ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.143.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
L-478 sessjoni plenarja fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 |
|
2012/C 143/01 |
||
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
L-478 sessjoni plenarja fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 |
|
2012/C 143/02 |
||
2012/C 143/03 |
||
2012/C 143/04 |
||
2012/C 143/05 |
||
2012/C 143/06 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-ekonomija soċjali fl-Amerika Latina |
|
2012/C 143/07 |
||
2012/C 143/08 |
||
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW |
|
|
L-478 sessjoni plenarja fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 |
|
2012/C 143/09 |
||
2012/C 143/10 |
||
2012/C 143/11 |
||
2012/C 143/12 |
||
2012/C 143/13 |
||
2012/C 143/14 |
||
2012/C 143/15 |
||
2012/C 143/16 |
||
2012/C 143/17 |
||
2012/C 143/18 |
||
2012/C 143/19 |
||
2012/C 143/20 |
||
2012/C 143/21 |
||
2012/C 143/22 |
||
2012/C 143/23 |
||
2012/C 143/24 |
||
2012/C 143/25 |
||
2012/C 143/26 |
||
2012/C 143/27 |
||
2012/C 143/28 |
||
2012/C 143/29 |
||
2012/C 143/30 |
||
2012/C 143/31 |
||
2012/C 143/32 |
||
2012/C 143/33 |
||
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-478 sessjoni plenarja fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-qagħda ekonomika u soċjali fl-Unjoni Ewropea, adottata matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu
2012/C 143/01
Matul is-sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012 ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din ir-riżoluzzjoni b’157 vot favur, 30 vot kontra u 12-il astensjoni.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) esprima l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-istat tal-Unjoni u għamel appell urġenti lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom biex jerġgħu jaffermaw bil-fatti il-valur assolut u indispensabbli tal-unità Ewropea, u adotta din ir-riżoluzzjoni.
1. |
Il-KESE:
|
2. |
Il-KESE jinnota li ċ-ċittadini qed jaslu jiddubitaw dejjem iktar mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fi kliem ieħor l-Unjoni nnifisha, minħabba li jorbtu t-tbatija tagħhom mal-Unjoni. |
3. |
Il-KESE ma jistax jaqbel ma’ dispożizzjonijiet li jittrattaw biss dixxiplina baġitarja u fiskali u jemmen li l-governanza tal-politiki ekonomiċi fiż-żona euro u fl-UE għandha tkun usa’ u aktar ambizzjuża. |
4. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol ċentrali li għandha taqdi l-Kummissjoni Ewropew bħala dik li tesprimi l-interess ġenerali Ewropew, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika ekonomika u monetarja, inklużi dawk previsti mit-trattat intergovernattiv ġdid. |
5. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jafferma l-ħtieġa li titnieda mill-ġdid l-Istrateġija 2020 b’mod partikolari l-azzjonijiet favur iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-ekonomija ekoloġika. Il-KESE jifraħ lill-President Barroso għall-inizjattivi ġodda li ħabbar matul il-Kunsill Ewropew tat-30 ta’ Jannar 2012 favur l-aċċess taż-żgħażagħ għall-impjiegi u jitolbu jimplimenta mill-ewwel inizjattivi konkreti f’dan il-qasam. Barra minn hekk, il-KESE jaqbel mal-miżuri ta’ appoġġ għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju b’konformità sħiħa mal-liġi Komunitarja fis-seħħ. |
6. |
Il-KESE jisħaq fuq il-fatt li matul in-negozjati dwar il-perspettivi finanzjarji multiannwali 2014-2020 futuri, l-UE għandu jkollha baġit adatt u ikbar. Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jinstabu riżorsi proprji ġodda biex jiġi ffinanzjat il-baġit Ewropew, u li jintużaw forom differenti ta’ investimenti pubbliċi u/jew privati. Il-KESE, min-naħa tiegħu, ser iħejji rapport dwar il-prezz tan-non-Ewropa li ser joħroġ fid-dieher il-benefiċċji ta’ integrazzjoni Ewropea akbar. Il-KESE jinsisti wkoll li m’għandux ikun hemm trattament diskriminatorju fir-rigward tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE wara l-2004 fir-rigward tal-limiti u l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-Fondi Ewropej. |
7. |
Il-KESE jappoġġja rwol akbar tal-Bank Ċentrali Ewropew biex tiġi stabilizzata s-sitwazzjoni fiż-żona euro kif ukoll mekkaniżmi ta’ inġinerija finanzjarja li jirrikorru għat-tifdil privat u s-suq (eurobonds) biex jiffinanzjaw proġetti li joffru futur u li jwasslu għall-irkupru tal-attività ekonomika. |
8. |
Għaldaqstant, il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-awtoritajiet nazzjonali biex:
|
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-478 sessjoni plenarja fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Kif ninvolvu lis-soċjetà ċivili fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2012/C 143/02
Relatur: is-Sur MORGAN
Nhar l-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Kif ninvolvu lis-soċjetà ċivili fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’66 vot favur, 53 vot kontra u 41 astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Is-superviżjoni u r-regolamentazzjoni insuffiċjenti u difettuża tas-swieq finanzjarji kienu fost il-fatturi li kkawżaw il-kriżi finanzjarja. Waħda mid-diffikultajiet tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji hija li l-pożizzjonijiet differenti u konfliġġenti jiġu rrappreżentati b’mod bilanċjat. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili mhix qed tibbalanċja b’mod effettiv ir-rappreżentazzjoni leġittima tal-interessi tas-settur finanzjarju. Id-diskussjonijiet politiċi jsiru l-aktar bejn il-leġislatur minn naħa u s-settur finanzjarju kkonċernat min-naħa l-oħra.
1.2 Fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) hu partikolarment adatt biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, għaliex fil-KESE huma rrappreżentati kemm l-assoċjazzjonijiet tal-industrija finanzjarja kif ukoll l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u t-trejdjunjins. Il-KESE la jrid u lanqas jista’ jieħu post il-parteċipazzjoni diretta tal-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Id-djalogu ċivili hu proċess demokratiku u pubbliku biex jiġu fformati l-opinjonijiet u fih għandhom jieħdu sehem b’mod effettiv l-atturi rilevanti kollha.
1.3 F’dan ir-rigward, il-KESE m’għandux dubju li l-parteċipazzjoni tas-settur finanzjarju fil-proċess biex jiġu fformati l-opinjonijiet hi leġittima. Huma l-intrapriżi finanzjarji li jintlaqtu mir-regolamentazzjoni, li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti u jimplimentaw l-obbligi legali. Il-KESE jagħraf ukoll li ħafna mill-oqsma u l-intrapriżi fis-settur finanzjarju joperaw b’onestà u b’integrità, u ma kinux huma li kkawżaw il-kriżi finanzjarja.
1.4 Minħabba n-natura kumplessa tar-regolamentazzjoni dettaljata, huwa importanti immens li l-assoċjazzjonijiet mhux biss jistabbilixxu għanijiet bażiċi u jitolbu t-tisħiħ ġenerali tar-regoli, iżda joħorġu wkoll bi proposti u argumenti rilevanti u kostruttivi. Sabiex dan ikun jista’ jseħħ, iridu jsiru sforzi konsiderevoli biex l-assoċjazzjonijiet ikunu jistgħu jiddiskutu b’mod ugwali mal-leġislatur u mal-organizzazzjonijiet l-oħrajn.
1.5 Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri wkoll iridu jieħdu inizjattivi sabiex jinvolvu lil partijiet akbar tas-soċjetà ċivili fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
1.6 Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Ewropew għar-riskji sistematiċi u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, li nħolqu dan l-aħħar, għandhom jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b’mod adegwat fil-ħidma tagħhom. Il-funzjonament tal-gruppi tal-partijiet interessati li skont il-liġi jridu jiġu kkonsultati mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
1.7 F’ċerti każi jista’ jkun adegwat li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jitolbu l-għajnuna finanzjarja mill-fondi tal-UE sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni ta’ xi interessi importanti. Madankollu, hawnhekk irid jiġi żgurat li l-kontributi finanzjarji jkunu trasparenti għalkollox, li tiġi garantita l-indipendenza tal-organizzazzjonijiet, u li jittieħdu passi biex dawn ma jiġux ippreferuti fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni meta mqabbla ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn li jingħatawx dan l-appoġġ.
1.8 Minbarra l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u t-trejdjunjins jeżistu bosta gruppi oħra li jistgħu jagħtu kontribut konsiderevoli fid-diskussjonijiet dwar is-swieq finanzjarji, bħal ngħidu aħna l-organizzazzjonijiet karitattivi, l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, l-organizzazzjonijiet tal-investituri istituzzjonali, l-intrapriżi industrijali u tas-servizzi b’operazzjonijiet finanzjarji kbar u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-intermedjarji finanzjarji u saħansitra l-aġenziji tal-klassifikazzjoni. Minħabba l-ambjent kompetittiv fis-swieq, jistgħu jagħtu kontribut siewi wkoll ir-rappreżentanti ta’ oqsma oħra li ma jkunux milquta direttament mir-regolamentazzjoni.
1.9 Mhux is-suġġetti kollha huma adatti bl-istess mod biex jibbenefikaw mill-kontributi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Filwaqt li l-kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-konsumatur, l-użu tad-dħul mit-taxxi biex jiġu salvati l-istituzzjonijiet finanzjarji jew it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju huma partikolarment adatti għal dawn il-kontributi, id-dettalji tekniċi bħall-kalkolu tas-solvenza jew il-kwistjonijiet tal-kontabbiltà huma inqas attraenti f’dan ir-rigward.
1.10 Mhux biżżejjed li jsiru biss talbiet ġenerali u mhux divrenzjati għal regoli aktar ħorox. Lil-leġislatur dan xejn ma jgħinu. Mhux biss iridu jsiru proposti kemm jista’ jkun konkreti, iżda għandhom jintiżnu wkoll il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ rekwiżiti aktar stretti.
1.11 Il-KESE jħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tas-soċjetà ċivili biex jindirizzaw aktar milli għamlu fil-passat il-kwistjoni tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji. Ħafna minn dawn l-assoċjazzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-promozzjoni tal-istabbiltà tas-swieq finanzjarji bħala għan fih innifsu u, f’xi każijiet, ġdid. Għandhom ukoll jestendu l-interessi u l-attivitajiet tagħhom b’mod korrispondenti.
1.12 Fil-fehma tal-KESE, ikun tajjeb li kieku l-assoċjazzjonijiet jużaw il-parteċipazzjoni tagħhom fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji sabiex jikkomunikaw b’mod wiesa’ u pożittiv mal-membri tagħhom u mal-pubbliku ġenerali dwar l-attivitajiet tal-EU li rnexxew f’dan il-qasam.
1.13 Minkejja l-imġiba ħażina evidenti fuq bażi individwali, l-industrija finanzjarja Ewropea hija fost dawk li ntlaqtu ħażin mill-kriżi. Għalhekk, hi mitluba tagħti l-kontribut tagħha biex ikun hemm regolamentazzjoni effettiva tas-swieq finanzjarji. L-oqsma individwali m’għandhomx joqogħdu lura milli jikkummentaw dwar ir-regolamentazzjoni ta’ oqsma oħra fl-interess tal-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.
1.14 L-industrija finanzjarja għandha tkun miftuħa wkoll għad-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Minħabba l-attenzjoni kbira li ta l-pubbliku lis-settur finanzjarju matul il-kriżi finanzjarja, ikun ta’ vantaġġ għall-intrapriżi li jitkellmu mas-soċjetà ċivili, jiskambjaw l-argumenti tagħhom u jilqgħu s-suġġerimenti.
1.15 Naturalment, il-mezzi tax-xandir jaqdu rwol prominenti biex jiġu fformati l-opinjonijiet. Anke hawnhekk għandha tiġi riflessa aktar il-pożizzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
1.16 Il-KESE ser ikompli jaħdem bis-sħiħ fuq il-proposti għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, ser jiddiskutihom fit-tul u ser iressaq opinjonijiet sostantivi dwarhom, u f’dan kollu ser ipoġġi enfasi partikolari fuq l-inklużjoni tal-pożizzjoni li jadottaw ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Matul id-diskussjonijiet, il-KESE ser jinvolvi b’mod usa’ u aktar dirett lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess tiegħu biex jifforma l-opinjonijiet billi jorganizza seduti fi ħdan il-gruppi speċjalizzati u ta’ studju.
1.17 Il-KESE ser jara li jalloka spazju biżżejjed għal dibattitu wiesa’ dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji fit-tfassil tal-programm ta’ ħidma tiegħu, fis-sessjonijiet plenarji kif ukoll fis-seduti tal-gruppi speċjalizzati u ta’ studju. Fl-amministrazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani tiegħu, ser jiżgura li l-membri jkunu jistgħu jingħataw pariri esperti kkwalifikati dwar il-kwistjonijiet relatati mar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
2. Għan tal-opinjoni u sfond
2.1 Mill-2008 ’l hawn il-kriżi tas-swieq finanzjarji (1) kellha konsegwenzi negattivi serji fuq iċ-ċittadini madwar id-dinja kollha u b’mod partikolari fl-Unjoni Ewropea, u l-KESE kemm-il darba tkellem fid-dettall dwar din il-kwistjoni. Is-superviżjoni u r-regolamentazzjoni insuffiċjenti u difettuża tas-swieq finanzjarji kienu fost il-fatturi li wasslu għall-falliment tas-swieq, għall-ispekulazzjoni li kien hemm qabel dan kif ukoll għan-negozju ta’ prodotti finanzjarji b’riskji kbar.
2.2 Waħda mid-diffikultajiet li toħloq l-adozzjoni ta’ regoli għal dan il-qasam kienet u għadha li jkun hemm parteċipazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet differenti u konfliġġenti fil-proċess pluralista u demokratiku biex jiġu fformati l-opinjonijiet. Illum il-ġurnata ma jeżisti l-ebda kontrapiż sostanzjali permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jibbilanċja r-rappreżentazzjoni leġittima tal-interessi tas-settur finanzjarju. Din l-asimmetrija għandha titneħħa fir-regolamentazzjoni l-ġdida tas-swieq finanzjarji.
2.3 Il-KESE, bħala isituzzjoni Ewropea tas-soċjetà ċivili, jemmen li minbarra l-pubblikazzjoni tal-opinjonijiet tiegħu, għandu l-kompitu wkoll li jippromovi l-inklużjoni wiesgħa u komprensiva tal-partijiet interessati u kkonċernati kollha fil-proċess leġislattiv Ewropew. Għaldaqstant, il-KESE jitħasseb meta jara li f’ċerti oqsma ta’ politika partikolari huwa każ regolari li ma jiġix organizzat dibattitu bilanċjat.
2.4 Għalhekk, l-għan ta’ din l-opinjoni hu li tanalizza l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji u li tressaq rakkomandazzjonijiet biex din tiġi involuta aktar.
3. Nuqqasijiet u ostakli marbuta mal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili
3.1 S’issa r-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji ġiet mmonitorjata l-ewwel u qabel kollox miċ-ċrieki kkonċernati tas-settur finanzjarju. Din l-impressjoni ġiet ikkonfermata b’mod ċar fis-seduta organizzata mill-KESE nhar it-28 ta’ Novembru 2011. Dan ma kienx il-każ minħabba n-nuqqas ta’ ftuħ min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE, iżda għax s’issa s-suġġett ftit qajjem interess fost l-organizzazzjonijiet li mhumiex parti mill-industrija finanzjarja. Dan joħroġ fid-dieher mill-parteċipazzjoni fjakka fil-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, fis-seduti tal-Parlament Ewropew jew fid-diskussjoni pubblika.
3.2 Sal-lum stess id-diskussjonijiet politiċi dwar id-direttivi u r-regolamenti fis-settur finanzjarju jsiru l-aktar bejn il-leġislatur minn naħa u s-settur finanzjarju kkonċernat min-naħa l-oħra. B’kuntrast ma’ dan, f’oqsma tematiċi oħra d-dibattitu politiku, b’mod partikolari bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fi Brussell, jinsab fil-qalba tad-diskussjonijiet pluralisti, pereżempju bejn min iħaddem u t-trejdjunjins fil-politika soċjali, bejn l-industrija u l-assoċjazzjonijiet ambjentali fil-politika ambjentali jew bejn in-negozju u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur fil-politika tal-konsumatur.
3.3 Il-KESE jemmen li n-nuqqasijiet fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji huma kkawżati minn sensiela ta’ raġunijiet.
3.3.1 L-għan tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji hu li jiġu żgurati s-sigurtà u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji u b’hekk jinżamm ġid pubbliku li ftit li xejn hu konkret u tanġibbli, u li għal żmien twil deher li mhux mhedded. Ma kienx faċli li jingħarfu l-interessi konkreti li jista’ jkollhom iċ-ċittadini u li għalhekk iridu jiġi protetti. Għaldaqstant, iċ-ċrieki barra s-swieq finanzjarji ftit li xejn kellhom inċentiv, raġuni u motivazzjoni biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.
3.3.2 Is-swieq finanzjarji huma kumplessi ħafna u diffiċli biex jifhmuhom dawk li mhumiex esperti. Id-diversità tal-atturi, il-kumplessità tal-prodotti u l-interazzjonijiet f’diversi livelli jagħmluha diffiċli biex l-organizzazzjonijiet barra s-settur jieħdu sehem fid-dibattiti bl-għarfien espert meħtieġ.
3.3.3 Ħafna drabi jkun diffiċli li jiġu identifikati l-konsegwenzi diretti, u b’mod partikolari dawk indiretti, tar-regolamentazzjoni fuq l-interessi tal-membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment jekk ir-regolamentazzjoni ma ssirx permezz ta’ direttivi u regolamenti iżda permezz ta’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni u standards tekniċi kumplikati.
3.3.4 Il-proċess ta’ regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji hu relattivament diffiċli biex jinfiehem. Bil-proċess Lamfalussy li kien jintuża qabel u bis-sistema attwali tal-atti delegati, l-atti ta’ implimentazzjoni u l-istandards tekniċi vinkolanti bil-bosta stadji proċedurali tagħhom u l-ħafna istituzzjonijiet u awtoritajiet involuti b’modi differenti, ħafna drabi jkun diffiċli li jitħejjew opinjonijiet immirati fil-ħin. Barra minn hekk, il-kontenut tar-regoli qed ikun determinat dejjem aktar minn istituzzjonijiet globali bħall-G20, il-Kumitat ta’ Basel u l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB, International Accounting Standard Board), li l-ħidma tagħhom mhix trasparenti ħafna.
3.3.5 Il-ħafna proposti regolatorji, il-veloċità tal-proċess leġislattiv u l-għadd kbir ta’ partijiet interessati ġebbdu sal-limitu l-kapaċità ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet biex jagħmlu d-diskussjonijiet, biex ifasslu dokumenti ta’ pożizzjoni jew biex jieħdu sehem fil-konferenzi.
3.3.6 L-integrazzjoni qawwija tas-swieq finanzjarji madwar id-dinja, il-mobbiltà globali tal-kapital u s-sensibbiltà tan-negozju s’issa dejjem kienu argumenti li mhux faċli twaqqagħhom kontra l-interventi fl-attività tas-swieq Ewropej. Minħabba l-kompetizzjoni għall-kapital volatili biex jiġi promoss it-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi, kien deher għaqli li jintuża approċċ ta’ regolamentazzjoni mraqqgħa (light touch regulatory approach) u għal żmien twil dan deher li kien biżżejjed.
3.4 Dawn id-diffikultajiet wasslu wkoll għat-twaqqif tal-“Finance Watch” (Superviżjoni Finanzjarja), inizjattiva tal-Membri tal-Parlament Ewropew li tlaqqa’ flimkien diversi organizzazzjonijiet Ewropej u nazzjonali bil-għan li jsegwu b’għajn kritika l-leġislazzjoni fis-settur finanzjarju.
3.5 Fl-Istati Membri jidher li hemm problemi simili wkoll. Ma jidhirx li s-setgħat tas-soċjetà ċivili qed jinfluwenzaw b’mod sostanzjali r-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
3.6 Bħall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, jidher li qed ikun hemm xi diffikultajiet biex jitqiesu l-interessi tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju tas-settur finanzjarju. Ħafna istituzzjonijiet finanzjarji żgħar qed jilmentaw dwar il-ħafna spejjeż amministrattivi u l-kumplessità tar-regoli li għalihom mhux faċli jimplimentawhom.
4. Kummenti ġenerali
4.1 Id-demokrazija parteċipattiva hi komponent ewlieni tal-mudell soċjali Ewropew u tal-governanza Ewropea. Id-demokrazija rappreżentattiva u dik parteċipattiva huma mnaqqxin fit-Trattat ta’ Lisbona. Madankollu, dan jistabbilixxi biss l-obbligu li “liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi” tingħatalhom l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom (Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea). Għalhekk, il-korpi Ewropej għandhom jieħdu l-passi meħtieġa meta jaraw li l-proposti ma jwasslu għall-ebda reazzjoni jew joħolqu reazzjoni żbilanċjata fis-soċjetà ċivili.
4.2 Naturalment, huma l-istituzzjonijiet b’mandat demokratiku leġittimu li jieħdu d-deċiżjonijiet, u d-djalogu ċivili jaqdi biss rwol preparatorju u komplementari.
4.3 Il-KESE huwa l-aħjar post fejn tiġi rrappreżentata s-soċjetà ċivili organizzata u fejn din tista’ tesprimi u taqsam il-fehmiet tagħha; hu jibni pont essenzjali bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha. Il-KESE jaqdi dan ir-rwol b’mod partikolari b’rabta mal-leġislazzjoni.
4.4 Fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, il-KESE hu partikolarment adatt biex jaqdi rwol prominenti u biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, għaliex fil-KESE huma rrappreżentati kemm l-assoċjazzjonijiet tal-industrija finanzjarja kif ukoll l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u t-trejdjunjins. Bis-saħħa tal-obbligu tal-KESE li joħroġ opinjonijiet dwar il-proposti tal-Kummissjoni, awtomatikament il-membri jaħdmu fuq it-testi legali mingħajr m’għandhom bżonn l-ebda talba jew motivazzjoni oħra biex jagħmlu dan.
4.5 Sa minn meta bdiet il-kriżi finanzjarja, il-KESE kemm-il darba esprima l-fehmiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minn nofs l-2008 ’l hawn ħareġ mat-30 opinjoni dwar il-kriżi finanzjarja b’mod ġenerali, u dwar l-inizjattivi leġislattivi b’mod partikolari.
4.6 Fid-dawl tan-nuqqas ta’ involviment ieħor min-naħa tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet Ewropej huma mistiedna aktar u aktar biex jagħtu l-attenzjoni mistħoqqa lill-opinjonijiet tal-KESE.
4.7 Il-KESE la jrid u lanqas jista’ jieħu post il-parteċipazzjoni diretta tal-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Id-djalogu ċivili hu proċess demokratiku u pubbliku biex jiġu fformati l-opinjonijiet u fih għandhom jieħdu sehem l-akbar numru ta’ atturi possibbli b’modi differenti.
4.8 F’dan ir-rigward, il-KESE m’għandux dubju li l-parteċipazzjoni tas-settur finanzjarju fil-proċess biex jiġu fformati l-opinjonijiet hija leġittima daqskemm hi dik tal-organizzazzjonijiet l-oħra. Huma l-intrapriżi finanzjarji li jintlaqtu mir-regolamentazzjoni, li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti u jimplimentaw l-obbligi legali. Għalhekk, il-parteċipazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija finanzjarja hi meħtieġa għaliex dan il-qasam għandu l-akbar interess fl-istabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, l-għarfien espert ta’ dan il-qasam hu neċessarju wkoll biex jitħejjew valutazzjonijiet tal-impatt affidabbli.
4.9 Il-KESE jagħraf ukoll li ħafna mill-oqsma u l-intrapriżi fis-settur finanzjarju joperaw b’onestà u b’integrità, u ma kinux huma li kkawżaw il-kriżi finanzjarja. Fil-fehma tal-KESE, mhux ġustifikat li s-settur finanzjarju kollu jiġi ġġudikat b’mod negattiv kif sar s’issa. Il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi f’dan is-settur mhux talli ma bbenefikawx mill-eċċessi tas-swieq finanzjarji, iżda ntlaqtu ħażin huma stess mill-kriżi u l-konsegwenzi tagħha. In-numru ta’ klijenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li ġarrbu telf baqa’ limitat, b’mod partikolari minħabba l-għajnuna mill-Istat.
4.10 Madankollu, l-akbar piż tal-kriżi finanzjarja u ekonomika qed jerfgħuh iċ-ċittadini, bħala kontribwenti tat-taxxa, ħaddiema u konsumaturi. Huma mħeġġin li permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tagħhom jinvolvu ruħhom aktar fit-tfassil tar-regoli l-ġodda għas-settur finanzjarju sabiex jassiguraw li ma jerġax ikun hawn kriżi oħra ta’ dan id-daqs.
4.11 Minħabba n-natura kumplessa tar-regolamentazzjoni dettaljata, huwa importanti immens li l-assoċjazzjonijiet mhux biss jistabbilixxu għanijiet bażiċi u jitolbu t-tisħiħ ġenerali tar-regoli, iżda joħorġu wkoll bi proposti u argumenti rilevanti u kostruttivi. Sabiex jinkiseb dan, iridu jsiru sforzi konsiderevoli biex l-assoċjazzjonijiet ikunu jistgħu jiddiskutu b’mod ugwali mal-leġislatur u mal-organizzazzjonijiet l-oħrajn.
5. Rakkomandazzjonijiet speċifiċi
5.1 Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri wkoll iridu jieħdu inizjattivi sabiex jinvolvu lil partijiet akbar tas-soċjetà ċivili fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
5.1.1 Huwa ta’ importanza kbira li l-konsegwenzi diretti u immedjati tar-regolament propost fuq is-soċjetà ċivili jiġu ppreżentati b’mod sempliċi, miftuħ u preċiż fil-proposti sabiex l-assoċjazzjonijiet jifhmu aħjar kif ser jintlaqtu ċ-ċittadini.
5.1.2 Jekk joħroġ fid-dieher, bħalma sikwit ġara fil-passat, li s-soċjetà ċivili ftit tat tweġibiet matul il-konsultazzjonijiet dwar is-swieq finanzjarji, għandha tintalab il-parteċipazzjonijiet ta’ xi organizzazzjonijiet speċifiċi. F’każ ta’ bżonn għandu jitwal iż-żmien tal-konsultazzjoni, kif tipprevedi diġà l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal “regolamentazzjoni intelliġenti”. Il-konsultazzjonijiet m’għandhomx jiffokaw biss fuq l-aspetti tekniċi, iżda għandhom jintalbu l-fehmiet speċifiċi tas-soċjetà ċivili. Għandha tiġi kkunsidrata l-perspettiva speċifika tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
5.1.3 L-organizzazzjonijiet rilevanti għandhom jiġu involuti fis-seduti pubbliċi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew sa mill-bidu nett. Minkejja l-kalendarju mimli tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu miftuħin għad-diskussjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jieħdu sehem fl-avvenimenti tagħhom.
5.1.4 Fil-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew m’għandux ikun hemm biss rappreżentanti tal-industrija finanzjarja, iżda wkoll rappreżentanti ta’ gruppi oħrajn. Però wieħed irid joqgħod attent li l-persuni maħtura jkollhom l-għarfien espert meħtieġ fis-suġġett inkwistjoni, għaliex f’każ ta’ żbilanċ fil-kompetenzi speċjalizzati, ma jirbaħ ħadd.
5.1.5 F’ċerti każi jista’ jkun adegwat li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jitolbu l-għajnuna finanzjarja mill-fondi tal-UE sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni ta’ xi interessi importanti. Madankollu, din l-għajnuna tmur kontra l-prinċipju tal-organizzazzjoni awtonoma u l-awtofinanzjament tal-interessi tas-soċjetà ċivili u tista’ thedded l-indipendenza tal-organizzazzjonijiet u twassal għal kunflitti ta’ lealtà fuq iż-żewġ naħat. Fi kwalunkwe każ, hawnhekk irid jiġi żgurat li l-kontributi finanzjarji jkunu trasparenti għalkollox, li tiġi garantita l-indipendenza tal-organizzazzjonijiet, u li jittieħdu passi biex dawn ma jiġux ippreferuti fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni meta mqabbla ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn li ma jingħatawx dan l-appoġġ.
5.2 L-isitutzzjonijiet l-oħra tal-UE li huma involuti fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, bħall-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Ewropew għar-riskji sistematiċi kif ukoll it-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej responsabbli għall-banek, it-titoli u l-assigurazzjonijiet, għandhom jinkludu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ħidma tagħhom.
5.3 Il-funzjonament tal-gruppi tal-partijiet interessati li skont il-liġi jridu jiġu kkonsultati mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jqis il-perspettivi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jippermetti li jingħata feedback fl-organizzazzjonijiet ikkonċernati u b’hekk jinbena mezz ieħor għall-involviment tas-soċjetà ċivili. Bħalissa dan mhux dejjem hu l-każ, speċjalment minħabba l-esiġenzi tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti u d-diskussjonijiet, liema esiġenzi huma eċċessivi mil-lat tat-trasparenza.
5.4 Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji ma tistax tiżdied sempliċement permezz ta’ talbiet politiċi astratti. Hemm bżonn li jingħad b’mod aktar konkret min għandu jesprimi l-fehma tiegħu, dwar liema kwistjonijiet relatati mas-swieq finanzjarji, u meta.
5.4.1 Minbarra l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u t-trejdjunjins jeżistu bosta gruppi oħra li jistgħu jagħtu kontribut konsiderevoli għad-diskussjonijiet dwar is-swieq finanzjarji, bħal ngħidu aħna l-organizzazzjonijiet karitattivi, l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, l-organizzazzjonijiet tal-investituri istituzzjonali, l-intrapriżi industrijali u tas-servizzi b’operazzjonijiet finanzjarji kbar u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-intermedjarji finanzjarji u saħansitra l-aġenziji tal-klassifikazzjoni. Jistgħu jagħtu kontribut siewi wkoll ir-rappreżentanti ta’ setturi finanzjarji oħra li ma jkunux milquta direttament mir-regolamentazzjoni.
5.4.2 Mhux is-suġġetti kollha huma adatti bl-istess mod biex jibbenefikaw mill-kontributi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
5.4.2.1 |
Filwaqt li l-kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-konsumatur, l-użu tad-dħul mit-taxxi biex jiġu salvati l-istituzzjonijiet finanzjarji jew it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju huma partikolarment adatti, id-dettalji tekniċi bħall-kalkolu tas-solvenza jew il-kwistjonijiet tal-kontabbiltà huma inqas interessanti. |
5.4.2.2 |
Però l-organizzazzjonijiet m’għandhomx jiffokaw fuq ir-regolamenti meta jiġu adottati biss, iżda fuq ir-regolamentazzjoni mill-bidu sal-aħħar, inklużi d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni u l-istandards tekniċi, anke jekk dan ikun jidher li jitlob ħafna xogħol. |
5.4.2.3 |
Madankollu l-KESE jaf li s-sostenibbiltà u l-istabbiltà fit-tul tas-swieq finanzjarji tirriżulta mill-interazzjoni ta’ għadd kbir ta’ dispożizzjonijiet rilevanti li kull darba jiġu diskussi b’mod individwali. Anke jekk l-organizzazzjonijiet ma jkunux jistgħu jħarsu lejn id-dokumenti kollha, is-soċjetà ċivili xorta waħda għandha tanalizza t-temi li huma deċiżivi għas-suċċess tar-regolamentazzjoni b’mod globali. U dan ma jfissirx biss il-liġi tal-konsumatur, iżda wkoll pereżempju l-liġi ta’ superviżjoni, l-ammont ta’ ekwità jew il-governanza korporattiva. |
5.4.2.4 |
Il-ħjiena hi wkoll li ħafna drabi wara l-aspetti li jidhru tekniċi ħafna jkunu qed jinħbew kwisjonijiet politiċi ħafna li jolqtu b’mod dirett liċ-ċittadin. Pereżempju, ir-rata tal-imgħax għall-kalkolu tar-riservi tas-sistemi privati tal-pensjoni għandha impatt konsiderevoli fuq il-possibbiltà li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jagħtu garanziji fit-tul tal-livelli tal-pensjoni. |
5.4.2.5 |
Mhux biżżejjed li jsiru biss talbiet ġenerali u mhux divrenzjati għal regoli aktar ħorox. Lil-leġislatur dan xejn ma jgħinu. Mhux biss iridu jsiru proposti kemm jista’ jkun konkreti, iżda għandhom jintiżnu wkoll il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ rekwiżiti aktar stretti, filwaqt li jitqiesu aspetti bħall-piżijiet li jridu jerfgħu l-intrapriżi, speċjalment l-istituzzjonijiet finanzjarji ż-żgħar u ta’ daqs medju, l-aċċess tal-individwi u tal-intrapriżi għall-kreditu u l-funzjonament tas-swieq. |
5.4.3 Is-soċjetà ċivili għandha tesprimi l-fehma tagħha jekk jista’ jkun fl-istadji kollha tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Bosta drabi d-deċiżjonijiet bażiċi jittieħdu fi stadju bikri, pereżempju wara l-ewwel konsultazzjonijiet mill-Kummissjoni jew fit-tħejjija tal-abbozzi mill-awtoritajiet superviżorji. Għal dan il-għan, l-assoċjazzjonijiet iridu jsegwu u jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċessi kumplessi msemmijin hawn fuq li huma differenti mill-proċeduri normali.
5.5 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tas-soċjetà ċivili jindirizzaw aktar milli għamlu fil-passat il-kwistjoni tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
5.5.1 Fil-fehma tal-KESE, ħafna minn dawn l-assoċjazzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-promozzjoni tal-istabbiltà tas-swieq finanzjarji bħala għan fih innifsu u, f’xi każijiet, ġdid. Għandhom ukoll jestendu l-interessi u l-attivitajiet tagħhom b’mod korrispondenti.
5.5.2 Minħabba l-kumplessità tas-swieq finanzjarji u tar-regolamentazzjoni tagħhom, kif inhu deskritt hawn fuq, hemm bżonn li l-assoċjazzjonijiet jiksbu u jkomplu jiżviluppaw ir-riżorsi umani bl-għarfien espert meħtieġ. Jista’ jagħti l-każ ukoll li jkun hemm bżonn jitwaqqfu korpi ġodda, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali u li jiġu involuti esperti esterni.
5.5.3 B’rabta ma’ dan, il-KESE jilqa’ t-twaqqif tal-Finance Watch, li hi assoċjazzjoni ġdida fil-livell Ewropew bil-għan li tippromovi l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Dan però mhux biżżejjed biex ikun hemm parteċipazzjoni wiesgħa min-naħa tas-soċjetà ċivili.
5.5.4 L-assoċjazzjonijiet għandhom ukoll jieħdu sehem fid-dibattiti pubbliċi fil-livell Ewropew u fl-Istati Membri, u b’hekk jagħtu kontribut politiku għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
5.5.5 Fil-fehma tal-KESE, ikun tajjeb li kieku l-assoċjazzjonijiet jużaw il-parteċipazzjoni tagħhom fir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji sabiex jikkomunikaw b’mod wiesa’ u pożittiv mal-membri tagħhom u mal-pubbliku ġenerali dwar l-attivitajiet tal-EU li rnexxew f’dan il-qasam.
5.5.6 Il-kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej għandha importanza partikolari f’dan il-qasam. Minn banda, il-livelli regolatorji Ewropej u nazzjonali huma komplementari fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji. Mill-banda l-oħra, ħafna drabi l-assoċjazzjonijiet nazzjonali jkollhom aktar riżorsi mill-organizzazzjonijiet ċentrali Ewropej, liema riżorsi għandhom jintużaw, speċjalment f’dan il-qasam, għall-ħidma fil-livell Ewropew.
5.5.7 Minħabba li l-kapital faċilment jista’ jiċċaqlaq minn naħa għal oħra tad-dinja, ir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji għandha tinġieb fl-istess livell madwar id-dinja kollha. Hawnhekk jistgħu jagħtu kontribut b’mod partikolari l-assoċjazzjonijiet li huma ffokati fuq ix-xena internazzjonali jew li għandhom kuntatti internazzjonali. Dawn jistgħu jippromovu regolamentazzjoni effettiva tas-swieq finanzjarji li tkun f’livell simili madwar id-dinja, biex b’hekk titrażżan il-kompetizzjoni dinjija għal-lokazzjoni tan-negozji bl-inqas numru ta’ standards possibbli. L-interess tal-istabbiltà globali tas-swieq finanzjarji għandu jiġi promoss bl-istess intensità fiċ-ċentri finanzjarji kollha tad-dinja.
5.6 Minkejja l-imġiba ħażina evidenti fuq bażi individwali, l-industrija finanzjarja Ewropea hija fost dawk li ntlaqtu ħażin mill-kriżi. Għalhekk, hi mitluba tagħti l-kontribut tagħha biex ikun hemm regolamentazzjoni effettiva tas-swieq finanzjarji.
5.6.1 L-oqsma individwali m’għandhomx joqogħdu lura milli jikkummentaw dwar ir-regolamentazzjoni ta’ oqsma oħra fl-interess tal-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.
5.6.2 Fil-fehma tal-KESE, huwa naturali li l-interessi tas-settur finanzjarju jiġu rrappreżentati b’mod trasparenti, b’integrità u b’rispett quddiem dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-industrija jissodisfaw dawn l-istennijiet b’mod regolari. Fil-passat dan mhux dejjem kien il-każ f’ċerti attivitajiet speċifiċi ta’ intraprendituri individwali u r-rappreżentanti kummerċjali tagħhom.
5.6.3 L-industrija finanzjarja hi mitluba tkun miftuħa għad-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Minħabba l-attenzjoni kbira li s-settur finanzjarju ngħata min-naħa tal-pubbliku matul il-kriżi finanzjarja, ikun ta’ vantaġġ għall-intrapriżi li jitkellmu mas-soċjetà ċivili, jiskambjaw l-argumenti tagħhom u jilqgħu s-suġġerimenti. Dan ikun pass importanti biex jersqu aktar lejn is-soċjetà b’mod ġenerali. F’każ li s-settur finanzjarju jkun irid juża l-awtoregolamentazzjoni biex jimponi mġiba partikolari, is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta fit-tħejjija ta’ dawn ir-regoli.
5.6.4 Fl-interess ta’ djalogu ċivili ġust u trasparenti, il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea ħolqu reġistru komuni tal-lobbyists u japprezza r-riżultati tal-ħidma tal-Grupp Buzek fi ħdan il-Parlament Ewropew. Madankollu josserva li t-tisħiħ tar-regoli m’għandux iwassal biex iwaqqaf jew ixekkel il-parteċipazzjoni tal-assoċjazzjonijiet. Dan jgħodd b’mod speċjali għall-kwistjonijiet prattiċi, bħall-aċċess faċli għas-servizzi Ewropej u l-parteċipazzjoni f’seduti pubbliċi.
5.7 Id-dinja tax-xjenza, il-fondazzjonijiet soċjali u t-think tanks huma mitlubin jipprovdu l-ġudizzju, l-għarfien espert u l-esperjenzi tagħhom fid-dibattitu dwar is-swieq finanzjarji. Għalkemm ħafna drabi dawn il-korpi ma jkunux iffokati fuq l-involviment f’ħidma leġislattiva speċifika, huma għandhom jieħdu l-opportunità li jużaw il-kapaċitajiet tagħhom bil-għan li jiġu evitati kriżijiet futuri.
5.8 Naturalment, il-mezzi tax-xandir jaqdu rwol prominenti biex jiġu fformati l-opinjonijiet. Anke hawnhekk għandha tiġi riflessa aktar il-pożizzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għal dan il-għan, jista’ jagħti l-każ li jkun hemm bżonn li l-organizzazzjonijiet korrispondenti jiġu mistiedna jieħdu sehem biex jifformaw opinjoni dwar kwistjoni partikolari, għaliex bħalissa huma ftit ir-rappreżentanti li jipparteċipaw minn rajhom fid-dibattiti pubbliċi.
5.9 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew stess ser jaħdem biex isaħħaħ il-parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet dwar il-pjani għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji.
5.9.1 Il-KESE ser ikompli jaħdem bis-sħiħ fuq il-proposti għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, ser jiddiskutihom fit-tul u ser iressaq opinjonijiet sostantivi dwarhom, u waqt li jagħmel dan ser ipoġġi enfasi partikolari fuq l-inklużjoni tal-pożizzjoni li jadottaw ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.
5.9.2 Il-Kumitat ser jieħu ħsieb li r-rappreżentanti tat-tliet gruppi jkunu involuti b’mod ugwali u jipparteċipaw f’kull fażi tal-proċess.
5.9.3 Matul id-diskussjonijiet, il-KESE ser jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b’mod usa’ u aktar dirett fil-proċess biex jifforma l-opinjonijiet tiegħu billi jorganizza seduti fi ħdan il-gruppi speċjalizzati u ta’ studju.
5.9.4 Il-KESE ser jara li jalloka spazju biżżejjed għal dibattitu wiesa’ dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji fit-tfassil tal-programm ta’ ħidma tiegħu, fis-sessjonijiet plenarji kif ukoll fis-seduti tal-gruppi speċjalizzati u ta’ studju.
5.9.5 Il-KESE ser jikkontribwixxi wkoll biex il-membri tiegħu mill-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili jindirizzaw mill-qrib il-kwistjonijiet relatati mar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji u jinfluwenzaw b’mod korrispondenti l-assoċjazzjonijiet tagħhom.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Il-kriżi kkawżata mid-defiċits pubbliċi eċċessivi mhix diskussa f’din l-opinjoni, għalkemm anke hawnhekk wieħed jista’ jistaqsi għaliex is-soċjetà ċivili ma insistietx qabel u b’mod aktar b’saħħtu biex jitnaqqsu d-djun.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tkabbir u d-dejn sovran fl-UE: żewġ approċċi innovattivi” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2012/C 143/03
Relatur: is-Sur CEDRONE
Nhar l-14 ta’ Lulju 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
It-tkabbir u d-dejn sovran fl-UE: żewġ approċċi innovattivi (opinjoni fuq inizjattiva proprja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-23 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’121 vot favur, 46 vot kontra u 11-il astensjoni.
1. Rakkomandazzjonijiet prinċipali
J. Monnet: “L-Ewropa tista’ tavvanza u ssir waħdanija biss bis-saħħa tal-ispinta mill-kriżi”
1.1 Il-KESE huwa tal-fehma li l-problema ewlenija tal-euro hija l-ewwel nett problema politika iktar minn problema ekonomika. Il-kredibbiltà tal-euro ilha sejra lura minn mindu l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tilfu l-fiduċja fil-gvernijiet li jieħdu azzjoni deċiżiva biex tiġi evitata l-inadempjenza tal-Istati Membri f’diffikultà minħabba d-dejn. Ir-reazzjonijiet reċenti, bħall-proposta tal-Kummissjoni għal Bonds ta’ Stabbiltà jindirizzaw biss l-istabbiltà minflok it-tkabbir (1), filwaqt li l-abbozz ta’ Trattat tal-Kunsill dwar il-Koordinazzjoni u l-Governanza (2) jbati minn “defiċit demokratiku” estensiv billi jgħaddi minn fuq il-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni.
1.2 Il-KESE jqis ukoll li t-triq lejn il-ħruġ tal-kriżi, li hija kriżi sistemika taż-żona tal-euro, ma tinkludix ritorn għall-egoiżmu nazzjonali jew it-tnaqqis tad-drittijiet, iżda pjuttost tinkludi bidla fil-politiki ekonomiċi, it-tisħiħ tal-kompetittività u l-konsolidazzjoni tal-ekwità, tas-solidarjetà u l-koeżjoni. B’hekk tiġi ristawrata l-fiduċja mill-pubbliku fil-proġett Ewropew u l-fattibbiltà tar-rilanċ tal-Mudell Soċjali Ewropew minflok ir-riskju għal kulħadd li ma tiġix solvuta l-kriżi, li potenzjalment jista’ jwassal biex l-ideal stess tal-Ewropa jikkrolla u jfalli.
1.3 Il-KESE jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE m’għandhomx jaqgħu fin-nassa lil jirreaġixxu biss għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għad li kultant dawn jidentifikaw id-dgħufijiet tas-suq. L-istituzzjonijiet għandhom id-dover li juru liċ-ċittadini tagħhom ħruġ effikaċi mill-kriżi, li fl-istess ħin huwa proġett għall-futur tal-UE li jkun kapaċi jrabbi l-fiduċja u l-ottimiżmu, li jsaħħaħ is-sens ta’ appartenenza u ta’ parteċipazzjoni fit-twettiq ta’ ideal komuni ta’ progress soċjali u livelli ta’ impjieg għoljin. B’mod partikolari, l-elettorati jridu jaraw li l-istabbiltà hija abbinata mat-tkabbir, iktar milli l-awsterità biss, filwaqt li t-tkabbir ekonomiku b’saħħtu jista’ jirristawra l-fiduċja u l-kredibbiltà fiż-żona tal-euro fis-swieq finanzjarji.
1.4 F’dan ir-rigward, il-KESE jilqa’ b’mod pożittiv il-passi li ttieħdu mill-istituzzjonijiet Ewropej favur politika baġitarja u fiskali komuni, għad li l-miżuri li ttieħdu s’issa kienu biss parzjali jew limitati. Madankollu jsostni li mingħajr preġudizzju għall-attivazzjoni immedjata u l-użu tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), u sussegwentement il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), hemm bżonn urġenti li jingħata qafas lil żewġ proposti prattiċi li jistgħu jindirizzaw il-kwistjoni tat-tkabbir (il-Eurobonds) u jistabilizzaw id-dejn (Bonds tal-Unjoni Ewropea) (3). Dawn il-proposti jwasslu biex ċerti pajjiżi u l-UE ma jiddefendux l-euro biss bl-awsterità, li tagħmel ħsara lill-kundizzjonijiet soċjali, toħnoq it-tkabbir u tirriskja li tixpruna riċessjoni.
1.5 B’mod partikolari, sabiex it-tkabbir jiġi xprunat malajr, hemm bżonn li jiġi stabbilit pjan ta’ rkupru ekonomiku, soċjali u kulturali, tip ta’ “Patt Ewropew ġdid”, simili għan-“New Deal” Amerikan li jwassal biex l-Istati Membri jgawdu minn żvilupp sod u sostenibbli, ibbażat fuq il-kompetittività, il-produttività, l-impjieg, is-sigurtà soċjali, il-prosperità u qabel kollox, il-kunsens demokratiku. B’hekk jinħolqu wkoll il-kundizzjonijiet biex titwettaq governanza ekonomika u fiskali komuni effettiva.
1.6 Ġew proposti diversi bonds bħala soluzzjonijiet potenzjali għall-kriżi attwali, id f’id mar-riformi strutturali neċessarji (4) li l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa u jingħataw inċentiv biex ineduhom. Iżda waħda mid-dgħufijiet politiċi fosthom, inklużi dawk tal-Green Paper tal-Kummissjoni, hija li jinkludu garanziji b’obbligazzjoni in solidum mill-Istati Membri, li wasslu biex ma jkunux aċċettabbli għal xi gvernijiet ewlenin, mhux talinqas il-Ġermanja.
