ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.162.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 162

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
8 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 162/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6305 – DFDS/C.RO Ports/Älvsborg) ( 1 )

1

2012/C 162/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6439 – AGRANA/RWA/JV) ( 1 )

1

2012/C 162/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6446 – Pratt & Whitney/International Aero Engines) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 162/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2012/C 162/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Marzu 2012 rigward l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ emenda relatata mal-Każ COMP/38.695 – Klorat tas-Sodju – Rapportatur: Il-Bulgarija

4

2012/C 162/06

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/38.695 – Klorat tas-Sodju

5

2012/C 162/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2012 dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38.695 – Klorat tas-Sodju) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1965 final)  ( 1 )

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 162/08

Erkole II – Sejħa għall-proposti – OLAF/2012/D5/05 – Appoġġ Tekniku għall-Iskoperta tal-Preżenza tas-Sigaretti u t-Tabakk

8

2012/C 162/09

Avviż ta' laqgħa tal-kredituri ta’ AB bankas Snoras skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

11

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2012/C 162/10

Sejħa għall-Proposti – L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi tliet skemi ġodda ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS fi ħdan il-Programm tal-Għarfien tiegħu

12

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 162/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6573 – ForFarmers/Agricola) ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 162/12

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

16

2012/C 162/13

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6305 – DFDS/C.RO Ports/Älvsborg)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 162/01

Fit-2 ta’ April 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6305. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6439 – AGRANA/RWA/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 162/02

Fl-4 ta’ April 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6439. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6446 – Pratt & Whitney/International Aero Engines)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 162/03

Fl-4 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6446. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Ġunju 2012

2012/C 162/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2595

JPY

Yen Ġappuniż

100,08

DKK

Krona Daniża

7,4335

GBP

Lira Sterlina

0,80860

SEK

Krona Żvediża

8,9664

CHF

Frank Żvizzeru

1,2011

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5885

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,325

HUF

Forint Ungeriż

295,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6970

PLN

Zloty Pollakk

4,2700

RON

Leu Rumen

4,4658

TRY

Lira Turka

2,2964

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2613

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2892

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7716

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6272

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6025

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 472,47

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,4025

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0152

HRK

Kuna Kroata

7,5645

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 864,11

MYR

Ringgit Malażjan

3,9843

PHP

Peso Filippin

54,384

RUB

Rouble Russu

40,6410

THB

Baht Tajlandiż

39,649

BRL

Real Brażiljan

2,5557

MXN

Peso Messikan

17,5537

INR

Rupi Indjan

69,2030


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Marzu 2012 rigward l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ emenda relatata mal-Każ COMP/38.695 – Klorat tas-Sodju

Rapportatur: Il-Bulgarija

2012/C 162/05

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-perjodu u l-multa għandhom jitnaqqsu fil-każ tal-indirizzat.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multa.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/5


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/38.695 – Klorat tas-Sodju

2012/C 162/06

(1)

Fil-11 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (id-“Deċiżjoni”) (2), li, fost affarijiet oħra, timponi multa ta' EUR 9,9 miljun konġuntement u separatament fuq Aragonesas u Uralita talli bejn is-16 ta' Diċembru 1996 u d-9 ta' Frar 2000 kienu involuti fi ftehimiet u fi prattiki miftiehma fis-suq tal-klorat tas-sodju fiż-ŻEE. Fis-16 ta' Settembru 2008, Uralita ħallset il-multa proviżorjament.

(2)

Permezz tas-sentenza tal-25 ta' Ottubru 2011 fil-Każ T-348/08 Aragonesas vs. il-Kummissjoni  (3), il-Qorti Ġenerali sabet li Aragonesas kienet ipparteċipat fil-ksur għall-perjodu ta' bejn it-28 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998 biss u għalhekk annullat kompletament il-multa imposta mid-Deċiżjoni. Permezz tas-sentenza tal-25 ta' Ottubru 2011 fil-Każ T-349/08 Uralita vs. il-Kummissjoni  (4), il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-appell imressaq minn Uralita, u għaldaqstant ma mmodifikatx il-multa ta' EUR 9,9 miljun.

(3)

Fil-5 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni infurmat lil Uralita u lil Aragonesas bl-intenzjoni tagħha li mill-ġdid timponi multa fuq Aragonesas, ikkalkulata skont it-tul ta' żmien iqsar tal-involviment tagħha fil-ksur, hekk kif stabbilit mill-Qorti fil-Każ T-348/08, u li tallinja t-tul ta' żmien tar-responsabbiltà fil-ksur ta' Uralita ma' dak ta' Aragonesas. Fit-12 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni saret taf għall-ewwel darba li Aragonesas, li fl-2005 inbiegħet minn Uralita lil Ercros SA (“Ercros”), ma baqgħetx teżisti mill-31 ta' Mejju 2010, b'segwitu għall-amalgamazzjoni tagħha ma' Ercros.

(4)

Fit-23 ta' Jannar 2012, Uralita infurmat lill-Kummissjoni li [kunfidenzjali]. Għalhekk, Uralita ddikjarat [li taċċetta, mingħajr riżervi, ir-responsabbiltà tagħha għall-ksur li seħħ bejn it-28 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998 fir-rigward tal-proċedura tal-Kummissjoni fil-Każ 38.695 – Klorat tas-Sodju u li hija l-unika destinatarja ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' emenda adottata f’dik il-proċedura]. Fil-25 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni infurmat lil Uralita bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ta' emenda fir-rigward ta' Uralita biss, u tat ċans sat-8 ta' Frar 2012 biex l-impriża tippreżenta l-fehmiet tagħha. Fis-26 ta' Jannar 2012, Uralita infurmat lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda osservazzjoni oħra.

(5)

Fl-abbozz tad-deċiżjoni ta' emenda indirizzata lil Uralita, il-Kummissjoni: (i) tnaqqas il-perjodu tal-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur u tillimitah għall-perjodu ta' bejn it-28 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998; (ii) tistabbilixxi l-multa skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, li abbażi tiegħu Uralita hija l-unika waħda responsabbli mill-ksur, skont l-istess parametri użati fid-Deċiżjoni, minbarra għall-multiplikatur tat-tul ta' żmien li hu stabbilit għal 0,91 biex jirrifletti l-perjodu ta' żmien imnaqqas li matulu seħħ il-ksur.

(6)

L-abbozz tad-deċiżjoni ma fih l-ebda oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ma ngħatawx l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Barra minn hekk, matul din il-proċedura jien ma rċivejt l-ebda talba jew ilment mill-partijiet fil-proċedimenti. Fid-dawl ta' dan, inqis li f’dan il-każ ġie rrispettat l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-parteċipanti kollha.

Brussell, it-12 ta’ Marzu 2012.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f'ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2008 dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fil-Każ COMP/38.695 – Klorat tas-Sodju, C(2008) 2626 finali.

(3)  Il-Każ T-348/08, Aragonesas Industrias y Energia SAU vs. il-Kummissjoni Ewropea, [2011] Ġabra (għadu ma ġiex irrappurtat).

(4)  Il-Każ T-349/08, Uralita, SA vs. il-Kummissjoni Ewropea, [2011] Ġabra (għadu ma ġiex irrappurtat).


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Marzu 2012

dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/38.695 – Klorat tas-Sodju)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1965 final)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 162/07

Fis-27 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2008) 2626 finali tal-11 ta' Ġunju 2008 dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE, sa fejn kienet indirizzata lil Uralita SA. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, filwaqt li tqis l-interess leġittimu tal-impriżi li jipproteġu s-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil entità legali waħda: Uralita SA.

(2)

Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tinsab fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(3)

Fid-Deċiżjoni C(2008) 2626 finali (minn issa 'l quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-2008”), il-Kummissjoni imponiet multa ta' EUR 9,9 miljun konġuntement u separatament fuq Aragonesas Industrías y Energía S.A.U. (“Aragonesas”) u Uralita SA (“Uralita”), ibbażata fuq sejba li indikat li bejn is-16 ta' Diċembru 1996 u d-9 ta' Frar 2000, huma kienu pparteċipaw fi ksur.

(4)

Fis-sentenza tagħha tal-25 ta' Ottubru 2011 fil-Każ T-348/08 Aragonesas vs. il-Kummissjoni  (2) (is-“sentenza Aragonesas”), il-Qorti Ġenerali qieset li, fuq il-bażi tal-provi li ġew ippreżentati lilha, Aragonesas kienet ipparteċipat fil-kartell bejn it-28 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998. Minkejja li l-Qorti kkonfermat id-Deċiżjoni tal-2008 fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' Aragonesas fil-ksur għall-perjodu ta' żmien iqsar, u ċaħdet it-talbiet kollha li kienu jikkonċernaw l-ikkalkular tal-multa (minbarra l-multiplikatur tat-tul ta' żmien), hija annullat kompletament il-multa imposta fuq Aragonesas.

