal-finanzjament għal SMEs innovattivi u li b’fokus soċjali u li jissawwar it-tfaċċar ta’ suq finanzjarju integrat u fluwidu li għandu jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-investiment transkonfinali f’dawn is-setturi huwa kruċjali għas-suċċess u t-twettiq f’waqtu tal-Istrateġija Ewropa 2020.

5.

Għalhekk il-BĊE jilqa’ r-regolamenti proposti li ser jintroduċu rekwiżiti uniformi għal fondi li joperaw taħt identifikazzjoni Ewropea unika u qafas regolatorju sostantiv identiku, waqt li jiżguraw superviżjoni adegwata. F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota bosta karatteristiċi li għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta’ qafas regolatorju xieraq u bbilanċjat: in-natura volontarja tar-reġim (7), il-proċess ta’ notifika transkonfinali bejn l-awtoritajiet kompetenti (8), ir-regoli li jirregolaw l-imġieba ta’ maniġer li jikkwalifika u r-rekwiżiti ta’ żvelar (9), kif ukoll id-dispożizzjonijiet intiżi biex jiżguraw is-superviżjoni effettiva tal-użu tal-passaport (10).

Osservazzjonijiet speċifiċi

6.

Il-BĊE jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li tiżgura l-konsistenza tar-regolamenti proposti mar-reġim eżistenti għal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi taħt id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (11). F’dan ir-rigward, il-BĊE jilqa’ r-referenza fir-regolamenti proposti għal-limitu fid-Direttiva 2011/61/UE (12), li tintroduċi limitu ta’ EUR 500 miljun ta’ fondi kapitali li għandhom jiddelinjaw ir-reġimi tal-Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u tal-EuSEF mill-qafas stabbilit mid-Direttiva 2011/61/UE.

7.

Il-BĊE jinnota illi l-limitu msemmi aktar ’il fuq għandu l-għan li jiddistingwi maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi b’attivitajiet li jistgħu jkollhom “konsegwenzi sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja” minn dawk li x’aktarx ma jkollhomx u li r-reġimi proposti ser japplikaw lil fondi li mhumiex importanti sistemikament (13).

8.

L-ambitu tar-regolamenti proposti huwa kkundizzjonat ukoll mir-rekwi¿it għall-fondi kollha eliġibbli ta' kapital ta' riskju u ta' intraprenditorija soċjali li jkunu mingħajr lieva finanzjarja, sabiex ikun żgurat illi l-fondi li jikkwalifikaw ma jikkontribwux għall-iżvilupp ta’ riskji sistemiċi u li jikkonċentraw fuq l-appoġġ lil kumpaniji ta’ portafoll kwalifikanti (14). Għalhekk, filwaqt illi l-kunċett ta’ lieva finanzjarja huwa fundamentali għall-mudell tan-negozju implimentat minn maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (15), il-BĊE iqis li huwa xieraq li ssir espliċita l-eskużjoni ta’ kull lieva finanzjarja possibbli fil-każ tar-reġimi proposti tal-Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-EuSEF (16).

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost jiġi emendat, għal dan il-għan qed jiġu ppreżentati proposti speċifiċi għall-abbozzar fl-Anness I flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ April 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2011) 860 finali.

(2)  KUMM(2011) 862 finali.

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, KUMM(2010) 2020 finali.

(4)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 4 ta’ Frar 2011, paragrafu 22.

(5)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja – Flimkien għal tkabbir ġdid”, KUMM(2011) 206 finali, b’mod partikolari punt 2.1.

(6)  Opinjoni tal-BĊE CON/2012/21 tal-BĊE tat-22 ta’ Marzu 2012 dwar (i) proposta għal direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ii) proposta għal regolament dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju, (iii) proposta għal direttiva dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq u (iv) proposta għal regolament dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq), paragrafu 8. Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-verżjoni bl-Ingliż hija disponibbli fil-websajt tal-BCE fuq http://www.ecb.europa.eu

(7)  Artikolu 4 tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u Artikolu 4 tar-regolament propost EuSEF.

(8)  Artikoli 15 u 20(3) tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u Artikoli 16 u 21(3) tar-regolament propost EuSEF.

(9)  Artikoli 7 sa 12 tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u Artikoli 7 sa 13 tar-regolament propost EuSEF.

(10)  Artikoli 13 sa 22 tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju/Artikoli 14 sa 23 tar-regolament propost EuSEF.

(11)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1. Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju, SEC(2011), 1515, p. 37.

(12)  Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE.

(13)  Premessa 17 tad-Direttiva 2011/61/UE

(14)  Premessa 13 tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u premessa 13 tar-regolament propost EuSEF.

(15)  Paragrafu 11 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2009/81 tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2004/39/KE u 2009/.../KE (ĠU C 272, 13.11.2009, p. 1).

(16)  Artikolu 5(2) tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u Artikolu 5(2) tar-regolament propost EuSEF.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar  (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BCE (2)

Emenda 1

Artikolu 5(2) tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta’ Riskju

“2.   Il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju m’għandux jissellef, joħrog obbligi ta’ dejn, jipprovdi garanziji, fil-livell tal-fond li jikkwalifika ta' kapital ta’ riskju, u lanqas juża, fil-livell tal-fond li jikkwalifika ta' kapital ta’ riskju xi metodu li bih tiżdied l-iskopertura tal-fond, kemm jekk permezz ta’ self ta’ flus jew titoli, involviment f’pożizzjonijiet derivattivi jew bi kwalunkwe mezz ieħor.”

