ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.174.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 174

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
16 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 174/02

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 165, 9.6.2012

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 174/01

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 174/03

Kawża C-125/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE — Drittijiet ta’ passaġġ — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

4

2012/C 174/04

Kawża C-337/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main — il-Ġermanja) — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main (Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal leave annwali bil-ħlas — Kumpens finanzjarju f’każ ta’ mard — Uffiċjali (pompieri))

4

2012/C 174/05

Kawża C-406/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — SAS Institute Inc. vs World Programming Ltd (Proprjetà intellettwali — Directiva 91/250/KEE — Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter — Artikoli 1(2) u 5(3) — Portata tal protezzjoni — Kreazzjoni diretta jew permezz ta’ proċess ieħor — Programm tal-kompjuter protett mid-drittijiet tal-awtur — Tkomplija ta’ funzjonijiet mit-tieni programm mingħajr aċċess għall-kodiċi sors tal-ewwel wieħed — Dekumpilazzjoni tal-object code tal-ewwel programm tal-kompjuter — Direttiva 2001/29/KE — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Artikolu 2(a) — Manwal ta’ użu ta’ programm tal-kompjuter — Riproduzzjoni fi programm ieħor tal-kompjuter — Ksur tad-drittijiet tal-awtur — Kundizzjoni — Espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur tal-manwal ta’ użu)

5

2012/C 174/06

Kawża C-419/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — Wolfgang Hofmann vs Freistaat Bayern (Direttiva 2006/126/KE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha kienet is-suġġett ta’ rtirar fit-territorju tiegħu, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor)

6

2012/C 174/07

Kawża C-456/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT) vs Administración del Estado (Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut ta’ tabakk milli jimpurtaw prodotti tat-tabakk — Regola dwar l-eżistenza u l-funzjonament tal-monopolju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk — Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tal-konsumaturi)

6

2012/C 174/08

Kawża C-472/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pest Megyei Bíróság — L-Ungerija) — Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság vs Invitel Távközlési Zrt (Direttiva 93/13/KEE — Artikoli 3(1) u (3) — Artikoli 6 u 7 — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Klawżoli inġusti — Emenda unilaterali tat-termini tal-kuntratt mill-bejjiegħ jew fornitur — Azzjoni għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni mibdija fl-interess pubbliku, f’isem il-konsumaturi, minn korp innominat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola — Effetti ġuridiċi)

7

2012/C 174/09

Kawża C-508/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/109/KE — Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għal żmien twil — Applikazzjoni għall-kisba tal-istatus ta’ resident għal żmien twil — Applikazzjoni għal permess ta’ residenza fi Stat Membru ieħor ippreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz li diġà kiseb l-istatus ta’ resident għal żmien twil fl-ewwel Stat Membru jew minn membru tal-familja tiegħu — Ammonti tad-drittijiet mitluba mill-awtoritajiet kompetenti — Natura sproporzjonata — Ostaklu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ residenza)

7

2012/C 174/10

Kawża C-510/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — DR, TV2 Danmark A/S vs NCB — Nordisk Copyright Bureau (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(2)(d) — Dritt ta’ komunikazzjoni ta’ xogħlijiet lill-pubbliku — Eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni — Recordings tranżitorji ta’ xogħlijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tax-xandir permezz tal-faċilitajiet tagħhom u għax-xandiriet tagħhom — Recording li ssir bil-faċilitajiet ta’ terz — Obbligu tal-organizzazzjoni tax-xandir li tikkumpensa kull effett dannuż tal-azzjonijiet u nuqqasijiet tat-terz)

8

2012/C 174/11

Kawża C-520/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Ir-Renju Unit) — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs) (Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 2 — Provvista ta’ servizzi bi ħlas — Servizzi ta’ telekomunikazzjoni — Skedi tat-telefon imħallsa minn qabel li jinkludu informazzjoni li tiffaċilita aċċess għal telefonati internazzjonali — Tqegħid fis-suq permezz ta’ distributuri)

9

2012/C 174/12

Kawża C-571/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bolzano — l-Italja) — Servet Kamberaj vs Istituto per l’Edilizia sociale della Provincia autonoma di Bolzano (IPES), Giunta della Provincia autonoma di Bolzano, Provincia autonoma di Bolzano (Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/109/KE — Status ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu residenti għat-tul — Dritt għal trattament ugwali f’dak li jikkonċerna s-sigurtà soċjali, l-assistenza soċjali u l-protezzjoni soċjali — Deroga għall-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-miżuri li jaqgħu taħt l-assistenza soċjali u l-protezzjoni soċjali — Esklużjoni tal-benefiċċji prinċipali mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal għajnuna għall-akkomodazzjoni għall-kerrejja l-inqas vantaġġati — Ammont tal-fondi ddestinati għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz stabblit skont medja mwieżna differenti — Ċaħda ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni minħabba l-eżawriment tal-baġit iddestinat għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz)

9

2012/C 174/13

Kawżi magħquda C-578/10 sa C-580/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs L.A.C. van Putten (C-578/10), P. Mook (C-579/10), G. Frank (C-580/10) (Artikoli 18 KE u 56 KE — Vetturi bil-mutur — Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur tal-passiġġieri mislufa li hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Tassazzjoni ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża l-ewwel darba fuq in-netwerk ta’ toroq nazzjonali)

10

2012/C 174/14

Kawża C-620/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Isvezja) — Migrationsverket vs Nurije Kastrati, Valdrina Kastrati, Valdrin Kastrati (Sistema ta’ Dublin — Règolament (KE) Nru 343/2003 — Proċedura ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil — Ċittadini ta’ pajjiż terz fil-pussess ta’ viża valida maħruġa mill-Istat Membru responsabbli fis-sens ta’ dan l-istess regolament — Applikazzjoni għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat responsabbli skont dan ir-regolament — Applikazzjoni għal permess ta’ residenza fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat responsabbli wara l-irtirar tal-applikazzjoni għall-ażil — Irtirar li seħħ qabel ma l-Istat Membru responsabbli jkun aċċetta l-inkarigu — Irtirar li jtemm il-proċeduri stabbiliti mir-Regolament Nru 343/2003)

11

2012/C 174/15

Kawżi magħquda C-621/10 u C-129/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Balkan and Sea Properties ADSITS (C-621/10), Provadinvest OOD (C-129/11) vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 73 u 80(1) — Bejgħ ta’ beni immobbli bejn kumpanniji konnessi — Valur tat-tranżazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li għat-tranżazzjonijiet bejn persuni konnessi tipprovdi li l-ammont taxxabbli għall-finijiet tal-VAT huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tal-operazzjoni)

11

2012/C 174/16

Kawża C-24/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — FAEGG — Taqsima Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Infiq magħmul mir-Renju ta Spanja — Għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa)

12

2012/C 174/17

Kawża C-225/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — lr-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Able UK Ltd (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet — Artikolu 151(1)(ċ) — Operazzjoni ta’ żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana magħmula fit-territorju ta’ Stat Membru)

13

2012/C 174/18

Kawża C-289/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — Legris Industries SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Kumpannija parent u kumpannija sussidjarja — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

13

2012/C 174/19

Kawża C-290/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — Comap SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Tul tal-ksur — Kunċett ta’ kontinwità)

13

2012/C 174/20

Kawża C-83/12 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Minh Khoa Vo (Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 810/2009 — Kodiċi Komunitarju dwar il-viżi — Artikoli 21 u 34 — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Introduzzjoni illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ Stat Membru — Viżi miksuba b’qerq — Sanzjoni kriminali tat-traffikant)

14

2012/C 174/21

Kawża C-119/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2012 — Josef Probst vs mr.nexnet GmbH

14

2012/C 174/22

Kawża C-125/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada (Spanja) fit-8 ta’ Marzo 2012 — Promociones y Construcciones BJ 200 S.L. et

15

2012/C 174/23

Kawża C-129/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Marzu 2012 — Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg

15

2012/C 174/24

Kawża C-139/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-19 ta’ Marzu 2012 — Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona vs Generalidad de Cataluña

16

2012/C 174/25

Kawża C-151/12: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

16

2012/C 174/26

Kawża C-152/12: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

17

2012/C 174/27

Kawża C-154/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fid-29 ta’ Marzu 2012 — Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

18

2012/C 174/28

Kawża C-158/12: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

18

2012/C 174/29

Kawża C-170/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ April 2012 — Peter Pinckney vs KDG médiatech AG

19

2012/C 174/30

Kawża C-171/12: Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2012 minn Carrols Corp kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-291/09 — Carrols Corp. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Giulio Gambettola

19

2012/C 174/31

Kawża C-181/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (Il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2012 — Yvon Welte vs Finanzamt Velbert

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 174/32

Kawża T-270/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2012 — Conceria Kara vs UASI — Dima (KARRA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KARRA — Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti Kara — Isem korporattiv Conceria Kara Srl u isem kummerċjali Kara — Raġunijiet relattivi għal rifjut — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi — Mala fide)

21

2012/C 174/33

Kawża T-435/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2012 — Universal Display vs UASI (UniversalPHOLED) (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UniversalPHOLED — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7, (1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

21

2012/C 174/34

Kawżi magħquda T-40/07 P-REV u T-62/07 P-REV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2012 — de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni (Proċeduri — Talba għal reviżjoni — Fatt ġdid — Assenza — Inammissibbiltà)

21

2012/C 174/35

Kawżi magħquda T-76/07, T-362/07 u T-409/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — El Fatmi vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Tħassir tal-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għall-annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

22

2012/C 174/36

Kawża T-374/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2012 — Pachtitis vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex tinkiseb kopja tal-mistoqsijiet u tat-tweġibiet għat-testijiet ta’ aċċess — Nuqqas ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali — Rinviju lit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku)

22

2012/C 174/37

Kawża T-517/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Alstom vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Suq tat-transformers tal-elettriku — Deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni — Rifjut ta’ aċċettazzjoni tal-istabbiliment ta’ garanzija bankarja bħala forma ta’ kopertura temporanja tal-multa — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2012/C 174/38

Kawża T-341/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2012 — F91 Diddeléng et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għeluq ta’ ilment — Nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

23

2012/C 174/39

Kawża T-572/11 R II: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2012 — Hassan vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal miżuri provviżorji — Talba ġdida — Fatti ġodda — Nuqqas — Inammissibbiltà)

23

2012/C 174/40

Kawża T-163/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2012 — Ternavsky vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

24

2012/C 174/41

Kawża T-135/12: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni

24

2012/C 174/42

Kawża T-175/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2012 — Deutsche Börse vs Il-Kummissjoni

25

2012/C 174/43

Kawża T-176/12: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2012 — Bank Tejarat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

25

2012/C 174/44

Kawża T-177/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2012 — Spraylat vs ECHA

26

2012/C 174/45

Kawża T-178/12: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2012 — Khwanda vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

27

2012/C 174/46

Kawża T-181/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Bateni vs Il-Kunsill

28

2012/C 174/47

Kawża T-182/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — HTTS vs Il-Kunsill

29

2012/C 174/48

Kawża T-185/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2012 — HUK-Coburg vs Il-Kummissjoni

29

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 174/49

Kawża F-126/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

31

2012/C 174/50

Kawża F-28/12: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

31

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/1


2012/C 174/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 165, 9.6.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 157, 2.6.2012

ĠU C 151, 26.5.2012

ĠU C 138, 12.5.2012

ĠU C 133, 5.5.2012

ĠU C 126, 28.4.2012

ĠU C 118, 21.4.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2012/C 174/02

Fis-16 ta’ Mejju 2012, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara t-tluq tal-Imħallef Cremona, li temenda d-deċiżjonijiet tal-Konferenza Plenarja tal-20 ta’ Settembru 2010 (1), tas-26 ta’ Ottubru 2010 (2), tad-29 ta’ Novembru 2010 (3), tal-20 ta’ Settembru 2011 (4) u tal-25 ta’ Novembru 2011 (5) dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli.

Għall-perijodu mis-16 ta’ Mejju 2012 sad-data meta l-Imħallef Taljan jew l-Imħallef Malti jassumi l-kariga tiegħu, l-Imħallfin huma assenjati lill-awli kif ġej:

 

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

J. Azizi, President tal-Awla, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen, D. Gratsias u M. Kancheva, Imħallfin.

