ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.151.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 151

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
26 ta' Mejju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 151/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 138, 12.5.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 151/02

Kawża C-504/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, L-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Appell — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għar-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu 2008-2012 — Artikolu 9(1) u (3) u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87 — Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri — Trattament ugwali)

2

2012/C 151/03

Kawża C-505/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubbika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq (Appell — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għar-Repubblika tal-Estonja għall-perijodu 2008-2012 — Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri — Artikolu 9(1) u (3) u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87 — Trattament ugwali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

2

2012/C 151/04

Kawżi magħquda C-7/10 u C-9/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Justitie vs Tayfun Kahveci (C-7/10), Osman Inan (C-9/10) (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Dritt ta’ residenza — Membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork naturalizzat — Żamma taċ-ċittadinanza Torka — Data tan-naturalizzazzjoni)

3

2012/C 151/05

Kawża C-185/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/83/KE — Artikoli 5 u 6 — Prodotti mediċinali speċjali — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għal eżenzjoni minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ prodotti mediċinali simili għal prodotti mediċinali awtorizzati iżda bi prezz inferjuri)

3

2012/C 151/06

Kawża C-209/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet (Artikolu 82 KE — Impriża postali li għandha pożizzjoni dominanti u li għandha obbligu ta’ servizz universali f’dak li jikkonċerna d-distribuzzjoni ta’ ċerta posta indirizzata — Applikazzjoni ta’ prezzijiet baxxi fir-rigward ta’ ċerti ex klijenti ta’ kompetitur — Nuqqas ta’ provi li jirrigwardaw l-intenzjoni — Diskriminazzjoni permezz tal-prezzijiet — Prezzijiet baxxi u selettivi — Eliminazzjoni effettiva jew probabbli ta’ kompetitur — Effett fuq il-kompetizzjoni u, minħabba dan il-fatt, fuq il-konsumaturi — Ġustifikazzjoni oġġettiva)

4

2012/C 151/07

Kawża C-243/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi f’Sardenja — Irkupru)

4

2012/C 151/08

Kawża C-414/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Véleclair SA vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat (VAT — Sitt Direttiva — Artikolu 17(2)(b) — Intaxxar ta’ prodott importat minn pajjiż terz — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni — Kondizzjoni — Ħlas effettiv tal-VAT mill-persuna taxxabbli)

5

2012/C 151/09

Kawża C-417/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs 3M Italia SpA (Tassazzjoni diretta — Għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali — Abbuż ta’ dritt — Artikolu 4(3) TUE — Libertajiet iggarantiti mit-trattat — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Għajnuna mill-Istat — Obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni)

5

2012/C 151/10

Kawża C-436/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons — il-Belġju) — L-Istat Belġjan vs BLM SA (Sitt Direttiva tal-VAT — Punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u Artikolu 13B(b) — Dritt għal tnaqqis — Beni ta’ investiment li jappartjenu lil persuna taxxabbli li hija persuna morali u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persunal tagħha għall-bżonnijiet privati tagħhom)

6

2012/C 151/11

Kawża C-500/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna — l-Italja) — Ufficio IVA di Piacenza vs Belvedere Costruzioni Srl (Tassazzjoni — VAT — Artikolu 4(3) TUE — Sitt Direttiva — Artikoli 2 u 22 — Għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza)

6

2012/C 151/12

Kawża C-564/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung vs Pfeifer & Langen KG (Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 3 u 4 — Miżuri amministrattivi — Irkupru ta’ vantaġġi indebiti — Interessi kompensatorji u moratorji dovuti skont id-dritt nazzjonali — Applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni tar-Regolament Nru 2988/95 għall-irkupru ta’ dawn l-interessi moratorji — Dies a quo tal-preskrizzjoni — Kunċett ta’ sospensjoni — Kunċett ta’ interruzzjoni)

7

2012/C 151/13

Kawża C-599/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Najvyšší súd Slovenskej republiky — is-Slovakkja) — SAG ELV Slovensko as, FELA Management AG, ASCOM (Schweiz) AG, Asseco Central Europe as, TESLA Stropokov as, Autostrade per l’Italia SpA, EFKON AG, Stalexport Autostrady SA vs Úrad pre verejné obstarávanie (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti — Sejħa għal offerti ristretta — Evalwazzjoni tal-offerta — Talbiet tal-awtorità kontraenti sabiex tiġi ċċarata l-offerta — Kundizzjonijiet)

7

2012/C 151/14

Kawża C-607/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1 — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva)

8

2012/C 151/15

Kawża C-1/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Mainz — il-Ġermanja) — Interseroh Scrap and Metal Trading GmbH vs Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM) (Ambjent — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Artikolu 18(1) u (4) — Vjaġġi ta’ ċertu skart — Artikolu 3(2) — Informazzjoni obbligatorja — Identità tal-produttur tal-iskart — Nuqqas ta’ indikazzjoni min-negozjant intermedjarju — Protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali)

8

2012/C 151/16

Kawżi magħquda C-164/10 sa C-176/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Emanuele Ferazzoli et vs Ministero dell’Interno (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ konċessjoni — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet — Għoti ta’ 16300 konċessjoni addizjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

9

2012/C 151/17

Kawża C-255/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Roma — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Alessandro Sacchi (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ konċessjoni — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet — Għoti ta’ 16300 konċessjoni addizjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

10

2012/C 151/18

Kawża C-279/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Verbania — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Matteo Minesi (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ konċessjoni — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet — Għoti ta’ 16300 konċessjoni addizjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

10

2012/C 151/19

Kawża C-413/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Ordinario di Prato — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Michela Pulignani, Alfonso Picariello, Bianca Cilla, Andrea Moretti, Mauro Bianconi, Patrizio Gori, Emilio Duranti, Concetta Zungri (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ konċessjoni — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet — Għoti ta’ 16300 konċessjoni addizjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

11

2012/C 151/20

Kawża C-501/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Raffaele Russo (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ konċessjoni — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet — Għoti ta’ 16300 konċessjoni addizjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

12

2012/C 151/21

Kawża C-107/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — l-Italja) — Ministero dell’Interno, Questura di Caltanissetta vs Massimiliano Rizzo (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ konċessjoni — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet — Għoti ta’ 16300 konċessjoni addizjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

13

2012/C 151/22

Kawża C-368/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Raffaele Arrichiello (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ konċessjoni — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet — Għoti ta’ 16300 konċessjoni addizjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

13

2012/C 151/23

Kawża C-612/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Vincenzo Veneruso (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ konċessjoni — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet — Għoti ta’ 16300 konċessjoni addizjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

14

2012/C 151/24

Kawża C-94/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fl-20 ta’ Frar 2012 — Swm Costruzioni 2 SpA, D.I. Mannocchi Luigino vs Provincia di Fermo

15

2012/C 151/25

Kawża C-100/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (Italja) fl-24 ta’ Frar 2012 — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria

15

2012/C 151/26

Kawża C-105/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs Essent NV u Essent Nederland BV

15

2012/C 151/27

Kawża C-106/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs ENECO HOLDING N.V.

16

2012/C 151/28

Kawża C-107/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs Delta N.V.

16

2012/C 151/29

Kawża C-108/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Vâlcea (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Frar 2012 — SC Volksbank România SA vs Ionuț-Florin Zglimbea, Liana-Ramona Zglimbea

17

2012/C 151/30

Kawża C-111/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Frar 2012 — Ministero per i beni e le attività culturali et vs Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia et

17

2012/C 151/31

Kawża C-113/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-1 ta’ Marzu 2012 — Donal Brady vs Environmental Protection Agency

18

2012/C 151/32

Kawża C-117/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Burgos (Spanja) fil-5 ta’ Marzu 2012 — La Retoucherie de Manuela, S.L. vs La Retoucherie de Burgos, S.C.

18

2012/C 151/33

Kawża C-123/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Giurgiu (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Marzu 2012 — SC Volksbank România SA vs Comisariat Județean pentru Protecția Consumatorilor Giurgiu

19

2012/C 151/34

Kawża C-124/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad-Plovdiv (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Marzu 2012 — AES-3C Maritza East 1 EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto Plovdiv

19

2012/C 151/35

Kawża C-128/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho do Porto (il-Portugall) fit-8 ta’ Marzu 2012 — Sindicato dos Bancários do Norte et vs BPN — Banco Português de Negócios, SA

20

2012/C 151/36

Kawża C-136/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ Marzu 2012 — Consiglio Nazionale dei Geologi vs Autorità Garante della Concorrenza del Mercato

20

2012/C 151/37

Kawża C-137/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

2012/C 151/38

Kawża C-138/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (Il-Bulgarija) fil-15 ta’ Marzu 2012 — Rusedespred OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

24

2012/C 151/39

Kawża C-142/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Marzu 2012 — Hristomir Marinov vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — gr. Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

25

2012/C 151/40

Kawża C-147/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för Nedre Norrland (l-Isvezja) fis-26 ta’ Marzu 2012 — ÖFAB, Östergötlands Fastigheter AB vs Frank Koot, Evergreen Investments B.V.

25

2012/C 151/41

Kawża C-163/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — Anex Customs BVBA vs Belgische Staat, KBC Bank NV

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 151/42

Kawża T-114/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2012 — Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Rimbors tal-għajnuna — Telf tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

27

2012/C 151/43

Kawża T-273/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2012 — Associazione Giùlemanidallajuve vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Ċaħda ta’ ilment — Interess leġittimu — Interess Komunitarju — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

27

2012/C 151/44

Kawża T-327/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — Connefroy et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

27

2012/C 151/45

Kawża T-508/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-26 ta’ Marzu 2012 — Cañas vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Regoli kontra d-doping — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment — Waqfien ta’ attività professjonali — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

28

2012/C 151/46

Kawża T-236/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2012 — Asociación Española de Banca vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwist ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikkjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

28

2012/C 151/47

Kawża T-261/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — European Goldfields vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Sussidju mogħti mill-awtoritajiet Griegi lill-impriża tal-minjieri Ellinikos Chrysos li jikkonsisti fit-trasferiment tal-ġestjoni tal-minjiera ta’ Cassandra għal prezz inferjuri mill-valur reali fis-suq u fl-eżenzjoni mit-taxxi fuq it-tranżazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u li tordna l-irkupru tagħha, flimkien mal-interessi — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

29

2012/C 151/48

Kawża T-341/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2012 — Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Interess ġuridiku — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2012/C 151/49

Kawża T-97/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill

29

2012/C 151/50

Kawża T-98/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill

30

2012/C 151/51

Kawża T-99/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

30

2012/C 151/52

Kawża T-100/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Almashreq Investment vs Il-Kunsill

30

2012/C 151/53

Kawża T-101/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Cham vs Il-Kunsill

31

2012/C 151/54

Kawża T-102/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Sorouh vs Il-Kunsill

31

2012/C 151/55

Kawża T-103/12: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2012 — T&L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

31

2012/C 151/56

Kawża T-125/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2012 — Atlantean vs Il-Kummissjoni

33

2012/C 151/57

Kawża T-368/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — Atlantean vs Il-Kummissjoni

33

2012/C 151/58

Kawża T-501/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2012 — PhysioNova vs UASI — Flex Equipos de Descanso (FLEX)

33

2012/C 151/59

Kawża T-581/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2012 — X Technology Swiss vs UASI — Brawn (X-Undergear)

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/1


2012/C 151/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 138, 12.5.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 133, 5.5.2012

ĠU C 126, 28.4.2012

ĠU C 118, 21.4.2012

ĠU C 109, 14.4.2012

ĠU C 89, 24.3.2012

ĠU C 80, 17.3.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, L-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-504/09 P) (1)

(Appell - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għar-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu 2008-2012 - Artikolu 9(1) u (3) u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87 - Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri - Trattament ugwali)

2012/C 151/02

Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková u K. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, M. Nowacki u B. Majczyna, aġenti), L-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent u J. Maurici, barrister)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-Repubblika tal-Polonja: Ir-Repubbika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Rumanija (rappreżentanti: V. Angelescu u A. Cazacioc, konsulenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-183/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1295 finali, tas-26 ta’ Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu 2008-2012, inkonformità mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 631) — Prinċipju ta’ ne ultra petita — Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju — Ksur tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza — Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll tal-Artikoli 1(1), 2(1) u 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1295 finali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Rumanija kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubbika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-505/09 P) (1)

(Appell - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għar-Repubblika tal-Estonja għall-perijodu 2008-2012 - Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri - Artikolu 9(1) u (3) u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87 - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

2012/C 151/03

Lingwa tal-proċedura: l-Estonjan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková, E. Randvere u E. White, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent),

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentanti: L. Uibo u M. Linntam, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq

Partijiet intervenjenti insostenn tar-Repubblika tal-Estonja: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, aġent), Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Drēviņa u M. I. Kalniņš, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tat-23 ta’ Settembru 2009, L-Estonja vs Il-Kummissjoni (T-263/07), li permezz tagħha l-imsemmija Qorti annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, innotifikat mir-Repubblika tal-Estonja għal perijodu ta’ bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631) — Żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament — Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 9(1) u (3), u tal-Artikolu 11(2), tad-Direttiva 2003/87/KE, u tal-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali — Interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Klassifikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata bħala inseparabbli, li tirriżulta fl-annullament totali, u mhux parzjali, ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Justitie vs Tayfun Kahveci (C-7/10), Osman Inan (C-9/10)

(Kawżi magħquda C-7/10 u C-9/10) (1)

(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Dritt ta’ residenza - Membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork naturalizzat - Żamma taċ-ċittadinanza Torka - Data tan-naturalizzazzjoni)

2012/C 151/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie

Konvenuti: Tayfun Kahveci (C-7/10), Osman Inan (C-9/10)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Dritt ta’ residenza għall-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tal-impjieg ta’ Stat Membru — Membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork naturalizzat li iżda żamm iċ-ċittadinanza Torka tiegħu — Data tan-naturalizzazzjoni

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tax-xogħol ta’ Stat Membru jistgħu jibqgħu jinvokaw din id-dispożizzjoni meta dan il-ħaddiem ikun kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żamm iċ-ċittadinanza Torka.


