ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.165.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2012/C 165/01 |
||
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/1 |
2012/C 165/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Cosenza — l-Italja) — CCIAA di Cosenza vs Grillo Star Srl Fallimento
(Kawża C-443/09) (1)
(Direttiva 2008/7/KE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Artikoli 5(1)(ċ) u 6(1)(e) - Kamp ta’ applikazzjoni - Taxxa annwali mħallsa lill-kmamar lokali tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura)
2012/C 165/02
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Cosenza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CCIAA di Cosenza
Konvenuta: Grillo Star Srl Fallimento
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Cosenza — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(ċ) u 6(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Taxxa annwali imposta minħabba r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kumpanniji miżmum mill-kmamar tal-kummerċ lokali — Taxxa annwali stabbilita abbażi ta’ rata fissa — Kunċett ta’ “dazji [taxxi] fil-forma ta’ miżati jew drittijiet”
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuta kull sena minn kull impriża fid-dawl tal-iskrizzjoni tagħha fir-reġistru tal-impriżi, anki jekk tali iskrizzjoni għandha effett kostituttiv għall-kumpanniji b’kapital azzjonarju u jekk din it-taxxa hija dovuta wkoll minn dawn il-kumpanniji għall-perijodu li matulu huma jwettqu biss attivitajiet preparatorji għall-operat ta’ impriża.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-141/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 39 KE sa 42 KE - Moviment liberu tal-persuni - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Rifjut ta’ ħlas ta’ ċerti benefiċċji - Ħaddiema impjegati fuq riggijiet taż-żejt fil-Pajjiżi l-Baxxi - Ammissibbiltà tar-rikors)
2012/C 165/03
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. van Beek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentant: C.M. Wissels, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u E. Silveira, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3(1) u 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) u tal-Artikoli 45 sa 48 TFUE — Rifjut ta’ ħlas ta’ ċerti benefiċċji lil ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea impjegati fuq riggijiet taż-żejt fil-Pajjiżi l-Baxxi.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Il-Litwanja) — F-Tex SIA vs Lietuvos-Anglijos UAB “Jadecloud-Vilma”
(Kawża C-213/10) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ azzjoni relatata ma’ proċedura ta’ insolvenza u li hija marbuta mill-qrib magħha - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1(1) u (2)(b) - Kunċetti ta’ ‘materji ċivili u kummerċjali’ u ta’ “falliment” - Azzjoni ppreżentata fuq il-bażi ta’ ċessjoni, mil-likwidatur, tad-dritt tiegħu ta’ revoka)
2012/C 165/04
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: F-Tex SIA
Konvenut: Lietuvos-Anglijos UAB “Jadecloud-Vilma”
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 19) u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex actio pauliana li hija direttament u strettament marbuta ma’ proċedura ta’ insolvenza tiġi deċiża — Kunflitt ta’ ġurisdizzjoni bejn il-qorti li fiha titmexxa l-proċedura ta’ insolvenza u l-qorti tad-domiċilju tal-konvenut — Actio pauliana ppreżentata wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza, mill-uniku kreditur tal-kumpannija falluta, fi Stat Membru li huwa differenti mill-Istat Membru li fih titmexxa l-proċedura ta’ insolvenza, wara ċ-ċessjoni, mil-likwiditur lill-kreditur, tal-kreditu tal-kumpannija lejn terzi
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni mressqa kontra terz minn rikorrent li jaġixxi fuq il-bażi ta’ ċessjoni ta’ kreditu mogħtija mil-likwidatur innominat fl-ambitu ta’ proċedura ta’ insolvenza, li għandha bħala suġġett id-dritt ta’ revoka li dan il-likwidatur għandu taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għal din il-proċedura, taqa’ taħt il-kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Artegodan GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-221/10 P) (1)
(Appell - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jkun fihom l-amfepramone)
2012/C 165/05
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Artegodan GmbH (rappreżentanti: U. Reese, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Heller, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-3 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-429/05, Artegodan vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għad-danni ppreżentat skont l-Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, intiż sabiex jinkiseb kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 453, tad-9 ta’ Marzu 2000, dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jkun fihom l-amfepramone — Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE — Evalwazzjoni żbaljata tal-kriterji dwar l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Artegodan GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht — il-Ġermanja) — Galina Meister vs Speech Design Carrrier Systems GmbH
(Kawża C-415/10) (1)
(Direttivi 2000/43/KE, 2000/78/KE u 2006/54/KE - Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Ħaddiem li jallega b’mod plawżibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Dritt, għal dan il-ħaddiem, li jaċċedi għall-informazzjoni li tippreċiża jekk min iħaddem impjegax kandidat ieħor)
2012/C 165/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Galina Meister
Konvenuta: Speech Design Carrrier Systems GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesarbeitsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23), u tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplementa l-prinċipju tat trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l etniċità (ĠU L 180, p. 22), kif ukoll tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Trattament ugwali fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol — Oneru tal-prova — Dritt ta’ persuna, li l-applikazzjoni tagħha għal impjieg f’impriża privata ma ntagħżlitx, li tirċievi l-informazzjoni kollha dwar il-proċedura tal-għażla sabiex tkun tista’ tipprova diskriminazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprovdux id-dritt, għal ħaddiem li jallega b’mod plawżibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’avviż ta’ pożizzjoni vakanti u li ma ntgħażilx, li jaċċedi għall-informazzjoni li tippreċiża jekk min iħaddem, fi tmiem il-proċedura ta’ reklutaġġ, ikunx għażel kandidat ieħor.
Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li rifjut ta’ kwalunkwe aċċess għall-informazzjoni min-naħa tal-konvenuta jista’ jikkostitwixxi wieħed mill-elementi li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-istabbiliment tal-fatti li jippermettu li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża li għandha quddiemha, tistħarreġ jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — l-Isvezja) — Bonnier Audio AB, Earbooks AB, Norstedts Förlagsgrupp AB, Piratförlaget AB, Storyside AB vs Perfect Communication Sweden AB
(Kawża C-461/10) (1)
(Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Ipproċessar ta’ data permezz tal-internet - Preġudizzju għal dritt esklużiv - Kotba awdjo aċċessibbli bl-intermedjazzjoni ta’ server FTP permezz tal-internet b’indirizz IP ipprovdut mill-operatur tal-internet - Ordni indirizzata lill-operatur tal-internet sabiex jipprovdi l-isem u l-indirizz tal-utent tal-indirizz IP)
2012/C 165/07
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bonnier Audio AB, Earbooks AB, Norstedts Förlagsgrupp AB, Piratförlaget AB, Storyside AB
Konvenuta: Perfect Communication Sweden AB
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54) u tad-Direttiva 2004/48, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32) — Proprjetà intellettwali — Dritt esklużiv, li għandhom djar ta’ pubblikazzjoni, li jqegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kotba awdjo — Allegat ksur ta’ dan id-dritt sa fejn l-imsemmija kotba awdjo saru aċċessibbli permezz ta’ server FTP (File transfer protocol), programm ta’ qsim ta’ fajls permezz tal-internet — Ordni, indirizzata lill-operatur tal-internet li jipprovdi l-konnessjoni internet tas-server permezz tal-allokazzjoni ta’ indirizz IP, li jikkomunika lid-detentur tad-dritt tal-awtur informazzjoni fuq l-ismijiet u l-indirizzi ta’ persuni rreġistrati bħal utenti tal-imsemmi indirizz IP matul perijodu speċifiku
Dispożittiv
Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, istitwita abbażi tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li, għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ abbonat għall-internet jew ta’ utent tal-internet, tista’ tordna lil fornitur ta’ servizz tal-internet li jikkomunika lid-detentur ta’ dritt tal-awtur jew lill-aventi kawża tiegħu l-identità tal-abbonat li indirizz IP (protocol internet) li jkun serva għall-ksur tal-imsemmi dritt ġie allokat lilu, peress li tali leġiżlazzjoni ma taqax għalhekk taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2006/24.
Huwa irrilevanti, fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-Istat Membru kkonċernat għadu ma ttrasponiex id-Direttiva 2006/24 minkejja li t-terminu sabiex isir dan skada.