 

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

 

J. Azizi, President tal-Awla;

 

S. Frimodt Nielsen, Imħallef;

 

M. Kancheva, Imħallef.

 

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

N.J. Forwood, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek u J. Schwarcz, Imħallfin.

 

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

 

N.J. Forwood, President tal-Awla;

 

F. Dehousse, Imħallef;

 

J. Schwarcz, Imħallef.

 

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

O. Czúcz, President tal-Awla, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen, D. Gratsias u M. Kancheva, Imħallfin.

 

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

 

O. Czúcz, President tal-Awla;

 

I. Labucka, Imħallef;

 

D. Gratsias, Imħallef.

 

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.

 

Ir-Raba’Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

 

I. Pelikánová, President tal-Awla;

 

K. Jürimäe, Imħallef;

 

M. van der Woude, Imħallef.

 

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Papasavvas, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.

 

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

 

S. Papasavvas, President tal-Awla;

 

V. Vadapalas, Imħallef;

 

K. O’Higgins, Imħallef.

 

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla, M. E. Martins Ribeiro, N. Wahl, S. Soldevila Fragoso u A. Popescu, Imħallfin.

 

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

 

H. Kanninen, President tal-Awla;

 

N. Wahl, Imħallef;

 

S. Soldevila Fragoso, Imħallef.

 

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek u J. Schwarcz, Imħallfin.

 

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

 

A. Dittrich, President tal-Awla;

 

I. Wiszniewska-Białecka, Imħallef;

 

M. Prek, Imħallef.

 

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

L. Truchot, President tal-Awla, M. E. Martins Ribeiro, N. Wahl, S. Soldevila Fragoso u A. Popescu, Imħallfin.

 

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

 

L. Truchot, President tal-Awla;

 

M. E. Martins Ribeiro, Imħallef;

 

A. Popescu, Imħallef.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010, p. 2

(2)  ĠU C 317, 20.11.2010, p. 5

(3)  ĠU C 346, 18.12.2010, p. 2

(4)  ĠU C 305, 15.10.2011, p. 2

(5)  ĠU C 370, 17.12.2011, p. 5


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-125/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE - Drittijiet ta’ passaġġ - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2012/C 174/03

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, A. Nijenhuis u H. Krämer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: K. Lykourgos u A. Pantazi-Lamprou, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 108, p. 33) — Ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, p. 21) — Għoti u awtorizzazzjoni ta’ drittijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti riżorsi fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata lil impriża awtorizzata sabiex tipprovdi netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

Dispożittiv

(1)

Billi ma ggarantietx l-għoti tad-drittijiet ta’ passaġġ fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika abbażi ta’ proċeduri trasparenti, applikati mingħajr diskriminazzjoni u fil-ħin, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttivi.

(2)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main — il-Ġermanja) — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main

(Kawża C-337/10) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Kundizzjonijiet tax-xogħol - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal leave annwali bil-ħlas - Kumpens finanzjarju f’każ ta’ mard - Uffiċjali (pompieri))

2012/C 174/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georg Neidel

Konvenut: Stadt Frankfurt am Main

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Frankfurt am Main — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Dritt għal kumpens finanzjarju fir-rigward ta’ leave annwali bil-ħlas li ma jkunx ittieħed minħabba inkapaċità għax-xogħol li damet għal diversi snin qabel l-irtirar — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 2003/88/KE — Uffiċjali (pompieri)

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat f’dan is-sens li japplika għal uffiċjal li jeżerċita attivitajiet ta’ pompier f’kundizzjonijiet normali.

(2)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li uffiċjal huwa intitolat, meta jirtira, għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali bil-ħlas li ma jkunx ittieħed minħabba l-fatt li hu ma wettaqx id-dmirijiet tiegħu minħabba mard.

(3)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandu jkun interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jagħtu lill-uffiċjal id-drittijiet għal-leave addizzjonali bi ħlas, li jiżdiedu mad-dritt għal leave minimu annwali bil-ħlas ta’ erba’ ġimgħat mingħajr ma jkun ipprovdut il-ħlas ta’ kumpens finanzjarju meta l-uffiċjal li jkun irtira ma kienx seta’ jibbenefika minn dawn id-drittijiet addizzjonali minħabba l-fatt li hu ma wettaqx id-dmirijiet tiegħu minħabba mard.

(4)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tillimita, fir-rigward ta’ perijodu ta’ trasferiment ta’ disa’ xhur li ladarba jiskadi d-dritt għal-leave annwali bi ħlas jintemm, id-dritt għal uffiċjal li jkun irtira, li jakkumula kumpensi għal-leave annwali bil-ħlas li ma jkunx ittieħed minħabba inkapaċità għax-xogħol.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — SAS Institute Inc. vs World Programming Ltd

(Kawża C-406/10) (1)

(Proprjetà intellettwali - Directiva 91/250/KEE - Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter - Artikoli 1(2) u 5(3) - Portata tal protezzjoni - Kreazzjoni diretta jew permezz ta’ proċess ieħor - Programm tal-kompjuter protett mid-drittijiet tal-awtur - Tkomplija ta’ funzjonijiet mit-tieni programm mingħajr aċċess għall-kodiċi sors tal-ewwel wieħed - Dekumpilazzjoni tal-object code tal-ewwel programm tal-kompjuter - Direttiva 2001/29/KE - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Artikolu 2(a) - Manwal ta’ użu ta’ programm tal-kompjuter - Riproduzzjoni fi programm ieħor tal-kompjuter - Ksur tad-drittijiet tal-awtur - Kundizzjoni - Espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur tal-manwal ta’ użu)

2012/C 174/05

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SAS Institute Inc.

Konvenuta: World Programming Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1) u 5(3) tad Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114) — Portata tal protezzjoni — Kreazzjoni diretta jew permezz ta’ proċess ieħor, bħad-dekumpilazzjoni tal-object code, ta’ programm tal-kompjuter li jirriproduċi l-funzjonijiet ta’ programm tal-kompjuter ieħor, diġà protett mid-drittijiet tal-awtur, mingħajr aċċess għall-kodiċi sors ta’ dan tal-aħħar

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, għandu jiġi interpretat fis-sens li la l-funzjonalità ta’ programm tal-kompjuter u lanqas il-lingwa ta’ programmar u l-format tal-fajls tad-data użati fil-kuntest ta’ programm tal-kompjuter biex jintużaw uħud mill-funzjonijiet tiegħu ma jikkostitwixxu forma ta’ espressjoni ta’ dan il-programm u ma humiex, bħala tali, protetti mid-drittijiet tal-awtur fuq il-programmi tal-kompjuter fis-sens ta’ din id-direttiva.

(2)

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/250 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li kisbet kopja liċenzjata ta’ programm tal-kompjuter tista’, mingħajr il-permess tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonament ta’ dan il-programm sabiex tiddetermina l-ideat u l-prinċipji li jservu ta’ bażi għal kwalunkwe element tal-imsemmi programm, meta twettaq operazzjonijiet koperti minn din il-liċenzja kif ukoll operazzjonijiet ta’ loading u ta’ tħaddim meħtieġa għall-użu tal-programm tal-kompjuter u kemm-il darba din ma tippreġudikax id-drittijiet esklużivi tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq dan il-programm.

(3)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riproduzzjoni, f’programm tal-kompjuter jew f’manwal ta’ użu ta’ dan il-programm, ta’ ċerti elementi deskritti fil-manwal ta’ użu ta’ programm ieħor tal-kompjuter protett mid-drittijiet tal-awtur tista’ tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq dan il-manwal tal-aħħar jekk — u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju — din ir-riproduzzjoni tikkostitwixxi l-espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess tal-manwal ta’ użu tal-programm tal-kompjuter protett mid-drittijiet tal-awtur.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — Wolfgang Hofmann vs Freistaat Bayern

(Kawża C-419/10) (1)

(Direttiva 2006/126/KE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha kienet is-suġġett ta’ rtirar fit-territorju tiegħu, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor)

2012/C 174/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wolfgang Hofmann

Konvenuta: Freistaat Bayern

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1) u 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, p. 18) — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha ġiet irtirata fit-territorju tiegħu, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid), għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li Stat Membru jirrifjuta, lil hinn minn kull perijodu ta’ projbizzjoni għal applikazzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan ġdida imposta fuq id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u meta saħansitra l-kundizzjoni ta’ residenza normali fit-territorju ta’ dan tal-aħħar tkun ġiet osservata, milli jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan, meta l-imsemmi detentur kien is-suġġett, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, ta’ miżura ta’ rtirar ta’ liċenzja tas-sewqan preċedenti.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT) vs Administración del Estado

(Kawża C-456/10) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut ta’ tabakk milli jimpurtaw prodotti tat-tabakk - Regola dwar l-eżistenza u l-funzjonament tal-monopolju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk - Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tal-konsumaturi)

2012/C 174/07

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT)

Konvenuta: Administración del Estado

fil-preżenza ta’: Unión de Asociaciones de Estanqueros de España, Logivend SLU, Organización Nacional de Asociaciones de Estanqueros

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE — Monopolju Spanjol ta’ kummerċjalizzazzjoni tat-tabakk — Projbizzjoni ta’ importazzjoni ta’ tabakk imposta fuq il-bejjiegħa bl-imnut u stabbilita favur il-bejjiegħa bl-ingrossa — Proporzjonalità

Dispożittiv

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lill-proprjetarju ta’ ħwienet tat-tabakk u tal-bolol milli jeżerċitaw attività ta’ importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk minn Stati Membri oħra.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pest Megyei Bíróság — L-Ungerija) — Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság vs Invitel Távközlési Zrt

(Kawża C-472/10) (1)

(Direttiva 93/13/KEE - Artikoli 3(1) u (3) - Artikoli 6 u 7 - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Emenda unilaterali tat-termini tal-kuntratt mill-bejjiegħ jew fornitur - Azzjoni għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni mibdija fl-interess pubbliku, f’isem il-konsumaturi, minn korp innominat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola - Effetti ġuridiċi)

2012/C 174/08

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pest Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság

Konvenuta: Invitel Távközlési Zrt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Pest Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1), flimkien mal-punti 1(j) u 2(d) tal-Anness, kif ukoll tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2. p. 288) — Klawżola li tawtorizza lill-bejjiegħ jew fornitur jemenda unilateralment it-termini tal-kuntratt mingħajr raġuni valida u mingħajr deskrizzjoni espliċita tal-mod ta’ varjazzjoni tal-prezz — Natura inġusta tal-klawżola — Effetti ġuridiċi li jirriżultaw mill-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola fil-kuntest ta’ azzjoni fl-interess kollettiv

Dispożittiv

(1)

Hija l-qorti nazzjonali li tkun qed tiddeċiedi dwar l-azzjoni għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni, mibdija fl-interess pubbliku, f’isem il-konsumaturi, minn korp innominat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha tevalwa, fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta’ konsum li permezz tagħha l-bejjiegħ jew fornitur jipprevedi emenda unilaterali tal-ispejjeż marbuta mas-servizz li għandu jiġi pprovdut, mingħajr madankollu ma jiddeskrivi b’mod ċar il-mod tal-iffissar tal-imsemmija spejjeż u lanqas ma jispeċifika raġuni valida għal din l-emenda. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, l-imsemmija qorti jkollha tivverifika b’mod partikolari jekk, fid-dawl tal-klawżoli kollha li jinsabu fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta’ konsum li minnhom tagħmel parti l-klawżola kontenzjuża, kif ukoll fid-dawl tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi d-drittijiet u l-obbligi li jistgħu jiżdiedu ma’ dawk previsti mill-kundizzjonijiet ġenerali inkwistjoni, ir-raġunijiet jew il-mod ta’ varjazzjoni tal-ispejjeż marbuta mas-servizz li għandu jiġi pprovdut humiex speċifikati b’mod ċar u li jinftiehem u, jekk ikun il-każ, jekk il-konsumaturi għandhomx dritt li jtemmu l-kuntratt.

