ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2012.169.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 169E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
15 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2010–2011
Dati tas-seduti: 14–16 ta' Diċembru 2010
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 93 E, 25.3.2011.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010

2012/C 169E/01

Regolamentazzjoni tal-kummerċ ta’ strumenti finanzjarji – dark pools eċċ.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni regolazzjoni ta’ kummerċ fi strumenti finanzjarji – dark pools eċċ. (2010/2075(INI))

1

2012/C 169E/02

It-Tisħiħ tas-Sigurtà Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ Azzjoni CBRN (2010/2114(INI))

8

2012/C 169E/03

Governanza tajba u politika reġjonali tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta1-14 ta’ Diċembru 2010 dwar governanza tajba fir-rigward tal-politika reġjonali tal-UE: proċeduri ta’ assistenza u kontroll mill-Kummissjoni Ewropea (2009/2231(INI))

23

2012/C 169E/04

Koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ksib ta’ koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika vera fi ħdan l-UE - kundizzjoni sine qua non għall-kompetittività dinjija? (2009/2233(INI))

29

 

L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010

2012/C 169E/05

Preżentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2011
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2011

37

2012/C 169E/06

Il-futur tas-sħubija strateġika UE-Afrika wara it-tielet Summit UE-Afrika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-futur tas-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Afrika wara t-Tielet Samit bejn l-UE u l-Afrika

45

2012/C 169E/07

Id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) - Implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2009/2161 (INI))

49

2012/C 169E/08

L-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar l-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur (2010/2052(INI))

58

2012/C 169E/09

Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (2010/2107(INI))

66

 

Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010

2012/C 169E/10

Id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja fl-2009 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (2010/2202(INI))

81

2012/C 169E/11

Strateġija ġdida għall-Afganistan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan (2009/2217(INI))

108

2012/C 169E/12

L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kriżi permanenti biex jissalvagwardja l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro

122

2012/C 169E/13

Is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

126

2012/C 169E/14

Il-benessri tat-tiġieġ tal-bajd
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-industrija tat-tiġieġ tal-bajd tal-UE: il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ batteriji ta’ gaġeġ mill-2012

129

2012/C 169E/15

Malażja: il-prattika tas-swat bil-qasba
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar il-Malasja: il-prattika tas-swat bil-qasba

132

2012/C 169E/16

Uganda: l-Abbozz ta’ liġi Bahati u d-diskriminazzjoni kontra l-popolazzjoni LGBT
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-Uganda: l-hekk imsejjaħ Abbozz ta’ Liġi Bahati u d-diskriminazzjoni kontra l-popolazzjoni LGBT

134

2012/C 169E/17

Refuġjati Eritrej miżmuma ostaġġi fis-Sinaj
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-rifuġjati Eritrej miżmuma ostaġġi minn traffikanti tal-bnedmin fis-Sinaj

136

2012/C 169E/18

Appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar

137

2012/C 169E/19

Appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari

138

2012/C 169E/20

L-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar

139

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010

2012/C 169E/21

Kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar it-twaqqif ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE (2010/2096(INI))

140

 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010

2012/C 169E/22

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Portugall - għargħar; Franza - Xynthia (maltempata)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0578 – C7-0323/2010 – 2010/2237(BUD))

145

ANNESS

146

2012/C 169E/23

Abbozz ta’ baġit emendatorju nru 9/2010: Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (għargħar fil-Portugall - Xynthia (tempesta), Franza) - Irkupru ekonomiku: Netwerk Ewropew ta’ Turbini tar-Riħ fil-Baħar
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17633/2010 – C7-0409/2010 – 2010/2238(BUD))

147

2012/C 169E/24

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: SI/Mura, Slovenja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/014 SI/Mura mis-Slovenja) (COM(2010)0582 – C7-0334/2010 – 2010/2243(BUD))

148

ANNESS

150

2012/C 169E/25

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Heidelberger Druckmaschinen AG/Ġermanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(applikazzjoni FEAG/2010/018 DE/Heidelberger Druckmaschinen mill-Ġermanja) (COM(2010)0568 – C7-0332/2010 – 2010/2241(BUD))

151

ANNESS

153

2012/C 169E/26

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Wielkopolskie Automotive mill-Polonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/004 PL/Wielkopolskie Automotive mressqa mill-Polonja) (COM(2010)0616 – C7-0347/2010 – 2010/2253(BUD))

154

ANNESS

156

2012/C 169E/27

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Kummerċ bl-imnut f'Aragona/Spanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/016 ES/Aragón Retail trade from Spain) (COM(2010)0615 – C7-0346/2010 – 2010/2252(BUD))

157

ANNESS

159

2012/C 169E/28

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Comunidad Valenciana - Tessuti/Spanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti tal-Comunidad Valenciana minn Spanja) (COM(2010)0613 – C7-0345/2010 – 2010/2251(BUD))

160

ANNESS

162

2012/C 169E/29

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Comunidad Valenciana - Ġebla naturali/Spanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/005 ES/Ġebla Naturali tal-Comunidad Valenciana minn Spanja) (COM(2010)0617 – C7-0344/2010 – 2010/2250(BUD))

163

ANNESS

165

2012/C 169E/30

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Lear/Spanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/023 ES/Lear minn Spanja)(COM(2010)0625 – C7-0360/2010 – 2010/2265(BUD))

166

ANNESS

168

2012/C 169E/31

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: H. Cegielski-Poznań mill-Polonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/006 PL/H. Cegielski-Poznań mill-Polonja) (COM(2010)0631 – C7-0361/2010 – 2010/2266(BUD))

169

ANNESS

171

2012/C 169E/32

Estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2003/109/KE għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali (COM(2007)0298 – C6-0196/2007 – 2007/0112(COD))

172

P7_TC1-COD(2007)0112Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali

173

2012/C 169E/33

Ftehim UE-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi (11324/2010 – C7-0391/2010 – 2010/0106(NLE))

173

2012/C 169E/34

Il-ħolqien ta’ netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament inkarigati bl-immigrazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni (COM(2009)0322 – C7-0055/2009 – 2009/0098(COD))

174

P7_TC1-COD(2009)0098Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni

175

2012/C 169E/35

L-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (00002/2010 – C7-0006/2010 – 2010/0802(COD))

175

P7_TC1-COD(2010)0802Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni

176

ANNESS I

190

ANNESS II

194

2012/C 169E/36

It-traffikar tal-bnedmin ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u l-protezzjoni tal-vittmi, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI (COM(2010)0095 – C7-0087/2010 – 2010/0065(COD))

196

P7_TC1-COD(2010)0065Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tagħha, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI

197

2012/C 169E/37

Ftehim UE-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (15507/2010 – C7-0392/2010 – 2010/0108(NLE))

197

 

L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010

2012/C 169E/38

Il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, għall-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u għall-Palestina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità (COM(2010)0760 – C7-0398/2010 – 2010/2293(BUD))

198

ANNESS

199

2012/C 169E/39

Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta’ Baġit ġdid 2011 kif modifikat mill-Kunsill
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, taqsimiet kollha, kif modifikat mill-Kunsill (17635/2010 - C7-0411/2010 – 2010/2290(BUD))

200

ANNESS

201

2012/C 169E/40

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Holland ICT/Olanda
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/012 NL/Noord Holland ICT mill-Olanda) (COM(2010)0685 – C7-0389/2010 – 2010/2279(BUD))

202

ANNESS

204

2012/C 169E/41

Koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal fis-seħħ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (COM(2010)0105 – C7-0315/2010 – 2010/0067(CNS))

205

2012/C 169E/42

Aġenziji li jiggradaw il-kreditu ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (COM(2010)0289 – C7-0143/2010 – 2010/0160(COD))

218

P7_TC1-COD(2010)0160Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

219

2012/C 169E/43

Revoka tad-Direttivi dwar il-metrologija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metroloġija (COM(2008)0801 – C6-0467/2008 – 2008/0227(COD))

219

P7_TC1-COD(2008)0227Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metrologija

220

ANNESS

220

2012/C 169E/44

L-inizjattiva taċ-ċittadini ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (COM(2010)0119 – C7-0089/2010 – 2010/0074(COD))

220

P7_TC1-COD(2010)0074Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

221

ANNESS

221

 

Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010

2012/C 169E/45

Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (COM(2010)0076 – C7-0071/2010 – 2010/0044(COD))

223

P7_TC1-COD(2010)0044Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

223

ANNESS

233

2012/C 169E/46

Parteċipazzjoni tal-Isvizzera fil-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013) (12818/2010 – C7-0277/2010 – 2010/0231(NLE))

234

2012/C 169E/47

Kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta’ implimentazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta’ implimentazzjoni (COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD))

234

P7_TC1-COD(2010)0051Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta’ implimentazzjoni

235

ANNESS

235

Appendiċi

237

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2010–2011 Dati tas-seduti: 14–16 ta' Diċembru 2010 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 93 E, 25.3.2011. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/1


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Regolamentazzjoni tal-kummerċ ta’ strumenti finanzjarji – “dark pools” eċċ.

P7_TA(2010)0466

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni regolazzjoni ta’ kummerċ fi strumenti finanzjarji – “dark pools” eċċ. (2010/2075(INI))

2012/C 169 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/39/KE dwar swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID) (1),

wara l- kkunsidra d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-swieq (abbuż tas-suq) (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-G20 tat-2 ta’ April 2009 f'Londra, tal-25 ta’ Settembru 2009 f'Pittsburgh u tas-26 u 27 ta’ Ġunju 2010 f'Toronto,

wara li kkunsidra l-parir tekniku tas-CESR lill-Kummissjoni Ewropea fil-Kuntest tar-Reviżjoni tal-MiFID - Swieq tal-Isħma (Equity Markets: Ref: CESR/10-394),

wara li kkunsidra l-parir tekniku tas-CESR lill-Kummissjoni Ewropea fil-Kuntest tar-Reviżjoni tal-MiFID - Rappurtar ta’ Transazzjonijiet (Ref.: CESR/10-292),

wara li kkunsidra l-parir tekniku tas-CESR lill-Kummissjoni Ewropea fil-Kuntest tar-Reviżjoni tal-MiFID - Protezzjoni tal-Investituri u l-Intermedjarji (Ref.: CESR/10-417),

wara li kkunsidra t-talba tas-CESR għal evidenza dwar kwistjonijiet mikro-strutturali tas-swieq tal-isħma Ewropej (Ref.: CESR/10-142),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Ministru Franċiż tal-Ekonomija, l-Industrija u x-Xogħol dwar ir-reviżjoni tal-MiFID minn Frar 2010,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ konsultazzjoni tal-IOSCO dwar “Politiki għal aċċess elettroniku dirett” ta’ Frar 2009,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tas-CPSS u l-IOSCO għal kontrapartijiet ċentrali ta’ Novembru 2004,

wara li kkunsidra r-rilaxx ta’ kunċett tas-Securities and Exchanges Commission dwar l-Istruttura tas-Suq tal-Isħma (Equity Market Structure) (Nru. 34-61358; File No. S7-02-10),

wara li kkunsidra l-parir tekniku tas-CESR lill-Kummissjoni Ewropea fil-Kuntest tar-reviżjoni tal-MiFID u r-risponsi għat-talba tal-Kummissjoni Ewropea għal aktar informazzjoni (Ref: CESR/10-802, Ref: CESR/10-799, Ref: CESR/10-808, Ref: CESR/10-859, Ref: CESR/10-860),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0326/2010),

A.

billi li l-G20 stipulaw li ebda istituzzjoni finanzjarja, ebda prodott finanzjarju u ebda territorju m'għandu jibqa' barra mill-ambitu ta’ regolazzjoni intelliġenti u superviżjoni effettiva u ftiehmu li kull kuntratt derivattiv OTC standardizzat għandu jiġi kummerċjalizzat fis-swieq organizzati jew permezz ta’ pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, fejn ikun xieraq,

B.

billi n-nuqqas ta’ trasparenza u l-opaċita li ġġib magħha tax-xejriet tar-riskji fis-sistema finanzjarja kienu fattur aggravanti tal-kriżi finanzjarja, u ffaċilitaw it-tifrix ta’ nuqqas ta’ fiduċja ġenerali u għaldaqstant ikkontribwew għal tnaqqis drastiku ta’ flussi ta’ likwidità,

C.

billi l-protezzjoni tal-konsumatur, it-trasparenza, partikolarment rigward il-proċess tal-formazzjoni tal-prezzijiet, l-effiċjenza u s-swieq likwidi u l-kompetizzjoni b'kundizzjonijiet ugwali kienu l-objettivi kruċjali meta daħlet fis-seħħ l-MiFID iżda madankollu dawn l-objettivi għadhom ma ntlaħqux u għaldaqstant iridu jibqgħu prijorità; billi wara l-kriżi finanzjarja, il-limitazzjoni tar-riskju sistematiku jeħtieġ ukoll li tingħata prijorità fir-reviżjoni tal-MiFID,

D.

billi kwalunkwe tibdil tal-MiFID irid iqis dejjem l-importanza tiegħu għar-regolamentazzjoni tal-flussi tal-kapital fl-ekonomija reali, u għaldaqstant l-impatt potenzjali fuq l-impjiegi, l-investimenti u l-penzjonijiet,

E.

billi sa 40 % tal-volum ta’ kummerċ għadu OTC; billi l-parteċipanti fis-suq għandhom ikunu mħeġġa jagħmlu aktar tranżazzjonijiet f'lokalitajiet ta’ kummerċ organizzati,

F.

billi l-inklużjoni fl-MiFID ta’ konċessjonijiet għar-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel il-kummerċ u t-twaqqif ta’ MTF u dark pools kienu maħsuba biex jiffaċilitaw bidla fid-direzzjoni lejn lokalitajiet aktar regolamentati u trasparenti,

G.

billi l-MiFID tiddefinixxi l-kummerċ OTC bħala kummerċ ad hoc, irregolari, imwettaq ma’ kontropartijiet bl-ingrossa u li jagħmel parti minn relazzjoni kummerċjali li minnha nnifisha hi kkaratterizzata minn tranżazzjonijiet akbar mid-daqs standard tas-suq, u fejn it-tranżazzjonijiet jitwettqu barra mis-sistemi li jintużaw normalment mill-kumpanija konċernata għan-negozju tagħha bħala internalizzatur sistematiku,

H.

billi minkejja d-dispożizzjoni fl-MiFID ta’ konċessjonijiet li jippermettu dark trading fis-swieq organizzati, it-twaqqif ta’ MTFs u Internalizzaturi Sistematiċi (SIs) u d-definizzjoni tal-kummerċ OTC bħala irregolari u ad hoc, il-kummerċ OTC li ma jitwettaqx fuq bażi SI għad għandu proporzjon kbir tal-kummerċ tal-ekwitajiet:38 % tal-kummerċ kollu rappurtat skont CESR/10-394, u billi dan il-proporzjon ma naqasx minn meta ġiet implimentata l-MiFID; billi għandu jiġi żgurat infurzar aktar rigoruża u effikaċi tar-regoli u tal-konċessjonijiet tal-MiFID,

I.

billi l-frammettazzjoni tas-suq tal-kummerċ tal-ekwitajiet kellha impatt mhux mixtieq fuq il-likwidità u l-effiċjenza tas-suq - minħabba tnaqqis fit-trasparenza dovut għal żieda ta’ dark pools u CNs, iż-żieda fin-numru ta’ lokalitajiet ta’ kummerċ, kemm fil-boroż kif ukoll barra minnhom, u kummerċ dejjem aktar immexxi mit-teknoloġija - u naqqset sinifikattivament id-daqs medju tat-tranżazzjonijiet minn EUR 22 266 fl-2006 għal EUR 9 923 fl-2009, biż-żieda tal-kost totali tat-tranżazzjonijiet għal xi utenti,

J.

billi t-tnaqqis fid-daqs tat-tranżazzjonijiet wassal għal tnaqqis fil-kapaċità tal-parteċipenti fis-suq li jwettqu b'mod istantanju ordnijiet kbar f'suq partikulari u x-xewqa li jiġi evitat l-impatt fuq is-suq fil-każ ta’ ordnijiet kbar inkuraġġixxew l-espansjoni ta’ kummerċ “dark pool”; billi anqas minn 10 % tal-kummerċ kollu fl-ekwitajiet EEA fis-swieq organizzati jużaw il-konċessjonijiet ta’ trasparenza ta’ qabel il-kummerċ (CESR/10-394), filwaqt li dawn il-konċessjonijiet tal-MiFID taw lok għal kummerċ dark pool bħala alternattiva aktar trasparenti u aktar regolamentata mill-kummerċ dark trading fi spazju OTC iżda billi n-nuqqas ta’ regolamentazzjoni suffiċjenti għat-tranżazzjonijiet OTC, inklużi Broker Crossing Networks, tipprovdi vantaġġ kompetittiv għall-ispazju OTC u jinkuraġġixxi żieda ta’ kummerċ oskur li jhedded it-trasparenza b'mod ġenerali; billi bħala total kważi nofs l-attivitajiet ta’ kummerċ m'humiex koperti mir-rekwiżiti tat-trasparenza ta’ qabel il-kummerċ, iżda nofs it-tranżazzjonijiet OTC huma anqas mid-daqs tas-suq u għalhekk ma jeżigux protezzjoni kontra l-impatt fuq is-suq,

K.

billi, sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd, broker crossing networks (BCNs) għandhom ikunu suġġetti għal investigazzjoni fil-fond tal-mudelli ta’ kummerċ tagħhom sabiex ikun żgurat li - fejn jipprovdu servizzi li jfisser li jkunu jiffunzjonaw essenzjalment bħala swieq regolati (RMs), faċilitajiet tal-kummerċ multilaterali (MTFs) jew bħala Internalizzaturi Sistematiċi - jiġu regolati bħala tali,

L.

billi l-benefiċċji tal-kompetizzjoni f'termini ta’ infrastruttura ta’ kummerċ aktar kompettittiva u innovattiva ma ġewx ippruvati minħabba li l-ispejjeż totali tat-tranżazzjoni ma tnaqqsux, u n-nuqqas ta’ trasparenza żdiedet filwaqt li fl-istess ħin jidher ċar li m'hemmx garanzija xierqa ta’ kwalità u integrità għall-parteċipanti kollha f'suq dejjem aktar frammentat,

M.

billi, ġaladarba l-HFT għandu l-pretensjoni li jipprovdi likwidità lis-swieq finanzjarji, jkun siewi li niddeterminaw jekk hemmx-riskji assoċjati ma’ sistemi ta’ ordnijiet elettroniċi u s-sehem sinifikattiv fil-volumi ta’ kummerċ attribwibbli għal ċerti strateġiji HFT, li jlaħħqu mas-70 % fl-Istati Uniti, b'mod partikulari meta nqisu l-konklużjonijiet tal-Securities and Exchange Commission rigward il-“flash crash” fl-Istati Uniti tas-6 ta’ Mejju 2010 meta l-provvedituri ta’ likwidità HFT ħarġu mis-suq,

N.

billi l-istrateġiji ta’ HFT huma fenomenu relattivament ġdid fl-Ewropa u hu stmat li issa jammontaw għal 35 % tal-volum tas-suq,

O.

billi aktar trasparenza permezz ta’ rapputar ta’ qabel il-kummerċ u ta’ wara l-kummerċ tal-attività kummerċjali fost il-klassijiet kollha ta’ assi għandha tiġi stabbilita biex tipprovdi twissija bikrija aħjar tal-akkumulazzjoni u l-iskala tal-problemi li jkunu qed jiżviluppaw, kif ukoll sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċess tal-formazzjoni tal-prezzijiet u tisseddaq il-fiduċja fost il-parteċipanti fis-suq,

P.

billi skont id-deċiżjonijiet tal-G20 tal-24 u l-25 ta’ Settembru 2009 f'Pittsburgh “kull kuntratt derivattiv OTC standardizzat għandu jiġi nnegozjat f'xi borża jew permezz ta’ pjattaformi tal-kummerċ elettroniċi”,

Q.

billi d-diverġenza fl-implimentazzjoni bejn l-Istati Membri wasslet għal applikazzjoni mhux kompluta tal-qafas MiFID,

Lokalitajiet ta’ Kummerċ tal-MiFID

1.

Jagħraf li l-infrastrutturi tas-swieq żammew sod tul il-kriżi u jistieden lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ l-infrastrutturi tas-suq fil-lokalitajiet kollha ta’ kummerċ u għas-sistemi kollha ta’ approvazzjoni (clearing systems) sabiex ikunu jistgħu jittrattaw ir-riskji futuri permezz ta’ trasparenza mseddqa, flessibilità aħjar u sorveljanza regolatorja tal-kummerċ aggregat kollu;

2.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tal-kummerċ bħala prerekwiżit meħtieġ biex tiżdied it-trasparenza u s-sikurezza fis-swieq fi strumenti finanzjarji u jqisha bħala l-ewwel pass lejn ridirezzjoni tal-proporzjonijiet sinifikanti ta’ kummerċ OTC lejn lokalitajiet tal-kummerċ suġġetti għal regolamentazzjoni tal-MiFID;

3.

Jissuġġerixxi li fl-interess tat-trattament ekwu, l-MTFs għandhom ikunu suġġetti għall-istess livell ta’ sorveljanza, u għalhekk ikunu regolati b'mod komparabbli, għax il-kompetizzjoni bejn l-MTFs u l-RMs għandha ssir b'kundizzjonijiet ugwali, filwaqt li jitqies ir-rwol importanti tal-MTFs għad-dħul fis-swieq;

4.

Jitlob li l-ESMA tagħmel investigazzjoni dwar il-funzjonament u l-iskop tal-iskema SI (Internalizzatur Sistematiku) u li jiġi ssuġġerit titjib għall-mod kif din il-kategorija hija regolata sabiex jiġi żgurat li jiżdied b'mod sustanzjali l-użu ta’ din l-iskema fit-twettiq ta’ ordnijiet fuq bażi bilaterali mal-kontraparti finanzjarja;

5.

Jitlob li ditti ta’ investiment li jipprovdu servizz ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli u li jaġixxu fil-kapaċità ta’ ġestjoni tal-portafolli jridu jkunu pprovduti bl-aħjar eżekuzzjoni mid-ditti ta’ investiment lil min jagħtu l-ordni, minkejja l-fatt li l-maniġer tal-portafoll jkun kategorizzat mill-MiFID bħala kontraparti eliġibbli;

6.

Jitlob li l-AETS twettaq reviżjoni dwar jekk l-aħjar twettiq ta’ ordni wara ordni jeħtigx li jkun moqdi aħjar b'regolament fir-rigward tad-disponibilità tad-data, kemm wara l-kummerċjalizazzjoni kif ukoll rigward il-kwalità ta’ eżekuzzjoni, u rigward teknoloġija tas-suq, bħala huma routers ta’ ordnijiet u konnessjonijiet bejn lokalitajiet;

7.

Jitlob li jkun hemm infurzar bir-reqqa tad-dispożizzjonijiet fl-MIFID sabiex ikun żgurat li l-BCNs li jkunu qed iwettqu attivitajiet ekwivalenti għal RM, MTF jew SI jiġu regolamentati bħala tali u li sabiex ikun faċilitat dan l-infurzar, jinsisti li l-BCNs kollha għandhom ikunu meħtieġa jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha meħtieġa, inklużi:

deskrizzjoni tas-sistema, is-sjieda u l-klijenti,

dettalji dwar l-aċċess għas-sistema,

ordnijiet imqabbla fis-sistema,

metidoloġiji ta’ kummerċ u diskrezzjoni tal-brokers,

arranġamenti għar-rappurtar immedjat wara l-attività ta’ kummerċ;

8.

Jitlob li ssir investigazzjoni dwar il-kummerċ OTC tal-ekwitajiet u jitlob li jkun hemm titjib għall-mod kif hu regolamentat il-kummerċ OTC sabiex ikun żgurat li l-użu ta’ MTFs fl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet fuq bażi multilaterali u ta’ SIs fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet fuq bażi bilaterali jiżdied, u li l-proporzjon ta’ kummerċ fl-ekwitajiet li jitwettaq OTC jonqos b'mod sosotanzjali;

9.

Jitlob li ssir investigazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-effetti tal-iffissar ta’ daqs minimu tal-ordnijiet għal tranżazzjonijiet dark pool kollha u jekk dan jistax tiġi infurżat b'mod rigoruż sabiex jinżamm fluss adegwat ta’ kummerċ permezz tal-lokalitajiet li joperaw b'mod trasparenti fl-interess tad-determinazzjoni tal-prezzijiet;

Konċessjonijiet dwar Trasparenza Qabel Attività ta’ Kummerċ

10.

Jitlob li l-Kummissjoni twettaq rieżami tal-konċessjonijiet tal-MiFID dwar trasparenza ta’ qabel attività ta’ kummerċ sabiex:

jiġi kkunsidrat jekk limitu speċifikat minimu xieraq għandux jiddaħħal għall-konċessjoni ta’ Prezz ta’ Referenza sabiex jinkuraġġixxi l-użu ta’ lokalitajiet lit,

titqis l-espansjoni tal-konċessjoni tal-Prezz ta’ Referenza sabiex tinkludi attivita ta’ kummerċ li taqa' fi ħdan il-firxa attwali fis-suq ta’ referenza,

tintroduċi volum massimu ta’ tranżazzjonijiet li jistgħu jużaw konċessjonijiet ta’ trasparenza ta’ qabel il-kummerċ, biex tkun żgurata skoperta effiċjenti tal-prezzijiet,

tagħti l-possibilità lill-AETS li tadatta u tillimita l-konċessjonijiet ta’ qabel il-kummerċ skont il-ħtieġa, filwaqt li jitqies l-impatt tad-dark trading fuq l-effiċjenza tas-swieq;

11.

Jitlob li jkun hemm applikazzjoni uniformi tal-konċessjonijiet ta’ qabel l-attività ta’ kummerċ fl-Istati Membri kollha sabiex tillimita d-differenzi fl-implimentazzjoni li jistgħu jwasslu għall-inċertezza, arbitraġġ regolatorju u kundizzjonijiet li ma jkunux ekwi għal kulħadd; jissuġġerixxi li l-istandards tekniċi definiti mill-AETS jista' jkunu mod xieraq biex jinkiseb dan, bi qbil mal-kunċett ta’ ġabra waħda ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji;

Tejp Konsolidat

12.

Jilqa' l-avviż reċenti mill-parteċipanti tas-swieq li se jiżvelaw id-data ta’ qabel u wara l-kummerċ u jitlob li jsiru aktar sforzi lejn standards komuni dwar id-data u disponibilità aħjar tad-data;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi grupp ta’ ħidma sabiex jingħelbu d-diffikultajiet li qed iżommu lura l-konsolidazzjoni tad-data tas-swieq fl-Ewropa u l-partikolarment l-kwalità fqira tar-rappurtaġġ tad-data dwar it-tranżazzjonijiet kollha;

14.

Jistieden lis-CESR sabiex tfassal standards komuni ta’ rappurtar u formati għar-rappurtar ta’ data kollha ta’ wara l-kummerċ, kemm fil-każ ta’ lokalitajiet tal-kummerċ organizzati kif ukoll dwar OTCs, sabiex jiffavorixxu l-konsolidazzjoni tad-data;

15.

Jitlob li l-lokalitajiet ta’ kummerċ kollha jkunu mistennija jisseparaw id-data ta’ wara l-kummerċ minn mad-data ta’ qabel il-kummerċ sabiex l-informazzjoni tkun tista' tkun disponibbli għall-parteċipanti kollha fis-suq bi spiża kummerċjalment raġonevoli u komparabbli; jitlob ukoll lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ Arranġamenti ta’ Pubblikazzjoni Approvata (APAs) sabiex jintroduċu standards ta’ kwalità għall-pubblikazzjoni tal-kummerċ u jnaqqsu n-numru ta’ lokalitajiet fejn jiġu rappurtati attivitajiet ta’ kummerċ, kif ukoll l-użu ta’ paġni tal-internet li huma ostaklu għall-konsolidazzjoni;

16.

Jitlob li jitnaqqas il-limitu ta’ żmien għall-pubblikazzjoni diferita sabiex it- tranżazzjonijiet ikunu rrappurtati lir-regolaturi fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa wara li jkunu saru; huwa tal- feham li fir-rigward tal-pubblikazzjoni tat- tranżazzjonijiet elettroniċi, f'ċirkustanzi ordinarji, dewmien ta’ aktar minn minuta għandu jkun ikkunsidrat bħala inaċċettabbli;

17.

Jemmen li hu essenzjali li jiġi analizzat ir-rendikont u l-mudelli tan-negozju tal-kummerċ OTC, u għaldaqstant jitlob li introduzzjoni ta’ bnadar speċifiċi tat-trasparenza ta’ qabel u ta’ wara l-kummerċ għall-kummerċ OTC sabiex jiġu mifhuma aktar il-karatteristiċi ta’ tali kummerċ OTC u ssir valutazzjoni ta’ liema tipi ta’ tranżazzjonijiet jistgħu jsiru b'mod leġittimu OTC minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom;

Kwistjonijiet mikro-strutturali

18.

Jinsisti li wara l-“flash crash” li seħħ, il-pjattaformi kollha ta’ kummerċ iridu jkunu jistgħu juru lis-superviżuri nazzjonali tagħhom li t-teknoloġija u s-sistemi ta’ sorveljanza tagħhom kapaċi jifilħu għat-tip ta’ biżibilju ordnijiet esperjenzati fis-6 ta’ Mejju 2010 sabiex jiżguraw li jkunu jistgħu jittrattaw b'suċċess l-attività assoċjata mal-HFT u kummerċ algoritmiku f'ċirkustanzi estremi u juru li jistgħu joħolqu mill-ġdid ir-reġistri tal-ordnijiet tagħhom sal-aħħar tal-ġurnata tax-xogħol, sabiex il-kawżi ta’ attività tas-suq mhux tas-soltu jkunu jistgħu jiġu identifikati, flimkien ma’ kwalunkwe abbuż suspettat tas-suq;

19.

Jitlob lill-AETS twettaq eżami tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kummerċ algoritmiku u ta’ frekwenza għolja (HFT) fuq is-swieq u l-impatt tiegħu fuq utenti oħrajn tas-swieq, partikolarment investituri istituzzjonali, sabiex jiġi determinat jekk il-fluss tas-suq sinifikanti ġġenerat awtomatikament qiegħedx jipprovdi likwidità reali għas-suq u x'effett dan għandu għad-determinazzjoni ġenerali tal-prezzijiet, kif ukoll il-potenzjal għal abbużi bil-manipulazzjoni tal-prezzijiet tas-suq li jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ugwali bejn il-parteċipanti tas-suq, u l-impatt tiegħu fuq l-istabilità ġenerali tas-suq;

20.

Jitlob li l-prattika ta’ “layering” jew “quote stuffing” tiġi definita b'mod espliċitu bħala abbuż tas-suq;

21.

Jitlob li jkun hemm investigazzjoni jekk għandhomx jiġu regolati kumpaniji li jimxu fuq strateġiji ta’ HFT sabiex jiġi żgurat li għandhom sistemi u kontrolli b'saħħithom b'reviżjonijiet regolatorji konsistenti tal-algoritmi li jużaw, il-kapaċità għal monitoraġġ u interrogazzjoni tul l-istess jum dwar pożizzjonijiet pendenti u effett ta’ lieva (leverage) f'ħin reali u li kapaċi juru li għandhom stabbiliti proċeduri maniġerjali b'saħħithom għal okkorenzi anormali;

22.

Jitlob għal eżami tal-isfidi HFT f'termini ta’ monitoraġġ tas-suq; jirrikonoxxi l-ħtieġa li r-regolaturi jkollhom il-mezzi xierqa biex jiskopru u jimmoniterjaw mġiba abbużiva potenzjali; f'din il-perspettiva, jitlob li jsir rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ordnijiet kollha li jirċievu s-swieq regolamentati u l-MTFs, kif ukoll tal-kummerċ magħmul permezz ta’ dawn il-pjattaformi;

23.

Jitlob li l-lokalitajiet kollha ta’ kummerċ li jippermettu ko-lokazzjoni ta’ servers, kemm direttament u kemm permezz ta’ partijiet terzi li jipprovdu d-dejta, jiżguraw li jinżamm aċċess ugwali lill-klijenti kollha ko-lokati u fejn ikun possibbli taħt l-istess arraġamenti infrastrutturali dwar dewmien sabiex ikunu konformi mal-prattiki non-diskriminatorji mfissra fil-MiFID;

24.

Jitlob lir-regolaturi sabiex jimmoniterjaw u jirregolaw il-provvediment ta’ aċċess sponsorjat u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tqis miżuri addizzjonali li jinkludu:

il-projbizzjoni espressa ta’ aċċess mhux iffiltrat sponsorjat għall-kumpaniji, indipendentement minn jekk jagħmlux parti mill-istess grupp korporattiv tal-isponsor;

l-eżiġenza li broker-dealers u l-kumpaniji tal-investiment jistabbilixxu, jiddokumentaw u jżommu sistema ta’ kontrolli għall-immaniġġjar tar-riskju, kemm ta’ qabel il-kummerċ u kemm ta’ wara l-kummerċ, u proċeduri superviżorji biex jimmanġġjaw ir-riskji finanzjarji, regolatorji u riskji oħrajn relatati mal-aċċess tagħha għas-suq;

25.

Minkejja l-applikazzjoni meħtieġa ta’ salvagwardji, jitlob lill-AETS sabiex tinvestiga aktar jekk l-aċċess sponsorjat jaqbiżx il-limitu tal-aċċess mhux diskriminatorju;

26.

Jitlob li l-Kummissjoni tadotta l-prinċipji li qed jiżviluppa l-Kumitat Tekniku tal-IOSCO rigward aċċess elettroniku dirett, inkluż aċċess sponsorjat, li se jkopru l-kriterji għall-għażla ta’ klijenti li jistgħu jingħataw aċċess sponsorjat u r-relazzjoni kontrattwali bejn il-pjattaforma, il-membru u l-klijent, u se jiddefinixxu r-responsabbiltajiet rispettivi rigward l-użu tagħhom permezz ta’ kontrolli u filtri adatti;

27.

Huwa tal-fehma li sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju li l-investituri kollha għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, il-prattika ta’ ordnijiet flaxx għandha tiġi pprojbita espliċitament;

28.

Jitlob li ssir investigazzjoni mill-AETS dwar l-istruttura tal-ħlasijiet sabiex jiġi żgurat li l-ħlasijiet għat-twettiq ta’ kummerċ, ħlasijiet anċillari u inċentivi oħrajn relatati jkunu trasparenti, non-diskriminatorji u konsistenti ma’ formazzjoni affidabbli ta’ prezzijiet u ma jkunux imfasslin u implimentati b'mod li ma jinkuraġġixxix kummerċ għal skopijiet mhux kif suppost, u sabiex tevalwa jekk għandhiex tiġi imposta tariffa minima għall-utenti li jagħmlu l-ordnijiet, indipendement minn jekk l-ordnijiet jitwettqux jew le, minħabba li dawn l-ordnijiet jeħtieġ jiġu proċessati mill-infrastruttura tas-swieq;

29.

Jissuġġerixxi li jsir studju mill-AETS fuq il-mudell ta’ ħlasijiet tip “maker/taker” sabiex jiġi stabbilit jekk min jirċievi l-istruttura ta’ ħlasijiet aktar favorevoli ta’ “maker”, għandux ikun suġġett ukoll għall-obbligazzjonijiet u s-superviżjoni ta’ “maker” formali tas-suq;

30.

Jitlob li jkun hemm superviżjoni mill-AETS u definizzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta’ atti interrutturi u circuit breakers għall-volatilità b'saħħithom li jaħdmu simultanjament fil-lokalitajiet kollha ta’ kummerċ tal-UE sabiex jevitaw l-okkorrenza ta’ “flash crash” bħal dik li ġrat fl-Istati Uniti;

Ambitu

31.

Jitlob li ebda parteċipant mhux regolat tas-suq ma jkun jista' jikseb aċċess sponsorjat dirett jew mhux iffiltrat għall-lokalitajiet ta’ kummerċ u li parteċipanti sinifikanti tas-suq li jinnegozjaw indipendentement ikun jeħtieġ li jirreġistraw mar-regolatur u jippermettu li l-attivitajiet ta’ kummerċ tagħhom ikunu suġġetti għal livell xieraq ta’ superviżjoni u skrutinju għal skopijiet ta’ stabilità;

32.

Jitlob li tranżazzjonijiet rigward attivitajiet ta’ negozju ta’ akkont proprju (proprietary trading) li jsiru permezz ta’ strateġiji algoritmiċi minn entitajiet mhux regolati jsiru biss permezz ta’ kontraparti finanzjarja regolata;

33.

Jitlob għal estensjoni fl-ambitu tar-reġim ta’ trasparenza tal-MiFID għal strumenti kollha li jixxiebħu ma’ ekwitajiet (“equity-like”) inkużi DRs (depository receipts), ETFs (exchange traded funds), EDCs (exchange traded commodities) u ċertifikati;

34.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-AETS jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ rekwiżit ta’ trasparenza qabel il-kummerċ u wara l-kummerċ għall-istrumenti kollha finanzjarji non-ekwità (non-equity), inklużi swieq ta’ bonds tal-gvern u ta’ korporazzjonijiet u derivattivi CCP eliġibbli, li jiġi applikat b'mod divrenzjat fejn ikun xieraq skont il-klassijiet tal-assi u li jingħaqad fl-istess ħin ma’ miżuri li jwasslu għal aktar standardizzazzjoni tal-prodotti derivattivi OTC sabiex tkun possibbli l-applikazzjoni ta’ aktar trasparenza;

35.

Huwa tal-fehma li, filwaqt li tqis il-kwistjonijiet esperjenzati fir-rigward tal-kwalità tad-data u l-konsolidazzjoni tad-data ta’ wara l-kummerċ għall-ekwitajiet Ewropej, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data ta’ wara l-kummerċ għal prodotti li mhumiex ekwitajiet tiġi pprovduta f'sura li tkun tista' tiġi kkonsolidata faċilment;

36.

Jaqbel mal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika firxa wiesgħa ta’ dispożizzjonijiet tal-MiFID għal strumenti derivattivi billi l-kummerċ ta’ tali prodotti qiegħed jgħaddi dejjem aktar lejn lokalitajiet ta’ kummerċ formali u huma suġġetti għal standardizzazzjoni dejjem akbar u għal rekwiżiti ta’ approvazzjoni ċentrali;

37.

Jitlob li jkun hemm proposta mill-Kummissjoni li tiżgura li l-kuntratti kollha ta’ derivattivi OTC li jistgħu jiġu standardizzati jiġu kummerċjati fil-boroż jew pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, sabiex ikun żgurat li l-prezz ta’ tali kuntratti jiġi stabbilit b'mod trasparenti, ġust u effiċjenti, mingħajr kunflitti ta’ interess;

38.

Jitlob li ssir reviżjoni tal-istandards tal-IOSCO għall-aġenziji ta’ approvazzjoni, is-sistemi ta’ likwidazzjoni ta’ ishma u sistemi ta’ pagament importanti sistematikament bil-għan li titjieb it-trasparenza tas-swieq;

39.

Jemmen li jeħtieġ li r-regolaturi kollha tas-swieq tal-komoditajiet fiżiċi u finanzjarji differenti jkollhom aċċess għall-istess data sabiex jidentifikaw ix-xejriet u r-rabtiet inkroċjati, u jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-isforzi kemm fi ħdan l-UE kif ukoll b'mod globali;

*

* *

40.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/8


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
It-Tisħiħ tas-Sigurtà Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE

P7_TA(2010)0467

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ Azzjoni CBRN (2010/2114(INI))

2012/C 169 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artiklu 3 TUE u l-Artikoli 2(5), 67, 74, 196 u 222 TFUE,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Programm tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2002 biex titjieb il-kooperazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta’ theddid terroristiku kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku jew nukleari (Programm CBRN 2002) (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/JAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (2), kif emendata permezz tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/919/ĠAI (3),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-2003 tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa u s-Sistema ta’ Kunsinna tagħhom,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà 2003 – Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar, kif adottata mill-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-12 ta’ Diċembru 2003, kif ukoll l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna tal-UE 2010 (4) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwarha (COM(2010)0673),

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Solidarjetà 2004 tal-UE dwar il-konsegwenzi ta’ theddid u attakki terroristiċi (5),

wara li kkunsidra l-Istrateġija 2005 tal-UE kontra t-Terroriżmu, adottata mill-Kunsill Ewropew ta’ Brussell fl-1 ta’ Diċembru 2005 (6), u l-Pjan ta’ Azzjoni li jimplimentaha (7),

wara li kkunsidra l-Qafas għall-Azzjoni ta’ Hyogo 2005-2015 (8) kif adottat mill-Konferenza Dinjija dwar it-Tnaqqis tad-Diżastri li saret bejn it-18 u t-22 ta’ Jannar 2005 fil-Ġappun,

wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku (9), speċjalment il-finanzjament li dan jagħti għall-proġett CBRN Emap (10),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/162/KE Euratom tal-Kunsill, tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (11),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/779/KE Euratom tal-Kunsill, tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju għall-Protezzjoni Ċivili (imfassla mill-ġdid) (12),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (14), speċifikament f'każ ta’ azzjonijiet li jkollhom impatt transkonfinali, li fihom, inter alia, huma deskritti linji gwida għal approċċ integrat għaż-żieda tal-kapaċitajiet għall-ħarsien ta’ infrastruttura kritika fil-livell tal-UE, inkluża l-ħtieġa ta'Netwerk ta’ Informazzjoni ta’ Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) u rwol ta’ tfassil ta’ proposti u koordinazzjoni jingħata lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-ħarsien ta’ din l-infrastruttra kritika,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE (COM(2009)0273),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari fl-Unjoni Ewropea u li japprovaw Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN (15),

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (16),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni dwar il-linja politika tal-UE Kontra t-Terroriżmu: Il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur (COM(2010)0386),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kisba ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa - Pjan ta’ Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma (COM(2010)0171),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-passat tiegħu dwar kwistjonijiet marbuta mas-CBRN u l-prevenzjoni tad-diżastri u r-reazzjoni għalihom, u f'dak ir-rigward ir-riżoluzzjoni riċenti tiegħu tal-10 ta’ Frar 2010 dwar it-terremot riċenti f'Ħaiti (17), li titlob li tinħoloq Forza Ewropea tal-Protezzjoni Ċivili,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 21 ta’ Settembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (18),

wara li kkunsidra l-proposta riveduta tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottobru 2010 għall-abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar it-tħejjija għal każ ta’ attakk CBRN u r-reazzjoni għalih, imfassla fuq il-bażi tal-objettivi stipulati fl-azzjoni H.29 dwar it-titjib tal-ippjanar ta’ emerġenza fil-pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE (19), kif adottat mill-Kunsill fit-8 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja” (COM(2010)0600),

wara li kkonsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0349/2010),

A.

billi l-UE ilha involuta fil-programmi CBRN, sa mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ghent tad-19 ta’ Ottubru 2001 u l-Kunsill Ewropew ta’ Laeken tat-13 u l-14 ta’ Diċembru 2001; billi l-Programm CBRN ġie adottat fl-2002, u mbagħad ġie sostitwit bil-Programm ta’ Solidarjetà tal-UE fl-2004, u billi ġie adottat Pjan ta’ Azzjoni ġdid UE CBRN mill-Kunsill fit-12 ta’ Novembru 2009,

B.

billi diżastri tas-CBRN, kemm dawk inċidentali kif ukoll dawk li jseħħu b'riżultat ta’ attakk terroristiku, joħolqu theddida serja għas-sigurtà u s-saħħa tan-nies li jgħixu fl-UE, jolqtulhom ħajjiethom, l-ambjent u l-beni, inkluż il-wirt kulturali tagħhom u anke l-funzjonament tas-soċjeta fi Stat Membru wieħed jew diversi, billi joħolqu interruzzjonijiet fid-disponibilità ta’ infrastrutturi kritiċi u l-kapaċitajiet tal-governanza,

C.

billi kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni jaqblu li n-numru ta’ inċidenti li jinvolvu materjal CBRN, inklużi atti ta’ terroriżmu, s'issa kienu relattivament żgħar, u billi l-maġġoranza tad-diżastri li jinvolvu sustanzi CBRN seħħew minħabba inċidenti industrijali jew żieda fil-patoġeni perikolużi, u t-tixrid tagħhom mad-dinja kollha,

D.

billi r-riskju eżistenti u kontinwu ta’ diżastri CBRN fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, sew jekk aċċidentali sew jekk intenzjonali, serjament jikkomprometti t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kollha, u huwa f'kontradizzjoni mal-wegħda ta’ żona Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-iżvilupp tagħha,

E.

billi l-akbar riskji tas-CBRN jiġu mill-proliferazzjoni ta’ materjal CBRN minn organizzazzjonijiet terroristiċi, u billi, għaldaqstant, l-aktar miżuri importanti għandhom x'jaqsmu mat-tisħiħ tar-reġim tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm permezz ta’ implimentazzjoni universali u sħiħa tat-trattati u tal-ftehimiet internazzjonali kollha relevanti (jiġifieri t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni Nukleari, il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi) u l-kisba ta’ ftehim dwar trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta’ materjal fissili għal skopijiet ta’ armi (Trattat għall-Projbizzjoni ta’ Materjal Fissili),

F.

billi l-manifattura, il-pussess, l-akkwist, it-trasport, il-forniment jew l-użu ta’ armi u splussivi jew ta’ armi nukleari, bijoloġiċi jew kimiċi, kif ukoll ir-riċerka dwar, u l-iżvilupp, ta’ armi bijoloġiċi u kimiċi u taħriġ dwar kif wieħed jagħmel jew juża l-isplussivi, l-armi tan-nar jew armi oħra għal skopijiet illegali jagħmlu parti mid-definizzjoni ta’ terroriżmu u taħriġ għal terroriżmu tal-UE kif hemm referenza għalihom fid-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u 2008/919/ĠAI,

G.

billi l-miżuri dwar materjal CBRN huma waħda mill-ġebliet tax-xewka tal-Istrateġija Kontra t-Terroriżmu tal-UE, u billi, konsegwentement, il-Kunsill, fit-30 ta’ Novembru 2009, approva Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN,

H.

billi l-problema tal-użu ħażin ta’ ċerti kimiċi, li huma ġeneralment disponibbli għall-pubbliku ġenerali fuq is-suq, bħala prekursuri għall-isplussivi magħmula d-dar, tista' twassal għal sensiela ta’ inċidenti terroristiċi u kriminali oħra fl-UE; billi dan jirrikjedi monitoraġġ u skrutinju b'saħħithom tal-implimentazzjoni tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (COM(2010)0473),

I.

billi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona qed jiġi stabbilit bilanċ tar-responsabilitajiet ġdid bejn id-diversi istituzzjoniiet tal-UE, min-naħa l-waħda, u bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, inkluż l-għarfien espert tad-Difiża, min-naħa l-oħra; billi l-bini ta’ qafas ġdid ta’ dan it-tip hu proċess kontinwu li jirrikjedi li jiġu mifhuma valuri komuni u għan komuni,

J.

billi fil-prinċipju li l-Istati Membri huma responsabbli mill-politika CBRN, imma filwaqt li l-kooperazzjoni u l-koordinament mill-qrib f'livell ta’ UE huma xorta waħda meħtieġa,

K.

billi l-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) joffri opportunitajiet biex tittejjeb ir-reazzjoni globali tal-UE għall-kriżijiet permezz ta’ azzjonijiet taħt l-Istrument għall-Istabbiltà (IfS),

L.

billi Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN għandu jagħti lok għal interazzjoni effiċjenti ta’ inizjattivi nazzjonali u oħrajn tal-UE fl-indirizzar ta’ riskji tas-CBRN u fit-tħejjija tar-rispons meħtieġ, b'titjib fil-koordinazzjoni “orizzontali” bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kif ukoll fil-koordinazzjoni “vertikali” bejn l-istrumenti fil-livell tal-UE u l-istrumenti tal-Istati Membri, sabiex titjieb l-effikaċja u l-veloċità tal-qsim ta’ informazzjoni, ir-rappurtar analitiku fl-istadji kollha, l-ippjanar konġunt, l-iżvilupp ta’ proċeduri operattivi, l-eżerċizzji operattivi u l-użu komuni b'mod kost-effettiv tar-riżorsi eżistenti,

M.

billi bosta aġenziji tal-infurzar tal-liġi kriminali tal-UE huma involuti f'miżuri CBRN, pereżempju l-Europol, permezz tat-twaqqif tal-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Bombi u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija għal splussivi u materjal CBRN; billi dan jirrikjedi t-twaqqif ta’ proċeduri xierqa għall-eżerċizzju ta’ skrutinju mill-pulizija Ewropea u l-parlamenti nazzjonali, kif previst, pereżempju, mill-Artikolu 88 TFUE,

N.

billi r-riskji għas-saħħa u l-prevalenza relattiva ta’ patoġeni perikolużi kulma jmur qed jiżdiedu fl-UE u globalment, kif intwera meta dan l-aħħar faqqgħet il-marda bil-virus l-A/H1N1,

O.

billi l-kwistjonijiet tat-tniġġis u l-kontaminazzjoni ambjentali, inklużi dawk ta’ natura transkonfinali, jistgħu jitqanqlu minn inċidenti ta’ CBRN, li jagħmlu neċessarja l-inklużjoni ta’ strateġiji ta’ rkupru u dekontaminazzjoni fil-politika CBRN tal-UE,

P.

billi l-objettiv globali tal-politika CBRN il-ġdida tal-UE huwa r-“riduzzjoni tat-theddida u l-ħsara mill-inċidenti CBRN għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea” u filwaqt li biex dan jinkiseb bl-“imminizzar tal-possibilità li jseħħu inċidenti CBRN u bil-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom jekk kemm-il darba jimmaterjalizzaw ruħhom”,

Q.

filwaqt li l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Dinjija (20), tirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun hemm koordinament tal-provvedimenti f'livell ta’ UE u dinji ħalli jkun hemm rispons rapidu għat-theddid għas-saħħa u timpenja ruħha favur it-titjib fil-mekkaniżmi ta’ prontezza u rispons għall-epidemiji, inklużi atti apposta bħalma huwa l-bijoterroriżmu,

R.

billi, paragun mat-teknoloġija nukleari jew l-prekursuri tagħha, il-materjali bijoloġiċi bħalma huwa l-antraċe huma orħos u ħafna eħfef li jinkisbu u jitferrxu, u għalhekk jipprovdu l-possibilità għal attakki terroristiċi mhux konvenzjonali li jġibu theddid kbir fit-tul għas-saħħa u għall-ambjent, inkluża l-biedja u l-provvista tal-ikel,

S.

billi s-servizzi li jirrispondu tal-ewwel, inklużi s-servizzi tal-pulizija, tat-tifi tan-nar u tal-ambulanzi, ma jkunux jistgħu jassistu lill-vittmi fil-lok ta’ inċident CBRN mingħajr ma jiġu esposti għal riskji għas-sigurtà tal-persunal jekk kemm-il darba ma jkunux ingħataw protezzjoni pre-espożizzjoni fil-forma ta’ kontromiżuri mediċi u taħriġ adegwat,

T.

billi l-ħażniet reġjonali ta’ kontromiżuri mediċi jagħtu protezzjoni adegwata għaċ-ċittadini billi jekwilibraw il-protezzjoni tas-saħħa pubblika u t-tħassib ekonomiku, filwaqt li jiżguraw ukoll ir-responsabbiltà u s-solidarjetà tal-Istati Membri,

U.

billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, permezz tal-programm tagħha ta’ Twissija u Rispons Dinjin (21), tipprova ssaħħaħ il-bijosigurtà, il-bijosikurezza u l-prontezza għal meta jfaqqgħu epidemiji ta’ patoġeni perikolużi u emerġenti,

V.

billi l-UE hija parteċipant attiv, permezz tal-Istati Membri tagħha u tal-Kummissjoni, fid-diskussjonijiet tal-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa Dinjija li għandha l-mira li tikseb l-azzjoni dinjija konċertata għat-tisħiħ tal-prontezza fis-saħħa pubblika u l-għoti ta’ rispons għat-theddid tat-terroriżmu internazzjonali bijoloġiku, kimiku u radjonukleari,

W.

billi t-theddida għas-sigurtà kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari titqanqal mhux biss mill-attakki terroristiċi jew min-negliġenza, imma wkoll miż-żoni li bħalissa huma mniġġsin bl-armi kimiċi ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija mormijin f'qiegħ il-baħar jew fis-siti tal-iskart nukleari fl-UE,

X.

billi l-livell adegwat ta’ sigurtà kimika, bijoloġika, radjoloġika, u nukleari fl-UE jiddependi wkoll mil-livell ta’ sigurtà applikat f'pajjiżi terzi,

Y.

billi t-theddidiet ġodda għas-sigurtà jistgħu jitqanqlu mill-użu ta’ teknoloġiji ġodda fl-ippjanar ta’ atti ġodda ta’ terroriżmu, filwaqt li l-istandards tas-sigurtà mhumiex qed jiġu adattati b'ħeffa biżżejjed għall-progress teknoloġiku,

Z.

billi huwa meħtieġ rieżami bir-reqqa tad-diversi standards li japplikaw bħalissa ħalli jiġu stabbiliti rekwiżiti neċessarji u suffiċjenti ta’ sigurtà,

AA.

billi l-Pjan ta’ Azzjoni UE CBRN huwa maqsum fi tliet partijiet ewlenin: il-Prevenzjoni, l-Identifikazzjoni, u-Tħejjija u r-Rispons, u jinkludi r-raba' kapitlu dwar “Azzjonijiet applikabbli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rispons CBRN”; u billi r-rikonoxximent tal-importanza ta’ kull wieħed mill-istadji huwa kruċjali biex tiġi żgurata implimentazzjoni adegwata tal-istudji dwar l-evalwazzjoni tar-riskji, ir-rispons u l-kontromiżuri, filwaqt li jiġi adottat approċċ trasversali u transkonfinali biex jiġu trattati l-materjali CBRN, jiġifieri permezz tal-allokazzjoni adegwata ta’ miri u ta’ azzjonijiet li jistgħu jitkejlu f'kull stadju,

AB.

billi l-bidliet magħmula mill-Kunsill lill-Pjan ta’ Azzjoni attwali tal-UE dwar is-CBRN kif propost mill-Kummissjoni idgħajfu l-Pjan ta’ Azzjoni, jagħmlu l-impenn min-naħa tal-Stati Membri mhux vinkolanti u jnaqqsu mis-saħħa tal-miżuri previsti, li ħafna minnhom huma miżmuma fuq livell nazzjonali minflok ma jingħataw kamp ta’ applikazzjoni fl-UE kollha, kif ukoll idgħajfu l-monitoraġġ u l-iskrutinju tal-implimentazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, filwaqt li xi drabi saħansitra ma jinkludux lill-Kummissjoni bħala “attur involut” flimkien mal-Istati Membri,

Linji gwida ġenerali

1.

Jinnota li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN jolqot id-diviżjoni tal-kompetenzi ġdida bejn l-Istati Membri u l-UE wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, kif previst fl-Artikolu 5 TUE b'konnessjoni mal-prinċipji ta’ konferiment, sussidjarjetà u proporzjonalità; jirrimarka li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN ikopri l-qasam tal-kompetenzi interni maqsuma (Artikolu 4 TFUE) rigward il-qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, interessi tas-sigurtà komuni, u t-trasport; miżuri tal-protezzjoni ċivili (Artikolu 196 TFUE); kif ukoll azzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea (Artikoli 21 u 22 TUE);

2.

Jindika madankollu li l-eżekuzzjoni tas-sistema komuni tas-sigurtà CBRN ma għandhiex tnaqqas mill-kompetenza tal-Istati Membri f'dan il-qasam tal-politika;

3.

Iqis li l-pjan ta’ azzjoni se jkollu rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ interazzjoni mingħajr problemi tal-inizjattivi nazzjonali u Ewropej biex jiġu indirizzati r-riskji CBRN;

4.

Jirrikonoxxi li huwa kruċjali li jintuża l-għarfien espert u tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni u l-inkonsistenza fl-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-UE u/jew tal-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà u tad-difiża fejn id-dritt fundamentali għall-ħajja jinsab f'riskju u meta l-implikazzjonijiet tat-traskuraġni u l-laxkezza huma bla tarf;

5.

Jenfasizza li l-UE għandha ssaħħaħ l-approċċ komuni tagħha dwar il-prevenzjoni, l-iskoperta u r-rispons permezz tal-ħolqien ta’ mekkaniżmi speċifiċi (strumenti regolatorji, leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi) li jagħmlu l-kooperazzjoni u l-forniment ta’ mezzi ta’ assistenza obbligatorji fil-każ ta’ diżastru ta’ CBRN ikkawżat minn inċident jew attakk terroristiku; ifakkar li l-għan ewlieni tal-istituzzjonijiet tal-UE għandu jkun li jiżguraw l-effiċjenza ta’ rispons nazzjonali jew transnazzjonali għal inċident jew attakk terroristiku CBRN, fuq il-bażi tas-solidarjetà UE, b'mod koordinat taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni u b'involviment pan-Ewropew;

6.

Ifakkar li Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN joffri opportunità li tippermetti lill-UE u l-Istati Membri li jsibu l-mezzi leġiżlattivi xierqa biex jimplimentaw b'mod effettiv il-Klawżola ta’ Solidarjetà inkluża fl-Artikolu 222 TFUE, u li l-Istati Membri jridu jkunu infurmati bil-pjanijiet u l-aħjar prattiki ta’ xulxin li jittrattaw u jiġġieldu diżastri tas-CBRN, kemm dawk aċċidentali kif ukoll dawk intenzjonati, sabiex ikunu jistgħu jgħinu lil xulxin b'mod koordinat u effettiv;

7.

Jenfasizza li huwa essenzjali li jissaħħaħ l-ambitu ta’ intervent normattiv u regolatorju mill-Kummissjoni, li fil-verżjoni preżenti tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN għandu rwol pjuttost vag fir-rigward ta’ ħafna mill-miri u l-azzjonijiet previsti; konsegwentement, iħeġġeġ li l-Kummissjoni għandha toħroġ proposti leġiżlattivi, kemm jista' jkun fl-oqsma kollha koperti mill-Pjan ta’ Azzjoni; u jenfasizza li huwa biss permezz tal-għoti ta’ rwol regolatorju robust lill-Kummissjoni li jistgħu jiġu megħluba n-nuqqasijiet fl-isforzi ta’ kull Stat Membru;

8.

Iħeġġeġ li l-impenn tal-Istati Membri għall-kontroll tas-CBRN imur lil hinn minn sempliċi qsim tal-aħjar prattiki u informazzjoni, u li t-teknoloġiji u l-infrastrutturi wkoll għandhom jinġabru flimkien/jinqasmu, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u l-ħela tar-riżorsi, sabiex jinħolqu sinerġiji siewja u kost-effettivi fil-livell tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jaqblu dwar metodi għall-iskoperta u l-prevenzjoni ta’ diżastri CBRN, it-trasferiment ta’ materjali CBRN fi ħdan l-UE u l-miżuri ta’ rispons, inklużi l-qsim ta’ informazzjoni relatata mas-CBRN u l-assistenza transkonfinali;

9.

Iħeġġeġ għalhekk lill-iktar Stati Membri avvanzati fil-qasam tas-sigurtà interna, minkejja n-natura vulnerabbli u essenzjalment nazzjonali tiegħu, biex jaqsmu l-informazzjoni li jkollhom, it-teknoloġiji u l-infrastrutturi u jillanċjaw proġetti strateġiċi kif imsemmi hawn fuq; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex joħolqu u jaġġornaw regolarment bażi tad-data tal-kontromiżuri mediċi li huma disponibbli fl-Istati Membri biex jirrispondu għall-inċidenti CBRN, jinkoraġġixxu il-qsim tal-kapaċitajiet eżistenti u jikkoordinaw politika ta’ akkwist kosteffikaċi għal dawn il-kontromiżuri;

10.

Jitlob li jiġu żviluppati standards tal-UE rigward il-kwalità u s-sigurtà, kif ukoll sistema u netwerk ta’ laboratorji tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tas-sigurtà u tat-teknoloġiji tas-CBRN; jenfasizza li l-istandards stretti tas-sigurtà u tal-proċeduri tal-impjieg jeħtieġ li japplikaw ukoll għall-persunal impjegat fil-faċilitajiet b'aċċess għall-aġenti li jistgħu jagħmlu ħsara; jitlob għall-qsim u l-użu tal-aħjar għarfien u l-kompetenza esperta kemm mill-qasam ċivili kif ukoll dak militari; għal darb'oħra taħt it-tmexxija tal-Kummissjoni, jenfasizza li għandu jiġi pprovdut il-finanzjament meħtieġ għar-riċerka u għall-iżvilupp biex ikun żgurat it-twettiq tar-riċerka applikata u l-programmi ta’ dimostrazzjoni kbar b'dimensjoni tal-UE, u meta wieħed iqis il-frammentazzjoni ta’ dan is-suq li hija meħtieġa politika industrijali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà ċivili, li tistimula l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi fl-UE u b'appoġġ speċifiku għall-SMEs u l- SMIs, li joħolqu sehem sinifikanti mill-innovazzjoni taħt is-Seba' Programm ta’ Qafas/Sigurtà, li għandu jiżdied u għandhom isiru sforzi sabiex tkun stimulata l-koperazzjoni (partikolarment il-kooperazzjoni transkonfinali) bejn l-intrapriżi Ewropej; jawgura li tinħoloq ħila esperta globali li tkun tista' tinkariga ruħha mill-proġetti kollha ta’ sigurtà CBRN, u li tkun tkopri ċ-ċiklu sħiħ ta’ ħajja tat-theddida CBRN (il-prevenzjoni, is-sejbien u r-rispons); jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strateġija biex tiżviluppa l-industrija tal-bijodifiża fl-Ewropa;

11.

Jilqa' l-fatt li l-ħarsien CBRN qed jiġi indirizzat bħala suġġett taħt il-Kooperazzjoni Ewropea ta’ Qafas (EFC) għar-riċerka fil-qasam tas-Sigurtà u d-Difiża bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju (ESA) u l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA); jenfasizza li l-kumplementarjetà, il-koordinazzjoni u s-sinerġija bejn l-investiment fid-difiża R&T u l-investiment fir-riċerka għas-sigurtà ċivili mill-Kummissjoni taħt is-Seba' Programm ta’ Qafas jirrikjedu titjib ġenwin tal-kundizzjonijiet legali rilevanti li jiggvernaw l-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan l-EFC u bejn l-attivitajiet fil-livelli nazzjonali u tal-UE, kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (22); iħeġġeġ li jkun hemm żvilupp ta’ riċerka applikata ta’ dimensjoni Ewropea fir-rigward tas-sigurtà tal-istallazzjonijiet, bil-għan li jitħarsu l-popolazzjonijiet u l-ambjent u sabiex jitniedu programmi kbar ta’ dimostrazzjoni; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ ċentri ta’ esperti li jispeċjalizzaw fit-theddidiet CBRN u l-mobilità tar-riċerkaturi;

12.

Jinsisti li jiġu implimentati garanziji u miżuri ta’ sigurtà xierqa fil-qafas tat-trattament tal-bażijiet tad-data komuni tal-Istati Membri u ta’ data tar-riċerka sensittiva, minħabba li approċċ orjentat lejn is-sigurtà tad-data jinkuraġġixxi kooperazzjoni msaħħa u skambju akbar ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet u l-korpi tal-Istati Membri;

13.

Jenfasizza l-importanza ta’ tħejjija mtejba, u jitlob li tkun aġġornata b'mod regolari s-sitwazzjoni tal-kapaċitajiet u l-assi nazzjonali, kif ukoll li jsiru eżerċizzji konġunti fost l-Istati Membri;

14.

Jappella għat-twaqqif urġenti ta’ mekkaniżmu ta’ rispons għall-kriżijiet Ewropew ibbażat fis-servizzi tal-Kummissjoni li għandu jikkoordina l-mezzi ċivili u militari sabiex jiġi żgurat li l-UE jkollha kapaċità ta’ rispons rapidu biex titratta diżastru CBRN; u jtenni s-sejħa tiegħu għat-twaqqif ta’ Forza tal-Protezzjoni Ċivili Ewropea bbażata fuq il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili eżistenti, forza li tippermetti lill-Unjoni tgħaqqad flimkien ir-riżorsi meħtieġa biex tipprovdi għajnuna ta’ emerġenza, inkluża għajnuna umanitarja, fi żmien 24 siegħa f'każ ta’ diżastru CBRN fit-territorju tal-UE jew barra minnu; jenfasizza li jridu jinbnew ukoll “pontijiet” u sħubiji xierqa bejn korpi bħall-Europol, l-Interpol u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri bil-ħsieb li jinħoloq netwerk xieraq u effettiv għall-monitoraġġ proattiv b'antiċipazzjoni/fil-ħin reali ta’ emerġenzi u l-impenn/koordinazzjoni operazzjonali biex jiġu trattati diżastri relatati mas-CBRN, u jenfasizza l-bżonn li jirrapporta wkoll lill-Kummissjoni; ifakkat fir-rapport Barnier tal-2006 “Għal forza Ewropea ta’ protezzjoni ċivili: EuropeAid” (23) li l-Parlament Ewropew kien appoġġa bil-qawwa, u jilqa' f'dak ir-rigward id-disponibilità tal-Kummissjoni li toħloq Kapaċità Ewropea għal Rispons ta’ Emerġenza kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja” (COM(2010)0600);

15.

Jappella li tintuża d-duwalità ċivili-militari tat-teknoloġiji bħala sors ta’ sinerġiji; fil-kuntest ta’ assi ta’ kollaborazzjoni strateġika definiti tajjeb, iħeġġeġ biex ikun hemm kooperazzjoni mal-EDA, mal-pajjiżi tan-NATO, bħall-Istati Uniti u l-Kanada, u pajjiżi terzi li huma pijunieri fil-qasam tas-sigurtà CBRN, permezz ta’ skambji ta’ prattika tajba, ta’ djalogi strutturati fost l-esperti u l-iżvilupp komuni tal-kapaċitajiet; jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri tal-UE jwettqu eżerċizzji konġunti fil-prevenzjoni u trattament ta’ inċidenti ta’ sigurtà marbuta mas-CBRN, bil-parteċipazzjoni tal-forzi armati u l-forzi tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri u l-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE;

16.

Jinnota li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, kif definit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, bħalissa huwa l-istrument xieraq għat-trattament ta’ diżastri CBRN, u jenfasizza li din l-istruttura għandha tkun il-forum fejn għandhom jittieħdu deċiżjonijiet ta’ emerġenza dwar it-tħejjija għad-diżastri u r-rispons għalihom; jinnota, madankollu, li sabiex jintlaħaq dan l-għan u sabiex tiġi żgurata prevenzjoni u skoperta xierqa jeħtieġ tiġi stabbilita kooperazzjoni mal-korpi tal-protezzjoni ċivili, mal-awtoritajiet tal-intelliġenza u tal-infurzar tal-liġi kif ukoll mas-servizzi tas-sigurtà, tal-informazzjoni militari u maċ-ċentri ta’ rispons f'kull wieħed mill-Istati Membri u fil-livell tal-UE, bħalma huma l-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) fi ħdan il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u ċ-Ċentru ta’ Sitwazzjonijiet Konġunt (SitCen); huwa jfakkar ukoll fl-irwol tal-Kumitat Permanenti dwar il-Koperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna (COSI), li għandu l-kompitu li jiffaċilita, jippromwovi u jsaħħaħ il-koperazzjoni operazzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali relevanti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà interna;

17.

Ifakkar li ċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet Konġunt (SitCen) tqiegħed fi ħdan is-Servizz Ewropew il-ġdid għall-Azzjoni Esterna, u li l-persunal tiegħu ġej primarjament mis-servizzi tas-sigurtà u tal-pulizija tal-Istati Membri; jenfasizza li r-rwol tiegħu huwa tal-akbar importanza għas-sostenn taċ-ċentri nazzjonali tal-ġestjoni tal-kriżijiet;

18.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom, taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, sabiex tittejjeb l-interoperabilità tat-tagħmir, kapaċitajiet u teknoloġiji fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex tkun implimentata b'mod effiċjenti fil-prattika l-klawżola l-ġdida ta’ solidarjetà fil-każ ta’ diżastru CRBN;

19.

Jenfasizza li t-tisħiħ tal-kapaċità tal-protezzjoni ċivili tal-UE għandu jinkludi l-esplorazzjoni ta’ teknoloġiji, infrastrutturi u kapaċitajiet b'użu doppju, kif ukoll kooperazzjoni strateġika mal-EDA, kif imsemmi hawn fuq, l-ESA, l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika (IAEA), l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) u ċentri jew programmi ta’ eċċellenza internazzjonali oħra relatati mas-CBRN;

20.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħtru jew joħolqu awtorità nazzjonali li, fil-każ ta’ attakk jew diżastru CBRN, ikollha r-responsabilità li taġixxi bħala koordinatriċi prinċipali tal-istrutturi nazzjonali u lokali kollha involuti, kif ukoll tal-miżuri li jistgħu jittieħdu kontra tali attakk jew diżastru;

21.

Japprova l-valutazzjoni dwar il-fatt li l-attakki tas-CBRN huma theddida serja għas-sigurtà tan-nies li jgħixu fl-UE; għalhekk jappoġġa l-miżuri kollha li joffru protezzjoni ikbar kontra l-attakki tas-CBRN;

22.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu trid titwettaq b'rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u l-liġi tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipji u l-valuri Ewropej, inkluż il-prinċipju tal-istat tad-dritt; ifakkar fil-ħtieġa tar-rispett għall-prinċipji tal-Konvenzjoni Aarhus dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni u s-sindikabilità ġudizzjarja f'materji marbutin mal-ambjent;

23.

Ifakkar li l-prevenzjoni tal-aċċess tat-terroristi għal materjal CBRN hija prijorità ewlenija kemm taħt l-Istrateġija attwali Kontra t-Terroriżmu 2005 tal-UE u kemm taħt dik ġejjiena, kif ukoll taħt l-Istrateġija tal-UE 2003 kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva u s-Sistema ta’ Kunsinna tagħhom; jitlob, għalhekk, li l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu jirrapporta regolarment lill-Parlament, permezz tal-aġenziji u l-esperti tal-UE rilevanti u xierqa, dwar il-livell ta’ kwalunkwe riskju jew theddida potenzjali ta’ CBRN fl-Unjoni jew kontra ċittadini u l-interessi Ewropej x'imkien ieħor; jinsisti li hija meħtieġa aktar kjarifika dwar ir-rwoli xierqa tad-diversi korpi varji tal-UE u nazzjonali involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jirrikonoxxi r-rwol ta’ koordinazzjoni tal-COSI u s-SitCen; jistieden lill-Parlament, bħala l-uniku korp elett demokratikament b'mod dirett fl-UE, u fil-kuntest tal-prerogattivi tiegħu, biex jiggarantixxi sorveljanza demokratika ta’ dawn iż-żewġ korpi u, b'hekk, jinżamm infurmat bis-sħiħ u b'mod immedjat dwar l-attivitajiet tagħhom, sabiex tinżamm l-operabilità sigura tagħhom;

24.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iżommu l-kontroll demokratiku u t-trasparenza rigward l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-partijiet kollha tal-Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE, li jirrispetta d-dritt tal-pubbliku għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika u r-riskji ta’ kuljum assoċjati mad-diżastri tas-CBRN;

25.

Jitlob għall-integrazzjoni tal-miżuri previsti fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CBRN fl-istrumenti kollha tal-UE li għandhom x'jaqsmu ma’ relazzjonijiet esterni għall-kooperazzjoni ekonomika u d-djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi (inkluż fil-klawżoli tal-UE dwar in-nonproliferazzjoni); iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, sabiex fid-djalogu politiku u ekonomiku tagħhom ma’ pajjiżi terzi, jużaw kull mezz disponibbli (inklużi strumenti tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u tar-relazzjonijiet esterni) sabiex jippromwovu standards għall-iskoperta u l-prevenzjoni, inkluż il-qsim tal-informazzjoni u rispons għal inċidenti bis-CBRN f'pajjiżi terzi, kif spjegat fil-Pjan ta’ Azzjoni;

26.

Jenfasizza r-rabta mill-qrib u l-effett ta’ mera bejn is-sigurtà interna u s-sigurtà esterna tal-Unjoni Ewropea; jilqa' bi pjaċir, f'dan ir-rigward, l-attivitajiet imwettqa miċ-ċentri reġjunali ta’ eċċellenza CBRN fiż-żoni ta’ tensjoni barra l-Unjoni Ewropea maħsuba biex irawmu netwerk ta’ ħidma ta’ esperti, itejbu l-kapaċità ta’ kontroll tal-esportazzjoni u l-prevenzjoni tat-traffiku illeċitu ta’ sustanzi CBRN, u jsaħħu l-mezzi regolatorji ta’ dawk l-Istati u l-kooperazzjoni reġjunali f'dan il-qasam; iħeġġeġ li jsir taħriġ fl-Ewropa għall-esperti internazzjonali tal-pajjiżi f'riskju, bir-rispett tar-regoli tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità meħtieġa;

27.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex jirreżistu l-pressjoni mill-industrija u minn partijiet interessati oħra li jfittxu li jaħarbu l-piż ta’ aktar regolamentazzjoni, kif wieħed jista' jistenna (u kif jirriżulta b'mod ċar meta nqabblu l-verżjoni tal-Kummissjoni u l-verżjoni tal-Kunsill tal-Pjan ta’ Azzjoni); iqis li t-tħassib tal-industrija dwar il-kwalità u l-impatt tal-miżuri regolatorji proposti għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni, mingħajr ma wieħed jinsa l-punt ewlieni, jiġifieri d-drittijiet għall-ħajja, għal-libertà, għas-sikurezza tal-popli kollha fl-Ewropa u s-soċjetajiet tagħhom; jenfasizza l-prijorità li tkun żgurata s-superviżjoni u protezzjoni ta’ materjali CBRN madwar l-UE u l-effiċjenza tar-rispons għal diżastru – inċidentali u mhux – min-naħa tal-UE u l-importanza tal-ħidma lejn l-eliminazzjoni ta’ tali theddidiet;

28.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN, u jikkoperaw f'dan ir-rigward mal-korpi tal-UE li qegħdin jitraduċu l-għanijiet u l-azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni f'passi konkreti, sabiex is-sigurtà tas-CBRN tkun garantita f'kull wieħed mill-Istati Membri tal-UE;

Prevenzjoni

29.

Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi bħala l-faċilitatur ewlieni u sorveljant b'rabta mat-twaqqif u l-aġġornament regolari ta’ list ital-UE dwar aġenti CBRN, fejn il-Kummissjoni għandha tkun l-unika waħda li tiddeċiedi dwar skadenzi raġonevoli; jinsisti li l-listi għandhom ukoll jinkludu miżuri possibbli preventive u ta’ rispons għal kull aġent CBRN, bi qbil mal-livell ta’ periklu tiegħu u mal-użu potenzjalment negattiv u l-vulnerabilità;

30.

Huwa tal-fehma li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN għandu jistabbilixxi standards ogħla rigward il-kriterji ta’ valutazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ CBRN b'riskju għoli, u jenfasizza r-rwol u r-responasabilità tal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu kontrolli regolari ta’ tali faċilitajiet, peress li l-iżvilupp ta “kriterji”, kif iddikjarat fil-Pjan ta’ Azzjoni attwali emendat u adottat mill-Kunsill, mhux biżżejjed u għandu standards baxxi ħafna, flimkien mal-livelli baxxi ta’ responsabbiltà allokati lill-organizzazzjonijiet li jittrattaw materjali CBRN, lill-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri u lill-korpi tal-UE; jinnota wkoll li l-miżuri kollha li jittieħdu għandhom ikunu proporzjonali għar-riskji possibbli;

31.

Jenfasizza li l-arranġamenti u l-ħtiġiet ta’ sigurtà fil-faċilitajiet tas-CBRN b'riskju għoli madwar l-UE iridu jkun suġġetti għal regolamenti tal-UE, aktar milli sempliċement “dokumenti dwar il-prassi tajba”, permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni konsistenti li jiġbru flimkien il-korpi tal-UE, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri li jittrattaw aġenti CBRN b'riskju riskju għoli; iħeġġeġ li sakemm jiġu adottati u użati regolamenti bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tingħata rwol akbar ta’ sorveljanza u ta’ spezzjoni;

32.

Jilqa' l-inizjattivi li saru miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ĊKR) bħala appoġġ għall-programmi tal-IAEA u għall-ispezzjonijiet nukleari; jirrakkomnda li ssir ħidma favur komunalità tad-databases tagħha u tar-riżultati tar-riċerka ma’ dawk li jinkisbu mill-Istati Membri;

33.

Jappoġġja l-iżvilupp ta’ strateġiji biex titqajjem kuxjenza fost l-impriżi, il-komunità xjentifika u universitarja u l-istabbilimenti finanzjarji dwar ir-riskji assoċjati mal-proliferazzjoni u t-traffiku ta’ sustanzi CBRN fil-kuntest tal-ħidma u tal-attivitajiet tagħhom; iqis ukoll, b'mod ġenerali, li l-kunfidenzjalità hija komponent essenzjali tal-effettività ta’ ċerti miżuri ta’ sigurtà tal-pjan ta’ azzjoni, u li jkun xieraq li wieħed ikun preparat kontra kull riskju ta’ żvelar li jista' jagħmilhom inoperabbli;

34.

Jemmen li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet li jittrattaw materjali CBRN b'riskju għoli u jiżguraw li dawn l-organizzazzjonijiet jikkonformaw ma’ standards ibbażati fuq ir-riskju ta’ sigurtà u sikurezza pubblika. Dan jimplika li l-ispezzjonijiet kif suppost ta’ siti b'riskju għoli għandhom isiru regolarment;

35.

Iqis li huwa kruċjali li l-parti “Prevenzjoni” tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN għandha tiġi emendata b'tali mod li ġġiegħel lill-industrija tal-kimiki li jissostitwixxu l-użu ta’ kimiċi b'riskju għoli b'alternattivi xierqa b'riskji aktar baxxi, fejn sostituzzjoni bħal din hija xjentifikament, teknoloġikament u ambjentalment possibbli u f'firxa raġonevoli f'termini ekonomiċi; jirrikonoxxi li l-ispejjeż ekonomiċi li tista' tinvolvi sostituzzjoni bħal din u l-impatt tagħhom fuq l-industriji rilevanti, iżda jħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri u lis-settur privat biex iqiegħdu s-sigurtà tal-ċittadini tal-UE l-ewwel u qabel kollox; jissuġġerixxi b'rabta ma’ dan li għandha tiġi stabbilita rabta speċifika mar-Regolament REACH (24) eżistenti, xi ħaġa li l-verżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni propost mill-Kummissjoni ġustament fittxet li tagħmel; jistieden lill-Kummissjoni tressaq studju dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament REACH f'dan ir-rigward;

36.

Jenfasizza li l-ikbar riskji tas-CBRN jirriżultaw mill-proliferazzjoni tal-materjali tas-CBRN mit-terroristi; jisħaq għalhekk fuq l-importanza li r-reġimi tal-kontroll internazzjonali jsiru aktar effettivi, u jitjiebu l-kontrolli fuq il-fruntieri u l-esportazzjoni;

37.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħeġġu lill-Istati Membri kollha biex jiffirmaw u jwettqu l-impenji tagħhom skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC) u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi (BWC) u biex jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-Protokoll ta’ Verifika Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi, li jinkludi lista tal-aġenti bijoloġiċi perikolużi u l-patoġeni u d-dispożizzjonijiet dwar dikjarazzjonijiet ta’ kxif u spezzjonijiet ta’ monitoraġġ; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-komunità internazzjonali biex ifasslu, bħala parti mill-Anness ta’ Verifika għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, lista tas-sustanzi kimiċi potenzjalment perikolużi kollha, inkluż il-fosforu abjad;

38.

Barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikomplu jżidu l-attivitajiet ta’ appoġġ tas-sistema tat-trattat, partikolarment il-konvenzjonijiet dwar l-armi kimiċi u bijoloġiċi, u għaldaqstant jistiednu lill-Istati Membri kollha biex jimponu projbizzjoni stretta fuq il-produzzjoni u l-użu ta’ armi bijoloġiċi u kimiċi u li jżarmaw l-armi tagħhom stess;

39.

Konxju li l-proliferazzjoni żżid it-theddida tal-użu ħażin minn gruppi terroristiċi, iħeġġeġ lill-UE biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tuniversalizza l-qafas legali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu nukleari u tiżgura li jkun hemm konformità mar-regoli eżistenti; jappoġġa l-proġetti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, pereżempju fil-Mediterran, fil-ġlieda kontra t-traffiku illeċitu ta’ materjal nukleari u radjoloġiku; jistieden lill-UE biex tuniversalizza s-CWC u l-BWC bi tħejjija għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u l-Armi Tossiċi (BTWC) fl-2011;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta data komparattiva u evalwazzjoni ġenerali tal-istat attwali fl-industriji fl-Ewropa rigward l-iżgurar u ż-żieda tal-kontroll fuq materjali CBRN b'riskju għoli, inkluża ħarsa ġenerali tal-liġijiet kollha nazzjonali rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, is-CWC, tal-BWC u strumenti internazzjonali oħra relatati mal-materjali CBRN; din il-ħarsa ġenerali għandha tinkludi r-rappurtar dwar kemm l-Istati Membri u l-industriji jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom; jirrikonoxxi, madankollu, li miżuri ta’ infurzar bħall-BWC u s-CWC jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiġu indirizzati r-riskji li jirriżultaw mill-użu tas-CBRN mill-atturi mhux statali, jiġifieri permezz ta’ netwerks terroristiċi;

41.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippromwovu l-Abbozz eżistenti ta’ Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna, it-Trasferiment u l-Użu tal-Armi tal-Uranju u d-distruzzjoni tagħhom u jippreżentaw din il-konvenzjoni lill-pajjiżi membri tan-NU, biex tiġi ffirmata u rratifikata; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE u lill-pajjiżi membri tan-NU biex jimponu moratorju dwar l-użu tal-armi tal-uranju mdgħajjef sa ma jkun hemm ftehim dwar projbizzjoni globali ta’ dawn l-armi;

42.

Jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġġieldu l-finanzjament tal-proliferazzjoni, bl-użu tal-mekkaniżmi mwaqqfa biex jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu;

43.

Jilqa' l-attivitajiet tal-Kummissjoni taħt l-IfS biex jiġu miġġielda l-attivitajiet CBRN; iqis dawn l-attivitajiet komplementari għall-Pjan ta’ Azzjoni tas-CBRN u jitlob lill-Kummissjoni biex tespandi l-proġetti f'reġjuni barra dawk tal-ex Unjoni Sovjetika (SEDE); jistieden ukoll lill-Kummissjoni, biex nibnu fuq l-esperjenzi miksuba fil-kuntest tal-Istrument għall-Istabbiltà biex tniedi sejħa għal proposti bl-għan tat-tisħiħ tas-sigurtà u l-protezzjoni ta’ laboratorji ċivili sabiex tkun evitata l-proliferazzjoni fil-futur;

44.

Iqis li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN għandu mingħajr ambigwità jitlob għall-iżvilupp ta’ linji gwida tal-UE dwar it-taħriġ tas-sigurtà u r-rekwiżiti standard li għandhom jiġu implimentati fl-Istati Membri kollha, u għandhom jiżguraw li jiġu provduti programmi ta’ taħriġ speċifiċi għall-persunal tas-sigurtà li jittratta materjali CBRN b'riskju għoli, inkluż il-persunal fl-industriji u f'ċentri ta’ riċerka bi preżenza ta’ CBRN b'riskju għoli, u li jiġu stabbiliti rekwiżiti għal uffiċjali tas-CBRN (rwol, kompetenza u taħriġ); jenfasizza li s-sigurtà u taħriġ biex ikun hemm kuxjenza jridu wkoll jiġu pprovduti lill min hu responsabbli mir-reazzjoni inizjali;

45.

Jenfasizza li reviżjoni fuq medda qasira ta’ żmien ġejjiena tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN m'għandhiex sempliċiment tippromwovi l-awtoregolamentazzjoni fost l-industriji konċernati, u mhux biss tagħti parir lill-industriji li jadottaw kodiċi ta’ kondotta, imma li titlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa linji gwida u regolamenti pan-Ewropej applikabbli għas-setturi kollha li jittrattaw ma’ aġenti CBRN b'riskju għoli;

46.

Iqis li huwa importanti ħafna li jkunu sorveljati t-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu materjali CBRN b'riskju għoli fl-UE, u li minflok sempliċement “iħeġġu” l-industrija biex tirrapporta dwar it-tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu fuq qafas legali xieraq li jirregola u jissorvelja t-tranżazzjonijiet, u b'hekk jitjieb il-livell ta’ sigurtà u jkun żgurat rappurtar tajjeb u rapidu dwar it-transazzjonijiet suspettużi kollha, kif ukoll dwar telf jew serq ta’ materjali CBRN; jenfasizza li dawn ir-regolamenti għandhom jistabbilixxu bażi xierqa għal trasparenza sħiħa fis-setturi kollha li jittrattaw ma’ aġenti CBRN, u b'hekk l-industriji jinżammu responsabbli għal tali tranzazzjonijiet; iqis li l-kapaċità tas-settur privat li jinforza l-liġijiet u r-regoli rilevanti għandha titqies b'rabta mal-monitoraġġ tal-obbligi tagħhom ta’ rappurtaġġ sabiex tiġi żgurata sorveljanza adegwata;

47.

Jenfasizza li s-sigurtà kemm tat-trasport kif ukoll tal-ħżin ta’ materjali tas-CBRN hija bla dubju u inevitabbilment parti mill-proċess tal-UE biex l-aċċess għal dawn il-materjali jsir kemm jista' jkun diffiċli b'hekk jiġi ttrattat in-nuqqas ta’ sigurtà relatata mal-materjali tas-CBRN;

48.

Jenfasizza li r-riskji marbuta mal-kummerċ ta’ sustanzi kimiċi fuq l-Internet jeħtieġu aktar investigazzjoni u li għandhom isiru azzjonijiet speċifiċi għal dan il-għan;

49.

Jitlob kjarifika dwar it-tisħiħ tar-reġim tal-importazzjoni/esportazzjoni rigward ir-rwoli tal-Istati Membri u l-Kummissjoni; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw u jiżguraw l-applikazzjoni tar-regolamenti internazzjonali eżistenti, u lill-Kummissjoni biex ikollha rwol ta’ monitoraġġ, billi tevalwa u tirraporta dwar il-konformità; jinnota li huwa importanti, meta wieħed iqis l-evoluzzjoni tal-era tat-teknoloġija, li wieħed jipproċedi għall-eżami mill-ġdid u r-reviżjoni u tal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti rilevanti vis-à-vis l-akkwist, l-importazzjoni, il-bejgħ, il-ħażna sikura u t-trasport ta’ materjali CBRN;

50.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu fejn jeżistu, u li jinħolqu fejn ma jeżistux, il-mekkaniżmi ta’ spezzjoni u ta’ sikurezza fis-servizzi postali kollha li jittrattaw id-distribuzzjoni ta’ korrispondenza, fil-perspettiva tal-atti ta’ terroriżmu mwettqa f'pajjiżi Ewropej bit-tqegħid ta’ sustanzi splussivi fil-pakketti mibgħuta permezz tal-posta;

Identifikazzjoni

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tniedi studju, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, biex tevalwa s-sitwazzjoni fil-post f'każ ta’ identifikazzjoni ta’ CBRN u dwar is-sikurezza ta’ impjanti nukleari fl-Ue u fil-pajjiżi ġara tagħha, fil-każ ta’ inċident jew attakk intenzjonali; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tibni fuq ir-riżultati ta’ tali evalwazzjoni u taħdem fuq linji gwida komuni tal-UE dwar kif għandhom jiġu trattati inċidenti jew attakki intenzjonati bħal dawn, fosthom li jinstabu l-mezzi biex jiżguraw li l-Istati Membri jallokaw riżorsi umani u materjali għal sforzi bħal dawn;

52.

Jappella li jissaħħaħ ir-rwol taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC) li diġà kien stabbilit taħt il-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE sabiex jiżgura l-iskambju xieraq tat-tagħrif u tal-prattika tajba bejn l-Istati Membri, li jwassal għal standards pan-Ewropej fl-identifikazzjoni ta’ attivitajiet tas-CBRN;

53.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkontrolla, tevalwa u tirrapporta lill-Parlament dwar il-konformità tal-Istati Membri fuq bażi annwali dwar il-konformità min-naħa tal-Istati Membri, u jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali jassiguraw li r-regolamenti u l-linji gwida qed jiġu segwiti u mħarsa mill-industriji u l-organizzazzjonijiet rilevanti li jittrattaw ma’ materjali CBRN ta’ riskju għoli;

54.

Jikkunsidra li huwa essenzjali li jitwettqu studji xierqa fuq bażi obbligatorja bil-ħsieb li jiġu involuti l-korpi u l-partijiet konċernati kollha relevanti, kemm dawk nazzjonali kif ukoll tal-UE, inkluża valutazzjoni ta’ modi biex l-iskambji u l-kooperazzjoni jsiru aktar rapidi u aktar faċli, u b'hekk jagħmlu r-ripons għal theddida lis-sigurtà pubblika aktar effettiva;

Tħejjija u Rispons

55.

Jistieden lill-Kunsill jagħti rwol ta’ “koordinatur” lill-Kummissjoni rigward l-ippjanar f'każijiet ta’ emerġenza, sabiex tkun tista' tagħmel monitoraġġ, u b'hekk ikun żgurat li jeżistu pjanijiet ta’ emerġenza lokali kif ukoll nazzjonali; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tieħu rwol ta’ depożitarju ta’ pjanijiet bħal dawn, u dan ipoġġiha fl-aħjar pożizzjoni biex tidentifika nuqqasijiet potenzjali u biex taġixxi kif xieraq b'aktar ħeffa mill-awtoritajiet rilevanti;

56.

Jilqa' l-intenzjoni li tissaħħaħ il-kapaċità tal-protezzjoni ċivili tal-UE; jinnota madankollu li f'ħafna Stati Membri tal-UE d-dipartimenti tad-difiża militari akkwistaw esperjenzi prattiċi profiċjenti dwar it-trattament tad-diżastri tas-CBRN; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jaqsmu l-aħjar prattiki u biex jinvestu aktar f'koordinazzjoni kbira bejn l-esperti ċivili u militari;

57.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jitwettqu sabiex jittejbu l-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili, bil-ħsieb għal proġetti ta’ akkwist komuni; jitlob f'dan ir-rigward, li jkun fokus partikolari fuq id-definizzjoni tal-ħtiġijiet tal-UE f'termini tal-livell ta’ preparazzjoni u l-kapaċità tar-rispons tas-CBRN, inklużi kontromiżuri mediċi sabiex id-disponibilità tal-kontromiżuri mediċi f'każ ta’ inċident tas-CBRN tiġi vvalutata kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri;

58.

Jitlob għall-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji konġunti bejn l-Istati Membri tal-UE, u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, biex jiġu evitati sitwazzjonijiet perikolużi fir-rigward tas-sigurtà kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari;

59.

Jilqa' l-ippjanar tal-eżerċizzji tal-UE ta’ simulazzjonijiet ta’ inċidenti jew attakki CBRN, u jenfasizza li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRNgħandu jagħmel dispożizzjoni għar-riżultati u l-valutazzjonijiet ta’ eżerċizzji bħal dawn għad-dibattitu kontinwu li għandu jkun hemm dwar l-iżvilupp ta’ standards pan-Ewropej;

60.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni, għandha tmexxi l-iffissar tal-istandards ibbażati fuq il-ħtiġijiet ta’ kapaċitajiet ta’ kontromiżuri; jenfasizza li dan huwa l-unika mod biex jintlaħaq l-ogħla standard possibbli ta’ sigurtà madwar l-UE, għax dan ikun l-uniku mod possibbli biex jiżguraw li l-Istati Membri qed isegwu l-istess linji gwida u japplikaw l-istess prinċipji meta jaħżnu l-kapaċitajiet ħażna u jħejju r-riżorsi umani u materjali xierqa biex jirrispondi għal diżastru, kemm jekk aċċidentali kif ukoll jekk intenzjonat;

61.

Jenfasizza l-bżonn li jinħolqu stokkijiet reġjonali u madwar l-UE ta’ riżorsi ta’ rispons, li l-iskala tagħhom għandha kemm jista' jkun tkun tirrifletti l-livell attwali ta’ theddida, kemm jekk fil-forma ta’ tagħmir mediku kif ukoll tipi oħra ta’ tagħmir, taħt il-koordinazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE, fundati mill-UE u bi qbil ma—linji gwida maqbula komunement fl-UE; jenfasizza l-importanza li jinżammu ħażniet ġestiti sew biex ikun żgurat li r-riżorsi ta’ reazzjoni, tagħmir mediku jew tagħmir rilevanti ieħor, ikunu kompletament funzjonali, attwali u aġġornati; iħeġġeġ li sakemm din il-ħażna ta’ riżorsi UE/reġjonali tiġi imlimentata, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN għandu jindika mod possibbli kif l-Istati Membri jistgħu jaqsmu bejniethom il-kontromiżuri u r-riżorsi fil-każ ta’ inċident jew attakk terroristiku CBRN, biex titpoġġa fil-prattika l-Klawżola ta’ Solidarjetà l-ġdida; jenfasizza li kwalunkwe att ta’ assistenza lil Stati Membri speċifiċi tal-UE għandu jkun b'riżultat ta’ talba mill-awtoritajiet politiċi rilevanti fil-pajjiżi affettwati u m'għandux imur kontra l-kapaċità tal-Istat Membru li jipproteġi liċ-ċittadini tiegħu;

62.

Jitlob rieżami tar-regoli li jiggvernaw il-Fond Ewropew ta’ Solidarjetà biex dan ikun iktar aċċessibbli f'każ ta’ diżastri naturali, u jkun disponibbli f'każ ta’ diżatri industrijali u maħluqa mill-bniedem, u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mir-riżorsi disponibbli taħt il-Fondi Strutturali biex titjieb il-prevenzjoni u t-tħejjija;

63.

Għal tħejjija fil-każ sfortunat li jkun hemm inċident, ħruġ jew użu intenzjonat ta’ CBRN, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ rappurtar li jipprovdu rabta bejn il-ħidma tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE u sistemi oħra ta’ twissija bikrija tal-UE fl-oqsma relevanti tas-saħħa, tal-ambjent, tal-produzzjoni tal-ikel u tal-benessri tal-annimali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mekkaniżmi għall-iskambju ta’ informazzjoni u analiżijiet ma’ korpi internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Temp u l-Organizzazzjoni dwar l-Ikel u l-Agrikoltura;

64.

Jitlob li jinħolqu timijiet ta’ rispons speċjalizzati UE/reġjonali, inkluż persunal mediku, persunal tal-infurzar tal-liġi u persunal militari, u jindiku li jekk dawn it-timijiet jinħolqu, għandha ssir skeda ta’ taħriġ speċjali u eżerċizzji operattivi regolari;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi finanzjament suffiċjenti għall-iżvilupp ta’ tagħmir imtejjeb għas-sejbien u l-identifikazzjoni ta’ aġenti bijoloġiċi fil-każ ta’ attakk jew inċident; jiddeplora l-fatt li t-tagħmir eżistenti għas-sejbien huwa limitat fil-kapaċità u l-ħeffa, bir-riżultat ta’ telf ta’ ħin prezzjuż fil-każ ta’ emerġenza; jenfasizza li l-persunal ta’ emerġenza irid ikun attrezzat tajjeb u medikament protett bil-quddiem sabiex jaħdem b'sigurtà personali massima f'żona ta’ diżastru fejn patoġeni ta’ ħsara jistgħu jkunu preżenti; jenfasizza li tagħmir imtejjeb għall-identifikazzjoni ta’ aġenti u dijanjostiċi huwa meħtieġ ukoll fl-isptarijiet u faċilitajiet oħra li jirċievu l-vittmi ta’ inċident;

66.

Jistieden lill-UE u lill-korpi nazzjonali varji involuti fil-ġbir tal-informazzjoni biex jirrevedu l-istrutturi organizzattivi tagħhom u fejn dawn ikunu nieqsa, jinħatru persuni adegwati bl-esperjenza u l-fehim tal-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ theddid u riskji CBRN;

67.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament dwar il-valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju tas-CBRN;

68.