Id-Direttivi 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) u 2004/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din il-leġiżlazzjoni tippermetti, lill-qorti nazzjonali adita b’talba għal ordni li tikkomunika data personali, imressqa minn persuna li għandha locus standi, li tibbilanċja, skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull kawża u billi jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-interessi opposti involuti.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Wintersteiger AG vs Products 4U Sondermaschinenbau GmbH
(Kawża C-523/10) (1)
(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt” - Determinazzjoni tal-post fejn il-fatt dannuż seħħ jew fejn hemm riskju li jseħħ - Sit tal-internet ta’ fornitur ta’ servizz ta’ riferiment li jopera taħt isem ta’ top-level domain nazzjonali ta’ Stat Membru - Użu, minn min jirreklama, ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark irreġistrata fi Stat Membru ieħor)
2012/C 165/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wintersteiger AG
Konvenuta: Products 4U Sondermaschinenbau GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni dwar azzjoni intiża li tipprekludi r-reġistrazzjoni ta’ sinjal identiku għal trade mark minn fornitur ta’ servizzi li juża mutur ta’ tfittxija tal-internet sabiex itella’ fuq l-iskrin, wara li jintroduċi dan is-sinjal bħala terminu ta’ tfittxija (“AdWord”), avviż awtomatiku ta’ pubbliċità għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata it-trade mark inkwistjoni — Sitwazzjoni li fiha t-trade mark hija protetta fl-ewwel Stat Membru u l-imsemmi avviż ta’ pubbliċità jiffunzjona biss fit-top-level domain tal-imsemmi mutur ta’ tfittxija speċifiku għal Stat Membru ieħor, filwaqt li huwa aċċessibbli mill-ewwel Stat Membru u fil-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat tal-aħħar — Kriterji għad-determinazzjoni tal-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża dwar il-vjolazzjoni ta’ trade mark irreġistrata fi Stat Membru minħabba l-użu, minn min jirreklama, ta’ kelma identika għall-imsemmija trade mark fuq is-sit tal-internet ta’ mutur ta’ tfittxija li jopera taħt top-level domain nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor tista’ titressaq kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih it-trade mark hija rreġistrata kif ukoll quddiem dawk tal-Istat Membru tal-post fejn hija stabbilita l-persuna li qed tirreklama.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-549/10 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Abbuż - Suq tal-magni għall-ġbir ta’ kontenituri tax-xorb użati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE - Ftehim ta’ esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà)
2012/C 165/09
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS (rappreżentanti: O. W. Brouwer, avukat, J. Midthjell, avukat, A.J. Ryan, solicitor)
Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u N. Khan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-9 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża T-155/06, Tomra Systeme ASA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Marzu 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat-Trattat KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.113 — Prokent/Tomra), li timponi multa ta’ EUR 24 miljun lill-appellanti peress li implementaw, b’abbuż mill-pożizzjoni dominanti tagħhom, prattiki li jinkludu ftehim ta’ esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà sabiex jipprekludu jew idewwmu d-dħul ta’ manifatturi oħra fis-suq Awstrijaku, Ġermaniż, Olandiż, Norveġiż u Svediż tas-suq tal-magni għall-ġbir ta’ kontenituri tax-xorb użati, kif ukoll, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis sostanzjali tal-multa
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB u Tomra Butikksystemer AS huma kkundannati għall-ispejjeż. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — il-Belġju) — Pro-Braine ASBL et vs Commune de Braine-le-Château
(Kawża C-121/11) (1)
(Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart f’landfill - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-operat ta’ landfill awtorizzata, fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-impatt ambjentali - Kunċett ta’ “awtorizzazzjoni”)
2012/C 165/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pro-Braine ASBL, Michel Bernard, Charlotte de Lantsheere
Konvenut: Commune de Braine-le-Château
Fil-preżenta ta’: Veolia es treatment SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) kif ukoll tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 1, p. 248) — Deċiżjoni dwar it-tkomplija ta’ tħaddim ta’ landfill awtorizzata, fin-nuqqas ta’ studju dwar l-effetti fuq l-ambjent — Kunċett ta’ “awtorizzazzjoni” — Kamp ta’ applikazzjoni
Dispożittiv
Id-deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat ta’ landfill eżistenti meħuda skont l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar it-terraferma, ma tikkostitwixxi “awtorizzazzjoni” skont l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, biss meta din id-deċiżjoni tawtorizza modifika jew estensjoni ta’ dik l-istallazzjoni jew sit, permezz ta’ xogħlijiet jew interventi li jinvolvu modifiki fl-aspett fiżiku li jista’ jkollhom effetti avversi sinjifikanti fuq l-ambjent skont l-interpretazzjoni tal-punt 13 tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, u li għalhekk tkun tikkostitwixxi “proġett” skont l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-297/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma - Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett tal-baċin tax-xmara - Pubblikazzjoni - Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku - Nuqqas ta’ notifika lill-Kummissjoni)
2012/C 165/11
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u I. Hadjiyiannis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant:G. Karipsiadis, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 13(1), (2), (3), (6), 14(1)(ċ) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett tal-baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku — Nuqqas ta’ notifika lill-Kummissjoni tal-kopji tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar
Dispożittiv
(1) |
Peress illi, sat-22 ta’ Diċembru 2009, hija ma fasslitx il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, kemm għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jinsabu totalment fit-territorju nazzjonali tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali, u peress illi ma bagħtitx lill-Kummissjon Ewropea, sat-22 ta’ Marzu 2010, kopja ta’ dawn il-pjanijiet, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13(1) sa, (3) u (6) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u barra minn hekk, peress illi ma neditx, sa l-iktar tard it-22 ta’ Diċembru 2008, il-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva. |
(2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Zakopanem (il-Polonja) fit-23 ta’ Jannar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak
(Kawża C-31/12)
2012/C 165/12
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Zakopanem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni leġiżlattiva li tistabbilixxi l-kunċetti u l-projbizzjonijiet leġali deskritti fl-Artikolu 29 tal-Liġi tad-19 ta’ Novembru 2009 dwar il-logħob tal-ażżard (ustawa z dnia 19 listopada 2009 r. o grach hazardowych, Dz. U. Nru 201, pożizzjoni 1540, kif emendata) taqa’ taħt ir-regolamenti tekniċi li l-abbozzi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva?
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fl-10 ta’ Frar 2012 — Slovenská sporitel’ňa, a.s. vs Protimonopolný úrad Slovenskej republiky
(Kawża C-68/12)
2012/C 165/13
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Slovenská sporitel’ňa, a.s.
Konvenut: Protimonopolný úrad Slovenskej republiky
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 101(1) TFUE [ex Artikolu 81(1) KE] jista’ jiġi interpretat fis-sens li għandu rilevanza legali l-fatt li kompetitur (impriża) li jkun affettwat minn akkordju bejn kompetituri oħra (impriżi) kien jopera fis-suq inkwistjoni b’mod illegali meta ġie konkluż l-akkordju? |
(2) |
Il-fatt li, meta ġie konkluż l-akkordju, il-legalità tal-aġir tal-kompetitur (impriża) inkwistjoni ma ġietx ikkontestata mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti fit-territorju tar-Repubblika Slovakka għandu rilevanza legali għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE [ex Artikolu 81(1) KE]? |
(3) |
L-Artikolu 101(1) TFUE [ex Artikolu 81(1) KE] jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni ta’ akkordju restrittiv għall-kompetizzjoni teħtieġ il-prova ta’ aġir personali tar-rappreżentant awtorizzat jew ta’ ftehim partikolari li, permezz tiegħu, ir-rappreżentant awtorizzat ta’ impriża li pparteċipat jew li hija ssusspettata li pparteċipat fil-ftehim restrittiv għall-kompetizzjoni jkun awtorizza, taħt forma ta’ mandat, l-aġir tal-impjegat tiegħu, fil-każ fejn l-impriża ma tkunx tbiegħdet minn tali aġir u, fl-istess ħin, il-ftehim ikun ġie implementat? |
(4) |
L-Artikolu 101(3) TFUE [ex Artikolu 81(3) KE] jista’ jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal ftehim ipprojbit mill-Artikolu 101(1) TFUE [ex Artikolu 81(1) KE] li, min-natura tiegħu, għandu l-effett li jeskludi mis-suq kompetitur (impriża) individwali partikolari, li fir-rigward tiegħu ġie sussegwentement stabbilit li kien iwettaq tranżazzjonijiet f’valuta barranija, fis-suq tat-tranżazzjonijiet bla ħlas fi flus kontanti, mingħajr ma kellu l-liċenzja kif rikjesta għal dan il-għan mil-leġiżlazzjoni nazzjonali? |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/8 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2012 minn Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-208/06, Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-70/12 P)
2012/C 165/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV, Quinn Plastics GmbH (rappreżentanti: F. Wijckmans, avukat u M. Visser, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
prinċipalment, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn tikkonstata li l-appellanti kisru l-Artikolu 101 TFUE u sa fejn tonqos milli tannulla, minħabba f’hekk, l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn jikkonċerna lill-appellanti, |
— |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, hija naqqset biss b’10 % l-ammont inizzjali tal-multa u ma annullatx il-parti tad-deċiżjoni li tinkludi fil-kalkolu tal-multa żieda minħabba t-tul tal-ksur, |
— |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ma tannullax il-parti tad-deċiżjoni li tillimita għal 25 % it-tnaqqis tal-ammont bażiku minħabba trattament differenti u tiffissa, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, perċentwali iktar għoli li jirrifletti n-nuqqas ta’ responsabbiltà tal-appellanti għall-akkordju sa fejn jestendi għal komponenti tal-forom magħmula mill-PMMA u l-folji f’tagħmir sanitarju magħmula mill-PMMA, billi tiggarantixxi hekk li tali tnaqqis ikbar, ikun konformi mall-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità, |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH jitolbu l-annullament, kif speċifikat fl-appell tagħhom, tas-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2011 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-208/06, Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija dwar allegat akkordju li jikkonsisti f’għadd ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma antikompetittivi fis-settur tal-metakrilati [Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati)]. Is-sentenza tikkonstata li Quinn Barlo Ltd, Quinn Platics NV u Quinn Plastics GmbH kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) billi pparteċipaw f’għadd ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma dwar folji solidi tal-polimetakrilit tal-metil u żżomm lil dawn il-kumpanniji responsabbli għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju minn April 1998 sal-aħħar ta’ Ottubru 1998 u mill-24 ta’ Frar 2000 sal-21 ta’ Awwissu 2000.
Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH jinvokaw tliet aggravji insostenn tal-appell tagħhom.
L-ewwel aggravju, ippreżentat prinċiplament, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat id-dritt tal-Unjoni billi sabet ksur tal-Artikolu 101 TFUE u/jew wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003 (1). Il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali t-tnejn li huma adottaw il-pożizzjoni legali li tgħid li ksur tal-Artikolu 101 TFUE kien ġie stabbilit skont kif meħtieġ mil-liġi billi ġie applikat kriterju legali li jikkonsisti (i) fil-prova tal-preżenza tal-appellanti għall-erbgħa laqgħat u (ii) fin-nuqqas ta’ prova ta’ disassoċjazzjoni pubblika tal-appellanti mill-kontenut ta’ dawn il-laqgħat. B’hekk, il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali t-tnejn li huma naqsu milli jiħdu inkunsiderazzjoni kunsiderazzjonijiet oġġettivi u mhux ikkontestati li juru li dan il-kriterju legali ma kienx adattat u, fi kwalunkwe każ, kien insuffiċjenti sabiex jippermetti li jiġi kkonstatat li l-appellanti kienu kisru l-Artikolu 101 TFUE. Konsegwentement, billi bbażaw ruħhom fuq dan il-kriterju, il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali naqsu milli josservaw l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003 u ma stabbilewx kif meħtieġ mil-liġi l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE.
It-tieni aggravju huwa magħmul minn żewġ partijiet. L-ewwel parti tat-tieni aggravju, ippreżentat sussidjarjament, tikkritika l-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma osservatx il-prinċipju ġenerali ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza meta biddlet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tat-tul tal-allegat ksur. Abbażi tal-preżunzjoni ġenerali ta’ innoċenza, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx testendi t-tul tal-ewwel perijodu ta’ allegata parteċipazzjoni lil hinn mid-data tat-tieni laqgħa. It-tieni parti tat-tieni aggravju, ippreżentat sussidjarjament, hija bbażata fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li żżid, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, l-ammont inizjali b’10 % jikkostitwixxi żball ta’ liġi, peress li tali deċiżjoni ma tosservax il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ trattament ugwali. Fil-kuntest taż-żewġ partijiet tat-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003.
It-tielet motiv, ippreżentat sussidjarjament, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali meta kkonfermat it-tnaqqis ta’ 25 % tal-ammont bażiku u ma applikatx tnaqqis addizzjonali. B’hekk, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/9 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-62/09 — Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-120/12 P)
2012/C 165/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Bariatrix Europe Inc., SAS
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali (li kienet il-Qorti tal-Prim’Istanza) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-62/09; |
— |
tordna lill-UASI tħallas l-ispejjeż tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata fuq il-bażi ta’ ksur mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) (li issa sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2)) u fuq il-bażi ta’ użu ħażin ta’ poter. Skont l-appellanti l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 meta ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien fis-sewwa meta ma kkunsidrax id-dokumenti u l-provi miġjuba mill-appellanti. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Bord legalment irrifjuta li jeżerċita d-diskrezzjoni meta rrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-isemmija dokumenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 79, p. 1
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/10 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-109/09: Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-121/12 P)
2012/C 165/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Valfleuri Pâtes alimentaires SA
Talbiet tal-appellant
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali (Qorti tal-ewwel istanza) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-109/09; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2)] u abbażi ta’ użu ħażin ta’ poter. Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 meta ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien korrett meta ma ħax inkunsiderazzjoni dokumenti u provi prodotti mill-appellant. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Bord legalment irrifjuta li jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu meta naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-dokumenti msemmija iktar ’il fuq.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/10 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-152/09 — Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-122/12 P)
2012/C 165/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Valfleuri Pâtes alimentaires SA
Talbiet tal-appellant
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali (Qorti tal-ewwel istanza) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-152/09; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) (CMTR) [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (2)] u abbażi ta’ użu ħażin ta’ poter. Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 meta ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien korrett meta ma ħax inkunsiderazzjoni dokumenti u provi prodotti mill-appellant. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Bord legalment irrifjuta li jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu meta naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-dokumenti msemmija iktar ’il fuq.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 146
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fid-9 ta’ Marzu 2012 — Google Spain, S.L., Google, Inc. vs Agencia de Protección de Datos (AEPD), Mario Costeja González
(Kawża C-131/12)
2012/C 165/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Nacional
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Google Spain, S.L. u Google, Inc.
Konvenuti: Agencia de Protección de Datos (AEPD) u Mario Costeja González
Domandi preliminari
(1) |
F’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 95/46/KE (1) u, konsegwentement, tal-leġiżlazzjoni Spanjola dwar il-protezzjoni tad-data personali:
|
(2) |
F’dak li jirrigwarda l-attività tal-muturi ta’ riċerka bħala fornituri ta’ kontenut b’konnessjoni mad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali:
|
(3) |
F’dak li jikkonċerna l-portata tad-dritt li jinkiseb it-tħassir u/jew li ssir oppożizzjoni għall-ipproċessar ta’ data li tikkonċerna lill-persuna kkonċernata, b’relazzjoni mad-“dritt li jintesa’”, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi jekk:
|
(1) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Marzu 2012 — Pensionsversicherungsanstalt vs Peter Brey
(Kawża C-140/12)
2012/C 165/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pensionsversicherungsanstalt
Konvenut: Peter Brey
Domanda preliminari
L-allowance kumpensatorja għandha tiġi kkunsidrata bħala benefiċċju ta’ “għajnuna soċjali” fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004 (1)?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/12 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-143/12)
2012/C 165/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u S. Petrova, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonstata li, billi naqset milli toħroġ awtorizzazzjonijiet skont l-Artikoli 6 u 8, li terġa’ teżamina u, jekk ikun neċessarju, taġġorna l-awtorizzazzjonijiet eżistenti u li tiżgura li l-installazzjonijiet kollha eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13 kif ukoll tal-Artikoli 14(a) u (b), u 15(2) tad-Direttiva IPPC, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Direttiva IPPC) (1); |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva IPPC, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa skont l-Artikoli 6 u 8 jew, bil-mod xieraq, permezz tal-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u, jekk ikun neċessarju, l-aġġornament tagħhom, sabiex l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, kif ukoll tal-Artikoli 14(a) u (b), 15(2), u 5(1) tad-Direttiva IPPC, u dan mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007.
Fit-3 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet ittra ta’ intimazzjoni, billi kkunsidrat li l-konvenuta ppermettiet l-operazzjoni ta’ numru kbir ta’ installazzjonijiet eżistenti (1 647 installazzjoni) li ma kellhomx permess konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva IPPC. Fil-mument li ntbagħtet l-opinjoni motivata, 748 installazzjoni eżistenti kien għad ma kellhomx permess konformi mal-Artikolu 5(1) tad-direttiva.
Għalkemm is-sitwazzjoni tjiebet minn dak iż-żmien, fil-mument tal-preżentata tal-preżenti rikors, erba’ installazzjonijiet eżistenti komplew jiġu operati mir-Repubblika Franċiża mingħajr awtorizzazzjoni konformi mad-direttiva.
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Repubblika Franċiża baqgħet ma temmietx il-ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva IPPC.