“2.   Il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju m’għandux jissellef, joħrog obbligi ta’ dejn, jipprovdi garanziji, fil-livell tal-fond li jikkwalifika ta' kapital ta’ riskju, u lanqas juża, fil-livell tal-fond li jikkwalifika ta' kapital ta’ riskju xi metodu li bih tiżdied l-iskopertura tal-fond, kemm jekk permezz ta’ self ta’ flus jew titoli, involviment f’kuntratti derivattivi jew bi kwalunkwe mezz ieħor.”

Spjegazzjoni

L-involviment f’pożizzjonijiet derivattivi jista’ jservi ukoll għal finijiet ta' hedging, f'liema każ huwa għandu jnaqqas l-iskopertura għar-riskju aktar milli jżidha. Għalhekk, waqt illi l-BĊE jinnota illi l-kliem propost huwa miksub mid-definizzjoni korrispondenti ta’ Artikolu 4(1)(v) tad-Direttiva 2011/61/UE, huwa jissuġġerixxi li t-terminu “pożizzjonijiet derivattivi” jinbidel ma’ “kuntratti derivattivi”, b’konformità mal-kliem li jinsab f’leġiżlazzjoni finanzjarja oħra tal-UE kurrenti jew proposta, eż Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu  (3), Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE  (4) u l-proposti għal regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju  (5) u dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment  (6).

Emenda 2

Artikolu 6 tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta’ Riskju

“Il-maniġers tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju għandhom jikkummerċjalizzaw l-unitajiet u l-ishma tal-fondi li jikkwalifikaw ta' kapital ta’ riskju esklussivament lil investituri li jitqiesu li huma klijenti professjonali skont it-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE jew jistgħu, meta jintalab hekk, ikunu ttrattati bħala klijenti professjonali skont it-Taqsima II tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE, jew lil investituri oħra meta:”

“Il-maniġers tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju għandhom jikkummerċjalizzaw l-unitajiet u l-ishma tal-fondi li jikkwalifikaw ta' kapital ta’ riskju esklussivament lil investituri li jitqiesu li huma klijenti professjonali skont it-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm ma jkunux ittrattati, meta jintalab hekk, bħala klijenti mhux professjonali jew jistgħu, meta jintalab hekk, ikunu ttrattati bħala klijenti professjonali skont it-Taqsima II tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE, jew lil investituri oħra meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”

Spjegazzjoni

Artikolu 6 tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta’ Riskju jirreferi għal “klijenti professjonali skont Taqsima 1 ta’ Anness II ta’ Direttiva 2004/39/KE”. Mhuwiex ċar liema reġim ser ikun applikabbli għal klijenti professjonali li jiġu ttrattati, meta jintalab hekk, bħala klijenti mhux professjonali taħt l-istess dispożizzjoni. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni, l-emenda proposta għandha tallinja wkoll il-kunċett ta’ “klijenti professjonali” fir-regolament propost mad-definizzjoni f’Anness II ta’ Direttiva 2004/39/KE.

Barra minn dan, ir-regolament jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta’ Fondi Ewropej ta' Kapital ta’ Riskju lil investituri oħrajn, li “għandhom it-tagħrif, l-esperjenza u l-kapaċità li jimmaniġġjaw r-riskji li dawn il-fondi jkollhom”  (7). Waqt illi l-BĊE jqis illi dawn il-kriterji joffru l-protezzjoni neċessarja lill-investitur, huwa jissuġġerixxi li jiġi żgurat illi huma jsiru kollha mandatorji.

Emenda 3

Artikolu 10a tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta’ Riskju (ġdid)

L-ebda test

“Artikolu 10a

Depożitarju

1.   Għal kull fond Ewropew ta' kapital ta’ riskju li huwa jmexxi, il-maniġer tal-fond ta' kapital ta’ riskju għandu jiżgura illi jinħatar depożitarju uniku skont dan l-Artikolu.

2.   Id-depożitarju għandu jkun istituzzjoni kif iddefinit f’Artikolu 21 ta’ Direttiva 2011/61/KE.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-funzjoni tad-depożitarju tal-fond ta' kapital ta’ riskju. L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Spjegazzjoni

Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, il-BĊE jissuġġerixxi li jsir provvediment speċifiku għall-ħatra ta’ depożitarju, b’konformità mal-qafas adottat fid-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)  (8) u d-Direttiva 2011/61/UE  (9). Madankollu, l-iskema ssimplifikata proposta hawn għandha l-għan li tiżgura illi kwalunkwe obbligazzjonijiet li jirriżultaw ikunu proporzjonati man-natura u d-daqs tal-fondi.

Emenda 4

Artikolu 21(1) tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta’ Riskju

“1.   L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS jikkooperaw flimkien kull meta dan ikun meħtieġ għal finijiet ta’ twettiq tad-dmirijiet rispettivi tagħhom f’dan ir-Regolament.”

“1.   L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS jikkooperaw flimkien kull meta dan ikun meħtieġ għal finijiet ta’ twettiq tad-dmirijiet rispettivi tagħhom f’dan ir-Regolament u, kif xieraq, mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jissuġġerixxi, biex ikun konsistenti mal-Artikolu 50 tad-Direttiva 2011/61/UE, illi l-kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti għandha tinvolvi wkoll lill-BERS, kif xieraq.