Jitlob li jkun hemm tnedija fuq skala Ewropea ta’ programmi ta’ taħriġ u ta’ tqajjim ta’ kuxjenza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-possibilitajiet li joffri l-internet, bħala sorsi ewlenin biex iċ-ċittadini jiġu mgħarrfa dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw is-CBRN; jenfasizza l-importanza li għandha tingħata lill-koordinazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ twissija u ta’ informazzjoni rapidi taċ-ċittadini tal-UE f'dak li jirrigwarda l-inċidenti CBRN; jinotta b'interess l-istudji dwar il-fattibilità rigward Ċentru Ewropew għat-taħriġ fis-sigurtà nukleari fi ħdan il-JRC;

Impatti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa

69.

Josserva s-sovrinvestiment mhux koordinat fil-vaċċini matul il-pandemija A/H1N1; jilqa' b'sodisfazzjon l-Abbozz tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Dwar it-Tagħlimiet li joħorġu mill-pandemija A/H1N1 – is-sigurtà tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea” (12665/2010) li tipprevedi l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu għall-akkwist konġunt tal-vaċċini u l-medikament antivirali applikabbli fl-Istati Membri fuq bażi volontarja, u jinkoraġġixi lill-Istati Membri jiżviluppaw flimkien soluzzjonijiet ta’ prontezza reġjonali, inkluż il-qsim tal-kapaċità eżistenti u l-koordinament tal-akkwist li jżomm il-bilanċ bejn il-kost u l-effettività ta’ kontromiżuri mediċi filwaqt li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ prontezza CBRN fl-UE kollha;

70.

Jinnota li l-leġiżlazzjoni tal-UE (Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE) tiddisponi għal approċċ Komunitarju għat-tqaċċit, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u z-zoonożi, inkluż ix-xiri u l-ħżin ta’ kontromiżuri mediċi veterinarji għall-protezzjoni tal-annimali mill-infezzjoni; jiddispjaċih li ma hemm l-ebda approċċ Komunitarju bħal dan biex jikkoordina x-xiri u l-ħżin tal-kontromiżuri mediċi għall-protezzjoni tal-popolazzjoni tal-UE mill-infezzjoni minn patoġeni bijoloġiċi perikolużi;

71.

Jindika li inċident jew attakk li jkun jinvolvi l-patoġeni bijoloġiċi – ngħidu aħna, imma mhux biss, l-antraċe – jikkontamina z-zona milquta għal dekadi, billi jiddanneġġja b'mod gravi ħajjet ix-xtieli, l-annimali u l-bnedmin, u saħħithom, u jwassal għal kosti ekonomiċi fit-terminu t-twil; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-istrateġiji tal-irkupru u d-dekontaminazzjoni fil-politika tas-CBRN;

72.

Jisħaq li inċident li jkun jinvolvi materjali CBRN li jolqot il-kondizzjoni tal-ħamrija u/jew il-fornitura tal-ilma għax-xorb ikollu l-potenzjali li jipproduċi effetti devastanti u b'firxa wiesgħa fuq is-saħħa u l-benessri ta’ kulmin ikun fiz-zona milquta; jistieden lill-Kummissjoni tqis dan kollu meta tkun qed tabbozza l-Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE;

73.

Jisħaq dwar l-importanza li jkun żgurat li jkun hemm kontroll effettiv tal-inċidenti ta’ kontaminazzjoni relattiva għall-ilma, li jkunu involvu t-tniġġis tal-ambjent, kontaminazzjoni tal-art, ir-rimi tal-ilma u/jew ir-rilaxx ta’ sostanzi radjoattivi;

74.

Jiddispjaċih li ma ngħatatx attenzjoni biżżejjed għall-prontezza u r-rispons fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE, li għandu attenzjoni qawwija fuq is-sejbien u l-prevenzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħtu aktar importanza lill-iżvilupp tal-mekkaniżmi ta’ prontezza u rispons meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u l-ambjent, jekk kemm-il darba jseħħ inċident CBRN fuq it-territorju tal-UE;

75.

Jiddispjaċih min-nuqqas ta’ miżuri fil-Pjan ta’ Azzjoni CBRN għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-faċilitajiet u materjali radjoloġiċi u nukleari, u fit-titjib tal-pjanijiet ta’ rispons fit-tipi varji ta’ emerġenza radjoloġika u l-konsegwenzi tagħhom għall-popolazzjoni u l-ambjent;

76.

Jinsab allarmat mill-każi ta’ individwi u attivisti li rnexxielhom jiksbu materjal ta’ skart nukleari minn diversi stallazzjonijiet ta’ riproċessar fl-Ewropa, jitlob li jkun hemm azzjoni urġenti konċertata favur it-titjib tas-sigurtà fil-materjali u l-faċilitajiet radjoattivi u nukleari;

77.

Jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ attenzjoni fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni CBRN dwar l-għoti ta’ protezzjoni adegwata lin-netwerks ta’ trasport pubbliku u lis-saħħa tal-utenti tagħhom, invista tal-bosta attakki terroristiċi dwar it-trasport fis-snin imgħoddija u b'mod ġenerali r-riskju li ormaj kiber ta’ inċidenti CBRN waqt it-trasport ta’ materjali CBRN; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu l-protezzjoni ta’ pre-espożizjzoni tal-ewwel li jagħtu rispons fl-inċidenti CBRN u t-trattament post-espożizzjoni tal-vittmi, b'mod partikolari kontra l-patoġeni bijoloġiċi;

78.

Jindika li inċident CBRN jista' jkollu effetti fit-tul fuq l-għelejjel u b'hekk għandu l-potenzjal li jaffettwa negattivament is-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis dan kollu meta tkun qed tabbozza l-Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE;

79.

Jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattika mal-pajjiżi li jkunu żviluppaw perizja fil-qasam tal-valutazzjoni tar-riskju CBRN, il-prevenzjoni, is-sejbien, il-komunikazzjoni u r-rispons ta’ u għall-istess, bħalma huma l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Indja;

80.

Jinkoraġġixxi politiki konġunti favur it-tneħħija tal-kontaminazzjoni mill-artijiet milqutin mill-kontaminazzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika jew nukleari, ħalli l-ħamrija u l-art ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw kemm jista' jkun malajr, u b'hekk jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa u l-ambjent;

81.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkunsidraw mudelli ta’ rispons li qed jiġu żviluppati u li jagħtu rispons ideali fl-evenjent ta’ inċidenti CBRN, u li fihom tingħata attenzjoni speċjali għall-istabbilimenti ta’ taħriġ, istituzzjonijiet ta’ kura medika u ċentri ta’ kura ġerjatrika;

82.

Jistieden lill-Istati Membri, huma u jabbozzaw il-pjanijiet ta’ evakwazzjoni f'każ ta’ inċident CBRN, li jagħtu attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet tal-anzjani, tat-tfal, ta’ min ikun taħt kura medika, persuni b'diżabilità u ta’ gruppi vulnerabbli bħal dawn;

83.

Jistieden lill-Istati Membri jagħtu importanza speċjali għall-kostruzzjoni ta’ xeltrijiet għall-protezzjoni ċivili kemm f'istituzzjonijiet (pubbliċi u amministrattivi) kemm f'livell lokali u reġjonali, li fihom il-pubbliku Ewropew jista' jistkenn fl-evenjent ta’ diżastru;

84.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex ftehim dwar l-istandards minimi komuni ta’ sigurtà ma’ pajjiżi terzi ġirien li jkollhom fit-territorju tagħhom oġġetti li jistgħu jkunu ta’ theddida maġġuri għas-sigurtà ambjentali u umana fl-UE u fil-każ ta’ inċident;

85.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkontempla fil-pjan ta’ azzjoni tagħha adattament aktar flessibbli tal-miżuri ta’ sigurtà għall-iżvilupp teknoloġiku;

86.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-miżuri eżistenti ta’ sigurtà f'termini tal-impatt tagħhom fuq l-ambjent u s-saħħa, u li jiżguraw li l-miżuri l-ġodda jiddaħħlu biss skont ir-riżultati ta’ valutazzjoni bħal din li għandha ssir perjodikament;

*

* *

87.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrediġi Pjan direzzjonali tal-UE għas-CBRN għall-perijodu bejn issa u l-2013, meta se jkun rivalutat il-Pjan ta’ Azzjoni CBRN għall-UE, li fih l-isfidi u r-risponsi għall-politika ġew stabbiliti u li fuqu l-Kummissjoni regolarment tirrapporta lura lill-Parlament dwar l-iżviluppi li jkunu għaddejjin u l-progress li jkun sar sa dak il-mument;

88.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex b'ħeffa jerġgħu jeżaminaw u jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-CBRN skont ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, u jistemma li jiġi implimentat b'ħeffa; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jirreferu l-Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE li jmiss lill-Parlament mill-inqas sena qabel id-dħul tiegħu fil-fażi ta’ implimentazzjoni, sabiex il-Parlament ikun jista' l-opinjoni tiegħu fiż-żmien dovut;

89.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  14627/2002.

(2)  ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

(3)  ĠU L 330, 9.12.2008, p. 21.

(4)  5842/2/2010.

(5)  15480/2004.

(6)  14469/4/2005.

(7)  5771/1/2006.

(8)  http://www.unisdr.org/eng/hfa/hfa.htm.

(9)  Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

(10)  https://www.cbrnemap.org.

(11)  ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9.

(12)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

(13)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.

(14)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.

(15)  15505/1/2009 REV 1.

(16)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(17)  Testi adottati, P7_TA(2010)0015.

(18)  Testi adottati, P7_TA(2010)0326.

(19)  15465/2010.

(20)  Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff dwar is-saħħa globali – negħlbu l-isfidi tal-globalizzazzjoni (SEC(2010)0380), id-Dokument ta’ akkumpanjament tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali” (COM(2010)0128).

(21)  http://www.who.int/csr/en/

(22)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.

(23)  http://ec.europa.eu/archives/commission_2004-2009/president/pdf/rapport_barnier_en.pdf

(24)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar Reġistrazzjoni, Valutazzjoni, Awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi u Restrizzjonijiet (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/23


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Governanza tajba u politika reġjonali tal-UE

P7_TA(2010)0468

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta1-14 ta’ Diċembru 2010 dwar governanza tajba fir-rigward tal-politika reġjonali tal-UE: proċeduri ta’ assistenza u kontroll mill-Kummissjoni Ewropea (2009/2231(INI))

2012/C 169 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 174 sa 178 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni rigward ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Mejju 2010 (COM(2010)0260),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar it-trasparenza fil-politika reġjonali u l-iffinanzjar tagħha (3),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-governanza fuq diversi livelli tas-17 u t-18 ta’ Ġunju 2009 u r-Rapport ta’ Konsultazzjoni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa Ministerjali informali li saret fis-16 u s-17 ta’ Marzu 2010 f'Málaga,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2004, bit-titolu “Ir-responsabilitajiet rispettivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fil-ġestjoni komuni tal-Fondi Strutturali u tal-Fondi ta’ Koeżjoni - Sitwazzjoni attwali u prospettivi għall-perjodu l-ġdid ta’ pprogrammar wara l-2006” (COM(2004)0580),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 (COM(2008)0301),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tas-snin finanzjarji 2006 u 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2008, bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali” (COM(2008)0097),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2009, bit-titolu “Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali” (COM(2009)0042),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 mill-Kummissarji Samecki u Špidla lill-Kummissjoni fejn jingħata rapport interim dwar is-segwitu għall-pjan ta’ azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali (SEC(2009)1463),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2010 dwar l-impatt tal-pjan ta’ azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni b'ġestjoni kondiviża tal-azzjonijiet strutturali (COM(2010)0052),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7–0280/2010),

A.

billi l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni fil-biċċa l-kbira tagħha hija deċentralizzata u msejsa fuq l-assunzjoni tar-responsabilità min-naħa tal-awtoritajiet sottonazzjonali,

B.

billi l-politika ta’ koeżjoni twettaq rwol ta’ prekursur fl-applikazzjoni tal-governanza fuq diversi livelli bħala strument għat-titjib tal-kwalità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-involviment attiv tal-awtoritajiet sottonazzjonali mill-fażi preleġiżlattiva tad-dibattiti,

C.

billi l-“governanza fuq diversi livelli” tfisser azzjoni kkoordinata mill-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll mis-sħab soċjoekonomiċi u l-NGOs, ibbażata fuq il-prinċipji tas-sħubija u tal-kofinanzjament u mmirata biex jiġu mfassla u implimentati l-politiki tal-Unjoni Ewropea, definizzjoni li timplika li r-responsabilità tinqasam bejn il-livelli differenti tal-gvern,

D.

billi r-rapport tal-2006 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri wera li s-sistemi ta’ kontroll li jeżistu għall-politika ta’ koeżjoni ma kinux effikaċi biżżejjed, b'rata ta’ żball ta’ 12 % fl-ispejjeż rimborsati, u r-rapport tal-2008 kkonferma din id-data bi 11 % tal-fondi rimborsati aktar milli kien imisshom,

E.

billi l-Kummissjoni teħtieġ li ssaħħaħ ir-rwol tagħha ta’ sorveljanza biex tnaqqas il-livell ta’ żball, ittejjeb is-sistema ta’ kontroll u żżid l-assistenza lill-awtoritajiet sottonazzjonali u lill-benefiċjarji, li aktar 'il bogħod fil-ġejjieni kollha se jwasslu għal politika li tkun aktar orjentata lejn ir-riżultati u tkun tirrispetta aktar lill-utenti,

F.

billi proċeduri ta’ talba ta’ finanzjament wisq ikkumplikati u kontrolli żejda għandhom ir-riskju li jbiegħdu lill-benefiċjarji potenzjali tal-politika ta’ koeżjoni,

G.

billi s-soluzzjonijiet prattiċi mistennija minn sħabna ċ-ċittadini rigward is-servizzi pubbliċi (bħat-trasport pubbliku, l-ilma tax-xorb, is-saħħa pubblika, l-akkomodazzjoni soċjali u l-edukazzjoni pubblika) ma jistgħux jinkisbu ħlief bil-governanza t-tajba fil-livell ta’ żewġ sistemi komplementari: minn naħa, is-sistema istituzzjonali, li tipprevedi t-tqassim tal-kompetenzi u tal-baġits bejn l-Istat u l-awtoritajiet regjonali u lokali, u, min-naħa l-oħra, is-sistema tas-sħubija, li tgħaqqad flimkien l-atturi pubbliċi u privati kollha kkonċernati mill-istess suġġett f' territorju partikolari,

H.

billi s-sħubija, li għandha tieħu kont tal-komunitajiet u l-gruppi kollha rilevanti, tista' ġġib kemm benefiċċji kif ukoll valur miżjud għall-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni permezz ta’ leġittimità msaħħa, trasparenza garantita u assorbiment aħjar tal-fondi, u għandha tkun evalwata wkoll f'termini tal-valur soċjali u ċiviku li tirrappreżenta,

I.

billi approċċ integrat għandu jagħti każ tal-karatteristiċi speċjali tar-reġjun (żvantaġġi ġeografiċi u naturali, spopolazzjoni, reġjun ultraperiferali, eċċ.) bil-għan li jkun jista' jaffronta l-isfidi lokali u reġjonali,

L-applikazzjoni ta’ governanza fuq diversi livelli

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-White Paper tal-KtR dwar il-governanza fuq diversi livelli u l-għarfien tas-sussidjarjetà sottonazzjonali fit-Trattat ta’ Lisbona; jenfasizza li l-approċċ mil-lat ta’ diversi livelli għandu jiġi applikat mhux biss f'sens vertikali imma wkoll f'sens orizzontali, fost l-atturi tal-istess livell, fil-politiki kollha tal-Unjoni fejn jidħlu l-kompetenzi komuni inkluża l-politika ta’ koeżjoni;

2.

Jilqa' l-konklużjonijiet tal-laqgħa ministerjali informali ta’ Málaga ta’ Marzu 2010 u jqis li l-governanza fuq diversi livelli hija prekundizzjoni għall-ksib tal-koeżjoni territorjali fl-Ewropa; jitlob li dan il-prinċipju jsir wieħed obbligatorju għall-Istati Membri fl-oqsma politiċi li għandhom impatt territorjali qawwi biex ikun żgurat żvilupp territorjali bbilanċjat f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jirrimarka li dispożizzjoni bħal din m'għandha bl-ebda mod twassal għal proċeduri li jkunu ta’ aktar piż;

3.

Iqis li governanza sodisfaċenti fuq diversi livelli għandha tkun ibbażata fuq approċċ orjentat minn isfel għal fuq, filwaqt li jqis id-diversità tal-arranġamenti amministrattivi li jeżistu fl-Istati Membri differenti; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw il-mezzi l-aktar effiċjenti għall-implimentazzjoni tal-governanza fid-diversi livelli u jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll mal-amministrazzjoni tal-Komunità billi, pereżempju, jistiednu uffiċċjali mil-livelli kollha tal-gvern għal laqgħat perjodiċi organizzati flimkien mal-Kummissjoni jew billi jistabbilixxu Pattijiet Territorjali Ewropej li fuq bażi volontarja jgħaqqdu bejniethom il-livelli differenti tal-gvern ikkonċernat;

4.

Jirrakkomanda li l-analiżi tal-impatt territorjali għandu jsir prattika standard billi d-diversi partijiet ikkonċernati jiġu involuti, minn fażi bikrija tad-deċiżjoni ta’ politika, bil-għan li jiġu mifhuma r-riperkussjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proposti Komunitarji kemm leġiżlattivi u kemm mhux leġiżlattivi fuq ir-reġjuni;

5.

Jenfasizza li l-governanza fuq diversi livelli tippermetti espolojtazzjoni aħjar tal-potenzjal tal-kooperazzjoni territorjali grazzi għar-relazzjonijiet li ġew żviluppati fost atturi privati u pubbliċi minn naħa għall-oħra tal-fruntieri; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma adottawx id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-istabbiliment tar-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tat-tagħrif bejn ir-REKT li diġà huma maħluqa u dawk li jinsabu fil-proċess li jiġu stabbiliti fil-qafas tal-programmi eżistenti; jifraħ lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-kwalità tax-xogħol tiegħu fuq ir-REKT u jitlob li l-istrumenti disponibbli tiegħu, b'mod partikolari l-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ ta’ Liżbona u n-Netwerk ta’ Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà tagħha, jintużaw biex jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri bil-ħsieb li jiġu identifikati u ddeterminati b'mod konġunt l-objettivi u l-azzjonijiet ta’ ppjanar sussegwenti, u, fl-aħħar, bil-ħsieb li titwettaq evalwazzjoni komparattiva tar-riżultati tal-politika ta’ koeżjoni;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jintensifikaw l-użu li jagħmlu tal-approċċ integrat matul il-perjodu attwali ta’ programmazzjoni; jipproponi li dan l-approċċ isir obbligatorju fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni futura; jidhirlu li approċċ flessibbli u integrat għandu mhux biss iqis l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp tat-territorju imma jippermetti wkoll li jiġu kkoordinati l-interessi tas-sħab differenti, fid-dawl tal-karatteristiċi territorjali, bil-għan li tkun tista' ssir reazzjoni għall-isfidi fil-livell lokali u reġjonali;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa gwida għall-atturi pubbliċi u privati dwar kif għandhom jiġu implimentati fil-prattika l-prinċipji tal-governanza fuq diversi livelli u l-approċċ integrat; jirrakkomanda li azzjonijiet immirati għall-promozzjoni ta’ dawn iż-żewġ approċċi jiġu ffinanzjati skont l-assistenza teknika tal-FEŻR;

8.

Jirrakkomanda li l-Kumitat tar-Reġjuni juża Jiem il-Bibien Miftuħa tal-2011 u, safejn għadu possibbli f'dan l-istadju, il-Jiem tal-Bibien Miftuħa tal-2010 bħala okkażjoni biex jippromwovi u japprofondixxi d-dibattitu dwar l-identifikazzjoni tal-mezz l-aktar adattat kif tiġi promossa l-governanza fuq diversi livelli; jissuġġerixxi li mill-2011 fir-reġjuni kollha tal-UE tiġi inizjata u stabbilita marka Ewropea tal-governanza fuq diversi livelli;

9.

Jinnota li l-mekkaniżmi tat-twettiq deċentralizzati huma fattur ewlieni għall-governanza fuq diversi livelli; minħabba l-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni, iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni jissottodelegaw l-implimentazzjoni ta’ parti waħda minn programm operazzjonali, meta dan ikun xieraq u b'mod partikulari biex jesplojtjaw aħjar l-użu tal-għotjiet globali; jistedinhom jieħdu l-miżuri deċentralizzati meħtieġa, kemm fil-livell leġiżlattiv u kemm f'dak baġitarju, sabiex is-sistema tal-governanza fuq diversi livelli tkun tista' taħdem b'mod effikaċi u f'konformità mal-prinċipji tas-sħubija u s-sussidjarjetà; jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali, speċjalment dawk li għandhom setgħat leġiżlattivi, għandhom jiġu involuti aktar mill-qrib, peress li mhemmx min hu infurmat aħjar minnhom dwar il-potenzjalitajiet u l-ħtiġijiet tar-reġjun tagħhom u jistgħu għalhekk jikkontribwixxu għal implimentazzjoni mtejba tal-politika ta’ koeżjoni;

10.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvolvu l-awtoritajiet reġjonali u lokali relevanti u l-atturi tas-soċjetà ċivili mill-istadji l-aktar bikrija tan-negozjati dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dwar programmi li jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali sabiex ikun jista' jsir djalogu f'waqtu bejn is-saffi differenti tal-gvern; jitlob li dawn l-awtoritajiet jipparteċipaw fil-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq bażi ugwali mar-rappreżentanti nazzjonali;

11.

Jenfasizza li għall-assorbiment effiċjenti tal-fondi u l-massimizzazzjoni tal-impatt tagħhom irid ikun hemm kapaċità amministrattiva suffiċjenti kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livell reġjonali u dak lokali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni ttejjeb il-kapaċità amministrattiva tagħha bil-għan li tkabbar il-valur miżjud tal-politika ta’ koeżjoni u tiżgura s-sostenibilità tal-azzjonijiet u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw strutturi amministrattivi u kapital uman adegwati f'dawk li huma reklutaġġ, remunerazzjoni, taħriġ, riżorsi, proċeduri, trasparenza u aċċessibilità;

12.

Jistieden lill-Istati Membri wkoll biex isaħħu, fejn jixraq, ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija, l-immaniġġjar u l-implimentazzjoni tal-programmi u jżidu r-riżorsi li hemm għad-dispożizzjoni tagħhom; jirrakkomanda li fil-politika ta’ koeżjoni tiġi adottata l-metodoloġija tal-iżvilupp lokali bbażata fuq is-sħubiji lokali, b'mod partikolari għal proġetti li għandhom x'jaqsmu ma’ kwistjonijiet urbani, rurali u transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi s-sħubija bejn ir-reġjuni li għandhom potenzjal ta’ żvilupp speċifiku simili għal ta’ xulxin u tiżgura li jkun hemm stabbilit qafas xieraq fil-livell tal-UE għall-koordinament tal-kooperazzjoni makroreġjonali;

13.

Iqis li l-prinċipji tas-sħubija u l-kofinanzjament irawmu l-assunzjoni tar-responsabilità min-naħa tal-awtoritajiet sottonazzjonali fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni; itenni l-impenn tiegħu lejn dawn il-prinċipji ta’ ġestjoni tajba u jitlob li jkomplu jiġu applikati minkejja r-restrizzjonijiet fuq l-infiq pubbliku kkawżati mill-kriżi ekonomika;

14.

Jirrakkomanda t-tisħiħ tal-prattika tas-sħubija u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni miftiehma tal-kunċett tas-sħubija bħala kundizzjoni għall-kostruzzjoni ta’ sħubiji veri mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-atturi tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika bis-serjetà l-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju billi tiżviluppa għodod ta’ evalwazzjoni u xxerred l-aħjar prattiki f'dan il-qasam permezz ta’ għodod tal-ICT; jenfasizza li s-sħubija tista' tikkontribwixxi għall-effikaċja, għall-effiċjenza, għal-leġittimità u għat-trasparenza, fl-istadji kollha tal-programmazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u tista' żżid l-impenn lejn ir-riżultati tal-programmi kif ukoll is-sjieda tagħhom; jenfasizza r-rwol importanti li jwettaq is-settur tal-volontarjat fil-proċess tas-sħubija;

15.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rekwiżit li jkun ikkonsultat il-pubbliku ġenerali kif permezz ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u NGOs bil-għan li jiġu riflessi l-proposti tagħhom, u jenfasizza li l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili tgħin biex il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikun leġittimizzat; jinnota li l-isforzi li saru bil-għan li tkun żgurata l-parteċipazzjoni pubblika fil-fażi preparatorja tal-programmi operazzjonali għall-perjodu 2007-2013 ma kinux konlussivi daqs kemm kien previst; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-prattiki t-tajba u tiffaċilita l-applikazzjoni tagħhom bil-għan li ttejjeb il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini waqt il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

16.

Jitlob li l-prinċipju tal-governanza fuq diversi livelli jiġi integrat fil-fażijiet kollha tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija EU2020 biex tkun żgurata sjieda vera tar-riżultati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, li jridu jimplimentawha; ifakkar f'dan il-kuntest fil-proposta rigward patt territorjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-istrateġija Ewropa 2020 bil-ħsieb li r-reġjuni u l-muniċipalitajiet jiġu inkuraġġiti jikkontribwixxu għas-suċċess tar-realizzazzjoni tal-objettivi tal-istrateġija 2020;

17.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tanalizza mill-ġdid il-possibilitajiet li jiġi implimentat il-proġett pilota li nbeda mill-Parlament Ewropew bit-titolu “Erasmus għar-rappreżentanti lokali u reġjonali eletti” u, bil-ħsieb li jogħla l-istandard tal-proġetti proposti u jintlaħaq l-objettiv tal-effiċjenza, jistieden lill-Kummissjoni timplementa, skont il-linja baġitarja tal-assistenza teknika operazzjonali tal-FEŻR, skema ta’ taħriġ u mobilità għall-atturi lokali u reġjonali involuti fl-immaniġġjar tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni flimkien mas-sħab speċjalizzati fl-implimentazzjoni tal-kunċetti tal-approċċ integrat u l-governanza fuq diversi livelli; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, talloka finanzjament għal dawn l-inizjattivi b'mod effettiv u ssaħħaħ in-netwerking mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż il-Kumitat tar-Reġjuni;

18.

Hu tal-fehma li n-netwerks Ewropej tar-reġjuni għandhom iwessgħu il-ħidma tagħhom fil-qasam tal-prattiki tajba fil-governanza u s-sħubija, għandhom jisħqu aktar fuq il-lezzjonijiet politiċi u strateġiċi li jkunu ttieħdu miċ-ċikli tal-programmi preċedenti u għandhom jiżguraw l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ewlieni dwar l-aħjar prattiki bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea u b'hekk jgħinu ħalli jiġi żgurat li l-prattiki tajba jiġu implimentati tassew;

Tisħiħ tar-rwol tal-Kummissjoni fl-appoġġ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali

19.

Hu tal-fehma li rwol aktar b'saħħtu għal-livell reġjonali u lokali jrid jikkorrispondi ma’ rwol superviżorju msaħħaħ għall-Kummissjoni li jkun jiffoka fuq il-kontroll tas-sistemi tal-verifika aktar milli fuq proġetti wieħed wieħed; jitlob f'dan il-kuntest għal sistema ta’ ċertifikazzjoni Ewropea tas-servizzi nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tlesti l-approvazzjoni tar-rapporti dwar il-valutazzjoni tal-konformità sabiex tevita d-dewmien fil-ħlasijiet u t-telf ta’ fondi minħabba d-diżimpenn, u biex tipprovdi proposta fuq ir-riskju tollerabbli ta’ żball qabel l-2012;

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon dak li ħareġ mir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Frar 2010 u l-azzjonijiet korrettivi u preventivi li nbdew s'issa; jistieden lid-DĠ REGIO ikompli għaddej b'dan l-eżerċizzju matul il-perjodu kollu kemm hu tal-implimentazzjoni biex iżomm għaddej il-momentum iġġenerat mill-Pjan ta’ Azzjoni;

21.

Jenfasizza li l-inizjattivi Ewropej fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni u l-politika strutturali jeħtieġ li jiġu kkoordinati aħjar ħalli ma jipperikolawx il-koerenza tal-politika reġjonali; jitlob għalhekk koordinazzjoni msaħħa fil-Kummissjoni bejn id-Direttorat Ġenerali REGIO, li hu responsabbli għall-politika ta’ koeżjoni u l-politika strutturali, u d-direttorati ġenerali responsabbli għall-inizjattivi relevanti relatati ma’ setturi speċifiċi; jitlob, minħabba t-tisħiħ tad-drittijiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li seħħ bit-Trattat ta’ Lisbona, li dawn l-awtoritajiet ikunu assoċjati aktar mill-qrib mat-tfassil tal-politika fil-livell tal-Kummissjoni, bil-għan li tiżdied ir-responsabilità għall-proġetti fost dawk responsabbli mill-proġetti: jitlob ukoll, madankollu, kontroll akbar tar-riżultati mill-Kummissjoni, fuq il-post, bil-għan li tittejjeb l-evalwazzjoni kemm tal-effiċjenza tal-istrutturi ta’ proġett u tal-effikaċja tal-miżuri meta mqabbla mal-objettivi speċifikati li għandhom il-għan li jilħqu;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-inizjattiva “Ħarreġ lill-ħarrieġa” għall-awtoritajiet li jimmaniġġjaw u għall-awtoritajiet li jiċċertifikaw; jenfasizza li għandu jkun hemm monitoraġġ kostanti biex ikun żgurat li l-kontenut tat-taħriġ ikun verament ittrasferit lejn il-livelli aktar baxxi b'mod ibbilanċjat, mingħajr ma jiġu ttraskurati l-atturi lokali;

23.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tillanċja malajr il-portal il-ġdid fil-bażi tad-data SFC 2007 li jippermetti aċċess dirett għal tagħrif relevanti għall-atturi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-Fondi Strutturali; jirrakkomanda li l-Istati Membri jippromwovu u jiċċirkulaw tagħrif dwar dan l-istrument fost l-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll fost il-benefiċjarji aħħarija;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi addizzjonali ta’ assistenza teknika biex tippromwovi l-għarfien fil-livell reġjonali u lokali dwar problemi relatati mal-implimentazzjoni, speċjalment fl-Istati Membri fejn, skont l-evalwazzjoni ex post li għamlet il-Kummissjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2000-2006, hemm problemi persistenti ħafna rigward il-kapaċità amministrattiva tagħhom f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi;

25.

Jitlob għal applikazzjoni standardizzata tal-mudell ta’ informazzjoni unika u tal-mudell ta’ verifika unika (SISA) fil-livelli ta’ verifika kollha biex ikunu evitati d-duplikazzjoni tal-verifiki u l-kontroll żejjed; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ manwal tal-verifika unika inklużi n-noti ta’ gwida kollha li ġew prodotti s'issa;

26.

Jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jisfruttaw aktar l-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja bħala mezz biex tiżdied il-kwalità tal-proġetti u l-parteċipazzjoni ta’ atturi privati, speċjalment l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, fil-proġetti Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika r-regoli tal-funzjonament ta’ dawn l-istrumenti, li l-kumplessità attwali tagħhom tillimita l-użu tagħhom;

27.

Jinsab konvint li l-konformità mal-proċeduri ma tistax isseħħ għad-detriment tal-kwalità tal-interventi; jitlob mill-Kummissjoni politika futura li tkun aktar orjentata lejn ir-riżultati, li tkun iffukata fuq prestazzjoni ta’ kwalità u żvilupp strateġiku tal-proġetti aktar milli fuq il-kontrolli; għal dan il-għan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi oġġettivi u li jistgħu jitkejlu li jkunu komparabbli fl-Unjoni kollha għal sistemi aħjar ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u tkompli tikkunsidra aktar il-ħtieġa ta’ regoli flessibbli fil-każ li jseħħu kriżijiet ekonomiċi;

28.

Jenfasizza li proċeduri trasparenti u ċari huma fatturi fil-governanza t-tajba; għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon is-simplifikazzjoni li qiegħda ssir bħalissa tar-Regolament Finanzjarju u tar-regoli tal-Fondi Strutturali u jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw għalkollox ma’ dak li hemm mitlub fir-Regolament Finanzjarju rivedut u jxandru t-tagħrif dwar il-benefiċjarji aħħarija tal-Fondi Strutturali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi regoli li jinftiehmu, li mhux se jkunu jeħtieġu li jiġu mmodifikati ta’ spiss; jitlob għal arkitettura aktar sempliċi għall-Fondi wara l-2013, mhux bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika imma bħala prinċipju ġenerali tal-politika ta’ koeżjoni futura, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-assorbiment tal-fondi, u jirrakkomanda trasparenza u flessibilità akbar fl-użu tal-Fondi tal-UE bil-għan li jiġi evitat piż amministratti addizzjonali li jista' jiskoraġġixxi lis-sħab potenzjali milli jieħdu sehem fil-proġetti;

29.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport Strateġiku tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2010 peress li lill-proċess tat-tiswir tal-politiki jista' jagħtih lura tagħrif importanti; jikkunsidra li dak li nstab mir-rapport ukoll irid jitqies bis-serjetà waqt l-ifformular tal-proposti li jkollhom il-għan li jtejbu l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni;

30.

Itenni l-impenn tiegħu favur politika ta’ koeżjoni b'saħħitha u ffinanzjata kif suppost li tiżgura li r-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea jiżviluppaw b'mod armonjuż; jitlob li l-mezzi finanzjarji ta’ din il-politika jinzammu kif inhuma wara l-2013 u li kull tentattiv ta’ rinazzjonalizzazzjoni jiġi rruftat;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-prinċipji tad-divrenzjar u tal-proporzjonalità fir-regolamenti futuri u biex tadatta r-rekwiżiti skont id-daqs tal-programmi u n-natura tas-sħab, speċjalment meta jkunu involuti awtoritajiet pubbliċi żgħar; jitlob li jsir użu usa' tas-somom ta’ flus imħallsa f'daqqa u tar-rati fissi għall-Fondi kollha, b'mod partikolari għall-ispejjeż amministrattivi u għall-assistenza teknika; jipproponi li jsir provvediment għal kriterji ta’ evalwazzjoni aktar flessibbli għal proġetti innovattivi, bil-għan li jinkoraġġihom, u rekwiżiti ta’ kontroll aktar moderati għall-proġetti pilota; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa l-prinċipju tar-“rabta ta’ fiduċja” mal-Istati Membri li jimpenjaw ruħhom, u jirnexxilhom, li jassiguraw utilizzazzjoni tajba tal-Fondi;

32.

Bil-għan li fil-ġejjieni tinbena politika li tirrispetta aktar lill-utent, jitlob għal armonizzazzjoni u integrazzjoni aktar profondi tar-regoli tal-Fondi Strutturali, u b'hekk jiġi evitat li proġett jiġi analizzat f'partijiet differenti biex japplika għal fondi differenti; jirrakkomanda li jsir iffukar mhux sempliċement fuq ir-regolarità tal-infiq imma fuq il-kwalità tal-interventi u li r-riżorsi jkunu kkonċentrati fl-ippotenzjar tal-assistenza fuq in-naħa tal-immaniġġjar;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli proposti għar-regolamenti tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, tadotta r-regolament implimentattiv, telabora l-gwida meħtieġa u tipprovdi taħriġ dwarhom meta jkun il-waqt, u tiffaċilita l-proċess tan-negozjati u l-approvazzjoni tal-programmi operazzjonali bil-għan li jiġi evitat kull dewmien fl-implimentazzjni tal-politika ta’ koeżjoni u fl-assorbiment tal-fondi wara l-2013;

*

* *

34.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri.


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 10.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0201.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/29


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika

P7_TA(2010)0473

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ksib ta’ koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika vera fi ħdan l-UE - kundizzjoni sine qua non għall-kompetittività dinjija? (2009/2233(INI))

2012/C 169 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment it-Titolu I u t-Titolu XVIII tiegħu,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni bl-isem: “L-Ewropa Globali: Kompetizzjoni Dinjija: Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi” (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2009 tal-OECD,

wara li kkunsidra Successful partnerships: a guide, tal-Forum għas-Sħubijiet u l-Governanza Lokali tal-Programm LEED tal-OECD, 2006,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Kompetittività Globali 2009-2010, Forum Ekonomiku Dinji, Ġinevra, l-Isvizzera, 2009,

wara li kkunsidra r-rapport “An agenda for a reformed cohesion policy – A place-based approach to meeting European Union challenges and expectations”, rapport indipendenti mħejji fuq talba ta’ Danuta Hübner, Kummissarju għall-Politika Reġjonali, ta’ Fabrizio Barca, April 2009,

wara li kkunsidra d-dokument ta’ definizzjoni ta’ politika tal-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u tar-Reġjuni tal-Ewropa dwar il-“Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE”, Brussell, Diċembru 2009,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea tar-Reġjuni Ewropej (AER) dwar il-politika reġjonali ta’ wara l-2013, adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-AER fit-8 ta’ Novembru 2007 f'Udine, l-Italja,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (COM(2008)0301),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Fondi Strutturali 2007-2013: ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji ta’ koeżjoni nazzjonali u l-programmi operattivi (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fuq livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (5),

wara li kkunsidra r-raba' rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2007)0273),

wara li kkunsidra l-20 rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali (2008) (COM(2009)0617),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-Partenarjati Pubbliċi Privati” (COM(2009)0615),

wara li kkunsidra l-paragrafu 37 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2006 dwar ir-riforma tal-għajnuna mill-istat 2005-2009 (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0309/2010),

A.

billi l-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, hija wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

B.

billi l-Unjoni Ewropea tista' tkun globalment kompetittiva biss jekk il-politiki interni jirfdu l-kapaċità tagħha li tirreaġixxi għall-isfidi globali billi tħaddem ekonomija sostenibbli u b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li tħares il-bijodiversità – b'perjodi ta’ reċessjoni juru kif ir-reġjuni inqas żviluppati għandhom inqas kapaċità ta’ rkupru,

C.

billi l-kompetittività u l-koeżjoni la huma kontradittorji u lanqas inkompatibbli iżda għandhom elementi ta’ komplementarjetà,

D.

billi, anke jekk sar progress sinifikanti f'termini ta’ konverġenza fi ħdan l-Unjoni Ewropea, it-tendenza attwali hija li d-disparitajiet territorjali bejn ir-reġjuni tal-UE sejrin għall-agħar, pereżempju mil-lat tal-aċċessibbiltà, b'mod partikolari għar-reġjuni strutturalment żvantaġġati, iżda anke f'livell intrareġjonali u fit-territorji tal-UE, u dan jista' jwassal għal segregazzjoni territorjali, kif ukoll biex jiżdiedu d-differenzi bejn il-livelli ta’ prosperità fir-reġjuni tal-UE u biex tixxekkel il-kompetittività globali tal-UE,

E.

billi fir-Rapport Annwali tagħha tal-2009, l-OECD fformulat rakkomandazzjoni għal tkabbir fit-tul li ffokalizzat fuq l-importanza tat-tassazzjoni, tal-investiment fl-infrastruttura, fl-edukazzjoni u l-ħaddiema kif ukoll tar-regolamentazzjoni tas-swieq tal-produzzjoni u b'hekk ir-rwol tagħhom jiġi enfasizzat,

F.

billi l-Forum Ekonomiku Dinji, fir-Rapport tiegħu dwar il-Kompetittività Globali tal-2009 kif ukoll f'rapporti oħra, ġibed l-attenzjoni għar-rwol deċiżiv li tiżvolġi l-infrastruttura bħala t-tieni pilastru minn 12 li fuqhom il-kompetittività globali hija vvalutata, u ppreċiża li l-infrastruttura ta’ kwalità hija fundamentali biex tnaqqas l-effetti tad-distanza, tiġbed investiment barrani u tiggarantixxi li l-iżvilupp ekonomiku jkun possibbli,

G.

billi fl-aħħar mill-aħħar il-kompetittività tista' tinkiseb biss jekk it-tkabbir ekonomiku jkun verament sostenibbli fl-UE kollha,

H.

billi r-rapport tal-Grupp ta’ Esperti Indipendenti dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni maħtur wara s-Samit ta’ Hampton Court u ppresedut minn Esko Aho intitolat “Noħolqu Ewropa Innovattiva” jidentifika l-oqsma ewlenin – is-saħħa elettronika, il-prodotti farmaċewtiċi, it-trasport u l-loġistika, l-ambjent, il-kontenut diġitali, l-enerġija u s-sigurtà – fejn suq għall-innovazzjoni jista' jaħdem u fejn il-politika pubblika jista' jkollha rwol sinifikanti,

I.

billi, biex l-objettivi tal-UE 2020 jintlaħqu, jeħtieġ li tiġi aċċettata l-pożizzjoni inizjali ta’ disparità fil-livelli ta’ żvilupp u fil-limitazzjonijiet, u li l-objettivi għandhom jiġu ffissati filwaqt li jqisu l-qagħda u l-bżonnijiet reali identifikati permezz tal-konsultazzjoni mal-atturi kollha involuti fid-diversi livelli ta’ gvern,

J.

billi l-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2010 għaraf l-importanza tal-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali anke permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura biex tgħin biex jiġi żgurat is-suċċess tal-istrateġija UE 2020, f'ċirkostanzi li fihom din l-istrateġija l-ġdida se tittratta l-imblokki fl-iżvilupp ekonomiku,

K.

billi l-politika ta’ koeżjoni wriet li hija strument effikaċi għal reazzjoni flessibbli għall-isfidi soċjoekonomiċi li joriġinaw mill-kriżi finanzjarja,

L.

billi, minbarra infrastruttura tajba, il-prerekwiżiti ewlenin għall-kompetittività huma l-promozzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku u l-għoti ta’ taħriġ korrispondenti ta’ livell għoli għan-nies fir-reġjuni,

M.

billi r-reġjuni se jiżvolġu rwol kruċjali fit-trażżin tal-impatt tal-kriżi fuq il-pubbliku u għalsaqstant għandhom iħaddnu l-prinċipju ta’ sħubija u jiżviluppaw strumenti idonei għal valutazzjoni ex-ante tal-impatt territorjali tat-tipi differenti ta’ politika, bil-għan li jaffrontaw sfidi ewlenin bħall-adegwament għall-globalizzazzjoni, it-tibdiliet demografiċi u d-depopolazzjoni konsegwenti tar-reġjuni, it-tibdil fil-klima u l-kwestjonijiet relatati mal-enerġija u l-ħarsien tal-bijodiversità, kif ukoll sfidi ġodda li jirriżultaw mill-kriżi,

N.

billi, kif juri l-eżitu tat-taħdidiet dwar l-istrateġiji u l-programmi fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, f'kull livell ta’ gvern il-kwalità tal-programmi u l-involviment tal-partijiet interessati żdiedu u b'hekk jirrappreżentaw pass 'il quddiem lejn l-ilħuq tal-objettivi ta’ Lisbona ta’ kompetittività ekonomika u impjiegi,

O.

billi r-riforma tal-politika ta’ koeżjoni teħtieġ li ssaħħaħ din il-politika permezz ta’ korrelazzjoni aħjar kif ukoll koordinament u sinerġija aħjar fost il-politiki Ewropej, mingħajr ma politika tkun subordinata għal oħra, abbażi tal-eżiġenzi u tal-objettivi tal-Unjoni f'termini ta’ żvilupp sostenibbli,

P.

billi l-involviment ta’ atturi lokali u reġjonali fil-politika ta’ koeżjoni huwa rifless fl-istrateġiji lokali u reġjonali tagħhom biex jittejbu l-iżvilupp ekonomiku u l-inklużjoni soċjali,

Q.

billi l-kompetittività ekonomika tar-reġjuni li baqgħu lura qed tiġi sostnuta mill-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom, inkluż l-iżvilupp tal-infrastruttura ta’ kull tip u b'hekk isir possibbli l-aċċess għall-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni,

R.

billi, filwaqt li xi elementi tal-arkitettura ta’ dawn l-istrumenti, bħall-kalendarju komuni u l-allinjament mal-aġenda ta’ Lisbona, jippermettu li jinħolqu sinerġiji, għad hemm differenzi, fir-rigward tal-bażijiet ġuridiċi, tal-approċċ (tematiku jew territorjali), u tal-ġestjoni (komuni jew ċentralizzata),

Il-politika ta’ koeżjoni bħala sine qua non għall-kompetittività ekonomika globali

1.

Jenfasizza l-kisbiet tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u l-fatt li l-implimentazzjoni tagħha hija indispensabbli għas-suċċess tal-istrateġija UE 2020 bħala strument biex ineħħi d-disparitajiet bejn ir-reġjuni, iżid il-kompetittività tar-reġjuni, jiffaċilita t-tnedija tar-riformi strutturali u jsaħħaħ il-kapaċità tar-reġjuni biex jadattaw ruħhom għall-klima ekonomika globali;

2.

Japprezza li, għall-perjodu 2007-2013, l-Istati Membri kollha ddedikaw ammont sinifikanti mill-allokazzjonijiet finanzjarji totali tagħhom lir-riċerka u żvilupp (R&Ż), innovazzjoni u żvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien, u dan irriżulta f'246 Programm Operattiv Nazzjonali jew Reġjonali, b'madwar EUR 86 biljun allokati għar-riċerka u l-innovazzjoni, li EUR 50 biljun minnhom diġà ġew allokati għall-attivitajiet ta’ R&Ż prinċipali u ta’ innovazzjoni; jisħaq li, billi r-riċerka u l-innovazzjoni huma essenzjali għat-titjib tal-kompetittività tal-UE meta taffronta sfidi dinjija, l-investimenti f'dawn l-oqsma għandhom ikomplu u għandhom isiru valutazzjonijiet tal-progress regolari u bbażati fuq ir-riżultati; jirrakkomanda, għalhekk, fid-dawl tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jallokaw riżorsi suffiċjenti mill-fondi strutturali għar-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment għall-innovazzjoni sostenibbli, u jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ riċerka; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu promossi u applikati mudelli ta’ suċċess fit-trijanglu tal-għarfien biex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli tal-oqfsa reġjonali strateġiċi u ta’ riċerka għall-innovazzjoni b'kollaborazzjoni mal-impriżi, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-universitajiet u l-awtoritajiet pubbliċi; jenfasizza l-potenzjal ta’ raggruppamenti reġjonali innovattivi b'intensità għolja ta’ għarfien fil-mobilizzazzjoni tal-kompetittività reġjonali u jappella għal koordinament aħjar tal-fondi strutturali u tas-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku;

3.

Jisħaq li t-tisħiħ tal-konċentrazzjoni tar-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni jista' jiggarantixxi li din il-politika tagħti kontribut sinifikanti għat-tħeġġiġ tal-kompetittività, l-innovazzjoni u l-impjiegi fl-UE;

4.

Jisħaq fuq ir-rwol ewlieni li żvolġew kemm is-settur pubbliku, fil-livelli kollha ta’ gvern, kif ukoll is-settur privat fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, fil-bini mill-ġdid tal-fiduċja u tas-solidarjetà fi żminijiet ta’ reċessjoni u sussegwentement billi ggarantixxew opportunitajiet indaqs f'termini ta’ aċċess għal investiment pubbliku, speċjalment fl-infrastruttura, it-teknoloġiji ġodda u l-kapital uman, u ggarantixxew żvilupp sostenibbli;

5.

Jenfasizza l-fatt li l-kompetittività ekonomika tar-reġjuni tal-UE hija marbuta mill-qrib mal-eżistenza ta’ livell adegwat ta’ impjieg, forza tax-xogħol edukata u kkwalifikata, sigurtà soċjali u aċċess għas-servizzi pubbliċi; josserva, f'dan ir-rigward, li l-appoġġ għall-koeżjoni soċjali mogħti mill-politika ta’ koeżjoni jżid l-importanza ta’ din il-politika għall-kompetittività reġjonali ġenerali fuq skala dinjija;

6.

Huwa tal-fehma li, b'konformità mal-ispirtu tat-Trattati, politika ta’ koeżjoni li l-għan tagħha huwa li tnaqqas id-disparitajiet fil-livelli ta’ żvilupp u tħejji lir-reġjuni biex jissodisfaw l-isfidi fit-tul u fi żmien qasir (globalizzazzjoni, tibdil demografiku, depopolazzjoni taż-żoni rurali, tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-bijodiversità) filwaqt li jitqiesu l-punti b'saħħithom u d-dgħufijiet speċifiċi tagħhom, uriet ruħha essenzjali għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea;

7.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, jekk jiżdiedu s-sinerġiji bejn ir-riċerka u l-iżvilupp, u l-politika ta’ koeżjoni, l-isfidi tal-istrateġija UE 2020 jistgħu jiġu affrontati aħjar; jisħaq li l-politika ta’ koeżjoni għandha tiżvolġi rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija UE 2020, billi din tistimola bidla strutturali fl-Ewropa kollha u tappoġġa prijoritajiet fundamentali ta’ investiment fil-livelli kollha, kemm lokali, reġjonali, nazzjonali kif ukoll transkonfinali, filwaqt li tiġi garantita l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; jiġbed, madankollu, l-attenzjoni għall-fatt li, minkejja li l-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni għandhom ikunu allinjati mal-għanijiet tal-istrateġija UE 2020, din għandha tibqa' politika indipendenti kapaċi takkomoda l-ispeċifiċitajiet reġjonali u jiġu appoġġati r-reġjuni l-aktar dgħajfa u l-aktar fil-bżonn sabiex jegħlbu d-diffikultajiet soċjoekonomiċi tagħhom u l-iżvantaġġi naturali u jitnaqqsu d-disparitajiet; huwa tal-fehma li l-iżgurar tal-kontinwità tal-linji gwida dwar il-politika ta’ koeżjoni li diġà qegħdin fis-seħħ, jissalvagwarda d-dimensjoni reġjonali tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni u joħloq l-impjiegi f'setturi innovattivi;

Koeżjoni territorjali – mera tal-impatt tal-politiki tal-UE fil-livell lokali

8.

Japprova l-fehmiet espressi fil-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali rigward il-kompetittività, li “tiddependi mill-bini ta’ rabtiet ma’ territorji oħra biex ikun żgurat li l-beni komuni jintużaw b'mod koordinat u sostenibbli” sabiex jinħeles il-potenzjal inerenti fid-diversità territorjali tal-UE; jisħaq, b'rabta ma’ dak li ntqal hawn fuq, li l-operazzjoni bla intoppi u kkoordinata tas-servizzi ta’ trasport, aċċess suffiċjenti għat-telekomunikazzjonijiet u l-ġbir komuni, meta jkun xieraq, tal-enerġija, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka, l-edukazzjoni, il-ħarsien tal-ambjent u l-infrastruttura huma kundizzjonijiet bażiċi biex tkompli tiġi sostnuta l-kompetittività jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti konkreti għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni koerenti tal-objettiv relatat mal-koeżjoni territorjali;

9.

Huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jappoġġaw approċċ b'bażi lokali biex ifasslu u jimplimentaw il-politika ta’ koeżjoni; jagħraf li r-rwol tar-reġjuni jvarja bejn l-Istati Membri skont l-istruttura politika u amministrattiva tagħhom; jitlob li l-prinċipju ta’ sussidjarjetà, fil-kunċett imsaħħa u estiż tiegħu kif definit fit-TFUE, għandu jkun applikat kif suppost u li jinkiseb titjib, permezz tal-promozzjoni tal-prinċipju ta’ deċentralizzazzjoni, matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, sal-livell ta’ awtorità lokali, bil-għan li jitjieb l-assorbiment tal-fondi; iqis li huwa kontraproduċenti, f'dan il-kuntest, li r-reġjuni jamministraw medja ta’ 30,5 % biss tal-baġit kumplessiv allokat għall-politika ta’ koeżjoni, u l-bqija tkun amministrata mill-gvernijiet ċentrali; jikkunsidra, għaldaqstant, li fil-ġejjieni l-prinċipju ta’ sħubija għandu jissaħħaħ konsiderevolment;

10.

Huwa tal-fehma li t-territorji fil-fruntieri, b'mod partikolari, juru biċ-ċar il-problemi li l-UE qiegħda tħabbat wiċċha magħhom b'rabta mal-isfidi tal-ftuħ tal-fruntieri, il-kompletament tas-suq intern u l-globalizzazzjoni; jenfasizza li l-kompetittività ta’ territorji bħal dawn tista' tiddgħajjef minħabba l-ħtieġa li jinżamm il-pass ma’ sistemi fiskali u ta’ benesseri li jikkompetu magħhom, arranġamenti amministrattivi kumplessi u flussi migratorji bejn ir-reġjuni u l-istati; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata l-għodda meħtieġa għall-kooperazzjoni transkonfinali u l-governanza f'diversi livelli u jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi skambji ta’ informazzjoni u tal-aħjar prassi;

11.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-koeżjoni territorjali għandha karatteristika orizzontali u multisettorjali u għalhekk il-politiki tal-Unjoni jridu jikkontribwixxu għall-kisba tagħha; itenni l-fatt li dan il-kunċett mhuwiex limitat għall-effetti tal-politika reġjonali iżda jimplika wkoll koordinament ma’ politiki oħra tal-Unjoni li l-għan tagħhom huwa l-iżvilupp sostenibbli u joffru riżultati tanġibbli f'livell reġjonali, sabiex jiġu żviluppati u jintużaw bis-sħiħ il-forom speċifiċi ta’ potenzjal reġjonali u biex jiżdied l-impatt tagħhom fil-prattika, filwaqt li tingħata spinta lill-kompetittività u l-forza ta’ attrazzjoni tar-reġjuni u tinkiseb il-koeżjoni territorjali; huwa tal-fehma li 'konċentrazzjoni, kooperazzjoni, konnessjoni' huma l-koordinati ewlenin tal-koeżjoni territorjali sabiex jinkiseb żvilupp territorjali aktar ibbilanċjat fl-UE;

12.

Jisħaq li governanza f'diversi livelli timplika d-devoluzzjoni tar-responsabilità għall-programmi li jippermettu sfruttament aħjar tal-potenzjali tal-kooperazzjoni territorjali, u li, għalhekk, sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq għanijiet komuni bl-użu ta’ miżuri koerenti u orjentati lejn ir-riżultati filwaqt li tistabbilixxi prijoritajiet lokali u reġjonali speċifiċi, għandhom jiġu implimentati l-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultat tal-inizjattivi URBAN u LEADER u jenfasizza l-bżonn li din l-esperjenza tintuża kif ukoll jintużaw l-eżempji assoċjati tal-aħjar prassi għall-provvista ta’ qafas għal żvilupp rurali-urban integrat, skont l-eżiġenzi ta’ kull reġjun; jistieden il-Kummissjoni teżamina u tipproponi metodoloġiji ta’ xogħol li jippromwovu sħubiji urbani-rurali, jikkumbattu d-depopolazzjoni taż-żoni rurali u, fl-istess ħin, jistimolaw żvilupp urban sostenibbli billi kważi 80 % tal-popolazzjoni tal-UE tgħix f'żoni urbani; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li kemm iż-żoni urbani kif ukoll dawk rurali jiżvolġu rwol dinamiku fl-iżvilupp ekonomiku reġjonali u jenfasizza l-bżonn, fid-dawl tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, għal investiment fi proġetti urbani kif ukoll suburbani għal koordinament aħjar mal-programmi ta’ żvilupp rurali;

Massimizzazzjoni tal-impatt tal-politika ta’ koeżjoni biex tiżdied il-kompetittività ekonomika

14.

Iqis is-sħubija bħala prinċipju fundamentali għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-politika ta’ koeżjoni, u l-approċċ minn isfel għal fuq isaħħaħ il-kapaċitajiet amministrattivi u l-kwalità tal-proċess ta’ programmazzjoni; jemmen li l-livelli kollha ta’ gvern jeħtieġu jiżvolġu rwol koeżiv, komplementari u produttiv biex jagħtu spinta lill-kompetittività ekonomika tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħti definizzjoni aktar ċara tal-prinċipju ta’ sħubija sabiex ikun żgurat li jitwaqqfu sħubiji veri ma’ awtoritajiet reġjonali u lokali u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prassi bejn ir-reġjuni;

15.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kofinanzjament huwa prinċipju fundamentali għall-ġestjoni tajba tal-politika ta’ koeżjoni; jitlob li jkun applikat kontinwament minkejja l-limitazzjonijiet fuq l-infiq pubbliku minħabba l-kriżi ekonomika;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-imprenditorija u li jiġu appoġġati l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), billi jingħaraf ir-rwol fundamentali li żvolġew fit-trawwim tal-kompetittività ekonomika u fil-ħolqien tal-impjiegi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi rivedut u analizzat ir-rwol tal-istrumenti tal-UE li jappoġġaw il-kompetittività Ewropea bil-għan li jiġu razzjonalizzati l-proċeduri amministrattivi, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament, speċjalment għall-SMEs, u li jiddaħħlu mekkaniżmi innovattivi ta’ inċentiv ibbażati fuq l-ilħuq ta’ għanijiet marbuta mat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u integrattiv, kif ukoll mal-promozzjoni ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Bank Ewropew tal-Investiment u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn; japprezza, f'dan il-kuntest, il-valur miżjud offrut mill-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u jħeġġeġ l-użu tagħhom, kif ukoll dak tal-fondi ta’ rotazzjoni u ta’ għotjiet globali, fuq skala kemm jista' jkun wiesgħa, bil-għan li jinkisbu sinerġiji pożittivi u jiġu massimizzati r-riżultati; jappella wkoll għal aċċess semplifikat għall-kapital ta’ riskju u għall-mikrofinanza;

17.

Jenfasizza, barra minn hekk, li implimentazzjoni effiċjenti tal-politika ta’ koeżjoni tiddependi ferm minn kif tkun tfasslet u għalhekk l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fi stadju bikri, fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni futura, huma kruċjali; jenfasizza, bl-istess mod, il-ħtieġa li jiġu żviluppati sħubiji orizzontali u vertikali bejn l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha bil-għan li tinkiseb l-aktar governanza effiċjenti possibbli f'għadd ta’ livelli; ifakkar li l-governanza f'diversi livelli tirrappreżenta wieħed mill-prinċipji kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni u li hija fundamentali biex tiggarantixxi l-kwalità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jisħaq ukoll, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza tas-sħubija li l-awtoritajiet reġjonali għandhom mal-Kumitat tar-Reġjuni;

18.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-emenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jissemplifika l-proċeduri għall-użu tal-fondi strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissemplifika t-tali proċeduri biex tiġi garantita l-flessibilità tagħhom u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji tal-finanzjamenti, biex b'hekk l-awtoritatjiet ikunu jistgħu jittrattaw l-isfidi l-kbar fil-ħin u bl-użu ta’ riżorsi xierqa; huwa tal-fehma li s-sħubiji bejn is-settur pubbliku u dak privat jistgħu joffru sostenn awtentiku billi jissupplementaw l-isforzi li jsiru fuq livell lokali u reġjonali, u jistieden il-Kummissjoni tressaq proposti konkreti għall-konsolidament tas-sħubiji bejn is-settur pubbliku u dak privat fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni;

19.

Jisħaq fuq l-importanza, fl-interess li jiġu eliminati d-disparitajiet, li jkompli jingħata appoġġ primarjament lill-proġetti mmirati għar-reġjuni li baqgħu lura, sabiex l-impatt mistenni f'dan il-perjodu ta’ programmazzjoni jinżamm u jkun konformi mal-istimi inizjali; josserva li t-titjib tal-aċċessibilità u tal-faċilitajiet infrastrutturali jikkontribwixxu biex ir-reġjuni li għadhom lura fis-suq intern isiru aktar kompetittivi, u għaldaqstant jikkontribwixxu għall-kompetittività esterna tal-UE kollha kemm hi; huwa tal-fehma li l-irtirar ta’ dan l-appoġġ inaqqas l-impatt tar-riżultati pożittivi inizjali;

20.

Jisħaq fuq il-fatt li, minkejja l-politika ta’ koeżjoni tradizzjonalment tiffokalizza fuq ir-reġjuni l-anqas prosperi, hija tikkonċerna r-reġjuni kollha tal-Ewropa, indipendentement mil-livell ta’ żvilupp tagħhom; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jitħeġġeġ l-objettiv tal-kompetittività reġjonali u l-impjiegi; itenni li politika ta’ koeżjoni soda u finanzjata sew, mgħammra b'baġit tal-anqas ekwivalenti għak dak attwali f'termini assoluti u relattivi, tikkostitwixxi prekundizzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija tal-UE 2020, bil-għan kemm li tiġi żgurata ekonomija intelliġenti, sostenibbli u integrattiva, li tagħmel lill-UE globalment kompetittiva, kif ukoll li jiġi garantit li r-reġjuni kollha jiżviluppaw b'mod armonjuż filwaqt li jiksbu l-objettiv ta’ koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali;

21.

Huwa tal-fehma li l-PDG jrid jibqa' l-kriterju prinċipali biex tkun iddeterminata l-eliġibilità tar-reġjuni għall-għajnuna mill-politika ta’ koeżjoni, waqt indikaturi oħra li jistgħu jitkejlu jistgħu jiżdiedu kemm il-darba jkun ippruvat li huma rilevanti, u għandu jitħalla spazju għall-awtoritajiet nazzjonali li japplikaw, fil-livell xieraq tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, indikaturi oħra li jqisu l-attributi speċifiċi ta’ reġjuni u bliet;

22.

Jisħaq fuq l-importanza li fl-allokazzjoni tal-fondi, jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi pereżempju ta’ reġjuni mal-kosta, tal-muntanja u ultraperiferiċi, reġjuni bi problemi ta’ depopolazzjoni, jew reġjuni u bliet remoti mal-fruntieri; jinkoraġġixxi lir-reġjuni jressqu inizjattivi għall-isfruttament tal-ispeċifiċità reġjonali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tadatta d-diversi strumenti finanzjarji biex toħloq valur miżjud f'terminu qasir u medju, hija u tqis ukoll l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tistudja modi li bihom tekniki ġodda fl-inġinerija finanzjarja jistgħu jtejbu l-effikaċja u l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni bil-għan li jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli fil-proġetti magħżula;

24.

Jenfasizza l-effetti pożittivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-UE u, għaldaqstant, fuq il-kompetittività tagħha;

Il-politika ta’ koeżjoni bħala politika fundamentali għall-perjodu ta’ wara l-2013

25.

Jenfasizza r-rwol deċiżiv li l-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni territorjali jiżvolġu fl-Ewropa kollha, minħabba l-valur miżjud Ewropew tagħhom, fit-tisħiħ tal-kompetittività ekonomika tal-UE u fl-ilħuq tal-objettivi tal-UE 2020, u l-approċċ b'bażi lokali jkun wieħed mill-modi ewlenin ta’ kif jintlaħaq ekwilibrju ekonomiku;

26.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ integrat għall-applikazzjoni tal-fondi strutturali bħal mezz importanti li jgħin lir-reġjuni jiksbu tkabbir sostenibbli, impjiegi u prosperità;

27.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinżammu l-arranġamenti tranżitorji biex jiġi kkonsolidat u mtejjeb il-livell attwali ta’ żvilupp, li jista' jinżel jekk il-finanzjament jitnaqqas b'mod sinifikanti ladarba jintlaħaq għan partikolari; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan jiżgura trattament ugwali għal reġjuni f'sitwazzjonijiet analogi, li min-naħa tiegħu jwassal għall-organizzazzjoni effiċjenti tal-programmi;

28.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-aspettattivi tal-pubbliku Ewropew huma bbażati fuq il-bżonnijiet tan-nies, u speċjalment fuq ix-xewqa għall-aċċess għal infrastruttura adegwata u servizzi pubbliċi ta’ kwalità, li għandhom jiġu fornuti b'mod ekwu u bi prezzijiet li jifilħu għalihom iċ-ċittadini Ewropej kollha, indipendentement minn fejn jgħixu u jaħdmu; jinsisti li d-dritt għal opportunitajiet indaqs għandu jitħares u jisħaq fuq il-ħtieġa tal-aċċess ta’ persuni b'diżabilità għall-infrastruttura u l-proġetti kollha ffinanzjati mill-fondi strutturali;

29.

Jisħaq fuq il-fatt li biex l-għarfien u l-innovazzjoni jiġu kkonsolidati bħala muturi tat-tkabbir ekonomiku futur u tal-kompetittività Ewropea, jeħtieġ li tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni, isir progress skont ir-riżultati tar-riċerka, jiġu promossi l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien fl-Unjoni kollha, l-ICTs jiġu sfruttati kemm jista' jkun, jiġi żgurat li ideat innovattivi jiġu riflessi fi prodotti u servizzi ġodda li jiġġeneraw it-tkabbir u impjiegi ta’ kwalità u jikkontribwixxu biex jiġu sodisfatti l-isfidi tal-bidla soċjali fl-Ewropa u fid-dinja, titħeġġeġ l-imprenditorija, tingħata prijorità lill-ħtiġijiet tal-utenti u lill-opportunitajiet tas-suq, u jiġi ggarantit finanzjament ta’ natura aċċessibbli u adegwata abbażi ta’ rwol fundamentali għall-fondi strutturali;

30.

Jenfasizza l-fatt li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali toffri opportunità biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni u jiġi żgurat li l-pubbliku Ewropew ikun jista' jkollu standards ta’ ħajja aħjar u aktar fiduċja fl-UE; l-investiment selettiv u kombinat fir-riċerka, fl-iżvilupp u fl-innovazzjoni għandu jqis il-kapaċitajiet u l-potenzjali reġjonali u urbani u jgħin fl-iżvilupp ta’ oqsma ewlenin bħas-saħħa elettronika, il-prodotti farmaċewtiċi, it-trasport u l-loġistika, l-ambjent, il-kontenut diġitali, l-enerġija u s-sigurtà, permezz tal-iżvilupp istituzzjonali u programmi ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet;

31.

Huwa tal-fehma li parti mill-finanzjament allokat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni skont il-politika ta’ koeżjoni għandha tintuża biex jinkiseb u jinżamm ir-rwol ta’ pijunier f'setturi fejn l-Ewropa diġà għandha vantaġġ kompetittiv u f'dawk fejn għandha opportunità ġdida li ssir pijunier;

32.

Huwa tal-fehma li, sabiex is-suq intern jiġi kkonsolidat, jinħtieġu miżuri speċifiċi biex tiġi stimolata l-kompetizzjoni f'livell Ewropew, iżda bla ma jinħoloq żbilanċ bejn l-Istati Membri; jemmen li b'dan il-mod jista' jintlaħaq livell komdu ta’ stabbilità u prosperità ekonomika f'livell Ewropew;

33.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħtu aktar attenzjoni lill-appoġġ ta’ proġetti kbar li jkopru żewġ programmi operattivi jew aktar b'impatt kbir f'livell Ewropew, li jiġġeneraw valur miżjud, joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja u jissalvagwardaw l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni;

34.

Huwa tal-fehma li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli tippromwovi miżuri li jiġġeneraw l-akbar għadd ta’ impjiegi possibbli, biex b'hekk ikun possibbli li jintużaw r-riżorsi umani u li jiġi żgurat l-iżvilupp kontinwu tagħhom sabiex tkun garantita produttività għolja;

35.

Jibqa' jsostni li l-kisba ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali hija kundizzjoni meħtieġa iżda mhijiex biżżejjed biex tkun garantita l-kompetittività ekonomika f'livell dinji, li tirrikjedi investimenti sinifikanti f'oqsma ewlenin bħall-enerġija, l-ambjent, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, ir-riċerka u żvilupp, l-industriji u s-servizzi kreattivi, il-loġistika u t-trasport;

*

* *

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 79.

(2)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 38.

(3)  ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 10.

(4)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 65.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0223.

(6)  ĠU C290 E, 29.11.2006, p. 97.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/37


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Preżentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2011

P7_TA(2010)0481

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2011

2012/C 169 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2011 (COM(2010)0623),

wara li kkunsidra l-aħħar Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Anness 4 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi huwa kruċjali li d-Djalogu bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandu jitwettaq bla dewmien sabiex l-isforzi jiffukaw fuq id-definizzjoni tal-għanijiet strateġiċi ewlenin tal-UE għas-sena d-dieħla u s-snin li ġejjin,

B.

billi l-prijoritajiet politiċi għandhom jitqabblu mar-riżorsi finanzjarji disponibbli,

C.

billi l-politika u l-azzjoni Ewropea, id f'id ma’ dawk tal-Istati Membri bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jistgħu u għandu jkollhom influwenza reali biex jgħinu liċ-ċittadini jantiċipaw u jirreaġixxu għal soċjetà li qed tinbidel malajr,

D.

billi l-2011 sejra tkun ta’ importanza kruċjali għas-suċċess futur tal-Unjoni u sfida sinifikanti għall-Kummissjoni Ewropea u għall-Unjoni kollha kemm hi,

E.

billi l-kriżi finanzjarja għadu qed ikollha effetti sinfikanti fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri u billi jeħtieġ li jsiru aġġustamenti maġġuri sew fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE; billi l-irkupru sħiħ jeħtieġ strateġija komuni Ewropea għal tkabbir sostenibbli u ħolqien ta’ impjiegi, appoġġata bis-setgħat u r-riżorsi meħtieġa,

1.

Jinnota li dan il-programm ta’ ħidma huwa l-ewwel wieħed li se jiġi adottat skont il-ċiklu l-ġdid ta’ programmazzjoni, u jenfasizza li d-djalogu stabbilit mal-Kummissjoni jeħtieġ li jiġi approfondit sabiex tittejjeb ir-rabta evidenti bejn il-prijoritajiet politiċi u l-baġit biex jiġu ffinanzjati fil-livell tal-UE;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha biex twettaq eżerċizzju ta’ programmazzjoni realistiku u operattiv li għandu jkun effikaċi u tradott fir-realtà, kif ukoll li jkun implimentat aħjar milli fil-passat; jitlob skeda aktar ċara marbuta mal-proposti ewlenin li jridu jitressqu;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadatta l-acquis għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE mill-aktar fis possibbli skont skeda ċara;

Introduzzjoni

4.

Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi sal-limitu aħħari tal-poteri legali u tal-awtorità politika tagħha; jinnota li l-Unjoni Ewropea ma tistax tiffunzjona b'effikaċja sakemm il-Kummissjoni ma tidentifikax, ma tartikulax u ma tippromovix l-interess ġenerali tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha, u sakemm ma taqdix b'effiċjenza dmirha li tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati u tal-liġijiet tal-UE;

5.

Jinnota li l-isforzi li saru s'issa biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi finanzjarja u biex isostnu l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa baqgħu wisq lura minn dak li huwa meħtieġ; u jiddeplora l-fatt li l-programm ta’ ħidma ma jinkludix miżuri addizzjonali biex jinħolqu aktar impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tispjega t-tweġiba dettaljata tagħha dwar kif l-inizjattivi u l-proposti tagħha se jilqgħu l-isfida;

6.

Hu tal-fehma li l-UE se jkollha tindirizza r-riforma strutturali mingħajr dewmien sabiex ittejjeb il-kompetittività tagħha u terġa' tvara mill-ġdid it-tkabbir; jemmen ukoll li l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura (inkluża l-broadband), iż-żieda fl-isforzi fir-rigward tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, politika li tiżgura enerġija suffiċjenti, ekonomika u nadifa, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma s-sisien ċentrali tal-istrateġija;

7.

Jilqa' bi pjaċir il-prijorità mogħtija lir-riforma tal-governanza ekonomika Ewropea; iwissi li, jekk l-UE ma tiżviluppax governanza ekonomika kredibbli, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro, li tkun kapaċi tiżgura politika fiskali soda u terġa' lura għal stat ta’ tkabbir, il-futur tal-euro se jkun ipperikolat; jinsisti li riforma bħal din għandha tqis għalkollox il-pożizzjoni tal-Parlament, kif spjegata fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010, u għandu jkollha bħala skop l-ilħuq tal-objettivi ekonomiċi u soċjali tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-Trattat ta’ Lisbona;

8.

Ifakkar li l-Parlament u l-Kunsill, bħala ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandhom ikunu involuti b'mod ugwali fi kwalunkwe mobilizzazzjoni tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Istabilità Finanzjarja; jitlob li jiġu ppreżentati proposti malajr biex il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tal-kriżijiet isir permanenti (pereżempju l-Fond Monetarju Ewropew), biex l-Istrateġija UE 2020 tiġi integrata fil-qafas makroekonomiku għal perjodu twil ta’ żmien, biex jittieħdu l-ewwel passi li jwasslu għall-ħruġ reċiproku ta’ parti mid-dejn sovran u l-introduzzjoni ta’ bonds għal dan il-għan, kif deskritt fir-rapporti preċedenti tal-Parlament, u biex tiġi żgurata rappreżentazzjoni esterna unika taż-żona tal-euro; jippreferi bidla żgħira fit-Trattat li tkun tipprevedi bażi legali għal mekkaniżmu bħal dan minflok ma wieħed jirrikorri għal emenda sostanzjali tat-Trattat;

9.

Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tressaq malajr proposti biex tirrevedi l-qafas finanzjarju multiannwali attwali; jiddikjara li l-MFF għall-perjodu wara l-2013 għandu jirrifletti wkoll l-ambitu akbar ta’ dawk ir-responsabilitajiet; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ta’ investiment ambizzjuża biex tilħaq il-miri tal-istrateġija UE 2020, u biex jinħolqu l-impjiegi, tingħata spinta lit-tkabbir u tiġi garantita s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej; iqis li l-flessibilità f'dan il-qafas se tkun essenzjali u li l-baġit tal-UE għandu jippermetti li jiġu mobilizzati sorsi alternattivi ta’ finanzjament (allokazzjonijiet, bonds tal-proġetti, eċċ);

10.

Ifakkar li l-adozzjoni tar-Regolament MFF jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-adozzjoni rapida ta’ ftehim interistituzzjonali dwar ir-rwol tal-Parlament fit-tħejjija u n-negozjar tal-MFF li jmiss;

11.

Iħeġġeġ b'mod qawwi lill-Kummissjoni biex f'Ġunju 2010, wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament rigward l-MFF il-ġdid, tersaq bi proposti kuraġġużi u innovattivi għal reviżjoni sostantiva tas-sistema tar-riżorsi proprji, biex tinħoloq sistema li tkun ġusta, ċara, trasparenti u newtrali rigward il-piż tat-taxxa għaċ-ċittadini tal-UE; jemmen b'mod qawwi li l-MFF u l-kwistjoni tar-riżorsi proprji huma interkonnessi, għandhom jiġu deċiżi fl-istess ħin fuq il-bażi ta’ dibattitu interistituzzjonali miftuħ, b'involviment b'saħħtu tal-parlamenti nazzjonali, u li ma jistax jiġi pospost aktar;

12.

Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni tirrappreżenta wieħed mill-istrumenti l-aktar importanti tal-UE ta’ reazzjoni għall-kriżi ekonomika, permezz tal-promozzjoni tal-investiment fl-ekonomija reali; jilqa b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-ewwel valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri marbuta mal-politika ta’ koeżjoni fil-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku, li jenfasizza r-rwol prinċipali ta’ din il-politika fil-proċess li jilqa' għall-effetti tal-kriżi; Jenfasizza l-konnessjoni inkontestabbli tal-politika ta’ koeżjoni mat-tliet prijoritajiet il-kbar tal-Istrateġija Ewropa 2020, billi tiffaċilita l-kisba ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv ogħla, filwaqt li tippromwovi l-iżvilupp armonjuż fil-271 reġjun tal-Unjoni;

Lura għat-tkabbir għall-impjiegi: Aċċelerazzjoni lejn l-2020

13.

Jinnota l-introduzzjoni ta’ “Semestru Ewropew”; jemmen li l-kumitati tal-Parlament għandu jkollhom rwol aktar importanti biex juru l-għarfien espert tagħhom billi jipproduċu “rapporti tal-aħħar tas-sena” dwar il-progress fl-ilħuq ta’ għanijiet importanti, segwiti minn riżoluzzjonijiet (konġunti) ta’ gruppi politiċi;

14.

Jiddispjaċih li l-proposti għas-Semestru Ewropew u l-pakkett ta’ governanza jipprovdu ftit li xejn opportunità għal skrutinju demokratiku Ewropew, u jinsisti li għandu jkun hemm involviment parlamentari qawwi fit-tnejn li huma;

Regolamentazzjoni finanzjarja: tlestija tar-riforma

15.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq mill-aktar fis possibbli proposti dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq u tad-Direttiva dwar is-Suq tal-Istrumenti Finanzjarji; jinnota li l-Kummissjoni għandha żżomm quddiem għajnejha l-impatt kumulattiv possibbli tal-proposti li qed tintroduċi biex tiżgura li jsaħħu l-istabilità, it-trasparenza u r-responsabilità tas-settur finanzjarju u l-kapaċità tiegħu li jaqdi lill-ekonomija reali fis-sens ta’ tkabbir u impjiegi;

16.

Jitlob li l-inizjattiva leġiżlattiva fir-rigward tas-soluzzjoni tal-kriżijiet fis-settur bankarju tkun koordinata mar-regoli tal-politika tal-kompetizzjoni biex jinħoloq qafas komprensiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet, li jkun ikopri l-parteċipanti privati u pubbliċi u li jipproteġi lill-kontributuri tat-taxxa; jemmen li r-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu għandha tindirizza n-nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-settur u jitlob lill-Kummissjoni taġixxi fir-rigward tat-talba riċenti tal-Parlament li jiġu eżaminati l-għażliet għal aġenzija Ewropea indipendenti tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u involviment aktar b'saħħtu tal-entitajiet pubbliċi indipendenti fil-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet;

Tkabbir intelliġenti

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ azzjoni komprensiv, bi skeda u miri, biex jintlaħaq suq uniku għall-kontenut u għas-servizzi online, fl-interess ta’ soċjetà diġitali miftuħa u prospera, u biex jingħelbu d-differenzi diġitali;

18.

Jenfasizza li l-aġenda diġitali u l-investiment fl-ICTs huma kruċjali għall-kompetittività tal-Ewropa fit-tul, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ikomplu bl-introduzzjoni fis-suq tan-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss u l-aċċess għalihom permezz ta’ liberalizzazzjoni kontinwa tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet biex tingħata spinta lill-innovazzjoni fl-UE;

19.

Jinkoraġġixxi b'mod qawwi lill-Kummissjoni biex trawwem l-għarfien u l-innovazzjoni fl-FP8 fis-segwitu tal-eżami ta’ nofs it-terminu, u jfakkar li hu importanti li l-Parlament ikollu l-opportunità li jesprimi l-prijoritajiet tiegħu qabel l-adozzjoni tal-FP8 fl-2012;

20.

Jilqa' l-ambizzjoni tal-Kummissjoni rigward l-Unjoni tal-Innovazzjoni li se tinvolvi l-eżami tal-għajnuna tal-istat għall-oqfsa tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni, bit-tisħiħ tar-rwol tal-BEI u tal-kapital ta’ riskju; jirrikonoxxi wkoll ir-rwol li jista' jkollu l-akkwist pubbliku biex jistimola l-innovazzjoni;

21.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tnaqqas il-burokrazija żejda fil-programmi tagħha għar-riċerka u l-iżvilupp u żżid il-parteċipazzjoni tad-ditti innovattivi fil-proġetti; iqis li l-Kummissjoni għandha tippromwovi ulterjorment is-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat biex trawwem ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-Ewropa;

22.

Jenfasizza l-importanza li għandha tingħata lill-programmi multiannwali ġodda ta’ wara l-2013 fil-qasam tal-edukazzjoni, il-kultura, il-mezzi awdjoviżivi, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza, li huma mistennija jiġu ppreżentati fl-2011; iqis li l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda f'dawn il-programmi għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini Ewropej u jkunu bbażati fuq qafas baġitarju adegwat u effiċjenti; iqis li l-inizjattiva “Żgħażagħ Mobbli” tenfasizza l-importanza ta’ dawk il-programmi;

Tkabbir sostenibbli

23.

Jenfasizza l-importanza strateġika tal-inizjattiva emblematika dwar l-effiċjenza tar-riżorsi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem rapidament fuq proposta ambizzjuża maħsuba biex tilħaq miri vinkolanti u benchmarks konkreti fil-qafas tas-Semestru Ewropew tal-UE 2020 dwar il-koordinament tal-politiki; u jistieden lill-Kummissjoni tersaq b'leġiżlazzjoni biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-UE;

24.

Iqis li għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni xierqa u funzjonali tal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti bħat-Tielet Pakkett tal-Enerġija u jappoġġa bis-sħiħ l-istrateġija 2050, in-netwerks intelliġenti u l-inizjattivi dwar is-sigurtà tal-provvista;

25.

Jenfasizza li sabiex it-tkabbir ekonomiku jkun sostenibbli, is-sigurtà tal-enerġija hija importanti ħafna biex ikunu żgurati l-provvista mingħajr interruzzjonijiet, ir-rispett għall-arranġamenti kuntrattwali, prezz tas-suq ġust, u l-evitar ta’ dipendenza fuq għadd żgħir wisq ta’ produtturi;

26.

Jemmen li l-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali ġdida għall-Ewropa għandha tiġi segwita b'miżuri effikaċi, b'mod partikolari biex tintlaħaq il-bidla mixtieqa għal ekonomija b'livelli baxxi ta’ karbonju u sostenibbli u biex jiġi żgurat li l-mira tal-UE ta’ 20 % għall-effiċjenza enerġetika tintlaħaq;

27.

Jenfasizza li l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih huma prijorità għolja li se tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-kompetittività tal-industrija Ewropea u tal-SMEs;

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-prijoritajiet ewlenin rigward il-pubblikazzjoni tal-White Paper u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħaffef it-tħejjija tar-reviżjoni tal-linji gwida TEN-T u tal-mekkaniżmi modernizzati ta’ finanzjament tiegħu, skont l-istrateġija Ewropa 2020 u r-rieżami tal-baġit tal-UE;

29.

Jinsisti mill-bidu nett li l-proċess ta’ riforma tal-PAK għandu jirriżulta f'politika b'saħħitha, ġusta, ġenwinament komuni u multifunzjonali li tissodisfa l-aspettattivi tal-konsumaturi u l-produtturi u tagħti effettivament “prodotti pubbliċi”, b'mod speċjali s-sigurtà tal-ikel, u tiggarantixxi l-awtosuffiċjenza tal-UE fir-rigward tal-ikel;

30.

Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013, insista li fil-perjodu ta’ programmazzjoni finanzjarja li jmiss l-ammonti allokati għall-PAK fis-sena baġitarja 2013 għandhom għall-inqas jinżammu;

31.

Jitlob li l-importazzjonijiet agrikoli minn pajjiżi terzi għandhom ikunu biss permessi fl-UE jekk ikunu ġew prodotti b'mod konsistenti ma’ standards Ewropej tal-protezzjoni tal-konsumatur, tal-benessri tal-annimali u tal-protezzjoni ambjentali u ma’ standards soċjali minimi; jinsisti li l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kummerċ bilaterali jew multilaterali m'għandhomx isiru bi ħsara għall-produtturi agrikoli tal-UE;

32.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-riforma tas-suq taz-zokkor, biex teżamina mill-ġdid il-proċeduri tagħha ta’ valutazzjoni tal-impatt sabiex tkun żgura li tintuża l-aħjar informazzjoni u dik l-aktar f'waqtha meta tħejji l-valutazzjonijiet kollha, li se jkun determinanti meta jiġi vvalutat l-impatt tal-ftehimiet ta’ kummerċ bilaterali tal-ġejjieni għal setturi ewlenin tal-ekonomija tal-UE;

33.

Jilqa' l-proposti imminenti tal-Kummissjoni biex tiġu implimentata l-Politika Marittima Integrata, bħall-proposta dwar il-qafas tal-Ippjanar tal-Ispazji fil-Baħar u l-Komunikazzjoni għal tkabbir sostenibbli fir-reġjuni tal-kosta u s-setturi marittimi, kif ukoll il-Komunikazzjoni dwar l-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima; jenfasizza, madankollu, li l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-PMI għandu jiġi ggarantit fil-baġit Komunitarju permezz ta’ kontribut proporzjonali mis-setturi kollha affettwati minn din il-politika;

Tkabbir inklużiv

34.

Jemmen li t-tkabbir inklużiv jista' jinbena biss fuq pedament ta’ trattament indaqs għall-ħaddiema kollha fil-post tax-xogħol u kundizzjonijiet indaqs għan-negozji kollha; jemmen li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għandu jinkludi proposti biex jiġu garantiti dawn il-prinċipji, u jinsisti li l-proposta leġiżlattiva dwar l-impliemntazzjoni tal-Istazzjonar tal-Ħaddiema, kif previst fil-Komunikazzjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku, għandha tiċċara l-eżerċitar tad-drittijiet soċjali fundamentali;

35.

Jitlob li tiġi ppreżentata proposta tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-ħaddiema fil-qligħ tal-kumpaniji;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rapporti tagħha dwar “Ħiliet u Impjiegi Ġodda” u “Pjattaforma kontra l-Faqar” tqis id-diffikultajiet speċifiċi li jaffaċċjaw in-nisa, b'mod speċifiku biex tiġi promossa l-ugwaljanza fil-post tax-xogħol bħala mezz biex jiġi indirizzat il-faqar, u biex in-nisa jiġu inkoraġġiti jsiru intraprendisti, billi jittieħdu miżuri li jaqsmu l-aħjar prattika;

37.

Hu ta’ fehma soda li t-tnaqqis tad-diskrepanza fil-pagi bejn is-sessi tibqa' sfida reali li jeħtieġ li tingħeleb, u jtenni t-talbiet li saru lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-2008 biex tippreżenta lill-Parlament proposta leġiżlattiva dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-irġiel u n-nisa, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet annessi mar-riżoluzzjoni tiegħu tal-2008;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti widen għall-fehmiet tas-sħab soċjali fil-qasam tal-pensjonijiet u biex tiżgura li l-White Paper tirrifletti l-aspettattivi taż-żewġ naħat tal-industrija, inkluż it-tisħiħ tal-ewwel pilastru;

39.

Jilqa' r-riforma tal-EURES, il-websajt għall-impjiegi, li permezz tagħha hemm iktar aċċess għall-informazzjoni u l-pariri dwar l-impjiegi għall-ħaddiema żgħażagħ, iżda jiddispjaċih li din il-proposta kienet posposta għall-2012, filwaqt li ż-żgħażagħ jeħtiġuha llum;

40.

Jitlob li jkun hemm iktar effikaċja u riżultati rigward żewġ aġenziji ewlenin għat-taħriġ tal-UE – is-Cedefop, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, u l-ETF, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

L-isfruttar tal-potenzjal tas-Suq Uniku għat-tkabbir

41.

Jappoġġa b'mod qawwi integrazzjoni akbar tas-suq, li tindirizza d-diskrepanzi persistenti sinifikanti, kif identifikati mill-Professur Monti, u li ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini, il-ħaddiema, in-negozji żgħar u l-konsumaturi tal-UE; jemmen, filwaqt li jilqa' l-pubblikazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku, li l-proposti għandhom ikunu aktar ambizzjużi u konkreti; jistieden lill-Kummissjoni tressaq, malajr kemm jista' jkun, prijoritajiet ċari u proposti leġiżlattivi;

42.

Jitlob modernizzazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, permezz tal-armonizzazzjoni tad-direttivi u tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku, u jitlob skeda aktar ċara għas-sena li jmiss;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura approċċ konsistenti bejn l-istrument legali dwar il-liġi kuntrattwali Ewropea u d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur; iqis li huwa essenzjali li Strateġija Politika ċara tal-Kummissjoni għall-Konsumaturi tiġi indirizzata b'mod integrat b'urġenza fl-2011, u mhux fl-2014 kif inhu propost bħalissa;

44.

Jappoġġa r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Ivvjaġġar b'Kollox Inkluż u l-eżami tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti b'enfasi fuq is-sorveljanza tas-suq;

45.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas legali effiċjenti għas-sikurezza tal-prodotti fl-UE; jappoġġa l-eżami tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, li jirrikjedi li jiġi stabbilit kalendarju aktar ċar, bi qbil mal-eżami tal-qafas leġiżlattiv il-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sistema tal-marka CE biex tiżgura li l-marka CE tkun tista' titqies bħala marka ta’ sikurezza mill-konsumaturi;

46.

Jenfasizza li l-inizjattivi tal-liġi ċivili huma importanti biex is-Suq Uniku terġa' tingħatalu l-ħajja; jappoġġa l-azzjonijiet tal-Kummissjoni, fejn tidħol il-ġustizzja ċivili, biex l-istrumenti tal-liġi ċivili jsiru aktar kompatibbli mal-ġustizzja elettronika;

47.

Jitlob li jkun hemm riżoluzzjoni finali tal-problemi madwar l-istabbiliment ta’ privattiv Ewropew, u, jekk dan ikun meħtieġ, jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal kooperazzjoni msaħħa;

48.

Jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta’ inizjattiva leġiżlattiva rigward il-kabotaġġ u d-dewmien sal-2012 tal-aċċess għas-suq ferrovjarju, inkluż il-ftuħ tas-suq għall-passiġġieri domestiċi; itenni l-konvinzjoni soda tal-Parlament li għandha tinżamm u tiġi żviluppata politika komprensiva dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fl-Ewropa;

Il-promozzjoni tal-aġenda taċ-ċittadini: libertà, sigurtà u ġustizzja

49.

Jinsab imħasseb ferm li m'hemm l-ebda proposti konkreti dwar id-drittijiet fundamentali jew dwar id-Direttiva orizzontali tan-Nondiskriminazzjoni, u li l-kwistjoni tan-nondiskriminazzjoni lanqas biss tissemma; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b'ħeffa biex tneħħi l-imblukkar tad-Direttiva tan-Nondiskriminazzjoni;

50.

Jitlob li ssir proposta għal Komunikazzjoni dwar solidarjetà msaħħa fl-UE fil-qasam tal-asil, iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ proposti leġiżlattivi dwar l-asil, filwaqt li jitqies li l-Unjoni għandu jkollha politika komuni ta’ asil stabbilita sal-2012;

51.

Jitlob li jsiru proposti dwar il-migrazzjoni; ifakkar li l-funzjonament tajjeb tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ proposta se jiddependi mis-suċċess tal-VIS u tas-SIS II, għalkemm is-SIS II għadha mhix titħaddem kompletament;

52.

Jenfasizza l-bżonn ta’ politika ambizzjuża dwar id-drittijiet fundamentali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u l-ħtieġa li d-drittijiet fundamentali stipulati fil-Karta jsiru effikaċi kemm jista' jkun; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-kompatibilità ta’ kull inizjattiva legali mad-drittijiet fundamentali kif ukoll tiggarantixxi li l-Istati Membri jirrispettaw il-Karta meta jimplimentaw il-liġi tal-UE; jitlob li jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza ta’ każijiet ta’ ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u li jiġu applikati l-mekkaniżmi tat-trattati kontrihom;

53.

Jenfasizza li fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini tal-UE għandhom jiġu rrispettati bi sħiħ u li l-protezzjoni tad-data u d-dritt ta’ rimedju legali huma essenzjali fil-ħolqien ta’ politika ta’ sigurtà kredibbli u effikaċi; iqis li l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta’ reati jeħtieġ aktar pjanijiet Komunitarji dwar il-kriminalità organizzata u s-sigurtà fl-Internet;

54.

Jilqa' l-proposta dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità u, fuq kollox, dwar id-dritt għal assistenza legali u għal għajnuna legali, iżda jiddispjaċih li din hija l-unika miżura maħsuba; jitlob li jkun hemm skeda ċara għall-miżuri li għad fadal tal-pjan direzzjonali għad-drittijiet proċedurali;

55.

Jilqa' l-varar fl-2011 ta’ qafas legali komprensiv ġdid għall-protezzjoni tad-data personali fl-UE; jenfasizza li sejjer jeżamina bir-reqqa kull proposta, inklużi l-UE-PNR u l-UE-TFTP, biex jiżgura l-konformità tagħhom mad-drittijiet fundamentali;

56.

Jilqa' l-proposti dwar il-liġi ċivili, iżda jitlob lill-Kummissjoni, biex jintlaħqu standards komuni għaċ-ċittadini tal-UE fl-Istati Membri, biex tqis li tħaffef ir-reviżjoni tal-acquis fil-qasam tal-liġi ċivili u kriminali u tirrapporta lill-Parlament;

57.

Jappoġġa inizjattivi maħsuba biex jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol ma’ dik tal-familja permezz, inter alia, ta’ miżuri dwar il-frank parentali minimu u l-promozzjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli għan-nisa u l-irġiel, kif ukoll għajnuna għal min jieħu ħsieb persuni oħrajn biex ikunu jistgħu jikkombinaw l-impjieg mar-responsabbiltajiet ta’ kura;

58.

Jiddispjaċih għad-dewmien tal-Kummissjoni fit-tressiq ta’ proposti leġiżlattivi fil-qasam tal-“Lisbonizzazzjoni” tal-“acquis” attwali fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali, li hija prijorità fil-qasam tal-Libertà, il-Ġustizzja u l-Intern;

59.

Iqis li wara l-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, ir-reviżjoni tal-qafas legali hija essenzjali, u jiddispjaċih li din ir-reviżjoni ġiet proposta biss għall-2012 – 2013; jinsisti li l-aġenziji kollha tal-ĠAI għandhom ikunu effiċjenti, u - l-iktar importanti - responsabbli;

L-Ewropa fid-dinja: Piż xieraq fl-isfera globali

60.

Jenfasizza li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja hi objettiv ewlieni tal-Unjoni Ewropea fil-livell globali u li titjib fir-relazzjonijiet kummerċjali u għajnuna għall-iżvilupp imsaħħa jistgħu jgħinu għall-inkorraġġiment tal-progress f'dan il-qasam;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm il-momentum għall-proċess ta’ tkabbir;

62.

Jenfasizza li, fir-rigward tas-suġġetti li ġejjin, jintlaqgħu inizjattivi ġodda:

is-sehem tal-UE kontra t-terroriżmu, biex tonqos il-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa,

l-iżvilupp tal-industrija Ewropea tad-difiża u l-ambizzjonijiet tal-politika Ewropea tad-difiża f'perspettiva fit-tul (2020),

id-diżarm u l-governanza globali,

l-istrateġija vis-à-vis l-pajjiżi BRIC,

ir-rieżami dwar l-Unjoni tal-Mediterran, minħabba l-imblokk attwali,

ħajja mill-ġdid lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u possibilment rieżami konġunt tas-sigurtà strateġika, wara r-rieżami strateġiku l-ġdid tan-NATO;

63.

Jemmen li biex turi l-valuri u l-prinċipji tagħha b'mod effikaċi u biex tikkontribwixxi għall-istabilità politika u l-iżvilupp ekonomiku fil-viċinat tagħha, l-UE għandha tappoġġa demokraziji ġodda madwar l-Ewropa u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mas-sħab tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-eżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza aħjar bejn l-objettivi tal-politika u l-istrumenti finanzjarji; iqis li fir-rabtiet tagħha mal-ġirien, il-kundizzjonalità fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija għandha tissaħħaħ;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar prijorità lis-sigurtà tal-ikel fl-Afrika kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ is-settur agrikolu fl-Afrika, b'mod sostenibbli; f'dan il-kuntest iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aktar aċċess għall-fqar għas-servizzi ta’ kreditu u finanzjarji fl-Afrika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri biex tingħata spinta lill-kummerċ intrakontinentali Afrikan, fosthom pakketti ta’ għajnuna mtejba għall-komunitajiet ekonomiċi reġjonali u biex titjieb l-infrastruttura fil-kontinent Afrikan kollu;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali dwar il-progress tal-UE lejn l-ilħuq tal-MDGs sal-2015 u sabiex tintroduċi miżuri biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jissodisfaw l-impenji tagħhom li jallokaw 0.7 % tad-DNG għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u jimmoniterjaw dawn l-impenji;

66.

Jenfasizza li fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika (EPAs), għandu jkun hemm fokus imġedded fuq id-dimensjoni tal-iżvilupp;

67.

Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi attivament progress tanġibbli fin-negozjati tad-WTO li huma għaddejjin biex ir-Rawnd ta’ Doha jiġi konkluż mill-aktar fis possibbli; jinsisti li t-tisħiħ tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles bilaterali u reġjonali eżistenti u l-konklużjoni ta’ oħrajn ġodda huwa importanti, imma għandu jitqies bħala strateġija komplementari u mhux bħala alternattiv għall-qafas multilaterali;

68.

Ifakkar li l-multilateraliżmu għandu jibqa' l-prijorità ewlenija tal-UE, u jitlob bi dritt li n-negozjati kummerċjali li għaddejjin bħalissa u dawk ġodda għandhom jirrispettaw il-prinċipju tat-trattament speċjali u divrenzjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jemmen bis-saħħa li hemm bżonn ta’ qafas kummerċjali multilaterali effikaċi u riformat biex tinbena sistema ekonomika aktar bilanċjata u ġusta bħala parti minn governanza globali ġdida li taqdi l-iżvilupp u l-qerda tal-faqar;

69.

Jenfasizza li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom isibu ruħhom fis-swieq tal-UE biss jekk jikkonformaw mal-istandards Ewropej dwar il-ħarsien tal-konsumatur; iqis li, fin-negozjati internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tinsisti li s-sħab kummerċjali tagħna jikkonformaw mal-istandards ambjentali, soċjali u tax-xogħol Ewropej;

70.

Jitlob li fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali ffirmati mill-UE tiddaħħal klawsola dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji (CSR); iqis li dan irid jinkludi rappurtar u trasparenza min-naħa tal-kumpaniji u diliġenza xierqa min-naħa tal-impriżi u l-gruppi ta’ impriżi, investigazzjonijiet f'każ ta’ ksur ippruvat tal-impenji tas-CSR u aċċess aħjar għall-qrati għall-vittmi tal-azzjonijiet tal-kumpaniji;

71.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq inizjattiva leġiżlattiva simili għal-Liġi l-ġdida tal-Istati Uniti dwar il-“Minerali tal-Gwerer” sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u l-governanza tajba fil-qasam tal-industrija tal-estrazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'dawn il-pajjiżi, li ddgħajjef id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba;

Minn-input għall-impatt: l-isfruttar tal-politiki tal-UE

72.

Jistieden lill-Kummissoni tippreżenta proposti bil-ħeffa għall-emenda tar-Regolamenti OLAF;

73.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi aktar apertament għal attitudni pożittiva lejn id-Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni Nazzjonali (NMD) iffirmati mill-ministri tal-finanzi; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri joħorġu NMDs; jitlob li jiġu introdotti bażijiet ta’ data komprensivi fuq l-internet li jkunu faċli li tużahom;

74.

Jitlob, għalhekk, li jsiru valutazzjonijiet sistematiċi, regolari u indipendenti tal-programmi tal-UE - kemm il-politiki interni kif ukoll l-għajnuna għall-iżvilupp - sabiex ikun żgurat li jinkisbu r-riżultati mixtieqa u li dan isir b'mod kost-effettiv, sabiex:

jitqiesu l-kummenti tal-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tiegħu,

ikun possibbli li tingħata ħarsa orizzontali aktar strateġika għall-konklużjonijiet tad-diversi valutazzjonijiet li jsiru, u għall-prestazzjoni tal-Kummissjoni;

75.

Hu ta’ fehma soda li t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretta u f'waqtha tad-direttivi Ewropej hija partikolarment importanti biex titneħħa n-nuqqas ta’ fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjonijiet tal-UE; iqis li dan jirrikjedi kooperazzjoni effikaċi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

76.

Jisħaq li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi ssimplifikata u jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt, qabel il-leġiżlazzjoni, għandhom jintużaw b'mod imparzjali u effiċjenti, filwaqt li titqies l-implimentazzjoni; jappoġġa b'mod sod l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proġett Regolamentazzjoni Intelliġenti;

77.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni se tagħti aktar attenzjoni lill-aspetti tal-kompetittività fil-valutazzjonijiet tal-impatt u jisħaq fuq l-importanza tal-evalwazzjoni tal-effetti kumulattivi fuq il-kompetittività ta’ atti kkombinati ta’ leġiżlazzjoni (“fitness checks”);

*

* *

78.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/45


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Il-futur tas-sħubija strateġika UE-Afrika wara it-tielet Summit UE-Afrika

P7_TA(2010)0482

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-futur tas-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Afrika wara t-Tielet Samit bejn l-UE u l-Afrika

2012/C 169 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Tripli maħruġa mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern fit-30 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ta’ Qabel is-Samit tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament Pan-Afrikan tas-27 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra Artikoli 177 sa 181 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sħubija bejn l-Afrika u l-UE hija bbażata fuq l-interess reċiproku fl-esplojtjar tal-potenzjali tagħhom ikkombinati flimkien,

B.

billi d-Dikjarazzjoni ta’ Tripli tagħti sura konkreta lir-rieda tal-mexxejja differenti li tiġi kkonsolidata s-sħubija strateġika stabbilita tliet snin ilu bejn iż-żewġ kontinenti sabiex flimkien jaffrontaw l-isfidi komuni u jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku sostenibbli għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li jgħixu fl-Afrika,

C.

billi l-UE hija responsabbli għal aktar minn nofs l-għajnuna għall-iżvilupp u għadha s-sieħba fil-kummerċ li hi l-aktar importanti tal-Afrika,

D.

billi l-Afrika qiegħda tiddiversifika s-sħubijiet tagħha, partikolarment ma’ pajjiżi ewlenin fl-Asja u fl-Amerika Latina,

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Strateġiku 2010-2013 u tas-sħubijiet tiegħu, u jittama li se tikkontribwixxi valur miżjud fir-rigward tal-Ftehim ta’ Cotonou u l-Unjoni għall-Mediterran u li hija espressjoni ta’ approċċ ambizzjuż għar-relazzjonijiet interkontinentali;

2.

Jenfasizza li l-prinċipji li huma l-bażi tal-istrateġija konġunta bejn l-Afrika u l-UE għandhom ikunu mfassla b'tali mod li jappoġġaw il-ħtiġijiet sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġi miġġieled l-faqar, jiġu ggarantiti dħul u għajxien diċenti kif ukoll ir-realizzazzjoni tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

3.

Jittama li l-lezzjonijiet se jiġu meħuda mid-diffikultajiet li nqalgħu waqt l-implimentazzjoni tal-ewwel “Pjan ta’ Azzjoni”, għall-2008-2010 u jittama li l-intenzjonijiet espressi bħala prinċipju fid-Dikjarazzjoni Finali mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern jiġu mwettqa;

4.

Jinnota b’interess li kemm is-settur privat kif ukoll is-soċjetà ċivili, b'mod partikolari dawk tal-Afrika, jistgħu jitħallew jagħtu kontribut wisq aktar effettiv għall-istrateġija milli kien il-każ sal-ġurnata tal-lum.

Sħubija 1. Paċi u sigurtà

5.

Jirrikonoxxi wkoll id-dimensjoni importatnti tal-integrazzjoni reġjonali għat-tkabbir u l-iżvilupp u jenfasizza b'mod partikolari l-impenn tad-Dikjarazzjoni ta’ Tripli biex l-Arkitettura Afrikana tal-Paċi u tas-Sigurtà ssir funzjonali għalkollox b'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet reġjonali;

6.

Jilqa’ l-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ Architettura Afrikana tal-Paċi u tas-Sigurtà bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi tal-paċi u tas-sigurtà fuq il-kontinent Afrikan; jenfasizza f’dan ir-rigward kemm hu importanti li jiġi pprovdut finanzjament prevedibbli u sostenibbli għall-operazzjonijiet Afrikani ta’ appoġġ għall-paċi, kemm hu meħtieġ li jinbnew kapaċitajiet lokali ta’ rkuprar, u d-determinazzjoni li l-popolazzjoni ċivili tiġi mħarsa fil-konflitti armati;

7.

Huwa tal-fehma li l-politika tal-prevenzjoni tal-kunflitti hija prekondizzjoni essenzjali għall-paċi dejjiema u li l-kawżi strutturali tal-kunflitti għadhom jiġu indirizzati billi tiġi stabbilita politika ta’ żvilupp sostenibbli bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni Afrikana u jiġu miġġielda l-qgħad, l-inġustizzji soċjali u ekonomiċi;

8.

Iqis li l-adozzjoni tal-liġi ġdida tal-Istati Uniti tal-“Minerali ta’ Kunflitt” hija pass enormi 'l quddiem fil-ġlieda kontra l-esplojtazzjoni illegali tal-minerali fl-Afrika, li jħeġġeġ gwerer ċivili u konflitti; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom joħorġu bi proposti simili sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità tal-minerali importati fis-suq tal-UE filwaqt li jitqiesu l-Inizjattiva ta’ Trasparenza fl-Industrija Estrattiva (EITI);

Sħubija 2. Governanza demokratika u drittijiet tal-bniedem

9.

Jistieden lill-UE u lill-Unjoni Afrikana (UA) jindirizzaw b’mod konġunt il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu ta’ interess komuni għaż-żewġ naħat bħalma huma r-reazzjonijiet għall-kriżijiet politiċi u l-appoġġ għall-governanza ekonomika bil-ħsieb li jiġu fformulati aġendi ta’ governanza komuni għaż-żewġ naħat permezz tal-Pjattaforma għad-Djalogu dwar il-Governanza u d-Drittijiet tal-Bniedem li għadha kif ġiet stabbilita;

10.

Jilqa' b’sodisfazzjon il-fatt li l-impenn konġunt bejn l-UE u l-Afrika għall-prinċipji fundamentali li jinkludu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demoktariċi, l-istat tad-dritt u l-kundanna ta’ kull sura ta’ terroriżmu;

11.

Jinnota li, fid-Dikjarazzjoni tagħhom, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern jindikaw li huma “għaqda waħda fil-(…) ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fuq iż-żewġ kontinenti”; jenfasizza l-prinċipju tal-universalità ta’ dawn id-drittijiet, li jridu jiġu partikolarment osservati fl-azzjonijiet ippjanati bħala parti mis-“Sħubija dwar il-Governanza Demokratika u d-Drittijiet tal-Bniedem”;

12.

Jiddispjaċih qatigħ, meta wieħed iqis l-impenji ripetuti tagħna għall-governanza demokratika u għad-drittijiet tal-bniedem, minħabba l-fatt li Robert Mugabe ġie mistieden u pparteċipa b’mod attiv fit-Tielet Samit bejn l-Afrika u l-UE; jistieden lill-atturi kollha jieħdu pożizzjoni politika aktar qawwija fil-ġejjieni bil-għan li jibagħtu messaġġ ċar tat-twemmin sod tagħna fl-istat tad-dritt u d-demokrazija;

13.

Iħeġġeġ biex l-azzjonijiet kollha mmexxija skont il-kundizzjonijiet tad-diversi sħubiji jiġu segwiti mingħajr ebda diskriminazzjonijiet fuq il-bażi ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew konvinzjoni, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali jew kontra nies li qed jgħixu bl-HIV/AIDS;

14.

Japprova uffiċjalment l-istedina tal-Parlament Pan-Afrikan lill-istati membri kollha tal-Unjoni Afrikana biex jirratifikaw il-Karta tal-Unjoni Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza;

15.

Jenfasizza t-talba tal-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy biex il-mexxejja Afrikani jappoġġjaw il-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u “jesprimu l-qbil sħiħ tagħhom mal-prinċipju tal-ġlieda kontra impunità”;

16.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-UA jimpenjaw ruħhom biex jaħdmu flimkien bil-għan li jiżguraw kooperazzjoni Afrikana u Ewropea aħjar fil-korpi internazzjonali relevanti, inkluża n-NU;

Sħubija 3. Kummerċ, integrazzjoni reġjonali u infrastruttura

17.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim bejn l-UE u l-UA li jidħlu fi djalogu politiku bil-għan li jsibu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet ta’ interess komuni dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubiji Ekonomiċi; jagħraf li l-integrazzjoni reġjonali, il-kummerċ u l-investimenti huma kruċjali għall-istabilità ekonomika u t-tkabbir sostenibbli;

18.

Iħeġġeġġ lill-UE u lill-UA jikkooperaw flimkien fl-esplojtazzjoni sostenibbli tal-materja prima, speċjalment billi jiffukaw fuq il-bini tal-kapaċità, il-governanza, l-iżvilupp tal-infrastruttura, l-investimenti, l-għarfien u l-ħiliet ġeoloġiċi, u fuq it-trasparenza tal-kuntratti tal-minjieri; jitlob f’dan ir-rigward li jiddaħħlu politiki dwar il-materja prima li jkunu ambjentalment sodi u soċjalment sostenibbli, li jkunu ta’ benefiċċju wkoll għall-popolazzjoni lokali;

19.

Iħeġġeġ lill-istati membri kollha tal-Unjoni Afrikana jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ qafas legali u fiskali li jwassal biex min-naħa l-waħda jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi attirat l-investiment barrani dirett (IBD), u biex min-naħa l-oħra tinqered il-korruzzjoni u tinqatgħu l-burokrazija żejda u l-amministrazzjoni ħażina fuq in-naħa l-oħra;

20.

Iħeġġeġ lill-mexxejja Afrikani u tal-UE jonoraw l-impenn ta’ Tripli u jużaw l-istrateġija bħala għodda biex tingħata spinta lill-kummerċ intrakontinentali Afrikan, inklużi pakketti ta’ appoġġ imtejba għall-komunitajiet ekonomiċi reġjonali u għat-titjib tal-infrastutturi madwar il-kontinent Afrikan kollu;

Sħubija 4. Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju

21.

Jinnota t-tiġdid tal-impenn tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jallokaw 0,7 % tal-PGD tagħhom sal-2015, li hija ħaġa vitali jekk l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju għandhom jintlaħqu sal-2015;

22.

Se jfittex li jiżgura, b’mod partikolari, li l-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju jkun ċentrali għat-twettiq tas-Sħubijiet kollha;

23.

Ifakkar li attivitajiet speċifiċi dwar is-saħħa materna, tat-trabi tat-twelid u tat-tfal, il-ġeneru, l-edukazzjoni, il-politika tal-art u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-ilma u l-kundizzjonijiet tajba għall-ħarsien tas-saħħa, u dwar il-persuni b'diżabilità huma kruċjali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju; jinkoraġġixxi l-kontinwità tal-programmi fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa;

24.

Jenfasizza kemm hu importanti li tġi ggarantita s-sigurtà tal-ikel fl-Afrika kollha u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-setturi tas-sajd u tal-agrikoltura fl-Afrika, b'mod sostenibbli, speċjalmant fir-rigward tal-bdiewa b’ażjendi tal-biedja żgħar u s-sajjieda;

25.

Ifakkar fir-rwol dominanti li twettaq l-agrikoltura fl-ekonomiji nazzjonali Afrikani; jenfasizza għalhekk ir-rwol ċentrali tal-armonizzazzjoni tal-istandards sanitarji u fitosanitarji, kif ukoll il-bini tal-kapaċità għas-settur agrikolu Afrikan;

26.

Jiddispjaċih li l-akkwist attwali ta’ art għall-biedja fl-Afrika minn investituri barranin appoġġjati mill-gvern, li, jekk ma jsirx sew, jhedded li jdgħajjef is-sigurtà tal-ikel fuq livell lokali u jwassal għal konsegwenzi serji u b'riperkussjonijiet li jmorru 'l bogħod, ma ġiex indirizzat mis-Summit;

27.

Jemmen li l-mexxejja Afrikani u tal-UE għandhom juru l-impenn veru tagħhom li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jiġi evitat il-ħruġ illegali ta’ kapital għall-evażjoni tat-taxxa, tiġi promossa trasparenza sħiħa dwar ir-rappurtar pajjiż pajjiż u biex tiġi intensifikata l-pressjoni internazzjonali fuq il-ġurisdizzjonijiet kollha li jista’ jkun li jippermettu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxa fl-Afrika;

Sħubija 5. Enerġija

28.

Jemmen li l-enerġija rinnovabbli hija vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Afrika u jenfasizza t-talba tal-President Barroso għal rivoluzzjoni ħadra enerġetika fl-Afrika;

29.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Enerġija Rinnovabbli bejn l-Afrika u l-UE u l-miri politiċi miftiehma fil-Laqgħa ta’ Livell Għoli ta’ Vjenna dwar l-Enerġija f'Settembru 2010, li għandhom jintlaħqu sal-2010, inkluż li jinġieb aċċess għal servizzi tal-enerġija moderni u sostenibbli lil 100 miljun ruħ Afrikana addizzjonali, li tiġi rduppjata l-kapaċità tal-konnessjonijiet transkonfinali tal-elettriċità fi ħdan l-Afrika u jiġi rduppjat l-użu tal-gass naturali fl-Afrika, u jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-Afrika u tittejjeb l-effiċjenza enerġetika fl-Afrika fis-setturi kollha;

Sħubija 6. Tibdil tal-klima

30.

Jistieden lill-UE u lill-UA jgħaqqdu bejniethom l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti;

31.

Ifakkar fl-impenn tal-UE tas-somma ta’ EUR 7,2 biljun fl-2010-2012 għal proġetti u inizjattivi li jinbdew malajr li jirrigwardaw it-tibdil tal-klima, li parti sinifikanti minnha se tkun disponibbli għall-Afrika;

32.

Jenfasizza li huma n-nies l-aktar foqra tad-dinja li jintlaqtu l-ewwel u l-agħar mit-tibdil tal-klima u jistieden lill-atturi kollha jappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw ħalli jadattaw ruħhom għall-impatt tat-tibdil tal-klima u jikbru b'mod li jkun baxx fil-karbonju bil-għan li l-faqar jiġi eradikat;

33.

Jinnota li huwa kruċjali li jsir progress fir-rigward ta’ qbil globali dwar il-klima jekk għandu jiġi affrontat il-faqar u, f’dan il-kuntest, jenfasizza l-potenzjal immens għar-riżorsi naturali – ix-xemx, ir-riħ, ix-xmajjar u l-mareat – li l-pajjiżi Afrikani spiss jippossedu b'abbundanza;

Sħubija 7. Migrazzjoni, mobilità u impjiegi

34.

Josserva li l-migrazzjoni ma għandhiex effetti pożittivi u jinsisti fuq il-ħtieġa li jkun hemm strateġija komuni kompluta b’kalendarju u proġetti b’miri speċifikati biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-migrazzjoni illegali;

35.

Ifakkar fl-impenn tas-sħab kollha li joħolqu impjiegi aktar u aħjar permezz tal-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv;

36.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tisħiħ tal-programmi eżistenti fir-rigward tal-mobilità tal-istudenti u tal- akkademiċi, flimkien ma’ inizjattivi bħalma huma l-Università Pan-Afrikana u l-Istrutturi u l-Programmi Edukattivi tat-Tuning;

37.

Iqis li t-telf tal-aħjar imħuħ hija problema maġġuri għall-Afrika u li n-nies professjonali li ħallew il-pajjiż għandhom jingħataw inċentivi qawwija biex jerġgħu lura u japplikaw il-benefiċċju tat-taħriġ tagħhom fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom;

Sħubija 8. Xjenza, soċjetà tal-informazzjoni u sħubija spazjali

38.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-illanċjar ta’djalogu ta’ livell għoli dwar politika tax-xjenza u t-teknoloġija fil-livell uffiċjali u ministerjali superjuri bil-għan li jissaħħaħ il-qafas ta’ kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija sabiex tingħata mbuttatura lit-tkabbir ekonomiku inklussiv u lill-iżvilupp soċjali aktar mgħaġġla fl-Afrika;

Kummenti ġenerali

39.

Jinnota li s-Sudan mhijiex irrappreżentata, peress li l-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż ma jqisux ruħhom marbuta mid-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern li ġiet adottata fi Tripli, u jixtieq jara l-elementi kollha tal-Ftehim ta’ Paċi tal-2005 implimentati, kif hemm iddikjarat fid-Dikjarazzjoni msemmija, inkluż għalhekk ir-referendum skedat għal Jannar 2011 li jrid jippermetti lin-nies tan-nofsinhar tas-Sudan jagħżlu huma d-destin tagħhom;

40.

Jiddispjaċih li ċerti Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern mill-Istati Membri aktar kbar tal-UE ma kinux jistgħu jattendu għas-Samit ta’ bejn l-UE u l-Afrika;

41.

Jiddispjaċih li ma hemm l-ebda pjan ta’ finanzjament biex jakkumpanja l-istrateġija konġunta tal-Afrika u l-UE u għal darba oħra jitlob li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) jiġi taħt il-baġit tal-UE ħalli tkun tista’ ssir sorveljanza parlamentari tal-implimentazzjoni tad-diversi strumenti finanzjarji tal-UE użati fil-ħolqien tas-sħubijiet differenti;

42.

Jittama li jkun hemm involviment akbar min-naħa tal-korpi ministerjali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija;

43.

Jitlob li l-Parlament Pan-Afrikan u l-Parlament Ewropew ikunu jistgħu jeżerċitaw ir-rwol superviżorju tagħhom fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Strateġiku;

44.

Jistieden lill-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi kollha Afrikani u tal-UE jeżaminaw u jiddibattu dwar il-Pjan Strateġiku;

*

* *

45.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tal-UE u lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tal-UA, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan (PPA).


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/49


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) - Implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona

P7_TA(2010)0483

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2009/2161 (INI))

2012/C 169 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari t-tieni u mir-raba' sas-seba' inċiżi,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(3) it-tieni inċiż, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif ipproklamata fit-12 ta’ Diċembru 2007 fi Strasburgu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573),

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet relatati kollha u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-korpi speċjalizzati ta’ monitoraġġ, fil-qasam tad-drittijiet fundamentali,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QTĠ) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini,

wara li kkunsidra l-attività u r-rapporti annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-NGOs dwar id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku organizzat mill-Parlament Ewropew fil-21 u t-22 ta’ Ġunju 2010 dwar l-impatt tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-iżvilupp ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja Ewropea (AFSJ),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2004-2008) (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0344/2010),

A.

billi l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jibbaża l-Unjoni fuq komunità ta’ valuri indiviżibbli u universali ta’ rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l- ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-persuni kollha li jgħixu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk li jagħmlu parti minn minoranzi; billi s-salvagwardja u l-promozzjoni b'mod effettiv tad-drittijiet għandhom ikunu objettiv ġenerali tal-politiki Ewropej kollha, inkluż id-dimensjoni esterna tagħhom, u kundizzjoni essenzjali għall-konsolidazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-paċi, il-valuri u l-prinċipji relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet fundamentali u l-ġid tal-popli,

B.

billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona ħoloq sitwazzjoni ġdida fl-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem biex b'hekk il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (“il-Karta”) issir legalment vinkolanti u valuri bażiċi jinbidlu fi drittijiet konkreti; billi mill-adozzjoni tagħha l-Karta saret sors ta’ inspirazzjoni għall-każistika tal-qrati Ewropej; billi l-Kummissjoni ppubblikat rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Karta, filwaqt li l-promozzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali bbażati fuq il-Karta għandhom jiġu koperti permezz tar-rapporti annwali tal-FRA,

C.

billi għandha tiġi żviluppata, promossa u msaħħa kultura reali tad-drittijiet fundamentali kemm fl-istituzzjonijiet tal-UE u kemm fl-Istati Membri, b'mod partikolari meta japplikaw u jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni kemm internament kif ukoll fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi,

D.

billi, skont ir-Regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Parlament Ewropew jista' jindirizza, jeżamina u jivvaluta s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fuq bażi annwali u jagħmel rakkomandazzjonijiet,

L-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali wara t-Trattat ta’ Lisbona

1.

Jenfasizza li l-protezzjoni u l-promozzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxu l-qalba tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-UE u kundizzjoni essenzjali tal-konsolidazzjoni taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja Ewropea u jeħtieġu azzjonijiet f'diversi livelli (livell internazzjonali, Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali); jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol li jista' jkollhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni konkreta u fil-promozzjoni ta’ dawn id-drittijiet; għalhekk jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri biex jibnu fuq il-qafas istituzzjonali u legali ġdid li nħoloq mit-Trattat ta’ Lisbona sabiex ifasslu politika interna komprensiva dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-Unjoni li tiżgura mekkaniżmi effikaċi ta’ kontabilità kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak tal-UE biex jiġi indirizzati l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

2.

Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjonijiet tiegħu, kif ukoll għall-mistoqsijiet orali b'dibattitu tiegħu u s-sejbiet minn żjarat fl-2009 dwar każijiet konkreti ta’ drittijiet fundamentali, bħalma huma dwar l-privatezza, id-dinjità personali u l-protezzjoni tad-data, il-projbizzjoni tat-tortura, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-istampa u l-midja, in-nondiskriminazzjoni, l-użu ta’ lingwi ta’ minoranzi, dwar is-sitwazzjoni tar-Roma u l-moviment ħieles, dwar in-nisa tar- Roma, dwar id-diskriminazzjoni kontra ż-żwieġ jew fi sħubija ċivili bejn persuni tal-istess sess, dwar il-minorenni, iċ-ċentri ta’ detenzjoni għall-immigranti u dwar l-allegat detenzjoni illegali ta’ priġunieti skont il-programm ta’ rendizzjoni tas-CIA; jenfasizza li dawn ir-riżoluzzjonijiet kollha jirriflettu l-valuri integrati fil-Karta, juru l-impenn ċar tagħha favur il-protezzjoni ta’ kuljum tad-drittijiet fundamentali, u jibagħtu messaġġi politiċi lill-individwi kollha fl-UE, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll is-sħab internazzjonali;

3.

Jiddispjaċih li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma segwew l-ebda rakkomandazzjoni li hemm fir-rapport tal-Parlament Ewropew tal-2007 dwar l-allegat użu tal-pajjiżi Ewropej mis-CIA għall-ġarr u ż-żamma illegali ta’ priġunieri (3) u lanqas ma qasmu l-informazzjoni mal-Parlament Ewropew dwar id-diskussjonijiet bejn l-UE u l-Istati Unit fuq dan is-suġġett;

4.

Iqis neċessarju li ssir riflessjoni dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-perjodu wara t-Trattat ta’ Lisbona u, f'dan il-kuntest, għandu l-ħsieb li din ir-riżoluzzjoni tiċċara r-rwol li kull istituzzjoni u mekkaniżmu għandu jkollhom fl-istruttura Ewropea l-ġdida tad-drittijiet fundamentali;

5.

Itenni li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009 biddel b'mod fundamentali d-dehra tal-UE, li għandha tistabbilixxi dejjem iktar lilha nnifisha bħala komunità ta’ valuri u prinċipji komuni; b'hekk jilqa' s-sistema l-ġdida b'aktar minn livell wieħed tal-UE ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li titnissel minn sorsi multipli u tiġi infurzata permezz ta’ diversi mekkaniżmi, inkluż il-Karta li hija legalment vinkolanti; id-drittijiet garantiti bil-QEDB, li r-rikonoxximent tagħha joħroġ mill-obbligu tal-Unjoni li taċċedi għall-KEDB; u d-drittijiet ibbażati fuq it-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri u l-interpretazzjoni tagħhom skont il-ġurisprudenza tal-QEDB u l-QTĠ;

6.

Jafferma mill-ġdid li l-Karta għandha l-istess valur legali bħat-Trattati u tirrapreżenta l-kodifikazzjoni l-iktar moderna tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li toffri bilanċ tajjeb bejn id-drittijiet u s-solidarjetà u tinkludi fiha kemm drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali kif ukoll drittijiet “tat-tielet ġenerazzjoni” (jiġifieri d-drittijiet ta’ amministrazzjoni tajba, il-libertà tal-informazzjoni, ambjent b'saħħtu u protezzjoni tal-konsumatur); iqis li l-UE għandha tiżviluppa qafas regolatorju biex tipproteġi lil persuni minn abbużi tad-drittijiet fundamentali min-negozji;

7.

Jenfasizza li l-inkorporazzjoni tal-Karta fil-liġi primarja tal-UE, filwaqt li ma testendix il-kompetenzi tal-Unjoni u hi konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 51 tagħha, toħloq responsabilitajiet ġodda għall-istituzzjonijiet ta’ implimentazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali, u li d-dispożizzjonijiet tal-Karta għalhekk saru infurzabbli direttament mill-qrati Ewropej u nazzjonali; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jżidu l-koerenza fost il-korpi varji tagħhom responsabbli għas-sorveljanza u l-implimentazzjoni, bl-għan li jkun hemm applikazzjoni effettiva tal-qafas komprensiv stabbilit u biex jiġi rinforzat mekkaniżmu ta’ monitoraġġ madwar l-UE kollha, kif ukoll sistema ta’ twissija bikrija bħar-Reviżjoni Perjodika Universali;

8.

Ifakkar li r-rispett tal-valuri ċentrali tal-UE u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali jikkostitwixxu bażi komuni fir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, u jenfasizza li l-UE hi marbuta mal-Karta wkoll f'dan ir-rigward; ifakkar f'dan ir-rigward li l-promozzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt timxi id f'id mar-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jenfasizza l-fatt li, fl-istruttura istituzzjonali l-ġdida tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jista' joffri biss opportunità li tiżdied il-koerenza u l-effikaċja fl-isfera tal-isforzi tal-politika esterna biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jekk ikun maqbul approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-istruttura, ir-riżorsi u l-attivitajiet; jenfasizza li l-Unjoni għandha rwol ewlieni fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja; f'dan ir-rigward, jitlob li l-UE tiżgura l-effikaċja tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali u biex tqis il-prinċipji tal-Karta meta tidħol fi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll biex iżżomm il-koerenza bejn il-politika interna u esterna tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem;

9.

Jafferma mill-ġdid li l-adeżjoni tal-UE għall-KEDB se tikkostitwixxi l-livell minimu ta’ protezzjoni għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Ewropa u tipprovdi mekkaniżmu addizzjonali għall-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri l-possibilità ta’ tressiq ta’ lment quddiem il-QEDB fir-rigward ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn min-naħa ta’ istituzzjoni tal-UE jew ta’ Stat Membru fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, li jaqa' fil-mandat tal-KEDB; u li l-każistika tal-QEDB għalhekk ser tipprovdu kontribut għall-azzjoni attwali u futura tal-UE għar-rispett għal, u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali fl-oqsma tal-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern, minbarra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan il-qasam;

10.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa biex jesprimu l-impenn politiku ċar tagħhom u r-rieda tagħhom biex jappoġġaw il-proċess ta’ adeżjoni filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-konsultazzjonijiet interni tagħha, kif ukoll in-negozjati mal-Kunsill tal-Ewropa, billi ssib soluzzjonijiet adegwati għall-kwistjonijiet tekniċi ewlenin sabiex jitlesta l-proċess ta’ adeżjoni fi żmien raġonevoli u sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-adezjoni għall-KEDB u tar-rekwiżiti kollha li jridu jiġu ssodisfati mill-applikanti, billi jiżviluppaw linji gwida dwar l-applikazzjoni adegwata u l-effetti ta’ dan il-mekkaniżmu addizzjonali sabiex jiġi żgurat li dan ikun jista' jintuża b'mod effiċjenti u effikaċi, kif ukoll billi jiġi inkluż taħriġ tal-ħaddiema professjonisti rilevanti kollha;

12.

Jilqa', barra minn hekk, l-obbligi ġenerali ġodda maħluqa bit-Trattat ta’ Lisbona tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tal-promozzjoni tal-protezzjoni u l-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u biex tiġi żviluppata politika komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar ta’ persuni, kif ukoll ir-referenza espliċita tiegħu għall-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, li tirrifletti valur fundamentali ieħor tal-Unjoni; jilqa' l-fatt li l-Unjoni kisbet personalità legali li tippermettilha taċċedi għat-trattati internazzjonali, it-titjib tal-protezzjoni ġudizzjarja bl-estensjoni tal-ġurisdizzjoni tal-QTĠ għal oqsma ta’ relevanza ovvja għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, bħalma huma l-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja fil-liġi kriminali, it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropew, speċjalment fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u r-rwol ikbar taċ-ċittadini Ewropej, li issa ingħataw is-setgħa li jniedu leġiżlazzjoni tal-UE permezz tal-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini, u l-obbligu biex jiżamm djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u s-soċjetŕ ċivili (L-Artikolu 11(2) TUE);

13.

Jitlob implimentazzjoni sħiħa u konsistenti b'konformità mal-liġi internazzjonali u Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem tal-Programm ta’ Stokkolma, li jaqleb l-obbligi u l-prinċipji li joħorġu mit-Trattat għall-prattika billi jistabbilixxi l-linji gwida strateġiċi għaż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

Istituzzjonijiet li qed jimplimentaw l-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali

14.

Iqis li l-istituzzjonijiet Ewropej ta’ sikwit aġixxew b'mod parallel fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u għalhekk jitlob li ssir riflessjoni dwar azzjonijiet li saru u għal titjib fil-kooperazzjoni bejn dawk l-istituzzjonijiet, bħal kooperazzjoni interistituzzjonali stabbilita għall-monitoraġġ annwali tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE, sabiex kull istituzzjoni tkun tista' tikkontribwixxi għar-reaaporti tal-istituzzjonijiet l-oħra;

15.

Jinnota l-ħolqien ta’ portafoll ġdid fil-Kummissjoni għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza bħala indikazzjoni tal-impenn tagħha biex iżżid l-isforzi fil-qasam tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali u bħala reazzjoni pożittiva għat-talbiet ripetuti tal-Parlament f'dan ir-rigward; diviżjoni bħal din bejn il-ġustizzja u s-sigurtà m'għandhiex tirrinforza d-dikotomija żbaljata bejn il-ħtieġa biex jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem tal-bnedmin kollha u l-ħtieġa biex tiġi assigurata l-garanzija tas-sigurtà tagħhom; il-Kummissarju l-ġdid għandu jagħti attenzjoni partikulari lill-politiki tal-UE biex jikkumbattu l-imigrazzjoni irregolari u t-terroriżmu u l-appoġġ sħiħ mill-Kulleġġ tal-Kummissarji huwa kruċjali biex jippermetti lill-Kummissarju l-ġdid ikun ta’ importanza kbira;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-2013 s-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza sabiex tagħti imbuttatura lid-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u tinforma liċ-ċittadini tal-UE bid-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari d-drittijiet il-ġodda li jirriżultaw mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona;

17.

Jistenna azzjonijiet konkreti mill-Kummissarju l-ġdid responsabbli, b'konformità mal-intenzjonijiet diġà ddikjarati: partikolarment u bl-aktar mod importanti, jilqa' l-impenn li tiġi introdotta valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali tal-proposti leġiżlattivi ġodda kollha; li jissorvelja l-proċess leġiżlattiv sabiex jiżgura li t-testi emerġenti finali jkunu konformi mal-Karta; u li japplika politika ta’ “tolleranza żero” fir-rigward ta’ ksur tal-Karta, billi jitwettqu investigazzjonijiet komprensivi u filwaqt li jniedi proċedimenti ta’ ksur meta l-Istati Membri jiksru l-obbligi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE; u biex jiġi assigurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu informati b'mod xieraq dwar l-istruttura tad-drittijiet fundamentali ġodda; jitlob li jkun hemm segwitu għall-Komunikazzjoni tal-2003 dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea COM(2003)0606 biex jiġi definit mod trasparenti u koerenti biex jiġi indirizzat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u biex isir użu rilevanti tal-Artikolu 7 tal-istess Trattat abbażi tal-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali;

18.

Ifakkar lill-Kummissjoni tissorvelja l-proposti leġiżlattivi ġodda kollha biex tara li jkunu konformi mal-Karta, u biex tivverifika l-istrumenti eżistenti f'dan ir-rigward; jissuġġerixxi li l-valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw il-proposti tal-Kummissjoni għandhom jindikaw b'mod ċar jekk dawn il-proposti jikkonformawx mal-Karta, sabiex din il-kunsiderazzjoni ssir parti integrali tal-preżentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi; ifakkar lill-Kummissjoni fil-kompitu espliċitu tagħha biex tinvolvi l-partijiet konċernati permezz ta’ konsultazzjonijiet wiesgħa sabiex jiġu assigurati l-koerenza u t-trasparenza fl-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 11(3) TUE); jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tal-Pjattaforma tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali bħala riżorsa sinifikanti biex jiġi ssodisfat dan il-kompitu;

19.

Ifakkar lill-Kummissjoni biex twettaq investigazzjonijiet oġġettivi u tibda proċedimenti ta’ ksur, biex b'hekk jiġu evitati standards doppji, kull meta Stat Membru, fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jikser id-drittijiet imħaddna f'din il-Karta; barra minn hekk, ifakkar lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jipprovdu fatti affidabbli u tiġbor l-informazzjoni wkoll minn sorsi mhux governattivi, kif ukoll titlob lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u korpi oħra tad-drittijiet tal-bniedem biex jagħtu l-kontribut tagħhom;

20.

Jiġbed l-attenzjoni għall-qawmien riċenti ta’ nazzjonaliżmu, ksenofobija u diskriminazzjoni f'uħud mill-Istati Membri u jenfasizza r-rwol ċentrali li l-Kummissjoni għandha tieħu sabiex tevita u tiġġieled dan il-ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali;

21.

Jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza annwali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità mal-Karta, u jinnota li r-rapporti ta’ monitoraġġ tagħha għandu jkun fihom valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-drittijiet iggarantiti, valutazzjoni tal-kwistjonijiet l-aktar kontenzjużi u s-sitwazzjoni tal-gruppi l-iktar vulnerabbli fl-Unjoni, lakuni eżistenti fil-protezzjoni, xejriet ewlenin u problemi strutturali fil-livell nazzjonali u tal-UE, bil-ħsieb li jiġu proposti inizjattivi u miżuri konkreti, u jirrakkomanda t-tixrid ta’ prattika tajba fost l-Istati Membri;

22.

Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea billi tirreferi fost l-oħrajn għall-approċċ tagħha ta’ prevenzjoni fl-implimentazzjoni effettiva, l-importanza tat-taħriġ intern dwar id-drittijiet fundamentali, u l-kontroll sistematiku tal-aspett tad-drittijiet fundamentali tal-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni mill-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Impatt, kif ukoll il-miżuri ta’ komunikazzjoni mmirati mfassla għad-diversi sitwazzjonijiet meħtieġa f'dan ir-rigward; barra minn hekk, jilqa' l-enfasi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq rigward l-importanza tal-kriterji politiċi għall-adezjoni stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-1993 li kien jesiġi pajjiżi kandidati li jkollhom istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi; il-preservazzjoni ta’ dan il-kriterju tkun tappoġġja l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri futuri;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tinforza l-valuri u l-prinċipji mħaddna fit-Trattat u l-Karta kif ukoll l-istrateġija stipulata fil-Programm ta’ Stokkolma permezz ta’ proposti leġiżlattivi konkreti filwaqt li tikkunsidra l-ġurisprudenza tal-QEDB meta tkun qed twettaq dawn l-attivitajiet; barra minn hekk, jitlob il-'Lisbonizzazzjoni' tal-acquis attwali fil-qasam tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u t-tisħiħ tar-responsabilità demokratika fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

24.

Jissuġġerixxi t-twaqqif ta’ relazzjoni ta’ ħidma bejn l-Kummissarji responsabbli għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza u l-Intern u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament, billi l-Kummissarji jiġu mistiedna b'mod regolari għall-skambju ta’ opinjonijiet dwar kwistjonijiet u żviluppi attwali relatati mad-drittijiet fundamentali;

25.

Jenfasizza li l-Parlament Ewropew ukoll għandu jsaħħaħ il-valutazzjoni awtonoma tal-impatt dwar id-drittijiet fundamentali f'relazzjoni mal-proposti u l-emendi leġiżlattivi taħt eżami fil-proċess leġiżlattiv biex issir aktar sistematika, l-aktar billi jkabbru l-possibilitajiet attwalment previsti bir-Regola 36 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament dwar ir-rispett għall-Karta u biex titlob għall-opinjonijiet tas-Servizz Legali dwar kwistjonijiet legali rigward kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-UE;

26.

Jistieden lill-Kunsill jadatta għall-bidliet meħtieġa bit-Trattat u jikkonforma mal-Karta meta jkun qed jilleġiżla; għalhekk jilqa' t-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħidma permanenti tal-Kunsill dwar id-Drittijiet Fundamentali, id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Moviment Liberu tal-Persuni u jenfasizza l-importanza li dan il-korp il-ġdid ikollu mandat wiesa' biex jinkludi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali mal-UE u l-Istati Membri rilevanti u jipprovdi forum għal skambju ta’ opinjonijiet tal-Kunsill dwar kwistjonijiet interni tad-drittijiet tal-bniedem u għall-ħidma ma’ dan il-kor il-ġdid sabiex il-ħidma ta’ dan il-korp il-ġdid tkun trasparenti u effiċjenti, ukoll b'rabta mal-Parlament Ewropew;

27.

Jafferma mill-ġdid il-ftehim interistituzzjonali Approċċ Komuni għall-Valutazzjoni tal-Impatt (4) imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea, li tiddikjara li l-Parlament u l-Kunsill huma responsabbli biex jivvalutaw l-impatt tal-emendi tagħhom stess;

28.

Jistieden lill-Kunsill jassigura li l-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet Fundamentali, id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Moviment Liberu tal-Persuni (FREMP) ikollu mandat wiesa' li jkun jista' jinkludi, pereżempju s-setgħa li jiddiskuti u jwieġeb b'mod uffiċjali għar-rapporti tal-FRA (barra mir-rakkomandazzjonijiet tal-korpi, proċeduri u miżuri speċjali tat-trattat tan-NU), li jivvaluta l-impatt estern tad-drittijiet tal-bniedem tal-istrumenti u l-politiki tal-UE, f'koordinazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM), li jassigura koordinazzjoni mal-aġenziji bla mandat tad-drittijiet tal-bniedem iżda b'impatt tad-drittijiet tal-bniedem (pereżempju l-EIB jew il-FRONTEX), li jeżamina l-firma, ir-ratifikazzjoni u l-konformità tal-UE u tal-Istati Membri mal-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u li jipprovdi forum għall-iskambji tal-Kunsill dwar kwistjonijiet interni tad-dritttijiet tal-bniedem;

29.

Jitlob għar-rispett tad-dritt tiegħu għal skrutinju demokratiku abbażi tat-trattati; jinsisti dwar in-neċessità li jissaħħu t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, sabiex tkun żviluppata kooperazzjoni interistituzzjonali iktar effikaċi, inkluża r-responsabbiltà dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali; jenfasizza r-rwol tiegħu fis-segwitu tar-riżoluzzjonijiet tiegħu relatati mad-drittijiet fundamentali fl-UE u r-rwol tiegħu fl-evalwazzjoni tax-xogħol li jsir minn istituzzjonijiet oħra tal-UE f'termini tal-azzjonijiet tagħhom jew in-nuqqas ta’ azzjoni meta jivvalutaw l-iżviluppi fil-qasam (eż. permezz ta’ rapporti annwali), b'kombinazzjoni ma’ messaġġi politiċi b'approċċ ibbażat fuq il-fatti; jenfasizza d-dritt tiegħu, skont l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, biex ikun infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura għall-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

30.

Jafferma mill-ġdid il-fatt tar-rwol imkabbar tal-QTĠ fir-rigward tal-iżgurar li l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u l-Istati Membri kollha li jkunu qed jimplementaw il-liġi tal-UE jirrispettaw il-Karta kif xieraq, u jinnota li dan se jagħti lok sabiex il-QTĠ ssaħħaħ u tkompli tiżviluppa l-każistika tagħha dwar id-drittijiet fundamentali; jenfasizza l-bżonn ta’ kooperazzjoni stabbilita bejn il-qrati nazzjonali, il-QTĠ u l-QEDB sabiex jitkattar l-iżvilupp ta’ sistema koerenti ta’ każistika f'dan il-qasam;

31.

Jenfasizza r-rwol tal-FRA fl-osservazzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni u l-implikazzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona f'dan il-qasam, billi tipprovdi analiżi, għajnuna u għarfien espert, kompitu li jeħtieġ il-kwalità, l-oġġettività, l-imparzjalità effikaċi u t-trasparenza; jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi u ssaħħaħ il-mandat tal-FRA sabiex iġġib xogħolha konformi mar-rekwiżiti l-ġodda bbażati fuq it-Trattat ta’ Lisbona u l-Karta, jindika li, fi żmien il-mandat rivedut, ir-rwol ta’ monitoraġġ tal-FRA għandu jiġi estiż għall-pajjiżi għall-adeżjoni; għalhekk huma meħtieġa riżorsi xierqa għaż-żieda fil-kompiti wara l-implimentazzjoni tal-Karta; itenni t-talba tiegħu li jkun assoċjat b'mod sħiħ fir-reviżjoni tal-programm multiannwali tal-FRA; jilqa' l-inklużjoni ta’ Anness fir-rapport annwali tal-FRA, li jindika r-ratifika mill-Istati Membri ta’ strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

32.

Jenfasizza li l-kompitu ewlieni tal-FRA huwa li tipprovdi lill-istituzzjonijiet li jieħdu d-deċiżjonijiet b'fatti u data dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali u li, għal dan il-għan, tiġbor u tanalizza informazzjoni u data, kif ukoll tqajjem kuxjenza billi twettaq riċerka u stħarriġ xjentifiċi bbażati fuq metodoloġiji ta’ reqqa, tippubblika rapporti tematiċi u annwali, tinnetwerkja u tippromwovi d-djalogu mas-soċjetà ċivili; jilqa' r-rapport annwali 2009 tagħha kif ukoll l-approċċ tagħha fejn tipprovdi ħarsa ġenerali komparattiva u tiġbed l-attenzjoni għall-prattiki tajbin fis-27 Stat Membru;

33.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE li jieħdu d-deċiżjonijiet sabiex jużaw id-data u l-fatti pprovduti mill-FRA matul l-istadju preparatorju ta’ attività leġiżlattiva, fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u/jew ta’ sorveljanza u li jkunu f'kooperazzjoni kostanti u mill-qrib mal-FRA, filwaqt li jinvolvu l-Pjattaforma tal-NGO tagħha;

34.

Jistieden lill-aġenziji Ewropej kollha, biex iżommu l-impenn tagħhom għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u biex jintegraw l-approċċ tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tagħhom; barra minn hekk jitlob li l-UE tiżgura r-responsabbiltà legali sħiħa tal-aġenziji tagħha f'dan ir-rigward;

35.

Huwa tal-opinjoni li l-FRONTEX għandha tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata mal-aġenziji li jittrattaw id-drittijiet fundamentali jew migranti jew l-ażil u l-UNHCR, sabiex jiffaċilitaw l-operazzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' l-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-FRONTEX u l-FRA ffirmat fl-2010;

36.

Jenfasizza l-fatt li l-UE u l-Istati Membri għandhom obbligi kondiviżi fil-qasam tal-implimentazzjoni u/jew l-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem u dawk fundamentali, fl-isferi ta’ responsabilità rispettivi tagħhom, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, u li din ir-responsabilità u l-kompetenza kondiviżi jirrappreżentaw opportunità u obbligu min-naħa tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza r-rwol imkabbar tal-parlamenti nazzjonali pprovdut bit-Trattat ta’ Lisbona u jappoġġa l-istabbiliment ta’ djalogu formali kontinwu bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

37.

Ifakkar lill-Istati Membri fid-dmir tagħhom li jipprovdu lill-Kummissjoni, bħala gwardjan tal-trattati, b'fatti u data affidabbli, meta tintalab;

38.

Jenfasizza l-importanza tal-korpi ġudizzjarji fl-Istati Membri, li għandhom rwol ewlieni fl-infurzar tal-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u l-infurzar tad-drittijiet fundamentali, u għalhekk iħeġġeġ li jiġi appoġġjat aċċess faċli għall-qrati u l-proċeduri b'limitu ta’ ħin raġonevoli bħala mezz biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu sforz fir-rigward tat-taħriġ kontinwu tal-imħallfin nazzjonali dwar il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, inklużi l-aspetti ġodda f'dan il-qasam wara t-Trattat ta’ Lisbona;

39.

Jemmen li l-azzjoni tal-UE m'għandhiex tindirizza biss il-ksur tad-drittijiet fundamentali wara li jkunu twettqu, iżda għandha tfittex li tipprevenihom; konsegwentement jitlob li ssir riflessjoni dwar mekkaniżmi biex ksur potenzjali tad-drittijiet fundamentali fl-UE u fl-Istati Membri tagħha jiġu identifikati kmieni, dwar iffriżar temporanju tal-miżuri li jikkostitwixxu tali ksur, dwar proċeduri legali aċċellerati biex jiġi determinat jekk miżura hix kuntrarja għad-drittijiet fundamentali tal-UE u għal sanzjonijiet fil-każ li dawn il-miżuri jkunu madankollu implimentati kuntrarju għal-liġi tal-UE;

40.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jirdoppjaw l-isforzi tagħhom bl-għan li jinfurmaw sew u jqajmu l-kuxjenza pubblika, minħabba li d-drittijiet fundamentali jistgħu jiġu protetti aħjar jekk l-individwi nfushom ikunu konxji mid-drittijiet tagħhom u l-mekkaniżmi disponibbli għall-protezzjoni tagħhom; jitlob użu attiv tal-korpi ċivili u l-NGOs relevanti għaż-żamma ta’ relazzjoni ta’ ħidma kontinwa ma’ dawn il-korpi fl-implimentazzjoni tal-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali u meta tkun qed tittieħed azzjoni dwar każijiet speċifiċi;

41.

Jafferma mill-ġdid id-dritt tagħha li kull sena toħroġ rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE, li jindirizza l-kwistjoni tad-drittijiet fundamentali mal-istituzzjonijiet tal-UE, aġenziji jew Stati Membri jekk ikun meħtieġ;

Kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali

42.

Jissuġġerixxi li jinstabu modijiet għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE biex issir kooperazzjoni aħjar mal-organizzazzjonijiet internazzjonali impenjati favur il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, u li jsir użu aħjar u direzzjonat b'mod aktar effikaċi tar-riżultati tal-esperjenza f'dan il-qasam;

43.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, fl-interessi ta’ konsistenza u sinerġija ikbar fil-livell Ewropew, u jissuġġerixxi li jsir użu aħjar tal-kompetenzi tal-mekkaniżmi, l-istandards u r-riżultati ta’ sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa, biex b'hekk jiġi evitat xogħol doppju; jafferma mill-ġdid il-bżonn li l-Unjoni tkun involuta iktar fil-ħidma tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem u għall-UE biex tqis ħafna aktar dak ix-xogħol meta timplimenta l-politiki fil-qasam tal-libertajiet, il-ġustizzja u s-sigurtà;

44.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet ċentrali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll il-protokolli fakultattivi addizzjonali: fosthom, il-Karta Soċjali Ewropea (riveduta), il-Konvenzjoni dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar ta’ Persuni, il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali, il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali u Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll il-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u l-Membri tal-Familji tagħhom, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-kriminalità organizzata u ż-żewġ protokolli tagħha kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà; barra minn hekk, jissuġġerixxi li, fil-proċess leġiżlattiv Ewropew, jitqiesu iktar id-dokumenti internazzjonali u ssir iktar referenza għalihom;

45.

Jenfasizza l-bżonn ta’ attenzjoni proporzjonata għall-mekkaniżmi ta’ sorveljanza varji tan-Nazzjonijiet Uniti u għas-sejbiet tal-korpi tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, u jissuġġerixxi li jiġu segwiti mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom b'relevanza għall-Istati Membri; jinnota l-importanza tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; jirrakkomanda kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti; u jilqa' l-ftuħ, fi Brussell, tal-ewwel Uffiċċju Reġjonali Ewropew tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem;

46.

Jenfasizza r-rwol importanti u l-ħidma attiva tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR), tar-Rappreżentanti Speċjali tal-OSKE għal-Libertà tal-Midja u Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin u tal-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali;

47.

Jistieden lill-Istati Membri li qegħdin fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex jassiguraw garanziji proċedurali għad-drittijiet fil-proċess ta’ tqegħid fil-lista u t-tneħħija minnha tal-allegati gruppi jew persuni terroristi, kif meħtieġ mill-każistika rilevanti tal-QTĠ;

L-iktar sfidi urġenti tal-era l-ġdida

48.

Jenfasizza li l-istruttura l-ġdida se titkejjel skont kemm jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-kwistjonijiet l-iktar urġenti u l-ksur l-aktar rikorrenti mill-istituzzjonijiet responsabbli, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE, anki b'rabta mar-relazzjonijiet esterni tagħha;

49.

Ifakkar, għalhekk, fir-riżoluzzjonijiet u d-dibattiti u s-sejbiet minn missjonijiet fl-2009 dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali, li wrew li hemm ħafna kwistjonijiet pendenti u każijiet speċifiċi ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali, li jirrikjedu passi konkreti urġenti, strateġiji ta’ nofs it-terminu u soluzzjonijiet fit-tul kif ukoll segwitu mill-istituzzjonijiet tal-UE; bħal pereżempju:

il-protezzjoni tal-erba' libertajiet fundamentali bħala l-kisbiet bażiċi tal-UE, b'attenzjoni speċifika għal-libertà tal-moviment taċ-ċittadini tal-UE,

il-garanzija tad-drittijiet tal-persuni kollha preżenti fit-territorju tal-UE irrispettivament miċ-ċittadinanza,

l-assigurazzjoni taċ-ċertezza legali u l-eżistenza ta’ kontrolli xierqa u bilanċi ta’ sistema demokratika soda,

il-garanzija tal-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, inklużi l-ġbir, l-ipproċessar, it-trasferiment u l-ħażna ta’ data finanzjarja u personali, kemm fl-UE kif ukoll barra, skont il-prinċipji ta’ skop, ħtieġa u proporzjonalità u d-drittijiet ta’ rettifika u appell, u l-promozzjoni tal-bilanċ tajjeb bejn il-libertajiet individwali u s-sigurtà kollettiva, li qed jiġu mhedda b'forom ġodda ta’ terroriżmu u kriminalità organizzata,

il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin – speċjalment in-nisa u t-tfal – billi dan jikkostitwixxi forma ta’ skjavitù; jinnota li minkejja l-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali u l-impenji tal-politika matul ħafna snin, madwar mitt elf persuna huma stmati li ġew ittraffikati fl-UE jew fiż-żona tal-UE kull sena u jenfasizza l-ħtieġa għal urġenza akbar biex ikun indirizzat dan ir-reat, inkluż permezz tad-Direttiva ġdida proposta tal-UE li tinkludi l-ħatra ssuġġerita ta’ rapporteurs nazzjonali biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-politika kontra t-traffikar tal-bnedmin fil-livell nazzjonali,

il-protezzjoni tad-drittijiet tar-refuġjati u l-migranti, billi tassigura li l-ġestjoni min-naħa tal-UE tal-flussi tal-migrazzjoni u tan-negozjati dwar il-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi għad-dħul mill-ġdid fil-pajjiż ma jpoġġix tali individwi fir-riskju tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem,

il-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi ta’ vjolenza, reati, gwerer u drittijiet tal-bniedem, qasam tal-politika fejn hemm bżonn ta’ leġiżlazzjoni għall-UE kollha, mingħajr ma jbiddel id-direzzjoni tal-attenzjoni u r-riżorsi li jmorru biex jipprevjenu u jikkumbattu l-kriminali u t-terroristi u biex jiġu indirizzati l-kawżi primarji; jenfasizza l-konsultazzjoni pubblika tal-UE dwar it-titjib tad-drittijiet tal-vittmi tar-reati u tal-vjolenza mnedija fil-bidu tal-2010 u jistenna b'ħeġġa l-proposta ta’ segwitu tal-Kummissjoni għall-miżuri prattiċi biex jiġu megħjuna l-vittmi matul il-proċess tal-ġustizzja; ifakkar l-inizjattiva tal-Istati Membri għal ordni ta’ protezzjoni Ewropea bil-ħsieb li tiżdied il-protezzjoni li tingħata lill-vittmi li jiċċaqilqu bejn l-Istati Membri tal-UE iżda jħeġġeġ kjarifika legali tad-dispożizzjonijiet tagħha,

l-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal permezz ta’ miżuri prattiċi kontra l-abbuż tat-tfal, l-isfruttament sesswali u l-pornografija tat-tfal, biex jiġi promoss użu iktar sikur tal-Internet u biex jiġu eliminati t-tħaddim tat-tfal u l-faqar tat-tfal, filwaqt li titqies l-istima li 10-20 % tat-tfal fl-Ewropa jkunu abbużati sesswalment matul tfulithom, li r-riċerka turi li t-tfal vittmi murija fil-pornografija qegħdin ikunu iżgħar u li ċ-ċirkostanzi ekonomiċi globali attwali jheddu li jitfgħu aktar tfal fil-forza tax-xogħol u/jew fil-faqar,

il-promozzjoni ta’ politiki tal-UE dwar l-ażil u l-immigrazzjoni skont il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-trattati, fil-Karta u fl-ECHR,

l-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE dwar id-drittijiet ta’ persuni b'diżabilità, li għadhom ibatu minn diskriminazzjoni fil-ħajja tagħhom soċjali, professjonali u kulturali,

il-projbizzjoni u l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-Artikolu 21 tal-Karta, fl-oqsma kollha tal-ħajja, inkluż il-profilar etniku, filwaqt li jitqiesu r-responsabbiltajiet legali u l-kompetenzi stabbiliti;

il-protezzjoni tad-diversità tal-lingwi, bħala wirt kulturali tal-Ewropa, inklużi l-lingwi tal-minoranzi,

il-projbizzjoni ta’ sanzjonijiet minħabba l-użu ta’ lingwa differenti mil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru,

il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali,

it-tfassil ta’ strateġija fil-livell tal-UE bbażata fuq l-azzjoni li trawwem l-inklużjoni tar-Roma u l-integrazzjoni tal-kwistjoni fl-implimentazzjoni tal-politika Ewropea, nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-UE,

it-twaqqif ta’ qafas għall-UE kolllha dwar id-drittijiet proċedurali għal dawk suspettati fi proċeduri kriminali,

il-garanzija u l-promozzjoni tal-libertà tal-istampa fl-Unjoni Ewropea, li sejra għall-agħar sena wara l-oħra, l-aktar fatti ta’ min jagħti kashom huma l-konċentrazzjoni tal-midja, il-pressjoni eżerċitata fuq il-ġurnalisti u fuq xogħolhom u t-taħrik tal-ġurnalisti għal ebda raġuni reali jew serja,

l-evalwazzjoni tal-ftehimiet eżistenti tal-UE dwar id-dħul mill-ġdid fil-pajjiż u l-valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet fundamentali tal-politika tal-UE dwar ftehimiet dwar id-dħul mill-ġdid fil-pajjiż,

il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali tan-nies l-aktar vulnerabbli permezz tal-edukazzjoni u azzjoni pożittiva, inklużi dawk fil-ħabs jew li qabel kienu priġunieri, u dawk li qegħdin iservu sentenzi alternattivi, flimkien ma’ kwalunkwe miżura oħra li trawwem ir-riabilitazzjoni soċjali tagħhom,

id-dritt ta’ edukazzjoni għal kulħadd,

il-protezzjoni tal-migranti, b'mod partikolari ta’ dawk li jfittxu l-ażil;

l-inkoraġġiment ta’ soċjetà ċivili biex jiġi promoss dibattitu trasparenti u regolari dwar id-drittijiet fundamentali, u biex jiġi żgurat li dawn ikunu protetti kemm jista' jkun fil-wisa',

il-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ razziżmu, ksenofobija u antiSemitiżmu,

il-promozzjoni għal fehim akbar interkulturali u bejn nies bi twemmin differenti, bl-għan li jitjieb il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea,

il-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti irregolari fl-UE,

il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà, l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja u l-istampa, u l-fluss liberu ta’ informazzjoni,

il-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon minn kwalunkwe vjolazzjoni, peress li dan hu dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Karta, li tinkludi l-libertà li wieħed juri r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu fil-pubbliku jew fil-privat;

*

* *

50.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.


(1)  CM(2007)74.

(2)  ĠU C 46E, 24.2.2010, p. 48.

(3)  ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 309.

(4)  Dokument tal-Kunsill 14901/05, 24.11.2005.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/58


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
L-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur

P7_TA(2010)0484

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar l-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur (2010/2052(INI))

2012/C 169 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar Prattiki Kummerċjali Żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (DPKŻ) (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (DRQK) (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (3) (DSMA),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (4),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 7 (ir-rispett tal-ħajja privata u familjari) u l-Artikolu 8 (il-ħarsien tad-data personali) tagħha,

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-9 ta’ Marzu 2010 dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2009 dwar it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2005/29/KE rigward prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u d-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar l-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (12),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 bit-titlu “Il-monitoraġġ tar-riżultati għall-konsumatur fis-suq waħdieni: It-tieni edizzjoni tat-‘Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (COM(2009)0025) u d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bit-titolu “It-Tieni Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (SEC(2009)0076),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni tad-29 ta’Marzu 2010 bit-titlu “Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur – Il-Konsumaturi jħossuhom komdi fis-Suq Intern: Is-sorveljanza tal-Integrazzjoni tas-Suq Intern tal-kummerċ bl-imnut u l-Ambjent tal-Konsumaturi fl-Istati Membri” (SEC(2010)0385),

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ħarsien tal-konsumaturi fis-suq intern, ippubblikat mill-Kummissjoni f’Ottubru 2008 fl-Ewrobarometru Speċjali Nru 298,

wara li kkunsidra r-rapport analitiku dwar l-attitudnijiet lejn il-bejgħ transkonfinali u l-ħarsien tal-konsumaturi, ippubblikat mill-Kummissjoni f’Marzu 2000 (Ewrobarometru Flash Nru 282),

wara li kkunsidra l-approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali (COM(2007)0833),

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (SEC(2009)1666),

wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2010 dwar ir-riklamar komportamentali bl-internet adottata fit-22 ta’ Ġunju 2010 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-ħarsien tad-data,

wara li kkunsidra l-Opinjoni 5/2009 dwar in-netwerks soċjali bl-internet adottata fit-12 ta’ Ġunju 2009 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-ħarsien tad-data,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Franċiża dwar it-Teknoloġija tal-Informatika u l-Libertajiet Ċivili tal-5 ta’ Frar 2009 bit-titlu “La publicité ciblée en ligne” (“Ir-riklamar immirat bl-internet”),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0338/2010),

A.

billi r-riklamar jistimula l-kompetizzjoni u l-kompetittività, jaf jillimita l-abbuż ta’ pożizzjonijiet dominanti u jħeġġeġ l-innovazzjoni fis-suq intern, u konsegwentement għandu impatt pożittiv fuq il-konsumaturi, partikularment billi tiżdied il-firxa ta’ għażla, jitbaxxew il-prezzijiet u tiġi mogħtija informazzjoni dwar il-prodotti l-ġodda,

B.

billi r-riklamar huwa sors importanti u ta’ spiss kruċjali ta’ dħul għal settur tal-midja dinamiku u kompetittiv u jikkontribwixxi b’mod attiv għall-istampa indipendenti u diversa fl-Ewropa,

C.

billi ċerti prattiki tar-riklamar jista’ madankollu jkollhom impatt negattiv fuq is-suq intern u l-konsumaturi (minħabba prattiki żleali, intrużjoni fl-ispazji pubbliċi u l-arena privata, riklamar immirat lejn individwi, ostakoli għall-aċċess u tagħwiġ tas-suq intern),

D.

billi għadu neċessarju li jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali żleali fil-qasam tar-riklamar, kif il-Ewrobarometru Speċjali Nru 29 jagħmilha ċara li għadhom komuni,

E.

meta wieħed iqis l-impatt sinifikattiv tar-riklamar fuq l-evoluzzjoni tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, partikularment permezz tal-iżvilupp tal-internet, tan-netwerks soċjali, tal-forums u l-blogs, il-mobilità dejjem tikber tal-utenti u ż-żieda rapida ta’ prodotti diġitali,

F.

billi, peress li l-konusumatur sa ċertu punt qed jitlef l-interess fil-proliferazzjoni ta’ messaġġi ta’ riklamar, illum il-ġurnata hemm it-tentazzjoni li t-teknoloġiji l-ġodda tal-komunikazzjoni jintużaw sabiex jinxterdu messaġġi kummerċjali anke meta ma jkunux maħsuba għal dan il-għan u għaldaqstant jistgħu jqarqu lill-konsumaturi,

G.

billi l-iżvilupp ta’ prattiki ġodda ta’ riklamar onlajn u permezz ta’ apparat mobbli qed jiġġenera firxa ta’ problemi li għandhom jiġu indirizzati sabiex jiġi ssalvagwardjat livell għoli ta’ protezzjoni għall-utenti,

H.

billi r-riklamar onlajn għandu rwol ekonomiku importanti, partikularment billi jiffinanzja servizzi b’xejn, u billi qed jespandi b’mod esponenzjali,

I.

billi l-iżvilupp tar-riklamar immirat (kuntestwali, personalizzat, komportamentali), li hu meqjus li hu imfassal għall-interessi ta’ dawk li jużaw l-internet, jikkostitwixxi attakk serju fuq il-protezzjoni tal-privatezza meta msejjes fuq l-intraċċar tal-individwi permezz ta’ cookies, ħolqien tal-profili u l-ġeolokalizzazzjoni) u meta ma jkunx ingħata kunsens espliċitu u b’mod liberu minn qabel mill-konsumatur,

J.

billi r-riklamar ippersonalizzat ta’ messaġġi ta’ riklami m’għandux iwassal għall-iżvilupp ta’ riklamar intrużiv li jikser il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza,

K.

billi gruppi ta’ nies li huma partikolarment vulnerabbli minħabba xi diżabilità mentali, fiżika jew psikoloġika, l-età tagħhom jew il-fatt li jkunu jemmnu kollox – bħalma huma t-tfal, l-adolexxenti, l-anzjani jew ċerti persuni li huma vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni soċjali u finanzjarja tagħhom (pereżempju dawk li għandhom dejn eċċessiv) – għandhom bżonn ta’ protezzjoni speċjali,

L.

billi jirrikonoxxi li għad hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effetti soċjopsikoloġiċi preċiżi tal-forom ġodda, aktar mifruxa u aktar imxerrda tar-riklamar, partikularment fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ dawk li ma jistgħux jaffordjaw li jixtru l-prodotti u s-servizzi promossi f’dawn ir-riklami,

M.

billi n-natura speċifika ta’ ċerti prodotti – bħalma huma t-tabakk, l-alkoħol, il-mediċini u l-logħob tal-azzard onlajn – jitlob għal regolamentazzjoni xierqa tar-riklamar fuq l-Internet bil-għan li jiġu evitati l-abbużi, id-dipendenzi u l-iffalsifikar,

N.

billi jitqies li r-riklamar jista’ jaġixxi bħala katalizzatur b’saħħtu għall-ġlieda kontra l-istereotipi u l-preġudizzji bbażati fuq ir-razziżmu, is-sessiżmu u l-ksenofobija,

O.

billi jitqies li r-riklamar bosta drabi jikkomunika messaġġi diskriminatorji u/jew derogatorji li jipperpetwaw preġudizji rigward is-sess, u b’hekk idgħajfu l-istrateġiji għall-ugwaljanza li għandhom l-għan li jeliminaw l-inugwaljanzi,

Evalwazzjoni tal-qafas leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv eżistenti

1.

Isostni li d-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali tipprovdi qafas legali essenziali għall-ġlieda kontra reklamar qarrieqi u aggressiv, fir-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji u l-konsumaturi; jirrikonoxxi li għalkemm għadu mhuwiex possibbli li ssir evalwazzjoni komprensiva, diġà jidhru ħafna diffikultajiet bl-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni (speċjalment rigward il-forom ġodda, aktar mifruxa tar-reklamar), kif juru s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra miżuri nazzjonali eżistenti li marru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali, li jistgħu jqajmu dubju dwar l-effikaċja tad-Direttiva;

2.

Jenfasizza li differenzi ta’ interpretazzjoni u ta’ implementazzjoni fuq livell nazzjonali ma wasslux għal-livell mixtieq ta’ armonizzazzjoni, ħolqu nuqqas ta’ ċertezza legali u dgħajfu l-kummerċ transkonfinali fis-suq uniku;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni taġġorna, tiċċara u ssaħħaħ il-linji gwida tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali fuq bażi regolari ħafna u tiżgura li jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-UE, u jitlob lill-Istati Membri jqisu kemm jista’ jkun dawk il-linji gwida;

4.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffinalizza u tippubblika f’Novembru 2010 bażi ta’ data tal-miżuri nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali, il-każistika applikabbli u dokumenti oħra relevanti;

5.

Ifakkar li l-ambitu tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali huwa limitat għar-relazzjonijiet bejn in-negozju u l-konsumatur filwaqt li d-Direttiva dwar Riklamar Qarrieqi u Komparattiv tittratta r-relazzjonijiet bejn in-negozjii; jenfasizza li ċerti entitajiet ma jaqgħux taħt l-ambitu tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali u lanqas tad-Direttiva dwar Riklamar Qarrieqi u Komparattiv, bħal ma huma l-NGOs jew il-gruppi ta’ interess; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tagħmel analiżi separata tal-impatt ta’ prattiki tar-reklamar qarrieqa indirizzati lejn dawk il-kriterji li milli jidher mhumiex koperti bl-ebda mid-Direttivi; jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni bejniethom u jipprovdu soluzzjonijiet adegwati għal dawk il-kategoriji li ġew suġġetti għal prattiki ta’ reklamar qarrieqa bejn il-fruntieri ġewwa l-UE;

6.

Jilqa’ l-ispezzjonijiet konġunti mill-Istati Membri (“Sweep”); jitlob li jsiru aktar investigazzjonijiet ta’ dan it-tip u li jitwessa’ l-ambitu tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet konġunti u tipprepara, jekk ikun meħtieġ, aktar passi bil-għan li ttejjeb is-suq intern għall-konsumaturi;

7.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bil-mezzi u r-riżorsi finanzjarji, umani u teknoloġiċi meħtieġa għall-azzjoni effikaċi tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiffaċilita, fuq il-bażi tal-esperjenza tan-netwerk tal-Kooperazzjoni tal-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u ttejjeb l-effikaċja tal-kontroll tagħhom;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni tipprepara analiżi fuq l-obbligi u l-funzjonijiet ta’ kontroll tal-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur u taqsam magħhom l-aħjar prattiki sabiex tittejjeb l-effikaċja tal-ħidma tagħhom;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 biex jinkludi l-iffalsifikar u l-prodotti illegali, u biex issaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri skont dak ir-Regolament, sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi konnessa mar-riklamar illegali;

10.

Iħeġġeġ il-prattika ta’ awtoregolamentazzjoni bħala żieda dinamika, flessibbli u responsabbli għall-qafas leġiżlattiv eżistenti; jissuġġerixxi li l-Istati Membri li għad m’għandhomx entitajiet awtoregolatorji għandhom jiffaċilitaw it-twaqqif ta’ tali entitajiet, fuq il-bażi tal-aħjar prattiki minn Stati Membri oħra, u/jew li jirrikonoxxuhom b’mod formali;

11.

Jenfasizza, madankollu, il-limiti tal-awtoregolamentazzjoni, li f’kwalunkwe każ ma tistax tissostitwixxi l-leġiżlazzjoni, partikularment fir-rigward tat-twaqqif ta’ regoli sabiex tiġi protetta d-data personali tal-konsumaturi u l-penalitajiet applikabbli jekk tali regoli ma jkunux rispettati;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet ta’ mġiba nazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam mal-mezzi tax-xandir u mat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jevalwaw l-effikaċja tal-korpi awtoregolatorji nazzjonali;

13.

Jenfasizza r-responsabilità fir-rigward tas-soċjetà dovuta għall-impatt u l-portata ta’ riklamar mifrux u mxerred, u jisħaq fuq ir-rwol tal-kumpaniji tar-riklamar fit-trawwim ta’ kultura ta’ sensibilizzazzjoni u responsabilità korporattiva;

14.

Iħeġġeġ il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati varji involuti fl-iżviluppi leġiżlattivi;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw b’mezzi xierqa li l-mezzi tax-xandir u l-professjonisti tar-reklamar jiggarantixxu r-rispett għad-dinjità umana u li jopponu x-xbihat direttament jew indirettament diskriminatorji jew sterjotipizzanti jew kull inċitament għall-mibegħda msejsa fuq sess, razza, oriġini etnika, età, twemmin reliġjuż jew xort’ oħra, orjentament sesswali, diżabbiltà u pożizzjoni soċjali;

16.

Jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma implimentawx id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva biex jagħmlu dan immedjatament; jistenna b’interess il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u jenfasizza l-ħtieġa li jitqies l-użu tat-teknoloġiji l-ġodda (pereżempju t-televixin minn fuq l-internet (IPTV));

Problemi li jinħolqu minħabba l-iżvilupp tal-Internet u t-teknoloġiji ġodda

17.

Jikkundanna l-iżvilupp ta’ riklamar “moħbi” fuq l-internet li mhux kopert mid-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (relazzjonijiet bejn il-konsumaturi), fil-forma tal-kummenti li jittellgħu fuq netwerks soċjali, forums jew blogs, li l-kontenut tagħhom bilkemm jintagħraf minn dawk li huma sempliċiment opinjoni; iqis li għaldaqstant hemm riskju li l-konsumaturi se jagħmlu deċiżjonijiet ħżiena dovuti għall-fatt li jaħsbu li l-informazzjoni li fuqha huma jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom ġejja minn sorsi oġġettivi; jikkundanna każijiet fejn ċerti operaturi kummerċjali jiffinanzjaw b’mod dirett jew indirett kwalunkwe azzjoni biex jitħeġġeġ it-tixrid ta’ messaġġi jew kummenti li jidhru li jkunu qed joriġinaw mill-konsumaturi nfushom meta fil-verità dawn ikunu messaġġi ta’ natura kummerċjali jew tar-reklamar, u jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni kif suppost tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali f’dan ir-rigward;

18.

Jissuġġerixxi li l-Istati Membri jħeġġu biex ikun hemm osservaturi/moderaturi tal-forums li jkunu attenti għall-perikli tar-reklamar moħbi, kif ukoll l-iżvilupp ta’ kampanji tal-informazzjoni mmirati biex iwissu lill-konsumaturi dwar dawn il-forom “moħbija” ta’ reklamar;

19.

Jinnota li l-kampanja fil-livell Ewropew kontra r-riklamar moħbi hija ta’ importanza kbira għat-tindif tas-suq u sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur, minħabba li għal xi professjonisti dan huwa mezz li bih jgħawwġu r-regoli tal-kompetizzjoni u artifiċjalment jagħtu valur aktar għoli, mingħajr ma jiswielhom xejn, lill-kumpanija tagħhom jew jagħtu isem ħażin b’mod inġust lil kompetitur;

20.

Ileħħen it-tħassib tiegħu dwar l-użu regolari tar-riklamar komportamentali u tal-iżvilupp tal-prattiki ta’ reklamar intrużiv (bħall-qari tal-kontenut tal-emails, l-użu tan-netwerks soċjali u tal-ġeolokalizzazzjoni, u r-riklamar immirat mill-ġdid) li jikkostitwixxu attakki fuq il-privatezza tal-konsumaturi;

21.

Jenfasizza r-riskju li jinħoloq meta l-istess kumpanija sservi ta’ fornitur tas-servizz kif ukoll ta’ kumpanija li tbigħ ir-riklamar (għax jikber il-potenzjal li ssir referenza inkroċjata tad-data miġbura matul kull wieħed minn dawn l-attivitajiet); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li livelli differenti ta’ ġbir tad-data jinżammu separati;

22.

Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati b’mod ċar, li jinqara faċilment u konċiż, dwar l-ipproċessar u użu tad-data dwarhom u jħeġġeġ lil min jirreklama jaħdem biex ikun hemm użu standard ta’ fakultà li permezz tagħha l-konsumatur ikun jista’ jagħżel b’mod faċli jekk ikunx inkluż jew le; jinnota li din id-data personali għandha tinżamm u tintuża biss bl-approvazzjoni espliċita tal-konsumatur;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumatur jiġi mgħarraf sew meta huwa jaċċetta r-riklami bi skambju għal skontijiet li jirriżultaw minn tekniki ta’ reklamar komportamentali;

24.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu inkorporati kwestjonijiet ta’ privatezza bħala standard għas-soluzzjonijiet teknoloġiċi tal-ġejjieni li jinvolvu d-data personali; iqis li l-iżviluppaturi ta’ teknoloġija ġdida għandhom, mill-bidu nett tal-proċess ta’ żvilupp, jinkorporaw sigurtà u protezzjoni tad-data b’konformità mal-ogħla standards u b’referenza għal “Privacy by Design” (l-iżvilupp ta’ teknoloġija b’kunċett intrinsiku ta’ privatezza);

25.

Jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-mezzi varji (leġiżlattivi jew le) u tiżgura l-possibilitajiet tekniċi fil-livell tal-Unjoni Ewropea biex timplimenta b’mod effettiv il-miżuri li ġejjin:

twettaq studju komprensiv dwar prattiki ta’ riklamar ġodda li jinvolvu komunikazzjoni onlajn jew apparat mobbli; tirrapporta r-riżultati tal-istudju lill-Parlament;

tipprojbixxi kemm jista’ jkun malajr li b’mod sistematiku u indiskriminat jintbagħtu messaġġi ta’ riklamar fuq it-telefowns ċellulari lill-utenti kollha f’żona ta’ kopertura ta’ riklami permezz tat-teknoloġija Bluetooth mingħajr il-kunsens tagħhom minn qabel;

tiżgura li t-tekniki ta’ riklamar jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta’ korrispondenza privata u l-leġiżlazzjoni li tapplika f’dan il-qasam; tipprojbixxi kemm jista’ jkun malajr il-qari tal-kontenut ta’ emails privati minn terzi persuni, partikularment għal skopijiet kummerċjali jew ta’ riklamar;

teħtieġ kemm jista’ jkun malajr li riklami mqassma bl-emails ikunu jinkludu link awtomatika li tippermetti li wieħed jirrifjuta kwalunkwe riklamar ulterjuri;

tiżgura kemm jista’ jkun malajr li jiġu applikati tekniki li jippermettu li l-cookies ta’ ttraċċar għal skopijiet ta’ reklamar, li jkunu suġġetti għal kunsens minn qabel, liberu u espliċitu, jintgħarfu minn cookies oħra;

tiżgura li l-użu ta’ “default settings” fis-sistemi ta’ kompjuters mibjugħa lill-pubbliku u fis-servizzi ta’ netwerking soċjali huwa stabbilit b’mod sistematiku skont l-aktar kriterji stretti tal-protezzjoni tad-data (“privacy by design”);

tiżviluppa sistema tal-UE ta’ ttikettar tas-siti fuq il-mudell tal-proġett “European Privacy Seal”, li tiċċertifika l-konformità tas-sit mal-liġi tal-ħarsien tad-data; iqis li din l-investigazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni dettaljata tal-impatt u għandha tevita d-duplikazzjoni tas-sistemi eżistenti ta’ tikkettar;

tagħti attenzjoni partikulari, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tar-riklamar nazzjonali u/jew il-korpi awtoregolatorji, għar-riklamar qarrieqi, inkluż dak onlajn, f’setturi speċifiċi bħalma huwa l-bejgħ ta’ prodotti tal-ikel, il-farmaċewtiċi u l-kura medika, fejn hemm ċans li, apparti l-interessi ekonomiċi tagħhom, tkun affettwata minn konsegwenzi potenzjalment serji s-saħħa tal-konsumaturi;

tirrevedi s-sistema ta’ responsabilitià limitata għas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika biex ikun żgurat li l-bejgħ ta’ marki reġistrati bħala kliem sinifikanti għar-riklamar mill-magni tat-tiftix ikun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel tal-proprjetarju tal-marka konċernata;

Il-ħarsien ta’ gruppi vulnerabbli

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tħejji analiżi dettaljata tal-impatt tar-riklamar qarrieqi u aggressiv fuq il-konsumaturi vulnerabbli, partikolarment it-tfal u l-adoloxxenti u tiggarantixxi sal-2012 l-applikazzjoni xierqa tal-liġijiet relevanti dwar il-protezzjoni tat-tfal u l-adoloxxenti;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq bi prijorità studju ddettaljat dwar l-effetti soċjopsikoloġiċi preċiżi tar-reklamar minħabba t-tekniki rfinati l-ġodda li qed jintużaw;

28.

Jenfasizza li t-tfal u l-adoloxxenti huma kategoriji ta’ nies speċjalment vulnerabbli minħabba li huma aktar riċettivi u kurjużi, għandhom nuqqas ta’ maturità, rieda libera limitata u potenzjal kbir li jiġu influwenzati, speċjalment permezz tal-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni u teknoloġiji ġodda;

29.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu protezzjoni akbar għall-konsumaturi vulnerabbli, bħalma huma t-tfal, sabiex jinkoraġġixxu l-midja jillimitaw ir-riklamar fuq it-televiżjoni indirizzat għat-tfal matul il-programmi segwiti partikularment mit-tfal (bħalma huma programmi edukattivi, cartoons, eċċ), ladarba miżuri simili diġà qed jiġu implimentati f’xi Stati Membri;

30.

Jitlob li l-oqsma kollha ta’ interess speċifiku għat-tfal ma jintużawx għal riklamar immirat;

31.

Jiġbed l-attenzjoni għall-vulnerabilità tal-konsumaturi għall-mimetiżmu, li jista’ jwassal għal attitudnijiet komportamentali inapproprijati, vjolenza, tensjonijiet, diżappunti, ansjetà, vizzji dannużi (tipjip, teħid ta’ drogi), diżordnijiet alimentari bħalma huma l-anorexia nervosa u l-bulimija, u disturbi tal-ekwilibriju mentali; jistieden lill-aġenziji tar-reklamar u lill-professjonisti tal-mezzi tax-xandir jikkunsidraw mill-ġdid il-promozzjoni tal-mudelli estremament magħluba (irġiel jew nisa) ħalli jevitaw li jagħtu messaġġi dannużi dwar id-dehra, l-imperfezzjonijiet fil-ġisem, l-età u l-piż, filwaqt li jitqiesu l-influwenza u l-impatt tar-reklamar fuq it-tfal u ż-żgħażagħ;

Il-garanzija tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dinjità umana fir-reklamar

32.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw li l-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar jiggarantixxu r-rispett għad-dinjità umana, mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi, ir-reliġjon, il-kundanni, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali;

33.

Huwa tal-fehma li r-reklamar jista’ jkun għodda effiċjenti fit-tnissil tad-dubju fl-isterjotipi u l-konfrontazzjoni tagħhom, u bħala lieva kontra r-razziżmu, is-sessiżmu u d-diskriminazzjoni, li huma tant essenzjali fis-soċjetajiet multikulturali tal-lum il-ġurnata; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-professjonijisti tar-reklamar isaħħu l-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni b’mod li jintgħelbu l-isterjotipi, tkun ikkumbattuta d-diskriminazzjoni u promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aktar minn età żgħira; iħeġġeġ lill-Istati Membri b’mod partikolari jintroduċu u jiżviluppaw kooperazzjoni mill-qrib mal-iskejjel eżistenti ta’ kummerċjalizzazzjoni, komunikazzjoni u reklamar, ħalli jgħinuhom jagħtu taħriġ tajjeb għall-forza tax-xogħol futura tas-settur;

34.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi r-riċerka komparattiva u d-dokumentazzjoni fost l-Istati Membri dwar ix-xbiha tal-mara li qed tiġi pprojettata mill-kontenut tar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni, li tkun tidentifika l-prattiki tajbin għal reklamar effikaċi u favur l-ugwaljanza bejn is-sessi;

35.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkonsolidaw ir-rwol u jinkuraġġixxu l-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-utenti u/jew tal-konsumaturi li huma responsabbli mill-evalwazzjoni tal-impatt tar-reklamar fuq il-perspettivi dwar is-sessi u oħrajn;

36.

Jisħaq fuq il-fatt li r-reklamar bosta drabi jikkomunika messaġġi diskriminatorji u/jew nieqsa mid-dinjità msejsin fuq il-forom kollha ta’ sterjotipar sesswali li jxekklu l-istrateġiji għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lis-soċjetà ċivili u lill-korpi tal-awtoregolamentazzjoni tar-reklamar jikkooperaw mill-qrib biex jissieltu kontra tali prattiki, b’mod speċjali billi jużaw għodod effikaċi li jiggarantixxu r-rispett lejn id-dinjità umana u dak li hu xieraq min-naħa tal-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar;

37.

Jisħaq fuq il-fatt li, ladarba r-reklamar tal-prodotti għall-konsumatur huwa assoċjat direttament mal-istampa, mal-mezzi tax-xandir tar-radju u dawk televiżivi, li minnhom jagħmel parti inseparabbli, u indirettament mal-industrija ċinematografika u mas-sensiliet televiżivi fil-forma ta’ tqegħid tal-prodotti, jista’ jkun li r-reklamar affidabbli u l-promozzjoni ta’ mudelli pożittivi jista’ jkollhom influwenza tajba fuq il-perċezzjoni li jkollha s-soċjetà tal-kwestjonijiet bħalma huma r-rwoli tas-sessi, u x-xbiha tal-ġisem uman u n-normalità; jinkoraġġixxi f’kulmin jirreklama aktar kostruttività fir-reklami, ħalli jkun promoss rwol pożittiv għan-nisa u l-irġiel fis-soċjetà, fuq ix-xogħol, fil-familja u fil-ħajja pubblika;

Edukazzjoni/informazzjoni għall-partijiet interessati differenti

38.

Jenfasizza kemm hi essenzjali t-trasparenza u l-informazzjoni tal-konsumatur fir-riklamar u l-ħtieġa li l-konsumaturi jiżviluppaw approċċ kritiku lejn il-midja rigward il-kwalità tal-kontenut;

39.

Jitlob lill-Kummissjoni:

tinkludi, fit-tabelli tas-swieq tal-konsumaturi, xi indikaturi addizzjonali relatati mar-riklamar (kif ukoll id-data li diġà hija inkluża dwar ir-riklamar qarrieqi u falz); jiġbed l-attenzjoni, madankollu, f’dan ir-rigward għat-termini tar-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 (13) li tistipula li ż-żieda ta’ aktar indikaturi tista’ tkun utli meta l-ħames indikaturi bażiċi u l-metodoloġija assoċjata jkunu ġew żviluppati għal livell għoli biżżejjed;

tfassal kampanji ta’ tagħrif dwar id-drittijiet tal-konsumaturi fil-qasam tar-riklamar, b’mod partikolari rigward l-użu li jsir mid-data personali tagħhom, u tiżviluppa għodda pedagoġiċi li jinfurmawhom dwar it-tekniki ta’ ħarsien tal-ħajja privata tagħhom fuq l-Internet u dak li jistgħu jagħmlu sabiex iwaqqfu kwalunkwe sitwazzjoni li tnaqqas mill-privatezza jew id-dinjità tagħhom;

tiżviluppa programm edukattiv tal-UE, imfassal biex jgħallem lit-tfal joqogħdu attenti mir-riklamar, fuq il-mudell tal-inizjattiva tar-Renju Unit “Media Smart”;

teħtieġ kemm jista’ jkun malajr id-dħul ta’ kliem li jista’ jinqara b’mod ċar “riklam komportamentali” fir-reklamar onlajn relevanti, kif ukoll window li tiġbor fiha l-ispjegazzjoni bażika ta’ din il-prattika;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi abbozz ta’ linji gwida komuni għall-SMEs u għall-Istati Membri biex jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet nazzjonali u/jew korpi awtoregolatorji jipprovdu servizzi ta’ konsultazzjoni għall-SMEs u imexxu kampanji ta’ tagħrif biex titqajjem kuxjenza fost l-SMEs dwar l-obbligi legali tagħhom fil-qasam tar-riklamar;

*

* *

41.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(2)  ĠU L 376 27.12.2006, p. 21.

(3)  ĠU L 95 15.4.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(7)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2010)0046.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2010)0051.

(10)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 26.

(11)  ĠU C 16 E, 22.2.2010, p. 5.

(12)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 43.

(13)  Testi adottati, P7_TA(2010)0051.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/66


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika

P7_TA(2010)0485

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (2010/2107(INI))

2012/C 169 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2006 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: Nikkonkretizzaw il-Potenzjal”(COM(2006)0545),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2008 bit-titolu “20 għal darbtejn sa l-2020 – L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa” (COM(2008)0030),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2008 bit-titlu “L-effiċjenza fl-enerġija: il-kisba tal-mira ta’ 20 %” (COM(2008)0772),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2007 bit-titolu “Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa” (COM(2007)0001), segwita mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2008 bit-titolu “It-tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija – Pjan ta’ azzjoni tal-UE għas-Sigurtà u s-Solidarjetà tal-Enerġija”, flimkien mad-dokumenti li jakkumpanjawha (COM(2008)0781),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru) (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Enerġija) (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) No 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħra ta’ trasport (8),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ riepilogu tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2010 bit-titolu “Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011 – 2020”,

wara li kkunsidra l-istudju indipendenti bit-titolu “Company Car Taxation. Subsidies, welfare and economy”, imħejji fuq talba tal-Kummissjoni (9),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2009 dwar it-tieni analiżi strateġika tal-politika dwar l-Enerġija (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 170 paragrafu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li skont dan l-Unjoni se tikkontribwixxi għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ netwerks madwar l-Ewropa fl-oqsma ta’ infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal ekonomija b’użu effiċjenti tal-enerġija u b’livell baxx ta’ karbonju (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 34 paragrafu 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar li jiddikjara li l-Unjoni se tassigura eżistenza diċenti għal dawk kollha li m’għandhomx riżorsi biżżejjed,

wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0331/2010),

A.

billi l-effiċjenza u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija huma l-aktar mod rapidu u effikaċi mil-lat ta’ nefqa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u emissjonijiet oħra u biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista; billi l-faqar tal-fjuwil jista’ jiġi ttrattat b’mod strateġiku permezz tal-effiċjenza f’livelli għoljin fl-użu tal-enerġija fil-bini u fl-apparat domestiku; billi l-effiċjenza fl-enerġija hija prijorità ewlenija tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020 u l-Istrateġija tal-Enerġija tal-Ewropa 2011-2020, filwaqt li r-riżorsi fl-istituzzjonijiet pubbliċi ma jaqblux ma’ din l-ambizzjoni fil-preżent,

B.

billi l-iffrankar tal-enerġija huwa l-qofol biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista, eż bħalma hi l-kisba tal-mira ta’ 20 % iffrankar tal-enerġija jiffranka enerġija daqs kemm jistgħu jagħtu ħmistax-il pipeline Nabucco,

C.

billi l-iffrankar tal-enerġija jista’ jġib miegħu vantaġġi ekonomiċi sinifikanti għall-utenti finali u għall-ekonomija kollha kif ukoll vantaġġi soċjali inkluż il-ħolqien ta’ madwar miljun impjieg sal-2020; billi l-importazzjonijiet tal-enerġija tal-UE qed jiżdiedu u swew EUR 332 biljun fl-2007, u skont ċifri tal-Kummissjoni l-benefiċċji tal-enerġija kull sena jistgħu jammontaw għal massimu ta’ EUR 1 000 għal kull dar li jerġa’ jiġi investit x’imkien ieħor fl-ekonomija u l-ilħuq b’suċċess tal-objettiv tal-effiċjenza fl-enerġija għandu l-potenzjal li bih l-UE tiffranka madwar EUR 100 biljun u tnaqqas l-emissjonijiet bi kważi 800 miljun tunnellata fis-sena; billi, għalhekk, politiki tal-iffrankar tal-enerġija u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma rimedji għall-faqar tal-enerġija,

D.

billi żviluppi futuri fil-prezz tal-enerġija jħeġġu lil individwi jnaqqsu l-konsum tagħhom tal-enerġija; għalhekk it-tkabbir sinifikanti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jista’ jintlaħaq billi jinċentivaw infrastrutturi komuni aktar effiċjenti fil-bini, fis-sistemi ta’ tisħin u fis-settur tat-trasport fejn deċiżjonijiet mod ieħor li jtejbu l-użu tal-enerġija huma ’l bogħod mill-kontroll u l-influwenza ta’ individwi jew kumpaniji,

E.

billi evidenza akkademika l-isforzi jeħtieġ li jkunu intensifikati sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ effiċjenza fl-enerġija ta’ 20 % sal-2020, billi kif inhuma r-rati preżenti tal-progress madwar nofs dan l-objettiv biss se jintlaħaq sal-2020, u diġa jeżistu prattiki u teknoloġiji biex jintlaħaq dan l-objettiv,

F.

billi, għalkemm hawn għadd kbir ta’ dispożizzjonijiet legali fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali maħsuba biex jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija, mhux kollha qed iwasslu għar-riżultat mixtieq,

G.

billi l-perjodu tal-ħlas lura tal-investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huwa relattivament qasir mqabbel ma’ investimenti oħra u l-investimenti joħolqu impjiegi ġodda f’żoni rurali kif ukoll urbani li, sa ċertu punt, ma jistgħux jiġu esternalizzati, b’mod partikolari fis-settur tal-kostruzzjoni u fi ħdan l-SMEs, filwaqt li l-għarfien pubbliku u l-ħaddiema bil-kompetenzi huma meħtieġa biex jitwettaq dan,

H.

billi l-użu ta’ fondi pubbliċi fl-ambitu ta’ strumenti finanzjarji rotattivi bil-għan li jingħataw inċentivi finanzjarji għal miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija għandu l-vantaġġ, fi żminijiet ta’ limiti baġitarji, li jagħmilha possibbli biex matul iż-żmien jiġu sostnuti l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-fondi,

I.

billi l-aspett tad-domanda kien katalist importanti għall-konsum akbar ta’ enerġija u hemm ħtieġa reali biex jiġu indirizzati l-ostakli regolatorji u tas-suq għal prodotti aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u biex jiġi promoss l-użu tagħhom, sabiex jiġi sseparat il-konsum tal-enerġija mit-tkabbir ekonomiku,

J.

billi firxa ta’ ostakli qed ittellef l-esplojtazzjoni sħiħa ta’ opportunitajiet għall-iffrankar tal-enerġija, inklużi l-ispejjeż bil-quddiem tal-investiment u n-nuqqas ta’ disponibilità ta’ finanzi xierqa, nuqqas ta’ għarfien, inċentivi maqsuma bħal bejn is-sidien u l-inkwilin, u nuqqas ta’ ċarezza dwar min huwa responsabbli biex iseħħ l-iffrankar tal-enerġija,

K.

billi objettivi mandatorji ntwerew fil-każ ta’ oqsma oħra ta’ prijorità bħal fl-enerġija rinnovabbli u l-kwalità tal-arja biex jipprovdu l-imbuttatura, is-sjieda u l-konċentrazzjoni fil-livell tal-UE u nazzjonali li huma meħtieġa biex tiġi assigurata biżżejjed ambizzjoni f’politiki speċifiċi u dedikazzjoni għall-implimentazzjoni tagħhom,

L.

billi l-progress dwar l-iffrankar tal-enerġija hu mxekkel b’nuqqas ta’ kontabilità u impenn biex jintlaħaq l-objettiv ta’ 20 %,

M.

billi l-binjiet huma responsabbli għal madwar 40 % tal-konsum tal-enerġija u għal madwar 36 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE u billi l-kostruzzjoni tirrappreżenta parti kbira mill-ekonomija tal-UE b’madwar 12 % tal-PDG tal-UE; billi r-rata ta’ tiġdid ta’ bini eżistenti huwa baxx wisq u billi għad hemm nuqqas ta’ miżuri xierqa biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija ta’ bini eżistenti; billi ż-żieda fin-numru u fil-livell ta’ rinnovazzjonijiet kumplessi fil-bini eżistenti huma essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politiki tal-UE tal-2020 u l-2050 dwar il-klima u l-enerġija u jistgħu joħolqu għadd sostanzjali ta’ impjiegi biex b’hekk jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-irkupru ekonomiku tal-UE, u billi s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-pakkett tal-bini u s-sistemi tekniċi u istallazzjonijiet diġà jeżistu u jistgħu jiġu implimentati kemm fuq bini eżistenti kif ukoll ġdid iwasslu għall-iffrankjar sinifikanti tal-enerġija,

N.

billi d-djar mhumiex imħejjija għall-bidla fil-klima: hemm djar mhumiex kesħin biżżejjed fis-sajf fil-pajjiżi kollha u hemm djar li mhumiex sħan biżżejjed fix-xitwa (aktar minn 15 % fl-Italja, il-Latvja, il-Polonja, Ċipru u 50 % fil-Portugall) u f’pajjiż bħal Ċipru u l-Italja id-djar mhumoex imħejjija għal xitwa kiesħa,

O.

billi l-muturi elettriċi industrijali jikkunsmaw 30 %-40 % tal-enerġija elettrika ġġenerata fid-dinja u billi l-ottimizzazzjoni xieraq tas-sistemi bil-mutur rilevanti bl-użu ta’ veloċità regolata u tekniki oħra tista’ tiffranka bejn 30 % u 60 % tal-enerġija kkunsmata,

P.

billi bejn 50 u 125 miljun Ewproew qed ibatu mill-faqar tal-enerġija u dawn iċ-ċifri jistgħu jiżdiedu bil-kriżi ekonomika u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija; billi l-kawżi tal-faqar tal-enerġija huma universali madwar l-UE u jinvolvu kombinazzjoni ta’ dħul baxx għal kull dar, nuqqas ta’ tisħin u standards ta’ insulazzjoni baxxi u prezzijiet tal-enerġija li ma jistgħux ikampaw magħhom; jenfasizza li l-politiki tal-iffrankar tal-enerġija u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma rimedji strateġiċi għall-faqar tal-enerġija,

Q.

billi t-trasport huwa responsabbli għal kważi 30 % tal-emissjonijiet kollha Ewropej tal-gass serra, bidla minn karozzi konvenzjonali li jużaw fjuwils fossili għal vetturi b’teknoloġija ekoloġika li jaħdmu b’enerġija rinnovabbli, tista’ tikkontribwixxi għal tnaqqis sustanzjali ta’ CO2, u toħloq ħażna fl-għażla ta’ enerġija li tippermetti l-grilji tal-elettriku jlaħħqu mal-produzzjoni varjabbli ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli,

R.

billi hu stmat li 69 % tad-djar fl-Ewropa huma okkupat mis-sid u 17 % huma mikrijin lill-privat il-biċċa l-kbira minn sidien individwali u billi s-settur tad-djar privati jħabbat wiċċu ma’ limitazzjonijiet finanzjarji biex isiru arranġamenti għall-enerġija,

S.

billi l-kriżi ekonomika tal-preżent tista’ twassal biex taċċellera t-tranżizzjoni għal ekonomija b’karbonju baxx u b’enerġija effiċjenti u trawwem bidla fl-imġiba taċ-ċittadini rigward il-konsum tal-enerġija,

T.

billi l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda ewlenin fil-qasam tal-enerġiji huma assolutament neċessarji għall-ġenerazzjoni sostenibbli tal-enerġija u l-użu aktar effiċjenti tagħha,

U.

billi l-objettiv vinkolanti għall-enerġija rinnovabbli ta’ 20 % tal-konsum finali tal-enerġija sal-2020 jintlaħaq biss jekk il-bini eżistenti jiġi indirizzat,

V.

billi kumpaniji Ewropej għandhom records impressjonanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom tal-gass serra u, aktar importanti, talli ppermettew tnaqqis ta’ emissjonijiet mas-soċjetà Ewropea u mad-dinja permezz ta’ prodotti u soluzzjonijiet innovattivi,

W.

billi jeħtieġ li titħares il-kompetittività, fil-kompetizzjoni globali, ta’ dawk l-intrapriżi Ewropej li jużaw ħafna enerġija,

Il-Konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-implimentazzjoni tagħha

1.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali, u speċjalment lill-Kummissjoni, biex l-effiċjenza enerġetika tingħata l-attenzjoni li tistħoqqilha, u jiġu stabbiliti riżorsi (staff u finanzi) li jkunu jaqblu mal-ambizzjonijiet tagħhom;

2.