(1) ĠU L 24, p. 8.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/13 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2012 minn Xeda International SA u Pace International LLC mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fid-19 ta’ Jannar 2012 fil-Kawża T-71/10: Xeda International SA u Pace International LLC vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-149/12 P)
2012/C 165/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Xeda International SA, Pace International LLC (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-71/10; u |
— |
tannulla d-deċiżjoni li ma tiġix inkluża d-diphenylamine (“DPA”) fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1) u li tordna lill-Istati Membri jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-DPA sat-30 ta’ Mejju 2010; jew |
— |
sussidjarjament, tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors tal-appellanti għal annullament; u |
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż (inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali). |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jissottomettu li, billi ċaħdet ir-rikors tagħhom għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix id-DPA fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/404/KEE u li tordna lill-Istati Membri jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-DPA sat-30 ta’ Mejju 2010, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kkommettiet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-fatti u tal-qafas legali li japplika għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Bħala riżultat il-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji ta’ liġi, b’mod partikolari:
— |
Billi qieset li l-kwistjoni ta’ possibbiltà ta’ formazzjoni ta’ nitrosammini ma kinitx il-motivazzjoni prinċipali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, meta r-raġunament mogħti mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza kien juri teżi opposta. |
— |
Billi ħolqot konfużjoni bejn żewġ stadji fil-proċess ta’ valutazzjoni tad-DPA skont ir-Regolament 1490/2002 (2), kif emendat bir-Regolament 1095/2007 (3), li wassal lill-Qorti Ġenerali tiddeċiedi b’mod żbaljat li d-dritt tad-difiża tal-appellanti ma nkisirx. |
— |
Billi sabet li l-kwistjoni li tikkonċerna l-formazzjoni possibbli tan-nitrosammini tqajjmet f’Ġunju 2008 minflok f’Jannar 2008 kif jidher ċar mill-provi dokumentarji, invalidat id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li d-dewmien fil-proċess min-naħa tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel bl-ebda mod ma ċaħad lill-appellanti mid-dritt tagħhom li jirtiraw l-appoġġ għall-inklużjoni tad-DPA fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE. |
Għal dawn il-motivi, l-appellanti jitolbu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-71/10 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix id-DPA fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li tordna lill-Istati Membri jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-DPA sat-30 ta’ Mejju 2010, għandhom jiġu annullati.
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002, tal-14 ta’ Awwissu 2002, li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 524).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 246, p. 19)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna — (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Marzu 2012 — Sani Treid EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite
(Kawża C-153/12)
2012/C 165/22
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sani Treid EOOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni”, għall-belt ta’ Varna, tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul Pubbliku)
Domandi preliminari
(1) |
Il-kunċett ta’ avveniment li jagħti lok għal ħlas ta’ taxxa fis-sens tal-Artikolu 62(1) tad-Direttiva 2006/112 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wkoll l-operazzjonijiet eżentati, inklużi dawk li jitwettqu minn persuna li la għandha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli fis-sens tat-Titolu III tad-Direttiva u lanqas dik ta’ persuna responsabbli għall-ħlas fis-sens tat-Taqsima I tal-Kapitolu I tat-Titolu XI tal-istess direttiva? |
(2) |
L-Artikoli 62 u 63 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tqis bħala data ta’ avveniment li jagħti lok għal ħlas id-data li fiha tkun twettqet l-operazzjoni eżentata minflok id-data li minnha din għandha tkun suġġetta għall-VAT? |
(3) |
L-Artikolu 63 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi dispożizzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li jipprovdu li d-data tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT fuq provvista ta’ ċerti partijiet ta’ bini hija mhux dik li fiha jsir it-trasferiment tal-proprjetà, iżda ferm qabel, jiġifieri meta tingħata il-kunsiderazzjoni miftiehma fl-għamla ta’ operazzjoni eżentata minn persuna li la għandha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli u lanqas dik ta’ persuna responsabbi għall-ħlas? |
(4) |
L-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li torbot il-bidu tar-responsabbiltà tal-ħlas tal-VAT mat-twettiq ta’ ħlas li jsir kompletament jew parzjalment permezz ta’ merkanzija jew servizzi? |
(5) |
L-Artikoli 73 u 80 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li meta l-kunsiderazzjoni għall-provvista jew l-għoti tkun kompletament jew parzjalment prevista f’merkanzija jew servizzi, il-valur taxxabbli tal-provvista u/jew tal-għoti għandu jikkorrispondi, fi kwalunkwe każ, għall-valur tas-suq mifuħ tal-operazzjoni? |
(1) ĠU L 347, p. 1.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-2 ta’ April 2012 — Società Airport Shuttle Express scarl u Giovanni Panarisi vs Comune di Grottaferrata
(Kawża C-162/12)
2012/C 165/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Società Airport Shuttle Express scarl u Giovanni Panarisi.
Konvenut: Comune di Grottaferrata.
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikoli 49 TFUE, 3 TUE, 3, 4, 5 u 6 TFUE, 101 u 102 TFUE kif ukoll ir-Regolament KEE Nru 2454/1992 (1) u r-Regolament KE Nru 12/1998 (2) jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikoli 3(3) u 11 tal-Liġi Nru 21 tal-1992 fil-partijiet li fihom dawn jistabbilixxu rispettivament li “3. Is-sede tat-trasportatur u l-garaxx għandhom jinsabu esklużivament fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni” u li “…[I]l-prenotazzjonijiet ta’ trasport għas-servizz ta’ kiri b’xufier għandhom jitwetqqu mal-garaxx. Il-bidu u t-tmiem ta’ kull servizz ta’ kiri b’xufier għandhom iseħħu fil-garaxx li jinsab fil-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni, b’ritorn fl-istess garaxx, filwaqt li l-ġbir u l-wasla fid-destinazzjoni tal-utent jistgħu jseħħu anki fit-territorju ta’ komuni oħra. …”? |
(2) |
L-Artikoli 49 TFUE, 3 TUE, 3, 4, 5 u 6 TFUE, 101 u 102 TFUE kif ukoll ir-Regolament KEE Nru 2454/1992 u r-Regolament KE Nru 12/1998 jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 10 tal-Liġi Reġjonali tal-Lazio tas-26 ta’ Ottubru 1993 Nru 58 fil-partijiet li fihom dawn jistabbilixxu rispettivament li “… [I]l-ġbir tal-utent jew il-bidu tas-servizz għandhom iseħħu fi ħdan it-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni” u li “… [i]l-ġbir tal-utent u l-bidu tas-servizz għandhom iseħħu esklużivament fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni u għandhom jitwettqu lejn kwalunkwe destinazzjoni, bil-kunsens minn qabel tax-xufier għad-destinazzjonijiet barra mit-territorju komunali …”? |
(1) ĠU L 251, p. 1.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 501.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-2 ta’ April 2012 — Società Cooperativa Autonoleggio Piccola arl u Gianpaolo Vivani vs Comune di Grottaferrata
(Kawża C-163/12)
2012/C 165/24
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Società Cooperativa Autonoleggio Piccola arl u Gianpaolo Vivani.
Konvenut: Comune di Grottaferrata.
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikoli 49 TFUE, 3 TUE, 3, 4, 5 u 6 TFUE, 101 u 102 TFUE kif ukoll ir-Regolament KEE Nru 2454/1992 (1) u r-Regolament KE Nru 12/1998 (2) jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikoli 3(3) u 11 tal-Liġi Nru 21 tal-1992 fil-partijiet li fihom dawn jistabbilixxu rispettivament li “3. Is-sede tat-trasportatur u l-garaxx għandhom jinsabu esklużivament fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni” u li “… [I]l-prenotazzjonijiet ta’ trasport għas-servizz ta’ kiri b’xufier għandhom jitwetqqu mal-garaxx. Il-bidu u t-tmiem ta’ kull servizz ta’ kiri b’xufier għandhom iseħħu fil-garaxx li jinsab fil-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni, b’ritorn fl-istess garaxx, filwaqt li l-ġbir u l-wasla fid-destinazzjoni tal-utent jistgħu jseħħu anki fit-territorju ta’ komuni oħra. …”? |
(2) |
L-Artikoli 49 TFUE, 3 TUE, 3, 4, 5 u 6 TFUE, 101 u 102 TFUE kif ukoll ir-Regolament KEE Nru 2454/1992 u r-Regolament KE Nru 12/1998 jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 10 tal-Liġi Reġjonali tal-Lazio tas-26 ta’ Ottubru 1993 Nru 58 fil-partijiet li fihom dawn jistabbilixxu rispettivament li “… [I]l-ġbir tal-utent jew il-bidu tas-servizz għandhom iseħħu fi ħdan it-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni” u li “… [i]l-ġbir tal-utent u l-bidu tas-servizz għandhom iseħħu esklużivament fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni u għandhom jitwettqu lejn kwalunkwe destinazzjoni, bil-kunsens minn qabel tax-xufier għad-destinazzjonijiet barra mit-territorju komunali …”? |
(1) ĠU L 251, p. 1.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 501.