(1)  ĠU C 63 tat-13.03.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-185/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/83/KE - Artikoli 5 u 6 - Prodotti mediċinali speċjali - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għal eżenzjoni minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ prodotti mediċinali simili għal prodotti mediċinali awtorizzati iżda bi prezz inferjuri)

2012/C 151/05

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, it-tqegħid fis-suq ta’ dan l-Istat ta’ prodotti mediċinali bi prezz inferjuri u b’ karatteristiċi simili għal dawk ta’ prodotti mediċinali awtorizzati

Dispożittiv

(1)

billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 4 tal-liġi dwar il-prodotti mediċinali (Pra wo farmaceutyczne), tas-6 ta’ Settembru 2001, kif emendata bil-liġi tat-30 ta’ Marzu 2007, sa fejn dik id-dispożizzjoni legali tipprovdi għal eżenzjoni minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ prodotti mediċinali li joriġinaw minn barra l-pajjiż li jinkludu l-istess sustanzi attivi, l-istess doża u l-istess forma ta’ dawk li jkunu ingħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Polonja, bil-kundizzjoni b’mod partikolari, li l-prezz ta’ dawk il-prodotti mediċinali importati jkun kompetittiv meta mqabbel ma’ dak ta’ prodotti li jkunu ingħataw tali awtorizzazzjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset li twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004 u bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet

(Kawża C-209/10) (1)

(Artikolu 82 KE - Impriża postali li għandha pożizzjoni dominanti u li għandha obbligu ta’ servizz universali f’dak li jikkonċerna d-distribuzzjoni ta’ ċerta posta indirizzata - Applikazzjoni ta’ prezzijiet baxxi fir-rigward ta’ ċerti ex klijenti ta’ kompetitur - Nuqqas ta’ provi li jirrigwardaw l-intenzjoni - Diskriminazzjoni permezz tal-prezzijiet - Prezzijiet baxxi u selettivi - Eliminazzjoni effettiva jew probabbli ta’ kompetitur - Effett fuq il-kompetizzjoni u, minħabba dan il-fatt, fuq il-konsumaturi - Ġustifikazzjoni oġġettiva)

2012/C 151/06

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Post Danmark A/S

Konvenut: Konkurrencerådet

fil-preżenza ta’: Forbruger-Kontakt a-s,

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 82 KE (li sar l-Artikolu 102 TFUE) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Impriża postali li għandha pożizzjoni dominanti kif ukoll obbligu ta’ distribuzzjoni tal-enveloppijiet u pakketti indirizzati, li tipprattika tnaqqis selettiv tal-prezzijiet ta’ distribuzzjoni ta’ posta mhux indirizzata f’livelli li huma inqas mill-ispejjeż totali medji tagħha, iżda ogħla mill-ispejjeż inkrementali medji tagħha — Abbuż intiż li jelimina kompetitur

Dispożittiv

L-Artikolu 82 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li politika ta’ prezzijiet baxxi applikati fir-rigward ta’ ċerti ex klijenti importanti ta’ kompetitur minn impriża li għandha pożizzjoni dominati ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li tikkostitwixxi prattika ta’ esklużjoni abbużiva għar-raġuni biss li l-prezz applikat minn din l-impriża lil wieħed minn dawn il-klijenti huwa f’livell inferjuri għall-ispejjeż totali medji imputabbli lill-attività kkonċernata, iżda ogħla mill-ispejjeż inkrementali medji relatati magħha, kif evalwati fil-proċedura li wasslet għall-kawża prinċipali. Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ effetti antikompetittivi f’ċirkustanzi bħal dawk f’din il-kawża, hemm lok li jiġi eżaminat jekk din il-politika ta’ prezzijiet, mingħajr ġustifikazzjoni oġettiva, għandhiex bħala riżultat l-eliminazzjoni effettiva jew probabbli ta’ dan il-kompetitur għad-dannu tal-kompetizzjoni u, minħabba dan il-fatt, tal-interessi tal-konsumaturi


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-243/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi f’Sardenja - Irkupru)

2012/C 151/07

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/854/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi Reġjonali nru 9 tal-1998 — applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C1/2004 (eks NN 158/2003 u CP 15/2003) [notifikata taħt id dokument numru C(2008) 2997] (ĠU L 302, p. 9)

Dispożittiv

(1)

Billi ma ttieħdux, fit-termini preskritti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija skont skema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 — applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/2003), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Véleclair SA vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat

(Kawża C-414/10) (1)

(VAT - Sitt Direttiva - Artikolu 17(2)(b) - Intaxxar ta’ prodott importat minn pajjiż terz - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni - Kondizzjoni - Ħlas effettiv tal-VAT mill-persuna taxxabbli)

2012/C 151/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Véleclair SA

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ –Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni għall-ħlas effettiv tal-imsemmija taxxa mill-persuna taxxabbli.

Dispożittiv

L-Artikolu 17(2)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ –Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru jissuġġetta d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni għall-ħlas effettiv minn qabel ta’ din it-taxxa mill-persuna taxxabbli meta din tal-aħħar hija wkoll id-detentur tad-dritt għal tnaqqis.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs 3M Italia SpA

(Kawża C-417/10) (1)

(Tassazzjoni diretta - Għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali - Abbuż ta’ dritt - Artikolu 4(3) TUE - Libertajiet iggarantiti mit-trattat - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Għajnuna mill-Istat - Obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni)

2012/C 151/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Konvenuta: 3M Italia SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Taxxa fuq il kumpanniji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal perċentwali differenti ta’ taxxa fuq id-dividendi tal-kumpanniji skont is-sede tagħhom — Tranżazzjoni kummerċjali bil-parteċipazzjoni ta’ kumpanniji residenti fl-Italja u kumpanniji li għandhom s-sede tagħhom fl-esteru — Deċiżjoni tal-awtoritajiet amministrattivi li tikkunsidra applikabbli t-taxxi dovuti fil-każ ta’ kumpanniji residenti fl-esteru — Kunċett ta’ abbuż tad-dritt kif definit fil-Kawża C-255/02, Halifax et — Applikabbiltà għat-taxxi nazzjonali mhux armonizzati bħat-taxxi diretti

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-Artikolu 4(3) TUE, il-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali dwar it-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali, permezz ta’ ħlas ta’ somma ekwiparabbli għal 5 % tal-valur tal-kawża, meta dawn il-proċeduri jirriżultaw minn rikors li jkun ġie ppreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u l-awtorità tat-taxxa tkun tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons — il-Belġju) — L-Istat Belġjan vs BLM SA

(Kawża C-436/10) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u Artikolu 13B(b) - Dritt għal tnaqqis - Beni ta’ investiment li jappartjenu lil persuna taxxabbli li hija persuna morali u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persunal tagħha għall-bżonnijiet privati tagħhom)

2012/C 151/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Konvenuta: BLM SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Mons — Interpretazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2) u tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Beni ta’ investiment li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni u assenjati parzjalment għall-bżonnijiet privati ta’ diriġent ta’ persuna ġuridika u tal-familja tiegħu, li ta lok għad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis

Dispożittiv

(1)

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, għalkemm il-karatteristiċi ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens ta’ dan l-Artikolu 13B(b) ma humiex sodisfatti, tikkunsidra bħala provvista ta’ servizzi eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont din l-aħħar dispożizzjoni l-użu, għall-bżonnijiet privati tal-persunal ta’ persuna taxxabbli li hija persuna ġuridika, ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali fuq proprjetà immobbli minn din il-persuna taxxabbli, meta din il-proprjetà kienet eliġibbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input.

(2)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jistax jiġi kkunsidrat li jeżisti kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-imsemmi Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna — l-Italja) — Ufficio IVA di Piacenza vs Belvedere Costruzioni Srl

(Kawża C-500/10) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Artikolu 4(3) TUE - Sitt Direttiva - Artikoli 2 u 22 - Għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza)

2012/C 151/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ufficio IVA di Piacenza

Konvenuta: Belvedere Costruzioni Srl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna — Taxxa fuq il-valur miżjud — Artikoli 2 u 22 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Obbligu tal-Istati Membri li jiggarantixxu rkupru effettiv tal-VAT — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, b’ċerti kundizzjonijiet, l-għeluq tal-proċedura ġudizzjarja fil-qasam fiskali mingħajr deċiżjoni fuq il-mertu mill-qorti tat-tielet istanza, b’mod li għaldaqstant id-deċiżjoni meħuda mill-qorti tat-tieni istanza ssir res judicata — Effett allegat ta’ rinunzja għall-irkupru tat-taxxi armonizzati

Dispożittiv

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-applikazzjoni, fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ dispożizzjoni nazzjonali eċċezzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza, meta dawn il-proċeduri joriġinaw minn rikors ippreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin, u fil-prattika iktar minn erbatax-il sena, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u meta l-awtorità tat-taxxa tilfet quddiem l-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji, bil-konsegwenza li dan l-għeluq awtomatiku jwassal sabiex id-deċiżjoni tat-tieni istanza ġudizzjarja ssir res judicata u l-kreditu fiskali mitlub mill-awtorità tat-taxxa jiġi estint.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung vs Pfeifer & Langen KG

(Kawża C-564/10) (1)

(Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 3 u 4 - Miżuri amministrattivi - Irkupru ta’ vantaġġi indebiti - Interessi kompensatorji u moratorji dovuti skont id-dritt nazzjonali - Applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni tar-Regolament Nru 2988/95 għall-irkupru ta’ dawn l-interessi moratorji - Dies a quo tal-preskrizzjoni - Kunċett ta’ “sospensjoni” - Kunċett ta’ “interruzzjoni”)

2012/C 151/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Konvenuta: Pfeifer & Langen KG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340) — Irkupru ta’ għajnuna mħallsa indebitament — Applikabbiltà tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għall-preskrizzjoni tal-interessi dovuti, taħt id-dritt nazzjonali, b’żieda mar-rimbors tal-ammonti mħallsa indebitament

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni li huwa jipprovdi għall-irkupru tal-kreditu prinċipali, li jikkorrispondi għar-rimbors ta’ vantaġġ miksub indebitament mill-baġit tal-Unjoni, ma huwiex applikabbli għall-irkupru tal-interessi li jinħolqu minn dan il-kreditu, meta dawn l-interessi ma humiex dovuti abbażi tad-dritt tal-Unjoni iżda abbażi ta’ obbligu li joriġina biss mid-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Najvyšší súd Slovenskej republiky — is-Slovakkja) — SAG ELV Slovensko as, FELA Management AG, ASCOM (Schweiz) AG, Asseco Central Europe as, TESLA Stropokov as, Autostrade per l’Italia SpA, EFKON AG, Stalexport Autostrady SA vs Úrad pre verejné obstarávanie

(Kawża C-599/10) (1)

(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti - Sejħa għal offerti ristretta - Evalwazzjoni tal-offerta - Talbiet tal-awtorità kontraenti sabiex tiġi ċċarata l-offerta - Kundizzjonijiet)

2012/C 151/13

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SAG ELV Slovensko as, FELA Management AG, ASCOM (Schweiz) AG, Asseco Central Europe as, TESLA Stropokov as, Autostrade per l’Italia SpA, EFKON AG, Stalexport Autostrady SA

Konvenuta: Úrad pre verejné obstarávanie

fil-preżenza ta’: Národná dial’ničná spoločnost’ a.s.,

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), u b’mod partikolari tal-Artikoli 2, 51 kif ukoll 55 — Obbligu eventwali tal-awtrotià kontraenti li titlob, jekk ikun hemm bżonn, il-kjarifika ta’ offerta — Estensjoni ta’ dan l-obbligu

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li jkun hemm fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dispożizzjoni bħall-Artikolu 42(3) tal-Liġi Nru 25/2006 dwar il-kuntratti pubbliċi, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, li tipprovdi essenzjalment li, jekk l-applikant jipproponi prezz anormalment baxx, l-awtorità kontraenti titlob mingħandu bil-miktub li jiċċara l-proposta ta’ prezz tiegħu. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistħarreġ, fid-dawl tal-provi kollha fil-proċess li ġew ippreżentati lilha, jekk it-talba għal kjarifika ppermettietx lill-applikant ikkonċernat sabiex jispjega b’mod suffiċjenti l-kompożizzjoni tal-offerta tiegħu.