(2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) u (2) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

huwa ma jipprekludix li l-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola inġusta li tagħmel parti mill-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta’ konsum fil-kuntest ta’ azzjoni għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni, imsemmija fl-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, imressqa kontra bejjiegħ jew fornitur fl-interess pubbliku u f’isem il-konsumaturi, minn korp innominat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, toħloq, skont l-imsemmija leġiżlazzjoni, effetti fir-rigward tal-konsumaturi kollha li jkunu kkonkludew, mal-bejjiegħ jew fornitur ikkonċernat, kuntratt li fir-rigward tiegħu japplikaw l-istess kundizzjonijiet ġenerali, inkluż fir-rigward tal-konsumaturi li ma kinux parti fil-proċedura għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni;

meta n-natura inġusta ta’ klawżola tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratti tkun ġiet rikonoxxuta fil-kuntest ta’ tali proċedura, il-qrati nazzjonali għandhom, anki fil-futur, jisiltu minnha ex officio l-konsegwenzi kollha li huma previsti bil-liġi nazzjonali, sabiex l-imsemmija klawżola ma tkunx torbot lill-konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratt mal-bejjiegħ jew fornitur ikkonċernat li fir-rigward tiegħu japplikaw l-istess kundizzjonijiet ġenerali.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-508/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/109/KE - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għal żmien twil - Applikazzjoni għall-kisba tal-istatus ta’ resident għal żmien twil - Applikazzjoni għal permess ta’ residenza fi Stat Membru ieħor ippreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz li diġà kiseb l-istatus ta’ resident għal żmien twil fl-ewwel Stat Membru jew minn membru tal-familja tiegħu - Ammonti tad-drittijiet mitluba mill-awtoritajiet kompetenti - Natura sproporzjonata - Ostaklu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ residenza)

2012/C 174/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u R. Troosters, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u J. Langer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: T. Papadopoulou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272) — Talba għall-istatus ta’ resident għal zmien twil — Taxxi tal-boll — Ammonti għoljin wisq u inġusti — Mezz għat-tfixkil tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ residenza

Dispożittiv

(1)

Peress li applikat liċ-ċittadini0 ta’ pajjiżi terzi li jitolbu l-ksib tal-istatus ta’ resident għal żmien twil fil-Pajjiżi l-Baxxi u lil dawk li, billi kisbu dan l-istatus fi Stat Membru li ma huwiex ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, jitolbu li jeżerċitaw id-dritt li jirrisjedu f’dan l-Istat Membru kif ukoll lill-membri tal-familja tagħhom li jitolbu li jiġu awtorizzati jakkompanjawhom jew jingħaqdu magħhom, drittijiet fiskali eċċessivi u sproporzjonati, li jistgħu joħolqu ostaklu għall-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — DR, TV2 Danmark A/S vs NCB — Nordisk Copyright Bureau

(Kawża C-510/10) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(2)(d) - Dritt ta’ komunikazzjoni ta’ xogħlijiet lill-pubbliku - Eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni - Recordings tranżitorji ta’ xogħlijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tax-xandir permezz tal-faċilitajiet tagħhom u għax-xandiriet tagħhom - Recording li ssir bil-faċilitajiet ta’ terz - Obbligu tal-organizzazzjoni tax-xandir li tikkumpensa kull effett dannuż tal-azzjonijiet u nuqqasijiet tat-terz)

2012/C 174/10

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DR, TV2 Danmark A/S

Konvenuta: NCB — Nordisk Copyright Bureau.

Suġġett

Talba għal-deċiżjoni preliminari — Østre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Kundizzjonijiet sabiex persuna tibbenefika minn eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni — Recordings tranżitorji ta’ xogħlijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tax-xandir permezz tal-faċilitajiet tagħhom u għax-xandiriet tagħhom — Organizzazzjoni tax-xandir li kkummissjonat ma’ kumpanniji ta’ produzzjoni televiżiva esterni u indipendenti recordings bl-għan li xxandarhom fil-kuntest tax-xandiriet tagħha.

Dispożittiv

(1)

L-espressjoni “permezz tal-faċilitajiet tagħhom”, li tinsab fl-Artikolu 5(2)(d) tad-Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandha tirċievi interpretazzjoni awtonoma u uniformi fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 5(2)(d) tad-Direttiva 2001/29, moqri fid-dawl tal-premessa 41 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-faċilitajiet ta’ organizzazzjoni tax-xandir jinkludu l-faċilitajiet ta’ kull terz li jaġixxi f’isem jew bir-responsabbiltà ta’ din l-organizzazzjoni.

(3)

Sabiex jiġi stabbilit jekk recording li twettqet minn organizzazzjoni tax-xandir, għax-xandiriet tagħha, bil-faċilitajiet ta’ terz, huwiex kopert bl-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(2)(d) tad-Direttiva 2001/29 fir-rigward tar-recordings tranżitorji, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, din il-persuna tistax tiġi kkunsidrata bħala li aġixxiet konkretament “f’isem” l-organizzazzjoni tax-xandir jew, tal-inqas, “bir-responsabbiltà” tagħha. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, huwa essenzjali li, fil-konfront ta’ terzi, b’mod partikolari l-awturi li jistgħu jkunu leżi minn recording irregolari tax-xogħol tagħhom, l-organizzazzjoni tax-xandir tkun obbligata li tikkumpensa kull effett dannuż tal-azzjonijiet u nuqqasijiet tat-terz, bħal kumpannija ta’ produzzjoni televiżiva esterna u legalment indipendenti, marbuta mar-recording inkwistjoni, bħallikieku dawn l-azzjonijiet u nuqqasijiet kienu twettqu mill-organizzazzjoni tax-xandir stess.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Ir-Renju Unit) — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs)

(Kawża C-520/10) (1)

(Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 2 - Provvista ta’ servizzi bi ħlas - Servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Skedi tat-telefon imħallsa minn qabel li jinkludu informazzjoni li tiffaċilita aċċess għal telefonati internazzjonali - Tqegħid fis-suq permezz ta’ distributuri)

2012/C 174/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lebara Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Skedi tat-telefon mibjugħa minn persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru lil distributur residenti fi Stat Membru ieħor u mibjugħa mill-ġdid minn dan id-distributur lil persuni li jużawhom sabiex jagħmlu telefonati — Tranżazzjoni komposta minn diversi elementi — Metodi ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/92/KE, tas-7 ta’ Ottubru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur tat-telefonija, li jipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjoni li jikkonsistu fil-bejgħ lil distributur ta’ skedi tat-telefon li jinkludu l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex isiru telefonati internazzjonali permezz tal-infrastruttura pprovduta mill-imsemmi operatur u li jinbiegħu mill-ġdid mid-distributur, f’ismu proprju u għall-interessi tiegħu, lil utenti finali, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ persuni taxxabbli oħra bħal bejjiegħa bl-ingrossa jew bl-imnut, jipprovdi provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni bi ħlas lid-distributur. Għall-kuntrarju, l-imsemmi operatur ma jipprovdix it-tieni provvista ta’ servizzi bi ħlas lill-utent finali meta dan tal-aħħar, wara li jkun akkwista l-iskeda tat-telefon, jeżerċita d-dritt li jagħmel telefonati billi jinqeda’ mill-informazzjoni li jkun hemm fuq dik l-iskeda.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bolzano — l-Italja) — Servet Kamberaj vs Istituto per l’Edilizia sociale della Provincia autonoma di Bolzano (IPES), Giunta della Provincia autonoma di Bolzano, Provincia autonoma di Bolzano

(Kawża C-571/10) (1)

(Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/109/KE - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu residenti għat-tul - Dritt għal trattament ugwali f’dak li jikkonċerna s-sigurtà soċjali, l-assistenza soċjali u l-protezzjoni soċjali - Deroga għall-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-miżuri li jaqgħu taħt l-assistenza soċjali u l-protezzjoni soċjali - Esklużjoni tal-“benefiċċji prinċipali” mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal għajnuna għall-akkomodazzjoni għall-kerrejja l-inqas vantaġġati - Ammont tal-fondi ddestinati għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz stabblit skont medja mwieżna differenti - Ċaħda ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni minħabba l-eżawriment tal-baġit iddestinat għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz)

2012/C 174/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Servet Kamberaj

Konvenuti: Istituto per l'Edilizia Sociale della Provincia autonoma di Bolzano (IPES), Giunta della Provincia autonoma di Bolzano, Provincia Autonoma di Bolzano

fil-preżenza ta’: Associazione Porte Aperte/Offene Türen, Human Rights International, Associazione Volontarius, Fondazione Alexander Langer

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Bolzano — Protezzjoni tal-minoranzi lingwistiċi — Leġiżlazzjoni provinċjali li timplementa l-prinċipju fundamentali tas-sistema kostituzzjonali nazzjonali ta’ protezzjoni tal-minoranzi lingwistiċi — Politika soċjali — Applikazzjoni ta’ koeffiċjenti differenti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ allowances għall-akkomodazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni u taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Kriterji ta’ għażla differenti applikabbli għall-għoti tal-allowances għall-akkomodazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Kompatibbiltà mal-Artikoli 2 u 6 TUE u mal-Artikoli 21 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Kompatibbiltà mal-Artikoli 18, 45, 49 TFUE — Kompatibbiltà mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità [trattament ugwali tal-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23) u mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6. p. 272) — Applikabbiltà diretta ta’ dispożizzjonijet tad-dritt tal-Unjoni — Kompatibbiltà mal-Artikolu 14 KEDB u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 12 KEDB — Applikabbiltà diretta tal-KEDB skont l-Artikolu 6 TUE — Sanzjonijiet applikabbli fis-sens tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/43/KE

Dispożittiv

(1)

L-ewwel u r-raba’ sas-seba’ domandi magħmula mit-Tribunale di Bolzano fil-Kawża C-571/10 huma inammissibbli.

(2)

Ir-riferiment li jagħmel l-Artikolu 6(3) TUE għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 (KEDB), ma jimponix fuq il-qorti nazzjonali, f’każ ta’ kunflitt bejn regola ta’ dritt nazzjonali u din il-konvenzjoni, li jiġu applikati direttament id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni, billi tiġi skartata l-applikazzjoni tar-regola ta’ dritt nazzjonali inkompatibbli magħha.

(3)

L-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi, f’dak li jikkonċerna l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni, trattament differenti għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-istatus ta’ residenti għat-tul mogħti skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva meta pparagunat ma’ dak irriżervat għaċ-ċittadini residenti fl-istess provinċja jew reġjun waqt it-tqassim tal-fondi ddestinati għal din l-għajnuna, sa fejn tali għajnuna taqa’ taħt waħda mit-tliet kategoriji msemmija f’din id-dispożizzjoni u li l-paragrafu 4 tal-istess artikolu ma japplikax.