1.7 Għall-kuntrarju, l-KESE huwa tal-fehma li tali garanziji u trasferimenti mhumiex neċessarji la biex jikkonvertu sehem ta’ bonds nazzjonali għall-Unjoni, u lanqas għall-ħruġ nett tal-Eurobonds. Huwa jqis ukoll li l-finanzjament tal-bonds ma jħeġġiġx il-laxkezza fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi jekk il-konverżjoni tad-dejn nazzjonali lill-Unjoni jkunu f’kont ta’ debitu minflok ta’ kreditu. Il-Bonds tal-Unjoni Ewropea ma jinħarġux biex ikopru d-defiċits sovrani, iżda biex jiġbdu t-tfaddil u l-kapital internazzjonali. Dan it-tfaddil u kapital imbagħad jiġi investit biex b’hekk jissaħħu l-koeżjoni u l-kompetittività.
1.8 Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ żewġ tipi ta’ bonds tal-Unjoni Ewropea, komplementari iżda distinti: il-Bonds tal-Unjoni Ewropea għall-istabilizzazzjoni tad-dejn u l-Eurobonds biex jintużaw għall-irkupru u t-tkabbir. Il-KESE jirrakkomanda wkoll li parti mid-dħul fil-Eurobonds tintuża biex jiġi ffinanzjat fond Ewropew tal-kapital ta’ riskju, li kien wieħed mill-objettivi oriġinali tal-Fond Ewropew għall-Investimenti (FEI) (5).
1.9 Il-Bonds tal-Unjoni Ewropea - dejn nazzjonali konvertit gradwalment sa 60 % tal-PDG f’Bonds tal-Unjoni Ewropea - jistgħu jinżammu ġo kont ta’ dejn konsolidat iżda li ma jiġix negozjat (6). Billi mhumiex oġġett ta’ negozjar, dawn il-bonds jiġu mħarsa mill-ispekulazzjoni tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Madankollu, ma jkollhomx bżonn trasferiment fiskali. L-Istati Membri li jkollhom id-dejn f’Bonds tal-Unjoni Ewropea jassumu s-servizz tas-sehem tagħhom. Bis-saħħa tat-tali konverżjoni, id-dejn nazzjonali tal-biċċa l-kbira minnhom jitnaqqas b’tali mod li jkunu jistgħu jerġgħu jidħlu taħt il-parametri relattivi ta’ Maastricht. Il-qagħda finanzjarja tal-Greċja ser tkompli tirrappreżenta problema partikolari, iżda daqshekk biss, u għalhekk tkun ġestibbli.
1.10 Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir m’hemmx għalfejn jiġi rivedut, filwaqt li tiżdiedlu l-kredibbiltà, li llum hija pjuttost nieqsa f’għajnejn is-swieq u l-elettorati, billi jintlaħaq l-għan tal-istabbiltà mingħajr ir-rikors għall-miżuri ta’ awsterità. Barra minn hekk, il-konverżjoni ta’ proporzjon sostanzjali (sa 60 %) tad-dejn pubbliku tal-Istati Membri tal-UE midjuna tista’ ssir permezz ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa. Dawk l-Istati Membri li jippreferu jistgħu jżommu l-bonds proprji (7).
1.11 Għall-kuntrarju tal-Bonds tal-Unjoni Ewropea, il-Eurobonds, li jinħarġu biex jiffinanzjaw l-irkupru u t-tkabbir, jiġu negozjati u b’hekk jistgħu jiġbdu fondi lejn l-UE. F’Settembru 2011, il-pajjiżi BRICS (il-Brażil, ir-Russja, l-Indja, iċ-Ċina u l-Afrika t’Isfel) tennew l-interess tagħhom li jżommu riżervi f’euro biex jikkontribwixxu għall-istabilizzazzjoni taż-żona tal-euro. Jekk dan isir permezz tal-Eurobonds minflok il-bonds nazzjonali, l-euro tista’ tissaħħaħ bħala munita ta’ riżerva globali u tgħin lill-ekonomiji emerġenti jiksbu l-ambizzjoni tagħhom għal sistema ta’ munita ta’ riżerva globali pluralista.
1.12 Il-Eurobonds m’hemmx għalfejn jiddependu mid-dejn nazzjonali tal-Ġermanja jew kwalunkwe Stat Membru ieħor u lanqas minn garanziji sovrani b’obbligazzjoni in solidum. Il-Bank Ewropew tal-Investiment ħareġ bonds b’suċċess mingħajr il-bżonn li jirrikorri għall-garanziji nazzjonali għal iktar minn ħamsin sena u dan tant għamlu b’suċċess li huwa diġà darbtejn id-daqs tal-Bank Dinji.
1.13 L-influssi mis-surplus globali għall-Eurobonds jwasslu għat-tkabbir mill-ġdid li huwa l-iktar mod effettiv biex jitnaqqsu d-dejn u d-defiċits kif intwera fit-tieni mandat tal-amministrazzjoni ta’ Clinton fejn il-baġit federali kellu bilanċ pożittiv kull sena. Huma jistgħu jiffinanzjaw l-investimenti tal-BEI li jitħallsu lura mid-dħul tal-Istati Membri li jibbenefikaw minnhom minflok it-trasferimenti fiskali bejn l-Istati Membri.
1.14 Tali tkabbir finanzjat mill-bonds u mmexxi mill-investimenti fi ħdan il-kompitu tal-Grupp BEI għall-konverġenza u l-koeżjoni mill-Programm ta’ Azzjoni Speċjali ta’ Amsterdam tal-1997 jista’ jikseb il-livell makroekonomiku għat-trasferimenti fiskali.
1.15 Fl-istess ħin tiżdied il-koeżjoni. Il-Eurobonds jistgħu jikkofinanjzaw il-proġetti ta’ investiment tal-BEI li għalihom il-BEI diġà rċieva mandat mill-1997 biex jippromovi l-koeżjoni u l-konverġenza f’dawn is-setturi: is-saħħa, l-edukazzjoni, it-tiġdid urban, l-ambjent, it-teknoloġiji ekoloġiċi u l-appoġġ għall-SMEs u l-istart-ups fis-settur tat-teknoloġija l-ġdida.
1.16 Il-kompetittività tingħata spinta, bis-sehem tal-flussi kapitali li jinġibdu bil-ħruġ ta’ Eurobonds li jiffinanzjaw fond ta’ kapital ta’ riskju għall-SMEs. Dan jista’ jwassal għal Mittelstandpolitik (politika tal-SMEs) Ewropea, li kienet waħda mill-għanijiet tat-tfassil għall-Fond Ewropew tal-Investiment, li issa jagħmel parti mill-Grupp tal-BEI.
1.17 Filwaqt li l-Bank Ċentrali Ewropew huwa l-gwardjan tal-istabbiltà, il-Grupp tal-BEI jista’ jissalvagwardja t-tkabbir meta l-proġetti ta’ investimenti jkunu kofinanzjati mill-Eurobonds. Wara l-kriżi finanzjarja tal-2008, il-BEI kien intalab jekk jistax ikun id-detentur u joħroġ bonds għall-istabilizzazzjoni tad-dejn. Huwa rrifjuta, ħaġa raġonevoli dak iż-żmien. Iżda l-għan ta’ tfassil parallel għall-Fond ta’ Investiment Ewropew kien li għandu joħroġ Bonds tal-Unjoni Ewropea proposti minn Delors fil-White Paper tal-Kummissjoni tal-1993 dwar it-Tkabbir, il-Kompetittività u l-Impjieg. Bħala parti mill-Grupp tal-BEI u billi jibbaża fuq l-esperjenza ta’ suċċess tal-BEI fil-ħruġ tal-bonds, il-Fond tal-Investiment Ewropew jista’ jieħu l-impenn tal-ħruġ nett tal-Eurobonds (ara wkoll il-punti 5.2 u 5.8 ta’ dil-opinjoni).
1.18 Għalhekk, il-Eurobonds jistgħu jikkofinanzjaw il-pjan Ewropew għat-tkabbir u Patt Ewropew għat-Tkabbir, u b’hekk jgħaqdu flimkien l-iktar atturi dinamiċi – l-intrapriżi, it-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet – f’patt li jkun ta’ saħħa kbira għar-reazzjonijiet prattiċi għall-kriżi attwali. Dan ikun “New Deal” Ewropew simili għall-preċedent Amerikan, kapaċi jirristawra t-tkabbir u l-impjieg, inaqqas id-dejn u jrawwem mill-ġdid il-fiduċja u t-tama fil-futur tal-UE – u b’mod partikolari jnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ.
1.19 Fl-istess ħin ser ikollha tinħoloq proċedura biex mingħajr dewmien jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kruċjali li qed tiffaċċja l-UE: id-dimensjoni fiskali u ekonomika, kif ġie indirizzat fis-summit ta’ Brussell fit-8 u d-9 ta Diċembru 2011, li għandha tinkludi wkoll it-tisħiħ tal-BĊE bħala garanzija ta’ stabbiltà finanzjarja; id-dimensjoni soċjali u d-dimensjoni politika, biex jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku attwali u jitħaffef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Fil-prattika, dan ifisser it-tneħħija tal-limitazzjonijiet restrittivi kollha (speċjalment ir-restrizzjonijiet tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u d-dgħufija politika) li xekklu u qed ikomplu jxekklu lill-UE milli tieħi azzjoni rapida u effettiva, mhux biss sabiex tappoġġja lill-euro iżda anke biex ma tipperikolax l-eżistenza u l-iskop tagħha stess billi tiggrava t-tinqis tagħha.
2. Sfond
2.1 Għalhekk, l-għan ewlieni ta’ din l-opinjoni huwa Pjan ta’ Azzjoni li jista’ jiġi implimentat minn issa ’l quddiem, mingħajr il-bżonn ta’ istituzzjonijiet ġodda jew reviżjonijiet tat-Trattat, u li jistgħu jistabbilixxu l-pedamenti għal ġestjoni komuni tad-dejn fiż-żona tal-euro. Billi tirrikonoxxi l-bżonn li jitnaqqsu l-livelli mhux sostenibbli tad-dejn nazzjonali, l-opinjoni għalhekk tikkomplementa l-opinjonijiet l-oħra li ħarġu diġà jew li qed jitħejjew mill-KESE li jindirizzaw il-kwistjoni tat-tkabbir, il-politiki industrijali u finanzjarji, il-produttività u l-kompetittività.
2.2 Wara l-kriżi ta’ Awwissu 2007, kien ittamat li l-agħar perjodu kien għadda. L-indirizzar tal-kriżi sewa ħafna flus għan-nies tal-Ewropa u ġab miegħu żieda fid-dejn pubbliku. Iżda sentejn wara, minkejja li ż-żieda fid-dejn fuq il-perjodu l-qasir kien minħabba l-ispiża tas-salvataġġ tal-banek, l-enfasi tat-tort inbidlet mid-dejn privat għad-dejn pubbliku.
2.3 Bl-attakk fuq il-pajjiżi li kienu meqjusa l-iktar vulnerabbli, il-fraġilità taż-żona tal-euro ġiet esposta għalkollox, minkejja li d-dejn totali nazzjonali – li għad irid jitnaqqas u jiġi kontrollat – huwa iktar baxx minn dak tal-Istati Uniti. Il-miżuri li nħolqu, għalkemm tard, jikkostitwixxu pass kbir ’il quddiem, iżda mhumiex suffiċjenti għax il-kriżi hija sistemika u ma tiddependix mid-dejn ta’ pajjiż jew ieħor partikolari.
2.4 Dan espona biċ-ċar problema kruċjali għas-sopravivenza kemm tal-euro u kemm tal-proġett Ewropew innifsu: “ir-regoli min jagħmilhom u min għandu l-kelma tal-aħħar?”. Is-soċjetà ċivili Ewropea issa fehmet sew li m’għadhomx il-gvernijiet eletti li jikkontrollaw is-sitwazzjoni, iżda iktar il-korpi mhux eletti li ħadu posthom. Għalhekk, ir-riskju mhuwiex għal-leġittimità tal-gvernijiet individwali, iżda anke għas-sopravivenza tal-proċess demokratiku fil-livell Ewropew.
2.5 Sal-2008, l-euro ma ħassitx it-taqlib tal-valuti u ssaħħet kontra d-dollaru, u saret it-tieni munita ta’ riżerva fid-dinja. Waħda mir-raġunijiet għalfejn dan inbidel u għalfejn l-euro ġiet attakkata hija li sakemm ġrat il-kriżi Griega l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kienu assumew li l-Unjoni ma kinitx ser tħalli membru taż-żona tal-euro jfalli. Meta ma ħarġet l-ebda soluzzjoni rapida għall-kriżi Griega, il-firxiet ta’ kreditu fuq il-bonds il-ġodda sparaw ’il fuq. Kien in-nuqqas ta’ rieda politika biex jintlaħaq ftehim għall-kriżi tad-dejn sovran fl-Ewropa iktar minn sentejn ilu li ħeġġeġ lill-aġenziji tal-klassifiazzjoni tal-kreditu biex jagħtu klassifika iktar baxxa lid-dejn ta’ sensiela Stati Membri taż-żona tal-euro u li issa qed jolqot il-qalba kif ukoll lill-periferija.
2.6 Minkejja l-bżonn li d-dejn jiġi konsolidat (b’mod gradwali, biex jiġi evitat li jinqatel il-marid “ħati”, minflok li jiġi mfejjaq), l-UE għandha taġixxi b’determinazzjoni akbar. Idejhom marbuta minħabba l-bżonn li ma jaggravawx il-finanzi pubbliċi tagħhom u eżawriti mit-tkabbir b’ritmu bil-mod (u mhux biss dawk bl-iktar dejn), l-Istati Membri bilkemm ħadu azzjoni, l-istess bħall-UE, jew tal-inqas ħaduha bil-mod biex jieħdu deċiżjonijiet. U s-swieq tal-bonds ġew assigurati minn reazzjoni ta’ politika ta’ rażan, awsterità u tnaqqis, meta hemm ir-riskju li din twassal għal tkabbir b’rata baxxa jew negattiva.
2.7 Waħda mid-dimensjonijiet ta’ dan hija l-premessa li s-surplus ta’ pajjiż partikolari huwa d-defiċit ta’ pajjiż ieħor. Dimensjoni oħra hija l-perċezzjoni żbaljata tal-ipotesi tal-“crowding out” u perċezzjoni żbaljata parallela li t-tnaqqis fl-investiment u l-infiq pubbliku bilfors ser jimbuttaw ’il barra (“crowding out”) l-investiment u l-infiq privat. Ħaġa li ma ġietx ikkunsidrata hi li f’xi każijiet fl-UE fejn programmi preċedenti tal-awsterità fl-Istati Membri iż-żgħar ġew segwiti minn irkupru ekonomiku, dan ġara taħt kundizzjonijiet fejn l-UE globalment kienet qed tespandi d-domanda għall-esportazzjoni, u f’bosta każijiet kienet akkumpanjata minn deprezzament tal-muniti li llum mhijiex għażla għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.
2.8 Dak li teħtieġ l-UE huwa li terġa’ ssib il-fiduċja tal-poplu tal-Ewropa li l-munita unika hija vantaġġ reċiproku għalihom. Dan jeħtieġ Programm ta’ Azzjoni ekonomiku, soċjali u kulturali u patt Ewropew ġdid, simili għan-“New Deal” Amerikan li s-suċċess tiegħu ħeġġeġ lill-President Truman jappoġġja l-Marshall Plan. Minbarra li għen fl-irkupru fiż-żmien wara l-gwerra, dan il-Pjan wassal biex il-pajjiżi kollha tal-Ewropa jgawdu żvilupp sostnun ibbażat fuq il-kompetittività, il-produttività, l-impjieg, is-sigurtà soċjali, il-prosperità u qabel kollox, il-kunsens (il-parteċipazzjoni u s-sħubija soċjali).
2.9 Tali perspettiva, li tinkludi kemm l-istabbiltà u kemm it-tkabbir, tiġġenera l-kunsens politiku għal strumenti oħra ta’ governanza ekonomika u fiskali komuni. Mhuwiex loġiku li jkun hemm munita komuni u fl-istess ħin 17-il politika differenti għal-ġestjoni tad-dejn nazzjonali. Iżda politika baġitarja ta’ awsterità fiskali mhijiex biżżejjed biex din tiġi solvuta. Hemm bżonn kemm strateġiji ta’ ġestjoni ta’ dejn konsistenti kif ukoll strumenti finanzjarji komuni li jistgħu jiffinanzjaw it-tkabbir Ewropew fi żmien meta l-livelli tal-eċċess tad-dejn nazzjonali qed jitnaqqsu.
2.10 Ir-risposta tal-UE għall-kriżi ma tistax titħalla biss għall-kliem “trażżin, awsterità, qtugħ u sagrifiċċji” mingħajr ma jitqiesu l-konsegwenzi. Biex ma nsemmux il-valutazzjoni u d-distinzjoni bejn dawk li huma “għaqlin” u dawk li “mhumiex għaqlin”, li ħafna drabi ma jirriflettux il-verità u r-responsabbiltajiet effettivi. Tali approċċ jiġġenera sens ta’ fastidju, eġoiżmu, korla u dispjaċir, anki kulturalment, u qed iwassal lill-Ewropa għat-triq ta’ piki tat-tfal kif ukoll f’populiżmu perikoluż. Fuq nett insibu żball fid-djanjosi, fehma moralistika tal-kriżi li qed iżżomm l-hekk imsejħa pajjiżi “għaqlin” milli jgħinu lill-oħrajn.
2.11 Il-binomju awsterità-tkabbir jirrappreżenta dilemma li minnha trid toħroġ l-UE, u bil-kunsens taċ-ċittadini tagħha, billi taġixxi fuq livell doppju, simultanjament, kif jissemma fil-punti segwenti.
2.12 Minn naħa jridu jitfasslu proposti iktar avvanzati dwar il-kwistjoni tad-dejn sovran, proposta bbażata fuq is-solidarjetà komuni, ibbażata fuq il-prinċipji tat-Trattat, li tipprovdi għat-tnaqqis tal-livelli tad-dejn u żżomm ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, filwaqt li tiskoraġixxi l-attakki spekulattivi. Id-difiża tal-euro, li hija l-ewwel nett kwistjoni politika, hija fl-interess tal-pajjiżi kollha, b’mod partikolari dawk iktar għonja, u tevita s-sitwazzjoni paradossali fejn il-ħolma inizjali ta’ munita unika ssir ħolma kerha għan-nies tal-UE.
2.13 It-tieni proposta għandha tkun intiża biex tirbaħ il-fiduċja tal-poplu Ewropew. Għalhekk, irid jitnieda Pjan ta’ Azzjoni ekonomiku, soċjali u kulturali li jwettaq l-ambizzjonijiet tal-Programm Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku 2020 bil-finanzi neċessarji. Barra minn hekk, l-UE teħtieġ tip ta’ “Patt ġdid Ewropew”, pereżempju simili għan-“New Deal” Amerikan. Kif ġie nnotat, l-istess Marshall Plan, minbarra li għen fl-irkupru ta’ wara l-gwerra, wassal biex il-pajjiżi kollha tal-Ewropa jkollhom żvilupp sostenibbli, ibbażat fuq il-kompetittività, il-produttività, l-impjieg, is-sigurtà soċjali, il-prosperità u qabel kollox, il-kunsens (parteċipazzjoni u sħubija soċjali).
2.14 Għalhekk, l-UE għandha tagħmel kull sforz biex twieġeb b’leħen wieħed għad-dubji tas-swieq, li wrew il-limitazzjonijiet tagħhom bl-azzjonijiet li ħadu mingħajr regoli u mingħajr kontroll. Iżda dan ma jiddependix mill-qbil unanimu tal-Istati Membri kollha għall-istrumenti finanzjarji l-ġodda. F’dan l-ambitu jista’ jiġi sfruttat il-prinċipju tal-kooperazzjoni msaħħa. Minflok ma ż-żona tal-euro tiġi ridotta għal “qalba prinċipali” ta’ Stati Membri, li jistgħu jsofru t-telf, il-pajjiżi li qed jiġu attakkati mill-ispekulazzjoni għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu porzjon sinifikanti mid-dejn tagħhom ġo kont tad-dejn Ewropew, għall-ġid tal-Istati Membri kollha.
3. Bonds tal-Unjoni Ewropea għall-istabilizzazzjoni tad-dejn sovran
3.1 Fl-Ewropa, id-dejn sovran m’għadux sovran. Il-limitazzjonijiet u l-iżbalji tal-UE u ta’ pajjiżi individwali, flimkien man-nuqqas ta’ qafas effettiv għall-monitoraġġ u l-inviġilazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, iffaċilitaw imġiba predatorja kontra l-muniti nazzjonali (8). L-isfruttar anke tal-ġestjoni ħażina tal-finanzi pubbliċi wassal biex tiddeterjora s-sovranità f’uħud mill-Istati Membri l-iktar vulnerabbli.
3.2 Il-KESE jqis li huwa kruċjali li jiġu kkonsolidati l-kontijiet pubbliċi dixxiplinati f’ċerti pajjiżi, mhux talinqas permezz ta’ riformi strutturali ġusti u maqbula. Iktar għat-tul jista’ jkun hemm unjoni fiskali b’ministru għall-ekonomija u t-teżor taż-żona tal-euro. Jidher għalkollox kontradittorju li jkollna politika monetarja (u baġitarja) unika u fl-istess ħin 17-il politika tad-dejn differenti. Iżda bħalissa hemm bżonn miżuri urġenti biex jiġi stabilizzat id-dejn nazzjonali, flimkien ma’ ġestjoni komuni tal-baġits tal-Istati Membri permezz ta’ superviżjoni mill-UE.
3.3 Għandu jingħata profil politiku ogħla lill-fatt li, filwaqt li xi Stati Membri huma midjuna sew, l-Unjoni nnifisha m’għandha kważi l-ebda dejn. Sa Mejju 2010 u l-bidu tal-akkwiżizzjonijiet tad-dejn nazzjonali ma kella l-ebda dejn. Anke wara l-akkwiżizzjonijiet u l-operazzjonijiet għas-salvataġġ tal-banek, id-dejn tal-Unjoni huwa ftit iżjed minn 1 % tal-PDG tal-Unjoni. Dan huwa inqas minn għaxra fil-mija tar-relazzjoni bejn id-dejn/PDG tal-Istati Uniti fis-snin tletin meta l-amministrazzjoni ta’ Roosevelt bdiet tikkonverti t-tfaddil fl-investimenti permezz tal-espansjoni tal-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor Amerikan (9). Għall-kuntrarju tal-Istati Uniti tal-lum, l-UE għandha l-vantaġġ li bdiet tard fir-rigward tal-bonds.
3.4 Is-sovranità tista’ tiġi ristawrata bis-saħħa tal-Unjoni, u b’hekk ikunu jistgħu jiggvernaw il-gvernijiet, mhux is-swieq finanzjarji, permezz ta’ tisħiħ tal-monitoraġġ u tar-responsabbiltà tal-atturi tas-swieq finanzjarji inklużi l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.. Madankollu, dan jista’ jsir mingħajr l-akkwiżizzjonijiet tad-dejn jew il-garanziji sovrani konġunti jew it-trasferimenti fiskali. Pereżempju, fil-finanzjament tan-New Deal, l-amministrazzjoni ta’ Roosevelt ma għamlitx akkwiżizzjoni tad-dejn pubbliku tal-Istati Membri individwali tal-Unjoni, u lanqas ma imponiet li jiggarantixxu l-bonds li ħareġ it-Teżor federali jew li jwettqu trasferimenti fiskali. L-Istati Uniti tiffinanzja l-bonds tat-Teżor mit-taxxi federali filwaqt li l-Ewropa m’għandhiex politika fiskali komuni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw sehem il-bonds nazzjonali tagħhom konvertit f’Bonds tal-Unjoni Ewropea mingħajr il-bżonn ta’ trasferimenti fiskali bejniethom.
3.5 Bl-adozzjoni ta’ strateġija ta’ awsterità bħala tweġiba għas-swieq finanzjarji, il-Programm Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku twarrab. Il-biċċa l-kbira tal-elettorati lanqas jinsabu konxji tal-impenn tal-Unjoni għal din l-istrateġija, iżda jafu sew li qed jintalbu jagħmlu sagrifiċċji għas-salvataġġ tal-banek u l-hedge funds. Il-pubbliku inġenerali ftit li xejn jaf bit-terminu Programm Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku.
3.6 Il-konverżjoni ta’ sehem mid-dejn nazzjonali lill-Unjoni tista’ ssir ukoll fuq bażi ta’ kooperazzjoni msaħħa, fejn Stati Membri ewlenin, inkluża l-Ġermanja, iżommu l-bonds proprji. Skont it-Trattat ta’ Lisbona, il-kooperazzjoni msaħħa ssir bejn minoranza ta’ Stati Membri. Iżda l-introduzzjoni tal-euro nnifisha kienet każ de facto ta’ kooperazzjoni msaħħa fost maġġoranza. L-istitut Bruegel ippropona istituzzjoni ġdida biex tieħu ħsieb il-konverżjoni tad-dejn sovran nazzjonali lill-Unjoni (10). Iżda m’hemmx bżonn istituzzjoni ġdida.
3.7 Is-sehem konvertit ta’ dejn nazzjonali f’Bonds tal-Unjoni Ewropea jista’ jinżamm mill-EFSF (imbagħad mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES)) ġo kont ta’ konverżjoni adatt minflok ma jiġi negozjat (11). B’hekk il-bonds konvertiti jitħarsu mill-ispekulazzjoni. L-investituri jżommu l-assi tagħhom sakemm il-bonds jilħqu l-maturità fir-rata ta’ interess ta’ dak iż-żmien. B’hekk jiġi evitat ukoll il-periklu morali għax il-bonds ġo kont tad-debitu ma jistgħux jintużaw għall-ħolqien ta’ kreditu nett. Il-vantaġġ kemm għall-gvernijiet kif ukoll għad-detenturi tal-bonds huwa li r-riskju ta’ falliment ta’ xi Stati Membri jitnaqqas bil-kbir.
4. Eurobonds għall-irkupru u t-tkabbir sostenibbli
4.1 L-iżviluppi riċenti wrew il-bżonn li l-Unjoni ssegwi governanza ekonomika u soċjali komuni, b’konformità mal-unjoni li nħalqet bis-saħħa tal-munita komuni, sabiex jiġu indirizzati aħjar l-iżbilanċi makroekonomiċi dejjem ikbar. Iżda s’issa l-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew indirizzaw biss l-istabbiltà, u l-bżonn ta’ rilanċ tat-tkabbir twarrab.
4.2 Dan jinjora kemm id-dimensjoni soċjali kif ukoll id-dimensjonijiet globali ta’ awtorità mġedda minkejja li huwa importanti għall-ekonomiji emerġenti li jkun hemm domanda Ewropea sostnuta għall-esportazzjonijiet tagħhom. Qed jiġi injorat ukoll li l-finanzjament tar-rilanċ tat-tkabbir m’hemmx għalfejn isir minn trasferimenti fiskali bejn Stati Membri iżda jista’ jsir mir-riċiklaġġ tas-surplus tal-ekonomiji emerġenti.
4.3 Pereżempju, wieħed mill-argumenti adottati b’mod qawwi minn diversi proposti li dehru fl-istampa li jirriflettu l-proposta tal-Istitut ta’ Bruegel u dik preċedenti (tal-1993) tal-Bonds tal-Unjoni Ewropea li saret lil Delors, kien li l-ħruġ nett tal-Eurobonds jiġbdu surplus mill-banek ċentrali tal-pajjiżi emerġenti u mill-fondi sovrani, u b’hekk ikun hemm effett ta’ lieva.
4.4 Dawn il-flussi finanzjarji lejn il-Eurobonds fil-fatt jistgħu jagħmlu l-impenn li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew kienu ħadu mill-2008 għal Programm Ewropew għar-rilanċ ekonomiku realtà. Anke jekk fil-bidu l-ħruġ ta’ tali bonds ikun inkrimentali, l-influssi kumulattivi ta’ kwota ta’ madwar USD 3 triljuni ta’ surplus tal-banek ċentrali tal-pajjiżi emerġenti u l-fondi sovrani jkunu sostanzjali.
4.5 Anzi, l-influssi jistgħu jkunu daqs jew iktar mir-riżorsi proprji tal-Kummissjoni, u dan kollu mingħajr il-bżonn ta’ dawk it-trasferimenti fiskali li qed jopponuhom il-Ġermanja u Stati Membri oħra. Huma jistgħu wkoll jikkofinanzjaw l-investimenti mill-Grupp BEI fl-oqsma ta’ koeżjoni tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-tiġdid urban u l-ambjent.
4.6 Il-Programm ta’ Azzjoni Speċjali ta’ Amsterdam tal-1997 tat lill-BEI mandat rigward l-għanijiet ta’ koeżjoni u konverġenza, u minn dak iż-żmien ’l hawn żied b’erba’ darbiet il-volum tas-self tiegħu għall-finanzjament tal-investimenti. Li kieku reġgħu żdiedu b’erba’ darbiet l-investimenti tal-BEI, l-effett kien ikun l-istess daqs il-Pjan Marshall li kienet ħarġet l-Istati Uniti wara l-gwerra. (12) Madankollu, għall-kuntrarju tal-Marshall Plan jew il-Fondi Strutturali, il-finanzjament tiegħu ma jkunx ibbażat fuq l-għotjiet iżda jitrasferixxi t-tfaddil għall-investimenti. Permezz tal-multiplikaturi ekonomiċi, tali investimenti jiġġeneraw domanda sostnuta fis-settur privat u ż-żieda fl-impjieg. Dan jirristawra l-fiduċja kemm fis-swieq kif ukoll fost il-pubbliku li l-awsterità tista’ tiġi sostitwita bi standards ogħla ta’ għajxien u benesseri. It-tkabbir u l-livelli ogħla ta’ impjieg jistgħu jiġġeneraw ukoll dħul mit-taxxi diretti u indiretti li jistgħu jassistu fit-tnaqqis tad-dejn u d-defiċit.
5. Il-kuntest legali u istituzzjonali tal-proposta
5.1 Il-Bonds tal-Unjoni u l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja
5.1.1 |
L-EFSF tista’ żżomm is-sehem tad-dejn nazzjonali konvertit f’Bonds tal-Unjoni Ewropea ġo kont ta’ konverżjoni adatt. Dan ikun konsistenti mal-kompitu tiegħu ta’ stabilizzazzjoni. U tista’ tagħmel dan minkejja li f’Lulju 2012 ser tiġi sostitwita mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES). F’dak il-mument il-MES isir id-detentur tad-dejn konvertit. |
5.1.2 |
Il-prinċipju li d-dejn konvertit f’Bonds tal-Unjoni Ewropea m’għandux jiġi negozjat kien jipproteġi l-EFSF mit-tnaqqis fil-klassifikazzjoni mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u mis-swieq tal-bonds. Id-detenzjoni ta’ bonds ġo kont ta’ debitu għandha sserraħ moħħ il-Ġermanja u Stati Membri oħra li l-bonds nazzjonali konvertiti f’Bonds tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jintużaw għall-ħolqien tal-kreditu. |
5.2 It-tfassil tal-FEI u l-Eurobonds
5.2.1 |
M’hemm l-ebda bżonn li l-BĊE jkun involut fil-ħruġ ta’ bonds netti. Inizjalment kien ġie previst li l-ħruġ tal-bonds tal-Unjoni Ewropea kellu jsir mill-FEI, stabbilit fl-1994 u li sar parti mill-grupp tal-BEI fl-2000. Il-kompitu ewlieni li ġie fdat lill-FEI kien li l-bonds komuni jservu ta’ kontraparti għal munita komuni. It-tfassil sekondarju tiegħu kien l-appoġġ finanzjarju għall-SMEs u għall-istart-ups b’livell teknoloġiku għoli, li mill-1994 ’l hawn kien ir-rwol uniku tiegħu (13). |
5.2.2 |
It-tfassil inizjali tal-FEI rrikonoxxa l-fatt li munita unika ċċaħħad lill-Istati Membri mill-possibbiltà li jużaw id-devalwazzjoni biex jibbilanċjaw il-kont tal-ħlasijiet u ma kien hemm l-ebda appoġġ politiku għat-trasferimenti fiskali kif ġie rakkomandat fir-rapport ta’ MacDougall (14). Madankollu, fuq il-bażi tan-New Deal preċedenti, irrikonoxxa wkoll li l-bonds Ewropej ser iffinanzjaw politiki strutturali, soċjali u reġjonali, kif kien diġà ġie suġġerit fl-1956 fir-rapport ta’ Spaak għal suq komuni (15). Barra minn hekk kien jikkonforma mal-għanijiet tar-rapport ta’ MacDougall, li semma politiki tal-impjieg u reġjonali “strutturali u ċikliċi” li jnaqqsu d-disparità bejn ir-reġjuni bl-għoti ta’ kapital u produttività. |
5.3 Il-kompiti tal-FEI fir-rigward tal-kapital ta’ riskju
5.3.1 |
Ir-rakkomandazzjoni tal-1993 ta’ appoġġ permezz tal-FEI għall-SMEs ma kinitx tinkludi biss l-għoti ta’ garanzija fuq il-kapital tagħhom jew is-self li jkunu ngħataw izda anke Fond Ewropew għall-kapital ta’ riskju b’bilanċ sa ECU 60 miljun u kompetenza speċifika fil-finanzjament għall-istart-ups b’livell teknoloġiku għoli. |
5.3.2 |
Finanzjati bil-Bonds tal-Unjoni Ewropea, ir-riżorsi ta’ tali Fond kienu jiġu investiti tul bosta snin iżda b’potenzjal makroekonomiku. Ġestjoni soda tal-Fond, f’kooperazzjoni ma’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu nazzjonali u l-entitajiet tal-iżvilupp reġjonali – esperti tas-sitwazzjoni tal-SMEs lokali – kienet tiżgura l-possibbiltà li jiġu finanzjati l-bonds b’rendiment tal-kapital proprju tal-SMEs, li b’hekk kienu jwasslu għas-suċċess ta’ tali intrapriżi. |
5.3.3 |
L-għan kien li tiġi kumpensata l-iskarsezza relattiva tal-kapital ta’ riskju privat fl-Ewropa (meta mqabbla mal-Stati Uniti), li titnaqqas id-dipendenza tal-SMEs mis-self b’rata fissa li ppenalizzaw l-istart-ups il-ġodda qabel kienu jistgħu jaqbdu sew fis-suq, u biex b’hekk tissaħħaħ l-innovazzjoni u l-kompetittività fil-livell makroekonomiku, b’effetti pożittivi fil-livell makroekonomiku u soċjali. |
5.3.4 |
Minn meta ġie stabbilit il-FEI (1994), il-funzjoni tiegħu, li jiggarantixxi l-kapital ta’ riskju iktar milli li jsellef, twarrbet, bir-riżultat li minn meta ġie integrat fil-grupp BEI (2000), il-Fond kien ħareġ garanziji għall-SMEs ta’ ECU 1 biljun biss. It-tfassil oriġinali tal-FEI – li jservi ta’ strument mikroekonomiku b’effetti makroekonomiċi – tnieda mill-ġdid f’Settembru 2008, meta l-Kunsill Ecofin ta’ Nizza ħabbar programm ta’ appoġġ għall-SMEs ta’ EUR 30 biljun, għad li kienu biss permezz ta’ self iktar milli injezzjoni ta’ kapital proprju. |
5.3.5 |
Għall-FEI, rwol tal-għoti ta’ kapital ta’ riskju, minflok rwol esklużiv ta’ fond tas-self, kellu jerġa’ jiġi kunsidrat fil-qafas ta’ ħruġ nett ta’ Eurobonds, bħala komplement għall-konverżjoni ta’ kwota tad-dejn tal-Istati Membri dovut lill-Unjoni. |
5.4 Il-BEI
5.4.1 |
Il-BEI minn dejjem ħareġ il-bonds tiegħu stess u esprima preferenza ċara li l-identità tagħhom tinżamm apparti minn dik tal-Bonds tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa raġonevoli. L-ewwel nett, il-BEI joħroġ il-bonds tiegħu stess l-iktar fil-qafas tal-finanzjament tal-proġetti u jqis li din l-identità għandha tinżamm. It-tieni nett, il-premessa kienet li l-ħlas lura tad-dejn marbut mal-ħruġ tal-Eurobonds jeħtieġ it-trasferimenti fiskali, filwaqt li l-ħlas lura tad-dejn tal-BEI jsir mid-dħul tal-proġetti li jkunu finanzjati mill-istess bonds. It-tielet nett, it-trasferimenti fiskali jistgħu jirrikjedu żieda fir-riżorsi proprji tal-Kummissjoni, li ma tidhirx li hija possibbli. Il-BEI kien imħasseb ukoll li l-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu stess setgħet titnaqqas jekk isir involut fl-istabilizzazzjoni tad-dejn. |
5.5 Komplementarjetà bejn ir-rwol tal-BEI u r-rwol tal-FEI
5.5.1 |
Iżda dan it-tħassib ma japplikax għall-ħruġ nett tal-Eurobonds mill-Fond Ewropew tal-Investiment. Għad li jagħmlu parti mill-istess grupp, il-BEI u l-FEI huma żewġ istituzzjonijiet differenti. Għalhekk, il-Eurobonds tal-FEI huma distinti mill-bonds tal-BEI u l-Bonds tal-Unjoni Ewropea tal-FESF. |
5.5.2 |
Il-ħruġ ta’ Eurobonds mill-FEI jista’ jikkomplementa l-bonds li jinħarġu mill-BEI għall-finanzjament konġunt tal-proġetti. Il-ħlas lura tal-bonds jista’ jsir mid-dħul mill-proġetti ta’ investiment minflok mit-trasferimenti fiskali. Il-BEI jżomm il-kontroll, u jirriżerva l-kompetenza li japprova u jiġestixxi l-proġetti, u b’hekk tiġi salvagwardjata l-integrità tiegħu fir-rigward tal-ġestjoni tal-proġetti. |
5.5.3 |
Fejn ikun hemm bżonn l-impenn tal-imsieħba lokali, li jkun aspett importanti għalih, il-BEI jista’ jikseb dan permezz tal-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-proġetti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu nazzjonali bħall-Caisse des Depôts et Consignations Franċiża, il-Cassa Depositi e Prestiti Taljana u l-Kreditanstalt für Wiederaufbau Ġermaniża. |
5.6 Il-ġestjoni tal-bonds mill-FEI
5.6.1 |
Il-FEI jkollu bżonn mudell kummerċjali ġdid biex jiġġestixxi l-ħruġ ta’ bonds fis-suq miftuħ li kien ċentrali għat-tfassil inizjali tiegħu. Dan jeħtieġ tim magħmul minn persuni bi kwalifiki professjonali għolja, iżda l-FEI jista’ jiġbed tali riżorsi mill-BEI u jikkoordina mal-aġenziji nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku. Barra minn hekk, billi l-ħruġ tal-Eurobonds ikun gradwali, il-FEI jista’ joħloq tali tim gradwalment tul iż-żmien. |
5.6.2 |
Il-Kunsill Ecofin huwa l-korp li jiggverna l-grupp BEI. Id-deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ Eurobonds ma tirrikjedi l-ebda reviżjoni tat-trattati, l-istess kif ma kien hemm l-ebda bżonn għat-twaqqif tal-Fond fl-1994. |
5.7 Il-kriterji għal Programm Ewropew għar-Rilanċ Ekonomiku m’hemmx għalfejn jiġu deċiżi mill-Kunsill Ecofin jew jiġu proposti mill-Kummissjoni. Sa minn żmien il-Programm ta’ Azzjoni Speċjali ta’ Amsterdan u l-Kunsilli Ewropej tal-Lussemburgu (1997) u ta’ Lisbona (2000), il-BEI rċieva sensiela ta’ mandati mill-Kunsill, fir-rigward tal-koeżjoni kif ukoll ta’ konverġenza, biex jinvesti fis-saħħa, l-edukazzjoni, it-tiġdid urban, l-ambjent urban, it-teknoloġiji ekoloġiċi u l-appoġġ finanzjarju għall-SMEs u l-istart-ups b’livell teknoloġiku għoli, kif ukoll fin-netwerks tat-trasport u tal-komunikazzjoni.
5.8 Mill-1997 ’l hawn, il-BEI rnexxielu jżid b’erba’ darbiet il-volum annwali ta’ finanzjament għall-investimenti, li wassal biex jilħaq livell ta’ żewġ terzi tar-riżorsi proprji tal-Kummissjoni. Żieda ta’ erba’ darbiet oħra f’dan id-dħul sal-2020, anke bis-saħħa tal-kofinanzjament li joħroġ mill-investimenti fil-Eurobonds mill-banek ċentrali u l-fondi sovrani b’bilanċ baġitarju pożittiv, tfisser li l-Programm Ewropew għar-Rilanċ Ekonomiku jista’ jsir realtà. Dan huwa iktar u iktar minnu billi ntwera li l-effett ta’ multiplikatur tal-investimenti għandu fattur ta’ tlieta, u dan ifisser li huwa d-doppju jew it-triplu tal-multiplikaturi fiskali (16).
Brussell, 23 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Kummissjoni Ewropea, Il-Fattibbiltà tal-Introduzzjoni ta’ Bonds ta’ Stabbiltà, Green Paper COM (2011) 818, 23 ta’ Novembru 2011.
(2) Kunsill Ewropew, Abbozz ta’ Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, 10 ta’ Jannar 2012.
(3) Sabiex tiġi evitata kull possibbiltà ta’ nuqqas ta’ fehim qed jiġi notat li d-definizzjoni ta’ ‘Eurobond’, adottata f’din l-opinjoni ma tirreferix għad-definizzjoni minn sorsi oħra. Il-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea tanalizza l-fattibbiltà tal-Bonds ta’ Stabbiltà f’sens simili għall-Bonds tal-Unjoni Ewropea proposti f’din l-opinjoni, iżda bid-differenza li hemm il-premessa li tali bonds ma jkunux garanziji in solidum. Proposti oħra, bħal dawk ta’ Lorenzo Bini Smaghi jużaw it-tifsira tat-terminu ‘Eurobonds’ fl-istess kuntest li tinkiseb l-istabbiltà, filwaqt li f’din l-opinjoni l-Eurobonds jirreferu għall-ħruġ nett tal-bonds biex jiġi restawrat u sostnut l-irkupru ekonomiku. Ara wkoll Von Weizäcker, J. and Delpla, J. (2010). The Blue Bond Proposal. The Bruegel Institute. Policy Brief 2010:3. Schmidt, C. M et al, (2011). Proposal for a European Redemption Pact, 9 ta’ Novembru. Sachverständigenrat zu Begutachtung der gesamtwirtshaftlichen Entwicklung.
(4) L-ewwel nett mit-twettiq tas-suq uniku kif ġie suġġerit fir-Rapport ta’ Monti.
(5) Holland, Stuart (1993). The European Imperative: Economic and Social Cohesion in the 1990s. Daħla minn Jacques Delors. Nottingham: Spokesman Press.
(6) B’hekk, id-detenturi privati jgawdu minn vantaġġi kbar fir-rigward tar-riskju tal-fallimenti billi l-bonds nazzjonali jiġu konvertiti b’mod indaqs mal-bonds tal-Unjoni Ewropea bir-rata ta’ imgħax preeżistenti.
(7) L-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-Unjoni jistgħu jagħmlu użu mill-istituzzjonijiet tagħha u jistgħu jeżerċitaw dawn il-kompetenzi billi japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati suġġetti għal-limiti u skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 20 (TUE) u l-Artikoli 326-334 (TFUE). Il-koperazzjonijiet imsaħħa għandhom jimmiraw sabiex jiffavorixxu l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni, sabiex iħarsu l-interessi tagħha u jsaħħu l-proċess ta’ integrazzjoni tagħha. Dawn il-koperazzjonijiet għandhom ikunu miftuħa għall-Istati Membri kollha f’kull ħin. Id-deċiżjoni li tawtorizza l-koperazzjoni msaħħa għandha tiġi adottata mill-Kunsill bħala l-aħħar għażla meta jistabbilixxi li l-objettivi ta’ dik il-koperazzjoni ma jistgħux jitwettqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni sħiħa, u bil-kondizzjoni li mill-inqas disa’ Stati Membri jipparteċipaw fiha. L-atti adottati fil-qafas ta’ koperazzjoni msaħħa għandhom jorbtu biss l-Istati Membri li jipparteċipaw. M’għandhomx jitqiesu bħala parti mill-acquis li għandu jiġi aċċettat mill-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni (Artikolu 20 TUE). Il-membri kollha tal-Kunsill jistgħu jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda l-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa biss għandhom jieħdu sehem fil-vot (Artikolu 330 TFUE).
(8) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu, ĠU C 54, 19.2.2011, p. 37.
(9) L-Istati Uniti ma kinitx għażlet li tiffinanzja d-dejn qabel it-tieni mandat ta’ Roosevelt. Madankollu, kemm fl-ewwel mandat presidenzjali kif ukoll fit-tieni, il-mutur prinċipali tal-irkupru tad-Depressjoni l-Kbira kien l-investiment soċjali u ambjentali finanzjat mill-bonds federali: eżempju li l-Ewropa tista’ ssegwih illum biex toħroġ mill-kriżi.
(10) Von Weizäcker, J. and Delpla, J. (2010), The Blue Bond Proposal, Bruegel Policy Brief 2010/03.
(11) Id-detenturi privati tal-bonds li ma jistgħux jiġu negozjati jistgħu jbigħuhom lill-MES, jekk hemm bżonn, għall-valur nominali, sakemm jintlaħaq il-livell limitu stabbilit.
(12) Minn sondaġġ sponsorjat f’nofs l-1950 fost 2 000 persuna fi Franza, in-Norveġja, id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u l-Italja ħareġ li 80 % mill-persuni intervistati kienu jafu bil-Pjan Marshall u bejn 25 u 40 % ma fehmux kif jaħdem.
(13) Stuart Holland (1993). The European Imperative: Economic and Social Cohesion in the 1990s. Op. Cit
(14) Minn 5 % sa 7 % tal-PDG – Kummissjoni Ewropea (1977). Rapport tal-Grupp ta’ Studju dwar Ir-rowl tal-Finanzi Pubbliċi fl-Integrazzjoni Ewropea.
(15) Kumitat intergovernattiv dwar l-integrazzjoni Ewropea, Report on the General Common Market, 1956 (“Rapport ta’ Spaak”).
(16) J. Creel, P. Monperrus-Veroni & F. Saraceno (2007). Has the Golden Rule of public finance made a difference in the United Kingdom? Observatoire Français des Conjonctures Économiques, Working Papers 2007-13.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/17 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Lejn politika tas-suq intern umana u orjentata lejn iċ-ċittadin” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2012/C 143/04
Relatur: is-Sur Pegado LIZ
Nhar l-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni dwar
Lejn politika tas-suq intern umana u orjentata lejn iċ-ċittadin (opinjoni fuq inizjattiva proprja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-1 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’118-il vot favur, 3 voti kontra u 8 astensjonijiet.
“L-argumenti favur l-Ewropa qed jevolvu kostantement. L-Ewropa hija kunċett li għandu jiġi adattat għall-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi politiċi u ekonomiċi.”