(2)

L-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/18 jipprekudi l-pożizzjoni ta’ awtorità kontraenti li tikkunsidra li ma għandhiex l-obbligu li titlob lill-applikant sabiex jispjega prezz anormalment baxx.

(3)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 42(2) tal-imsemmija Liġi Nru 25/2006, li biha, essenzjalment, l-awtorità kontraenti tista’ titlob bil-miktub lill-applikanti sabiex jiċċaraw l-offerti tagħhom mingħajr madankollu ma titlob jew taċċetta ebda emenda tal-offerta. Fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li għandha b’hekk l-awtorità kontraenti, hija din tal-aħħar li għandha titratta l-applikanti differenti b’mod ugwali u leali, hekk li t-talba għal kjarifika ma tistax tidher, fi tmiem il-proċedura tal-għażla tal-offerti jew fid-dawl tar-riżultat ta’ din l-għażla, bħala li indebitament ivvantaġġjat jew żvantaġġjat l-applikant jew l-applikanti li kien jew li kienu s-suġġett ta’ din it-talba.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Isvezja

(Kawża C-607/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1 - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva)

2012/C 151/14

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u K. Simonsson, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2009, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2009, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (verżjoni kodifikata), jew, b’mod xieraq, permezz tal-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u, jekk ikun il-każ, l-aġġornament tagħhom, li l-installazzjonijiet kollha eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Mainz — il-Ġermanja) — Interseroh Scrap and Metal Trading GmbH vs Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM)

(Kawża C-1/11) (1)

(Ambjent - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Artikolu 18(1) u (4) - Vjaġġi ta’ ċertu skart - Artikolu 3(2) - Informazzjoni obbligatorja - Identità tal-produttur tal-iskart - Nuqqas ta’ indikazzjoni min-negozjant intermedjarju - Protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali)

2012/C 151/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Mainz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interseroh Scrap and Metal Trading GmbH

Konvenuta: Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Mainz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart [ġarr ta’ skart] (ĠU L 190, p. 1) — Dokument li jinsab fl-Anness VII tal-imsemmi regolament u li jinkludi informazzjoni li takkumpanja l-ġarr ta’ ċertu skart — Dritt tal-intermedjarju li ma jindikax f’dan id-dokument l-identità tal-produtturi tal-iskart sabiex jipproteġi l-klijentela tiegħu fir-rigward tax-xerrej

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi [vjaġġi] ta’ skart, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2009, tal-15 ta’ April 2009, għandu jiġi interpretata fis-sens li ma jippermettix lil negozjant intermedjarju li jorganizza vjaġġ ta’ skart li ma jiżvelax l-identità tal-produttur tal-iskart lid-destinatarju tal-vjaġġ, kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, moqri flimkien mal-Anness VII tal-imsemmi regolament, anki jekk dan in-nuqqas ta’ żvelar ikun neċessarju għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerjali ta’ dan in-negozjant intermedjarju.

(2)

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 308/2009, għandu tiġi interpretata fis-sens li jobbliga, fil-kuntest ta’ vjaġġ ta’ skart li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni, negozjant intermedjarju li jimla t-Taqsima 6 tad-dokument li jinsab fl-Anness VII tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 308/2009, u li jgħaddih lid-destinatarju, mingħajr ma l-portata ta’ dan l-obbligu tista’ tiġi limitata minn dritt għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerjali.


(1)  ĠU C 95, 26.03.2011.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Emanuele Ferazzoli et vs Ministero dell’Interno

(Kawżi magħquda C-164/10 sa C-176/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ konċessjoni - Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet - Għoti ta’ 16 300 konċessjoni addizjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

2012/C 151/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emanuele Ferazzoli (C-164/10), Cosima Barberio (C-165/10), Patrizia Banchetti (C-166/10), Andrea Palomba (C-167/10), Michele Fanelli (C-168/10), Sandra Castronovo (C-169/10), Mirko De Filippo (C-170/10), Andrea Sacripanti (C-171/10), Emiliano Orru’ (C-172/10), Fabrizio Cariulo (C-173/10), Paola Tonachella (C-174/10), Pietro Calogero (C-175/10), Danilo Spina (C-176/10)

Konvenut: Ministero dell’Interno

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-eżerċizzju tal-attività ta’ ġbir ta’ mħatri għall-operaturi nazzjonali li jkunu kisbu konċessjoni — Restrizzjonijiet għall-ftuħ ta’ postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri għall-proprjetarji tal-konċessjonijiet ġodda — Telf tal-konċessjonijiet fil-każ ta’ organizzazzjoni transkonfinali ta’ logħob simili għal dawk ikkunsidrati bħala “pubbliċi” — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ konċessjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ konċessjonijiet ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-fergħat tal-konċessjonarji ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġu applikati sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr konċessjoni jew mingħajr permess mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ konċessjonijiet ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprovdu ċ-ċaħda ta’ konċessjonijiet mogħtija fi tmiem sejħa għal offerti, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 23(2)(a) u (3), tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u min jagħmel l-offerta għall-konċessjonijiet li jikkonċerna logħob tal-ażżard relatat ma’ avvenimenti minbarra t-tlielaq taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Roma — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Alessandro Sacchi

(Kawża C-255/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ konċessjoni - Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet - Għoti ta’ 16 300 konċessjoni addizjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

2012/C 151/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Roma

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Alessandro Sacchi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Roma — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ permess u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu permessi u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ konċessjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ konċessjonijiet ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-fergħat tal-konċessjonarji ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġu applikati sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr konċessjoni jew mingħajr permess mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun kien ġie eskluż minn sejħa għal offerti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ konċessjonijiet ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu ċ-ċaħda ta’ konċessjonijiet mogħtija fi tmiem sejħa għal offerti, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u min jagħmel l-offerta għall-konċessjonijiet li jikkonċerna logħob tal-ażżard relatat ma’ avvenimenti minbarra t-tlielaq taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Verbania — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Matteo Minesi

(Kawża C-279/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ konċessjoni - Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet - Għoti ta’ 16 300 konċessjoni addizjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

2012/C 151/18

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Verbania

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Matteo Minesi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Verbania — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ permess u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu permessi u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ konċessjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ konċessjonijiet ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-fergħat tal-konċessjonarji ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġu applikati sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr konċessjoni jew mingħajr permess mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ konċessjonijiet ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu ċ-ċaħda ta’ konċessjonijiet mogħtija fi tmiem sejħa għal offerti, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u min jagħmel l-offerta għall-konċessjonijiet li jikkonċerna logħob tal-ażżard relatat ma’ avvenimenti minbarra t-tlielaq taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Ordinario di Prato — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Michela Pulignani, Alfonso Picariello, Bianca Cilla, Andrea Moretti, Mauro Bianconi, Patrizio Gori, Emilio Duranti, Concetta Zungri

(Kawża C-413/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ konċessjoni - Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet - Għoti ta’ 16 300 konċessjoni addizjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

2012/C 151/19

Lingwa tal-kawża: l-Italja

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Prato

Partijiet fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Michela Pulignani, Alfonso Picariello, Bianca Cilla, Andrea Moretti, Mauro Bianconi, Patrizio Gori, Emilio Duranti, Concetta Zungri

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Prato — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ permess u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu permessi u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ konċessjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ konċessjonijiet ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-fergħat tal-konċessjonarji ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġu applikati sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr konċessjoni jew mingħajr permess mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ konċessjonijiet ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu ċ-ċaħda ta’ konċessjonijiet mogħtija fi tmiem sejħa għal offerti, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u min jagħmel l-offerta għall-konċessjonijiet li jikkonċerna logħob tal-ażżard relatat ma’ avvenimenti minbarra t-tlielaq taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Raffaele Russo

(Kawża C-501/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ konċessjoni - Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet - Għoti ta’ 16 300 konċessjoni addizjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

2012/C 151/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Raffaele Russo

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Santa Maria Capua Vetere — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ permess u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu permessi u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ konċessjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ konċessjonijiet ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-fergħat tal-konċessjonarji ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġu applikati sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr konċessjoni jew mingħajr permess mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ konċessjonijiet ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu ċ-ċaħda ta’ konċessjonijiet mogħtija fi tmiem sejħa għal offerti, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u min jagħmel l-offerta għall-konċessjonijiet li jikkonċerna logħob tal-ażżard relatat ma’ avvenimenti minbarra t-tlielaq taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 346,18.12.2010


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — l-Italja) — Ministero dell’Interno, Questura di Caltanissetta vs Massimiliano Rizzo

(Kawża C-107/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ konċessjoni - Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet - Għoti ta’ 16 300 konċessjoni addizjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

2012/C 151/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero dell’Interno, Questura di Caltanissetta

Konvenut: Massimiliano Rizzo

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ permess u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu permessi u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ konċessjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ konċessjonijiet ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-fergħat tal-konċessjonarji ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġu applikati sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr konċessjoni jew mingħajr permess mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ konċessjonijiet ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu ċ-ċaħda ta’ konċessjonijiet mogħtija fi tmiem sejħa għal offerti, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u min jagħmel l-offerta għall-konċessjonijiet li jikkonċerna logħob tal-ażżard relatat ma’ avvenimenti minbarra t-tlielaq taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2012


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Raffaele Arrichiello

(Kawża C-368/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ konċessjoni - Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet - Għoti ta’ 16 300 konċessjoni addizjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

2012/C 151/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Raffaele Arrichiello

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Santa Maria Capua Vetere — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ permess u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu permessi u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ konċessjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ konċessjonijiet ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-fergħat tal-konċessjonarji ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġu applikati sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr konċessjoni jew mingħajr permess mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ konċessjonijiet ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu ċ-ċaħda ta’ konċessjonijiet mogħtija fi tmiem sejħa għal offerti, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u min jagħmel l-offerta għall-konċessjonijiet li jikkonċerna logħob tal-ażżard relatat ma’ avvenimenti minbarra t-tlielaq taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Vincenzo Veneruso

(Kawża C-612/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri relatati ma’ avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ konċessjoni - Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-konċessjonijiet - Għoti ta’ 16 300 konċessjoni addizjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

2012/C 151/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Vincenzo Veneruso

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Milano — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ permess u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu permessi u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE (li saru l-Artikoli 49 u 56 TFUE)

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ konċessjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ konċessjonijiet ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-fergħat tal-konċessjonarji ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġu applikati sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr konċessjoni jew mingħajr permess mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ konċessjonijiet ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu ċ-ċaħda ta’ konċessjonijiet mogħtija fi tmiem sejħa għal offerti, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u min jagħmel l-offerta għall-konċessjonijiet li jikkonċerna logħob tal-ażżard relatat ma’ avvenimenti minbarra t-tlielaq taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 65 du 03.03.2012


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fl-20 ta’ Frar 2012 — Swm Costruzioni 2 SpA, D.I. Mannocchi Luigino vs Provincia di Fermo

(Kawża C-94/12)

2012/C 151/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swm Costruzioni 2 SpA, D.I. Mannocchi Luigino

Konvenuta: Provincia di Fermo

Domanda preliminari

L-Artikolu 47(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, bħala prinċipju, li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik Taljana li tinsab fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 49 tad-d.lgs. 163/2006, li tipprekludi, ħlief f’każijiet partikolari, li tintuża iktar minn impriża awżiljari waħda, billi tipprovdi li “Għax-xogħolijiet, l-offerent jista’ juża impriża awżiljari waħda biss għal kull kategorija ta’ kwalifikazzjoni. L-avviż tas-sejħa għall-offerti jista’ jaċċetta l-użu ta’ iktar minn impriża awżiljari waħda minħabba l-valur tal-appalt jew tan-natura partikolari tas-servizzi…”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (Italja) fl-24 ta’ Frar 2012 — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria

(Kawża C-100/12)

2012/C 151/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fastweb SpA

Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale di Alessandria

Partijiet oħra fil-proċedura: Telecom Italia S.p.A., Path-net S.p.A.