(1)  ĠU C 46, 12.02.2011.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs L.A.C. van Putten (C-578/10), P. Mook (C-579/10), G. Frank (C-580/10)

(Kawżi magħquda C-578/10 sa C-580/10) (1)

(Artikoli 18 KE u 56 KE - Vetturi bil-mutur - Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur tal-passiġġieri mislufa li hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Tassazzjoni ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża l-ewwel darba fuq in-netwerk ta’ toroq nazzjonali)

2012/C 174/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuti: L.A.C. van Putten (C-578/10), P. Mook (C-579/10), G. Frank (C-580/10)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa ta’ reġistrazzjoni mal-ewwel użu ta’ vettura fuq in-netwerk tat-toroq nazzjonali — Issuġġettar għat-taxxa ta’ persuna residenti fl-Istat Membru inkwistjoni li ssellfet vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor mingħand persuna residenti fih, għal użu privat fuq perijodu qasir fl-ewwel Stat Membru

Dispożittiv

L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq ir-residenti tiegħu li jkunu sellfu vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor lil resident ta’ dan tal-aħħar, mal-ewwel użu ta’ din il-vettura fuq in-netwerk ta’ toroq nazzjonali, il-ħlas tat-taxxa kollha, normalment dovuta mar-reġistrazzjoni ta’ vettura fl-ewwel Stat Membru, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tal-użu tal-imsemmija vettura fuq dan in-netwerk ta’ toroq u mingħajr ma din il-persuna tkun tista’ tinvoka ebda dritt ta’ eżenzjoni jew ta’ rimbors meta din il-vettura ma tkun intiża la sabiex tintuża essenzjalment fl-ewwel Stat Membru b’mod permanenti u lanqas, fil-fatt ma hija użata b’dan il-mod.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Isvezja) — Migrationsverket vs Nurije Kastrati, Valdrina Kastrati, Valdrin Kastrati

(Kawża C-620/10) (1)

(Sistema ta’ Dublin - Règolament (KE) Nru 343/2003 - Proċedura ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil - Ċittadini ta’ pajjiż terz fil-pussess ta’ viża valida maħruġa mill-Istat Membru responsabbli fis-sens ta’ dan l-istess regolament - Applikazzjoni għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat responsabbli skont dan ir-regolament - Applikazzjoni għal permess ta’ residenza fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat responsabbli wara l-irtirar tal-applikazzjoni għall-ażil - Irtirar li seħħ qabel ma l-Istat Membru responsabbli jkun aċċetta l-inkarigu - Irtirar li jtemm il-proċeduri stabbiliti mir-Regolament Nru 343/2003)

2012/C 174/14

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Migrationsverket

Konvenuti: Nurije Kastrati, Valdrina Kastrati, Valdrin Kastrati

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(5), kif ukoll tal-Artikoli 5(2) u 16(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-regolament f’każ ta’ rtirar ta’ applikazzjoni għall-ażil — Irtirar ta’ applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati minn ċittadini ta’ pajjiż terz fi Stat Membru A, matul il-proċedura ta’ determinazzjoni tal-Istat responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni skont l-imsemmi regolament u wara l-aċċettazzjoni minn Stat Membru B tar-responsabbiltà għall-applikanti — Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti fi Stat Membru A li tiċħad l-applikazzjonijiet għall-ażil u li timplementa l-proċedura ta’ trasferiment tal-applikanti lejn l-Istat Membru B, indipendentement mill-fatt li l-applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati fl-Istat Membru A kienu ġew irtirati

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irtirar ta’ applikazzjoni għall-ażil fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tiegħu, li jseħħ qabel ma l-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ din l-applikazzjoni jkun aċċetta li jieħu inkarigu tal-applikant, għandu bħala effett li dan ir-regolament ma japplikax iktar. F’każ bħal dan, huwa l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata li għandu jieħu d-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ dan l-irtirar u, b’mod partikolari, li jtemm l-eżami tal-applikazzjoni billi jinserixxi nota relatata magħha fil-fajl tal-applikant.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — “Balkan and Sea Properties” ADSITS (C-621/10), Provadinvest OOD (C-129/11) vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawżi magħquda C-621/10 u C-129/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 73 u 80(1) - Bejgħ ta’ beni immobbli bejn kumpanniji konnessi - Valur tat-tranżazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li għat-tranżazzjonijiet bejn persuni konnessi tipprovdi li l-ammont taxxabbli għall-finijiet tal-VAT huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tal-operazzjoni)

2012/C 174/15

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ADSITS ‘Balkan and Sea Properties’ ADSITS (C-621/10), Provadinvest OOD (C-129/11)

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Il-Bulgarija — Interpretazzjoni tal-Artikolu 80(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kumpanniji konnessi li kkonkludew kuntratt ta’ bejgħ ta’ beni immobbli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li għat-tranżazzjonijiet bejn persuni konnessi tipprovdi li l-ammont taxxabbli għall-finijiet tal-VAT huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni — Metodi ta’ determinazzjoni tal-valuri tas-suq miftuħ — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT meta t-taxxa ma tkunx ġiet ikkalkolata skont il-liġi

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni li huwa jsemmi huma eżawrjenti u li, għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tipprevedi, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li l-ammont taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ tal-operazzjoni f’każijiet li huma differenti minn dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari, meta l-persuna taxxabbli jkollha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud b’mod sħiħ, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

(2)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2006/112 jagħti lill-kumpanniji kkonċernati d-dritt li jinvokawh direttament sabiex jopponu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li huma inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħti interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi ma’ dan l Artikolu 80(1), il-qorti tar-rinviju ma għandha tapplika l-ebda dispożizzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni li tmur kontrih.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.

ĠU C 145, 14.05.2011.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-24/11 P) (1)

(Appell - FAEGG - Taqsima “Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Infiq magħmul mir-Renju ta” Spanja - Għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa)

2012/C 174/16

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-113/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, tal-20 Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija” (ĠU 2008, L 18, p. 12), sa fejn tirrigwarda ċertu nfiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u tal-uċuh tar-raba’ li jinħarat.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2010, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-113/08) hija annullata sa fejn il-Qorti Ġenerali, billi kklassifikat l-ittra AGR 16844 tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Lulju 2002, bħala komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95, tas-7 ta’ Lulju 1995, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwardja l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEEG, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/1999, tat-22 ta’ Ottubru 1999, ikkunsidrat id-data tan-notifika ta’ din l-ittra bħala element ta’ referenza għall-kalkolu tat-terminu ta’ 24 xahar, previst fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1287/95, tat-22 ta’ Mejju 1995, u fil-ħames subparagafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola, għall-finijiet tal-korrezzjoni finanzjarja magħmula mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa minħabba li l-proposti tal-aġenzija taż-żejt taż-żebbuġa konsekuttivi għall-kontrolli magħmula fuq l-imtieħen ingħataw segwitu insuffiċjenti min-naħa tal-awtoritajiet Spanjoli.

(2)

Id-Deċiżjoni 2008/68 hija annullata sa fejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa barra mit-terminu ta’ 24 xahar li ppreċeda d-data tan-notifika tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Novembru 2004, li hija stedina għal-laqgħa bilaterali tal-21 ta’ Diċembru 2004, sa fejn dan l-infiq huwa kopert mill-korrezzjoni applikata minħabba l-fatt li l-proposti tal-aġenzija taż-żejt taż-żebbuġa konsekuttivi għall-kontrolli mwettqa fuq l-imtieħen ingħataw segwitu insuffiċjenti mill-awtoritajiet Spanjoli.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom, it-tnejn li huma, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza u kemm ma’ din il-proċedura ta’ appell.


(1)  ĠU C 95, 26.03.2011


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — lr-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Able UK Ltd

(Kawża C-225/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 151(1)(ċ) - Operazzjoni ta’ żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana magħmula fit-territorju ta’ Stat Membru)

2012/C 174/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenuta: Able UK Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjonijiet fir-rigward ta’ ċerti operazzjonijiet imqabbla mal-esportazzjonijiet — Operazzjoni ta’ żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana magħmula fit-territorju ta’ Stat Membru

Dispożittiv

L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u li tikkonsisti fiż-żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta ta’ Stat ieħor kontraenti f’dan it-trattat, hija, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud biss meta:

din il-provvista hija magħmula għal impjegati tal-forzi armati ta’ dan l-Istat ieħor li jipparteċipaw fl-isforz komuni tad-difiża jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom, u li

din l-istess provvista hija magħmula għal impjegati tal-imsemmija forzi armati stazzjonati jew fuq żjara fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — Legris Industries SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-289/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Kumpannija parent u kumpannija sussidjarja - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2012/C 174/18

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Legris Industries SA (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Giolito, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Legris Industries vs Il-Kummissjoni (T-376/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121) — Attrezzaturi) — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Ksur ta’ dritt għal qorti indipendenti u imparzjali — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ responsabbiltà individwali u ta’ individwalità tal-pieni — Żnaturament tal-provi

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Legris Industries SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012 — Comap SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-290/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Tul tal-ksur - Kunċett ta’ “kontinwità”)

2012/C 174/19

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Comap SA (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. de Guigné, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Gioito, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2001, Comap vs Il-Kummissjoni (T-377/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121) — Attrezzaturi) — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Ksur tad-dritt għal qorti indipendenti u imparzjali — Ksur tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-liġi kriminali — Kunċett ta’ “disassoċjazzjoni pubblika” — Żnaturament tal-provi — Nuqqas ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Comap SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Minh Khoa Vo

(Kawża C-83/12 PPU) (1)

(Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 810/2009 - Kodiċi Komunitarju dwar il-viżi - Artikoli 21 u 34 - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Introduzzjoni illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ Stat Membru - Viżi miksuba b’qerq - Sanzjoni kriminali tat-traffikant)

2012/C 174/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Minh Khoa Vo

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 21 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU L 243, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona kriminalment lit-traffikant li daħħal persuni ta’ nazzjonalità barranija illegalment fit-territorju nazzjonali — Applikabbiltà ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkollhom viża miksuba b’qerq mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, li madankollu ma tkunx għadha ġiet annullata skont dan ir-regolament

Dispożittiv

L-Artikoli 21 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li dispożizzjonijiet nazzjonali jrendu l-għajnuna għall-immigrazzjoni illegali suġġetta għal sanzjonijiet kriminali f’każijiet fejn il-persuni li jkunu daħlu, ċittadini ta’ pajjiż terz, ikollhom viża li jkunu kisbu b’qerq, billi jkunu tqarrqu bl-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ ħruġ fir-rigward tal-veru għan tal-vjaġġ tagħhom, mingħajr ma din il-viża tkun ġiet preċedentement annullata.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2012 — Josef Probst vs mr.nexnet GmbH

(Kawża C-119/12)

2012/C 174/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Josef Probst

Konvenuta: mr.nexnet GmbH

Domanda preliminari

L-Artikoli 6(2) u 6(5) tad-Direttiva 2002/58/KE (1) jippermettu lill-fornitur ta’ servizi li jittrażmetti data dwar it-traffiku liċ-ċessjonarju ta’ kreditu dwar ir-remunerazzjoni għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, meta ċ-ċessjoni, li l-finalità tagħha tkun l-irkupru ta’ krediti ttrasferiti, hija rregolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li ġejjin, li jiżdiedu mal-obbligu ġenerali ta’ osservanza tas-sigriet tat-telekomunikazzjonijiet u l-protezzjoni tad-data skont ir-regoli legali fis-seħħ:

 

il-fornitur tas-servizz u ċ-ċessjonarju jimpenjaw rwieħhom li jipproċessaw u jużaw id-data protetta biss fil-qafas tal-kooperazzjoni bejniethom u esklużivament għall-għan segwit mill-kuntratt u bil-manjiera speċifikata fil-kuntratt;

 

ġaladarba l-għarfien tad-data protetta ma jkunx għadu neċessarju għat-twettiq ta’ dan il-għan, id-data protetta kollha f’dan il-qafas għandha titħassar b’mod irrimedjabbli jew tingħata lura;

 

kull parti kontraenti tista’ tivverifika li l-parti l-oħra tosserva r-regoli ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni tad-data ddefiniti fil-kuntratt;

 

id-dokumenti, u informazzjoni mibgħuta b’mod kunfidenzjali għandhom ikunu accessibili biss għall-impjegati li jeħtiġuhom sabiex jeżegwixxu l-kuntratt;

 

il-partijiet kontraenti għandhom jimponu fuq l-impjegati tagħhom obbligu ta’ kunfidenzjalità bħal dak previst fil-kuntratt;

 

fuq talba ta’ parti, jew l-iktar tard, meta tintemm il-kooperazzjoni bejn il-partijiet, l-informazzjoni kunfidenzjali kollha eżistenti f’dan il-qafas għandha titħassar b’mod irrimedjali jew tingħata lura lill-parti l-oħra?


(1)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada (Spanja) fit-8 ta’ Marzo 2012 — Promociones y Construcciones BJ 200 S.L. et

(Kawża C-125/12)

2012/C 174/22

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Promociones y Construcciones BJ 200 S.L., Ignacio Alba Muñoz, Kuratur ta’ Promociones y Construcciones BJ 200 S.L., u l-Agencia Estatal de la Administración Tributaria

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, li skontu “1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT hija l-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti li ġejjin: […] (g) il-forniment ta’ proprjetà immobbli mibjugħa mid-debitur tas-sentenza fi proċedura ta’ bejgħ obbligatorju”, għandu jiġi interpretat, meta l-proċedura ġudizzjarja hija proċedura kollettiva mibdija permezz tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza ta’ dan id-debitur, fis-sens li dan jirreferi biss għat-trasferimenti li strettament jirriflettu l-fatt li din hija proċedura ta’ likwidazzjoni jew li din laħqet il-fażi ta’ likwidazzjoni, b’mod li t-trasferiment ta’ tali beni għandu jseħħ wara l-likwidazzjoni globali tal-patrimonju tad-debitur, jew, peress li proċedura ta’ insolvenza tista’ twassal b’mod partikolari għal-likwidazzjoni tal-impriża insolventi, fis-sens li dan ikopri wkoll kull trasferiment ta’ beni immobbli mwettaq mid-debitur iddikjarat insolventi matul proċedura ta’ insolvenza?