(5)

Fl-istess waqt, fil-Każ T-349/08 Uralita vs. il-Kummissjoni  (3) (is-“sentenza Uralita”), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors imressaq minn Uralita kontra d-Deċiżjoni tal-2008. Għaldaqstant, ma mmodifikatx il-multa ta' EUR 9,9 miljun li d-Deċiżjoni imponiet fuq Uralita.

(6)

Fit-12 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li Aragonesas ma baqgħetx teżisti mill-31 ta' Mejju 2010, b'segwitu għall-amalgamazzjoni tagħha ma' Ercros SA. Permezz tal-ittra tat-23 ta' Jannar 2012, Uralita infurmat lill-Kummissjoni li hija aċċettat li, inter alia, tkun l-unika destinatarja ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' emenda.

(7)

Fit-12 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ b’opinjoni favorevoli.

2.2.   Sommarju tad-Deċiżjoni

(8)

Id-Deċiżjoni tnaqqas il-perjodu tal-ksur għal Uralita u tillimitah għall-perjodu ta' bejn it-28 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998, fid-dawl tas-sentenza Aragonesas u minkejja li s-sentenza Uralita kienet ċaħdet ir-rikors ta' Uralita għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-2008.

(9)

Il-multa imposta fuq Uralita ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-istess parametri li ntużaw u li ġew indikati meta ġiet iffissata l-multa oriġinali fid-Deċiżjoni tal-2008, minbarra l-multiplikatur tat-tul ta' żmien li hu stabbilit għal 0,91 biex jirrifletti l-perjodu ta' żmien imnaqqas li matulu seħħ il-ksur.

(10)

Fir-rigward tal-imgħax li akkumula fuq l-ammont oriġinali tal-multa ta' EUR 9,9 miljun li tħallset proviżorjament minn Uralita fis-16 ta' Settembru 2008, id-Deċiżjoni tikkonkludi li, ladarba l-Qorti Ġenerali kkonfermat li Uralita pparteċipat fil-ksur fil-perjodu ta' bejn it-28 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998, l-imgħax dovut fuq l-ammont tal-multa li għandu jiġi impost fuq Uralita skont din id-Deċiżjoni (jiġifieri, l-imgħax fuq EUR 4 231 000) akkumula għall-benefiċċju tal-Kummissjoni u għaldaqstant se jinżamm mill-Kummissjoni.

3.   DEĊIŻJONI

(11)

Id-Deċiżjoni tal-2008 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punt (h) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

Uralita SA, mit-28 ta’ Jannar 1998 sal-31 ta’ Diċembru 1998.”

(2)

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2, il-punt (f) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

Uralita SA: EUR 4 231 000.”

(12)

L-imgħax li akkumula fuq is-somma ta' EUR 4 231 000, ladarba tħallas proviżorjament fis-16 ta' Settembru 2008, akkumula għall-benefiċċju tal-Kummissjoni u għaldaqstant se jinżamm minnha.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Il-Każ T-348/08 Aragonesas Industria y Energía SAU vs. il-Kummissjoni Ewropea, għadu ma ġiex irrappurtat, is-sentenza tal-25 ta' Ottubru 2011. La Aragonesas u lanqas il-Kummissjoni ma appellaw kontra s-sentenza li ngħatat u li issa hija definittiva.

(3)  Il-Każ T-349/08 Uralita SA vs. il-Kummissjoni Ewropea, għadu ma ġiex irrappurtat, is-sentenza tal-25 ta' Ottubru 2011. Uralita ma appellatx kontra s-sentenza li ngħatat u li issa hija definittiva.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/8


ERKOLE II

Sejħa għall-proposti – OLAF/2012/D5/05

Appoġġ Tekniku għall-Iskoperta tal-Preżenza tas-Sigaretti u t-Tabakk

2012/C 162/08

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta' sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II), ĠU L 193 tal-25 ta' Lulju 2007. Din is-sejħa tirrigwarda l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 1 (a) (a) tad-Deċiżjoni Erkole II, li tinkludi:

assistenza teknika lill-awtoritajiet nazzjonali permezz tal-għoti ta’ għarfien speċifiku, tagħmir u għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), li tiffaċilita l-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

appoġġ għal operazzjonijiet konġunti, u

titjib ta’ skambji tal-persunal,

għall-eradikazzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra kif ukoll għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki li jipprevjenu u jikxfu l-attivitajiet ta' frodi.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż hu mmirat għall-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali (“Applikanti”) ta' Stat Membru jew pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea, kif definit hawn taħt, li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni Ewropea biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-azzjonijiet eliġibbli għal Assistenza Teknika jikkonsistu minn:

appoġġ tekniku biex jittejbu l-ispezzjonijiet ta' kontejners u trakkijiet mal-fruntieri esterni tal-UE, iddedikati għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u l-falsifikazzjoni;

tagħmir, bħala parti minn azzjoni tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, biex tittejjeb l-iskoperta u l-investigazzjoni tal-kunsinni illegali tal-prodotti tat-tabakk;

tagħmir, bħala parti minn azzjoni tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, għall-iskoperta ta’ prodotti li jiddaħħlu b’kuntrabandu u dawk iffalsifikati, abbażi tal-karatteristiċi tal-irwejjaħ tagħhom.

4.   Kriterji tal-għoti

Kull azzjoni eliġibbli sottomessa se tiġi evalwata fid-dawl tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

(1)

Konsistenza tal-proposta mal-għanijiet tal-OLAF biex tinqered il-frodi u, b'mod partikolari, il-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni tal-fluss ta' prodotti tat-tabakk illegali fl-UE;

(2)

L-adegwatezza tat-tagħmir propost għall-post fejn ikun se jintuża;

(3)

Il-kwalità u l-prestazzjoni teknika tat-tagħmir propost biex jintlaħqu l-bżonnijiet espressi minn min ikun qed japplika għall-għotja;

(4)

Il-kosteffettività: l-ispiża tal-proġett għandha tkun konsistenti mal-għanijiet tiegħu;

(5)

Il-kompatibbiltà tal-proġett mal-ħidma mwettqa jew ippjanata fir-rigward tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE għall-prevenzjoni tal-frodi kontra l-baġit tal-UE (il-prevenzjoni; l-analiżi tal-informazzjoni, il-metodi ta’ kooperazzjoni, eċċ.);

(6)

Il-kompatibbiltà tal-proġett ma’ proġetti simili mwettqa fi Stati Membri oħra u mwettqa minn aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi u tad-dwana nazzjonali;

(7)

Il-possibbiltà li jintużaw il-metodi u/jew ir-riżultati tal-proġett biex jittejbu l-kooperazzjoni u l-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu tas-sigaretti (“mainstreaming”).

Jekk bosta proġetti jkollhom mertu ndaqs fid-dawl ta' dawn il-kriterji tal-għoti, tista’ tingħata prijorità ta’ finanzjament, f’ordni dixxendenti, lil:

dawk l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li ma għandhomx tagħmir adegwat, jew li hu meqjus li mhux mgħammrin adegwatement, biex jiġġieldu l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti;

proposti li jagħmlu possibbli li jkun hemm distribuzzjoni ġeografika ġusta;

applikanti li ma jkunux irċevew għotjiet fis-snin preċedenti għall-istess proġett jew għal proġett simili.

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa ta' EUR 3 300 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja se tingħata f’forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Aktar tagħrif

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-formola tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/techn-assist/items/call_proposals_2012_en.htm

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal tagħrif addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

OLAF-FMB-HERCULE-TA@ec.europa.eu

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida biex timtela l-Formola ta' Applikazzjoni fuq il-websajt tal-internet tal-OLAF jekk dawn ikunu rilevanti għal applikanti oħra.

7.   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard minn: Il-Ġimgħa, il-31 ta’ Awwissu 2012.