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ trattament ugwali tal-partijiet, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni fil-kuntratti pubbliċi msemmija fid-Direttiva 89/665/KEE (1) kif ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/66/KE (2) jopponu l-ġurisprudenza kif tirriżulta mid-deċiżjoni tas-seduta plenarja tal-Consiglio di Stato Nru 4 tal-2011, li tistabbilixxi li l-eżami tar-rikors inċidentali li jkun intiż sabiex jikkontesta l-locus standi tar-rikorrent prinċipali billi jikkontesta l-fatt li huwa ġie ammess jipparteċipa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, għandu neċessarjament isir qabel dak tar-rikors prinċipali u għandu jkun ta’ natura li tinċidi fuq l-eżami tar-rikors prinċipali, anki fil-każ fejn ir-rikorrent prinċipali jkollu interess materjali fil-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura sħiħa tal-għażla u indipendentement mill-għadd ta’ kompetituri li jkunu pparteċipaw, partikolarment fil-każ fejn il-kompetituri rimanenti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti jkunu tnejn biss (jiġifieri, ir-rikorrent fil-kawża principali u l-entità tal-għażla li tkun ukoll ir-rikorrent inċidentali) fejn kull wieħed minn dawn tal-aħħar jkun qiegħed jitlob l-esklużjoni tal-ieħor minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti minimi sabiex l-offerta tkun ikkunsidrata bħala idonea?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246.

(2)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs Essent NV u Essent Nederland BV

(Kawża C-105/12)

2012/C 151/26

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staat der Nederlanden

Konvenuti: Essent NV, Essent Nederland BV

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 345 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “sistema tal-proprjetà fl-Istati Membri” is-sistema tal-projbizzjoni assoluta ta’ privatizzazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża, hekk kif stabbilita fid-digriet dwar l-azzjonijiet ta’ operaturi ta’ netwerk, moqri flimkien mal-Artikolu 93 tal-Liġi tal-1998 dwar l-elettriku u l-Artikolu 85 tal-Liġi dwar il-gass, li timplika li l-azzjonijiet f’operatur ta’ netwerk jistgħu jiġu ttrasferiti biss fl-ambitu tal-awtoritajiet pubbliċi?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu dan bħala konsegwenza li r-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital ma humiex applikabbli għall-projbizzjoni ta’ grupp ta’ kumpanniji, jew tal-inqas li ma hemmx bżonn tiġi eżaminata l-projbizzjoni ta’ grupp ta’ kumpanniji fid-dawl tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital?

(3)

L-għanijiet, li huma wkoll dawk tal-Won [liġi dwar l-amministrazzjoni indipendenti tan-netwerks (Wet onafhankelijk netbeheer)], intiżi, permezz tal-ġlieda kontra s-sussidji trażversali fis-sens wiesa’ (inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika), sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-suq tal-enerġija u sabiex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huma interessi ekonomiċi puri, jew jistgħu jitqiesu wkoll bħala interessi ta’ natura mhux ekonomika, fis-sens li, f’ċerti ċirkustanzi, huma jistgħu jikkostitwixxu, inkwantu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, ġustifikazzjoni għal restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital?


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs ENECO HOLDING N.V.

(Kawża C-106/12)

2012/C 151/27

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staat der Nederlanden

Konvenuta: ENECO HOLDING NV

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 345 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “sistema tal-proprjetà fl-Istati Membri” is-sistema tal-projbizzjoni assoluta ta’ privatizzazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża, kif stabbilita fid-digriet dwar l-azzjonijiet ta’ operaturi ta’ netwerk, moqri flimkien mal-Artikolu 93 tal-liġi tal-1998 dwar l-elettriku u l-Artikolu 85 tal-Liġi dwar il-gass, li timplika li l-azzjonijiet f’operatur ta’ netwerk jistgħu jiġu ttrasferiti biss fl-ambitu tal-awtoritajiet pubbliċi?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu dan bħala konsegwenza li r-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital ma humiex applikabbli għall-projbizzjoni ta’ grupp ta’ kumpanniji, jew tal-inqas li ma hemmx bżonn tiġi eżaminata l-projbizzjoni ta’ grupp ta’kumpanniji fid-dawl tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital?

(3)

L-għanijiet, li huma wkoll dawk tal-Won [liġi dwar l-amministrazzjoni indipendenti tan-netwerks (Wet onafhankelijk netbeheer)], intiżi, permezz tal-ġlieda kontra s-sussidji trażversali fis-sens wiesa’ (inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika), sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-suq tal-enerġija u sabiex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huma interessi ekonomiċi puri, jew jistgħu jitqiesu wkoll bħala interessi ta’ natura mhux ekonomika, fis-sens li, f’ċerti ċirkustanzi, huma jistgħu jikkostitwixxu, inkwantu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, ġustifikazzjoni għal restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital?


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs Delta N.V.

(Kawża C-107/12)

2012/C 151/28

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staat der Nederlanden.

Konvenuta: Delta N.V.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 345 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “sistema ta’ proprjetà fl-Istati Membri” is-sistema tal-projbizzjoni assoluta ta’ privatizzazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża, kif stabbilita fid-digriet dwar l-azzjonijiet ta’ operaturi ta’ netwerk, flimkien mal-Artikolu 93 tal-liġi tal-1998 dwar l-elettriku u l-Artikolu 85 tal-liġi dwar il-gass, li jimplika li l-azzjonijiet f’operatur ta’ netwerk jistgħu jiġu ttrasferiti biss fl-ambitu tal-awtoritajiet?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, dan għandu bħala konsegwenza li r-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital ma japplikawx għall-projbizzjoni ta’ grupp, jew tal-inqas li ma hemmx bżonn li tiġi evalwata l-projbizzjoni ta’ grupp fid-dawl tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital?

(3)

L-għanijiet, li huma wkoll il-bażi tal-Won [liġi dwar il-ġestjoni indipendenti tan-netwerks (Wet onafhankelijk netbeheer), intiżi, permezz tal-ġlieda kontra s-sussidji trażversali fis-sens wiesa’ (inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika), sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-suq tal-enerġija u sabiex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huma interessi ekonomiċi puri, jew jistgħu jiġu kkunsidrati bħala interessi ta’ natura mhux ekonomika, fis-sens li, skont iċ-ċirkustanzi, huma jistgħu jikkostitwixxu, bħala raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, ġustifikazzjoni għal restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital?


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Vâlcea (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Frar 2012 — SC Volksbank România SA vs Ionuț-Florin Zglimbea, Liana-Ramona Zglimbea

(Kawża C-108/12)

2012/C 151/29

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Vâlcea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Volksbank România SA

Konvenuti: Ionuț-Florin Zglimbea, Liana-Ramona Zglimbea

Domanda preliminari

(1)

Sa fejn jista’ l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 (1) jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ suġġett prinċipali tal-kuntratt u l-kunċett ta’ prezz, li għalihom tagħmel riferiment din id-dispożizzjoni, jinkludu l-elementi li jikkostitwixxu l-korrispettiv li għalih huwa intitolat stabbiliment ta’ kreditu abbażi ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, jiġifieri r-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena ta’ tali kuntratt (kif iddefinita fid-Direttiva 2008/48 (2)), komposta b’mod partikolari minn rata fissa jew varjabbli, minn kummissjonijiet bankarji u minn spejjeż oħra inklużi u ddefiniti fil-kuntratt?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)

(2)  Direttiva 2008/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66)


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Frar 2012 — Ministero per i beni e le attività culturali et vs Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia et

(Kawża C-111/12)

2012/C 151/30

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero per i beni e le attività culturali, Ordini degli Ingegneri delle Province di Venezia, di Padova, di Treviso, di Vicenza, di Verona e Provincia, di Rovigo e di Belluno

Konvenuti: Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia, Consiglio Nazionale degli Ingegneri, Consiglio Nazionale degli Architetti, Pianificatori, Paesaggisti e Conservatori, Alessandro Mosconi, Comune di S. Martino Buon Albergo, Ordine degli Architetti Pianificatori Paesaggisti e Conservatori della Provincia di Verona, Istituzione di Ricovero e di Educazione di Venezia (IRE), Ordine degli Architetti di Venezia.

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva Komunitarja Nru 85/384/KEE (1), fil-parti li fiha taċċetta (Artikoli 10 u 11), b’mod tranżitorju, fl-eżerċizzju tal-attivitajiet fis-settur tal-arkitettura persuni migranti li għandhom it-titoli speċifikament indikati, ma tipprekludix li fl-Italja tkun meqjusa leġittima prassi amministrattiva, li għandha bħala bażi ġuridika l-Artikolu 52(2)(i) tal-R.D. Nru 2537 tal-1925, li tirriżerva b’mod speċifiku ċerti interventi fuq binjiet ta’ interess artistiku esklużivament għall-kandidati li għandhom titolu ta’ “perit” jew kandidati li juru li għandhom rekwiżiti kurrikulari partikolari, speċifiċi fis-settur tal-patrimonju kulturali u oħrajn fir-rigward ta’ dak li b’mod ġeneriku jippermetti l-aċċess għall-attivitajiet li jaqgħu taħt l-arkitettura skont id-direttiva ċċitata?

(2)

B’mod partikolari, din il-prassi tista’ twassal sabiex anke l-professjonisti li joriġinaw minn Stati Membri differenti mill-Italja, anke jekk ikollhom titolu li hu xieraq b’mod astratt għall-eżerċizzju tal-attivitajiet li jidħlu fil-qasam tal-arkitettura, ikunu soġġetti għall-verifika speċifika tal-kapaċità professjonali (dik li tirriżulta anke għall-professjonisti Taljani abbażi ta’ eżami ta’ kompetenza professjonali fl-arkitettura) għall-fini limitati tal-aċċess għall-attivitajiet professjonali kif jinsabu fl-Artikolu 52(2)(i) tal-R.D. Nru 2357 tal-1925?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1 p. 118.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-1 ta’ Marzu 2012 — Donal Brady vs Environmental Protection Agency

(Kawża C-113/12)

2012/C 151/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court, l-Irlanda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Donal Brady

Konvenuta: Environmental Protection Agency

Domandi preliminari

Fin-nuqqas ta’ interpretazzjoni definittiva tat-tifsira ta’ “skart” għall-iskopijiet tal-liġi tal-Unjoni, jista’ Stat Membru taħt il-liġi nazzjonali jimponi l-obbligu fuq produttur tad-demel likwidu tal-ħnieżer li jistabbilixxi li dan id-demel ma huwiex skart, jew dak li huwa skart għandu jiġi ddeterminat b’referenza għal kriterji oġġettivi tat-tip kif jissemmew fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:

(1)

Jekk dak li huwa skart għandu jiġi ddeterminat b’referenza għal kriterji oġġettivi tat-tip kif jissemmew fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, x’livell ta’ ċertezza huwa neċessarju għall-użu mill-ġdid tad-demel likwidu tal-ħnieżer li l-liċenzjat jiġbor u jaħżen jew li jista’ jaħżen għal iktar minn 12-il xahar, sakemm jiġi ttrasferit lill-utenti?