(2)

L-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“proċedura ta’ bejgħ obbligatorju” li huwa jirreferi għaliha tinkludi proċedura ġudizzjarja kollettiva ta’ insolvenza li fiha kien hemm bejgħ volontarju, mhux relatat ma’ kwalunkwe fażi ta’ likwidazzjoni obbligatorja tal-patrimonju tad-debitur u għal sempliċi raġunijiet ta’ opportunità, ta’ wieħed jew iktar mill-beni tiegħu jew, għall-kuntrarju, fis-sens li dan jirreferi biss għall-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata intiżi sabiex jiġu likwidati l-beni tad-debitur tas-sentenza?

(3)

F’dan l-aħħar każ, jekk l-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jirreferi strettament għall-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata intiżi sabiex jiġu likwidati l-beni tad-debitur tas-sentenza, din l-istess dispożizzjoni tista’ tinftiehem fis-sens li din teskludi l-inverżjoni tal-persuna suġġetta għall-VAT fil-każijiet kollha ta’ trasferiment ta’ beni immobbli minn debitur iddikjarat insolventi minħabba raġunijiet ta’ opportunità, fl-interess tal-kredituri u mhux relatat ma’ kwalunkwe proċedura ta’ likwidazzjoni globali tal-beni tiegħu, b’tali mod li għandha titwarrab l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li wessgħet il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 fir-rigward ta’ każijiet li din id-dispożizzjoni ma tipprevedix?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Marzu 2012 — Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg

(Kawża C-129/12)

2012/C 174/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Magdeburger Mühlenwerke GmbH

Konvenuta: Finanzamt Magdeburg

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/183/KE, tal-20 ta’ Mejju 1998, dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tat-trasformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli li tista’ tingħata fil-Ġermanja abbażi ta’ skemi ta’ għajnuna eżistenti għal għan reġjonali (1) tat lil-leġiżlatur Ġermaniż marġni ta’ diskrezzjoni, għall-finijiet tal-formulazzjoni tal-punt 4 tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tal-Liġi dwar għotjiet ta’ investiment (Investitionszulagengesetz 1996) kif emendata bil-Liġi dwar l-eżenzjonijiet fiskali (Steuerentlastungsgesetzes 1999) tad-19 ta’ Diċembru 1998, b’tali mod li dan il-marġni ta’ diskrezzjoni jkopri skema li tiffavorixxi l-investimenti koperti minn din l-iskema, li fir-rigward tagħhom id-deċiżjoni definittiva ta’ investiment ittieħdet qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew qabel il-pubblikazzjoni fil-Bundessteuerblatt (BStBL) tal-miżuri proposti, filwaqt li l-provvista tal-oġġetti kapitali kif ukoll id-determinazzjoni u l-ħlas tal-għotja jsiru wara?


(1)  C(1998) 1712 (ĠU 1999, L 60, p. 61).


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-19 ta’ Marzu 2012 — Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona vs Generalidad de Cataluña

(Kawża C-139/12)

2012/C 174/24

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona.

Konvenut: Generalidad de Cataluña.

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/388 (1), tas-17 ta’ Mejju 1977 (attwalment id-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006), timponi, fl-Artikolu 13B(d)(5) tagħha, l-issuġġettar għall-VAT, mingħajr eżenzjoni, tal-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ azzjonijiet imwettaq minn persuna taxxabbli, li jinvolvu l-akkwist tal-proprjetà ta’ beni immobbli, fid-dawl tal-eċċezzjoni li din tipprevedi fir-rigward tas-sigurtajiet li l-pussess tagħhom jiżgura de jure jew de facto l-għoti fi proprjetà jew fi użufrutt ta’ beni immobbli jew ta’ parti minn beni immobbli?

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/388, tas-17 ta’ Mejju 1977, tippermetti l-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet, bħall-Artikolu 108 tal-Liġi Spanjola 24/1988 dwar is-suq tat-titoli, li tissuġġetta l-akkwist tal-maġġoranza tal-kapital tal-kumpannija, li l-attiv tagħha huwa essenzjalment magħmul minn immobbli, għal taxxa indiretta separata mill-VAT, imsejħa “taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali”, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-eventwali status ta’ impriża tal-parteċipanti fl-operazzjoni u, għaldaqstant, mingħajr ma jiġi eskluż il-każ fejn, kieku kien hemm trasferiment dirett ta’ immobbli u mhux ta’ azzjonijiet, l-operazzjoni kienet tkun suġġetta għall-VAT?

(3)

Dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 108 tal-Liġi Spanjola dwar is-suq tat-titoli, tat-28 ta’ Lulju 1988, kif emendata bit-tnax-il dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 18/1991, li tintaxxa l-akkwist tal-maġġoranza tal-kapital ta’ kumpanniji, li l-attiv tagħhom huwa essenzjalment magħmul minn beni immobbli li jinsabu fi Spanja, mingħajr ma tippermetti li tiġi prodotta l-prova li l-kumpannija li jittieħed il-kontroll tagħha teżerċità attività ekonomika, hija kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 43 TKE (attwalment l-Artikolu 49 TFUE) u mal-moviment liberu tal-kapital previst fl-Artikolu 56 TKE (attwalment l-Artikolu 63 TFUE)?


(1)  tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/16


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-151/12)

2012/C 174/25

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u B. Simon, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, f’dak li jikkonċerna l-baċini tax-xmara intra-Komunitarji tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2) u s-Sezzjonijiet 1.3 u 1.4 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1)

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60 indikati fit-talbiet tar-rikors, twettqet b’mod żbaljat mir-Renju ta’ Spanja, peress li l-leġiżlazzjoni Spanjola tapplika biss għall-baċini tax-xmara inter-Komunitarji fi Spanja. Konsegwentement, it-traspożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma saritx fl-ordinament ġuridiku Spanjol għal dak li jikkonċerna l-baċini intra-Komunitarji (li l-ilma tagħhom jgħaddi ġewwa Komunità Awtonoma).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/17


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-152/12)

2012/C 174/26

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Vasileva u H. Støvlbæk)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 7(3) u 8(1) tad-Direttiva 2001/14/KE (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rikors tagħha tas-16 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni” titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkonstata li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 7(3) u 8(1) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li s-sistema ta’ tariffar tal-amministratur tal-infrastruttura fil-Bulgarija ma hijiex ibbażata fuq l-ispiża direttament imputabbli fuq l-operat tas-servizz ferrovjarju, skont l-Artkolu 7(3) tad-Direttiva 2001/14/KE. Barra minn hekk, il-Bulgarija ma ddikjaratx li hija bbażat il-piżijiet tagħha fuq sistema intiża sabiex titħallas l-ispiża totali, skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva ċċitata iktar ’il fuq. Għalhekk, il-Bulgarija għandha, fi kwalunkwe każ, tagħmel mod li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija f’dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni ssostni l-argumenti prinċipali segwenti:

(1)

Il-kunċett ta’ spiża direttament imputabbli fuq l-operat tas-servizz ferrovjarju għandu jinftiehem bħala l-ispiża marġinali direttament imputabbli fuq l-użu reali tal-infrastruttura ferrovjarja, imsejħa wkoll “spiża diretta” imputabbli fuq servizz ferrovjarju partikolari. Konsegwentement, din l-ispiża tvarja skont l-użu jew in-nuqqas ta’ użu tal-infrastruttura ferrovjarja. Bl-istess loġika, l-ispiża akkumulata b’mod indipendenti mill-użu reali tal-infrastruttura ferrovjarja ma tistax titqies bħala spiża diretta, minkejja li din tkun marbuta ma’ attivitajiet jew ma’ merkanzija essenzjali għall-finijet taċ-ċirkulazzjoni tal-ferroviji fuq ċerti linji. Din l-ispiża hija kostanti, fis-sens li hija takkumula anki meta ma jsir ebda użu mill-infrastruttura ferrovjarja.

(2)

Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-formulazzjoni tal-Artikolu 7(3), li jirrigwarda l-ispiża “direttament involuta bħala riżultat ta’ l-operazzjoni tas-servizz tal-ferrrovija [direttament imputabbli fuq l-operat tas-servizz ferrovjarju]”. L-ispiża kostanti marbuta man-netwerk ferrovjarju kollu ma hijiex “direttament involuta [imputabbli]” fuq l-operat ta’ servizz ferrovjarju partikolari. Għaldaqstant, il-frażi “direttament involuta [imputabbli]” jikkaratterizza l-ispiża addizzjonali relattiva għall-operat ta’ servizz ferrovjarju partikolari. L-interpretazzjoni ċċitata iktar ’il fuq hija wkoll ikkorroborata mill-qari kuntestwali tal-Artikolu 7(3). L-Artikolu 7 jistabbilixxi l-prinċipji ta’ tariffar, filwaqt li l-Artikolu 8 isemmi l-eċċezzjonijiet potenzjali għal dawn il-prinċipji. L-Artikolu 8(1) jinvoka l-fatt li “(…) ikun hemm irkupru sħiħ ta’ l-ispejjeż magħmula mill-amministratur ta’ l-infrastruttura (…)”, li jfisser li l-ispiża li l-Artikolu 7(3) jikkonċerna ma tistax tkun l-ispiża finali tal-amministratur tal-infrastruttura, iżda din hija l-ispiża direttament imputabbli fuq l-operat ta’ servizz ferrovjarju partikolari, jiġifieri spiża iktar baxxa mill-ispiża finali. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mis-seba’ premessa tad-Direttiva 2001/14/KE, liema premessa tinkoraġġixxi l-użu ottimali tal-infrastruttura ferrovjarja mill-ikbar numru ta’ utenti possibbli, li timplika tariffar ftit li xejn elevat.

(3)

Il-Kummissjoni tqis li l-amministratur tal-infrastruttura għandu jqiegħed l-infrastruttura għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi ferrovjarji, bit-tariffi tiegħu stess, u li dawn tal-aħħar għandhom iħallsu piżijiet li jikkorrispondu għall-ispiża diretta. Din tiġi spjegata mill-bżonn li l-infrastruttura ferrovjarja ssir iktar attraenti sabiex tintuża minn numru kbir ta’ trasportaturi ferrovjarji u sabiex dan l-użu jiġi ottimizzat minn kull wieħed minn dawn tal-aħħar. L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2001/14/KE jista’ jintuża biss meta l-kundizzjonijiet imsemmija fih huma ssodisfati, jiġifieri: għat-taqsimiet kollha tas-suq li għalihom l-amministratur tal-infrastruttura fi ħsiebu jiġbor mark-ups, dan l-amministratur għandu qabelxejn jivverifika jekk l-imsemmija taqsimiet jifilħux tali mark-ups. Din l-interpretzzjoni tirriżulta mill-formulazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) — “(…) jekk is-suq jiflaħ dan (…)” —, kif ukoll mill-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2), li hija din li ġejja: “(…) l-livell tal-piżijiet m’għandux jeskludi l-użu ta’ infrastruttura minn taqsimiet tas-suq li jistgħu iħallsu għall-inqas l-ispejjeż magħmula direttament b’riżultat ta’ l-operazzjoni tas-servizz tal-ferrovija (…)”.

(4)

L-analiżi kompleta tal-ispiża u tal-piżijiet tal-amministratur Bulgaru tal-infrastruttura għas-snin 2005 sa 2008 juri li 60 sa 70 % tal-ispiża operazzjonali diretta kkalkulata fil-Bulgarija hija bbażata fuq elementi kostanti, b’mod iktar partikolari fuq is-salarji u l-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kummissjoni waslet għall-konkużjoni li din l-ispiża ma tistax titqies bħala spiża diretta fis-sens tal-Artikolu 7(3) peress li din ma tvarjax fil-każ ta’ operat ta’ servizzi ferrovjarji. Konsegwentement, id-dħulijiet mill-piżijiet ta’ użu tal-infrastruttura huma ħafna iktar għolja milli t-total tal-ispiża operazzjonali diretta. Minn dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li fil-Bulgarija, il-piżijiet ma humiex stabbiliti esklużivament abbażi tal-ispiża direttament imputabbli fuq l-operat ta’ servizzi ferrovjarji.