Se jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet sottomessi bl-użu tal-formola tal-applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif suppost mill-persuna intitolata li tidħol f'impenji legalment vinkolanti f'isem l-organizzazzjoni li qed titfa’ l-applikazzjoni. Fuq l-envelop magħluq għandu jidher b’mod ċar:

L-applikazzjonijiet (l-oriġinal u kopja waħda) għandhom jintbagħtu bil-posta fl-indirizz li ġej:

European Commission — European Anti-Fraud Office (OLAF)

For the attention of Mr Johan KHOUW

Head of Unit Hercule, Pericles & EURO Protection

Office: J-30 10/62

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Għandha tintbagħat ukoll kopja elettronika tal-formola tal-applikazzjoni għall-għotja u l-annessi kollha meħtieġa bil-posta elettronika fl-indirizz elettroniku li ġej:

OLAF-FMB-HERCULE-TA@ec.europa.eu


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/11


Avviż ta' laqgħa tal-kredituri ta’ AB bankas Snoras skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2012/C 162/09

AB bankas Snoras (f’falliment)

Avviż tal-Ewwel Laqgħa tal-Kredituri

L-ewwel laqgħa tal-kredituri ta’ AB bankas Snoras (f'falliment) (“Snoras”) ser tinżamm nhar it-Tlieta 12 ta’ Ġunju 2012 f’“Siemens” arena, ozo st. 14, Vilnius, il-Litwanja (“il-Laqgħa tal-Kredituri”). Il-proċess tar-reġistrazzjoni għal-Laqgħa tal-Kredituri ser jibda fid-9am u l-Laqgħa tal-Kredituri tibda f'nofsinhar (12pm) ħin ta’ Vilnius (EET) f'din il-ġurnata.

Il-ħidma formali tal-laqgħa hija li tiġi approvata l-aġenda tal-Laqgħa tal-Kredituri, jinħatar is-Segretarju għal-Laqgħa tal-Kredituri li ppropona l-Amministratur tal-Falliment ta’ Snoras u li jiġi elett President għal-Laqgħa tal-Kredituri u l-kumitat tal-kredituri ta’ Snoras. Il-kredituri kollha li ressqu t-talbiet fil-proċedimenti ta’ falliment u li t-talbiet tagħhom ġew approvati mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius qabel il-Laqgħa tal-Kredituri huma intitolati li jattendu u jivvotaw fil-Laqgħa tal-Kredituri. Barra minn hekk, il-kredituri għandhom l-għażla li jivvotaw qabel il-laqgħa. Madankollu, jekk il-kredituri ma jattendux jew ma jivvotawx fil-laqgħa tal-kredituri, huma mhux ser jippreġudikaw il-pretensjonijiet u l-intitolament tagħhom għal dividend, jekk ikun jeżisti wieħed.

Ir-reġistrazzjoni minn qabel tal-intenzjoni tal-kredituri biex jattendu għal-Laqgħa tal-Kredituri ser tgħin id-dħul tal-kredituri għal Laqgħa tal-Kredituri u hija għalhekk irrakkomandata ferm. Għal aktar tagħrif dwar ir-reġistrazzjoni għal-Laqgħa tal-Kredituri u biex tivvota fiha, jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettroniku ta’ Snoras http://www.snoras.com


Il-Bank Ewropew tal-Investiment

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/12


Sejħa għall-Proposti – L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi tliet skemi ġodda ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS fi ħdan il-Programm tal-Għarfien tiegħu

2012/C 162/10

L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jamministra l-biċċa l-kbira tar-relazzjonijiet istituzzjonali tiegħu mal-universitajiet permezz tal-Programm tal-Għarfien tiegħu, li jikkonsisti fi tliet programmi differenti:

EIBURS (EIB University Research Sponsorship Programme), il-Programm ta’ Għajnuna Finanzjarja tal-BEI għar-Riċerka Universitarja,

STAREBEI ( STAges de REcherche BEI ), programm li jiffinanzja lir-riċerkaturi żgħażagħ li jaħdmu fuq proġetti konġunti tal-BEI u Universitajiet, u

Netwerks ta’ Universitajiet BEI, li huwa mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni għal netwerks tal-universitajiet li jkollhom karatteristiċi ta’ rilevanza partikolari li jappoġġjaw l-għanijiet tal-Grupp tal-BEI.

EIBURS jipprovdi għotjiet lil ċentri ta’ riċerka universitarji li jaħdmu fuq suġġetti u temi ta’ riċerka li huma ta’ interess kbir għall-Bank. L-iskemi ta’ għajnuna finanzjarja tal-BEI, li jammontaw sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ 3 snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka interessati, li jkunu assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, fil-pajjiżi aderenti jew pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni, bi speċjalizzazzjoni esperta rikonoxxuta f’oqsma magħżula mill-BEI, sabiex ikunu jistgħu jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma. Jeħtieġ li l-proposti magħżulin jipproduċu għadd ta’ attivitajiet (riċerka, organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars, netwerking, tqassim ta’ riżultati, eċċ) li jkunu suġġetti għal ftehim kuntrattwali mal-Bank.

Għas-sena akkademika 2012/2013, il-programm EIBURS għażel tliet linji ġodda ta’ riċerka:

Il-Kejl tal-Impatt lil hinn mid-Dħul Finanzjarju

Minn mindu bdiet il-kriżi finanzjarja globali fl-2008, “l-investiment fl-impatt” ġibed ħafna l-attenzjoni fid-dibattiti pubbliċi, fejn il-punt fokali kien fuq il-mistoqsija ta’ kif is-swieq finanzjarji jistgħu jaqdu aħjar il-bżonnijiet tas-soċjetà u joħolqu valur b’mod sostenibbli. Madankollu, għalkemm hemm kunsens dwar il-fatt li l-impatt soċjali għandu jkollu rwol aktar prominenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-investiment, ftit intlaħaq progress dwar id-definizzjoni tal-ispazju ta’ investiment fl-impatt u fl-iżvilupp ta’ kunċetti għall-integrazzjoni tal-kriterji tal-impatt soċjali u ambjentali fil-proċess ta’ investiment u l-kejl tar-riżultati li għandhom x’jaqsmu mal-impatt.

L-għan tal-proġett huwa li jesplora metodi tal-kejl u l-espressjoni tal-impatt soċjali ġġenerat minn attività ta’ investiment fl-oqsma ta’ intraprenditorija soċjali, mudelli tan-negozju ffukati fuq is-sostenibbiltà, u l-mikrofinanzi. Ir-riċerka għandha tissuġġerixxi modi kif l-objettivi tal-impatt soċjali u/jew ambjentali għandhom jiġu integrati fl-approċċ tad-deċiżjoni ta’ investiment ta’ investituri mmexxija mill-politika.

Il-ħidma tar-riċerka għandha tinkludi studju empiriku dwar kif l-investituri ffukati fuq l-impatt, bi sfondi kemm istituzzjonali kif ukoll mhux istituzzjonali, jifformulaw objettivi tal-impatt fl-attivitajiet ta’ investiment tagħhom u f’liema stadju sseħħ tali formulazzjoni ta’ objettivi. Barra dan għandha tanalizza wkoll id-dinamika li tali objettivi tal-impatt tiġġenera fil-proċess tad-deċiżjoni ta’ investiment u fil-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-investiment ladarba jkun sar l-investiment. Ta’ interess partikolari hija d-dinamika tar-relazzjoni bejn l-impatt soċjali/ambjentali u d-dħul finanzjarju u kif ir-riżultati tal-impatt miksuba maċ-ċessjoni jitqabblu mat-teżi tal-impatt ippreżentata fid-deċiżjoni tal-investiment inizjali.

Fuq bażi ta’ tali analiżi empirika l-istudju għandu jiżviluppa evidenza tas-suq għall-kompatibbiltà tal-objettivi soċjali/ambjentali u finanzjarji u jispjega f’liema ċirkostanzi tapplika tali dinamika.

Il-proposti għandhom jispeċifikaw fid-dettall l-approċċ tar-riċerka propost miċ-ċentru universitarju li, flimkien mal-istudju empiriku, jista’ wkoll jinvolvi korsijiet, seminars/konferenzi, stħarriġ u l-ħolqien ta’ bażijiet tad-dejta rilevanti għall-proġett. Il-proposti tar-riċerka għandhom juru wkoll kif jistgħu jinfluwenzaw opinjonijiet prattiċi mill-attività operazzjonali tal-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (u b’mod partikolari l-Fond Ewropew tal-Investiment) f’dan l-ispazju. Minħabba l-iżvilupp ta’ dan is-segment tas-suq, hija mħeġġa l-kollaborazzjoni transkonfinali bejn l-universitajiet u għandha tikkostitwixxi assi fil-proċess tal-għażla.

Litteriżmu Finanzjarju

Il-kriżijiet ekonomiċi globali riċenti enfasizzaw l-importanza tal-litteriżmu finanzjarju, jiġifieri s-sett ta’ ħiliet u għarfien li bih l-individwi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati u effettivi permezz tal-fehim tagħhom tal-finanzi. L-evidenza tissuġġerixxi li n-nuqqas ta’ litteriżmu finanzjarju seta’ kkontribwixxa għall-kriżijiet sub-prime u oħrajn relatati ma’ dawn. Dan ta impetu għal għadd ta’ programmi mmexxija mill-Istat f’bosta pajjiżi fl-Ewropa u postijiet oħrajn.