(2)

Jekk id-demel likwidu tal-ħnieżer huwa skart, jew jiġi kkunsidrat li huwa skart skont l-applikazzjoni tal-kriterji xierqa, huwa legali għal Stat Membru li jimponi fuq il-produttur tiegħu — li dan ma jużahx fuq l-artijiet tiegħu, iżda jiddisponi minnu lejn sidien ta’ artijiet terzi għall-użu bħala fertilizzant fuq dawk l-istess artijiet ta’ partijiet terzi — responsabbiltà personali għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minn dawk l-utenti rigward il-kontroll tal-iskart u/jew fertilizzanti, sabiex jiġi żgurat li l-użu tad-demel likwidu tal-ħnieżer permezz tat-tixrid fuq l-art minn partijiet terzi ma jwassalx għal riskju ta’ tniġġis ambjentali sinjifikattiv?

(3)

Id-demel likwidu tal-ħnieżer imsemmi qabel huwa eskluż mill-portata tad-definizzjoni ta’ “skart” permezz tal-Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva 75/442/KEE (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156 (2), minħabba li huwa “diġà [kopert] b’liġijiet oħra”, u b’mod partikolari mid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (3), f’ċirkustanzi fejn, meta nħarġet il-liċenzja, l-Irlanda ma kinitx ittrasponiet id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, ebda leġiżlazzjoni nazzjonali oħra ma kienet tikkontrolla t-tixrid fuq l-art tad-demel likwidu tal-ħnieżer bħala fertilizzant, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1774/2002 (4) ma kienx għadu ġie adottat dak iż-żmien?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, li temenda d-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 3).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68).

(4)  Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ottubru 2002, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 92).


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Burgos (Spanja) fil-5 ta’ Marzu 2012 — La Retoucherie de Manuela, S.L. vs La Retoucherie de Burgos, S.C.

(Kawża C-117/12)

2012/C 151/32

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Burgos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: La Retoucherie de Manuela, S.L.

Konvenuta: La Retoucherie de Burgos, S.C.

Domandi preliminari

(1)

L-espressjoni “bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perjodu tal-kuntratt” li tinsab fl-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 2790/1999 (1) għandha tiġi interpretata bħala li hija limitata biss għall-post jew għall-ispazju fiżiku minn fejn inbiegħu l-oġġetti jew minn fejn ġew ipprovduti s-servizzi waqt il-perijodu tal-kuntratt, jew tista’ tiġi estiża għat-territorju kollu li fih ix-xerrej opera waqt il-perijodu tal-kuntratt?

(2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi favur l-ewwel interpretazzjoni, l-espressjoni “bini u art” tista’ tirreferi għat-territorju li fih il-frankiġja operat waqt il-perijodu tal-kuntratt meta skont il-kuntratt ta’ frankiġja, il-frankiġja hija assenjata territorju speċifiku?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364).


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Giurgiu (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Marzu 2012 — SC Volksbank România SA vs Comisariat Județean pentru Protecția Consumatorilor Giurgiu

(Kawża C-123/12)

2012/C 151/33

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunal Giurgiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Volksbank România SA

Konvenut: Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Giurgiu

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-kunċetti ta’ “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt” u ta’ “prezz” li tagħmel riferiment għalihom din id-dispożizzjoni jinkludu l-elementi li jikkostitwixxu l-korrispettiv li huwa intitolat għalih stabbiliment ta’ kreditu abbażi ta’ kuntratt ta’ kreditu, jiġifieri r-rata annwali effettiva globali ta’ tali kuntratt, komposta, b’mod partikolari, minn rata fissa jew varjabbli, kummissjonijiet bankarji, u spejjeż oħra inklużi u ddefiniti fil-kuntratt?

(2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li ttraspona din id-dispożizzjoni fid-dritt nazzjonali jipproċedi, fl-eżerċizzju tal-poter ġudizzjarju, bl-istħarriġ tan-natura abbużiva ta’ klawżoli kuntrattwali dwar il-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u s-suffiċjenza tal-prezz?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad-Plovdiv (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Marzu 2012 — AES-3C Maritza East 1 EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Plovdiv

(Kawża C-124/12)

2012/C 151/34

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad-Plovdiv

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AES-3C Maritza East 1 EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Plovdiv

Domandi preliminari

(1)

Għandha tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mal-Artikolu 168(a), u mal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) regola bħal dik prevista fl-Artikolu 70(1)(2) taz-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud), li tipprovdi li l-persuna taxxabbli ma għandiex tingħata d-dritt li tnaqqas il-VAT għal servizzi ta’ trasport, għal ħwejjeġ tax-xogħol u għal mezzi ta’ protezzjoni għall-ħaddiema u għal spejjeż għall-missjonijiet, minħabba li s-servizzi huma pprovduti mingħajr ħlas lil persuni fiżiċi li jaħdmu għall-persuna taxxabbli, meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li ġejjin:

il-persuna taxxabbli ma kkonkludietx kuntratt mal-ħaddiema, iżda użat il-forza lavorattiva tagħhom permezz ta’ kuntratt ta’ “tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal” konkluż ma’ persuna taxxabbli oħra li, min-naħa tagħha, hija l-impjegatur tal-ħaddiema;

is-servizzi ta’ trasport ipprovduti huma użati għat-trasport, l’hemm u l’hawn, tal-ħaddiema minn punti ta’ ġbir speċjali f’diversi żoni residenzjali sal-post tax-xogħol tagħhom u ma jeżistix trasport pubbliku li jippermetti lill-ħaddiema jaslu sal-post tax-xogħol tagħhom;

l-obbligu li jiġu pprovduti ħwejjeġ tax-xogħol u mezzi ta’ protezzjoni jirriżultaw mill-Kodeks na truda (Kodiċi industrijali) u miz-Zakon za zdravoslovni i bezopasni yslovia na trud (liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol);

fir-rigward tas-servizzi ta’ trasport, tal-ħwejjeġ tax-xogħol, tal-mezzi ta’ protezzjoni u tal-ispejjeż tal-missjonijiet, it-tnaqqis tal-VAT ma jkunx ikkontestat li kieku dawn jiġu pprovduti jew imwettqa mill-impjegatur tal-ħaddiema. Madakollu, fil-każ inkwistjoni, dawn huma pprovduti minn persuna taxxabbli li ma hijiex l-impjegatur, iżda li tagħmel qliegħ mix-xogħol imwettaq u li hija responsabbli għall-ispejjeż relatati miegħu permezz ta’ kuntratt tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal?

(2)

L-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112/KE jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jintroduċu, fil-waqt tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, kundizzjoni li tillimita l-eżerċizzju tad-dritt għall-kreditu ta’ taxxa bħal dik tal-Artikolu 70(1)(2) taz-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost, fir-rigward tal-“oġġetti jew is-servizzi (…) intiżi għal kunsinni jew servizzi pprovduti mingħajr ħlas”, filwaqt li din il-limitazzjoni ma hijiex prevista fil-verżjoni tal-liġi fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni?

(3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, minn dan għandu jiġi dedott li l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti huma intiżi għal “kunsinni jew servizzi pprovduti mingħajr ħlas” meta dawn ikunu akkwistati għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika, iżda li, minħabba n-natura tagħhom, l-użu tagħhom jirrikjedi li jitqegħdu għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu fl-impriża tal-persuna taxxabbli?


(1)  ĠU C 347, 11 ta’ Diċembru 2006, p. 1.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho do Porto (il-Portugall) fit-8 ta’ Marzu 2012 — Sindicato dos Bancários do Norte et vs BPN — Banco Português de Negócios, SA

(Kawża C-128/12)

2012/C 151/35

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal do Trabalho do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sindicato dos Bancários do Norte, Sindicato dos Bancários do Centro, Sindicato dos Bancários do Sul e Ilhas, Luís Miguel Rodrigues Teixeira de Melo

Konvenut: BPN — Banco Português de Negócios, SA

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ trattament ugwali li minnu tirriżulta l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal ħaddiema tas-settur pubbliku?

(2)

It-tnaqqis tas-salarji impost mill-Istat, permezz tal-Liġi dwar il-finanzi għall-2011, li japplika unikament għall-ħaddiema li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fis-settur pubbliku jew fl-impriżi pubbliċi, imur kontra l-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni, inkwantu dan jkkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq in-natura pubblika tar-relazzjoni ta’ impjieg?

(3)

Id-dritt għal kundizzjonjiet tax-xogħol li jirrispettaw id-dinjità tal-ħaddiem, previst fl-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamental tal-Unjoni Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa pprojbit li titnaqqas ir-remunerazzjoni tal-ħaddiem, mingħajr il-kunsens tiegħu, jekk il-kuntratt ma jiġix emendat?

(4)

Id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw id-dinjità tal-ħaddiem, previst fl-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkorrispondi għad-dritt għal remunerazzjoni ekwa li tiżguralu, kif ukoll lill-familja tiegħu, livell ta’ ħajja sodisfaċenti?

(5)

Sa fejn ma jikkostitwixxix l-unika miżura possibbli, neċessarja u fundamentali għall-isforz li jiġu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi fis-sitwazzjoni ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja gravi li hija mifruxa mal-pajjiż, it-tnaqqis tas-salarji jmur kontra d-dritt iċċitat iktar ’il fuq previst fl-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE inkwantu dan jikkomprometti l-livell tal-għajxien u l-impenji finanzjarji meħuda mill-ħaddiema u l-familja tagħhom qabel dan it-tnaqqis?

(6)

Sa fejn il-ħaddiema la setgħu jipprevedu u lanqas jistennew dan, it-tnaqqis tas-salarji, kif impost mill-Istat Portugiż, imur kontra d-dritt ta’ dawn il-ħaddiema għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw id-dinjità tagħhom?


(1)  ĠU C 364, p. 1


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ Marzu 2012 — Consiglio Nazionale dei Geologi vs Autorità Garante della Concorrenza del Mercato

(Kawża C-136/12)

2012/C 151/36

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consiglio Nazionale dei Geologi.

Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza del Mercato.

Domandi preliminari

I.

(1)

it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, sa fejn jipprevedi li l-qorti tal-aħħar istanza għandha l-obbligu li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari dwar interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mqajma minn waħda mill-partijiet inkwistjoni, jipprekludi r-regoli ta’ proċedura nazzjonali li jipprevedu sistema ta’ restrizzjonijiet ta’ natura proċedurali, bħal dawk dwar it-termini ta’ rikors, l-ispeċifiċità tal-motivi, il-projbizzjoni ta’ tibdil tat-talba fil-mori tal-kawża, il-projbizzjoni għall-qorti li tbiddel it-talba tal-partijiet?

(2)

it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, sa fejn jipprevedi li l-qorti tal-aħħar istanza għandha l-obbligu li quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tressaq talba għal deċiżjoni preliminari dwar interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mqajma minn waħda mill-partijiet inkwistjoni, jipprekludi l-eżistenza ta’ setgħa ta’ selezzjoni tal-qorti nazzjonali, rigward l-evalwazzjoni tar-rilevanza tad-domanda u tal-livell ta’ ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja?

(3)

it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, jekk huwa interpretat fis-sens li jimponi fuq il-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza obbligu inkondizzjonali ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari ta’ domanda ta’ interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mqajma minn waħda mill-partijiet inkwistjoni, huwa konformi mal-prinċipju rigward it-tul raġonevoli tal-proċedura, stabbilit ukoll mid-dritt Komunitarju?

(4)

quddiem liema ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi, in-nuqqas ta’ osservanza tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE jikkostitwixxi, għall-qorti nazzjonali, “ksur manifest tad-dritt Komunitarju”, u dan il-kunċett jista’ jkollu portata differenti għall-finijiet tal-azzjoni speċjali kontra l-Istat fis-sens tal-liġi Nru 117 tat-13 ta’ April 1988 dwar il-“kumpens għad-danni kkawżati fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji u r-responsabbiltà ċivili tal-maġistrati” u tal-azzjoni ġenerali kontra l-Istat għal ksur tad-dritt Komunitarju ?

II.

Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja taderixxi mal-argument tal-“filtru wiesgħa” (…) li jipprekludi l-applikazzjoni tar-regoli ta’ proċedura nazzjonali dwar l-ispeċifiċità tal-motivi ta’ rikors, għandha tiġi trażmessa d-domanda preliminari dwar dritt Komunitarju lill-Qorti tal-Ġustizzja fit-termini eżatti li fihom ġiet ifformulata mill-appellanti [ fil-proċedura prinċipali], iċċitati [iktar ’il quddiem].