(5)

Abbażi tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta lilha, il-Kummissjoni kkonstatat li l-metodu applikat mill-Bulgarija f’dak li jirrigwarda t-tariffar tal-infrastruttura tal-ferroviji ma għandu ebda rabta manifesta mal-analiżi tal-ispiża diretta fis-sens tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2001/14/KE.


(1)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fid-29 ta’ Marzu 2012 — Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

(Kawża C-154/12)

2012/C 174/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken

Konvenut: Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

Domanda preliminari

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), li issa huwa l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (2), billi jimponi fuq is-settur “zokkor-pitravi” taxxa ta’ EUR 12 għal kull tunnellata ta’ zokkor li jaqa’ fil-kwota, huwa invalidu:

sa fejn il-bażi legali użata mil-leġiżlatur għall-introduzzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija t-tielet paragrafu tal-ex Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, li issa huwa l-Artikolu 43(2) tat-Trattat FUE;

sa fejn il-leġiżlatur, li ġġustifika t-taxxa bħala miżura intiża sabiex tiffinanzja l-ispejjeż tal-“OKS taz-zokkor” filwaqt li fil-verità hija tiffinanzja l-għajnuna diretta u/jew hija intiża sabiex tippreżerva n-newtralità baġitarja tar-riforma “Zokkor 2006”, ma jurix b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament għall-introduzzjoni tat-taxxa bħal kif inhu meħtieġ mill-Artikolu 296 tat-Trattat FUE (ex Artikolu 253 tat-Trattat KE);

sa fejn, peress li l-industrija “zokkor-pitravi” hija l-uniku settur li fuqu ġiet imposta tali taxxa li tikkontribwixxi għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, it-taxxa għandha titqies li hija diskriminatorja kemm bejn dawk li jkabbru l-ħxejjex li żammew il-produzzjoni tal-pitravi u dawk li waqqfu minn din il-produzzjoni, kif ukoll bejn l-industrija “zokkor-pitravi” u kull settur agrikolu jew mhux agrikolu ieħor;

sa fejn it-taxxa għandha titqies li tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi la hija xierqa, la hija neċessarja għall-finanzjament tal-ispejjeż fl-“OKS taz-zokkor”, u lanqas ma hija proporzjonata meta mqabbla mal-ispejjeż reali u mal-prospettivi ta’ spejjeż fl-“OKS taz-zokkor”?


(1)  ĠU L 58, p. 1.

(2)  ĠU L 299, p. 1.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/18


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-158/12)

2012/C 174/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova, K. Mifsud-Bonnici, agenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tiddikjara li, billi ma ħarġitx il-permessi skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE (1) jew, kif xieraq, billi ma kkunsidratx mill-ġdid, u, fejn meħtieġ, billi ma aġġornatx il-kundizzjonijiet tal-permessi, fir-rigward ta’ 13-il faċilità eżistenti għat-trobbija tal-majjali u għat-trobbija tat-tjur fl-Irlanda, u b’hekk naqset li tiżgura li dawn il-faċilitajiet eżistenti joperaw skont l-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(1) u (b) u Artikolu 15(2) tad-Direttiva IPPC sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva IPCC.

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva IPPC, l-Istati Membri kienu obbligati li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew joħorġu l-permessi skont l-Artikoli 6 u 8 jew, kif xieraq, jerġgħu jikkunsidraw u, fejn meħtieġ, jaġġornaw il-kundizzjonijiet tal-permess eżistenti sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007.

Mill-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-faċilitajiet eżistenti għat-trobbija tal-majjali u għat-trobbija tat-tjur fl-Irlanda għadhom joperaw mingħajr ebda permess IPPC u għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Irlanda naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva.


(1)  Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż

ĠU L 24, p. 8.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ April 2012 — Peter Pinckney vs KDG médiatech AG

(Kawża C-170/12)

2012/C 174/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Pinckney

Konvenuta: KDG médiatech AG

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li f’każ ta’ allegat ksur tad-drittijiet tal-awtur imwettaq permezz ta’ kontenut impoġġi fuq l-internet f’sit tal-internet,

il-persuna li tqis li ġarrbet ksur għandha l-għażla li tressaq azzjoni għad-danni quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru fit-territorju li fih kontenut impoġġi fuq l-internet huwa jew kien aċċessibbli, bil-għan li jinkiseb kumpens għas-sempliċi dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha qed titressaq il-kawża,

jew

huwa barra minn hekk meħtieġ li dawn il-kontenuti jkunu jew kienu destinati lill-pubbliku li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, jew għandu jkun hemm rabta oħra ċara?

(2)

Għandha tingħata l-istess risposta għad-domanda 1) jekk l-allegat ksur għad-drittijiet tal-awtur jirriżulta mhux mit-tpoġġija fuq l-internet ta’ kontenut żmaterjalizzat, iżda, bħal fil-każ preżenti, mit-tpoġġija fuq l-internet ta’ mezz materjali li jirriproduċi dan il-kontenut?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/19


Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2012 minn Carrols Corp kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-291/09 — Carrols Corp. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Giulio Gambettola

(Kawża C-171/12)

2012/C 174/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Carrols Corp. (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Giulio Gambettola

Talbiet tal-appellanti

tannulla totalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-291/09 tal-1 ta’ Frar 2012;

tilqa’ t-talbiet kollha mressqa fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u l-ġurisprudenza li tinterpretaha

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li “fir-rigward tal-identità tas-sinjali inkwistjoni, hija ma ppruvatx il-mala fide tal-intervenjent fin-nuqqas ta’ kull prova oħra rilevanti”.

Fil-fatt, fis-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli, (C-529/07, Ġabra p. I-4893), ġie enfasizzat li “l-eżistenza tal-mala fide tal-applikant […] għandha tiġi evalwata globalment, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti tal-każ ineżami” (punt 37 tas-sentenza). Madankollu, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat analizzat kull fatt b’mod individwali u iżolat u naqset milli tieħu perspettiva globali, u żiedet b’mod inġustifikat l-oneru tal-prova fuq l-appellanti, bi ksur tad-dritt tagħha ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (Il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2012 — Yvon Welte vs Finanzamt Velbert

(Kawża C-181/12)

2012/C 174/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yvon Welte

Konvenut: Finanzamt Velbert

Domanda preliminari

L-Artikoli 56 u 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema speċifika tad-drittijiet ta’ suċċessjoni ta’ Stat Membru, li tipprovdi għal allowance ta’ EUR 2 000 biss fil-każ fejn persuni li ma humiex residenti jiksbu, fir-rigward ta’ suċċessjoni ta’ persuna mhux residenti, art li tinsab f’dan l-Istat Membru, filwaqt li l-allowance tkun ta’ EUR 500 000 fir-rigward ta’ din is-suċċessjoni jekk il-mejjet jew il-benefiċjarju kien jirrisjedi fl-Istat Membru inkwistjoni meta seħħ il-mewt?


Il-Qorti Ġenerali

16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2012 — Conceria Kara vs UASI — Dima (KARRA)

(Kawża T-270/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KARRA - Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti Kara - Isem korporattiv Conceria Kara Srl u isem kummerċjali Kara - Raġunijiet relattivi għal rifjut - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Mala fide)

2012/C 174/32

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Conceria Kara Srl (Trezzano sul Naviglio, l-Italja) (rappreżentant: P. Picciolini, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dima — Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti (Istanbul, it-Turkija)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal- UASI, tad-29 ta’ Marzu 2010, (Każ R 1172/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Conceria Kara Srl u Dima — Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Concerta Kara Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2012 — Universal Display vs UASI (UniversalPHOLED)

(Kawża T-435/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UniversalPHOLED - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7, (1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 174/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Display Corp. (Ewing, New Jersey, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u C. Lehr, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Mejju 2011 (Każ R 215/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali UniversalPHOLED bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Universal Display Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2012 — de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-40/07 P-REV u T-62/07 P-REV) (1)

(Proċeduri - Talba għal reviżjoni - Fatt ġdid - Assenza - Inammissibbiltà)

2012/C 174/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: José António de Brito Sequeira Carvalho (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Boury, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għal reviżjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2009, de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs de Brito Sequeira Carvalho (T-40/07 P u T-62/07 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal reviżjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 82, 14.04.2007.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — El Fatmi vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-76/07, T-362/07 u T-409/08) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Tħassir tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għall-annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 174/35

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Nouriddin El Fatmi (Vught, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. Pulles u A. M. van Eik (Kawżi T-76/07, T-362/07 u T-409/08), J. Pauw (Kawżi T-76/07 u T-362/07) u M. Uiterwaal (T-76/07), avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. J. Van Hegelsom u E. Finnegan (T-76/07 u T-362/07), sussegwentement B. Driessen u E. Finnegan (T-76/07, T-362/07 u T-409/08), aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment C. Wissels, M. de Mol u Y. de Vries, kif ukoll M. de Grave (Kawża T-76/07), sussegwentement C. Wissels, M. Bulterman u J. Langer, aġenti]; u l-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: S. Boelaert u P. van Nuffel, kif ukoll, inizjalment, J. Aquilina (Kawża T-76/07), aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1008/KE, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 200M, p. 532), issostitwita suċċessivament bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 169, p. 58), 2007/868/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 340, p. 100), 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 188, p. 21), 2009/62/KE, tas-26 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 23, p. 25), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009, tal-15 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 151, p. 14), ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1285/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 346, p. 39), (UE) Nru 610/2010, tat-12 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 178, p. 1), (UE) Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 28, p. 14), u (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 188, p. 2), sa fejn isem ir-rikorrenti jidher fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18 Vol. 1, p. 207).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 117, 26.05.2007.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2012 — Pachtitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-374/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex tinkiseb kopja tal-mistoqsijiet u tat-tweġibiet għat-testijiet ta’ aċċess - Nuqqas ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Rinviju lit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku)

2012/C 174/36

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Pachtitis (Ateni, Il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment P. Giatagantzidis u V. Niagkou, sussegwentement P. Giatagantzidis u S. Stavropoulou, sussegwentement P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u I. Chatzigiannis, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: H. Hijmans, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tas-27 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad t-talba tar-rikorrent sabiex jikseb aċċess għall-mistoqsijiet li kienu sarulu fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/77/06, għat-tweġibiet li kien ta għal dawn il-mistoqsijiet u għall-lista ta’ tweġibiet korretti għall-imsemmija mistoqsijiet u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut tat-talba konfermattiva, li r-rikorrent kien ippreżenta quddiem l-EPSO fl-10 ta’ Lulju 2007.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawża T-374/07 hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Alstom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-517/09) (1)

(Kompetizzjoni - Suq tat-transformers tal-elettriku - Deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni - Rifjut ta’ aċċettazzjoni tal-istabbiliment ta’ garanzija bankarja bħala forma ta’ kopertura temporanja tal-multa - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 174/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alstom (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, N. von Lingen u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Min-naħa waħda, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 — Transformers tal-Elettriku), li jimponu multa fuq ir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Diċembru 2009, li tiċħad garanzija bankarja, bħala mezz ta’ rkupru temporanju ta’ din il-multa.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Diċembru 2009, li tiċħad garanzija bankarja, bħala forma ta’ kopertura temporanja tal-multa imposta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 — Transformers tal-Elettriku).

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2012 — F91 Diddeléng et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għeluq ta’ ilment - Nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

2012/C 174/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: F91 Diddeléng (Dudelange, il-Lussemburgu); Julien Bonnetaud (Yutz, Franza); Thomas Gruszczynski (Amnéville, Franza); Rainer Hauck (Maxdorf, il-Ġermanja); Stéphane Martine (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu); Grégory Molnar (Moyeuvre-Grande, Franza); u Yann Thibout (Algrange, Franza) (rappreżentanti: L. Misson, C. Delrée u G. Ernes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u P. Van Nuffel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Fédération Luxembourgeoise de Football (FLF) (Mondercange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment K. Daly, solicitor, u D. Keane, SC, sussegwentement K. Daly)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2010 li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-Fédération Luxembourgeoise de Football (FLF), talba għall-annullament tar-regolamenti tal-FLF li jiksru l-Artikoli 39 KE u 81 KE kif wkoll talba intiża sabiex tiġi deċiża “kull sanzjoni neċessarja”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

F91 Diddeléng, Julien Bonnetaud, Thomas Gruszczynski, Rainer Hauck, Stéphane Martine, Grégory Molnar u Yann Thibout għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Fédération Luxembourgeoise de Football (FLF) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2012 — Hassan vs Il-Kunsill

(Kawża T-572/11 R II)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Talba ġdida - Fatti ġodda - Nuqqas - Inammissibbiltà)

2012/C 174/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Samir Hassan (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u M. Vitsentzatos, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji, b’mod partikulari, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżuri restrittivi li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta kontra s-Sirja, sa fejn dawn il-miżuri jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2012 — Ternavsky vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2012/C 174/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Anatoly Ternavsky (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Rapin u E. Van den Haute, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-punt 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95) u tal-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37)

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/24


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/12)

2012/C 174/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, J. Gstalter u J. Rossi, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9403 finali, tal-20 ta’ Diċembru 2011, li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lil France Télécom dwar ir-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat marbuta ma’ France Télécom [għajnuna mill-Istat Nru C 25/2008 (ex NN 23/2008)].