Jirrimarka li l-effiċjenza enerġetika għandha tiġi integrata fl-oqsma kollha tal-politika rilevanti, bħall-finanzi, l-iżvilupp reġjonali u urban, it-trasport, l-agrikoltura, il-politika industrijali u l-edukazzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq fi żmien suffiċjenti qabel is-Samit dwar l-Enerġija tal-4 ta’ Frar 2011 fl-EEAP tagħha, evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; iqis li skont ir-riżultat tal-evalwazzjoni, EEAP għandu jinkludi miżuri li għandhom jitressqu mill-Kummissjoni biex jitnaqqas dan id-distakk sabiex tintlaħaq il-mira globali tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-2020, bħall-miri indiviwali tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li jikkorrispondi ma’ titjib ta’ mill-inqas 20 % fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija sal-2020 fil-livell tal-UE u li jqisu l-pożizzjonijiet inizjali relattivi u ċ-ċirkostanzi nazzjonali kif ukoll approvazzjoni minn qabel tal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija nazzjonali ta’ kull Stat Membru; iqis li tali miżuri addizzjonali għandhom ikunu ġusti, ikunu jistgħu jitkejlu, ikollhom impatt effettiv u dirett fuq l-implimentazzjoni ta’ miri ta’ pjanijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiftiehmu fuq metodoloġija komuni biex jitkejlu l-objettivi nazzjonali ta’ effiċjenza fl-enerġija u jimmonitorjaw il-progress meta jinkisbu dawn l-objettivi;

4.

Jagħti importanza kbira lill-proċessi tal-ippjanar fil-livell Ewropew. L-effiċjenza enerġetika għandha tingħata l-attenzjoni xierqa fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Enerġija 2011-2020. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija għandu jiġi ppreżentat mill-aktar fis possibbli, u l-effiċjenza tal-enerġija għandu jkollha rwol importanti fil-Pjan Direzzjonali tal-ġejjieni lejn sistema u ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju sa l-2050;

5.

Jappella lill-UE biex tadotta objettiv vinkolanti dwar l-effiċjenza fl-enerġija b’mill-anqas 20 % sal-2020, u b’hekk tavvanza t-tranżizzjoni f’ekonomija sostenibbli u ekoloġika;

6.

Iqis li l-Pjan ta ’Azzjoni ta’ Effiċjenza fl-Enerġija ambizzjuż li jqis il-progress miksub bil-miżuri kollha li jinsabu fil-Pjan ta’ Azzjoni 2006, isaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija adottati kif mfisser fil-Pjan ta’ Azzjoni 2006, li għadhom għaddejjin, u jinkludi miżuri addizzjonali u adegwati, li jridu jkunu konformi mal-kriterji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li huma meħtieġa biex jinlaħaq l-objettiv tal-2020;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal l-EEAP il-ġdid billi jitqiesu l-bżonnijiet ta’ konsumaturi tal-enerġija vulnerabbli; jinnota li konsumaturi tal-enerġija huma l-aktar li jistgħu jibbenefikaw minn titjib fl-effiċjenza tal-enerġija imma huma neqsin mir-riżorsi li bihom isiru l-investimenti neċessarji; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw il-miżuri xierqa u politiki effettivi bħal pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali jew miżuri soċjali mmirati biex inaqqsu l-faqar tal-enerġija u biex jirrappurtaw regolarment dwar l-azzjonijiet tagħhom biex jindirizzaw dan it-tħassib; jilqa’ l-fatt li l-Kunsill tal-Enerġija jindirizza l-problema tal-faqar tal-enerġija u jappoġġa l-isforzi tal-presidenza Belġjana f’dan ir-rigward; jitlob lill-Kummissjoni biex tittratta l-faqar tal-enerġija fil-politiki kollha dwar l-enerġija;

8.

Jitlob li ssir reviżjoni tad-Direttivi tas-Servizzi tal-Enerġija (ESD) fl-2011 li tinkludi qafas ta’ żmien itwal sal-2020, valutazzjoni kritika tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tal-Effiċjenza fl-Enerġija u l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi standards komuni għar-rappurtar li jinkludu elementi minimi vinkolanti dwa pereżempju politiki rilevanti tal-effiċjenza fl-enerġija inklużi għodod ħfief u ta’ appoġġ bħall-iffinanzjar; l-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istat Membri kif ukoll rekwiżiti ta’ rappurtar magħqud mill-ESD, it-tikkettar tal-enerġija u l-ekodisinn fejn xieraq u meta jidher li dan ineħħi piż għall-Istati Membri;

9.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw bil-ħeffa u l-effiċjenza sorveljanza tas-suq u programmi ta’ monitoraġġ tal-konformità għal Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, Direttiva 2010/30/UE dwar l-indikazzjoni mit-tikkettar u l-informazzjoni tal-prodott standard tal-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti relatati mal-enerġija, u Regolament (KE) Nru 1222/2009 dwar it-tikkettar tat-tajers rigward l-effiċjenza tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra, u jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita u timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi u jibda proċeduri ta’ ksur jekk ikun meħtieġ;

10.

Jissuġġerixxi li, meta tifhem l-isfida u l-importanza tas-sorveljanza tas-suq, li hija kompetenza nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koperazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, partikularment bil-ħolqien ta’ bażi tad-dejta tal-UE miftuħa bir-riżultati tal-eżami u bil-prodotti li ma jkunux konformi identifikati fl-Istati Membri u billi jittieħdu passi biex jiġi assigurat li prodott li ma jkunx konformi identifikat fi Stat Membru jkun imneħħi malajr mis-27 suq kollha;

11.

Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva riveduta dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tevalwa, qabel l-iskadenza fl-2014 imsemmija fid-Direttiva, l-impatt tat-tqassim tat-tikketti tal-enerġija ġdida u tar-referenza mandatorja għall-iskema tat-tikketti tal-enerġija fir-reklami fuq l-imġiba tal-konsumaturi, u biex tieħu aktar miżuri jekk ikun hemm bżonn biex tiżdied l-effikaċja tagħhom;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu miżuru li jżidu l-livell ta’ kuxjenza u ta’ għarfien dwar kwistjonijiet ta’ effiċjenza tal-enerġija fost il-partijiet interessati rilevanti kollha u l-atturi professjonali kollha involuti f’kull stadju (valutazzjoni tar-rendiment tal-enerġija eżistenti, tfassil u implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ effiċjenza tal-enerġija, tħaddim u manutenzjoni effiċjenti fl-enerġija);

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrevedu l–effikaċja tal-miżuri leġiżlattivi biex jiffrankaw l-enerġija u jżidu l-effiċjenza fl-enerġija;

14.

jikkunsidra li ftehimiet fuq perjodu ta’ żmien twil mas-settur tal-industrija jassiguraw rata għolja ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija u b’hekk ikunu kapaċi jirriżultaw f’titjib annwali ta’ 2 % fl-effiċjenza enerġetika;

L-infrastruttura tal-enerġija (il-produzzjoni u t-trażmissjoni)

15.

Iqis li hemm bżonn ta’ enfasi aktar qawwija fuq l-innovazzjonijiet tas-sistemi, bħal netwerks intelliġenti (għall-elettriku kif ukoll għat-tisħin u t-tkessiħ), miters intelliġenti, netwerks tal-gass li jintegraw il-bijogass u ħażna ta’ enerġija, li jistgħu jiffaċilitaw l-effiċjenza enerġetika permezz ta’ tnaqqis tal-konġestjoni, anqas skonnettjar minn mal-grilja, integrazzjoni eħfef ta’ teknoloġiji rinnovabbli, inkluż il-produzzjoni diċentralizzata, tnaqqis ta’ rekwiżiti għall-ġenerazzjoni ta’ riserva u kapaċitajiet għal ħażna akbar u aktar flessibbli; jitlob għall-iżgurar li jsir tqassim ġust ta’ dawn il-kisbiet lill-klijenti finali;

16.

Jenfasizza li t-tisħin tad-distrett u netwerks tat-tkessiħ jikkontribwixxu għall-kisba ta’ ekonomija effiċjenti fl-enerġija sal-2050 kif ukoll li strateġija espliċita u komprensiva għall-ġenerazzjoni tas-sħana u l-użu (sħana industrijali, tisħin domestiku, tkessiħ) hija meħtieġa (inkluż metodu ta’ limiti ta’ multi-fjuwils għat-tisħin tad-distrett u netwerks tat-tkessiħ) li tibni fuq sinerġiji bejn is-setturi; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq inkjesta dwar iż-żieda fl-effiċjenza tagħhom; jenfasizza li dawn in-netwerks iridu jkunu miftuħa għal kompetizzjoni; jinnota li titjib fl-effiċjenza enerġetika tad-djar se jwassal għal tnaqqis fid-domanda għat-tisħin li għandha tiġi inkluża meta ssir l-evalwazzjoni tal-kapaċità tat-tisħin distrettwali;

17.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-aspett tal-provvista tal-effiċjenza tal-enerġija; jindika li t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni, jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli għat-telf tal-enerġija (partikolarment fil-generators u t-transformers, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn reżistenzi għoljin b’mod eċċessiv waqt it-trasmissjoni) u li t-tqassir ta’ ktajjen ta’ konverżjoni li huma twal iż-żejjed għall-konverżjoni ta’ tip ta’ enerġija għal tip ieħor ta’ elettriku jirrappreżenta sors ewlieni tal-iffrankar; jenfasizza r-rwol li jista’ jkollhom il-mikroġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni diċentralizzata u diversifikata fil-garanzija tas-sigurtà tal-provvista u t-tnaqqis tat-telf; iqis li għandhom jinħolqu inċentivi li jimmiraw lejn titjib tal-infrastruttura u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposti dwar l-użu ta’ potenzjal ta’ iffrankar li għadu ma bediex jintuża, inkluż billi jiġu introdotti rapporti ta’ sostenibbiltà għall-impjanti tal-enerġija u tieħu l-miżuri biex tiffaċilita l-modifika u ll-modernizzazzjoni ta’ dawn l-impjanti;

18.

Jenfasizza l-fatt li wara l-effiċjenza fl-enerġija fis-sors, (jiġifieri fil-produzzjoni tal-enerġija primarja), l-indirizzar tat-telf tal-enerġija (elettrika) waqt id-distribuzzjoni fin-netwerks, għandu jitqies bħala t-tieni prijorità. Il-mixja lejn sistema ta’ produzzjoni aktar deċentralizzata tnaqqas id-distanzi tat-trasport kif ukoll it-telf ta’ enerġija matul it-trasport;

19.

Iħeġġeġ lill-industriji (petro)kimiċi fl-UE jtejbu l-irkupru tal-enerġija matul il-flaring;

20.

Iqis li hija meħtieġa attenzjoni aktar qawwija biex tiżdied l-effiċjenza globali tas-sistema tal-enerġija, partikularment biex jitnaqqas it-telf tas-sħana; għalhekk jappella għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Koġenerazzjoni ta’ Sħana u Elettriku (CHP) fi ħdan il-programm ta’ ħidma tal-2011 biex jiġu promossi CHP b’effiċjenza għolja, Micro-CHP, użu ta’ sħana skartat mill-industrija u tkessiħ distrettwali billi l-Istati Membri jitħeġġu jistabbilixxu qafas regolatorju stabbli u favorevoli billi jikkunsidraw li jagħtu aċċess prijoritarju għan-netwerk lis-CHP u billi jippromwovu l-użu minn CHP b’effiċjenza għolja, Micro-CHP u tat-tisħin distrettwali fil-bini u finanzjament sostenibbli għas-CHP, pereżempju, billi l-Istati Membri jitħeġġu biex jintroduċu inċentivi finanzjarji;

21.

Jenfasizza l-importanza ta’ netwerk tas-sħana u l-enerġija kkombinati (CHP), jew netwerk għat-triġenerazzjoni, imqassam fuq għadd ta’ impjanti żgħar, li jippermettu fil-prattika l-irduppjar tal-effiċjenza enerġetika globali; jirrimarka, barra minn hekk, li l-ħżin ta’ enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ jista’ jżid il-flessibbiltà tan-netwerk matul il-ħinijiet bl-ogħla domanda, u jippermetti l-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-ħażna tas-sħana meta l-ġenerazzjoni taqbeż il-bżonnijiet lokali;

22.

Jistieden lill-Istati Membri mhux biss biex ma jappoġġjawx il-ġenerazzjoni ta’ CHP industrijali b’effiċjenza għolja iżda wkoll biex jippromwovu l-użu tas-CHP billi jappoġġjaw l-istabbiliment u t-tiġdid ta’ sistemi ta’ tisħin distrettwali, li jinkludi billi jaqilbu mill-fjuwil fossilu għal dak tal-bijomassa u biex jippromwovu użu dejjem akbar ta’ enerġija skartata mill-industrija;

23.

Iqis li huwa neċessarju li, fil-proċessi tat-trattament tal-iskart, jiġi evitat li jkun hemm telf ta’ bijogass u ta’ sħana permezz tal-irkupru u l-ġenerazzjoni tal-fwar u/jew tal-elettriku. Hu tal-fehma li l-impjanti tat-trattament tal-iskart li ma jkollhom l-ebda forma ta’ rkupru tas-sħana jew ġenerazzjoni ta’ enerġija ma għandux jingħatalhom permess;

24.

Jilqa’ l-ħidma li għaddejja tal-Kummissjoni dwar netwerks intelliġenti u miters intelliġenti; iqisha importanti li jiġi assigurat ambjent regolatorju armonizzat stabbli fit-tul għal netwerks intelliġenti u miters intelliġenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja u tinċentiva l-iżvilupp ta’ netwerks intelliġenti u miters intelliġenti billi jiġu stabbiliti standards komuni, li jridu jinkludu rekwiżiti dwar il-privatezza, id-dejta u l-frekwenzi; jirrakkomanda li grupp ta’ ħidma għan-Netwerks Intelliġenti fi ħdan il-Kummissjoni, jikkunsidra l-opinjonijiet ta’ dawk kollha interessati; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b’rapporti regolari tal-progress dwar ix-xogħol tagħha;

25.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma tal-Kummissjoni “towards a single Energy network” u jistedinha, f’dan il-kuntest, biex tippreżenta proposti konkreti għas-simplifikazzjoni u t-tħaffif tal-proċeduri ta’ approvazzjoni ta’ proġetti prijoritarji ta’ infrastruttura;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-koperazzjoni bejn l-UE u l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija (irwol imsaħħaħ tal-ENTSO), bil-għan li jissaħħu n-netwerks transkonfinali u sabiex tiżdied l-effiċjenza;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa u tippromwovi t-twaqqif u l-iżvilupp ta’ Netwerk Ewropew ta’ Kurrent Dirett ta’ Vultaġġ Għoli (HVDC) kapaċi li jottimizza l-isfruttament ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, partikolarment l-enerġija mir-riħ u mill-ilma. Dan in-netwerk għandu jipprovdi trażmissjoni ta’ enerġija fuq medda fit-tul b’telf żgħir ta’ enerġija, filwaqt li bih jista’ jkun hemm sinerġija fost is-sorsi kollha tal-enerġija rinnovabbli;

L-iżvilupp urban u l-binjiet

28.

Jappoġġa approċċ diċentralizzat fuq livelli differenti għall-politika dwar l-effiċjenza tal-enerġija; jisħaq dwar ir-rwol prinċipali li jista’ jkollha l-effiċjenza enerġetika fl-iżvilupp ta’ żoni urbani u rurali; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ għall-inizjattivi li jiffukaw fuq il-livell lokali u reġjonali biex titjieb l-effiċjenza enerġetika u jitbaxxew l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħall-Patt tas-Sindki u l-inizjattiva “Bliet Intelliġenti” (Smart Cities); jenfasizza l-potenzjal għall-inkoraġġiment u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki rigward l-Effiċjenza Enerġetika fil-livell ta’ muniċipju u aġenziji reġjonali; barra minn hekk, l-allinjament tal-politika ta’ Koeżjoni mal-istrateġija tal-UE2020 jista’ jikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli fl-Istati Membri u r-reġjuni;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-potenzjal tal-effiċjenza f’bini eżistenti billi tibda bil-bini tal-amministrazzjoni pubblika inklużi skejjel u jipproponi mira kost-effiċjenti għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija primarja tal-bini; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi prattiċi biex jappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet kumplessi li permezz tagħhom id-domanda għall-enerġija l-ewwel titnaqqas b’iktar minn 50 % fuq ir-rendiment ta’ qabel ir-rinnovazzjoni u fejn il-livell ta’ appoġġ finanzjarju u/jew fiskali jew ta’ tip ieħor ikun marbuta b’mod proporzjonali mal-livell ta’ titjib; jitlob li l-Istati Membri għadhom ikunu meħtieġa li jinkludu sett annwali ta’ miri ta’ rinnovazzjoni fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija u jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi għażliet ta’ politika dwar kif jinkiseb stokk ta’ bini ta’ kważi livell żero fil-kuntest tal-pjan direzzjonali tal-enerġija tal-2050;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni biex testendi għall-“eco-districts” il-qasam ta’ applikazzjoni tal-politika dwar il-bini, bil-għan li jiġi żgurat li permezz tal-aħjar użu possibbli tar-riżorsi f’livell lokali jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija primarja fil-bini u l-ispejjeż għall-konsumatur;

31.

Jemmen li huwa essenzjali li d-djar ta’ familji foqra fl-enerġija jiġu rranġati għall-ogħla standards possibbli ta’ effiċjenza enerġetika u mingħajr ma jogħlew l-ispejjeż ta’ kuljum għall-fqar fl-enerġija; Jenfasizza li dan ħafna drabi jeħtieġ investiment sostanzjali fid-djar iżda fl-istess ħin jiġġenera ħafna benefiċċji mhux marbuta mal-enerġija, pereżempju it-tnaqqis tal-mortalità, titjib fis-saħħa ġenerali, livelli baxxi ta’ djun u tnaqqis ta’ spejjeż għall-kura tas-saħħa billi jitnaqqsu t-tniġġis u l-istress termali fid-djar;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw verifiki bil-gradi għall-investimenti sabiex jevalwaw il-kwalità taċ-Ċertifikati tal-Prestazzjoni tal-Enerġija; abbażi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linjigwida għall-Istati Membri biex ikunu assigurati l-kwalità taċ-Ċertifikati tagħhom tal-Prestazzjoni tal-Enerġija u t-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tal-miżuri meħuda bħala riżultat tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn iċ-ċertifikati;

33.

Jinsab konvint li, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-iffrankar tal-enerġija, huwa essenzjali li l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jagħtu l-eżempju; jitlob lill-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini, partikularment billi ssir rinnovazzjoni tal-istokk kollu tagħhom li jeżisti kmieni kemm jista’ jkun għal-livell komparabbli ta’ standard tal-enerġija kważi żero, fejn teknikament u ekonomikament hu fattibbli; jirrikonoxxi, mill-banda l-oħra, li r-restrizzjonijiet baġitarji li jeżistu, l-aktar fuq livell reġjonali u lokali, spiss jillimitaw il-kapaċità tal-entitajiet pubbliċi li jinvestu għall-ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-emerġenza ta’ soluzzjonijiet innovattivi biex jindirizzaw din il-problema inkluż l-Ikkuntrattar għall-Prestazzjoni tal-Enerġija jew strumenti bbażati fis-suq, kif ukoll jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi biex iqisu l-iffrankar fin-nefqa permezz ta’ qafas ta’ baġit multiannwali fejn dan għadu ma sarx;

34.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-Unjoni Ewropea bħala pijunier; jemmen li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom jagħtu eżempju, partikolarment f’dak il-bini li ġie identifikat għandu potenzjal ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi jiġi rinnovat il-bini b’mod kost-effiċjenti għal livell ta’ kważi żero sal-2019 bħala parti minn verifika usa’ tal-użu tal-enerġija mill-istituzzjonijiet;

35.

Jirrikonoxxi l-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija fil-bini, kemm fl-ibliet kif uikoll fiz-zoni rurali; jinnota li diversi ostakli jeżistu għar-rinnovazzjoni tal-enerġija partikolarment fis-settur residenzjalim bħal spejjeż minn qabel, inċentivi maqsuma jew negozjati kumplessi f’bini b’iktar minn appartament wieħed; jitlob għal soluzzjonijiet innovattivi biex jitwarrbu dawn l-ostakli, bħal pjanijiet ta’ rinnovazzjonijiet distrettwali, inċentivi finanzjarji u għajnuna teknika; jenfasizza li skemi tal-UE għandhom jipprovdu inċentivi għal bini ta’ modifika biex imorru lil’hinn mir-rekwiżiti legali minimi u jindirizzaw biss bini b’potenzjali tal-effiċjenza fl-enerġija; jitlob biex jiġu promossi tekniki li huma iktar ekonomiċi filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ ffrankar;

36.

Jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu l-prezzijiet għoljin tal-fjuwil lill-aktar familji fqar billi jgħinu fir-rinnovazzjonijiet mill-qiegħ sabiex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-ispejjeż; jitlob lill-awtoritajiet kompetenti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE biex joqogħdu attenti b’mod partikolari għad-djar tal-gvern billi jiżguraw li l-ispejjeż addizzjonali tal-investimenti tal-iffrankar tal-enerġija ma jsirux piż ta’ kerrejja vulnerabbl;

37.

Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi ġodda b’appoġġ għat-tiġdid tal-binjiet fil-kuntest tal-istrateġija għall-innovazzjoni li ġejja, bħas-sħubija ta’ innovazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika fil-bliet effiċjenti fl-enerġija/b’emissjonijiet żero;

38.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-bdil ta’ ċerti binjiet ineffiċjenti bla valur ta’ wirt, fejn ir-rinnovazzjoni ma tkunx sostenibbli jew effikaċi fl-ispejjeż;

39.

Jistieden lill-Istati Membri biex iħaffu l-introduzzjoni taċ-Ċertifikati ta’ Rendiment tal-Enerġija li jinħardu b’mod indipendenti minn esperti bi kwalifiki u/jew akkreditati, kif ukoll biex joħolqu one-stop shops li jipprovdu aċċess għall-parir tekniku u l-appoġġ kif ukoll inċentivi finanzjarji fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

40.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-użu usa’ ta’ verifiki tal-enerġija u proċessi strutturati għall-ġestjoni enerġetika f’kumpaniji u bini industrijali u jfasslu mekkaniżmi biex jgħinu lill-SMEs; b’hekk jiġi appoġġat it-tisħiħ jew l-istabbiliment ta’ skemi nazzjonali jew ftehimiet volontarji;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor ir-riżorsi kollha neċessarji biex tikkonsulta b’mod wiesa’, sabiex tevita problemi ulterjuri mal-Istati Membri, qabel ma tippreżenta sat-30 ta’ Ġunju 2011 il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva tagħha għall-ikkalkolar tal-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku skont id-Direttiva dwar ir-Rendiment Enerġetiku tal-Bini; jemmen li malli din tkun implimentata, il-metodoloġija komparattiva se timmotiva lill-parteċipanti fis-suq biex jinvestu f’soluzzjonijiet effiċjenti mil-lat ta’ enerġija;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi limiti ta’ enerġija jew rekwiżiti rigward l-istallazzjoni ta’ dwal fit-toroq mill-awtoritajiet pubbliċi inkluż l-użu ta’ kontrolli iktar intelliġenti u mudelli ta’ ffrankar ta’ enerġija sal-2012; iħeġġeġ li dawn il-miżuri jinkludu speċifikazzjoni tal-ispejjeż totali tul il-ħajja kollha għall-akkwist pubbliku tal-istallazzjonijiet tad-dawl;

43.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw sistematikament il-prattiki ta’ akkwist pubbliku għall-effiċjenza enerġetika; hu tal-fehma li d-definizzjoni b’mod sistematiku tal-effiċjenza enerġetika bħala kriterju fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u bħala kundizzjoni għall-proġetti ffinanzjati pubblikament, tagħti spinta kbira lil din il-politika;

l-ICT u l-prodotti

44.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa Politika tal-Prodott li tiżgura konsistenza akbar bejn il-politiki tal-prodott ambjentali billi tikkoordina aħjar l-artikulazzjoni, ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-istrumenti politiki differenti, biex jitħeġġeġ dinamiżmu akbar fit-trasformazzjoni tas-suq u informazzjoni għall-konsumatur li tagħmel iktar sens dwar l-iffrankar enerġetiku; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttivi dwar l-Eko-Disinn u t-Tikkettar Enerġetiku flimkien (i.e. billi tmexxi d-data ta’ reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tikkettar Enerġetiku ’l quddiem); idealment ir-regoli dwar l-ekotikkettar u l-akkwist pubbliku ekoloġiku għandhom jiġu reveduti wkoll fl-istess żmien u implimentati b’koordinazzjoni mal-miżuri dwar l-Eko-Disinn u t-Tikkettar Enerġetiku;

45.

Jitlob għall-implimentazzjoni mħeffa u xierqa tad-Direttivi dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija u jiddispjaċih id-dewmien twil li għaddej bħalissa; jissuġġerixxi skadenzi iktar ċari u stretti għall-adozzjoni, permezz ta’ proposta ta’ atti ta’ implimentazzjoni jew rispettivament atti delegati li jkopru prodotti ġodda marbuta mal-enerġija; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma sfruttatx il-potenzjal sħiħ tad-Direttiva tal-Ekodisinn u jemmen bil-qawwa li għandha tkopri iktar prodotti inkluż, jekk ikun xieraq, tagħmir ġdid tad-dar, ICT, prodotti relatati mal-enerġija għall-użu f’bini (bħal muturi elettriċi industrijali, makkinarju, tgaħmir għall-arja kkondizjonata, skambjaturi tas-sħana, tagħmir ta’ tisħin u dawl u pompi), tagħmir industrijali u agrikolul, materjali tal-bini, u prodotti għall-użu effiċjenti tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis id-differenzi bejn l-oġġetti għall-konsumatur u l-oġġetti ta’ investiment meta jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni, u biex turi l-potenzjal u l-prattiċità tal-iffrankfar tal-enerġija qabel ma jitressqu atti ta’ implimentazzjoni; iħeġġeġ li rekwiżiti minimi ta’ effiċjenza tal-enerġija fi ħdan id-direttiva tal-ekodisinn inkluż l-ispeċifikazzjoni ta’ spejjeż total tul il-ħajja kollha u emissjonijiet għall-prodotti inkluż il-proċess ta’ reċiklaġġ;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħaqqad il-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti bħad-Direttiva dwar l-Eko-disinn u d-Direttiva dwar it-Tikketti tal-Enerġija, sabiex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni tal-UE bl-iktar mod effiċjenti u biex isir użu tas-sinerġiji, partikolarment għall-konsumatur;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi konkreti biex ittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi ta’ prodotti bħal permezz ta’ miżuri leġiżlattivi; jinnota li t-titjib fl-effiċjenza tar-riżorsi jwassal ukoll għal vantaġġi sinifikanti fl-effiċjenza enerġetika;

48.

Jinsisti li għandha ssir enfasi akbar fuq l-analiżi tal-konsegwenzi ta’ standards fl-effiċjenza enerġetika, inklużi r-rabta bejn il-prezz u l-kwalità tal-prodotti finali, l-effetti tal-effiċjenza enerġetika u l-benefiċċji għall-konsumaturi; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni tanalizza dawn l-effetti kollha, iżda jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz akbar fuq il-komunikazzjoni u l-kontroll tal-prodotti kollha, fosthom l-importazzjonijiet, bħal pereżempju bozoz tad-dawl effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

49.

Jinnota, f’dan il-kuntest, li standards tekniċi uniformi huma l-mezzi xierqa biex tinkiseb penetrazzjoni ogħla fis-suq għall-prodotti, pompi u magni eċċ. b’effiċjenza enerġetika;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa leġiżlazzjoni li tindirizza l-prodotti, is-sistemi u l-konsum tagħhom tal-enerġija, u jqis li jeħtieġ li tiżdied il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-UE inklużi ħaddiema professjonali tal-bejgħ rilevanti dwar l-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ta’ prodotti għall-konsumatur u prodotti relatati mal-enerġija; iqis li meta tkun qed tevalwa l-konsum tal-enerġija, prodotti u komponenti uniċi għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħaġa waħda, minflok bħala prodotti individwali;

51.

Jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji bl-Internet u marbuta mal-enerġija u applikazzjonijiet tal-ICT b’livell ta’ karbonju baxx; jenfasizza li l-ICT jista’ u għandu jkolllha rwol ewlieni fil-promozzjoni ta’ konsum ta’ enerġija responsabbli fid-djar, it-trasport, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u d-distribuzzjoni kif ukoll fis-settur tal-ICT innifsu (li jirrappreżenta madwar 8 % tal-konsum tal-elettriku); jitlob għalhekk li jiġi evalwat b’mod partikolari l-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija ta’ ċentri tad-data; iqis li l-appoġġ imsaħħaħ għall-innovazzjoni għandu jkun akkumpanjat dejjem minn tnaqqis fil-burokrazija li jiffaċċjaw l-applikanti; jirrikonoxxi l-bżonn li jiġu appoġġati s-sħubiji bejn is-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u setturi emittenti maġġuri sabiex jitjiebu l-effiċjenza enerġetika u l-emissjonijiet ta’ dawn is-setturi;

52.

Jisħaq li sabiex l-arloġġi tad-dawl intelliġenti jkunu suċċess huwa kruċjali li s-soċjetà tkun mgħarrfa dwar il-benefiċċji tagħhom; ifakkar li r-rapport ta’ inizjattiva proprja “dwar id-definizzjoni ta’ Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu” stabbilixxa bħala għan tal-politika li 50 % tad-djar fl-Ewropa jkunu mgħammra b’arloġġi tad-dawl intelliġenti sal-2015; Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma tat-taskforce dwar il-miters intelliġenti u jitlob lill-Kummissjoni tressaq għadd ta’ rakkomandazzjonijiet qabel tmiem l-2011 biex tiżgura li:

il-miters intelliġenti jiġu implimentati skont l-iskeda tat-3 Pakkett tas-Suq tal-Enerġija sabiex jintlaħaq l-objettiv, mit-tielet Pakkett tal-Enerġija, li 80 % tal-binjiet ikunu mgħammra b’miters intelliġenti sal-2020,

l-Istati Membri jaqblu, sal-aħħar tal-2011 dwar funzjonalitajiet komuni minimi għall-miters intelliġenti,

għandu jkun hemm benefiċċji ta’ miters intelliġenti għall-konsumaturi bħal tnaqqis tal-enerġija, għajnuna għal konsumaturi bi dħul baxx jew dawk vulnerabbli u li aggregazzjoni, li fiha jinġabru bosta klijenti finali multipli sabiex jinkisbu rati iktar baxxi minn dawk li kieku l-utenti kienu jkunu kapaċi jiksbu individwalment, titħalla u tiġi promossa fis-swieq nazzjonali,

l-Istati Membri jiżviluppaw u jippubblikaw strateġija biex jagħtu l-benefiċċju potenzjali tal-miters intelliġenti lill-konsumaturi kollha, inklużi l-persuni vulnerabbli u bi dħul baxx,

jkun hemm obbligu għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u r-regolaturi biex jinstallaw tariffi tan-netwerk għall-ħin tal-użu sabiex jinħoloq inċentiv finanzjarju għat-tqassim tal-piżijiet u l-ġestjoni min-naħa tad-domanda,

titħejja miżura implimentattiva tal-Eko-Disinn għall-miters intelliġenti sabiex ikun żgurat li dawn il-prodotti jkunu effiċenti mil-lat tal-enerġija u ma jżidux konsum enerġetiku mhux neċessarji għall-unitajiet domestiċi,

l-istudju preparatorju li qed isir bħalissa dwar l-istati standby innetwerkjati (li qed jitwettaq skont id-Direttiva dwar l-Eko-Disinn) jindirizza l-miters intelliġenti, fid-dawl ta’ regolamentazzjoni futura possibbli;

53.

Jinnota li l-avvanzi teknoloġiċi jistgħu jiftħu opportunitajiet għal bidliet gradwali fl-effiċjenza enerġetika; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-Pjan SET tinkludi parti għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ teknoloġija, materjali għal pereżempju l-kostruzzjoni jew il-produzzjoni tal-makkinarju u prodotti bħal dwal b’użu ta’ enerġija baxx ħafna jew apparat elettroniku ta’ stampar li jkattru l-effiċjenza fl-enerġija u r-riżorsi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu inċentivi u programmi għal teknoloġiji partikolarment innovattivi inkluż ir-Riċerka u l-Iżvilupp immiriat, produzzjoni b’volumi żgħar eċċ;

54.

Sabiex tiġi promossa l-effiċjenza tal-enerġija, jistieden lill-Kummissjoni fi sħubija mal-awtoritajiet ta’ regolazzjoni dwar l-enerġija nazzjonali biex tiġbor ix-xogħol dwar in-netwerks intelliġenti u l-miters intelliġenti mal-inċentivi tal-prezz (prezzijiet differenti) u żieda fil-flessibbiltà tal-prezzijiet, bħal skont is-sigħat, f’tariffi nazzjonali għall-inċentivazzjoni ta’ tnaqqis fl-użu tal-elettriku, u jfakkar id-dispożizzjonijiet li għandhom l-Istati Membri skont it-tielet pakkett dwar l-enerġija biex jiżviluppaw sistemi innovattivi ta’ deċiżjoni dwar il-prezz;

55.

Jitlob miżuri biex jindirizzaw l-effetti “rebound” biex jiżguraw li l-impatt tat-titjib tekniku ma jixxejjinx bil-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-enerġija u biż-żieda fil-konsum;

Trasport

56.

Jitlob lill-Kummissjoni tippubblika White Paper ambizzjuża dwar it-trasport bil-għan li tiżviluppa politika Ewropea tat-trasport li tkun sostenibbli li tippromwovi l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija ġodda u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, speċjalment iż-żejt, possibbilment permezz tal-elettrifikazzjoni u mezzi oħra; u f’dan ir-rigward jippromwovi kuxjenza ogħla dwar l-enerġija fl-infrastruttura u l-ippjanar spazjali;

57.

Iqis li l-istrumenti kollha, inklużi t-tassazzjoni tal-vetturi u tal-fjuwil, it-tikkettar, l-istandards minimi ta’ effiċjenza u miżuri li jtejbu u jiffavorixxu t-trasport pubbliku, huma meħtieġa b’urġenza biex jindirizzaw l-emissjonijiet mit-trasport;

58.

Jissottolinja li l-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għas-settur tat-trasport tat-toroq u l-konnessjoni tiegħu ma’ modi oħra ta’ trasport se tagħmel kontribut sinifikanti biex jittejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport tat-toroq u iktar jekk ikun f’kombinazzjoni mat-titjib loġistiku u razzjonalizzazzjoni oħra ta’ trasport, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw tnedija koordinata u effettiva tat-Trasport Elettroniku tal-Merkanzija u s-Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (ITS) fl-Unjoni b’mod ġenerali;

59.

Jenfasizza li biex jintlaħqu l-objettivi tal-effiċjenza enerġetika msemmija hawn fuq, huwa kruċjali li jsir investiment fis-settur tat-trasport, speċjalment fis-sistemi ferrovjarji u tat-trasport urban, biex jitnaqqas l-użu tal-mezzi li jeħtieġu aktar enerġija;

60.

Jenfasizza l-bżonn li tiżdied l-effiċjenza enerġetika tas-sistema globali ta’ trasport permezz ta’ bidla modali minn modi ta’ trasport intensivi li jużaw ħafna enerġija, bħat-trakkijiet u l-karozzzi, għal modi intensivi li jużaw ftit enerġija, bħall-ferroviji, ir-roti u l-mixi għall-passiġġieri jew trasport ferrovjarju u bil-bastimenti ambjentalment nadif tal-merkanzija;

61.

Jagħraf li effiċjenza ikbar tal-fjuwil fil-vetturi jistgħu jbaxxu l-konsum tal-fjuwil b’mod konsiderevoli, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tevalwa l-progress li qed isir biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet għal mezzi ta’ trasport differenti u biex tiżgura kalendarju ta’ ppjanar fit-tul, partikolarment fis-settur tal-vetturi u t-trasport fit-toroq billi jiġu stabbiliti iktar miri, jekk ikun xieraq, u tippromwovi iktar standards effiċjenti fl-enerġija, bħal apparat tal-arja kkondizzjonata mobbli u huwa tal-opinjoni li l-UE għandha timmira lejn ir-realizzazzjoni tal-kisbiet ta’ effiċjenza li qed imexxu fid-dinja; jinnota li l-informazzjoni tal-konsumatur u r-reklamar jista’ jkollhom parti importanti x’jilagħbu biex jiddirezzjonaw lill-konsumaturi lejn għażliet tax-xiri u drawwiet tas-sewqan aktar effiċjenti;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ apparat innovattiv biex tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija (eż spojlers għat-trakkijiet u forom oħra ta’ titjib ajrudinamiku jew tat-tħaddim) għall-mezzi kollha ta’ trasport b’mod effiċjenti mil-lat ta’ nefqa;

63.

Jinkoraġġixxi, f’dan il-kuntest, il-promozzjoni tal-użu ta’ tajers effiċjenti fl-enerġija mingħajr ma tiġi kompromessa s-sigurtà u jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ effiċjenza tal-enerġija għall-vetturi mixtrija minn awtoritajiet pubbliċi u għat-tajers imwaħħla fuq dawk il-vetturi; jitlob lill-Kummissjoni biex sal-aħħar tal-2011 tippreżenta strateġija għat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal, li bħallis bilkemm huma indirizzati;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tadotta sistema ta’ tikkettar pan-Ewropea unika obbligatora għall-vetturi tal-passiġġieri li jkollha effett pożittiv fuq it-tnaqqis tad-distorzjonijiet fis-suq, filwaqt li żżid il-kuxjenza pubblika fl-Ewropa u tassisti l-innovazzjoni teknoloġika fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet li jniġġsu mill-vetturi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilità li testendi s-sistema ta’ tikkettar unika proposta biex tinkludi vetturi elettriċi u ibridi;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard minn nofs l-2011, tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet qafas għall-iżvilupp ta’ vetturi elettriċi, l-aktar f’dak li jikkonċerna l-istandardizzazzjoni ta’ insfrastrutturi u teknoloġiji ta’ ċċarġjar li se tiggarantixxi l-interoperabilità u s-sikurezza tal-insfrastrutturi u tippromwovi l-istabbiliment ta’ infrastruttura ta’ ħlas fl-Istati Membri; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati għall-approvazzjoni ta’ vetturi elettriċi, f’kunsiderazzjoni speċifika għas-saħħa u s-sikurezza kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-utenti finali; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura kundizzjonijiet ta’ qafas komparabbli għall-iżvilupp ta’ vetturi li jużaw ċelluli tal-fjuwil jew sorsi oħra ta’ enerġija iktar sostenibbli;

66.

Itenni l-ħtieġa li jiġu promossi soluzzjonijiet intermodali tat-trasport kif ukoll l-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tat-trasport sabiex jinkiseb iffrankar fl-enerġija fis-settur tat-trasport (inkluż ħlasijiet għall-konġestjoni, teknoloġiji għall-immaniġġjar ta’ informazzjoni dwar it-traffiku, infrastruttura tal-ferroviji, eċċ);

67.

Jitlob lill-Istati Membri jneħħu r-reġimi fiskali li jinċentivizzaw ix-xiri ta’ karozzi b’konsum ineffiċjenti tal-fjuwil u jbiddluhom b’reġimi fiskali tat-taxxa li jinċentivizzaw ix-xiri ta’ karozzi b’konsum effiċjenti tal-fjuwil;

68.

Jirrikonoxxi li l-introduzzjoni ta’ ferroviji tat-toroq modulari hija soluzzjoni sostenibbli li tikkontribwixxi għal livell tal-effiċjenza tal-enerġija ogħla fis-settur tat-trasport tat-toroq; jirrikonoxxi b’mod ulterjuri li s-sett ta’ regoli diverġenti li jaffaċċjaw il-ferroviji tat-toroq modulari meta jaqsmu l-fruntieri tal-pajjiżi huwa detrimentali għall-użu miżjud ta’ dan il-metodu ta’ transport tat-toroq; Jitlob lill-Kummissjoni biex tfittex liema differenzi fir-regoli jistgħu faċilment jingħelbu u kif livell miżjud ta’ transport transkonfinali bil-ferroviji tat-toroq modulari jista’ jiġi żgurat;

69.

Jemmen li s-sinjali tal-prezzijiet huma kruċjali biex tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija u li tassazzjoni tal-Enerġija riveduta għandha tkun parti minn Pjan ta’ Azzjoni tal-Effiċjenza tal-Enerġija rivedut, peress li l-użu tal-istrumenti ekonomiċi huwa l-metodu l-iktar kost-effiċjenti għall-promozzjoni tal-iffrankfar tal-enerġija;

Inċentivi u finanzjament

70.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar it-trias energetica, skont liema d-domanda tal-enerġija għandha titnaqqas qabel ma jkun hemm qbil ma’ kwalunkwe investiment fil-provvista tal-enerġija addizzjonali;

71.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq rapport dwar il-bżonn ta’ aktar għajnuna finanzjarja sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija fl-istokk tal-bini eżistenti u jiġu evalwati l-istrumenti finanzjarji attwali; il-Kummissjoni għandha tressaq proposti dwar kif jiġi stabbilit qafas tal-UE ta’ strumenti finanzjarji rotattivi biex ikunu ta’ appoġġ jew garanzija għall-miżuri komplimentari ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, skemi nazzjonali eżistenti u kanali ta’ distribuzzjoni (eż. permezz tal-qsim tar-riskju) u li jħeġġu t-twaqqif u t-titjib ta’ skemi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi għażliet ta’ politika dwar l-EEAP dwar kif jiġi żgurat li l-fondi tal-effiċjenza tal-enerġija jkunu stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali; iqis li dawn il-fondi jista’, jiġifieri permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, ikollhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ instrumenti bħal dawn, li jistgħu jipprovdu possibbiltajiet ta’ finanzjament għas-sidien ta’ proprjetà privata, SMEs u ESCOs; jappoġġa l-idea li strumenti bħal dawn jippromwovu iktar appoġġ għal miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija iżjed impenjattivi;

72.

Jemmen li, filwaqt li jiġi żviluppat dan il-qafas, għandha tingħata attenzioni għar-riżorsi finanzjarji kollha disponibbli fl-Istati Membri sabiex jinħolqu sinerġiji u jiġi evitat irduppjar ma’ strumenti finanzjarji oħrajn;

73.

Jilqa’ l-appoġġ li ngħata fl-Istrateġija Europe 2020 biex il-piż tat-taxxi jintefa’ fuq taxxi tal-enerġija u ambjentali li jistgħu joħolqu inċentivi għall-konsumaturi u l-industrija għall-effiċjenza tal-enerġija u l-ħolqien ta’ impjiegi; jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-possibilità li jitnaqqsu r-rati tal-VAT għax-xogħlijiet tat-tiġdid tal-effiċjenza tal-enerġija;

74.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq rapport annwali dwar jekk u kif ġew maħluqa inċentivi xierqa (fiskali u marbuta mas-sussidji) fil-livell nazzjonali, bħal per eżempju fl-isfera privata u fl-SMEs, id-deprezzament ta’ tagħmir industrijali fuq skala żgħira sa EUR 10 000 jew, fl-isfera industrijali, deprezzament ta’ 50 % fl-ewwel sena jew il-ħolqien ta’ inċentivi tal-investiment xieraq u tas-sussidji tar-riċerka sabiex jitressqu l-miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija;

75.

Jenfasizza fuq l-UE ETS bħala potenzjal enormi ta’ riżors għall-investimenti tal-effiċjenza tal-enerġija; jagħraf li biljuni ta’ Ewro ser jinġabru ml-irkant ta’ konċessjonijiet ta’ emissjonijiet tal-UE; ifakkar li skont id-direttiva ETS tal-inqas 50 % ta’ dan id-dħul għandu jmura għal miżuri ta’ adattament u mitigazzjoni inkluża l-effiċjenza fl-enerġija; jisħaq fuq il-fatt li dan id-dħul mit-tassazzjoni fuq il-karbonju għandu jiġi pprijoritizzat għall-iffinanzjar u d-diffużjoni tat-teknoloġija tal-effiċjenza tal-enerġija li huma kost effettivi; barra minn hekk jinnota li l-kumpaniji tal-UE qed jixtru miljuni ta’ krediti tas-CDM, l-aktar fiċ-Ċina u l-Indja, meta jistgħu jinvestu fid-CDM fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluupati jew fl-effiċjenza tal-enerġija fl-Ewropa;

76.

Iqis li dan il-qafas għandu jagħti kas tal-esperjenzi marbuta mal-istrumenti rotattivi eżistenti mogħtija minn intermedjarji finanzjarji pubbliċi, jinvolvi fondi eżistenti tal-UE u jkun maħsub biex jattira fondi pubbliċi jew privati oħra biex jinkiseb l-akbar effett ta’ lieva possibbli; iqis li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax dejjem tkun l-uniku sors tar-riżorsi finanzjarji kollha; jitlob lill-Kummissjoni biex tissodisfa rwol ewlieni fl-iżblukkar u l-lieva ta’ fondi li jkunu disponibbli kemm fl-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati; iqis li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll il-programmi tal-iffinanzjar bħal ma huma l-Bank Ewropew tal-Investiment biex tingħata prijorità kbira lil inizjattivi tal-effiċjenza tal-enerġija innovattivi, speċjalment meta dawn jikkontribwixxu għal għanijiet oħrajn tal-UE bħall-iżvilupp tal-impjieg;

77.

Jirrikonoxxi n-nuqqas ta’ finanzi bil-quddiem bħala ostaklu ewlieni għat-tiġdid tal-bini fis-setturi residenzjali u tal-SMEs u jitlob lill-Kummissjoni biex telenka soluzzjonijiet innovattivi u l-aħjar prattika biex tingħeleb din il-problema bħal ma huma l-mekkaniżmi “ħallas hekk kif iġġemma”’, il-fondi rotattivi u banek tal-investiment ħodor (fuq il-mudell ta’ KfW fil-Ġermanja jew il-Caisse Depots fi Franza);

78.

Jirrikonoxxi li wieħed mill-akbar ostakli biex tinkiseb effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell lokali u reġjonali huwa l-ħtieġa ta’ investimenti bil-quddiem; jinsab konvint li kull miżura meħuda fil-livell tal-UE għandha tqis l-implikazzjonijiet għall-muniċipalitajiet u r-reġjuni, kif ukoll ir-restrizzjonijiet baġitarji tagħhom; jirrakkomanda, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tikkonsulta mar-rappreżentanti lokali u reġjonali biex jiġu stabbiliti linji gwida ta’ żvilupp fil-qasam tal-enerġija u biex jingħata appoġġ finanzjarju lill-proġetti lokali u reġjonali permezz ta’ programmi innovattivi, bl-użu tar-riżorsi tal-enerġija u tal-fondi strutturali eżistenti;

79.

Jilqa’ l-qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jintużaw il-fondi mhux impenjati taħt ir-Regolament EEPR għall-ħolqien ta’ strument finanzjarju ddedikat biex jappoġġja inizjattivi ta’ effiċjenza tal-enerġija u ta’ sorsi li jiġġeddu fil-livell lokali u reġjonali; jinnota fl-istess ħin li, minkejja l-potenzjal sinifikanti tiegħu tal-ħolqien tal-impjieg, l-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija qed jirċievi mingħajr ma ħaqqu vera ftit appoġġ fil-Programm Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku;

80.

Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-użu tal-fondi eżistenti tal-UE, bħall-ERDF u l-EAFRD, għal miżuri ta’ effiċjenza tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-effiċjenza tal-enerġija prijorità fil-programmi operattivi tagħhom u jitlob lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali biex jiżviluppaw modi biex jiffaċilitaw l-użu ta’ fondi strutturali għal miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fost l-oħrajn billi jiżguraw li jkun hemm titjib fil-fluss ta’ informazzjoni għal-livell lokali jew bil-ħolqien ta’ one-stop shops, u fl-aħħar ifakkar li dawk il-miżuri għandhom jiġu evalwati u li l-kisbiet fl-effiċjenza tal-enerġija għandhom ikunu parametru importanti f’din l-evalwazzjoni;

81.

Fid-dawl tar-reviżjoni mistennija tal-Politika ta’ Koeżjoni u Reġjonali u tal-Perspettiva Finanzjarja tal-UE, jitlob li l-iffrankar tal-enerġija jkun integrat fil-kundizzjonalità għall-għoti ta’ għajnuna tal-UE u li titqies il-possibbiltà li proporzjon ogħla tal-allokazzjonijiet nazzjonali jiġu indirizzati lejn miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli;

82.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu sabiex talloka aktar fondi għall-programmi tal-effiċjenza tal-enerġija u tħeġġeġ il-possibilità li jintużaw sa 15 % tal-ERDF għall-effiċjenza tal-enerġija;

83.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata għajnuna teknika u inġinerija finanzjarja fil-livell tal-awtorità lokali u reġjonali sabiex jiġu appoġġati l-personaġġi lokali fit-twaqqif ta’ proġetti – eż. billi jiġu sfruttati l-faċilità ta’ għajnuna teknika ELENA tal-BEI u l-esperjenza tal-ESCOS;

84.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-faċilitajiet ta’ finanzjament (eż. ELENA) u tikkunsidra li twaqqaf faċilitajiet komplimentari ffinanzjati taħt il-Programm “Enerġija Intelliġenti – Ewropa”;

85.

Jinnota li politiki għall-effiċjenza tal-enerġija għandhom ifittxu li jinvolvu kemm jista’ jkun partijiet, pubbliċi kif ukoll privati, biex jiġi akkwistat l-akbar effett ta’ lieva possibbli, jinħolqu l-impjiegi, ikun hemm kontribut għal żvilupp aktar aħdar u jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ suq Ewropew kompetittiv, konness u sostenibbli għall-effiċjenza tal-enerġija;

86.

Jinnota li l-kumpaniji tal-enerġija li jingħataw il-mandat biex jissodisfaw l-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija jistgħu jipprovdu sorsi addizzjonali ta’ ffinanzjar għal miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija bħal ma huma imposti fuq trasferimenti bankarji applikati lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni, fondi provduti mill-fornituri bħala mezz li bih jiġu sodisfati l-obbligi tagħhom, jew multi mħallsa minħabba rekwiżiti li ma jkunux ġew issodisfati;

87.

Jinnota li filwaqt li ħafna mill-kapital bil-quddiem meħtieġ biex isiru l-investimenti tal-iffrankar tal-enerġija se jkollu jiġi mis-settur privat, l-intervent pubbliku huwa bżonnjuż biex jingħelbu l-fallimenti tas-suq u jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tal-karbonju baxx isir fil-ħin biex ikun hemm konformità mal-miri tal-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE;

88.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri tal-UE maħsuba biex jappoġġjaw l-assistenza teknika mogħtija minn intermedjarji finanzjarji tal-esperjenza (nazzjonali u internazzjonali) biex:

titqajjem kuxjenza u jissaħħaħ l-għarfien – fost l-awtoritajiet ta’ ġestjoni kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati – dwar strateġiji ta’ finanzjament u rekwiżiti istituzzjonali bil-għan li jiġu sostnuti l-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija,

ikunu appoġġjati l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati fl-implimentazzjoni ta’ miżuri korrispondenti u strumenti finanzjarji,

l-istrumenti finanzjarji sostenibbli u effiċjenti jkunu strutturati biex jutilizzaw aħjar il-fondi disponibbli għall-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija,

jitħeġġeġ it-trasferiment tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u l-intermedjarji finanzjarji tagħhom;

biex tinħoloq għodda effettiva ta’ komunikazzjoni u biex jinbeda djalogu mmirat għaċ-ċittadini sabiex tinxtered l-informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-enerġija ma’ kategoriji ta’ nies fil-mira u biex l-imġiba tagħhom rigward il-konsum tal-enerġija tkun iggwidata;

89.

Jagħraf li suq tal-enerġija li jaħdem sew jagħti inċentiv għall-iffrankar tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar ir-rwol tal-kumpaniji tal-enerġija, inklużi l-Kumpaniji tas-Servizzi tal-Enerġija (ESCOs) fit-tħeġġiġ tal-effiċjenza tal-enerġija u tistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jieħdu miżuri effettivi biex jinċentivaw lill-kumpaniji tal-enerġija biex jinvestu fl-effiċjenza tal-enerġija u tiffaċilita t-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija tal-utenti finali; jistieden lill-Kusmmissjoni biex tressaq rakkomandazzjonijiet abbażi tal-aqwa prattiki li minnhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-iktar mudell xieraq għas-sitwazzjoni domestika tagħhom, bħal skema ta’ ċertifikati bojod, eżenzjonijiet mit-taxxi, inċentivi diretti, eċċ;

90.

Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri kif ukoll il-livelli lokali u reġjonali tal-gvern biex iżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-esperti tal-effiċjenza fl-enerġija ta’ kull tip, iżda partikolarment tal-esperti tat-teknika intermedjarji, u fis-setturi kollha, iżda speċjalment fil-katina sħiħa tal-valur tal-bini u fl-SMEs biex jiġu aġġornati l-kompetenzi tas-sengħat tal-bini; b’hekk jinħolqu impjiegi lokali ekoloġiċi filwaqt li tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambizzjuża tal-effiċjenza fl-enerġija; jitlob f’dan il-kuntest għal użu sħiħ u żieda tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni għal raġunijiet ta’ taħriġ;

91.

Jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-applikabilità ta’ forom innovattivi tar-regolament li jista’ effettivament jgħaqqad il-potenzjal sostanzjali għall-iffrankar tal-enerġija fl-Istati Membri l-ġodda mal-kapital u l-potenzjal teknoloġiku tal-Istati Membri aktar żviluppati;

92.

Jisħaq fuq il-bżonn li jittejjeb l-iżvilupp tas-swieq għas-servizzi tal-enerġija; jitlob lill-Kummissjoni biex tqis, meta tirrevedi d-Direttiva tas-Servizzi tal-Enerġija, miżuri għall-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija fis-settur pubbliku u privat; Iqis li l-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija huma, f’diversi aspetti, fl-aqwa pożizzjoni biex jgħinu lid-djar, l-SMEs u s-settur pubbliku biex jaqbżu l-ostaklu ta’ spejjeż ta’ investiment għoljin mill-bidu meta jirrinovaw bini eżistenti għal raġunijiet ta’ effiċjenza fl-enerġija; jipproponi lill-Kummissjoni tagħmel studju biex tevalwa l-aħjar prattiċi fl-Istati Membri kif ukoll tidentifika l-ostakli u x-xkilijiet biex tisfrutta kompletament il-potenzjal tal-mekkaniżmu finanzjarju;

93.

Jinnota li l-intrapriżi, permezz tal-isforzi ta’ innovazzjoni tagħhom, għandhom rwol kruċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-iffrankar tal-enerġija; jittama li l-fondi strutturali ser iħeġġu lill-intrapriżi b’mod attiv biex jipparteċipaw fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

94.

Itenni t-talba tiegħu li kapitolu dwar l-effiċjenza tal-enerġija fi ħdan il-politika tal-viċinat Ewropew għandu jissaħħaħ u jiġi inkluż b’mod sistematiku fid-djalogi tal-UE ma’ pajjiżi terzi;

95.

Jirrikonoxxi ċ-ċansijiet u l-opportunitajiet potenzjali li jirriżultaw għall-impriżi Ewropew mill-iżvilupp, il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta’ teknoloġiji tal-enerġija effiċjenti (eż. għal applikazzjonijiet fil-qasam tal-magni, drives, dwal, tagħmir elettriku eċċ.);

96.

Iqis, f’dan il-kuntest, l-iżvilupp u t-tqegħid fis-suq ta’ teknoloġiji innovattivi bħala l-bażi għat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija fl-oqsma kollha tal-applikazzjoni, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra u għaż-żieda fis-sehem tal-enerġiji rinnovabbli;

97.

Jinsisti li l-effiċjenza enerġetika għandha tkun prijorità fil-Programm Qafas tar-Riċerka li jmiss (FP 8);

98.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-effiċjenza tal-enerġija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tat-Tmien Programm ta’ Qafas ta’ Riċerka u talloka parti sinifikanti lis-subprogrammi dwar l-effiċjenza tal-enerġija li tkun simili għall-Programm attwali “Enerġija Intelliġenti”; jenfasizza l-ħtieġa għal żieda fil-fondi għar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fil-qasam tal-enerġija, inkluża żieda sinifikanti fil-baġit futur tal-UE, partikolarment għall-enerġija li tiġġedded, netwerks intelliġenti u effiċjenza fl-enerġija, sal-2020, meta mqabbla mal-livelli attwali;

99.

Huwa tal-opinjoni li għandha tingħata aktar importanza lis-sinifikat tal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija fil-kuntest ta’ taħditiet internazzjonali dwar il-klima; jemmen li jekk il-politiki tal-effiċjenza tal-enerġija ambizzjużi jkunu armonizzati b’mod internazzjonali, ikunu jistgħu jiġu infurzati aħjar u jkollhom impatt inqas fuq il-kompetittività; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jikkonvinċu l-imsieħba internazzonjali tal-UE fit-taħditiet li ġejjin f’Kankun dwar il-bżonn għal miżuri kkoordinati tal-effiċjenza tal-enerġija;

100.

Jilqa’ s-sejħa mill-grupp ta’ pajjiżi G20 fid-Dikjarazzjoni tiegħu tas-Samit ta’ Toronto tas-27 ta’ Ġunju 2010 għal sussidji tal-fjuwils fossili li jridu jitneħħew b’mod gradwali fuq terminu ta’ żmien medju, u jinnota li hekk kif dan iseħħ jinħelsu biljuni ta’ euro li jkunu jistgħu jiġi direzzjonati mill-ġdid biex jappoġġjaw miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija, b’hekk jikkontribwixxu ħafna aħjar għall-objettivi tal-enerġija strateġika tal-UE tas-sostenibilità, tal-kompetittività u tas-sigurtà tal-provvista;

101.

Iqis li d-dimensjoni soċjali għad-djalogu tal-enerġija, li tkopri aspetti bħal ma huma d-drittijiet tal-bniedem, il-faqar tal-enerġija u l-protezzjoni ta’ konsumaturi bi dħul baxx, għandha dejjem titqies waqt l-iżvilupp tal-politiki tal-enerġija;

102.

Jagħraf li s’issa l-politiki dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ma indirizzawx biżżejjed, fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, il-fattur li s-soċjetà taċċetta b’mod favorevoli; jenfasizza li mhux biss l-imġiba tal-utenti hija kruċjali għas-suċċess tal-miżuri tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija iżda wkoll għandha tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur; jitlob biex il-pjan ta’ azzjoni tal-ġejjieni dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jipprovdi miżuri ta’ appoġġ addizzjonali biex is-soċjetà tħares lejha b’mod aktar favorevoli; jenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom il-livelli reġjonali u lokali biex jintlaħaq kunsens;

103.

Jisħaq fuq l-importanza ta’ politika tal-informazzjoni intensifikata tal-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward kwistjonijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-iffrankar tal-enerġija għall-partijiet interessati relevanti kollha u jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex itejbu u jiffaċilitaw aktar tali aċċess għall-informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-iffrankar tal-enerġija;

*

* *

104.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 31.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(3)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.

(5)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(6)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

(7)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(8)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(9)  Copenhagen Economics, http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/taxation/gen_info/economic_analysis/tax_papers/taxation_paper_22_en.pdf

(10)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 16.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2010)0153.


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/81


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja fl-2009 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni

P7_TA(2010)0489

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (2010/2202(INI))

2012/C 169 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ħdax-il rapport annwali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja li jkopri l-perjodu minn Lulju 2008 sa Diċembru 2009,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 21 tat-Trattat ta’ Lisbona,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali rilevanti kollha tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet dwar id-drittjiet tal-bniedem kollha tan-NU u l-protokolli fakultattivi tagħhom (1),

wara li kkunsidra l-istrumenti reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi b’mod partikolari l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, il-Protokoll Fakultattiv dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, il-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN,

wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2002 tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament marbuta mal-QKI (2),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/PESK tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill b’segwitu għall-Pożizzjoni Komuni; waqt li jfakkar fir-rwol essenzjali tal-QKI fil-prevenzjoni ta’ reati serji fil-ġurisdizzjoni tagħha,

wara li kkunsidra l-impenn tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tal-funzjonament effettiv tal-QKI;

wara li kkunsidra li hu d-dmir ta’ kull Stat li jeżerċita l-ġurisdizzjoni kriminali tiegħu fuq dawk li huma responsabbli minn krimini internazzjonali,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u n-negozjati li għaddejjin dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u r-reviżjoni tiegħu (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (4) (l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem jew EIDHR),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2009 (5) dwar l-iżvilupp tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, inkluż ir-rwol tal-UE, u tal-25 ta’ Frar 2010 (6) dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Frar 2007 (7) u tas-26 ta’ April 2007 (8) dwar l-inizjattiva għal moratorju universali għall-piena tal-mewt u r-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Diċembru 2007 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB) dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-attivitajiet tar-Rappreżentanti Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar is-Sitwazzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem (9),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ intolleranza u diskriminazzjoni għalraġunijiet ta’ reliġjon jew twemmin,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tal-osservanza tad-dritt umanitarju internazzjonali (IHL) (10), dwar il-piena tal-mewt, dwar it-tortura u trattamenti krudili, inumani jew degradanti oħra, dwar id-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi mhux membri tal-UE, dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-ġlieda kontra kull xorta ta’ diskriminazzjoni kontrihom,

wara li kkunsidra s-Sett ta’ Miżuri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni Lesbjani, Omosesswali, Bisesswali u Transesswali (LGBT) (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha li adotta dwar każijiet urġenti ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2010 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, speċjalment fil-każ ta’ Liu Xiaobo (13),

wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0339/2010),

A.

billi l-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem għadha d-dokument ta’ referenza tad-dinja, li tqiegħed lill-bnedmin kollha fil-qalba tal-azzjoni,

B.

billi l-11-il Rapport Annwali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2008/2009) jipprovdi ħarsa globali lejn l-azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja,

Ċ.

billi din ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li teżamina, tevalwa u f’każijiet speċifiċi, toffri kritika kostruttiva tal-attivitajiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija,

D.

billi r-rekord intern tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE għandu impatt dirett fuq il-kredibiltà tagħha u l-abilità li timplimenta politika esterna tad-drittijiet tal-bniedem effettiva,

E.

billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertá ta’ reliġjon jew ta’ twemmin u d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi,

F.

billi l-ġustizzja, id-demokrazija u l-istat tad-dritt huma l-pilastri tal-paċi sostenibbli, għaliex jiggarantixxu l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, u billi paċi sostenibbli ma tistax tinkiseb bil-protezzjoni ta’ dawk responsabbli għall-abbużi sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tal-liġi kriminali internazzjonali,

G.

billi t-Trattat ta’ Lisbona saħħaħ is-setgħat tal-UE fuq il-politika barranija b’mod li se jsaħħaħ il-valuri u l-objettivi tagħha; billi l-innovazzjonijiet prinċipali marbuta mal-azzjoni esterna tal-UE, bħar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni (RGħ/VP) u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), għandhom ikomplu jikkonsolidaw l-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u għandhom jipprovdu opportunitajiet aħjar għall-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma relevanti tal-politika kollha,

H.

billi t-Trattat jipprovdi lill-UE b’personalità ġuridika waħda, li se tippermettilha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u, tippermetti li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi Strasburgu tivverifika l-konformità tal-atti tal-UE mal-Konvenzjoni,

I.

billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE saret legalment vinkolanti, u b’hekk saħħet il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa,

J.

billi l-UE tappoġġja bis-sħiħ lill-QKI u tippromwovi l-universalità, u tiddefendi l-integrità, tal-Istatut ta’ Ruma bil-ħsieb li tipproteġi u ssaħħaħ l-indipendenza tal-Qorti,

K.

billi l-Pożizzjoni Komuni tas-16 ta’ Ġunju 2003 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-2004 jeħtieġu aġġornament fid-dawl tal-iżviluppi fil-liġi kriminali internazzjonali mill-2004 ’l hawn; billi l-għajnuna u l-koperazzjoni effikaċi mill-UE jridu jiżdiedu u jitjiebu hekk kif il-mandati għall-arresti u l-proċessi fil-QKI jiżdiedu fin-numru,

L.

billi l-isforzi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fid-dinja żiedu l-ħtieġa tal-konċiljazzjoni tas-sigurtà mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem,

M.

billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja globali kellha impatt negattiv fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; billi kienu affettwati l-aktar id-drittijiet tal-ifqar persuni; billi, minħabba prezzijiet li qed jogħlew u li huma volatili u l-ispekulazzjonijiet fil-kommoditajiet, miljuni qed jiffaċċaw diffikultajiet kbar biex jissodisfaw bżonnijiet bażiċi f’numru ta’ pajjiżi tal-Afrika, l-Asja u l-Amerika Latina; billi miljuni ta’ persuni qed jiffaċċaw l-insigurtà u l-indinjità, u f’xi pajjiżi l-protesti ntlaqgħu bir-repressjoni u l-vjolenza,

N.

billi d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali għandhom jintlaqgħu bl-istess attenzjoni u jkunu ttrattati bl-istesss livell ta’ importanza li jingħata lid-drittijiet ċivili u politiċi; billi l-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet iffirmati mill-UE u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE jridu jiġu rrispettati u implimentati,

O.

billi t-tibdil fil-klima qed ikollu impatt li jdum jinħass fuq perjodu ta’ żmien twil fuq id-drittijiet tal-bniedem; billi hemm probabilità ikbar ta’ konsegwenzi negattivi għall-gruppi vulnerabbli, bħall-popli indiġeni, kemm fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kif ukoll fit-Tramuntana Estrema, iżda dawn jista’ jkollhom ramifikazzjonijiet ħafna iktar wiesgħin ukoll,

P.

billi l-ġlieda kontra l-impunità hija importanti mmens billi għandha l-għan li tevita d-delitti l-aktar gravi u tikkastiga lil min iwettaqhom; billi l-impunità hija kwistjoni b’effetti mifruxa li tikkonċerna firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, bħat-tortura, il-piena tal-mewt, il-vjolenza kontra n-nisa, il-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u l-ġlieda kontra t-terroriżmu,

Q.

billi, skont in-NU, il-problema antika tad-drittijiet tal-bniedem tad-dekolonizzazzjoni għadha ma ġietx solvuta fil-każijiet kollha fil-viċinat qrib tal-UE, speċjalment fil-każ tas-Saħara tal-Punent,

R.

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent (14),

S.

wara li kkunsidra l-importanza kbira għall-ħajja tal-istituzzjonijiet Ewropej tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-prinċipji fundamentali kkodifikati fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

T.

billi qed iseħħu forom ġodda ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, partikolarment fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni l-ġodda, bħall-użu ħażin u ċ-ċensura tal-internet, u l-abbuż tad-dritt għall-ħajja privata permezz tal-użu ta’ data personali,

U.

billi l-libertà tar-reliġjon u t-twemmin kulma tmur qed tiġi mhedda, partikolarment minn gvernijiet awtoritarji li għandhom il-minoranzi reliġjużi fil-mira jew min gvernijiet li jonqsu li jevitaw attakki, fastidju jew atti oħra ta’ ħsara kontra ċerti individwi jew gruppi reliġjużi,

V.

billi d-drittijiet tal-bniedem qed jitkasbru minn pajjiżi li rrikonoxxew il-ġurisdizzjonijiet li joriġinaw mill-Istrumenti Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u minn dawk li jinjoraw dawk id-drittijiet miksuba storikament,

1.

Itenni d-determinazzjoni qawwija tal-Parlament Ewropew, u jfakkar fl-isforzi fit-tul tiegħu, biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja permezz tal-iżvilupp ta’ politika Ewropea b’saħħitha u effettiva tad-drittijiet tal-bniedem li tiggarantixxi koerenza u konsistenza akbar fl-oqsma politiċi kollha u permezz ta’ relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE u l-parteċipazzjoni attiva fil-fora internazzjonali, kif ukoll bl-appoġġ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u lokali tas-soċjetà ċivili;

2.

Huwa tal-opinjoni li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jirrappreżenta opportunità storika biex jiġu indirizzati l-lakuni li baqa’ fil-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jappella f’dar-rigward għal konformità sħiħa tas-SEAE mal-għan u l-ispirtu tat-Trattat ta’ Lisbona li jimmira li jiżgura li r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ikunu fil-qalba tal-oqsma varji tal-politika esterna tal-Unjoni kif imħaddna fl-Artikoli 2, 3 u 21 tat-TUE;

3.

Ifakkar li b’konformità mat-Titolu V, Kapitolu 1 tat-Trattat tal-UE, l-azzjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-universalità, tal-inaljenibilità u tal-indiviżivibilità tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jenfasizza li dawn il-pronċipji jikkostitwixxu bażi fundamentali komuni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;

4.

Iqis, għalhekk, ta’ importanza kbira d-deċiżjoni ta’ fejn għandhom jidħlu d-drittijiet tal-bniedem fl-istruttura tas-SEAE; jitlob għalhekk it-twaqqif ta’ Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija bil-kompiti li jiżviluppa strateġija tal-UE b’saħħitha għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija u li jipprovdi koordinazzjoni globali ġewwa l-fora multilaterali kollha; huwa konvint bis-sħiħ, filwaqt li jenfasizza l-bżonn li jitiqies li l-għarfien espert fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għandu jkun tkun ankrat bħala responsabilità ewlenija għal kull desk ġeografiku jew tal-politika fis-SEAE, li dan l-approċċ jevita li d-drittijiet tal-bniedem ikunu iżolati u huwa l-uniku mod biex tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona;

5.

Jirrikonoxxi l-impenn tar-Rgħ/VP li tibni rwol attiv għall-UE fix-xena dinjija bl-għan li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija globalment; iħeġġeġ f’dar-rigward lir-RGħ/VP tieħu l-azzjoni meħtieġa għat-twaqqif ta’ COHOM ibbażat fi Brussell bil-ħsieb li jintegra u jiggarantixxi b’mod effikaċi l-kontribut f’waqtu f’oqsma oħra tal-istituzzjonijiet u l-politika tal-UE; jistieden bl-istess spirtu lir-Rgħ/VP tikkunsidra l-importanza tat-taħriġ obbligatorju fid-drittijiet tal-bniedem għall-istaff tal-UE, inklużi Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u d-Diretturi tas-SEAE;

6.

Jitlob li tinħoloq kariga ta’ Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza li l-ħatra tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, għal-liġi umanitarja internazzjonali u l-ġustizzja internazzjonali u għad-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal, jistgħu jagħtu koerenza u viżibilità akbar lill-azzjoni esterna tal-UE f’dan il-qasam; jenfasizza li dawn ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għandhom ikunu persuni esperti b’esperjenza ppruvata fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

7.

Huwa tal-fehma li hemm ħtieġa urġenti għal qafas aktar koerenti biex l-appoġġ tal-UE għall-bini tad-demokrazija fid-dinja kollha jkun aktar effettiv; huwa tal-fehma li politika barranija konsistenti tal-UE trid tagħti konsistenza assoluta lill-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, ladarba s-soċjetà demokratika, l-istat tad-dritt, u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali huma l-bażi għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet kollha dwar il-kooperazzjoni u s-sħubija strateġika bejn il-pajjiżi membri tal-UE u dawk li mhumiex; jemmen li l-istruttura istituzzjonali ġdida tal-UE, u b’mod partikulari s-SEAE, joffru opportunità għat-titjib tal-koerenza u l-effikaċja tal-UE f’dan il-qasam;

8.

Jistieden lir-RGħ/VP biex iżżomm l-impenji li ħadet għall-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-azzjoni esterna tal-UE, sabiex dawn ikunu riflessi fl-istruttura tas-SEAE u r-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu, sabiex is-Servizz il-ġdid ikun jista’ jiżgura li l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ikunu riflessi fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna, inklużi l-PKSD, l-Iżvilupp u l-Kummerċ;

9.

Hu tal-opinjoni li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għandhom jiġu żviluppati iżjed u mhux jitneħħew bil-mod il-mod, speċjalment biex ikopru pajjiżi u reġjuni fejn l-UE m’għandhiex missjoni diplomatika; iqis li huwa essenzjali li, minħabba l-importanza ta’ kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f’sitwazzjonijiet ta’ wara l-kunflitt, li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE kollha jkollhom mandat li jinkludi d-drittijiet ċivili u politiċi, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, id-drittijiet tan-nisa u t-tfal, il-Liġi Umanitarja Internazzjonali u l-ġustizzja internazzjonali, u li jsemmi speċifikament il-promozzjoni u l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; jenfasizza li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE huma l-punti fokali għall-gwida, il-ħila esperta u d-difiża interna u l-interlokuturi loġiċi għall-pajjiżi terzi u atturi oħra li mhumiex fl-UE; jilqa’ n-nomina ta’ mill-inqas individwu wieħed f’kull delegazzjoni tal-UE bħala persuna ta’ kuntatt li tmexxi l-koordinazzjoni, l-integrazzjoni u l-monitoraġġ, tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem;

10.

Jilqa’ d-disponibilità tar-RGħ/VP biex tagħmel rieżami mill-qiegħ tal-effikaċja tal-istrumenti kollha tal-UE f’dan il-qasam, mid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem sal-linji gwida tal-UE, mill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) sal-għajnuna bilaterali tal-UE u l-azzjonijiet tagħha fil-fora multilaterali, u biex tniedi proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ Strateġiji tal-Pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu d-drittijiet tal-bniedem kollha mħaddna fit-Trattati Internazzjonali u l-Konvenzjonijiet tan-NU, u jinkludu wkoll id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; jenfasizza d-determinazzjoni li jiżgura, u l-importanza tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-PE f’din il-konsultazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ organizzazzjonijiet fis-soċjetà ċivili li jkunu involuti f’din il-konsultazzjoni;

11.

Jaqbel mal-fehma li tali Strateġiji għall-Pajjiż dwar id-drittijiet tal-Bniedem mitluba kemm-il darba mill-Parlament, jistgħu jsaħħu sostanzjalment il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-UE meta Strateġija għall-Pajjiż issir dokument ta’ referenza li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi tal-pajjiż sabiex ikunu integrati fil-politiki u l-istrumenti esterni relevanti kollha tal-UE;

12.

Jinsisti partikolarment fil-kuntest tar-rieżami, dwar l-importanza li ssir evalwazzjoni fil-fond tal-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li għandha tindirizza b’mod speċjali il-koerenza u l-effikaċja tal-mekkaniżmi eżistenti bħall-Pjanijiet ta’ Azzjoni, Rapporti dwar Progress, djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-proċess fit-teħid ta’ deċiżjoni fit-titjib tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi li mumiex fl-UE;

13.

Iqis il-ftehim ta’ qafas rivedut dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni bħala żvolta għall-Parlament fil-koperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni, iżda jiddispjaċih li l-Kunsill mhux parti mill-ftehim; jinsisti dwar il-ħtieġa li jittejbu t-trasparenza u l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet għad-dokumenti bejn l-istituzzjonijiet kollha tal-UE sabiex tkun żviluppata kooperazzjoni u koerenza interistituzzjonali iktar effettiva;

14.

Ifakkar li l-iżvilupp ta’ politika barranija koerenti tal-UE hu essenzjali jekk l-Unjoni trid li jkollha rwol sinifikanti u kostruttiv fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jistieden lill-Istati Membri juru impenn sod u rieda politika biex isegwu dan il-għan;

15.

Jenfasizza li trid tingħata prijorità akbar għat-titjib tal-kapaċità tal-UE li tirrispondi malajr għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi mhux fl-UE, speċjalment meta trid turi l-appoġġ tagħha għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-periklu, kif ukoll għal vjolazzjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem minn kumpaniji bbażati fl-UE f’pajjiżi li mhumiex fl-UE, billi jelaboraw programmi strateġiċi ta’ azzjoni;

16.

Jirrikonoxxi li organizzazzjonijiet mhux governattivi huma essenzjali għall-iżvilupp u s-suċċess ta’ soċjetajiet demokratiċi, għall-promozzjoni tal-ftehim u tat-tolleranza reċiproka, kif ukoll biex jingħata bidu u jiġu sostnuti l-prijoritajiet ta’ politika li tista’ titwettaq u soluzzjonijiet komuni għall-isfidi tal-iżvilupp demokratiku;

Ir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja

17.

Jenfasizza l-importanza tar-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE, b’mod partikolari bil-għan taż-żieda tal-viżibilità ta’ kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem b’mod ġenerali; jenfasizza wkoll id-dritt tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-azzjoni li tkun twettqet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem mill-Kummissjoni u l-Kunsill; jitlob li l-Parlament Ewropew jinvolvi ruħu bis-sħiħ fit-tfassil ta’ ċerti partijiet ta’ Rapporti Annwali futuri fir-rigward tal-attivitajiet tal-Parlament innifsu b’relazzjoni mad-drittijiet tal-bniedem, li jirriflettu l-prattika ta’ xi presidenzi passati;

18.

Jilqa’ l-preżentazzjoni lill-Parlament mir-RGħ/VP tar-rapport annwali tal-UE, u l-perjodu ta’ rappurtar il-ġdid ibbażat fuq is-sena tal-kalendarju, li jagħti lill-Parlament l-opportunità li jiddedika l-plenarja ta’ Diċembru lid-drittijiet tal-bniedem, bl-għoti tal-Premju annwali Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb u d-diskussjoni tar-rapport annwali tal-PE dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni;

19.

Jitlob lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu sforzi akbar sabiex iqassmu iktar ir-rapport annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u biex jiżguraw li dan ikun disponibbli għal kemm jista’ jkun qarrejja, speċjalment lil dawk involuti fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija madwar id-dinja kollha; jitlob ukoll li jsiru kampanji ta’ informazzjoni pubblika immirati biex jgħollu l-profil tal-UE f’dan il-qasam; jirrikonoxxi li fl-edizzjoni attwali sar progress f’termini ta’ preżentazzjoni iktar ċara;

20.

Itenni t-talba tiegħu li għandha tkun provduta informazzjoni addizzjonali u aħjar mill-Kunsill, il-Kummissjoni u d-delegazzjonijiet u l-ambaxxati tal-UE fuq il-post għall-evalwazzjoni ta’ politiki u li linji gwida speċifiċi għandhom ikunu definiti u proposti għat-titjib tal-approċċ ġenerali, għall-minimizzazzjoni kemm jista’ jkun ta’ kwalunkwe kontradizzjoni u għall-aġġustament tal-prijoritajiet tal-politika fuq bażi ta’ kunsiderazzjoni għal kull pajjiż individwali, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ strateġiji dwar id-drittijiet tal-bniedem għal pajjiżikif definit fil-programm tas-SEAE; iqis li l-kwistjoni tat-trasparenza trid tkun il-qofol tal-azzjonijiet tal-UE fl-azzjonijiet tagħha, b’aċċess akbar għall-aġendi u d-dokumenti fejn id-drittijiet tal-bniedem jiġu diskussi speċifikament ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;

21.

Itenni s-sejħa tiegħu għal evalwazzjoni regolari tal-użu u r-riżultati tal-politiki, tal-istrumenti, l-inizjattivi u d-djalogi tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi mhux membri tal-UE u biex ir-riżultati jinqasmu kompletament mal-Parlament; jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiżviluppaw indiċijiet u punti ta’ referenza speċifiċi u li jistgħu jiġu kwantifikati sabiex titkejjel l-effettività ta’ dawk il-linji politiċi;

L-attivitajiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem f’fora internazzjonali

22.

Jenfasizza l-adeżjoni futura tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bħala opportunità biex din tagħti prova tal-impenn tagħha fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa u barra l-fruntieri tagħha; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jagħtu l-appoġġ tagħhom u jimpenjaw liċ-ċittadini tagħhom għal dan;

23.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippromwovu kemm jista’ jkun ġewwa u barra l-Unjoni, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bil-għan ukoll li l-poplu jiġi edukat dwar l-eżistenza tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li wieħed jista’ jirrikorri għaliha biex jiġu indirizzati u kkoreġuti l-vjolazzjonijiet li jsofri Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa jew iċ-ċittadini tiegħu;

24.

Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli tiżgura li s-SEAE jkun integrat u kkoordinat sew ma’ korpi internazzjonali u organizzazzjonijiet reġjonali oħra u x-xogħol tagħhom fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lir-Rapprezentant Għoli biex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet, it-tħassib u l-prijoritajiet espressi minn ġewwa u mis-sistema tan-NU, mill-Kunsill tal-Ewropa, l-OSCE u istituzzjonijiet internazzjonali oħra jkunu kompletament u sistematikament integrati fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE, u partikolarment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

25.

Jinnota b’dispjaċir kemm miexi bil-mod il-proċess tal-eżami tal-kawżi fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn kien hemm kawżi li damu għaddejjin anke seba’ snin; jinnota li hemm madwar 100 000 kawża pendenti fil-Qorti; jenfasizza li l-Qorti trid tkun istituzzjoni eżemplari għall-protezzjoni tad-dritt għall-ġustizzja u proċess ġust; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu kull sforz sabiex jgħinu lill-Qorti; jilqa’ l-fatt li r-Russja, li kienet l-aħħar pajjiż minn 47 stat parteċipanti fil-Kunsill tal-Ewropa li rrifjutaw li jirratifikaw il-Protokoll 14, irratifikat il-Protokoll 14 għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, dwar l-effiċjenza tal-Qorti, li jagħmel dispożizzjoni għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-Qorti u għandu l-intenzjoni li jgħina tittratta l-każijiet li għadhom b’lura u li jistgħu jidħlu biss fis-seħħ meta jkunu rratifikati mill-membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa;

26.

Jistieden li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżgurar tar-rispett tagħhom, inklużi d-drittijiet ekonomiċi u soċjali, u d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-individwi LGBTI u difensuri tad-drittijiet LGBTI, u fl-iżgurar li l-vittmi ta’ diskriminazzjoni jkunu konxji dwar rimedji legali effettivi quddiem awtorità nazzjonali kontra d-diskriminazzjoni u li jkollhom aċċess għalihom, u wkoll fil-protezzjoni tal-lingwi reġjonali u tal-minoranzi, bl-użu tal-għodod legali ta’ non-diskriminazzjoni u organizzazzjonijiet eżistenti għad-drittijiet soċjali biex jaħdmu favur id-diversità u t-tolleranza;

27.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jiffirmaw, u jirratifikaw, il-konvenzjonijiet fundamentali kollha tan-NU u tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom, b’mod partikolari l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u l-Familji tagħhom, tal-1990, il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni tat-13 ta’ Settembru 2007, id-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-1998 dwar il-Prinċipji Fundamentali u Drittijiet fuq ix-Xogħol, il-konvenzjoni ta’ qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-ħarsien tal-minoranzi nazzjonali, il-Karta Ewropea għal-lingwi Reġjonali jew tal-Minoranzi, il-Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Protokolli Fakultattivi għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltajiet; jinsisti li l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni għandu jitqies bħala parti integrali tal-Konvenzjoni, u jitlob li jkun hemm adeżjoni simultanja għalih (Konvenzjoni u Protokoll) (15);

28.

Jenfasizza l-fatt li d-definizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem adottati mill-komunità internazzjonali mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija taw prova li kienu flessibbli biżżejjed biex jinkludu żviluppi ġodda fil-progress tal-bniedem, iżda jisħaq fuq il-bżonn li jiġu kkodifikati drittijiet ġodda biex jilqgħu għat-theddid ġdid għal-libertà, bħal dawk dwar il-libertà tax-xjenza, il-kuxjenza u l-għarfien, l-identità tas-sess jew l-orjentazzjoni sesswali u d-drittijiet kollha dwar id-dominju diġitali, mill-aċċess univerali għall-internet;

29.

Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tar-razzjonalizzazzjoni u, jekk ikun possibbli, tal-koordinazzjoni tal-korpi internazzjonali li għandhom ġurisdizzjoni fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-proċeduri tagħhom, bil-għan li joffru dejjem promozzjoni u difiża iktar effettivi tad-drittijiet fundamentali kif stipulati fl-istrumenti internazzjonali relatati;

30.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ li tingħata attenzjoni aktar serja lid-diversi mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-NU u għal koperazzjoni aktar mill-qrib mal-korpi tat-trattati differenti tagħhom sabiex jidderieġu aħjar is-sejbiet tagħhom u jużaw il-ħila esperta tagħhom fil-kamp;

31.

Jilqa’ l-isforzi tal-UE fit-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (dwar kwistjonijiet Soċjali, Umanitarji u Kulturali) dwar numru kbir ta’ riżoluzzjonijiet, b’mod partikulari l-appell għal moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt, fejn żdied in-numru ta’ pajjiżi li qed jappoġġawh, dwar id-drittijiet tat-tfal, dwar l-intolleranza reliġjuża u dwar is-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f’Burma/il-Mjanmar u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK);

32.

Jilqa’ l-ftuħ tal-ewwel Uffiċċju Reġjonali Ewropew tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fi Brussell f’Ottubru 2009; jissuġġerixxi li tiġi stabbilita koperazzjoni effikaċi mal-Kummissarju Għoli biex jiġu promossi u segwiti aħjar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ standards u politiki tad-drittijiet tal-bniedem fl-EU u fil-bqija tal-Ewropa;

33.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiddefinixxu strateġja vis-à-vis l-pajjiżi li jirrifjutaw li jikkoperaw b’mod sħiħ mal-mekkaniżmi tan-NU u li jippermettu aċċess għall-esperti indipendenti u r-Rapporteurs Speċjali tan-NU, li permezz tagħha dawn jagħtuhom aċċess sħiħ għat-territorju tagħhom u jżommu lura milli jxekkluhom f’ xogħolhom;

34.

Jiddispjaċih għad-dgħjufija tal-politika u l-imġiba tal-UE lejn il-ġunta ta’ Burma, u jenfasizza li l-attitudni attwali mhix tgħin fil-ġlieda kontra s-sitwazzjoni traġika politika, soċjali u umanitarja li fiha qed jiġi mġiegħel jgħix il-poplu ta’ Burma mindu bdiet il-ħakma militari u hemm sogru li din l-attitudni tidher qisha forma ta’ ipplakar tad-dittatorjat;

35.

Jilqa’ l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għal inizjattivi li jinkoraġġixxu fin-Nazzjonijiet Uniti u f’fora internazzjonali oħrajn id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità; jappella għall-appoġġ kontinwu tal-Unjoni Ewropea għal inizjattivi li jikkundannaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem b’relazzjoni mal-orjentazzjoni sesswali u l-identità sesswali fil-fora internazzjonali kollha, b’koordinazzjoni ma’ stati li jaħsbuha l-istess; jenfasizza li l-politika tal-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja, inkluża dik tal-Unjoni, fir-rigward tal-lesbjani, l-omosesswali, il-persuni bisesswali, transesswali u transġeneru hija diskriminatorja u tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem; jitlob għaldaqstant lill-Istati Membri u lill-Unjoni jirrimedjaw din is-sitwazzjoni u jiżguraw l-ugwaljanza fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u għall-kura inklużi l-operazzjonijiet li jagħmlu dawn il-persuni; jitlob attenzjoni partikolari min-naħa tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari permezz ta’ politika ta’ akkoljenza, li għandha tingħata liċ-ċittadini minn pajjiżi terzi vittmi ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u s-sess tagħhom;

36.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jippromwovu leġittimazzjoni uffiċjali u ġudizzjarja tat-terminu “refuġjat tal-klima” (maħsub biex jiddeskrivi nies imġegħlin jaħarbu minn djarhom u jfittxu kenn barra pajjiżhom minħabba t-tibdil fil-klima), li għadu mhux rikonoxxut fil-liġi internazzjonali jew f’xi ftehim internazzjonali li jorbot legalment;

37.

Jappella għal koperazzjoni msaħħa bejn in-Nazzjonijiet Uniti, il-Forum Permanenti tagħha dwar il-Popli Indiġeni u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni, billi popli indiġeni jappartjenu għal wieħed mill-aktar gruppi vulnerabbli madwar id-dinja kollha;

Il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC)

38.

Jenfasizza r-rwol tal-UNHRC fi ħdan l-arkitettura ġenerali tan-NU u l-potenzjal tiegħu li jiżviluppa qafas siewi għall-isforzi multilaterali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea; jinnota li dan il-korp il-ġdid għandu jkompli jirsisti biex jopera skont l-ogħla standards u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun biex jikseb aktar kredibilità;

39.

Jenfasizza li l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili hija indispensabbli għall-effiċjenza tal-UNHRC;

40.

Jilqa’ bil-qalb il-fatt li l-amministrazzjoni attwali tal-Istati Uniti qed tipprova tinvolvi iktar ruħha man-NU u ħadet siġġu fil-UNHRC għall-perjodu mill-2009 sal-2012; jirrikonoxxi li s-sħubija tal-Istati Uniti ssaħħaħ il-kredibilità u l-kapaċità tal-UNHRC; jitlob lill-UE biex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti, partikolarment f’termini ta’ skambju ta’ esperjenzi ta’ djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem;

41.

Ifakkar li fl-2011 il-UNHRC se jkollu rieżami kbir tal-proċeduri tiegħu, u jappella lill-UE biex tipprepara għal dan ir-rieżami u tipparteċipa attivament fih;

42.

Jenfasizza r-rwol importanti tar-Rieżamijiet Perjodiċi Universali (UPR), u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, b’mod partikulari, lis-SEAE l-ġdid biex isegwu mill-qrib u jimmonitorjaw l-impenji li jittieħdu waqt ir-Rieżami Perjodiku Universali u biex, fil-kuntest tar-rieżami tal-UNHRC, jagħmlu l-UPR iktar effikaċi u biex jagħtu aktar importanza lill-għarfien espert indipendenti;

43.

Jappoġġa bil-qawwa l-isforzi tal-UE biex tevita kwalunkwe parzjalità u manipulazzjoni tal-UPRs; f’dan il-kuntest, jiddeplora bil-qawwa r-riżultat tas-sessjoni ta’ Frar 2009, li batiet ħafna minn tfixkil proċedurali qawwi u tentattivi ta’ manipulazzjoni tal-proċess matul il-proċes ta’ rieżami;

44.

Jistieden lir-RGħ/VP biex iżżur l-UNHRC regolarment u biex tiżgura personalment li jkun hemm l-eqreb rabtiet possibbli bejn il-UNHRC u s-SEAE fil-livelli kollha; jinkoraġġixxi s-sezzjoni futura tas-SEAE dwar id-drittijiet tal-bniedem biex twaqqaf kuntatt ta’ xogħol mill-qrib mal-UNHRC; jappella għal djalogu koordinat ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE dwar il-pożizzjonijiet meħuda fil-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem mhux biss f’ Ġinevra u fid-Djalogi speċifiċi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, iżda wkoll bħalaparti integrali tad-diskussjonijiet bilaterali kollha tal-UE dwar il-koperazzjoni politika, kummerċjali u ta’ żvilupp ma’ dawn il-pajjiżi;

45.

Jinnota li l-Istati Membri tal-UE huma fil-minoranza fil-UNHRC; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex jieħdu azzjoni konċertata fl-iżvilupp ta’ alleanzi xierqa ma’ dawk il-pajjiżi u l-atturi mhux statali li qed ikomplu jiddefendu n-natura universali u indiviżibbli tad-drittijiet tal-bniedem;

46.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE jadottaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin (KAB) qabel kull Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u s-Sessjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, sabiex jistabbilixxu l-prijoritajiet u l-istrateġiji tal-UE;

47.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex isaħħu l-impenn tagħhom mal-gvernijiet demokratiċi jew gvernijiet li mixjin fit-triq tad-demokratizzazzjoni minn gruppi reġjonali oħrajn fi ħdan l-UNHRC, bil-għan li jtejbu ċ-ċans tas-suċċess ta’ inizjattivi mmirati lejn ir-rispett għall-prinċipji li jinsabu fl-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem; biex dan iseħħ, jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom b’mod iktar effettiv u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi rapport annwali dwar ix-xejriet tal-votazzjonijiet fin-NU rigward kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, li janalizza kif dawn ġew affettwati mill-politiki tal-UE u l-Istati Membri tagħha u dawk ta’ blokki oħrajn; itenni li d-Delegazzjoni tal-UE u l-Istati Membri tal-UE f’Ġinevra għandhom jagħtu prijorità akbar biex jinvolvu pajjiżi li mhumiex membri tal-UE fi stadju aktar bikri fid-diskussjonijiet, u tiġi evitata enfasi żejda dwar diskussjonijiet interni maħsubin biex jiksbu l-unità tal-UE bir-riskju li jittieħed approċċ tal-’anqas denominator komuni’;

48.