Emenda 5

Artikolu 22(2) tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta’ Riskju

“2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-AETS m’għandhomx jinżammu milli jiskambjaw l-informazzjoni skont dan ir-Regolament jew liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għall-maniġers tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju u l-fondi li jikkwalifikaw ta' kapital ta’ riskju.”

“2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-AETS m’għandhomx jinżammu milli jiskambjaw l-informazzjoni skont dan ir-Regolament jew liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għall-maniġers tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju u l-fondi li jikkwalifikaw ta' kapital ta’ riskju,kull fejn meħtieġ, għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-regolament jew tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom taħt dan ir-Regolament jew taħt il-liġi nazzjonali.. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lill-banek ċentrali, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, fejn din l-informazzjoni hija relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom.

Spjegazzjoni

Dan għandu jiżgura illi l-banek ċentrali, inkluż il-BĊE, kif ukoll il-BERS, jirċievu kif xieraq informazzjoni li hija relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom.


(1)  L-emendi għar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju japplikaw, bil-bidliet neċessarji, għad-dispożizzjonijiet ekwivalenti fir-regolament propost EuSEF.

(2)  It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(3)  Artikolu 1(b) u (ċ) u Artikolu 2(1)(b)(iii) (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 24).

(4)  GU L 145, 30.4.2004, p. 1. Artikolu 2(1)(i) u Artikolu 4(1).

(5)  KUMM(2010) 484 finali. Artikolu 1(1).

(6)  KUMM(2011) 452 finali. Artikoli 211(1), 240(3), 250(1)(d), 256(1), 273(4), 321(1) u (2) u 335(4).

(7)  Premessa 14 tar-regolament propost dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta’ Riskju.

(8)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32 Artikoli 22 sa 26 u 32 sa 36.

(9)  Artikolu 21.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/17


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Ġunju 2012

2012/C 175/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2618

JPY

Yen Ġappuniż

99,75

DKK

Krona Daniża

7,4324

GBP

Lira Sterlina

0,80600

SEK

Krona Żvediża

8,8412

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5260

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,493

HUF

Forint Ungeriż

292,60

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6967

PLN

Zloty Pollakk

4,2807

RON

Leu Rumen

4,4670

TRY

Lira Turka

2,2883

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2519

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2944

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7914

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5947

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6045

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 462,30

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,5249

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0232

HRK

Kuna Kroata

7,5433

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 874,30

MYR

Ringgit Malażjan

3,9829

PHP

Peso Filippin

53,412

RUB

Rouble Russu

40,8300

THB

Baht Tajlandiż

39,709

BRL

Real Brażiljan

2,5868

MXN

Peso Messikan

17,5660

INR

Rupi Indjan

70,6540


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/18


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa ġdida għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 175/07

Stat Membru

Spanja

Rotta

El Hierro–Gran Canaria, La Gomera–Gran Canaria, La Gomera–Tenerife Norte u Tenerife Sur–Gran Canaria

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Sentejn mill-bidu tas-servizz

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Tel. +34 915977505

Fax +34 915978643

Posta elettronika: mmederos@fomento.es


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/19


Avviż li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u dwar il-ftuħ mill-ġdid parzjali ta’ investigazzjoni tal-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

2012/C 175/08

Bis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża C-338/10, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“QTĠ”) iddikjarat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (1) (“ir-Regolament tal-anti-dumping definittiv” jew “ir-Regolament ikkontestat”) invalidu.

Bħala konsegwenza tas-sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) ma għadux soġġett għall-miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1355/2008.

1.   Tagħrif lill-awtoritajiet doganali

Konsegwentement, id-dazji definittivi tal-anti-dumping imħallsa skont ir-Regolament (KE) Nru 1355/2008 fuq importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (kodiċi TARIC 2008309061, 2008309063, 2008309065, 2008309067, 2008309069) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u d-dazji provviżorji miġbura definittivament skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1355/2008, għandhom jitħallsu lura jew jinħafru. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandhom jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Barra minn hekk, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma għadhomx soġġetti għall-miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1355/2008.

2.   Ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-anti-dumping

Il-QTĠ, permezz tas-sentenza tagħha tat-22 ta’ Marzu 2012, iddikjarat ir-Regolament (KE) Nru 1355/2008 invalidu. Il-QTĠ sabet li l-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ma għamlitx dak kollu li kien meħtieġ sabiex tiddetermina l-valur normali abbażi tal-prezz jew valur kostrutt f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq kif preskritt mill-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

Il-Qrati (3) rrikonoxxew li, f'każijiet fejn proċediment ikun jikkonsisti f'għadd ta' stadji amministrattivi, l-annullament ta' wieħed minn dawk l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu. Il-proċediment tal-anti-dumping huwa eżempju ta’ tali proċediment magħmul minn diversi stadji. Għaldaqstant, l-annullament ta' partijiet tar-Regolament tal-anti-dumping definittiv ma jimplikax l-annullament tal-proċedura kollha qabel l-adozzjoni tar-Regolament inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma obbligati li jikkonformaw mas-sentenza tat-22 ta' Marzu 2012 tal-QTĠ. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta jikkonformaw mas-sentenza, għandhom il-possibilità li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jbiddlux il-partijiet mhux ikkontestati li ma jintlaqtux mis-sentenza (4). Għandu jiġi nnutat li s-sejbiet kollha l-oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat, li ma kinux ikkontestati fiż-żmien determinat għal sfida u għalhekk ma kinux ikkunsidrati mill-Qrati u ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, jibqgħu validi. L-istess konklużjoni tapplika permezz ta' analoġija fejn Regolament huwa ddikjarat invalidu.

Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tiftaħ l-investigazzjoni tal-anti-dumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li kienet inbdiet b’konformità mar-Regolament bażiku. Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sejba tal-QTĠ kif imfakkar hawn fuq.

3.   Proċedura

Wara li ddeterminat, fuq konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-anti-dumping huwa ġġustifikat, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għall-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-anti-dumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li ngħatat bidu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku permezz ta' avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5).

Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp ta' applikazzjoni għall-għażla ta’ pajjiż analogu, jekk hemm, u d-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku li jrid jintuża għall-kalkolu ta' kwalunkwe marġini tad-dumping.

Il-partijiet kollha interessati huma hawnhekk mistiedna biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom, jissottomettu tagħrif u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tad-disponibilità tal-ekonomija tas-suq f'pajjiżi terzi li jistgħu jintgħażlu biex jiddeterminaw il-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, inkluż fir-rigward tal-Iżrael, is-Sważiland, it-Turkija u t-Tajlandja. Dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 4(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, kemm-il darba dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 4(b).

4.   Limiti ta’ żmien

(a)   Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom u jressqu t-tagħrif

Jekk iridu li r-rappreżentazzjonijiet tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati kollha għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jressqu kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi fuq il-preżentazzjoni tal-parti fil-limitu ta' żmien imsemmi qabel.

(b)   Seduti

Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 20 jum.

5.   Sottomissjonijiet bil-miktub u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux f'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (6) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

6.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Huwa nnutat li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (7).

8.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Huwa nnutat ukoll li jekk il-partijiet interessati jikkunsidraw li qegħdin jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun xieraq, il-medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u mat-trattament tas-sottomissjonijiet bil-miktub u/jew orali tal-opinjonijiet. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm).


(1)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 35.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  Il-Kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill (1998) ECR II-3939.

(4)  Il-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill (2000) ECR I-08147.

(5)  ĠU C 246, 20.10.2007, p. 15.

(6)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/22


Notifika ta' bidu ta’ reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja

2012/C 175/09

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba tressqet fid-19 ta’ Marzu 2012 mill-Association Européenne des Transformateurs de Maïs Doux (AETMD) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f'dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreżervat.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott investigat huwa qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) bil-qalba, ippreparat jew ippreżervat permezz tal-ħall jew tal-aċtu aċetiku, mhux iffriżat, li fil-preżent jaqa' fil-kodiċi NM ex 2001 90 30, u qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) bil-qalba, ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżat, għajr prodotti oħrajn tal-intestatura 2006, li fil-preżent jaqgħu fil-kodiċi NM ex 2005 80 00 u li joriġinaw fit-Tajlandja (“il-prodott investigat”).

3.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżuri li bħalissa hemm fis-seħħ huma dazju definittiv ta' antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 (3).

4.   Ir-raġunijiet għar-reviżjoni tal-iskadenza

It-talba ssejset fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issoktar ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Denunċja ta’ probabbiltà ta' ssoktar tad-dumping

Id-denunċja ta’ probabbiltà ta’ ssoktar ta' dumping tissejjes fuq tqabbil ta’ valur normali kostrutt (spejjeż ta’ manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u profitt) fit-Tajlandja mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġini tad-dumping ikkalkolat huwa sinifikanti.

4.2.    Denunċja ta’ probabbiltà ta' rikorrenza ta’ ħsara

L-applikant jallega wkoll il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping li jikkawża ħsara. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott investigat probabbilment jiżdied minħabba l-ħeffa ta’ żieda fil-produzzjoni fil-pajjiż ikkonċernat u l-attrattiva tas-suq tal-Unjoni, minħabba prezzijiet ogħla li jistgħu jinkisbu f'dan is-suq b’paragun għal ċerti swieq ta’ pajjiżi terzi. Dawn iż-żewġ fatturi jistgħu jwasslu għal dirottament tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn lejn l-Unjoni.

L-applikant jallega fl-aħħar nett li t-tneħħija tal-ħsara seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Il-proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx jew le għal tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u ħsara.

5.1.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-issoktar tad-dumping

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott li investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fit-Tajlandja li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid tal-kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness A ta' din in-notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tat-Tajlandja u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk dan ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni, fost l-oħrajn, dwar l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, il-kost tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott investigat lill-Unjoni.

Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux għall-kampjun se jitqiesu li qed jikkoperaw (“produtturi esportaturi li qed jikkooperaw iżda li mhumiex fil-kampjun”).

5.1.2.   L-investigar ta’ importaturi mhux relatati  (5)  (6)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat, importat mit-Tajlandja lejn l-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal numru raġonevoli l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjun”). It-teħid ta' kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness B ta' din in-notifika.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' wkoll tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni, fost l-oħrajn, dwar l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, u dwar il-bejgħ tal-prodott investigat.