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, magħmul minn żewġ partijiet, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Ir-rikorrenti ssosnti li:

il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li t-tnaqqis tal-korrispettiv li kellu jitħallas lill-Istat minn France Télécom ma jeħlisx lil France Télécom mill-iżvantaġġ strutturali li batiet din l-impriża wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-1990 u li l-miżura tagħti vantaġġ lil din l-impriża;

sussidjarjament, il-Kummissjoni kkunsidrat, żbaljatament, li France Télécom ibbenefikat minn vantaġġ sa mill-1996 minħabba l-ħlas ta’ kontribuzzjoni f’somma f’daqqa eċċezzjonali minn din l-impriża.

(2)

It-tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE sa fejn il-Kummissjoni ssuġġettat il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni għall-osservanza tal-kundizzjoni imposti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata. Dan it-tieni motiv huwa magħmul minn żewġ partijiet.

Permezz tal-ewwel parti, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(3)(c) TFUE meta kkunsidrat li r-rata ta’ ekwità ta’ kompetizzjoni ma kinitx intlaħqet f’dan il-każ minħabba n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-riskji mhux komuni fil-kalkolu tal-korrispettiv imħallas minn France Télécom wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-1996.

Permezz tat-tieni parti, ir-rikorrenti ssostni, sussidjarjament, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(3)(c) meta rrifjutat li tevalwa l-insuffiċjenza tar-rata ta’ ekwità ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-ħlas ta’ kontribuzzjoni f’somma f’daqqa eċċezzjonali minn France Télécom u meta kkonkludiet li din l-impriża ma kinitx tqegħdet f’sitwazzjoni ta’ ekwivalenza kompleta mal-kompetituri tagħha sal-2043.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-Kummissjoni rrifjutat li tqis ir-rata ta’ 7 % bħala rata ta’ attwalizzazzjoni tal-kontribuzzjoni f’somma f’daqqa eċċezzjonali.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/25


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2012 — Deutsche Börse vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-175/12)

2012/C 174/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Börse AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Zschocke, J. Beninca u T. Schwarze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/M.6166 Deutsche Börse/NYSE Euronext tal-1 ta’ Frar 2012; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tevalwa sew r-restrizzjonijiet kompetittivi orizzontali li l-partijiet huma suġġetti għalihom, inkwantu l-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni tal-kummerċ ta’ derivattivi over-the-counter (“OTC”) u t-talba tagħha li r-restrizzjonijiet li l-partijiet allegatament jeżerċitaw fuq il-ħlasijiet ta’ skambju ta’ xulxin kienet ivvizzjata minn żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-partijiet jillimitaw lil xulxin permezz ta’ kompetizzjoni ta’ innovazzjoni hija manifestament żbaljata u l-analiżi tagħha tal-kompetizzjoni fost il-pjattaformi tal-kummerċ ma kinitx ibbażata fuq evidenza koerenti u konsistenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra b’mod xieraq ir-restrizzjonijiet min-naħa tad-domanda minħabba li naqset milli tanalizza u tevalwa r-rwol kruċjali tal-klijenti tal-partijiet fosthom hemm il-parteċipanti ewlenin ta’ kummerċ OTC, u li twettaq kull analiżi kwantitattiva.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjoni mill-konvenut tat-talbiet ta’ effiċjenzi tal-partijiet kienet ivvizzjata minn żbalji manifesti u ma kinitx sostnuta minn evidenza koerenti u konsistenti. Il-Kummissjoni aċċettat b’mod impreċiż biss xi wħud mill-effiċjenzi bħala verifikabbli, speċifiċi għall-għaqda u li x’aktarx direttament jibbenefikaw lill-klijenti, u b’mod żbaljat sostniet li ma kinux biżżejjed biex jikkontrobilanċjaw l-effetti kompetittivi tal-għaqda. Fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha ta’ kemm tfaddil kollaterali u l-benefiċċji tal-likwidità, il-Kummissjoni kisret id-dritt tal-partijiet li jinstemgħu billi bbażat ruħha fuq evidenza u argumenti introdotti wara s-seduta orali li fiha l-partijiet ma ngħatawx l-opportunità li jikkummentaw. It-teorija “rkupru” tal-Kummissjoni u l-evalwazzjoni tagħha tal-ispeċifiċità tal-għaqda tat-tfaddil kollaterali kienu bbażati fuq teoriji u rekwiżiti ġodda li ma humiex sostnuti mil-Linji Gwidi tal-Kummissjoni dwar Għaqdiet Orizzontali (1).

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tevalwa sew ir-rimedji offruti mill-partijiet. Iċ-ċaħda tal-impenn dwar il-ċessjoni sħiħa ta’ NYX (ir-rikorrent u NYSE Euronext) tikkoinċidi man-negozju tad-derivattivi ta’ ekwità waħda, inkluż iċ-ċessjoni tal-faċilità NYX’ BClear, li kien ibbażat fuq evidenza żbaljata. L-allegata “Relazzjoni reċiproka” bejn ekwità waħda u derivattivi ta’ indiċi ta’ ekwità ma teżistix, tikkontradixxi l-analiżi tad-definizzjoni tas-suq tal-Kummissjoni stess, u tqajmet bi ksur tad-dritt tad-difiża tal-partijiet. Iċ-ċaħda tar-rabta tal-liċenzjar tas-softwer tal-Kummissjoni hija vvizzjata bi żball u tikkontradixxi l-konklużjonijiet tagħha dwar il-kompetizzjoni tat-teknoloġija.


(1)  Linji ta’ gwida fuq l-istima jew kalkolu ta’ l-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 10)


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/25


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2012 — Bank Tejarat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-176/12)

2012/C 174/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Tejarat (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, u F. Zaiwalla, solicitors, D. Wyatt, QC u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-punt 2 tat-Tabella I.B. tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla l-punt 2 tat-Tabella I.B. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nruo54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 1), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla l-punt 105 tat-Tabella B tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tiddikjara li l-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK ma japplikax għar-rikorrent;

tiddikjara li l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 ma japplikax għar-rikorrent;

tiddikjara li l-annullament tal-punt 2 tat-Tabella I.B. tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nruo54/2012, kif ukoll tal-punt 105 tat-Tabella B tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 iseħħ b’effett immedjat; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq:

il-fatt li l-kriterji sostantivi ta’ inklużjoni għall-finijiet tal-miżuri kkontestati ma humiex sodisfatti fil-każ tar-rikorrent u li ma hemmx il-bażi ġuridika jew fattwali għal din l-inklużjoni; u/jew li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kien qiegħed jiddeċiedi jekk ġewx sodisfatti jew le l-kriterji; u

il-fatt li l-Kunsill inkluda lir-rikorrent abbażi ta’ provi insuffiċjenti sabiex jistabbilixxi li l-kriterji kienu ġew sodisfatti u b’hekk wettaq żball (ieħor) manifest ta’ evalwazzjoni, peress li r-rikorrent ma jissodisfa l-ebda waħda mill-ħames kriterji ta’ inklużjoni previsti fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012; u li l-Kunsill ma ta ebda prova għal kuntrarju.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq:

il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrent tikser id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tiegħu, inkluż id-dritt li jeżerċita l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu u li jkollu tgawdija paċifika tal-proprjetà tiegħu, u/jew tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq:

il-fatt li, fi kwalunkwe każ, l-Kunsill kiser il-forom proċedurali sostanzjali: (a) meta ma informax individwalment lir-rikorrent bl-inklużjoni tiegħu; (b) meta ma pprovdiex motivazzjoni suffiċjenti u xierqa; (c) meta ma rrispettax id-drittijiet tad-difiża u lanqas id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/26


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2012 — Spraylat vs ECHA

(Kawża T-177/12)

2012/C 174/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Spraylat GmbH (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Fischer, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-ispiża amministrattiva imposta fuqha mill-konvenuta fil-21 ta’ Frar 2012 (Fattura Nru 10030371) u lilha nnotifikata fil-21 ta’ Frar 2012;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob li d-Deċiżjoni SME(2012) 1445, tal-15 ta’ Frar 2012, tiġi annullata.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi:

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) u tar-Regolament (KE) Nru 340/2008 (2).

Ir-rikorrenti ssostni, kif stabbilit miż-żewġ regolamenti, li l-unika raġuni għalfejn tista’ tiġi imposta spiża amministrattiva taħt l-Artkolu 13(4) tar-Regolament Nru 340/2008 hija sabiex jiġu koperti l-ispejjeż sostnuti mill-ECHA meta tivverifika reġistrazzjoni skont id-daqs ta’ impriża, u li dan ma tteħidx inkunsiderazzjoni meta ġiet stabbilita l-ispiża amministrattiva skont id-deċiżjoni tal-kunsill amministrattiv tal-ECHA (MB/29/2010). Hija ssostni wkoll li ma huwiex possibbli li tiġi stabbilita l-ispiża amministrattiva li għandha titħallas abbażi tad-daqs ta’ impriża, peress li dan iwassal għal sitwazzjoni fejn impriżi li huma ikbar iħallsu l-parti sostanzjali tal-ispejjeż involuti fl-evalwazzjoni ta’ impriżi li huma iżgħar.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Skont dan il-prinċipju, l-impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva mill-konvenuta għandha tkun proporzjonali max-xogħol involut għall-konvenuta. Skont ir-rikorrenti, tqabbil tal-ħlas ta’ (EUR 20 700) max-xogħol amministrattiv involut għall-konvenuta, juri li dan ma huwiex il-każ.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-ispejjeż amministrattivi differenti imposti skont id-daqs ta’ impriża wkoll jikkostitwixxu inugwaljanza fit-trattament, li huwa illeċitu. Minbarra dan, bl-aġġustament tal-prattika amministrattiva tagħha, il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali, peress li kkunsidrat ir-rikorrenti b’mod differenti minn impriżi rreġistrati oħra, li l-konvenuta ppermettiet, wara li rċeviet numru ta’ reġistrazzjoni, li jagħmlu aġġustamenti għad-daqs tal-impriża rreġistrata sabiex jevitaw l-impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u d-dritt għal amministrazzjoni tajba.

Għalkemm il-konvenuta kienet taf li, fil-prattika, huwa diffiċli li jiġi kkomunikat id-daqs korrett ta’ impriża fid-dawl tar-reġistrazzjoni, hija ma pprovdietx l-opportunità lir-rikorrenti — bi ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba — li taġġusta l-figuri tagħha sabiex tevita ħlas tal-ispiża amministrattiva.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq delegazzjoni illeċita ta’ kompetenzi leġiżlattivi tal-konvenuta.

L-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 340/2008 jagħti lill-konvenuta s-setgħa li timponi spiża amministrattiva, mingħajr ma tispeċifika d-dettalji ta’ kif spiża għandha tiġi imposta jew, b’mod partikolari, kwalunkwe dettalji dwar l-ispeża nnifisha. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, dan jikkostitwixxi delegazzjoni illeċita ta’ kompetenzi leġiżlattivi lill-konvenuta.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16 ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107, p. 6).