(José Manuel Barroso, Expresso, 19 ta’ Novembru 2011)
1. Introduzzjoni
1.1 Skont Jacques Delors, illum qegħdin noqorbu lejn il-punt fejn is-suq uniku Ewropew suppost ilu għoxrin sena lest u ħieles minn ostakoli jew impedimenti ta’ kwalunkwe tip; dan huwa l-mument opportun biex is-soċjetà ċivili organizzata, irrappreżentata mill-KESE, tistaqsi kemm għamilna progess u fejn sejrin.
1.2 Madankollu, meta naħsbu fil-kunċett tas-suq intern illum, irridu nerġgħu naħsbu fil-mudell kollu tal-inizjattiva Ewropea. Huwa assolutament plawżibbli li wieħed jistaqsi jekk l-Ewropa – kif jarawha xi wħud li tant stinkaw biex jibnuha filwaqt li oħrajn ippruvaw bil-mod il-mod iħottu dan ix-xogħol tul dawn l-aħħar 60 sena – hijiex se tkun għadha teżisti fl-2050 bħala mudell ta’ libertà u xempju ta’ kultura li tippromovi l-paċi, u li tħeġġeġ il-fraternità bejn il-popli u l-ugwaljanza bejn il-persuni, f’dinja ħielsa mid-diskriminazzjoni u l-ostakoli. Din hija l-mistoqsija li l-Kummissarju Barnier għamel reċentement waqt diskors elokwenti fl-Università ta’ Humboldt.
1.3 Dan huwa aktar u aktar minnu fi żmien ta’ taqlib mhux tas-soltu, li fih l-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma’ kriżi persistenti li hija sistemika aktar milli ċiklika, u li mhijiex biss ekonomika u finanzjarja, iżda li hija wkoll kriżi tal-valuri soċjali u kulturali, u li l-firxa wiesgħa ta’ interessi rrappreżentati fi ħdan il-KESE mhumiex qed jaraw mod sempliċi biex joħorġu minnha.
1.4 Qegħdin niffaċċjaw kriżi tal-impjiegi. Fil-qagħda preżenti, l-Ewropa ma tistax tibqa’ tiggarantixxi l-impjiegi għaċ-ċittadini tagħha. L-unika triq biex noħorġu minn din is-sitwazzjoni diffiċli hi permezz tal-ħolqien tat-tkabbir u l-istrument ewlieni biex jinkiseb dan it-tkabbir għandu jkun it-twettiq sħiħ tas-suq intern.
1.5 Is-soċjetà ċivili organizzata għandha mistoqsijiet pjuttost leġittimi dwar l-abilità tal-mudell istituzzjonali attwali tal-UE, kif imsawwar bit-Trattat ta’ Lisbona, li jiġġestixxi din il-kriżi; dan il-proporzjon tas-soċjetà ċivili jiddubita l-kapaċità tal-mudell ekonomiku u finanzjarju attwali li jwettaq awtoregolazzjoni effettiva u adegwata, u huwa mħasseb ferm dwar in-nuqqas ta’ miżuri regolatorji konsistenti u effettivi kif ukoll dwar il-proliferazzjoni ta’ deċiżjonijiet iżolati u kontradittorji minn kull naħa; jistaqsi kif jista’ jsir kontroll iktar effikaċi u strett tas-sistema finanzjarja fid-dawl tat-tisbitiet suċċessivi li ħa s-suq tal-ishma, u l-ħsara soċjali u ekonomika li inevitabbilment dawn ikkaġunaw; jibża’ li s-sintomi ferm profondi tal-kriżi, meta jitqies il-periklu imminenti ta’ reċessjoni dinjija, jindikaw il-kollass potenzjali tal-mudell Ewropew kif inhu attwalment. Għaldaqstant, is-soċjetà ċivili qiegħda tappella lill-mexxejja attwali tagħha biex juru l-ambizzjoni u l-viżjoni meħtieġa sabiex jirriġeneraw il-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew biex jiġu mħarsa l-valuri u l-prinċipji mnaqqxa fit-Trattat.
1.6 Għaldaqstant, kien partikolarment sodisfaċenti li b’mod parallel għall-abbozzar ta’ din l-opinjoni, il-Kumitat Konsultattiv tal-EFTA ħass il-ħtieġa li jfassal opinjoni dwar l-istess suġġett u li kien possibbli li ssir diskussjoni miegħu f’laqgħa konġunta li saret f’Oslo (1).
2. Is-suq intern: x’inhu u għal xiex?
2.1 L-idea ta’ “suq komuni” kienet diġà maħsuba fit-test oriġinali bħala strument ewlieni għall- iżvilupp armonjuż ta’ attivitajiet ekonomiċi, espansjoni kontinwa u bbilanċjata, iżjed stabilità, titjib aktar mgħaġġel fil-livell tal-għajxien u relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri (l-Artikolu 2). Is-suq intern tfassal mill-bidu nett mhux bħala politika separata jew bħala sempliċi żona ta’ kummerċ ħieles bħall-EFTA, iżda bħala parti minn strateġija globali.
2.2 B’hekk ġie definit il-kwadru ta’ dik li kellha tkun il-politika tas-suq intern, politika li jixirqilha titqies bħala l-“ġojjell” tal-politika Ewropea. Is-suq komuni kellu jiġi “stabbilit progressivament” tul “perjodu tranżitorju ta’ tnax-il sena” (l-Artikolu 8), soġġett għal massimu ta’ 15-il sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat.
2.3 Minkejja l-istrumenti mwaqqfa għall-implimentazzjoni tiegħu, ir-realtajiet politiċi, soċjali u ekonomiċi ħadu s-soppravvent fuq l-ideat tal-1957 u wieħed seta’ biss jikkonkludi li wara 15-il sena l-għanijiet li suppost kellhom jipproklamaw it-twaqqif konkret ta’ “suq komuni” kienu għadhom ’il bogħod milli jintlaħqu.
2.4 Il-White Paper tal-1985 dwar it-tlestija tas-suq intern stabbiliet miri ċari biex dan il-għan jintlaħaq sal-1992. Fl-istess waqt kien inħass li t-Trattat ta’ Ruma kien jeħtieġ xi emendi biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ politika stabbiliti fil-White Paper. Minn hawn oriġina l-Att Uniku Ewropew (2) li daħħal bidliet kbar fir-rigward tas-suq intern, b’mod partikolari:
a) |
ir-regola tal-maġġoranza kkwalifikata minflok dik tal-unanimità biex jiġu adottati miżuri marbuta mal-approssimazzjoni tal-liġijiet, bl-għan li jitlesta s-suq intern (l-Artikoli 8a u 100a); |
b) |
l-ewwel referenza għal livell għoli ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ miżuri dwar is-saħħa, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-konsumatur (l-Artikolu 100a(3)); |
c) |
l-adozzjoni ġenerali tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, ibbażat fuq il-ġurisprudenza famuża tal-Qorti Ewropea fil-kawża Cassis de Dijon (l-Artikolu 100b); |
d) |
sejħa ċara għall-koeżjoni ekonomika u soċjali bħala għan ewlieni li kellu jitqies fit-tlestija tas-suq intern (l-Artikoli 130a u 130b). |
2.5 Madankollu, ma kienx qabel l-1992, bit-twaqqif tal-Unjoni Ewropea fit-Trattat ta’ Maastricht (3), li d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-kisba tas-suq intern bdew jimmaterjalizzaw – sa dak iż-żmien kien jidher ċar li l-mira li s-suq intern jitlesta sal-1992 kienet ferm ’il bogħod mir-realtà (4).
2.6 Fil-fatt kien evidenti li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri kienu reġgħu lura għall-ostakoli leġislattivi u mhux leġislattivi, filwaqt li l-Kummissjoni użat politika liberali u permissiva, biex b’hekk il-proċess tal-kisba tas-suq intern kważi waqaf għalkollox f’għadd ta’ oqsma ta’ importanza partikolari, speċjalment fir-rigward tas-servizzi.
2.7 Fil-verità, ħafna mill-inizjattivi meħuda fil-qasam tat-tlestija tas-suq intern irriflettew ruħhom f’sempliċi ġabra ta’ miżuri leġislattivi ta’ armonizzazzjoni li kienu skoordinati u mifruda minn kull politika ġenerali; dawn l-inizjattivi ta’ spiss kienu jiġu mblukkati mill-Istati Membri permezz tal-introduzzjoni ta’ politiki nazzjonali li kienu jirrestrinġu l-kompetizzjoni libera, jagħtu għajnuna illegali mill-Istat, jimponu restrizzjonijiet kwantitattivi jew l-ekwivalenti tagħhom u jirribattu sistematikament kull mossa ’l quddiem lejn oqsma ewlenin bħall-integrazzjoni industrijali, it-tassazzjoni u l-governanza ekonomika.
2.8 Anki inizjattivi li dehru li rnexxew bħall-adozzjoni tar-regoli ta’ Schengen, l-introduzzjoni tal-munita unika, it-twaqqif aktar riċenti ta’ żona ta’ ġustizzja u libertà fuq sisien Ewropej u l-inkorporazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-verżjoni finali tat-Trattat ta’ Lisbona, li kollha ntlaqgħu tajjeb, kellhom impatt limitat minħabba li kien hemm Stati membri li ma aderewx jew li wrew riżervi. Barra minn hekk, l-ambitu u l-applikazzjoni tagħhom ġew ristretti – meta ma ġewx imkasbra apertament – u miċħuda minn miżuri kruċjali ta’ sostenn, bħal politika finanzjarja Ewropea effettiva. Dan kollu jispjega għaliex l-Ewropa ma tistax tvinċi l-kriżi attwali, li wasslitha f’xifer l-irdum, fi kliem Jacques Delors waqt intervista li ta lill-ġurnali Le Soir u Le Temps fit-18 ta’ Awwissu 2011.
2.9 Il-KESE ilu żmien twil jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun hemm bidla ċara ta’ konfigurazzjoni li tpoġġi l-kwalità fuq quddiem fit-tlestija tas-suq intern, tqiegħed l-interessi prattiċi u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin b’mod ġenerali u dawk tal-konsumatur b’mod partikolari fil-qalba tal-kunsiderazzjonijiet, u ġġib l-aspetti soċjali pari mal-aspetti ekonomiċi. Dan kollu huwa parti mill-viżjoni orjentata lejn il-persuni b’kuntrast mal-approċċ purament ekonomiku segwit sa issa, u li huwa l-kaġun tal-limitazzjonijiet, l-eżitazzjoni, ir-riluttanza u n-nuqqas ta’ fiduċja li qed jippredominaw bħalissa (5).
2.10 Fil-bidu tat-tieni mandat tiegħu, il-President attwali tal-Kummissjoni Ewropea stabbilixxa l-viżjoni l-ġdida tiegħu ta’ suq uniku intern għas-seklu 21 (6), li ħarġet minn Kommunikazzjoni preċedenti dwar Aġenda taċ-Ċittadini: Inwasslu r-Riżultati lill-Ewropa (7). L-impressjoni li tat il-Kummissjoni, li kienet qed tirrakkomanda bidla fundamentali fl-approċċ ta’ politika tagħha lejn is-suq uniku għall-benefiċċju aħħari taċ-ċittadini u l-konsumaturi, naturalment ħolqot ċerti aspettattivi. Bil-premessa li l-politika dwar is-suq uniku ma tibqax titqies b’mod separat, iżda bħala parti minn strateġija ġenerali indikattiva tal-Istrateġija għall-2020 suċċessiva, il-Kummissjoni ddikjarat li l-għanijiet ewlenin tas-suq intern kienu li tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi, jiġu promossi l-integrazzjoni ekonomika u l-koeżjoni soċjali, u tiġi żviluppata soċjetà bbażata fuq l-għarfien f’Ewropa sostenibbli, fi ħdan dinja globalizzata. Strument ewlieni f’dan l-approċċ il-ġdid kien regolazzjoni aħjar minn qatt qabel f’ambjent leġislattiv razzjonalizzat u ssimplifikat (8).
2.11 Biex issaħħaħ dan l-approċċ, il-Kummissjoni talbet lill-eks-Kummissarju Mario Monti biex ifassal rapport eżawrjenti, li ġie ppreżentat f’Mejju 2010 (9). Bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien, il-Kunsill talab lil Grupp ta’ Riflessjoni magħmul minn persuni prominenti, fosthom Mario Monti, u mmexxi mill-eks-Prim Ministru Spanjol Felipe González, biex iħejji rapport dwar x’inhuma l-prospetti għall-Ewropa sal-2030 (10). Min-naħa tiegħu, f’Mejju 2010 wkoll, il-Parlament Ewropew adotta r-Rapport Grech, li fforma l-bażi tar-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar Ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (11).
2.12 Fil-qofol tagħhom, dawn id-dokumenti importanti kollha jiġbdu l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ bidla radikali fl-orjentament tal-konfigurazzjoni fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika dwar it-tlestija tas-suq intern, u jqisu l-mudell attwali bħala wieħed li tilef il-vivaċità tiegħu. Ir-rapporti jinnutaw li waqt li nkisbu riżultati sinifikanti f’ċerti oqsma, ġeneralment dawn ftit li xejn huma magħrufa, u huma inadegwati u diżappuntanti minn diversi angoli, f’mument fejn l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi mhux mistennija u prospetti minaċċjużi.
2.13 Barra minn hekk, dawn il-kummenti u konklużjonijiet huma msaħħa sew mit-tfassil regolari u suċċessiv ta’ tabelli ta’ valutazzjoni tas-suq intern (12), mill-analiżi ddettaljata li ssir regolarment mill-Ewrobarometru dwar l-opinjonijiet u l-esperjenzi tal-pubbliku u n-negozji fir-rigward tas-suq intern fl-Istati Membri, u minn tabelli ta’ valutazzjoni identiċi għall-konsumaturi fis-suq intern (13), kif ukoll mir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja b’mod ġenerali (14) u l-acquis tal-liġijiet dwar il-konsumatur b’mod partikolari (15). Meta jiġu interpretati sew u analizzati skont kriterji xierqa u vvalutati b’mod kritiku, dawn jikkonfermaw it-tħassib u d-dubji espressi fid-dokumenti msemmija hawn fuq.
2.14 Kien hemm it-tama li l-Kummissjoni tagħmel bidliet reali fl-approċċ ta’ politika tagħha lejn is-suq uniku biex tirrifletti dawn il-konklużjonijiet kollha u, fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali, tħares b’mod differenti lejn is-suq uniku għas-seklu 21, biex b’hekk tilħaq l-aspettattivi li nħolqu b’riżultat ta’ sensiela ta’ dikjarazzjonijiet minn personalitajiet politiċi ewlenin. Għalhekk, id-dokument dwar il-prijoritajiet għal ekonomija soċjali tassew kompetittiva intlaqa’ b’ċertu diżappunt: minkejja l-ħafna merti rikonoxxuti tiegħu, dan jelenka sempliċement 50 miżura iżolata bla ebda approċċ strateġiku ċar (16), u d-dgħufijiet u n-nuqqasijiet tiegħu ġew indikati b’mod ċar fir-Riżoluzzjoni tal-PE tas-6 ta’ April 2011 (17).
2.15 Dan il-vojt lanqas ma mtela mill-aktar Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-għażla ta’ tnax-il “xprun”, minħabba li m’hemmx linja gwida koerenti u ċara għall-approċċ politiku ġenerali lejn il-kisba tas-suq intern li taf tispjega għaliex dawn it-tnax-il xprun huma preferibbli minn oħrajn, pereżempju dawk elenkati mill-KESE fl-opinjoni tiegħu (18).
2.16 Madankollu, xi stqarrijiet pubbliċi reċenti li saru mill-President tal-Kummissjoni u l-Kummissarju Barnier kif ukoll il-programm li minn dak iż-żmien ’l hawn ġie ppreżentat mill-Kummissjoni (19) donnhom jikkonfermaw l-intenzjoni ta’ bidla fil-paradigma rigward l-implimentazzjoni futura tas-suq intern. Dan jidher ukoll fid-dikjarazzjoni ta’ Krakovja (20) u dik tal-kumitat ta’ tmexxija Ewropew tal-grupp ta’ riflessjoni Notre Europe.
3. Paradigma ġdida għat-tlestija tas-suq intern
3.1 Huwa importanti li nerġgħu nisħqu fuq il-fatt li, fir-rigward tal-politiki Komunitarji, u b’konformità mal-prinċipji li llum huma mnaqqxa fit-Trattat ta’ Lisbona, it-tlestija tas-suq intern mhijiex għan fih innifsu, iżda hija mezz jew strument biex jintlaħqu firxa sħiħa ta’ għanijiet ta’ politika f’oqsma differenti (21).
3.2 Ta’ min itenni wkoll li dawn l-għanijiet huma simultanjament ekonomiċi, soċjali u ambjentali u li kollha għandhom l-istess importanza, u li l-iskop aħħari tagħhom kollha huwa l-benesseri tal-persuni u l-promozzjoni tal-valuri tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza, il-libertà, is-solidarjetà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem (l-Artikoli 2 u 3 tat-TUE) (22).
3.3 Għaldaqstant, il-miżuri biex jitlesta s-suq intern, li llum il-miri tagħhom huma, bil-liġi, ħafna usa’ milli kienu fl-1957, għandhom jitqiesu fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, valuri u għanijiet.
3.4 Is-suq intern, li sa mill-bidu kien imfassal b’mod ċar bħala l-pedament ekonomiku ta’ Ewropa b’bixra federali, issa jrid jerġa’ jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-iżviluppi li saru tul dawn l-aħħar tletin sena u fid-dawl tar-realtà tal-lum. Huwa minnu li ċ-ċirkustanzi bħalissa għandhom dejjem aktar tendenza li jibdlu s-suq intern f’sempliċi żona ta’ kummerċ ħieles, bħall-preċedessur tiegħu l-EFTA, u li jikkunsidraw il-futur tiegħu mhux bħala r-riżultat naturali ta’ proġett politiku sopranazzjonali, iżda l-iċken denominatur komuni tal-interessi nazzjonali tal-pajjiżi Ewropej.
3.5 Għalhekk, jeħtieġ li terġa’ tittenna bis-saħħa l-idea li s-suq intern għandu jgħaqqad dawn l-interessi nazzjonali flimkien f’sistema istituzzjonali kompletament integrata ta’ governanza ekonomika u finanzjarja, sistema li l-mudell tagħha għandu bżonn jitfassal mill-ġdid u jingħata xejra konkreta fuq perjodu qasir.
3.6 L-ewwel pass li jittieħed f’din id-direzzjoni jrid ikun realistiku dwar il-limiti naturali tas-suq intern innifsu, u m’għandux jipprova jdawru f’dak li mhuwiex, u li m’għandux ikun, billi jiġu imposti bil-forza miżuri li ħafna drabi jkunu bla bżonn u mhux ġustifikati, u li jservu biss biex jagħmlu l-operat tan-negozji, speċjalment l-SMEs, li minnhom jagħmlu parti wkoll il-professjonijiet liberali (23), aktar diffiċli. Xi kultant miżuri għal armonizzazzjoni sħiħa mhumiex ġustifikati għax għandhom jippredominaw valuri oħra, bħal pereżempju l-iżgurar tal-kwalità, bħal fil-każ ta’ ċerti oqsma tad-drittijiet tal-konsumatur u tal-protezzjoni tal-konsumatur. Hawnhekk, bħala massima u prinċipju ġenerali, “Is-saħħa fid-diversità” għandha terġa’ tibda taqdi rwol ċentrali fil-politika Ewropea dwar is-suq intern, flimkien mal-armonizzazzjoni.
3.7 Huwa kruċjali li nippersistu f’din id-direzzjoni b’determinazzjoni u bla kompromessi, mingħajr ma ssir ebda konċessjoni, permezz tal-programm Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Il-KESE minn dejjem kien involut b’mod attiv (24) f’dan il-programm, mhux biss bil-għan li jipproduċi testi teknikament sodi u jevita burokrazija inutli u ta’ ħsara, iżda b’mod ferm aktar fundamentali billi jieħu approċċ proattiv lejn it-tfassil tal-liġijiet u l-prattiki amministrattivi fejn is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati tal-industrija jkunu involuti b’mod effettiv fl-istadji kollha tat-tfassil u d-definizzjoni tal-liġijiet. B’mod partikolari, jidher li għandha tingħata aktar importanza lill-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante, billi b’mod aktar sistematiku jintużaw regolamenti minflok direttivi bħala għodda biex tinkiseb uniformità leġislattiva fejn ikun opportun, u għandu jkollna l-kuraġġ nippruvaw strumenti ġodda u aktar adatti mit-taħlita leġislattiva kumplessa tal-lum, bħalma hija l-għażla ta’ reġimi fakultattivi kull fejn ikun ġustifikat (25). Jeħtieġ li jkollna l-istess kuraġġ sabiex ikunu jistgħu jitwarrbu kompletament inizjattivi Komunitarji li mhumiex effiċjenti jew li ftit li xejn huma vantaġġużi.
3.8 Huwa daqstant ieħor importanti li jiġu riveduti, simplifikati u kodifikati l-acquis Komunitarju u l-formalitajiet amministrattivi (26) u li jitneħħa dak kollu li huwa bla użu, bla bżonn, kontroproduttiv jew saħansitra ta’ ħsara (27). Madankollu, dan għandu jsir bl-attenzjoni dovuta, peress li mingħajr koordinazzjoni jistgħu jiġu eliminati aspetti ewlenin tal-leġislazzjoni li huma essenzjali għal oqsma importanti.
3.9 Il-motto għandu jkun: “irregola iva, toħnoq le”. Għalhekk, l-innovazzjoni u l-kreattività se jkunu importanti, u jeħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-proposti tal-ewwel Rapport tal-Grupp ta’ Esperti Indipendenti dwar is-simplifikazzjoni leġislattiva u amministrattiva, li l-biċċa l-kbira tagħhom ma ġewx implimentati iżda għadhom rilevanti u jirrikjedu implimentazzjoni adatta (28).
3.10 L-istandardizzazzjoni għandha rwol ewlieni li tikkonforma mal-mudell ta’ “approċċ ġdid” applikat mhux biss għall-prodotti, iżda anke għas-servizzi (29). Madankollu, hawnhekk ukoll għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa l-ħtieġa, l-effiċjenza u l-effetti tal-miżuri adottati sabiex, fil-kuntest tal-istandardizzazzjoni tas-servizzi, issir distinzjoni bejn is-servizzi differenti għas-suq intern.
3.11 Bl-istess mod, hemm bżonn jingħata impetu ġdid u ambitu usa’ lis-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern billi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jiġi estiż u billi tiżdied il-kooperazzjoni amministrattiva f’konformità mas-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet li l-KESE għamel f’diversi okkażjonijiet (30), u b’hekk, jiġi rivedut in-netwerk SOLVIT billi jingħata qafas ġdid u mezzi adegwati.
3.12 Anke l-prinċipji ewlenin li jirregolaw il-bini tas-suq intern ser ikollhom jerġgħu jiġu kkunsidrati, speċjalment il-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku (31), is-sussidjarjetà (32), il-proporzjonalità (33) u l-prinċipju tal-prekawzjoni, li s’issa kienu limitati għal oqsma speċifiċi bħas-sikurezza tal-ikel, iżda li għandhom jingħataw l-istatus ta’ prinċipju ġenerali, billi jissawru mill-ġdid u jiġu stabbiliti modi ġodda ta’ kif jiġu definiti li jkunu eqreb tal-interessi reali tan-nies.
3.13 Hemm bżonn li l-prijoritajiet jiġu stabbiliti b’attenzjoni. Dan ma jfissirx li jingħażlu – b’mod xi ftit jew wisq każwali – xi ftit miżuri ewlenin, iżda għandha tittieħed azzjoni bbażata fuq kriterji definiti sew li jirriflettu l-approċċ ta’ politika ċar li għadu nieqes fl-Ewropa, u li għandu jagħti prijorità assoluta lill-persuni.
3.14 Is-settur tas-servizzi b’mod ġenerali (34), u s-servizzi finanzjarji għall-konsumatur b’mod partikolari (35), għandhom ikunu inklużi b’mod prominenti fost dawn il-prijoritajiet, peress li proprju hawn tinsab l-ikbar diffikultà biex jitlesta s-suq intern, iżda proprju hawn ukoll jeħtieġ l-aktar li ssir innovazzjoni, mhux biss fir-rigward tal-miżuri iżda wkoll l-istrumenti li għandhom jiġu applikati. Il-KESE qiegħed, b’mod partikolari, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tissorvelja u tirrapporta regolarment u b’mod miftuħ dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi, li attwalment hi l-unika leġislazzjoni li tipprovdi għall-ftuħ tal-kummerċ transkonfinali fis-servizzi.
3.15 Qasam li jirrikjedi attenzjoni partikolari huwa dak tal-implimentazzjoni fil-prattika ta’ suq intern għall-kummerċ elettroniku transkonfinali, minħabba l-benefiċċji soċjoekonomiċi għall-konsumaturi Ewropej b’mod ġenerali, u l-persuni li jgħixu f’żoni inqas aċċessibbli jew li huma milquta b’xi forma ta’ diżabilità b’mod partikolari. Dan ikun ta’ benefiċċju wkoll għan-negozji tal-UE, speċjalment l-SMEs, billi dan isolvi sensiela sħiħa ta’ problemi u kwistjonijiet li ilhom li ġew identifikati. Madankollu, s’issa għandhom ma ġewx żviluppati l-għodod u l-mekkaniżmi li huma vitali biex jiżguraw il-fiduċja tal-konsumaturi u l-protezzjoni tagħhom, u biex jinħoloq ambjent li jiffavorixxi n-negozju (36).
3.16 Dan japplika b’mod partikolari għall-kwistjonijiet relatati mal-frammentazzjoni tas-suq, id-differenzi bejn ir-regoli applikabbli, l-inċertezza dwar il-privatezza u l-kunfidenzjalità tad-data, is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet, il-protezzjoni legali fil-każ ta’ tilwim, l-eżistenza ta’ servizzi onlajn illegali, il-piraterija u ċ-ċiberkriminalità. Dawn għandhom jiġu indirizzati b’mod konġunt minn diversi DĠ tal-Kummissjoni bl-għan li jiġi stabbilit qafas legali koerenti għal suq intern diġitali ġenwin.
3.17 L-applikazzjoni effettiva tal-liġi Komunitarja tikkostitwixxi qasam li fih jeħtieġ isir sforz ikbar, u fejn l-UE sfortunatament ma kisbitx riżultati konvinċenti. Dan huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat li l-liġi tiġi osservata u li r-regolazzjoni tkun effettiva (37), u dan imur lil hinn mill-konfini stretti tal-“kooperazzjoni amministrattiva” (38). F’dan ir-rigward, id-dritt għal azzjoni kollettiva fil-livell Ewropew huwa ta’ importanza kruċjali għaċ-ċittadini Ewropej, u għandu jiġi minqux mingħajr ambigwità u mingħajr aktar dewmien bħala mezz aħħari li bih jiġu stabbiliti b’mod sodisfaċenti r-responsabilitajiet għall-ksur tal-liġi Komunitarja, u b’hekk titħeġġeġ il-konformità fuq bażi volontarja (39).
3.18 Madankollu, l-aktar ħaġa importanti se tkun li jiġu ddefiniti l-parametri ta’ suq intern li l-qofol tiegħu jkunu l-persuni, bħala individwi u bħala ċittadini. Dan il-kompitu m’għandux jingħata lil grupp kwalunkwe ta’ għorrief xi ftit jew wisq illuminati, iżda għandu jkun ibbażat fuq il-kontributi diretti ta’ ċittadini individwali u s-soċjetà ċivili, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-preokkupazzjonijiet u t-talbiet tagħhom, kif ukoll il-frustrazzjonijiet u d-diżappunti tagħhom.
3.19 Filwaqt li teħtieġ azzjoni urġenti, huwa importanti li jiġi żgurat li din l-azzjoni hija kkoordinata u maħsuba tajjeb. Għaldaqstant, il-KESE jipproponi perjodu ta’ riflessjoni, li jikkoinċidi mal-għoxrin anniversarju tal-1992. Bħala kontribut għal dan, il-KESE jixtieq jagħmel referenza għal għadd ta’ parametri li huwa jqis bħala ċentrali f’dibattitu ta’ dan it-tip.
3.19.1 |
L-ewwel nett, għandu jsir dibattitu dwar il-mod kif il-politika tas-suq intern għandha tiġi viżibbilment irregolata bil-prinċipji fundamentali u l-għanijiet ewlenin stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment dawk inklużi fit-Titoli IV u V, b’enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali u d-drittijiet tal-konsumaturi (40). |
3.19.2 |
Hemm bżonn ukoll ta’ dibattitu dwar l-irbit tal-politiki settorjali f’għan strateġiku komuni li jinkludi l-politiki tal-ekonomija, l-industrija, il-kummerċ, it-transport, l-enerġija, l-ambjent, il-konsumaturi u l-kompetizzjoni fi ħdan qafas legali ġenerali li jrawwem l-integrazzjoni u jagħti spinta lill-fiduċja tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà (konsumaturi, familji, ħaddiema, negozji, NGOs, eċċ.). Dan jinvolvi li l-Istrateġija Ewropa 2020 tiġi vvalutata mill-ġdid u tingħata spinta ’l quddiem. |
3.19.3 |
Bl-istess mod, hemm bżonn ta’ dibattitu dwar kif tista’ tiġi msaħħa u garantita l-libertà tal-moviment u l-mobilità tal-persuni b’mod ġenerali, u dik tal-ħaddiema b’mod partikolari (kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom), l-għalliema u l-istudenti, billi jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali tagħhom – is-sigurtà soċjali, il-protezzjoni legali, l-assigurazzjoni tas-saħħa, il-pensjonijiet tal-irtirar, eċċ. – jiġu rrispettati fiċ-ċirkustanzi kollha, mingħajr diskriminazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tiġi riveduta s-sistema għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u edukattivi. F’dan ir-rigward, eżiġenzi għolja ta’ kwalità fejn jidħlu s-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi fl-UE għandhom ikunu r-regola. |
3.19.4 |
Biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi, jeħtieġ ukoll dibattitu dwar il-ftuħ effettiv tas-swieq tax-xogħol għaċ-ċittadini Ewropej kollha, filwaqt li wara analiżi bir-reqqa jiġu aboliti d-diskriminazzjoni u r-restrizzjonijiet mhux ġustifikati. |
3.19.5 |
Aspett li jistħoqqlu attenzjoni partikolari huwa d-definizzjoni li messha ilha li saret ta’ qafas legali adegwat għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali b’mod ġenerali, u b’mod partikolari għall-fondazzjonijiet, l-impriżi mutwi u l-assoċjazzjonijiet Ewropew. |
3.19.6 |
Daqstant ieħor jeħtieġ urġentement li ssir diskussjoni dwar id-definizzjoni ta’ qafas legali ċar għas-servizzi ta’ interess ġenerali u s-servizzi soċjali b’mod partikolari li jiddefinixxi l-kriterji tal-kwalità tas-servizzi pubbliċi essenzjali u li jiċċara r-regoli applikabbli li jirregolaw l-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat (41). |
3.20 Fl-aħħar nett, ir-riżorsi u l-isforzi għandhom jiġu ġestiti b’mod konġunt biex jiffavorixxu politika ta’ komunikazzjoni effettiva fir-rigward tas-suq uniku fi ħdan ix-xenarju usa’ ta’ politika ta’ komunikazzjoni koerenti u integrata dwar l-Ewropa li tinvolvi l-persuni u li tikkunsidra kif dovut l-opinjoni pubblika u l-mezzi tax-xandir soċjali Ewropej biex tixxerred informazzjoni affidabbli liċ-ċittadini Ewropej, speċjalment lill-konsumaturi, pemezz tal-użu innovattiv tal-mezzi tax-xandir diġitali (42).
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Ara l-konklużjonijiet konġunti tal-Kumitat Konsultattiv tal-EFTA u l-SMO: http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.smo-observaotry-smo-spotlight.21343.
(2) ĠU L 169, 29.6.1987 (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) ĠU L 191, 29.7.1992, f’dak li aktar tard tqies bħala eku tal-proġett Spinelli, li pprova jilħaq qbil bejn il-federalisti u l-avversarji tagħhom (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Il-funzjonament tas-suq intern tal-Komunità wara l-1992 – Segwitu għar-Rapport Sutherland (SEC(92) 2277 tat-2.12.1992 (mhux disponibbli bil-Malti) u l-opinjoni tal-KESE ĠU C 201, 26.7.1993, p. 59 (mhux disponibbli bil-Malti), li l-konklużjonijiet tagħha għadhom rilevanti sal-lum u jistħoqqilhom kunsiderazzjoni bir-reqqa.
(5) Ara, fost l-oħrajn, l-opinjonijiet ewlenin tal-KESE li ġejjin: ĠU C 39, 12.2.1996, p. 70 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 225, 14.10.2005, p. 22 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 204, 9.8.2008, p. 1; ĠU C 347, 18.12.2010, p. 8; ĠU C 44, 11.2.2011, p. 68; u r-rapport ta’ informazzjoni dwar L-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-funzjonament tas-suq intern.
(6) Komunikazzjoni dwar Suq Uniku għaċ-Ċittadini (COM(2007) 60 final, 21 ta’ Frar 2007).
(7) COM(2006) 211 final, 10.05.06.
(9) Strateġija Ġdida għas-Suq Uniku – Li taqdi l-ħtiġijiet tal-ekonomija u tas-soċjetà tal-Ewropa.
(10) Proġett Ewropa 2030 – Sfidi u Opportunitajiet, ippubblikat ukoll f’Mejju 2010.
(11) Riżoluzzjoni tal-PE A7-0132/2010.
(12) SEC(2011) 372 final, 21 ta’ Marzu 2011.
(13) SEC(2011) 299 final, 4 ta’ Marzu 2011, fil-biċċa l-kbira kkonfermat fl-Ewrobarometru ta’ Lulju 2011 Stħarriġ dwar il-Komunikazzjoni Elettronika fil-Familji.
(14) COM(2010) 538 final, 1.10.10.
(15) ĠU C 18, 19.1.2011, p. 100.
(16) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 47.
(17) Riżoluzzjoni tal-PE A7-0072/2011, ibbażata fuq ir-Rapport tal-Kumitat IMCO dwar Suq Uniku għall-Ewropej, (2010/2278 (INI), PE 456.691v02-00, 24 ta’ Marzu 2011), relatur: is-Sur Correia de Campos.
(18) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 99.
(19) COM(2011) 777 final, 15 ta’ Novembru 2011.
(20) Wara t-twettiq (li nilqgħu b’sodisfazzjon) tal-Forum dwar is-Suq Uniku fit-3 u l-4 ta’ Ottubru 2011.
(21) ĠU C 93, 27.4.2007, p.25 (mhux disponibbli bil-Malti).
(23) ĠU C 376, 22.12.2011, p. 51.
(24) ĠU C 24, 31.1.2006, p. 39 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 175, 27.7.2007, p. 21; ĠU C 48, 15.2.2011, p. 107.
(25) ĠU C 24, 31.1.2006, p. 52 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 175, 28.7.2009, p. 26; ĠU C 21, 21.1.2011, p. 26.
(26) Ritorn għall-approċċ definit mill-Kummissjoni stess fil-Komunikazzjoni tagħha dwar L-aġġornament u s-simplifikazzjoni tal-acquis Komunitarju (COM(2003) 71 final, 11 ta’ Frar 2003, li kellu l-appoġġ ċar tal-KESE (ĠU C 112, 30.4.2004, p. 4) (mhux disponibbli bil-Malti) u li minn dak iż-żmien ’l hawn jidher li ntesa.
(27) Ara dawn l-opinjonijiet: ĠU C 14, 16.1.2001, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 125, 27.5.2002, p. 105 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 133, 6.6.2003, p. 5 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 309, 16.12.2006, p. 18 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 10, 15.1.2008, p. 8.
(28) COM(95) 288 final, 21 ta’ Ġunju 1995.
(29) Ara ĠU C 120, 16.5.2008, p.1; ĠU C 376, 22.12.2011, p. 69; u ĠU C 68, 6.3.2012, p. 35.
(30) Ara ĠU C 43, 15.2.2012, p. 14, u l-opinjonijiet preċedenti l-oħra kkwotati fiha.
(31) Ritorn, b’mod partikolari, għar-rappporti tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonixximent reċiproku, li bdew bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 1999 (COM(99) 299 final) iżda li aktar tard ġew abbandunati. Ara l-opinjoni fil-ĠU C 116, 20.4.2001, p. 14 (mhux disponibbli bil-Malti).
(32) Meta nħarsu lura lejn ir-Rapport Molitor, biex nirribattu l-akkuża inġusta li saritlu li “kien qed jagħmel pass ’il quddiem u żewġ passi lura” (Ara Alexis Feral, Le principe de subsidiarité, progrès ou status quo après le Traité d'Amsterdam?, Revue du Marché unique européen, I, 1998, p. 95), minħabba l-mod goff li bih applikatu l-Kummissjoni, li dawritu verament fl-“isfida ta’ bidla” kif ikkonċepiha Jacques Delors.
(33) Hawnhekk għandhom jiġu kkunsidrati d-diversi opinjonijiet tal-KESE dwar ir-rapporti annwali suċċessivi mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
(34) Ara dawn l-opinjonijiet: ĠU C 221, 8.9.2005, p. 113 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 175, 27.7.2007, p. 14; ĠU C 318, 29.10.2011, p. 109.
(35) Ara dawn l-opinjonijiet: ĠU C 56, 24.2.1997, p. 76 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 95, 30.3.1998, p. 72 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 209, 22.7.1999, p. 35 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 157, 28.6.2005, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 302, 7.12.2004, p. 12; ĠU C 221, 8.9.2005, p. 126 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 65, 17.3.2006, p. 113 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 65, 17.3.2006, p. 134 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 309, 16.12.2006, p. 26 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 318, 23.12.2006, p. 51 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 115, 16.5.2006, p. 61 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 100, 30.4.2009, p. 84; ĠU C 27, 3.2.2009, p. 18; ĠU C 100, 30.4.2009, p. 22; ĠU C 228, 22.9.2009, p. 62; ĠU C 228, 22.9.2009, p. 66; ĠU C 218, 11.9.2009, p. 30; ĠU C 318, 29.10.2011, p. 133.
(36) Minkejja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar In-negozju transkonfinali san-Negozju Elettroniku tal-Konsum fl-UE (COM(2009) 557 final).
(37) Ara dawn l-opinjonijiet: ĠU C 317, 23.12.2009, p. 67; ĠU C 18, 19.1.2011, p. 95.
(38) ĠU C 128, 18.5.2010, p.103.
(39) B’mod li jista’ jiġi pjuttost ġustifikat, il-KESE ġie kkunsidrat bħala d-difensur tal-azzjonijiet kollettivi, billi ddedika għadd ta’ opinjonijiet għal din il-kwistjoni, inkluż b’mod partikolari dik fil-ĠU C 309, 16.12.2006, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 324, 30.12.2006, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 162, 25.6.2008, p. 1; ĠU C 228, 22.9.2009, p. 40; ĠU C 128, 18.5.2010, p. 97.
(40) Fir-rigward ta’ dan il-punt, għandha tingħata l-konsiderazzjoni dovuta u għandhom jiġu identifikati l-konsegwenzi eventwali mis-sejbiet tar-Rapport mill-Kummissjoni dwar progress effettiv lejn Ċittadinanza tal-UE 2007-2010 (COM(2010) 602 final, 27 ta’ Ottubru 2010), u r-rapport ippubblikat simultanjament bl-isem Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE - Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE (COM(2010) 603 final, 27 ta’ Ottubru 2010).
(41) Ara l-opinjoni tal-KESE, ĠU C 161, 13.7.2007, p. 80 (mhux disponibbli bil-Malti).
(42) Ara l-opinjoni esploratorja tal-KESE, ĠU C 27, 3.2.2009, p. 152; u l-opinjoni fuq inizjattiva proprja ĠU C 44, 11.2.2011, p. 62.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/23 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-impatti soċjali tal-leġislazzjoni l-ġdida fil-qasam tal-governanza ekonomika” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2012/C 143/05
Relatur: is-Sinjura Gabriele BISCHOFF
Nhar l-14 ta’ Lulju 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
L-impatti soċjali tal-leġislazzjoni l-ġdida fil-qasam tal-governanza ekonomika (opinjoni fuq inizjattiva proprja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta’ Jannar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’232 vot favur, 8 voti kontra u 9 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 L-Ewropa jeħtieġ li titkellem b’vuċi waħda, taġixxi b’mod iktar rapidu u iktar ċert u ssegwi s-soluzzjonijiet it-tajba għal rispons konvinċenti lejn l-iktar kriżi serja tas-settur finanzjarju, tal-ekonomija u tal-fiduċja li qatt esperjenzat l-UE sa mill-bidu tagħha.
1.2 Il-KESE jilqa’ l-approċċ tal-gvernijiet sabiex jirranġaw l-iżbalji li saru fil-bidu taż-żona tal-euro u sabiex joħolqu l-elementi għal struttura ġdida ta’ governanza ekonomika Ewropea. Dan pass importanti għax l-istrumenti u l-proċeduri eżistenti ma wasslux għat-tnaqqis mixtieq fid-dejn u fl-iżbilanċi makroekonomiċi. Madanakollu, l-istruttura l-ġdida tal-governanza ekonomika tal-Ewropa jeħtieġ li tħares id-drittijiet demokratiċi tal-Istati Membri tagħha u tal-parlamenti eletti b’mod ħieles tagħhom, kif ukoll l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u l-libertà tagħhom li jwettqu negozjar kollettiv.
1.3 Il-governanza l-ġdida ser tpoġġi fuq quddiem il-politika ekonomika iżda ser tolqot prinċipalment l-istrutturi soċjali billi tisforza lill-Istati Membri, permezz tat-theddida ta’ sanzjonijiet (semi)awtomatiċi, li jwettqu ċerti riformi. Il-KESE jirrakkomanda li jkun hemm konsolidazzjoni baġitarja intelliġenti u sostenibbli li tiżgura l-investimenti soċjali meħtieġa sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta’ simmetrija soċjali.
1.4 Uħud mill-miżuri ta’ awsterità li ġà ġew implimentanti jew li huwa pjanat li jiġu implimentati, ser ikollhom konsegwenzi negattivi pereżempju fuq il-persuni u l-intrapriżi jekk jonqos l-għoti ta’ servizzi soċjali jew jonqsu l-miżuri fil-qasam tal-politika tas-suq tax-xogħol għall-gruppi vulnerabbli u tiġi eliminata l-infrastruttura soċjali neċessarja bħal pereżempju s-servizzi tal-kura tat-tfal jew tat-taħriġ. Dan ser ikollu riperkussjonijiet negattivi fuq l-aċċess għas-servizzi u l-kwalità tagħhom u b’hekk tkun qed tiġi mhedda b’mod serju l-kwalità tal-ħajja tal-gruppi vulnerabbli.
1.5 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-kunflitti intrinsiċi bejn l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-governanza ekonomika tal-Ewropa. L-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew u tas-“six-pack” m’għandhiex tikkomprometti l-għanijiet, bħat-tnaqqis tal-faqar, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-miżuri kollha għandhom jiġu eżaminati biex jiġi determinat jekk dawn iżidux il-faqar.
1.6 Il-KESE jafferma li huwa importanti ħafna li jiġu evalwati l-konsegwenzi soċjali tal-leġislazzjoni l-ġdida fil-qasam tal-governanza ekonomika u jitlob b’mod partikolari:
1) |
“patt dwar l-investiment soċjali” |
2) |
l-involviment f’waqtu u sħiħ tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili, b’mod speċjali l-imsieħba soċjali minħabba d-dmirijiet u l-kompetenzi speċifiċi tagħhom, fil-miżuri kollha; |
3) |
it-twaqqif ta’ konvenzjoni li taħdem fuq strateġija li tiżgura l-progress soċjali fil-bidliet li mistennija jsiru fit-Trattat; |
4) |
il-ħolqien ta’ “pjan ta’ salvataġġ soċjali” permezz ta’ “governanza soċjali” ekwivalenti; |
5) |
l-iżgurar u l-appoġġ tan-negozjar kollettiv tal-imsieħba soċjali; |
6) |
il-ftuħ ta’ sorsi ġodda ta’ dħul li jsaħħu l-baġits pubbliċi; |
7) |
iż-żieda fl-effiċjenza fil-qasam kif ukoll il-pertinenza fejn jidħol l-infiq pubbliku u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. |
2. Struttura ġdida biex tingħeleb il-kriżi
2.1 It-Trattat ta’ Lisbona saħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, ħoloq l-ekonomija soċjali tas-suq bħala l-għan, stabbilixxa d-drittijiet soċjali fundamentali bħala legalment vinkolanti u ħoloq l-obbligu li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt għall-proġetti u l-inizjattivi kollha tal-UE. Il-KESE ilu żmien jisħaq li l-ekonomija soċjali tas-suq fl-Ewropa għandha tgħaqqad il-kompetittività mal-ġustizzja soċjali. Ma hemm l-ebda kunflitt bejn ekonomija dinamika u progress soċjali. Għall-kuntrarju, dawn iż-żewġ elementi huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin (1).
2.2 Il-KESE laqa’ l-fatt li fl-Istrateġija l-ġdida Ewropa 2020, l-UE qablet li toħloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.
2.3 L-Unjoni Ewropea bħalissa tinsab fl-iktar kriżi serja li qatt esperjenzat sa minn twelidha. F’ħafna pajjiżi, il-kriżi finanzjarja ħadet ix-xejra ta’ kriżi kbira fl-ekonomija, fid-dejn u fis-soċjetà. Barra minn hekk għandna wkoll kriżi ta’ azzjoni u ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej. L-Ewropa jeħtieġ li titkellem b’vuċi waħda, taġixxi b’mod iktar rapidu u ċert u ssegwi s-soluzzjonijiet it-tajba.
2.3.1 Il-programmi ta’ awsterità u l-pjani ta’ salvataġġ jinsabu fiċ-ċentru tal-attenzjoni filwaqt li l-miżuri li hemm bżonn għal titjib fil-governanza ekonomika u għal iktar tkabbir għadhom frammentati u ftit li xejn trasparenti u ma hemm l-ebda ħjiel ta’ dibattitu dwar l-aspetti pożittivi u negattivi ta’ integrazzjoni iktar mill-qrib ta’ dawn l-aspetti.
2.3.2 Qed ikompli jiżdied it-tħassib ġenerali dwar il-possibbiltà li din il-kriżi ta’ fiduċja tiżviluppa fi kriżi fid-demokrazija, b’mod partikolari minħabba l-biża’ mis-sanzjonijiet. Il-KESE jenfasizza li l-parlamenti nazzjonali eletti mill-poplu għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu b’mod ħieles dwar il-baġits u l-istruttura tal-gvernijiet tagħhom skont il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tagħhom.
2.3.3 Il-KESE diġà enfasizza f’bosta opinjonijiet tiegħu li din il-kriżi hija eżami kbir għall-Ewropa. Il-politika tal-awsterità qed tiġġenera problemi soċjali f’bosta pajjiżi u qed twassal għal sentimenti anti-Ewropej u/jew nazzjonalisti.