Iċ-ċentru tar-riċerka universitarja li jirċievi appoġġ mill-EIBURS ikun mistenni jwaqqaf programm ta’ riċerka ffukat fuq l-inizjattivi ta’ reviżjoni eżistenti b’mod kritiku, bil-għan li jiġu identifikati fatturi ta’ suċċess u l-aħjar prassi. Għaldaqstant, jistgħu jintużaw metodoloġiji alternattivi biex jevalwaw l-impatt ta’ tali inizjattivi, bħall-ittestjar ekonometriku jew l-oqfsa ta’ valutazzjoni tal-impatt. Barra dan, għandu jagħmel analiżi tad-distakk għal għadd magħżul ta’ pajjiżi tal-UE.

Il-fokus reġjonali tal-proposti għandu jkun, iżda mhux limitat għal, pajjiżi membri tal-OECD. L-applikanti huma mħeġġa li jistabbilixxu sħubijiet ma’ universitajiet u ċentri tar-riċerka oħrajn biex issir ir-riċerka. Il-proġett jista’ jinvolvi attività addizzjonali li ċ-ċentru tar-riċerka universitarja jkun lest li jwettaq bl-għajnuna finanzjarja fil-linja tar-riċerka, inkluż:

Organizzazzjoni ta’ korsijiet, skejjel tas-sajf, konferenzi u seminars

Ħolqien ta’ bażijiet ta’ dejta

Stħarriġ

Analiżi tal-Benefiċċji meta mqabbla mal-Ispejjeż fis-Settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

Il-kejl jew il-valutazzjoni tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż fl-infrastruttura tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI) huwa ferm diffiċli. Minkejja dan id-diskussjonijiet dwar il-politika globali qegħdin dejjem aktar jiffukaw fuq l-innovazzjoni u l-ekonomija tal-għarfien bħala mutur għat-tkabbir sostenibbli fuq żmien twil. Jintużaw għadd ta’ metodi u indikaturi għall-istudju tal-impatti soċjoekonomiċi. Il-metodoloġija attwali fi ħdan il-Bank hija konservattiva u allinjata mal-“Gwida għall-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż fi proġetti ta’ investiment” tad-DĠ Regio. Madankollu, dan id-dokument fih innifsu juri nuqqas fl-ispjegazzjoni tiegħu tas-settur tar-RŻI.

Sabiex jingħalaq id-distakk inizjalment, it-tim ta’ JASPERS qabbad konsulent biex jaħdem mal-awtoritajiet Ċeki fuq l-iżvilupp ta’ Gwida CBA għall-infrastruttura tar-R&Ż. Wara xi sentejn ta’ esperjenza prattika bl-użu ta’ din il-gwida ġiet żviluppata bażi ta’ dejta tajba, ħarsa ġenerali tat-tendenzi fis-settur u fehim tal-valur u l-limitazzjonijiet tal-gwida attwali.

Reviżjoni interna tal-gwida żviluppat ukoll il-fehim tal-medda ta’ valuri monetizzati ġusti u xierqa li huma assoċjati mal-gwida, iżda kixfet ukoll dak li hu meħtieġ biex il-gwida tiġi żviluppata aktar.

Fl-istess ħin, l-interess globali fis-CBA fis-settur żdied ħafna u hemm ħafna aktar studji tas-settur minn meta l-ewwel gwida ġiet żviluppata, u dawn jitwettqu kemm mill-amministrazzjoni ta’ faċilitajiet tar-riċerka ewlenin kif ukoll minn forums żviluppati speċjalment dwar is-suġġett (eżempju tajjeb ta’ dan huwa FenRIAM (http://www.fenriam.eu/ jew http://www.fenriam.eu/doc/FenRIAM%20full%20guide.pdf)).

L-għan tal-proġett huwa li tkompli l-ħidma fuq ir-reviżjoni interna attwali u jiġi prodott mudell li huwa kredibbli b’mod akkademiku, robust iżda fl-istess ħin faċli biex jiġi applikat u faċilment aċċessibbli. Sabiex jinkiseb dan, it-tim tar-riċerka jeħtieġ jirrevedi l-litteratura avvanzata fil-qasam, jevalwa l-mudelli b’kunsens li wieħed iħallas minn Stati Membri b’relazzjoni mal-benefiċċji varji li tipikament jikbru minn tali proġetti, jiżviluppa fehim tal-valuri tas-suq fejn applikabbli li huma assoċjati ma’ tali benefiċċji potenzjali, u jiżviluppa fehim tat-tip tipiku ta’ proġetti infrastrutturali tar-RŻI li huma interessati fil-finanzjament. Dan kollu jkun fi ħdan qafas teoretiku xieraq.

X’jeħtieġ li jiġi ppreżentat:

Iċ-ċentru tar-riċerka universitarja li jirċievi l-appoġġ taħt il-EIBURS ikun mistenni jwaqqaf programm tar-riċerka iffukat fuq ir-reviżjoni ta’ metodoloġiji u tbassir eżistenti tal-ħtiġijiet ta’ investiment infrastrutturali, u biex jiżviluppa metodoloġija unifikata għat-tbassir tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż għall-użu fi ħdan il-Bank u minn oħrajn (idealment dawk li jipproponu proġetti). Billi dan huwa studju mifrux fuq tliet snin, l-applikanti huma mħeġġa jipproponu dati tal-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ dejta interim. Il-proġett jista’ jinvolvi attivitajiet addizzjonali li ċ-ċentru universitarju jkun lest li jwettaq bl-għajnuna finanzjarja fil-linja tar-riċerka, inkluż:

Organizzazzjoni ta’ korsijiet, skejjel tas-sajf, konferenzi u seminars

Ħolqien ta’ bażijiet ta’ dejta

Stħarriġ

Dan il-proġett huwa kumplementari għal kull gwida CBA żviluppata jew aġġornata mill-istituzzjonijiet Ewropej ewlenin.

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati bl-Ingliż jew bil-Franċiż, u d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ proposti hija l-14 ta’ Settembru 2012. Proposti ppreżentati wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. Il-proposti għandhom jintbagħtu lil:

 

Kopja elettronika

universities@eib.org

u

 

Kopja stampata

EIB Institute

98-100, boulevard Konrad Adenauer

2950 Luxembourg

LUXEMBOURG

Attn. Ms Luísa FERREIRA, Co-ordinator.

Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proċess tal-għażla tal-EIBURS u dwar il-programmi u l-mekkaniżmi l-oħrajn, jekk jogħġbok żur http://institute.eib.org/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6573 – ForFarmers/Agricola)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 162/11

1.

Fil-31 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha l-impriża ForFarmers UK Ltd. (“ForFarmers UK”, ir-Renju Unit), li hija kkontrollata minn ForFarmers Group B.V. (“ForFarmers”, il-Pajjiżi l-Baxxi), takkwista, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Agricola Group Ltd. (“Agricola”, ir-Renju Unit) kollha kemm hi permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

fil-każ tal-ForFarmers: il-produzzjoni u l-fornitura tal-għalf tal-bhejjem u ta’ prodotti bażiċi oħrajn tal-biedja, tat-tajr għat-tnissil tal-brojlers u ta’ servizzi mixxellanji tal-biedja; il-fornitura ta’ materja prima lill-industrija tal-għalf, tal-ikel u tal-fjuwil permezz tas-sussidjarja tiegħu Cefetra B.V,

fil-każ tal-Agricola: hija kumpanija possedenti għal grupp ta' kumpaniji li joperaw bl-isem kummerċjali BOCM Pauls, u hija attiva fil-fornitura tal-għalf tal-bhejjem, l-aktar fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6573 – ForFarmers/Agricola, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/16


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 162/12

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“LAKELAND HERDWICK”

KE Nru: UK-PDO-0005-0891-06.09.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Lakeland Herdwick”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.1.