5.2.    Il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara u jiġu investigati l-produtturi tal-Unjoni

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà jew le ta' rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f'dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid tal-kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji qegħdin fil-fajl li jinsab għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (sabiex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bl-għajnuna tad-dettalji tal-kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 ta' hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għal xiex għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni se jkunu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li finalment se jintgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jressqu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni, fost l-oħrajn, dwar l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija/i, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott investigat, il-kost tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott investigat.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

F’każ li jiġu kkonfermati l-issoktar ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta' żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel ma tiskadi d-data ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk meta tiġi ppreżentata tkun sostnuta b'evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Il-partijiet interessati kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din in-notifika, huma b'dan mistiedna juru fehmiethom, jibagħtu l-informazzjoni u jipprovdu l-evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu smigħ mis-servizzi tal- investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta' smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'din in-notifika, il-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (7).

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma meħtieġa jipprovdu taqsira mhux kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li tiġi mmarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex tkun tista' tinftiehem b'mod raġonevoli s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni kunfidenzjali tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikati ffirmati, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni b'dan minnufih skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22969307

Posta elettronika: Trade-R552-sweetcorn-dumping@ec.europa.eu

(biex jintuża mill-produtturi esportaturi, importaturi relatati, assoċjazzjonijiet u rappreżentanti tat-Tajlandja), u

Trade-R552-sweetcorn-injury@ec.europa.eu

(biex jintuża mill-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi mhux relatati, l-utenti, il-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet fl-Unjoni)

6.   In-nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każi fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b'mod sħiħ.

It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha tiġi sottomessa talba għal smigħ fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà l-issokktar jew ir-rikorrenza tad-dumping u r-rikorrenza tal-ħsara, u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-websajt tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm

8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Peress li din ir-reviżjoni ta’ skadenza bdiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li tkun ġustifikata reviżjoni tal-livell tal-miżuri, sabiex tippermetti l-possibbiltà li l-livell tal-miżuri jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas), dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu din ir-reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (8).


(1)  ĠU C 258, 2.9.2011, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14.

(4)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta' parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott investigat.

(5)  Jistgħu jintgħażlu għall-kampjun biss importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu l-impjegat u l-persuna li timpjegah; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Id-dejta li taw l-importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward tal-aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni tad-dumping.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li huwa kkunsidrat kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS A

Image

Image


ANNESS B

Image

Image


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6631 – Permira Europe III/Telepizza)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 175/10

1.

Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Permira Europe III Fund (“PE III”, ir-Renju Unit) li l-kontroll aħħari tagħha huwa f’idejn Permira Holdings Limited, takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Telepizza, SA (“Telepizza”, Spanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal PE III: fond ta’ investiment ta' ekwità privata,

għal Telepizza: attiva fis-settur tar-restoranti fi Spanja, fil-Portugall u fil-Polonja, attwalment ikkontrollati b’mod konġunt minn PE III u Carbal, SA.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6631 – Permira Europe III/Telepizza, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6561 – Cytec Industries/Umeco)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 175/11

1.

Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 u wara talba ta' rinviju f'konformità mal-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża Cytec Industries Inc., (“Cytec”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Umeco plc (“Umeco”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Cytec: il-manifattura u l-fornitura ta' kimiki u ta' materjali speċjalizzati, inkluż ta' materjali komposti avvanzati, għal firxa wiesgħa ta' industriji,

għal Umeco: il-manifattura u l-fornitura ta' materjali komposti avvanzati u ta' materjali ta' proċess, maħsuba primarjament għas-setturi ajruspazjali u tad-difiża, u għal dawk industrijali, awtomobilistiċi u rikreazzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6561 – Cytec Industries/Umeco, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6616 – Lion Capital/Alain Afflelou Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 175/12

1.

Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża Lion/Seneca France 2 (“LF2”, Franza) li fl-aħħar nett hija kkontrollata minn Lion Capital LLP (“Lion Capital”, ir-Renju Unit), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' 3 AB Optique Developpement (“3ABOD”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Lion Capital: maniġer ta' investimenti f'ekwità privata, b'attenzjoni partikolari lejn investimenti f'kumpaniji li jkunu involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ ta' prodotti tal-konsum tad-ditta,

għal 3ABOD: il-kumpanija ewlenija tal-Grupp Alain Afflelou, li hija attiva fid-distribuzzjoni ta' prodotti ottiċi permezz ta' netwerk nazzjonali u internazzjonali ta' ħwienet li jbiegħu bl-imnut, kemm dawk li ġew franchised kif ukoll dawk li jkollhom sjieda unika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6616 – Lion Capital/Alain Afflelou Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/34


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6490 – EADS/Israel Aerospace Industries/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 175/13

1.

Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi European Advanced Technology SA (“EAT”, il-Belġju) ikkontrollata minn Israel Aerospace Industries Ltd. (“IAI”, l-Iżrael), u Airbus Invest S.A.S. (Franza) ikkontrollata minn European Aeronautic Defence u Space Company N.V. (“EADS”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkonstitwixxi impriża konġunta (“JV”, il-Belġju) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-EADS: ir-riċerka, id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, il-modifika, il-bejgħ u l-forniment tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili u militari, l-armamenti ggwidati, is-satelliti, il-vetturi tal-ajru mingħajr pilota, il-vetturi spazjali, l-elettronika u t-tagħmir tat-telekomunikazzjoni,

għall-Airbus: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ ajruplani ċivili u militari,

għall-IAI: ir-riċerka u l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u servizzi oħra relatati primarjament ma’ sistemi spazjali u ta’ missili, inġenji tal-ajru militari u ċivili, l-elettronika militari u l-manutenzjoni tal-ajruplani,

għall-EAT: l-azjendi ajruspazjali, l-avjazzjoni, id-difiża u setturi relatati,

fil-każ tal-JV: l-iżvilupp, il-manifattura, u l-kummerċjalizzazzjoni tat-trakters tal-irmunkar tal-inġenji tal-ajru kummerċjali semirobotiċi u ikkontrollati mill-pilota.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6490 – EADS/Israel Aerospace Industries/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/35