2.4 Ir-reazzjoni tal-politika tal-UE u tal-gvernijiet nazzjonali għal dik li qed tissejjaħ kriżi fid-dejn, li fost affarijiet oħra ġejja minn nuqqas kbir ta’ regolazzjoni tas-swieq finanzjarji li rriżulta minn kriżi finanzjarja matul dawn l-aħħar snin, ħadet il-forma tal-impożizzjoni ta’ programmi ta’ awsterità li permezz tagħhom il-gvernijiet fittxew li jikkalmaw is-swieq finanzjarji. Il-Kumitat bosta drabi laqa’ l-fatt li minkejja reżistenza minn bosta bnadi, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjari u l-bonds ta’ stabbiltà (2).
2.5 Fl-istess waqt saru sforzi sabiex jiġu kkoreġuti l-iżbalji li saru fil-bidu taż-żona tal-euro u biex jiġu stabbiliti elementi għal struttura ġdida ta’ governanza ekonomika Ewropea. Fil-futur dan għandu jwassal għal koordinazzjoni aħjar tal-politika tal-ekonomija, għal politika u kontroll tal-baġit iktar stretti u għat-tisħiħ tal-kompetittività (3). Fil-ħarifa 2011, il-Parlament Ewropew adotta ħames regolamenti u diretttiva li jirriformaw il-governanza ekonomika Ewropea (magħrufa bħala s-six-pack).
2.5.1 Dan is-six-pack għall-governanza ekonomika huwa bbażat fuq tliet pilastri:
— |
It-tisħiħ tal-Patt attwali ta’ Stabbiltà u Tkabbir – Il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tipprovdi regoli addizzjonali u iktar stretti sabiex jitnaqqas id-defiċit pubbliku u d-dejn pubbliku u titlob lill-Istati Membri li matul l-20 sena li ġejjin iġibu l-livelli attwali ta’ dejn tagħhom għal-limitu ta’ 60 % stabbilit fit-Trattat ta’ Maastricht, irrispettivament miċ-ċirkustanzi taċ-ċiklu kummerċjali. Dan huwa pass proċikliku u jista’ jkollu effett ħażin fuq it-tkabbir u l-impjieg. |
— |
It-twaqqif ta’ “proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv” – Dan hu proċess ta’ politika kompletament ġdid li ser jitwettaq fil-livell Ewropew. L-għan tal-proċedura huwa li tidentifika u tikkoreġi l-iżbilanċi makroekonomiċi li jistgħu jheddu l-istabbiltà tal-munita unika. |
— |
L-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u tal-“proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv” permezz ta’ sanzjonijiet li verament jinħassu: rakkomandazzjonijiet tal-UE għat-titjib tad-deċiżjonijiet ta’ politika li jittieħdu fil-livell nazzjonali ilhom jeżistu minn meta ġie ffirmat it-Trattat ta’ Maastricht. L-element ġdid, madanakollu, huwa l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet issa ser ikunu akkumpanjati minn sanzjonijiet kważi awtomatiċi fuq l-Istati Membri taż-żona tal-euro. Dan qed isir bl-introduzzjoni ta’ “votazzjoni ta’ maġġoranza bil-maqlub”, sors ta’ tħassib peress li hija proċedura kompletament ġdida li sa issa mhix koperta mit-Trattat. Fi ftit kliem, il-proposta tal-Kummissjoni li timponi sanzjonijiet annwali ta’ minn 0,1 sa 0,2 % tal-PDG tal-Istati Membri li ma jsegwux ir-rakkomandazzjonijiet tagħha ser tiġi adottata sakemm il-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi ma jivvotax kontriha b’maġġoranza kwalifikata fi żmien għaxar t’ijiem. Dan jintroduċi livell għoli ta’ awtomatiċità fil-proċess tas-sanzjonijiet u jisforza lill-Istati Membri biex iqisu b’mod serju r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika li joħorġu fil-livell Ewropew. |
2.5.2 Fit-23 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni żiedet żewġ regolamenti ġodda fis-six-pack: l-ewwel wieħed iżid is-sorveljanza tal-Istati Membri li għandhom problemi serji ta’ stabbiltà finanzjarja, it-tieni jinvolvi l-monitoraġġ u l-korrezzjonijiet tal-abbozz tal-pjani baġitarji tal-Istati Membri. L-ewwel wieħed ser iwessa’, isaħħaħ u jtejjeb ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika speċifiċi għall-pajjiżi fi programm ta’ aġġustament makroekonomiku. Jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma jiġux rispettati ser ikun hemm aġġustament tal-ħlas li jingħata mill-fondi strutturali u soċjali tal-UE. It-tieni wieħed iżid is-setgħa tal-Kummissjoni fis-superviżjoni tal-proċeduri baġitarji nazzjonali u jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli numeriċi vinkolanti dwar id-defiċit baġitarju. Iż-żewġ regolamenti ser iżidu l-pressjoni u jsaħħu l-proċikliċità interna b’konsegwenzi li nafu x’inhuma.
2.5.3 L-hekk imsejjaħ Semestru Ewropew, li jkun mifrux fuq perjodu ta’ sitt xhur fis-sena, inħoloq sabiex jiġu evitati talbiet baġitarji kontradittorji mill-Istati Membri u sabiex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. B’hekk għandu jiġi żgurat li l-Istati Membri jqisu l-għanijiet prinċipali tal-UE fiż-żmien opportun fl-ippjanar baġitarju tagħhom u qabel ma ssir il-votazzjoni dwar il-baġit tas-sena ta’ wara fil-parlamenti nazzjonali. Il-governanza l-ġdida ser tpoġġi fuq quddiem il-politika ekonomika iżda ser tolqot prinċipalment is-sistemi soċjali billi tisforza lill-Istati Membri, permezz tat-theddida ta’ sanzjonijiet (semi)awtomatiċi, li jwettqu ċerti riformi.
3. L-impatti soċjali tar-regoli l-ġodda
3.1 Fir-raba’ sena tal-kriżi ekonomika u soċjali, il-prospetti ekonomiċi u tal-impjieg fl-Ewropa qed ikomplu jiddeterjoraw. 23 miljun persuna huma qiegħda u, skont l-aħħar statistiċi (4) dwar il-qgħad, f’Settembru 2011 il-qgħad fl-UE 27 u ż-żona tal-euro kien 9,7 % u 10,2 % rispettivament. Dan jindika żieda meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Ir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ żdiedet minn 15,5 % għal 21,4 % bejn l-2008 u l-2011, filwaqt li l-inattività żdiedet minn 55,6 % għal 56,9 %. Fil-Greċja u Spanja kważi żagħżugħ wieħed minn kull tnejn jinsab mingħajr xogħol (5). Dan jirrappreżenta iktar minn ħames miljun żagħżugħ li la għandhom impjieg u lanqas mhuma qed isegwu xi tip ta’ taħriġ. Iż-żieda ta’ 1.5 miljun fl-impjiegi sa nofs l-2011 għal 1,5 miljun ftit li xejn taffiet it-telf kbir ta’ matul il-kriżi meta ntilfu sitt miljun impjieg. Iż-żieda fl-impjieg ġejja prinċipalment minn żieda fil-kuntratti temporanji u impjieg part-time.
3.2 Barra minn hekk it-tbassir ekonomiku juri li r-rati ta’ tkabbir mistennija jkomplu neżlin u l-Kummissjoni Ewropea fir-rapport ta’ tbassir tal-ħarifa li ppubblikat reċentement għall-2011-2013 qalet li “l-irkupru tal-ekonomija tal-UE waqaf” u mhux mistenni jitjieb f’dawn il-livelli ta’ qgħad (6)
3.3 Il-kriżi bankarja dinjija mill-2007-2009 wasslet naturalment għall-kriżi attwali tad-dejn sovran għax il-gvernijiet poġġew riżorsi konsiderevoli biex isalvaw il-banek u għall-garanziji statali li jżommu s-sistema monetarja fil-wiċċ. Sussegwentement, il-livelli medji ta’ dejn żdiedu minn 60 għal 80 % tal-PDG u b’hekk tnaqqas b’mod konsiderevoli l-flessibbiltà biex ikunu jistgħu jaħdmu l-istabilizzanti atwomatiċi u l-politiki kontraċikliċi oħra. Dan ifisser li s-suq tax-xogħol u l-politiki soċjali ser iġorru l-piż tal-aġġustament. Fost l-inizjattivi ta’ politika Ewropej, il-punt komuni hu li l-pagi ser isiru strument prinċipali ta’ aġġustament billi jsir rikors għat-tnaqqis u d-diflazzjoni tagħhom.
3.4 Il-Kumitat jemmen li dan l-iżvilupp jista’ jkollu konsegwenzi perikolużi kemm fuq il-benesseri tal-ekonomija ġenerali kif ukoll fuq in-nisġa soċjali tal-Ewropa. Kif enfasizza l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali fir-rapport tiegħu dwar l-impatti soċjali tal-kriżi ekonomika, il-miżuri ta’ awsterità li ġà ġew implimentati jew li huwa pjanat li jiġu implimentati ser ikollhom impatt fuq l-inklużjoni soċjali għax ser jirriżultaw fi qtugħ tas-servizzi u l-offerti għall-gruppi vulnerabbli pereżempju l-persuni b’diżabilità. Dan ser ikollu impatt negattiv fuq l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-kwalità tagħhom b’konsegwenzi negattivi għall-persuni u l-intrapriżi (7). Ir-rati għoljin ta’ interess jagħmluha kważi impossibbli għall-Istati Membri li jnaqqsu d-defiċit baġitarju u d-dejn nazzjonali tagħhom. Il-Greċja, pereżempju, ilha b’eċċess primarju fil-baġit statali mir-rebbiegħa tal-2011, iżda d-defiċit qed ikompli jiżdied minħabba l-piż ta’ rati ta’ interess inaċċettabbli.
3.5 Il-miżuri ta’ awsterità li jheddu l-investimenti soċjali li hemm bżonn ser ikomplu jwasslu għat-triq tan-niżla. Mingħajr sorsi ġodda ta’ tkabbir, it-tnaqqis fl-infiq iġib miegħu żviluppi negattivi fid-dħul tal-baġits, bħal tnaqqis fid-dħul mit-taxxi u żieda fl-ispiża soċjali tal-benefiċċi tal-qgħad. Id-defiċits baġitarji mistennija jkomplu jiżdiedu b’effetti potenzjali diżastrużi fuq is-swieq finanzjarji, li jsegwu mill-qrib it-tendenzi fl-Istati Membri kollha.
3.5.1 Barra minn hekk, il-miżuri ta’ awsterità li jnaqqsu d-domanda finali fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom effetti diżastrużi f’pajjiżi oħra u dan iwassal għat-triq tan-niżla. Dan jista’ jseħħ jew fil-katina ta’ valur miżjud fis-suq uniku jew fil-katina kummerċjali tal-prodotti finali. Is-soluzzjoni li jiġu implimentati bosta programmi simultanji ta’ awsterità f’bosta pajjiżi ser tkompli tixħet dawl ikrah fuq il-prospetti koroh tat-tkabbir u tista’ toħloq ċirku vizzjuż ta’ inċertezza għall-investiment, inkluż l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-impjieg u l-konsum.
3.6 Fil-fehma tal-KESE, it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-governanza tal-UE għandhom jinkludu eżaminazzjoni mill-qrib ta’ jekk l-iżviluppi ekonomiċi negattivi fl-Istati Membri u r-reġjuni humiex marbuta u sa liema punt mal-iżbilanċi fis-suq, il-proċessi ta’ konċentrazzjoni tas-suq u l-abbuż tas-suq minn gruppi kummerċjali kbar. Il-Kumitat iħoss li miżuri effettivi kontra dan, pereżempju miżuri koordinati ta’ taxxa politika, għandhom jittieħdu fil-livelli kollha u jiġu inklużi fil-miżuri ta’ konsolidazzjoni. Dan għandu jtejjeb il-kompetittività tal-SMEs u fl-istess waqt dik tal-produzzjoni industrijali orjentata lejn l-esportazzjoni u għandu jiġi akkumpanjat mill-miżuri strutturali meħtieġa biex jiżguraw it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjieg.
3.7 Il-Kumitat jiddispaċih li l-proċessi ta’ politika relatati kollha huma bbażati fuq nuqqas ta’ simetrija u jintroduċu preferenza strutturali: ittra tal-Kummissarju Olli Rehn tesprimi l-fehma tal-Kummissjoni dwar l-iżbilanċi fiż-żona tal-euro u tidentifika l-problemi li jista’ jikkawża defiċits esterni kbar filwaqt li tqis li bilanċ eċċessiv fuq il-kont kurrenti mhuwiex problema għall-koeżjoni tal-munita unika (8). Definizzjoni ġdida tat-termini tal-pożizzjonijiet kompetittivi timplika li l-problema tinsab fost dawk li qed jidħlu f’dejn sabiex jiffinanzjaw id-defiċit estern filwaqt li l-pajjiżi li qed jirreġistraw bilanċi eċċessivi huma mħeġġa li jkomplu jagħmlu dan.
3.8 Fit-tabella tagħha tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Kummissjoni qed tiddefinixxi l-indikaturi b’tali mod li l-iżviluppi dinamiċi fejn jidħlu l-pagi fis-setturi ekonomiċi differenti huma immedjatament indikati u skrutinizzati filwaqt li l-Istati Membri li jidħlu għal strateġija ta’ staġnar tal-pagi sempliċiment jiġu injorati. L-idea hija wkoll li jsir tqabbil “relattiv” fejn l-iżviluppi fl-ispiża tal-pagi jiġu mqabbla mal-kompetituri prinċipali. Dan it-tip ta’ tqabbil huwa meħtieġ biex jingħaraf l-iżvilupp diverġenti tal-kompetittività iżda m’għandux iwassal biex iż-żieda fil-pagi titqies awtomatikament bħala negattiva u l-pagi baxxi jew l-iffissar ta’ pagi baxxi bħala awtomatikament pożittiva. Minflok, l-iżvilupp tal-produttività u l-inflazzjoni għandhom jintużaw biex jorjentaw iż-żieda fil-pagi u s-salarji.
3.9 Il-Kumitat jesprimi b’mod partikolari t-tħassib tiegħu li l-gvernijiet impenjaw ruħhom favur miżuri u mġiba li mhumiex kapaċi jlaħħqu magħhom u li huma barra mill-ambitu ta’ influwenza tagħhom. Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi għandu mekkaniżmu ta’ allarm bikri li l-parti prinċipali tiegħu hi tabella ta’ indikaturi (Art. 3). Dawn l-indikaturi jiddeskrivu kemm il-limiti minimi kif ukoll massimi tal-iżbilanċi makroekonomiċi interni u esterni li mistennija jniedu l-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Dawn l-indikaturi jaġixxu b’mod negattiv fuq il-kost ta’ unità lavorattiva minkejja l-fatt li dan ġej primarjament minn negozjar kollettiv awtonomu fost l-imsieħba soċjali u ma jaqax taħt il-politika ekonomika statali.
3.10 Il-Kumitat għalhekk jemmen li l-imsieħba soċjali għandu jkollhom parti fl-implimentazzjoni tar-Regolament kemm fil-livell taż-żona tal-euro kif ukoll fil-livell nazzjonali. Il-Kumitat jenfasizza li tkun xi tkun il-forma li tieħu l-istituzzjonalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali fl-implimentazzjoni, l-awtonomija tal-imsieħba soċjali m’għandhiex tiġi mhedda u l-Konvenzjonijiet 87 u 98 tal-ILO għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ. Barra minn hekk, l-osservazzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-progress soċjali u l-avvanz fl-armonizzazzjoni tal-politika soċjali tal-UE, għandhom ikunu parti essenzjali minnha u għandhom jitqiesu d-drittijiet soċjali fundamentali li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamental tal-UE (Art. 51 (1)).
3.11 Fi żminijiet ta’ diffikultà u bidla ekonomika u soċjali huwa importanti li l-organizzazzjonijiet soċjali jiġu inklużi fil-proċessi kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ governanza u konsolidazzjoni. Dawn jagħtu kontribut ta’ valur fl-oqsma tat-taħriġ u l-prevenzjoni, l-impjieg u l-paċi soċjali mibnija fuq rispett lejn id-dinjità tal-bniedem u s-solidarjetà soċjali.
4. L-impatt soċjali tal-azzjonijiet fl-Istati Membri
4.1 Il-KESE jinsab imħasseb bil-kbir dwar il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi attwali, liema konsegwenzi issa huma viżibbli b’mod ċar f’bosta Stati Membri u jirrakkomanda li r-riformi strutturali li jsiru jippromovu t-tkabbir u l-impjieg. L-iżgurar u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-impjegati u d-drittijiet soċjali fundamentali ser ikollhom impatt pożittiv fuq il-produttività ekonomika ġenerali. Jeħtieġ li bħala prinċipju jiġi żgurat li l-gvernijiet għandhom id-dħul mit-taxxi li jirrikjedu sabiex joperaw tajjeb u li l-evażjoni tat-taxxa tiġi eradikata b’mod sħiħ.
4.1.1 Il-KESE jinnota bi tħassib li qed jiżdiedu d-differenzi nazzjonali u reġjonali. Dawn jheddu bil-kbir l-integrazzjoni Ewropea għax għall-ewwel darba qed inaqqsu b’mod sinifikanti l-koeżjoni ekonomika u soċjali li teżisti fl-Unjoni. Fil-passat, żieda fid-disparitajiet soċjali u ekonomiċi dejjem kienet temporanja u marbuta mal-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda.
4.2 Fir-rapport tiegħu “L-impatt soċjali tal-kriżi”, il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali kkonkluda li l-qagħda soċjali ta’ parti kbira mill-popolazzjoni, b’mod partikolari taż-żgħażagħ, il-ħaddiema b’kuntratti temporanji u l-immigranti ddeterjorat minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, u fl-Istati Membri l-qiegħda huma wieħed mill-gruppi li jinsabu fl-iktar riskju ta’ faqar (9). Il-problemi soċjali u l-protesti fil-Greċja, Spanja u bosta Stati Membri oħra huma riżultati ta’ dan.
4.3 Anki l-isħarriġ reċenti tal-Eurostat 2011 juri li ċ-ċittadini tal-UE huma mħassba dwar dan u jinnota li l-faqar qed ikompli jiżdied:
Maġġoranza kbira u li qed tkompli tikber tal-Ewropej huma tal-fehma li l-faqar ser ikompli jiżdied. Meta ġew mistoqsija jekk il-faqar żdiedx jew naqasx matul dawn l-aħħar tliet snin, 87 % tal-Ewropej kollha rrispondew li l-faqar żdied. Il-fehma li l-faqar żdied matul dawn l-aħħar tliet snin hija iktar b’saħħitha issa milli kienet fil-ħarifa 2010. Huma biss 22 % tal-persuni fl-Ewropa li jemmnu li qed issir biżżejjed kontra l-faqar (10).
4.4 Il-KESE jinsab ferm inkwetat li b’riżultat tal-konsegwenzi soċjali tal-ġestjoni tal-kriżi, l-Ewropa ser tkompli tinqasam u b’hekk titlef l-appoġġ tal-poplu. Jeħtieġ li l-Ewropa tirbaħ lura l-fiduċja taċ-ċittadini tagħha.
4.5 Il-KESE huwa tal-fehma li għandu jsir kollox sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ awsterità ma jżidux ir-riskju tal-faqar. Jeħtieġ li ssir valutazzjoni effettiva tal-impatt soċjali li tanalizza jekk l-għan li matul dawn l-għaxar snin li ġejjin jiġu megħjuna mill-inqas 20 miljun ruħ sabiex joħorġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali għadux jista’ jintlaħaq fid-dawl taċ-ċirkustanzi l-ġodda u x’miżuri jkun jirrikjedi dan. Iż-żieda fil-faqar għandha wkoll l-antiteżi tagħha li tieħu l-forma ta’ żieda fil-ġid u l-profitti, li f’ċerti Stati Membri tiġi appoġġjata minn strateġiji fiskali u baġitarji inadegwati. L-istruttura tal-governanza ekonomika Ewropea u l-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew m’għandhomx iwasslu għal sitwazzjoni fejn ma tintlaħaqx il-mira tat-tnaqqis tal-faqar stabbilita fl-Istrateġija ġenerali Ewropa 2020.
5. Il-bżonn ta’ valutazzjonijiet komprensivi tal-impatt soċjali
5.1 Fl-2011 il-KESE ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-klawżola soċjali orizzontali (HSC, Artikolu 9, TFUE) ġabet magħha innovazzjoni fundamentali li tobbliga lill-UE fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħha (11).
5.2 B’rabta ma’ dan il-KESE diġà ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-HSC għandha tiġi applikata fl-oqsma l-kbar u l-istruttura kollha tal-governanza soċjali u ekonomika fil-livell tal-UE fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020, li l-Kunsill Ewropew laħaq ftehim dwarha fl-2010 (12). Dan jiġbor fih ukoll kemm is-Semsestru Ewropew u s-six-pack kif ukoll il-Patt Euro Plus u l-pjani ta’ salvataġġ.
5.3 Il-KESE jisħaq li l-miżuri ta’ kontra l-kriżi fl-ebda każ m’għandhom iwasslu għal ksur tad-drittijiet garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Jeħtieġ li jiġi stabbiliti ukoll liema miżuri jeħtieġ li jittieħdu fi żmien sena sabiex jiggarantixxu dawn id-drittijiet fundamentali (13).
5.4 Il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea flimkien ikkritikaw il-fatt li s’issa ftit kienu l-Istati Membri li wettqu valutazzjoni tal-konsegwenzi soċjali tal-miżuri għat-tisħiħ tal-baġit (14).
5.5 Il-KESE jisħaq li l-valutazzjonijiet tal-konsegwenzi soċjali tal-leġislazzjoni l-ġdida tal-governanza ekonomika huma importanti ħafna. L-UE ħadet l-impenn li tippromovi l-inklużjoni soċjali u dan l-impenn ma rabtitux biss ma’ għanijiet kwantitattivi iżda ankratu fit-Trattat billi rabtitu anki ma’ drittijiet soċjali fundamentali. Dan jolqot direttament il-kwalità tal-ħajja tal-persuni u jeħtieġ li jiġi kkunsidrat u preżentat f’termini kwalitattivi u kwantitattivi fil-valutazzjoni tal-impatt. Dwar il-leġislazzjoni proposta saru biss valutazzjonijiet tal-impatt sporadiċi fejn l-impatt soċjali ħafna drabi ġie kkunsidrat biss b’mod limitat u barra minn hekk ir-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet ħafna drabi ma ġewx ikkunsidrati (15).
6. L-Ewropa teħtieġ patt dwar l-investiment soċjali
6.1 Fid-dawl tal-fatt li s’issa għadha mhix magħrufa n-natura tal-atti diretti u indiretti ta’ interferenza fid-drittijiet soċjali, l-istrutturi u l-acquis soċjali, hemm bżonn ta’ kunċett ġenerali abbażi tal-valutazzjonijiet soċjali komprensivi u indipendenti li jorbot u jsaħħaħ dawn l-elementi:
6.1.1
6.1.1.1 |
Il-miżuri kollha li ttieħdu u li huma pjanati għall-ġejjieni għandhom jiġu implimentati biss wara konsultazzjoni sħiħa mal-imsieħba soċjali. Dan huwa evidenti fl-Artikolu 152 TFUE. Dan jgħodd b’mod partikolari wkoll għall-miżuri ta’ awsterità li ġew preżentati bħala sempliċiment aġġustamenti purament ekonomiċi u baġitarji li madanakollu jimmiraw li jiddeterjoraw il-qasam soċjali. Bħala eżempju tal-parteċipazzjoni bżonjuża tal-imsieħba soċjali nistgħu nsemmu t-twaqqif tat-task force tal-UE għall-Greċja. Barra minn hekk l-organizzazzjonijiet soċjali u l-NGOs għandhom jipparteċipaw fil-miżuri fiż-żmien stabbilit u b’mod sħiħ. |
6.1.2
6.1.2.1 |
B’mod ġenerali l-KESE huwa tal-fehma li mhuwiex possibbli li noħorġu minn kriżi bħal din billi jsir kif sar fil-Greċja u fi Stati Membri oħra, jiġifieri billi nwarrbu l-flus, iżda għall-kuntrarju billi nikbru minnha. Fil-qafas tal-governanza ekonomika, il-KESE jissuġġerixxi għalhekk li jsiru invsestimenti sostenibbli fil-kwalifiki, l-infrastruttura u l-produzzjoni u investimenti fl-ekonomija soċjali, l-intrapriża soċjali (16) u s-servizzi soċjali. |
6.1.2.2 |
Dan ser jitwettaq permezz ta’ patt dwar l-investiment soċjali. Il-KESE għalhekk huwa favur it-talba identika ta’ Vandenbroucke, Hemerijk u Palier. Huwa jqis li l-kompitu prinċipali ta’ dan għandu jkun li, fil-livell tal-UE kif ukoll fl-Istati Membri, jingħata appoġġ reċiproku għal investiment soċjali fuq perjodu twil u għal miżuri għat-tisħiħ baġitarju fuq perjodu qasir. L-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020 jistgħu jservu ta’ qafas għal dan. Il-prerekwiżit għal dan huwa li l-patt dwar l-investiment soċjali tal-UE jkun ankrat fil-politika baġitarja orjentata lejn it-tkabbir u r-regoli finanzjarji. Dan jimplika li l-monitoraġġ makroekonomiku u baġitarju ġdid irid jiġi akkumpanjat minn patt dwar l-investiment soċjali (17). Il-Kumitat jinsab inkwetat ħafna dwar l-impatt soċjali li ser ikun hemm meta fil-qafas tal-miżuri kontra l-kriżi jinqatgħu b’mod partikolari l-pensjonijiet iż-żgħar. Huwa jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu l-ewwel passi biex tiżviluppa definizzjoni adegwata tal-pensjonijiet fil-livell tal-UE (18). |
6.1.3
6.1.3.1 |
Il-baġits pubbliċi ma jistgħux jintużaw għal kollox, minn salvataġġ finanzjarju, żieda fin-nefqa fil-qasam tal-benefiċċji soċjali, investimenti innovattivi għall-appoġġ tal-intrapriżi. Huwa essenzjali għall-gvern li jsib sorsi ġodda ta’ dħul. Dan irid jiġi akkumpanjat minn żieda fl-effiċjenza u l-pertinenza tal-infiq pubbliku. Il-KESE huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-bażi għat-taxxa tal-Istati Membri tirrikjedi fost elementi oħra l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-eliminazzjoni tar-rifuġji fiskali, it-tneħħija tal-kompetizzjoni fiskali u miżuri kontra l-evażjoni tat-taxxa. Fl-istess waqt jeħtieġ li l-kwalità tal-investimenti titpoġġa iktar fiċ-ċentru billi l-Istati Membri jieħdu impenn favur l-investiment soċjali u jsaħħu l-baġits tagħhom permezz tat-tkabbir u r-riforma. Barra minn hekk, hemm bżonn li ssir reviżjoni ġenerali tas-sistemi fiskali, b’attenzjoni mistħoqqa għall-kwistjoni tal-kontributi tat-tipi differenti ta’ dħul u patrimonju (19). |
6.1.4
6.1.4.1 |
Mingħajr “pjani ta’ salvataġġ soċjali” (Jean-Claude Juncker) l-istruttura tal-UE mhux ser tkun kompleta u l-Ewropa ser tmur pass lura. L-Ewropa ser ikollha tmur lura għal stat ta’ unjoni ekonomika u baġitarja, stat lil hinn mill-impenn favur ekonomija soċjali tas-suq. Il-KESE jwissi kontra dan il-pass. |
6.1.4.2 |
Il-KESE jsejjaħ għal azzjoni statali responsabbli fil-forma ta’ governanza ekonomika u soċjali. Il-konsolidazzjoni fuq perjodu qasir għandha tintrabat b’mod iktar b’saħħtu mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 li ssaħħaħ it-tkabbir intelliġenti, il-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali. |
6.1.4.3 |
Barra minn hekk l-UE għandha tkompli tiżgura li l-miżuri ta’ politika ekonomiċi u baġitarji li jittieħdu jikkonformaw b’mod sħiħ mal-għanijiet soċjali stabbiliti fil-liġi primarja u mad-drittijiet soċjali fundamentali inkluż b’mod partikolari d-dritt tan-negozjar kollettiv u li jitwettaq strajk u li l-acquis soċjali ma jmurx għall-agħar. |
6.1.5
6.1.5.1 |
Il-KESE jinsisti li għandha tiġi organizzata konvenzjoni. Fid-dawl tal-ammont ta’ emendi fuq it-Trattat li jinsabu fuq l-aġenda hemm bżonn kemm ta’ dibattitu mifrux kif ukoll ta’ leġittimazzjoni demokratika. Hekk kif sar fil-każ tal-aħħar konvenzjoni, il-parlamenti nazzjonali, il-Parlament Ewropew, l-imsieħba soċjali u l-KESE ser jieħdu sehem. Fir-rapport interim u l-pjan direzzjonali jeħtieġ li jiġi żgurat li l-emendi fuq it-Trattat jiġu akkumpanjati mid-dispożizzjonijiet soċjali ekwivalenti u li r-riżultat jiġi inkluż fir-rapport mistenni li jiġi ppubblikat f’Marzu dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni li fuqha ntlaħaq ftehim. |
6.1.6
6.1.6.1 |
Il-KESE jisħaq fuq il-pożizzjoni tiegħu li l-obbligi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali japplikaw għall-korpi u l-istituzzjonijiet tal-UE kollha u li għalhekk ir-restrizzjonijiet fuq in-negozjar kollettiv assolutament mhumiex aċċettabbli. Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni Ewropea li tieħu azzjoni immedjata f’dan ir-rigward. Hija m’għandha fl-ebda każ tagħti rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri li jimplikaw ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Għall-kuntrarju, hija għandha tagħmel kull ma tista’ sabiex mhux biss tħares id-drittijiet fundamentali iżda anki tippromovihom. Din il-kriżi ser tkun eżami dwar kemm il-kultura tad-drittijiet fundamentali hija tassew ankrata fl-Ewropa (20). |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar l-“Aġenda Soċjali”, ĠU C 182, 4.8.2009, p. 65.
(2) Opinjonijiet tal-KESE dwar it-“Taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji”ĠU C 44, 11.2.2011, p. 81, u dik dwar l-“Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir”, ĠU C 132, 3.5.2011, p. 26.
(3) Ara l-lista fl-opinjoni tal-KESE l-“Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir”
(4) http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_PUBLIC/3-31102011-BP/EN/3-31102011-BP-EN.PDF.
(5) Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2011, COM(2011) 815 finali, p. 2 u 4.
(6) http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/11/1331&format=HTML&aged=0&language=DE&guiLanguage=de.
(7) Valutazzjoni konġunta mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea, tal-Impatt Soċjali tal-Kriżi Ekonomika u Risposti ta’ Politika 2010, p. 9-10.
(8) Ittra tal-4 ta’ Novembru 2011 lil Jan Vincent Rostowski dwar it-trattament tad-defiċit u ta’ bilanċi eċċessivi fuq il-kontijiet kurrenti fil-qafas tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.
(9) Ara Aġġornament għall-2010 tal-Valutazzjoni Konġunta mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea tal-impatt soċjali tal-kriżi ekonomika u tar-reazzjonijiet ta’ politika, 26 ta’ Novembru 2010 (16905/10, SOC 793, ECOFIN 786), p. 2.
(10) Eurobarometer Speċjali 377.
(11) Opinjoni tal-KESE dwar “It-tisħiħ tal-koeżjoni tal-UE u tal-koordinazzjoni tal-politika soċjali tal-UE”, ĠU C 24, 28.1.2012, p. 29.
(12) Ibid.
(13) Opinjoni tal-KESE dwar “Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”, ĠU C 376, 22.12.2011, p. 74.
(14) Ara n-nota 9 f’qiegħ il-paġna.
(15) Skont il-valutazzjoni tal-EAPN 2011.
(16) L-intrapriża soċjali hija parti essenzjali tal-mudell soċjali Ewropew. Il-Kumitat jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni introduċiet qafas politiku u pjan ta’ azzjoni għall-promozzjoni tal-intrapriża soċjali fl-Ewropa u jqis li l-implimentazzjoni tagħhom kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livelli nazzjonali hija importanti. Opinjoni tal-KESE dwar “L-intraprenditorija soċjali u l-intrapriża soċjali”, ĠU C 24, 28.1.2012, p. 1.
(17) Vandenbroucke, Frank, et al., The EU needs a social investment pact, OSE Nru 5, 2011, p. 5.
(18) Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Green Paper – Lejn sistemi ta’pensjonijiet Ewropej adegwati, sostenibbli u siguri”, ĠU C 84, 17.3.2011, p. 38.
(19) Opinjoni tal-KESE dwar “Ir-Riżultati tas-Summit dwar l-Impjiegi” Punt 3.4.2, ĠU C 306, 16.12.2009, p. 70.
(20) Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/29 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ekonomija soċjali fl-Amerika Latina”
2012/C 143/06
Relatur: is-Sur CABRA DE LUNA
Nhar it-18 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:
L-ekonomija soċjali fl-Amerika Latina
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-24 ta’ Jannar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’141 vot favur, 3 voti kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Din l-opinjoni għandha l-għan li tfassal analiżi tal-ekonomija soċjali (ES) tal-Amerika Latina (AL) bħala settur organizzat tas-soċjetà ċivili li, b’mod ġenerali, kien eskluż mill-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE). Din l-analiżi qed issir waqt li titqies id-diversità LatinoAmerikana u tirrikonoxxi d-differenzi bejn iż-żewġ reġjuni. Huwa għalhekk li għall-finijiet ta’ dan id-dokument ser tintuża l-frażi “ekonomija soċjali u solidali” (ESS), indipendentement minn termini oħra li jistgħu jeżistu diġà.
1.2 Fir-Riżoluzzjoni tagħha 47/90, in-NU ddikjarat l-ewwel Sibt ta’ Lulju ta’ kull sena bħala l-Jum Internazzjonali tal-Kooperattivi, u fir-Riżoluzzjoni 64/136 iddikjarat l-2012 bħala s-Sena Internazzjonali tal-Kooperattivi. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) f’diversi okkażjonijiet (speċjalment fir-Riżoluzzjoni 193 tagħha) għarfet l-aspetti pożittivi tal-kooperattivi u tal-ESS. Il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Bank Dinji wkoll esprimew l-interess tagħhom f’dan is-settur. L-UE, min-naħa tagħha, irrikonoxxiet f’diversi okkażjonijiet l-importanza tal-kooperattivi u tal-ES, filwaqt li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) qed jieħu sehem fi proġetti ma’ negozji tal-ESS LatinoAmerikani.L-istess għamlu wkoll il-Mercosur u istituzzjonijiet Latino Amerikani oħrajn f’termini simili. Din l-opinjoni tadotta l-istess pożizzjoni.
1.3 Din l-opinjoni għandha l-għan li tħejji l-bażi tal-ħidma tal-KESE għall-preparamenti tas-seba’ laqgħa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Unjoni Ewropea u tal-Amerika Latina li ser issir f’Santiago de Chile fl-2012. Qed jiġi propost li, kemm għall-ħidmiet preparatorji kif ukoll għal-laqgħa, jiġu mistiedna rappreżentanti tal-ESS tal-Amerika Latina u tal-UE biex jistudjaw il-kontenut ta’ din l-opinjoni permezz ta’ djalogu kostruttiv. Qed jiġi propost ukoll li din is-seba’ laqgħa titkellem dwar ir-riżultati ta’ dan id-djalogu. Il-KESE jinnota li l-ESS fl-Amerika Latina ssolvi sitwazzjonijiet gravi ta’ inugwaljanza soċjali u ekonomika u ta’ vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali. L-ESS hija għodda ċentrali fil-ġlieda favur ix-xogħol diċenti u sabiex tingħeleb l-informalità soċjoekonomika, u hija vitali fil-proċessi ta’ żvilupp lokali u ta’ koeżjoni soċjali. L-ESS tħeġġeġ il-pluralità u d-demokrazija ekonomika. Għal din ir-raġuni, jitqies bħala prijorità li jitħeġġu dawn il-kapaċitajiet u l-effetti kollha, biex dan ikun ta’ kontribut lejn il-bidla neċessarja tal-mudell ta’ produzzjoni.
1.4 Il-koeżistenza u l-kooperazzjoni bejn it-tendenzi differenti tal-ESS tal-Amerika Latina jitqiesu utli ħafna. Minn naħa, l-ESS ta’ natura aktar intraprenditorjali għandha titħeġġeġ timxi lejn għanijiet ibbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u ma tagħtix prijorità liż-żieda fil-benefiċċji, billi tikkontribwixxi aktar għall-kisba tal-benesseri ġenerali. Min-naħa l-oħra, l-ESS b’element qawwi ta’ trasformazzjoni soċjopolitika għandha tifhem li l-kumpaniji għandhom ikunu effiċjenti u jagħmlu l-qligħ, bil-ħolqien ta’ netwerks li permezz tagħhom tkun tista’ tinżamm il-presenza fis-suq. Għaldaqstant, l-ESS m’għandhiex tkun ibbażata fuq l-ekonomija tal-faqar, anzi għandha taħseb f’tendenzi li qed jinbidlu, billi tgħaqqad l-iżvilupp, l-effiċjenza ekonomika u l-ġustizzja soċjali biex jinqerdu l-assimetriji ta’ kull tip.
1.5 L-ESS fl-Amerika Latina qed tiltaqa’ ma’ problemi fundamentali li qed ixekklu l-iżvilupp tagħha: in-nuqqas ta’ viżibbiltà soċjali u istituzzjonali hija waħda mill-aktar gravi. In-nuqqas ta’ proċessi rigorużi ta’ kejl u kwantifikazzjoni ma jgħinx il-problema, u ma jippermettix li jiġu vverifikati d-daqs u l-effetti soċjali imdaqqsin tagħha. Hemm bżonn urġenti ta’ azzjoni aktar rilevanti fit-tfassil ta’ statistika approvata internazzjonalment fil-pajjiżi tal-Amerika Latina, bl-involviment tal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħal CEPAL, ACI-Américas, Fundibes, Cicopa jew Ciriec. In-nuqqas ta’ presenza istituzzjonali tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħha wkoll huwa problema kbira li trid tiġi solvuta billi l-amministrazzjoni pubblika u l-atturi soċjali l-oħra jirrikonoxxu dawn l-organizzazzjonijiet bħala imsieħba fi ħdan l-istituzzjonijiet konsultattivi dwar il-politiki soċjali u ekonomiċi. Il-kunsilli ekonomiċi u soċjali u korpi oħrajn ta’ parteċipazzjoni soċjali huma għodda utli oħra għall-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-ESS.
1.6 Ħlief għal xi eċċezzjonijiet speċjali, in-nuqqas ta’ politiki pubbliċi integrali u parteċipattivi fir-rigward tal-ESS huwa ostaklu kbir għall-konsolidazzjoni u l-progress tagħha. Huwa kruċjali li mmorru lil hinn mill-proposti sempliċiment ibbażati fuq għajnuniet ekonomiċi diretti mingħajr kundizzjonijiet u jiġu promossi azzjonijiet maħsuba biex tissolva l-problema tal-għejun tal-fondi. Għandhom jitfasslu politiki strutturali ta’ interess ġenerali li jinkludu deċiżjonijiet fil-qasam tal-leġislazzjoni, kif ukoll l-iżvilupp tal-edukazzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni u t-taħriġ professjonali, anke fil-qasam universitarju. Għandha tissaħħaħ ukoll il-preżenza tal-ESS fl-iżvilupp tal-protezzjoni soċjali permezz tas-sistemi tas-saħħa mmexxija bis-sehem tal-utenti. Għandhom jissaħħu politiki tal-istat ġenwini bil-għan li ma tintilifx il-kontinwità kull darba li jinbidel il-gvern.
1.7 It-trejdjunjins u atturi soċjali oħra, inkluża l-ESS, jistgħu jaħdmu flimkien u jaqdu rwol fundamentali fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi istituzzjonali biex jiġu miġġielda l-każijiet ta’ irregolaritajiet u frodi marbutin mal-ekonomija informali u ħaddiema awtonomi foloz. Dan jgħin ukoll biex jiġi żgurat ix-xogħol diċenti u servizzi pubbliċi universali u ta’ kwalità, kif ukoll biex jiġu xprunati attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità.
1.8 Il-kunsiderazzjonijiet u l-proposti mressqa f’din l-opinjoni għandhom jiġu inkorporati f’politika ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-UE fl-Amerika Latina fil-qasam tal-ESS. Ikun tajjeb li jitfasslu proġetti ta’ kooperazzjoni maħsuba biex joħolqu intrapriżi vijabbli tal-ESS li jservu ta’ aġenti għall-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp lokali, il-pluralità, id-demokrazija ekonomika u l-formalizzazzjoni massiva tal-ekonomija u tax-xogħol. L-ESS għandha titqies bħala prijoritarja fil-kooperazzjoni mal-UE bil-għan li tiġi promossa l-konsolidazzjoni tan-netwerks li jservu ta’ aġenti fit-twettiq tal-politiki ta’ kooperazzjoni ekonomika u ta’ kożvilupp. Il-proġetti ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-ESS għandhom iħeġġu l-koordinazzjoni bejn l-atturi u n-netwerks tagħha, billi tiġi evitata l-frammentazzjoni u d-dupplikazzjoni: huwa fundamentali li jitwaqqfu inizjattivi aktar internazzjonali u strateġiċi.
1.9 Min-naħa l-oħra, hemm bżonn ukoll li f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi globali jissaħħu r-relazzjonijiet intraprenditorjali u kummerċjali bejn l-ESS tal-UE u tal-Amerika Latina. L-esperjenzi ta’ prattika tajbin tal-ESS tal-Amerika Latina jistgħu jservu ta’ eżempji ta’ min isegwihom. Hemm bżonn partikolarment importanti li l-ftehimiet kummerċjali li jiġu ffirmati mal-pajjiżi tal-Amerika Latina jħeġġu l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u tal-mikrointrapriżi u, speċifikament, tal-ESS.
2. L-ekonomija soċjali fl-Amerika Latina
2.1 Kunċett f’żewġ partijiet
2.1.1 L-approċċ adottat f’din l-opinjoni fir-rigward tal-ESS fl-Amerika Latina jistrieħ fuq żewġ premessi inevitabbli: minn naħa, id-differenzi li jeżistu bejn ir-realtajiet soċjali tal-UE u dawk tal-Amerika Latina. U min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Amerika Latina mhijiex omoġenja. Għaldaqstant, din l-analiżi hija bbażata fuq l-ikbar rispett ta’ din id-diversità. Hija għandha wkoll l-għan li ssib punti komuni li jistgħu jwasslu għal kooperazzjoni fuq termini ugwali u billi jitqies it-tibdil li qed iseħħ f’dawn iż-żewġ reġjuni (1).
2.1.2 Fl-Amerika Latina jintużaw l-aktar it-termini “ekonomija soċjali” u “ekonomija solidali”. Din tal-aħħar hija aktar mifruxa iżda tista’ twassal għal nuqqas ta’ qbil dwar it-tifsira tagħha (pereżempju il-kunċett ta’ “ekonomija popolari”). Fl-Ewropa, infirex l-użu tat-terminu ES. Dan jirreferi għal kunċett b’konnotazzjonijiet li bla dubju huma intraprenditorjali, li jintiseġ fis-sistema bħala mod alternattiv u distint kif isiru l-affarijiet u li ma jqisx il-“qligħ” bħala problema fiha nnifisha. F’dan ir-rigward, l-element kruċjali huwa l-mod ta’ kif jitqassam iż-żejjed miksub peress li l-attivitajiet intraprenditorjali tal-ES jridu jkunu kompetittivi u jiġġeneraw il-qligħ. Fl-UE, it-terminu ES u t-tifsira li jingħatalu kisbu kunsens mifrux (2), filwaqt li fl-Amerika Latina għad hemm varjetà ta’ interpretazzjonijiet.
2.1.3 F’dawn l-aħħar snin, l-aktar minħabba t-tibdil politiku u ekonomiku li seħħ fl-Amerika Latina, infirex l-użu ta’ “ekonomija soċjali u solidali” (ESS) biex issir referenza għal dan is-settur (3). Għalhekk aħna nipproponu li jintuża dan it-terminu b’rabta mal-Amerika Latina.
2.1.4 Bħala l-ewwel element jista’ jiġi indikat li l-ESS kollha kemm hi hija magħmula minn korpi ta’ natura privata, stabbiliti bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet personali u soċjali u mhux li jinqdew l-investituri ta’ kapital. Fl-Amerika Latina, is-sitwazzjoni tal-ESS tvarja minn pajjiż għall-ieħor, minkejja li hemm ċerti mudelli komuni li joħorġu ċar fil-pajjiżi kollha. Għandu mnejn li dawn l-elementi komuni jgħinu biex tingħata interpretazzjoni aktar inklużiva tal-kunċett. Fl-Amerika Latina, l-ESS hija bażikament magħmula minn kooperattivi, assoċjazzjonijiet mutwali, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, kooperattivi tax-xogħol, organizzazzjonijiet ta’ solidarjetà soċjali, gruppi ċivili u mikrointrapriżi ta’ tipi differenti. Dawn l-intrapriżi u l-korpi huma bbażati fis-solidarjetà u r-responsabbiltà soċjali. Il-biċċa l-kbira fosthom huma attivi fis-suq, iżda jiġri li joħolqu ċerti swieq speċjali (kummerċ ġust) fejn jiġu applikati prinċipji differenti minn dak tal-kompetizzjoni.
2.1.5 L-organizzazzjonijiet u l-intrapriżi tal-ESS għandhom karatteristiċi differenti mill-intrapriżi pubbliċi u privati ta’ kapital, iżda dawn ukoll jipproduċu prodotti u servizzi. Għaldaqstant, l-intrapriżi tal-ESS mhumiex biss jew qabel kollox korpi karitattivi jew mingħajr għan ta’ qligħ: il-profitti huma meħtieġa. Il-kwistjoni essenzjali hija dwar il-mod kif jitqassam il-qligħ tal-attività li ma jitkejjilx biss f’termini ta’ flus u tal-vantaġġi miksuba għall-membri u l-ambjent tal-madwar, iżda wkoll f’termini ta’ valur soċjali miżjud.
2.2 Dimensjonijiet u kejl
2.2.1 Waħda mill-ikbar problemi li jxekklu l-iżvilupp tal-ESS fl-Amerika Latina hija d-diffikultà li tingħata struttura lill-informazzjoni dwar is-settur, u dan iżid in-nuqqas ta’ viżibbiltà soċjali. Hemm bżonn ta’ għarfien, u mhux biss ta’ tbassir, tal-impatt reali tal-ESS. Dan in-nuqqas ta’ kejl jagħmilha diffiċli li titwassal l-importanza soċjali reali tagħha u d-differenza paragunabbli meta mqabbla ma’ tipi oħra ta’ intrapriżi f’termini tal-impatt tal-azzjonijiet ekonomiċi, soċjali u solidali tagħha. L-Ewropa titlob l-istess affarijiet għal dan is-settur: rikonoxximent statistiku, ħolqien ta’ reġistri pubbliċi affidabbli u kontijiet satelliti għal kull settur istituzzjonali jew qasam ta’ attività, sabiex tinkiseb aktar viżibbiltà (4).