Jafferma mill-ġdid l-importanza vitali tal-proċeduri speċjali u l-mandati tal-pajjiżi fi ħdan l-UNHRC; jilqa’ l-mandat tematiku ġdid stabbilit fil-qasam tad-drittijiet kulturali, u jilqa’ l-estensjoni tal-mandati tematiċi dwar id-dritt għall-ikel, għal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin, u dwar persuni spustati internament; jilqa’ wkoll l-estensjoni tal-mandati dwar il-pajjiżi għall-Burundi, Ħaiti, il-Kambodja, is-Somalja, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK), il-Mjanmar u s-Sudan; jiddispjaċih li l-mandati għal-Liberja u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) ma kinux estiżi;

49.

Jilqa’ bil-qalb id-deċiżjoni tal-UNHRC tal-2008 li jestendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU lis-Segretarju Ġenerali dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati f’Diċembru tal-2009 taħt il-Presidenza Svediża li jilqgħu x-xogħol tar-Rappreżentant Speċjali; jappella lill-Istati Membri tal-UE biex ikomplu x-xogħol għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-mandat u l-qafas “Protect, Respect, Remedy” li għandu jiġi ppreżentat lill-UNHRC fl-2011;

50.

Jilqa’ s-sessjonijiet speċjali tal-UNHRC dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tar-RDK, dwar l-impatt tal-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji globali fuq ir-realizzazzjoni universali u t-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sri Lanka, u dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Territorji Palestinjani Okkupati u fil-Lvant ta’ Ġerusalemm; jiddispjaċih li matul it-12-il sessjoni tal-UNHRC fis-16 ta’ Ottubru 2009, l-Istati Membri tal-UE naqsu li jaslu għal pożizzjoni komuni rigward il-vot dwar ir-rapport Goldstone b’4 Stati Membri jivvutaw kontra, 2 jastjenu u 2 ikunu assenti waqt il-votazzjoni; jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet relevanti kollha tal-UE jiksbu koordinazzjoni ta’ politika eqreb fl-HRC u korpi oħra tan-NU; jenfasizza li r-rispett għal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal-liġi umanitarja internazzjonali mill-partijiet kollha u fiċ-ċirkostanzi kollha huwa prerekwiżit essenzjali għall-kisba ta’ paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani; iħeġġeġ liż-żewġ naħat, għaldaqstant, biex jikkonformaw mar-riżoluzzjonijiet tal-UNGA adottati fil-5 ta’ Novembru 2009 u s-26 ta’ Frar 2010 billi jagħmlu investigazzjonijiet li ta’ standards internazzjonali; jitlob lir-RGħ/VP biex tiżgura li dawk li kisru l-liġi internazzjonali jinżammu responsabbli skont l-obbligazzjoni tal-UE taħt il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u l-prijorità tal-UE fil-ġlieda kontra l-impunità;

51.

Jappoġġa l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR); jiddispjaċih li waqt l-10 sessjoni regolari f’Marzu 2009, minkejja l-oppożizzjoni tal-UE, ġiet adottata riżoluzzjoni bl-għan li tillimita l-indipendenza tal-OHCHR; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jipprovdu għajnuna finanzjarja addizzjonali lis-sistema ġenerali ta’ proċeduri speċjali tal-OHCHR, sabiex ikun żgurat li dawk kollha li għandhom il-mandat għall-proċeduri speċjali jkollhom biżżejjed riżorsi ħalli jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod xieraq;

Il-kooperazzjoni tal-UE mal-Qorti Kriminali Internazzjonali

52.

Itenni l-appoġġ qawwi għall-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-għan ewlieni tagħha fil-ġlieda kontra l-impunità għall-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità; jilqa’ l-fatt li r-ratifiki tal-Istatut ta’ Ruma mill-Bangladexx, is-Seychelles, Santa Luċija u l-Moldova f’Marzu, Awwissu u Ottubru tal-2010 tellgħu n-numru totali ta’ Stati Kontraenti għal 114; jenfasizza li l-Istatut ta’ Ruma tal-QKI kien irratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE bħala komponent essenzjali tal-prinċipji u l-valuri demokratiċi tal-Unjoni u għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jikkonformaw kompletament mal-Istatut bħala parti mill-acquis tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tal-universalità, u jistieden lis-SEAE, lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni biex ikomplu bl-isforzi vigorużi tagħhom biex jippromwovu r-ratifika universali tal-Istatut ta’ Ruma u l-ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali, u biex jeżaminaw mill-ġdid il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/PESK tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-2004 biex ikun hemm azzjoni ta’ segwitu għall-Pożizzjoni Komuni; jitlob li tali sforzi jkunu estiżi għall-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-QKI (APIC), għodda operazzjonali importanti għall-Qorti; jistieden ukoll lill-Istati Membri tal-UE biex jirrevedu u jaġġornaw il-Pożizzjoni Komuni u l-Pjan ta’Azzjoni dwar l-QKI sabiex isaħħu l-għajnuna effettiva mill-UE lill-QKI fid-dawl tal-iżviluppi, l-isfidi u l-ħtiġijiet attwali tal-Qorti, hekk kif il-mandati ta’ arrest mill-QKI u l-proċessi quddiemha jkomplu jiżdiedu fin-numru, kif ukoll biex jibdew diskussjonijiet dwar l-adozzjoni possibbli ta’ linji gwida tal-UE dwar il-ġustizzja internazzjonali/QKI;

53.

Iħeġġeġ bil-qawwa lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-QKI u l-koperazzjoni mal-Qorti waqt in-negozjati tat-tkabbir u l-proċessi ta’ adezjoni, kif ukoll waqt is-samits kollha tal-UE u fid-djalogi ma’ pajjiżi mhux membri tal-UE, inklużi inklużi l-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja, l-Unjoni Afrikana u l-Iżrael; iħeġġeġ b’mod partikulari lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-ġustizzja tkun element integrali fin-negozjati kollha għall-paċi; jistieden lis-SEAE biex isegwi b’mod sistematiku l-inklużjoni ta’ klawżola tal-QKI fi ftehimiet relatati ma’ pajjiżi mhux membri tal-UE; jistieden lir-Rappreżentant Għoli tiżgura li l-QKI tkun integrata fil-prijoritajiet kollha tal-politika barranija tal-UE u tkun inkluża fil-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, kif ikun xieraq u aktar minn hekk, tiżgura li l-istaff tas-SEAE jkun imħarreġ regolarment dwar il-QKI, kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-UE; jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex taħtar Mibgħut Speċjali dwar il-Ġustizzja Internazzjonali bil-mandat li jippromwovi, jintegra u jirrappreżenta l-impenn tal-UE fil-ġlieda kontra l-impunità u lejn il-QKI fil-politiki barranin kollha tal-UE;

54.

Jilqa’ l-eżekuzzjoni mill-Belġju tal-mandat ta’ arrest maħruġ mit-III Awla Preliminari tal-QKI kontra Jean Pierre Bemba, fit-3 ta’ Lulju 2008; jinnota bi tħassib kbir, madankollu, li tmien mandati ta’ arrest maħruġa mill-QKI, inklużi dawk kontra erba’ mexxejja għolja tal-Armata tar-Reżistenza tal-Mulej (ARL) fl-Uganda, Bosco Ntaganda fir-RDK, Ahmad Harun, Ali Kushayb u l-President Sudaniż Omar Hassan Ahmed Al-Bashir, għadhom ma ġewx esegwiti; jikkundanna n-nuqqas b’mod persistenti u r-rifjut tas-Sudan li jarresta u jittrasferixxi s-suspettati lill-QKI billi jibqa’ jinjora l-obbligi tiegħu skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1593 (2005); jinnota li fis-26 ta’ Mejju 2010 l-I Awla Preliminari tal-QKI infurmat lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mir-Repubblika tas-Sudan fil-każ kontra Harun u Kushayb; jesprimi tħassib kbir li żewġ Stati Kontraenti tal-QKI, iċ-Ċad u l-Kenja, reċentement stiednu u laqgħu lill-President Omar al-Bashir fit-territorji tagħhom minkejja l-obbligazzjoni tagħhom skont l-Istatut ta’ Ruma li jarrestawh u n-nuqqas tagħhom li jesegwixxu l-mandat ta’ arrest relevanti; jistieden li jibqa’ għaddej it-tiftix għall-akkużati li għadhom ma tressqux quddiem il-ġustizzja, u jenfasizza r-rwol li l-UE u l-QKI jista’ jkollhom biex jiżguraw li jsiru l-investigazzjonijiet dwar delitti possibbli tal-gwerra fi Sri Lanka u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

55.

Jilqa’ l-impenn tal-Istati Uniti u l-impenn imġedded mal-QKI, murija b’mod partikolari bil-parteċipazzjoni bħala tagħha osservatur fit-tminn sessjoni tal-Assemblea tal-Istati Kontraenti (ASK) fl-Aja f’Novembru 2009, kif ukoll fl-ewwel Konferenza ta’ Rieżami tal-Istatut ta’ Ruma f’Ġunju 2010; jinnota b’sodisfazzjon l-istqarrijiet promettenti dwar il-QKI mill-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti u l-wegħdiet tagħha ta’ koperazzjoni mal-Qorti li saru matul il-konferenza ta’ Rieżami; jistieden lill-Istati Uniti tal-Amerika jerġgħu jiffirmaw l-Istatut u jinvolvu aktar ruħhom fil-QKI, speċjalment billi tikkopera bis-sħiħ f’sitwazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ investigazzjoni jew analiżi preliminari min-naħa tal-QKI u billi jħejju politika komprensiva rigwrd il-QKI;

56.

Iħeġġeġ l-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE li jmiss biex tiddiskuti l-ġlieda kontra l-impunità fil-kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp u fid-djalogu politiku relevanti, kif imħeġġeġ f’diversi riżoluzzjonijiet u fl-Artikolu 11.6 tal-Ftehim rivedut ta’ Cotonou, bil-ħsieb li tiġi integrata l-ġlieda kontra l-impunità u jissaħħaħ l-istat tad-dritt fi programmi u azzjonijiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex ikomplu d-djalogu mal-Unjoni Afrikana dwar dawn il-kwistjonijiet u biex jagħtu appoġġ lill-Istati Kontraenti Afrikani biex ikomplu jirrispettaw l-obbligazzjonijiet tagħhom skont l-Istatut ta’ Ruma; jesprimi l-appoġġ għat-talba tal-Qorti biex tiftaħ uffiċċju ta’ kollegament mal-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa;

57.

Jinnota li l-koperazzjoni bejn l-Istati Kontraenti, l-istati firmatarji u l-Qorti, skont l-Artikolu 86 tal-Istatut ta’ Ruma tibqa’ essenzjali għall-effikaċja u s-suċċess tas-sistema internazzjonali tal-ġustizzja kriminali, partikolarment fir-rigward tal-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u tal-attivitajiet ġudizzjarji effikaċi u indipendenti tal-Qorti; jirrikonoxxi wkoll il-ftehim bejn il-QKI u l-UE dwar il-koperazzjoni u l-għajnuna u, b’kunsiderazzjoni għal dan il-ftehim, jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jipprovdu l-għajnuna meħtieġa kollha lill-Qorti, inkluż l-appoġġ fil-kamp fil-każijiet li għadhom għaddejjin u, partikolarment, għall-implimentazzjoni ta’ mandati ta’ arrest pendenti; iħeġġeġ ill-Istati Membri kollha tal-UE jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kooperazzjoni, b’konformità mad-IX Taqsima tal-Istatut ta’ Ruma, jekk għadhom m’għamlux hekk, u biex jikkonkludu tehimiet ad hoc mal-Qorti għall-infurzar tas-sentenzi tal-Qorti u l-protezzjoni u r-rilokazzjoni tal-vittmi u x-xhieda; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biexjinkludu l-koperazzjoni bħala punt permanenti fl-aġenda tal-Assemblea tal-Istati Kontraenti (ASK) u tal-QKI, sabiex ikun żgurat li l-aħjar prattiċi jinqasmu u li każijiet ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni jkunu diskussi miżuri xierqa meħuda mill-ASK;

58.

Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sistema internazzjonali tal-ġustizzja kriminali inġenerali u f’dar-rigward jinnota bi tħassib li Ratko Mladić u Goran Hadžić għadhom maħrubin u għadhom ma tressqux quddiem l-ICTY; f’dan il-kuntest, jitlob lill-awtoritajiet Serbi biex jiżguraw kooperazzjoni sħiħa mal-ICTY, li għandha twassal għall-arrest u t-trasferiment tal-bqija tal-akkużati kollha, sabiex titwitta t-triq għar-ratifika ta’ Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; jinnota l-ħtieġa għal appoġġ kontinwu, inkluż appoġġ finanzjarju, biex il-Qorti Speċjali għas-Sjerra Leone tkun tista’ ttemm il-proċessi li għaddejjin, inkluż kull proċess ta’ appell; jinnota wkoll il-progress fil-kooperazzjoni multilaterali għall-provvediment ta’ għarfien espert u għajnuna fejn l-identifikazzjoni, il-ġbir u l-preservazzjoni tal-informazzjoni tkun tista’ tgħin firxa wiesgħa ta’ għażliet ta’ ġustizzja internazzjonali u tranżizzjonali, partikolarment permezz tar-Rispons Rapidu tal-Ġustizzja (RRĠ), li fih jipparteċipaw aktar minn nofs l-Istati Membri tal-UE u jinkoraġġixxi l-appoġġ li hemm u li dejjem qed jikber għar-RRĠ;

Linji gwida tal-UE dwar id-drittjiet tal-bniedem

Il-piena tal-mewt

59.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni li tappella għal moratorju globali fuq l-użu tal-piena tal-mewt (Riżoluzzjoni 63/168) adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ Diċembru 2008; jenfasizza li r-riżoluzzjoni issa għandha 106 pajjiż li jivvutaw favuriha, fatt li jikkonferma l-konsolidazzjoni gradwali tal-opinjoni globali kontra l-piena tal-mewt;

60.

Jilqa’ d-deċiżjonijiet li jabolixxu l-piena tal-mewt fl-2009 mill-Burundi u t-Togo u mill-Istat Amerikan ta’ New Mexico; iħeġġeġ lill-Istati Uniti tabolixxi l-piena tal-mewt u jiddispjaċih mill-fatt li piena tal-mewt għadha tiġi implimentata f’35 mill-50 stat tal-USA;

61.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkoraġġixxu lil dawk il-pajjiżi li fadal li għadhom ma ffirmawx, ma rratifikatx jew ma implimentawx it-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), jew strumenti reġjonali simili, biex jagħmlu dan;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-produzzjoni u l-bejgħ tat-tiopental tas-sodju minn kumpaniji bbażati fl-UE huma permessi għal għanijiet mediċi biss u li kwalunkwe liċenzja għall-produzzjoni ta’ din id-droga trid timponi rekwiżiti ta’ tikkettar sabiex l-ippakkjar jindika li ma jistax jintuża biex jiġu amministrati injezzjonijiet li jikkaġunaw il-mewt, skont il-liġijiet nazzjonali u Ewropej li jipprojbixxu l-piena kapitali, it-tortura jew kwalunkwe trattament jew kastig krudil u inuman jew degradanti ieħor;

63.

Itenni li l-UE topponi l-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha inklużi l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji; ifakkar li l-UE hija d-donatur ewlieni lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jikkumbattu l-piena tal-mewt; jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tagħti prijorità lill-ġlieda kontra din il-piena krudili u inumana u biex tkompli żżommha bħala prijorità tematika fil-qafas tal-EIDHR u l-istrumenti ġeografiċi; iqis li sentenza ta’ għomor il-ħabs mingħajr il-possibilità li qatt priġunier jinħeles mhix alternattiva aċċettabbli għall-piena tal-mewt;

64.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi li għadhom jirrikorru għall-piena tal-mewt bit-tħaġġir biex jabolixxu mil-liġi tagħhom din il-piena inumana; iħeġġeġ lill-mexxejja Iranjani biex idaħħlu liġi li inekwivokament tipprojbixxi t-tħaġġir bħala piena legali, din hija l-aktar forma brutali tal-piena tal-mewt; jikkundanna l-fatt li diversi pajjiżi għadhom jikkundannaw għall-mewt u jiġġustizzjaw delinkwenti minorenni; jikkundanna l-użu tal-piena tal-mewt mir-reġim Iranjan, li jqiegħed lill-Iran fit-tieni pożizzjoni, wara ċ-Ċina, fil-klassifika tal-pajjiżi li għandhom l-ogħla għadd ta’ eżekuzzjonijiet; jikkundanna bil-qawwa l-għadd akbar ta’ eżekuzzjonijiet li segwa d-dimostrazzjonijiet paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-Iran f’Ġunju 2009; huwa mħasseb li ċ-Ċina xorta għadha twettaq l-akbar numru ta’ eżekuzzjonijiet fid-dinja u jitlob liċ-Ċina xxandar pubblikament il-figuri tal-eżekuzzjonijiet nazzjonali tagħha, sabiex ikun hemm analiżi trasparenti u dibattitu dwar il-piena tal-mewt; jilqa’ l-azzjoni pożittiva li ħadu l-awtoritajiet tal-Bjelorussja bit-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħidma biex jabbozza proposti dwar l-impożizzjoni ta’ moratorju fuq il-piena tal-mewt; għadu mħasseb dwar il-fatt li għadhom isiru l-eżekuzzjonijiet fil-Bjelorussja, li hija l-uniku pajjiż Ewropew li għadu juża l-piena tal-mewt, bla ma jagħtu informazzjoni lill-familji ta’ dawk iġġustizzjati dwar id-data tal-eżekuzzjoni jew fejn ikun indifen ġisimhom;

65.

Jinnota li hemm 32 ġurisdizzjoni fid-dinja b’liġijiet li jippermettu li l-piena tal-mewt tkun applikata għal delitti tad-droga; jinnota li l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi u l-Kriminalità (UNODC), il-Kummissjoni Ewropea u gvernijiet Ewropej individwali huma involuti b’mod attiv fil-finanzjament u/jew l-għoti ta’ assistenza teknika, appoġġ leġiżlattiv u għajnuna finanzjarja bl-għan tat-tisħiħ ta’ attivitajiet tal-ġlieda kontra d-droga fl-istati li għad għandhom il-piena tal-mewt għal delitti ta’ droga; huwa mħasseb li tali assistenza tista’ twassal għal iktar pieni tal-mewt u eżekuzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida li jirregolaw il-finanzjament internazzjonali għall-attivitajiet ta’ infurzar kontra d-droga fil-livell nazzjonali u reġjonali biex jiżguraw li programmi bħal dawn ma jirriżultawx fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem inkluża l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt; jenfasizza li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għal delitti relatati mad-droga għandha tkun kundizzjoni stabbilita minn qabel għall-assistenza finanzjarja, l-assistenza teknika, il-bini tal-kapaċità u appoġġ ieħor ta’ infurzar kontra d-droga;

66.

Huwa imħasseb li għadhom isiru eżekuzzjonijiet fil-Bjelarussja, li huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadu japplika l-piena tal-mewt; jappoġġja lill-awtoritajiet fit-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħidma biex ifassal proposti biex jiġi impost moratorju fuq il-piena tal-mewt;

67.

Jesprimi tħassib serju dwar l-abbozz ta’ Liġi Kontra l-Omosesswalità tal-2009 li attwalment qed jiġi kkunsidrat mill-parlament tal-Uganda, li jikkastiga l-appoġġ lil-lesbjani, lin-nies omosesswali jew bisesswali b’multi u priġunerija, u jikkastiga atti omosesswali konsenswali b’multi, priġunerija u l-piena tal-mewt; jappella lill-parlament tal-Uganda biex jiċħad dan l-abbozz u kull leġiżlazzjoni simili; jikkundanna l-kriminalizzazzjoni tal-omosesswalità fid-dinja kollha;

Drittijiet ta’ persuni LGBT

68.

Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li sofrew persuni lesbjani, omosesswali, bisesswali u transesswali madwar id-dinja kollha fl-2009, jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni min-naħa tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tas-Sett ta’ Għodod għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha mil-Lesbjani, l-Omosesswali, il-Bisesswali u l-Persuni Transesswali (LGBT); jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jimplimentaw għalkollox il-linji gwida inklużi fis-Sett ta’ Għodod;

Il-vjolenza kontra n-nisa

69.

Jinnota li l-programm tal-grupp ta’ Tliet Presidenzi ta’ Franza, ir-Repubblika Ċeka u l-Isvezja (Lulju 2008 - Diċembru 2009) ta prijorità lill-kwistjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u jitlob koerenza dwar il-prinċipji u l-politiki kemm barra u kemm ġewwa l-UE, inkluż rigward l-appoġġ għall-projbizzjoni tal-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota l-adozzjoni reċenti ta’ sett ġdid ta’ linji gwida dwar din il-kwistjoni u jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta r-riżultati tal-implimentazzjoni tiegħu lill-Parlament;

70.

Iqis l-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi b’referenza speċifika għall-kwistjoni tal-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili; itenni l-ħtieġa ta’ koerenza dwar il-politiki interni u esterni tal-UE dwar din il-kwistjoni partikolari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-UE biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili fil-qafas tad-djalogi politiċi u tal-politika ma’ pajjiżi sħab u l-partijiet ikkonċernati relevanti għal din il-kwistjoni sensittiva fil-kuntest nazzjonali, billi jużaw approċċ ta’ partiċipazzjoni u billi jinvolvu lill-komunitajiet affettwati; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jattivaw il-mezzi kollha politiċi u istituzzjonali sabiex jappoġġjaw l-inizjattivi immirati għall-adozzjoni mill-aktar fis possibbli ta’ riżoluzzjoni mill-UNGA li qed titlob moratorju fid-dinja kollha fuq il-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili;

71.

Iqis li l-vjolenza fuq in-nisa tiġi espressa wkoll b’mod psikoloġiku; jinnota li fl-ambjent tax-xogħol in-nisa għadhom imħallsa inqas meta mqabbla mal-irġiel u li hemm aktar nisa li għandhom impjiegi prekarji jew part-time; jenfasizza għaldaqstant li r-rwol tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f’dan il-qasam, kemm ġewwa kemm barra l-Unjoni Ewropea, ma jistax ikun limitat għall-ġlieda kontra l-vjolenza fis-sens strett tal-kelma, billi hemm bżonn jiġu miġġielda l-forom kollha ta’ vjolenza fuq in-nisa: fiżika, psikoloġika, soċjali u ekonomika, u li għandha tingħata prijorità lill-edukazzjoni mhux sessista għas-subien u l-bniet sa minn ċkunithom, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-isterjotipi bbażati fuq is-sess tal-persuna;

72.

Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni komprensiva tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325, 1820, 888 u 1889 li jappellaw għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-fażijiet kollha u fil-livelli kollha tar-riżoluzzjoni ta’ kunflitt u fil-protezzjoni tan-nisa u l-bniet minn vjolenza sesswali u diskriminazzjoni; jitlob lill-Istati Membri li għad m’għandhomx Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-implimentazzjoni tal- UNSCR 1325 biex jadottaw wieħed urġentement; jikkundanna bil-qawwa kollha l-istupru bħala strument tal-gwerra u l-istupru tal-massa kontinwu li qed isir fir-RD tal-Kongo; jitlob l-iżvelar sħiħ tal-inkapaċità tal-forza għaż-żamma tal-paċi MONUSCO biex twaqqaf l-istupri tal-massa; u jħeġġeġ lir-RGħ/VP, biex permezz tal-EUSEC u l-EUPOL fir-RDK, tagħmel inkjesta u tirrapporta lill-PE dwar il-kumpaniji jew entitajiet Kongoliżi u internazzjonali kollha involuti fl-industriji tal-estrazzjoni fir-RDK li jħallsu kwalunkwe grupp armat u persunal tas-sigurtà involuti fi stupri tal-massa bħal dawn u delitti sistematiċi oħra kontra n-nies ċivili;

73.

Jistieden lir-RGħ/VP biex iżżid in-numru ta’ impjegati li jaħdmu fuq kwistjonijiet tal-ġeneru fl-azzjoni esterna u biex toħloq strutturi apposta; jirrikonoxxi l-progress li sar fil-PSDK fiż-żewġ missjonijiet u fit-taħriġ tal-persunal;

74.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-diskriminazzjoni u l-vjolenza domestika abbażi ta’ sess li rabbew l-għeruq f’diversi pajjiżi, u jirrimarka li n-nisa li jgħixu f’żoni rurali huma b’mod partikolari grupp vulnerabbli; bl-istess mod huwa mħasseb serjament dwar il-każijiet ta’ vjolenza sesswali u r-rati għoljin ta’ stupru fuq in-nisa u l-bniet fl-Afrika t’Isfel, fejn l-investigazzjonijiet ikunu ħafna drabi inadegwati u ostakolati mill-preġudizzji rigward is-sessi, il-vittmi jħabbtu wiċċhom ma’ ħafna ostakli biex ikollhom aċċess għall-kura ta’ saħħithom u dewmien fil-forniment ta’ trattament mediku; jikkundanna bil-qawwa kollha l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet bħala problema kronika fil-Gwatemala u fil-Messiku;

75.

Huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet fl-Iran, fir-RDK u fl-Afganistan; jikkundanna l-ksur brutali tad-drittijiet tan-nisa fir-RDK, u jħeġġeġ il-komunità internazzjonali biex iżżid b’mod sinifikanti l-fondi immirati għall-isforzi biex jipproteġu lin-nisa mill-istupru u jenfasizza li għandha tingħata ħafna attenzjoni internazzjonali b’md urġenti lis-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet fir-RDK; Jikkundanna Liġi dwar l-Istatus Personali tax-Xiti adottata f’Marzu 2009, li tikser bl-ikrah id-drittijiet tan-nisa Afgani u tikkontradixxi l-Kostituzzjoni Afgana u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa’ l-emendi magħmula għal-liġi dwar il-’Kwistjonijiet Personali tas-Segwaċi tal-Ġurisprudenza Xita’ iżda jibqa’ mħasseb serjament dwar ċerti artikoli tal-liġi, li jikkontradixxu l-obbligi tal-Afganistan skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Afgani biex jieħdu azzjoni mingħajr dewmien sabiex itejbu l-qagħda tad-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż;

76.

Jinsisti li d-drittijiet tan-nisa jissemmew b’mod espliċitu fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u b’mod partikulari l-ġlieda u l-qerda tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inklużi, bl-iżjed mod prominenti, l-għażla tal-abort skont is-sess, il-forom kollha ta’ prattiki tradizzjonali u użanzi li jagħmlu ħsara, pereżempju l-mutilazzjoni tal-organi ġenitali femminili u ż-żwiġijiet bikrija jew sfurzati, il-forom kollha ta’ traffikar tal-bnedmin, il-vjolenza domestika, il-qtil tan-nisa, l-isfruttament fuq il-post tax-xogħol u ekonomiku, u jinsisiti wkoll li l-invokazzjoni mill-istati ta’ kwalunkwe drawwa, tradizzjoni jew kunsiderazzjoni reliġjuża ta’ kwalunkwe tip sabiex jevadu d-dmir tagħhom li jeliminaw brutalità bħal din, tkun miċħuda; jenfasizza li l-isforzi biex jinqerdu l-forom kollha ta’ mutilazzjoni tal-organi ġenitali femminili għandhom ikunu intensifikati kemm fil-livell bażiku kif ukoll matul il-proċess ta’ tfassil tal-politika, sabiex jiġi enfasizzat il-fatt li mutilazzjoni bħal din hija kemm kwistjoni ta’ sessi kif ukoll vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-integrità fiżika; jenfasizza s-sitwazzjoni tan-nisa żgħażagħ immigranti li, minħabba l-prinċipji ta’ ċerti komunitajiet, reliġjonijiet, jew unur tal-familja jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ trattament ħażin, qtil minħabba l-unur jew mutilazzjoni tal-ġenitali u li qed ikunu mċaħħdin mil-libertà tagħhom;

77.

Ifakkar fl-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, u jisħaq li l-aċċess għall-edukazzjoni u għas-saħħa huma drittijiet bażiċi tal-bniedem; jemmen li l-programmi għas-saħħa, inklużi dawk li jkopru s-saħħa sesswali u riproduttiva, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u d-drittijiet tat-tfal għandhom ikunu prominenti fil-politika għall-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem tal-UE, b’mod partikulari fejn il-vjolenza bbażata fuq is-sess hija mifruxa u fejn in-nisa u t-tfal jitpoġġew f’riskju ta’ HIV/AIDS, jew ma jingħatawx aċċess għall-informazzjoni, għall-prevenzjoni u/jew għall-kura; jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra d-drittijiet ċentrali tax-xogħol u l-aġenda ta’ xogħol deċenti fil-politika tagħha għall-iżvilupp, b’mod partikulari fil-programmi ta’ assistenza relatati mal-kummerċ;

78.

Jilqa' r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU tas-16 ta’ Ġunju 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem rigward il-mortalità u l-morbożità fost l-ommijiet, li jistgħu jiġu evitati u rigward id-drittijiet tal-bniedem, li titlob għal azzjoni urġenti b'konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju sabiex in-nisa ma jibqgħux imutu waqt it-tqala u l-ħlas, meta dan ikun jista' jiġi evitat; jinnota li r-riżoluzzjoni kienet sostnuta mill-Istati Membri tal-UE, u jistedinhom jippromwovu b'mod effettiv il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u t-tfajliet, b'mod partikolari d-drittijiet tagħhom għall-ħajja, għall-ugwaljanza fid-dinjità tagħhom, għall-edukazzjoni, id-dritt li jkunu liberi li jfittxu, li jirċievu u li jagħtu l-informazzjoni, u li jgawdu mill-ogħla livell ta’ saħħa mentali u fiżika possibbli, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva;

79.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu b’mod partikulari r-ratifika u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana tal-Protokoll tal-Unjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika;

It-tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor

80.

Jitlob għar-rikonoxximent ta’ abbużi tas-saħħa kontra pazjenti u individwi, b’mod partikolari dawk li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom, bħala trattament krudili, inuman u degradanti, waqt li jirrikonoxxi d-diffikultà li tinstab prova ta’ ċerti atti u għaldaqstant jitlob l-ogħla livell ta’ viġilanza;

81.

Jistieden ir-rikonoxximent li l-minoranzi bħall-gruppi indiġeni u persuni diskriminati minħabba l-kasta tagħhom huma vulnerabbli b’mod sproporzjonat u soġġetti għat-tortura;

82.

Jistieden lill-istati kollha li għandhom mhumiex, biex isiru stati kontraenti tal-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra u l-Protokoll Fakultattiv tagħha (OPCAT); iħeġġeġ lill-istati biex ineħħu r-riżervi li għamlu għal dawn l-istrumenti; jinkoraġġixxi lill-istati li ffirmaw l-OPCAT biex jimplimentaw aħjar u aktar malajr il-Mekkaniżmu Nazzjonali ta’ Prevenzjoni (NPM);

83.

Jinkoraġġixxi lill-istati madwar id-dinja biex jadottaw u jimplimentaw b’mod effettiv il-Manwal dwar Investigazzjoni Effettiva u d-Dokumentazzjoni tat-Tortura u Trattament jew Kastig Krudili, Inuman jew Degradanti, magħruf bħala l-Protokoll ta’ Istanbul (IP); jikkunsidra li l-IP huwa strument vitali biex jiġbor l-evidenza u jevita l-impunità; jinsab konvint li l-impunità ta’ dawk li jittorturaw tibqa’ ostaklu sinifikanti għall-prevenzjoni effettiva tat-tortura peress li tinkoraġġixxi b’mod impliċitu dawk li jagħmlu dawn l-atti biex ikomplu l-prattiki ta’ stmerrija tagħhom;

84.

Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida tal-UE kontra t-tortura u trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw ir-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ linji gwida bħal dawn, waqt li jagħtu attenzjoni speċjali lir-riżultati f’termini ta’ rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;

85.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex isegwu t-talbiet magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (16); jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta malajr kemm jista’ jkun reviżjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005;

86.

Jinsab partikolarment imħasseb dwar il-livell għoli ta’ korruzzjoni, kriminalità, persekuzzjoni politika, impunità, tortura u priġunerija ta’ membri tal-oppożizzjoni fil-Venezwela minħabba l-’politiċizzazzjoni’ tal-forzi tal-pulizija, in-nuqqas ta’ politiki u n-nuqqas ta’ kapaċità tal-gvern li jittratta dan it-theddid serju għad-drittijiet tal-bniedem;

87.

Jesprimi tħassib kbir dwar mewġa ġdida ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kontra persuni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom, u jikkundanna kull att ta’ vjolenza kontrihom; jinnota li qed jiżdied in-numru ta’ delitti ta’ persuni transġeneru madwar id-dinja kollha; jiddispjaċih tassew li f’bosta pajjiżi l-omosesswalità għadha meqjusa bħala delitt li ħaqqu l-ħabs u f’xi każijiet saħansitra l-mewt; jilqa’, f’dan ir-rigward, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema ta’ Delhi tat-2 ta’ Lulju 2009 li ddekriminalizzat l-omosesswalità fl-Indja, u jistieden pajjiżi oħra biex isegwu l- eżempju tagħha;

Id-drittijiet tat-Tfal

88.

Jiddeplora l-fatt li, skont l-istimi, madwar 215 miljun tifel u tifla huma vittmi tal-impjieg tat-tfal, li minnhom tliet kwarti jagħmlu l-agħar tipi ta’ xogħol tat-tfal (ċifri tal-ILO, 2009); jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar ix-xogħol mit-tfal u l-istudju relatat tal-Kummissjoni (SEC(2010)0037) li jappella għal approċċ ta’ politiki tal-UE komprensiv li jiffoka fuq l-iżvilupp u l-eradikazzjoni tal-faqar; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura monitoraġġ effettiv tal-progress f’dan il-qasam u tinkoraġġixxi flimkien mal-Istati Membri tal-UE l-implimentazzjoni tiegħu fid-djalogi mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;

89.

Ifakkar fis-suċċess tal-11-il Forum UE-NGO dwar id-Drittijiet tal-Bniedem organizzat f’Lulju 2009 fi Stokkolma, taħt il-presidenza Svediża, dwar it-tema tal-ġlieda kontra l-vjolenza kontra t-tfal, u fl-appelli tiegħu biex titkompla l-ħidma legali għall-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ kastig korporali fil-kuntesti kollha, inkluża d-dar, għall-identifikazzjoni tal-aqwa prattiki u t-tagħlim mill-ġlieda kontra l-vjolenza kontra t-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ gwerra u ta’ wara l-gwerra, u biex tiżdied il-koerenza bejn l-azzjoni esterna tal-UE u l-politiki interni tal-UE/tal-Istati Membri dwar id-drittijiet tat-tfal;

90.

Jesprimi tħassib kbir għall-fatt li miljuni ta’ tfal għadhom vittmi ta’ stupru, vjolenza domestika, u abbuż fiżiku, emozzjonali u sesswali, inkluż l-isfruttament sesswali u ekonomiku; jenfasizza li d-drittijiet kollha rikonoxxuti mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-protokolli fakultattivi tagħha huma ta’ importanza indaqs u jappella għar-ratifika sħiħa u l-implimentazzjoni tal-obbligi, kif ukoll għal attenzjoni partikolari għall-forom ġodda ta’ sfruttament sesswali kummerċjali tat-tfal;

91.

Huwa profondament imħasseb li l-Ewropa tal-Lvant u l-Ażja Ċentrali għadhom jiffaċċjaw żidiet b'pass mgħaġġel fl-infezzjonijiet tal-HIV fost l-irġiel, nisa u tfal; jinnota bi tħassib li l-aċċess għat-trattament antiretrovirali għandu fost l-aktar baxx fid-dinja; jinnota bi tħassib li l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni li jivvjolaw il-jeddijiet bażiċi u d-dinjità tat-tfal milqutin bl-HIV qed ixekklu l-progress ulterjuri fil-prevenzjoni, il-kura u l-appoġġ; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra r-riformi fil-politika, ċaqliq programmatiku u riallokazzjoni tar-riżorsi ħalli tħares il-jeddijiet u d-dinjità tat-tfal u ż-żgħażagħ li huma vulnerabbli, jinsabu f’riskju u qed jgħixu mal-HIV jew huma milqutin bih;

92.

Jitlob li jiddaħħlu b’urġenza miżuri addizzjonali tal-UE kontra l-impjieg tat-tfal, u jitlob lill-UE biex tapplika b’mod aktar effiċjenti l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha billi tinkorporahom fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-UE biex timplimenta b’mod effettiv il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal u biex tistudja l-possibbiltà li tadotta linji gwida dwar il-ġlieda kontra l-impjieg tat-tfal; ifakkar li anke l-politika kummerċjali tal-UE jista’ jkollha rwol utli fil-ġlieda kontra l-impjieg tat-tfal, l-iktar permezz tal-użu tal-inċentivi SPĠ+; jittama li fil-futur din l-għodda tiġi evalwata aħjar u tkun suġġetta għal evalwazzjoni annwali sottomessa lill-Parlament Ewropew fl-okkażjoni tad-dibattitu annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

93.

Jinnota li l-2009 mmarkat l-20 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jinnota b’sodisfazzjon li l-adeżjoni għall-Konvenzjoni hija issa kważi universali, u jħeġġeġ lill-pajjiżi li għadhom ma’ ngħaqdux mal-Konvenzjoni biex jagħmlu dan mingħajr dewmien; għadu mħasseb ħafna li għadhom jinkisru ħafna mid-drittijiet involuti; jappella għal żieda fl-attenzjoni mogħtija għall-ħtiġijiet tat-tfal għas-salvagwardji u l-kura speċjali, inkluża l-protezzjoni legali xierqa, kemm qabel u kemm wara t-twelid, kif previst kemm mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u kemm mid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal; jilqa’ wkoll l-ħatra tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Vjolenza Kontra t-Tfal, u jissottolinja l-importanza tal-mandat;

94.

Jesprimi tħassib kbir dwar it-tfal involuti f’kunflitti armati jew affettwati minnhom, jew saħansitra mġiegħla jipparteċipaw fihom attivament; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex isaħħu l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati; jilqa’ r-riżoluzzjoni l-ġdida tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1882 (2009), li tkompli ssaħħaħ il-protezzjoni tat-tfal involuti f’kunflitti armati, u affettwati minnhom;

95.

Jesprimi tħassib kbir dwar l-użu tat-tfal bħala suldati; jappella għal passi immedjati meħuda mill-UE u n-NU għad-diżarm, ir-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom;

Difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

96.

Jilqa’ l-azzjonijiet meħuda biex jimplimentaw ir-rieżami u t-titjib tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem kif riveduti fl-2008; jinnota l-iżvilupp ta’ aktar minn 60 istrateġiji ta’ implimentazzjoni lokali u l-ħatra tal-uffiċjali ta’ kollegament rilevanti; jibqa’ mħasseb, b’mod partikulari min-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE mid-Delegazzjonijiet tal-UE, jistieden lis-SEAE biex jiżviluppa pjan ta’ implimentazzjoni b’indikaturi u skadenzi ċari sabiex ikompli l-progress lejn implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida, u jitlob il-lista ta’ dawn l-istrateġiji lokali; jistieden lis-SEAE, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iżidu l-kuxjenza tal-Linji Gwida fors id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-dilpomatiċi tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi li mhumiex membri tal-UE; jistieden lill-missjonijiet tal-UE biex iżommu kuntatti regolari mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qabel jieħdu azzjoni f’isimhom u jipprovdulhom rispons; jenfasizza li matul il-proċess ta’ abbozzar ta’ strateġiji ta’ implimentazzjoni lokali, firxa wiesgħa ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu kemm fl-ambjenti urbani u f’dawk rurali dwar id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali kif ukoll dwar id-drittijiet ċiviċi u politiċi għandhom jiġu kkonsultati; jinnota li l-istrateġiji tal-implimentazzjoni lokali għandhom jinkludu aġenda konkreta ta’ miżuri li għandhom jittieħdu biex itejbu l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u li l-impatt ta’ dawn l-istrateġiji għandu jiġi evalwat wara perjodu ta’ żmien raġonevoli; jappella f’dan ir-rigward għal evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-assistenza u tal-miżuri meħuda mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jappoġġjaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem skont l-EIDHR;

97.

Jistieden lir-RGħ/VP biex tagħti prijorità lil implimentazzjoni aktar effettiva tal-għodda u l-mekkaniżmi eżistenti għal protezzjoni koerenti u sistematika tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea, jistieden ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissarji kollha b’responsabiltajiet fil-qasam tar-Relazzjonijiet Esterni biex jistituzzjonalizzaw politika fejn jiltaqgħu sistematikament mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem meta jivvjaġġaw uffiċjalment f’pajjiżi terzi, u jenfasizza li l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandu jiġi inkluż ukoll b’mod imperattiv fil-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE; jenfasizza li kemm ir-Rappreżentant Għoli u kemm ir-Rappreżentanti Speċjali se jinżammu responsabbli mill-Parlament Ewropew għall-azzjoni tagħhom f’dan ir-rigward;

98.

Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-miżuri proposti mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, adottata f’Ġunju 2010, b’enfasi fuq il-miżuri mmirati biex jipprovdu assistenza fil-pront għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-riskju, bħall-viżi tal-emerġenza u l-kenn, u dawk li jimplikaw appoġġ pubbliku u rikonoxximent viżibbli tax-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b’perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-linji gwida favur id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u gruppi oħra partikolarment vulnerabbli, bħad-difensuri li jaħdmu biex jippromwovu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u dawk li jaħdmu mad-drittijiet tal-minoranzi u persuni indiġeni; jistieden lir-Rgħ/VP biex tagħmel pressjoni għall-implimentazzjoni tal-programm Shelter Cities, li jipprovdi kenn għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-ibliet Ewropej;

99.

Jistieden, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona u t-twaqqif tas-SEAE, lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jifehm li l-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ dan it-tip jista’ jkun iffaċilitat permezz tal-istabbiliment ta’ punti fokali u linji gwida espliċiti għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE u bl-iżvilupp ta’ kooperazzjoni iktar mill-qrib, bil-punti fokali għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dawk responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-missjonijiet u d-delegazzjonijiet tal-UE; jistieden lis-SEAE biex jistabbilixxi bażi ta’ data statistika dwar każijiet fejn id-delegazzjonijiet tal-UE jipprovdu assistenza għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jevalwa l-effettività tal-linji gwida, u jirrapporta lura lill-PE dwar ir-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet;

100.

Jirrikonoxxi l-konklużjonijiet fil-ħafna rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem li d-difensuri tad-drittijiet umani, filwaqt li jagħtu kontribut prezzjuż għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b’riskju tas-sigurtà personali tagħhom stess, qed isofru attakki dejjem aktar qawwija f’diversi forom, bħal attakki fuq il-libertà tal-kuxjenza, tar-reliġjon, tal-espressjoni jew assoċjazzjoni, attakki u qtil ta’ persuni rilevanti, arresti arbitrarji, proċessi inġusti u l-għeluq tal-uffiċċji ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jappella lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni biex jaħdmu għall-prevenzjoni ta’ attakki bħal dawn b’koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi kkonċernati, filwaqt li joqogħdu attenti sabiex ma jesponux għall-periklu lill-persunal ta’ dawn l-organizzazzjonijiet lil min jappoġġjahom;

101.

Jibqa’ viġilanti vis-à-vis gvernijiet ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE li jużaw l-adozzjoni ta’ liġijiet kontroversjali biex jirregolaw l-NGOs bħala tentattiv biex isikktu l-moviment tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-hekk imsejħa “Proklama dwar Karitajiet u Assoċjazzjonijiet”, li għaddiet mill-Parlament Etjopjan f’Jannar 2009, li tipprojbixxi prattikament kull attività tad-drittijiet tal-bniedem;

102.

Jikkundanna l-fatt li f’bosta pajjiżi, l-attakki u t-theddid anonimu kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma komuni, il-ġurnalisti, b’mod partikolari dawk li jkopru l-korruzzjoni u t-traffikar tad-drogi jiffaċċjaw theddid u attakki minħabba xogħolhom;

103.

Jesprimi d-dispjaċir kbir tiegħu għall-qtil ta’, fost oħrajn, Stanislav Markelov, Anastasia Baburova u Natalya Estemirova fir-Russja, u ta’ André Rwisereka u Jean Leonard Rugambage fir-Rwanda, id-detenzjoni arbitrarja ta’ Roxana Saberi u Abdolfattah Soltani fl-Iran, id-detenzjoni kontinwa u n-nuqqas ta’ aċċess adegwat għall-kura tas-saħħa li għalihom ġie sottomess fiċ-Ċina Hu Jia, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov fl-2008, li kollha seħħew matul il-perjodu ta’ rappurtar; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jiċċaraw bla dewmien is-sitwazzjoni tal-avukat prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, is-Sur Gao Zhisheng, li għeb fl-4 ta’ Frar 2009, u biex jiftħu investigazzjoni kompletament indipendenti u trasparenti dwar l-għajbien tiegħu;

104.

Jikkundanna d-detenzjoni u l-fastidju tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Saħrawi fit-territorju tas-Saħara tal-Punent ikkontrollat mill-Marokk, u jħeġġeġ lin-NU biex jinkludu l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-missjoni tan-NU għall-mandat tas-Saħara tal-Punent (MINURSO);

105.

Jinnota r-rilaxx tad-difensuri lokali tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba; jiddispjaċih ħafna għall-fatt li l-gvern Kuban jirrifjuta li jirrikonoxxi l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem bħala attività leġittima, u jiċħad l-istejtus legali lil gruppi lokali tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota bi tħassib li d-detenzjoni tad-difensuri lokali tad-drittijiet tal-bniedem hija wkoll ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-gvern ta’ Kuba biex ma jeżiljax il-priġunieri politiċi u biex jagħtihom il-libertà li jitilqu u jmorru lura Kuba mingħajr ma jiġu arrestati;

106.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Premju Nobel għall-Paċi biex jippremja lil Liu Xiaobo bil-Premju Nobel għall-Paċi tal-2010 għall-ġlieda twila u mhux vjolenti tiegħu għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fiċ-Ċina; iħeġġeġ il-gvern ta’ Pekin biexjeħles immedjatament u bla kundizzjonijiet lil Liu Xiaobo mid-detenzjoni u jirtira r-restrizzjonijiet fuq il-mara tiegħu Liu Xia;

107.

Jinsab ferm imħasseb mill-fatt li l-Iran fl-2008 u l-2009 kompla jrażżan difensuri indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u membri tas-soċjetà ċivili, u li għadu jsir, u anke żdied, il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna l-arrest arbitrarju, it-tortura u l-priġunerija ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minħabba xogħolhom, bl-akkuża ta’ “attivitajiet li jmorru kontra s-sigurtà nazzjonali”; jiddispjaċih dwar il-politika attwali tal-gvern diretta kontra l-għalliema u l-akkademiċi, li tipprojbixxi studenti milli jkollhom aċċess għal edukazzjoni ogħla, u jikkundanna l-persekuzzjoni u l-priġunerija ta’ attivisti studenti; jiddispjaċih dwar it-taqlib fit-tmiem tal-elezzjonijiet Presidenzjali tat-12 ta’ Ġunju 2009 u l-vjolenza użata mill-awtoritajiet Iranjani, li rriżultat fid-detenzjoni arbitrarja ta’ mill-inqas 400 persuna, rapporti ta’ qtil ta’ mill-inqas 40 persuna, ġurijiet tal-massa ta’ persuni akkużati b’reati kontra s-sigurtà nazzjonali, it-trattament ħażin u t-tortura li seħħu, u l-pieni tal-mewt mogħtija;

Klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem

108.

Jenfasizza l-importanza tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem flimkien mal-klawżoli demokratiċi, u mekkaniżmi effettivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim fil-politiki tal-kummerċ, inkluż is-sajd bejn l-UE u pajjiżi li mhumiex membri tal-UE; Jitlob, madankollu, għal darb’oħra li din il-klawżola tiġi akkumpanjata b’mekkaniżmu ta’ infurzar sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-prattika; jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ mill-qrib tar-rekord tad-drittijiet tal-bniedem ta’ pajjiżi li mhumiex membri fl-UE li għandhom relazzjonijiet kummerċjali mal-UE; jenfasizza li tali monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom jinkludu konsultazzjonijiet formali mas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-impatt ta’ dawn il-ftehimiet; jappella għall-istabbiliment ta’ sett ċar ta’ punti ta’ referenza għad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan il-qafas ta’ ftehimiet kummerċjali individwali biex jiġi żgurat li ż-żewġ partijiet ikollhom standard ċar u jifhmu eżattament liema sitwazzjonijiet u azzjonijiet jistgħu jinvokaw tali klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem;

109.

Jafferma l-prinċipju tal-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem, u jikkundanna t-tentattivi biex xi dritt jew bażi ta’ diskriminazzjoni jitqies bħala inqas importanti minn oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jirrispettaw il-prinċipju tal-indiviżibilità meta jinnegozjaw il-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;

110.

Jenfasizza li, bl-għan tar-ruispett tal-impenji internazzjonali tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, l-UE għandha tinkludi, filwaqt li tikkunsidra n-natura tal-ftehimiet u s-sitwazzjoni speċifika ta’ kull pajjiż sieħeb, klawżoli sistematiċi marbuta mad-demokrazija, mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll mal-istandards soċjali u ambjentali; iqis li dawn il-klawżoli għandhom jippermettu lill-Kummissjoni tissospendi tal-inqas temporanjament il-vantaġġi kummerċjali, inklużi dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles, jekk ikun hemm biżżejjed provi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem inklużi d-drittijiet relatati max-xogħol, fuq inizjattiva tagħha stess jew inkella fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Parlament Ewropew; iqis li f’kull każ l-UE għandha tindika b’mod ċar is-sanzjonijiet xierqa li jistgħu jiġu applikati għal pajjiżi li mhumiex membri tal-UE li jwettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u tapplikahom; itenni għal darb’oħra l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u b’mod partikolari lir-RGħ/VP tal-Kummissjoni, biex jagħmlu effettiva l-klawżola relatata mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali fis-seħħ u konsegwentement jistabbilixxu proċedura ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-klawżoli fl-ispirtu tal-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou;

111.

Jilqa’ l-użu tal-istudji tal-impatt dwar l-iżvilupp sostenibbli iżda jqis li dawn għandhom isiru wkoll ladarba l-ftehim jidħol fis-seħħ, u mhux biss ex-ante, sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni kontinwa;

112.

Jinnota l-funzjonament tar-reġim tal-SPĠ+ (Sistema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati); Jikkunsidra, madankollu, li din is-sistema li tagħti lill-pajjiżi benefiċċji kummerċjali konsiderevoli għal konformità mal-konvenzjonijiet u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tax-xogħol għandha tkun ikkontrollata iktar mill-qrib u b’mod trasparenti inkluż permezz tal-użu ta’ Evalwazzjonijiet tal-Impatti fuq id-Drittijiet tal-Bniedem dettaljati u konsultazzjonijiet miftuħa meta tingħata l-preferenza, u li l-preferenzi tal-kummerċ jingħataw biss lil pajjiżi li rratifikaw u effettivament implimentaw konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet soċjali - b’mod partikolari dwar ix-xogħol tal-tfal - u l-governanza tajba; jappella għal monitoraġġ imtejjeb tal-implimentazzjoni mas-soċjetà ċivili, it-trejdjunjins u l-komunitajiet, li jikkunsidra ir-riżultati pożittivi flimien mal-intoppi fl-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, ekonomiċi, kulturali u ambjentali; jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-ICCPR mill-Pakistan, li hu mistieden jipparteċipa fis-sistema SPĠ+;

113.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal regolament li jipprojbixxi l-importazzjoni fl-UE ta’ oġġetti prodotti permezz ta’ xogħol sfurzat, u b’mod partikolari xogħol tat-tfal, bi ksur tal-istandards bażiċi tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li tali regolament għandu jippermetti lill-UE tinvestiga każi speċifiċi;

114.

Jilqa’ l-inklużjoni ta’ klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Ftehim ta’ Sħubija ffirmat mill-UE u l-Indoneżja u fil-Ftehim għall-Istabilizzazzjoni u għall-Assoċjazzjoni mal-Albanija, li daħal fis-seħħ matul il-perjodu ta’ rappurtar, li jġib għal aktar minn 120 in-numru ta’ pajjiżi li aċċettaw l-inklużjoni ta’ din il-klawżola fi ftehimiet mal-UE;

115.

Jiddeplora s-segwitu dgħajjef tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem imdaħħla fil-Ftehim ta’ Cotonou u jħeġġeġ lir-RGħ/VP, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ minn dawk il-klawżoli biex jittrattaw b’mod estensiv il-problemi tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fi djalogi bilaterali u reġjonali ma’ pajjiżi sħab tal-AKP;

Il-promozzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fir-relazzjonijiet esterni

116.

Jilqa’ l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE (17) u l-adozzjoni tal-Aġenda tal-UE għal Azzjoni dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE bħala mezz għat-titjib tal-koerenza u l-effettività tal-appoġġ għad-demokrazija tal-UE;

117.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-aħħar ħalli permezz tal-inizjattivi u l-impenji finanzjarji neċessarji, tagħti segwitu bla dewmien għar-Rapport dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-2007 li fih il-Parlament ikkunsidra n-“n-nonvjolenza bħala l-aktar mezz xieraq biex jiġu żgurati l-eżerċizzju, id-difiża, il-promozzjoni u r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem” billi jemmen li “l-promozzjoni ta’ dan il-prinċipju għandu jikkostitwixxi objettiv prijoritarju fil-politika tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija ta’ l-Unjoni Ewropea”;

118.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra l-aġenda għal appoġġ għad-demokrazija b’mod aktar komplut fil-programmi ta’ azzjoni ta’ kull sena tal-istrumenti esterni tagħha, b’mod partikolari dawk tal-EIDHR, kif ukoll fil-papers ta’ strateġija reġjonali u tal-pajjiż, biex b’hekk waqt li dejjem tqis is-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiż u l-istrateġija reġjonali tal-UE;

119.

Jinnota r-Rapport tal-Amnesty International tal-2010 li jenfasizza t-tieni proċess ġudizzjarju li għaddej kontra Mikhail Khodorkovsky, li qabel kien il-mexxej tal-kumpanija taż-żejt YUKOS, u s-sieħeb tiegħu fin-negozju tiegħu Platon Lebedevi, bħala eżempju ta’ ġuri inġust fir-Russja; jistieden lill-Federazzjoni Russa biex tiżgura li jiġu rrispettati in-normi fundamentali ta’ proċess xieraq u d-drittijiet tal-bniedem fil-prosekuzzjoni ta’ dawn u tal-akkużati l-oħra kollha fis-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż;

120.

Iħeġġeġ l-awtoritajiet ġudizzjarji Russi biex ikomplu l-investigazzjoni dwar il-mewt ta’ tal-avukat Russu Sergey Magnitsky li seħħet nhar is-16 ta’ Novembru 2009; jiddeplora li dan il-każ għadu eżempju pendenti tan-nuqqasijiet gravi fis-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż; jiddispjaċih mis-sitwazzjoni li, filwaqt li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ħafna drabi huma soġġetti għal trattament u proċessi ħorox li jinjoraw il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Federazzjoni Russa (bħal ngħidu aħna l–Artikolu 72 tal-Kodiċi fil-każ kontra Oleg Orlov ta’ Memorial għal malafama), dawk ħatja at’ aggressjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-avukati indipendenti, u saħansitra tal-omiċidju tal-istess, ħafna drabi jibqgħu ma jiġux ikkastigati; jitlob lill-Kunsill, fl-assenza ta’ mossi pożittivi mill-awtoritajiet Russi li jibdew jikkoperaw u jinvestigaw il-każ ta’ Sergey Magnitsky, li jinsisti li l-awtoritajiet Russi jipproċedu kontra min hu responsabbli u jqis l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni tad-dħul fl-UE ta’ uffiċjali Russi involuti f’dan il-każ u jħeġġeġ l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE jikkoperaw fl-iffriżar tal-kontijiet tal-bank u l-assi l-oħra ta’ dawn l-uffiċjali Russi fil-Pajjiżi Membri kollha tal-UE;

121.

Jistieden lir-RGħ/VP tal-Kummissjoni biex tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem u l-bini tad-demokrazija jsiru effikaċement il-fil kunduttur fl-oqsma kollha tal-politika esterna; jinnota sadattant, u bi tħassib, li l-Kunsill għadu ma ħax nota formali ta’ kwalsiasi rapport ta’ segwitu f’dak li għandu x’jaqsam mal-konklużjonijiet aġġornati tal-Kunsill ta’ Novembru 2009 dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija fir-Relazzjoni Esterni tal-UE u l-Aġenda għal Azzjoni dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija, kuntrarjament għal dak li jintqal fil-konklużjonijiet imsemmijin tal-Kunsill;

Dritt Umanitarju Internazzjonali (IHL)

122.

Jilqa’ l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill f’Diċembru 2009 dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-IHL, fl-istess sena li kien iċċelebrat is-60 anniversarju tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra;

123.

Jinnota l-adozzjoni tal-Linji Gwida Aġġornati tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-IHL fl-2009; jistieden lill-Kunsill biex jintegra l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-IHL b’mod aktar effettiv mal-linji gwida oħra tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u sabiex itejjeb l-integrazzjoni tal-IHL fl-azzjoni esterna kollha tal-UE;

124.

Jilqa’ r-Rapport tal-Missjoni ta’ Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar il-Kunflitt fil-Ġeorġja (IIFFMCG – CEIIG) (magħruf bħala “r-Rapport Tagliavini”) maħruġ fit-30 ta’ Settembru 2009 u jappoġġja l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet ewlenin tiegħu skont il-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment il-ħtieġa li jkunu żgurati r-responsabilità u r-riparazzjoni għall-vjolazzjonijiet kollha li twettqu f’Awwissu 2008, u jistenna li l-informazzjoni estensiva tal-isfond ipprovduta mir-rapport tkun tista’ tintuża għal proċeduri legali fil-livell nazzjonali u internazzjonali sabiex fl-aħħar tkun żgurata r-responsabilità għad-delitti li twettqu matul il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ġeorġja f’Awwissu 2008;

125.

Jiddispjaċih ħafna li waqt il-kunflitti armati bejn ir-Russja u l-Ġeorġja fuq l-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja f’Awwissu 2008, il-ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali rriżulta f’mijiet ta’ feruti u għexieren ta’ eluf ta’ individwi spustati; ifakkar li s’issa r-Russja ssodisfat biss l-ewwel punt mis-sitt punti fil-ftehim tal-waqfien mill-ġlied tagħha mal-Ġeorġja, jiddeplora l-qerda intenzjonata ta’ rħula etniċi Ġeorġjani fl-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja waqt u wara l-kunflitt; jenfasizza li l-impunità għal dan il-ksur għadha tippersisti sal-lum;

Libertà ta’ reliġjon jew twemmin

126.

Jenfasizza li l-libertà tar-reliġjon u t-twemmin tikkostitwixxi, fost id-drittijiet tal-bniedem kollha, dritt essenzjali u bażiku li għandu jiġi rispettat, u li l-kundizzjonalità relatata mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem inkluża fil-ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE għandha tiġi infurzata b’aktar qawwa u b’mod aktar effettiv;

127.

Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-libertà ta’ reliġjon jew twemmin adottati f’Novembru 2009; jirrikonoxxi l-importanza tal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin għall-identità ta’ persuni kemm reliġjużi u kemm mhux reliġjużi, ladarba t-twemmin, fi kwalunkwe forma li jkun, huwa komponent vitali tal-appartenenza personali u soċjali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw u jimplementaw miżuri prattiċi għall-ġlieda kontra l-intolleranza reliġjuża u d-diskriminazzjoni u jippromwovu l-libertà ta’ reliġjon jew twemmin madwar id-dinja kif kien ikkunsidrat fil-konklużjonijiet imsemmija preċedentament; jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jinvolvu lill-PE, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lil atturi rilevanti oħra fil-proċess;

128.

Jistieden lir-RGħ/VP tal-Kummissjoni biex tintegra l-libertà ta’ reliġjon jew twemmin fil-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE u biex tagħti evalwazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni tal-libertà reliġjuża fir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE;

129.

Jistieden lir-RGħ/VP biex iżżid l-għadd ta’ persunal li jaħdem fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-rispett tal-libertà ta’ reliġjon jew twmmin fl-azzjoni esterna u biex joħolqu strutturi ddedikati, speċjalment fil-kuntest tat-twaqqif ta’ Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna; jappoġġja l-identifikazzjoni tal-kwistjoni ta’ rispett għal-libertà ta’ reliġjon fid-dinja bħala waħda mill-prijoritajiet tas-SEAE meta wieħed iqis il-ksur serju ta’ tali libertà li jeżisti fid-dinja u l-ħtieġa ċara ta’ għajnuna għall-minoranzi reliġjużi ppersegwitati f’bosta żoni fid-dinja;

130.

Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jikkunsidraw ir-reliġjon u d-djalogu ma’ awtoritajiet reliġjużi u korpi impenjati fid-djalogu interreliġjuż għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għar-rikonċiljazzjoni;

131.

Għadu mħasseb ħafna li d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin għadha teżisti fir-reġjuni kollha tad-dinja, u li l-persuni li jappartjenu għal komunitajiet reliġjużi partikolari, inklużi minoritajiet reliġjużi, għadhom qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem tagħhom f’ħafna pajjiżi, bħall-Korea ta’ Fuq, l-Iran, l-Arabja Sawdija, is-Somalja, il-Maldive, l-Afganistan, il-Jemen, il-Mawritanja, il-Laos, l-Uzbekistan, l-Eritrea, l-Iraq, il-Pakistan u l-Eġittu; jikkundanna l-awtoritajiet Ċiniżi għall-persekuzzjoni ta’ individwi li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom barra l-kanali sanzjonati uffiċjalment, inklużi Kristjani, Musulmani, Buddisti u prattikanti tal-Falun Gong; iħeġġeġ liċ-Ċina biex tirratifika l-ICCPR kif wegħdet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex iżommu lura mill-politika oppressiva tagħhom fit-Tibet, li eventwalment tista’ twassal għall-qerda tar-reliġjon u l-kultura Tibetani; jikkundanna l-awtoritajiet tal-Iran għall-persekuzzjoni tal-individwi li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi, inklużi l-Kristjani, il-Bahá’í, u l-Musulmani li kkonvertew għal reliġjon oħra jew għall-ebda reliġjon; iħeġġeġ l-awtoritajiet tal-Iran biex jipproteġu l-minoranzi reliġjużi skont l-obbligi tagħhom skont l-ICCPR; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa biex jimponu moratorju fuq l-implimentazzjoni tal-Liġi tal-2002 dwar il-Ġlieda Kontra l-Attività tal-Estremisti, li qed tintuża b’mod ħażin u estensiv biex tippersegwita gruppi ta’ minoranzi reliġjużi paċifiċi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-minoranza Kristjana tal-Montagnards li jgħixu fl-Għoljiet Ċentrali tal-Vjetnam; ifakkar lill-awtoritajiet Vjetnamiżi li d-drittijiet tal-minoranzi jinkludu l-libertà li jippratikaw ir-reliġjon tagħhom bla restrizzjonijiet, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u espressjoni, id-dritt għal assemblea fil-paċi, id-dritt ugwali għall-proprjetà tal-artijiet u l-użu tagħhom u d-dritt li jipparteċipaw b’mod sħiħ u effettiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaffettwawhom, inkluż fir-rigward tal-proġetti tal-iżvilupp ekonomiku u rilokazzjoni;

132.

Iħeġġeġ l-UE biex tiżviluppa sett ta’ għodod dwar il-progress tad-dritt għal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin fil-politika esterna tagħha; biex tqis il-libertà reliġjuża bħala fundamentali, biex tinkludi lista ta’ kontroll dwar il-libertajiet meħtieġa relatati mad-dritt tal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin sabiex tevalwa jekk hux qed jiġu rrispettati u biex tinkludi mekkaniżmi biex jidentifikaw il-ksur tal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin, sabiex itejjeb il-promozzjoni tal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin fix-xogħol tal-impjegati tal-gvern, speċjalment fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, kif ukollbiex tinvolvi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija tas-sett tal-għodod;

133.

Jilqa’ l-pożizzjoni ta’ prinċipju kontinwa tal-UE rigward ir-riżoluzzjonijiet tal-UNGA (u l-UNHRC) dwar il-ġlieda kontra d-defamazzjoni tar-reliġjonijiet; jilqa’ r-riżoluzzjoni dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ intolleranza u diskriminazzjoni bbażati fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, ippreżentata mill-UE; jinkoraġġixxi l-UE bix tkompli l-isforzi tagħha għal approċċ bilanċjat bejn il-libertà tal-espressjoni u l-projbizzjoni ta’ inċitament għal mibegħda bbażata fuq ir-reliġjon; jinkoraġġixxi l-UE biex timpennja ruħha fi djalogu kostruttiv mal-Organizzazzjoni għal Konferenza Iżlamika u partitarji oħra tal-prinċipju tad-defamazzjoni tar-reliġjonijiet;

134.

Jenfasizza li l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tirrikonoxxi l-libertà tar-reliġjon jew twemmin irrelevanti mill-istejtus tar-reġistrazzjoni, għalhekk ir-reġistrazzjoni m’għandhiex tkun prekundizzjoni mandatorja sabiex wieħed jipprattika r-reliġjon tiegħu; Jirrimarka bi tħassib, barra minn hekk, li fl-Ażerbajġan, il-Każakistan, il-Kirġistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan u l-Vjetnam il-gruppi reliġjużi jeħtieġu jirreġistraw mal-gvern u joperaw taħt bords tal-ġestjoni kkontrollati mill-gvern, li jinterferixxu mal-awtonomija reliġjuża tagħhom u jillimitaw l-attività tagħhom;

135.

Jistieden lir-Russja biex tqiegħed moratorju fuq l-implimentazzjoni tal-Liġi tal-2002 dwar il-Ġlieda Kontra l-Attività tal-Estremisti peress li din qed tiġi użata u abbużata biex tillimita l-libertà reliġjuża, biex trażżan u tipprova tipprojbixxi gruppi reliġjużi mhux vjolenti; jinnota barra minn hekk, bi tħassib kbir, li 265 organizzazzjoni reliġjuża jew ibbażata fuq it-twemmin jinsabu fil-lista sewda tal-hekk imsejħa organizzazzjonijiet estremisti;

136.

Iħeġġeġ barra minn hekk lill-pajjiżi li ġejjin biex iwaqqfu r-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ assoċjazzjoni u assemblea ta’ gruppi reliġjużi u jirrispettaw il-libertà ta’ reliġjon jew twemmin: l-Arabja Sawdija, l-Eġittu, l-Eritrea, l-Iran, is-Somalja, il-Jemen, il-Bjelorussja, il-Korea ta’ Fuq u l-Laos;

137.

Jenfasizza l-ostakoli li għadhom jeżistu f’partijiet tad-dinja bħall-Arabja Sawdija, l-Indoneżja, il-Pakistan, l-Iraq, is-Somalja u s-Sudan għall-professjoni bla xkiel tat-twemmin, kemm fuq livell individwali u kemm kollettiv, kif ukoll l-intolleranza li qed tiżdied kontra l-minoranzi reliġjużi f’pajjiżi bi tradizzjonijiet demokratiċi sodi bħall-Indja u jistieden lill-Kummissjoni biex tenfasizza tali kwistjonijiet fil-kuntest tad-djalogi politiċi relevanti tagħha;

138.

Jikkundanna bil-qawwa kull kriminalizzazzjoni jew kastig għall-’apostasija’ b’rabta ma’ każijiet ta’ konverżjoni minn reliġjon għal oħra jew minn denominazzjoni reliġjuża (subgrupp) għal oħra, li għadha ssir f’bosta pajjiżi fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq; jistieden l-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu pressjoni fuq dawn il-pajjiżi sabiex jirrifjutaw tali prattiki, b’mod partikolari fejn il-piena tal-mewt hija l-kastig preskritt; jinsab tassew imħasseb dwar prattiki ta’ konverżjoni sfurzata li għadhom jeżistu f’pajjiżi bħall-Arabja Sawdija u l-Eġittu u jitlob impenn ċar min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra tali ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

139.

Ifakkar li f’għadd ta’ pajjiżi fid-dinja, il-projbizzjoni, il-konfiska u l-qerda kemm tal-postijiet tat-talb u kemm tal-pubblikazzjonijiet reliġjużi, kif ukoll il-projbizzjoni tat-taħriġ tal-kleru, għadhom prattiki komuni; iħeġġeġ l-istituzzjonijiet tal-UE, fil-kuntatti tagħhom mal-gvernijiet relevanti, biex jopponu dawn il-vjolazzjonijiet u biex jinkoraġġixxu lil dawk il-pajjiżi fejn il-liġijiet kontra d-dagħa jintużaw għal skopijiet ta’ persekuzzjoni tal-membri ta’ minoranzi reliġjużi biex jemendaw jew jabolixxu tali dispożizzjonijiet;

140.

Jenfasizza li għall-UE, il-libertà tal-kuxjenza hija valur fundamentali, u din tinkludi l-libertà li wieħed ikollu twemmin jew li ma jkollux u l-libertà li jipprattika r-reliġjon li jagħżel;

Libertà tal-espressjoni

141.

Huwa imħasseb li l-libertà tal-espressjoni qed tkun attakata b’diversi moda ġodda, speċjalment bl-użu tat-tekonoloġiji moderni bħall-internet; itenni li l-libertà tal-espressjoni tinkludi d-dritt li wieħed ifittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat permezz ta’ kwalunkwe mezz;

142.

Jirrikonoxxi li t-teknoloġiji ġodda jipprovdu opportunitajiet mingħajr preċedent biex wieħed jipparteċipa fil-ħajja pubblika, jesprimi opinjonijiet, jikseb aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u jgħarraf lill-bqija tad-dinja dwar vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; huwa mħasseb li l-istati qed jużaw tekniki dejjem aktar sofistikati, bħal teknoloġiji ta’ użu doppju, biex jiċċensuraw l-informazzjoni, jissorveljaw l-attivitajiet fuq l-internet u li f’numru ta’ pajjiżi seħħew atti ta’ fastidju, persekuzzjoni u anke detenzjoni u priġunerija ta’ persuni li jużaw l-internet biex jeżerċitaw id-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni;

143.

Jinkoraġġixxi r-RGħ/VP biex tieħu t-tmexxija fit-teħid ta’ pożizzjoni u biex tiżviluppa politiki konkreti għall-UE biex din taġixxi bħala attur globali f’dak li għandu x’jaqsam mal-libertà tal-internet billi tkopri mhux biss modi kif tindirizza t-theddid għad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda, iżda wkoll kif dawn jistgħu jintużaw għat-titjib tal-opportunitajiet għall-ħarsien u l-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem;

144.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi li jillimitaw l-aċċess għall-internet biex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq il-fluss ħieles tal-informazzjoni; jinnota li skont “Reporters without Borders” il-’lista tal-għedewwwa tal-internet’ tinkludi l-istati li ġejjin, li jagħmlu ċensura pervażiva tal-internet: il-Bjelorussja, iċ-Ċina, Kuba, l-Eġittu, l-Iran, il-Mjanmar/Burma, il-Korea ta’ Fuq, l-Arabja Sawdija, is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkmenistan, l-Użbekistan u l-Vjetnam;

145.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel lista tal-individwi responsabbli ta’ vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huma t-tortura, iċ-ċensura, l-istupru u l-eżekuzzjonijiet extra-ġudizzjarji, fl-Iran, b’mod partikolari wara l-elezzjonijiet tal-2009, u jqis l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuqhom fis-sura ta’ ffriżar ta’ assi u projbizzjonijiet ta’ vvjaġġar;

146.

Jappoġġja d-dritt ta’ espressjoni u assemblea paċifika fir-Russja kif formalment, iżda mhux fir-realtà, iggarantit mill-Artikolu 31 tal-Kostituzzjoni Russa; jesprimi s-solidarjetà mal-organizzaturi u l-parteċipanti ta’ Strateġija-31, is-serje ta’ protesti ċiviċi b’appoġġ għal dan id-dritt li bdiet fil-31 ta’ Lulju 2009 u qed issir fi Pjazza Triumfalnaya f’Moska fil-31 ġurnata ta’ kull xahar li fih 31 jum; jiddispjaċih li ħlief l-aħħar waħda fil-31 ta’ Ottubru 2010 s’issa id-dimostrazzjonijiet kollha organizzati minn Strateġija-31 kienu miċħuda l-permess mill-awtoritajiet fuq il-bażi li attivitajiet oħra kienu skedati li jsiru fi Pjazza Triumfalnaya fl-istess ħin; huwa mħasseb ħafna minħabba li fil-31 ta’ Diċembru 2009, fost għexieren ta’ dimostranti paċifiċi oħra, il-pulizija Russa arrestat lill-President tal-Grupp Ħelsinki ta’ Moska, Lyudmila Alexeyeva, li kienet ippremjata bil-Premju Sakharov tal-Parlament ftit ġimgħat biss qabel id-detenzjoni tagħha; jappoġġja t-talba tal-Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem tar-Russja Vladimir Lukin biex titnieda investigazzjoni fl-azzjonijiet ħorox tal-pulizija b’rabta mal-protesti tal-31 ta’ Mejju 2010;

147.

Huwa mħasseb ħafna dwar in-nuqqas tal-libertà ta’ espressjoni fil-Venezwela u Kuba, il-ħakma fuq il-midja tal-aħbarijiet, l-użu ristrett u kontrollat tal-internet u t-tentattivi biex tinħonoq kull oppożizzjoni;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra t-terroriżmu

148.

Jikkundanna t-terroriżmu fil-forom kollha tiegħu; ifakkar li t-terroriżmu dinji rriżulta f’eluf ta’ mwiet ta’ persuni ċivili innoċenti u kisser il-ħajjiet ta’ bosta familji; huwa tal-opinjoni li fil-każ ta’ attakki terroristiċi huwa imperattiv li l-ewwel jiġu diskussi d-drittijiet tal-vittmi u mhux tal-persuni li wettqu d-delitti; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li t-terroristi jitressqu quddiem il-ġustizzja;

149.

Jinnota li l-miżuri għall-ġlieda kontra t-terroriżmu rriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem bażiċi f’numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja, fil-forma tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza sproporzjonati, detenzjonijiet illegali u l-użu tat-tortura bħala mezz biex tinkiseb informazzjoni minn persuni suspettati li huma terroristi; jesprimi tħassib li ċerti pajjiżi qed jużaw il-ġlieda kontra t-terroriżmu bħala skuża biex jopprimu l-minoranzi etniċi u d-difensuri lokali tad-drittijiet tal-bniedem u jħeġġeġ li l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tintużax bħala argument għal-limitazzjoni jew il-projbizzjoni tal-azzjoni legali u leġittima tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna dawn l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, jenfasizza l-pożizzjoni tal-UE li l-ġlieda kontra t-terroriżmu trid titwettaq b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u huwa konvint li l-libertajiet ċivili m’għandhomx jiġu kompromessi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

150.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jużaw l-opportunità ta’ djalogi bilaterali politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE biex ifakkru li d-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu rispettati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li taħt l-ebda ċirkustanza, il-politika kontra t-terroriżmu ma trid tiġi strumentalizzata u użata kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jew l-avversarji politiċi; jistieden b’mod partikolari lir-RGħ/VP biex tiddenunzja pubblikament il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki u l-operazzjonijiet kontra t-terroriżmu;

151.

Jistieden biex ikun hemm koordinazzjoni u interazzjoni akbar bejn il-COTER u l-COHOM dwar din il-kwistjoni sabiex jiġu kkundannati każijiet ta’ użu abbużiv ta’ politika kontra t-terroriżmu kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jibdew b’mod sistematiku l-proċeduri politiċi skont il-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u biex jadottaw l-istess approċċ f’każijiet ta’ tortura u trattament ħażin marbuta mal-ġlieda kontra t-terroriżmu skont il-linji gwida tal-UE dwar it-tortura;

152.

Ifakkar fid-deċiżjoni tal-President tal-Istati Uniti Barack Obama li jagħlaq il-kamp ta’ detenzjoni tal-Bajja ta’ Gwantanamo f’Jannar 2009; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li din id-deċiżjoni għadha ma ġietx implimentata għal kollox; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri fi Gwantanamo, li tinsisti li kull priġunier jiġi trattat skont il-liġi umanitarja nazzjonali u, jekk mixli, jitressaq quddiem qorti bla dewmien fi proċess ġust u pubbliku; ifakkar fl-Istqarrija Konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-15 ta’ Ġunju 2009 dwar l-Għeluq tal-Faċilità tad-Detenzjoni tal-Bajja ta’ Guantanamo u dwar il-Koperazzjoni Futura fil-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, li laqgħet id-determinazzjoni tal-Istati Uniti li telimina l-faċilitajiet ta’ detenzjoni sigrieti; jitlob lill-Gvern tal-Istati Uniti li jirrispetta bis-sħiħ l-impenji li ħa; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jaqblu dwar pjan ta’ azzjoni koordinat biex jgħinu lill-Istati Uniti jagħlqu l-faċilitajiet ta’ detenzjoni ta’ Gwantanamo, billi jgħatu stejtus ta’ refuġjat lill-ex priġunieri li ma kinux mixlija b’delitti u li ma jistgħux jiġu ripatrijati jew rilokati fl-Istati Uniti; jilqa’ l-impenn kostruttiv ta’ numru ta’ Stati Membri tal-UE fl-isforzi tagħhom li jgħinu billi jilqgħu ċerti ex-detenuti fi Gwantanamo u billi jfittxu akkomodazzjoni għal xi wħud mill-persuni li kienu nħelsu mill-kamp ta’ detenzjoni; jinnota madankollu li s’issa dawn l-Istati Membri tal-UE li ġejjin biss - il-Ġermanja, l-Irlanda, is-Slovakkja, id-Danimarka, ir-Renju Unit, Spanja, il-Portugall, Franza, l-Ungerija u l-Italja - qablu li jieħdu l-priġunieri; huwa mħasseb dwar id-detenzjoni kurrenti mingħajr proċess tal-priġunieri mill-Istati Uniti, pereżempju fil-Bażi tal-Ajru ta’ Bagram fl-Afganistan;

153.

Jinnota t-tlaqqigħ taħt il-Presidenza Franċiża fis-16 ta’ Settembru 2008 tas-Samit inawgurali dwar ir-Roma, u t-tieni Samit bħalu li sar taħt il-Presidenza Spanjola fid-9-10 ta’ April 2010; jinnota bi tħassib serju t-tkeċċija sfurzata tal-komunitajiet tar-Roma fl-Ewropa u ż-żieda fil-lingwaġġ ksenofobiku u tal-mibegħda fil-konfront tal-minoranzi u komunitajiet migranti; itenni t-talba tal-Parlament Ewropew biex l-Istati Membri jonoraw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-UE; u fejn l-Istati Membri ma jikkonformawx, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea taġixxi b’mod formali u b’qawwa bi proċeduri ta’ ksur tal-liġi;

154.

Jinnota li wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona l-proċedura ta’ kodeċiżjoni tapplika għal direttivi u forom oħra ta’ leġiżlazzjoni rigward il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, waqt li ftehimiet internazzjonali relatati ma’ dan is-suġġett irid ikollhom l-approvazzjoni mill-Parlament; jinnota li grazzi għal dawn il-bidliet, il-Parlament se jkun jista’ jagħmel iktar pressjoni biex jinstab bilanċ ġust bejn is-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem; jimpenja ruħu għalhekk li jaġixxi skont il-prerogattivi l-ġodda billi kontinwament jappella għar-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet ċivili u politiċi u d-demokrazija fir-relazzjonijiet kollha tal-UE ma’ pajjiżi li mhumiex memberi tal-UE u organizzjonijiet reġjonali;

155.

Itenni li kull Stat Membru għandu obbligu pożittiv li jipproteġi vittmi potenzjali li jistgħu jiġu identifikati bħala fir-riskju reali u immedjat ta’ atti terroristiċi u jżid li l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jistabilixxu proċeduri biex jevitaw l-attivita terroristika u biex jimminimizzaw l-impatt kollaterali tal-attivitajiet kontra t-terroriżmu;

156.

Ifakkar fid-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa f’Marzu 2001 dwar il-vittmi tat-terroriżu: għajnuna ta’ emerġenza, għajnuna kontinwa, investigazzjoni u prosekuzzjoni, aċċess effettiv għal-liġi u l-ġustizzja, amministrazzjoni tal-ġustizzja, kumpens, protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja tal-vittmi, ħarsien tad-dinjità u s-sigurtà tal-vittmi, informazzjoni għall-vittmi, u taħriġ speċifiku għal dawk responsabbli mill-għajnuna għall-vittmi;

Djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE

157.

Jesprimi d-diżappunt tiegħu għan-nuqqas ta’ progress miksub minn numru ta’ djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinnota l-fatt li l-involviment tas-soċjetà ċivili f’dawn id-djalogi u l-konsultazzjonijiet mhux garantit sistematikament u kultant hu suġġett għal restrizzjonijiet imposti mill-partijiet li mhumiex fl-UE; huwa mħasseb li anki meta jitqajmu każijiet, il-gvernijiet mhumiex jimpenjaw ruħhom biex jirrapportaw lill-UE dwar kwistjonijiet individwali u strutturali mqajma fi ħdan il-qafas tad-djalogu;

158.

Jitlob għall-parteċipazzjoni reali mill-PE fl-evalwazzjonijiet li qed isiru tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob aċċess sħiħ għad-dokumenti finali u għal sorsi oħra rilevanti; jistenna, bħala riżultat tal-evalwazzjonijiet, l-iżvilupp ta’ indikaturi ċari għall-kejl tal-impatt tad-djalogi u s-suġġerimenti definiti espressament, ibbażati fuq approċċ ta’ pajjiż pajjiż, rigwrd kif għandhom jittejbu dawn ir-riżultati u jiġu evitati kwalunkwe nuqqasijiet ripetuti tal-konsultazzjonijiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

159.

Jappella lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jassiguraw it-trasparenza u l-koerenza bejniethom f’termini ta’ objettivi, valuri u attitudnijiet f’dan il-qasam;

160.

Jinnota l-ħtieġa li jiddaħħlu l-konklużjonijiet tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-samits tal-UE mas-sħab tagħha;

161.

Huwa tal-fehma li, b’mod ġenerali, id-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu ppjanati u mmexxija b’mod trasparenti u li l-għanijiet stabbiliti minn qabel id-djalogu għandhom ikunu evalwati eżatt wara; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinsistu mal-awtoritajiet tal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE għall-parteċipazzjoni ministerjali kbira fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet;

162.

Jistieden lill-pajjiżi li se jissieħbu mal-UE biex itejbu l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji tagħhom fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

163.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex fil-konsultazzjonijiet u d-djalogi tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE biex jagħtu attenzjoni kbira għas-sitwazzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi u l-ksur frekwenti tad-drittijiet tagħhom;

164.

Jilqa’ l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni eqreb bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea rigward id-drittijiet tal-bniedem;

165.

Jilqa’ t-twaqqif ta’ djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ kull wieħed mill-istati tal-Asja Ċentrali – it-Taġikistan, il-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan – u t-twettiq tat-tieni djalogu rispettiv sa Novembru tal-2009; jilqa’ wkoll l-ewwel seminar tas-soċjetà ċivili UE-Uzbekistan dwar id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem f’Ottubru 2008; jiddispjaċih li d-djalogi UE-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem naqsu b’mod konsistenti li jwasslu għal kwalunkwe titjib rigward abbużi speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina; jirrimarka li minkejja li l-awtoritajiet Ċiniżi ħadu xi passi fid-direzzjoni t-tajba (ir-riforma tax-xogħol, ir-reviżjoni ta’ sentenzi tal-piena tal-mewt mill-Qorti Suprema tal-Poplu), is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qed tkompli teħżien u qed tkun ikkaratterizzata miż-żieda fil-ferment soċjali u l-issikkar tal-kontroll u r-ripressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-avukati, tal-bloggers, u l-attivisti soċjali, kif ukoll mill-politiki immirati biex jimmarġinalizzaw lit-Tibetani u l-identità kulturali tagħhom; huwa mħasseb bis-sħiħ dwar in-nuqqas ta’ progress tad-djalogu Sino-Tibetan; huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li ħżienet għall-minoranza Ujgur fiċ-Ċina, jikkundanna l-oppressjoni li ilha żmien twil tat-Turkestan tal-Lvant u jiddispjaċih li l-awtoritajiet Ċiniżi ma rrispettawx is-salvagwardji tal-libertajiet inklużi dawk tal-espressjoni, tad-dimostrazzjoni, tal-assemblea, tar-reliġjon u tal-persuna mħaddna fil-kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina; u jikkundanna wkoll il-politiki tat-trasferiment tal-popolazzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li hija intenzjonata li ddgħajjef il-kultura tal-popolazzjoni Ujgur u tfarrak l-unità tagħhom; jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-konsultazzjonijiet UE-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem ma taw l-ebda riżultat sostanzjali; jilqa’ t-tnedija fl-2009 ta’ djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Indoneżja, u l-ewwel laqgħat ta’ djalogu mal-Ġeorġja u l-Armenja; iqis li filwaqt li tali djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġbdu l-attenzjoni kif mixtieq lejn il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, ma jistgħux jitħallew li jsiru għan fihom infushom u jridu jkunu ffukati biex jiżguraw li tittieħed azzjoni ta’ segwitu dwar il-kwistjonijiet li jitqajmu u jiġu diskussi f’dawn id-djalogi; jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ riżultati mid-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Indja u jinsab diżappuntat li l-kwistjoni tad-diskriminizzazzjoni abbażi tal-kasti ma ġietx diskussa matul l-aħħar djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem;

166.

Jitlob koordinazzjoni sħiħa bejn l-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għal kull djalogu tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE; jirrimarka l-ħtieġa li l-UE tkun kapaċi tittratta l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa l-Unjoni nnifisha jekk trid tidher bħala t-torċa tad-drittijiet tal-bniedem fix-xena dinjija;

167.

Jilqa’ l-ewwel djalogu UE-Bjelorussja dwar id-drittijiet tal-bniedem, li sar f’Ġunju 2009, filwaqt li jiddispjaċih li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż tibqa’ tal-biża’, bir-restrizzjonijiet kontinwi tal-libertà tal-assoċjazzjoni, tal-assemblea u tal-espressjoni, tar-repressjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġurnalisti;

168.

Jilqa’ l-isforzi tal-gvern tal-Messiku fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata u l-preżentazzjoni lill-Kungress ta’ abbozz ta’ liġi bl-għan tar-riforma tal-Kodiċi Militari tal-Ġustizzja; jenfasizza li s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Messiku għandha titqies bħala opportunità għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

169.

Jinnota li f’April 2009 l-Parlament tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (il-Korea ta’ Fuq) irreveda l-kostituzzjoni tal-pajjiż biex tinkludi, fost affarijiet oħra, dispożizzjoni li l-Korea ta’ Fuq “tirrispetta u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem”, iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Korea ta’ Fuq biex jieħdu passi konkreti u tanġibbli favur it-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u, f’dan ir-rigward, jitlob lill-awtoritajiet biex jippermettu l-ispezzjoni tat-tipi kollha ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni minn esperti internazzjonali indipendenti u jippermettu lir-Rapporteurs Speċjali tan-NU jżuru l-pajjiż; jenfasizza li mhux biss id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, iżda fuq kollox l-applikazzjoni ta’ miżuri konkreti, iridu jitqiesu waqt l-evalwazzjoni tal-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jistieden ukoll lill-awtoritajiet tal-Korea ta’ Fuq biex ineħħu r-restrizzjonijiet li ma jippermettux lill-persunal internazzjonali jissorvelja d-distribuzzjoni tal-għajnuna, u biex jiżguraw li l-għajnuna internazzjonali tasal għand dawk fil-bżonn; iħeġġeġ lit-tmexxija tal-Korea ta’ Fuq biex timpenja ruħha b’mod kostruttiv fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-UE;

170.

Jibqa’ mħasseb li d-djalogu tad-drittijiet tal-bniedem mal-Iran ilu interrott mill-2004 minħabba nuqqas ta’ koperazzjoni mill-Iran, u jikkunsidra li wasal iż-żmien għall-komunità internazzjonali biex taġixxi b’appoġġ tas-soċjetà ċivili fl-Iran f’dan l-istadju kruċjali fl-istorja tal-moviment demokratiku tal-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex jerġgħu jibdew dan id-djalogu bil-ħsieb li jappoġġaw il-partijiet interessati kollha tas-soċjetà ċivili li huma impenjati għad-demokrazija, u biex isaħħu - permezz ta’ mezzi paċifiċi u mhux vjolenti - proċessi eżistenti li jistgħu jrawmu riformi demokratiċi, istituzzjonali u kostituzzjonali, jiżguraw is-sostenibbiltà ta’ dawk ir-riformi u jikkonsolidaw l-involviment tad-difensuri Iranjani kollha tad-drittijiet tal-bniedem u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil tal-politiki, bit-tisħiħ tar-rwol li dawn għandhom fid-diskors politiku ġenerali; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jsaħħu dawk il-proċessi; jinsab imħasseb ferm li fl-2008 u l-2009, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran kompliet sejra għall-agħar u li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni u l-assemblea komplew; f’dan il-kuntest, huwa mħasseb sew mis-soppressjoni tal-ġurnalisti, il-kittieba, l-istudjużi, l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa u tad-drittijiet tal-bniedem; jibqa’ mħasseb dwar ir-repressjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fl-Iran;

171.

Jinnota t-tendenza awtoritarja inkwetanti fil-Kambodja, enfasizzata minn impunità li ilha s-snin rigward il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u t-tnaqqis tal-ispazju politiku u l-libertà ta’ espressjoni fil-konfront ta’ persuni li jappartjenu għall-partiti politiċi tal-oppożizzjoni u attivisti politiċi oħra; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni għall-attivazzjoni mill-ġdid tal-Ftehim ta’ Pariġi tal-1991 dwar il-Kambodja;

Drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali

172.

Jirrikonoxxi li għandha tingħata l-istess importanza lid-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali li tingħata lid-drittijiet ċivili u politiċi, filwaqt li titqies l-universalità, l-indiviżibilità, l-interdipendenza u l-interkonnessjoni tad-drittijiet kollha tal-bniedem, kif ikkonfermat mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li saret fi Vjenna fl-1993; iħeġġeġ lill-pajjiżi mid-dinja kollha biex jaderixxu għall-Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (OP-ICESCR), li nfetaħ għall-firem fl-24 ta’ Settembru 2009;

173.

Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem jinkludu,fost oħrajn, id-dritt għall-ikel, l-ilma u s-sanità, l-edukazzjoni, djar adegwati, l-art, xogħol deċenti u sigurtà personali; dawn id-drittijiet għandhom jingħataw bħala aċċess ġust għar-riżorsi naturali fuq bażi ta’ sostenibilità, inkluż għall-ġenerazzjonijiet futuri; jirrikonoxxi li huma l-faqar u n-nuqqas ta’ governanza tajba l-kaġun tal-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ drittijiet bħal dawn; jitlob lill-UE biex tinvesti aktar sforzi fit-temma tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs), fid-dawl tal-evidenza li d-dinja għadha ‘l bogħod mill-ilħuq tal-objettivi stabbiliti għall-2015; f’dan il-kuntest, itenni l-importanza li jiġu implimentati l-politiki bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem għat-twettiq tal-MDG’s;

174.

Jirrikonoxxi l-importanza tas-sistema ta’ sorveljanza tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fid-difiża tad-drittijiet fl-oqsma tal-kummerċ u l-impjiegi, tas-sistemi ta’ statistika, tal-politiki għall-ħarsien soċjali u l-impjiegi, kif ukoll tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

175.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-kumpaniji li jaqgħu taħt il-liġijiet nazzjonali jew Ewropej ma jinjorawx id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tas-saħħa u l-ambjent applikabbli għalihom meta jistabbilixxu ruħhom jew joperaw f’pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw;

176.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jissodisfaw l-impenji tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tagħhom lejn il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, sabiex jiġġieldu kontra l-kriżi globali ekonomika u finanzjarja u b’dan il-mod inaqqsu l-konsegwenzi negattivi li din il-kriżi kellha fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja; jilqa’ l-Għaxar Sessjoni Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem bit-titolu “L-Impatt tal-Kriżi Globali Ekonomika u dik Finanzjarja fuq ir-Realizzazzjoni Universali u t-Tgawdija Effettiva tad-Drittijiet tal-Bniedem”, li saret fl-20 ta’ Frar 2009; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex iżommu l-koperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem minkejja l-kriżi, u jinsisti li n-nuqqas ta’ riżorsi qatt m’għandu jintuża biex jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

Il-programmi ta’ għajnuna esterna tal-Kummissjoni u l-EIDHR

177.

Jilqa’ l-fatt li l-prijoritajiet tal-Parlament ġew meqjusa fid-dokumenti ta’ pprogrammar tal-2008 u l-2009 tal-EIDHR;

178.

Jappoġġja l-kontribuzzjonijiet tal-EIDHR, prinċipalment permezz ta’ proġetti tas-soċjetà ċivili minn organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali tas-soċjetà ċivili (90 % tal-kontribuzzjonijiet), u wkoll permezz ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali f’dan il-qasam, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (10 % tal-kontribuzzjonijiet);

179.

Jinnota li fil-perjodu 2008-2009 r-riżorsi għad-drittijiet umani u d-demokrazija ammontaw għal aktar minn EUR 235 miljun, ammont li ppermetta l-finanzjament ta’ 900 proġett f’xi 100 pajjiż, li numru partikolarment għoli ta’ proġetti kien iffinanzjat fil-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, filwaqt li l-pajjiżi AKP rċevew l-ogħla ammont globali; jinnota bi tħassib l-iżbilanċ għad-detriment tal-proġetti għall-assistenza tad-demokrazija għajr l-osservazzjoni elettorali; jikkunsidra li l-finanzjament EIDHR għandu jiżdied b’mod sinifikanti, sabiex jinkludi finanzjament xieraq għall-Fond Ewropew għad-Demokrazija, biex jappoġġja l-bini tal-kapaċità għad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tad-demokrazija fl-aktar soċjetajiet li għandhom ħtieġa;

180.

Jenfasizza li wieħed mill-aqwa punti tal-EIDHR hu l-fatt li hija ma tiddependix fuq il-kunsens tal-gvern ospitanti u għalhekk hija kapaċi tiffoka fuq kwistjonijiet politiċi sensittivi u approċċi innovattivi u tikkoopera direttament ma’ organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili, li jeħtieġu jippreservaw l-indipendenza tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi;

181.

Jenfasizza l-importanza li tintuża l-EIDHR bħala reazzjoni għat-theddidiet lid-drittijiet tal-bniedem u bħala mezz biex jiżdied l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-vittmi ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jappoġġa n-netwerk ta’ 11-il organizzazzjoni ffinanzjati mill-EIDHR li jiffukaw fuq il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u fuq reazzjonijiet rapidi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ strateġiji speċifiċi biex jirreaġixxu għall-ħtiġijiet ta’ kategoriji differenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jiddefendu d-drittijiet LGBTI u dawk assoċjati mal-investigazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tal-liġi umanitarja;

182.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm koerenza bejn il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, il-ftehimiet ta’ sħubija u ta’ koperazzjoni tagħha, u l-proġetti u l-programmi li hija tappoġġa, b’mod partikolari f’konnessjoni mal-ipprogrammar bilaterali tagħha ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;

183.

Huwa konxju tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li għadha inkwetanti fil-kontinent Afrikan u huwa konvint li l-Istati Afrikani ħadu passi sinifikanti lejn il-promozzjoni tal-istat tad-dritt fuq livell tal-kontinent bl-adozzjoni tal-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Popli (magħrufa wkoll bħala l-Karta ta’ Banjul), u konsegwentement qed iqis il-possibilità li jwaqqaf linja baġitarja ad hoc ta’appoġġ għall-ħidma tal-Qorti Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Popli;

184.

Jistieden lill-persunal tal-Kummissjoni biex jiltaqa’ regolarment ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fi Brussell sabiex irawwem djalogu ma’ dawk is-sieħba li fil-fatt jimplimentaw proġetti fil-kamp;

185.