(1)

“(…) aħna nippreżentaw lill-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (ex Artikolu 81 KE) rigward il-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ etika li jirregolaw il-professjoni ta’ ġeologu kif ukoll il-missjonijiet istituzzjonali u r-regoli ta’ funzjonament tal-Consiglio Nazionale dei Geologi, dwar il-każ ineżami deskritt iktar ’il quddiem, sabiex jiġu vverifikati l-validità u l-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni Ewropea (jiġifieri, l-Artikolu 101 TFUE) li tirregola l-kompetizzjoni. (…)

Artikolu 9, partikolarment (g) tal-liġi Nru 112/1963: ‘il-Consiglio Nazionale dell’Ordine jeżerċita l-attribuzzjonijiet li ġejjin, barra dawk li huma fdati lilu skont dispożizzjonijiet oħra: a) huwa jiżgura l-osservanza tar-regolamentazzjoni professjonali u ta’ kull dispożizzjoni oħra li tikkonċerna l-professjoni; b) jiżgura ż-żamma tar-reġistru u tal-lista speċjali u jieħu ħsieb l-iskrizzjonijiet u t-tħassar ċ) iħares il-protezzjoni tat-titolu professjonali u jeżerċita l-attivitajiet ta’ waqfien tal-eżerċizzju abbużiv tal-professjoni; d) jadotta l-miżuri dixxiplinarji; e)jipproċedi, fuq talba, għal-likwidazzjoni tal-onorarji; f) jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-beni tal-Ordine Nazionale u kull sena jfassal l-estimi tal-baġit u l-bilanċ; g) jiffissa, fil-limiti strettament neċessarji sabiex ikopri l-ispejjeż tal-funzjonament tal-Ordine Nazionale, permezz ta’ deċiżjoni suġġetta għall-approvazzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja, il-mument tal-kontribuzzjoni annwali mħallsa mill-persuni iskritti fir-reġistru jew fil-lista speċjali, kif ukoll l-ammont tal-miżata ta’ iskrizzjoni fir-reġistru jew fil-lista, u tad-dritt għall-kisba ta’ ċertifikati u ta’ avviż dwar il-ħlas tal-onorarji’.

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tal-liġi Nru 616/1966: ‘il-persuna iskitta fir-reġistru jew fil-lista speċjali li taġixxi b’mod mhux konformi mal-prestiġju u mad-dinjità tal-professjoni tista’ tiġi imposta, skont il-gravità tal-fatti, waħda mis-sanzjonijiet dixxiplinari li ġejjin: 1) ċanfira; 2) sospensjoni mill-eżerċizzju għall-professjoni għal perijodu li ma jaqbiżx sena; 3) tħassir’.

Artikolu 17 tal-liġi Nru 616/1966: ‘it-tariffa professjonali tal-onorarji u tal-kumpensi kif ukoll il-kriterji ta’ rimbors tal-ispejjeż huma ffissati mid-digriet tal-[Ministru tal-Ġustizzja], wara konsultazzjoni mal-[Ministru tal-Attivitajiet ta’ produzzjoni], fuq il-proposta tal-Consiglio Nazionale dei Geologi’.

Artikolu 6 tal-kodiċi l-ġdid ta’ etika tad-19 ta’ Diċembru 2006 (deċiżjoni Nru 143/2006) kif emendat bid-deċiżjoni Nru 65 tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar is-‘servizz professjonali’: ‘l-effiċjenza u l-effikaċità tas-servizz huma essenzjalment evalwati: għad-diffikultà teknika intrinsika; għall-importanza tar-responsabbiltà meħuda; għall-oriġinalità tat-talba; għall-eżistenza jew nuqqas ta’ soluzzjonijiet tekniċi preċedenti dwar il-każ ineżami; għall-importanza tal-elementi tekniċi li huma s-suġġett ta’ evalwazzjoni; għan-numru tal-elementi tekniċi li għandhom jiġu kkoordinati; għall-oriġinalità tas-soluzzjoni; għaż-żmien disponibbli u l-intensità tal-isforz investit; għall-kapaċità ta’ interazzjoni mal-prinċipal u s-suġġetti l-oħra, inklużi l-impriżi u imprendituri, implikati fis-servizz; għall-valur tax-xogħlijiet’.

Artikolu 7 tal-kodiċi ġdid ta’ etika tad-19 ta’ Diċembru 2006 (deċiżjoni Nru 143/2006) kif emendat bid-deċiżjoni Nru 65 tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar id-‘dinjità professjonali’: ‘id-dinjità tal-professjonist hija essenzjalment iddefinita minn: in-natura korretta u eżawrjenti tas-servizz professjonali; il-kapaċità li jittieħdu responsabbiltajiet, id-disponibbiltà ta’ apparat tekniku u professjonali effettiv; id-disponibbiltà u l-ħeffa ta’ użu ta’ strumenti aġġornati; l-organizzazzjoni ta’ uffiċċju u ta’ tim professjonali effettiv; l-attenzjoni miġjuba għad-diliġenza fl-interventi; id-disponibbiltà ta’ mezzi u ta’ strutturi għall-aġġornament permanenti, inkluż tal-kollaboraturi u tal-persunal impjegat; il-kapaċità ta’ komunikazzjoni rapida u effettiva mal-prinċipal kif ukoll mal-entitajiet u istituzzjonijiet pubbliċi u privati, u mal-pubbliku inġenerali’.

Artikolu 17 tal-kodiċi ġdid ta’ etika tad-19 ta’ Diċembru 2006 (deċiżjoni Nru 143/2006) kif emendat bid-deċiżjoni Nru 65 tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar il-‘parametri tariffarji’: ‘meta jiffissa l-ammont tal-onorarji professjonali tiegħu, il-ġeologu għandu l-obbligu li josserva d-dispożizzjonijiet tad-Digriet Liġi Nru 223/2006, li sar il-liġi Nru 248/2006, il-prinċipju ta’ adegwatezza msemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2233 tal-Kodiċi Ċivili u, f’kull każ, id-dispożizzjonijiet legali kollha applikabbli fil-qasam. It-tariffa professjonali approvata mid-Digriet Ministerjali tat-18 ta’ Novembru 1971 kif emendat u t-tariffa fil-qasam ta’ xogħlijiet pubbliċi approvata mid-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ April 2001, sa fejn jikkonċernaw il-ġeoloġi, jikkostitwixxu element leġittimu u oġġettiv ta’ riferiment tekniku u professjonali, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni, jiffissaw u jiddefinixxu l-onorarji bejn il-partijiet’. B’mod partikolari, fuq dan il-punt, huwa mitlub lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk l-indikazzjoni, bħala regola legali applikabbli, obbligatorja fl-elementi kollha tagħha, tad-Digriet Liġi Nru 223/2006, li tinkludi sistema numerika u kronoloġika, l-unika sistema storika u legali, kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll Komunitarju, li ċertament ma għandhiex impatt fuq l-għarfien u fuq il-portata obbligatorja tar-reġla ġuridika, hijiex konformi mal-Artikolu 101 TFUE.’

Artikolu 18 tal-kodiċi ġdid ta’ etika tad-19 ta’ Diċembru 2006 (deċiżjoni Nru 143/2006) kif emendat bid-deċiżjoni Nru 65 tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar l-‘iffissar tal-onorarji’: ‘fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni fs-seħħ, sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tas-servizzi, il-ġeologu li jeżerċita l-attività professjonali tiegħu taħt kwalunkwe forma li tkun — individwalment, f’kumpannija jew fi sħubija — għandu dejjem l-obbligu li jqabbel l-onorarji tiegħu mal-importanza u mad-diffikultà tas-servizz, mad-dinjità tal-professjoni, mal-għarfien tekniku u mal-isforz meħtieġ. L-Ordni, fid-dawl tal-prinċipji ta’ kompetittività professjonali, tiżgura l-osservanza [ta’ dawn ir-regoli]’.

Artikolu 19 tal-kodiċi ġdid ta’ etika tad-19 ta’ Diċembru 2006 (deċiżjoni Nru 143/2006) kif emendata bid-deċiżjoni Nru 65 tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar is-‘sejħiet għal offerti pubbliċi’: ‘fil-kuntest tal-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti pubbliċi, li fihom l-amministrazzjoni pubblika ma tużax, legalment, it-tariffa professjonali bħala parametru ta’ retribuzzjoni, il-ġeologu ser ikollu l-obbligu wkoll li jiddetermina l-offerta tiegħu kont l-importanza u d-diffikultà tas-servizz, id-dinjità tal-professjoni, l-għarfien tekniku u l-isforzi meħtieġa’.

Billi:

ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE) (1) li għandu bħala għan li ‘iħaffef jew jiżviluppa l-attivitijatet ekonomiċi tal-membri tiegħu’ jipprovdi fis-sitt premessa tiegħu li ‘ma għandhux, madankollu, jippreġudika l-applikazzjoni f’livell nazzjonali tar-regoli legali u/jew il-kodiċijiet etiċi rigward il-kundizzjonijiet tat-twettieq ta’ attivitajiet tan-negozju u professjonali’;

id-Direttiva 2005/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (2) tipprovdi fil-premessa 43 tagħha li ‘Sal-punt li dawn huma rregolati, din id-Direttiva tinkludi wkoll professjonijiet liberali, li, skond din id-Direttiva, huma dawk li jiġu pprattikati fuq il-bażi ta' kwalifiki professjonali relevanti f'kapaċità personali, responsabbli u professjonalment indipendenti minn dawk li jipprovdu servizzi intellettwali u konċettwali fl-interess tal-klijent u tal-pubbliku. L-eżerċizzju tal-professjoni jista' jkun suġġett fl-Istati Membri, bi qbil mat-Trattat, għal restrizzjonijiet legali speċifiċi bbażati fuq leġislazzjoni nazzjonali u fuq id-dispożizzjonijiet statutorji stabbiliti b'mod awtonomu, f'dak il-qafas, mill-entitajiet rappreżentattivi professjonali rispettivi, li jissalvagwardjaw u li jiżviluppaw il-professjonalità u l-kwalità tas-servizz tagħhom u l-kunfidenzjalità tar-relazzjonijiet mal-klijent’.

id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (3) magħrufa bl-isem ‘direttiva servizzi’ tistabbilixxi fil-premessa 115 tagħha li ‘Kodiċijiet ta’ kondotta fil-livell Kommunitarju huma intiżi biex jistabbilixxu l-istandards minimi ta’ kondotta u huma komplimentarji mar-rekwiżiti legali ta’ l-Istati Membri. Huma ma jipprekludux lill-Istati Membri, skond il-liġi Komunitarja, milli jieħdu miżuri iktar stretti fil-liġi jew lill-korpi professjonali nazzjonali milli jipprovdu għal protezzjoni akbar fil-kodiċijiet ta’ kondotta nazzjonali tagħhom.relative aux services dans le marché intérieur’.

Huwa fl-aħħar nett mitlub lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni tal-konformità mal-Artikolu 101 TFUE tad-distinzjoni deskritta iktar ’il fuq, magħmula fid-dritt u mill-aspett tal-organizzazzjoni tal-ordni, bejn l-impriża professjonali u l-impriża kummerċjali, kif ukoll bejn il-kompetizzjoni professjonali u l-kompetizzjoni kummerċjali”.

2)

“(a)

l-Artikolu 101 TFUE jew regola oħra tad-dritt tal-Unjoni jipprojbixxu jew jipprekludu r-riferiment għall-elementi ta’ prestiġju u ta’ dinjità tal-professjonist — f’dan il-każ, il-ġeologu — fl-iffissar tal-onorarji professjonali?;

(b)

fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE jew ta’ kull regola oħra ta’ dritt tal-Unjoni, ir-riferiment għall-elementi ta’ prestiġju u ta’ dinjità professjonali jinkludu effetti restrittivi tal-kompetizzjoni professjonali?;

(ċ)

l-Artikolu 101 TFUE jew regola oħra tad-dritt tal-Unjoni jistabbilixxu li l-kundizzjonijiet ta’ prestiġju u ta’ dinjità, bħala elementi relatati mal-iffissar tal-onorarji tal-professjonist, flimkien mat-tariffi ddefiniti espressament bħala li jistgħu jiġu suġġetti għal deroga meta dawn ikunu des minima — fir-rigward tar-riferiment espress u formali, fl-Artikolu 17 tal-kodiċi ġdid ta’ etika tal-ġeologi, għal-leġiżlazzjoni li tippermetti tali deroga (Digriet Leġiżlattiv Nru 223/2006 mibdul fil-liġi Nru 248/2006) — jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jwasslu għal aġir restrittiv tal-kompetizzjoni?;

(d)

l-Artikolu 101 TFUE jew regola oħra tad-dritt tal-Unjoni jipprojbixxu r-riferiment għat-tariffa professjonali — stabbilita, għall-ġeoloġi, minn dispożizzjoni statali, jiġifieri digriet Ministerjali tal-Ministru tal-Ġustizzja wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Attivitajiet ta’ produzzjoni, li tista’ tiġi suġġetta għal deroga meta tkun des minima permezz tal-effett, għal darb’oħra, tal-Artikolu 17 tal-kodiċi ġdid ta’ etika — bħala sempliċi element tekniku u professjonali ta’ riferiment għall-iffissar tal-onorarji?;

(e)

l-Artikolu 101 TFUE jew regola oħra tad-dritt tal-Unjoni jipprojbixxu kull element korrispondenti bejn, minn naħa, l-importanza tas-servizzi, il-kundizzjonijiet ta’ prestiġju u ta’ dinjità kif iddefiniti wkoll fl-Artikoli 6 u 7 tal-kodiċi ġdid ta’ etika tal-ġeologi u, min-naħa l-oħra, l-onorarji professjonali, kif jipprevedi t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2233 tal-Kodiċi Ċivili, li fit-termini tiegħu ‘f’kull każ, l-ammont tal-onorarji (professjonali) għandu jiġi adattat mal-importanza tax-xogħlijiet u mad-dinjità tal-professjoni’?