2.3 Organizzazzjonijiet tal-ESS
2.3.1 L-istess bħal f’bosta pajjiżi tal-UE, fl-Amerika Latina wkoll hemm bżonn li jiġi solvut b’urġenza n-nuqqas ta’ rappreżentanza suffiċjentament ikkonsolidata, integrata u effikaċi tal-ESS. Minkejja l-progress li sar f’dawn l-aħħar snin, l-istrutturi rappreżentattivi tal-kategoriji differenti tal-ESS għad iridu jiġu integrati skont kriterji f’forma ta’ piramida, minn isfel għal fuq, b’mod settorjali u territorjali, billi jiġu evitati l-frammentazzjoni, il-kompetizzjoni bejniethom u l-korporattiżmu. Il-fatt li dawn l-organizzazzjonijiet huma qrib ħafna tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffaċilita l-kunsiderazzjoni tagħhom bħala punti ta’ utilità soċjali u innovazzjoni, mogħnija bil-ħila neċessarja biex jiffaċċjaw il-problemi soċjoekonomiċi ewlenin.
2.3.2 Meta l-organizzazzjonijiet tal-ESS (5) jirnexxilhom jiksbu r-rikonoxximent li jeħtieġu biex jiksbu kapaċità reali għad-djalogu u n-negozjar, dawn isaħħu l-ambitu ta’ influwenza tagħhom biex jilħqu sinerġiji f’termini ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet, effikaċja intraprenditorjali, responsabbiltà soċjali tal-intrapriżi, mudelli ġodda ta’ ġestjoni, ġlieda kontra l-prattiki ħżiena, u fl-aħħar mill-aħħar, impatt ikbar fuq is-sistema ekonomika.
2.4 Politiki pubbliċi
2.4.1 Waħda mill-ħidmiet li l-ESS għad trid issolvi hija l-mod kif jiġu konklużi ftehimiet u alleanzi mas-setgħat pubbliċi abbażi ta’ rispett reċiproku u indipendenza. Għaldaqstant, il-politiki pubbliċi huma waħda mit-tħassib u l-objettivi prijoritarji tal-ESS fl-Amerika Latina. Il-politiki li huma fundamentalment imsejsa fuq għajnuniet ekonomiċi diretti mingħajr kundizzjonijiet huma sorsi imprevedibbli u li ma jistgħux jiġu kkontrollati, li maż-żmien jistgħu jsiru strument ta’ pressjoni u manipulazzjoni. Il-politiki purament palljattivi jew ta’ għajnuna jħeġġu l-prattiki ħżiena.
2.4.2 Hemm bżonn jiġu promossi l-politiki integrali u parteċipattivi konformi mal-għanijiet ewlenin tal-ESS u tal-gvernijiet b’interess fil-ħila tal-ESS li timmobilizza r-riżorsi tal-komunità fis-suq sabiex jinkisbu benefiċċji ġenerali minn soluzzjonijiet innovattivi għal problemi kumplessi. L-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tal-ESS bla dubju għandhom l-istess objettivi soċjali biex iwieġbu għall-ħtiġijiet urġenti tan-nies. (6)
2.4.3 Għall-ESS, l-aċċess għall-finanzjament jikkostitwixxi problema endemika li twaqqaf radikalement l-iżvilupp tagħha. L-ESS tgħix prinċipalment mill-kontribuzzjonijiet tal-membri u l-promoturi tagħha u mhux mill-kapital spekulattiv ta’ terzi. Fl-istess ħin, hija tifrex prattiki li jibbenefikaw l-interess ġenerali. Ġeneralment, l-azzjoni pubblika hija skarsa u insuffiċjenti fir-rigward tal-kisba ta’ mezzi ta’ finanzjament regolari permezz ta’ riformi legali u miżuri makroekonomiċi adegwati għall-ESS. Hemm bżonn ta’ politiki tal-Istat li jinkludu lill-ESS fl-ippjanar ġenerali tal-ekonomija, politiki ta’ finanzjament tal-industrija biex jinkiseb kapital ġdid, żieda fil-fondi ta’ kapital ta’ riskju, fondi għas-sehem ekonomiku tal-ħaddiema u l-membri, appoġġ għall-ħolqien ta’ gruppi intraprenditorjali u tħeġġiġ tas-sehem tal-ESS fl-akkwist pubbliku. Hemm bżonn urġenti li l-miżuri li huma ta’ ostaklu mhux ġustifikat għall-iżvilupp tal-korpi finanzjarji proprji tal-ESS, bħall-banek etiċi u l-mikrofinanzjament, jiġu riformulati.
2.4.4 Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jeħtieġu linji ċari ta’ azzjoni politika għat-tħejjija ta’ programmi kkoordinati fil-livelli, kompetenzi u strutturi amministrattivi differenti tagħhom, sabiex l-ESS tiġi istituzzjonalizzata u tingħata trattament intersettorjali. Il-proċeduri amministrattivi mhumiex flessibbli biżżejjed u m’hemmx biżżejjed armonizzazzjoni statali u sopranazzjonali tal-linji ewlenin dwar il-promozzjoni u l-appoġġ tal-ESS. Hemm nuqqas ta’ politiki pubbliċi maħsuba biex tiġi evitata l-qerda tal-intrapriżi soċjali żgħar u tan-nisġa tal-produzzjoni lokali u solidali, kif ukoll ta’ politiki ta’ taħriġ professjonali u tal-ġestjoni tal-intrapriżi, b’mod partikolari fil-livell muniċipali (7), u ta’ politiki ta’ aġġustament tal-oqfsa regolatorji għall-forom differenti tal-ESS. Jaqbel li nsemmu b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu implimentati politiki pubbliċi dwar l-edukazzjoni (Rakkomandazzjoni tal-ILO 193 tal-2002) għall-ESS. L-amministrazzjoni pubblika, inklużi l-universitajiet, u l-ESS għadhom m’għamlux biżżejjed sforz biex jaħdmu flimkien.
2.5 L-iżvilupp ekonomiku fl-Amerika Latina u r-rwol tal-ESS
2.5.1
2.5.1.1 |
L-Amerika Latina għaddejja minn żvilupp makroekonomiku favorevoli f’termini ta’ tkabbir konvenzjonali, iżda xorta waħda b’differenzi bejn il-pajjiżi. Madankollu, dan it-tkabbir qed iseħħ f’realtà soċjali mmarkata minn inugwaljanzi kbar: qgħad massiv u li mhux qed jiċċaqlaq f’ċerti setturi soċjali, prekarjetà tal-impjieg ġeneralizzata u rqajja’ ta’ esklużjoni soċjali u ta’ faqar. Madankollu, il-valorizzazzjoni mill-ġdid ta’ “stat proattiv” konxju minn din id-duwalità soċjali mhux sostenibbli jidher li qed tħeġġeġ tkabbir aktar ekwu (8) u li jirrispetta l-ambjent. |
2.5.1.2 |
Il-kontribut ta’ ESS kkonsolidata fl-Amerika Latina għall-ġestjoni tal-iżvilupp hija bbażata fuq is-soluzzjoni ta’ sitwazzjonijiet gravi ta’ faqar, inugwaljanza, esklużjoni, ekonomija informali, esplojtazzjoni tal-bniedem, nuqqas ta’ koeżjoni soċjali u delokalizzazzjoni tal-intrapriżi u fl-aħħar mill-aħħar fuq tqassim aktar ekwu tad-dħul u tar-rikkezzi, b’kontribut għall-bidla neċessarja tal-mudell ta’ produzzjoni. Huwa hawnhekk li tidħol l-ESS, billi tipprovdi servizzi ta’ benesseri soċjali u, meta mqabbla ma’ setturi oħrajn, toffri vantaġġi komparattivi ta’ effikaċja fl-allokazzjoni u l-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi soċjali preferenzjali. Il-kapaċità tagħha li tkopri setturi kbar tal-popolazzjoni, f’territorji normalment ’il bogħod miċ-ċentri ta’ poter u ċ-ċentri ekonomiċi, ipoġġiha f’pożizzjoni ideali biex twettaq żvilupp aktar ekwu. |
2.5.2
2.5.2.1 |
L-ekonomija informali hija fenomenu mifrux ħafna fl-Amerika Latina, li jinstab ukoll f’ċerti żoni tal-UE (ekonomija informali), u hija kkaratterizzata mill-iżvilupp ta’ attivitajiet professjonali jew ekonomiċi li parzjalment jew kompletament ma jkollhomx protezzjoni soċjali u ma jirrispettawx il-leġislazzjoni applikabbli. Il-qgħad, in-nuqqas ta’ impjieg u l-kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol imorru kontra d-dikjarazzjonijiet tal-ILO dwar ix-xogħol deċenti (9). Din hija problema serja. Ġiet innutata rabta diretta bejn l-impjieg informali jew in-nuqqas ta’ impjieg u l-indiċi ta’ faqar, li huwa endemiku fost in-nisa, iż-żgħażagħ, il-popolazzjonijiet indiġeni jew il-persuni ta’ oriġini Afrikana u l-persuni b’diżabbiltà, kemm f’termini ta’ xogħol informali kif ukoll ta’ ugwaljanza fil-pagi u t-trattament. Iżda, flimkien ma’ atturi oħra, l-ESS hija għodda effikaċi għall-ġlieda kontra l-ekonomija informali, u dan għaliex hija tolqot intrapriżi u persuni li jaħdmu legalment u għandhom protezzjoni soċjali. Hija sservi wkoll biex jiġi evitat li jinbtu prattiki li jippromovu l-esternalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi għall-interess proprju, mingħajr garanziji ta’ prestazzjoni u nuqqas fil-kwalità għad-detriment tal-protezzjoni soċjali tal-benefiċjarji. It-trejdjunjins u atturi soċjali oħra, inkluża l-ESS, jistgħu jaħdmu flimkien u jaqdu rwol fundamentali fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi istituzzjonali biex jiġu miġġielda każijiet ta’ irregolaritajiet u frodi marbutin mal-ekonomija informali u ħaddiema awtonomi foloz. Dan jgħin ukoll biex jiġi żgurat xogħol diċenti u servizzi pubbliċi universali u ta’ kwalità, kif ukoll biex jiġu xprunati attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità. |
2.5.2.2 |
L-ILO tagħraf ir-rwol tal-ESS għax fost il-valuri u l-prinċipji li fuqhom huma bbażati l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali hemm ir-rispett tal-prinċipji u tad-drittijiet fundamentali tax-xogħol (10). F’dan is-sens, l-ESS uriet il-ħila tagħha li twessa’ s-servizzi ta’ protezzjoni soċjali għall-persuni u l-konsumaturi li mhumiex protetti minn sistemi fiskali ta’ sigurtà soċjali, u dan jgħin biex jitranġaw l-iżbilanċi tas-suq tax-xogħol u biex jiġi żgurat it-trattament ugwali. |
2.5.2.3 |
Jeżistu għadd ta’ gruppi informali ta’ ħaddiema indipendenti fl-ESS li m’għandhomx il-possibbiltà jiksbu taħriġ professjonali, fondi jew rikonoxximent uffiċjali. L-eżistenza ta’ rabtiet ibbażati fuq ir-reċiproċità u l-fiduċja bejn produtturi jew artiġjani żgħar tista’ twassal għal proċess ta’ formalizzazzjoni bl-intermedjarju tal-intrapriżi tal-ESS peress li l-produtturi mhux raggruppati, pereżempju, m’għandhom tista’ tgħid l-ebda mezz biex jaċċessaw is-suq uffiċjali. Għandha tissaħħaħ ukoll il-preżenza tal-ESS fl-iżvilupp tal-protezzjoni soċjali permezz ta’ sistemi tas-saħħa mmexxija bis-sehem tal-utenti. Huwa kruċjali li tiġi eliminata l-ekonomija informali li tista’ teżisti fi ħdan l-ESS innifisha. |
2.5.3
2.5.3.1 |
Huwa fundamentali li jiġi ppjanat l-istabbiliment ta’ parametri minimi ta’ koeżjoni soċjali għal kull approċċ għall-iżvilupp (11). Is-setgħat lokali qed jindunaw bl-importanza li jappoġġaw lill-intraprendituri tal-ESS biex jagħtu ħajja mill-ġdid lill-komunitajiet rurali u urbani. Dawn l-intrapriżi joħolqu impjiegi lokali u l-qligħ tagħhom jiċċirkola fil-livell lokali biex jiġi akkumulat għal finijiet ta’ investiment mill-ġdid fl-istess territorju. Il-kontroll lokali tal-investimenti, tal-oġġetti u tas-servizzi, kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni tal-qligħ fi ħdan l-ekonomija lokali u reġjonali jiggarantixxu għalhekk proċessi primarji ta’ koeżjoni soċjali, u joħolqu stabbiltà ekonomika. |
2.5.3.2 |
L-ESS turi l-kapaċità tagħha li toħloq u testendi l-kultura u n-nisġa intraprenditorjali kif ukoll li torbot l-attività ekonomika mal-ħtiġijiet tal-produzzjoni lokali. L-ESS tixpruna proċessi ta’ żvilupp endoġenu fiż-żoni rurali, ta’ rinnovazzjoni ta’ żoni urbani mitluqin u tagħti ħajja mill-ġdid lil żoni industrijali li sejrin lura, biex b’hekk jittaffew żbilanċi reġjonali serji mingħajr ma jiġi segwit mudell wieħed għall-iżvilupp lokali, iżda biex ikun jista’ jkun hemm koeżistenza ta’ approċċi differenti skont il-bżonnijiet soċjali u ekonomiċi tar-reġjuni. |
2.5.3.3 |
L-ESS tgħin l-awtonomija territorjali billi tagħti importanza partikolari lis-soċjetà ċivili fl-istabbiliment tal-mudell ta’ żvilupp taż-żona u l-kontroll tal-evoluzzjoni tal-proċessi ta’ tkabbir u tar-riforma strutturali. Il-kooperattivi agrikoli huma l-muftieħ ta’ dan il-proċess. Il-politiki ta’ koeżjoni soċjali għandhom jiffukaw fuq il-livell lokali (rurali u urban) sabiex jiggarantixxu s-servizzi soċjali bażiċi, l-infrastrutturi u l-edukazzjoni. L-ESS hija indispensabbli f’dan ir-rigward. |
2.5.4
2.5.4.1 |
L-ESS mhijiex settur marġinali iżda element istituzzjonali tas-sistema ekonomika li jeżisti flimkien mas-setturi pubbliċi u privati ta’ kapital. Dan jippermettilha tistabbilixxi pluralità ekonomika biex isservi ta’ kontrapiż għaż-żewġ setturi l-oħra. L-ESS tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, tippromovi spirtu ta’ assoċjazzjoni u tiżgura l-ugwaljanza permezz ta’ sistemi ta’ promozzjoni edukattiva. Hija essenzjali biex tinkiseb l-istabbiltà soċjali, is-sostenibbiltà tat-tkabbir ekonomiku, it-tqassim mill-ġdid tad-dħul u t-twettiq ta’ alternattivi ekonomiċi. |
2.5.4.2 |
Il-mod kif taħdem l-ESS, imsejsa fuq il-prinċipju tad-demokrazija u tal-parteċipazzjoni tal-persuni fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-proċessi ekonomiċi huwa tagħlima permanenti fil-qasam tad-demokrazija u taċ-ċittadinanza. L-ESS toħloq spirtu soċjali u l-ħila tagħha li tikkontribwixxi b’suċċess għas-soluzzjoni ta’ kunflitti, għall-paċi u għall-ġustizzja soċjali tagħmilha element li ma jistax jittiħidlu postu fis-sistema ekonomika u soċjali tal-Amerika Latina. Hemm bżonn li din il-ħila tiġi promossa. |
3. Kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-ESS
3.1 Ħtieġa għall-kooperazzjoni
3.1.1 L-ESS tistrieħ fuq prinċipji u prattiki komuni kemm għall-UE kif ukoll għall-Amerika Latina. Għaldaqstant, dawn il-punti komuni jistgħu jħeġġu l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ reġjuni, kemm fl-iżvilupp sostenibbi kif ukoll fl-iskambji kummerċjali u intraprenditorjali.
3.1.2 Billi jtenni dak li qal diġà fl-imgħoddi, il-KESE jisħaq fuq il-bżonn li l-ftehimiet kummerċjali li jiġu ffirmati mal-pajjiżi tal-Amerika Latina jħeġġu l-iżvilupp tan-negozji ż-żgħar u ta’ daqs medju, tal-mikrointrapriżi u, b’mod konkret, tal-ESS (12).
3.2 Netwerks
3.2.1 In-netwerks magħmulin minn korpi rappreżentattivi tal-ESS, intrapriżi soċjali, u ċentri ta’ informazzjoni, ta’ kwantifikazzjoni u innovazzjoni u ta’ taħriġ universitarju jistgħu joħolqu pjattaformi li jikkontribwixxu biex jingħelbu l-isfidi l-kbar identifikati. L-UE tista’ tkun partikolarment utli fit-twettiq ta’ dawn l-objettivi, iżda l-miżuri m’għandhomx jimmiraw biss lill-pajjiżi jew iż-żoni bl-inqas dħul iżda wkoll ir-reġjuni emerġenti bi dħul medju li jridu jsaħħu l-koeżjoni soċjali u t-tkabbir ekwu. ESS ibbażata fuq netwerks affidabbli tgħin biex jiġu determinati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti u l-proġetti l-aktar effikaċi li jagħmlu l-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE aktar selettiva. L-azzjoni tal-UE biex twaqqaf netwerks bejn l-Amerika Latina u reġjuni oħra (l-Afrika, l-Asja, eċċ.) li qed jiżviluppaw, ibbażati fl-ESS, tista’ tkun ta’ importanza kbira (13).
3.3 Kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-kożvilupp fil-qasam tal-ESS
3.3.1 L-UE tista’ tindirizza l-kooperazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta’ Pjani Intraprenditorjali tal-ESS għall-Iżvilupp Sostenibbli (14) li fihom jieħdu sehem il-gvernijiet tal-Amerika Latina impenjati f’dan il-qasam u l-organizzazzjonijiet tal-ESS taż-żewġ kontinenti, permezz tat-twaqqif ta’ programmi ta’ akkumpanjament u ta’ assistenza teknika għall-intraprendituri fil-qafas tal-politiki attivi tax-xogħol. B’dan il-mod, il-preżenza tal-UE fl-Amerika Latina turi li għandha dimensjonijiet oħra apparti l-interess kummerċjali.
4. L-2012 bħala punt ta’ bidla: Sena Internazzjonali tal-Kooperattivi (Nazzjonijiet Uniti) - is-7 laqgħa tas-soċjetà ċivili organizzata UE-Amerika Latina
4.1 Fir-Riżoluzzjoni 64/136 adottata mill-Assemblea Ġenerali tagħha, in-NU iddikjarat l-2012 bħala s-Sena Internazzjonali tal-Kooperattivi. Fost id-dikjarazzjonijiet importanti li jsiru fir-Riżoluzzjoni, li jenfasizzaw il-kontribut tal-kooperattivi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fid-dinja, in-NU tħeġġeġ li l-kooperattivi jiġu promossi attivament, speċjalment fl-2012. F’din l-opinjoni, il-Kumitat jappoġġja l-kontenut ta’ din ir-Riżoluzzjoni fl-aspetti kollha u jaqbel mal-proposti tagħha.
4.2 Fl-2012 ser issir ukoll is-7 laqgħa tas-soċjetà ċivili organizzata UE-Amerika Latina. Fil-qafas ta’ din il-laqgħa u l-laqgħat preparatorji għaliha, ser isiru laqgħat ta’ ħidma dwar il-kontenut ta’ din l-opinjoni mar-rappreżentanti tal-ESS, tal-Amerika Latina u tal-UE, bil-għan li jintlaħaq kunsens dwar ir-rakkomandazzjonijiet li għandhom jidhru fid-dokument finali.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Dokument COM(2009)/647 dwar l-Istrateġija UE 2020. ĠU C 347, 18.12.2010, p. 48–54, Opinjoni dwar “L-aspetti soċjoekonomiċi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina”.
(2) L-opinjoni CESE INT/447 dwar “Forom differenti ta’ intrapriża”, ĠU C 318, 23.12.2009, p. 22–28; ir-rapport tas-Sinjura Toia “INI/2250/2008”; l-opinjoni tal-KESE dwar il-promozzjoni tal-kooperattivi fl-Ewropa (mhux disponibbli bil-Malti) (ĠU C 234 tat-22.9.2005); l-opinjoni tal-KESE dwar l-ekonomija soċjali u s-suq uniku (mhux disponibbli bil-Malti) (ĠU C 117 tas-26.4.2000). F’dan is-sens, il-liġijiet Spanjoli u Portugiżi reċenti dwar l-ekonomija soċjali tal-2011, kif ukoll standards oħra tal-Istati Membri li jirregolaw korpi tal-ESS.
(3) Pereżempju l-ILO tuża dan it-terminu fid-dokument ta’ ħidma reċenti li ħareġ fl-2010 mfassal miċ-ċentru internazzjonali tat-taħriġ (ITC-ILO), bl-isem ta’ “Social and solidarity economy: building a common understanding” (Ekonomija soċjali u solidali: nibnu fehim komuni).
(4) Ma jeżistux statistiċi eżatti għall-Amerika Latina, iżda skont l-istudji li saru minn Fundibes sal-2009, wieħed jista’ jikkalkula, bejn wieħed u ieħor u b’mod provviżorju, li jeżistu aktar minn 700 000 organizzazzjoni tal-ESS u li dawn għandhom madwar 14-il miljun membru. Barra minn hekk, il-firxa tas-settur informali tal-ekonomija mar-reġjun kollu tagħmel estremament diffiċli l-kwantifikazzjoni ġenerali bl-eżatt jew saħansitra bejn wieħed u ieħor tal-ESS. Min-naħa tagħha, l-ICA tikkalkula li l-Amerika Latina hija r-reġjun li jirreġistra “l-aktar tkabbir rapidu” f’termini ta’ kooperattivi ġodda u ta’ membri (2009). L-Inacoop fl-Urugwaj tipprovdi xi ċifri għall-2008: 1 164 kooperattiva, 907 698 membru attiv, bi produzzjoni annwali ta’ 1 708 miljun dollaru (3,2 % tal-produzzjoni totali), 27 449 ħaddiem. Fl-2008 ukoll, fl-Arġentina: 12 760 kooperattiva b’9 392 713-il membru; soċjetajiet mutwali 4 166 b’4 997 067 membru; ħaddiema 289 460 (sors: INAES). iċ-Ċili: 1 152 kooperattiva b’1 178 688 membru; soċjetajiet mutwali: 536 (sors: Fundibes). il-Kolombja: 8 533 kooperattiva b’139 703 membru; soċjetajiet mutwali: 273 b’4 758 membru (sors: Confecoop). il-Gwatemala: 841 kooperattiva b’1 225 359 membru (sorsi varji). il-Paragwaj: 453 kooperattiva b’1 110 000 membru (sors: Fundibes). Għall-Brażil ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 9. Hemm ukoll studji li juru kemm baqgħet soda l-ESS fi żmien il-kriżi Iżda din l-informazzjoni u dawn l-istimi huma aktar intuwittivi u approssimattivi milli verifikabbli.
(5) Eżempji ta’ entitajiet rappreżentattivi: Confecoop (Kolombja), Conacoop (Kosta Rika), Confecoop (Gwatemala), Conpacoop (Paragwaj), Konfederazzjoni tal-kooperattivi tal-Ħonduras, OCB (Brażil), Conacoop (Repubblika Dominikana), Cudecoop (Urugwaj), Kunsill Messikan tal-Intrapriżi tal-Ekonomija Soċjali u Cosucoop (Messiku). Fil-livell internazzjonali: ACI-América, Cicopa u oħrajn.
(6) Istituzzjonijiet pubbliċi għall-ESS: Infocoop (Kosta Rika), Dansocial (Kolombja), Incoop (Paragwaj), INAES (Arġentina), Senaes (Brażil), Inacoop (Urugwaj) jew Insafocoop (El Salvador).
(7) Fuq l-istess linji ta’ dak li ġie indikat għall-SMEs fl-opinjoni CESE REX/180 (15.02.2006), ĠU C 88, 11.4.2006, p. 85–93, dwar “Ir-relazzjonijiet UE-Messiku” (mhux disponibbli bil-Malti).
(8) Skont id-data tas-CEPAL, aktar minn nofs il-popolazzjoni (350 miljun persuna) jgħixu taħt il-livell ta’ faqar u 22 miljun tifel u tifla jridu jaħdmu biex jgħixu. Ta’ min ifaħħar il-miżuri adottati f’dawn l-aħħar għaxar snin mill-gvern Brażiljan li permezz tagħhom miljuni ta’ persuni setgħu joħorġu minn sitwazzjoni ta’ faqar estrem. L-ESS tal-Brażil ikkontribwixxiet għal dawn il-kisbiet permezz tas-Senaes u tal-istrateġija tal-mexxej tagħha l-Professur Paul Singer. Kif qal hu stess dan l-aħħar, l-ESS teħtieġ aktar flus, suq akbar u li n-nies isiru jafu aktar dwarha.
(9) Skont il-Mappa tal-Ekonomija Solidali tal-Brażil, terz tat-22 000 intrapriża ta’ dan il-pajjiż huma informali (www.fbes.org.br). Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE REX/232, ĠU C 256, 27.10.2007, p. 138–143, dwar ir-“Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali”, l-opinjoni tal-KESE SOC/250, ĠU C 93, 27.4.2007, p. 38–41, “Xogħol deċenti għal kulħadd” (mhux disponibbli bil-Malti) u d-dokument ta’ ħidma tat-12.10.2009 dwar l-istrateġiji għaż-żamma u l-ħolqien tax-xogħol in ġenerali, u għaż-żgħażagħ u n-nisa b’mod partikolari (mhux disponibbli bil-Malti) tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Amerika Latina.
(10) Dokument ta’ ħidma 2011 “Economía social y solidaria: nuestro camino común hacia el Trabajo Decente” (“Ekonomija soċjali u solidali: it-triq komuni lejn xogħol deċenti”) li jinstab fuq http://socialeconomy.itcilo.org/en/2011-readers. Dan id-dokument serva wkoll ta’ referenza għall-punt 3.2 ta’ din l-opinjoni.
(11) Fost għadd kbir ta’ dokumenti oħra, ara: KESE: is-6 laqgħa tas-soċjetà ċivili UE-AL tal-2010. Dokumenti ta’ ħidma tas-CEPAL tas-Summit Latino-Amerikan tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ gvern f’Santiago de Chile fl-2007. CESE REX/257, ĠU C 100, 30.4.2009, p. 93–99, dwar “Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Brażil”. CESE REX/232, ĠU C 256, 27.10.2007, p. 138–143, dwar “Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali”. CESE: Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Latina Ċentrali. Summit ta’ Guadalajara UE-Amerika Latina. KESE: ir-4 laqgħa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata UE-Amerika Latina u l-Karibew tal-2006. CESE REX/210, ĠU C 309, 16.12.2006, p. 81–90, dwar “Relazzjonijiet bejn l-UE u l-komunità andina” (mhux disponibbli bil-Malti). CESE REX/180, ĠU C 88, 11.4.2006, p. 85–93, dwar “Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Messiku” (mhux disponibbli bil-Malti). CESE REX/135, ĠU C 110, 30.4.2004, p. 40–54, dwar “Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles fl-Ameriki” (mhux disponibbli bil-Malti). CESE REX/13 (ĠU C 169 tas-16.6.1999) (mhux disponibbli bil-Malti). Ta’ rilevanza speċjali CESE REX /152, ĠU C 110, 30.4.2004, p. 55–71, dwar “Il-koeżjoni soċjali fl-Amerika Latina u l-Karibew” (mhux disponibbli bil-Malti).
(12) Opinjoni CESE REX/277, ĠU C 347, 18.12.2010, p. 48–54, dwar “L-aspetti soċjoekonomiċi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina”. Ara wkoll il-pożizzjonijiet adottati mil-KESE dwar il-ftehimiet kummerċjali differenti mal-pajjiżi tar-reġjun.
(13) F’dan il-kuntest, irid jitqies ir-rwol li ċ-Ċina qed tikseb fil-livell dinji u l-importanza tagħha f’diversi aspetti bħala msieħeb strateġiku. Hemm netwerks kbar fl-Amerika Latina bħar-RED DEL SUR (Mercosur); Unisol (Brażil) jew il-Fond FIDES (Messiku).
(14) Ir-rabta bejn l-ESS u s-sostenibbiltà ambjentali hija waħda mill-karatteristiċi li jagħtuha l-identità tagħha. F’dan ir-rigward, ara l-Kapitlu 9 tad-dokument imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10 ta’ din l-opinjoni, dwar l-“Impjiegi Ekoloġiċi”. Ara wkoll ĠU C 48, 15.2.2011, p. 14–20 u ĠU C 48, 15.2.2011, p. 65–71.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/35 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-agrikoltura u l-artiġjanat — għaqda rebbieħa għaż-żoni rurali” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2012/C 143/07
Relatur: is-Sur KIENLE
Nhar it-22 ta’ Settembru 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, iddeċieda li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
L-agrikoltura u l-artiġjanat – għaqda rebbieħa għaż-żoni rurali (opinjoni fuq inizjattiva proprja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-20 ta’ Jannar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-23 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’184 vot favur, l-ebda (0) vot kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Permezz ta’ din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-KESE jixtieq jagħti lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-tħejjija tal-politiki tagħhom, b’mod partikolari fl-iżvilupp tat-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2014-2020. Din l-opinjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, u tressaq proposti konkreti li jikkonċernaw il-finanzjament futur mill-FAEŻR u l-Fondi Strutturali tal-UE, kif ukoll politiki oħra Ewropej. F’għajnejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw is-setturi tal-agrikoltura u tal-artiġjanat, dan l-impenn ċar favur id-dimensjoni reġjonali u/jew il-katini ta’ valur reġjonali huwa sinjal importanti ta’ appoġġ għall-attivitajiet tagħhom. Fl-istess waqt, il-KESE jittama li l-opinjoni tiegħu ser tagħti spinta ’l quddiem importanti lid-diskussjonijiet li jsiru fil-livell nazzjonali.
1.2 Fid-dawl tal-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 u t-12 ta’ Ottubru 2011 marbutin mal-finanzjament mill-FAEŻR u l-Fondi Strutturali għall-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020, il-KESE jirrakkomanda dan li ġej:
1.2.1 |
L-appoġġ għall-investiment offert lin-negozji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fil-qafas tal-FAEŻR, kif imsemmi fil-proposta, għandu jitwessa’ u jiġi kkwalifikat skont dan, fil-perspettiva tal-kooperazzjoni reġjonali bejn in-negozji stabbiliti fil-livell rurali, b’mod partikolari fis-setturi tal-artiġjanat u tal-agrikoltura. Għaldaqstant, għandhom jitnedew u jiġu appoġġjati netwerks reġjonali ta’ komunikazzjoni u netwerks ta’ għoti ta’ pariri li jgħaqqdu flimkien lill-intraprendituri lokali. |
1.2.2 |
L-inizjattivi lokali mmexxija mill-UE finanzjati fi ħdan il-FAEŻR u l-Fondi Strutturali huma mezz importanti kif jistgħu jiġu appoġġjati l-attivitajiet artiġjanali, agrikoli, turistiċi u kummerċjali ta’ reġjun. Madankollu, dawn l-inizjattivi ta’ appoġġ għandhom jagħtu prijorità lill-interessi tal-imsieħba soċjali u ekonomiċi. |
1.2.3 |
Għandu jingħata appoġġ sostnut lill-iskambju tal-għarfien xjentifiku, l-informazzjoni u l-innovazzjonijiet fost l-SMEs, sabiex jiġi mħeġġeġ u garantit l-impjieg fiż-żoni rurali, u biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet ekonomiċi effikaċi f’dak li huma riżorsi u klima. Huwa importanti li l-ħiliet u l-esperjenza tradizzjonali ma jintesewx, iżda li, għall-kuntrarju, dawn jiġu mħarsa u użati bħala sors prezzjuż ta’ tagħlim. |
1.2.4 |
Il-katini ta’ valur reġjonali joffru perspettivi sbieħ għall-ġejjieni tal-artiġjanat, tal-agrikoltura, tat-turiżmu, tal-kummerċ u tal-ekonomija rurali kollha. Dawn għandhom jingħataw attenzjoni partikolari, speċjalment fir-rigward tad-ditti reġjonali hekk imsejħa “umbrella”, kif ukoll tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni komuni. |
1.2.5 |
In-negozji artiġjanali u agrikoli jistrieħu fuq infrastrutturi adegwati għan-negozji. Huma prinċipalment il-Fondi Strutturali li jridu joħolqu l-kundizzjonijiet adegwati għal dan il-għan, pereżempju permezz ta’ baġits reġjonali flessibbli. |
2. Daħla
2.1 Is-setturi tal-agrikoltura u tal-artiġjanat, fejn tiddomina l-preżenza tal-SMEs, jagħġnu l-ekonomija rurali b’diversi modi u huma vitali għall-istrutturi ta’ provvediment u tal-ħajja soċjali tal-irħula u tal-ibliet żgħar tal-UE.
2.2 Fid-dawl tat-tkabbir imminenti tal-politika Ewropea ta’ appoġġ għaż-żoni rurali għall-perjodu 2014-2020, din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja għandha l-għan li tagħti kontribut biex jintuża potenzjal ġdid għall-ħolqien ta’ valur miżjud għall-agrikoltura u l-artiġjanat fiż-żoni rurali. Il-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-PAK u l-politika ta’ koeżjoni wara l-2013 jipprovdu l-kuntest adegwat biex dan jinbeda. Dawn iwessgħu l-fondi tal-FAEŻR biex jinkludu l-intrapriżi kollha fiż-żoni rurali, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar fiż-żoni rurali, li jirrappreżentaw bidla kbira. F’kuntest ta’ skambju ta’ għarfien u ħiliet, din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja għandha l-għan li tixpruna d-dibattitu Ewropew dwar tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Kwistjoni oħra hija dik tat-titjib tal-kundizzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati miżuri inklużivi u transsettorjali li jkollhom impatt dewwiemi fuq il-kwalità tal-ħajja u l-potenzjal ekonomiku taż-żoni rurali u li jiggarantixxu l-istrutturi ta’ provvista meta jseħħ tnaqqis demografiku. Fl-istess ħin, l-opinjoni għandha l-għan li tħeġġeġ id-dibattitu pubbliku dwar il-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-tibdil demografiku u d-dibattiti nazzjonali dwar iż-żamma tal-kompetittività u tal-vitalità taż-żoni rurali.
3. Sitwazzjoni attwali
3.1 In-negozji żgħar u ta’ daqs medju artiġjanali u agrikoli, stabbiliti u minquxa fiż-żoni rurali, kemm mil-lat ta’ attività ekonomika kif ukoll tal-impenn soċjali tagħhom, joffru potenzjal konsiderevoli għat-tisħiħ tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali eżistenti u biex jintlaqgħu l-isfidi għall-ġejjieni. Huma għandhom impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja, u permezz tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jikkontribwixxu biex jissawru identitajiet reġjonali. Huma għassiesa tat-tradizzjonijiet ewlenin u mexxejja tal-innovazzjoni fl-istess ħin. L-artiġjanat u l-agrikoltura jirrappreżentaw il-modernità u s-sostenibbiltà, il-prodotti ta’ kwalità, il-garanzija tal-provvista tal-enerġija, il-ħarsien sostenibbli tal-ambjent u tan-natura, kif ukoll il-konservazzjoni tal-wirt kulturali. Il-ħaddiema tas-setturi artiġjanali u agrikoli huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ kwalifiki, spirtu ta’ inizjattiva, u ħila kbira li jadattaw u jitgħallmu. Dawn il-kwalitajiet huma l-bażi ta’ għadd ta’ mudelli soċjoekonomiċi li kienu ta’ suċċess fi rħula u bliet żgħar rurali.
3.2 Kważi r-reġjuni rurali kollha tal-UE għad fadlilhom potenzjal kbir x’joffru fil-qasam tal-ħolqien komuni ta’ valur għall-agrikoltura u l-artiġjanat. Dan il-potenzjal jinsab fil-kooperazzjoni fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni fil-livelli reġjonali u interreġjonali, iżda wkoll fil-kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi u fl-ugwaljanza tas-sehem tan-nisa u tal-irġiel.
3.3 L-istruttura taż-żoni rurali tvarja konsiderevolment fi ħdan l-UE. Maġenb reġjuni għonja ħafna fejn ir-rata tal-qgħad hija baxxa u t-tkabbir huwa sod, jeżistu wkoll reġjuni fejn jingħaqdu problemi ekonomiċi, ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ jew temigra. Barra minn hekk, mhux dejjem ikun possibbli l-aċċess f’distanzi aċċettabbli għal korsijiet ta’ taħriġ jew ta’ edukazzjoni vokazzjonali. Hemm ukoll ir-riskju li d-differenzi fl-iżvilupp soċjoekonomiku u fl-istandards tal-infrastrutturi jiżdidu.
3.4 Il-persuni avvanzati fl-età b’mod partikolari huma dipendenti fuq vjaġġi fuq distanzi qosra u servizzi lokali li jkunu jistgħu jaċċessaw faċilment; iż-żgħażagħ jeħtieġu infrastruttura bażika li taħdem tajjeb, bħall-internet, kindergardens u skejjel primarji. It-tibdil demografiku joħloq il-bżonn urġenti għal aġġustament tal-infrastrutturi u l-faċilitajiet rurali. Bħalissa, l-għarfien espert tan-negozji stabbiliti f’dawn iż-żoni, b’mod partikolari tan-negozji żgħar u ta’ daqs medju, rarament jintuża bis-sħiħ fil-ġestjoni ta’ dawn l-isfidi. In-negozji artiġjanali u agrikoli soċjalment responsabbli u impenjati fil-livell lokali jagħtu kontribut imdaqqas għall-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità fi ħdan is-soċjetà.
3.5 Biex jirnexxu, individwalment jew flimkien, in-negozji artiġjanali u agrikoli u l-imsieħba ekonomiċi reġjonali l-oħra jiddependu mill-veloċità tal-konnessjonijiet lokali tal-internet. Iżda l-aċċess għall-broadband ta’ sikwit ma jkunx sodisfaċenti, b’mod partikolari fiż-żoni rurali periferiċi.
3.6 Id-dimensjoni reġjonali qed tiġi diskussa dejjem aktar fid-dibattiti soċjali. Hija l-espressjoni ta’ soċjetà responsabbli u li tirrispetta ċerti valuri u hija prerekwiżit għal attività ekonomika u koeżistenza sostenibbli. Madankollu, ta’ spiss jiġri li r-reġjuni ma jkollhomx l-enerġija neċessarja, jew l-inċentivi għall-użu tal-potenzjal reġjonali għall-ħolqien ta’ valur ikunu dgħajfa wisq. Ta’ sikwit l-interazzjoni bejn l-intraprendituri tal-istess reġjun tkun assenti jew mhux żviluppata biżżejjed.
3.7 L-artiġjanat u l-agrikoltura qed iħabbtu wiċċhom mal-istess sfida li qiegħda dejjem tikber - dik tal-protezzjoni tar-riżorsi u tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’mod effiċjenti. Kemm fl-artiġjanat kif ukoll fl-agrikoltura, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-ħarsien tal-klima huma kunċetti ewlenin għall-istrateġiji tan-negozji li jħarsu ’l quddiem. Permezz ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ setturi, iż-żoni rurali jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jingħelbu l-isfidi li qed tiffaċċja s-soċjetà kollha kemm hi.
4. Għanijiet
4.1 Fil-fehma tal-KESE huwa indispensabbli li l-istituzzjonijiet Ewropej u gvernijiet u amministrazzjonijiet nazzjonali jagħrfu aħjar il-potenzjal tal-artiġjanat u tal-agrikoltura, billi jqisuhom fil-politiki tagħhom biex b’hekk jgħinu biex jinżammu l-perspettivi tal-ġejjieni tar-reġjuni rurali.
4.2 Il-KESE jappoġġja bil-qawwi l-użu ta’ potenzjal ġdid għall-ħolqien komuni ta’ valur mill-artiġjanat u l-agrikoltura.
— |
Għandhom jiġu stabbiliti jew imsaħħa l-katini ta’ valur reġjonali li jgħaqqdu l-agrikoltura u l-artiġjanat ma’ setturi oħra bħall-kummerċ, it-turiżmu, is-saħħa, jew il-forestrija; dan ifisser li għandhom jiġu garantiti regoli ġusti ta’ kompetizzjoni u jiġu żviluppati wkoll strutturi li permezz tagħhom ikun jista’ jintuża aħjar il-potenzjal ekonomiku tar-reġjuni bl-għajnuna tal-SMEs lokali. |
— |
Għandu jkun hemm appoġġ għaż-żamma, id-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp tal-SMEs fiż-żoni rurali, kif ukoll kooperazzjonijiet ekonomiċi transsettorjali. |
— |
Hemm bżonn li jiġu żviluppati programmi aċċessibbli faċilment għall-promozzjoni tat-tkabbir, tal-innovazzjoni u tal-ħiliet sabiex jittejjeb l-appoġġ għan-negozji żgħar fiż-żoni rurali; fir-reġjuni kollha tal-Ewropa għandhom jinħolqu possibiltajiet adegwati ta’ aċċess għat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali u jiġi żgurat l-iskambju tal-għarfien dwar it-teknoloġiji avvanzati tal-ġejjieni b’rabta ma’ applikazzjonijiet prattiċi. |
— |
L-istudenti għandhom iqattgħu ħin mal-artiġjani u l-bdiewa lokali biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċeduri tal-produzzjoni tradizzjonali u moderni u biex jitgħallmu dwar il-valuri tax-xogħol awtonomu u indipendenti. |
— |
Il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel u prodotti oħra reġjonali għandhom jiġu mmirati lejn ħtiġijiet u karatteristiċi reġjonali speċifiċi; għaldaqstant għandhom jitħeġġu sistemi biex tiġi ggarantita l-kwalità, għall-istrateġiji għall-iżvilupp ta’ ditti u l-kummerċjalizzazzjoni. |
— |
Għandhom jiġu appoġġjati prattiki ekonomiċi effikaċi fir-rigward tar-riżorsi u l-klima. |
— |
Għandhom jiġu ppriservati u msaħħa s-servizzi ta’ utilità pubblika, l-infrastrutturi u l-ħajja soċjali fiż-żoni rurali. |
— |
Għandha titjieb il-konnessjoni ma’ netwerks broadband peress li din hija kundizzjoni indispensabbli għall-użu ta’ potenzjal għall-ħolqien ta’ valur mill-SMEs fiż-żoni rurali. |
— |
Is-sistemi ta’ provvista enerġetika deċentralizzati u l-miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għandhom jitqiesu bħala opportunità kbira biex jinħoloq potenzjal ġdid għall-ħolqien ta’ valur. |
— |
Fid-dawl tat-tibdil demografiku qawwi, huwa indispensabbli li tinżamm forza tax-xogħol ikkwalifikata fir-reġjuni rurali u li dawn jitressqu lejn l-attivitajiet li ser ikunu importanti fil-ġejjieni fi ħdan negozji artiġjanali u agrikoli. |
— |
Huwa assolutament neċessarju li l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u n-negozji taż-żoni rurali, b’mod partikolari dawk li fl-agrikoltura u l-artiġjanat, jitħeġġu jniedu djalogu mas-soċjetà ċivili u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam ekonomiku, kif ukoll li jinsiltu tagħlimiet mill-prattiki tajbin eżistenti. |
4.3 Il-KESE jixtieq jinsisti fuq tliet objettivi li huma partikolarment importanti għall-promozzjoni aħjar ta’ dan il-potenzjal għall-ġejjieni għall-ġid tal-ekonomiji reġjonali u fi sħubija:
4.3.1
Vantaġġ importanti tal-agrikultura u tal-artiġjanat huwa li dawn għandhom għeruq lokali u reġjonali. F’kuntest ta’ ekonomija globalizzata, il-prodotti lokali u reġjonali jassumu importanza partikolari. Ta’ sikwit permezz tal-miżuri li jittieħdu fil-livell lokali jkunu jistgħu jissolvew il-problemi attwali. Għaldaqstant, l-iżvilupp ta’ katini ta’ valur reġjonali jikseb importanza akbar. Fis-settur tal-ikel b’mod partikolari, tradizzjonalment hemm rabtiet u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-agrikoltura u l-artiġjanat li, f’għadd kbir ta’ reġjuni, jirrappreżentaw valur miżjud sinifikanti għall-konsumatur. Jeżistu ħafna eżempji pożittivi ta’ dan u jkun tajjeb li jiġu żviluppati aktar u li jinfirxu ma’ reġjuni oħra. Dan għandu jservi wkoll bħala mudell għal setturi oħra ta’ prodotti u servizzi, bħalma huma l-ipproċessar tal-injam u t-turiżmu rurali. Fl-istess ħin, din il-kooperazzjoni tista’ tgħin biex jitħarsu l-istrutturi tal-provvista lokali, biex jitnaqqas it-traffiku u b’hekk isir kontribut għall-protezzjoni tal-klima.
Kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-atturi rurali ewlenin fis-sura ta’ katini ta’ valur tippermetti wkoll li l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel jiġu orjentati lejn il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni u li tinħoloq identità lokali unika. L-iżvilupp ta’ ditti reġjonali hekk imsejħa “umbrella” għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni komuni twieġeb għall-bżonnijiet li qed jikbru tal-konsumaturi dwar il-kwalità u l-oriġini tal-prodotti. Għandhom jiġu introdotti tikketti ta’ kwalità u ta’ oriġini għal prodotti artiġjanali, l-istess bħalma hemm għall-prodotti tal-ikel.
4.3.2
It-twaqqif ta’ sistemi ta’ provvista enerġetika deċentralizzati u ta’ miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fiż-żoni rurali fil-ġejjieni ser jikseb importanza akbar u sinifikanti fl-Ewropa u dawn ser joffru opportunità ideali għall-kooperazzjoni bejn is-settur tal-artiġjanat u dak tal-agrikoltura. Il-benefiċċji ambjentali tal-enerġiji u l-materji primi rinnovabbli jistgħu jintużaw b’mod sħiħ biss jekk dawn jiġu pproċessati fir-reġjuni fejn jiġu prodotti. Għal dan, hemm bżonn ta’ esperti lokali.
Is-settur tat-tkabbir, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materja prima u tal-materjali rinnovabbli huma oqsma oħra ta’ azzjoni fejn hemm prospetti tajbin għall-kooperazzjoni reġjonali.