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 175/14

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PASAS DE MÁLAGA”

Nru KE: ES-PDO-0005-0849-24.01.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Pasas de Málaga”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6.:

Frott, ħxejjex, ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

Definizzjoni

Il-“Pasas de Málaga” tradizzjonali jinkisbu billi tiġi mnixxfa fix-xemx il-frotta matura tal-varjetà “Moscatel de Alejandría” ta' Vitis vinifera L., magħrufa wkoll bħala “Moscatel Gordo” jew “Moscatel de Málaga”.

Karatteristiċi fiżiċi

Daqs: fil-Kodiċi Deskrittiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid għall-Varjetajiet ta' Għeneb u Speċi ta' Vitis, id-daqs tal-għenba huwa kklassifikat kif ġej: 1 żgħir ħafna, 3 żgħir, 5 medju, 7 kbir, 9 kbir ħafna “Moscatel de Alejandría” hija kklassifikata bħala 7 (“kbir”) jiġifieri hija għenba kbira.

Kulur: iswed jagħti fil-vjola b'mod uniformi

Forma: fit-tond

Il-pendunkulu jista' jibqa' mwaħħal jekk l-għeneb jitneħħa manwalment mill-għanqud.

Qoxra: Fil-kodiċi deskrittiva tal-OIV, il-“ħxuna tal-qoxra” hija kklassifikata kif ġej: 1 irqiqa ħafna, 3 irqiqa, 5 medja, 7 ħoxna u 9 ħoxna ħafna. “Moscatel de Alejandría” hija kklassifikata bħala 5 (“medja”). Għaldaqstant, peress li l-għenbiet ma jgħaddu minn ebda trattament li jgħarraq il-qoxra, iż-żbib għandhom qoxra ta' ħxuna medja.

Karatteristiċi kimiċi

Il-kontenut ta' ilma (umdità) għandu jkun inqas minn 35 %. Il-kontenut ta' zokkor għandu jkun ikbar minn 50 % skont il-piż.

Aċidità: minn 1,2 sa 1,7 % espressa bħala aċidu tartariku

pH: minn 3,5 sa 4,5

Solidi idrosolubbli, aktar minn 65 °Brix

Karatteristiċi organolettiċi

Iż-żbib iżommu t-togħma tipika ta' muskatell tal-għeneb li jiġu prodotti minnhom l-istess żbib. Fil-kodiċi deskrittiv tal-OIV it-“togħma tipika” hija kklassifikata kif ġej: 1 ebda, 2 muskatell, 3 foxé, 4 erbaċja, 5 togħma oħra. Il-“Moscatel de Alejandría” hija kklassifikata bħala 2, u hija din il-varjetà ta' “Moscatel” li hija r-referenza OIV għal dan il-grad.

It-togħma ta' muskatell hija intensifikata b'aroma retronasali ddominata mit-terpineoli li ġejjin: a-terpineol (ħwawar aromatiċi), linalol (ward), ġeranjol (ġeranju) u b-ċitronellol (ċitru).

Il-livell ta' aċidità, indikat hawn fuq, jgħin biex jinħoloq bilanċ bejn il-ħlewwa u l-qrusa.

Id-daqs medju, il-livell ta' ilma u l-valur Brix jagħtu liż-żbib kwalità elastika, flessibbli, il-polpa tinħass imlaħħma u mmerrqa fil-ħalq, sensazzjonijiet li huma differenti għalkollox minn dik niexfa u mhux elastika li ta' spiss ikollha l-frotta mniffxa.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti ipproċessati biss):

Il-frotta matura tal-varjetà “Moscatel de Alejandría” tal-Vitis vinifera L., magħrufa wkoll bħala Moscatel Gordo jew Moscatel de Málaga.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli.

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona geografika definita:

Il-produzzjoni u l-ippakkjar għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4.

Il-produzzjoni tibda bil-ħsad tal-għeneb b'saħħithom, li qatt ma jseħħ qabel l-istadju fenoloġiku ta' “maturazzjoni” (Baggiolini, 1952), sabiex jiġi skartat il-frott li mhuwiex intatt jew dak imħassar bil-mard jew li jkun waqa' mal-art qabel il-ħsad.

Il-pass li jmiss huwa t-tnixxif tal-għeneb billi l-għenieqed jiġu direttament esposti għax-xemx. Dawn ma għandhomx jiġu mnixxfa b'mod artifiċjali. Il-ħidma ssir manwalment: kuljum il-bidwi jdawwar l-għenieqed tal-għeneb mifruxa ghat-tnixxif sabiex ikunu jistgħu jinxfu b'mod ugwali fuq iż-żewġ naħat.

Ladarba jkunu niexfa l-għenieqed, l-għenbiet jitneħħew permezz ta' proċedura magħrufa bħala picado, li titwettaq bl-idejn u bl-użu ta' mqass li d-daqs u l-forma tiegħu huma adattati speċjalment biex ma jdgħajfux il-kwalità tal-frott imneħħi mill-għenieqed imnixxfa, jew permezz ta' magni fil-fabbriki.