Jilqa’ l-firxa tal-fondi għad-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ programmi ġeografiċi, l-implimentazzjoni tal-politika fil-livell nazzjonali u dak reġjonali li qed tkun appoġġjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (fl-Istati Afrikani, Karibej u Paċifiċi), l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (fl-Amerika Latina, l-Asja u l-Afrika t’Isfel) u l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (fir-reġjuni ġirien), kif ukoll permezz ta’ strumenti tematiċi bħall-EIDHR, l-IfS, id-DCI u l-ICI Plus;

Għajnuna elettorali u osservazzjoni ta’ elezzjonijiet

186.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-UE qed tuża dejjem aktar l-għajnuna elettorali u l-osservazzjoni ta’ elezzjonijiet biex tippromwovi d-demokrazija f’pajjiżi terzi, biex b’hekk ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u li l-kwalità u l-indipendenza ta’ dawn il-missjonijiet huma rikonoxxuti sew;

187.

Jistieden lir-RGħ/VP biex timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti finali tal-EOMs tal-UE, biex tiżgura l-assistenza tas-segwitu jekk meħtieġ u tirrappurtaw b’mod regolari lill-PE;

188.

Itenni l-appelli tiegħu sabiex il-proċess elettorali, inklużi l-istadji ta’ qabel u ta’ wara l-elezzjoni, ikun inkorporat fil-livelli differenti ta’ djalogu politiku mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE kkonċernati, akkumpanjat minn miżuri speċifiċi fejn ikun xieraq, bl-għan li tkun żgurata l-koerenza tal-politiki tal-UE u jkun affermat mill-ġdid ir-rwol kruċjali tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

189.

Jitlob aktar viġilanza fir-rigward tal-kriterji tal-għażla tal-pajjiżi fejn għandha tingħata l-assistenza elettorali/issir l-osservazzjoni tal-elezzjoni, u għall-konformità mal-metodoloġija u r-regoli stabbiliti fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-indipendenza u l-effettività tal-missjoni;

190.

Jilqa’ l-ammont ta’ fondi, li kien ta’ EUR 50 miljun oħra fil-perjodu ta’ 18-il xahar ta’ dan ir-rapport;

L-użu mill-azzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem

191.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu użu sħiħ mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament u komunikazzjonijiet oħra, billi jirrispondu b’mod sostantiv għat-tħassib u x-xewqat espressi fihom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ riżoluzzjonijiet urġenti;

192.

Itenni l-ħtieġa li tingħata viżibilità akbar lill-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb mogħti kull sena mill-PE; jiddispjaċih li mhux qed jingħata segwitu xieraq dwar il-benesseri tal-kandidati u r-rebbieħa, u lanqas dwar is-sitwazzjonijiet f’pajjiżhom; jistieden ukoll lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħtu viżibilità lil dan il-premju, fost oħrajn billi jinkluduh fir-rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; barra minn hekk jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex iżommu kuntatt mal-kandidati u r-rebbieħa tal-Premju Sakharov biex jiżguraw djalogu kontinwu u monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u biex joffru protezzjoni lil dawk ippersegwitati b’mod qawwi;

193.

Ifakkar lid-delegazzjonijiet tal-Parlament sabiex b’mod sistematiku jinkludu dibattiti dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-aġendi tal-laqgħat interparlamentari, sabiex waqt iż-żjarat tagħhom jinkludi proġetti u istituzzjonijiet li qed jippruvaw itejbu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u jiltaqgħu mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jipprovdulhom, fejn ikun xieraq, viżibilità u protezzjoni internazzjonali;

194.

Jilqa’ t-twaqqif tan-Netwerk tar-Rebbieħa tal-Premju Sakharov; iħeġġeġ biex jinstabu mingħajr dewmien ir-riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu u biex titħaffef il-komunikazzjoni bejn ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov u l-Parlament billi jingħata status speċjali lir-rebbieħa, li jippermettilhom jidħlu fil-bini tal-Parlament bi proċeduri ta’ dħul iffaċilitati;

*

* *

195.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-gvernijiet tal-pajjiżi u t-territorji msemmija f’din ir-riżoluzzjoni.


(1)  Il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura; il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet; il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat.

(2)  ĠU C 379, 7.12.1998, p. 265; ĠU C 262, 18.9.2001, p. 262; ĠU C 293 E, 28.11.2002, p. 88; ĠU C 271 E, 12.11.2003, p. 576; ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 109; ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 33; ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 86; ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 183; ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 198; ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 60; ĠU C 265 E, 30.9.2010, p. 15; ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 25.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3; ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(4)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 71.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2010)0036.

(7)  ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 91.

(8)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 775.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2010)0226.

(10)  ĠU C 327, 23.12.2005, p. 4.

(11)  Dokument tal-Kunsill 11179/10.

(12)  ĠU C 265 E, 30.9.2010, p. 3.

(13)  ĠU C 305 E, 11.11.2010, p. 9.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2010)0443.

(15)  Sa Diċembru 2009, l-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Portugall, is-Slovenja, l-Isvezja u r-Renju Unit kienu rratifikaw kemm il-Konvenzjoni u kemm il-Protokoll Fakultattiv; l-Istati Membri kollha kienu ffirmaw il-Konvenzjoni, iżda 15-il Stat Membru kienu għadhom ma rratifikawhiex (il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja); 19-il Stat Membru wkoll kienu ffirmaw il-Protokoll, iżda 10 kienu għadhom ma rratifikawhx (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, ir-Rumanija, is-Slovakkja).

(16)  Testi adottati, P7_TA(2010)0236.

(17)  GAERC 17 ta’ Novembru 2009.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/108


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Strateġija ġdida għall-Afganistan

P7_TA(2010)0490

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan (2009/2217(INI))

2012/C 169 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, partikularment fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2008 dwar l-istabilizzar tal-Afganistan (1), tal-15 ta’ Jannar 2009 dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan (2), u tal-24 ta’ April 2009 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika konġunta bejn l-UE u l-Afganistan iffirmata fis-16 ta’ Novembru 2005, li hija bbażata fuq prijoritajiet kondiviżi għall-Afganistan bħalma huma t-twaqqif ta’ istituzzjonijiet b’saħħithom u responsabbli, ir-riforma fis-setturi tas-sigurtà u l-ġustizzja, il-ġlieda kontra n-narkotiċi, l-iżvilupp u r-rikostruzzjoni,

wara li kkunsidra l-Patt dwar l-Afganistan 2006, li stabbilixxa t-tliet oqsma tal-attività tal-Gvern Afgan għall-ħames snin li ġejjin: is-sigurtà; il-governanza, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, kif ukoll impenn għall-eliminazzjoni tal-industrija tan-narkotiċi,

wara li kkunsidra l-Konferenza ta’ Londra dwar l-Afganistan li saret f’Jannar 2010, fejn il-komunità internazzjonali ġeddet l-impenn tagħha għall-Afganistan, u stabbiliet il-fondazzjonijiet tagħha għall-kunsens internazzjonali dwar strateġija li tinvolvi soluzzjoni “mhux militari” għall-kriżijiet Afgani, kif ukoll stabbiliet li t-trasferiment tar-responsabilitajiet tas-sigurità għall-forzi Afgani jibdew fl-2011 u fil-parti l-kbira jkunu lesti sal-2014,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1890 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li testendi l-awtorizzazzjoni tal-Forza ta’ Assistenza għas-Sigurtà Internazzjonali (ISAF) fl-Afganistan skont il-Kapitlu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kif iddefinita fir-Riżoluzzjoni 1386 (2001) u 1510 (2003), għal perjodu ta’ 12-il xahar mit-13 t’ Ottubru 2009, u li jistieden lill-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti li qed jipparteċipaw fl-ISAF “biex jiħdu l-miżuri kollha meħtieġa ħalli jitwettaq il-mandat tagħha”,

wara li kkunsidra l-proposta tal-“Fond Fiduċjarju għall-Paċi u l-Integrazzjoni mill-Ġdid” li ġie propost, li għalih il-parteċipanti tal-Konferenza ta’ Londra wiegħdu somma inizjali ta’ USD 140 miljun, bil-għan li jintegraw it-Talibani u ribelli oħrajn,

wara li kkunsidra l-Jirga tal-Paċi Konsultattiva Nazzjonali tal-Afganistan f’Kabul fil-bidu ta’ Ġunju 2010, li twaqqfet biex jinstab kunsens nazzjonali dwar il-kwistjoni tar-rikonċiljazzjoni mal-għedewwa,

wara li kkunsidra l-Konferenza ta’ Kabul tal-20 ta’ Lulju 2010, li evalwat il-progress tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda matul il-Konferenza ta’ Londra, u li fetħet l-opportunità għall-Gvern Afgan biex juri t-tmexxija u s-sjieda tal-proċess, bil-kooperazzjoni tal-komunità internazzjonali, fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-forzi Afgani tas-sigurtà u t-titjib tal-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u biex titfassal it-triq ‘il quddiem, inkluż fir-rigward tal-ġlieda kontra l-produzzjoni u t-traffikar tad-droga u l-korruzzjoni, u dwar il-paċi u s-sigurtà, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi; wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta’ Kabul li tistabbilixxi t-trasferiment tad-direzzjoni tal-operazzjonijiet militari għall-forzi Afgani fil-provinċji kollha minn issa sa tmiem l-2014,

wara li kkunsidra d-digriet presidenzjali tas-17 ta’ Awwissu 2010, li stabbilixxa erba’ xhur żmien biex kumpaniji privati tas-sigurtà preżenti fl-Afganistan ixolju, b’eċċezzjoni għal impriżi privati tas-sigurtà li jaħdmu fi kwartieri użati minn ambaxxati barranin, negozji u NGOs,

wara li kkunsidra l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fl-Afganistan f’Awwissu 2009, ir-rapport kritiku finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-UE ppubblikat f’Diċembru 2009, u l-elezzjonijiet parlamentari li saru fit-18 ta’ Settembru 2010,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill, u partikularment il-Konklużjonijiet tal-GAERC tas-27 ta’ Ottubru 2009 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill għat-Tisħiħ tal-Impenn fl-Afganistan u l-Pakistan, u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tat-22 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra l-ħatra, mill-1 ta’ April 2010, ta’ Rappreżentant Speċjali tal-UE/Kap tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Afganistan “b'funzjoni doppja”, u wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Awwissu 2010 li ttawwal il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali Vygaudas Usackas sal-31 ta’ Awwissu 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2010 li testendi l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) għal tliet snin, mill-31 ta’ Mejju 2010 sal-31 ta’ Mejju 2013,

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Strateġija tal-Pajjiż għall-2007-2013 li jistabbilixxi l-impenn tal-Kummissjoni għall-Afganistan sal-2013,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,

wara li kkunsidra r-Rapport 2009 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Uman, li jikklassifika l-Afganistan fil-181 post minn 182 pajjiż,

wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni 2007-2008 tar-Riskju u l-Vulnerabilità Nazzjonali tal-Afganistan stess u l-estimi tiegħu rigward l-ispiża għall-eliminazzjoni tal-faqar fl-Afganistan, billi dawk li qegħdin taħt il-limitu tar-riskju tal-faqar jiġu megħjuna b'tali mod li jilħqu l-livell tal-limitu, se tkun ta’ madwar USD 570 miljun,

wara li kkunsidra r-rapport 2008 mill-Aġenzija li Tikkoordina l-Għajnuna għall-Afganistan (ACBAR), “Tnaqqis fl-Effikaċità tal-Għajnuna fl-Afganistan”, li jisħaq fuq l-ammont kbir ta’ għajnuna li jispiċċa bħala profitt tal-kumpaniji għall-kuntratturi (sa 50 % għal kull kuntratt), in-nuqqas ta’ trasparenza fl-akkwisti u l-proċess ta’ sejħiet għall-offerti, u l-ispejjeż kbar tas-salarji u l-benefiċċji tal-espatrijati,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni ta’ Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan (UNAMA) dwar il-Protezzjoni taċ-Ċivili fil-Konflitti Armati ta’ Awwissu 2010,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-“Peace Divident Trust”, li jiddefendi politika ta’ “l-Afganistan l-ewwel”, li tinkoraġġixxi l-akkwist Afgan lokali ta’ prodotti u servizzi, u mhux l-importazzjoni tagħhom, bil-għan li l-Afgani jibbenefikaw l-ewwel u qabel kollox,

wara li kkunsidra l-istrateġija tan-NATO/l-ISAF kontra r-ribelljoni għall-Afganistan u l-implimentazzjoni tagħha taħt il-kmand tal-Ġeneral David Petraeus, u l-istrateġija ta’ rieżami mħabbra mill-President Obama għal Diċembru 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Istaff tal-Maġġoranza tal-Kungress tal-Istati Uniti bl-isem “Warlord Inc: Extortion and Corruption Along the US Supply Chain in Afghanistan” (Kumitat għas-Sorveljanza u r-Riforma Governattiva, Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti, Ġunju 2010),

wara li kkunsidra x-xogħol tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u, partikularment, ir-rapport tiegħu ta’ Ottubru dwar ‘Id-Dipendenza, il-Kriminalità u r-Ribelljoni – it-theddida tranżnazzjonali tal-oppju Afgan, kif ukoll ir-Rapport Dinji tiegħu dwar id-drogi tal-2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarrijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0333/2010),

A.

billi l-komunità internazzjonali rriaffermat kemm-il darba l-appoġġ tagħha għar-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jappoġġaw is-sigurtà, il-prosperità u d-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini Afgani kollha; billi, madankollu, il-komunità internazzjonali rrikonoxxiet impliċitament li d-disa’ snin ta’ gwerra u l-involviment internazzjonali ma rnexxilhomx jeliminaw ir-ribeljoni Talibana kif ukoll ma wasslux għall-paċi u għall-istabilità fil-pajjiż; u billi l-politika l-ġdida kontra r-ribelljoni ġiet introdotta mill-2009 u madwar 45 000 suldat intbagħtu bħala rinforzi,

B.

billi m'hemm ebda tmiem evidenti previst fl-Afganistan, bil-koalizzjoni tas-setgħat internazzjonali okkupanti li ma tistax tegħleb lit-Talibani u lir-ribelli l-oħra, u moviment ta’ ribelli u Talibani li ma jistax jirbaħ kontra dawn il-forzi militari u billi ma jidhirx li dan l-impass se jintemm,

C.

billi, fl-2009, il-Ġeneral Stanley McChrystal qal li huwa ma kienx qed jara li kien hemm indikazzjonijiet ta’ xi preżenza kbira ta’ Al-Qaeda fl-Afganistan, u uffiċjali għoljin Amerikani jikkonfermaw li Al-Qaeda bilkemm tinstab fl-Afganistan,

D.

billi l-kondizzjonijiet tas-sigurtà u tal-għajxien iddeterjoraw, flimkien mal-kunsens popolari li l-preżenza tal-koalizzjoni kienet tgawdi f’ċertu stadju, u billi l-koalizzjoni aktar u aktar qiegħda tinħass mill-popolazzjoni bħala setgħa ta’ okkupazzjoni; billi hija meħtieġa sħubija ġdida u aktar wiesgħa mal-poplu tal-Afganistan, li tinvolvi gruppi mhux rappreżentati u s-soċjetà ċivili fi sforzi għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni,

E.

billi l-UE hija waħda mid-donaturi ewlenin tal-għajnuna għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja lill-Afganistan; billi hija sieħba impenjata fl-isforzi ta’ rikostruzzjoni u stabilizzazzjoni,

F.

billi skont il-Patt dwar l-Afganistan 2006 u matul il-Konferenza ta’ Kabul, id-donaturi ftiehmu li jwasslu proporzjon akbar tal-għajnuna tagħhom, sa 50 %, permezz tal-baġit ewlieni tal-gvern, direttament jew permezz ta’ mekkaniżmi ta’ fondi fiduċjarji, meta jkun possibbli, iżda billi 20 % biss tal-għajnuna għall-iżvilupp qed tiġi mgħoddija bħalissa mill-baġit tal-gvern,

G.

billi n-nuqqas ta’ koordinazzjoni meħtieġa qed iddgħajjef l-effikaċja tal-kontribuzzjonijiet tal-għajnuna tal-UE lill-Afganistan,

H.

billi bejn l-2002 u l-2009 somma ta’ aktar minn USD 40 biljun f’għajnuna internazzjonali ġiet mogħtija lill-Afganistan; billi l-għadd ta’ tfal li jmorru l-iskola kiber matul dan il-perjodu iżda billi, skont l-estimi tal-UNICEF, 59 % tat-tfal taħt il-ħames snin fl-Afganistan għadhom ma jingħatawx biżżejjed ikel, u ħames miljun tifel u tifla ma jistgħux imorru l-iskola,

I.

billi s-sitwazzjoni tan-nisa fil-pajjiż tibqa’ kwistjoni ta’ tħassib kbir; billi, skont rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-rata tal-mewt tal-ommijiet fl-Afganistan hija t-tieni l-ogħla waħda fid-dinja, bi kważi 25 000 mewt fis-sena, u billi 12.6 % biss tan-nisa ta’ ’l fuq minn 15-il sena kapaċi jaqraw u jiktbu, u 57 % tal-bniet jiġu mġiegħla jiżżewġu taħt l-età legali ta’ 16-il sena; billi l-vjolenza kontra n-nisa qed tkompli tkun fenomenu mifrux; billi l-Liġi Shia dwar l-Istatus Personali, li hi diskriminatorja, għadha fis-seħħ u, fost punti oħra, tinkrimina n-nisa talli jċaħħdu lil żwieġhom mill-att sesswali u ma tħallix in-nisa jitilqu mid-dar mingħajr il-kunsens ta’ żewġhom,

J.

billi l-Afganistan jieħu sehem f’diversi konvenzjonijiet internazzjonali biex jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, partikularment il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tal-1979 u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, u billi l-Kostituzzjoni Afgana, b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha, tistipula li “iċ-ċittadini tal-Afganistan, irġiel u nisa, quddiem il-liġi għandhom indaqs drittijiet u dmirijiet”; billi l-Kodiċi tal-Familja Afgana qed issirlu reviżjoni issa sabiex jiġi armonizzat mal-Kostituzzjoni,

K.

billi f’Lulju tal-2010 l-Kungress tal-Istati Uniti talab verifika tal-kontijiet dwar il-biljuni ta’ dollari ta’ ffinanzjar tal-passat għall-Afganistan u vvota biex jaqta’ proviżorjament kważi USD 4 biljun f’għajnuna lill-Gvern tal-Afganistan,

L.

billi l-Ministru tal-Finanzi tal-Afganistan Omar Zakhilwal ikkritika, l-ewwel, il-prattiki kuntrattwali tan-NATO/l-ISAF talli l-ekonomija lokali Afgana ma bbenefikatx u, it-tieni, l-interpretazzjoni unilaterali tal-ISAF tar-regoli dwar il-provizjonijiet bla taxxi fil-ftehim bejn l-ISAF u l-Gvern Afgan, u billi l-Ministru ta tort lill-kuntratturi barranin li ħadu l-maġġoranza tal-kuntratti ffinanzjati mill-ISAF li jammontaw għal USD 4 biljun u li ġew irrappurtati li kienu l-ħtija ta’ ħruġ kostanti ta’ flus mill-pajjiż; billi l-Gvern Afgan qed jitlob li ssir investigazzjoni internazzjonali,

M.

billi ma jidhirx li soluzzjoni militari hija possibbli fl-Afganistan, u billi l-Istati Uniti kienet stqarret li se tibda tirtira t-truppi tagħha mill-Afganistan fis-sajf tal-2011, u pajjiżi oħra diġà rtiraw jew qed jagħmlu l-pjanijiet biex jirtiraw, u oħrajn għadhom ma tawx indikazzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw; billi, madankollu, l-irtirar militari irid isir bi proċess gradwali u koordinat fil-qafas ta’ proġett politiku li jiggarantixxi tranżizzjoni ta’ responsabilità bla ebda diffikultà lill-forzi tas-sigurtà Afgani,

N.

billi billi l-Konferenza ta’ Kabul stipulat li l-Armata Nazzjonali Afgana għandha tilħaq qawwa ta’ 171 600 persunal u dik tal-Pulizija Nazzjonali Afgana ta’ 134 000 sa Ottubru 2011, bl-għajnuna finanzjarja u teknika meħtieġa mill-komunità internazzjonali,

O.

billi l-għan ewlieni tal-missjoni fl-Afganistan tal-EUPOL huwa li jikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ sistema tal-pulizija Afgana b’konformità mal-istandards internazzjonali,

P.

billi l-Afganistan mhux biss huwa s-sors ewlieni tad-dinja għall-produzzjoni tal-oppju, u l-fornitur ewlieni tas-swieq tal-eroina fl-UE u l-Federazzjoni Russa, iżda wkoll wieħed mill-produtturi ewlenin tal-kannabis, skont rapport reċenti mill-UNODC; billi, madankollu, il-produzzjoni tal-opium fl-Afganistan waqgħet bi 23 % fl-aħħar sentejn u b’terz matul l-ogħla produzzjoni tiegħu fl-2007; billi l-UNODC stabbilixxa li hemm korrelazzjoni ċara bejn il-kultivazzjoni tal-oppju u t-territorji fejn hemm ir-ribelljoni fil-kontroll u li f’dawk il-partijiet tal-Afganistan fejn il-Gvern huwa aktar kapaċi jinforza l-liġi, kważi żewġ terzi tal-bdiewa qalu li huma ma jkabbrux oppju għaliex huwa projbit – filwaqt li fix-Xlokk, fejn il-kontroll min-naħa tal-awtorità huwa aktar dgħajjef, ftit anqas minn 40 % tal-bdiewa kkwotaw il-projbizzjoni bħala raġuni għalfejn ma jikkultivawx il-peprina,

Q.

billi, skont rapport reċenti mill-UNODC, in-numru ta’ ċittadini Afgani dipendenti fuq id-droga żdied ħafna f’dawn l-aħħar snin, xejra li se jkollha riperkussjonijiet soċjali kbar għall-futur tal-pajjiż,

R.

billi l-UE għandha rwol attiv fl-appoġġ tal-isforzi kontra n-narkotiċi mill-bidu tal-proċess ta’ rikostruzzjoni mingħajr ma rnexxielha s’issa twaqqaf effettivament lill-industrija tad-droga milli tinfed l-ekonomija, is-sistema politika, l-istituzzjonijiet statali u s-soċjetà,

S.

billi xi eradikazzjoni tal-peprin fl-Afganistan saret permezz tal-użu ta’ erbiċida kimika, u billi din il-prattika twassal għal dannu serju għall-persuni u għall-ambjent f’termini ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma; billi, madankollu, issa hemm konsensus dwar il-bżonn biex jikkonċentraw miżuri ripressivi fuq il-kummerċ tad-droga u laboratorji li jipproduċu l-eroina, u mhux fuq il-bdiewa; billi l-isforz ewlieni attwalment huwa ffukat fuq l-għoti ta’ għejxien alternattiv lill-bdiewa,

T.

billi l-Afganistan għandu riżorsi naturali mill-aqwa, inklużi riżervi minerali rikki, bħall-gass u ż-żejt, li huwa stmat b’valur ta’ USD 3 triljun, u billi l-Gvern Afgan qed iserraħ fuq dawn ir-riżorsi biex jixpruna l-iżvilupp ekonomiku wara li jiġu stabbiliti l-paċi u s-sigurtà fil-pajjiż,

Strateġija ġdida tal-UE

1.

Huwa konxju dwar is-sett ta’ fatturi li jfixklu l-progress fl-Afganistan iżda, minħabba l-limitazzjoni tal-ispazju, għażel li f'dan ir-rapport jiffoka fuq erba’ oqsma ewlenin fejn, huwa jemmen, li żieda fl-isforzi f’dawn l-elementi jistgħu jwasslu għal titjib: għajnuna internazzjonali u koordinazzjoni; l-implikazzjonijiet fil-proċess tal-paċi; l-impatt fuq it-taħriġ tal-pulizija; u l-eliminazzjoni tal-kultivazzjoni tal-oppju permezz ta’ żvilupp alternattiv;

2.

Jesprimi appoġġ għall-kunċett ġdid ta’ strateġija kontra r-ribelljoni, li għandha l-għan li tħares il-popolazzjoni lokali u l-bini mill-ġdid ta’ żoni fejn is-sigurtà tagħhom ġiet assigurata, u appoġġ għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE lill-Afganistan u l-Pakistan;

3.

Jemmen, għaldaqstant, li l-istrateġija tal-UE għall-Afganistan għandha tkun ibbażata, bħala punt tat-tluq, fuq żewġ premessi: rikonoxximent tad-deterjorazzjoni kontinwa fis-sigurtà u l-indikaturi soċjoekonomiċi fl-Afganistan minkejja kważi għaxar snin ta’ involviment u investiment internazzjonali; u l-ħtieġa li tiġi mħeġġa aktar il-bidla profonda fl-attitudnijiet tal-komunità internazzjonali – li ta’ spiss fil-passat, u partikularment qabel l-istrateġija kontra r-ribelljoni, iffurmaw il-pjanijiet u d-deċiżjonijiet mingħajr wisq kas għall-involviment Afgan – sabiex il-pjanijiet u d-deċiżjonijiet ġejjiena jsiru b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Afgani; jinnota li l-Konferenzi ta’ Londra u ta’ Kabul kienu pass importanti f’din id-direzzjoni;

4.

Jilqa’ u jappoġġa l-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ottubru 2009, bl-isem “Insaħħu l-Azzjoni tal-UE fl-Afganistan u fil-Pakistan”, u li tagħti ħjiel ta’ approċċ aktar koerenti u koordinat tal-UE lejn ir-reġjun u tenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni reġjonali u ta’ aktar ffukkar fuq iċ-ċivili fil-politika għall-Afganistan;

5.

Jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni fuq perjodu twil taż-żmien għall-kriżijiet tal-Afganistan għandha tibda mill-interessi taċ-ċittadini Afgani fis-sigurtà interna tagħhom, il-protezzjoni ċivili u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u għandu jinkludi miżuri konkreti għall-eliminazzjoni tal-faqar, għan-nuqqas ta’ żvilupp u diskriminazzjoni kontra n-nisa, għal titjib fir-rispett tad-drittijiet umani u l-istat tad-dritt, it-tisħiħ fil-mekkaniżmi tar-rikonċiljazzjoni, l-iżgurar tat-tmiem tal-produzzjoni tal-oppju, l-ingaġġ f'eżerċizzju b’saħħtu fil-kostruzzjoni tal-istat u l-integrazzjoni sħiħa tal-Afganistan fil-komunità internazzjonali, kif ukoll it-tkeċċija ta’ Al-Qaeda mill-pajjiż;

6.

Jilqa’ l-konkluzjonijiet tal-Konferenza Internazzjonali ta’ Kabul dwar l-Afganistan; jenfasizza li jeħtieġ jiġu rispettati l-impenji tal-Gvern Afgan biex itejjeb is-sigurtà, il-governanza u l-opportunità ekonomika għaċ-ċittadini Afgani, kif ukoll l-impenji tal-komunità internazzjonali biex tappoġġa l-proċess ta’ tranżizzjoni u l-objettivi komuni;

7.

Itenni li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jappoġġaw lill-Afganistan fil-kostruzzjoni mill-ġdid tal-istat tiegħu stess, b’istituzzjonijiet demokratiċi aktar b’saħħithom li jkunu kapaċi jiżguraw is-sovranità nazzjonali, is-sigurtà bbażata fuq armata u pulizija demokratikament responsabbli, l-unità tal-istat, l-integrità territorjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-libertà tal-midja, enfasi fuq l-edukazzjoni u s-saħħa, l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-prosperità tal-poplu tal-Afganistan, u r-rispett għat-tradizzjonijiet storiċi, reliġjużi, spiritwali u kulturali u d-drittijiet tal-komunitajiet etniċi u reliġjużi kollha fit-territorju Afgan, filwaqt li jiġi rrikonoxxut il-bżonn ta’ tibdil fundamentali fl-attitudni lejn in-nisa; jitlob sabiex jingħata aktar appoġġ għall-proġetti ta’ żvilupp tal-awtoritajiet lokali ta’ dawk il-provinċji li għandhom evidenza ta’ governanza tajba;

8.

Jinnota li 80 % tal-popolazzjoni tgħix f’żoni rurali filwaqt li l-art li tista' tinħadem per capita naqset minn 0.55 ettari fl-1980 għall-0.25 ettari fl-2007; jenfasizza l-fatt li l-Afganistan għadu vulnerabbli ħafna għall-kundizzjonijiet ħżiena tal-klima u ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel fis-suq dinji, filwaqt li l-firxa wiesgħa u l-użu indiskriminat tal-mini tal-art huma ta’ theddida sinifikanti għas-suċċess tal-iżvilupp rurali; iqis f'dan il-kuntest li huwa ta’ importanza primarja li jitkompla kif ukoll jittejjeb l-iffinanzjar immirat lejn l-iżvilupp rurali u l-produzzjoni tal-ikel lokali, biex tinkiseb is-sigurtà tal-ikel;

9.

Jinnota l-impenn tal-Gvern Afgan biex jimplimenta matul it-12-il xahar li ġejjin, ftit ftit u b’mod fiskalment sostenibbli, il-Politika ta’ Governanza Subnazzjonali, li ssaħħaħ l-awtoritajiet lokali u l-kapaċitajiet istituzzjonali tagħhom, u tiżviluppa oqfsa subnazzjonali regolatorji, finanzjarji u baġitarji;

10.

Jinnota li involviment Afgan aktar sostanzjali fil-proċess ta’ bini mill-ġdid jista’ jiġi mfixkel minn amministrazzjoni pubblika u kapaċità tas-servizz ċivili dgħajfin; għalhekk hu konvint li jinħtieġ tingħata aktar attenzjoni lil dawn l-oqsma importanti; jilqa’ l-idea li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ifasslu programm ta’ gwida speċjali fuq perjodu ta’ żmien twil biex jindirizza l-kwistjoni tat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika billi jiġi żviluppat kurrikulu, li jgħin jibni jew juża bini eżistenti, li jingħaqad man-netwerk tal-istituti tal-amministrazzjoni pubblika tal-UE, kif ukoll jiggwida istituti tas-servizz ċivili f’għadd ta’ bliet metropolitani fl-Afganistan bħal Kabul, Herat u Mazar i Sharif;

11.

Jinnota li l-isforzi għall-iżvilupp iridu jikkonċentraw fuq it-titjib tal-kapaċità tal-istrutturi governattivi Afgani u li l-Afgani jridu jkunu mdaħħla sew fl-għażla tal-prijoritajiet kif ukoll fil-fażijiet tal-implimentazzjoni sabiex jissaħħu l-proċess tas-sjieda u tar-responsabilità fil-livell nazzjonali u Komunitarju; jiġbed l-attenzjoni, għaldaqstant, għar-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiżguraw li ċ-ċittadini Afgani jkunu involuti fil-proċess tad-demokratizzazzjoni u r-rikostruzzjoni, u li jitħarsu mir-riskju tal-korruzzjoni;

12.

Jibqa' mħasseb ħafna, minkejja xi titjib fil-ħajja tan-nisa mindu ntemmet il-ħakma Talibana fl-2001, dwar is-sitwazzjoni ġenerali rigward id-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan u partikularment dwar id-deterjorament tad-drittijiet fundamentali, politiċi, ċivili u soċjali tan-nisa f’dawn l-aħħar ftit snin, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar żviluppi negattivi bħall-fatt li maġġoranza tal-priġunieri fil-ħabsijiet Afgani huma nisa li ħarbu minn qraba oppressivi, u dwar it-tibdiliet riċenti tal-kodiċi elettorali li jnaqqsu l-kwota ta’ siġġijiet parlamentari għan-nisa;

13.

Jemmen bis-sħiħ li d-drittijiet tan-nisa huma parti mis-soluzzjoni tas-sigurtà u li huwa impossibbli li tintlaħaq l-istabilità fl-Afganistan mingħajr ma n-nisa jkunu qed igawdu mid-drittijiet sħaħ tagħhom fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet Afgani u lir-rappreżentanti tal-komunità internazzjonali biex jinkludu lin-nisa f’kull stadju tat-taħditiet ta’ paċi u l-isforzi għar-rikonċiljazzjoni/riintegrazzjoni, skont ir-Riżoluzzjoni 1325 tal-UNSC; jitlob biex tingħata protezzjoni speċjali lin-nisa li huma attivi pubblikament jew politikament u għalhekk jinsabu fil-periklu minħabba l-fundamentalisti; jistqarr li l-progress fit-taħditiet ta’ paċi fl-ebda każ ma jista’ jinvolvi telf ta’ drittijiet tan-nisa, liema drittijiet inkisbu f’dawn l-aħħar snin; jistieden lill-Gvern Afgan għal iktar protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa billi jemenda l-leġiżlazzjoni fis-seħħ, bħall-kodiċi kriminali, biex jiġu evitati prattiki diskriminatorji;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE biex ikomplu jqajmu l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa u t-tfal, u tad-drittijiet tal-bniedem b’mod ġenerali fir-relazzjonijiet bilaterali mal-Afganistan, skont l-impenn tal-Unjoni fuq perjodu ta’ żmien twil biex jgħinu lill-Afganistan fl-isforzi għall-paċi u r-rikostruzzjoni;

15.

Jistieden lill-UE u l-komunità internazzjonali biex iżżid il-livell tal-iffinanzjar u l-appoġġ politiku u tekniku għall-politiki biex titjieb is-sitwazzjoni tan-nisa Afgani u għall-organizzazzjonijiet tan-nisa, inklużi dawk li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa;

16.

Jinnota li, minkejja żviluppi mill-waqgħa tar-reġim Taliban, is-sitwazzjoni marret għall-agħar f’dawn l-aħħar snin fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u tal-istampa; jinnota l-attakki u t-theddidiet min-naħa ta’ gruppi armati u Talibani fil-konfront tal-ġurnalisti biex jevitaw li dawn jirrappurtaw dwar iż-żoni li jinsabu taħt il-kontroll tagħhom; jitlob li jittieħdu miżuri f’dan il-qasam li jippermettu lill-ġurnalisti jeżerċitaw il-professjoni tagħhom b’ċerti garanziji ta’ sigurtà;

17.

Jinnota bi tħassib li l-elezzjonijiet parlamentari li saru fl-Afganistan fit-18 ta’ Settembru 2010, bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 40 % minkejja l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà fil-pajjiż, kienu għal darb’oħra mċappsa bil-frodi u l-vjolenza, li matulhom, skont in-NATO, tilfu ħajjithom 25 ruħ; jiddispjaċih li ħafna Afgani ma tħallewx jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom biex jivvutaw;

18.

Jinnota l-irregolaritajiet fil-proċeduri ġudizzjarji tal-pajjiż, li ma jikkonformawx mal-istandrads internazzjonali tal-ġustizzja; jiddispjaċih għall-eżekuzzjoni, fl-2008, ta’ 16-il persuna kkundannati għall-mewt; jistieden lill-UE biex tfittex l-approvazzjoni ta’ moratorju dwar il-piena tal-mewt, bi qbil mar-Riżoluzzjoni 62/149 tal-2007 tan-Nazzjonijiet Uniti, bil-għan tal-abolizzjoni sussegwenti tagħha;

L-għajnuna internazzjonali – l-użu u l-abbuż

19.

Ifakkar li l-baġit konġunt għall-għajnuna tal-UE (Komunità Ewropea u l-Istati Membri) għall-Afganistan għall-perjodu 2002-2010 kien ta’ madwar EUR 8 biljun;

20.

Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-libertà tal-midja u s-soċjetà ċivili fl-Afganistan biex tissaħħaħ id-demokratizzazzjoni fil-pajjiż; jirrakkomanda wkoll il-konklużjonijiet tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-UE tal-2009;

21.

Jinnota li, minkejja d-dħul enormi ta’ għajnuna finanzjarja, is-sitwazzjoni fl-Afganistan tibqa’ tkun ta’ qtigħ il-qalb, u tipprevieni l-għajnuna umanitarja u medika milli tasal fl-aktar sezzjonijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni, u jinnota li aktar Afgani qed imutu minħabba l-faqar milli bħala riżultat dirett tal-konflitt bl-armi, u li ż-żieda fil-livell tal-mortalità tat-trabi mill-2002 hija skandaluża, filwaqt li l-għomor tal-ħajja mat-twelid u l-livell tal-ħila fil-qari u l-kitba naqsu sewwa, u li mill-2004 n-numru ta’ persuni li jgħixu taħt il-livell tal-faqar żdied b’130 %;

22.

Jisħaq fuq l-importanza li jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u jisgħobbih dwar il-fatt li, minkejja li sar progress f’xi oqsma, il-klassifika tal-Afganistan fl-Indiċi tal-Iżvilupp Uman tal-UNDP niżlet mill-173 post fl-2003 għall-181 post (minn 182 pajjiż), filwaqt li r-rata tal-mewt fi tfal taħt il-5 snin u r-rata tal-mewt materna jibqgħu fost l-ogħla fid-dinja; iħeġġeġ li objettivi speċifiċi f’dawn l-oqsma, u dwar l-aċċess għas-saħħa u l-edukazzjoni, partikularment għan-nisa, ma għandhomx jiġu traskurati, iżda iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari għal titjib fil-ġenerazzjoni tad-dħul tal-flus u l-kostruzzjoni tas-sistema ġuridika li tiffunzjona;

23.

Jenfasizza li l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) jiżvela fl-istudju tiegħu ta’ Jannar 2010 li l-korruzzjoni hija l-akbar tħassib tal-popolazzjoni u li d-dħul iġġenerat mit-tixħim jammonta għal kważi kwart (23 %) tal-PDG tal-Afganistan;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura t-trasparenza u l-kontabilità fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja provduta lill-Gvern Afgan, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-NGOs lokali sabiex jiġu assigurati l-koerenza tal-għajnuna u s-suċċess tar-rikostuzzjoni u l-iżvilupp tal-Afganistan;

25.

Jitlob tqassim tal-għajnuna umanitarja li jkun ġeografikament iżjed omoġenju, ibbażat fuq analiżi tal-bżonnijiet u li jkun konformi mal-objettiv ta’ emerġenza;

26.

Jinnota, madankollu, il-progress limitat li sar fl-infrastruttura, it-telekomunikazzjonijiet, u l-edukazzjoni bażika – li normalment jiġu kwotati bħala kisbiet mid-donaturi u l-Gvern Afgan;

27.

Jiġbed l-attenzjoni dwar l-ispejjeż kbar tal-gwerra li baqgħet għaddejja fl-Afganistan bejn l-2001 u l-2009, li hija stmata għal aktar minn USD 300 biljun u ekwivalenti għal aktar minn 20 darba l-PGD tal-Afganistan, u li bit-tbassir fiż-żieda ta’ militari addizzjonali huma mistennija jiżdiedu b’aktar minn USD 50 biljun fis-sena;

28.

Jirrikonoxxi l-firxa ta’ perċezzjoni li l-korruzzjoni tal-Gvern Afgan hija responsabbli biss għan-nuqqas ta’ dispożizzjoni ta’ servizzi essenzjali għaċ-ċittadini tiegħu, iżda jinnota wkoll li l-maġġoranza tar-riżorsi għall-iżvilupp soċjoekonomiku għaddiet mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-banek għall-iżvilupp reġjonali, kuntratturi internazzjonali, konsulenti, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, eċċ., u mhux mill-Gvern ċentrali; iħeġġeġ lill-gvern Afgan u lill-komunità internazzjonali biex jeżerċitaw kontroll akbar sabiex tiġi eliminata l-korruzzjoni u biex jiżgura li l-għajnuna tilħaq l-għan tagħha;

29.

Iqis li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tkun fiċ-ċentru tal-proċess lejn il-bini ta’ paċi fl-Afganistan, ladarba t-tixħim iwassal għall-allokazzjoni ħażina tar-riżorsi, jikkostitwixxi ostaklu f’termini tal-aċċess għas-servizzi pubbliċi bażiċi, bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni, u jirrappreżenta impediment enormi għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż; jenfasizza bl-istess mod li l-korruzzjoni tnaqqas il-fiduċja fis-settur pubbliku u fil-gvern, u tikkostitwixxi konsegwentement theddida kbira għall-istabilità nazzjonali; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-UE biex meta tagħti għajnuna lill-Afganistan, tagħti attenzjoni speċjali lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

30.

Jinnota li skont il-Ministru tal-Finanzi Afgan, kif ikkorroborat minn sorsi indipendenti oħra, USD 6 biljun biss (jew 15 %) minn total ta’ USD 40 biljun ta’ għajnuna waslet realment għand il-gvern Afgan bejn l-2002 u l-2009, u li l-bqija tal-USD 34 biljun li għaddew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, mill-banek għall-iżvilupp reġjonali, mill-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, mill-kuntratturi internazzjonali, eċċ, bejn 70 % u 80 % qatt ma waslu għand il-benefiċjarji, il-poplu tal-Afganistan; jinnota d-deċiżjoni tal-konferenza ta’ Kabul li tipprevedi t-trasferiment ta’ 50 % tal-għajnuna internazzjonali permezz tal-baġit nazzjonali Afgan minn issa sal-2012, bi qbil mat-talba Afgana;

31.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa vitali li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn il-pajjiżi donaturi internazzjonali u li jiġu previsti evalwazzjonijet iddettaljati tal-għajnuna Ewropea u dik internazzjonali għall-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ trasparenza u l-mekkaniżmi limitati għar-responsabilità tad-donaturi;

32.

Jikkundanna l-fatt li proporzjon sinifikanti ta’ għajnuna finanzjarja Ewropea u internazzjonali ntilef matul il-katina tad-distribuzzjoni – sitwazzjoni li nkixfet b’mod drastiku fl-iskandlu reċenti li jikkonċerna l-Bank ta’ Kabul, u jiġbed l-attenzjoni għall-erba' raġunijiet li jwasslu għal dan: il-ħela, l-ispejjeż eċċessivi intermedjarji u ta’ sigurtà, il-kontijiet għoljin ħafna u l-korruzzjoni;

33.

Jinnota, madankollu, li t-telf tal-UE huwa mmitigat minħabba l-fatt li 50 % tal-għajnuna tal-Unjoni huwa allokat permezz ta’ Fondi Fiduċjarji (meta jitqabbel ma’ 10 % fil-każ tal-għajnuna Amerikana), li r-rata tal-effiċjenza tagħhom hija għolja ħafna (madwar 80 %);

34.

Jistieden lill-UE twaqqaf bażi tad-data ċentralizzata u tanalizza l-ispejjeż u l-impatt tal-għajnuna kollha li tasal mill-UE, billi n-nuqqas ta’ data komprensiva, aġġornata u trasparenti ddgħajjef l-effiċjenza tal-għajnuna;

35.

Jistieden ukoll lill-korpi kollha attivi umanitarji u għall-iżvilupp ewlenin fl-Afganistan inkluża l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Istati Uniti, l-UNAMA, l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi ewlenin u l-Bank Dinji, biex inaqqsu drastikament l-ispejjeż operattivi tagħhom billi jallokaw il-fondi għal proġetti konkreti implimentati fi sħubija vera u bbilanċjata ma’ istituzzjonijiet Afgani, u biex jiżguraw li l-għajnuna tilħaq fil-fatt l-għan tagħha; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-istituzzjonijiet Afgani għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu dwar l-użu tal-fondi, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza u r-responsabilità;

36.

Jenfasizza l-importanza li l-isforzi tar-rikostruzzjoni u tal-iżvilupp jiġu kkoordinati fil-livell reġjonali sabiex jiġi promoss l-iżvilupp transkonfinali f'reġjun fejn ir-rabtiet etniċi u tribali ta’ spiss jisbqu l-fruntieri nazzjonali;

37.

Jinnota li żieda fl-involviment tal-gvernijiet lokali u reġjonali Afgani għandha tiġi promossa, u jenfasizza li, f'dan il-livell, il-lealtà, l-istat tad-dritt u d-demokrazija huma importanti ħafna għall-użu xieraq tal-fondi; jinnota li l-allokazzjoni ta’ fondi f’livell lokali u reġjonali tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Gvern ċentrali, biex hekk jitjiebu r-rwol u r-responsabilità tiegħu;

38.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u s-Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jwaqqfu tim ta’ riċerkaturi bejniethom biex jevalwaw il-miżuri u l-missjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri fl-Afganistan darba fis-sena billi juża indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi speċjalment fejn tidħol l-għajnuna għall-iżvilupp (inklużi s-saħħa pubblika u l-agrikoltura), governanza effettiva (inklużi s-settur tal-ġustizzja u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem), u s-sigurtà (speċjalment it-taħriġ tal-pulizija Afgana); jitlob ukoll, f’dan il-kuntest, li ssir evalwazzjoni tal-impatt relattiv tal-miżuri tal-UE fuq is-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż u tal-livell ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn il-korpi tal-UE u missjonijiet u miżuri internazzjonali oħra, u biex jiġu ppubblikati r-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet ta’ tali evalwazzjoni;

39.

Jenfasizza li s-sitwazzjoni tas-sigurtà u l-allokazzjoni ġeografika tal-miżuri ta’ għajnuna huma interdipendenti, u għaldaqstant jitlob li l-għajnuna għall-Afganistan għandha titwassal b’mod dirett lill-popolazzjoni milquta direttament;

40.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Afganistan għandha tkun ta’ prijorità; jirrikonoxxi li l-eżistenza tal-korruzzjoni lokali iżda jittama li din tiġi miġġielda permezz tat-tisħiħ fil-leġittimità tal-istituzzjonijiet tal-istat Afgan billi jsiru responsabbli għall-approvazzjoni tal-allokazzjoni tal-fondi u jiġu żgurati l-effikaċja tal-għajnuna;

41.

Jappoġġa politika ta’ żieda fl-akkwist fi ħdan l-Afganistan stess meta jkun possibbli minflok jiġu importati l-prodotti u s-servizzi;

42.

Huwa tal-opinjoni li entitajiet umanitarji imparzjali għandhom ikunu responsabbli għat-tqassim tal-għajnuna fil-pajjiż u li persunal militari għandu jkun involut biss f’ċirkostanzi għal kollox eċċezzjonali, b’rikonoxximent għan-natura newtrali, imparzjali u indipendenti tax-xogħol tal-entitajiet umanitarji u b’konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali relevanti, kif kodifikati fil-“Linjigwida dwar l-Użu tal-Assi Militari u tad-Difiża Ċivili f’Emerġenzi Umanitarji” (MCDA) u appoġġati fil-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja;

43.

Jinnota li kull attakk ipperċepit fuq il-prinċipju tan-newtralità, tal-imparzjalità u tal-indipendenza minn tali korpi matul il-ħidma tagħhom jagħmluhom aktar vulnerabbli fil-post, b'mod partikulari minħabba li dawn jibqgħu preżenti fil-post għal ħafna żmien wara li t-truppi tan-NATO jkunu rtiraw;

44.

Jinnota li, hekk kif ġie rrappurtat ħafna fl-istampa u fir-rapport tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti “Warlord, Inc.”, il-militari tal-Istati Uniti fl-Afganistan taw il-maggoranza tal-loġistika tagħhom lill-kuntratturi privati, li min-naħa tagħhom issottokuntrattaw il-protezzjoni tal-konvojs militarji lill-fornituri tas-sigurtà Afgana, b’konsegwenzi diżastrużi;

45.

Jinnota li d-deċiżjoni li l-katina ta’ provvista militari tal-Istati Uniti tingħata f’idejn privati mingħajr ebda kriterju ta’ fiduċja għall-assigurazjoni ta’ kontabilità, trasparenza u legalità qed tkompli żżid l-estorsjoni u l-korruzzjoni, hekk kif kmandanti militari, kapijiet tal-mafja lokali u fl-aħħarnett kmandanti Talibani jispiċċaw jieħdu sehem sinifikanti ta’ USD 2.2-3 biljun negozju ta’ loġistika militari fl-Afganistan;

46.

Huwa xxukkjat bil-fatt li l-flus tal-protezzjoni u l-estorsjoni f'kull livell tal-katina tal-provvista militari jikkostitwixxu s-sors l-aktar sinifikanti tal-iffinanzjar għar-ribelljoni, hekk kif irrikonoxxut mis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Hillary Clinton fid-dikjarazzjoni tagħha quddiem il-Kumitat għar-Relazzjonijiet Barranin tas-Senat 2009;

47.

Huwa xxukkjat ukoll bil-fatt li, minħabba li l-loġistika militari tal-Istati Uniti u tan-NATO/ISAF jimxu fuq linji simili, it-traċċabilità kompleta tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE tista’ wkoll ma tkunx garantita għal kollox fil-każi kollha;

48.

Jilqa’ kompletament il-linji gwida l-ġodda maħruġa f’Settembru 2010 mill-kmand militari tan-NATO fl-Afganistan dwar il-kuntratti – li bħalissa huma stmati li jiswew madwar USD 14-il biljun fis-sena – bil-għan li titnaqqas il-korruzzjoni u jonqsu l-fondi li b’mod indirett jgħaddu għand ir-ribelli u t-Talibani; jittama li din il-bidla ta’ orjentament fil-politika tal-kuntratti tkun implimentata malajr;

49.

Jilqa’, f’dan il-kuntest, id-digriet riċenti mill-President Karzai li jagħti erba’ xhur żmien lill-kumpaniji privati kollha tas-sigurtà lokali u barranin fl-Afganistan biex jieqfu joperaw;

Il-proċess tal-paċi

50.

Jenfasizza li governanza effettiva, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huma l-pedament għal Afganistan stabbli u prosperu; Jenfasizza, għaldaqstant, għalhekk li proċess ta’ ġustizzja kredibbli huwa aspett fundamentali tal-proċess għall-paċi u li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-firxa ta’ impunità għandhom ikunu aspetti mhux negozjabbli fl-istadji kollha tal-proċess ta’ paċi; jistieden f’dal-każ lill-Gvern Afgan biex jimplimenta strateġija ta’ riforma ġudizzjali bħala kwistjoni ta’ prijorità;

51.

Jemmen li ħafna mit-tort tal-imblokk attwali fl-Afganistan lġej minħabba l-kalkoli ħżiena li saru qabel l-istrateġija l-ġdida kontra r-ribelljoni mill-forzi tal-koalizzjoni li pprevedew rebħa militari bil-ħeffa fuq it-Talibani u tranżizzjoni faċli għal pajjiż stabbli mmexxi minn gvern leġittimu b'sostenn b'saħħtu mill-Punent;

52.

Jemmen, konsegwentement, li l-preżenza tas-saħħa tat-Talibani ġiet sottovalutata u l-abilità tal-gvern ta’ Karzai li jipprovdi governanza ġiet stmata żżejjed, u li, minħabba dan, il-ħidma tal-bini mill-ġdid u l-iżvilupp tal-pajjiż ftit ingħataw attenzjoni;

53.

Jibża’ li dawn l-iżbalji saħħu l-qawmien mill-ġdid tat-Talibani f’aktar minn nofs il-pajjiż, filwaqt li aggravaw id-deterjorament fis-sigurtà fil-pajjiż kollu u fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dawk tan-nisa;

54.

Jindika li l-fokus militari tal-passat ma kisibx ir-riżultati mixtieqa, u għalhekk jappoġġa bil-qawwa kollha approċċ aktar ċivili;

55.

Jirrikonoxxi li l-unika soluzzjoni possibbli hija waħda politika u li din għandha tinkludi n-negozjati mat-Talibani u mal-bqija tal-atturi politiċi tal-pajjiż – li eventwalment għandhom isiru fil-kuntest ta’ waqfien mill-ġlied – huma fil-qalba tas-suċċess ta’ dan il-proċess, bil-għan li jiġi ffurmat gvern ta’ unità nazzjonali li jġib fit-tmiem il-gwerra ċivili li ilha sejra fil-pajjiż għal kważi tletin sena u billi jiġi żgurat rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem; jemmen li, sabiex tinstab soluzzjoni politika, il-politika ġdida kontra r-ribelljoni trid tingħata ż-żmien biex tirnexxi skont l-iskeda mħabbra mill-President Obama;

56.

Jemmen bis-sħiħ li t-tliet prerekwiżiti ewlenin tal-UE għal tali proċess ta’ paċi u l-involviment ta’ gruppi Talibani għandhom ikunu l-impenn min-naħa tal-partijiet kollha involuti fin-negozjati li jkeċċu lill-Al Qaeda mill-pajjiż flimkien mal-promozzjoni tagħha ta’ terroriżmu internazzjonali, kif ukoll kwalunkwe grupp terroristiku; sabiex tittieħed azzjoni biex tiġi eliminata l-kultivazzjoni tal-perprin; u sabiex tiġi stabbilita politika ta’ promozzjoni u rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-Kostituzzjoni Afgana;

57.

Jemmen ukoll li l-kwistjonijiet l-oħra kollha għandhom jitħallew għar-rieda u l-kapaċità tal-poplu Afgan innifsu;

58.

Jirrikonoxxi li t-Taliban mhuwiex entità uniformi unika u li hemm minn tal-anqas 33 mexxej ewlieni, 820 mexxej ta’ livell medju/żagħżugħ, u bejn 25 000 u 36 000“ġellied” imxerred fost 220 komunità, li wħud minnhom qed jiġġieldu għall-ideoloġija, u oħrajn għal finijiet ta’ flus; jemmen għalhekk, li minn issa ’l quddiem għandhom jinkoraġġixxu negozjati fuq livell lokali bejn il-gvern lokali elett demokratikament u membri armati tal-oppożizzjoni “li jikkundannaw il-vjolenza, m’għandhoml-ebda konnessjoni ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi internazzjonali, jirrispettaw il-Kostituzzjoni u lesti li jingħaqdu fil-bini ta’ Afganistan bla ġlied”, skont paragrafi 13 u 14 tal-komunikat ta’ Kabul tal-20 ta’ Lulju 2010;

59.

Jilqa’ l-Programm ta’ Paċi u Riintegrazzjoni tal-Gvern Afgan, li hu miftuħ għall-membri Afgani kollha armati tal-oppożizzjoni u l-komunitajiet tagħhom fuq il-bażi tal-paragrafi 13 u 14 tal-communiqué msemmija hawn fuq;

60.

Jinnota li kwalunkwe strateġija ta’ diżarmament u riintegrazzjoni għandha tqis mill-qrib il-problema tar-ritorn tal-ex-ġellieda u r-refuġjati lejn il-villaġġi ta’ oriġini tagħhom;

61.

Jenfasizza l-importanza li l-Gvern Afgan u l-amministrazzjoni tiegħu jkabbru l-kredibilità, ir-responsabilità u l-kompetenza tagħhom, sabiex titjieb ir-reputazzjoni tiegħu fost iċ-ċittadini tiegħu stess;

62.

Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Pakistan, ladarba m'hemm ebda inċentiv għat-Talibani sabiex jieħdu n-negozjati bis-serjetà sakemm il-konfini Pakistani jibqgħu miftuħa għalihom; jirrakkomanda koordinazzjoni u involviment internazzjonali usa’ fil-proċess, li wkoll jinkludu pajjiżi oħra ġirien u atturi reġjonali prominenti – partikularment l-Iran, it-Turkija, iċ-Ċina, l-Indja, u l-Federazzjoni Russa;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-implikazzjonijiet strateġiċi u politiċi tal-għargħar diżastrużi ta’ dan l-aħħar fil-Pakistan għall-Afganistan u r-reġjuni ta’ madwar, u biex jittieħed kull pass meħtieġ biex tingħata għajnuna lill-popolazzjoni milquta tal-pajjiż u lir-refuġjati Afgani li nqerdulhom il-kampijiet bl-għargħar;

64.

Jenfasizza l-importanza tal-immaniġġjar tal-ilma tajjeb għax-xorb fl-Afganistan u fil-pajjiżi tal-madwar u jiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċji tal-kooperazzjoni reġjonali u transkonfinali f’dan il-qasam, inter alia f’termini ta’ bini ta’ fiduċja fost il-ġirien fil-Lbiċ tal-Asja;

65.

Jinnota l-involviment tas-Servizz ta’ Intelliġenza Pakistana (ISI), li għandu l-intenzjoni li jiżgura riżultat sodisfaċenti għall-Pakistan ukoll minn kull ftehim ta’ paċi;

66.

Jenfasizza madankollu li sabiex il-paċi tieħu l-għeruq fl-Afganistan jeħtieġ li jsiru negozjati politiċi bejn qawwiet reġjonali prominenti, inklużi l-Indja, il-Pakistan, l-Iran, l-Istati Ċentrali tal-Asja, ir-Russja, iċ-Ċina, it-Turkija, u pożizzjoni komuni ta’ nuqqas ta’ interferenza u appoġġ għall-Afganistan indipendenti; Jitlob, ukoll, għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Afganistan u l-Pakistan, jiġifieri permezz ta’ ftehim finali dwar il-kwistjoni tal-fruntiera internazzjonali bejn iż-żewġ pajjiżi;

67.

Jistieden lill-UE tkompli tappoġġa l-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni fl-Afganistan kif ukoll l-isforzi Afgani biex jintegraw mill-ġdid lil dawk li lesti jikkundannaw il-vjolenza, u jagħtu lill-Gvern Karzai biżżejjed flessibilità fl-għażla tiegħu tal-imsieħba tad-djalogu, iżda jinsisti li l-Kostituzzjoni Afgana u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiffurmaw il-qafas legali u politiku sħiħ għall-proċess ta’ paċi;

68.

Jilqa’ l-Programmi ta’ Prijorità Nazzjonali, ppreparati mill-Gvern Afgan skont l-istrateġija għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Afganistan u appoġġati mill-Konferenza ta’ Kabul, u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom;

69.

Ma jistax jisħaq biżżejjed fuq il-ħtieġa ta’ rwol aktar attiv tal-UE fir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-Afganistan, minħabba li ebda paċi dejjiema fil-pajjiż stess u fir-reġjun kollu mhija possibbli mingħajr tnaqqis sinifikanti fil-faqar u l-iżvilupp sostenibbli; jirrikonoxxi li ma hemmx żvilupp mingħajr sigurtà, bħalma m’hemmx sigurtà mingħajr żvilupp;

70.

Iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jaħdmu aktar mal-Istati Uniti biex aktar sforzi ta’ għajnuna internazzjonali tgħaddi mill-awtoritajiet domestiċi u l-Gvern tal-Kabul; u biex tiżgura li inġenji tal-arja mingħajr pilota, forzi speċjali u milizzja lokali kontra l-mexxejja tat-Taliban jintużaw skont l-ordnijiet tal-Ġeneral Petraeus għal tolleranza żero għat-telf ta’ ħajja ta’ persuni ċivili innoċenti;

71.

Jagħti ġieħ lin-nies tas-servizz irġiel u nisa tal-Forzi Alleati kollha li tilfu ħajjithom biex jiddefendu l-libertà, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tagħhom, kif ukoll lill-familji tal-vittmi innoċenti Afgani kollha;

72.

Jinnota li l-preżenza militari ta’ xi wħud mill-Istati Membri tal-UE u l-alleati tagħhom fl-Afganistan tagħmel parti mill-operazzjoni tan-NATO/l-ISAF u l-għanijiet tagħha li tiġġieled it-theddida ta’ terroriżmu internazzjonali u tindirizza l-kultivazzjoni u t-traffikar tad-droga;

73.

Jenfasizza li din il-preżenza tista’ tgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet tas-sigurtà li jkunu jippermettu pjanijiet riċenti tal-Gvern Afgan biex jisfrutta l-potenzjal tal-pajjiż tal-industrija kbira tal-minjieri u l-minerali tiegħu u titpoġġa fil-prattika, b’hekk jipprovdiha bir-riżorsi tagħha stess li huma bżonjużi ħafna għall-baġit nazzjonali;

74.

Jenfasizza li r-riżorsi potenzjalment vasti tal-minjieri u r-riżorsi minerali f’territorju Afgan jappartjenu għall-poplu tal-Afganistan, u li l-“protezzjoni” ta’ dawn l-assi ma tista' qatt tiġi użata bħala skuża għall-preżenza permanenti ta’ truppi barranin f'art Afgana;

Il-pulizija u l-istat tad-dritt

75.

Jinnota li ma jistax ikun hemm stabilità jew paċi fl-Afganistan mingħajr ma’ qabel xejn tiġi ggarantita s-sigurtà għaċ-ċittadini tiegħu fir-responsabilità tiegħu stess;

76.

Jilqa’ l-għan tal-President Karzai, li sal-aħħar tal-2014, l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani biss għandhom imexxu u jwettqu operazzjonijiet militari fil-provinċji kollha, kif ukoll l-impenn tal-Gvern Afgan għal eżerċizzju f’fażijiet ta’ awtorità sħiħa fuq is-sigurtà tiegħu nnifsu;

77.

Jenfasizza li l-Afganistan għandu jingħata forza effiċjenti tal-pulizija u armata awtonoma kapaċi jassiguraw sigurtà li tippermetti l-irtirar sussegwenti ta’ preżenza militari barranija mill-pajjiż;

78.

Ifaħħar l-idea tal-Ġeneral Petraeus li awtoritajiet lokali eletti demokratikament jistgħu jitqabblu ma’ ġendarmerija lokali biex tinżamm il-liġi u l-ordni u tkun protetta l-popolazzjoni lokali;

79.

Jirrikonoxxi, madankollu, li wieħed ikollu forzi tas-sigurtà li jsostnu lilhom innfushom huwa għan mifrux fuq perjodu twil ta’ żmien u għaldaqstant jiġbed attenzjoni partikolari dwar il-ħtieġa għal approċċ aktar koordinat u integrat fit-taħriġ tal-pulizija, kif ukoll, b’mod separat, fit-taħriġ tal-uffiċjali tal-armata, u jiġbed l-attenzjoni rigwrd l-iffinanzjar li qed jiġi investit fit-taħriġ tal-pulizija b’riżultati limitati; jistieden lil dawk kollha involuti fil-koordinazzjoni ta’ ħidma mill-qrib biex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn u biex iwettqu kompiti kumplimentari f’livelli strateġiċi u operazzjonali;

80.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ riforma estensiva tal-Ministeru għall-Intern, li mingħajrha jista’ jkun li jfallu l-isforzi għal riforma u ristrutturazzjoni tal-pulizija, u f’dan il-kuntest jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tas-sorveljanza, tal-appoġġ, tal-konsulenza, u tat-taħriġ fil-livell tal-Ministeru għall-Intern tal-Afganistan kif ukoll f’dak reġjonali u provinċjali, li ġew stabbiliti bħala għan ieħor tal-EUPOL;

81.

Jemmen li n-nuqqas ta’ ċarezza dwar l-ambitu ta’ kompetenza li ma tistax tiġi miċħuda tal-EURPOL u l-inċertezza tal-kisbiet tiegħu sal-lum il-ġurnata jwaqqfuh milli tikseb ir-rwol ewlieni li tant jistħoqqilha; jikkundanna l-fatt li tliet snin wara l-mobilizzazzjoni tal-EUPOL għadu lanqas laħaq 3/4 tas-saħħa awtorizzata tiegħu; u jtenni t-talba tiegħu lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE biex jonoraw bis-sħiħ l-impenn tagħhom lejn din il-missjoni;

82.

Jilqa’ t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Kontra l-Korruzzjoni mill-EUPOL tal-Afganistan bil-għan li jiġu investigati każijiet kontra uffiċjali pubbliċi ta’ profil għoli u uffiċjali oħra suspettati bil-korruzzjoni;

83.

Jinsab imħasseb dwar sorsi tal-ISAF, li skonthom 90 % minn 94 000 raġel fil-Pulizija Nazzjonali Afgana huma illitterati, 20 % jieħdu d-droga, u aktar minn 30 % għebu wara sena, mingħajr ma nsemmu madwar 1 000 pulizija maqtula matul is-servizz tagħhom kull sena;

84.

Jemmen li l-fatturi ewlenin tal-ineffikaċja globali tat-taħriġ huma l-koordinazzjoni insuffiċjenti tad-diversi aspetti tat-taħriġ tal-pulizija u l-prattika tat-trasferiment tad-doveri lejn kumpaniji privati militari u tas-sigurtà (PMSC);

85.

Jinnota li l-impenn tal-UE u l-Istati Membri tagħhom għall-ħolqien ta’ forza tal-pulizija professjonali Afgana għandu r-riskju li jkun kompromess bil-prevalenza ta’ prattiki bħal approċċ “imħaffef” (kontroll fqir tar-rekluti, sitt ġimgħat ta’ taħriġ mingħajr kotba akkademiċi minħabba l-illetteriżmu ta’ min qiegħed jitħarreġ, taħriġ minimu fuq il-post, ir-rekluti jingħatawlhom beġġ, uniformi u pistola u jintbagħtu jagħmlu r-ronda) implimentat minn ftit kumpaniji kbar tas-sigurtà tal-Istati Uniti; jenfasizza l-ħtieġa għal taħriġ tal-pulizija aktar koerenti u sostenibbli sabiex forzi differenti tal-pulizija Afgana jkunu kapaċi jaħdmu flimkien; jenfasizza li missjonijiet tat-taħriġ tal-pulizija m’għandhomx jiffokaw biss fuq aspetti tekniċi iżda jridu jiggarantixxu li r-rekluti jkunu jafu jiktbu u jaqraw u jingħatalhom għarfien bażiku tal-liġi nazzjonali u internazzjonali;

86.

Huwa mfixkel li jinnota l-kontrolli finanzjarji foqra li qed jiġu applikati fuq dawn il-kumpaniji privati, u jikkwota r-rapport konġunt tal-2006 tad-Difiża tal-Istati Uniti u d-Dipartiment tal-Istat, li s-sejbiet tagħhom għadhom validi sal-lum, li sabu li l-forza tal-pulizija fl-Afganistan ma kinitx kapaċi tagħmel xogħol ta’ infurzar tal-liġi fuq bażi regolari u li ebda programm effettiv ta’ taħriġ fuq il-post ma kien jeżisti; jirrikonoxxi t-tentattivi mill-kmand ġenerali u skont il-politika ta’ kontra r-ribelljoni sabiex jeżerċita ammont ta’ kontroll fuq il-milizzji privati barranin li qed joperaw b'impunità fl-Afganistan;

87.

Jirrakkomanda li t-taħriġ tal-pulizija mill-aktar fis possibbli m’għandux jibqa’ jsir minn kuntratturi privati;

88.

Jitlob għal koperazzjoni u koordinazzjoni internazzjonali mtejbin biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tat-taħriġ tal-pulizija u sabiex titjieb aktar l-effettività ta’ programmi ta’ taħriiġ; jipproponi li programmi ta’ taħriġ fuq skala kbira jitniedu mill-EUPOL u NATO/l-ISAF flimkien billi jinkorporaw l-unitajiet tal-pulizija nazzjonali kif miftiehem mal-Gvern Afgan u b'hekk jiġu eliminati d-duplikazzjonijiet, il-ħela u l-frammentazzjoni;

89.

Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà u lill-Istati Membri tal-UE biex jintensifikaw it-taħriġ tal-pulizija fl-Afganistan u biex ikabbru b’mod sinifikanti n-numru ta’ dawk li jħarrġu lill-pulizija fil-post sabiex l-għan tal-Konferenza ta’ Londra li sal-aħħar tal-2011 in-numru ta’ pulizija Afgani mħarrġa jilħaq 134 000 isir sitwazzjoni realistika; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà jemenda l-missjoni EUPOL tal-Afganistan billi jordna wkoll taħriġ għall-persunal ta’ grad baxx fil-provinċji kollha, billi jiżdied in-numru ta’ ġimgħat iddedikati għat-taħriġ, u billi rondi u attivitajiet oħra tal-pulizija jsiru flimkien fil-post tat-taħriġ; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE mhux biss biex jinkorporaw il-missjoni bilaterali tagħhom ta’ taħriġ tal-pulizija mal-EUPOL iżda wkoll biex jieqfu milli jimponu twiddib lill-pulizija nazzjonali mobilizzati fl-EUPOL;

90.

Jirrakkomanda li s-salarji għall-pulizija Afgana jiżdiedu u li l-proċess kollu tar-reklutaġġ jiġi rivedut, filwaqt li tingħata preferenza lill-persuni bi standards bażiċi ta’ ħila fil-qari u l-kitba, li ma jiħdux droga u li jiġu kwalifikati aħjar fuq bażi psikoloġika u fiżika mill-grupp attwali;

91.

Jenfasizza li t-taħriġ tal-pulizija ma jistax ikollu effett jekk il-ġudikatura ma tiffunzjonax tajjeb u għalhekk jistieden lill-komunità internazzjonali biex tipprovdi aktar għajnuna finanzjarja u teknika biex tissaħħaħ is-sistema ġudizzjali, ukoll billi jiżdied is-salarju tal-imħallfin fil-livelli kollha; barra minn hekk jitlob lill-Kunsill iwaqqaf, b’koordinazzjoni man-NU, missjoni speċjalizzata biex tħarreġ l-imħallfin kif ukoll uffiċjali pubbliċi fil-Ministeru tal-Ġustizzja u fis-sistema penali fl-Afganistan;

92.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Gvern Afgan wiegħed fil-Konferenza ta’ Kabul li jtejjeb, bil-għajnuna ta’ sħab internazzjonali, l-aċċess għall-ksib tal-ġustizzja fil-pajjiż billi jimplimenta miżuri konkreti matul it-12-il xahar li ġejjin, kif ukoll il-kapaċità ta’ istituzzjonijiet ġudizzjali, inkluż permezz ta’ tfassil u implimentazzjoni ta’ strateġija komprensiva ta’ riżorsi umani;

Narkotiċi

93.

Jinnota li l-Afganistan huwa s-sors ta’ 90 % tal-oppju illeċitu, u minkejja dan meta l-forzi ta’ koalizzjoni daħlu f’Kabul fl-2001, ma kienx hemm tkabbir ta’ peprin fl-Afganistan bis-saħħa tas-suċċess li n-Nazzjonijiet Uniti kellha meta ġiegħlu lit-Talibani jimponu l-projbizzjoni tal-kultivazzjoni tal-peprini;

94.

Jemmen li forza militari kbira u li għandha r-riżorsi għandha, sussegwentement, issibha aktar faċli biex issostni din is-sitwazzjoni mingħajr oppju permezz tal-proġetti għall-iżvilupp tal-agrikoltura lokali, protetta mit-truppi tagħha kontra t-Talibani u kmandanti militari lokali;

95.

Jinnota, madankollu, li l-produzzjoni tal-oppju għadha kwistjoni soċjali, ekonomika u ta’ sigurtà prominenti, u jistieden lill-UE tqis dan bħala prijorità strateġika fil-politiki tagħha rigward l-Afganistan;

96.

Ifakkar li l-Afganistan jipproduċi 90 % tal-produzzjoni dinjija tal-oppju u li l-ispiża ta’ dan għas-saħħa pubblika fil-pajjiżi Ewropej tilħaq il-biljuni ta’ dollari; Jenfasizza li l-isfidi li ġġib magħha l-ekonomija tad-drogi fl-Afganistan għandhom jiġu trattati mhux biss fil-livell nazzjonali iżda wkoll internazzjonali billi jiġu indirizzati r-rabtiet kollha tal-katina tad-droga, li teħtieġ b'mod partikulari għajnuna lill-bdiewa biex inaqqsu l-provvista, kif ukoll il-prevenzjoni tad-droga u t-trattament biex titnaqqas id-domanda, u l-infurzar tal-liġi kontra l-intermedjarji; Jissuġġerixxi, partikularment, li jkun hemm investiment kbir fit-twaqqif ta’ politika agrikola u rurali globali li tkun tista' toffri alternattiva kredibbli u fit-tul għall-produtturi tal-oppju; jisħaq ukoll dwar il-bżonn li l-ambjent jiġi integrat fl-istrateġija agrikola u rurali minħaba li d-degradazzjoni tal-ambjent, ikkawżata pereżempju minħabba ġestjoni ħażina tar-riżorsi tal-ilma jew il-qerda tal-foresti naturali, hija waħda mill-ostakli għall-iżvilupp tal-ekonomija agrikola;

97.

Jinnota li, b’riżultat tal-impunità mogħtija lil min ikabbar u t-traffikanti, fi żmien sentejn il-kultivazzjoni laħqet il-livell ta’ qabel l-2001, b'numru żgħir ta’ kmandanti militari b’saħħtithom imexxu konsorzju enormi;

98.

Jesprimi tħassib kbir fir-rigward taż-żieda qawwija fin-numri ta’ Afgani dipendenti mid-droga, skont ir-rapport riċenti tal-UNODC; jitlob li jittieħdu miżuri mmirati biex jitnaqqas in-numru ta’ persuni dipendenti mid-droga u tiġi pprovduta kura medika għal dawn; b’dan f’moħħu, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati programmi biex jitwaqqfu ċentri ta’ riabilitazzjoni fil-pajjiż, b’mod partikolari f’dawk iż-żoni li m’għandhomx aċċess għall-kura medika;

99.

Jinnota li, minkejja ċaqliq bikri fil-prezzijiet ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva, fl-2009 il-kummerċ tan-narkotiċi ammonta għal USD 3.4 biljun u l-valur potenzjali tal-esportazzjoni grossa tal-oppju laħaq 26 % tal-PGD tal-Afganistan, b'madwar 3.4 miljun Afgan (12 % tal-popolazzjoni) involuti fl-industrija tan-narkotiċi;

100.

Jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għas-sejbiet ta’ rapport UNODC reċenti, fejn it-Talibani qabdu 4 % biss tal-kummerċ annwali tan-narkotiċi, u 21 % tal-bdiewa lokali, b'75 % jmorru għand l-uffiċjali tal-gvern, il-pulizija, is-sensara lokali u reġjonali u t-traffikanti; Jinnota, fil-qasir, li l-alleati tan-NATO fil-fatt qed jiksbu l-parti l-kbira tal-profitti mill-kummerċ tad-droga;

101.

Jinnota li bejn l-2001 u l-2009 l-Istati Uniti u l-komunità internazzjonali nefqu USD 1.61 biljun fuq miżuri kontra n-narkotiċi mingħajr ma kellhom impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni u t-traffikar u jfakkar li Richard Holbrooke, Rappreżentant Speċjali għall-Istati Uniti għall-Afganistan u l-Pakistan, jiddeskrivi l-isforzi tal-Istati Uniti kontra n-narkotiċi sal-lum il-ġurnata bħala ‘l-aktar programm ta’ ħela u bla effett li qatt rajt mill-gvern u 'l barra minnu’;

102.

Jindika li, sakemm id-dipendenza tal-ekonomija Afgana tispiċċa darba għal dejjem u jinstab mudell ta’ tkabbir ekonomiku alternattiv u vijabbli, mhumiex se jintlaħqu l-għanijiet biex jerġa’ jkun hemm is-sigurtà u l-istabilità fir-reġjun;

103.

Jenfasizza l-importanza ta’ sforzi biex gradwalment tiġi fi tmiemha l-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan, li s’issa kellhom suċċess żgħir ħafna - u jitlob, f’dan il-kuntest li jinħolqu possibilitajiet ta’ ġestjoni tal-art u possibilitajiet oħra ta’ għajxien alternattiv vijabbli għal 3.4 miljun Afgan li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-oppju, u sabiex ikun hemm titjib fis-sitwazzjoni tal-kumplament tal-popolazzjoni rurali;

104.

Jinnota tentattivi b’suċċess sabiex tiġi fi tmiemha l-kultivazzjoni tal-oppju fil-Pakistan, il-Laos u t-Tajlandja permezz tas-sostituzzjoni tiegħu b’uċuħ tar-raba’ alternattivi; jinnota wkoll id-dehra fl-Afganistan ta’ wċuħ tar-raba’ ġodda, bħalma huwa ż-żagħfran, li jista’ jrendi dħul ħafna akbar minn dak tal-peprin tal-oppju;

105.

Jinnota li proċessi simili tal-eliminazzjoni tal-kultivazzjoni tal-peprin jista’ jiġi previst għall-Afganistan bi spiża ta’ EUR 100 miljun fis-sena billi jiġu allokati speċifikament 10 % tal-għajnuna annwali tal-UE għall-pajjiż għal perjodu ta’ ħames snin;

106.

Jinnota li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Ġarr tal-Merkanzija bejn l-Afganistan u l-Pakistan iffirmat dan l-aħħar se jiftaħ triq għall-produtturi tar-rummien, l-aktar prodott legali magħruf fiż-żona, u li kemm-il darba ssemma minn ħaddiema tal-iżvilupp barrani bħala l-muftieħ għall-ħolqien ta’ għajxien diċenti alternattiv għal dawk li jkabbru l-peprin fin-naħa t’isfel tal-Afganistan

107.

Ifaħħar lill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità (UNODC) biex bix-xogħol attiv tiegħu jgħin lill-Gvern tal-Afganistan fil-ġlieda tiegħu kontra d-drogi illegali, u jappella għat-tisħiħ tal-UNODC u l-programmi tiegħu fl-Afganistan;

108.

Jitlob li jsir pjan nazzjonali ta’ ħames snin għall-eliminazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ illeċiti tal-oppju, b’data ta’ skadenza u data ta’ referenza speċifika, li għandu jiġi implimentat permezz ta’ uffiċċji ddedikati, bil-baġit u l-istaff tagħhom stess;

109.

Jenfasizza li dan il-pjan għandu jiġi promoss permezz tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa, din tal-aħħar hija l-vittma ewlenija tal-eroina Afgana u t-tieni l-akbar suq dinji tal-oppju wara l-UE;

110.

Jistieden lill-Gvern u l-Parlament Afgan biex jgħaddi leġiżlazzjoni speċifika li għandha l-għan li tipprojbixxi l-prattiki kollha ta’ qerda li jistgħu jinvolvu l-użu ta’ mezzi mhux manwali u mhux mekkaniċi;

111.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinkorporaw bis-sħiħ din l-istrateġija proposta fl-istrateġiji eżistenti tagħhom, u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jikkunsidraw bis-sħiħ il-proposta fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali tagħhom stess;

112.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tikkunsidra bis-sħiħ l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposti li hawn f’dan ir-rapport;

*

* *

113.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.


(1)  ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 11.

(2)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 87.

(3)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 57.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/122


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kriżi permanenti biex jissalvagwardja l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro

P7_TA(2010)0491

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro

2012/C 169 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 121,122, 126, 136 u 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem TFUE),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport Ferreira”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja u Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri (2),

wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-24 ta’ Ġunju 2010 lill-Kummissjoni dwar il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri (3),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (4),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (5) (minn hawn 'il quddiem “ir-Rapport Garcia-Margallo”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta’ stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro (6) (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport Feio”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta’ nofs il-perjodu) (7) (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport Berès”),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Euro tal-25 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Straordinarju tad-9 u l-10 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (8),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2010 dwar “It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika” (COM(2010)0250),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem il-BĊE) tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar it-tisħiħ tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ (COM(2010)0367),

wara li kkunsidra s-sitt proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar il-governanza ekonomika tal-UE tad-29 ta’ Settembru 2010 (minn hawn ’il quddiem ‘il-pakkett leġiżlattiv relatat mal-governanza ekonomika) - COM(2010)0522, COM(2010)0523, COM(2010)0524, COM(2010)0525, COM(2010)0526 and COM(2010)0527),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/624/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (9),

wara li kkunsidra r-Rapport tat-Task Force dwar il-Governanza Ekonomika lill-Kunsill Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar it-tisħiħ tal-governanaza ekonomika fl-UE,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta, d-28 u t-29 ta’ Ottubru 2010,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-il-Grupp tal-Euro tat-28 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra l-Mistoqsija B7-0199/2010 lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi hi meħtieġa soluzzjoni komprensiva u integrata għall-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-euro peress li approċċ frammentat s'issa ma ħadimx,

B.

billi fl-Ecofin straordinarju tad-9 u l-10 ta’ Mejju 2010 l-Kunsill u l-Istati Membri qablu dwar mekkaniżmu temporanju biex jippreservaw l-istabilità finanzjarja b’ammont ta’ EUR 750 biljun, inkluż fond ta’ stabbilizzazzjoni ta’ reazzjoni rapida (il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni finanzjarja (minn hawn ’il quddiem “EFSM”) b’volum totali ta’ sa EUR 60 biljun u Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (minn hawn ’il quddiem “EFSF”) b’volum totali sa EUR 440 biljun, li għandha tkun ikkomplementata minn fondi tal-FMI sa EUR 250 biljun,

C.

billi l-EFSM huwa bbażat fuq l-Artikolu 122 (2) tat-TFUE u ftehim intergovernattiv bejn l-Istati Membri; billi l-attivazzjoni tiegħu hija suġġetta għal kundizzjonalità b'saħħitha, fil-kuntest ta’ appoġġ konġunt FMI/UE, u għal termini u kondizzjonijiet simili għal dawk tal-FMI, aġġustati għall-ispeċifiċitajiet soċjali u ekonomiċi tal-pajjiżi fejn qed ikun implimentat, kif ukoll skont l-aġenda għall-iżvilupp tagħhom,

D.

billi l-EFSF hija stabbilita bħala entità ad hoc li hija garantita fuq bażi pro rata mill-Istati Membri parteċipanti b'mod ikkoordinat skont il-kwota li jħallsu għall-kapital tal-BĊE u skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali nazzjonali tagħhom, u li din se tiskadi wara tliet snin,

E.

billi l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta’ Mejju 2010, iddikjarat li l-kriżi wriet li qafas b'saħħtu għall-ġestjoni tal-kriżijiet huwa komplement neċessarju għall-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imsaħħaħ kif ukoll għall-mekkaniżmu l-ġdid ta’ sorveljanza makroekonomika maħsub sabiex jevita żviluppi negattivi fil-qagħda baġitarja u l-kompetittività,

F.

billi l-BĊE, fid-dokument tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2010, inkluda proposti għal qafas għall-ġestjoni ta’ kriżijiet ta’ dejn, li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri taż-żona tal-euro li għandhom problemi ta’ aċċess għal kreditu privat,

G.

billi, fil-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern qablu dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu biex jissalvagwardjaw l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kemm hi (il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni, (minn hawn ’il quddiem “il-MES”),

H.

billi l-MES huwa maħsub biex jikkomplementa l-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika msaħħa, bl-għan ta’ sorveljanza u koordinazzjoni ekonomika effettivi u rigorużi, li se jiffokaw fuq il-prevenzjoni u se jnaqqsu sostanzjalment il-probabbiltà li jerġa’ jkollna kriżi fil-futur,

I.

billi l-Parlament huwa konvint mill-ħtieġa għal mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex jissalvagwardja l-istabilità finanzjarja tal-euro u talab il-ħolqien ta’ Fond Monetarju Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“EMF”) fir-Rapport Feio,

J.

billi l-Parlament identifika wkoll il-ħtieġa għal mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta’ kriżijiet għas-settur bankarju fir-Rapporti Ferreira u Garcia-Margallo bħala komplement meħtieġ għas-setgħat superviżorji mogħtija lill-awtoritajiet il-ġodda (ASE) sabiex jiżguraw is-superviżjoni tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni,

K.

billi fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tas-6 ta’ Diċembru 2010, il-President tiegħu ppropona l-ħolqien ta’ bonds pan-Ewropej biex jappoġġjaw lill-pajjiżi li jidħlu f'inkwiet finanzjarju iżda din l-idea ma kinitx diskussa, għaliex uħud mill-pajjiżi esprimew oġġezzjonijiet għaliha,

L.

billi minn meta l-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi dwar il-governanza ekonomika lill-Parlament u lill-Kunsill fid-29 ta’ Settembru 2010 s-swieq sofrew diversi kriżijiet, inter alia l-kriżi tad-dejn Irlandiż, li jridu jitqiesu mill-Parlament u mill-Kunsill,

M.

billi huwa essenzjali li jkunu ssimplifikati l-proċessi attwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika u jitneħħew il-partijiet li jirkbu fuq xulxin biex ikun żgurat li l-istrateġija tal-UE tkun komprensibbli mill-operaturi tas-swieq u miċ-ċittadini, kif ukoll li nibdew nużaw approċċi iktar integrati u nintroduċu bidla fil-proċess tat-teħid taddeċiżjonijiet,

N.

billi l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn ’il quddiem il-“BERS”) huwa responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ riskji sistemiċi għall-istabilità finanzjarja fl-UE u b’hekk ikunu evitati perjodi ta’ taqlib finanzjarju mifrux u jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u b’hekk jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku,

1.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jispeċifika kemm jista’ jkun malajr il-bidliet fit-Trattat meħtieġa sabiex ikun stabbilit MES permanenti;

2.

Jenfasizza li, minn perspettiva razzjonali, prattika u demokratika, il-kunsiderazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza ekonomika ma tistax tinfired mid-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Ewropew għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu permanenti;

3.

Jixtieq, bħala koleġiżlatur, jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħoloq mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet li jkun kredibbli, robust, dejjiemi u bbażat fuq ir-realtajiet tekniċi essenzjali, u li għandu jkun adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u ispirat mill-metodu Komunitarju, bil-għan li, fuq in-naħa l-waħda, jissaħħaħ l-involviment tal-Parlament u tittejjeb ir-responsabilità demokratika u fuq in-naħa l-oħra, jintużaw l-għarfien espert, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Kummissjoni; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kunsill Ewropew jipprovdi bażi legali adegwata, fil-qafas ta’ reviżjoni tat-TFUE, għal dan il-għan;

4.

Jinnota li, fi kwalunkwe każ, il-MES għandu jkun ibbażat fuq is-solidarjetà, soġġett għal regoli ta’ kondizzjonalità stretti u ffinanzjat, inter alia, minn għodod ta’ finanzjament innovattivi u/jew mill-multi applikati lill-Istati Membri bħala l-eżitu ta’ proċeduri ta’ defiċit eċċessiv jew ta’ miżuri relatati ma’ dejn eċċessiv jew żbilanċi eċċessivi jekk ikun hemm dispożizzjoni korrispondenti inkluża fil-pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza ekonomika li qed jiġi nnegozjat bħalissa, u fis-sura meħtieġa skont tali dispożizzjoni;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni li tgħaqqad il-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi (Artikolu 121(2) TFUE) kif ukoll il-linji gwida dwar il-politiki tax-xogħol (Artikolu 148(2) TFUE) għall-kunsiderazzjoni fid-dibattitu dwar is-“Semestru Ewropew” biex jitnaqqsu diskussjonijiet bla sens u bla tmiem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura involviment akbar tal-Parlament Ewropew f'kull stadju ta’ dan id-dibattitu biex tissaħħaħ ir-responsabilità demokratika u biex tgħolli l-profil pubbliku tiegħu;

6.

Iqis li r-rispons tal-politika għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi indirizzati lill-Istati Membri fil-qafas tas-'Semestru Ewropew’ għandhom jitqiesu speċifikament fl-implimentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi dwar il-governanza ekonomika li bħalissa qed jiġu diskussi mill-Parlament u mill-Kunsill;

7.

Jinnota li l-BERS għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-Parlament fl-identifikazzjoni tar-riskju sistemiku u fl-iżgurar tal-funzjonament kif suppost tal-MES, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tas-solvenza tal-pajjiż ikkonċernat;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni, wara konsultazzjoni mal-BĊE, li jkun fiha deskrizzjoni komprensiva tal-MES, li tiċċara l-pożizzjoni tal-investituri, ta’ dawk li jfaddlu u tal-parteċipanti fis-suq u li tiddikjara b'mod espliċitu li l-MES se jkun totalment konsistenti mal-politika u l-prattiċi tal-FMI rigward l-involviment tas-settur privat sabiex ixejjen it-tħassib tas-suq;

9.

Jinnota li l-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet għandu jkun implimentat malajr kemm jista’ jkun sabiex tkun żgurata l-istabilità fis-swieq u biex tiġi msaħħa ċ-ċertezza fir-rigward ta’ bonds li nħarġu qabel ma ġie stabbilit il-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet;

10.

Jirrikonoxxi li, filwaqt li huwa fl-interess tal-Istati Membri kollha li jitwaqqaf mekkaniżmu ta’ kriżi li jaħdem, mhux l-Istati Membri kollha se jkunu membri jew kandidati taż-żona tal-euro sa meta jitwaqqaf dan il-mekkaniżmu, u jinnota li s-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom għandhom jiġu ċċarati, speċjalment fil-każ ta’ dawk li mixjin lejn iż-żona tal-euro u li għandhom dejn sovran f'euro; ifakkar li membri li mhumiex fiż-żona tal-ewro jibbenefikaw mill-faċilità tal-bilanċ tal-pagamenti skont l-Artikolu 143 tat-TFUE;

11.

Jinnota għalhekk li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro għandhom ikunu involuti fil-ħolqien ta’ mekkaniżmu bħal dan u li dawk l-Istati Membri li huma lesti li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għandu jkollhom din il-possibiltà;

12.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew jipprovdi s-sinjal politiku meħtieġ għal investigazzjoni tal-Kummisssjoni f'sistema futura tal-eurobonds, bi specifikazzjoni ċara tal-kondizzjonijiet li taħthom tali sistema tkun ta’ beneficcju għall-Istati Membri parteċipanti kollha u għaż-żona ewro fl-intier tagħha;

13.

Jenfasizza li din il-kondizzjonalità stretta u ta’ żieda għandha sservi biex terġa’ ġġib it-tkabbir sostenibbli u mhux tintlaħaq a spejjeż tal-aktar vulnerabbli u għalhekk ma għandhiex issarraf fit-tnaqqis tad-dħul minimu u fl-aggravazzjoni tal-faqar u l-inugwaljanzi;

14.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef tagħmel proposta leġiżlattiva li tiddefinixxi bażi ta’ taxxa konsolidata komuni tal-kumpaniji (BTKKK);

15.

Jinsisti li r-regoli għandhom jiġu adattati biex jagħmlu dispożizzjoni għall-parteċipazzjoni fuq bażi ta’ kull każ għalih tal-kredituri mis-settur privat, b’koerenza sħiħa mal-politiki tal-FMI;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa għal grad għoli ta’ trasparenza fit-tagħrif dwar il-kontijiet nazzjonali, inkluża l-attività kollha li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ; jinnota li din trid tkun appoġġata minn verifiki esterni, statistika u data affidabbli, u responsabilità; jilqa’ l-poteri mtejba tal-Eurostat u jfakkar li l-Parlament fil-passat talab biex l-Eurostat ikun jista’ jagħmel spezzjonijiet għal għarrieda tal-kontijiet ta’ Stat Membru bħala miżura għat-titjib tas-sorveljanza fiskali;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni li jkun fiha deskrizzjoni komprensiva ta’ klawżoli u kundizzjonijiet mehmuża mal-EFSM, kif ukoll mal-istrumenti l-oħra tal-UE għall-għajnuna finanzjarji u pakketti mogħtija b’reazzjoni għall-kriżi;

18.

Jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-effett stmat fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-UE (a) tal-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja u (b) tal-użu tal-linja sħiħa tal-kreditu;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tqassam skont il-prijorità l-infiq mill-baġit tal-UE f'kull sena tal-eżistenza tal-EFSM bil-għan li tistabbilixxi l-ordni li fih il-baġit ikollu jiġi kkanċellat f'każ li jkun hemm bżonn li jingħata lura ammont sa EUR 60 biljun;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-President tal-Grupp tal-Euro, lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0276.

(2)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0277.

(3)  Mistoqsija orali 0095/2010.

(4)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0253.

(5)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0337.

(6)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0377.

(7)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0376.

(8)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(9)  ĠU L 275, 20.10.2010, p. 10.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/126


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

P7_TA(2010)0492

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

2012/C 169 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Côte d'Ivoire,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Elettorali tal-Côte d'Ivoire, b'mod partikolari l-Liġi 2001-303 u l-Ordinanza 2008-133, b'mod partikolari l-Artikolu 64 tagħha,

wara li kkunsidra r-rapport interim tal-missjoni ta'osservazzjoni elettorali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-communiqué tal-President tal-Unjoni Afrikana, l-istqarrija tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, u l-communiqué finali tas-7 ta’ Diċembru 2010 tas-Sessjoni Straordinarja tal-Kummissjoni ECOWAS tal-Awtorità tal-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern dwar il-Côte d'Ivoire, li saret f'Abuja, in-Niġerja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE adottata fit-3 ta’ Diċembru 2010 f'Kinxasa,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-RGħ/VP Catherine Ashton dwar il-proċess elettorali u, b'mod partikulari, dawk tat-3 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-riżultati tal-elezzjoni tal-Côte d'Ivoire, u tal-1 ta’ Diċembru 2010 dwar it-tieni rawnd tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d'Ivoire,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-3 ta’ Diċembru 2010 tas-Sur Young Jin Choi, Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fil-Côte d'Ivoire dwar iċ-ċertifikazzjoni tar-riżultati tat-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-8 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet dwar il-Côte d'Ivoire adottati mill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-UE fit-3085 laqgħa tiegħu fit-13 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

wara li kkunsidra ż-żamma tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d'Ivoire u l-kriżi politika u istituzzjonali serja li ħakmet il-pajjiż fil-perjodu ta’ wara t-tieni rawnd tal-votazzjoni fit-28 ta’ Novembru 2010; billi l-kampanja elettorali għat-tieni rawnd tal-elezzjonijiet kienet ikkaraterizzata minn klima ta’ tensjoni u atti vjolenti li korrew persuni u kkawżaw bosta mwiet,

B.

billi skont rapporti ta’ osservazzjoni indipendenti, b'mod partikolari min-NU u mill-Unjoni Ewropea, l-elezzjonijiet – li l-organizzazzjoni tagħhom swiet USD 400 miljun – b'mod ġenerali seħħew b'mod sodisfaċenti,

С.

billi l-Kummissjoni Elettorali Indipendenti tal-Côte d'Ivoire ħabbret li Ouattara kien rebaħ l-elezzjonijiet, iżda l-Kunsill Kostituzzjonali tal-pajjiż dawwar ir-riżultat, filwaqt li qal li kien hemm frodi f'xi nħawi, u ddikjara li Gbagbo kien rebaħ,

D.

billi l-Kunsill Kostituzzjonali għandu dmir fil-konfront tal-poplu tal-Côte d'Ivoire li japplika l-liġi b'mod imparzjali, u billi l-Kostituzzjoni, il-Liġi 2001-303 u l-Artikolu 64 tal-Ordinanza tal-2008 ituh biss is-setgħa li jannulla l-elezzjonijiet presidenzjali iżda mhux li jipproklama riżultati li jkunu differenti minn dawk tal-Kummissjoni Elettorali Indipendenti,

E.

billi żewġ riżoluzzjonijiet tan-NU adottati wara l-ftehim ta’ paċi tal-2005 jagħtu lin-Nazzjonijiet Uniti r-responsabilità li tiċċertifika r-riżultati, l-ewwel darba li dan seħħ fl-Afrika,

F.

billi r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ċċertifika l-kwalità tal-proċess elettorali tal-Côte d'Ivoire u li r-riżultati ppublikati mill-Kummissjoni Elettorali Indipendenti jirrappreżentaw ir-rieda taċ-ċittadini tal-Côte d'Ivoire, u ddikjara lis-Sur Ouattara rebbieħ tal-elezzjonijiet,

G.

billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU laqa' t-tħabbira tar-riżultati proviżorji tal-Kummissjoni Elettorali Indipendenti tal-Côte d'Ivoire (CEI) u tenna li kien lest jieħu l-miżuri adegwati kontra dawk li jostakolaw il-proċess ta’ paċi, u b'mod partikulari l-ħidma tas-CEI, kif stipulat fil-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 1946(2010),

H.

billi l-uniku sors ta’ leġittimità demokratika huwa l-vot universali, li r-riżultati tiegħu ġew iċċertifikati min-NU,

I.

billi fil-laqgħa straordinarja tagħha tas-7 ta’ Diċembru 2010, il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) stiednu lis-Sur Ggagbo “iċedi l-poter mingħajr dewmien” u ssospendew lill-Côte d'Ivoire “mill-attivitajiet kollha tagħha sakemm jingħata avviż ieħor”,

J.

billi l-President tal-Unjoni Afrikana (UA), is-Sur Binga Wa Mutharika, huwa tal-fehma, kif espress fid-dikjarazzjoni uffiċjali tiegħu tat-8 ta’ Diċembru 2010, li “is-Sur Ggagbo għandu jirrispetta r-rieda tal-poplu kif espressa fil-kaxxi tal-voti u jċedi l-poter b'mod paċifiku biex jiġi evitat tixrid ieħor ta’ demm fl-Afrika” u li l-UA “tappoġġa lill-ECOWAS u lill-osservaturi internazzjonali li ċċertifikaw li s-Sur Ouattara kien rebaħ l-elezzjonijiet”,

K.

wara li kkunsidra t-tħassib tal-partijiet interessati ekonomiċi, peress li s-sitwazzjoni preżenti tista' tfaqqar lill-pajjiż u għalhekk lill-popolazzjoni tiegħu, u lill-Afrika tal-Punent kollha kemm hi, peress li l-Côte d'Ivoire hija responsabbli għal 40 % mill-PGD tal-WAEMU,

L.

billi l-President li qed itemm il-kariga tiegħu għandu responsabilità li jippermetti tranżizzjoni paċifika li żżomm il-paċi ċivili, xi ħaġa li hija indispensabbli għall-futur tal-Côte d'Ivoire, billi jirtira, biex b'hekk jevita li jikkawża tbatija ġdida lill-poplu tiegħu stess u lir-reġjun,

1.