4.3.3
Minħabba t-tibdil demografiku u, fir-reġjuni rurali periferiċi, minħabba emigrazzjoni mdaqqsa tal-popolazzjoni lejn ċentri urbani, in-negozji agrikoli u artiġjanali qed isibuha dejjem aktar diffiċli jirreklutaw nies tas-sengħa bi kwalifiki għoljin (1). Kif ingħad diġà f’opinjoni oħra tal-KESE, l-impjieg tan-nisa jistħoqqlu attenzjoni partikolari (2). Biex tiġi żgurata l-vijabbiltà lokali fuq tul ta’ żmien, hemm bżonn jittejbu l-fatturi ta’ lokalità indiretti bħall-kwalità tal-ħajja, id-disponibbiltà tad-djar, l-edukazzjoni, l-offerta kulturali u ta’ divertiment u fuq kollox il-faċilitajiet għall-familji żgħażagħ. L-isforzi tal-imsieħba ekonomiċi biex tiġi pprovduta informazzjoni bikrija dwar il-professjonijiet tal-ġejjieni offerti mill-artiġjanat u l-agrikoltura għal studenti u żgħażagħ, għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri politiċi maħsuba mill-uffiċċji tax-xogħol u l-iskejjel pubbliċi. Il-ħaddiema mħarrġa għal dawn il-professjonijiet ikunu lesti għax-xogħol, u bil-kapaċità importanti li jadattaw għall-isfidi l-ġodda fis-suq tax-xogħol (3).
5. Miżuri
5.1 Biex jinkisbu l-għanijiet imniżżlin hawn fuq, il-KESE jqis li hemm bżonn li nibnu fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli, li l-appoġġ għaż-żoni rurali fi ħdan il-FAEŻR, u s-sitt prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, u l-Fondi Strutturali, jitqiesu b’mod adegwat, kif ukoll li jinkiseb impatt dewwiemi fuq il-kwalità tal-ħajja u l-potenzjal ekonomiku f’żoni rurali permezz ta’ approċċi politiċi integrati. Approċċ transsettorjali u li juża fondi differenti jgħin konsiderevolment l-iżvilupp ta’ katini ta’ valur komuni, it-tnaqqis tal-emigrazzjoni u l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ provvista f’żoni rurali, u minn dan igawdu l-oqsma tal-ekonomija kollha u l-gruppi tal-popolazzjoni kollha li jkunu stabbiliti fiż-żona.
5.2 Fil-fehma tal-KESE, l-elementi ta’ azzjoni konkreti li jridu jitqiesu fit-tfassil tal-politika strutturali futura tal-UE dwar iż-żoni rurali huma b’mod partikolari:
— |
l-investimenti favur id-diversifikazzjoni, il-ħolqien, l-iskambju ta’ attivitajiet u ta’ żvilupp tal-SMEs fiż-żoni rurali; |
— |
il-promozzjoni u t-tnedija ta’ kooperazzjonijiet u ta’ pjattaformi transsettorjali (billi pereżempju jiġu organizzati “round tables” fuq bażi regolari); |
— |
il-promozzjoni ta’ attività ekonomika reġjonali (tradizzjonali) fuq distanzi ta’ trasport qosra; |
— |
il-promozzjoni ta’ ditti reġjonali hekk imsejħa “umbrella” għal finijiet ta’ ipproċessar u ta’ kummerċjalizzazzjoni komuni ta’ prodotti u servizzi reġjonali; |
— |
il-promozzjoni tal-kwalità u tas-sistemi għall-garanzija tal-kwalità, li huma essenzjali biex jinbiegħu l-prodotti; |
— |
il-promozzjoni ta’ prattiki ekonomiċi effikaċi fir-rigward tar-riżorsi u l-klima; |
— |
l-appoġġ tal-iskambju mmirat ta’ għarfien u ħiliet lin-negozji artiġjanali, agrikoli, kif ukoll ta’ imsieħba ekonomiċi oħra fiż-żoni rurali; |
— |
il-promozzjoni ta’ sħubijiet ta’ innovazzjoni bejn ir-riċerka u l-industrija, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-innovazzjonijiet orjentati lejn l-applikazzjonijiet u l-proċessi għall-SMEs; |
— |
iż-żamma u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi għan-negozji fil-viċinanza fiż-żoni rurali (b’mod partikolari l-broadband); |
— |
appoġġ għall-miżuri mill-imsieħba soċjali u ekonomiċi sabiex jintlaqgħu l-ħtiġijiet futuri tal-forza tax-xogħol; |
— |
ħidma biex tixxerred l-informazzjoni permezz ta’ żjajjar fi skejjel u fost iċ-ċittadini; |
— |
l-estensjoni tal-inizjattiva “LEADER” attwali biex jiġu inklużi ħafna aktar l-intraprendituri u biex jingħata spinta ’l quddiem il-potenzjal ekonomiku fiż-żoni rurali; |
— |
il-promozzjoni tan-netwerks ta’ għoti ta’ pariri minn negozjanti li għandhom SME, speċjalment biex dawn jiggwidaw il-kooperazzjoni; |
— |
il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-ġbir u t-tixrid tal-aħjar prattiki fl-iżvilupp reġjonali u l-kooperazzjoni bejn l-imsieħba soċjoekonomiċi rurali; |
— |
l-appoġġ għar-reġjuni rurali permezz ta’ baġit reġjonali flessibbli. |
Brussell, 23 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) CESE 1704/2007, ĠU C 120, 16.5.2008, p.47
(2) CESE 1175/2011, ĠU C 318, 29.10.2011, p. 43
(3) ibidem
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/39 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-pożizzjoni tal-KESE dwar it-tħejjija tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20)” (opinjoni addizzjonali)
2012/C 143/08
Relatur Ġenerali: is-Sur WILMS
Nhar is-17 ta’ Jannar 2012, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(a) tad-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura, li jfassal opinjoni addizzjonali dwar
Il-pożizzjoni tal-KESE dwar it-tħejjija tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) (opinjoni addizzjonali)
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-478 Sessjoni Plenara tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar) li jaħtar lis-Sur WILMS bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’211-il vot favur u 3 astensjonijiet.
1. Introduzzjoni
1.1 |
In-Nazzjonijiet Uniti sejħu Konferenza dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li għandha sseħħ bejn l-20 u t-22 ta’ Ġunju 2012 f’Rio de Janeiro, il-Brażil. It-tieni Laqgħa Preparatorja tal-Kumitat għal din il-Konferenza stiednet lill-Istati Membri kollha, lill-organizzazzjonijiet rilevanti li jaqgħu taħt is-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-partijiet interessati rilevanti sabiex jibagħtu l-kontributi tagħhom lis-Segretarjat sal-1 ta’ Novembru 2011, sabiex dawn jiġu inklużi f’test ta’ kompilazzjoni maħsub biex iservi ta’ bażi għat-tħejjija ta’ abbozz preliminari tad-dokument finali, mistenni li jiġi ppreżentat f’Jannar 2012. |
1.2 |
Il-KESE kkontribwixxa għall-pożizzjoni komuni tal-UE u l-Istati Membri tagħha fir-rigward ta’ dan id-dokument ta’ kompilazzjoni permezz tal-opinjoni tiegħu (1) dwar “Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar – Kontribut tas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea”, li ġiet adottata f’Settembru 2011. |
1.3 |
Bħalma msemmi fil-pjan ta’ azzjoni ta’ din l-opinjoni, il-KESE kompla jimpenja ruħu fid-djalogu mas-soċjetà ċivili kemm fl-Ewropa kif ukoll barra mill-fruntieri tagħha. Fil-livell internazzjonali, id-djalogu qed iseħħ fil-qafas tal-laqgħat tar-round tables tas-soċjetà ċivili UE-Brażil, UE-Ċina, il-laqgħat tal-KESE mal-Kamra Ċivika Russa u l-AICESIS. Huma ppjanati aktar attivitajiet fil-qafas tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-AKP. |
1.4 |
Fil-livell Ewropew, il-KESE organizza proċess ta’ djalogu wiesa’ dwar is-suġġetti tal-Konferenza Rio+20, inklużi l-ewwel reazzjonijiet dwar l-abbozz preliminari tad-dokument finali li ġie ppubblikat fl-10 ta’ Jannar. Dan il-proċess ta’ djalogu kien immirat lejn it-tħejjija tal-konferenza ewlenija tas-soċjetà ċivili “Aħseb b’mod sostenibbli, kun responsabbli! Is-soċjetà ċivili Ewropea fi triqitha lejn Rio+20”, organizzata mill-KESE fis-7 u t-8 ta’ Frar 2012, u kellu l-għan li jintlaħaq ftehim dwar messaġġ komuni fil-kuntest ta’ din il-konferenza. |
1.5 |
L-opinjoni preżenti ttenni r-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ippreżentati fl-opinjoni preċedenti tal-KESE dwar “Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar – Kontribut tas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea” (2), u tapprova bis-sħiħ il-messaġġ tal-Konferenza tal-KESE “Aħseb b’mod sostenibbli, kun responsabbli! Is-soċjetà ċivili Ewropea fi triqitha lejn Rio+20”. |
2. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
2.1 |
Il-KESE jinsab konvint li l-kriżijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali li għaddejjin bħalissa huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin u li mhuwiex possibbli nkomplu għaddejjin qisu xejn mhu xejn. |
2.2 |
Il-KESE jtenni dan il-messaġġ mill-Konferenza “Aħseb b’mod sostenibbli, kun responsabbli! Is-soċjetà ċivili Ewropea fi triqitha lejn Rio+20” organizzata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fis-7 u t-8 ta’ Frar 2012 fi Brussell. |
2.3 |
Waqt il-Konferenza tan-NU Rio+20, il-mexxejja dinjin iridu jieħdu impenn favur pjan ta’ azzjoni konkret li jwassal għall-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar fil-limitazzjonijiet tal-pjaneta. Il-promozzjoni ta’ ekonomija ekoloġika għandha tagħmel parti minn strateġija globali għall-iżvilupp sostenibbli u għandha tilħaq bilanċ bejn l-aspetti soċjali, ekoloġiċi u ekonomiċi filwaqt li tikseb l-ekwità distributtiva u interġenerazzjonali. |
2.4 |
Il-qerda tal-faqar u l-iżgurar tal-aċċess għal ammont kbir biżżejjed ta’ ikel, ilma nadif u enerġija sostenibbli għal kulħadd għandhom ikunu fost l-ogħla prijoritajiet fuq l-aġenda ta’ Rio+20. Il-promozzjoni ta’ agrikoltura lokali b’saħħitha mil-lat ambjentali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw taqdi rwol kruċjali fil-ġlieda kontra l-faqar u fit-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u hija mutur għall-iżvilupp ta’ żoni rurali ekonomikament prosperi. Id-drittijiet indaqs tan-nisa fil-livell politiku, ekonomiku u soċjali għandhom bżonn jiġu żgurati. |
2.5 |
Il-mexxejja politiċi għandhom jimplimentaw l-impenn tagħhom li jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u għandhom bżonn jadottaw miżuri addizzjonali biex jiżguraw il-finanzjament effettiv meħtieġ. B’mod partikolari, il-pajjiżi żviluppati għandhom jimplimentaw b’mod effettiv l-impenn tagħhom li jallokaw tal-anqas 0,7 % tad-dħul nazzjonali gross tagħhom għall-għajnuna għall-kooperazzjoni. |
2.6 |
In-negozjanti Ewropej għandhom jenfasizzaw id-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli bil-wisq aktar milli ppjanat fl-abbozz preliminari. Jeħtieġ azzjoni urġenti dwar l-inugwaljanzi dejjem jikbru mil-lat soċjali u minn dak tal-ġid fi ħdan u bejn il-pajjiżi, peress li dawn l-inugwaljanzi qed ixekklu l-isforzi mmirati lejn il-ksib tal-iżvilupp sostenibbli u tal-ekwità distributtiva. Barra minn hekk, tranżizzjoni ġusta għandha tiggarantixxi xogħol deċenti u impjiegi ta’ kwalità għolja għall-ħaddiema. Hemm bżonn li l-Istandards Ewlenin tax-Xogħol tal-ILO jiġu ratifikati u applikati u l-Inizjattiva tal-ILO għal Bażi ta’ Protezzjoni Soċjali għandha tirċievi appoġġ sħiħ. |
2.7 |
Il-mexxejja politiċi f’Rio għandhom jieħdu impenn favur pjan direzzjonali lejn ekonomija ekoloġika b’għanijiet ċari u mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, li jiżgura tranżizzjoni ekonomikament effiċjenti, soċjalment ġusta u ambjentalment b’saħħitha lejn soċjetajiet sostenibbli. Il-proċess ta’ tranżizzjoni għandu jkun imsejjes fuq l-impenn bla heda fir-rigward tas-soċjetà ċivili, inkluż id-djalogu soċjali. |
2.8 |
F’Rio, il-pajjiżi Ewropej u pajjiżi oħra żviluppati jridu jieħdu impenn favur tnaqqis sostenibbli tal-konsum tagħhom fir-rigward tar-riżorsi naturali limitati tad-dinja. Il-mexxejja Ewropej għandhom jimplimentaw il-miri tal-UE li jkunu ġew konklużi u jħejju ruħhom għal azzjoni aktar ambizzjuża. Il-pajjiżi emerġenti għandhom jużaw ir-riżorsi naturali b’mod aktar effiċjenti. |
2.9 |
Il-mudelli mhux sostenibbli ta’ produzzjoni u ta’ konsum iridu jitwarrbu progressivament, bl-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ strumenti politiċi, inklużi miżuri regolatorji, għodod ta’ politika fiskali, akkwist pubbliku ekoloġiku u soċjali, l-eliminazzjoni gradwali ta’ sussidji li huma ta’ ħsara mil-lat ambjentali, riċerka dwar l-innovazzjoni ekoloġika, l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ambjentali u inċentivi oħra bbażati fuq is-suq, filwaqt li fl-istess ħin jiġu promossi stili oħra ta’ ħajja u l-involviment attiv tal-konsumaturi fit-tranżizzjoni. F’Rio, għandu jiġi adottat programm ta’ ħidma fuq għaxar snin dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. |
2.10 |
L-abbozz preliminari jagħraf il-limitazzjonijiet tal-PDG bħala mezz biex jitkejjel il-benesseri; issa s-soċjetà ċivili għandha tiġi involuta fl-iżvilupp urġenti ta’ indikaturi komplementari. |
2.11 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva li sal-2015 tiġi stabbilita sensiela ta’ Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, filwaqt li jiġi adottat approċċ ibbilanċjat lejn it-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli. Jeħtieġ li f’Rio jibda proċess inklużiv li jgħaqqad flimkien l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u li jiġu stabbiliti strateġija u indikaturi għall-iżvilupp sostenibbli b’mekkaniżmi ċari għall-kontabbiltà. |
2.12 |
F’Rio, jeħtieġ patt globali ġdid biex jiġu żgurati l-investimenti meħtieġa sabiex l-ekonomija ssir aktar ekoloġika. |
2.13 |
Ir-rwol ewlieni u r-responsabbiltà tas-settur privat fil-ksib ta’ tranżizzjoni lejn l-iżvilupp sostenibbli huma rikonoxxuti. Li l-ekonomija ssir aktar ekoloġika hija opportunità għan-negozju. In-negozju u l-industrija għandhom jieħdu din l-opportunità. Il-mexxejja politiċi għandhom ifasslu oqfsa ta’ politika ċari, stabbli u prevedibbli għall-ekonomija ekoloġika sabiex lin-negozju jagħtuh il-fiduċja, il-qafas regolatorju u l-inċentivi għall-investiment li għandu bżonn. |
2.14 |
Għandu jinħoloq Kunsill ġdid għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jieħu post il-Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli, kif ukoll aġenzija ġdida tan-NU għall-ambjent ibbażata fuq l-UNEP. Dawn iż-żewġ korpi għandhom jipprevedu l-involviment effettiv tas-soċjetà ċivili, kif irrappreżentata mill-gruppi l-kbar. |
2.15 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li jiġi stabbilit ombudsman għall-ġenerazzjonijiet futuri. |
2.16 |
Waqt il-Konferenza Rio+20, il-mexxejja politiċi għandhom jiftiehmu dwar miżuri addizzjonali maħsuba biex itejbu l-involviment attiv tas-soċjetà ċivili u biex jiksbu l-għoti ta’ setgħa fil-livell globali, nazzjonali u lokali fit-tranżizzjoni lejn soċjetajiet sostenibbli. Għandhom jiġu stabbiliti oqfsa legali u istituzzjonali li jiżguraw l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, id-djalogu, il-parteċipazzjoni u l-iskrutinju demokratiku. Il-forums ta’ diversi partijiet interessati bħall-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u l-Kunsilli Nazzjonali għas-Sostenibbiltà għandhom jiġu promossi bħala mudelli biex jiġi stimolat id-dibattitu tas-soċjetà ċivili. Hemm bżonn aktar kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u programmi edukattivi dwar l-iżvilupp sostenibbli. |
2.17 |
Is-soċjetà ċivili madwar id-dinja għandha tkompli tirsisti sabiex ir-riżultat tal-Konferenza jkun kapaċi jindirizza l-isfidi li qed niffaċċjaw. Is-soċjetà ċivili għandha terfa’ responsabbiltà globali! |
2.18 |
L-abozz preliminari tad-dokument finali maħruġ mill-Bureau tal-Konferenza tan-NU Rio+20 huwa punt tat-tluq tajjeb għal aktar negozjati fil-futur. Madankollu, l-abbozz preliminari għadu lura ħafna milli jindirizza l-isfidi li qed niffaċċjaw. |
2.19 |
Il-kapijiet ta’ gvern Ewropej għandhom jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jimpenjaw ruħhom fil-Konferenza Rio+20. In-negozjanti tal-UE għandhom jaħdmu favur dokument aktar ambizzjuż fir-rigward tal-miri, l-iskadenzi, il-finanzjament, l-impenn legali u s-segwitu. L-Istrateġija globali tal-UE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għandha bżonn tiġi eżaminata mill-ġdid u tingħata ħajja ġdida wara l-Konferenza Rio+20. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 376, 22.12.2012, p.102.
(2) ĠU C 376, 22.12.2012, p.102.
III Atti preparatorji
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
L-478 sessjoni plenarja fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/42 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020)”
COM(2011) 608 finali — 2011/0269 (COD)
2012/C 143/09
Relatur: is-Sur SIEKER
Korelatur: is-Sur HABER
Nhar l-24 u l-25 ta’ Ottubru, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 175(3) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020)
COM(2011) 608 final – 2011/0269(COD).
Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-9 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-23 ta’ Frar 2012), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’158 vot favur, 10 voti kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ressqet proposta biex tkompli r-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fl-istess ħin, il-Kumitat mhuwiex konvint li l-proposti kollha tal-Kummissjoni ser isolvu l-problemi relatati ma’ dan il-Fond. L-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) kien – u għadu – baxx ħafna, u l-KESE ma jaħsibx li l-estensjoni tal-Fond għas-settur tal-agrikoltura hija l-aħjar mod biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas. Minflok, il-Kumitat jissuġġerixxi xi miżuri addizzjonali biex jittejjeb l-użu tal-FEG, pereżempju billi jitbaxxew il-livelli limiti u billi titħaffef il-proċedura, peress li l-istrument innifsu ħadem relattivament tajjeb fil-każijiet fejn ġie applikat. |
1.2 |
Waħda mir-raġunijiet għalfejn il-FEG mhux qed jintuża biżżejjed hija l-proċedura bil-mod u burokratika ta’ dan il-Fond minħabba n-natura speċifika tiegħu. Il-Kummissjoni ma tistax tiddeċiedi mingħajr ma tinvolvi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ladarba tiġi involuta l-awtorità baġitarja hemm bżonn ta’ ċerti proċeduri li jieħdu ħafna żmien, li fi kwalunkwe każ wasslu sabiex jiġu approvati t-talbiet kollha. Dan il-proċess amministrattiv ta’ approvazzjoni jiswa ħafna flus, liema flus jistgħu jintużaw aħjar. |
1.3 |
Il-KESE jissuġġerixxi wkoll li l-livell limitu għall-applikazzjoni jitbaxxa għal 200 sensja, minflok 500 kif propost. Huwa jirrakkomanda wkoll li l-kofinanzjament mill-UE jiżdied sa 75 % biex tittejjeb iktar l-utilizzazzjoni tal-FEG. Il-KESE jilqa’ wkoll il-fatt li l-kunċett ta’ “ħaddiem” ġie estiż biex iħaddan il-persuni b’kuntratt ta’ terminu fiss u l-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija. Il-KESE jaqbel li l-FEG jiġi estiż għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom. Dawn huma atturi sostanzjali u importanti fis-suq tax-xogħol u huma fost dawk li l-iktar intlaqtu mill-konsegwenzi kemm tal-globalizzazzjoni kif ukoll tal-kriżijiet ekonomiċi. L-għan tal-FEG qatt ma kien li jassisti lil min iħaddem u għalhekk il-KESE ma jaqbilx li l-FEG jiġi estiż għas-sidien/maniġers tal-SMEs. Id-DĠ Intrapriża għandha taqsima separata dedikata għall-politiki tal-SMEs bi programmi sostanzjali ta’ appoġġ. Il-FEG m’għandux jinterferixxi ma’ dawn il-programmi. |
1.4 |
Il-KESE jixtieq jissuġġerixxi żewġ possibbiltajiet oħra għat-titjib tal-prestazzjoni tal-FEG. L-ewwel waħda hi li l-SMEs jiġu infurmati dwar il-possibbiltajiet tal-FEG permezz ta’ kampanja massiva ta’ informazzjoni, filwaqt li t-tieni waħda hi li l-imsieħba soċjali jiġu involuti sa mill-bidu tal-proċedura bl-applikazzjonijiet għall-Fond. Il-KESE jixtieq ukoll jesprimi l-istagħġib tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Diċembru 2011 li tiġi rtirata l-possibbiltà li l-FEG jintuża biex jiġġieled kontra l-konsegwenzi soċjali mhux mistennija tal-kriżi ekonomika matul l-aħħar sentejn tal-mandat attwali tal-Fond (l-2012 u l-2013), speċjalment meta ħarsa ġenerali lejn l-applikazzjonijiet turi li l-Fond mar tajjeb minn dak il-lat. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kunsill jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu mill-ġdid u jrid jagħmilha assolutament ċara li jixtieq li din id-dimensjoni tiġi inkluża fit-tkomplija tal-Fond mill-2014 sal-2020. |
1.5 |
Il-KESE ma jaqbilx mal-proposta li l-FEG jiġi estiż għall-agrikoltura iżda jagħraf li trid issir xi ħaġa għal dan is-settur meta jidħlu fis-seħħ ftehimiet kummerċjali futuri bħat-trattat tal-Mercosur. Il-Mercosur ser ikun ta’ ġid għall-UE kollha kemm hi iżda fi ħdan l-Unjoni l-vantaġġi ġeneralment jinkisbu mill-industrija u s-servizzi, filwaqt li l-agrikoltura tmur minn taħt. Il-Kummissjoni esprimiet ix-xewqa tagħha li l-ftehimiet kummerċjali futuri jista’ jkollhom l-istess impatt. Hija ħaġa ġusta li l-agrikoltura tiġi kumpensata għal dawn it-tipi ta’ żvantaġġi, iżda dan għandu jsir b’soluzzjoni mfassla apposta għal dan is-settur, pereżempju permezz tal-Fondi Strutturali marbuta mal-Politika Agrikola Komuni. Il-KESE japella sabiex il-FEG, li ġie stabbilit biex jgħin lil dawk il-ħaddiema li jkunu tkeċċew minn xogħolhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol, jibqa’ riżervat għal dan il-għan fil-futur. |
1.6 |
Il-KESE jisħaq li l-Fond għandu jibqa’ jitħaddem f’perjodu ta’ kriżi u li jista’ jintuża l-iżjed fis-sitwazzjonijiet ta’ delokalizzazzjoni/rilokalizzazzjoni tal-attivitajiet industrijali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. |
2. Kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni
2.1 |
F’Marzu 2006, il-Kummissjoni ressqet proposta dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG). L-għan tagħha kien li tipprovdi appoġġ speċifiku, ta’ darba biss biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni fl-impjieg tal-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom f’ċerti żoni jew setturi minħabba taqlib ekonomiku serju bħad-delokalizzazzjoni tal-impjiegi lejn pajjiżi terzi, żieda qawwija fl-importazzjonijiet jew tnaqqis progressiv fis-sehem tal-UE fis-suq ta’ settur partikolari. L-iktar kriterju importanti għall-finanzjament permezz tal-FEG kien ta’ iktar minn 1 000 sensja f’kumpanija jew fi grupp ta’ kumpaniji f’reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni kontigwi. |
2.2 |
Il-FEG ġie stabbilit għat-tul tal-perjodu ta’ programmar tal-2007-2013. Il-miżuri inklużi kienu: it-taħriġ mill-ġdid, l-assistenza għar-rilokazzjoni, l-assistenza għall-istart-ups u benefiċċji supplimentari għad-dħul finanzjarju. Il-FEG jintervjeni fuq talba ta’ Stat Membru. L-ammont imħallas mill-UE ma kellux jeċċedi l-50 % tal-ispiża totali stmata tas-sensiela sħiħa ta’ miżuri previsti mill-Istat Membri. Fl-2009, il-kriterji tal-assistenza ġew aġġustati minħabba l-pressjoni tal-kriżi ekonomika. L-għadd ta’ sensji meħtieġa tnaqqas minn 1 000 għall 500 u l-parteċipazzjoni tal-UE fil-proġetti tal-FEG żdiedet minn 50 % għal 65 %. |
2.3 |
F’Ottubru 2011, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-FEG ikompli għaddej għall-perjodu ta’ programmar 2014-2020 biex jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u biex jiġi estiż l-għoti tal-appoġġ għall-agrikoltura. Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ tal-FEG ikun disponibbli għall-ħaddiema irrispettivament min-natura tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom jew mir-relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom, il-kunċett ta’ “ħaddiema” ġie estiż biex jinkludi mhux biss il-ħaddiema b’kuntratti tax-xogħol fuq perjodu indefinit iżda anke l-ħaddiema b’kuntratti ta’ terminu fiss, ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija u maniġers sidien ta’ SMEs u mikrointrapriżi u ħaddiema li jaħdmu għal rashom, inklużi l-bdiewa. Il-parteċipazzjoni tal-UE fil-proġetti tal-FEG ser tvarja minn 50 % għal 65 %. |
2.4 |
Il-Kummissjoni pproponiet li l-FEG jibqa’ eskluż mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) minħabba n-natura mhux prevedibbli u urġenti taċ-ċirkostanzi li jirrikjedu l-użu tiegħu. L-infiq fil-livell tal-Unjoni għandu jkun orjentat lejn ir-riżultati. Għall-infiq relatat mal-FEG, il-QFM jistabbilixxi l-mira li mill-inqas 50 % tal-ħaddiema megħjuna mill-FEG għandhom isibu impjieg ġdid u stabbli fi żmien 12-il xhar. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja jekk l-Istati Membri hux qed ikollhom suċċess fl-isforz tagħhom biex jiksbu din il-mira, huma jridu jressqu rapport interim wara 15-il xhar. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Il-FEG twaqqaf bħala tip ta’ strument għall-Ewwel Għajnuna, strument li għamilha possibbli biex l-UE tagħti rispons rapidu u flessibbli għall-appoġġ tal-impjegati li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni. Il-kapital disponibbli kien ta’ EUR 3,5 biljun fis-sena għall-perjodu sħiħ ta’ seba’ snin mill-2007 sal-2013. Fl-ewwel ħames snin, mill-2007 sal-2011, intużaw ftit iżjed minn EUR 364 miljun mill-EUR 2,5 biljun li kienu disponibbli għal dan il-perjodu. L-iktar raġunijiet importanti għan-nuqqas fl-utilizzazzjoni kienu l-proċedura bil-mod u burokratika, il-livell limitu għoli ta’ 1 000 ħaddiem u l-livell baxx ta’ kofinanzjament ta’ 50 %. L-utilizzazzjoni marret għall-aħjar fl-2009 wara li l-livelli limiti għall-applikazzjoni tbaxxew minn 1 000 impjegat għal 500 impjegat, il-livell limitu ta’ kofinanzjament mill-UE kien żdied minn 50 % għal 65 % – taħt ċerti kundizzjonijiet – u l-applikazzjonijiet ma kinux awtorizzati biss biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni iżda anke biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika. |
3.2 |
Wara dawn l-aġġustamenti, l-utilizzazzjoni tal-FEG żdiedet minn tmien applikazzjonijiet fl-2007 u ħamsa fl-2008 għal 29 fl-2009 u l-2010. Fl-2011, ġew approvati tmien applikazzjonijiet u tmintax oħra għadhom qed jiġu vvalutati. Il-FEG ġie utilizzat iktar biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tal-kriżi milli biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni: saru 53 applikazzjoni għall-kriżi fi tliet snin (mill-estensjoni tal-FEG fl-2009 biex jiġu koperti l-konsegwenzi tal-kriżi sa Novembru 2011) meta mqabbla ma’ 26 applikazzjoni għall-globalizzazzjoni fi żmien 5 snin. It-53 applikazzjoni għall-kriżi kienu mmirati lejn 48 607 ħaddiem u s-26 applikazzjoni għall-globalizzazzjoni kienu mmirati lejn 28 135 ħaddiem, u b’hekk b’kollox 76 742 ħaddiem ingħataw l-għajnuna biex iżommu l-kapaċità tagħhom għall-impjieg. |
3.3 |
Il-valutazzjoni ta’ nofs it-term tal-FEG analizzat kemm il-ħaddiem involut sabu impjieg ieħor fi żmien sena, abbażi ta’ 15-il rapport finali li kienu disponibbli dak iż-żmien bejn l-2007 u l-2009. Ir-rata medja ta’ impjieg mill-ġdid kienet ta’ 41,8 %. Ir-rati tal-impjieg mill-ġdid qabżu l-punt ta’ riferiment ta’ 50 % f’6 mill-ewwel 15-il każ kofinanzjat tal-FEG, filwaqt li ma laħqux il-mira f’9 minn 15-il każ. Il-varjazzjoni tar-riżultati tal-impjieg mill-ġdid hija kbira: mill-ogħla rata ta’ 78,2 % f’każ il-Ġermanja sar-rati konsiderevolment iktar baxxi ta’ 4-6 % f’każijiet fil-Portugall, Spanja u l-Italja. Bil-għan li jinkisbu livelli komparabbli ta’ effikaċja, għandu jiġi kkunsidrat l-irbit ta’ parti mill-appoġġ mogħti mar-riżultati tal-assistenza. Fil-perjodu l-medju (iktar minn tnax-il xahar wara li tintemm l-assistenza tal-FEG), ir-rati tal-impjieg mill-ġdid fil-fatt żdiedu fil-biċċa l-kbira tal-każijiet (fejn kien hemm informazzjoni disponibbli) minkejja l-impatt tal-kriżi ekonomika globali fl-ekonomiji lokali. Ir-rata tal-impjieg tal-benefiċjarji tal-FEG żdiedet tul is-snin fi 8 każijiet u naqset fi 3 każijiet. Ir-rata medja ta’ impjieg mill-ġdid ta’ dawn il-każijiet żdiedet b’7 punti perċentwali. Il-konklużjoni ġenerali li, apparti mill-utilizzazzjoni modesta tal-Fond, ir-riżultati huma tajbin tidher ġustifikabbli. |
3.4 |
Ħaġa li ma ġietx indirizzata hija t-tielet raġuni għan-nuqqas ta’ utilizzazzjoni tal-FEG: il-fatt li l-FEG m’għandux baġit proprju. Għalhekk, l-awtorità baġitarja, f’dal-każ il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, trid tiddeċiedi separatament dwar kull applikazzjoni jekk jistħoqqilhiex l-appoġġ jew le. Minkejja l-fatt li l-mudell, strument imfassal barra l-istrutturi eżistenti tal-UE, jagħmilha possibli li jkun hemm reazzjoni rapida u flessibbli, il-proċedura amministrattiva li kellha tiġi segwita għal raġunijiet ta’ preċiżjoni hija waħda twila ħafna u burokratika. Wieħed irid iżomm f’moħħu l-ispejjeż għoljin tal-proċess ta’ approvazzjoni, bħat-traduzzjoni fi 22 lingwa, il-kmamar għal-laqgħat, id-dokumenti għal-laqgħat, il-ħin tal-parteċipanti u l-interpretazzjoni, fl-istadji differenti u varji tal-proċess ta’ approvazzjoni. Kull applikazzjoni ġiet approvata u wieħed jistaqsi jekk il-flus li ntefqu fuq il-proċess ta’ approvazzjoni setgħux jiġu allokati għall-benefiċċju tal-ħaddiema milquta. Il-vantaġġ tal-proċedura attwali tal-FEG huwa li l-proċedura hija trasparenti ferm u toħroġ fid-dieher l-impenn tal-UE li tiġġieled l-esklużjoni soċjali. Għad li t-trasparenza u l-viżibbiltà huma tal-ikbar importanza, trid issir xi ħaġa biex il-proċedura titħaffef u jitnaqqsu l-ispejjeż. |
3.5 |
Fost il-mudelli potenzjali l-oħra li jissemmew fil-proposta u d-dokumenti ta’ akkumpanjament (1), insibu l-integrazzjoni tal-FEG fil-FSE jew it-tkomplija tal-FEG bħala korp indipendenti b’baġit proprju. Iż-żewġ mudelli għandhom il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħhom. Jekk il-FEG jiġi integrat fil-FSE, l-iżvantaġġ ewlieni jkun il-bżonn ta’ allokazzjoni ċara mill-baġit tal-UE, minkejja l-fatt li huwa impossibbli li s-sensji jiġu pjanati jew programmati. Fost il-vantaġġi ċari, insibu l-konsistenza u l-komplementaritajiet mal-FSE, it-tnaqqis potenzjali fid-dewmien tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u s-semplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-FEG. It-tielet għażla, li l-FEG jitkompla bħala korp indipendenti tal-UE b’baġit proprju, apparti għadd ta’ żvantaġġi, għandha biss vantaġġ wieħed: viżibbiltà ikbar tas-solidarjetà Ewropea. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 |
L-ewwel nett, il-KESE jixtieq jesprimi s-sorpriża tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Diċembru 2011 li jirtira l-possibbiltà li l-FEG jintuża wkoll biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi soċjali mhux mistennija tal-kriżi ekonomika f’każijiet li jeħtieġu l-Ewwel Għajnuna matul l-aħħar sentejn tal-perjodu ta’ żmien attwali tal-Fond (2012 u 2013). Ħarsa ġenerali lejn l-applikazzjonijiet tal-FEG sas-17 ta’ Novembru 2011 turi biċ-ċar li l-Fond ħadem relattivament tajjeb f’dan ir-rigward u inqas tajjeb fit-twettiq tal-għan oriġinali tiegħu li jiġġieled il-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni. Kemm fl-2009 kif ukoll fl-2010, ġew approvati 23 applikazzjoni biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tal-kriżi meta mqabbla mas-sitt applikazzjonijiet biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kunsill iqis li sakemm il-kriżi tintemm, il-FEG ikun jista’ jintuża wkoll biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tal-kriżi. Il-KESE jixtieq jagħmilha assolutament ċara li x-xewqa tiegħu hi li l-estensjoni biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika tiġi inkluża fit-tkomplija tal-Fond filwaqt li jkomplu jitnaqqsu l-ostakli għall-applikazzjonijiet. |
4.2 |
Għad li n-numru ta’ applikazzjonijiet żdied wara l-2008, l-appell li sar lill-FEG għadu modest ħafna. Għaldaqstant, jidher loġiku li l-livelli limitu għall-applikazzjonijiet jitbaxxew iżjed milli ġie propost. Fis-sejbiet preliminari tal-valutazzjoni ta’ nofs it-term tal-FEG b’rabta mat-tnaqqis fil-livell limitu tal-għadd ta’ sensji minn 1 000 għal 500, insibu li f’xi kuntesti, dan in-numru mnaqqas xorta jkun għadu meqjus bħala wieħed għoli wisq, peress li anke t-telf ta’ 200-300 impjieg jista’ jwassal għal xokk qawwi għall-kuntesti lokali u reġjonali. Il-livell limitu eżistenti (ta’ 500 impjegat) jista’ jkun għadu għoli wisq jekk inħarsu lejn il-proċessi tad-delokalizzazzjoni u l-esternalizzazzjoni li għaddejjin bħalissa. Għalhekk, il-KESE jissuġġerixxi li dan il-livell limitu jitnaqqas għal 200 impjegat. |
4.3 |
Il-KESE jixtieq jissuġġerixxi żewġ possibbiltajiet oħra għat-titjib tal-prestazzjoni tal-FEG. B’mod ġenerali, l-SMEs huma żgħar wisq u għandhom ftit wisq riżorsi biex ikunu aġġornati kompletament dwar il-possibbiltajiet li toħloq l-UE f’ċerti ċirkostanzi. Aktarx li ħafna SMEs li qed jitħabtu mal-problemi li l-FEG joffri soluzzjoni għalihom lanqas biss jafu li dan il-Fond jeżisti u għalhekk ma jistgħux jibbenefikaw minnu. Il-KESE jassumi li hemm ħafna x’jintrebaħ jekk is-sidien/il-maniġers tal-SMEs ikunu infurmati dwar il-possibbiltajiet tal-FEG permezz ta’ kampanja massiva ta’ informazzjoni. Idea oħra li taf iżżid l-impatt pożittiv tal-prestazzjoni tal-FEG tista’ tkun li l-imsieħba soċjali jiġu involuti sa mill-bidu tal-proċedura bl-applikazzjonijiet għall-Fond. |
4.4 |
L-analiżi s’issa wriet bil-provi li t-tħassib kbir fl-Istati Membri matul l-ewwel stadju tat-tħaddim tal-FEG kien ibbażat parzjalment fuq il-livell għoli ta’ kontribuzzjoni proprja li kellha titħallas. Għalhekk, il-proporzjonijiet ġew modifikati fl-2009, u jidher li dan it-tibdil kellu impatt pożittiv. Billi l-kriżi attwali għadha tirrikjedi strumenti sodi u attivi għas-suq tax-xogħol, il-KESE jirrakkomanda li l-kofinanzjament tal-UE jiżdied sa 75 % biex l-utilizzazzjoni tal-FEG tkompli tittejjeb. |
4.5 |
Il-Kummissjoni tipproponi li tkompli bl-istess mudell bħall-FEG attwali, bħala strument tal-kriżi barra l-qafas finanzjarju. L-iżvantaġġ ta’ dan il-mudell huwa l-proċeduri bil-mod u burokratiċi involuti. Il-burokrazija tinsab parzjalment fil-punti ta’ konġestjoni fi Brussell u parzjalment fil-punti ta’ konġestjoni fl-Istati Membri. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprova ssib soluzzjoni għal dawn il-punti ta’ konġestjoni b’tali mod li l-proċedura ssir iktar flessibbli u titħaffef u ma tibqax titqies bħala ostaklu għall-applikanti potenzjali. Pereżempju, l-applikazzjonijiet isiru mir-reġjuni, iżda jkollhom jgħaddu mil-livell nazzjonali. Dan idewwem il-proċess b’mod konsiderevoli, filwaqt li tista’ tintrebaħ ħafna effiċjenza jekk il-proċeduri ta’ dan it-tip jerġgħu jinħasbu. |
4.6 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li fir-regolament il-ġdid il-kunċett ta’ “ħaddiema” mhuwiex limitat għall-persuni b’kuntratt ta’ xogħol fuq perjodu indefinit iżda ġiet estiża għall-persuni b’kuntratt ta’ terminu fiss u l-ħaddiema temporanji. Il-KESE għandu riżervi dwar l-inklużjoni tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom. Il-FEG twaqqaf bħala strument flessibbli biex jappoġġja lill-impjegati li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni. L-istatus ta’ min jaħdem huwa ferm differenti minn Stat Membru għal ieħor. Dan ivarja minn esperti b’livell għoli ta’ ħiliet u b’pożizzjoni b’saħħitha fis-suq tax-xogħol għal persuni li jaħdmu għal rashom b’mod dipendenti ekonomikament li fil-fatt jinstabu fl-istess pożizzjoni bħall-impjegati, sa impriżi żgħar iffurmati minn persuna waħda. Proporzjon kbir ta’ dawn il-persuni li jaħdmu għal rashom jifformaw parti importanti mis-suq tax-xogħol. Il-persuni li jaħdmu għal rashom huma fost l-ewwel li ser jintlaqtu mill-konsegwenzi tal-kriżi tal-globalizzazzjoni kif ukoll mill-kriżi ekonomika. Għaldaqstant, il-KESE jipproponi li dawn il-parteċipanti fis-suq tax-xogħol jiġu inklużi fil-FEG sabiex jiġi evitat il-qgħad u sabiex tiġi xprunata utilizzazzjoni aħjar tal-Fond. |
4.7 |
Rigward is-sidien/il-maniġers tal-SMEs, il-KESE jżomm ir-riżervi tiegħu. Meta dawn ikunu sidien/maniġers ta’ SME li timpjega lin-nies, dawn jaqgħu taħt il-kategorija ta’ min iħaddem u b’hekk ma jikkwalifikawx peress li l-FEG huwa maħsub għall-impjegati li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom. L-assistenza għall-impriżi involuti tista’ faċilment toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ma’ SMEs oħra. L-applikazzjonijiet għall-FEG għal dan il-grupp jinterferixxu mal-politika tad-DĠ Intrapriża għall-SMEs li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ programmi edukattivi, tat-taħriġ u tal-innovazzjoni u għaldaqstant il-KESE huwa tal-fehma li s-sidien/il-maniġers tal-SMEs per se mhumiex eliġibbli. Madankollu, l-impjegati ta’ dawn l-SMEs jiġu inklużi meta jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba konsegwenzi mhux mistennija tal-globalizzazzjoni u jissodisfaw kundizzjonijiet oħra tal-FEG. |
4.8 |
Il-KESE ma jaqbilx li l-FEG jiġi estiż għall-bdiewa. Il-Kummissjoni tiġġustifika l-proposta tagħha li talloka sa 80 % jew aktar tal-fondi tal-FEG għall-irziezet, b’referenza għan-negozjati dwar il-ftehimiet kummerċjali futuri. L-UE diġà kkalkulat li t-trattati bħat-trattat ta’ Mercosur bejn l-UE u għadd ta’ pajjiżi tal-Amerika t’Isfel ser ikunu ta’ ġid għall-Unjoni kollha kemm hi, iżda fi ħdan l-UE, l-ewwel nett ser jibbenefikaw l-industrija u s-servizzi filwaqt li l-iżvantaġġi ser jolqtu lill-agrikoltura. Ħafna minn dawn il-ftehimiet futuri x’aktarx ikollhom l-istess riżultat. |
4.9 |
Il-proposta ssostni li l-FEG għandu jipprovdi “appoġġ speċifiku ta’ darba għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar ipprovokati mill-globalizzazzjoni li qed tiżdied ta’ xejriet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċ”. Fil-paragrafu li jmiss, il-Kummissjoni żżid li “permezz tal-FEG l-Unjoni se tkun tista’ wkoll tipprovdi sostenn f’każijiet ta’ sensji fuq skala kbira li jirriżultaw minn taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi mhux mistennija. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG għalhekk se jkompli jestendi biex jipprovdi appoġġ tranżitorju għall-bdiewa biex jiffaċilita l-adattament tagħhom għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta mill-konklużjoni tal-Unjoni dwar ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw il-prodotti agrikoli.” |
4.10 |
Hemm għadd ta’ raġunijiet importanti għalfejn mhuwiex adatt li l-istrument tal-FEG jiġi estiż għall-agrikoltura. Il-problemi li ser tiffaċċja l-agrikoltura bħala konsegwenza ta’ dawn il-ftehimiet kummerċjali ser ikunu strutturali billi t-trattati futuri x’aktarx ikollhom l-istess riżultat u l-FEG ser ikun biss strument temporanju. Barra minn hekk, it-trattati bħat-trattat ta’ Mercosur, normalment ikunu ilhom jiġu negozjati għal snin twal u ma jistgħux jitqiesu bħala “taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi mhux mistennija”. Dan ser ikun taqlib serju tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali kkawżat minn azzjoni intenzjonata u mħejjija bir-reqqa min-naħa tal-Unjoni Ewropea. M’hemm l-ebda dubju li l-agrikoltura għandha tiġi kumpensata għal dan il-piż. Iżda dan għandu jsir minn strument imfassal apposta għal dan is-settur. Il-KESE jappella sabiex il-FEG, li ġie stabbilit biex jgħin lil dawk il-ħaddiema li jkunu tkeċċew minn xogħolhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol, jibqa’ riżervat għal dan il-għan fil-futur. |
Brussell, 23 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) SEC (2011) 1130, 1131 u 1133 final.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/46 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti” (riformulazzjoni)
COM(2011) 714 finali — 2011/0314 (CNS)
2012/C 143/10
Rapporteur: is-Sur MORGAN
Nhar l-20 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (riformulazzjoni)
COM(2011) 714 final – 2011/0314 (CNS).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’230 vot favur, 4 voti kontra u 10 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-ambitu tal-proposta ta’ emenda għad-Direttiva. Il-Kumitat jinsab kuntent li d-Direttiva emendata u d-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u dawk sussidjarji issa ser ikunu allinjati. Jilqa’ b’sodisfazzjon partikolari l-limitu fil-parteċipazzjoni fl-ishma ta’ 10 % meħtieġ biex tiġi stabbilita assoċjazzjoni bejn il-kumpaniji. Il-Kumitat kien diġà enfasizza din l-esiġenza f’Lulju 1998 (1). |
1.2 |
Il-Kumitat jinnota li ħafna Stati Membri ser jitnaqqsilhom id-dħul mit-taxxi minħabba din il-Proposta. F’dan il-perjodu ta’ kriżi fiskali fl-Istati Membri, wieħed irid jassumi li l-approvazzjoni tas-27 Stat Membru ser tirrikjedi ż-żmien. Biex ġiet adottata mill-Kunsill, id-Direttiva ta’ qabel kellha ddum ħames snin wara li l-Proposta ġiet ippubblikata. |
1.3 |
Il-KESE jappoġġja din il-Proposta u jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu l-approvazzjoni tagħhom mill-aktar fis sabiex it-taxxi minn ras il-għajn ikunu jistgħu jiġu razzjonalizzati u sabiex ikun jista’ jiġi eliminat ostaklu ieħor għall-operat tajjeb tas-suq intern. |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Fl-Unjoni Ewropea, kien hemm żewġ sensiliet paralleli ta’ leġislazzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja bejn il-kumpaniji prinċipali u l-kumpaniji sussidjarji transkonfinali. Id-Direttivi dwar il-kumpaniji prinċipali u dawk sussidjarji indirizzaw it-tassazzjoni doppja tad-dividendi. It-tieni sensiela ta’ leġislazzjoni tfasslet biex telimina t-tassazzjoni doppja fuq il-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties. Iż-żewġ sensiliet għadhom ma ġewx issinkronizzati. |
2.2 |
L-ewwel Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u dawk sussidjarji (90/345/KEE) ġiet adottata fl-1990. Il-punt ewlieni kien li l-kumpanija prinċipali jrid ikollha tal-anqas 25 % tal-ishma f’kumpanija sussidjarja biex tapplika l-eżenzjoni. Fi tmiem l-2003, il-Kunsill adotta emenda għad-Direttiva (2003/123/KE), li naqqset għal 10 % l-limitu tal-parteċipazzjoni fl-ishma meħtieġ biex kumpanija tikkwalifika għal eżenzjoni sa Jannar 2009. L-emenda għad-Direttiva aġġornat ukoll il-lista tal-kumpaniji koperti mid-Direttiva. |
2.3 |
Saret proposta biex l-imgħax u r-royalties jiddaħħlu fl-istess qafas ta’ żmien użat fid-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u dawk sussidjarji. Fil-fatt, din kienet kwistjoni prijoritarja fir-rapport Ruding tal-1992 (2). Madankollu, ma seta’ jintlaħaq l-ebda kunsens qabel ma l-Kummissjoni ppubblikat il-proposti tagħha fl-1998 (COM(1998) 67). Il-kwistjoni xorta waħda baqgħet kontroversjali – fost l-Istati Membri kien hemm min iggwadanja u kien hemm min mar minn taħt – u b’hekk il-Kunsill ma rnexxilux jadotta d-Direttiva (2003/49/KE) qabel Ġunju 2003. Minħabba l-polemika involuta, ġew stabbiliti perjodi ta’ tranżizzjoni kemm għall-imgħax u kemm għar-royalties għall-Greċja, Spanja u l-Portugall. Direttiva oħra tal-2004 estendiet l-arranġamenti ta’ tranżizzjoni għal uħud mill-Istati Membri l-ġodda (ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, bi protokoll tal-2005 li inkluda l-Bulgarija u r-Rumanija). |
2.4 |
Il-KESE approva l-Proposta tal-1998 dwar l-imgħax u r-royalties fl-opinjoni tiegħu li ġiet adottata waqt is-sessjoni plenarja tiegħu li saret f’Lulju 1998 (3). L-opinjoni kienet tinkludi erba’ kummenti speċifiċi: wieħed minnhom kien jikkonsisti fi proposta li l-limitu ta’ 25 % jitnaqqas għal 10 %, filwaqt li t-tlieta l-oħra kienu kummenti ta’ kjarifika. |
2.5 |
F’Ġunju 2006, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat stħarriġ dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Wara dan l-istħarriġ, fil-11 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta ġdida għar-riformulazzjoni tad-Direttiva bil-għan li tifrex l-ambitu tagħha. Dan ser jallinja d-dispożizzjonijiet dwar l-imgħax u r-royalties mad-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u dawk sussidjarji. |
2.6 |
Twettqet valutazzjoni tal-impatt dwar għadd ta’ għażliet qabel ma l-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi l-għażla li tikkonsisti fl-allinjament tad-Direttiva dwar l-imgħax u r-royalties mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u dawk sussidjarji fir-rigward tal-pagamenti ta’ imgħax. |
2.7 |
Skont il-valutazzjoni tal-impatt:
|
2.8 |
Skont il-valutazzjoni tal-impatt, l-inizjattivi inklużi f’din il-Proposta għal riformulazzjoni maħsuba biex jiġu eliminati t-taxxi minn ras il-għajn f’numru kbir ta’ każijiet tinvolvi ffrankar tal-ispejjeż marbuta mal-konformità għall-kumpaniji, liema spejjeż huma stmati bejn EUR 38,4 u EUR 58,8 miljun. |
3. Il-qofol tal-Proposta
3.1 |
Il-Proposta tal-11 ta’ Novembru 2011 ġiet adottata mill-Kummissjoni bil-għan li:
|
3.2 |
Bħalma jiġri fil-każ tad-Direttiva dwar il-fużjonijiet u d-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u dawk sussidjarji, il-benefiċċji tad-Direttiva dwar il-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties ikopru biss il-kumpaniji li huma soġġetti għat-taxxa korporattiva fl-UE, li huma residenti fiskali fi Stat Membru tal-UE u li huma ta’ wieħed mit-tipi elenkati fl-Anness għad-Direttiva. Peress li l-Anness għad-Direttiva jinkludi biss it-tipi ta’ kumpaniji li jeżistu fil-15-il Stat Membru li diġà kienu membri tal-UE qabel l-1 ta’ Mejju 2004, it-tipi ta’ kumpaniji fl-Istati Membri l-ġodda issa ġew inklużi fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26 ta’ April 2004. |
3.3 |
Il-Proposta ġdida għal emenda adottata mill-Kummissjoni tirriformula dawn id-Direttivi kollha biex tipprovdi aġġornament tal-lista ta’ kumpaniji inkluża fl-Anness għad-Direttiva. Il-lista l-ġdida proposta tinkludi wkoll:
|
3.4 |
Id-Direttiva riveduta għandha tapplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties li jsiru bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti, ĠU C 284, 14.09.1998, p. 50 (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) “Rapport tal-Kumitat ta’ Esperti Indipendenti għat-Tassazzjoni tal-Kumpaniji”, Marzu 1992.