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Lakeland Herdwick huwa l-isem li jingħata lill-karkassi jew biċċiet tal-laħam li ġejjin mill-ħrief u n-nagħaġ tar-razez puri tan-nagħaġ u l-muntuni Herdwick li jkunu twieldu, trabbew u nqatlu fil-Kontea ta’ Cumbria. Il-laħam Lakeland Herdwick huwa fin u delikat b’togħma iktar intensa li tirriżulta mill-maturazzjoni bil-mod u perjodu twil ta' ragħa. Il-kulur tal-prodott tal-laħam Lakeland Herdwick ivarja minn roża għal roża skur li normalment ikun aktar skur minn razez kummerċjali tal-artijiet il-baxxi. Ix-xaħam huwa abjad, tat-tip solidu u malleabbli.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

In-nagħaġ Herdwick jirgħu fuq l-ogħla muntanji u l-ogħla għoljiet tal-Ingilterra tal-Lake District fil-Kontea ta’ Cumbria fil-Majjistral tal-Ingilterra. In-nagħaġ Herdwick huma prodotti fl-irziezet li jinsabu fuq l-għoljiet għoljin fiċ-ċentru u l-punent tal-Lake District. In-nagħaġ jieklu pjanti erbaċej tal-għoljiet u l-muntanji li jinkludi ħaxix, ħaxix tax-xagħri u pjanti bħall-mirtilli. Il-ħrief u n-nagħaġ li jkunu ppreparati għall-qatla jieklu ħaxix, tiben jew għalf tas-sajlo u/jew għalf supplimentari skont iż-żmien tas-sena. L-għalf supplimentari jiġi minn sorsi lokali.

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-istadji kollha fil-produzzjoni jridu jseħħu fiż-żona ddeżinjata. Il-ħaruf irid ikun:

Twieled

Trabba

Tlesta

Inqatel

Il-karkass ġie ppreparat kif hemm spejgat fit-taqsima 3.7., fiż-żona ġeografika definita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-prodott irid jiġi rrilaxxat għall-konsum bit-timbru tal-karkassi Lakeland Herdwick fuqu, sabiex jiġi identifikat u jkollu garanzija tal-oriġini tiegħu. L-immarkar irid isir fil-biċċerija. Il-laħam jintwera għall-bejgħ f'biċċiet kif spjegat fil-punt 3.2. It-timbru tal-karkassi Lakeland Herdwick għandu jiġi stampat fuq wiċċ il-karkassa sabiex ikun jidher fuq in-naħa ta' barra tal-biċċiet tal-laħam.

L-imballaġ għandu jkollu fuq it-tikketta l-indikazzjonijiet li ġejjin stampati b'mod ċar u li jinqara, flimkien mis-simbolu grafiku tal-UE u l-indikazzjonijiet u t-tagħrif kif mitlub mil-liġi:

l-isem “Lakeland Herdwick” segwit bil-kliem “Protected Designation of Origin”

l-isem, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz tal-impriża tal-produzzjoni jew tal-imballaġġ.

It-timbru tal-karkassi Lakeland Herdwick huwa f’forma ovali li fiha l-kliem LAKELAND (fuq) u HERDWICK (taħt) u fin-nofs ittra ċentrali kapitalizzata li tidentifika l-biċċerija tal-qatla.

Image

4.   Deskrizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Kontea ta’ Cumbria

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-Lake District kien denominat bħala Park Nazzjonali fl-1951 u l-Lake District u aktar ’il ġewwa minnu huma magħrufa b'mod komuni bħala “Lakeland”. Il-kontea ta’ Cumbria nħolqot madwar l-1970 mill-kontej preċedenti ta’ Cumberland u Westmorland u partijiet minn Lancashire u Yorkshire.

In-nagħaġ Herdwick jgħixu matul is-sena kollha fuq l-ogħla u l-iżjed terren selvaġġ fl-Ingilterra li għandu wkoll l-ikbar ammont ta’ xita fil-pajjiż. Huma jirgħu fuq l-ogħla muntanji u l-ogħla għoljiet tal-Ingilterra tal-Lake District u jieklu pjanti erbaċej tal-għoljiet u l-muntanji li jinkludi ħaxix, ħaxix tax-xagħri u pjanti bħall-mirtilli. Il-qalba tal-kampanja ta’ Herdwick hija l-partijiet tal-punent u ċentrali tal-Park Nazzjonali tal-Lake District.

Ħafna minn din l-art hija mergħa tal-għoljiet u l-muntanji mingħajr għeluq u tinkludi partijiet kbar ta' art komuni. In-nagħaġ Herdwick jitgħallmu mir-ragħja u meta jirgħu ma’ ommijiethom fejn tinsab iż-żona tal-mergħa tar-razzett tagħhom fuq l-għoljiet u l-muntanji – li lokalment hija magħrufa bħala l-“heaf”. Din hija sistema kumplessa li tiddependi ħafna minn ġenerazzjonijiet suċċessivi ta’ nagħaġ femminili li jitgħallmu fejn huma għandhom jirgħu fuq l-għoljiet u l-muntanji. Dan il-fattur huwa tant importanti li spiss huwa l-każ li l-irziezet Herdwick ikollhom merħliet “ta’ sid il-kera” – jiġifieri nukleu ta' nagħaġ femminili tat-tgħammir li huma “heafed” (imrawma għal heaf) għall-partijiet tal-għoljiet u l-muntanji rilevanti għal dak ir-razzettt, fejn din il-merħla tifforma l-bażi tal-impriża tan-nagħaġ tar-razzett. Tipikament dan ikun jammonta għal madwar terz tal-merħla kumplessiva iżda ċ-ċifri jvarjaw bejn l-irziezet.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

In-nagħaġ Herdwick huma r-razza indiġena taċ-ċentru u l-punent tal-Lake District f’Cumbria; huma meqjusa bħala eżempju suprem ta’ razza li hija adattata għal kundizzjonijiet klimatiċi u ġeomorfoloġiċi partikolari. Id-disa’ edizzjoni tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tan-Nagħaġ “British Sheep” li ġiet ippubblikata fl-1998 tgħid dan li ġej dwar Herdwick: “Huma essenzjalment razza tal-għoljiet għoljin u huwa maħsub li huma l-iżjed razza Ingliża b’saħħitha, adattati eċċezzjonalment għat-terren tagħhom.”

Karatteristiċi tal-karkassi:

 

Il-ħrief ikollhom bejn 8 u 12-il xahar sakemm jiġu għal qatla, kif imqabbel ma’ ħrief kummerċjali tal-artijiet il-baxxi li jistgħu jkunu daqstant żgħar daqs 4 xhur mal-qatla. Huma għandhom piż ħaj ta’ bejn it-28 kg u l-40 kg u piż mejjet ta’ bejn 14 kg u 22 kg.

 

In-nagħaġ tas-suf ta’ Herdwick u annimali aktar adulti li jinbiegħu bħala laħam tal-muntun jistgħu jiżnu iktar minn 38 kg piż ħaj u 18-il kg piż mejjet. Il-karkassi tal-ħaruf Lakeland Herdwick jikklassifikaw bħala “O” fuq is-sistema tal-Klassifikazzjoni tal-Laħam u l-Prodotti Ħajjin EUROP u n-nagħaġ tas-suf/muntun ta’ Lakeland Herdwick bħala “R”. Il-laħam tal-muntun normalment ikun ġej minn annimal li għandu aktar minn sentejn (2). In-nagħaġ tas-suf huma ħaruf li jitqaxxar l-ewwel darba sena wara li jitwieled – bejn 15-il xahar u sentejn (2).

 

Firxa tal-piż ħaj

Firxa tal-piż mejjet

Klassifikazzjoni tipika EUROP

Ħaruf

28-40 Kg

14-22 Kg

O

Nagħaġ tas-suf/Muntun

38 Kg +

18 Kg +

R

 

Il-laħam tal-Lakeland Herdwick huwa magħruf għat-togħma distinta tiegħu u l-kwalità għall-ikel – riżultat naturali tal-ħaruf li jimmatura bil-mod fuq il-ħaxix tax-xagħri u l-ħaxix l-ieħor tal-għoljiet u l-muntanji tal-Lake District. Il-laħam huwa sukkulenti, tari u b’togħma aktar raffa mill-ħaruf konvenzjonali. Studju xjentifiku minn J. D. WOOD, mid-Division of Food Animal Science tal-Università ta’ Bristol wera li t-togħma u s-sawra tal-ħaruf ta’ Lakeland Herdwick kienu superjuri għal ħaruf minn razez tal-artijiet il-baxxi u li l-laħam kien fih l-aċidi grassi Omega 3 li huma ta’ benefiċċju.