Iqis li l-uniku sors ta’ leġittimità demokratika huwa l-vot universali, li r-riżultati tiegħu ġew iċċertifikati min-NU, u jistieden għalhekk lis-Sur Ggagbo biex jirriżenja u jgħaddi l-poter lis-Sur Ouattara;

2.

Iħeġġeġ lill-forzi politiċi u armati kollha fil-Côte d'Ivoire biex jirrispettaw ir-rieda tal-poplu li kienet riflessa fir-riżultati tal-elezzjoni tat-28 ta’ Novembru 2010, kif imħabbra mis-CEI u ċċertifikati mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU;

3.

Jiddeplora l-ġlied vjolenti li seħħ qabel il-proklamazzjoni tar-riżultati tat-tieni rawnd tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d'Ivoire u jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-vittmi u mal-familji tagħhom; jiddispjaċih ukoll dwar ix-xkiel politiku u t-tentattivi li jiġu intimidati l-membri tas-CEI, li finalment dewmu t-tħabbir tar-riżultati proviżorji, biex b'hekk fixklu l-iżvolġiment xieraq tal-proċess elettorali demokratiku;

4.

Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill Kostituzzjonali tal-Côte d'Ivoire, li l-membri kollha tiegħu nħatru mill-President li qed jispiċċa mill-kariga, li jimmodifika r-riżultati mħabbra mill-Kummissjoni Elettorali, bi ksur tal-liġi li kien il-kompitu tiegħu li jinforza, u jqis din id-deċiżjoni bħala li tmur kontra x-xewqa espressa mill-poplu tal-Côte d'Ivoire permezz tal-kaxxi tal-voti;

5.

Jenfasizza l-importanza tad-deċiżjoni tal-UA li tissospendi lill-Côte d'Ivoire “mill-parteċipazzjoni kollha fl-attivitajiet tal-organizzazzjoni sakemm il-President elett demokratikament, Alassane Ouattara, effettivament jeżerċita l-poter”;

6.

Jilqa' d-dikjarazzjonijiet ta’ diversi parteċipanti tal-komunità internazzjonali li jesprimu appoġġ għall-proċess elettorali fil-Côte d'Ivoire u jirrikonoxxu lis-Sur Ouattara bħala r-rebbieħ leġittimu tal-elezzjoni;

7.

Jappoġġja bil-qawwa l-isforzi tal-UA u tal-ECOWAS biex jipprevjenu l-vjolenza u jiżguraw ir-rikonoxximent tal-gvern leġittimu;

8.

Jagħti l-fiduċja kollha tiegħu lir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU responsabbli biex jiċċertifika r-riżultati;

9.

Huwa mħasseb serjament bl-imblokk politiku attwali ta’ wara l-elezzjoni li qed jaħkem il-pajjiż, kif ukoll bl-atti rrapurtati ta’ vjolenza li jinvolvu, f'xi każijiet, il-forzi tas-sigurtà Ivorjani; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssorveljati mill-qrib is-sitwazzjoni fil-pajjiż u l-atti rrappurtati ta’ vjolenza;

10.

Jiddeplora l-vjolenza li seħħet u jqis li hija prijorità li tiġi protetta l-popolazzjoni ċivili; jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati fil-Côte d'Ivoire biex jevitaw kwalunwe riskju ta’ żieda fit-tensjoni u biex jipprevjenu kwalunkwe konfrontazzjoni; jitlob għalhekk li tittieħed azzjoni biex il-funzjonament demokratiku tal-istituzzjonijiet jerġa' lura għall-istat li kien fih fl-interess uniku tal-poplu tal-Côte d'Ivoire u l-preservazzjoni tal-paċi;

11.

Jilqa' l-isforzi kollha ta’ medjazzjoni u jistieden lill-forzi politiċi kollha fil-Côte d'Ivoire biex jappoġġaw b'mod attiv tranżizzjoni paċifika u b'hekk jevitaw qasma fil-pajjiż;

12.

Jikkundanna b'mod qawwi l-atti ta’ intimidazzjoni kontra l-osservaturi tal-Unjoni Ewropea fil-Côte d'Ivoire li ġiegħlu l-missjoni tirtira għal raġunijiet ta’ sigurtà;

13.

Jiddeplora s-sospensjoni tal-midja mhux governattiva fil-Côte d'Ivoire; ifakkar li huwa essenzjali li l-persuni kollha tal-Côte d'Ivoire igawdu minn aċċess sħiħ għal informazzjoni pluralistika u diversifikata fil-midja, u jistieden lill-awtoritajiet Ivorjani biex immedjatament jerġgħu jistabbilixxu aċċess ekwitabbli għall-midja tal-Istat;

14.

Jappoġġa d-deċiżjoni tal-UE li timponi sanzjonijiet kontra Laurent Ggagbo u jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE li jadotta miżuri mmirati kontra dawk li qed ifixklu l-proċess ta’ paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali, u b'mod partikolari dawk li qed jipperikolaw l-eżitu tal-proċess elettorali; jistieden lir-RGħ/VP Catherine Ashton biex tippreżenta malajr kemm jista' jkun inizjattivi ġodda biex tappoġġa l-awtoritajiet eletti demokratikament fil-Côte d'Ivoire;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-RGħ/VP Catherine Ashton, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-ONUCI, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECOWAS, lill-Assemblea Parlamentari AKP-UE u lill-Istati Membri tal-UE.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/129


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Il-benessri tat-tiġieġ tal-bajd

P7_TA(2010)0493

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-industrija tat-tiġieġ tal-bajd tal-UE: il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ batteriji ta’ gaġeġ mill-2012

2012/C 169 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ tal-bajd (1), li daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Awwissu 1999 u daħħlet il-projbizzjoni tal-użu ta’ gaġeġ għat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd, filwaqt li tat perjodu tranżitorju ta’ aktar minn 12-il sena lill-produtturi biex jibdlu s-sistemi tagħhom ta’ trobbija,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fis-suq applikabbli għall-bajd (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Waħdanija) (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2007)0865 tat-8 ta’ Jannar 2008 dwar is-sistemi diversi tat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd, b'mod partikolari dawk koperti mid-Direttiva 1999/74/KE (SEC(2007)1750),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2008, (KE) Nru 411/2009, (UE) Nru 215/2010, (UE) Nru 241/2010, (UE) Nru 254/2010, (UE) Nru 332/2010, (UE) Nru 925/2010 u (UE) Nru 955/2010, li jistabbilixxu lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (u li mill-1 ta’ Jannar 2009 ħa post id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE) (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonui tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar il-kriżi fis-settur tal-bhejjem fl-UE (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billli, fil-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tat-30 ta’ Awwissu u tad-29 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar din il-kwistjoni, iżda ma kinitx kapaċi tagħti risposti sodisfaċenti lill-membri tal-Kumitat, pereżempju għall-fatt li ma tfassal l-ebda pjan ta’ azzjoni,

B.

billi d-Direttiva dwar il-Ħarsien tat-Tiġieġ li Jbid (1999/74/KE) tipprojbixxi, mill-1 ta’ Jannar 2012, it-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd f'sistemi ta’ gaġeġ mhux arrikkiti u billi l-Istati Membri u l-produtturi fl-UE-15 sa dak iż-żmien se jkollhom iktar minn 12-il sena biex jiżguraw li jikkonformaw mat-termini tal-leġiżlazzjoni u billi l-produtturi fl-UE-10 u l-UE-2 se jkun kellhom, rispettivament, 8 snin u 5 snin sa mit-tkabbir biex jikkonformaw,

C.

billi fis-snin riċenti s-settur iffaċċja mard maġġuri ta’ epizoozie, kif ukoll kriżi severa tas-suq dovuta sa ċertu punt għal spejjeż kbar ħafna ta’ produzzjoni kkawżati mill-għoli tal-prezz tal-ġwież - li jammonta għal madwar 50 % tal-ispejjeż totali tal-produtturi - b'riżultat tal-ispekulazzjoni fis-suq taċ-ċereali,

D.

billi bosta produtturi fl-Unjoni bdew ibiddlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom biex ikunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, iżda mhux se jkunu temmew il-proċess sal-iskadenza tal-1 ta’ Jannar 2012,

E.

billi l-Kummissjoni adottat, fl-2002, komunikazzjoni dwar is-sistemi diversi tat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd, b'mod partikolari dawk koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, li kkonfermat li d-deċiżjoni dwar it-tneħħija gradwali tal-gaġeġ tat-tiġieġ fl-1 ta’ Jannar 2012 hija ġustifikata u li ma hemm bżonn tal-ebda emenda għad-direttiva; billi l-Kummissjoni tenniet din il-pożizzjoni fil-Kunsill tal-Agrikoltura tat-22 ta’ Frar 2010,

F.

billi l-bajd li ma jiġix prodott b'konformità mad-Direttiva 1999/74/KE ma jistax jitqiegħed fis-suq legalment fl-UE,

G.

billi l-Istati Membri huma responsabbli sabiex jimplimentaw sistemi ta’ sanzjonijiet proporzjonati, effettivi u dissważivi sabiex jiżguraw li d-direttiva tiġi implimentata, filwaqt li l-Kummissjoni - bħala għassies tat-Trattat - għandha d-dover li timmonterja l-progress li jsir fl-implimentazzjoni tagħha mal-UE kollha u sabiex jittieħdu l-miżuri neċessarji,

H.

billi r-rapporti tad-DĠ AGRI dwar is-sitwazzjoni attwali u l-estimi tal-istess settur għas-snin li ġejjin juru li għadd sostanzjali ta’ Stati Membri u 30 % tal-produzzjoni tal-bajd mhux mistennija jikkonformaw mal-projbizzjoni dwar il-gaġeġ tal-bajd sal-1 ta’ Jannar 2012,

I.

billi d-Direttiva 1999/74/KE ma tipprevedix mekkaniżmu speċifiku li jippermetti li l-Istati Membri ma jħallux il-kummerċjalizzazzjoni fuq it-territorju tagħhom ta’ bajd jew prodotti ta’ bajd minn Stat Membru ieħor li ma jieħux il-miżuri neċessarji sabiex ma’ jħallix jitqiegħed fis-suq il-bajd minn stabbilimenti li ma jkunux konformi mad-Direttiva 1999/74/KE,

J.

billi s-settur tal-produzzjoni tat-tajr u tal-bajd ma jirċivix sussidji tal-UE taħt l-ewwel pilastru tal-PAK u kien qed jiffaċċja kriżi kbira tas-suq f'dawn l-aħħar snin, inklużi l-prezzijiet għoljin reċenti tal-għalf, filwaqt li kellhom jikkonformaw mal-istandards tal-UE għall-benesseri u s-saħħa tal-annimali, li huma fost l-ogħla fid-dinja,

K.

billi l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed iġarrbu l-produtturi tal-bajd li jużaw il-gaġeġ arrikkiti huma minn 8 sa 13 % ogħla meta mqabbla ma’ dawk ta’ produtturi li jużaw gaġeġ konvenzjonali u d-differenza fid-dħul hija stmata li hi minn 3 sa 4 %,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm ir-rekwiżit għal projbizzjoni fuq il-gaġeġ tat-tiġieġ sal-1 ta’ Jannar 2012 kif stipulat bid-Direttiva dwar il-Benessri tat-Tiġieġ li Jbid (1999/74/KE) u biex topponi bil-qawwa kwalunkwe tentattiv min-naħa tal-Istati Membri biex jiksbu posponiment ta’ din l-iskadenza;

2.

Jenfasizza l-fatt li bħala prinċipju l-poponiment tal-projbizzjoni jew derogi għaliha jkunu ta’ ħsara għall-benessri tat-tiġieġ tal-bajd, jgħawwġu s-suq u jippenalizzaw lil dawk il-produtturi li diġà investew f'sistemi mingħajr ġaġeġ jew ġaġeġ arrikkiti; jemmen, madankollu, li għandha tinstab soluzzjoni, soġġett għal kundizzjonijiet definiti b'mod ċar, għal dawk il-produtturi li bdew ibiddlu is-sistemi ta’ trobbija tagħhom, billi jdaħħlu gaġeġ ġodda jew sistemi ta’ trobbija alternattivi, iżda li ma jkunux lestew dan il-proċess għalkollox sal-1 ta’ Jannar 2012;

3.

Jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar in-numru sostanzjali ta’ Stati Membri u produtturi tal-bajd li jinsabu lura milli jilħqu l-iskadenza tal-2012;

4.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiltaqa' mal-partijiet interessati ewlenin u l-awtoritajiet kompetenti f'Jannar 2011 sabiex tivvaluta l-qagħda tal-implimentazzjoni tad-direttiva, iżda jenfasizza li dawn l-isforzi messhom ilhom li saru;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex b'urġenza tipprovdi ċarezza rigward l-istat attwali fl-Istati Membri u tiżvela sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Marzu 2011 il-miżuri li bi ħsiebha tieħu sabiex tiżgura konformità mad-direttiva;

6.

Jenfasizza li miżuri bħal dawn l-ewwel u qabel kollox għandhom iżommu kundizzjonijiet ugwali u jipproteġu l-produtturi li jkunu konformi sal-1 ta’ Jannar 2012 minn kompetizzjoni inġusta min-naħa ta’ produtturi fl-UE u lil hinn minnha li jkomplu jużaw b'mod illegali l-gaġeġ tat-tiġieġ wara dik id-data;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timmoniterja l-progress f'intervalli frekwenti u biex tieħu azzjoni urġenti fir-rigward tal-Istati Membri sabiex tiżgura li l-produtturi tal-bajd tagħhom jikkonformaw mal-projbizzjoni tal-1 ta’ Jannar 2012 u tħeġġiġhom jiżviluppaw pjan ta’ azzjoni nazzjonali, inklużi sanzjonijiet dissważivi, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-użu tal-gaġeġ tat-tiġieġ jintemm fit-territorju tagħhom sal-1 ta’ Jannar 2012;

8.

Hu tal-fehma li l-produtturi tal-bajd u l-Istati Membri li għamlu sforz biex jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE m'għandhomx ibatu minħabba kompetizzjoni inġusta u illegali, b'mod speċjali rigward bajd u prodotti tal-bajd impurtati minn pajjiżi terzi; jenfasizza li l-bajd li ma jiġix prodott f'konformità mad-Direttiva 1999/74/KE ma jistax jiġi kkumerċjalizzat legalment jew ikun parti minn kummerċ intern fl-UE.; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tevita tgħawwiġ tas-suq u ma tħallix li l-produtturi li ma jkunux konformi jesportaw barra mit-territorju nazzjonali tagħhom;

9.

Jinsisti li l-Kummissjoni m'għandha tieħu l-ebda azzjoni kontra Stat Membru li ma jħallix il-kummerċjalizzazzjoni u l-importazzjoni ta’ bajd li ma jkunx prodott b'konformità mal-liġi tal-UE;

10.

Jinnota li xi Stati Membri, imma mhux kollha, għamlu użu mill-possibilità li jipprovdu finanzjament għall-produtturi sabiex jappoġġjaw il-konverżjoni għal ġaġeġ arrikkiti; jenfasizza, madankollu, li l-limitazzjonijiet attwali fuq il-finanzi ta’ xi Stati membri u d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw il-bdiewa tal-UE biex jiksbu self mill-banek sabiex jiffinanzjaw investiment fl-irżieżet jistgħu jagħmlu l-process ta’ konverżjoni għal ġaġeġ arrikkiti qabel l-1 ta’ Jannar 2012 aktar diffiċli;

11.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jinkludu fil-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom miżuri sabiex jgħinu lis-settur tat-tjur jikkonforma mad-direttiva;

12.

Jenfasizza l-bżonn li jiżdied l-għarfien tal-konsumatur dwar din il-kwistjoni u dwar l-effetti tan-nuqqas ta’ konformità fuq il-benessri tat-tiġieġ tal-bajd u dwar l-effetti tal-kompetizzjoni inġusta fost il-bdiewa;

13.

Jinnota li l-bajd għandu jitqies bħala ikel bażiku u jirrimarka li n-nuqqas ta’ konformità mad-Direttiva 1999/74/KE jaf jwassal għal riskju ta’ nuqqas ta’ bajd u żieda sinifikanti fil-prezz tal-bajd għall-konsumaturi; jenfasizza barra minn hekk li nuqqas bħal dan u żidiet fil-prezzijiet jistgħu jwasslu għal aktar importazzjoni ta’ bajd jew prodotti ta’ bajd minn pajjiżi terzi li ma josservawx l-istandards ta’ benesseri tal-UE;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni żżid is-sorveljanza tagħha tal-infurzar tad-Direttiva permezz ta’ iktar spezzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, lista ta’ produtturi, proċessuri u bejjiegħa li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/74/KE;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53.

(2)  ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0402.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/132


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Malażja: il-prattika tas-swat bil-qasba

P7_TA(2010)0494

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar il-Malasja: il-prattika tas-swat bil-qasba

2012/C 169 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-projbizzjoni assoluta tat-tortura u t-trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradatanti, liema projbizzjoni hi applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha u għall-Istati kollha, bħala regola perentorja fil-liġi internazzjonali,

wara li kkunsidra l-espressjoni prattika li ingħatat lil din il-projbizzjoni f'numru ta’ strumenti u dokumenti internazzjonali u reġjonali fi kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradatanti (Konvenzjoni kontra t-Tortura),

wara li kkunsidra r-Regoli Standard Minimi tan-NU għat-Trattament tal-Priġunieri,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Refuġjati,

wara li kkunsidra l-Karta tal-ASEAN dwar l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, li daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2008 u l-ħolqien tal-Kummissjoni Intergovernativa tal-ASEAN dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fit-23 ta’ Ottubru 2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ASEAN dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Immigranti tat-13 ta’ Jannar 2007,

wara li kkunsidra l-linjigwida tal-politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u t-trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, adottati fl-2001 u riveduti fl-2008,

wara li kkunsidra l-Karta ta’ Strateġija bejn l-UE u l-Malasja għall-perjodu 2007-2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kastig korporali f'kull forma tiegħu u f'kull ċirkostanza, hu pprojbit skont il-liġi internazzjonali,

B.

billi l-liġi tal-Malasja tistipula s-swat bil-qasba (magħruf bħala “flaġellazzjoni”) għal mill-anqas 66 reat, u billi skont l-istima ta’ Amnesty International, 10 000 ċittadin tal-Malasja u numru dejjem akbar ta’ refuġjati u immigranti jissawtu bil-qasba kull sena fil-ħabsijiet tal-Malasja,

Ċ.

billi tul l-aħħar snin, l-awtoritajiet tal-Malasja żiedu l-lista ta’ reati kastigabbli bis-swat bil-qasba, inkluż id-dħul illegali fil-pajjiż u l-abbuż tad-droga,

D.

billi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li tiegħu il-Malasja hi membru, adotta r-Riżoluzzjoni 8/8 li tiddikjara li l-kastig korporali hu ekwivalenti għat-tortura u billi l-prattika tas-swat bil-qasba toħloq uġigħ u tbatija kbira kif ukoll trawma fiżika u psikoloġika fit-tul,

E.

Billi, għalkemm is-swat bil-qasba – tifkira tad-dominazzjoni kolonjali – għadu pprattikat f'numru żgħir ta’ pajjiżi, il-Malasja għadha l-uniku pajjiż b'daqs konsiderevoli ta’ popolazzjoni u b'livell għoli ta’ żvilupp tal-bniedem, li tapplika dan it-tip ta’ kastig,

F.

billi l-vittmi barranin tas-swat bil-qasba spiss ma jiġux informati dwar l-akkużi kontrihom u jiġu mċaħħda mid-dritt għall-interpretazzjoni u ta’ aċċess għall-assistenza legali, bi ksur tad-dritt tagħhom għal proċess objettiv u imparzjali,

G.

billi t-tobba nvoluti fil-proċess - li ma jagħmlu xejn aktar milli jiċċertifikaw li l-priġunieri jifilħu għas-swat bil-qasba u jerġgħu jġibuhom f'tagħhom jekk dawn jintilfu minn sensihom - qegħdin jiksru l-etika medika,

H.

billi l-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Malasja, li tirrapreżenta 8 000 avukat, talbet għall-projbizzjoni ta’ dan it-tip ta’ kastig, billi sostniet li dan jikser kull regolament internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u wkoll bosta konvenzjonijiet dwar it-tortura,

1.

Jikkundanna bil-qawwa s-swat bil-qasba u kull forma ta’ kastig korporali u moħqrija tal-priġunieri; jemmen bil-qawwa li l-Malasja ma tistax tinvoka l-liġijiet nazzjonali biex tiġġustifika prattika ekwivalenti għat-tortura u li ovvjament hi illegali skont il-liġi internazzjonali;

2.

Iħeġġeġ lill-Malasja tapplika moratorju dwar is-swat bil-qasba u kull forma ta’ kastig korporali taħt kull ċirkostanza, sabiex dawn jiġu pprojbiti fil-liġi u fil-prattika;

3.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-Malasja biex minnufih iwaqqfu l-prattika attwali li ġġiegħel lill-uffiċjali tal-priġunieri u lit-tobba jkunu kompliċi fil-moħqrija tal-priġunieri u fl-amministrazzjoni tas-swat bil-qasba;

4.

Jistieden lill-Parlament tal-Malasja jirratifika l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u l-Protokoll Opzjonali tagħha u l-ICCPR u l-protokolli tiegħu u jemenda l-liġi tal-Malasja sabiex ir-reati ta’ immigrazzjoni jiġu trattati bħala reati amministrattivi, aktar milli bħala reati kastigabbli bi priġuniera jew b'kastig korporali, u li r-reati marbutin mal-abbuż tad-droga ma jibqgħux jiġu kastigati bis-swat bil-qasba;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Malasja (SUHAKAM) u l-Kumitat għar-Riforma tal-Liġi tal-Malasja biex iressqu rakkomandazzjonijiet adegwati lill-gvern rigward il-projbizzjoni tal-kastig korporali fil-liġi;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Malasja jimplimentaw l-istandards internazzjonali rigward il-protezzjoni tal-immigranti, r-refuġjati u dawk li qed jitlob asil, inkluż fil-proċeduri kriminali kontrihom, sabiex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tagħhom kontra t-tortura u l-moħqrija;

7.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex, fil-kuntatti politiċi tagħhom mal-pajjiż, sistematikament ikabbru l-għarfien dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Malasja u b'mod partikolari dwar l-allegazzjonijiet ta’ abbużi differenti u l-moħqrija ta’ immigranti u ta’ dawk li qed jitolbu asil;

8.

Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex ikomplu jħeġġu lill-imsieħba internazzjonali kollha tal-Unjoni Ewropea jirratifikaw u jimplimentaw konvenzjonijiet internazzjonali li jipprojbixxu l-użu tat-tortura u l-moħqrija; jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex fil-politika għad-drittijiet tal-bniedem tagħha, tagħti prijorità ewlenija lill-ġlieda kontra t-tortura u l-moħqrija, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni msaħħa tal-linjigwida tal-Unjoni Ewropea u tal-istrument kollha l-oħra tal-Unjoni Ewropea, bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem;

9.

Jikkunsidra l-ħolqien tal-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem bħala pass importanti lejn approċċ komprensiv u għal implimentazzjon aktar effikaċi tal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun; jemmen li l-kwistjoni tas-swat bil-qasba fil-Malasja, li spiss tikkonċerna lill-immigranti u lil dawk li qed jitolbu asil li joriġinaw minn Stati Membri tal-ASEAN, tista' tiġi ndirizzata minn din l-organizzazzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tal-Malasja, lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-ASEAN, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/134


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Uganda: l-Abbozz ta’ liġi “Bahati” u d-diskriminazzjoni kontra l-popolazzjoni LGBT

P7_TA(2010)0495

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-Uganda: l-hekk imsejjaħ “Abbozz ta’ Liġi Bahati” u d-diskriminazzjoni kontra l-popolazzjoni LGBT

2012/C 169 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-obbligi u l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinsabu fil-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa minnhom, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehim ta’ Cotonou) u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem li jinsabu fih, b'mod partikolari l-Artikolu 9,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jimpenjaw lill-Unjoni Ewropea u lil-Istati Membri tagħha li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprovdu l-mezzi biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali,

wara li kkunsidra l-attivitajiet kollha tal-UE li jirrigwardaw il-ġlieda kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-omofobija, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-politiki ta’ kontra d-diskriminazzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar l-Uganda: abbozz ta’ leġiżlazzjoni kontra l-omosesswali (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, fil-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija, fis-17 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tat-3 ta’ Diċembru 2009 dwar l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni soċjali u kulturali taż-żgħażagħ,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Abbozz ta’ Liġi Kontra l-Omosesswalità ppreżentat mill-Membru privat David Bahati MP fil-25 ta’ Settembru 2009 quddiem il-Parlament tal-Uganda jipprevedi l-ikkastigar tal-atti omosesswali bi priġunerija ta’ bejn seba' snin u l-għomor il-ħabs kif ukoll il-piena tal-mewt; billi l-Abbozz ta’ Liġi jipprevedi l-ikkastigar tan-nuqqas li wieħed jiżvela l-omosesswalità ta’ wild jew ta’ pazjent b'massimu ta’ tliet snin priġunerija; billi l-Abbozz ta’ Liġi għadu qed jiġi eżaminat,

B.

billi l-komunità internazzjonali kollha kemm hi kkundannat b'qawwa l-liġi proposta, filwaqt li xi Stati Membri tal-UE heddu li jirrevokaw l-għajnuna għall-iżvilupp li jagħtu lill-Uganda jekk dan l-abbozz isir liġi,

Ċ.

billi fid-9 ta’ Ottubru u fil-15 ta’ Novembru 2010, il-ġurnal lokali 'Rolling Stone' elenka l-ismijiet u d-dettalji personali ta’ persuni li huwa allegat li huma omosesswali, filwaqt li inċita lill-qarrejja biex jagħmlulhom ħsara jew jgħallquhom; billi l-Qorti Suprema tal-Uganda ordnat temporanjament lill-ġurnal biex iwaqqaf il-pubblikazzjoni,

D.

billi fl-Afrika l-omosesswalità hija legali fi 13-il pajjiż biss u hija reat kriminali fi 38 pajjiż; billi l-Mawritanja, is-Sudan u n-Niġerja tat-Tramuntana jikkastigaw l-omosesswalità bil-piena tal-mewt,

1.

Itenni l-fatt li l-orjentazzjoni sesswali hija xi ħaġa li taqa' fl-isfera tad-dritt individwali għall-privatezza kif garantit bid-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, skont liema dritt l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni għandhom jiġu protetti, filwaqt li l-libertà tal-espressjoni għandha tiġi garantita;

2.

Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Uganda fl-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u skont il-Ftehim ta’ Cotonou, li jitlob li d-drittijiet universali tal-bniedem jiġu rispettati;

3.

Itenni l-impenn tiegħu fir-rigward tad-drittijiet universali tal-bniedem, jinnota f'dan ir-rigward li d-difiża tad-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBT ma tistax titqies bħala imponiment ta’ valuri Ewropej, iżda minflok bħala d-difiża u l-promozzjoni ta’ drittijiet universali tal-bniedem kondiviżi, xi ħaġa li hija wieħed mill-objettivi tal-UE fl-attivitajiet esterni kollha tagħha;

4.

Jikkundanna kwalunkwe tentattiv li tiġi inċitata l-mibegħda u tiġi promossa l-vjolenza kontra grupp minoritarju, inkluż abbażi tas-sess jew tal-orjentazzjoni sesswali; f'dan il-kuntest jikkundanna t-tressiq tal-Abbozz ta’ Liġi Kontra l-Omosesswalità u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Uganda biex ma japprovawx l-Abbozz ta’ Liġi iżda jirrevedu l-liġijiet tagħhom biex jiddepenalizzaw l-omosesswalità u jiddepenalizzaw il-gruppi maġinalizzati, inklużi l-attivisti LGBT; jenfasizza li liġi kontra l-omosesswalità tkun ta’ ħsara kbira fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS;

5.

Għal darba oħra jiċħad b'qawwa kwalunkwe passi biex jiddaħħal l-użu tal-piena tal-mewt fi kwalunkwe ċirkostanzi u proċeduri ta’ estradizzjoni għal ċittadini tal-Uganda li jwettqu att omosesswali barra minn pajjiżhom;

6.

Jilqa' l-fatt l-Qorti Suprema tal-Uganda ordnat lill-ġurnal 'Rolling Stone' biex iwaqqaf il-pubblikazzjoni; madankollu għadu mħasseb li ħafna Ugandiżi ġew attakkati konsegwenza diretta tal-artiklu, filwaqt li ħafna għadhom qed jibżgħu li se jiġu attakkati, u jitlob li jiġu protetti mill-awtoritajiet;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President tar-Repubblika tal-Uganda, lill-Ispeaker tal-Parlament Ugandiż, lill-Assemblea Leġiżlattiva tal-Afrika tal-Lvant u lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana.


(1)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 25.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/136


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Refuġjati Eritrej miżmuma ostaġġi fis-Sinaj

P7_TA(2010)0496

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-rifuġjati Eritrej miżmuma ostaġġi minn traffikanti tal-bnedmin fis-Sinaj

2012/C 169 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona ta’ Novembru 1995;

wara li kkunsidra l-ewwel konferenza tan-Netwerk Ewro-Mediterranju dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li saret fil-Kajr fis-26 u s-27 ta’ Jannar 2006;

A.

billi l-awtoritajiet tas-sigurtà Eġizzjani qed ifittxu mijiet ta’ refuġjati Eritrej li l-UNHCR qed tgħid li qed jinżammu ostaġġi minn traffikanti Bedwini fis-Sinaj wara li r-refuġjati naqsu milli jħallsu l-prezz mitlub mit-traffikanti biex jgħinuhom jidħlu bil-moħbi fl-Iżrael;

B.

billi nhar it-Tlieta 7 ta’ Diċembru 2010, l-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati qal li kien jinsab imħasseb dwar 250 migrant Eritrew li hu maħsub li qed jinżammu ostaġġi fid-deżert tas-Sinaj;

C.

billi qed jingħad li t-traffikanti qed jitolbu ħlasijiet ta’ USD 8 000 għal kull persuna biex jeħilsuhom, u li l-persuni qed jinżammu f'kontejners u qed ikunu suġġetti għal abbużi;

D.

billi appell konġunt magħmul fl-1 ta’ Diċembru 2010 minn organizzazzjonijiet mhux governattivi jgħid li mijiet ta’ refuġjati illegali mill-Qarn tal-Afrika ilhom miżmuma xhur sħaħ fl-inħawi fil-periferija ta’ belt fis-Sinaj;

E.

billi l-ostaġġi kienu diġà ħallsu USD 2 000 għall-passaġġ tagħhom għal Iżrael, skont l-NGOs, li ddikkjaraw li r-refuġjati qed jiġu trattati mit-traffikanti b'mod estremament degradanti u inuman;

F.

billi l-uffiċjali lokali mit-Tramuntana tas-Sinaj qalu li l-awtoritajiet tas-sigurtà qed ifittxu b'mod attiv għall-Eritrej li qed jingħad li qed jinżammu fi gruppi mferrxa;

1.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiksbu l-ħelsien tal-Eritrej li hemm miżmuma ostaġġi; jevitaw l-użu ta’ forza letali kontra l-immigranti illegali li jaqsmu l-fruntieri tal-pajjiż, jipproteġu d-dinjità u l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom u jiggarantixxu li l-migranti miżmuma jkollhom il-possibilità li jikkuntattjaw lill-UNHCR u jippermettu lill-UNHCR aċċess għal kull min ifittex asil u għar-refuġjati kollha li jkunu miżmuma mill-istat;

2.

Japprezza l-isforzi kontinwi magħmula mill-awtoritajiet Eġizzjani biex jivverifikaw l-informazzjoni msemmija fir-rapporti maħruġa mill-UNHCR rigward grupp ta’ madwar 250 Eritrej li qed jinżammu ostaġġi fis-Sinaj minn traffikanti bi ksur tal-liġijiet nazzjonali u tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jenfasizza li l-fruntiera tad-deżert tas-Sinaj saret rotta ta’ traffikar għall-migranti Afrikani li jkunu qed ifittxu impjieg; eluf ta’ Eritrej jaħarbu minn pajjiżhom kull sena, u ħafna minnhom jitilqu lejn l-Iżrael;

4.

Ifakkar li f'Awissu seba' persuni nqatlu f'kunflitti ma’ kuntrabandisti ħdejn il-fruntiera ma’ Iżrael wara li l-migranti Afrikani li kienu miżmuma mit-traffikanti ħatfu f'idejhom l-armi ta’ dawk li kienu qed iżommuhom f'tentattiv biex jaħarbu;

5.

Jieħu nota li l-Iżrael f'Novembru beda l-ħidma fuq ċint ta’ 250km mal-fruntiera maħsub biex iwaqqaf l-influss ta’ immigranti illegali;

6.

Jilqa' bi pjaċir l-isforzi tal-Eġittu fil-ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, b'mod seċjali t-twaqqif fis-sena 2007 tal-“Kumitat ta’ Koordinament Nazzjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni u l-prevenzjoni tiegħu”, u jistieden lill-pajjiżi kollha biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jaffaċċaw l-isfida tad-delitti tat-traffikar tal-bnedmin madwar id-dinja kollha, u biex jirrispettaw il-liġijiet nazzjonali rilevanti;

7.

Japprezza l-impenn kontinwu tal-Eġittu biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-trattati internazzjonali, b'mod partikolari skont il-Konvenzjoni tar-Refuġjati tal-1951;

8.

Jirrikonoxxi li kull min ifittex asil u li jipparteċipa f'atti li jheddu, direttament jew indirettament, is-sikurezza u l-indipendenza tal-pajjiż ospitanti għandu jitqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali tiegħu skont it-termini tal-UNHCR;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli / Viċi President, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern Eġizzjan, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/137


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar

P7_TA(2010)0497

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar

2012/C 169 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi “it-tneħħija tax-xewka” hija l-prattika ħalja tal-qtugħ tax-xewka ta’ klieb il-baħar u r-rimi tal-karkassa lura fil-baħar u hija sostnuta mid-domanda kbira għall-ikel raffinat tas-soppa tax-xewka tal-kelb il-baħar,

B.

billi t-tneħħija tax-xewka qed tikkontribwixxi għat-tnaqqis estrem tal-popolazzjoni tal-kelb il-baħar li bil-mod li tiżdied,

Ċ.

billi terz tal-ispeċijiet Ewropej tal-kelb il-baħar huma mhedda mill-estinzjoni,

D.

billi l-projbizzjoni tal-UE hija l-aktar waħda dgħajfa fid-dinja b'eżenzjonijiet biex jitħalla trasbord ta’ xewk u karkassi separati, u hemm relazzjoni ta’ piż eċċessiva bejn xewk u karkassi,

E.

billi l-Kummissjoni qed tikkunsidra firxa wiesgħa ta’ possibiltajiet għall-emendar tal-projbizzjoni tat-tneħħija ta’ xewka ta’ klieb il-baħar abbord il-bastimenti (Regolament (KE) Nru 1185/2003),

F.

billi l-Parlament talab lill-Kummissjoni sabiex tagħlaq lakuni fil-projbizzjoni tat-tneħħija ta’ xewka tal-klieb il-baħar,

G.

billi l-maġġoranza tax-xjenzjati u l-IUCN jirrakkomandaw it-trasbord tal-kelb il-baħar bix-xewka mwaħħla miegħu kif inhu naturali,

H.

billi l-Costa Rica fin-Nazzjonijiet Uniti ħarġet favur il-metodu ta’ “xewk imwaħħal kif inhu naturali” li qed jintuża f'ħafna sajd fl-Amerika Ċentrali u l-Amerika ta’ Fuq,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex sat-tieni anniversarju tal-Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju għal Klieb il-Baħar (Frar 2011) tipprovdi proposta li tipprojbixxi t-tneħħija tax-xewka ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni.


(1)  Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tas-16 ta’ Diċembru 2010 (P7_PV(2010)12-16(ANN1)).


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/138


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari

P7_TA(2010)0498

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari

2012/C 169 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-isports sar kompetenza ġdida tal-UE,

B.

billi l-isports hu element importanti ta’ koeżjoni soċjali u jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ bosta għanijiet ta’ politika, bħall-promozzjoni tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-integrazzjoni soċjali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-kultura, kif ukoll fit-tnaqqis tal-kriminalità u fil-ġlieda kontra l-abbuż mid-droga,

Ċ.

billi l-parti l-kbira tal-Ewropej li jipparteċipaw fi sports jew f'attività fiżika rikreattiva jagħmlu dan fil-livell ta’ sports popolari,

D.

billi l-kriżi ekonomika u l-pressjoni fuq l-infiq tal-gvernijiet jistgħu jkollhom konsegwenzi serji fuq il-finanzjament tal-isports popolari,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-isports għal kulħadd, billi jsaħħu r-rwol edukattiv u ta’ integrazzjoni tiegħu, u billi tingħata attenzjoni partikolari għall-gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed bħan-nisa, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità;

2.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-isports popolari ma jkunx suġġett għal tnaqqis qawwi fil-baġit fi żminijiet ta’ kriżi;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa lill-isports popolari fil-Komunikazzjoni dwar l-isports li jmiss u tiżgura finanzjament adegwat għall-Programm tal-UE għall-Isports mill-2012 'il quddiem;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa lir-riżultati tal-istudju dwar il-finanzjament tal-isports popolari fir-rigward tal-possibilità ta’ inizjattiva tal-UE dwar kwistjonijiet marbutin mal-logħob tal-azzard;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tas-16 ta’ Diċembru 2010 (P7_PV(2010)12-16(ANN2)).


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/139


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
L-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar

P7_TA(2010)0499

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar

2012/C 169 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta’ persuni bla dar li jgħixu fit-toroq (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni qed ikompli jolqot il-persuni fl-Istati Membri kollha tal-UE u huwa vjolazzjoni mhux aċċettabbli tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem;

B.

billi l-2010 ġiet iddikjarata s-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

1.

Jistieden għal darb'oħra lill-Kunsill biex jimpenja ruħu sa tmiem l-2010 li jtemm il-problema ta’ persuni bla dar li jgħixu fit-toroq sal-2015;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa strateġija tal-UE ambizzjuża dwar il-persuni bla dar u tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji nazzjonali effikaċi li jsegwu l-linji gwida tar-Rapport Konġunt dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali adottat f'Marzu 2010 u bħala parti mill-UE 2020;

3.

Jistieden lill-EUROSTAT biex jiġbor data dwar il-persuni bla dar fl-UE;

4.

Jappoġġa l-prijoritajiet ta’ azzjoni li ġejjin: Ħadd ma jorqod f'kundizzjonijiet ħżiena; Ħadd ma jgħix f'akkomodazzjoni ta’ emerġenza aktar mill-perjodu ta’ “emerġenza”; Ħadd ma jgħix f'akkomodazzjoni tranżitorja aktar milli meħtieġ sakemm tinstab akkomodazzjoni definitiva; Ħadd ma jħalli istituzzjoni mingħajr ma jkollu għażliet fejn joqgħod; Ebda żagħżugħ ma jispiċċa mingħajr dar minħabba t-tranżizzjoni tiegħu lejn ħajja indipendenti;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (2), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 19.

(2)  Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 3 għall-Minuti tas-16 ta’ Diċembru 2010 (P7_PV(2010)12-16(ANN3)).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/140


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE

P7_TA(2010)0465

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar it-twaqqif ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE (2010/2096(INI))

2012/C 169 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 196 tat-Trattat ta’ Lisbona li jiddikjara li “L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex issaħħaħ l-effettività ta’ sistemi ta’ prevenzjoni ta’ diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem u ta’ protezzjoni minnhom” u li “l-azzjoni ta’ l-Unjoni għandha timmira li tippromwovi l-koerenza ta’ azzjonijiet ta’ protezzjoni ċivili fil-livell internazzjonali”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiddikjara li l-operazzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna umanitarja huma “maħsuba sabiex jipprovdu assistenza u għajnuna mingħajr dewmien għal popolazzjonijiet f'pajjiżi terzi li jkunu vittma ta’ diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem, u sabiex jipproteġuhom”, u li l-operazzjonijiet tagħha għandhom “għandhom jitwettqu skond il-prinċipji tad-dritt internazzjonali u l-prinċipji ta’ l-imparzjalità, in-newtralità u n-non diskriminazzjoni”,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja ffirmat b'mod konġunt f'Diċembru 2007 mill-Presidenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea, u l-Pjan ta’ Azzjoni preżentat mill-Kummissjoni f'Mejju 2008 għall-implimentazzjoni tal-kunsens,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2007 li jistiednu lill-Kummissjoni biex tagħmel l-aħjar użu mill-mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili u biex issaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-linji gwida dwar l-użu ta’ assi ta’ difiża militari u ċivili f'każ li jseħħ diżastru (il-Linji gwida ta’ Oslo), kif riveduti fis-27 ta’ Novembru 2006,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Frar 2009 dwar “Strateġija tal-UE ta’ Sostenn għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri fil-Pajjiżi fil-Fażi ta’ Żvilupp”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta’ Marzu 2008 dwar “It-Tisħiħ tal-Kapaċità tal-Unjoni fir-Rispons għad-Diżastri” (COM(2008) 0130) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2008 dwar “it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ reazzjoni tal-Unjoni għad-diżastri” (1),

wara li kkunsidra r-rapport minn Michel Barnier tad-9 ta’ Mejju 2006 bit-titolu “Għal Korp Ewropew ta’ Protezzjoni Ċivili: għanjuna tal-Ewropa”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2010 dwar it-terremot reċenti f'Ħaiti (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u d-diżastri kkaġunati mill-bniedem,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2010 dwar l-istabbiliment ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE, imressqa minn Anneli Jäätteenmäki, Charles Goerens, Louis Michel, Marielle De Sarnez u Frédérique Ries f'isem il-Grupp ALDE skont l-Artikolu 121(1) tar-Regoli ta’ Proċedura (B7-0228/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0332/2010),

A.

billi qed jiżdiedu madwar id-dinja diżastri li jikkawżaw danni sinifikanti umani, ekonomiċi u ambjentali; billi t-tali kriżijiet qed iseħħu b'aktar impatt, frekwenza u firxa f'bosta partijiet tad-dinja, l-aktar minħabba l-effetti tat-tibdil fil-klima; u billi l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel sforzi konsiderevoli biex tirreaġixxi għal dawn il-kriżijiet,

B.

billi l-multiplikazzjoni u ż-żieda fil-frekwenza tal-interventi li jsiru ġewwa u barra mill-Unjoni Ewropea huma aggravati mis-sitwazzjoni finanzjarja globali u minn restrizzjonijiet baġitarji li jenfasizzaw il-ħtieġa li l-operazzjonijiet ikunu iżjed kosteffikaċi,

C.

billi l-qsim tar-riżorsi fost il-31 stat li huma membri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (l-UE-27, in-Norveġja, il-Liechtenstein, il-Kroazja u l-Islanda), jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri, jista' jirrappreżenta assi operazzjonali u finanzjarju,

D.

billi l-baġit tal-Kummissjoni għal diżastri umanitarji, u speċifikament dak tad-DĠ ECHO, mhux sempliċement ġie ffriżat, talli saħansitra naqas ftit f'termini reali matul dawn l-aħħar ħames snin,

E.

billi fis-snin riċenti sar progress lejn aktar koerenza fir-reazzjoni tal-UE għad-diżastri, notevolment bit-tisħiħ progressiv tal-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili, bit-titjib fl-interazzjoni/koordinazzjoni bejn il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja, u bir-rikonoxximent li strateġija integrata għall-ġestjoni tad-diżastri tinvolvi mhux biss ir-reazzjoni iżda wkoll il-prevenzjoni u t-tħejjija,

F.

billi r-rispons tal-Unjoni Ewropea għat-terremot f'Ħaiti mhux biss wassal għal intervent rapidu, sinifikanti u wiesa' tal-għajnuna umanitarja iżda wkoll għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ protezzjoni ċivili li kien kapaċi juża minnufih, u għall-ewwel darba, żewġ moduli (unità tal-purifikazzjoni tal-ilma u stazzjon mediku avvanzat) iffinanzjati permezz tal-Azzjoni Preparatorja 2008 għal kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE,

G.

billi t-tagħlimiet li ħadna minn kriżijiet riċenti jkomplu juru l-ħtieġa li jsir titjib fl-effiċjenza, fil-koordinazzjoni u fil-viżibilità tar-reazzjoni tal-UE għad-diżastri, u billi dawn id-diżastri għal darba oħra enfasizzaw il-ħtieġa li jkun hemm kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE (forza Ewropea tal-protezzjoni ċivili),

H.

billi l-kapaċità tal-UE li tħares il-ħajja u l-proprjetà taċ-ċittadini tagħha hija fattur deċiżiv għall-kredibbiltà tagħha,

1.

Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

(a)

jirrikonoxxi li l-inklużjoni tal-protezzjoni ċivili u tal-għajnuna umanitarja fi ħdan il-portafoll ta’ Kummissarju wieħed responsabbli għall-Għajnuna Umanitarja u r-Reazzjoni għall-Kriżijiet toħloq sinerġiji aħjar fi ħdan il-Kummissjoni u tgħin fit-tisħiħ tal-koerenza tar-reazzjoni ġenerali tal-UE għad-diżastri;

(b)

jitlob li ssir integrazzjoni akbar bejn il-protezzjoni ċivili u l-metodoloġiji tax-xogħol umanitarju fi ħdan id-DĠ ECHO, filwaqt li jitħarsu l-ispeċifiċitajiet tagħhom billi tinżamm bejniethom distinzjoni u demarkazzjoni ċara tar-rwoli, biex jiġu mmassimizzati s-sinerġiji u l-komplementaritajiet u tittejjeb l-effiċjenza; jitlob ukoll li l-persunal militari u ċivili u l-ħaddiema umanitarji involuti fir-reazzjoni għad-diżastri jew fl-operazzjonijiet umanitarji jaġixxu skont il-prinċipji tan-newtralità, l-indipendenza u l-imparzjalità;

(c)

itenni li l-użu tar-riżorsi tal-protezzjoni ċivili, meta jintużaw fi kriżi umanitarja, għandu jkun iddettat mill-ħtiġijiet u jkun ukoll komplementari għall-għajnuna umanitarja u koerenti magħha, skont il- Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja u l-Linji gwida tan-Nazzjonijiet Uniti (il-linji gwida ta’ Oslo), bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji umanitarji tan-newtralità, l-umanità, l-imparzjalità u l-indipendenza;

(d)

jinsisti li l-assistenza tal-UE fil-każ li jseħħu diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem għandha timmira li tgħin l-ekonomija lokali, pereżempju bix-xiri ta’ oġġetti tal-ikel prodotti lokalment jew reġjonalment kif ukoll billi tipprovdi l-materjali meħtieġa għall-bdiewa bil-għan li l-ekonomija rurali tingħata spinta;

(e)

jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiċċaraw l-arranġamenti għall-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn is-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni għall-ġestjoni tar-reazzjoni għad-diżastri ta’ skala kbira li jseħħu barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea;

(f)

jissuġġerixxi li jsiru sforzi ta’ koordinazzjoni lokalizzati, f'kooperazzjoni mal-gvern nazzjonali tal-istat milqut, filwaqt li fuq il-post jintużaw ir-rappreżentanti tal-Istati Membri biex il-lokalitajiet milquta jkunu żgurati minn reazzjoni mmirata u kompetenti;

(g)

iħeġġeġ lill-Kunsill biex bi prijorità għolja jsaħħaħ il-kapaċità tar-reazzjoni tal-UE għad-diżastri, speċjalment fid-dawl tad-diskussjonijiet dwar it-twaqqif ta’ Forza ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE, u jħeġġu jagħti segwitu għat-talbiet ripetuti tal-Parlament Ewropew li l-proposti mressqa fir-rapport Barnier fl-2006 għandhom jiġu implimentati;

(h)

jitlob li tiġi stabbilita minnufiħ Forza tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE li trid tkun mgħammra b'mod adegwat bir-riżorsi teknoloġiċi u tekniċi meħtieġa;

(i)

jitlob ukoll, fil-kuntest tal-operazzjonijiet li jitwettqu wara diżastru naturali, għal koordinament aħjar bejn l-aġenziji umanitarji u l-mekkaniżmi tal-protezzjonijiet ċivili tal-Istati Membri u d-DĠ ECHO, u kwalunkwe forza tal-protezzjoni ċivili Ewropea futura;

(j)

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa programmi mal-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi benefiċjarji rigward il-prevenzjoni tad-diżastri u l-kapaċità tal-immaniġġjar tar-reazzjoni bbażati fil-komunità.

(k)

jinkoraġġixxi lill-Kunsill jadotta, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, miżuri (li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni) sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà u l-kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem tal-mekkaniżmu attwali tal-protezzjoni ċivili, li bħalissa huwa bbażat biss fuq kontribuzzjonijiet ad hoc u volontarji mill-Istati Membri; jissuġġerixxi li dawn il-miżuri jistgħu jinkludu arranġamenti ttestjati fi ħdan l-Azzjoni Preparatorja tal-UE, inklużi l-assi fuq il-livell tal-UE, l-amalgamazzjoni volontarja tar-riżorsi, l-inventarju tal-kapaċitajiet eżistenti, l-identifikazzjoni tax-xenarji u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ taħriġ ulterjuri;

(l)

jitlob ukoll għal baġits realistiċi li fihom jiġu allokati approprjazzjonijiet għad-diżastri naturali jew għall-azzjoni umanitarja abbażi tal-infiq tas-sena ta’ qabel;

(m)

iqis li l-forza tal-protezzjoni ċivili tal-UE għandha tinbena fuq il-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili tal-UE, tkun ottimizzazzjoni tal-għodod disponibbli, li jsiru aktar effikaċi u viżibbli, u amalgamazzjoni volontarja tal-mezzi loġistiċi u umani eżistenti, sew f'dak li jirrigwarda t-taħriġ għal reazzjoni fil-każ ta’ diżastru kif ukoll rigward il-ġestjoni tad-diżastri billi tiżviluppa l-inizjattivi meħuda fil-kuntest tal-azzjonijiet ta’ tħejjija, u li tkun kapaċi tiżgura l-għoti tal-ewwel għajnuna fl-ewwel 24 siegħa wara diżastru;

(n)

jirrakkomanda li l-forza tal-protezzjoni ċivili tal-UE tkun ibbażata fuq il-prinċipji li din għandha:

tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet, bil-parteċipazzjoni tal-protagonisti umanitarji kollha,

ċivili

topera taħt il-bandiera tal-UE

tosserva d-dritt umanitarju internazzjonali

tirrispetta n-natura volontarja tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri għall-arranġamenti maħsuba

tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-qsim tal-piżijiet

tkun disposta tirċievi kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi

tirrikonoxxi r-rwol globali tan-NU fil-koordinazzjoni tal-għajnuna internazzjonali barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea

tkun organizzata fuq bażi preventiva, skont xenarji speċifiċi;

(o)

iqis li, b'referenza partikolari għall-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, u fuq il-bażi tat-tagħlimiet meħuda mill-intervent f'Ħaiti u fil-Pakistan, sa fejn ikun possibbli, l-UE għandha topera taħt l-umbrella ta’ koordinament tan-NU, filwaqt li tikkonċentra fuq dawk l-oqsma fejn l-intervent tagħha jista' jikkontribwixxi valur miżjud akbar;

(p)

iqis li l-forza tal-protezzjoni ċivili Ewropea tista' tiġi bbażata fuq impenn min-naħa ta’ xi Stati Membri li b'mod volontarju jagħmlu disponibbli moduli ta’ protezzjoni ċivili predeterminati li jkunu lesti biex jintervjenu immedjatament f'operazzjonijiet tal-UE kkoordinati miċ- Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC), li l-parti l-kbira ta’ dawn il-moduli, li diġà huma disponibbli nazzjonalment u b'hekk ma jkunux jinvolvu spejjeż addizzjonali sinifikanti, jibqgħu taħt il-kontroll tagħhom, u li l-użu ta’ dawn il-moduli imqiegħda fuq stat ta’ allert ikunu jiffurmaw in-nukleu tas-sistema tal-protezzjoni ċivili tal-UE għar-reazzjoni għad-diżastri fl-UE u barra minnha;

(q)

iqis li moduli addizzjonali ta’ protezzjoni ċivili jistgħu jiġu ffinanzjati mill-UE għal ċerti rekwiżiti speċifiċi fejn ikunu ġew identifikati xi lakuni u fejn il-livell Ewropew ikun iżid il-valur, u jenfasizza kemm hu importanti li jiżdied il-finanzjament għat-trasport u li jiġu żviluppati moduli ta’ trasport li jkunu fuq stat ta’ allert;

(r)

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ komprensiv u proattiv b'reazzjoni għad-diżastri, li jkun jikkoordina d-diversi mezzi ta’ azzjoni disponibbli għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha, bħalma huma l-ġestjoni (ċivili u militari) tal-kriżijiet, l-assistenza finanzjarja u l-politiki tal-iżvilupp jew il-politiki soċjali u ambjentali; jemmen, f'dan il-kuntest, li t-tranżizzjoni bejn ir-reazzjoni għal diżastru u r-rikostruzzjoni ta’ wara diżastri għandha tiġi ġestita b'mod iktar effiċjenti; ifakkar fil-proposta li jiġi stabbilit Korp Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja Volontarja f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona (l-Artikolu 214(5)), u bil-ħsieb tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill jaħdmu, flimkien mal-Parlament Ewropew, fuq ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni tal-Korp mill-aktar fis possibbli, speċjalment fid-dawl ta’ inizjattivi simili meħuda minn xi Stati Membri;

(s)

ifakkar lill-Kunsill li l-użu tal-assi u tal-kapaċitajiet militari fir-reazzjoni għad-diżastri, partikolarment għall-appoġġ fil-qasam tal-loġistika, it-trasport u l- infrastruttura għall-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, għandu jkun biss eċċezzjonali u jintuża bħala “l-aħħar għażla” u dejjem b'mod konformi mal-ftehimiet eżistenti bħall-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja u l-linji gwida ta’ Oslo dwar l-użu tal-assi tad-difiża militari u ċivili fl-għajnuna li tingħata fid-diżastri internazzjonali;

(t)

jirrikonoxxi li l-assi militari u dawk tad-difiża ċivili fl-għajnuna mogħtija f'każ ta’ diżastru għandhom jintużaw bħala l-aħħar għażla, f'konformità mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja u l-Linji gwida ta’ Oslo; ifakkar li l-mezzi militari spiss jikkostitwixxu kontribut importanti lir-reazzjoni għad-diżastri, flimkien mal-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja, u jinnota li l-assi militari jistgħu jiġu meħtieġa biex jimlew lakuni kritiki fil-kapaċità (b'mod partikolari t-trasport strateġiku għall-ġarr, l-assi speċjalizzati, l-inġinerija tqila u t-trasport); għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ komprensiv u li jittejbu s-sinerġiji bejn il-kapaċitajiet ċivili u militari, u l-ħtieġa li jiġu identifikati oqsma li fihom l-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu l-isforzi u l-kapaċitajiet tagħhom fil-livell tal-UE biex jikkontribwixxu għar-reazzjoni tal-UE għad-diżastri, li hija ħaġa partikolarment importanti fi klima ekonomika diffiċli;

(u)

jenfasizza l-ħtieġa li jinbnew kapaċitajiet ċivili tal-UE li jkunu disponibbli permanentement u li jkunu joperaw indipendentement mill-istrutturi militari u l-ħtieġa li jiġu identifikati oqsma li fihom l-Istati Membri jistgħu jamalgamaw l-isforzi u l-kapaċitajiet tagħhom fil-livell tal-UE f'dan ir-rigward;

(v)

iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkooperaw dwar l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-viżibbiltà li għandu jinkludi miżuri konkreti sabiex tissaħaħ il-viżibbiltà tar-reazzjoni tal-UE għad-diżastri;

(w)

jinkoraġġixxi l-utilizzazzjoni tas-sistema tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) sabiex iż-żoni ta’ kriżi potenzjali jinżammu taħt sorveljanza, u b'hekk ikun jista' jkun hemm stat ta’ tħejjija aħjar meta jiġi biex jintbagħat appoġġ umanitarju, u jenfasizza kemm hu kritikament importanti li jiġu stabbiliti mekkaniżmu ta’ segwitu dwar l-isforzi tal-UE u valutazzjoni tal-assistenza li tkun ġiet utilizzata;

(x)

jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ baġits għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ kapaċità industrijali (pereżempju immaġini satellitarji fil-programm GMES) biex jittejbu l-fażijiet tal-ġestjoni tad-diżastri;

(y)

jistieden lill-Kunsill iqis ir-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn fuq meta jeżamina u jilħaq konklużjonijiet dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li jmiss li tħabbret mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rinfurzar tal-kapaċità tar-Reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għad-Diżastri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 286 E, 27.11.2009, p. 15.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0015.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/145


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Portugall - għargħar; Franza - Xynthia (maltempata)

P7_TA(2010)0453

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0578 – C7-0323/2010 – 2010/2237(BUD))

2012/C 169 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0578 – C7-0323/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 26,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0335/2010),

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa' livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

(4)

Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat minn valangi u għargħar fil-gżira ta’ Madeira.

(5)

Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat mill-maltempata “Xynthia”,

ADDOTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 66 891 540 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/147


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Abbozz ta’ baġit emendatorju nru 9/2010: Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (għargħar fil-Portugall - Xynthia (tempesta), Franza) - Irkupru ekonomiku: Netwerk Ewropew ta’ Turbini tar-Riħ fil-Baħar

P7_TA(2010)0454

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17633/2010 – C7-0409/2010 – 2010/2238(BUD))

2012/C 169 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod definittiv fis-17 ta’ Diċembru 2009 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 9/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Ottubru 2010 (COM(2010)0577),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010, stabbilit mill-Kunsill fl-10 ta’ Diċembru 2010 (17633/2010 – C7-0409/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0341/2010),

A.

billi l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 għall-baġit ġenerali 2010 jkopri l-punti li ġejjin:

il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta’ EUR 66.9 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet li jikkonċernaw l-effetti taż-żerżiq tal-art u tal-għargħar serju fil-gżira ta’ Madejra, fil-Portugall, u l-effetti tal-maltempata Xynthia fi Franza,

tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta’ EUR 66.9 miljun mil-linja 06 04 14 03 – Proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru ekonomiku – Netwerk Ewropew ta’ Turbini tar-Riħ 'Il barra mix-Xtajta,

B.

billi l-għan tal-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2010,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010;

2.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 8/2010 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 64, 12.3.2010.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/148


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: SI/Mura, Slovenja

P7_TA(2010)0455

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/014 SI/Mura mis-Slovenja) (COM(2010)0582 – C7-0334/2010 – 2010/2243(BUD))

2012/C 169 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0582 – C7-0334/2010),

wara li kkunsidra il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEAG),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0336/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEAG,

D.

billi s-Slovenja talbet l-assistenza għal dak li għandu x’jaqsam mal-każijiet konċernanti 2 554 sensja fl-impriża Mura, European Fashion Design, li topera fil-qasam tal-ilbies,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar l-FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni FEAG;

2.

Ifakkar l-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista’ jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni individwali tal-ħaddiema ssensjati fix-xogħol; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata valutazzjoni komparattiva ta’ din id-dejta anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluża valutazzjoni tal-effetti li dawn is-servizzi temporanji u personalizzati se jkollhom fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol fit-tul tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

5.

Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.

Jinnota madanakollu, li sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b’mod sinifikanti l-ħtieġa ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta’ eżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b’sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li jippreżenta fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, janaliżi l-kriterji ta’ eliġibilità u jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEAG/2010/014 SI/Mura mis-Slovenja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Is-Slovenja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal- FEG, fir-rigward tas-sensji fl-impriża Mura fit-28 ta’ April 2010 u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sal-24 ta’ Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 2 247 940.

(5)

Għalhekk l-FEAG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mis-Slovenja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 2 247 940 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/151


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Heidelberger Druckmaschinen AG/Ġermanja

P7_TA(2010)0456

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(applikazzjoni FEAG/2010/018 DE/Heidelberger Druckmaschinen mill-Ġermanja) (COM(2010)0568 – C7-0332/2010 – 2010/2241(BUD))

2012/C 169 E/25

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0568 – C7-0332/2010),

wara li kkunsidra il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEAG),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0337/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEAG,

D.

billi l-Ġermanja talbet l-assistenza f'każijiet marbutin ma’ 1 181 sensja mqassmin f’erba’ siti ta’ produzzjoni tal-impriżi f’Heidelberger Druckmaschinen f’Baden-Württemberg, li topera fil-qasam tal-manifattura tal-makkinarju tal-istampar,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar l-FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni FEAG;

2.

Ifakkar l-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista’ jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni individwali tal-ħaddiema ssensjati fix-xogħol; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata valutazzjoni komparattiva ta’ din id-dejta anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluża valutazzjoni tal-effetti li dawn is-servizzi temporanji u personalizzati se jkollhom fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol fit-tul tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

5.

Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.

Jinnota mandanakollu, li sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b’mod sinifikanti l-ħtieġa ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill- Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta’ eżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b’sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li jippreżenta fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, janaliżi l-kriterji ta’ eliġibilità u jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEAG/2010/018 DE/Heidelberger Druckmaschinen mill-Ġermanja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Ġermanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta’ sensji fl-impriżi Heidelberger Druckmaschinen fis-27 ta’ Mejju 2010 u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sal-1 ta’ Lulju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 8 308 555.

(5)

L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 8 308 555 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/154


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Wielkopolskie Automotive mill-Polonja

P7_TA(2010)0457

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/004 PL/Wielkopolskie Automotive mressqa mill-Polonja) (COM(2010)0616 – C7-0347/2010 – 2010/2253(BUD))

2012/C 169 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0616 – C7-0347/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEAG),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0359/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa' għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi l-Polonja talbet għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 590 sensja f'żewġ intrapriżi li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 29 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, karrijiet u nofs-karrijiet) fir-reġjun NUTS II ta’ Wielkopolskie,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu;

5.

Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk għandhom jiġu identifikati linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti;

6.

Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jisgħobih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta’ rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li jippreżenta fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, janalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/004 PL/Wielkopolskie Automotive mressqa mill-Polonja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b'konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fil-5 ta’ Frar 2010, il-Polonja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward tas-sensji f'żewġ intrapriżi li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 29 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, karrijiet u nofs-karrijiet) fir-reġjun NUTS II ta’ Wielkopolskie (PL41) u ssupplimentatu b'tagħrif addizzjonali sas-6 ta’ Lulju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 633 077.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Polonja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 633 077 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/157


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Kummerċ bl-imnut f'Aragona/Spanja

P7_TA(2010)0458

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/016 ES/Aragón Retail trade from Spain) (COM(2010)0615 – C7-0346/2010 – 2010/2252(BUD))

2012/C 169 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0615 – C7-0346/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament tal-FEAG),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0358/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 1 154 sensja f'593 intrapriża li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 47 (Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjun NUTS II ta’ Aragón,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar l-FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu;

5.

Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk għandhom jiġu identifikati linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti;

6.

Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jisgħobih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta’ rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li jippreżenta fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, janalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/016 ES/Aragón Retail trade from Spain)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b'konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fis-6 ta’ Mejju 2010 Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward tas-sensji f'593 intrapriża li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 47 (Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjun NUTS II ta’ Aragón (ES24) u ssupplimentatu b'tagħrif addizzjonali sal-1 ta’ Lulju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 560 000.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 560 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/160


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Comunidad Valenciana - Tessuti/Spanja

P7_TA(2010)0459

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti tal-Comunidad Valenciana minn Spanja) (COM(2010)0613 – C7-0345/2010 – 2010/2251(BUD))

2012/C 169 E/28

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0613 – C7-0345/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEAG),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0357/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 350 sensja f'143 intrapriża li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 13 (Manifattura ta’ tessuti) fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu;

5.

Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.

Jinnota madankollu li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-innovazzjoni; jisgħobih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li l-funzjonament u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess tar-rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti tal-Comunidad Valenciana minn Spanja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b'konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fit-22 ta’ Marzu 2010, Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward tas-sensji f'143 intrapriżi li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 13 (Manifattura ta’ tessuti) f' reġjun NUTS II wieħed, il-Comunidad Valenciana (ES52) u ssupplimentatu b'tagħrif addizzjonali sas-17 ta’ Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li timmobilizza l-ammont ta’ EUR 2 059 466.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 2 059 466 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlas.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/163


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Comunidad Valenciana - Ġebla naturali/Spanja

P7_TA(2010)0460

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/005 ES/Ġebla Naturali tal-Comunidad Valenciana minn Spanja) (COM(2010)0617 – C7-0344/2010 – 2010/2250(BUD))

2012/C 169 E/29

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0617 – C7-0344/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEAG),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0356/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 300 sensja f'66 intrapriża li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 23 (Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra) fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu;

5.

Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.

Jinnota madankollu li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-innovazzjoni; jisgħobih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li l-funzjonament u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess tar-rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/005 ES/Ġebla Naturali tal-Comunidad Valenciana minn Spanja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b'konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fid-9 ta’ Marzu 2010, Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward tas-sensji f'66 intrapriżi li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 23 (Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra) f''reġjun NUTS II wieħed, il-Comunidad Valenciana (ES52) u ssupplimentatu b'tagħrif addizzjonali sal-25 ta’ Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 422 850.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 422 850 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/166


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Lear/Spanja

P7_TA(2010)0461

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/023 ES/Lear minn Spanja)(COM(2010)0625 – C7-0360/2010 – 2010/2265(BUD))

2012/C 169 E/30

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0625 – C7-0360/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0351/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi għajnuna addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi Spanja talbet assistenza fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 508 sensja fl-intrapriża Lear Automotive (EEDS) Spain, S.L. Sociedad Unipersonal, li topera fis-settur awtomotiv,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jwettaq il-FEAG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni individwali tal-ħaddiema ssensjati fix-xogħol; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas m’għandha tieħu post miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluża evalwazzjoni tal-effetti li għandhom dawn is-servizzi temporanji u personalizzati fuq ir-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol, fuq perjodu twil, tal-ħaddiema ssensjati;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu proprji u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.

Jinnota madankollu li, bil-għan li l-FEAG jiġi mmobilizzat għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ lill-SMEs u l-innovazzjoni; jisgħobih minħabba n-nuqqasijiet severi tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment waqt kriżi ekonomika li għandha żżid b’mod sinifikanti l-bżonn ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta’ rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b’sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tippreżenta informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/023 ES/Lear minn Spanja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi sostenn addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal- EGF sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Spanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ sensji fl-intrapriża ta’ Lear, fit-23 ta’ Lulju 2010 u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali fl-10 ta’ Awwissu 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta’ EUR 382 200.

(5)

Il-EGF għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 382 200 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/169


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: H. Cegielski-Poznań mill-Polonja

P7_TA(2010)0462

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/006 PL/H. Cegielski-Poznań mill-Polonja) (COM(2010)0631 – C7-0361/2010 – 2010/2266(BUD))

2012/C 169 E/31

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0631 – C7-0361/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0352/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi għajnuna addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa' għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 'l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi l-Polonja talbet l-assistenza fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 189 sensja f'H. Cegielski-Poznań u erba' mill-fornituri tagħha, li joperaw fis-settur tal-manifattura tal-magni diżil tal-baħar,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, li tipprovdi appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jwettaq fir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-riintegrazzjoni individwali tal-ħaddiema ssensjati fix-xogħol; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas m'għandha tieħu post miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluża evalwazzjoni tal-effetti li għandhom dawn is-servizzi temporanji u personalizzati fuq ir-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol, fuq perjodu twil, tal-ħaddiema ssensjati;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu proprji u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.

Jinnota madankollu li, bil-għan li l-FEAG jiġi mmobilizzat għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ lill-SMEs u l-innovazzjoni; jisgħobih min-nuqqasijiet severi tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment waqt kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-bżonn ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta’ rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tippreżenta informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/006 PL/H. Cegielski-Poznań mill-Polonja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi sostenn addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Polonja ressqet applikazzjoni fit-8 ta’ Marzu 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta’ sensji fl-intrapriża H. Cegielski-Poznań Poland S.A. u ssupplementata b’informazzjoni addizzjonali sal-10 ta’ Awwissu 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta’ EUR 114 250.

(5)

IL-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Polonja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 114 250 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/172


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2003/109/KE għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ***I

P7_TA(2010)0463

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali (COM(2007)0298 – C6-0196/2007 – 2007/0112(COD))

2012/C 169 E/32

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0298),

wara li kkunsidra l-Artikolu 63(3) u (4) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0196/2007),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill intitolata “Il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3), 79(2)(a) u (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta’ Novembru 2010, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0347/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 259E, 29.10.2009, p. 126.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2007)0112

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/51/UE).


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/173


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Ftehim UE-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi ***

P7_TA(2010)0464

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi (11324/2010 – C7-0391/2010 – 2010/0106(NLE))

2012/C 169 E/33

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (11324/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi (10304/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0391/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0345/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/174


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Il-ħolqien ta’ netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament inkarigati bl-immigrazzjoni ***I

P7_TA(2010)0469

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni (COM(2009)0322 – C7-0055/2009 – 2009/0098(COD))

2012/C 169 E/34

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0322),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 63(3)(b) u l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0055/2009),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 74 u l-Artikolu 79(2), punt ċ) tat-Trattat FUE,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Diċembru 2010 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0342/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2009)0098

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 493/2011).


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/175


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
L-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni ***I

P7_TA(2010)0470

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (00002/2010 – C7-0006/2010 – 2010/0802(COD))

2012/C 169 E/35

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva li ħarġet minn grupp ta’ Stati Membri (00002/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-Artikolu 289(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skont it-termini tagħhom il-Kunsill ressaq l-abbozz ta’ att lill-Parlament (C7-0006/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, minn parlament nazzjonali li afferma li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-parlamenti nazzjonali dwar l-abbozz ta’ att leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-Artikoli 37, 44 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont it-termini tal-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0354/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0802

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1) (a) u (d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ikun ntbagħtet lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet għaliha nnifisha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

L-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji.

(3)

Skont il-programm ta’ Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009, ir-rikonoxximent reċiproku jista' jestendi għat-tipi kollha ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ta’ natura ġudizzjarja li, skont is-sistema legali, jistgħu jkunu jew kriminali jew amministrattivi. Huwa jappella wkoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jeżaminaw kif tista' titjieb il-leġiżlazzjoni dwar u l-miżuri ta’ appoġġ prattiku għall-protezzjoni tal-vittmi. Il-programm jinnota wkoll li l-vittmi ta’ kriminalità jistgħu jkunu offruti miżuri ta’ protezzjoni speċjali li għandhom ikunu effettivi fl-Unjoni. Din id-Direttiva tifforma parti minn sett ta’ miżuri koerenti u komprensivi dwar id-drittijiet tal-vittmi.

(4)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa tappella lill-Istati Membri sabiex itejbu l-liġijiet u l-politiki nazzjonali tagħhom biex jiġġieldu s-suriet kollha tal-vjolenza kontra n-nisa u biex jaġixxu ħalli jittrattaw il-kawżi tal-vjolenza kontra n-nisa, mhux l-anqas billi jutilizzaw miżuri preventivi, u tistieden lill-Unjoni biex tiggarantixxi d-dritt tal-assistenza u l-appoġġ għall-vittmi kollha tal-vjolenza . Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 tapprova l-proposta li tiddaħħal l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni għall-vittmi.

(5)

F'żona komuni ta’ ġustizzja mingħajr fruntieri interni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-protezzjoni pprovduta lil persuna fiżika fi Stat Membru wieħed tinżamm u titkompla fi kwalunkwe Stat Membru ieħor li persuna tiċċaqlaq fih jew li fih tkun diġà ċċaqilqet. Għandu jkun żgurat ukoll li l-eżerċizzju leġittimu minn ċittadini tal-Unjoni tad-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 21 tat-TFUE, ma jirriżultax f'telf tal-protezzjoni tagħhom.

(6)

Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli li skonthom il-protezzjoni li tirriżulta minn ċerti miżuri ta’ protezzjoni adottati f'konformità mal-liġi ta’ Stat Membru wieħed (“l-Istat emittenti”) tista' tiġi estiża għal Stat Membru ieħor li fih il-persuna protetta tiddeċiedi li tirrisjedi jew toqgħod (“l-Istat ta’ eżekuzzjoni”) ▐.

(7)

Din id-Direttiva tieħu kont tat-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri kif ukoll il-fatt li tista' tiġi pprovduta protezzjoni effettiva permezz ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni li jittieħdu minn awtorità li mhijiex qorti kriminali. Din id-Direttiva ma tistabbilixxix obbligi għal modifika tas-sistemi nazzjonali għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni.

(8)

Din id-Direttiva tapplika għall-miżuri ta’ protezzjoni li għandhom l-għan li jipproteġu persuna minn att kriminali ta’ persuna oħra li tista', bi kwalunkwe mod, tipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika, psikoloġika u sesswali tagħha, bħal bil-prevenzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ fastidju, kif ukoll id-dinjità jew il-libertà personali tagħha, bħal bil-prevenzjoni ta’ ħtif, stalking u forom oħra ta’ ġegħil indirett, u li jimmiraw għall-prevenzjoni ta’ atti ġodda ta’ kriminalità jew għat-tnaqqis tal-konsegwenzi ta’ atti preċedenti ta’ kriminalità. Dawn id-drittijiet personali tal-persuna protetta jammontaw għal valuri fundamentali rikonoxxuti u sostnuti fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li nenfasizzaw li din id-Direttiva tapplika għal miżuri ta’ protezzjoni li għandhom l-għan li jħarsu lill-vittmi kollha u mhux biss dawk tal-vjolenza bbażata fuq is-sess, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiki speċifiċi ta’ kull tip ta’ delitt ikkonċernat.

(9)

Din id-Direttiva tapplika għall-miżuri ta’ protezzjoni, indipendentement min-natura – kriminali, ċivili jew amministrattiva – tal-awtorità ġudizzjarja jew ekwivalenti li tadotta d-deċiżjoni kkonċernata, sew jekk fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali sew jekk fil-kuntest ta’ kwalunkwe proċediment ieħor fir-rigward ta’ att li kien jew seta' kien is-suġġett ta’ proċedimenti minn qorti li għandha l-ġurisdizzjoni b'mod partikolari f'materji kriminali.

(10)

Din id-Direttiva hija maħsuba biex tapplika għall-miżuri ta’ protezzjoni maħruġa favur il-vittmi, jew il-vittmi possibbli, ta’ reati; hija m'għandhiex tapplika għall-miżuri maħruġa bil-ħsieb tal-protezzjoni tax-xhieda.

(11)

Jekk miżura ta’ protezzjoni, kif definita f'din id-Direttiva, tinħareġ għall-protezzjoni ta’ qarib tal-persuna protetta ewlenija, tista' tintalab ordni Ewropea ta’ Protezzjoni ukoll minn dan il-qarib, u tinħareġ fir-rigward tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(12)

Kwalunkwe talba għall-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ Protezzjoni għandha tiġi trattata b'ħeffa adegwata filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inkluża l-urġenza tal-kwistjoni, id-data prevista għall-wasla tal-persuna protetta fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u, fejn ikun possibbli, il-livell tar-riskju għall-persuna protetta.

(13)

Fejn għandha tingħata informazzjoni skont din id-Direttiva lill-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu jew lill-persuna protetta, din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll lill-kustodju jew lir-rappreżentant tal-persuna kkonċernata, fejn relevanti. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-ħtieġa li l-persuna protetta, il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu jew ir-rappreżentant tagħhom fil-proċeduri jirċievu l-informazzjoni, kif previst f'din id-Direttiva, f'lingwa li jifhmu.

(14)

Fil-proċeduri għall-ħruġ u għar-rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kif jixraq il-ħtiġijiet tal-vittmi, inkluż b'mod partikolari l-persuni vulnerabbli, bħal -minorenni jew -persuni b'diżabilità.

(15)

Għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, miżura ta’ protezzjoni tista' tkun ġiet imposta wara sentenza, kif iddefinit bl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (2), jew wara deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (3).

(16)

F'konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u mal-Artikolu 47, paragrafu 2, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu għandha tingħata, jew fil-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni jew qabel ma tinħareġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, il-possibbiltà li tinstema' u li tikkuntesta l-miżura ta’ protezzjoni.

(17)

Sabiex jiġi evitat li jitwettaq reat jew reat ġdid kontra l-vittma fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, dak l-Istat għandu jingħata bażi legali għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni adottata preċedentement fl-Istat emittenti favur il-vittma, filwaqt li tiġi evitata wkoll il-ħtieġa biex il-vittma tibda proċedimenti ġodda jew tipproduċi l-evidenza fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għal darb'oħra bħallikieku l-Istat emittenti ma jkunx adotta d-deċiżjoni. Ir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni mill-Istat ta’ eżekuzzjoni jimplika inter alia li l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat, soġġett għal-limitazzjonijiet imniżżlin f'din id-Direttiva, taċċetta l-eżistenza u l-validità tal-miżura ta’ protezzjoni adottata fl-Istat emittenti, tagħraf is-sitwazzjoni fattwali deskritta fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, u taqbel li l-protezzjoni għandha tiġi pprovduta u għandha tkompli tiġi pprovduta f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

(18)

Din id-Direttiva fiha numru limitat ta’ obbligi jew projbizzjonijiet li, meta imposti fl-Istat emittenti u jkunu jinsabu fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, għandhom ikunu rikonoxxuti u infurzati fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, soġġett għal-limitazzjonijiet imniżżlin f'din id-Direttiva. Tipi oħra ta’ miżuri ta’ protezzjoni jistgħu jeżistu fil-livell nazzjonali, bħal pereżempju, jekk ikun previst hekk mid-dritt nazzjonali, l-obbligu fuq il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu li tibqa' f'post speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu jiġu imposti fl-Istat emittenti fil-qafas tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta’ waħda mill-miżuri ta’ protezzjoni li, skont din id-Direttiva, tista' tkun il-bażi għal Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni.

(19)

Peress li fl-Istati Membri tipi differenti ta’ awtoritajiet (ċivili, kriminali jew amministrattivi) huma kompetenti biex joħorġu u jinfurzaw miżuri ta’ protezzjoni, jidher xieraq li jiġu pprovdut livell għoli ta’ flessibbiltà fil-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri taħt din id-Direttiva. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni m'għandhiex tieħu l-istess miżura ta’ protezzjoni fil-każijiet kollha kif adottata fl-Istat emittenti, iżda għandha ammont ta’ diskrezzjoni biex tadotta kwalunkwe miżura li hija tkun tqis adegwata u adatta skont il-liġi nazzjonali tagħha f'każ simili sabiex tipprovdi protezzjoni kontinwa lill-persuna protetta fid-dawl tal-miżura ta’ protezzjoni adottata fl-Istat emittenti u kif deskritt fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

(20)

L-obbligi jew il-projbizzjonijiet li għalihom tapplika din id-Direttiva jinkludu, fost oħrajn, miżuri bl-għan li jillimitaw il-kuntatti personali jew remoti bejn il-persuna protetta u l-persuna li tikkawża l-periklu, pereżempju billi jimponu ċerti kondizzjonijiet ta’ tali kuntatti jew jimponu restrizzjonijiet fuq il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet.

(21)

L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma lill-persuna li tikkawża l-periklu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta dwar kwalunkwe miżura meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni. Fin-notifika lill-persuna li tikkawża l-periklu għandu jittieħed kont debitu tal-interessi tal-persuna protetta li ma jinkixifx l-indirizz jew dettalji tal-kuntatt oħra tagħha. Tali dettalji għandhom jiġu esklużi min-notifika, dment li l-indirizz jew dettalji tal-kuntatt oħra ma jkunux inklużi fl-obbligu jew il-projbizzjoni imposti bħala miżura ta’ infurzar fuq il-persuna li tikkawża l-periklu.

(22)

Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun irtirat l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri li tkun adottat sabiex tinforza l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, bl-intendiment li l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni tista' – b'mod awtonomu, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha – tadotta kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni skont il-liġi nazzjonali tagħha sabiex tipproteġi l-persuna kkonċernata.

(23)

B'kont meħud li din id-Direttiva tittratta sitwazzjonijiet fejn il-persuna protetta tiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor, l-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha ma timplika l-ebda trasferiment għall-Istat ta’ eżekuzzjoni ta’ setgħat relatati ma’ pieni prinċipali, sospiżi, alternattivi, kondizzjonali jew sekondarji, jew relatati ma’ miżuri ta’ sigurtà imposti fuq il-persuna li tikkawża l-periklu, jekk din tal-aħħar tkompli tirrisjedi fl-Istat li ħareġ il-miżura ta’ protezzjoni.

(24)

Fejn ikun il-każ, għandu jkun possibbli l-użu ta’ mezzi elettroniċi bil-ħsieb li l-miżuri adottati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jitwettqu fil-prattika, f'konformità mal-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali.

(25)

Fil-qafas ta’ kooperazzjoni fost l-awtoritajiet involuti fl-iżgurar tas-salvagwardja tal-persuna protetta, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżuri adottati fl-Istat ta’ eżekuzzjoni bil-ħsieb tal-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni. Din il-komunikazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti biex tiddeċiedi fil-pront dwar kwalunkwe reazzjoni adatta fir-rigward tal-miżura ta’ protezzjoni imposta fl-Istat tagħha dwar il-persuna li tikkawża l-periklu. Tali reazzjoni tista' tinkludi, fejn adatt, l-impożizzjoni ta’ miżura ta’ kustodja minflok il-miżura mhux ta’ kustodja adottata oriġinarjament, pereżempju bħala alternattiva għad-detenzjoni preventiva jew bħala konsegwenza tas-sospensjoni kondizzjonali ta’ piena. Huwa mifhum li tali deċiżjoni, peress li ma tikkonsistix fl-impożizzjoni ex novo ta’ sanzjoni kriminali fir-rigward ta’ reat kriminali ġdid, ma tinterferixxix mal-possibbiltà li l-Istat ta’ eżekuzzjoni jista', fejn applikabbli, jimponi sanzjonijiet kriminali jew mhux kriminali f'każ ta’ ksur tal-miżuri adottati sabiex tiġi esegwita l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

(26)

Fid-dawl tat-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri, fejn l-ebda miżura ta’ protezzjoni ma tkun disponibbli fl-Istat ta’ eżekuzzjoni f'każ simili għas-sitwazzjoni fattwali deskritta fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżura ta’ protezzjoni deskritta fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, li tiegħu hija konxja.

(27)

Sabiex tinkiseb l-applikazzjoni bla xkiel ta’ din id-Direttiva f'kull każ partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati emittenti u ta’ eżekuzzjoni għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b'kont meħud tal-prinċipju ta’ ne bis in idem.

(28)

Il-persuna protetta m'għandhiex tkun obbligata tbati spejjeż għar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni li jkunu sproporzjonati meta mqabbla ma’ kawża simili nazzjonali. Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara u bħala konsegwenza diretta tar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, il-persuna protetta m'għandhiex tiġi obbligata tiftaħ aktar proċeduri nazzjonali biex tikseb mill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, id-deċiżjoni li tadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont id-dritt nazzjonali tagħha f'kawża simili biex tiġi żgurata s-salvagwardja tal-persuna protetta.

(29)

B'kont meħud tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku li fuqu hija bbażata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jippromwovu, safejn hu l-aktar possibbli, il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni ta’ dan l-istrument.

(30)

Bla ħsara għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jitolbu lil dawk responsabbli mit-taħriġ tal-ġudikanti, tal-prosekuturi, tal-pulizija u tal-persunal ġudizzjarju involuti fil-proċeduri maħsuba għall-ħruġ jew għar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni biex jipprovdu taħriġ adegwat fir-rigward tal-objettivi ta’ din id-Direttiva.

(31)

Biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-data rilevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, għall-inqas dwar in-numru ta’ ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni mitluba, maħruġa u/jew rikonoxxuti. F'dan ir-rigward, tipi oħra ta’ data, bħal pereżempju t-tipi tad-delitti kkonċernati, ikunu utli wkoll.

(32)

Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni ta’ persuni li jinsabu f'periklu, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri waħedhom, fid-dawl tan-natura transkonfinali tas-sitwazzjonijiet involuti, u jista' għalhekk minħabba l-iskala u l-effetti, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-TFUE. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(33)

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni ta’ persuni li jkunu fil-periklu, biex b'hekk tikkomplementa iżda mhux taffettwa l-istrumenti li diġà huma stabbiliti f'dan il-qasam, bħad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI.

(34)

Meta deċiżjoni relatata ma’ miżura ta’ protezzjoni tidħol fl-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali  (4) , ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tat-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri  (5) , jew il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal  (6) , ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ dik id-deċiżjoni għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-istrument legali.

(35)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, fejn ikun xieraq, f'kampanji edukattivi u f'kampanji li jżidu l-kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità.

(36)

Id-data personali pproċessata meta tkun qed tiġi implimentata din id-Direttiva għandha tkun protetta f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali  (7) u f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, li l-Istati Membri kollha rratifikaw.

(37)

Din id-Direttiva għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, f'konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE.

(38)

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu d-drittijiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Objettiv

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu lil awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti fi Stat Membru, fejn tkun inħarġet miżura ta’ protezzjoni bil-ħsieb li tiġi protetta persuna kontra att kriminali ta’ persuna oħra li tista' tipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika jew psikoloġika u d-dinjità, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha, li toħroġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni li tippermetti lil awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tkompli bil-protezzjoni tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, wara t-twettiq fl-Istat emittenti ta’ att li kien jew seta' kien l-oġġett ta’ proċedimenti minn qorti li għandha ġurisdizzjoni b'mod partikolari f'materji kriminali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“Ordni Ewropea ta’ protezzjoni” tfisser ▐ deċiżjoni, meħuda minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ miżura ta’ protezzjoni, li abbażi tagħha awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti ta’ Stat Membru ieħor tieħu kwalunkwe miżura jew miżuri ▐ adattati skont il-liġi nazzjonali tagħha stess bil-ħsieb li titkompla s-salvagwardja tal-persuna protetta .

2)

“Miżura ta’ protezzjoni” tfisser deċiżjoni adottata fl-Istat emittenti skont il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali tiegħu li skonthom waħda jew aktar mill-obbligi jew il-projbizzjonijiet, imsemmija fl-Artikolu 5, huma imposti fuq persuna li tikkawża periklu għall-benefiċċju ta’ persuna protetta bil-ħsieb li din tal-aħħar tiġi protetta minn att kriminali li jista' jipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika jew psikoloġika, id-dinjità, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha.

3)

“Persuna protetta” tfisser il-persuna fiżika li hija l-oġġett tal-protezzjoni li tirriżulta minn miżura ta’ protezzjoni adottata mill-Istat emittenti.

4)

“Persuni li tikkawża l-periklu” tfisser il-persuna fiżika li fuqha ġew imposti wieħed jew aktar mill-obbligi jew projbizzjonijiet, imsemmijin fl-Artikolu 5 .

5)

“Stat emittenti” tfisser l-Istat Membru fejn tkun ġiet adottata ▐ miżura ta’ protezzjoni, li tikkostitwixxi l-bażi għall-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

6)

“Stat ta’ eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet ordni Ewropea ta’ protezzjoni bil-ħsieb li din tiġi rikonoxxuta.

7)

“Stat ta’ superviżjoni” tfisser l-Istat Membru li lilu tkun ġiet trasferita sentenza, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI.

Artikolu 3

Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill- Kummissjoni dwar liema awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti tkun kompetenti skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex toħroġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni u biex tirrikonoxxi tali ordni, f'konformità ma’ din id-Direttiva, meta dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta’ eżekuzzjoni rispettivament.

2.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri kollha l-informazzjoni li tkun irceviet. L -Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla relatata mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 .

Artikolu 4

Rikors għal awtorità ċentrali

1.     Kull Stat Membru jista' jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema ġuridika tiegħu tiddisponu dan, aktar minn awtorità ċentrali waħda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

2.     Stat Membru jista', jekk ikun meħtieġ bħala riżultat tal-organizazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali tiegħu responsabbli għat-trasmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta’ kwalunkwe ordni Ewropea ta’ protezzjoni, kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali l-oħra kollha relatata magħha. Bħala konsegwenza, il-komunikazzjonijiet, il-konsultazzjonijiet, l-iskambji ta’ informazzjoni, l-istħarriġ u n-notifiki kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu ttratati, fejn adatt, bl-assistenza tal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati tal-Istat Membru kkonċernat.

3.     L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu użu mill-possibiltajiet imsemmijin f'dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni relatata mal-awtorità ċentrali jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru emittenti.

Artikolu 5

Kondizzjoni għall-eżistenza ta’ miżura ta’ protezzjoni skont il-liġi nazzjonali

L-ordni Ewropea ta’ protezzjoni tista' tinħareġ biss meta miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet adottata preċedentement fl-Istat emittenti, bl-impożizzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu wieħed jew aktar mill-obbligi jew il-projbizzjonijiet li ġejjin:

(a)

projbizzjoni milli tidħol f'ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;

(b)

projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefon, il-posta elettronika jew dik normali, il-fax jew bi kwalunkwe mezz ieħor; jew

(c)

projbizzjoni jew regolamentazzjoni dwar li wieħed jersaq lejn il-persuna protetta fid-distanza preskritta.

Artikolu 6

Ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni

1.    Ordni Ewropea ta’ protezzjoni tista' tinħareġ meta l-persuna protetta tiddeċiedi li tirrisjedi jew tkun diġà tirrisjedi fi Stat Membru ieħor, jew meta l-persuna protetta tiddeċiedi li toqgħod jew tkun diġà toqgħod fi Stat Membru ieħor. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tieħu kont, inter alia, tat-tul tal-perijodu jew il-perijodi ta’ żmien li matulhom il-persuna protetta tipprevedi li ser toqgħod fl-Istat ta’ eżekuzzjoni u s-serjetà tal-ħtieġa għall-protezzjoni.

2.     Awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tista' toħroġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni fuq it-talba tal-persuna protetta biss u wara li tivverifika li l-miżura ta’ protezzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha mniżżlin fl-Artikolu 5.

3.   Il-persuna protetta ▐ tista' tippreżenta talba għall-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. Jekk tiġi ppreżentata tali talba fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tiegħu għandha tittrasferixxi din it-talba malajr kemm jista' jkun lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti ▐.

4.     Qabel il-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, il-persuna li tikkawża periklu għandha tingħata d-dritt li tinstema' u d-dritt li tikkuntesta l-miżura ta’ protezzjoni, jekk ma kinitx ingħatat dawn id-drittijiet fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni.

5.    Meta awtorità kompetenti ▐ tadotta miżura ta’ protezzjoni li jkun fiha wieħed jew aktar mill-obbligi jew projbizzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 5, din għandha tinforma lill-persuna protetta bi kwalunkwe mod adatt f'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tagħha dwar il-possibbiltà li titlob ordni Ewropea ta’ protezzjoni f'każ li tkun bi ħsiebha titlaq lejn Stat Membru ieħor , kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet bażiċi għal talba bħal din . L-awtorità għandha tavża lill-persuna protetta biex tippreżenta applikazzjoni qabel ma titlaq mit-territorju tal-Istat emittenti.

6.     Jekk il-persuna protetta jkollha kustodju jew rappreżentant, dik il-persuna tista' tintroduċi t-talba msemmija fil-paragrafu 2 u 3 f'isem il-persuna protetta.

7.     Meta t-talba biex tinħareġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni tiġi miċħuda, l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tinforma lill-persuna protetta bir-rimedji legali disponibbli skont id-dritt nazzjonali tagħha, fejn ikun applikabbli, kontra d-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 7

Forma u kontenut tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni

L-ordni Ewropea ta’ protezzjoni għandha tinħareġ f'konformità mal-formola mniżżla fl-Anness I għal din id-Direttiva. Għandha tinkludi b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità u ċ-ċittadinanza tal-persuna protetta, kif ukoll l-identità u ċ-ċittadinanza tal- tutur jew tar-rappreżentant tal-persuna jekk il-persuna protetta tkun minorenni jew legalment inabilitata;

(b)

id-data li minnha l-persuna protetta bi ħsiebha tirrisjedi jew toqgħod fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, u l-perijodu jew il-perijodi għal kemm ser toqgħod, jekk ikun magħruf ;

(c)

l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax, u l-indirizz elettroniku tal-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti;

(d)

l-identifikazzjoni (pereżempju permezz ta’ numru u data) tal- att legali li jkun fih il-miżura ta’ protezzjoni li abbażi tagħha tkun adottata l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni;

(e)

sommarju tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni fl-Istat emittenti;

(f)

l-obbligi jew il-projbizzjonijiet imposti fil-miżura ta’ protezzjoni li fuqhom tkun ibbażata l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu, it-tul u ▐ l-indikazzjoni tal-piena jew sanzjoni, jekk ikun hemm, fil-każ ta’ ksur tal-obbligu jew projbizzjoni rispettiv ;

(g)

l-użu ta’ kwalunkwe apparat tekniku, jekk ikun il-każ, li jkun ġie pprovdut lill-persuna protetta jew lill-persuna li tikkawża l-periklu bħala mezz biex tiġi infurzata l-miżura ta’ protezzjoni;

(h)

l-identità u ċ-ċittadinanza tal-persuna li tikkawża ▐ l-periklu , kif ukoll id-dettalji tal-kuntatt tagħa ;

(i)

fejn din l-informazzjoni tkun magħrufa mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti mingħajr ma tkun meħtieġa talba oħra għal informazzjoni, il-fatt jekk il-persuna protetta u/jew il-persuna li tikkawża l-periklu tkunx ingħatat għajnuna legali mingħajr ħlas fl-Istat emittenti;

(j)

fejn adatt, ċirkostanzi oħrajn li jista' jkollhom effett fuq il-valutazzjoni tal-periklu li tiffaċċja l-persuna protetta;

(k)

l-indikazzjoni espressa, fejn applikabbli, li sentenza, kif iddefinita mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, kif iddefinita mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, diġà tkun ġiet ittrasferita lejn l-Istat ta’ superviżjoni u l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat għall-infurzar ta’ tali sentenza jew deċiżjoni.

Artikolu 8

Il-proċedura tat-trażmissjoni

1.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tittrasmetti l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni, hija għandha tagħmel dan bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub sabiex jippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ esekuzzjoni li tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti msemmija.

2.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jew tal-Istat emittenti ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti tal-Istat l-ieħor, l-awtorità tal-aħħar għandha tagħmel l-istħarriġ kollu rilevanti, inkluż permezz tal-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew  (8), il-Membru Nazzjonali tal-Eurojust jew is-Sistema Nazzjonali għall-koordinazzjoni tal-Eurojust tal-Istat tagħha, sabiex tikiseb l-informazzjoni meħtieġa.

3.   Meta awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li jirċievi ordni Ewropea ta’ protezzjoni ma jkollhiex kompetenza biex tirrikonoxxiha, dik l-awtorità għandha, ex officio, tibgħat l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni lill-awtorità kompetenti u għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti b'dan bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub .

Artikolu 9

Miżuri fl-Istat ta’ eżekuzzjoni

1.    Hekk kif tirċievi ordni Ewropea ta’ protezzjoni mibgħuta f'konformità mal-Artikolu 8, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha mingħajr dewmien żejjed tirrikonoxxi dik l-ordni u tieħu deċiżjoni li tadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont il-liġi nazzjonali tagħha f'każ simili sabiex tiġi żgurata s-salvagwardja tal-persuna protetta, dment li ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal non-rikonoxximent imsemmijin fl-Artikolu 10 .