(3) ĠU C 284, 14.09.1998, p. 50 (mhux disponibbli bil-Malti).
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/48 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (FISCUS) u r-revoka tad-Deċiżjonijiet Nru 1482/2007/KE u Nru 624/2007/KE”
COM(2011) 706 finali — 2011/0341 (COD)
2012/C 143/11
Relatur: is-Sur CASSIDY
Nhar l-20 u l-14 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 33 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (FISCUS) u r-revoka tad-Deċiżjonijiet Nru 1482/2007/KE u Nru 624/2007/KE
COM(2011) 706 final – 2011/0341 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar (seduta tat-22 ta’ Frar ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’ 231 vot favur, 3 voti kontra u 11-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
B’mod ġenerali, il-KESE jappoġja l-proposta dwar il-Programm FISCUS. Madankollu, jixtieq jenfasizza dan li ġej:
|
1.2 |
Il-Kumitat hu konxju mill-fehmiet differenti li hemm fost l-Istati Membri fi ħdan il-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Jemmen li hu importanti li l-Kummissjoni turi li l-Istati Membri se jagħmlu ffrankar sostanzjali fil-baġit tal-FISCUS meta mqabbel mal-arranġamenti għall-attivitajiet preżenti. Il-Kumitat jemmen li jista’ jkun hemm xi diffikultajiet għall-Kummissjoni sabiex tikseb approvazzjoni mill-Parlament għal żidiet fl-infiq skont il-baġit tal-UE mingħajr informazzjoni dwar l-iffrankar ta’ kumpens fl-Istati Membri |
1.3 |
Il-Kumitat ifakkar fil-kumment tiegħu fl-opinjoni tiegħu dwar “Programm ta’ azzjoni għad-dwana” (1) li fiha talab għal iktar integrazzjoni attiva tal-prattiki tad-dwana b’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija ta’ Lisbona, filwaqt li enfasizza li għandha tintlaħaq iktar integrazzjoni attiva ta’ dan it-tip mingħajr ma tiġi integrata l-amministrazzjoni tad-dwana nnifisha. |
1.4 |
Parti essenzjali mill-programm il-ġdid hi li jittejbu t-taħriġ u l-effikaċja tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-Istati Membri (2). |
2. Introduzzjoni u sfond
2.1 |
Il-politika tal-UE dwar id-dwana u t-tassazzjoni tagħti kontribut sostanzjali fl-għajnuna sabiex jgħollu l-introjtu għall-baġits tal-UE u tal-Istati Membri kull sena. Barra dan, dawn il-politiki għandhom benefiċċji konsiderevoli għaċ-ċittadini u n-negozju tal-UE, jew bl-imblukkar ta’ importazzjoni mhux sikura jew illegali, jew bl-iffaċilitar ta’ kummerċ mingħajr xkiel u Suq Inern b’saħħtu, jew inkella bit-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ konformità u burokrazija għall-kumpaniji transkonfinali. |
2.2 |
Il-Proposta għal Regolament (COM(2011) 706 final) hi pass importanti ’l quddiem fl-isforz, mibdi bosta snin ilu, sabiex tiġi razzjonalizzata u kkoordinata l-azzjoni tal-Istati Membri mmirata lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom u dawk tal-Unjoni: fl-2010, id-dazji fuq id-dwana u tariffi relatati ammontaw għal 12,3 % tal-baġit tal-UE. Il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss, dak tal-2014-20, li ġie adottat mill-Kummissjoni f’Ġunju tal-2011, jipproponi, fost affarijiet oħra, ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi għall-Fiscalis u għad-Dwana. Matul is-snin, dawn iż-żewġ programmi żviluppaw tul żewġ mogħdijiet separati, għalkemm paralleli: l-aħħar tnejn kienu Dwana 2013 u Fiscalis 2013. Issa ġew abbinati fi programm uniku (FISCUS): din hi innovazzjoni reali fl-istrateġija tal-Kummissjoni. |
2.3 |
Il-Programm FISCUS mhux biss ir-riżultat ta’ “politika ta’ simplifikazzjoni”, fi kliem il-Kummissjoni, iżda hu r-rikonoxximent tal-importanza vitali ta’ “kooperazzjoni bejn id-dwana u l-awtoritajiet tat-taxxa u partijiet oħra kkonċernati ”. L-aspett pożittiv ewlieni ta’ programm bħal dan hu l-importanza mogħtija lill-fattur uman: il-kooperazzjoni bejn id-dwana u t-taxxa hi “raggruppata madwar netwerking uman u l-bini ta’ kompetenzi” (3); naturalment, il-bini ta’ kompetenzi tekniċi u tal-IT huwa neċessarju, iżda l-fattur uman għandu importanza fundamentali: dan hu fattur apprezzat ħafna mill-KESE. |
2.4 |
Il-proġett FISCUS tal-Kummissjoni hu maħsub bħala programm għal seba’ snin mill-1 ta Jannar 2014. Il-pakkett finanzjarju li jkopri l-ispejjeż tal-programm għall-perjodu sħiħ (2014-2020) hu ta’ EUR 777 600 000 bil-prezzijiet attwali: dan hu ammont sostanzjali, u l-konsistenza tiegħu mal-objettivi diffiċilment tiġi apprezzata. Il-programm jipprovdi appoġġ finanzjarju għal disa’ tipi differenti ta’ azzjonijiet konġunti komuni li jappoġġjaw jew l-għotjiet, jew il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku, jew ir-rimborż tal-ispejjeż magħmula mill-esperti esterni. |
2.5 |
Il-biċċa l-kbira tal-ispejjeż jirreferu għal taħriġ ta’ uffiċjali u inizjattivi komuni dwar l-IT, iżda l-allokazzjoni tista’ tkopri wkoll “l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni” (4); il-KESE jifhem li dan ifisser attenzjoni speċjali fis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal- azzjonijiet konġunti komuni , iżda jittama li tingħata l-istess attenzjoni lill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet nazzjonali , sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta’ uniformità. |
2.6 |
L-objettivi speċifiċi tal-programm ta’ azzjoni huma l-istess bħall-programmi tal-passat u dawk attwali; il-KESE ġa għadda kummenti dwar dan u ma jkunx utli li jirrepetihom, ħlief għal suġġett wieħed li milli jidher s’issa għad ma kienx hemm risposta għalih: skambju regolari ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u dawk tat-taxxa bħala mezz biex jinkixfu każijiet ta’ frodi u/jew evażjoni tat-taxxa (5). |
2.7 |
L-ewwel raggruppament, in-netwerking uman, għandu jippermetti l-iskambju ta’ prattiki tajbin u tal-għarfien operattiv: dan mhux ġdid, peress li l-istess kwistjoni ssemmiet – anke bl-użu tal-istess kliem – fil-maġġoranza tal-programmi preċedenti jekk mhux saħansitra f’kull wieħed minn dawn il-programmi. Fil-passat, l-azzjonijiet mhux dejjem kellhom suċċess sħiħ, u dan għal bosta raġunijiet – l-iktar minħabba diffikultajiet lingwistiċi u differenzi fl-esperjenzi jew fl-isfond tal-parteċipanti. Id-direzzjoni l-ġdida lejn il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet differenti, kif provdut mill-FISCUS, għandha tħeġġeġ l-iskambju ta’ esperjenzi u l-ħolqien ta’ professjonisti ta’ livell għoli: xi ħaġa li l-UE għandha tappoġġja. |
2.8 |
Fi kliem il-Kummissjoni, permezz tat-tieni raggruppament “il-programm jista’ jiffinanzja infrastruttura u sistemi avvanzati tal-IT li jippermettu li amministrazzjonijiet tad-dwana u tat-taxxa fl-Unjoni jevolvu f’amministrazzjonijiet kompletament elettroniċi” (6). Għal darb’oħra, tali kwistjoni ssemmiet, bejn wieħed u ieħor bl-istess kliem, fil-programmi preċedenti. Din id-darba, ir-riżultati ma kienu sodisfaċenti xejn, minħabba l-livelli differenti ta’ teknoloġiji tal-IT fost l-Istati Membri, iżda wkoll – u sfortunatament pjuttost spiss – in-nuqqas ta’ volontà ta’ xi (jew bosta) Stati Membri li jibdlu l-metodi jew it-tagħmir tagħhom. |
2.9 |
In-nuqqas ta’ volontà tal-Istati Membri li jikkooperaw huwa l-ostaklu prinċipali fil-proċess ta’ kostruzzjoni ta’ netwerk fiskali Ewropew: ċertament mhux limitat għat-teknoloġiji tal-IT, iżda bla dubju huwa iktar evidenti f’dan il-qasam. Il-KESE kkritika dan it-tip ta’ attitudni f’bosta mill-opinjonijiet tiegħu dwar l-inizjattivi fiskali tal-UE (7); jittama li l-kriżi attwali wriet li l-ebda pajjiż ma jista’ jinqata’ minn avvenimenti ta’ rilevanza dinjija u li l-kooperazzjoni hi l-unika tweġiba. |
2.10 |
Matul l-2011, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti kummerċjali kuntrattur wieħed analizza r-riżultati ta’ nofs il-term taż-żewġ programmi separati, Fiscalis 2013 u Dwana 2013. Kuntrattur ieħor wettaq studju dwar qafas possibbli tal-programm futur FISCUS. Ir-riżultati ta’ nofs il-perjodu ma wrew l-ebda ostaklu partikolari u lanqas ma ssuġġerew xi azzjoni speċjali biex jiġu korretti avvenimenti mhux mixtieqa. |
2.11 |
Il-Programm FISCUS jgħaqqad iż-żewġ programmi separati attwali għat-tassazzjoni u għad-dwana f’wieħed u għaldaqstant jilħaq l-għanijiet tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-infiq mingħajr ma jiġu kompromessi l-attivitajiet f’dawn l-oqsma individiwali. |
2.12 |
Ir-Regolament il-ġdid jieħu post id-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE li stabbilixxiet programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Ficalis 2013). Id-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE stabbilixxiet programm ta’ azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013) Għaldaqstant, dawn iż-żewġ dokumenti se jiġu revokati. |
2.13 |
Il-Kummissjoni wettqet eżerċizzji ta’ konsultazzjoni mifruxa fis-settur tad-Dwana u fis-settur Fiscalis. Iż-żewġ eżerċizzji pproduċew lista ta’ problemi li jinsabu fid-Dokument ta’ Ħidma mill-Persunal tal-Kummissjoni – Valutazzjoni tal-Impatt, Parti I (Dwana) u Parti II (Fiscalis) (8). |
2.14 |
Qabel il-programm il-ġdid, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt li turi biċ-ċar li għad hemm livell għoli ta’ inċertezza fir-rigward tas-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej u l-iskambju ta’ informazzjoni marbut ma’ żviluppi futuri fil-politiki. Uħud minn dawn huma msemmija fl-opinjoni tal-KESE dwar “Programm ta’ azzjoni għad-dwana” (9). It-tibdil meħtieġ sabiex jittejjeb l-operat tal-Programm Fiscalis ġie deskritt fid-dettall fl-opinjoni tal-KESE dwar “Titjib fit-tħaddim tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013)” (10). |
2.15 |
Il-KESE jaqbel fil-prinċipju mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni; madankollu, ijrid jindika li l-kwistjoni tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji differenti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew, hi tip ta’ leitmotiv f’bosta kwistjonijiet tal-UE. Progress f’dan il-qasam normalment isir bil-mod u huwa diffiċli; hemm bosta raġunijiet għal dan: dik ewlenija hija n-nuqqas ta’ entużjażmu tal-awtoritajiet nazzjonali. |
2.16 |
Il-KESE japprova l-proposta tal-Kummissjoni għal kooperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet tad-dwana u dawk fiskali. Madankollu, dan għandu jkun biss il-bidu ta’ azzjoni li l-KESE ssuġġerixxa f’bosta okkażjonijiet preċedenti (11), kooperazzjoni organizzata bejn l-aġenziji kollha, nazzjonali jew Ewropej, involuti fil-ġlieda kontra l-frodi jew il-kriminalità finazjarja: il-ħasil tal-flus, il-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, il-kuntrabandu, eċċ. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 324, 30.12.2006, p. 78, punt 1.3.
(2) Dan il-punt sar fil-punt 1.2 tal-opinjoni tal-KESE dwar “Titjib fit-tħaddim tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013)”, ĠU C 93, 27.4.2007, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) COM (2011) 706 final, p.2 - punt 1- it-tielet paragrafu.
(4) COM (2011) 706 final, p.21 - Artikolu 10(2).
(5) Opinjonijiet tal-KESE dwar “Il-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud”; ĠU C 347, 18.12.2010, p. 73 u “Il-promozzjoni ta’ governanza tajba fil-kwestjonijiet tat-taxxa”, ĠU C 255, 22.9.2010, p. 61.
(6) COM (2011) 706 final, p.2 - punt 1 - it-tielet paragrafu.
(7) Opinjonijiet tal-KESE dwar “Il-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud”, ĠU C 347, 18.12.2010, p. 73; “Il-promozzjoni ta’ governanza tajba fil-kwestjonijiet tat-taxxa”, ĠU C 255, 22.9.2010, p. 61; “L-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni”, ĠU C 277, 17.11.2009, p. 112; “L-irkupru ta’ talbiet tat-tassazzjoni” (ĠU C 317, 23.12.2009, p. 120) u “Il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni”, ĠU C 317, 23.12.2009, p. 120.
(8) Dokument ta’ Ħidma mill-Persunal tal-Kummissjoni – Valutazzjoni tal-Impatt, SEC(2011) 1318 final.
(9) ĠU C 324, 30.12.2006, p. 78 (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) ĠU C 93, 27.4.2007, p.1 (mhux disponibbli bil-Malti).
(11) Opinjonijiet tal-KESE dwar “Il-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud”, ĠU C 347, 18.12.2010, p. 73; “Il-promozzjoni ta’ governanza tajba fil-kwestjonijiet tat-taxxa”, ĠU C 255, 22.9.2010, p. 61; “L-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni”, ĠU C 277, 17.11.2009, p. 112; “L-irkupru ta’ talbiet tat-tassazzjoni”, ĠU C 317, 23.12.2009, p. 120 u “Il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni”, ĠU C 317, 23.12.2009, p. 120.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/51 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012”
COM(2011) 815 finali
2012/C 143/12
Relatur Ġenerali: is-Sur CROUGHAN
Nhar it-23 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012
COM(2011) 815 final
Nhar is-6 ta’ Diċembru 2011, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lill-Kumitat ta’ Tmexxija Ewropa 2020 sabiex jipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar) li jaħtar lis-Sur David CROUGHAN bħala relatur ġenerali, u adotta din l-Opinjoni b’171 vot favur, 19-il vot kontra u 21 astensjoni.
INTRODUZZJONI
i |
Dan l-abbozz ta’ opinjoni, maħruġ fid-dawl tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, jikkummenta dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) 2012 tal-Kummissjoni. |
ii |
Is-SAT iniedi s-semestru Ewropew tal-governanza ekonomika għall-2012, li huwa wkoll l-ewwel wieħed taħt il-qafas legali maqbul tal-governanza ekonomika mtejba (imsejjaħ ukoll “is-six pack”). |
iii |
Is-SAT jippreżenta dak li l-Kummissjoni temmen li għandhom ikunu l-prijoritajiet tal-UE għat-tnax-il xahar li ġejjin f’termini ta’ politiki ekonomiċi u baġitarji u riformi sabiex jingħataw spinta t-tkabbir u l-impjieg taħt l-Istrateġija Ewropa 2020. Ladarba jiġu appoġġjati fil-Kunsill Ewropew ta’ Marzu, dawn il-prijoritajiet ser ikollhom jitqiesu mill-Istati Membri fil-politiki u l-baġits nazzjonali tagħhom. |
iv |
Fl-ewwel parti, l-abbozz ta’ opinjoni attwali beħsiebu jikkummenta fuq kwistjonijiet ġenerali marbutin mas-SAT bħall-enfasi tiegħu fuq it-tkabbir, fuq il-konsolidazzjoni fiskali u fuq l-implimentazzjoni tar-riformi maqbula fil-qafas tas-semestru Ewropew kif ukoll l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata u l-imsieħba soċjali fil-proċess tas-SAT. |
v |
It-tieni parti tgħaqqad kummenti u rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar politiki varji tal-UE. Dawn iwieġbu fid-dettall għall-ħames prijoritajiet imressqa mill-Kummissjoni fis-SAT: il-konsolidazzjoni fiskali divrenzjata li tiffavorixxi t-tkabbir; li s-self jerġa’ jiġi lura għan-normal fl-ekonomija; il-promozzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività; l-indirizzar tal-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi; u l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika. Dawn il-kontributi nsiltu minn opinjonijiet differenti reċenti tal-KESE u jaġġornaw il-pożizzjoni tal-Kumitat dwar is-SAT tal-2011 (1), li kienet ġiet adottata f’Marzu 2011. |
vi |
Dan l-abbozz ta’ opinjoni huwa wkoll is-segwitu tal-opinjoni dwar is-semestru Ewropew 2011, adottata mill-Kumitat f’Diċembru 2011 (2). |
L-EWWEL PARTI
MESSAĠĠI TAL-KESE FID-DAWL TAL-KUNSILL EWROPEW TAR-REBBIEGĦA
Għall-kuntrarju ta’ li ġara f’summits oħra, l-Unjoni trid turi l-kapaċità politika tagħha li tindirizza l-kriżi tad-dejn permezz ta’ miżuri ambizzjużi u suffiċjenti biex terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja. Enfasi ħafna akbar fuq it-tkabbir hija waħda minn dawn il-miżuri.
A. INTRODUZZJONI
1. Is-SAT 2012 inħareġ mill-Kummissjoni f’kuntest skoraġġanti: l-Unjoni għaddejja mill-agħar kriżi finanzjarja, ekonomika, soċjali u ta’ fiduċja fl-istorja tagħha kollha. Il-konsegwenzi tal-kriżi huma vasti: diffikultajiet għall-familji u l-kumpaniji, qgħad li qed jiżdied fost iż-żgħażagħ u dawk li ilhom ħafna bla xogħol, żieda fl-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni, tħassib fis-soċjetajiet tagħna, riskju ta’ żieda fin-nazzjonaliżmu u l-populiżmu.
2. Il-Kumitat jinsab imħasseb bil-kbir dwar in-nuqqas ta’ implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-impenji li kien hemm qbil dwarhom fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Aktar minn qatt qabel, l-UE għandha bżonn turi l-kapaċità tagħha li taġixxi b’mod effettiv biex trodd lura il-fiduċja tal-konsumaturi u l-investituri u tagħti risposti ambizzjużi għall-isfidi attwali. Mingħajr azzjoni deċiżiva u implimentazzjoni effettiva ta’ riformi mill-istituzzjonijiet Ewropej u mill-Istati Membri, l-Ewropa qed tiffaċċja kriżi tat-tkabbir fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll żieda fid-diverġenza, li twassal għal pressjoni akbar fuq iż-żona tal-euro.
3. Peress li l-Proċess tas-Semestru Ewropew tal-2012 beda f’kuntest ta’ tbassir għat-tkabbir imnaqqas sostanzjalment u ta’ possibbiltà sinifikanti ta’ riċessjoni, il-Kumitat jiddispjaċih li s-Summit Ewropew ta’ Diċembru 2011 ma rnexxilux jirkupra t-tama u l-fiduċja fil-governanza tal-Unjoni Ewropea, li kienet qed titnaqqar bil-mod bejn il-konklużjonijiet ta’ summit u ieħor matul dawn l-aħħar sena u nofs. In-nuqqas ta’ rieda evidenti tas-Summit li jindirizza l-problemi b’għeruq fondi li nkixfu mis-SAT, irriżultaw fi preskrizzjonijiet ta’ politika kontinwi li fihom m’għandhomx fiduċja la l-gvernijiet u l-investituri mad-dinja kollha u b’mod partikolari lanqas iċ-ċittadini Ewropej.
4. Il-Kumitat jemmen li r-rimedji proposti sal-lum għad-dejn sovran u l-kriżi finanzjarja marbuta ma’ dan huma parzjali u jistgħu jżommu lil xi pajjiżi mdejnin ħafna ’l bogħod mis-swieq għal perjodu itwal minn dak ippjanat, u jġibu magħhom ir-riskju gravi li l-problemi jinfirxu wkoll ma’ xi Stati Membri ikbar. Għad hemm il-possibbiltà li, b’mod mhux ikkontrollat, ma jitħallasx lura id-dejn tal-gvern fil-Greċja; dan jista’ jkollu effett negattiv sinifikanti fuq pajjiżi oħra li qed jiffaċċjaw problemi ta’ dejn sovran u jista’ jikkawża sensiela ta’ avvenimenti li jista’ jkollhom konsegwenzi serji mhux biss għall-ekonomija Ewropea iżda wkoll għal dik globali. L-Unjoni Ewropea għadha ma sabitx mod kif tipproteġi lill-Istati Membri li qegħdin fid-diffikultà mill-attakki finanzjarji permezz tal-qawwa ekonomika li bla dubju għandha; dan wassal biex is-swieq globali dgħajfu serjament l-istruttura Ewropea billi attakkaw il-frammentazzjoni strutturali tagħha. Għalhekk, il-problema hija politika daqs kemm hi ekonomika.
5. Il-Kumitat huwa inkwetat li l-livell għoli ta’ inċertezza maħluq b’dan kollu, qed ikollu impatt devastanti fuq l-ekonomija reali tal-Unjoni f’termini ta’ tnaqqis fl-investiment, fir-riżultati u fl-impjiegi, hekk kif l-investituri qed ifittxu postijiet aktar siguri u qed iħejju pjani saħansitra għall-possibbiltà tal-waqgħa taż-żona euro bil-konsegwenzi globali tal-biża’ li dan iġib miegħu.
6. L-esperjenzi tal-kriżijiet tal-passat tal-integrazzjoni Ewropea wrew li l-Ewropa għandha r-riżorsi biex issib is-soluzzjonijiet. Il-Kumitat jappella lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri biex ikollhom il-kuraġġ u l-viżjoni politiċi u jappoġġjaw integrazzjoni akbar u t-tisħiħ tal-ekonomija u l-investimenti, li issa hija l-unika riżoluzzjoni possibbli għall-kriżi.
7. L-UE teħtieġ timxi lil hinn mill-approċċ frammentat ta’ emerġenza li għandha bħalissa, u tadotta soluzzjoni fit-tul għall-isfidi strutturali li kixfet din il-kriżi, biex b’hekk tiżgura l-benesseri tal-Ewropej fuq medda twila ta’ żmien. Dan jitlob li jinbena l-ħajt Ewropew neċessarju biex jipproteġi minn attakki oħra u biex dawk il-pajjiżi li jinsabu taħt pressjoni jingħataw iż-żmien jirkupraw, u li jiġu introdotti miżuri addizzjonali speċifiċi biex jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku Ewropew.
8. Maġenb l-azzjoni meħtieġa sabiex il-kriżi tad-dejn tiġi ġestita b’mod Ewropew u kredibbli, hemm unjoni fiskali akbar. Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li fil-proċess tas-Semestru Ewropew iddaħħlet is-sorveljanza ħafna aktar mill-qrib tal-politika tal-baġit tal-Istati Membri u l-impenji meħtieġa mill-Istati Membri taħt il-patt fiskali ġdid, għad li hemm bżonn li tiġi enfasizzata l-ħtieġa ta’ analiżi tal-impatt soċjali ta’ dawn il-miżuri. Madankollu, l-istruttura l-ġdida tal-governanza ekonomika Ewropea għandha tipproteġi l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u l-libertà tagħhom li jikkonkludu ftehimiet kollettivi.
9. Barra minn hekk, il-Kumitat itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Istrateġija Ewropa 2020 inklużiva li toffri viżjoni pożittiva għall-ġejjieni u qafas koerenti għat-twettiq ta’ riformi li jħarsu ’l quddiem għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Huwa jfakkar ukoll fil-bżonn għal bilanċ tajjeb bejn l-aspetti ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali tal-istrateġija.
10. Il-Kumitat huwa mħasseb ħafna li kien hemm tnaqqis inkwetanti fil-metodu Komunitarju favur approċċ intergovernattiv, prinċipalment bejn għadd żgħir ta’ Stati Membri, li kkontribwixxa għan-nuqqas ta’ rispons politiku. Parzjalment minħabba li l-istituzzjonijiet tal-Komunità qdew rwol subordinat għall-approċċ intergovernattiv li ġie adottat f’dawn l-aħħar sentejn, il-problemi kbar tal-Unjoni Ewropea ġew indirizzati mhux mill-perspettiva tal-Unjoni iżda mill-perspettiva u l-esiġenzi politiċi tal-Istati Membri individwali.
11. Il-Kumitat jinnota li sa mhux aktar minn 5 snin oħra, meta jkun daħal fis-seħħ it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja maqbul minn 25 Stat Membru fit-30 ta’ Jannar, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-esperjenza tal-implimentazzjoni tiegħu, ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-qofol ta’ dan it-Trattat jiġi inkorporat fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Kumitat iħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi li ma ngħaqdux ma’ dan il-proċess intergovernattiv (3) li se jwassal għat-Trattat, biex jerġgħu jikkunsidraw il-pożizzjoni tagħhom f’dan ir-rigward.
12. Il-Kumitat jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea taqdi rwol sinifikanti u jħeġġiġha tressaq proposti kuraġġużi u li tinvolvi bis-sħiħ lill-Parlament Ewropew fil-proċess tas-Semestru Ewropew, biex dan ikun aktar trasparenti u leġittimu.
13. Il-Kumitat jirringrazzja lill-Kummissjoni li ppubbikat s-SAT 2012 fl-aħħar ta’ Novembru 2011, qabel id-data imbassra fil-bidu. Minkejja li l-limitu ta’ żmien xorta waħda jibqa’ qasir, dan ta lill-KESE l-opportunità li jżomm diskussjonijiet dwar dan is-SAT, jikkonsulta n-netwerk tiegħu ta’ kunsilli ekonomiċi u soċjali/istituzzjonijiet simili u li joħroġ din l-opinjoni qabel ma jiġu deċiżi l-prijoritajiet annwali mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa.
B. ENFASI ADEGWATA FUQ IT-TKABBIR
14. Il-Kumitat iqis li s-SAT 2012, f’diversi modi, huwa avvanz fuq dak ta’ qablu.
15. Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi ġenerali fuq it-tkabbir, u jinnota b’sodisfazzjon li s-SAT 2012 jadotta ħafna ideat riflessi f’opinjonijiet li l-KESE ħareġ fil-passat dwar L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (4).
16. Il-KESE jenfasizza li mingħajr rata suffiċjenti ta’ tkabbir, il-kriżi tad-dejn sovran ma tistax tissolva, speċjalment f’dawk il-pajjiżi li jinsabu taħt pressjoni. Prijorità baxxa fuq it-tkabbir iġġorr magħha r-riskju għoli li ħafna ekonomiji fl-Unjoni jaqgħu f’riċessjoni u xi wħud saħansitra f’dipressjoni.
17. Is-SAT jagħraf li s-swieq finanzjarji qegħdin jivvalutaw is-sostenibbiltà tad-dejn tal-gvern tal-Istati Membri fuq il-bażi ta’ prospetti ta’ tkabbir fit-tul, fuq il-kapaċità tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet b’effetti għat-tul li jolqtu r-riforma strutturali u fuq l-impenn tagħhom sabiex itejbu l-kompetittività.
18. Il-Kumitat jaqbel mas-SAT li l-prospetti ta’ tkabbir għall-Istati Membri kollha fl-UE jiddependu fuq il-fatt li l-kriżi tad-dejn sovran tiġi indirizzata b’mod deċiżiv u fuq l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi sodi u li qed jinħlew wisq ħin politiku u enerġija fuq miżuri ta’ emerġenza u mhux qed jingħata biżżejjed ħin għall-implimentazzjoni tal-bidliet fil-politika li ser iwasslu biex jerġgħu jiżdiedu l-livelli ta’ tkabbir tal-ekonomiji tagħna.
19. Il-Kumitat jaqbel kompletament li l-enfasi għandha titqiegħed fl-istess waqt fuq miżuri ta’ riforma li jkollhom l-effett tat-tkabbir fi żmien qasir, u fuq il-mudell it-tajjeb għal tkabbir fi żmien medju.
20. Il-Kumitat itenni li t-tliet aspetti tat-tkabbir - intelliġenti, sostenibbli u inklużiv - huma marbutin flimkien u jsaħħu lil xulxin. Għandha tingħata l-istess attenzjoni lill-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali.
21. Il-fatt li jerġa’ jibda t-tkabbir għandu jkun koerenti ma’ objettivi oħrajn inklużi fit-Trattat ta’ Lisbona, fosthom il-benesseri tal-persuni. Għandna nħarsu lejn il-bżonn ta’ riforma bħala opportunità biex indawru l-mod kif ngħixu għal wieħed aktar sostenibbli.
22. Fl-Istati Membri kollha hemm bżonn ta’ enfasi fuq ir-riformi li jħeġġu t-tkabbir.
23. Is-sitwazzjoni speċifika ta’ ħames Stati Membri taħt il-programmi ta’ assistenza finanzjarja tal-UE u tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) (5)
23.1 Il-Kumitat iqis li l-Kummissjoni u l-Kunsill, permezz ta’ rakkomandazzjonijiet iddettaljati u speċifiċi għal kull pajjiż, għandhom ikomplu jħeġġu lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw politiki ta’ tkabbir fuq tul ta’ żmien. Il-Kumitat jiddispjaċih li fl-2011, l-unika rakkomandazzjoni li ngħatat lill-ħames Stati Membri taħt il-programm ta’ assistenza finanzjarja tal-UE u tal-FMI kienet li dawn għandhom ikomplu jimplimentaw il-miżuri previsti fid-deċiżjonijiet li jagħtuhom l-assistenza finanzjarja.
23.2 Issa l-Kumitat huwa allarmat dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li dawn il-ħames pajjiżi m’għandhomx ikunu meħtieġa jagħtu l-impenn tagħhom fit-tħejjija tat-tieni fażi tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) fl-2012. Il-KESE jagħraf li l-PNR ikopru tista’ tgħid l-istess affarijiet u li dawn il-pajjiżi għandhom iressqu l-miri nazzjonali tagħhom b’rabta mal-Istrateġija Ewropa 2020. Madankollu, dan jeskludi lil dawn il-pajjiżi mill-proċess il-ġdid ta’ governanza li huwa fil-qalba tal-Ewropa 2020, li kien imfassal biex tintlaħaq il-konverġenza ekonomika neċessarja permezz ta’ riformi u l-adozzjoni tal-aħjar prattiki. B’mod speċjali dan ser jelimina l-involviment taċ-ċittadini u l-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali milli jieħdu sehem fl-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-PNR. Dan imur kontra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2011 li żguraw l-involviment sħiħ tal-parlamenti nazzjonali, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra fil-qafas il-ġdid tas-semestru Ewropew.
24. Investiment fit-tkabbir - sfida partikolari fil-kuntest attwali
24.1 Il-Kumitat huwa konxju tal-fatt li l-identifikazzjoni ta’ miżuri adegwati għat-tkabbir hija għadma partikolarment iebsa. Il-pożizzjoni diffiċli attwali tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tkabbir mhuwiex dovut biss għall-kriżi, iżda wkoll għal problemi oħrajn li qed iħallu impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika, bħat-telf tal-kompetittività, il-globalizzazzjoni, l-iskarsezza tar-riżorsi (enerġija, ħiliet, eċċ.), it-tibdil fil-klima u t-tixjiħ tal-popolazzjoni.
24.2 Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ewropa 2020, ser ikun hemm bżonn ta’ investiment sinifikanti: pereżempju fl-ICT, fl-infrastruttura tradizzjonali u dik ġdida, fir-Riċerka u l-Iżvilupp, fl-edukazzjoni u l-ħiliet, kif ukoll fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. L-investiment fl-ekonomija ekoloġika ser jixpruna l-innovazzjoni u joħloq domanda għal prodotti ġodda li ser iżidu t-tkabbir filwaqt li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-ekonomija globali.
24.3 Din hija sfida partikolari f’dawn iż-żminijiet ta’ awsterità. Madankollu, il-benefiċċji minn dan l-investiment pubbliku fil-livell nazzjonali jew Ewropew fid-direzzjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbi u inklużiv huma sinifikanti u jista’ jkollhom effett ta’ lieva importanti billi jitħeġġeġ l-investiment privat addizzjonali.
24.4 Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha bżonn aktar investiment fi proġetti li jippromovu tibdil strutturali u li jista’ jgħin biex l-ekonomiji tal-Istati Membri jaqbdu t-triq tat-tkabbir sostenibbli. Il-proġetti adatti għandhom ikunu konformi mal-għanijiet tal-Ewropa 2020, pereżempju, proġetti ta’ infrastruttura fuq medda twila ta’ żmien li huma ta’ interess pubbliku ewlieni u li għandhom potenzjal ta’ dħul.
24.5 F’dan il-kuntest, il-Kumitat jappoġġja totalment l-Inizjattiva tal-Bonds Ewropa 2020 għall-Proġetti (6) biex jiġu finanzjati proġetti ta’ infrastruttura kbar fl-enerġija, it-trasport u l-ICT. Dan ser ikun xi ħaġa pożittiva għas-swieq tal-bonds tal-proġetti u ser jgħin lill-promoturi ta’ proġetti individwali jattiraw finanzjament b’dejn mis-settur privat fuq medda twila ta’ żmien.
24.6 Il-Kumitat iqis li hemm ħafna aktar x’jista’ jsir fil-livell Ewropew biex jinħoloq l-investiment. Il-Fondi Strutturali disponibbi għandhom jiġu ffokati aktar biex tissaħħaħ il-kompetittività u biex jerġa’ jibda t-tkabbir. Il-fondi tal-UE għandhom ikunu soġġetti għar-riżultati li jiksbu u għall-kompatibbiltà mal-għanijiet tal-Istrateġija UE 2020.
24.7 Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni rapida mill-Parlament u l-Kunsill ta’ ftehim dwar iż-żieda fir-rati ta’ kofinanzjament għall-fondi strutturali f’pajjiżi taħt l-assistenza finanzjarja mill-UE, il-BĊE, u l-FMI – sabiex tiġi permessa l-mobilizzazzjoni rapida tal-fondi tal-UE b’appoġġ għat-tkabbir u assorbiment aħjar (7).
24.8 Minħabba l-pressjoni kbira fuq il-baġits nazzjonali u Ewropej, l-Istati Membri u l-leġislaturi Ewropej għandhom jagħmlu għażliet diffiċli u jistabbilixxu prijoritajiet sabiex jinvestu f’‘fatturi li jwasslu għat-tkabbir’ bħalma huma l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-iżvilupp – innovazzjoni, ambjent, netwerks, eż. internet b’veloċità għolja, l-enerġija u l-konnessjonijiet tat-trasport.
24.9 Għandu jiġi enfasizzat ir-rwol importanti tal-intraprenditorija, l-intraprenditorija soċjali u l-ħolqien tal-intrapriżi – b’mod partikolari tal-SMEs, inklużi l-intrapriżi soċjali – fl-irkupru. Dawn huma forzi mexxejja ewlenin tat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni intraprenditorjali u l-ħiliet u sors importanti għall-ħolqien tal-impjieg.
24.10 F’ħafna pajjiżi tal-UE, il-qgħad qed jilħaq livelli li ma jistgħux jiġu ttollerati, bi spejjeż soċjali u ekonomiċi enormi. Għal din ir-raġuni, miżuri għall-perjodu qasir u medju ser ikunu essenzjali biex jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ u n-nisa, it-taħriġ vokazzjonali u t-taħriġ mill-ġdid u biex il-ħaddiema li jkunu tkeċċew mis-suq tax-xogħol minħabba l-kriżi jerġgħu jidħlu fih. Fl-UE, qabel l-2020 iridu jkunu nħolqu 17,6 miljun impjieg.
C. ENFASI WISQ QAWWIJA FUQ IL-KONSOLIDAZZJONI FISKALI
25. Il-Kumitat jaqbel kompletament li hemm bżonn ta’ konsolidazzjoni baġitarja biex jitranġaw żbilanċi fiskali qawwijin u terġa’ titrabba l-fiduċja. Madankollu, il-Kumitat jinsab imħasseb dwar il-piż tqil li ngħata lill-miżuri ta’ awsterità fil-patt fiskali. Għandha ssir valutazzjoni tal-impatt soċjali effettiva ta’ dawn il-miżuri u għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li dawn ma jżidux ir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Il-Kumitat iqis li jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-konsolidazzjoni fiskali u t-tkabbir. Id-dixxiplina fiskali waħidha u l-awsterità mhumiex biżżejjed biex l-UE titqiegħed f’direzzjoni sostenibbli. Jekk sa ċertu punt tinħtieġ l-awsterità, mela l-miżuri jeħtieġ li jkunu soċjalment ekwilibrati, u għandhom iqisu l-mod kif dawn jaffettwaw il-varji gruppi soċjali. Il-Kumitat jaqbel mad-Direttur Maniġerjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Christine Lagarde, li wissiet li qtugħ baġitarju f’kull qasam u f’kull kontinent mhu ser jagħmlu xejn ħlief li jżidu l-pressjonijiet tar-riċessjoni.
26. Il-Kumitat huwa mħasseb li t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja maqbul minn 25 Stat Membru fit-30 ta’ Jannar mhuwiex ser iġib is-soluzzjoni għal din il-kriżi. Minkejja li jrid iwassal għal aktar konformità mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fil-ġejjieni, ma jikkonċentrax biżżejjed fuq il-bilanċ fiskali, u ma jagħmel l-ebda referenza għas-sistema ta’ twissija bikrija u t-tabella ta’ valutazzjoni mfassla biex tipprevjeni l-iżbilanċi li qed jinġemgħu naħat oħra fl-ekonomija, bħal fis-settur privat, it-telf tal-kompetittività jew il-bżieżaq tal-proprjetà, li kollha kienu fatturi sinifikanti f’din il-kriżi. It-tkabbir ekonomiku huwa parti mis-soluzzjoni u jeħtieġ miżuri stretti speċifiċi biex jitħeġġeġ it-tkabbir, speċjalment f’dawk l-Istati Membri fil-periklu li jaqgħu f’riċessjoni. L-isforzi għall-konsolidazzjoni u r-riformi jridu jimxu id f’id mal-miżuri biex jitħeġġeġ it-tkabbir.
27. Il-Kumitat huwa mħasseb li s-SAT jitlob għal awsterità miżjuda sabiex jintlaħqu l-miri ta’ konsolidazzjoni baġitarja anki fl-eventwalità ta’ klima makroekonomika li qed tiddeterjora. Dan jisħaq biex l-Istati Membri li jibbenefikaw minn programmi ta’ assistenza finanzjarja “ikomplu jilħqu l-miri baġitarji miftiehma minkejja li jistgħu jinbidlu l-kundizzjonijiet makroekonomiċi”; dan jirrikjedi li l-Istati Membri b’differenza sinifikanti ta’ aġġustament taħt il-proċedura tad-defiċit eċċessiv “iżidu l-isforzi tal-konsolidazzjoni tagħhom u l-possibbiltà ta’ reviżjoni ’l isfel tax-xenarju makroekonomiku ewlieni m’għandhiex għax twassal għal dewmien fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi eċċessivi.”
28. Stabbilizzazzjoni permezz tal-Eurobonds
28.1 L-istituzzjonijiet finanzjarji jinvestu f’bonds tal-gvern li huma mistennija li jkunu mingħajr riskju għall-finijiet tal-karta tal-bilanċ tagħhom; din hija r-raġuni għalfejn attwalment l-istituzzjonijiet jippreferu li jħallu flushom mal-BĊE milli jixtru bonds aktar riskjużi ta’ wħud mill-Istati Membri, b’hekk iħallu s-sistema finanzjarja xotta mil-likwidità.
28.2 Biex dan jingħeleb hemm bżonn li tinbena fortifikazzjoni Ewropea akbar u aktar kredibbli għal kontra l-pressjonijiet tas-suq permezz ta’ rwol aktar sħiħ tal-Bank Ċentrali Ewropew, direttament jew indirettament taħt l-awspiċi tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja jew tas-Sistema Monetarja Ewropea.
28.3 Il-Kumitat jagħraf li l-implikazzjonijiet importanti għal periklu morali huma ġenwini u jeħtieġu soluzzjoni; din il-problema, madankollu, hija żgħira meta mqabbla mal-isfaxxar possibbli taż-żona euro. Minħabba li l-Istati Membri mhumiex lesti jkunu garanti għad-djun tal-Istati Membri l-oħra u d-diffikultajiet għall-BĊE biex jaqdi r-rwol tiegħu, il-Kumitat jappella biex b’mod urġenti titqies l-introduzzjoni ta’ bonds ta’ stabbiltà. Wara li l-Kummissjoni ppubblikat Green Paper dwar il-bonds ta’ stabbiltà, il-Kumitat qed jikkunsidra din il-kwistjoni f’opinjoni separata.
D. ENFASI ĠUSTA FUQ L-IMPLIMENTAZZJONI
29. L-Istrateġija Ewropa 2020 timmira li tiżgura li l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tikkompeti f’kuntest ta’ kompetizzjoni globali li qed tiżdied. Għaldaqstant, il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ lill-Kummissjoni fir-rigward tal-enfasi kbira li qed tqiegħed tul is-SAT kollu fuq in-nuqqas ta’ implimentazzjoni adegwata ta’ riformi fil-livell nazzjonali.
30. Il-Kumitat jinnota bi tħassib kbir li, minkejja l-urġenza tas-sitwazzjoni, il-progress mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-gwida tas-SAT 2011 huwa inqas milli dak mistenni. Id-deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-UE jieħdu wisq fit-tul biex jiġu inklużi fid-deċiżjonijiet ta’ politika nazzjonali.
31. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-riformi li ħadu impenn għalihom fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. Dawn iridu jieħdu sjieda tal-bidliet meħtieġa f’termini ta’ governanza ekonomika futura. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ il-proċess tas-Semestru Ewropew permezz ta’ involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata fl-Istati Membri fid-dibattiti u l-monitoraġġ tal-progress ta’ implimentazzjoni tal-PNR.
32. Il-Kumitat jiddeplora l-fatt li l-impenji stabbiliti fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma 2011 mhumiex biżżejjed biex tintlaħaq il-maġġoranza tal-miri fil-livell tal-UE; fid-dawl tat-tħassib li qed jikber li l-miri tal-Ewropa 2020 mhux ser jintlaħqu, il-Kumitat qed jitlob lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex, b’mod partikolari, jirduppjaw l-isforzi tagħhom u jirranġaw dan in-nuqqas li ġie identifikat minn fażi daqshekk bikrija tal-programm u biex jiżguraw li l-gvernijiet, il-partijiet interessati u ċ-ċittadini f’kull pajjiż iħossu li l-programm ta’ riforma huwa tagħhom u jimplimentawh.