Il-Qorti Ġenerali
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2012 — Movimondo Onlus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-329/05) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim qafas ta’ sħubija bejn l-ECHO u organizzazzjonijiet bi skop umanitarju - Ftehim ta’ sussidju - Sospensjoni tal-ħlas)
2012/C 165/25
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Movimondo Onlus — Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment P. Vitali, G. Verusio, G. M. Roberti u A. Franchi, sussegwentement P. Vitali, G. Verusio u A. Franchi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u F. Moro, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 238 KE sabiex jinkiseb il-ħlas tal-ammonti dovuti skont ftehim ta’ sussidju u, sussidjarjament, rikors għall-annullament ta’ żewġ ittri tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju u tas-27 ta’ Lulju 2005.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Movimondo Onlus — Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale hija kkundannata għall-ispejjeż. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-554/08) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza għan-negozju, teknika u proġetti għal applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Kriterji ta’ għażla u ta’ għotja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2012/C 165/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, P. Katsimani u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u E. Manhaeve, sussegwentement E. Manhaeve, aġent, assistiti minn C. Erkelens, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2008, li ma tilqax l-offerta magħmula mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpanniji oħra fil-kuntest ta’ proċedura tas-sejħa għal offerti “TAXUD/2007/AO-005” fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza għan-negozju, teknika, u proġetti għal applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni (TIMEA) kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha ulterjuri inkluża dik li l-kuntratt jingħata lill-offerent magħżul, mressqa abbażi tal-Artikolu 225 KE u l-Artikolu 230 KE, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni, imressqa abbażi tal-Artikolu 225 KE, l-Artikolu 235 KE u l-Artikolu 288 KE.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-49/09) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi relatati mal-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali ‘Politika reġjonali’ - Rifjut tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Trattament ugwali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2012/C 165/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u E. Manhaeve, sussegwentement E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avocats)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Novembru 2008, li tiċħad l-offerta magħmulha mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti REGIO-A4-2008-01, intiża għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali “Politika Reġjonali”, (ĠU 2008/S 117-155067), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2012 — Würth u Fasteners (Shenyang) vs Il-Kunsill
(Kawża T-162/09) (1)
(Rikors għal annullament - Dumping - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2012/C 165/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Adolf Würth GmbH & Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja); u Arnold Fasteners (Shenyang) Co. Ltd (Shenyang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Karl u M. Mayer, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u B. Martenczuk, aġent); u European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Adolf Würth GmbH & Co. KG u Arnold Fasteners (Shenyang) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISBL. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2012 — De Nicola vs BEI
(Kawża T-37/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni tal-2006 - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Portata tal-istħarriġ - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Talba għad-danni)
2012/C 165/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-30 ta’ Novembru 2009, De Nicola vs BEI, (F-55/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-30 ta’ Novembru 2009, De Nicola vs BEI (F-55/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) hija annullata, inkwantu din tiċħad, l-ewwel nett, it-talbiet ta’ Carlo De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), it-tieni nett, it-talbiet tiegħu intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ rifjut tal-promozzjoni tiegħu fil-kuntest tas-sena 2006, kif ukoll tal-atti kollha relatati, konsekuttivi u qabel din id-deċiżjoni, u t-tielet nett, it-talbiet tiegħu intiżi għar-rikonoxximent tar-responsabbiltà tal-BEI minħabba l-fastidju li huwa kien eżerċita fir-rigward tiegħu u intiżi għall-kumpens għad-danni allegati f’dan ir-rigward. |
(2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
(3) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
(4) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Samskip Multimodal Container Logistics vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-166/10) (1)
(Rikors għal annullament - Deċiżjoni li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja intiża sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija - Programm Marco Polo II - Rexissjoni tal-ftehim ta’ sussidju u abbandun definittiv tal-proġett - Estinzjoni tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 165/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Multimodal Container Logistics BV (’s-Gravenzande, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Platteau, Y. Maasdam u P. Broers, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson, aġent, assistit minn J. Grayston u P. Gjørtler, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 580, tas-27 ta’ Jannar 2010, dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-proposti għal azzjonijiet sottomessi fil-kuntest tal-proċedura ta’ għażla 2009, fil-programm tal-Unjoni “għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija” (il-programm Marco Polo II), sa fejn tagħżel il-proposta TREN/B4/SUB/01-2009 MP-II/6, dwar il-proġett G2G@2XL, għal finanzjament li jammonta għal EUR 2 190 539.
Dispożittiv
(1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati erbgħa minn ħames partijiet tal-ispejjeż ta’ Samskip Multimodal Container Logstics BV u erbgħa minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha. |
(3) |
Samskip Multimodal Container Logistics għandha tbati parti minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni u parti minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2012 — Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill
(Kawża T-509/10) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bl-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kompetenza tal-Kunsill - Użu ħażin ta’ poter - Dħul fis-seħħ - Nuqqas ta’ retroattività - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ liġi - Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari - Żball ta’ evalwazzjoni)
2012/C 165/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u É. Cujo, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Il-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni parti tal-ewwel motiv. |
(2) |
Sa fejn jikkonċernaw lil Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, huma annullati:
|
(3) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413 kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 jibqgħu fis-seħħ sa fejn jikkonċernaw lil Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, wara d-dħul fis-seħħ tagħha, jiġifieri fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sad-data effettiva tal-annullament tar-Regolament Nru 961/2010. |
(4) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran. |
(5) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2012 — Brainlab vs UASI (BrainLAB)
(Kawża T-326/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali BrainLAB - Nuqqas ta’ talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark - Kanċellazzjoni tat-trade mark wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 165/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brainlab AG (Feldkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2011 (Każ R 1596/2010-4), fir-rigward ta’ applikazzjoni għal restitutio in integrum u għat-talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark BrainLAB mressqa mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ April 2011 (Każ R 1596/2010-4) hija annullata. |
(2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Leifheit vs UASI (EcoPerfect)
(Kawża T-328/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EcoPerfect - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 165/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hasselblatt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K Klüpfel, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1658/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EcoPerfect bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Leifheit AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/19 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2012 — AX vs Il-Kunsill
(Kawża T-196/11)
2012/C 165/34
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AX (Polotsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, sa fejn hija tikkonċerna lir-rikorrent; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 84/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, sa fejn huwa jikkonċerna lir-rikorrent; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/174/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, sa fejn hija tikkonċerna lir-rikorrent; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 271/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, sa fejn huwa jikkonċerna lir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u ksur tad-dritt tad-difiża, peress li l-motivazzjoni tal-atti kkontestati ma tippermettix lir-rikorrent li jikkontesta l-validità tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali u ma tippermettix lil din tal-aħħar li teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tal-imsemmija atti. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni peress li, fid-dawl tal-fatti, l-atti kkontestati ma huma bl-ebda mod iġġustifikati. |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna d-dħul u l-passaġġ fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/20 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 — Bial — Portela vs UASI — Probiotical (PROBIAL)
(Kawża T-113/12)
2012/C 165/35
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bial — Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Probiotical SpA (Novara, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ R 1925/2010-4; |
— |
tordna lill-konvenut jiċħad l-għoti tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarju Nru 2408128 “PROBIAL”; u |
— |
tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva bil-blu skur u ċelesti “PROBIAL” għall-oġġetti fil-klassijiet 1, 5 u 31 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarju Nru 2408128
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: It-trade mark Portugiża b’reġistrazzjoni Nru 155284 tat-trade mark verbali “Bial”, għall-oġġetti fil-klassi 5; it-trade mark “Bial” li huwa magħruf sew fil-Portugall; it-trade mark Komunitarju b’reġistrazzjoni Nru 1400183 tat-trade mark figurattiva f’iswed u abjad “Bial”, għall-oġġetti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 42; it-trade mark Spanjol b’reġistrazzjoni Nru 2026481 tat-trade mark figurattiv f’iswed u abjad “Bial”, għal servizzi fil-klassi 35; reġistrazzjoni internazzjonali Nru 490635 għat-trade mark f’karattri standard “Bial”, għall-oġġetti fil-klassi 5; l-emblema tal-istabbiliment Nru 868 tas-sinjal figurattiv “Bial”; Isem tal-istabbliment Nru 35157 għall-kelma “Bial”; it-tip logo Nru 951 tas-sinjal figurattiv “Bial”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li t-trade marks inkwistjoni ma kinux jixxiebhu b’mod li joħolqu konfużjoni.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/21 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2012 — Bode Chemie vs UASI — Laros (sterilina)
(Kawża T-114/12)
2012/C 165/36
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bode Chemie GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laros Srl (Cremona, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 2423/2010-4; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-appell quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: is-sinjal figurattiv li fih l-elementi verbali “sterilina”, bil-kuluri abjad u aħmar għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8120032.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent.