2.     Il-miżura adottata mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni skont il-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe miżura oħra meħuda abbażi ta’ deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 11, għandha tikkorrispondi, kemm jista' jkun, mal-miżura ta’ protezzjoni ordnata fl-Istat emittenti.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma lill- persuna li tikkawża l-periklu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta bi kwalunkwe miżuri meħuda fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, kif ukoll bil-konsegwenzi legali possibbli ta’ ksur ta’ miżura bħal din, kif previst fid-dritt nazzjonali u bi qbil mal-Artikolu 11(2). L-indirizz jew id-dettalji l-oħra ta’ kuntatt tal-persuna protetta ma għandhomx jiġu żvelati lill-persuna li tikkawża l-periklu sakemm dan ma jkunx meħtieġ bil-ħsieb tal-infurzar tal-miżura adottata fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

4.     Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni tikkunsidra li l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 7 ma tkunx kompluta, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, filwaqt li tassenja perijodu ta’ żmien raġonevoli li fih din tipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

Artikolu 10

Raġunijiet għal non-rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tista' tirrifjuta li tirrikonoxxi l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx ġiet kompluta fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni;

(b)

ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew issodisfati;

(c)

il-miżura ta’ protezzjoni tirrigwarda att li ma jikkostitwixxix reat kriminali taħt il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni ;

(d)

il-protezzjoni tkun ġejja mill-eżekuzzjoni ta’ pieni jew miżura li hija koperta bl-amnestija skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u hija relatata ma’ att jew imġiba li taqa' taħt il-kompetenza tiegħu skont dik il-liġi;

(e)

tkun konferita l-immunità taħt il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni lill-persuna li tikkawża l-periklu, li tagħmilha impossibbli li jkunu adottati ▐ miżuri abbażi ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni ;

(f)

prosekuzzjoni kriminali kontra l-persuna li tikkawża l-periklu għall-att jew l-imġiba li minħabba fihom kienet adottata l-miżura ta’ protezzjoni hija preskritta skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, meta l-att jew l-imġiba huma fil-kompetenza tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu;

(g)

ir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni jikser il-prinċipju ne bis in idem;

(h)

skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, il-persuna li tikkawża l-periklu, minħabba l-età tagħha, ma tkux tista' tinżamm kriminalment responsabbli għall-att jew l-imġiba li fir-rigward tagħha tkun ġiet adottata l-miżura ta’ protezzjoni;

(i)

il-miżura ta’ protezzjoni tirrigwarda reat kriminali li taħt il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni huwa kkunsidrat li twettaq b'mod sħiħ jew fil-parti l-kbira jew essenzjali fit-territorju tiegħu.

2.    Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta li tirrikonoxxi ordni Ewropea ta’ protezzjoni fl-applikazzjoni ta’ wieħed mill-mottivi msemmi hawn fuq, għandha:

(a)

tinforma lill-Istat emittenti u lill-persuna protetta mingħajr dewmien mhux dovut b'dan ir-rifjut u bir-raġunijiet relatati ma’ dan;

(b)

fejn ikun xieraq, tinforma lill-persuna protetta dwar il-possibilità li titlob l-adozzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni skont id-dritt nazzjonali tagħha;

(c)

fejn applikabbli, tinforma lill-persuna protetta dwar ir-rimedji legali skont id-dritt nazzjonali tagħha kontra d-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 11

Liġi applikabbli u kompetenza fl-Istat ta’ eżekuzzjoni

1.     L-Istat ta’ eżekuzzjoni għandu l-kompetenza li jadotta u jinforza miżuri f'dak l-Istat wara r-rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni. Il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tapplika għall-adozzjoni u l-infurzar tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 9(1), inklużi r-regoli dwar remedji legali kontra deċiżjonijiet adottati fl-Istat ta’ eżekuzzjoni relatati mal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

2.     F'każ ta’ ksur ta’ miżura waħda jew aktar meħuda mill-Istat ta’ eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha, b'applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-kompentenzi biex:

a)

timponi sanzjonijiet kriminali u tieħu kwalunkwe miżura oħra b'konsegwenza tal-ksur ta’ tali miżura, jekk il-ksur jammonta għal reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni;

b)

tieħu kwalunkwe deċiżjoni mhux ta’ natura kriminali b'rabta mal-ksur;

c)

tieħu kwalunkwe miżura urġenti u proviżorja sabiex jintemm il-ksur, sakemm, fejn adatt tittieħed deċiżjoni sussegwenti mill-Istat emittenti.

3.     Jekk ma hemm l-ebda miżura disponibbli fil-livell nazzjonali f'każ simili li għandha tittieħed fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżura ta’ protezzjoni deskritta fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, li tiegħu hija konxja.

Artikolu 12

Notifika fil-każ ta’ ksur

L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew l-Istat ta’ superviżjoni bi kwalunkwe ksur tal-miżura jew il-miżuri meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni. In-notifika għandha tingħata billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 13

Kompetenza fl-Istat emittenti

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandu jkollha kompetenza esklużiva biex tieħu deċiżjonijiet relati ma' :

(a)

it-tiġdid, ir-reviżjoni, il-modifika, ir-revoka u l-irtirar tal-miżura ta’ protezzjoni u, konsegwentement, tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni .

(b)

l-impożizzjoni ta’ miżura ta’ kustodja bħala konsegwenza tar-revoka tal-miżura ta’ protezzjoni, dment li l-miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet applikata abbażi ta’ sentenza, kif iddefinit mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew abbażi ta’ deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI.

2.   Il-liġi tal-Istat emittenti għandha tapplika għal deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafu 1.

3.   Fejn sentenza, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, kif definit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, diġà ġiet ittrasferita , jew tkun ittrasferita wara l-emissjoni ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, lil Stat Membru ieħor, deċiżjonijiet sussegwenti għandhom jittieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk id-Deċiżjonijiet Qafas.

4.     L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda f'konformità mal-paragrafu 1.

5.     Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tkun irrevokat jew irtirat l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni skont it-termini tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri adottati skont it-termini tal-Artikolu 9(1) hekk kif tkun ġiet innotifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.

6.     Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun immodifikat l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni f'konformità mal-punt a tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha, kif adatt

(a)

tibdel il-miżuri meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, filwaqt li taġixxi skont it-termini tal-Artikolu 9; jew

(b)

tirrifjuta li tinforza l-obbligu jew il-projbizzjoni mmodifikata meta din ma tkunx skont it-tipi ta’ obbligi jew projbizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 5 jew jekk l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 7 ma tkunx kompluta u ma tkunx ġiet ikkompletata fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 9(4).

Artikolu 14

Raġunijiet għall-interruzzjoni ta’ miżuri meħuda abbażi ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni

1.   L-awtorita kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tista' tinterrompi l-miżuri meħuda għall-eskeuzzjoni ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni :

(a)

fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li l-persuna protetta ma tkunx tirrisjedi jew toqgħod fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, jew tkun definittivament telqet minn dak it-territorju;

(b)

meta, skont il-liġi nazzjonali tagħha, it-tul massimu ta’ żmien tal-miżuri adottati fl-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni jkun skada;

(c)

fil-każ imsemmi fl-Artikolu 13(6)(b);

(d)

fejn sentenza, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, kif definita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, tiġi ttrasferita lill-Istat ta’ eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

2.     L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u fejn ikun possibbli lill-persuna protetta dwar din id-deċiżjoni.

3.     Qabel ma tinterrompi l-miżuri skont il-punt b tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tista' titlob li l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tipprovdi informazzjoni dwar jekk il-protezzjoni pprovduta bl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni tkunx għadha meħtieġa fiċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari kkonċernat. L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha twieġeb, mingħajr dewmien, għal tali stedina.

Artikolu 15

Il-prijorità fir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni

L-ordni Ewropea ta’ protezzjoni għandha tiġi rikonoxxuta bl-istess prijorità li tkun applikabbli f'kawża nazzjonali simili, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inkluża l-urġenza tal-kwistjoni, id-data prevista għall-wasla tal-persuna protetta fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u, fejn ikun possibbli, il-livell tar-riskju għall-persuna protetta.

Artikolu 16

Konsultazzjonijiet dwar l-awtoritajiet kompetenti

Fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni bla xkiel u effiċjenti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 17

Lingwi

1.    L-ordni Ewropea ta’ protezzjoni għandha tiġi tradotta mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat ta’ esekuzzjoni.

2.     Il-formola msemmija fl-Artikolu 12 għandha tiġi tradotta mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat emittenti.

3.    Kwalunkwe Stat Membru jista', meta din id-Direttiva tiġi adottata jew f'data aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni ddepożitata mal- Kummissjoni li huwa jaċċetta traduzzjoni f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 18

Kostijiet

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jitħallsu mill-Istat ta’ eżekuzzjoni, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, ħlief għall-ispejjeż li jsiru esklużivament fit-territorju tal-Istat emittenti.

Artikolu 19

Relazzjoni ma’ ftehimiet u arranġamenti oħrajn

1.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jkunu fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, safejn dawn jippermettu li l-objettivi ta’ din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessa' u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw iktar il-proċeduri għat-teħid ta’ miżuri ta’ protezzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, safejn dawn jippermettu li l-objettivi ta’ din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessa' u jgħinu biex biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċeduri għat-teħid ta’ miżuri ta’ protezzjoni.

3.   Sa … (9), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ▐ lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet u l-arranġamenti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 li huma jixtiequ jkomplu japplikaw. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw ▐ lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ftehim u arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 2, fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ffirmat tali ftehim.

Artikolu 20

Relazzjoni ma’ strumenti oħrajn

1.     Din id-Direttiva m'għandha taffettwa la l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, la tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, la dik tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal u lanqas dik tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal.

2.     Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI.

Artikolu 21

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex jikkonformaw ma’ ▐ din id-Direttiva sa … (10) Huma għa ndhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isiru referenzi bħal dawn għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

Ġbir ta’ data

L-Istati Membri, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-data rilevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, għall-inqas dwar in-numru ta’ ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni mitluba, maħruġa u/jew rikonoxxuti.

Artikolu 23

Reviżjoni

Sa … (11), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010.

(2)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102.

(3)  ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20.

(4)   ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(5)   ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.

(6)   ĠU L 151, 11.6.2008, p. 39.

(7)   ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(8)   ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130.

(9)  Tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(10)   Tlett snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(11)  Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS I

ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

imsemmija fl-Artikolu 7

DIRETTIVA 2011/…/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TA’ … DWAR L-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI (*)

L-informazzjoni li tinsab f'din il-formola għandha tiġi trattata bil-kunfidenzjalità li tixraq

Image

Image

Image

Image

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
ANNESS II

FORMOLA

imsemmija fl-Artikolu 12

DIRETTIVA 2011/…/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TA’ … DWAR L-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI (*)

NOTIFIKA TA' KSUR TAL-MIŻURA TA' PROTEZZJONI MEĦUDA FUQ IL-BAŻI TAL-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

L-informazzjoni li tinsab f'din il-formola għandha tiġi trattata bil-kunfidenzjalità li tixraq

Image

Image


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/196


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
It-traffikar tal-bnedmin ***I

P7_TA(2010)0471

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u l-protezzjoni tal-vittmi, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI (COM(2010)0095 – C7-0087/2010 – 2010/0065(COD))

2012/C 169 E/36

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0095),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 82(2) u 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0087/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet imressqa mill-parlamenti nazzjonali dwar l-abbozz tal-att leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010,

wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Novembru 2010 li tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0348/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0065

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tagħha, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/36/UE).


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/197


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Ftehim UE-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***

P7_TA(2010)0472

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (15507/2010 – C7-0392/2010 – 2010/0108(NLE))

2012/C 169 E/37

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (15507/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (14654/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0392/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0346/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/198


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, għall-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u għall-Palestina

P7_TA(2010)0474

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità (COM(2010)0760 – C7-0398/2010 – 2010/2293(BUD))

2012/C 169 E/38

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0760 – C7-0398/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja soda (1) (il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 27 tiegħu,

wara li kkunsidra l-ewwel qari tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-2011 (2),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-konċiljazzjoni tal-15 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0367/2010),

A.

billi l-livelli massimi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, speċjalment għas-subintestatura 1a u l-intestatura 4, ma jippermettux il-finanzjament ta’ prijoritajiet tal-UE bla ma jkunu pperikolati l-istrumenti u l-politiki eżistenti,

B.

billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu fil-konċiljazzjoni,sakemm jintlaħaq ftehim komprensiv fuq il-kwistjonijiet kollha pendenti, li jimmobilizzaw l-Istrument ta’ Flessibilità bi tpattija tat-tisħiħ għall-prijoritajiet identifikati taħt dawn iż-żewġ intestaturi,

1.

Jirrimarka li, minkejja tisħiħ ristrett f'impenji fuq għadd limitat ta’ partiti tal-baġit, il-limiti massimi tas-subintestura 1a u tal-intestatura 4 ma jippermettux finanzjament adegwat tal-prijoritajiet magħżula tal-Parlament u tal-Kunsill;

2.

Jilqa', għaldaqstant, il-qbil milħuq matul il-konċiljazzjoni dwar l-użu tal-Istrument ta’ Flessibilità għall-finanzjament tal-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Programm tal-kmpetittivita u l-Innovazzjoni taħt is-subintestura 1a, u l-fnanzjament tal-assistenza finanzjarja għall-Palestina, il-proċess tal-paċi u l-UNRWA taħt l-intestatura 4 għal ammont totali ta’ EUR 105 miljun;

3.

Ifakkar li dawn il-programmi huma ta’ importanza kruċjali għall-Unjoni minħabba li jipprovdu spinta ċara għall-attività ekonomika, ukif ukoll għar-rwol tal-Unjoni bħala protagonista dinjija;

4.

Itenni li l-mobilizzazzjoi ta’ dan l-istrument, kif previst fil-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, għal darb' oħra jenfasizza l-ħtieġa vitali li l-baġit tal-UE jkun dejjem aktar flessibbli;

5.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0372.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi, wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt is-subintestatura 1a u l-intestatura 4, fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tal-11 ta’ Novembru 2010, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument ta’ Flessibilità biex, fil-baġit tal-2010, jikkomplementaw il-finanzjament, lil hinn mil-limitu massimu tas-sottointestatura 1a u l-intestatura 4, ta':

EUR 18-il miljun għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja taħt is-sottointestatura 1a;

EUR 16-il miljun għall-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt is-sottointestatura 1a;

EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (minn hawn 'il quddiem “il-baġit tal-2011”), l-Istrument tal-Flessibilità għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 34 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-sottointestatura 1a u EUR 71 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-intestatura 4.

Dawk l-ammonti għandhom jintużaw sabiex jikkumplementaw il-finanzjament ta':

EUR 18-il miljun għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja taħt is-sottointestatura 1a;

EUR 16-il miljun għall-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt issottointestatura 1a;

EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/200


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta’ Baġit ġdid 2011 kif modifikat mill-Kunsill

P7_TA(2010)0475

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, taqsimiet kollha, kif modifikat mill-Kunsill (17635/2010 - C7-0411/2010 – 2010/2290(BUD))

2012/C 169 E/39

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit 2011 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2011 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 - it-taqsimiet kollha (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-baġit 2011 (7),

wara li kkunsidra l-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 li ressqet il-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2010 (COM(2010)0750) skont l-Artikolu 314(8) TFUE,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-trilogu baġitarju tas-6 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 adottata mill-Kunsill fl-10 ta’ Diċembru 2010 (17635/2010 - C7-0411/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0369/2010),

1.

Huwa tal-opinjoni li, għalkemm l-abbozz ta’ baġit kif modifikat mill-Kunsill ma jissodisfax għalkollox il-ħtieġa reali għal baġit tal-Unjoni sostenibbli, koerenti u effiċjenti, l-objettiv tal-Parlament huwa li l-Unjoni jkollha baġit li jista' jiġi implimentat b'mod sħiħ u prevedibbli mill-bidu tas-sena finanzjarja;

2.

Iqis li l-mod kif evolviet is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, li gradwalment inbidlet bil-kontribuzzjonijiet nazzjonali u li konsegwentament saret titqies bħala piż eċċessiv fuq il-finanzi pubbliċi nazzjonali, ifisser li r-riforma tagħha hija meħtieġa aktar minn qatt qabel; jieħu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni; itenni madankollu li hu importanti li l-Kummissjoni tippreżenta, sal-1 ta’ Lulju 2011, proposti sostantivi għal sistema ġdida ta’ riżorsi proprji għall-UE, ibbażata fuq l-Artikolu 311 TFUE, u jitlob li l-Kunsill jimpenja ruħu li jiddiskuti dawn il-proposti mal-Parlament fil-proċess ta’ negozjati għall-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) li jmiss, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006;

3.

Bi qbil mal-Artikolu 314(4) TFUE, iqis li xi riżervi fuq l-approprjazzjonijiet huma neċessarji biex il-Kummissjoni tiġi megħjuna ttejjeb it-trasparenza tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet fit-Taqsima III tal-baġit; japprova, l-abbozz ta’ baġit għall-2011 kif modifikat mill-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Japprova d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiddikjara li l-baġit ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati.


(1)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0086.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0205.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2010)0372.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0433.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-ĦLASIJIET

“Filwaqt li jqisu l-isforzi ta’ konsolidament fiskali li qed isiru fl-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu dwar il-livell ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-2011 kif propost fl-abbozz ta’ baġit tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2010. Jitolbu lill-Kummissjoni tressaq baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2011 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali), l-intestatura 3 (Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja) u l-intestatura 4 (L-UE bħala attur globali).

B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iħeġġu lill-Kummissjoni biex sa mhux aktar tard minn tmiem Settembru 2011 tippreżenta l-aħħar ċifri aġġornati rigward is-sitwazzjoni attwali u l-estimi rigward l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet taħt is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u, jekk ikun meħtieġ, tippreżenta abbozz ta’ baġit emendatorju għal dan il-għan biss.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jieħdu pożizzjoni dwar kull abbozz ta’ baġit emendatorju malajr kemm jista' jkun bil-għan li jiġi evitat kull nuqqas fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kull trasferiment possibbli ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, anke bejn intestaturi tal-qafas finanzjarju, sabiex isir l-aħjar użu possibbli ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imdaħħla fil-baġit u jiġu allinjati mal-implimentazzjoni u l-ħtiġijiet attwali.”


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/202


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Holland ICT/Olanda

P7_TA(2010)0476

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/012 NL/Noord Holland ICT mill-Olanda) (COM(2010)0685 – C7-0389/2010 – 2010/2279(BUD))

2012/C 169 E/40

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0685 – C7-0389/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikolari l-Punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament dwar il-FEAG),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0353/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi għajnuna addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi talab l-għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 613 sensja f'żewġ impriżi li joperaw fis-settur tat-Taqsima 46 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjun NUTS II ta’ Noord Holland fil-Pajjiżi l-Baxxi,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista’ jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni individwali tal-ħaddiema ssensjati fix-xogħol; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas m’għandha tieħu post miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu proprji u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.

Jinnota madankollu li, sabiex l-FEAG jiġi mmobilizzat għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ lill-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet severi tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment waqt kriżi ekonomika li għandha żżid b’mod sinifikanti l-bżonn ta’ appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta’ strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta’ rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' b’sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tippreżenta informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/012 NL/Noord Holland ICT mill-Olanda)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FAEG) twaqqaf biex jipprovdi sostenn addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta’ sensji f’żewġ intrapriżi li joperaw fit-Taqsima 46 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjun NUTS II ta’ Noord Holland (NL32) fit-8 ta’ April 2010 u ssupplimentaha b’tagħrif addizzjonali sal-5 ta’ Awwissu 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta’ EUR 2 557 135.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 2 557 135 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/205


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali *

P7_TA(2010)0477

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal fis-seħħ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (COM(2010)0105 – C7-0315/2010 – 2010/0067(CNS))

2012/C 169 E/41

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni - kooperazzjoni msaħħa)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0105),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0315/2010),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010 (1), li biha jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2010,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 74g(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0360/2010),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tibdel il-proposta tagħha kif xieraq, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għall-emenda tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, limitata għaż-żieda ta’ klawsola dwar il-forum necessitatis, b’urġenza kbira qabel l-eżami ġenerali mwiegħed ta’ dan ir-Regolament;

4.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 2

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill […] tal-[…] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (3),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (4),

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1

(1)

L-Unjoni Ewropea għandha l-għan illi żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit progressivament, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili b’implikazzjonijiet transkonfinali.

(1)

L-Unjoni Ewropea għandha l-għan illi żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit progressivament, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili b’implikazzjonijiet transkonfinali , partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

(2)

Skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jadotta miżuri li jirrigwardaw il-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transkonfinali .

(2)

Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn il-miżuri partikolari għandhom jinkludu dawk immirati biex jiżguraw il-kompatibilità tar-regoli rigward il-kunflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri .

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 6

(6)

Il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovenja indirizzaw sussegwentement talba lill-Kummissjoni, fejn indikaw li kellhom l-intenzjoni li jistabbilixxu bejniethom koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali u stiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta lill-Kunsill f’dan is-sens .

(6)

Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja indirizzaw sussegwentement talba lill-Kummissjoni, fejn indikaw li kellhom l-intenzjoni li jistabbilixxu bejniethom koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali. Fit-3 ta’ Marzu 2010, il-Greċja rtirat it-talba tagħha.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 7

(7)

Fil-[…] , il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni […] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.

(7)

Fit-12 ta’ Lulju 2010 , il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/405/UE li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 8

(8)

Skont l-Artikolu 328(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ladarba tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, din tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni. Hija għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas.

(8)

Skont l-Artikolu 328(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ladarba tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, din tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni. Hija għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni msaħħa għandhom jiżguraw li jippromwovu l-parteċipazzjoni mill-akbar numru possibbli ta’ Stati Membri. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament biss fl-Istati Membri parteċipanti skont it-Trattati.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a)

L-ambitu sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. Madankollu, m'għandux japplika għall-annullament taż-żwiġijiet. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għax-xoljiment jew għat-tħollija tar-rabtiet taż-żwiġijiet. Il-liġi determinata mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għar-raġunijiet għad-divorzju u s-separazzjoni legali. Kwistjonijiet preliminari dwar suġġetti bħall-kapaċità legali u l-validità ta’ żwieġ, u dwar suġġetti bħall-effetti tad-divorzju jew tas-separazzjoni legali fuq il-proprjetà, l-isem, ir-responsabbiltà tal-ġenituri, l-obbligi tal-manteniment jew kull miżura anċillarja oħra, għandhom jiġu determinati mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikabbli fl-Istati Membri parteċipanti konċernati.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 10

(10)

Sabiex l-ambitu ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dan ir-Regolament jiġi definit sewwa, għandhom jiġu speċifikati l-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'din il-koperazzjoni msaħħa.

(10)

Sabiex l-ambitu ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dan ir-Regolament jiġi definit sewwa, għandhom jiġu speċifikati l-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'din il-koperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 1(2) .

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10a)

Dan ir-Regolament għandu jkun universali, fis-sens li r-regoli uniformi tiegħu dwar il-kunflitt tal-liġijiet jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ Stat Membru parteċipant, il-liġi ta’ Stat Membru mhux parteċipant jew il-liġi ta’ Stat li mhuwiex membru tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 11

(11)

Dan ir-Regolament għandu japplika irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal li quddiemhom titressaq it-talba.

(11)

Dan ir-Regolament għandu japplika irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal li quddiemhom titressaq it-talba. Fejn applikabbli, qorti għandha titqies li tkun adita bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 12

(12)

Sabiex il-konjuġi jkollhom il-libertà li jagħżlu liġi applikabbli li jkollhom rabtiet mill-qrib magħha jew, fin-nuqqas ta’ għażla, sabiex din il-liġi tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom, tali liġi għandha tapplika anki jekk ma tkunx dik ta’ Stat Membru parteċipanti. F’każ li tintagħżel il-liġi ta’ Stat Membru ieħor, in-netwerk maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali  (5) , jista’ jkollu rwol billi jipprovdi informazzjoni lill-qrati dwar id-dritt barrani.

(12)

Sabiex il-konjuġi jkollhom il-libertà li jagħżlu liġi applikabbli li jkollhom rabtiet mill-qrib magħha jew, fin-nuqqas ta’ għażla, sabiex din il-liġi tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom, tali liġi għandha tapplika anki jekk ma tkunx dik ta’ Stat Membru parteċipant. F’każ li tintgħażel il-liġi ta’ Stat Membru ieħor, in-netwerk maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali  (5) , kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009  (6), jista’ jkollu rwol billi jipprovdi informazzjoni lill-qrati dwar id-dritt barrani.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 13

(13)

Iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini teħtieġ, min-naħa, aktar flessibbiltà u, mill-oħra, aktar ċertezza legali. Sabiex jinkiseb dan il-għan, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, filwaqt li jħallilhom possibbiltà limitata li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom. Din il-possibilità ma għandhiex tiġi estiża għall-annullament taż-żwieġ, li għandu rabtiet mill-qrib mal-kundizzjonijiet ta’ validità taż-żwieġ, u li fil-każ tiegħu mhijiex xierqa l-awtonomija tal-partijiet.

(13)

Iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini teħtieġ, min-naħa, aktar flessibbiltà u, mill-oħra, aktar ċertezza legali. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, filwaqt li jħallilhom possibbiltà limitata li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 14

(14)

Il-konjuġi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż li magħhom ikollhom rabtiet partikolari jew il-lex fori bħala l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali. Il-liġi magħżula mill-konjuġi għandha tkun tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-possibbiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ma għandhiex tippreġudika l- interessi superjuri tat-tfal.

(14)

Il-konjuġi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż li miegħu jkollhom rabtiet partikolari jew il-liġi tal-forum bħala l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali. Il-liġi magħżula mill-konjuġi għandha tkun tirrispetta d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 15

(15)

Huwa importanti li, qabel ma jagħżlu l-liġi applikabbli, il-konjuġi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u dwar il-proċedimenti li jirrigwardaw id-divorzju u s-separazzjoni legali. Sabiex tiggarantixxi dan l-aċċess għal informazzjoni xierqa u ta’ kwalità, il-Kummissjoni taġġorna tali informazzjoni regolarment fis-sistema pubblika ta’ informazzjoni bbażata fl-Internet li nħolqot mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.

(15)

Huwa importanti li, qabel ma jagħżlu l-liġi applikabbli, il-konjuġi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u dwar il-proċedimenti li jirrigwardaw id-divorzju u s-separazzjoni legali. Sabiex tiggarantixxi dan l-aċċess għal informazzjoni xierqa u ta’ kwalità, il-Kummissjoni taġġorna tali informazzjoni regolarment fis-sistema pubblika ta’ informazzjoni bbażata fl-Internet li nħolqot mid-Deċiżjoni 2001/470/KE , kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE .

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a)

Jekk il-konjuġi ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-liġi applikabbli, huma għandhom jikkompletaw proċedura ta’ medjazzjoni li tkun tinkludi mill-inqas konsultazzjoni waħda ma’ medjatur awtorizzat.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 16

(16)

L-għażla infurmata taż-żewġ konjuġi hija prinċipju essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintagħżel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u ll-opportunitajiet indaqs għaż-żewġ konjuġi . F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta’ għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq.

(16)

L-għażla infurmata tal-konjuġi hija prinċipju essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintgħażel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għall-konjuġi . F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali fl-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu konxji mill-importanza ta’ għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 17

(17)

Għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, jeħtieġ li dawn ir-regoli jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipanti li fih il-ftehim ikun inserit f’kuntratt taż-żwieġ.

(17)

Regoli dwar il-validità materjali u formali għandhom jiġu definiti wkoll sabiex l-għażla infurmata tal-konjuġi tiġi ffaċilitata u biex il-kunsens tagħhom jiġi rispettat bil-għan li tkun żgurata ċ-ċertezza legali kif ukoll aċċess aħjar għall-ġustizzja. Fir-rigward tal-validità formali, għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipant li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, dawn ir-regoli għandhom jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipant li fih il-ftehim ikun inserit f’kuntratt taż-żwieġ. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, il-konjuġi jkunu residenti abitwali fi Stati Membri parteċipanti differenti li jistipulaw regoli formali differenti, il-konformità mar-regoli formali ta’ wieħed minn dawk l-Istati tkun biżżejjed. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, wieħed mill-konjuġi biss ikun resident abitwali fi Stat Membru parteċipant li jistipula regoli formali addizzjonali, dawk ir-regoli għandhom jiġu rispettati.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 19

(19)

Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet armonizzati fuq il-bażi ta’ skala ta’ kriterji ta’ konnessjoni suċċessivi bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-liġi kkonċernata, sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex jevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. Dawn il-kriterji ta’ konnessjoni ntagħżlu b’tali mod li l-proċediment ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni legali jiġi rregolat minn liġi li magħha l-konjuġi jkollhom rabtiet mill-qrib u huma bbażati, fl-ewwel lok, fuq il-liġi tar-residenza abitwali tal-konjuġi .

(19)

Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet armonizzati fuq il-bażi ta’ skala ta’ kriterji ta’ konnessjoni suċċessivi bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-liġi kkonċernata, sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex jevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. Tali kriterji ta’ konnessjoni għandhom jintgħażlu b’tali mod li jiżgura li l-proċedimenti marbutin mad-divorzju jew mas-separazzjoni legali jiġu rregolati minn liġi li magħha l-konjuġi jkollhom rabtiet mill-qrib.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 19 a (ġdida)

 

(19a)

Meta dan ir-Regolament jirreferi għan-nazzjonalità bħala kriterju ta’ konnessjoni għall-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, il-kwistjoni dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-każijiet b’aktar minn nazzjonalità waħda għandha tiġi determinata skont il-liġi nazzjonali, bi qbil sħiħ mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 19 b (ġdida)

 

(19б)

Meta l-qorti tiġi adita b'applikazzjoni biex tibdel separazzjoni legali f’divorzju u l-konjuġi ma jkunu għamlu l-ebda għażla dwar il-liġi applikabbli, il-liġi applikata għas-separazzjoni legali għandha tapplika wkoll għad-divorzju. Din il-kontinwità għandha tippromwovi l-prevedibbiltà għall-konjuġi u żżid iċ-ċertezza legali. Jekk il-liġi applikata għas-separazzjoni legali ma tipprevedix il-bidla ta’ separazzjoni legali f'divorzju, id-divorzju għandu jkun iddeterminat mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla min-naħa tal-konjuġi. Dan m'għandux iwaqqaf lill-konjuġi milli jitolbu d-divorzju abbażi ta’ regoli oħra stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 20

(20)

F’ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari.

(20)

F’ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari. Madankollu, dan għandu jseħħ mingħajr preġudizzju għall-klawsola dwar l-ordni pubbliku (ordre public).

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 21

(21)

F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jwarrbu l-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta’ tali liġi f'każ preċiż tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu l-liġi ta’ Stat Membru ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni.

(21)

F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jwarrbu l-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ tali liġi f'każ preċiż tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu dispożizzjoni tal-liġi ta’ Stat ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 21 a (ġdida)

 

(21a)

Meta dan ir-Regolament jirreferi għaċ-ċirkustanza li l-liġi tal-Istat Membru parteċipant li l-qorti tiegħu tiġi adita ma tipprevedix id-divorzju, dan għandu jiġi interpretat li jfisser li l-liġi ta’ dak l-Istat Membru ma tinkludix l-istituzzjoni tad-divorzju. F'każ bħal dan, il-qorti m'għandhiex tkun obbligata tagħti digriet ta’ divorzju bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament. Meta dan ir-Regolament jirreferi għaċ-ċirkustanza li l-liġi tal-Istat Membru parteċipant li l-qorti tiegħu tiġi adita ma tqisx iż-żwieġ inkwistjoni bħala validu għall-finijiet ta’ proċedimenti ta’ divorzju, dan għandu jiġi interpretat li jfisser, inter alia, li tali żwieġ ma jeżistix skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru. F'każ bħal dan, il-qorti m'għandhiex tkun obbligata tagħti digriet ta’ divorzju jew tordna separazzjoni legali bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 22

(22)

Peress li hemm xi Stati u xi Stati Membri parteċipanti li fihom jeżistu flimkien żewġ sistemi legali jew korpi tad-dritt jew aktar li jittrattaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, għandu jiġi previst safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw fis-sistemi legali differenti ta’ dawn l-Istati u tal-Istati Membri parteċipanti.

(22)

Peress li hemm xi Stati u xi Stati Membri parteċipanti li fihom jeżistu flimkien żewġ sistemi legali jew korpi tad-dritt jew aktar li jittrattaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, għandu jiġi previst safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw fis-sistemi legali differenti ta’ dawn l-Istati u tal-Istati Membri parteċipanti , jew safejn dan ir-Regolament japplika għal kategoriji differenti ta’ persuni ta’ dawk l-Istati u l-Istati Membri parteċipanti .

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 22 a (ġdida)

 

(22a)

Fin-nuqqas ta’ regoli li jiddeterminaw il-liġi applikabbli, il-konjuġi li jagħżlu l-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità ta’ wieħed minnhom għandhom ukoll jindikaw, meta l-Istat li tintgħażel il-liġi tiegħu jikkonsisti minn diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom ikollha s-sistema legali tagħha jew ġabra ta’ regoli rigward id-divorzju, l-unità territorjali li qablu dwar il-liġi tagħha.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kwistjonijiet li ġejjin, anke jekk jinħolqu sempliċement bħala kwistjoni preliminari fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni legali:

(a)

il-kapaċità legali ta’ persuni fiżiċi;

(b)

l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta’ żwieġ;

(c)

l-annullament ta’ żwieġ;

(d)

l-isem tal-konjuġi;

(e)

il-konsegwenzi tar-rabta taż-żwieġ fuq il-proprjetà;

(f)

ir-responsabilità tal-ġenituri;

(g)

l-obbligi ta’ manteniment;

(h)

fiduċjari jew suċċessjonijiet.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “Stat Membru parteċipantijfisser Stat Membru li jipparteċipa fil-koperazzjoni msaħħa dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill […] tal-[…] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali].

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “Stat Membru parteċipantifisser Stat Membru li jipparteċipa fil-koperazzjoni msaħħa dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali , jew permezz ta’ deċiżjoni adottata bi qbil mat-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea .

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 a (ġdid)

 

Artikolu 1a

Rabta mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 b (ġdid)

 

Artikolu 1b

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” għandu jkopri l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri parteċipanti li jkollhom ġurisdizzjoni fil-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

1.   Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali, sakemm din il-liġi tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju tal-ordni pubbliku, minn fost il-liġijiet li ġejjin:

1.   Il-konjuġi jistgħu jaqblu li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali, sakemm tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin:

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

3.     Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kull trażmissjoni b’mezz elettroniku li tagħmilha possibbli li l-ftehim jiġi rreġistrat għat-tul għandha titqies ekwivalenti għall-forma miktuba.

Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fiha ż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta jiġi konkluż il-ftehim jipprovdi għal regoli formali supplementari għal dan it-tip ta’ ftehim, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Jekk il-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri parteċipanti differenti u l-liġijiet ta’ dawn l-Istati Membri jkunu jipprovdu għal regoli formali differenti, il-ftehim ikun validu formalment jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi ta’ wieħed minn dawn il-pajjiżi.

3.     Jekk ikun previst mil-liġi tal-forum, il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċediment. F’dan il-każ, tali għażla għandha tkun iddokumentata fil-qorti skont il-liġi tal-forum.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

4.     Il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċediment, jekk dan ikun previst mil-lex fori. F’dan il-każ, il-qorti għandha tagħraf formalment l-għażla skont il-lex fori.

imħassar

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 a (ġdid)

 

Artikolu 3a

Kunsens u validità materjali

1.     L-eżistenza u l-validità ta’ ftehim dwar l-għażla tal-liġi jew ta’ kull terminu tagħha għandhom jiġu determinati mil-liġi li tirregolah skont dan ir-Regolament jekk il-ftehim jew it-terminu jkun validu.

2.     Madankollu, sabiex jiġi stabbilit li ma tax il-kunsens tiegħu, wieħed mill-konjuġi jista' joqgħod fuq il-liġi tal-pajjiż li fih ikollu r-residenza abitwali tiegħu meta l-qorti tiġi adita jekk ikun jidher miċ-ċirkustanzi li ma jkunx raġonevoli li jiġi determinat l-effett tal-imġiba tiegħu skont il-liġi speċifikata fil-paragrafu 1.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 b (ġdid)

 

Artikolu 3b

Validità formali

1.     Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2) għandu jsir bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kull trażmissjoni b’mezz elettroniku li tagħmilha possibbli li l-ftehim jiġi rreġistrat għat-tul għandha titqies ekwivalenti għall-forma miktuba.

2.     Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipant li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta jiġi konkluż il-ftehim jipprevedi regoli formali addizzjonali għal ftehim ta’ dan it-tip, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.

3.     Jekk il-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri parteċipanti differenti fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim u l-liġijiet ta’ dawn l-Istati jistipulaw rekwiżiti formali differenti, il-ftehim ikun validu formalment jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi ta’ wieħed minn dawn il-pajjiżi.

4.     Dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw jekk wieħed biss mill-konjuġi jkollu residenza abitwali fi Stat Membru parteċipant fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim u jekk l-Istat jistipula rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehim ta’ dan it-tip.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 a (ġdid)

 

Artikolu 4a

Il-bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju

1.     Meta s-separazzjoni legali tinbidel f’divorzju, il-liġi applikabbli għad-divorzju għandha tkun il-liġi applikata għas-separazzjoni legali, sakemm il-konjuġi ma jkunux ftiehmu mod ieħor skont l-Artikolu 3.

2.     Madankollu, jekk il-liġi applikata għas-separazzjoni legali ma tipprevedix il-bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju, għandu japplika l-Artikolu 4, sakemm il-konjuġi ma jkunux ftiehmu mod ieħor skont l-Artikolu 3.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 a (ġdid)

 

Artikolu 7a

Differenzi fil-liġi nazzjonali

Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jobbliga lill-qrati ta’ Stat Membru parteċipant li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju, jew li ma tikkunsidrax validu ż-żwieġ partikolari għall-finijiet ta’ proċedimenti tad-divorzju, biex jagħtu digriet ta’ divorzju bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Sistemi b’aktar minn sistema legali waħda

Stati b'żewġ sistemi legali jew aktar – territorjali

1.   Meta Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, b'kull waħda minnhom bir-regoli legali tagħha rigward id-divorzju u s-separazzjoni legali, kull unità territorjali għandha titqies bħala Stat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament.

1.   Meta Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, b'kull waħda minnhom bir-regoli legali tagħha rigward id-divorzju u s-separazzjoni legali, kull unità territorjali għandha titqies bħala Stat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament.

1a.     B'rabta ma’ tali Stat:

(a)

kull referenza għal residenza abitwali f'dak l-Istat għandha tiġi interpretata bħala referenza għar-residenza abitwali f'unità territorjali ta’ dak l-Istat,

(b)

kull referenza għan-nazzjonalità għandha tiġi interpretata bħala referenza għall-unità territorjali magħżula bil-liġi ta’ dak l-Istat, jew, fin-nuqqas ta’ regoli rilevanti, għall-unità territorjali magħżula mill-konjuġi jew, fin-nuqqas ta’ tali għażla, għall-unità territorjali li wieħed mill-konjuġi jew li l-konjuġi jkollhom l-eqreb rabta magħha.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 a (ġdid)

 

Artikolu 8a

Stati b'żewġ sistemi legali jew aktar – kunflitti interpersonali

Fir-rigward ta’ Stat li jkollu żewġ sistemi legali jew ġabriet ta’ regoli jew aktar minn tnejn li japplikaw għal kategoriji differenti ta’ persuni rigward kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, kull referenza għal-liġi ta’ tali Stat għandha tiġi interpretata bħala referenza għas-sistema legali determinata mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta’ tali regoli, japplikaw is-sistema legali jew il-ġabra ta’ regoli li wieħed mill-konjuġi jew li l-konjuġi jkollu jew ikollhom l-eqreb rabta magħhom.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 b (ġdid)

 

Artikolu 8b

In-nonapplikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-kunflitti interni

Stat Membru parteċipant li fih japplikaw sistemi legali jew ġabriet ta’ regoli differenti għal kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament m'għandux ikollu japplika dan ir-Regolament għal kunflitti ta’ liġi li joriġinaw unikament bejn tali sistemi legali jew ġabriet ta’ regoli differenti.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

(a)

ir-regoli formali applikabbli għall-konvenzjonijiet fuq l-għażla tal-liġi applikabbli; u

(a)

ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-konvenzjonijiet fuq l-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 3b (2) sa (4) ; u

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Madankollu, konvenzjoni fuq l-għażla tal-liġi applikabbli, konkluża skont il-liġi ta’ Stat Membru parteċipanti qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tidħol ukoll fis-seħħ, sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) .

Madankollu, konvenzjoni fuq l-għażla tal-liġi applikabbli, konkluża qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tidħol ukoll fis-seħħ, sakemm tkun konformi mal-Artikoli 3a u 3b .

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

1.   Dan ir-Regolament ma għandux effett fuq l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali li Stat Membru parteċipanti wieħed jew diversi minnhom jkunu partijiet fihom meta jiġi adottat dan ir-Regolament u li jirrigwardaw oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 351 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea .

1.   Dan ir-Regolament ma għandux effett fuq l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali li Stat Membru parteċipant wieħed jew diversi minnhom ikunu partijiet fihom meta jiġi adottat dan ir-Regolament jew meta tiġi adottata d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u li jistipulaw regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet marbutin mad-divorzju jew mas-separazzjoni .

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

2.    Minkejja l-paragrafu 1 , bejn l-Istati Membri parteċipanti, dan ir-Regolament jipprevali fuq il-konvenzjonijiet li jirrigwardaw oqsma rregolati minn dan ir-Regolament u li l-Istati Membri parteċipanti huma partijiet fihom .

2.    Madankollu , bejn l-Istati Membri parteċipanti, dan ir-Regolament jipprevali fuq il-konvenzjonijiet konklużi esklużivament bejn tnejn jew aktar minnhom sakemm dawn il-konvenzjonijiet jikkonċernaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Mhux aktar tard mill- [ ħames snin wara li jibda japplika dan ir-Regolament ] , il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti ta’ adattament .

1.    Mhux aktar tard minn ħames snin wara li jibda japplika dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti biex dan ir-Regolament jiġi adattat .

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Għal dan il-għan, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti rigward l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-qrati tagħhom.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw wara deċiżjoni adottata skont it-tieni jew t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament għandu japplika sa mid-data indikata fid-deċiżjoni kkonċernata.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0216.

(2)  ĠU L 189, 22.7.2010, p. 12.

(3)   ĠU L […], […], p. […] .

(4)   ĠU L 189, 22.7.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 174 tas-27.6.2001, p. 25.

(6)   ĠU L 168, 30.6.2009, p. 35.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/218


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Aġenziji li jiggradaw il-kreditu ***I

P7_TA(2010)0478

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (COM(2010)0289 – C7-0143/2010 – 2010/0160(COD))

2012/C 169 E/42

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0289),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0143/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Novembru 2010 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (2),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-8 ta’ Diċembru 2010 li tiġi approvata l-Pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0340/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 337, 14.12.2010, p. 1.

(2)  Għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0160

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 513/2011.)


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/219


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
Revoka tad-Direttivi dwar il-metrologija ***I

P7_TA(2010)0479

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metroloġija (COM(2008)0801 – C6-0467/2008 – 2008/0227(COD))

2012/C 169 E/43

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0801),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0467/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2009 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-10 ta’ Novembru 2010, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0050/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 277, 17.11.2009, p. 49.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2008)0227

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metrologija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/17/UE.)


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni

F'konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl, il-Kummissjoni hi mistiedna, mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, tirrapporta, qabel it-30 ta’ April 2011, dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva u, fejn hu xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva.

F'dak il-kuntest, u f'konformità mal-prinċipji ta’ leġiżlar aħjar (inklużi, fejn hu xieraq, valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni miftuħa), se titwettaq valutazzjoni biex jiġi stabbilit jekk għandux jiġi estiż l-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE, u fil-każ li dan ikun minnu, sa fejn għandu jiġi estiż sabiex jinkludi kwalunkwe mill-istrumenti ta’ kejl attwalment regolati mid-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE.

Anke d-data stabbilita għar-revoka ta’ dawk id-Direttivi se terġa' tiġi eżaminata, f'konformità mal-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni, bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-konsistenza fl-azzjoni leġiżlattiva tal-Unjoni fil-qasam tal-istrumenti tal-kejl.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/220


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
L-inizjattiva taċ-ċittadini ***I

P7_TA(2010)0480

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (COM(2010)0119 – C7-0089/2010 – 2010/0074(COD))

2012/C 169 E/44

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0119),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0089/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2010 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ġunju 2010 (2),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-8 ta’ Diċembru 2010 li tiġi approvata l-Pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7–0350/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħunotatal-istqarrijamill-Presidenza tal-Kunsillu l-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 267, 1.10.2010, p. 57.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0074

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 211/2011.)


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

Dikjarazzjonijiet

Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

– I –

Il-Kummissjoni ser tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini. Speċifikament, hija ser tistabbilixxi u żżomm aġġornata gwida kompleta u li tinftiehem faċilment dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni, li ser tkun aċċessibbli fuq is-sit elettroniku ddedikat għal dan l-istrument. Barra minn hekk, matul il-proċedura ta’ reġistrazzjoni u l-ipproċessar tal-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini, hija ser tipprovdi assistenza u konsulenza lill-organizzaturi li jkunu jeħtieġu dan. B'żieda ma’ dan, il-Kummissjoni, meta tintalab, ser tinforma lill-organizzaturi bil-proposti leżislattivi eżistenti jew previsti dwar il-kwistjonijiet li jitqajmu mill-inizjattiva.

– II –

Wara r-reġistrazzjoni ta’ proposta għal inizjattiva f'xi lingwa uffiċjali, l-organizzaturi jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, fi kwalunkwe mument waqt il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, biex jiddaħħlu fir-reġistru traduzzjonijiet ta’ din il-proposta f'lingwi uffiejali oħrajn. It-traduzzjonijiet tal-proposti għal inizjattivi ser ikunu r-responsabbilta tal-organizzaturi. Qabel ma taċċetta li tiddaħħal verżjoni lingwistika ġdida fir-reġistru, il-Kummissjoni ser tivverifika li ma jkun hemm l-ebda inkonsistenza eara u sinifikanti bejn it-test oriġinali u l-verżjonijiet lingwistiċi ġodda fir-rigward tattitolu, is-suġġett u l-objettivi.

Dikjarazzjoni mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill

Il-Presidenza ser tagħmel ħilitha biex tiżgura li jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu kif previst fir-Regolament.


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/223


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ***I

P7_TA(2010)0486

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (COM(2010)0076 – C7-0071/2010 – 2010/0044(COD))

2012/C 169 E/45

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Paralment Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0076),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0071/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-protokol (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li tistqarr li l-abbozz tal-att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta’ Ġunju 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0311/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 267, 1.10.2010, p. 52.


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0044

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara trasmissjoni tal-abbozz tal-att legislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Billi jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jimmira għal unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa u l-Artikolu 167 TFUE , b'mod partikolari, jagħti lill-Unjoni Ewropea l-kompitu li tikkontribwixxi biex jiffjorixxu l-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta l-wirt kulturali komuni. Barra minn hekk, l-Artikolu 167(2) TFUE jispeċifika li, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għat-titjib tal-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej.

(2)

Fehim u apprezzament aħjar, speċjalment fost iż-żgħażagħ, tal-wirt komuni madankollu differenti tagħhom, jgħinu fit-tisħiħ tas-sens ta’ appartenenza għall-Unjoni Ewropea u jirrinforzaw id-djalogu interkulturali. Għalhekk, huwa importanti li ssir il-promozzjoni ta’ aċċess akbar għall-wirt kulturali u li tittejjeb id-dimensjoni Ewropea.

(3)

It-TFUE jistabbilixxi wkoll iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, li tikkomplementa ċ-ċittadinanza nazzjonali tal-Istati Membri rispettivi, u li hija element importanti fil-ħarsien u t-tisħiħ tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. Sabiex iċ-ċittadini jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-integrazzjoni Ewropea, għandu jitqiegħed enfasi akbar fuq il-valuri, l-istorja u l-kultura komuni tagħhom bħala elementi ewlenin tas-sħubija tagħhom f'soċjetà bbażata fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u lingwistika , it-tolleranza u s-solidarjetà.

(4)

Skema intergovernattiva taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ġiet imnedija fi Granada f'April 2006 minn diversi Stati Membri u mill-Isvizzera.

(5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta konklużjonijiet fl-20 ta’ Novembru 2008 (3) li permezz tagħhom jimmira li jittrasforma ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiv f'azzjoni tal-Unjoni Ewropea billi stieden lill-Kummissjoni biex tissottomettilu proposta xierqa għall-ħolqien ta’ Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mill-Unjoni Ewropea u biex tispeċifika l-proċeduri prattiċi għall-implimentazzjoni tal-proġett.

(6)

Il-konsultazzjoni pubblika u l-istima tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni kkonfermaw li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiv kien inizjattiva utli, iżda li l-azzjoni kellha bżonn tkompli tiġi żviluppata sabiex tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha u kkonfermaw li l-involviment tal-Unjoni Ewropea jista' jipprovdi valur miżjud ċar liċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u jgħin lill-inizjattiva biex tagħmel pass kwalitattiv 'il quddiem.

(7)

Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jibbenefika mill-esperjenza miksuba sa issa mill-inizjattiva intergovernattiva.

(8)

Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jfittex li jissupplimenta bla ma jidduplika inizjattivi ▐ bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO , il-Lista Rappreżentattiva tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-Umanità tal-UNESCO u r-“Rotot Kulturali Ewropej” tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-valur miżjud taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jkun ibbażat fuq il-kontribut tas-siti magħżula għall-istorja u l-kultura tal-Ewropa, fosthom il-ħolqien tal-Unjoni, fuq dimensjoni edukattiva ċara li tilħaq liċ-ċittadini, b'mod speċjali ż-żgħażagħ, u fuq netwerking bejn is-siti għall-qsim tal-esperjenzi u l-aqwa prattiki. Il-fokus ewlieni tal-inizjattiva għandu jkun fuq il-promozzjoni u l-aċċess tas-siti, biex jingħata kontribut għal wirt storiku u kulturali komuni fl-Unjoni, u fuq il-kwalità tal-ispjegazzjonijiet mogħtija u tal-attivitajiet proposti, minflok fuq il-konservazzjoni tas-siti, li għandha tiġi ggarantita mir-reġimi tal-protezzjoni eżistenti.

(9)

Minbarra li ssaħħaħ is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini tal-UE għall-Unjoni u tistimula d-djalogu interkulturali, azzjoni tal-Unjoni għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tista' wkoll tikkontribwixxi biex ittejjeb il-valur u l-profil tal-wirt kulturali, biex iżżid l-irwol tal-patrimonju fl-iżvilupp ekonomiku u sostenibbli tar-reġjuni, b'mod partikolari permezz tat-turiżmu kulturali, biex trawwem sinerġiji bejn il-wirt kulturali u l-ħolqien u l-kreattività kontemporanji, biex tiffaċilita l-qsim tal-esperjenzi u l-aqwa prattiċi madwar l-Ewropa, u b'mod aktar ġenerali, biex tippromwovi l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jsejsu l-integrazzjoni Ewropea.

(10)

Dawn l-għanijiet huma għal kollox konformi mal-għanijiet tal-aġenda Ewropea għall-kultura, li jinkludu t-trawwim tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali u l-promozzjoni tal-kultura bħala katalista għall-kreattività (4).

(11)

Huwa kruċjali li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jingħata fuq il-bażi ta’ kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti.

(12)

L-Istati Membri għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel minn qabel siti li diġà kien ingħatalhom iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew fl-iskema intergovernattiva taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Dawn is-siti għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji u l-proċeduri l-ġodda.

(13)

L-evalwazzjonijiet futuri taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jistgħu jeżaminaw il-possibilta' li l-inizjattiva tiġi estiża biex tinkludi pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-Programm tal-Kultura.

(14)

L-arranġamenti amministrattivi għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandhom ikunu ħfief u flessibbli b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(15)

Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-ħtieġa, b'mod partikolari, għal kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti ġodda għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, kif ukoll għal koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx 'l hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea intitolata “Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew”.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “siti” għandha tfisser monumenti, siti naturali , taħt il-baħar, arkeoloġiċi, industrijali jew urbani, pajsaġġi kulturali, postijiet ta’ tifkira, prodotti u oġġetti kulturali, u wirt intanġibbli assoċjat ma’ post, inkluż wirt kontemporanju.

Artikolu 3

Għanijiet

1.   L-għanijiet ġenerali tal-azzjoni għandhom ikunu li din tikkontribwixxi biex:

jissaħħaħ is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini tal-UE għall-Unjoni, b'mod partikolari dak taż-żgħażagħ, fuq il-bażi tal-valuri u tal-elementi komuni tal-istorja u l-wirt kulturali tal-Ewropa ;

jissaħħaħ id-djalogu interkulturali u interterritorjali, kif ukoll l-apprezzament tad-diversità .

2.    Għal dak il-għan, l-azzjoni għandha tfittex, bħala l-għanijiet intermedji tagħha, li:

tisħaq fuq il-valur simboliku u tgħolli l-profil tas-siti li kellhom rwol sinifikanti fl-istorja u l-kultura tal-Ewropa u/jew fil-bini tal-Unjoni ▐;

iżżid il-fehim taċ-ċittadini tal-UE dwar l-istorja tal-Ewropa u l-bini tal-Unjoni , u tal-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli komuni għalkemm divers tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jirfdu l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea.

3.    Is-siti stess għandhom ifittxu, bħala għanijiet speċifiċi , li :

jiżviluppaw is-sens Ewropew tas-siti;

ikabbru l-għarfien fost iż-żgħażagħ b'mod partikolari u fost iċ-ċittadini tal-UE b'mod ġenerali dwar il-wirt kulturali komuni tagħhom u jsaħħulhom is-sens ta’ identità Ewropea ;

jiffaċilitaw l-kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-iskambji tal-aqwa prattiċi madwar l-Ewropa;

iżidu u/jew itejbu l-aċċess għas-siti ta’ patrimonju għal kulħadd , speċjalment għaż-żgħażagħ;

iżidu d-djalogu interkulturali, speċjalment fost iż-żgħażagħ, permezz ta’ edukazzjoni artistika, kulturali , storika u interattiva onlajn ;

irawmu sinerġiji bejn il-wirt kulturali u l-ħolqien kontemporanju u jappoġġaw il-kreattività ;

filwaqt li tiġi rrispettata l-integrità tal-wirt kulturali, irawmu l-interazzjoni bejn dak il-wirt u l-attivitajiet ekonomiċi li jikbru madwaru tiegħu u li jikontrwixxu għas-sostenibilità tiegħu u tal-ambjent ta’ madwaru;

jikkontribwixxu għall-attrazzjoni , l-influwenza kulturali, l-iżvilupp turistiku u l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni ;

iħeġġu l-ħolqien ta’ netwerks Ewropej għat-titjib tal-wirt Ewropew komuni.

Artikolu 4

Parteċipazzjoni fl-azzjoni

L-azzjoni għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun fuq bażi volontarja.

Artikolu 5

Il-komplimentarjetà ma’ inizjattivi oħrajn

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jissupplimenta bla ma jidduplika inizjattivi oħrajn fil-qasam tal-wirt kulturali, bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO , il-Lista Rappreżentattiva tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità tal-UNESCO u r-“Rotot Kulturali Ewropej” tal-Kunsill tal-Ewropa.

Artikolu 6

Aċċess għall-azzjoni

Is-siti, kif definiti fl-Artikolu 2, għandhom ikunu eliġibbli għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.

Artikolu 7

Kriterji

L-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(1)

Il-kandidati għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jkollhom valur Ewropew simboliku u jkun kellhom rwol sinifikanti fl-istorja u fil-kultura tal-Ewropa u/jew fit-tiswir tal-Unjoni ▐. Għalhekk ▐ għandhom jiġġustifikaw:

in-natura transkonfinali jew pan-Ewropea tagħhom: l-influwenza tal-passat u tal-preżent u l-attrazzjoni ta’ sit kandidat għandhom imorru 'l hinn mill-fruntiera nazzjonali ta’ Stat Membru; u/jew

il-post u l-irwol ta’ sit fl-istorja Ewropea u l-integrazzjoni Ewropea, u r-rabtiet tiegħu ma’ avvenimenti jew ma’ personalitajiet Ewropej ewlenin, kif ukoll mal-movimenti kulturali, artistiċi, reliġjużi, politiċi, soċjali, xjentifiċi, teknoloġiċi , ambjentali jew industrijali; u/jew

il-post u l-irwol ta’ sit fl-iżvilupp u l-promozzjoni tal-valuri komuni li jsejsu l-integrazzjoni Ewropea, bħal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali, it-tolleranza u s-solidarjetà.

(2)

Il-kandidati għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandhom jissottomettu proġett li l-implimentazzjoni tiegħu trid tibda mhux aktar tard minn tmiem is-sena tan-nomina, u li jkun jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

iqajmu għarfien dwar is-sens Ewropew tas-sit, b'mod partikolari permezz ta’ attivitajiet xierqa ta’ informazzjoni, sinjalar u taħriġ tal-persunal;

jorganizzaw attivitajiet edukattivi, speċjalment għaż-żgħażagħ, li jżidu l-għarfien tal-istorja komuni tal-Ewropa u l-patrimonju komuni madankollu differenti tagħha u li jsaħħu s-sens ta’ appartenenza għal spazju komuni;

jippromwovu l-multilingwiżmu u d-diversità reġjonali billi jużaw diversi lingwi tal-Unjoni bħala muftieħ għad-djalogu interkulturali ;

jikkoperaw ma’ siti li jkun diġà ngħatalhom iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ▐;

jgħollu l-profil u l-attrazzjoni tas-sit fuq skala Ewropea, inter alia permezz ta’ teknoloġija ġdida tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ;

jiżguraw li s-sit isir aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-UE filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ l-integrità tiegħu.

L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet artistiċi u kulturali (pereżempju avvenimenti, festivals, residenzi, eċċ.) li jħeġġu l-mobbiltà tal-aġenti kulturali, l-artisti u l-kollezzjonijiet Ewropej , li jistimulaw id-djalogu interkulturali u jinkoraġġixxu r-rabta bejn il-patrimonju u l-ħolqien u l-kreattività kontemporanji għandha tiġi milqugħa bi pjaċir kull meta l-ispeċifiċità tas-sit tippermetti dan.

(3)

Il-kandidati għat-ċertifikat għandhom jissottomettu pjan ta’ ġestjoni li jorbothom mal-elementi kollha li ġejjin:

jiżguraw il-ġestjoni tajba tas-sit;

jiżguraw il-protezzjoni tas-sit u t-trasmissjoni tiegħu għall-ġenerazzjonijiet futuri b'konformità mar-reġimi tal-protezzjoni rilevanti;

jiżguraw il-kwalità tal-faċilitajiet ta’ akkoljenza bħall-preżentazzjoni storika, informazzjoni lill-viżitaturi, sinjalar, eċċ.;

jiżguraw l-aċċess għall-pubbliku l-aktar wiesa' possibbli, pereżempju permezz ta’ adattamenti fis-sit jew għoti ta’ taħriġ lill-persunal , u permezz tal-użu tal-internet, fosthom għal persuni anzjani u nies b'diżabilità ;

jagħtu attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ, b'mod partikolari billi jippermettulhom li jkollhom aċċess privileġġjat għas-sit;

jippromwovu s-siti bħala destinazzjonijiet turistiċi filwaqt li jillimitaw l-impatti negattivi li jistgħu jolqtu s-siti jew l-ambjent tagħhom ;

jiżviluppaw strateġija ta’ komunikazzjoni koerenti u komprensiva li tenfasizza s-sens Ewropew tas-sit;

jiżguraw li, kemm jista' jkun possibbli, il-pjan ta’ ġestjoni ma jagħmilx ħsara lill-ambjent ▐.

Artikolu 8

Bord Ewropew ta’ esperti indipendenti

1.   Għandu jiġi stabbilit bord Ewropew ta’ esperti indipendenti (minn hawn 'il quddiem msemmi l-“bord Ewropew”) sabiex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ fil-livell Ewropew. Dan għandu jiżgura li l-kriterji jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti.

2.   Il-bord Ewropew għandu jkun jikkonsisti minn 13-il membru . Erbgħa mill-membri għandhom jiġu nnominati mill-Parlament Ewropew , erbgħa mill-Kunsill u erbgħa mill-Kummissjoni u wieħed mill-Kumitat tar-Reġjuni, skont il-proċeduri rispettivi tagħhom . Il-bord Ewropew għandu jaħtar il-president tiegħu.

3.   Il-membri tal-bord Ewropew għandhom ikunu esperti indipendenti. Huma għandu jkollhom esperjenza u kompetenza sostanzjali fl-oqsma li huma rilevanti għall-għanijiet taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. L-istituzzjonijiet li jinnominaw l-esperti għandhom ifittxu li jiżguraw kemm jista' jkun il-komplementarjetà tal-oqsma rispettivi tal-kompetenza tagħhom u rappreżentanza bbilanċjata ġeografikament.

4.   Il-membri tal-bord Ewropew għandhom jiġu nnominati għal tliet snin. Permezz ta’ deroga, fl-ewwel sena li matulha tkun fis-seħħ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu nnominati erba' esperti mill-Kummissjoni għal sena waħda, erbgħa mill-Parlament Ewropew u wieħed mill-Kumitat tar-Reġjuni għal sentejn u erbgħa mill-Kunsill għal tliet snin.

5.    Il-membri tal-bord Ewropew għandhom jiddikjaraw kull kunflitt ta’ interess jew kunflitt potenzjali ta’ interess rigward sit speċifiku . Fil-każ ta’ dikjarazzjoni simili, jew jekk jirriżulta xi kunflitt ta’ interess, il-membru ▐ m' għandux jipparteċipa fl-evalwazzjoni tal-imsemmi sit jew ta’ siti oħrajn tal-istess Stat Membru .

6.   Ir-rapporti, rakkomandazzjonijiet u notifikazzjonijiet kollha tal-bord Ewropew għandhom jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 9

Formola ta’ applikazzjoni

▐ Għandha tiġi ppreparata formola ta’ applikazzjoni komuni bbażata fuq il-kriterji tal-għażla stipulati fl-Artikolu 7 mill-Kummissjoni u użata mill-kandidati kollha. Huma biss dawk l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali li sejrin jiġu kkunsidrati biex jintgħażlu.

Artikolu 10

Għażla minn qabel fil-livell nazzjonali

1.   L-għażla minn qabel tas-siti għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri , b’ koperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali .

2.   Kull Stat Membru jista' jagħżel minn qabel sa massimu ta’ żewġ siti kull sentejn b'konformità mal-kalendarju stabblit fl-Anness. ▐

3.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-kalendarju tiegħu stess għall-għażla minn qabel tas-siti b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi jiżgura li l-arranġamenti amministrattivi jibqgħu kemm jista' jkun ħfief u flessibbli. Madankollu, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-għażla minn qabel l-aktar tard sal-1 ta’ Marzu tas-sena tal-proċedura tal-għażla ta’ qabel l-għażla .

4.   L-għażla minn qabel għandha ssir f' konformita' mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 7 u għandha tuża l-formola tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9.

5.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista sħiħa ta’ siti magħżula minn qabel u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwarha.

Artikolu 11

Għażla finali fil-livell tal-Unjoni

1.   L-għażla finali tas-siti għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u għandha titwettaq mill-bord Ewropew.

2.   Il-bord Ewropew għandu jevalwa l-applikazzjonijiet tas-siti magħżula minn qabel u għandu jagħżel sa massimu ta’ sit wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm bżonn, tista' tintalab aktar informazzjoni u jistgħu jiġu organizzati żjarat fis-siti.

3.   L-għażla finali għandha ssir f'konformita' mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 7 u għandhom jintużaw il-formola tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9.

4.   Il-bord Ewropew għandu joħroġ rapport dwar is-siti magħżula minn qabel l-aktar tard sal-15 ta’ Diċembru tas-sena tal-proċedura ta’ qabel l-għażla . Dak ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjoni għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ċerti siti ma ġewx inklużi fil-lista finali.

5.   Il-kandidati li ma ġewx inklużi fil-lista finali jistgħu jissottomettu applikazzjoni ġdida għall-għażla minn qabel fil-livell nazzjonali fis-snin li ġejjin.

Artikolu 12

Siti transnazzjonali

1.   Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “siti transnazzjonali”:

diversi siti li jinsabu fi Stati Membri differenti li jinġabru madwar tema speċifika waħda sabiex jissottomettu applikazzjoni waħda;

sit speċifiku wieħed li ġeografikament jinsab fit-territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.

2.   L-applikazzjonijiet għas-siti transnazzjonali għandhom isegwu l-istess proċedura bħall-applikazzjonijiet għal siti oħrajn. Dawn għandhom jintgħażlu minn qabel ▐ mill-Istati Membri kollha kkonċernati fi ħdan il-limitu tagħhom ta’ massimu ta’ żewġ siti kif stipulat fl-Artikolu 10 . Is-siti transnazzjonali għandhom jindikaw wieħed mis-siti involuti bħala l-koordinatur tagħhom, li jkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. Il-koordinatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kandidatura transnazzjonali fi żmien xieraq fl-Istati Membri kollha sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta’ siti madwar l-Unjoni kollha. Is-siti kollha li jipparteċipaw f'sit transnazzjonali għandhom jissodisdaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 7 u għandhom jimlew il-formola ta’ applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 u għandhom jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 7.

Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lil siti transnazzjonali li jrawmu l-essenza tal-wirt Ewropew transkonfinali, permezz tar-rappreżentazzjoni tagħhom tas-simboliżmu tanġibbli u intanġibbli.

3.   Jekk sit transnazzjonali jissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 7, il-prijorità għandha tingħata lil dak is-sit waqt l-għażla finali.

4.     Jekk wieħed mis-siti inklużi f'sit transnazzjonali ma jibqax jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 jew l-impenji magħmula fl-applikazzjoni, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 għandha tapplika.

Artikolu 13

Nomina

1.   Il-Kummissjoni għandha tinnomina uffiċjalment lil dawk is-siti li sejrin jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew matul is-sena wara l-proċedura tal-għażla, filwaqt li tieħu kont xieraq tar-rakkomandazzjoni tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew , lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bid-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu .

2.   Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jingħata lis-siti ▐ fuq bażi permanenti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14 u 15 u soġġett għall-kontinwazzjoni tal-azzjoni.

3.     L-għoti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ma għandux iġib miegħu xi obbligu marbut mal-ippjanar urban, mal-liġi, mat-tisbiħ, mal-mobbiltà jew mal-arkitettura. L-unika liġi applikabbli għandha tkun dik lokali.

Artikolu 14

Monitoraġġ

1.   Kull sit li jingħata ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jiġi mmonitorjat fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li huwa jkompli jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 u li jirrispetta l-impenji li jkunu saru fl-applikazzjoni relatata miegħu.

2.   Il-monitoraġġ tas-siti kollha li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru inkwistjoni. L-Istat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa u jipprepara rapport dettaljat kull erba' snin, b'konformità mal-kalendarju fl-Anness.

3.   Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni u jiġi sottomess lill-bord Ewropew sabiex jiġi eżaminat l-aktar tard sal-1 ta’ Marzu tas-sena tal-proċedura tal-monitoraġġ.

4.   Il-bord Ewropew għandu joħroġ rapport dwar l-istat tas-siti ċċertifikati fl-Istat Membru kkonċernat l-aktar tard sal-15 ta’ Diċembru tas-sena tal-proċedura tal-monitoraġġ, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, rakkomandazzjonijiet li jridu jiġu kkunsidrati għall-perjodu ta’ monitoraġġ li jkun imiss.

5.   Il-Kummissjoni , wara konsultazzjoni mal-bord Ewropew, għandha tistabbilixxi indikaturi komuni għall-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jiżguraw approċċ koerenti għall-proċedura ta’ monitoraġġ.

Artikolu 15

Irtirar taċ-Ċertifikat

1.   Jekk il-bord Ewropew jinnota li sit speċifiku ma għadux jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 jew li ma għadux jkkonforma mal-impenji kollha li saru fl-applikazzjoni tiegħu, huwa għandu jibda djalogu mal-Istat Membru kkonċernat permezz tal-Kummissjoni, bil-għan li jgħinu jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fis-sit.

2.   Jekk wara perjodu ta’ 18-il xahar wara l-bidu tad-djalogu jkunu għadhom ma sarux l-aġġustamenti meħtieġa fis-sit, il-bord Ewropew għandu jinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni, kif ukoll minn rakkomandazzjonijiet fuq kif tista' titjieb is-sitwazzjoni.

3.   Jekk wara perjodu ġdid ta’ 18-il xahar, ir-rakkomandazzjonijiet ikunu għadhom ma ġewx implimentati, il-bord Ewropew għandu joħroġ rakkomandazzjoni biex iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tiġi rtirata mis-sit rilevanti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali li tirtira ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew wara li tqis kif jixraq ir-rakkomandazzjoni tal-bord Ewropew . Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew , lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bid-deċiżjoni .

5.   In-notifiki u r-rakkomandazzjonijiet tal-bord Ewropew għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

6.     Is-siti jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew meta jridu. F'dan il-każ, għandhom jinnotifikaw lill-Istat Membru kkonċernat, li min-naħa tiegħu jrid jinforma lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tirtira ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwarha.

Artikolu 16

Arranġamenti prattiċi

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-azzjoni tal-Unjoni għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. B'mod partikolari, hija għandha:

tiżgura l-koerenza u l-kwalità ġenerali tal-azzjoni;

tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-bord Ewropew;

fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u bi qbil mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 7, tistabbilixxi linji gwida biex jgħinu fil-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ, kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni;

tipprovdi appoġġ lill-bord Ewropew.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien u ż-żamma ta’ websajt speċifika u logo ġdid, biex jogħla l-profil u tiżdied l-attrazzjoni tas-sit fuq skala Ewropea, pereżempju bl-użu tal-possibilitajiet li joffru teknoloġiji ġodda u mezzi diġitali u interattivi kif ukoll bit-tfittxija ta’ sinerġiji ma’ inizjattivi oħrajn Ewropej. In-notifiki u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-bord Ewropew imsemmija fl-Artikolu 8(6), l-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 15(5) għandhom jiġu ppubblikati f'din il-websajt.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippromwovi attivitajiet ta’ netwerking bejn is-siti mogħtija ċ-ċertifikat.

4.   L-azzjonijiet taħt il-paragrafi 2 u 3, kif ukoll l-ispejjeż tal-bord Ewropew għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 18.

Artikolu 17

Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-evalwazzjoni esterna u indipendenti tal-azzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Tali evalwazzjoni għandha ssir kull sitt snin b'konformità mal-kalendarju stabbilit fl-Anness u għandha tinkludi eżami tal-elementi kollha, inkluża l-effiċjenza tal-proċessi involuti fit-tmexxija tal-azzjoni, l-għadd ta’ siti, l-ambitu ġeografiku u l-impatt tal-azzjoni, il-modi kif din tista' tittejjeb u jekk din għandhiex titkompla jew le.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur minn meta dawn jiġu ffinalizzati , flimkien, jekk ikun xieraq, ma’ proposti rilevanti .

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013 huwa stabbilit li huwa ta’ EUR 1 350 000.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 267, 1.10.2010, p. 52.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010.

(3)  ĠU C 319, 13.12.2008, p. 11.

(4)  COM(2007)0242.

ANNESS

KALENDARJU

Kalendarju għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

[Sena n]

Adozzjoni tad-Deċiżjoni

Ħidma preparatorja

[Sena n + 1]

Ħidma preparatorja

[Sena n + 2]

Għażla minn qabel mill-Istati Membri ▐

[Sena n + 3]

Nomina finali tas-siti

[Sena n + 4]

Għażla minn qabel mill-Istati Membri

[Sena n + 5]

Nomina finali tas-siti u monitoraġġ

[Sena n + 6]

Għażla minn qabel mill-Istati Membri

[Sena n + 7]

Nomina finali tas-siti

Evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

[Sena n + 8]

Għażla minn qabel mill-Istati Membri

[Sena n + 9]

Nomina finali tas-siti u monitoraġġ

[Sena n + 10]

Għażla minn qabel mill-Istati Membri

[Sena n + 11]

Nomina finali tas-siti

[Sena n + 12]

Għażla minn qabel mill-Istati Membri

[Sena n + 13]

Nomina finali tas-siti

Evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/234


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Parteċipazzjoni tal-Isvizzera fil-programm 'Żgħażagħ fl-Azzjoni' u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja ***

P7_TA(2010)0487

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013) (12818/2010 – C7-0277/2010 – 2010/0231(NLE))

2012/C 169 E/46

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12818/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013) (13104/2009),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 165(4), u 166(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0277/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0334/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Svizzera.


15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/234


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta’ implimentazzjoni ***I

P7_TA(2010)0488

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta’ implimentazzjoni (COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD))

2012/C 169 E/47

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0083),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 291(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0073/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta’ Diċembru 2010, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0355/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0051

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta’ implimentazzjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 182/2011.)


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

STQARRIJA MILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

L-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni fejn il-kumitat jagħti opinjoni pożittiva. Din id-dispożizzjoni ma teskludix li l-Kummissjoni tista', bħal fil- prattika attwali, f'każijiet eċċezzjonali ħafna, tieħu kont ta’ ċirkostanzi ġodda li rriżultaw wara l-votazzjoni u tiddeċiedi li ma tadottax abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni, wara li tkun infurmat debitament lill-kumitat u l-leġislatur.

STQARRIJIET MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni se tgħaddi biex teżamina l-atti leġiżlattivi kollha li jinsabu fis-seħħ u li ma ġewx adattati għall-proċedura regolatorja bi skrutinju qabel ma daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, sabiex tivvaluta jekk jeħtieġx li dawk l-istrumenti jiġu adattati għar-reġim tal-atti ddelegati li ddaħħal permezz tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tagħmel il-proposti xerqin mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mid-dati msemmijin fil-kalendarju indikattiv li jinsab anness ma’ din id- dikjarazzjoni.

Waqt li jkun għaddej dan l-eżerċizzju ta’ allinjament, il-Kummissjoni se żżomm lill-parlament Ewropew mgħarraf b'mod regolari dwar l-abbozzi ta’ miżuri implimentattivi marbutin ma’ dawn l-istrumenti li fil- ġejjieni għandhom isiru atti ddelegati.

Rigward l-atti leġiżlattivi fis-seħħ li bħalissa fihom referenzi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, l- Kummissjoni se tirrevedi d-dispożizzjonijiet marbutin ma’ din il-proċedura f'kull strument li għandha l- ħsieb li timmodifika, sabiex meta jasal iż-żmien xieraq tadattahom skont il-kriterji preskritti fit-Trattat. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jkunu intitolati li jindikaw l-atti bażiċi li jqisuh importanti li jiġu adattati bi prijorità.

Sa tmiem l-2012 il-Kummissjoni se tivvaluta r-riżultati ta’ dan il-proċess sabiex tistma kemm ikun għad baqa' fis-seħħ atti leġiżlattivi li jkun fihom referenzi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Imbagħad il- Kummissjoni tħejji l-inizjattivi leġiżlattivi xerqin sabiex tlesti l-adattament. L-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni huwa li, sa tmiem is-7 mandat tal-Parlament, id-dispożizzjonijiet kollha li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju jkunu tneħħew mill-istrumenti leġiżlattivi kollha.

Il-Kummissjoni tinnota li dan l-aħħar varat studju li jipprovdi ħarsa kompluta u oġġettiva lejn l-aspetti kollha tal-linja politika u l-prattiki tal-UE għad-difiża tal-kummerċ, inkluża evalwazzjoni tar-riżultati, tal- metodi, tal-utilizzazzjoni u tal-effettività tal-iskema kurrenti tas-SDK (TDI) fil-kisba tal-objettivi tal-linja politika dwar il-kummerċ, evalwazzjoni tal-effettività tad-deċiżjonijiet eżistenti u potenzjali dwar linji politiċi meħudin mill-Unjoni Ewropea (e.g., it-test dwar l-interess tal-Unjoni, ir-regola tal-inqas dazji, is-sistema tal- ġbir tad-dazji) meta wieħed iqabbel mad-deċiżjonijiet rigward linji politiċi meħudin minn ċerti sħab kummerċjali u eżami tar-regolamenti bażiċi kontra d-dumping u kontra s-sussidji fil-kuntest tal-prattika amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-UE, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Korp tal-WTO għar-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim.

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb, fil-kuntest tar-riżultati tal-istudju u tal-iżviluppi fin-negozjati dwar l-Aġenda ta’ Doħa għall-Iżvilupp, tistħarreġ jekk għandhiex tkompli taġġorna u timmodernizza l-istrumenti tal-UE għad-difiża tal-kummerċ u kif.

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll fl-inizjattivi li ħadet dan l-aħħar biex ittejjeb it-trasparenza tat-tħaddim tal- istrumenti għad-difiża tal-kummerċ (bħall-ħatra ta’ Uffiċjal tas-Seduta) u ħidmietha mal-Istati Membri biex tiċċara elementi ewlenin tal-prattika tad-difiża tal-kummerċ. Il-Kummissjoni tagħti importanza sostanzjali lil dan ix-xogħol, u se tfittex li tidentifika, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, inizjattivi oħrajn li jistgħu jittieħdu f'dan ir-rigward.

Skont ir-regoli tal-komitoloġija msejsin fuq id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, fejn kumitat ta’ ġestjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) ikun ta opinjoni kuntrarja, il-Kummissjoni trid tissottometti l-abbozz ta’ miżura inkwistjoni lill-Kunsill, li jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar. Madanakollu, xejn ma jżomm lill-Kummissjoni milli taġixxi iżda għandha l-għażla li ddaħħal il-miżura jew inkella tiddifferixxi l-applikazzjoni tagħha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżura fejn tqis, kollox ma’ kollox, li s-sospensjoni tal-applikazzjoni tagħha tkun, ngħidu aħna, tipprovoka effetti negattivi irriversibbli fuq is-suq. Meta aktar tard il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor il-miżura mdaħħla fis-seħħ mill-Kummissjoni naturalment ma jkunx hemm iktar bżonnha. Hekk, ir-regoli ta’ bħalissa jarmaw lill-Kummissjoni bi strument li jippermetti li jitħares l-interess komuni tal-Unjoni kollha kemm hi billi tadotta miżura, għall-inqas fuq bażi interim.

L-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament ifittex li jilħaq l-objettiv li dan il-mod ta’ kif isiru l-affarijiet jinżamm fl- arranġamenti l-ġodda tal-komitoloġija iżda li jiġi limitat għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali u fuq il-bażi ta’ kriterji ddefiniti tajjeb u restrittivi. Dan ikun jippermetti lill-Kummissjoni tadotta abbozz ta’ miżura minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-kumitat li jeżamina, dment li “n-nuqqas ta’ adozzjoni tagħha b'urġenza jkun joħloq tħarbit sinifikanti tas-swieq (…) jew għal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.” Id-dispożizzjoni tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn ma jkunx possibbli li wieħed jistenna sakemm il-kumitat jerġa' jivvota fuq l-istess abbozz ta’ miżura jew fuq abbozz ieħor ta’ miżura minħabba li sadattant is-suq ikun ġie mfixkel b'mod sinifikanti e.g. minħabba l-imġiba spekulattiva tal-operaturi. Sabiex tiżgura l-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi, hija tagħti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-opportunità li jkollhom diskussjoni infurmata oħra dwar l-abbozz ta’ miżura mingħajr ma l-affarijiet jitħallew mhux deċiżi u miftuħin għall-ispekulazzjoni bil-konsegwenzi negattivi għas-swieq u għall-baġit.

Tali sitwazzjonijiet jistgħu notevolment iqumu fil-kuntest tal-ġestjoni minn ġurnata għall-oħra tal-PAK (e.g. l-iffissar tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, il-ġestjoni tal-liċenzji, klawsola speċjali ta’ salvagwardja) fejn spiss ikun meħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu malajr u jista' jkollhom konsegwenzi ekonomiċi sinifikanti għas- swieq u b'hekk għall-bdiewa u għall-operaturi kif ukoll għall-baġit tal-Unjoni.

F'każijiet fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jindikaw lill-Kummissjoni li jqisu li abbozz ta’ att implimentattiv ikun imur lil hinn mis-setgħat implimentattivi previsti fl-att bażiku, il-Kummissjoni tirrevedi minnufih l-abbozz ta’ att implimentattiv b'mod li jagħti kas tal-pożizzjonijiet espressi mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Il-Kummissjoni taġixxi b'mod li jagħti kas xieraq tal-urġenza tal-materja.

Qabel ma tiddeċiedi jekk l-abbozz ta’ att implimentattiv għandux jiġi adottat, emendat jew irtirat, il- Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill dwar l-azzjoni li jkollha l-ħsieb li tieħu u dwar ir-raġunijiet għaliex tkun se tagħmel dan.

Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
Appendiċi

ANNESS tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Tabella indikattiva tal-atti bażiċi mhux suġġetti għall-proċedura tal-kodeċiżjoni qabel it-Trattat ta’ Lisbona li jeħtieġu jkunu adattati biex iqisu l-Artikolu 290 tat-TFUE

Ambitu tematiku

 

Atti li jeħtieġ rieżami

Kalendarju indikattiv

Rieżami limitat għall-allinjament

Inkluż fi proposta usa'

ESTAT

1.

Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE (1)

2011 ir-raba' trimestru

 

X

SANCO

2.

Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (2)

Marzu 2012

 

X

3.

Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel) (2)

Marzu 2012

 

X

4.

Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2)

Marzu 2012

 

X

5.

Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2)

Marzu 2012

 

X

6.

Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2)

Marzu 2012

 

X

7.

Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (2)

Marzu 2012

 

X

8.

Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (2)

Marzu 2012

 

X

9.

Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (2)

Marzu 2012

 

X

10.

Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (2)

Marzu 2012

 

X

11.

Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (importazzjonijiet biss) (2)

Marzu 2012

 

X

12.

Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (2)

Marzu 2012

 

X

13.

Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (2)

Marzu 2012

 

X

14.

Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (2)

Marzu 2012

 

X

15.

Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-qerda tal-bruċellosi, tuberkulosi u lewkosi fl-ifrat (2)

Marzu 2012

 

X

16.

Direttiva tal-Kunsill 82/400/KEE li temenda d-Direttiva 77/391/KEE u tintroduċi miżura Komunitarja supplimentari għall-qerda tal-bruċellożi, tat-tuberkulożi u tal-lewkożi fil-bhejjem (2)

Marzu 2012

 

X

17.

Deċiżjoni tal-Kunsill 90/242/KEE li tistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-qerda tal-bruċellosi fin-nagħaġ u fil-mogħoż (2)

Marzu 2012

 

X

18.

Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE li temenda d-Direttiva 85/511/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, id-Direttiva 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw kummerċ intra-Komunitarju f'annimali bovini u suwini u d-Direttiva 72/462/KEE dwar problemi ta’ spezzjoni tas-saħħa u veterinarji mal-importazzjoni ta’ annimali bovini u suwini u laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (2)

Marzu 2012

 

X

19.

Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (2)

Marzu 2012

 

X

20.

Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (2)

Marzu 2012

 

X

21.

Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (2)

Marzu 2012

 

X

22.

Direttiva tal-Kunsill 80/1095/KEE li tiffissa l-kundizzjonijiet biex it-territorju tal-Komunità jsir u jinżamm ħieles mid-deni tal-ħnieżer klassiku (2)

Marzu 2012

 

X

23.

Deċiżjoni tal-Kunsill 80/1096/KEE li tistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-qerda tan-deni tal-ħnieżer klassiku (2)

Marzu 2012

 

X

24.

Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (2)

Marzu 2012

 

X

25.

Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (2)

Marzu 2012

 

X

26.

Deċiżjoni tal-Kunsill 79/511/KEE dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità favur il-kampanja tal-ġlieda kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ewropa tax-Xlokk (2)

2011/2012

 

X

27.

Deċiżjoni tal-Kunsill 89/455/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ proġetti pilota għall-ġlieda kontra r-rabbja, fid-dawl tal-qerda jew il-prevenzjoni tagħha (2)

Marzu 2012

 

X

28.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

2012 it-tieni semestru

 

X

29.

Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (2)

Marzu 2012

 

X

30.

Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2)

Marzu 2012

 

X

31.

Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2)

Marzu 2012

 

X

32.

Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji rigward l-importazzjoni (il-Proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE (2)

Marzu 2012

 

X

33.

Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE dwar ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (2)

Marzu 2012

 

X

34.

Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (2)

Marzu 2012

 

X

35.

Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (3)

2011 l-ewwel trimestru

 

X

36.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini (2)

Marzu 2012

 

X

37.

Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE dwar l-annimali tal-ispeċi tal-bovini ta’ razza pura għat-tnissil

2011 l-ewwel trimestru

 

X

38.

Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali tal-ispeċi tal-majjal

2011 l-ewwel trimestru

 

X

39.

Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir

2011 l-ewwel trimestru

 

X

40.

Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f'equidae

2011 l-ewwel trimestru

 

X

41.

Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha

2011 l-ewwel trimestru

 

X

42.

Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-marketing tal-annimali ta’ razza pura

2011 l-ewwel trimestru

 

X

43.

Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta’ razza pura tal-ispeċji bovina

2011 l-ewwel trimestru

 

X

44.

Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2)

Marzu 2012

 

X

45.

Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2)

Marzu 2012

 

X

46.

Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (4)

2013-2014

 

X

47.

Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġiela (verżjoni kodifikata) (4)

2013-2014

 

X

48.

Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (verżjoni kodifikata) (4)

2013-2014

 

X

49.

Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (4)

2013-2014

 

X

50.

Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (4)

2013-2014

 

X

51.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nruż1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (4)

2013-2014

 

X

52.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (4)

2013-2014

 

X

53.

Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (5)

2012 second semester

 

X

54.

Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE dwar il-kontroll ta’ nematodi taċ-ċisti fil-patata u li tħassar id-Direttiva 69/465/KEE (5)

2012 it-tieni semestru

X

 

55.

Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata (5)

2012 it-tieni semestru

X

 

56.

Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. (5)

2012 it-tieni semestru

X

 

57.

Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf

2011 it-tieni semestru

 

X

58.

Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata

2013 it-tieni semestru

X

 

59.

Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież

2011 it-tieni semestru

 

X

60.

Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja

2011 it-tieni semestru

 

X

61.

Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali

2011 it-tieni semestru

 

X

62.

Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti

2011 it-tieni semestru

 

X

63.

Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli

2011 it-tieni semestru

 

X

64.

Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi

2011 it-tieni semestru

 

X

65.

Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex

2011 it-tieni semestru

 

X

66.

Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa

2011 it-tieni semestru

 

X

67.

Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra

2011 it-tieni semestru

 

X

68.

Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa

2011 it-tieni semestru

 

X

69.

Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott

2011 it-tieni semestru

 

X

70.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (6)

2012-2013

ara l-kumment (note f'qieħ il-paġna preċedenti)

71.

Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi

2011 it-tieni semestru

 

X

MARKT

72.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja

2011 (7)

X

 

TRADE

73.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

74.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tessili minn għadd ta’ terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta’ l-importazzjoni speċifika tal-Komunità

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

75.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja, kif emendat

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

76.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

 

[Regolament (KE) Nru 868/2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea mħassar] (8)

 

 

 

77.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

78.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

79.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

80.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

81.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

82.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

83.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

84.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu

Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011

X

 

 

85.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

Bidu tal-2011

X

 

 

86.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakistan

Bidu tal-2011

X

 

MARE

87.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd

Nov 2011

 

X

88.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq

Mejju 2011

 

X

89.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar miżuri tekniċi

Nov 2011

X

 

90.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 dwar miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku

Nov 2011

X

 

91.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 dwar il-pjan ta’ rkupru tas-sallur

Nov 2011

X

 

92.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 dwar sistema ta’ kontroll

Nov 2011

X

 

93.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 dwar is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Nov 2011

X

 

94.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 dwar awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Nov 2011

X

 

95.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 dwar qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji

Nov 2011

X

 

96.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku (9)

ara l-kumment

97.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar il-Baħar Mediterran

Nov 2011

X

 

ENV

98.

Direttiva tal-Kunsill 87/217/KEE dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis fl-ambjent mill-asbestos

L-1 semestru tal-2011

X

 

99.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea

It-2 semestru tal-2011

 

X

ENER

100.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (verżjoni kodifikata)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1048/2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (10)

l-ebda data prevista qabel l-2013 (11)

 

X

CLIMA

101.

2002/358/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu

 (12)

 

X

102.

Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE (“Deċiżjoni dwar l-ammont assenjat (AA)”)

Tmiem tal-2010

 

X

ENTR

103.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata tar-Regolament 3448/93)

Ir-4 trimestru tal-2010

 

X

AGRI

104.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-Unjoni

23/09/2010

 

X

105.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

30/09/2010

 

X

106.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti […]

30/09/2010

 

X

107.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid

l-1 trimestru tal-2011

 

X

108.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni

Ir-4 trimestru tal-2010

X

 

109.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall- bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005

Ir-4 trimestru tal-2010

X

 

110.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91

Ir-4 trimestru tal-2010

X

 

111.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 dwar il-kofinanzjament, min-naħa tal-Komunità, tal-kontrolli permezz tat-telerilevament, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3508/92 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità

Se jkun sostitut bl-“Allinjament tar-Reg. 1290/2005”

X

 

112.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

Ir-4 trimestru tal-2010

 

X

113.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

Ir-4 trimestru tal-2010

 

X

114.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Ir-4 trimestru tal-2010

 

X

115.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”)

Ir-4 trimestru tal-2010

 

X

116.

Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

Ir-4 trimestru tal-2011 (ex PRAC)

X

 

117.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (verżjoni kodifikata)

Ir-4 trimestru tal-2010

X

 

118.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir għas-sena ta’ tkabbir 1972/1973

Se jkun revokat mill-“OKS unika l-ġdida”

X

 

119.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 dwar l-akkreditazzjoni ta’ sigurtajiet, depożiti u garanziji mogħtija taħt il-politika agrikola komuni u sussegwentement sekwestrati

f'nofs l-2011 - PAK ta’ wara l-2013

 

X

120.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 dwar il-miżuri ta’ tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola

f'nofs l-2011

X

 

121.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni

f'nofs l-2011 - PAK ta’ wara l-2013

 

X

122.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 dwar il-glukosju u l-lattosju (verżjoni kodifikata)

f'nofs l-2011

X

 

123.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tad-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

f'nofs l-2011

 

X

124.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u li jistabbilixxi programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali għas-settur tal-qoton

f'nofs l-2011 - PAK ta’ wara l-2013

 

X

125.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovoalbumina u l-lattoalbumina (verżjoni kodifikata)

f'nofs l-2011

X

 

126.

Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman

Settembru 2010

 

X

127.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 78/2008 dwar il-miżuri li l-Kummissjoni għandha twettaq għall-perjodu 2008-2013 bl-użu tal-applikazzjonijiet ta’ telerilevament implimentati fil-qafas tal-politika agrikola komuni

Se jkun revokati bl-“Allinjament tar-Reg. 1290/2005”

X

 

128.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea

Ir-4 trimestru tal-2010

X

 

129.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/73 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli

Ir-4 trimestru tal-2010

X

 

130.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro

ir-4 trimestru tal-2011 - PAK ta’ wara l-2013

 

X

131.

Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 li għandha x'taqsam ma’ l-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra

Ir-4 trimestru tal-2011 (ex PRAC)

X

 

132.

Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Ir-4 trimestru tal-2011 (ex PRAC)

X

 

133.

Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

134.

Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

135.

Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

136.

Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE li għandha x'taqsam ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

137.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 451/89 rigward il-proċedura li għandha tiġi applikata għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw minn diversi pajjiżi terzi tal-Mediterrran

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

138.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta’ ross li joriġina fil-Bangladexx

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

139.

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 478/92 li jiftaħ kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut u li jidħol fil-kodiċi NM 2309 10 11 u kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-ħut li jidħol taħt kodiċi NM ex 2309 90 41, li joriġina fil-Gżejjer Faroe u jkun ġej minnhom

Ir-4 trimestru tal-2011 – jista' jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat

X

 

140.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3125/92 fuq l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li joriġinaw fil-Bosnja-Herzegovina, il-Kroazja, is-Slovenja, il-Montenegro, is-Serbja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Ir-4 trimestru tal-2011 – jista' jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat

X

 

141.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1108/93 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Ftehim Bilaterali dwar l-agrikoltura bejn il-Komunità, minn naħa l-waħda, u l-Awstrija, il-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvezja, min-naħa l-oħra

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

142.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta’ nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

143.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu

Ir-4 trimestru tal-2011 – jista' jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat

X

 

144.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 li jiftaħ kwota ta’ tariffa għal laħam tad-dundjan li joriġina u ġej minn Iżrael kif hemm ipprovdut fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael

Ir-4 trimestru tal-2011 – jista' jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat

X

 

145.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2005/97 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa li joriġina mill-Alġerija

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

146.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/97 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa li ġej mil-Libanu

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

147.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

148.

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1506/98 li jistabbilixxi konċessjoni fil-għamla ta’ kwota Komunitarja tat-tariffa għat-Turkija fis-sena 1988 rigward il-ġellewż u li jissospendi konċessjonijiet oħra

Ir-4 trimestru tal-2011 – jista' jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat

X

 

149.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1722/1999 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk

Ir-4 trimestru tal-2011 – jista' jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat

X

 

150.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 li jiftaħ kwota awtonoma għall-importazzjonijiet ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

151.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1532/2006 dwar il-kondizzjonijiet għal ċerti kwoti ta’ importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja

Ir-4 trimestru tal-2011

X

 

152.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

Ir-4 trimestru tal-2011

 

X

HOME

153.

Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE fuq l-għajnuna f'każijiet ta’ transitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru

2012, it-2 semestru

 

X


(1)  Il-livell tal-emendi jiddependi mill-eżitu tal-laqgħa mal-Istati Membri previsti f'Diċembru 2010. Nota: dan ir-regolmanet kien adottat fl-ambitu tal-proċedura tal-kodeċiżjoni.

(2)  Bħala parti minn pakkett li fih, fost affarijiet oħra, proposta għal Liġi tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali u proposta għal rieżami tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali.

(3)  Dan l-att jidħol fi ħdan il-kompetenza kondiviża ta’ DĠ SANCO/DĠ AGRI.

(4)  Rieżami tal-Liġi tal-UE dwar il-benessri tal-annimali (il-kalendarju preċiż għadu mhux stabbilit) – relatata mar-Riżoluzzjoni tal-PE tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010 (2009/2202(INI)) li stiednet lill-Kummissjoni tirristruttura dawn l-atti kollha fi strument orizzontali ġenerali.

(5)  Parti mir-rieżami li għaddej tal-Liġi tal-UE dwar is-saħħa tal-pjanti.

(6)  Relatat mar-rieżami li għaddej tal-Liġi tal-UE dwar is-saħħa tal-pjanti - għadu ma ġiex deċiż jekk ir-reviżjoni se tkun limitata għall-allinjament biss.

(7)  Minħabba l-kumplessità politika tal-kwistjoni, id-data ma tistax tkun speċifikata ulterjorment.

(8)  Dan ir-Regolament kien bi żball fil-lista oriġinali billi diġà kien fl-ambitu tal-kodeċiżjoni qabel it-Trattat ta’ Lisbona u kien inkluż fl-allinjament PRAC.

(9)  Se jkun revokat mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, mhi meħtieġa l-ebda modifika speċifika.

(10)  Għadha għaddejja l-valutazzjoni ġuridika dwar jekk dawn ir-regolamenti jirrigwardawx l-Art. 290 jew l-Art. 291 TFUE.

(11)  Għadha għaddejja l-valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-Art. 290 TFUE humiex sodisfatti.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tinkludi l-Protokoll ta’ Kyoto f'isem il-Komunità u mhijiex se tiġi riveduta jew emendata b'mod ieħor. Irrikjediet biss l-adozzjoni ta’ miżura ta’ implimentazzjoni waħda, id-Deċiżjoni 2006/944/KE kif imsemmi fir-ringiela li jmiss.