 

Id-differenza fit-togħma tal-ħaruf ta’ Lakeland Herdwick intweriet permezz ta’ proġett ta' riċerka li sar għall-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel bejn Ottubru 1996 u Ġunju 1997 minn J. D. WOOD, tad-Division of Food Animal Science tal-Università ta’ Bristol, li kien intitolat “An investigation of flavours in meat from sheep grown slowly or more quickly on grass diets”. Din ir-riċerka wriet li l-Lakeland Herdwicks ġew murija li għandhom togħma “superjuri” u “livelli għoljin ta’ kwalità għall-ikel” meta mqabbla mal-ħrief kummerċjali standard li ġejjin minn razez imħallta. L-istudju ikkonferma wkoll sejbiet preċedenti għal ħaruf tal-kontenut għoli tal-aċidi grassi steariku u α-linoleniku meta mqabbla maċ-ċanga u l-majjal. Il-bidliet favorevoli fit-togħma jidhru li kienu dovuti għall-ammonti dejjem jiżdiedu ta’ acidi grassi poliinsaturati li jiddepożitaw fil-musklu aktar man-nagħaġ jikbru. L-istudju kkonkluda li l-proporzjon ogħla tax-xaħam totali (xaħam magħmul minn strixxi tal-grass) u l-acidi grassi poliinsaturati huma karatteristiċi pożittivi tal-ħaruf Lakeland Herdwick.

 

Dawn l-irziezet jiddependu wkoll fuq l-użu tal-art aktar baxxa fiż-żona biex jipproduċu l-ħrief għall-katina tal-ikel u xi rziezet tal-artijiet il-baxxi jipproduċu wkoll il-ħrief Herdwick. Il-maġġoranza tal-laħam tan-nagħaġ Lakeland Herdwick ġej mill-ħrief maskili (wether) għaliex ħafna minn dawk femminili jinżammu għat-tgħammir. Huwa pinċipalment il-prodotti tal-laħam minn dawn l-annimali maskili u l-muntun minn nagħaġ kastrati li huma prodotti għall-konsum uman.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

In-nagħaġ Herdwick huma meqjusa bħala eżempju suprem ta’ razza li adattat ruħha għal kundizzjonijiet klimatiċi u ġeomorfoloġiċi partikolari tal-Lake District. Il-laħam tal-Lakeland Herdwick huwa magħruf għat-togħma distinta tiegħu u l-kwalità għall-ikel – dan huwa riżultat naturali tal-ħrief li jimmaturaw bil-mod fuq il-ħaxix tax-xagħri u l-ħaxix tal-għoljiet u l-muntanji tal-Lake District. L-għalf supplimentari jiġi kollu minn sorsi lokali.

Il-kelma “Herdwick” tista' tiġi intraċċata lura għat-tnax-il seklu u fil-fatt tfisser il-bur fejn jinżammu n-nagħaġ, u milli jidher ġejja mit-tifsira antika Nors “Herdvic” li tfisser razzett tan-nagħaġ. Fil-Lake District il-kelma kienet tintuża sew sas-sbatax-il seklu biex tiddeskrivi rziezet żgħar tan-nagħaġ, madankollu, sat-tmintax-il seklu l-isem kien strettament marbut mar-razza nfisha.

Illum, hemm madwar 50 000 nagħġa Herdwick li jinżammu kummerċjalment fuq madwar 120 razzett fil-Lake District, li wħud huma proprjetà tan-National Trust. Fis-snin ta’ madwar l-1920 Beatrix Potter (is-Sinjura Heelis) investit il-flus li għamlet mill-istejjer tagħha ta' Peter Rabbit biex tixtri rziezet tal-Lake District li kienu mhedda mill-iżvilupp jew l-afforestazzjoni. F’dawn l-irziezet hija ħeġġet il-qawmien mill-ġdid tar-razza Herdwick. Meta mietet fl-1943 hija ħalliet l-irziezet kollha tagħha lin-National Trust, fejn speċifikat li n-nagħaġ fuq dawn l-irziezet għandhom jinżammu bħala Herdwicks puri.

Il-ħaruf Lakeland Herdwick ġie servut lir-Reġina Eliżabetta II waqt l-ikla tal-Koronazzjoni tal-1953.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/lakeland-herdwick-pdo-111109.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


8.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 162/13

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PORC DU SUD-OUEST”

KE Nru: FR-PGI-0005-0909-07.11.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Porc du Sud-Ouest”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.1:

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Il-laħam “Porc du Sud-Ouest” huwa laħam frisk mill-ħnieżer imwielda u mrobbija fil-Lbiċ ta’ Franza u li l-għalf tagħhom jikkonsisti f’minimu ta’ 30 % ta’ qamħirrum tat-tip Zea mays indentata matul il-perjodu kollu tat-tismin tagħhom (mit-12-il ġimgħa ta’ ħajjithom).

Dawn jinqatlu meta l-piż minimu tal-karkassa sħuna jkun ta’ 90 kg (mingħajr limitu superjuri tal-piż) b’tolleranza ta’ 3 kg f’perjodi ta’ sħana qawwija sajfija (mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru).

Il-karkassi tal-“Porc du Sud-Ouest” ikollhom pH finali li jvarja bejn 5,5 u 6,2.

Il-bċejjeċ tal-laħam li jitqattgħu minn dawn il-karkassi jkunu ta’ kulur li jvarja minn 3 sa 6 fuq l-iskala Ġappuniża tal-kuluri għal-lonżi.

Il-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” huwa kkaratterizzat mil-lat fiżikokimiku minn rikkezza ta’ aċidi xaħmin poliinsaturati (b'mod partikolari b’livell ta’ aċidu linolejku li jvarja bejn 10 % u 15 % tat-total tal-aċidi xaħmin tax-xaħam fil-laħam), u anqas aċidi xaħmin saturati.

Dan il-laħam huwa rikk ukoll fil-lipidi u fil-vitamina E.

Mil-lat organolettiku, il-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest”, li għandu kulur aktar ħamrani minn dak tal-majjal standard, huwa mmerraq u tari, u għandu togħma intensa.

Biex kemm jista’ jkun jiġi llimitat l-istress fuq il-ħnieżer li jinfluwenza b’mod negattiv il-pH finali u jnaqqas il-kwalità tal-laħam, il-perkors bejn l-azjenda agrikola u l-biċċerija għandu jkun kemm jista' jkun qasir: massimu ta’ 200 km jew massimu ta’ sitt sigħat ta’ trasport bejn l-azjenda u l-biċċerija.

Meta jitqiegħed fis-suq, il-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” jiġi ppreżentat frisk fil-forom li ġejjin: karkassi, nofs karkassi, biċċiet imqattgħin, laħam mingħajr għadam jew bl-għadam.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Mhux rilevanti.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Matul it-trobbija kollha, l-għalf ma għandux ikun fih manjoka, patata ħelwa, residwi alimentari, dqiq tal-laħam, dqiq tal-għadam, rix jew demm, kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ proteina li tkun ġejja minn annimali terrestri, għajr il-ġelatina użata bħala bażi għall-vitamini u l-minerali, u għajr ukoll għall-proteini mill-ħalib u mill-prodotti tal-ħalib.

Minn meta jinfatmu sa ma jinqatlu l-ħnieżer jingħataw għalf li jkun fih minimu ta’ 60 % ta’ frott taċ-ċereali, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji tagħhom.

Matul il-fażi tat-tismin, jiġifieri mit-tnax-il ġimgħa ta’ ħajjet il-ħnieżer sal-qatla, l-għalf jeħtieġ li la jkun fih żejt tal-palm (sors ta’ aċidi xaħmin saturati) u lanqas prodotti mill-ħut, mix-xaħam tal-annimali jew addittivi li jippromwovu t-tkabbir. Matul din l-istess fażi, l-għalf mogħti lill-ħnieżer ikun fih minimu ta’ 30 % ta’ qamħirrum tat-tip Zea mays indentata u ammont ta’ aċidu linolejku (C18:2) li ma jkunx inqas minn 1,1 % (11 gm/kg ta’ għalf) u 1i ma jkunx aktar minn 1,7 % (17 gm/kg ta’ għalf).

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-fatt li l-istadji kollha tat-trobbija tal-ħnieżer iridu jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika (twelid, wara l-ftim, tismin) huwa garanzija tal-kwalità tal-laħam.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Mhux rilevanti.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

It-tikkettar tal-prodott jinkludi:

l-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta: “Porc du Sud-Ouest”

il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea bil-kulur, possibbilment komplut bil-kitba “Indikazzjoni Ġeografika Protetta”

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Porc du Sud-Ouest” tinkludi r-reġjuni amministrattivi li ġejjin:

ir-Reġjun tal-Aquitaine,

ir-Reġjun tal-Midi-Pyrénées,

ir-Reġjun tal-Poitou-Charentes.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-Lbiċ għandha speċifiċità doppja, dik li ilha, għal żmien twil ħafna, żona li tipproduċi l-ħnieżer, u li għandha t-tradizzjoni li tuża l-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata li jagħti karatteristiċi nutrizzjonali speċifiċi lill-għalf tal-ħnieżer minħabba li l-klima taż-żona tiffavorixxi l-koltivazzjoni tiegħu.