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja “STERILLIUM” Nru 221168, għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Komunitarja figurattiva bil-kuluri blu u abjad “BODE Sterillium” Nru 6262257, għal prodotti fil-klassi 5.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn kuntrarjament għall-opinjoni tal-Bord tal-Appell, evalwazzjoni globali tal-kriterji rilevanti tal-identità u/jew xebh bejn il-prodotti, tax-xebh bejn is-sinjali u l-karattru distintiv tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni twassal biex tiddetermina probabbiltà ta’ konfużjoni għall-pubbliku.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/21 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 — USFSPEI u Loescher vs Il-Kunsill
(Kawża T-119/12)
2012/C 165/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (USFSPEI) (Brussell, il-Belġju) u Bernd Loescher (Rhode Saint Genèse, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/866/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2011, li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent Loescher kif ukoll lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, l-arretrati tar-remunerazzjoni u l-pensjoni li għandhom dritt għalihom mill-1 ta’ Lulju 2011 flimkien mal-intessi moratorji kkalkulati, sa mid-data minn meta saru dovuti l-arretrati, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għat-transazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid biż-żieda ta’ żewġ punti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill iħallas lill-USF u lir-rikorrenti EUR 1 simboliku bħala kumpens tad-danni morali subiti minħabba l-iżball fis-servizz imwettaq bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/866/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi ibbażati:
— |
minn naħa fuq il-ksur tal-Artikoli 64, 65 u 66a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 1 u 3 tal-Annesss XI tiegħu, tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ koerenza, li jirriżultaw mill-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u l-obbligu li jirriżulta mill-prinċipju patere legem quam ipse fecisti, u |
— |
min-naħa l-oħra, fuq ksur tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ġunju 1981, li tistabbilixxi proċedura ta’ konsultazzjoni tripartitika meta ma żgurax li l-fehmiet tal-persunal u tal-awtoritajiet amministrattivi jsiru effettivament magħrufa mir-rappreżentanti tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/22 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 — Shahid Beheshti University vs Il-Kunsill
(Kawża T-120/12)
2012/C 165/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Shahid Beheshti University (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u |
— |
tiddikjara d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, inapplikabbli għar-rikorrenti skont l-Artikolu 277 TFUE, u |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti, u |
— |
tiddikjara r-Regolament (UE) Nru 961/2010 inapplikabbli għar-rikorrenti skont l-Artikolu 277 TFUE, u |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti, u |
— |
tannulla d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2011 indirizzata lir-rikorrenti, u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, li tifforma l-bażi ġuridika tad-Deċiżjoni 2011/299/PESK, kif ukoll ksur tat-trattati u tad-dritt internazzjonali. Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi kkunsidrata inapplikabbli għar-rikorrenti. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tar-Regolament Nru 961/2010, li jifforma l-bażi ġuridika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 503/2011. Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 215 TFUE ma jistax jkun il-bażi legali tar-Regolament Nru 961/2010 peress li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, li għandu bħala għan li jimplementa fis-sistema ġuridika interna tal-Unjoni, ma ġietx adottata b’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE. Ir-Regolament Nru 961/2010 għandu għalhekk jiġi ddikjarat inapplikabbli għar-rikorrenti. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 215 TFUE matul il-proċess ta’ inklużjoni tar-rikorrenti fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 503/2011. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur, permezz tad-Deċiżjoni 2011/299/PESK u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 503/2011, tad-drittijiet għad-difiża, ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dritt għal protezzjoni ġuridika effettiva, billi l-Kunsill ma osservax id-dritt għal smigħ, l-obbligu ta’ notifika u l-obbligu ta’ motivazzjoni suffiċjenti. |
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
(6) |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għar-rispett tal-proprjetà. |
(7) |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-entitajiet sanzjonati tirriżulta minn żball ta’ fatt, sa fejn ir-rikorrenti ma hijiex, bħala università pubblika mogħnija b’personalità ġuridika mingħajr rappreżentazzjoni tal-Ministeru għad-Difiża u tas-sostenn loġistiku għall-forzi armati fil-korp ta’ tmexxija, miżmuma jew ikkontrollata minn dan il-Ministeru, u lanqas ma hija involuta fir-riċerka xjentifika fuq l-armi nukleari. |
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/23 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2012 — ActionSportGames vs UASI — FN Herstal (SCAR)
(Kawża T-122/12)
2012/C 165/39
Lingwa tar-rikors: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: ActionSportGames A/S (Humlebæk, id-Danimarka) (rappreżentant: W. Rebernik, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FN Herstal SA (Herstal, il-Belġju)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Jannar 2012 fil-Każ R 2096/2010-1; |
— |
tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-24 ta’ Settembru 2010 (Każ Nru B 1 344 904); |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ActionSportGames A/S
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “SCAR” għal prodotti fil-klassi 28 — Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 5 750 054.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: FN Hertsal SA
Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali Belġjana mhux irreġistrata “SCAR” għal prodotti fil-klassijiet 13 u 28.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-każ mibgħut lura quddiem l-imsemmija divizjoni.
Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni li bejn it-trade marks konfliġġenti, peress li l-prodotti inkwistjoni huma fundamentalment differenti, sa fejn il-prodotti ta’ FN Herstal jikkonsistu f’armi tan-nar reali għall-użu militari, filwaqt li l-prodotti tar-rikorrenti huma repliki ta’ armi u ġugarelli għall-isport u l-logħob.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/23 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2012 — Free vs UASI — Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)
(Kawża T-127/12)
2012/C 165/40
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Free (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Noble Gaming Ltd (Praga, ir-Repubblika Ċeka)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Diċembru 2011, fil-Każ R 2326/2010-2 |
— |
tiddeċiedi li t-trade marks preċedenti invokati u b’mod partikolari t-trade mark verbali Franċiża FREE Nru 1734391 jixbhu lit-trade mark ikkontestata “FREEVOLUTION TM”, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) u a fortiori fis-sens tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
tiddeċiedi li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għandha tiġi miċħuda, fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1)(b) u a fortiori fuq il-bażi tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009; u |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedura, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “FREEVOLUTION TM”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8206443.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Franċiża “free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX” Nru 99785839, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38; it-trade mark verbali Franċiża “FREE” Nru 1734391; it-trade mark verbali Franċiża “FREE MOBILE” Nru 73536224, għal prodotti fil-klassi 9; l-isem “FREE”, użat fid-dinja tal-kummerċ fi Franza; l-isem tad-domain “FREE.FR” użat fid-dinja tal-kummerċ
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, inkwantu trid issir distinzjoni fl-evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali fis-sens ta’ kull wieħed minn dawn l-artikoli; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, inkwantu teżisti tassew probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti; u, ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, inkwantu hemm rabta bejn it-trade marks “FREE” u “FREEVOLUTION TM” b’mod li minħabba l-eżistenza tat-trade mark ikkontestata jkun hemm vjolazzjoni tat-trade mark li għandha reputazzjoni “FREE”.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/24 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2012 — Spa Monopole vs UASI — Orly International (SPARITUAL)
(Kawża T-131/12)
2012/C 165/41
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Orly International, Inc. (Van Nuys, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 2396/2010-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SPARITUAL” għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3631884
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet Benelux tat-trade marks verbali “SPA” u “Les Thermes de Spa” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 32 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 fl-evalwazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade mark verbali “SPA” fil-klassi 32, u ksur tal-Artikolu 8(5) tal-imsemmi Regolament Nru 207/2009 fl-evalwazzjoni tar-riskju ta’ vantaġġ indebitu miksub mir-reputazzjoni tat-trade mark “SPA”.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/24 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2012 — Scooters India vs UASI — Brandconcern (LAMBRETTA)
(Kawża T-132/12)
2012/C 165/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scooters India Ltd (Sarojini Nagar, l-Indja) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brandconcern BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-parti tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2012 Każ R 2308/2010-1, li fiha l-appell tar-rikorrenti kontra r-revoka tat-trade mark fir-rigward tar-reġistrazzjoni tagħha għal prodotti fil-klassijiet 6 u 7, ġie miċħud; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż inkorsi minnha quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “LAMBRETTA”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 7 u 28 — reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1618982
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Raġunijiet tat-talba għal invalidità: il-parti bbażat it-talba tagħha skont l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: revoka tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Huwa sostnut li l-Bord tal-Appell wettaq żball fi tliet aspetti fl-evalwazzjoni tiegħu tal-provi skont l-Artikolu 51(1)(ċ). Kieku l-Bord tal-Appell applika korrettament il-ġurisprudenza fil-Kawża T-415/09 Vallis vs New Yorker u/jew La Mer Technology Inc vs Laboratoires Goëmar SA (Kawża C-259/02) u/jew eżamina l-evidenza kien jiddeċiedi li kien hemm użu ġenwin ta’ prodotti fil-klassijiet 6 u 7 bil-kunsens ta’ SIL.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/25 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2012 — Ben Ali vs Il-Kunsill
(Kawża T-133/12)
2012/C 165/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, intiża għall-iżvelar mill-Kummissjoni “tad-dokumenti kollha relatati mal-adozzjoni” tar-regolament ikkontestat; |
— |
tannulla r-regolament ikkontestat sa fejn dan jikkonċernaha; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma globali ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni differenti li huwa sofra; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 7 500 għall-ispejjeż tad-difiża tiegħu insostenn ta’ dan ir-rikors, minbarra l-ispejjeż li jistgħu jinġabru bħala spejjeż tad-difiża, skont l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1) u, minn naħa l-oħra, kumpens għad-dannu li r-rikorrent iqis li sofra.
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-301/11, Ben Ali vs Il-Kunsill (2).
(1) ĠU L 27, p. 11.