Ladarba iż-żbib ikunu lesti, kemm jekk jinsabu fl-għanqud jew le, il-proċess ta' produzzjoni jitkompla fil-fabbriki taż-żbib, fejn għandhom jitwettqu l-kompiti li ġejjin qabel ma jitqiegħdu fis-suq l-iżbib ippakkjati:

Wasla u ġbir taż-żbib ipprovduti mill-bdiewa konċernati.

Iż-żbib jitneħħew mill-għanqud, sakemm dan ma jkunx sar diġà mill-bidwi.

Dawn jiġu kklassifikati skont id-daqs medju tal-frotta, imkejjel bħala l-għadd ta' żbib għal kull 100 gramma.

It-tħejjija għall-ippakkjar: jiġifieri s-separazzjoni f'unitajiet ta' frott li diġà ġie kklassifikat u maħżun. Irid ikun hemm dejjem inqas minn 80 frotta għal kull 100 gramma netti.

L-ippakkjar: bl-idejn jew bil-magna. Dan huwa l-istadju finali tal-produzzjoni u għandu rwol kruċjali fil-ħarsien tal-karatteristiċi ta' kwalità taż-żbib biż-żmien, hekk kif il-frott inevitabbilment ikompli jinxef, għalhekk huwa biss billi jiġi iżolat mill-ambjent f'ippakkjar nadif u ssiġillat sew li huwa possibli li jiġi ppreservat il-bilanċ delikat fil-livell ta' ilma li hija karatteristika importanti tal-prodott.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ:

Mhux applikabbli

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

L-ippakkjar għandu juri l-informazzjoni li ġejja:

L-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott: l-isem “Pasas de Málaga” għandu jintwera b'mod prominenti, bil-kliem “Denominación de Origen” immedjatament taħtu.

Il-kwantità netta, f'kilogrammi (kg) jew grammi (g).

Data ta' durabilità minima.

L-isem, l-isem kummerċjali jew deżinjazzjoni tal-produttur jew dak li jippakkja u, fi kwalunkwe każ, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tagħhom.

Il-lott.

L-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, il-kwantità netta u d-data ta' skadenza għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv.

Fil-każijiet kollha, l-indikazzjonijiet obbligatorji għandhom jinftiehmu faċilment, murija b'mod prominenti, ikunu faċilment viżibbli, jinqraw b'mod ċar u li ma jistgħux jitħassru. Bl-ebda mod ma għandhom ikunu moħbija, oskurati jew interrotti b'xi element miktub jew grafiku.

L-ippakkjar kollu għandu jinkludi tikketta li turi l-logo tad-DPO u l-kliem “Denominación de Origen Protegida” u “Pasas de Málaga”, kif ukoll kodiċi uniku għal kull unità.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Lok:

Pajjiż: SPANJA

Komunità awtonoma: ANDALUCÍA

Provinċja: MALAGA

Hemm żoni ta' dwieli mxerrda mal-Provinċja kollha ta' Malaga, kemm fit-tramuntana kif ukoll fin-nofsinhar, fil-lvant u fil-punent. Fi tnejn minn dawn iż-żoni, il-biċċa l-kbira tal-għeneb ġie tradizzjonalment imkabbar għall-produzzjoni taż-żbib. L-ikbar fost dawn huwa d-distrett ta' Axarquia fil-parti tal-lvant tal-provinċja, lejn il-lvant tal-kapitali. Iż-żona l-oħra tinsab fuq in-naħa estrema tal-punent tal-kosta tal-Malaga. Iż-żona ġeografika definita tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Muniċipalitajiet:

AXARQUIA

Alcaucín

Alfarnate

Alfarnatejo

Algarrobo

Almáchar

Árchez

Arenas

Benamargosa

Benamocarra

El Borge

Canillas del Aceituno

Canillas de Albaida

Colmenar

Comares

Cómpeta

Cútar

Frigiliana

Iznate

Macharaviaya

Málaga

Moclinejo

Nerja

Periana

Rincón de la Victoria

Riogordo

Salares

Sayalonga

Sedella

Torrox

Totalán

Vélez Málaga

Viñuela

ŻONA TA' MANILVA

Casares

Manilva

Estepona

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Ir-referenzi għar-rabta bejn it-tkabbir tad-dwieli u ż-żona ġeografika definita huma ferm antiki u għadhom għaddejjin sal-ġurnata ta' llum. Plinio El Viejo (l-ewwel seklu Wara Kristu) semma l-fatt li kien hemm dwieli fil-Malaga fix-xogħol tiegħu – “Historia Natural” (“L-Istorja Naturali”). Waqt l-era tad-dinastija Nasrid (seklu 13-15), kienet imħeġġa il-produzzjoni agrikola, partikolarment, dik tat-tkabbir tal-għeneb għall-produzzjoni taż-żbib. It-tkabbir tad-dwieli ffjorixxa sa tmiem is-seklu 19, meta kombinazzjoni sfortunata ta' fatturi kummerċjali u problemi marbuta mas-saħħa tal-pjanti, partikolarment il-fillossera (Viteus vitifoliae, Fitch) wasslu għall-kollass tas-settur. B'riżultant ta' dan, id-dwieli attwali huma mxerrda mal-provinċja kollha. Fi tnejn minn dawn iż-żoni, il-biċċa l-kbira tal-għeneb ġiet tradizzjonalment imkabbra għall-produzzjoni taż-żbib. Dawn iż-żewġ żoni ta' produzzjoni taż-żbib huma fil-parti tan-nofsinhar tal-provinċja li tmiss mal-baħar Mediterran, għalhekk għandhom klima subtropika Mediterranja. Din l-orografija wieqfa hija karatteristika ġenerali tal-Provinċja ta' Malaga. Għalkemm l-għeneb imkabbar għall-produzzjoni taż-żbib ma għadhomx jokkupaw daqstant art bħal qabel il-fillossera, dawn għadhom fattur importanti fl-ekonomija u l-ambjent soċjokulturali f'sezzjoni kbira tal-provinċja. Dawn jitkabbru f'aktar minn 35 muniċipalità minn iktar minn 1 800 bidwi fuq 2 200 ettaru ta' art.