(f)

għaldaqstant, skont l-Artikolu 101 TFUE, ir-riferiment għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2233 tal-Kodiċi Ċivili jista’ jiġi kkunsidrat bħala leġittimu u mhux bħala li jwassal għal effetti restrittivi tal-kompetizzjoni?;

(g)

l-Artikolu 101 TFUE jew regola oħra tad-dritt tal-Unjoni jistabbilixxu, fil-kuntest tar-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni, l-ugwaljanza legali bejn ordni professjonali — f’dan il-każ, dik tal-ġeoloġi — kif irregolata minn regoli statali speċifiċi għat-twettiq ta’ għanijiet istituzzjonali, u l-entitajiet u konċentrazzjonijiet ta’ impriżi kummerċjali li jikkorrispondu għal entitajiet antikompetittivi?;

(h)

l-Artikolu 101 TFUE jew regola oħra tad-dritt tal-Unjoni jippermettu li tiġi assimilata kontribuzzjoni lill-ordni professjonali, legalment obbligatorja — fid-dawl tat-twettiq tal-funzjonijiet u tal-għanijiet istituzzjonali — mal-attività ta’ bejgħ ta’ beni u servizzi u mal-profitt ekonomiku miksub permezz ta’ aġir antikompetittiv min-naħa ta’ konċentrazzjonijiet ta’ impriżi kummerċjali?;

(i)

l-Artikolu 101 TFUE jew regola oħra tad-dritt tal-Unjoni jiġġustifikaw, f’dan il-każ, applikazzjoni ta’ sanzjoni ?

(j)

l-Artikolu 101 TFUE jew regola oħra tad-dritt tal-Unjoni jiġġustifikaw l-issuġġettar għal imposta obbligatorja fuq il-kontribuzzjoni lill-ordni professjonali, legalment obbligatorja, billi din il-kontribuzzjoni tiġi kkunsidrata bħala profitt jew dħul li huwa r-riżultat ta’ akkordju ekonomiku jew kummerċjali antikompetittiv?

(…)”.

III.

(1)

Sussidjarjament, fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi dwar interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE fis-sens li r-regoli ta’ proċedura nazzjonali huma mingħajr effett u li jeżisti dmir ta’ assistenza min-naħa tal-qorti nazzjonali, u fejn hija tikkunsidra, rigward id-domanda preliminari magħmula mill-appellanti, li din hija wisq vaga: id-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni u tal-professjonijiet, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet Komunitarji invokati mill-appellanti fid-domanda tagħha, jipprekludu l-adozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ etika professjonali li jqabblu l-onorarji mad-dinjità u mal-prestiġju tal-professjoni, mal-kwalità u mal-importanza tas-servizz, b’riżultat li l-onorarji inqas mit-tariffa minima (u, għaldaqstant, iktar kompetittivi) jistgħu jiġu ssanzjonati, fuq il-livell dixxiplinari, minħabba ksur tar-regoli ta’ etika?;

(2)

Sussidjarjament, fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi dwar interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE fis-sens li r-regoli ta’ proċedura nazzjonali huma mingħajr effett u li jeżisti dmir ta’ assistenza min-naħa tal-qorti nazzjonali, u fejn hija tikkunsidra, rigward id-domanda preliminari magħmula mill-appellanti, li din hija wisq vaga: id-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni, u b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni li tipprjobixxi l-akkordji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, tista’ tiġi interpretata fis-sens li akkordju restrittiv jista’ jieħu l-forma ta’ regoli ta’ etika stabbiliti mill-ordnijiet professjonali meta dawn ir-regoli, billi jindikaw bħala kritejri ta’ fissazzjoni tal-onorarji tal-professjonist id-dinjità u l-prestiġju tal-professjoni kif ukoll il-kwalità u l-importanza tas-servizz, għandhom bħala effett il-projbizzjoni ta’ deroga għat-tariffi minimi u għaldaqstant għandhom ukoll effett restrittiv fuq il-kompetizzjoni iminħabba din il-projbizzjoni?

(3)

Sussidjarjament, fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi dwar interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE fis-sens li r-regoli ta’ proċedura nazzjonali huma mingħajr effett u li jeżisti dmir ta’ assistenza min-naħa tal-qorti nazzjonali, u fejn hija tikkunsidra, rigward id-domanda preliminari magħmula mill-appellanti, li din hija wisq vaga: meta d-dritt nazzjonali jimponi regoli ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni iktar stretti mir-regoli Komunitarji, b’mod partikolari billi jistabbilixxi li tariffi minimi professjonali jistgħu jkunu suġġetti għal deroga, filwaqt li d-dritt Komunitarju jidher għadu jippermetti taħt ċerti kundizzjonijiet l-projbizzjoni ta’ deroga għat-tarrifi minimi, u meta bħala konsegwenza aġir tal-ordni professjonali li timponi l-projbizzjoni ta’ deroga għat-tariffi minimi jikkostitwixxi, għad-dritt nazzjonali, akkordju restrittiv tal-kompetizzjoni filwaqt li ma jistax ikun hekk fir-rigward tad-dritt Komunitarju, id-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni, u partikolarment il-leġiżlazzjoni Komunitarja tal-akkordji restrittivi tal-kompetizzjoni, jipprekludu tali riżultat, jiġifieri li ċertu aġir jista’ jiġi sanzjonat bħala akkordju restrittiv tal-kompetizzjoni abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda ma jkunx restrittiv abbażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, kull darba li r-regoli nazzjonali ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni huma iktar stretti mir-regoli Komunitarji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 83.

(2)  ĠU L 255, p. 22.

(3)  ĠU L 376, p. 36.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-137/12)

2012/C 151/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Cujo, I. Rogalski u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/853/UE, tad-29 ta’ Novembru 2011, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni Legali tas-Servizzi ibbażata fuq, jew tikkonsisti minn Aċċess Kondizzjonali (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 114 TFUE ma huwiex bażi ġuridika xierqa għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kellha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 207(4) TFUE, li jawtorizza lill-Kunsill jikkonkludi ftehim internazzjonali fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni, hekk kif iddefinit fl-Artikolu 207(1) TFUE. Il-Konvenzjoni preżenti ma tipprovdix għat-“titjib tal-funzjonament tas-suq intern”, peress li l-għan prinċipali tagħha huwa li “tiffaċilita” u “tippromwovi” l-provvista ta’ servizzi b’aċċess kundizzjonali bejn l-Unjoni u pajjiżi Ewropej oħra. Hija jkollha effett dirett u immedjat fuq il-provvista tas-servizzi b’aċċess kundizzjonali kif ukoll fuq il-kummerċ ta’ apparati illeċiti u fuq is-servizzi li jirrigwardaw dawn l-apparati. Konsegwentement, il-Konvenzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni (Artikoli 2(1), u 3(1) u (2) TFUE) sa fejn il-Kunsill ikkunsidra li l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ma kinitx ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni b’mod li l-Konvenzjoni taqa’ taħt il-politika Kummerċjali Komuni jew, fi kwalunkwe każ, li l-konklużjoni tal-Konvenzjoni tista’ taffettwa regoli komuni jew li tibdlilha l-portata.


(1)  ĠU L 336, p. 1.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (Il-Bulgarija) fil-15 ta’ Marzu 2012 — Rusedespred OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-138/12)

2012/C 151/38

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rusedespred OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

(1)

Abbażi tal-prinċipju tan-newtralità tal-VAT, il-persuna suġġetta għandha d-dritt, fit-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit, li titlob ir-rimbors tal-VAT iffatturata b’mod żbaljat u mhux dovuta, meta, skont id-dritt nazzjonali, il-provvista li għaliha tkun ġiet iffatturata t-taxxa tkun eżentata, ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali ma jkunx jeżisti u s-sistema ta’ korrezzjoni tal-fattura stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tkunx tapplika?

(2)

Is-sistema komuni tal-VAT, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità, ta’ effettività u ta’ trattament ugwali, jipprekludu r-rifjut mid-dipartiment tat-taxxa, ibbażat fuq dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112, li tiġi rrimborsata lil persuna suġġetta l-VAT li din semmiet fuq fattura, meta din it-taxxa ma tkunx dovuta, għaliex il-kunsinna tkun eżenti iżda tkun ġiet iffatturata, meħuda inkunsiderazzjoni u mħallsa bi żball, u meta avviż ta’ rettifika definittiv ikun diġà ċaħad lill-persuna li tkun saritilha l-kunsinna d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input fuq din l-istess kunsinna, minħabba li din il-VAT tkun ġiet iffatturata b’mod indebitu mill-fornitur?

(3)

Il-persuna suġġetta għat-taxxa tista’ tinvoka direttament il-prinċipji li jirregolaw is-sistema komuni tal-VAT u, b’mod iktar preċiż, il-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ effettività, sabiex topponi ruħha għar-regola ġuridika nazzjonali jew għall-applikazzjoni tagħha mill-awtoritajiet fiskali u ġudizzjarji, jew għan-nuqqas ta’ tali regola, li tikser dawn il-prinċipji?


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Marzu 2012 — Hristomir Marinov vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — gr. Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

(Kawża C-142/12)

2012/C 151/39

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hristomir Marinov

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — gr. Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż ukoll għaċ-ċirkustanzi li fihom l-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli huwa dovut għall-fatt li, minħabba tħassir mir-reġistru, il-persuna taxxabbli hija mċaħħda mill-possibbiltà li tiffattura u tnaqqas il-VAT?

(2)

L-Artkoli 74 u 80 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, fis-sitwazzjoni ta’ abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli, li l-valur taxxabbli tal-operazzjoni huwa l-valur normali tal-attivi eżistenti fil-jum tat-tħassir mir-reġistru?

(3)

L-Artikolu 74 tad-Direttiva 2006/112 għandu effett dirett?

(4)

Il-medda ta’ żmien bejn id-data tax-xiri tal-attivi u d-data tal-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli kif ukoll it-tnaqqis ta’ valur li seħħ wara x-xiri tal-attivi, huma importanti għad-determinazzjoni tal-valur taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 74 tad-Direttiva?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för Nedre Norrland (l-Isvezja) fis-26 ta’ Marzu 2012 — ÖFAB, Östergötlands Fastigheter AB vs Frank Koot, Evergreen Investments B.V.

(Kawża C-147/12)

2012/C 151/40

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Hovrätten för Nedre Norrland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ÖFAB, Östergötlands Fastigheter AB

Konvenuti:

(1)

Frank Koot

(2)

Evergreen Investments B.V.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 5(1) u 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jikkostitwixxu deroga komprensiva mir-regola ġenerali tal-Artikolu 2 fi kwistjonijiet ta’ kumpens?

(2)

Il-kliem “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt” fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri l-azzjoni ta’ kreditur kontra direttur ta’ kumpannija jekk din l-azzjoni hija intiża sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà tad-direttur għad-djun tal-kumpannija fil-każ li d-direttur jonqos milli jieħu azzjonijiet formali għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpannija u minflok ikompli jopera l-kumpannija u jgħabbiha b’iktar djun?