(2) ĠU C 226, p. 29.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/25 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2012 — Wehmeyer vs UASI — Cluett, Peabody (Fairfield)
(Kawża T-139/12)
2012/C 165/44
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wehmeyer GmbH & Co. KG (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cluett, Peabody & Co. Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 2509/2010-1; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “Fairfield”; u |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Fairfield”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6294342
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3079481 tat-trade mark figurattiva “FAIRFIELD BY ARROW”, għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: trade mark inkwistjoni parzjalment irrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta stabbilixxa li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trademarks.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/26 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2012 — Teva Pharma u Teva Pharmaceuticals Europe vs EMA
(Kawża T-140/12)
2012/C 165/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Teva Pharma BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Teva Pharmaceuticals Europe BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Anderson, QC (Queen’s Counsel), K. Bacon, barrister, G. Morgan u C. Drew, solicitors)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li tinsab fl-ittra tagħha tal-24 ta’ Jannar 2012, u li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tagħhom għal tqegħid fis-suq; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rifjut li tiġi vvalidata t-talba tagħhom għal awtorizzazzjoni ta’ verżjoni ġenerika ta’ prodott mediċinali orfni jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 (1) interpretat kif huwa xieraq. B’mod partikolari, tmur kontra l-formulazzjoni u s-sens tal-Artikolu 8, kif ukoll kontra l-politika li fuqha huwa bbażat dan ir-regolament u x-xogħol preparatorju tiegħu, l-esklużjoni ta’ verżjoni ġenerika ta’ prodott mediċinali orfni mis-suq għall-perijodu ta’ iktar minn għaxar snin previst mill-Artikolu 8(1) tal-imsemmi regolament. Ir-rikorrenti jallegaw ukoll li l-Artikolu 8(3) jippermetti li awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali simili tingħata matul dan il-perijodu ta’ għaxar snin, b’deroga mill-ewwel subartikolu, f’ċerti ċirkustanzi speċifikati. Madankollu, tali awtorizzazzjoni ma għandux ikollha l-effett li testendi l-esklużività kummerċjali ta’ għaxar snin għall-ewwel prodott mediċinali orfni.
(1) Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/26 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2012 — Pro-Duo vs UASI — El Corte Inglés (GO!)
(Kawża T-141/12)
2012/C 165/46
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pro-Duo (Gent, il-Belġju) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tissospendi l-azzjoni sakemm jintemmu l-proċedimenti ta’ invalidità Nru 5011 C; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Jannar 2012, fil-każ R 1373/2011-4, sa fejn din irrifjutat li tissospendi l-proċedimenti sakemm jintemmu l-proċedimenti ta’ invalidità, jew li tannulla d-deċiżjoni fl-intier tagħha; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Pro-Duo
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed, bl-abjad u bil-griż “GO!” għall-prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8859712
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6070981 tat-trade mark figurattiva “GO GLORIA ORTIZ”, għall-prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern wettaq żball ta’ liġi meta naqas milli jissospendi l-proċedimenti; u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tal-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonstata b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/27 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2012 — Aventis Pharmaceuticals vs UASI — Fasel (CULTRA)
(Kawża T-142/12)
2012/C 165/47
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aventis Pharmaceuticals, Inc. (New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fasel Srl (Bologna, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Jannar 2012 fil-Każ 2478/2010-1; |
— |
tagħti l-opinjoni u l-motivi tagħha dwar ix-xebh tas-sinjali, li kieku l-Bord tal-Appell applika l-fatti u t-testijiet t-tajba; u |
— |
tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri u f’dawk preċedenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “CULTRA”, għal prodotti fil-klassi 10 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7534035
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Ċeka rreġistrata bin-Nru 301724 għat-trade mark verbali “SCULPTRA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 44; it-trade mark Ġermaniża rreġistrata bin-Nru 30406574 għat-trade mark verbali “SCULPTRA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 44; it-trade mark Finlandiża rreġistrata bin-Nru 233638 għat-trade mark verbali “SCULPTRA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 44; it-trade mark tar-Renju Unit irreġistrata bin-Nru 2355273 għat-trade mark verbali “SCULPTRA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 44; it-trade mark Ungeriża rreġistrata bin-Nru 183214 għat-trade mark verbali “SCULPTRA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tar-Regola 50 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 kif ukoll tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell: (i) ibbaża r-raġunament u d-deċiżjoni tiegħu fuq fatt li ma kienx allegat jew sostnut mill-partijiet, u lanqas ma sar riferiment għalih fid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li s-sinjal inkwistjoni primarjament jew esklużivament kellu jiġi pperċepit bħala “ULTRA” b’element figurattiv tond; (ii) naqas milli jikkunsidra argumenti u provi importanti prodotti mir-rikorrenti, dwar ix-xebh kunċettwali, naqas milli jipparaguna b’mod korrett is-sinjali fir-rigward tal-impressjoni ġenerali tagħhom, u naqas milli japplika ir-regola ta’ paragun globali, kif stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja; (iii) naqas milli jevalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni bbażata biss fuq il-fatti li kellu quddiemu; u (iv) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni. b’mod legalment ġustifikabbli, l-interdipendenza ta’ fatturi globali relevanti, b’mod partikolari, l-identità jew ix-xebh tal-prodotti jew tas-servizzi, u x-xebh tas-sinjali.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/27 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-143/12)
2012/C 165/48
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, u U. Soltész, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 184 finali, tal-25 ta’ Jannar 2012, rigward l-Għajnuna C 36/2007 (ex NN 25/2007) mogħtija mill-Ġermanja favur Deutsche Post AG; |
— |
tannulla l-Artikoli 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 184 finali, tal-25 ta’ Jannar 2012, rigward l-Għajnuna C 36/2007 (ex NN 25/2007) mogħtija mill-Ġermanja favur Deutsche Post AG u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.
(1) |
L-ewwel motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE meta affermat li s-“sussidju rigward il-pensjonijiet” iffavorixxa impriża. Skont ir-rikorrenti, is-“sussidju rigward il-pensjonijiet” jingħata direttament lill-fond ta’ pensjoni għall-uffiċjali tal-posta u indirettament lill-uffiċjali rtirati mill-posta, u għaldaqstant huwa ma jingħatax lil impriża. Ir-rikorrenti ssostni li Deutsche Post AG lanqas ma tibbenefika minn għajnuna indiretta. |
(2) |
It-tieni motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE meta affermat li s-“sussidju rigward il-pensjonijiet” ikkumpensa l-ispejjeż li għandhom “normalment” jiġu sostnuti mill-impriżi. Ir-rikorrenti tqis li s-“sussidju rigward il-pensjonijiet” jikkumpensa l-ammont kollu ta’ spejjeż soċjali li huma partikolarment għolja u li l-impriżi “normalment” ma għandhomx isostnu. L-ispejjeż ikkumpensati minn dan is-sussidju jikkostitwixxu, barra minn hekk, fil-fehma tagħha, “spiża speċjali” fis-sens tas-sentenza Danske Busvognmænd (1). |
(3) |
It-tielet motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE [sussidjarjament, l-Artikolu 107(3) TFUE] meta ħadet inkunsiderazzjoni d-dħul mit-tariffi rregolati. Ir-rikorrenti tqis li l-“vantaġġ komparattiv” ma joriġinax mis-“sussidju rigward il-pensjonijiet”, li huma kompletament indipendenti minn xulxin. Il-“vantaġġ komparattiv” joriġina, fil-fehma tagħha, minn tariffi rregolati u, għaldaqstant, minn riżorsi differenti mir-riżorsi tal-Istat (sentenza PreussenElektra (2)). Ir-rikorrenti ssostni li ma hemm l-ebda kumpens doppju għall-ispejjeż. Għaldaqstant, l-ebda “għajnuna” ma tista’ tiġi ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern u rkuprata. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni teċċepixxi biss “għajnuna” sabiex tkun tista’ tirkupra b’mod retroattiv dħul mid-Deutsche Post AG. |
(4) |
Ir-raba’ motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 107 u 108 TFUE kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 (3), billi ordnat b’mod illegali, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat, l-irkupru ta’ dħul minn tariffi rregolati u billi, b’dan il-mod, għamlet użu ħażin mill-poter u mill-proċedura. Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni tista’ biss tirkupra dħul b’dan il-mod fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (4), u mhux fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għajnuna mill-Istat. |
(5) |
Il-ħames motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 107 u 108 TFUE kif ukoll ir-Regolament Nru 659/1999 billi bdiet b’mod illegali proċedura ta’ għajnuna mill-Istat kontra “sussidju trażversali” u billi, b’dan il-mod, għamlet użu ħażin mill-poter u mill-proċedura. Ir-rikorrenti tqis li l-allegat “sussidju trażversali” joriġina minn tariffi rregolati, jiġifieri minn riżorsi differenti mir-riżorsi tal-Istat, u li għaldaqstant huwa ma jikkostitwixxix għajnuna. Skont ir-rikorrenti, tali “sussidju trażversali” ma jistax, lanqas, ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ għajnuna mill-Istat. |
(6) |
Is-sitt motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE [sussidjarjament, l-Artikolu 107(3) TFUE] meta wettqet kalkoli żbaljati fit-tqabbil tal-ispejjeż soċjali. Ir-rikorrenti tqis li l-valur ta’ riferiment stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tal-kontribuzzjonijiet mis-salarju huwa, b’mod żbaljat, għoli wisq, peress li skont id-dritt Ġermaniż rigward l-assigurazzjoni soċjali, il-persuna li tħaddem issostni biss il-kontribuzzjonijiet dovuti inkwantu persuna li tħaddem. Peress li l-Kummissjoni diġà ħadet inkunsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet mis-salarju bażiku (“salarju gross fittizju”), it-teħid inkunsiderazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet fil-valur ta’ riferiment iwassal, skont ir-rikorrenti, għal kontabbiltà doppja. Ir-rikorrenti ssostni, barra minn hekk, li ż-żieda fis-salarju bażiku ma hijiex korretta, għaliex is-salarju tal-uffiċjali tal-posta huwa ogħla mil-livell ta’ salarju tal-kompetituri privati. |