Il-kwalitajiet tal-Pasas de Málaga huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, iddeterminati mill-ambjent naturali. Wieħed mill-elementi tipiċi taż-żona ġeografika hija l-orografija wieqfa tagħha: il-pajsaġġ huwa kompost minn sensiela ta' għoljiet u qigħan tan-nixxigħat b'pendili ta' aktar minn 30 %. It-territorju, bil-firxa għolja u muntanjuża fit-tramuntana u l-baħar Mediterran fin-nofsinhar, huwa sensiela ta' kanjons u qigħan tan-nixxigħat li jiffurmaw pajsaġġ partikolari ħafna b'għoljiet wieqfin, u b'hekk l-Axarquia hija bħal ġenb ta' għolja li tinżel sal-baħar. Fiż-żona ta' Manilva, fejn id-dwieli jinsabu qrib il-baħar, ir-riżalt huwa iktar moderat minn dak f'Axarquia.

Il-ħamrija hija essenzjalment taflija, ta' kwalità baxxa, mhux profonda u b'kapaċità baxxa li żżomm l-ilma. Il-klima hija Mediterranja subtropika, b'temperaturi moderati fix-xitwa, sjuf niexfin, ftit xita u sigħat twal ta' dawl tax-xemx (medja ta' 2 974 siegħa tul l-aħħar għaxar snin).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Id-daqs tal-Pasas de Málaga hija waħda mill-karatteristiċi l-aktar apprezzati u li tiddistingwihom, u b’hekk jitqiesu bħala kbar, u ċarament superjuri għal prodotti oħra tat-tip tagħhom, bħas-sultana, il-passolini u l-California Thompson ta’ mingħajr żrieragħ.

Iż-żbib iżommu t-togħma tipika ta' muskatell tal-għeneb li minnhom jiġu prodotti l-istess żbib, u din il-varjetà ta' Muskatell hija r-referenza OIV għal wieħed mill-gradi ta' “togħma partikolari”.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika tal-prodott ġejja direttament mill-kundizzjonijiet li fihom jiġu prodotti iż-żbib. L-orografija tiffaċilità l-esponiment naturali tal-għenieqed għax-xemx għat-tnixxif. Dan il-metodu ta' tnixxif iħares il-kwalità tal-qoxra u jintensifika t-togħma ta' muskatell billi jikkonċentra l-aromi. It-temp sħun u niexef fil-perjodu ta' ħsad huwa tajjeb għall-maturazzjoni u l-akkumulu tal-materja niexfa u taz-zokkor fl-għeneb, li huma importanti biex it-tnixxif isir tajjeb u li imbagħad jippermettu lill-polpa li żżomm il-meraq u elastiċità tipiċi tagħha. Is-sigħat ta' xemx ifissru li l-għenieqed jistgħu jiġu esposti fix-xemx għal perjodi qosra, sabiex iż-żbib iżommu l-aċidità tal-għeneb.

Huwa minħabba l-kundizzjonijiet diffiċli ta' tkabbir li, biż-żmien, il-“Moscatel de Alejandría” saret il-varjetà ewlenija kkultivata, peress li hija dik adatta l-aktar għal dan l-ambjent partikolari. Il-varjetà għandha l-potenzjal ġenetiku li toħloq distinzjoni bejn il-karatteristiċi bħad-daqs tal-frotta, il-kwalità tal-qoxra, il-karatteristiċi tal-polpa, l-aromi tal-muskatell u propozjoni għoli ta' solidi insolubbli (fibra) li jinsabu l-aktar fiż-żrieragħ.

Minħabba l-art diffiċli, il-produzzjoni taż-żbib saret attività artiġjanali, fejn kompiti bħall-ħsad, it-tqegħid ta' għenieqed ta' għeneb barra għat-tnixxif fix-xemx u t-tidwir tagħhom hekk kif jinxfu, kif ukoll l-għażla tal-frott, isiru kollha manwalment u tingħata attenzjoni kbira lill-kwalità. Il-kompitu li jitneħħa l-għeneb mill-għanqud (picado) ukoll isir manwalment u huwa għalhekk li l-Pasas de Málaga ta' spiss ikollhom il-pendunkulu mwaħħal.

It-tnixxif huwa mod antik u naturali ta' kif jibqa' ppreservat l-ikel, hekk kif id-deterjorament jiġi evitat bit-tneħħija tal-ilma żejjed. Huwa biss permezz tal-esperjenza u l-għarfien miksuba tul is-snin li huwa possibbli li jintlaħaq il-bilanċ delikat ta' ilma miżmun li jagħti lill-prodott uħud mill-karatteristiċi organolettiċi l-aktar magħrufa, kif deskritt f'din l-ispeċifikazzjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/PliegoPasas.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.