Żona li ilha, għal żmien twil ħafna, tipproduċi l-ħnieżer

It-trobbija tal-ħnieżer ilha, għal diversi sekli, meqjusa bħala importanti fil-Lbiċ ta’ Franza. Għadd kbir ta’ fieri u swieq tad-driefeġ fi żmien il-Medju Evu jikkonfermaw din it-tradizzjoni ta’ trobbija: dawk ta’ Garlin, Tarbes, Lembeye, Soumoulou, Dax, Garris, Saint Palais, Rabastens de Bigorre, Puylaurens, Villefranche de Rouergue, li mbagħad infirxu fi tmiem is-seklu XIX sa l’Aveyron u le Tarn.

Fl-1862, tliet dipartimenti tal-Lbiċ ta’ Franza (la Dordogne, la Corrèze, l’Aveyron) kienu l-ewwel tliet dipartimenti Franċiżi fejn il-ħnieżer ġew miġbura f’merħliet.

Il-laħam tal-majjal ilu żmien twil jirrappreżenta l-parti l-kbira tal-konsum tal-laħam fiż-żoni rurali tal-Lbiċ ta’ Franza. Il-maġġoranza tal-familji rurali kellhom ħanżir li l-qatla tiegħu fix-xitwa kienet tagħti lok għal festa ġenwina mal-familja u mal-ġirien. L-għarfien espert fil-qasam issaħħaħ tul iż-żmien: il-karkassi tal-majjal ġew ivvalorizzati fl-integralità tagħhom kollha (mill-konsum lokali għall-bejgħ fis-suq), bħala laħam frisk kif ukoll ipproċessat (immellaħ, imnixxef u ppreżervat fix-xaħam). It-tradizzjonijiet u r-riċetti tal-antenati għadek issibhom sal-lum fil-familji rurali tal-Lbiċ tal-pajjiż.

Il-wirt lokali huwa xhieda qawwija ta' din il-produzzjoni u ta' dan il-konsum antik tal-“Porc du Sud-Ouest” (testi legali, letteratura, kitbiet, opri tal-arti, eċċ.)

It-tradizzjoni tal-użu tal-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata li jagħti karatteristiċi speċifiċi lill-għalf tal-ħnieżer

Il-Lbiċ tal-pajjiż huwa żona storika għall-produzzjoni tal-frott tal-qamħirrum (89 % tal-produzzjoni nazzjonali fl-1930 u 41 % attwalment). Peress li dan id-dipartiment Franċiż jiddedika żona agrikola tliet darbiet akbar minn dik tad-dipartimenti Franċiżi l-oħra, il-Lbiċ ta' Franza jipproduċi sa 50 darba aktar mill-bżonnijiet tiegħu fis-settur tat-trobbija tal-ħnieżer.

It-tip ta’ qamħirrum ikkoltivat fil-Lbiċ ta’ Franza huwa primarjament tat-tip Zea mays indentata, minħabba raġunijiet storiċi, iżda fuq kollox bis-saħħa tal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona li jiffavorixxu din il-varjetà tardiva li teħtieġ ħafna sħana u umdità: temperaturi għoljin matul iċ-ċiklu veġetattiv kollu tiegħu u ħalbiet tax-xita qawwija matul is-sajf. Fil-Lbiċ ta’ Franza, ir-riskju li t-temperaturi inġenerali ma jkunux skont il-bżonnijiet tal-varjetajiet tardivi huwa inqas minn 20 %, riskju li huwa aċċettabbli għall-bdiewa f’din iż-żona ġeografika. Peress li l-ġabra tal-qamħirrum tardiv tkun bejn 15 % sa 20 % ogħla minn dik tal-varjetajiet l-oħra aktar bikrija, il-bdiewa tal-Lbiċ jikkoltivaw biss il-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata.

Il-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata għandu proprjetajiet nutrizzjonali partikolari: umdità baxxa waqt il-ħsad (bejn 25 u 30 %), kontenut għoli ta’ lamtu li jagħtih valur enerġetiku għoli (bejn 750 u 780 gm/kg ta’ materja niexfa). Il-karatteristika ewlenija tiegħu hija l-kontenut ta’ materja xaħmija speċifika magħmula essenzjalment minn aċidi xaħmin insaturati, liema kontenut jammonta għal 60 % tal-aċidi xaħmin totali, inkluż l-aċidu linolejku (omega 6). Il-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata huwa wkoll rikk fil-vitamini E (minn 1,1 sa 1,8 mg/gm). Huwa tip ta’ ċereali b’konċentrazzjoni enerġetika għolja.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Tip ta’ laħam bi kwalitajiet speċifiċi

Ix-xaħam tal-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” għandu kompożizzjoni speċifika b’livell baxx ta’ aċidi xaħmin saturati (madwar 40 %) u b’livell għoli ta’ aċidi xaħmin insaturati (qrib 60 %), li huma essenzjali għall-organiżmu tal-bniedem għaliex dawn ma jiġux issintetizzati mill-organiżmu. Dawn jinsabu kemm fix-xaħam ta’ taħt il-ġilda kif ukoll fix-xaħam intramuskolari.

L-aċidu linolejku, li huwa aċidu xaħmi poliinsaturat, ikun ta’ livell li jvarja minn 10 % sa 15 % tal-aċidi xaħmin totali tal-laħam.

Il-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” ikun fih ukoll livell relattivament għoli ta’ lipidi (madwar 5,4 % tal-aċidi xaħmin vs 3,8 % għall-majjal standard Franċiż), pH ikkontrollat u ideali (bejn 5,5 u 6,2) u livell għoli ta’ vitamina E (antiossidant). Ir-riżultati tal-analiżijiet komparattivi tal-Porc du Sud-Ouest/tal-majjal standard Franċiż imwettqa f’Jannar tal-2011 fuq il-flettijiet ta’ dawn it-tipi ta’ laħam żvelaw il-preżenza ta' livell ogħla (15 % aktar) ta' vitamina E fil-“Porc du Sud-Ouest” (0,16 mg/100 gm) milli fil-majjal standard Franċiż (0,13 mg/100 gm).

Dawn il-karatteristiċi fiżikokimiċi speċifiċi tal-laħam jiġu riflessi fil-proprjetajiet organolettiċi tiegħu u jagħtuh ir-reputazzjoni ta’ laħam immerraq, tari u ta’ togħma intensa meta jissajjar.

Kemm ikun immerraq u tari l-laħam jiddependi mill-kwantità ta’ lipidi u ta’ ilma li jkun fih, u fuq kollox fuq il-kapaċità tiegħu li jżomm l-ilma. Il-livell ta’ lipidi huwa ogħla fil-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest”, l-aċidu linolejku jnaqqas id-daqs tal-adipoċiti, u dan jippermetti żamma aħjar tal-ilma megħjun ukoll mill-pH li jvarja minn 5,5 sa 6,2.

Meta jissajjar, il-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” ikollu togħma intensa. It-togħma, li tikkorrispondi għas-sensazzjonijiet tax-xamm u tat-tegħim meta wieħed iduq il-laħam, essenzjalment tiddependi mill-ammont ta’ lipidi fil-laħam u mill-pH tiegħu. Il-lipoliżi u l-ossidazzjoni tal-aċidi xaħmin poliinsaturati jwasslu għall-formazzjoni ta’ molekuli sekondarji sempliċi responsabbli għall-intensità globali tat-togħma li hija aktar intensa minn dik tal-laħam tal-majjal standard kif ukoll l-intensità tar-riħa tal-prodotti meta jissajru jew meta jintiegħmu.

It-togħma u r-riħa jiddependu wkoll mir-rilaxx ta’ molekuli matul il-maturazzjoni li sseħħ biss f’pH partikolari, u konformi mal-pH fl-ispeċifikazzjonijiet tal-IĠP tal-“Porc du Sud-Ouest”.

Il-konsumatur jagħraf din id-differenza.

Barra minn hekk, il-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” huwa aktar ħamrani mil-laħam tal-majjal standard Franċiż. Il-kulur tal-laħam jiddependi mill-kwantità ta’ mijoglobina preżenti.

Il-livelli għoljin ta’ vitamina E fil-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” inaqqsu r-rata tat-telf tal-kulur ħamrani tal-laħam matul il-konservazzjoni, minħabba l-effett protettiv tal-vitamina E fir-rigward tal-ossidazzjoni tal-mijoglobina.

Il-kwantità tax-xaħam ta’ barra u tax-xaħam intramuskolari hija suffiċjenti u ta’ kulur abjad.