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/27


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2012 — Khwanda vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-178/12)

2012/C 174/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mahran Khwanda (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: S. Jeffrey u S. Ashley, solicitors, D. Wyatt, QC u R. Blakeley, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-punt 22 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 19, p. 33), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla l-punt 22 tal-Anness tar-Regolament tal-Kunsill 55/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 19, p. 6) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tiddikjara li l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK (1) ma japplikawx għar-rikorrent;

tiddikjara li l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (2) ma japplikawx għar-rikorrent;

tiddikjara li l-annullament tal-punt 22 tal-anness tad-Deċiżjoni 2012/37/PESK u tal-punt 22 tal-anness tar-Regolament Nru 55/2012 iseħħ b’effett immedjat; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq:

il-fatt li il-kriterji sostantivi ta’ inklużjoni għall-finijiet tal-miżuri kkontestati ma humiex sodisfatti fil-każ tar-rikorrent peress li ma teżisti l-ebda bażi ġuridika jew fattwali li tiġġustifika l-inklużjoni tiegħu; kif ukoll li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dan ir-rigward; barra minn hekk, li l-Kunsill inkluda lir-rikorrent abbażi ta’ provi insuffiċjenti;

il-fatt li r-rikorrent ipprovda provi preċiżi u konkreti sabiex isaħħaħ l-argument tiegħu, u infatti ħa miżuri attivi sabiex iwaqqaf lill-forzi progovernamentali milli jkollhom aċċess għall-karozzi tal-linja tal-Kadmous Transport. Il-Kunsill, min-naħa l-oħra, naqas milli jipproduċi provi suffiċjenti sabiex jikkontesta dawn id-dikjarazzjonijiet.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq:

il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrent tikser id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-dritt tiegħu għall-ħajja privata u tal-familja, kif ukoll id-dritt għar-rispett tal-proprjeta’ tiegħu u/jew il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq:

il-fatt li, fi kwalunkwe każ, il-Kunsill kiser il-forom proċedurali sostanzjali a) meta ma informax individwalment lir-rikorrent bl-inklużjoni tiegħu; (b) meta ma pprovdiex motivazzjoni suffiċjenti u xierqa; (c) meta ma rrispettax id-drittijiet tad-difiża u lanqas id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


(1)  ĠU L 319, p. 56.

(2)  ĠU L 16, p. 1.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/28


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — Bateni vs Il-Kunsill

(Kawża T-181/12)

2012/C 174/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Naser Bateni (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle u M. Schlingmann, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, sa fejn huwa jikkonċernah;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv: ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent

Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill kiser id-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn huwa ma mmotivax suffiċjentement l-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrent fl-Anness IX tar-regolament ikkontestat.

Ir-rikorrent isostni wkoll li l-Kunsill kiser id-dritt tiegħu għal smigħ, meta ma tahx il-possibbiltà, prevista fl-Artikolu 46(3) u (4) tar-regolament ikkontestat, li jippreżenta osservazzjonijiet dwar l-inklużjoni fil-listi ta’ sanzjoni u b’hekk jitlob li l-Kunsill jagħmel eżami mill-ġdid.

(2)

It-tieni motiv: inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-listi ta’ sanzjoni infondata

Ir-rikorrent isostni li r-raġunijiet indikati mill-Kunsill għall-inklużjoni tiegħu fil-listi ta’ sanzjoni ma jispeċifikawx il-bażi legali li fuqha jistrieħ l-imsemmi Kunsill.

Attività eżerċitata mir-rikorrent biss sa Marzu tal-2008 ma tistax tiġġustifika l-inklużjoni tiegħu, f’Diċembru tal-2011, fil-listi ta’ sanzjoni.

Ir-rikorrent isostni li l-attività tiegħu bħala direttur ta’ Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) ma tiġġustifikax l-inklużjoni tiegħu fil-listi ta’ sanzjoni, b’mod partikolari għaliex il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1) sa fejn huwa kien jirreferi għal HTTS GmbH.

Skont ir-rikorrent, is-sempliċi fatt li huwa kien direttur ta’ kumpannija Ingliża li, sadattant, ġiet xolta, bl-ebda mod ma jippermetti li jiġi konkluż li kienet teżisti waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(2) tar-regolament ikkontestat għall-inklużjoni tar-rikorrent fil-listi ta’ sanzjoni.

(3)

It-tielet motiv: ksur tad-dritt fundamentali tar-rikorrent għar-rispett ta’ proprjetà

Ir-rikorrent isostni li l-inklużjoni tiegħu fil-listi ta’ sanzjoni tikser mingħajr ġustifikazzjoni d-dritt fundamentali tiegħu għall-proprjetà, peress li huwa ma jistax jifhem, minħabba l-motivazzjoni insuffiċjenti tal-Kunsill, għal liema raġunijiet huwa ġie inkluż mill-ġdid fil-lista tal-persuni ssanzjonati.

Ir-rikorrent iqis li l-inklużjoni tiegħu fil-listi ta’ sanzjoni ma hijiex, manifestament, xierqa sabiex tikseb l-għanijiet tar-regolament ikkontestat. Barra minn hekk, ir-rikorrent iqis li din l-inklużjoni tikkostitwixxi ndħil sproporzjonat fid-dritt tiegħu għall-proprjetà.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/29


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2012 — HTTS vs Il-Kunsill

(Kawża T-182/12)

2012/C 174/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle u M. Schlingmann, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, sa fejn huwa jikkonċernaha;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv: ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill kiser id-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn huwa ma mmotivax suffiċjentement l-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni, korpi u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi skont l-Artikolu 23 tar-regolament ikkontestat.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kunsill kiser id-dritt għal smigħ tagħha, sa fejn hija ma kellhiex l-okkażjoni tesprimi l-fehma tagħha qabel ma ġiet inkluża mill-ġdid fil-listi ta’ sanzjoni u għalhekk ma setgħetx tinċita lill-Kunsill sabiex dan jirrevedi l-lista.

(2)

It-tieni motiv: inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrenti fil-listi ta’ sanzjoni infondata

Ir-rikorrenti ssostni li l-motivi mressqa mill-Kunsill ma jiġġustifikawx l-inklużjoni tagħha mill-ġdid fil-listi ta’ sanzjoni, u huma, fil-kontenut tagħhom, foloz. Ir-rikorrenti tgħid, b’mod partikolari, li ma hijiex taħt il-kontroll ta’ IRISL.

Skont ir-rikorrenti, l-inklużjoni tagħha fil-listi ta’ sanzjoni hija bbażata fuq evalwazzjoni manifestament żbaljata, magħmula mill-Kunsill, tas-sitwazzjoni u tal-attivitajiet tagħha.

(3)

It-tielet motiv: ksur tad-dritt fundamentali tar-rikorrenti għar-rispett ta’ proprjetà

Ir-rikorrenti ssostni li l-inklużjoni tagħha mill-ġdid fil-listi ta’ sanzjoni tikser mingħajr ġustifikazzjoni d-dritt fundamentali tagħha għall-proprjetà, peress li hija ma tistax tifhem, minħabba l-motivazzjoni insuffiċjenti tal-Kunsill, għal liema raġunijiet hija ġiet inkluża mill-ġdid fil-lista tal-persuni ssanzjonati.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li l-inklużjoni tagħha fil-listi ta’ sanzjoni tikser mingħajr ġustifikazzjoni d-drittijiet tagħha ta’ proprjetà u li ma hijiex, manifestament, xierqa sabiex tilħaq l-għanijiet tar-regolament ikkontestat. F’kull każ, ir-rikorrenti tqis li l-inklużjoni tagħha tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2012 — HUK-Coburg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-185/12)

2012/C 174/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HUK-Coburg Haftpflicht-Unterstützungs-Kasse kraftfahrender Beamter Deutschlands a.G. in Coburg (Coburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Birnstiel, H. Heinrich u A. Meier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Frar 2012, li ċaħdet l-applikazzjoni tar-rikorrenti ta’ aċċess għal ċerti dokumenti fi proċeduri dwar akkordji (COMP/39.125 — Carglass);

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv: nuqqas ta’ eżami ta’ dokumenti individwali li saret applikazzjoni għalihom

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ma kinitx ibbażata fuq evalwazzjoni konkreta u individwali ta’ kull dokument individwali. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq kunsiderazzjoni żbaljata fid-dritt, li f’din il-kawża hemm preżunzjoni ġenerali li għandha tiġi applikata eċċezzjoni.

(2)

It-tieni motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, immotivat iċ-ċaħda totali tagħha tal-applikazzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ evalwazzjonijiet ġenerali, u, għaldaqstant, fuq raġunijiet insuffiċjenti. Fil-fehma tar-rikorrenti, dan huwa ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, konsegwentement, nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali.

(3)

It-tielet motiv: żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-ewwel u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1)

Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-eċċezzjonijiet elenkati fl-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienu żbaljati fil-liġi. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tiċħad li tirrikonoxxi li hemm relazzjoni bejn ir-regola u l-eċċezzjonijiet u tibbaża fuq interpretazzjoni estensiva wisq ta’ “ħarsien ta’ investigazzjoni” u tal-kunċett ta’ “interessi kummerċjali”.

(4)

Ir-raba’ motiv: nuqqas ta’ kunsiderazzjoni li l-implementazzjoni tad-dritt ta’ kartell, li huwa dritt privat, tikkostitwixxi interess pubbliku prevalenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni, meta ma żvelatax id-dokumenti li għalihom saret applikazzjoni, b’mod żbaljat ċaħdet interess pubbliku prevalenti. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra, meta tibbilanċja l-interessi fl-iżvelar tad-dokumenti, li l-implementazzjoni tad-dritt ta’ kartell, li huwa ta’ natura ta’ dritt privat, tikkostitwixxi wkoll interess pubbliku prevalenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/31


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-126/11)

2012/C 174/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Boury, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra safejn din timponi sanzjoni dixxiplinari fil-forma ta’ ċanfira fir-rigward tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-Deċiżjoni AIPN CMS 10/038 li timponi sanzjoni ta’ ċanfira fir-rigward tar-rikorrent, kif ukoll id-Deċiżjoni AIPN Nru R/393/11 li kkonfermat l-ewwel waħda;

jikkonstata li s-sanzjoni ta’ ċanfira li ġiet imposta mill-Awtorità tal-Ħatra fir-rigward tar-rikorrent mingħajr il-produzzjoni ta’ provi validi ta’ atti ta’ fastidju allegatament imwettqa minnu u mingħajr investigazzjoni indipendenti, imparzjali u ekwa li tippermetti li tiġi stabbilita r-realtà u l-verità tal-allegati atti ta’ fastidju li twettqu mir-rikorrenti fil-konfront tal-kollega tiegħu, hija sanzjoni diskrezzjonali li tikkostitwixxi att ta’ diskriminazzjoni min-naħa tal-Awtorità tal-Ħatra fil-konfront tar-rikorrent;

jikkonstata li matul dan il-każ ir-rikorrent ssubixxa preġudizzji morali u materjali serji u li, minħabba dan il-fatt, għandu dritt jikseb kumpens għall-dawk l-istess preġudizzji. Dawk il-preġudizzji għandhom jiġu evalwati skont kriterji li għandhom jiġu stabbiliti mit-Tribunal;

jikkonstata li, b’mod partikolari, matul dan il-każ u preċedentement, ir-rikorrent safa’ vittma ta’ ksur gravi tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, tad-drittijiet li jirriżultaw mit-Trattati, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u li, minħabba dan il-fatt, għandu dritt jikseb kumpens għall-dak l-istess ksur, li għandu jiġi evalwat mit-Tribunal.


16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/12)

2012/C 174/50

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent, l-ewwel nett, sabiex titħassar sentenza mir-rapport mediku datat it-28 ta’ Frar 2008, it-tieni nett, sabiex jintbagħat l-imsemmi rapport ikkoreġut f’dan is-sens lit-tabib magħżul mir-rikorrent, u t-tielet nett, sabiex titħassar, b’mod ġenerali, mill-fajl tal-inċident fuq ix-xogħol tar-rikorrent, kull informazzjoni li tikkonċerna l-fatt, liema fatt ir-rikorrent jallega li ma huwiex minnu, li t-trab li r-rikorrent kellu kuntatt miegħu finalment irriżulta li kienu trabijiet bojod ta’ kopja ta’ ġurnal li r-rikorrent kien abbonat għalih.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent magħmula fit-23 ta’ Diċembru 2010;

quatenus oportet, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-10 ta’ Lulju 2011 mid-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talbiet tar-rikorrent magħmula fit-23 ta’ Diċembru 2010;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.