(7) |
Is-seba’ motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE [sussidjarjament, l-Artikolu 107(3) TFUE] meta affermat li s-“sussidju rigward il-pensjonijiet” jikkostitwixxi wkoll għajnuna (inkompatibbli mas-suq intern) għall-perijodu bejn l-1995 u l-2002. |
(8) |
It-tmien motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(1) TFUE, u l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 meta affermat li s-sussidju rigward il-pensjonijiet jikkostitwixxi għajnuna ġdida. Ir-rikorrenti ssostni li l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. |
(9) |
Id-disa’ motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 14(1) u 7(5) tar-Regolament Nru 659/1999 meta ordnat lill-Ġermanja tirkupra l-għajnuna [Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata] u tipprekludi kull vantaġġ komparattiv fil-futur [Artikolu 4(4) tad-deċiżjoni kkontestata], meta fil-fatt dawn il-miżuri ma humiex parti mid-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-rikorrenti ssostni li l-irkupru previst mill-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata ma jirrigwardax l-“għajnuna”, iżda d-dħul ta’ Deutsche Post AG mit-tariffi rregolati tal-posta. Skont ir-rikorrenti, il-ksur ma jistax jitwaqqaf billi titnaqqas l-“għajnuna”. Fil-fatt, tnaqqis tas-“sussidju rigward il-pensjonijiet” ma għandu l-ebda effett fuq l-ammont tal-“vantaġġ komparattiv”. Ir-rikorrenti ssostni li t-twaqqif tal-ksur, stabbilit fl-Artikolu 4(4) tad-deċiżjoni kkontestata, jeżiġi tibdil fir-regolarizzazzjoni tal-prezzijiet u jippreġudika għaldaqsant is-sovranità regolamentari tal-Ġermanja. |
(10) |
L-għaxar motiv: minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u minħabba t-tul mhux xieraq tal-proċedura, l-imsemmija Kummissjoni kisret l-Artikolu 6 TUE, l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 659/1999 |
(1) Sentenza tas-16 ta’ Marzu 2004, Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni (T-157/01, Ġabra p. II-917).
(2) Sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra p. I-2099).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/29 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — Bayerische Motoren Werke vs UASI (ECO PRO)
(Kawża T-145/12)
2012/C 165/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 1418/2011-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ECO PRO” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 12 — Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali (RI) Nru W 1059979
Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark tar-rikorrenti ma hijiex ta’ karattru distintiv fis-sens ta’ dan l-artikolu.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/29 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2012 — Wünsche Handelsgesellschaft International vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-147/12)
2012/C 165/50
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Landry u G. Schwendinger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 02/09, tas-16 ta’ Settembru [K(2011) 6393 finali]; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 02/09, tas-16 ta’ Settembru 2011 [C(2011) 6393 finali], li permezz tagħha ġie deċiż li ma huwiex iġġustifikat li tingħata maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni f’każ partikolari, li fih ir-rikorrenti importat faqqiegħ ippreservat tat-tip Agaricus miċ-Ċina fis-snin 2004 u 2006.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.
(1) |
Ksur tal-Artikolu 220(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità
|
(2) |
Ksur tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità
|
(3) |
Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt
|
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/30 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2012 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-152/12)
2012/C 165/51
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 2 kif ukoll l-Artikoli 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Jannar 2012, rigward l-Għajnuna C 36/2007 (ex NN 25/2007) mogħtija mill-Ġermanja favur Deutsche Post AG (Dokument tal-Kummissjoni Nru C(2012) 184 finali); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti b’kollox tinvoka tlettax-il motiv.
A. |
Ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament tal-Artikolu 1 u tal-Artikoli 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2012:
|
B. |
Ir-rikorrenti tqajjem tliet motivi oħra insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2012:
|
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-16 ta’ Marzu 2004, Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni (T-157/01, Ġabra p. II-917).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
(3) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra p. I-2099).
(4) Sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2003, Altmark Trans (C-280/00, Ġabra p. I-7747).
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/31 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2012 — Schulze vs UASI — NKL (Klassiklotterie)
(Kawża T-155/12)
2012/C 165/52
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans Gerd Schulze (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lodigkeit, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NKL Nordwestdeutsche Klassenlotterie (Hamburg)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każ R 600/2011-4), sa fejn hija tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “Klassiklotterie”; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Klassiklotterie” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 28, 35 u 41 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 554 354)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: NKL Nordwestdeutsche Klassenlotterie
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża “NKL-Klassiklotterie”għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41 (Trade mark Nru 2 904 650)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/32 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2012 — Sweet Tec vs UASI (Forma ta’ ovali)
(Kawża T-156/12)
2012/C 165/53
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sweet Tec GmbH (Boizenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Nägele, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 542/2011-1, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 554 171; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta l-forma ta’ ovali, għal prodotti fil-klassijiet 16 u 30 (Applikazzjoni Nru 9 554 171).
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija ta’ karattru distintiv u ma tiddeskrivix il-prodotti inkwistjoni.
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/32 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2012 — Alstom et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-164/12)
2012/C 165/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alstom (Levallois Perret, Franza); Alstom Holdings (Levallois Perret); Alstom Grid SAS (Pariġi, Franza); u Alstom Grid AG (Oberentfelden, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Derenne, avukat, N. Heaton, P. Chaplin u M. Farley, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2012, li tinsab fl-ittri Nru D/2012/006840 u Nru D/2012/006863 li tittrażmetti lill-High Court of England and Wales ċerti dokumenti li ġew sottomessi mir-rikorrenti (jew mill-predeċessuri tagħhom) lill-Kummissjoni matul il-kors tal-investgazzjoni fil-Każ COMP/F/38.899 — Switchgear Iżolat bil-Gass (ĠU 2008 C 5, p. 7); u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li t-trażmissjoni tad-dokumenti inkwistjoni lill-High Court of England and Wales:
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni għandha tiġi annullata minħabba li:
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni li jiġu trażmessi dawn id-dokumenti lill-High Court of England and Wales tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi la kien xieraq u lanqas neċessarju għall-Kummissjoni li tittrażmetti l-verżjoni kunfidenzjali ta’ dawn id-dokumenti flimkien mal-annessi tagħhom lill-High Court Ingliża peress li l-annessi ma humiex rilevanti għall-kwistjonijiet ċentrali li l-High Court Ingliża jkollha tindirizza u l-Qorti Ġenerali ħalliet barra mis-sentenza tagħha fil-Kawża T-121/07 ir-riferimenti kollha għall-kontenut ta’ dawn id-dokumenti. |
(1) Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE għall-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE (ĠU 2004 C 101, p. 54)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/33 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2012 — Georgias et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/12)
2012/C 165/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aguy Clement Georgias (Harare, Iż-Zimbabwe); Trinity Engineering (Private) Ltd (Harare); u Georgiadis Trucking (Private) Ltd (Harare) (rappreżentanti: M. Robson u E. Goulder, Solicitors, u H. Mercer, Barrister)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kusill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni u/jew lill-Kunsill għall-ħlas tad-dannu kkawżat, riżultat tal-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe, billi jikkumpensaw lir-rikorrenti, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, għall-ammonti li ġejjin jew ammonti oħra li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huma xierqa:
|
— |
tordna jekk, u sa fejn il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa meħtieġ, evalwazzjoni tad-dannu soffert mir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni u/jew lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, li permezz tiegħu jixtiequ jiksbu ħlas għad-dannu min-naħa tal-UE minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq
|
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/34 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2012 — CHEMK u KF vs Il-Kunsill
(Kawża T-169/12)
2012/C 165/56
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) (Chelyabinsk, ir-Russja); u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (Novokuznetsk, ir-Russja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 60/2012 tas-16 ta’ Jannar 2012 li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw, inter alia, fir-Russja (ĠU L 22, p. 1), sa fejn taffettwa lir-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż inkorsi f’din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament Bażiku”) (ĠU L 343, p. 51)