(3)

Il-kliem “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt” fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri l-azzjoni ta’ kreditur kontra l-proprjetarju ta’ kumpannija jekk din l-azzjoni hija intiża sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà tal-proprjetarju għad-djun tal-kumpannija fil-każ li l-azzjonist ikompli jinnegozja minkejja l-fatt li ma hemmx fondi suffiċjenti u l-kumpannija jkollha tiġi llikwidata?

(4)

Il-kliem “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt” fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri l-azzjoni ta’ kreditur kontra l-proprjetarju ta’ kumpannija li jkun obbliga ruħu jħallas id-djun ta’ kumpannija?

(5)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, kull dannu li jirriżulta għandu jitqies li seħħ fil-Pajjiżi l-Baxxi jew fl-Isvezja jekk id-direttur huwa ddomiċiljat fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-ksur tal-obbligi tal-bord jirrigwarda kumpannija Svediża?

(6)

Jekk ir-risposta għat-tielet u għar-raba’ domandi tkun fl-affermativ, kull dannu li jirriżulta għandu jitqies li seħħ fil-Pajjiżi l-Baxxi jew fl-Isvezja jekk il-proprjetarju huwa ddomiċiljat fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-kumpannija hija Svediża?

(7)

Fil-każ li l-Artikoli 5(1) jew 5(3) tar-Regolament huma applikabbli f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti, il-fatt li kreditu jkun ġie ttrasferit mill-kreditur oriġinali lil persuna differenti huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — Anex Customs BVBA vs Belgische Staat, KBC Bank NV

(Kawża C-163/11) (1)

2012/C 151/41

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 18.06.2011


Il-Qorti Ġenerali

26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2012 — Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Rimbors tal-għajnuna - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 151/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan u B. Martenczuken, sussegwentement B. Stromsky u L. Flynn, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment J. Bering Liisberg, sussegwentement C. Vang, aġenti, assistiti minn P. Biering u K. Lundgaard Hansen, avukati); u TV2/Danmark A/S (Odense C, id-Danimarka) (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4224, tal-4 ta’ Awwissu 2008, fil-Kawża N 287/2008, dwar l-għajnuna għas-salvataġġ mogħtija lil TV2 Danmark A/S.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Viasat Broadcasting UK Ltd, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka u TV2 Danmark A/S għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2012 — Associazione “Giùlemanidallajuve” vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Ċaħda ta’ ilment - Interess leġittimu - Interess Komunitarju - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2012/C 151/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Associazione “Giùlemanidallajuve” (Cerignola, l-Italja) (rappreżentanti: L. Misson, G. Ernes u A. Pel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u V. Di Bucci, aġenti, assistiti minn J. Derenne, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Fédération internationale de football association (FIFA) (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3916, tat-12 ta’ Mejju 2009, meħuda abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 u li tiċħad, għal nuqqas ta’ interess leġittimu u ta’ interess Komunitarju, l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar il-ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE allegatament imwettaq mill-Federazione italiana giuoco calcio, il-Comitato olimpico nazionale italiano, l-Union of European Football Associations u l-Fédération internationale de football association, fil-kuntest tas-sanzjonijiet imposti fuq il-Juventus Football Club SpA ta’ Torino (l-Italja) (Każ COMP/39.464 — Supporters Juventus Turin vs FIGC-CONI-UEFA-FIFA)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L-Associazione “Giùlemanidallajuve” hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż tagħha u ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Fédération internationale de football association (FIFA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — Connefroy et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/09) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2012/C 151/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Connefroy (Le Rozel, Franza); Jean-Guy Gueguen (Carantec, Franza); u EARL de Cavagnan (Grézet-Cavagnan, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza (ĠU L 127, p. 11).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

P. Connefroy u J-G. Gueguen u l-EARL de Cavagnan huma kkundannati jħallsu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-26 ta’ Marzu 2012 — Cañas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-508/09) (1)

(Kompetizzjoni - Regoli kontra d-doping - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment - Waqfien ta’ attività professjonali - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 151/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Guillermo Cañas (Buenos Aires, l-Argentina) (rappreżentanti: inizjalment F. Laboulfie u C. Aguet, sussegwentement Y. Bonnard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assisti minn J. Derenne, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (Lausanne, l-Isviżżera) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, D. Cooper, solicitor, u N. Chesaites, barrister); u ATP Tour, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. van de Walle de Ghelcke u J. Marchandise, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7809, tat-12 ta’ Ottubru 2009, fil-Każ COMP/39.471, li tiċħad minħabba nuqqas ta’ interess Komunitarju ilment li jikkonċerna ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE allegatament imwettaq mill-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping, mill-ATP Tour, Inc u mill-Kunsill Internazzjonali ta’ Arbitraġġ għall-Isport (ICAS).

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Guillermo Cañas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

L-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping u l-ATP Tour, Inc għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

(4)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ European Elite Athletes Association.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2012 — Asociación Española de Banca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-236/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwist ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikkjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2012/C 151/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociaciôn Española de Banca (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñioz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L-Asociaciôn Española de Banca hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — European Goldfields vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-261/11) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Sussidju mogħti mill-awtoritajiet Griegi lill-impriża tal-minjieri Ellinikos Chrysos li jikkonsisti fit-trasferiment tal-ġestjoni tal-minjiera ta’ Cassandra għal prezz inferjuri mill-valur reali fis-suq u fl-eżenzjoni mit-taxxi fuq it-tranżazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u li tordna l-irkupru tagħha, flimkien mal-interessi - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà)

2012/C 151/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Goldfields Ltd (Whitehorse, Yukon, il-Kanada) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, E. Petritsi, E. Trova u P. Skouris, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/452/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat C 48/08 (ex NN 61/08) mogħtija mill-Greċja lil Ellinikos [Ch]rysos SA (ĠU L 193, p. 27).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

European Goldfields Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomixanias Chrysou.


(1)  ĠU C 219, 23.7.2011.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2012 — Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/11) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 151/48

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Doreste Hernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, abogado del Estado, assistit minn J.M. Rodriguez Cârcamo, avukat, sussegwentement S. Centeno Huerta, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-proġett tal-bini ta’ port fi Granadilla (Tenerife, Spanja), trażmessi mill-awtoritajiet Spanjoli lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk ta’ Ecologistas en Accion-CODA.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/29


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-97/12)

2012/C 151/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 13.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-98/12)

2012/C 151/50

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 14.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-99/12)

2012/C 151/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi, fejn l-ewwel tlieta minnhom huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1), u T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (2).

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali li għandu l-konsegwenza li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fis-Sirja, kif ukoll bejn dawn iż-żewġ territorji.


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 13.

(2)  ĠU 2011, C 290, p. 14.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Almashreq Investment vs Il-Kunsill

(Kawża T-100/12)

2012/C 151/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Almashreq Investment Co. (Joint-Stock Holding Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1), u T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (2).


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 13.

(2)  ĠU 2011, C 290, p. 14.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/31


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Cham vs Il-Kunsill

(Kawża T-101/12)

2012/C 151/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cham Holding Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1), u T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (2).


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 13.

(2)  ĠU 2011, C 290, p. 14.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/31


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Sorouh vs Il-Kunsill

(Kawża T-102/12)

2012/C 151/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sorouh Joint Stock Company (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1), u T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (2).


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 13.

(2)  ĠU 2011, C 290, p. 14.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/31


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2012 — T&L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/12)

2012/C 151/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T&L Sugars Ltd (London, ir-Renju Unit) u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea, irrapreżentati mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikajra ammissibili u fondat dan ir-rikors għal annullament ibbażat fuq ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u/jew l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma skont l-Artikolu 277 TFUE, kontra r-Regolamenti Nru 1240/2011, Nru 1308/2011, Nru 1239/2011, Nru 1281/2011, Nru 1316/2011, Nru 1384/2011, Nru 27/2012 u Nru 57/2012;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 318, p. 9);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1308/2011, tal-14 ta’ Diċembru 2011, li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 332, p. 8);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, li jiftaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 318, p. 4);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2011, tat-8 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 327, p. 60);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2011, tal-15 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tieni stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 334, p. 16);

tannnulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1384/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tielet stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 343, p. 33);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 27/2012, tat-12 ta’ Jannar 2012, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għar-raba’ stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 9, p. 12); u

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 57/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jissuspendi l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 19, p. 12);

sussidjarjament, tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ illegalità kontra l-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament 1234/2007 (1) bħala ammissibbli u fondata, filwaqt li tiddikjara dawn id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi bħala illegali u tannulla r-regolamenti kkontestati, li huma direttament jew indirettament ibbażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet;

tikkundanna lill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, sabiex tikkumpensa kull dannu subit mir-rikorrenti sussegwentement għall-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha, u li tiffissa l-ammont tal-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti għall-perijodu mill-1 ta’ April 2011 sad-29 ta’ Jannar 2012 għal EUR 87 399 257, flimkien mat-telf kurrenti subit mir-rikorrenti wara din id-data, jew ta’ kull ammont ieħor li jirrifletti d-dannu li kien jew ser ikun subit mir-rikorrenti bħal ma huma jew ser jistabbilixxu matul it-tul ta’ din il-proċedura, b’mod partikolari sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dannu fil-futur;

tikkundanna l-ħlas ta’ interessi bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid tiegħu, flimkien ma’ żieda ta’ 2 %, jew kull rata xierqa oħra li ser tiġi stabbilita mill-Qorti Ġenerali, fuq is-somma dovuta bejn id-data tad-deċiżjoni li ser tingħata u dik tal-ħlas effettiv;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, fejn l-atti kkontestati joħolqu diskriminazzjoni għad-dannu tar-raffineriji taz-zokkor u favur proċessuri tal-pitravi.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1234/2007 u tan-nuqqas ta’ bażi legali xieraq, peress li l-konvenuta ma għandhiex is-setgħa li żżid il-kwoti u għandha l-obbligu li timponi imposti għoljin u dissważivi fuq it-tqegħid fis-suq ta’ zokkor ’l fuq mill-kwota. Minbarra dan, hija lanqas ma għandha mandat jew setgħa sabiex timponi miżura ta’ dan it-tip, li qatt ma kienet intenzjonata mil-leġiżlazzjoni bażika.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li r-Regolament Nru 1239/2011 u r-regolamenti ta’ implementazzjoni tiegħu ħolqu sistema li fiha d-dazji doganali ma humiex prevedibbli u ffissati peremzz ta’ kriterji koerenti u oġġettivi, iżda huma stabbiliti bil-volontà suġġettiva ta’ ħlas, mingħajr rabta mal-prodotti importati.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-konvenuta setgħet faċilment tadotta miżuri inqas restrittivi, li ma kinux jittieħdu esklużivament għad-dannu tar-raffineriji importaturi.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-konvenuta ma osservatx l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li jiġu kkunsidrati b’mod ekwilibrat, xieraq u mhux diskriminatorju.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-konvenuta kienet mill-bidu naqset totalment milli taġixxi, minkejja t-twissijiet repetuti relatati mat-taqlib fis-suq, sussegwentement adottat miżuri manifestament mhux xierqa sabbiex tiġġieled kontra dan it-taqlib u, meta għamlet dan, kisret l-ekwilibriju li l-Kunsill kien stabbilixxa bejn il-prodotturi interni u r-raffineriji importaturi.

Għall-annullament tar-Regolament Nru 57/2012, ir-rikorrenti jinvokaw biss l-ewwel, ir-raba’ u s-sitt motivi.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti jinvokaw il-miżuri iktar ’il fuq kontra r-Regolament Nru 1239/2011 u r-Regolament Nru 1308/2011, insostenn tal-illegalità ta’ dawn ir-regolamenti, skont l-Artikolu 277 TFUE. Fl-eventwalità li l-Qorti Ġenerali tiċħad dawn il-motivi ta’ annullament, il-partijiet jinvokaw ukoll l-illegalità, skont l-Artikolu 277 TFUE, tal-Artikolu 186(a) u tal-Artikolu 187 tar-Regolament Nru 1234/2007, li jikkostitwixxu l-bażi legali tar-regolamenti kkontestati, u jitolbu l-annullament ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tar-regolamenti kkontestati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2012 — Atlantean vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/08) (1)

2012/C 151/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — Atlantean vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-368/08) (1)

2012/C 151/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2012 — PhysioNova vs UASI — Flex Equipos de Descanso (FLEX)

(Kawża T-501/09) (1)

2012/C 151/58

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2012 — X Technology Swiss vs UASI — Brawn (X-Undergear)

(Kawża T-581/10) (1)

2012/C 151/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 26.02.2011.