It-tradizzjoni tat-trobbija tal-annimali tal-“Porc du Sud-Ouest” li jiżnu aktar mill-ħnieżer standard Franċiżi

Il-ħnieżer imrobbija fil-Lbiċ ta' Franza minn dejjem kienu jiżnu aktar mill-ħnieżer standard Franċiżi. Fir-rigward tal-piż, ir-riżultati tal-qtil li sar fl-2010 juru piż medju tal-karkassa ta’ 91,71 kg għall-ħnieżer standard Franċiżi u piż medju ta’ 94,03 kg għall-ħnieżer “Porc du Sud-Ouest” li jiżnu aktar mill-ħnieżer standard Franċiżi (jiġifieri piż medju ta’ 121 kg qabel il-qatla).

Din it-tradizzjoni tat-trobbija ta’ ħnieżer li jiżnu aktar wasslet għall-ħolqien, fl-1967, ta’ żona ta’ kwotazzjoni fil-Lbiċ tal-pajjiż biex iżżomm kont tat-tranżazzjonijiet tal-ħnieżer imrobbija fil-Lbiċ. Din il-kwotazzjoni tal-Lbiċ li tikkonċerna l-karkassi tal-“Porc du Sud-Ouest” b’piż akbar hija rikonoxxuta mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/69 tat-28 ta’ Ottubru 1969 (ĠU, 29.10.1969). Sistema ta’ ħlasijiet varjabbli li tapplika għall-“Porc du Sud-Ouest”, li ntirtet mill-kwotazzjoni tal-Lbiċ, għadha fis-seħħ sal-lum u għadha tiġi ppubblikata mis-“Service des Nouvelles des Marchés”.

Laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” rinomat

Kemm it-tradizzjoni tal-produzzjoni ta’ ħnieżer b’piż akbar kif ukoll dik ta’ għalf abbażi tal-qamħirrum wasslet biex il-gruppi tal-produtturi jfittxu li jivvalorizzaw u “jipproteġu” l-prodott tagħhom billi jorganizzaw il-provvista tagħhom b’mod kollettiv. L-approċċ ta’ kwalità tal-“Porc au grain du Sud-Ouest” mibdi mill-“Interprofession Porcine d’Aquitaine” fis-snin tmenin wassal biex fl-1989 tinkiseb “Label Rouge” (Tikketta Ħamra), u permezz ta’ dan, il-laħam tal-majjal tal-Lbiċ tal-pajjiż kiseb status reali.

Il-“Porc du Sud-Ouest” kompla jħaddan dan l-approċċ u għandu karatteristiċi komuni ma’ dawk tal-“Porc au grain du Sud-Ouest Label Rouge”: l-alimentazzjoni hija kkaratterizzata minn proporzjon qawwi ta’ qamħirrum u ċereali fl-għalf, u l-karatteristiċi tal-laħam jissodisfaw l-istess kriterji fiżikokimiċi u viżwali. Fl-aħħar nett jiġu applikati rekwiżiti identiċi jekk mhux aktar stretti fir-rigward tas-separazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-karkassi.

Minn meta nbeda, l-approċċ applikat għall-“Porc du Sud-Ouest”, kien ta’ suċċess kbir u dan għadu jgħodd sal-lum. Xhieda ta’ dan huma l-għadd ta’ artikli ġurnalistiċi jew riċetti tat-tisjir li ilhom mill-1991 jidhru fil-gazzetti ta’ kuljum jew f’rivisti speċjalizzati, l-għadd ta’ operaturi involuti f’dan l-approċċ (1997/2010), u l-paġni tal-internet iddedikati għal dan il-prodott. Bis-saħħa ta’ dan l-approċċ u tal-popolarità tiegħu, ir-reputazzjoni tal-“Porc du Sud-Ouest” hija stabbilita sew.

Il-popolarità tal-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” baqgħet teżisti tul is-snin u għadha qawwija ħafna. Dan kollu jsir aktar konkret bl-għażla spontanja tal-konsumatur li jagħtih preferenza netta, jiġġudikah bħala differenti b’mod sinifikanti mill-majjal standard Franċiż u hu lest iħallas aktar għalih.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):

L-alimentazzjoni abbażi tal-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata li minnha joriġinaw l-ispeċifitajiet tal-laħam

Iż-żona tal-Lbiċ għandha speċifiċità doppja, dik li ilha għal żmien twil ħafna żona tal-produzzjoni tal-ħnieżer, u li għandha t-tradizzjoni li tuża l-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata li jagħti karatteristiċi nutrizzjonali speċifiċi lill-għalf tal-ħnieżer minħabba li l-klima taż-żona tiffavorixxi l-koltivazzjoni tiegħu.

L-importanza tal-koltivazzjoni tal-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata fil-Lbiċ tal-pajjiż iffavoriet l-użu tiegħu fl-għalf għat-tismin: il-qamħirrum jirrappreżenta minimu ta’ 30 % tal-għalf tal-“Porc du Sud-Ouest” mit-tnax-il ġimgħa ta’ ħajjet il-ħnieżer. Dan l-għalf barra minn hekk jeħtieġ li jkun fih perċentwal minimu ta' 1,1 % ta' aċidu linolejku. Huwa permezz ta’ dan il-konsum ta’ għalf li għandu valur enerġetiku ogħla u li huwa aktar rikk fl-aċidu linolejku minħabba l-preżenza qawwija tal-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata li l-laħam jikseb l-ispeċifità tiegħu: kompożizzjoni speċifika tax-xaħam tiegħu b’livell baxx ta’ aċidi xaħmin saturati u b’livell għoli ta’ aċidi xaħmin insaturati, livell relattivament għoli ta’ lipidi, livell għoli ta’ vitamini E.

Intwera wkoll b’mod estensiv f’għadd kbir ta’ studji li l-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-laħam tal-majjal, annimal monogastriku, huma relatati mill-qrib mal-karatteristiċi fiżikokimiċi tad-dieta tal-ħanżir permezz tal-proporzjon għoli tal-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata, li fih proporzjon kbir ta’ aċidu linolejku.

Fl-annimali monogastriċi, l-aċidi xaħmin alimentari jiġu ddepożitati direttament fit-tessuti mingħajr bidla kimika, għall-kuntrarju ta’ dak li jseħħ fl-annimali li jixtarru li jissaturaw l-aċidi xaħmin ta’ oriġini alimentari, u lill-aċidi xaħmin poliinsaturati jtellfulhom il-valur bijoloġiku tagħhom (C. Dutertre, Ingénieur Agronome).

Fil-ħnieżer, in-natura tal-aċidi xaħmin tad-dieta tal-ikel taġixxi direttament fuq il-kompożizzjoni tal-aċidi xaħmin tat-tessuti adipużi (Flanzy et al 1970, Brooks 1971, Desmoulin et al 1983, Rhee et al 1988, «Effets de la nature lipidique des régimes sur la composition en acides gras du jambon chez le porc lourd», Pantaleo et al, 1999).

Il-kontribuzzjoni eżoġena tal-aċidi xaħmin poliinsaturati inġeriti mill-“Porc du Sud-Ouest” tinstab fit-tessut adipuż tiegħu (Courboulay et Mourot 1995, Warmants et al 1999, Courboulay et al, 1999). Dan jintwera b’mod ċar mir-riżultati tal-esperimentazzjoni tal-ADASEO (Association pour le Développement Agro-Environnemental du Sud-Ouest) mill-1994 sal-2000.

Għalhekk, fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-lipidi tal-karkassa, huwa stabbilit sew li l-profil tal-aċidi xaħmin tat-tessuti u b’mod partikolari tat-tessuti adipużi huwa marbut sew mal-ammont tal-aċidi xaħmin fid-dieta tal-ikel.

Studju mwettaq mill-ADAESO wera li dieta tal-ikel b’kompożizzjoni ta’ 30 % qamħirrum tat-tip Zea mays indentata (il-minimu fl-ispeċifikazzjonijiet) tiggarantixxi l-ispeċifitajiet tal-“Porc du Sud-Ouest”.

Għalhekk nistgħu nikkonkludu li l-karatteristiċi partikolari tal-laħam tal-“Porc du Sud-Ouest” rinomat (kulur aħmar, immerraq, tari, b'togħma intensa) essenzjalment jirriżultaw mill-għarfien espert lokali ta’ dawk li jrabbu l-ħnieżer fiż-żona tal-Lbiċ tal-pajjiż li żammew it-tradizzjonijiet lokali tat-tismin ta’ ħanżir b’piż akbar bil-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata u l-kwalità ferm speċifika tal-qamħirrum tat-tip Zea mays indentata fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-aċidi xaħmin.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCPorcduSudOuest31012012.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.