33. Il-KESE jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri kollha, inklużi dawk taħt l-assistenza finanzjarja tal-UE u l-FMI, jikkontribwixxu għall-miri ewlenin skont il-potenzjal tagħhom.
E. L-IMPORTANZA TAL-ISTĦARRIĠ ANNWALI DWAR IT-TKABBIR U L-PARTEĊIPAZZJONI TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI ORGANIZZATA U L-IMSIEĦBA SOĊJALI
34. Is-SAT huwa l-bażi biex fuqu jinbena l-fehim komuni meħtieġ dwar il-prijoritajiet għal azzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE għall-2012, li mbagħad irid jiġi inkorporat fid-deċiżjonijiet ekonomiċi u baġitarji nazzjonali u fl-abbozzar tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) u tal-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza mill-Istati Membri.
35. Għaldaqstant is-SAT għandu rwol politiku importanti u l-Kumitat huwa tal-fehma li m’għandux ikun limitat għal proċess teknokratiku iżda li għandu jqis il-fehmiet tal-Parlament Ewropew u l-partijiet interessati ewlenin bħalma huma s-soċjetà ċivili organizzata u l-imsieħba soċjali.
36. Fil-kuntest attwali ta’ nuqqas totali ta’ fiduċja fil-mod kif ġiet ittrattata l-kriżi s’issa, u nuqqas totali ta’ fiduċja fl-Unjoni nnifisha, jeħtieġ li l-Ewropa tinvolvi l-popli tagħha. Jeħtieġ li jissaħħaħ id-djalogu soċjali u ċivili fil-livelli kollha sabiex jinbena kunsens vast dwar il-ħtieġa għar-riformi.
37. Il-miżuri mmirati lejn it-titjib tal-governanza ekonomika Ewropea għandhom jiġu akkumpanjati minn passi li jtejbu l-leġittimità, ir-responsabbiltà u s-sjieda tagħha.
38. Il-Kumitat jitlob għal involviment aħjar u effettiv tal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili organizzata fis-Semestru Ewropew: fil-livell tal-UE, fir-rigward tas-SAT u l-abbozzar ta’ rakkomandazzjonijiet skont il-pajjiż, u fil-livell nazzjonali tul il-proċess tal-abbozzar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-PNR futuri. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata fil-PNR dwar kemm kienu attivament involuti l-partijiet interessati fil-proċess, u kif ġie meqjus il-kontribut tagħhom.
39. L-Istrateġija tat-Tkabbir Ewropa 2020 tista’ tinkiseb biss jekk is-soċjetà kollha tħossha impenjata u jekk kull wieħed mill-atturi jassumi r-responabbiltà tiegħu kollha. Fi żmien meta qed jittieħdu deċiżjonijiet importanti li għandhom impatt fuq il-ħajja tal-partijiet interessati kollha, hija iktar u iktar meħtieġa li dawn ikunu titulari konġunti tar-riforma.
40. Il-Kumitat beħsiebu jibqa’ involut b’mod attiv fil-fażi ta’ implimentazzjoni tal-Istrateġija UE 2020 u s-segwitu tas-SAT 2012. Huwa ser ikompli l-ħidma konġunta man-netwerk tiegħu ta’ KES nazzjonali u organizzazzjonijiet simili sabiex jitjiebu l-konsultazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali.
IT-TIENI PARTI
IL-PROPOSTI TAL-KUMITAT DWAR IL-PRIJORITAJIET IMRESSQA MILL-KUMMISSJONI EWROPEA
i |
Il-Kumitat jappoġġja l-ħames prijoritajiet li, skont il-Kummissjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-enfasi politika fl-2012: il-ħidma fuq konsolidazzjoni fiskali divrenzjata li tgħin it-tkabbir; li jerġa’ jibda jsir self normali lill-ekonomija; il-promozzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività; l-indirizzar tal-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi; u l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika. |
ii |
Din it-tieni parti tippreżenta għadd ta’ kontributi speċifiċi relatati mal-prijoritajiet imsemmija hawn fuq. Dawn id-dikjarazzjonijiet prinċipalment huma kwotazzjonijiet minn diversi opinjonijiet tal-KESE li ġew adottati mill-Kumitat fl-2011 u jikkostitwixxu segwitu tal-pożizzjoni tal-KESE dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (8) adottat f’Marzu 2011. |
1. Il-ħidma fuq konsolidazzjoni fiskali divrenzjata li tgħin it-tkabbir
1.1 Konsolidazzjoni fiskali
1.1.1 |
Il-KESE jtenni l-fehmiet tiegħu espressi fl-opinjoni tiegħu stess dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 taħt il-punt 1 “L-implimentazzjoni ta’ konsolidazzjoni fiskali rigoruża”, u l-punt 2 “Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi”. |
1.1.2 |
Fir-rigward tal-konsolidazzjoni fiskali, kif indikat fil-punti 1.1 u 1.2 tal-opinjoni tiegħu dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (9), il-KESE jemmen li l-kwistjoni tikkonsisti f’li jerġgħu jiġu bbilanċjati mill-ġdid il-finanzi pubbliċi filwaqt li jiġi evitat it-tnaqqis tad-domanda, li jwassal għal riċessjoni li tiġġenera aktar defiċits u jimbotta l-ekonomija Ewropea ’l isfel. Għandhom jiġu stabbiliti programmi għat-tnaqqis tad-dejn b’mod li jkun kompatibbli mal-irkupru ekonomiku u mal-għanijiet fil-qasam soċjali u tax-xogħol li huma stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020. |
1.1.3 |
L-Ewropa teħtieġ issaħħaħ il-governanza ekonomika biex tiggarantixxi d-dixxiplina fiskali f’kull Stat Membru, speċjalment fiż-żona tal-euro. Il-pakkett ta’ riforma li kien hemm qbil dwaru, l-hekk imsejjaħ “six-pack”, flimkien mal-proposti regolatorji l-ġodda u s-semestru Ewropew li jakkumpanjahom għal koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi u baġitarji u għal sorveljanza mill-qrib min-naħa tal-UE, iridu jiġu implimentati malajr u korrettament. |
1.1.4 |
Madankollu, id-dixxiplina fiskali fl-Istati Membri mhix biżżejjed bħala prerekwiżit għat-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni ekonomika u soċjali. Fil-fatt, il-Kumitat jinsab imħasseb li l-kundizzjonijiet attwali għall-ħruġ ta’ bonds ta’ dejn sovran wasslu għal sitwazzjoni fis-suq li tirriskja li ddgħajjef l-istabbiltà u t-tkabbir ġaladarba jerġgħu jissaħħu. |
1.1.5 |
Huwa għal din ir-raġuni li l-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-Green Paper dwar il-vijabbiltà li jiġu introdotti l-Bonds ta’ Stabbiltà. Jemmen li taħt il-kundizzjonijiet ta’ regoli stretti u governanza korrespondenti fil-livell tal-UE sabiex jiġi eskluż ir-riskju morali u tiġi promossa imġiba responsabbli u li hija mistennija min-naħa tal-gvern fl-Istati Membri, il-ġestjoni tad-djun sovrani b’garanziji konġunti fiż-żona tal-euro ser tkun ta’ kontribut importanti sabiex jingħelbu l-problemi akuti kif ukoll is-sitwazzjoni paradossali ta’ awsterità u tkabbir. |
1.1.6 |
Il-progress f’dan il-qasam ser jippermetti wkoll lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iwaqqaf progressivament il-programm tiegħu ta’ xiri ta’ bonds tal-gvern, li attwalment huwa meħtieġ biex l-Istati Membri individwali jkunu jistgħu jerġgħu jiffinanzjaw id-dejn pubbliku. Minflok, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jappoġġja l-bonds il-ġodda ta’ stabbiltà u b’hekk jagħti garanzija addizzjonali lill-aġenti tas-suq, għallinqas fil-fażi tranżitorja. |
1.2 Tingħata prijorità lill-infiq li jiffavorixxi t-tkabbir
1.2.1 |
Il-Kumitat jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu sabiex tingħata prijorità lill-infiq li jiffavorixxi t-tkabbir. B’mod partikolari jrid jiġi żgurat li l-miżuri maħsuba biex jindirizzaw il-kriżi ekonomika u d-dejn sovran ma jikkompromettux l-investiment pubbliku fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Hemm bżonn li l-Istati Membri jiffokaw b’mod partikolari fuq l-investiment pubbliku fl-edukazzjoni, ir-riċerka u t-taħriġ vokazzjonali meta jkunu qed jikkunsidraw il-miri baġitarji tagħhom għal perjodu medju ta’ żmien. |
1.2.2 |
Miżuri ta’ appoġġ pubbliku għar-riċerka u l-innovazzjoni, bi programmi speċifiċi u ddedikati, taw prova li huma ta’ importanza kbira għall-Industriji b’Użu Intensiv tal-Enerġija. Il-KESE jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Parlament biex isaħħu dawn il-programmi, iffokati fuq l-effiċjenza u d-diversifikazzjoni fl-użu tal-enerġija, u jagħmluhom parti permanenti tal-inizjattivi ta’ żvilupp. |
1.2.3 |
Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-klima ekonomika diffiċli attwali, il-KESE jirrakkomanda li jsir dejjem iżjed investiment fir-riċerka, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u t-taħriġ, u fl-attivitajiet xjentifiċi li huma applikati għall-industriji b’użu intensiv tal-enerġija. Dawn l-investimenti għandhom jingħataw biżżejjed appoġġ fil-programm qafas li jmiss u għandhom jagħmlu possibbli, mill-inqas, l-iskambju tal-esperjenza u tar-riżultati fil-livell Ewropew. Il-programmi Ewropej u nazzjonali għandhom jiffokaw iżjed fuq ir-riċerka dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-innovazzjonijiet. |
1.3 Politiki relatati mas-swieq tax-xogħol u servizzi tal-impjieg attivi
1.3.1 |
Kif diġà indika l-Kumitat fl-opinjoni tiegħu dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (10), l-“attivazzjoni” tan-nies sabiex ifittxu xogħol, l-ewwel u qabel kollox għandha ssir billi jiġu pprovduti servizzi effiċjenti miċ-ċentri tal-impjieg u mhux daqstant permezz tas-suppost “inċentivi” bil-benefiċċji għall-qgħad. (…) Fis-sitwazzjoni attwali ta’ livelli rekord ta’ persuni qiegħda, il-problema tas-suq tax-xogħol mhix in-nuqqas ta’ forza tax-xogħol b’mod ġenerali iżda n-nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati f’xi Stati Membri, kif ukoll in-nuqqas kbir ta’ impjiegi disponibbli. Għandu jiġi kkunsidrat aktar l-iżvilupp ta’ politika tal-provvista intelliġenti, li tippromovi t-tkabbir u l-innovazzjoni u li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ aktar impjiegi. |
1.3.2 |
Il-Kumitat enfasizza li s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandhom d-dmir li jaqdu rwol aktar attiv fil-politiki tat-taħriġ għall-gruppi mmirati prijoritarji, bħall-persuni b’inqas ħiliet u kwalifiki jew dawk li għandhom impjieg prekarju, jew l-aktar gruppi vulnerabbli, bħall-persuni b’diżabbiltà, il-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien mingħajr impjieg u l-immigranti. Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandhom jaqdu wkoll rwol aktar attiv biex jinsabu l-impjiegi għall-persuni qiegħda fit-tul u biex jiġu żviluppati politiki tal-impjieg attiv u tat-taħriġ vokazzjonali. Ħafna pajjiżi jeħtieġu jestendu b’mod sostanzjali l-appoġġ immirat offrut mill-aġenziji tal-gvern, fejn tingħata attenzjoni speċjali lil dawk li qegħdin ifittxu impjieg u li jinsabu f’pożizzjoni żvantaġġjata. |
1.4 Ir-riforma u l-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-pensjonijiet
1.4.1 |
Filwaqt li jara l-bżonn li s-sistemi tal-pensjonijiet jiġu riformati u modernizzati, il-Kumitat iqis li l-pressjoni fuq l-iskemi tal-pensjoni iktar tinħoloq minħabba n-nuqqas ta’ impjiegi u investiment milli d-demografija. Li huwa meħtieġ huma inizjattivi li jippromovu l-estensjoni tal-ħajja tax-xogħol, li jkunu appoġġjati wkoll minn politiki effettivi tat-tkabbir u l-impjieg. Hija biss politika ġenwina ta’ “tixjiħ attiv”, maħsuba għal parteċipazzjoni miżjuda fit-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, li tista’ tipproduċi żieda sostenibbli fir-rata tal-impjieg ta’ nies imdaħħla fiż-żmien li jieqfu mix-xogħol kmieni minħabba problemi ta’ saħħa, l-intensità tax-xogħol, it-tkeċċija mix-xogħol qabel iż-żmien, u n-nuqqas ta’ opportunitajiet għal taħriġ jew dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Il-KESE huwa xettiku ħafna wkoll dwar is-siwi tal-posponiment tal-età legali tal-irtirar bħala risposta għall-isfidi demografiċi. Żieda fl-età legali tal-irtirar tista’ żżid pressjoni fuq il-pilastri l-oħra tas-sigurtà soċjali, bħalma huma l-pensjonijiet tal-invalidità jew id-dħul minimu, kif ġara f’xi wħud mill-Istati Membri, tant li l-progress li jkun sar lejn finanzi pubbliċi b’saħħithom ikun falz. Fil-fehma tal-KESE, jidher li hu ħafna iżjed adatt li l-età reali tal-irtirar titqarreb aktar lejn l-età legali attwali. |
1.4.2 |
B’mod aktar speċifiku, il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ bidliet sistematiċi biex il-kundizzjonijiet ta’ xogħol isiru aktar favorevoli għall-persuni mdaħħla fiż-żmien, abbażi ta’ pakkett ta’ miżuri li b’mod partikolari jinkludi: inċentivi għall-kumpaniji biex jinħolqu impjiegi adatti għall-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien u biex tinżamm is-sitwazzjoni ta’ impjieg attwali tal-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien; politika proattiva tas-suq tax-xogħol favur ir-reintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol ta’ persuni qiegħda mdaħħla fiż-żmien li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ konsulenza u appoġġ għal dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol; miżuri li jassiguraw li l-persuni huma fiżikament u mentalment kapaċi li jibqgħu fix-xogħol għal aktar żmien; miżuri li jżidu l-inklużività tal-postijiet tax-xogħol għall-persuni mdaħħla fiż-żmien b’diżabbiltà; miżuri li jżidu r-rieda tal-persuni li jaħdmu għal żmien itwal li għandhom jinkludu attitudni pożittiva fir-rigward tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kura preventiva; l-iżvilupp ta’ mudelli tax-xogħol tajbin għas-saħħa li jkunu nnegozjati bejn l-imsieħba soċjali u li jkopru l-karriera kollha tal-persuni; miżuri introdotti mill-intrapriżi, permezz tal-ftehimiet kollettivi jew tal-liġi, sabiex ikun hemm aktar parteċipazzjoni mill-persuni mdaħħla fiż-żmien sabiex ikomplu t-taħriġ; miżuri li jżidu l-kuxjenza dwar il-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien, inklużi kampanji vasti li jżidu l-kuxjenza soċjali sabiex jiġu miġġielda l-istereotipi u l-preġudizzji kontra l-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien u li jagħmlu mit-“tixjiħ” kunċett pożittiv; konsulenza u appoġġ għall-intrapriżi, speċjalment l-SMEs, fl-ippjanar bil-quddiem tal-persunal u l-iżvilupp ta’ organizzazzjoni tax-xogħol adattata għall-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien; il-ħolqien ta’ inċentivi adegwati biex jiġu rreklutati persuni mdaħħla fiż-żmien u biex dan jinżammu fl-impjieg, mingħajr ma jkun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni; il-ħolqien ta’ inċentivi soċjalment aċċettabbli biex il-persuni jżommu impjieg għal żmien itwal għal dawk kollha li jridu jsibu xogħol u huma f’kundizzjoni li jaħdmu, u fejn huwa possibbli jew mixtieq, l-iżvilupp ta’ mudelli innovattivi u attraenti għal tranżizzjoni flessibbli mill-ħajja tax-xogħol għall-irtirar fi ħdan is-sistemi pubbliċi tal-pensjonijiet. |
1.4.3 |
Barra minn hekk, fir-rigward tad-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali, il-KESE jirrepeti l-punt 5.7 tal-opinjoni tiegħu dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (11). |
1.5 Politiki ta’ taxxa li jgħinu t-tkabbir
1.5.1 |
Il-KESE jirrepeti l-punt 1.4 tal-opinjoni tiegħu dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (12) fejn jiddikjara li l-piż fiskali għandu jiġi trasferit lejn sorsi oħra ta’ dħul. |
1.5.2 |
Il-KESE huwa tal-fehma li s-settur finanzjarju wkoll għandu jikkontribwixxi għall-isforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali b’mod ġust u sostanzjali. L-introduzzjoni ta’ Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji (TTF) fil-livell globali hija preferuta minn TTF fil-livell tal-UE. Madankollu, jekk joħroġ fid-dieher li l-adozzjoni ta’ TTF fil-livell globali mhix vijabbli, imbagħad il-KESE jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ TFF fil-livell tal-UE. |
1.5.3 |
Fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), il-Kumitat japprova mingħajr l-ebda riżerva l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tikkunsidra reviżjoni globali tas-sistema tal-VAT. Għandhom jitnaqqsu l-ispejjeż operazzjonali għall-utenti, il-piżijiet amministrattivi u t-tentattivi ta’ frodi. Problema partikolarment delikata hija t-trattament tat-transazzjonijiet transkonfinali. |
1.5.4 |
Il-KESE jappoġġja u japprova l-Proposta għal Regolament ġdid dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (13), neċessarja u utli sabiex jiġi assigurat il-ġbir effettiv tat-taxxa u tiġi miġġielda l-frodi fiskali tas-sisa. |
1.5.5 |
Sabiex titneħħa t-tassazzjoni doppja u tissaħħaħ is-semplifikazzjoni amministrattiva fis-sitwazzjonijiet transkonfinali, il-KESE jirrakkomanda li jitwaqqfu servizzi ta’ punt ta’ waqfa waħda minn fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni, iħallsu t-taxxa u jirċievu ċ-ċertifikati u d-dokumenti meħtieġa għall-użu fl-UE kollha, kif ukoll is-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi applikati għas-sitwazzjonijiet transkonfinali. |
1.5.6 |
F’dan il-kuntest, il-KESE jappella għat-twaqqif ta’ Osservatorju tat-Tassazzjoni Transkonfinali taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni Ewropea sabiex, fuq bażi kontinwa, jinkiseb fehim dettaljat u prattiku tal-ostakli fiskali eżistenti u l-iżvilupp tagħhom. |
1.5.7 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta għal Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni (CCCTB) peress li toħloq kundizzjonijiet aħjar għall-intrapriżi li joperaw f’livell transkonfinali. |
1.5.8 |
Il-KESE jistenna li s-CCCTB ser twassal għal tnaqqis konsiderevoli fl-ispejjeż tal-konformità fiskali u t-tneħħija tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdan l-UE li jiġu kkawżati mil-liġijiet fiskali. B’dan il-mod, is-CCCTB għandha tippromovi kompetizzjoni ġusta u sostenibbli li tħalli impatt pożittiv fuq it-tkabbir u l-impjiegi. |
1.5.9 |
Il-Kumitat jappoġġja r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija (DTE) li tippermetti lill-Istati Membri, li jixtiequ, ibiddlu parti mit-taxxa fuq ix-xogħol jew fuq il-kapital f’forma oħra ta’ taxxa li tħeġġeġ imġiba li tirrispetta l-ambjent u li twassal għal użu effiċjenti tal-enerġija, b’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020. |
1.5.10 |
Il-fattur “taxxa fuq is-CO2” jikkomplementa l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS). |
1.5.11 |
Madankollu, il-KESE jiddispjaċih li r-riformulazzjoni tad-DTE mhijiex aktar ambizzjuża u koerenti. Il-Kummissjoni ħadet l-inizjattiva li tinkludi eċċezzjonijiet u derogi fit-test bil-għan li tikkuntenta lil ċerti Stati Membri u ma tiddispjaċix lil oħrajn. |
1.5.12 |
Is-sinjal tal-prezz li jingħata permezz tat-tassazzjoni mhux qed jasal fir-rigward tal-karburant għat-tisħin u dan jista’ jibqa’ l-każ bir-riformulazzjoni tad-DTE. |
1.5.13 |
Xi setturi (bħall-agrikoltura, il-kostruzzjoni, it-trasport pubbliku, eċċ.) jibqgħu totalment jew parzjalment eżentati. Huwa diffiċli li wieħed jara koerenza f’dawn l-eżenzjonijiet kollha, b’mod partikolari għax il-bżonn tagħhom jista’ ma jinftiehemx minn dawk li ma jibbenefikawx minnhom. |
2. Jerġa’ jibda jsir self normali lill-ekonomija
2.1 Sistema finanzjarja b’saħħitha
2.1.1 |
Huwa importanti li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet serji fir-Regolament u fis-superviżjoni tal-finanzi internazzjonali. L-iżbilanċ dejjem jikber li jeżisti bejn il-privatizzazzjoni tal-profitti u s-soċjalizzazzjoni tat-telf fis-settur finanzjarju jridu jiġu indirizzati kemm jista’ jkun malajr.Iridu jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas regolatorju sabiex l-intermedjarji finanzjarji jaqdu r-rwol primarju tagħhom li jservu l-ekonomija reali, jipprovdu krediti għal proġetti konkreti u jinvestu fl-assi minflok jirriskjaw fuq l-obbligazzjonijiet. Kwalunkwe appoġġ pubbliku li jingħata lill-istituzzjonijiet finanzjarji jrid ikun akkumpanjat mit-titjib neċessarju fil-governanza korporattiva, bħala l-ewwel pass lejn ir-riforma fundamentali tal-industrija li tappoġġja l-aġenda għat-tkabbir u l-impjiegi. |
2.1.2 |
Il-KESE jaqbel mat-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tal-fatt li l-appoġġ għal istituzzjonijiet finanzjarji f’diffikultà għad-detriment tal-finanzi pubbliċi u tal-kundizzjonijiet ugwali fis-suq intern mhuwiex aktar aċċettabbli fil-futur. Il-KESE jittama li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-ispejjeż, ir-riżorsi umani u r-riformi leġislattivi meħtieġa. Proposta realistika għandha tkun akkumpanjata minn qafas ta’ żmien biex jiġu impjegati r-riżorsi umani, bil-konsiderazzjoni tal-fatt li dawn jistgħu ma jkunux disponibbli minnufih fis-suq. |
2.1.3 |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-Kummissjoni Ewropea rreaġixxiet għall-kumplessità dejjem tikber u n-nuqqas ta’ trasparenza fis-sistema finanzjarja. Il-Kumitat għalhekk jappella lill-industrija finanzjarja tapplika l-leġislazzjoni l-ġdida b’mod tajjeb u tagħmel użu mill-awtoregolazzjoni sabiex tħeġġeġ prattiki adatti u onesti u tiffaċilita l-aċċess għal prodotti finanzjarji trasparenti. |
2.1.4 |
Il-KESE jitlob li l-edukazzjoni finanzjarja ssir suġġett obbligatorju fil-kurrikulu tal-iskejjel, u għandha titkompla permezz ta’ programmi ta’ taħriġ u ta’ taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema. Bħala suġġett, l-edukazzjoni finanzjarja għandha tħeġġeġ tfaddil responsabbli u tippromovi prodotti finanzjarji soċjalment responsabbli. L-edukazzjoni finanzjarja li tkun aċċessibbli għal kulħadd tgawdi minnha s-soċjetà kollha. |
2.1.5 |
Il-KESE jtenni l-punt 3.6 tal-opinjoni tiegħu dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (14) u jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattivi dwar il-bejgħ bin-nieqes (short selling) u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (credit default swaps). Dan għandu jelimina skemi konfliġġenti u jġib ċarezza lill-qasam tas-swieq finanzarji u ser jagħti lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħat li jirrikjedu trasparenza addizzjonali għall-istrumenti koperti mir-Regolament. |
2.1.6 |
Il-KESE jilqa’ bi pjaċir id-dispożizzjonijiet għal trasparenza fis-suq li minnhom jistenna benefiċċji kbar. Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rwol regolatorju tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li intervent eċċessiv jista’ jiddestabbilizza s-swieq. |
2.1.7 |
Il-KESE huwa tal-parir li sabiex tiġi stabbilita skema ta’ fondi ta’ riżoluzzjoni bankarja fattibbli, l-Istati Membri għandhom jaqblu minn qabel fuq l-adozzjoni ta’ metodi komuni u regoli uniformi sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
2.1.8 |
Ix-xenarju makroekonomiku qed jikkawża tħassib kbir. Il-KESE huwa mħasseb li l-fondi ta’ riżoluzzjoni bankarja ser iħallu impatt fuq il-potenzjal ta’ self tas-settur bankarju billi jiddawru r-riżorsi. |
2.1.9 |
Il-KESE jemmen li qabel ma jittieħdu l-passi biex jiddaħħlu l-imposti bankarji, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi bir-reqqa tal-effetti kumulattivi tad-dazji u l-fondi ta’ riżoluzzjoni bankarja. Biex tittieħed deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-fondi ta’ riżoluzzjoni bankarja jeħtieġ stima ta’ kemm ser tiswa l-iskema kollha kemm hi, sa liema punt ser ikollha impatt fuq il-potenzjal għas-self tal-settur bankarju, u kemm ser jgħaddi żmien qabel ma tkun b’saħħitha biżżejjed qabel ma tilħaq id-daqs immirat. Il-KESE jirrakkomanda li dawn l-istimi jitfasslu fil-kuntest tal-agħar xenarju possibbli. |
2.1.10 |
Il-KESE jilqa’ bis-sħiħ il-fatt li l-proposta għal Regolament tistipula li fil-ġejjieni l-ħlasijiet interbankarji multilaterali għad-debiti diretti ser ikunu pprojbiti għalkollox. B’hekk jinħolqu ċarezza u trasparenza fir-relazzjonijiet kuntrattwali kumplessi li hemm wara l-proċeduri ta’ pagament. Dan huwa fuq kollox ta’ benefiċċju għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. |
2.1.11 |
Mill-istudju ta’ impatt li sar mill-Kummissjoni ħareġ li l-SMEs ma jkunux partikolarment żvantaġġati mir-rekwiżiti ġodda ta’ kapital iżda l-Kumitat għad għandu d-dubji tiegħu u jitlob li l-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-iżvilupp tas-self tal-banek u t-tariffi tal-banek fir-rigward tal-SMEs. Barra minn hekk, il-KESE jappoġġja r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskju għas-self lill-SMEs li ser issir mill-Kummissjoni. |
2.1.12 |
Ir-Regolament il-ġdid għandu jiġi bbilanċjat bl-implimentazzjoni ta’ reġimi ta’ rkupru u ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq strumenti bħalma huma t-testmenti waqt il-ħajja. Filwaqt li l-Istat ser ikompli jipprovdi garanziji għal depożiti żgħar, għandu jiġi eliminat ir-riskju morali rrappreżentat mill-appoġġ statali illimitat lill-banek li jkunu fallew. Jekk is-sitwazzjoni tkun ċara biżżejjed, l-investituri, il-kredituri u d-diretturi jkollhom jieħdu responsabbiltà diretta għas-saħħa futura ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu. |
3. It-tħeġġiġ tat-tkabbir u l-kompetittività għal lum u għal għada
3.1 Il-KESE jtenni l-fehmiet tiegħu espressi fl-opinjoni tal-KESE dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, fil-punt 8 “L-isfruttar tal-potenzjal tas-suq uniku”, fil-punt 9 “L-attrazzjoni ta’ kapital privat biex jiffinanzja t-tkabbir” u fil-punt 10 “Il-ħolqien ta’ aċċess kosteffikaċi għall-enerġija”.
3.2 Ir-riċerka u l-innovazzjoni
3.2.1 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa strateġija integrata għar-riċerka u l-innovazzjoni, u tieħu miżuri strutturali addizzjonali fi ħdan il-Kummissjoni u l-korpi konsultattivi li jappoġġjawha, kif ukoll li fl-aħħar iżżid il-baġit futur għar-riċerka u l-innovazzjoni. |
3.2.2 |
Il-KESE jkompli jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma politika essenzjali li fl-Ewropa kollha jinħolqu kundizzjonijiet u oqfsa affidabbli li jiffavorixxu l-innovazzjoni u bi flessibbiltà suffiċjenti li jeħilsu lill-inventuri potenzjali u l-proċessi tal-innovazzjoni mill-piż tal-frammentazzjoni u l-ammont eċċessiv ta’ xogħol attwali marbut mal-oqfsa regolatorji u l-burokraziji differenti fis-27 Stat Membru u l-Kummissjoni. |
3.2.3 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu kkonċentrati aktar sforzi sabiex jitneħħa kwalunkwe ostaklu li jopponi jew ifixkel l-introduzzjoni immedjata tal-innovazzjonijiet u l-ħolqien ta’ Unjoni tal-Innovazzjoni. Sabiex jiġi appoġġjat iċ-ċiklu sħiħ tal-innovazzjoni b’mod iktar effettiv, il-Kumitat jappella biex ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, il-baġits, l-akkwist u l-kompetizzjoni, li jistgħu jkunu ostaklu (15) għal dan il-għan, jiġu riveduti bis-sħiħ f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti. Il-kawża ta’ dan hija l-bilanċ u/jew kunflitt possibbli bejn il-liġi tal-kompetizzjoni u l-promozzjoni tal-innovazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-liġijiet tal-kompetizzjoni, tal-għajnuna mill-istat, u tal-akkwist pubbliku m’għandhomx jitfasslu u jiġu implimentati b’mod li jsiru ostaklu għall-innovazzjoni; jista’ jkun ukoll li hemm bżonn ta’ riformi. Xi kultant l-innovazzjonijiet jeħtieġu wkoll li jiġu mħarsa sabiex ma jiġux akkwistati minn kompetituri li jixtiequ jwaqqfu l-proċess tal-innovazzjoni. |
3.2.4 |
Il-KESE jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li l-innovazzjonijiet qed jinftiehmu u jiġu definiti skont ir-ramifikazzjonijiet vasti tagħhom. |
3.2.5 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li l-miżuri ta’ appoġġ, l-appoġġ finanzjarju u l-kriterji tal-prestazzjoni jiġu adattati – fuq naħa – għall-innovazzjonijiet l-aktar inkrimentali li jirrispondu għall-forzi prevalenti tas-suq u l-bżonnijiet soċjali, u – fuq in-naħa l-oħra – għall-innovazzjonijiet aktar radikali li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq u joħolqu bżonnijiet soċjali ġodda, iżda li l-ewwel ikollhom jgħaddu minn perjodi partikolarment diffiċli. |
3.2.6 |
Il-Kumitat jenfasizza r-rwol importanti li jaqdu l-SMEs u l-mikrointrapriżi fil-proċess tal-innovazzjoni u jirrakkomanda li dawn jingħataw appoġġ u jkollhom miżuri mfassla b’mod speċifiku sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet partikolari tagħhom. Barra minn hekk, huwa jissuġġerixxi li jiġi kkunsidrat jekk u kif il-kumpaniji li jkunu għadhom jibdew (start ups) jistgħux għal perjodu adatt ta’ żmien jiġu eżentati mill-biċċa l-kbira tal-kundizzjonijiet u l-obbligi tas-soltu u jekk jistgħux jinħolqu inċentivi addizzjonali speċjali għalihom. Dan jgħodd ukoll għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. |
3.3 Is-suq uniku
3.3.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-ambizzjoni tal-Kummissjoni biex iżżid it-tkabbir u ssaħħaħ il-fiduċja fis-suq uniku. Il-Kumitat ifakkar li s-suq uniku huwa fattur ċentrali tal-integrazzjoni Ewropea, bil-potenzjal li jwassal benefiċċji li jinħassu b’mod dirett għall-partijiet interessati Ewropej u li jiġġenera tkabbir sostenibbli għall-ekonomiji Ewropej. Fl-ambjent attwali, dan ifisser li suq uniku li jaħdem tajjeb u li huwa orjentat lejn il-ġejjieni mhuwiex biss mixtieq iżda saħansitra essenzjali għall-ġejjieni politiku u ekonomiku tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jinkisbu dawn il-benefiċċji, huwa kruċjali li l-proposti tal-Kummissjoni jkunu ambizzjużi u jmorru lil hinn mill-indirizzar ta’ sfidi ta’ livell baxx u ddettaljati biss. |
3.3.2 |
Il-KESE jixtieq itenni l-appell tiegħu għal approċċ olistiku. Filwaqt li jaħseb li l-promozzjoni tat-tkabbir u tal-potenzjal tan-negozju hija essenzjali, il-Kumitat madankollu jħoss li l-proposti għandhom jiffokaw iżjed fuq il-konsumaturi u ċ-ċittadini bħala atturi indipendenti fil-ħolqien tas-suq uniku. |
3.3.3 |
Il-KESE jitlob għal politika ta’ tolleranza żero fejn jidħol in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE mill-Istati Membri u jfakkar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li implimentazzjoni inkonsistenti, mhux sħiħa u ttardjata tibqa’ ostaklu ewlieni għal suq uniku li jiffunzjona. Il-Kumitat ikun tabilħaqq sodisfatt li kieku jiġu ppubblikati t-tabelli ta’ korrelazzjoni mill-Istati Membri li jistgħu jikkontribwixxu għal promozzjoni u fehim aħjar tas-suq uniku. |
3.4 Is-suq uniku diġitali tal-UE
3.4.1 |
Fir-rigward tas-suq uniku diġitali tal-UE, il-KESE jtenni l-punt 8.12 tal-opinjoni tiegħu dwar l-Istarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011, u f’diversi opinjonijiet maħruġa matul l-2011 (16) ikkonferma l-appoġġ b’saħħtu tiegħu għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali fl-Ewropa sabiex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali bbażat fuq konnettività ta’ kwalità u veloċità għolja tal-internet, disponibbli bi prezzijiet affordabbli għaċ-ċittadini fl-UE kollha. |
3.4.2 |
F’dan il-kuntest, il-Kumitat jinnota b’sodisfazzjon l-approċċ kreattiv tal-Kummissjoni għall-ftehimiet ta’ investiment konġunt għall-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-broadband veloċi u ultraveloċi, iżda jappella għal miri ta’ konnettività aktar ambizzjużi sabiex l-Ewropa tinżamm kompetittiva globalment. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza kruċjali tal-prinċipji tan-“newtralità tan-net” bħala miri politiċi fundamentali fil-livell tal-UE u jappella għal approċċ urġenti u proattiv sabiex dawn il-prinċipji jitnaqqxu fil-liġi tal-UE, u b’hekk jiġi assigurat li l-internet jinżamm miftuħ fl-Ewropa kollha. |
3.4.3 |
Fir-rigward tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-gvern elettroniku u l-qafas tal-interoperabbiltà, il-KESE jappoġġja l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal forma sostenibbli u innovattiva ta’ gvern elettroniku, u jfakkar li għandhom jinżammu l-impenji li ttieħdu matul il-Konferenza Ministerjali ta’ Malmö fl-2009. Il-Kumitat jesprimi ruħu favur ukoll pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenzi u kodiċijiet ibbażati fuq softwer ta’ sors liberu kif deskritt fil-Qafas Ewropew ta’ Interoperabbiltà, u jenfasizza li ħafna mill-ostakli attwalment huma riżultat ta’ nuqqas ta’ bażi legali transkonfinali, ta’ differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali u ta’ Stati Membri li jadottaw soluzzjonijiet li huma inkompatibbli ma’ xulxin. |
3.4.4 |
Fir-rigward tat-“tisħiħ tal-kultura diġitali, il-kompetenzi diġitali u l-inklużjoni diġitali”, il-KESE jqis li aċċess inugwali għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni primarjament huwa estensjoni tal-inugwaljanzi finanzjarji u soċjali u enfasizza li ċ-ċittadini KOLLHA huma intitolati li jifhmu b’mod kritiku l-kontenuti tal-għodod kollha tal-midja. Il-Kumitat huwa tal-fehma wkoll li l-UE u l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-aċċessibbiltà diġitali permezz ta’ taħriġ kontinwu fil-kompetenzi diġitali għal skopijiet ta’ impjieg u/jew personali, kif ukoll għaċ-ċittadinanza, filwaqt li l-aċċess għall-infrastruttura u l-għodod għandu jitqies bħala dritt fundamentali. |
3.5 Is-soċjetà tal-informazzjoni
3.5.1 |
Fir-rigward ir-Regolament il-ġdid dwar ir-roaming, il-KESE qies li t-tnaqqis propost fil-limiti għat-tariffi huwa proporzjonat u adatt sabiex jiġu garantiti d-disponibbiltà u l-aċċess ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali bi prezzijiet li jintlaħqu, filwaqt li jikkostitwixxi pass fid-direzzjoni t-tajba, fi kliem ieħor it-tneħħija, fuq perjodu medju, ta’ kwalunkwe forma speċifika ta’ prezz għar-roaming. Madankollu, il-Kumitat jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma kinitx akkumpanjata minn studju tal-impatt tal-miżuri l-ġodda fuq l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet taċ-ċellulari. |
3.6 L-enerġija
3.6.1 |
Il-KESE jħoss li l-effiċjenza tas-swieq transkonfinali tal-enerġija ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, il-ġestjoni bl-aħjar mod possibbli tal-kriżijiet u t-tnaqqis fir-riskju ta’ żidiet fl-ispejjeż, li dejjem jaqgħu fuq l-utent aħħari. It-titjib gradwali tas-suq intern tal-enerġija jippermetti li jinkiseb tfaddil sinifikanti għall-benefiċċju tan-negozji u l-utenti privati. |
3.6.2 |
Il-KESE jinnota li fis-swieq bl-ingrossa tal-enerġija tal-Unjoni għad hemm kundizzjonijiet mhux uniformi u diskriminazzjonijiet; l-integrazzjoni tas-swieq hija totalment inadegwata, parzjalment minħabba l-iżbilanċ strutturali fin-netwerk iżda b’mod partikolari minħabba l-interkonnessjoni transkonfinali. Għad hemm ostakli kbar li jxekklu l-possibilità ta’ aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk u għall-bejgħ tal-enerġija elettrika. |
3.6.3 |
Il-Kumitat jemmen li huwa essenzjali li jkomplu l-isforzi favur il-bini ta’ Ewropa tal-enerġija, li fiha jitħarsu l-interessi ġenerali tal-Unjoni u tal-konsumaturi, tiġi garantita l-provvista tal-enerġija u jiġu protetti, permezz ta’ politiki mfassla tajjeb li jqassmu l-benefiċċji b’mod ekwu u jiżguraw l-adegwatezza tal-ispejjeż, is-sostenibbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika kif ukoll l-integrità tas-suq bħala fattur essenzjali għall-iżvilupp tal-ekonomija soċjali tas-suq. |
3.6.4 |
Il-KESE jappella li jiġi adottat approċċ integrat bejn il-politiki interni u esterni u l-politiki relatati bħal dik tal-viċinat jew dawk marbutin mal-ħarsien tal-ambjent. Għandu jintemm l-unilateraliżmu fl-enerġija permezz ta’ politika komuni b’saħħitha dwar is-solidarjetà tal-enerġija, ibbażata fuq id-diversifikazzjoni, fuq taħlita ta’ tipi ta’ enerġija adattata għall-kundizzjonijiet u l-karatteristiċi ta’ kull Stat Membru, iżda l-aktar fuq is-sostenibbiltà ambjentali. |
3.6.5 |
Fir-rigward tal-kontribut tal-enerġija għat-tkabbir, il-KESE:
|
3.6.6 |
B’rabta mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni:
|
3.6.7 |
B’rabta mal-miżuri li jsaħħu t-tibdil fl-imġiba, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni:
|
3.6.8 |
Fil-fehma tal-KESE, hemm bżonn ta’ azzjoni msaħħa fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, li qed jissogra li jeskludi gruppi dejjem akbar ta’ ċittadini (l-ispejjeż relatati mal-għażliet ekoloġiċi jistgħu jkunu kbar, f’termini ta’ tariffi u/jew taxxi ogħla, b’mod partikolari għall-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni), u jeħtieġ li tinġabar l-esperjenza Ewropea sabiex jinħolqu postijiet tax-xogħol “ekoloġiċi” ġodda – effettivi, dejjiema u kompetittivi – u jitnaqqsu l-inugwaljanzi (17), filwaqt li ċ-ċittadini jingħataw “aċċess għas-servizzi tal-enerġija u l-impjiegi li jinħolqu mill-ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju” (18). |
3.7 It-trasport
3.7.1 |
Fir-rigward tal-kontribut tat-trasport għat-tkabbir, il-KESE jaqbel li l-għan li l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu b’60 % sal-2050 indikat fil-White Paper dwar it-Trasport huwa konformi mal-pożizzjoni globali tal-UE dwar il-ħarsien tal-klima u li permezz tiegħu hemm bilanċ bejn il-bżonn li jitnaqqsu malajr l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fis-soċjetà u l-possibbiltà li jintużaw karburanti alternattivi mill-iżjed fis fil-ħidma importanti tas-settur tat-trasport fl-ekonomija tal-Unjoni. Il-Kumitat jissuġġerixxi li din il-mira għat-tul proposta fil-Pjan Direzzjonali tkun komplementata b’miri speċifiċi u li jistgħu jitkejlu tul perjodu ta’ żmien medju għat-tnaqqis tad-dipendenza miż-żejt, it-tnaqqis tal-istorbju u tat-tniġġis tal-arja. |
3.7.2 |
Il-Kummissjoni iqis il-bżonn li ssaħħaħ il-kompetittività ta’ modi alternattivi tat-trasport bit-triq. Il-Kumitat jappoġġja dan il-għan, bil-kundizzjoni li jitwettaq permezz tal-promozzjoni ta’ kapaċità u kwalità ogħla tal-ferroviji, tal-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra kif ukoll servizzi intermodali effiċjenti, u mhux billi jixxekkel l-iżvilupp ta’ servizzi sostenibbli marbuta mat-toroq fi ħdan l-UE. |
3.7.3 |
Fir-rigward tat-trasport fis-suq intern, il-KESE jirrikonoxxi r-rwol kruċjali li jaqdi s-settur tat-trasport bħala fattur għall-kompetittività u l-prosperità, il-bżonn li tinħoloq sistema integrata tat-trasport Ewropew, kif ukoll il-bżonn li tittejjeb is-sostenibbiltà u jiġu promossi modi tat-trasport b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, is-sigurtà u l-indipendenza tal-provvista u t-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku. Għalhekk, il-KESE jista’ japprova l-enfasi fuq il-ktajjen loġistiċi multimodali u użu aktar effikaċi tal-infrastruttura tat-trasport. Jappoġġja wkoll l-istrateġija tal-Pjan Direzzjonali li jsir rikors għal sehem akbar ta’ miżuri xprunati mis-suq meta mqabbel mal-verżjonijiet preċedenti tal-White Paper. |
3.8 L-industrija
3.8.1 |
Fir-rigward tal-industrija, il-KESE japprova bis-sħiħ l-approċċ olistiku u l-konnessjoni msaħħa bejn il-politiki tal-UE kif ukoll koordinazzjoni profonda fir-rigward tal-industrija bejn l-UE u l-Istati Membri. L-għan huwa settur industrijali Ewropew kompetittiv u sostenibbli fl-ekonomija globali. |
3.8.2 |
Fil-fehma tal-KESE, il-konnessjoni mtejba għandha twassal għal approċċi integrati f’suq intern kompletament żviluppat fi ħdan ekonomija tas-suq soċjali permezz ta’ leġislazzjoni intelliġenti, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, aċċess għall-finanzi, ekonomija li tuża l-enerġija b’effiċjenza u ma tiddependix wisq fuq il-karbonju, politiki fil-qasam tal-ambjent, it-trasport, il-kompetizzjoni u l-impjieg, it-titjib fil-ħiliet u l-kompetenzi, il-kummerċ u kwistjonijiet relatati, u aċċess għall-materji primi. |
3.8.3 |
Minkejja l-progress ċar, il-frammentazzjoni tas-suq intern u n-nuqqas ta’ punt fokali ppersistew parzjalment minħabba d-differenzi fl-approċċi għan-negozju. Wisq drabi tiġi injorata r-rabta bejn it-tkomplija tas-suq intern u l-politiki industrijali. Il-KESE enfasizza b’mod repetut il-ħtieġa li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba filwaqt li titqies il-ħtieġa għal oqfsa leġislattivi speċifiċi għas-setturi u l-kwistjonijiet tematiċi, u li jikkunsidraw in-netwerks ta’ valur li għandhom fergħat madwar id-dinja kollha. |
3.8.4 |
Il-politika industrijali tikkonċerna kull xorta ta’ manifattura u servizzi marbutin flimkien. Id-distinzjonijiet bejn is-setturi qed jiċċajpru. L-SMEs qed isiru dejjem aktar importanti kemm f’termini ta’ valur miżjud kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi. Dawn il-fatturi jirrikjedu leġislazzjoni u/jew regolamentazzjoni orizzontali u settorjali intelliġenti, u miżuri li jakkumpanjawhom. Għandhom jitqiesu l-komplessità tan-netwerks internazzjonali u tal-proċessi ta’ manifattura integrata. |
3.9 Is-servizzi
3.9.1 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-impatt tad-Direttiva tas-Servizzi u dwar il-funzjonament tas-settur tas-servizzi huma prematuri. Id-Direttiva ilha fis-seħħ ftit snin biss. Mhux l-Istati Membri kollha huma sodisfatti bl-istess mod bid-Direttiva u jeħtieġu jimplimentawha fil-leġislazzjoni tagħhom bil-mod tagħhom. |
3.9.2 |
Id-Direttiva tas-Servizzi nibtet mill-kuntest tat-Trattat l-antik li kien għadu jikkunsidra l-interess ekonomiku bħala l-prijorità ewlenija fis-suq intern. Fil-kuntest tat-Trattat ta’ Lisbona, interessi oħra m’għadhomx aktar soġġetti għal-lat ekonomiku, iżda jitqiesu fl-istess livell. Ikun interessanti li tiġi studjata n-natura tar-rabtiet bejn, minn naħa, il-leġislazzjoni adottata u l-ġurisprudenza li żviluppat fl-ambitu tat-Trattat l-antik u, min-naħa l-oħra, it-Trattat il-ġdid. |
3.10 Id-dimensjoni tat-tkabbir estern
3.10.1 |
Fir-rigward tad-dimensjoni tat-tkabbir estern u s-sigurtà tal-materja prima, il-KESE jħeġġeġ politika barranija iktar attiva fir-rigward tas-sigurtà tal-materja prima għall-industrija tal-UE. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu u jilħqu ftehim dwar linji gwida ewlenin dwar id-diplomazija fil-qasam tal-materja prima. Il-ftehimiet ta’ kummerċ bilaterali u d-diplomazija huma verament importanti biex tiġi żgurata l-materja prima kritika għall-industrija bbażata fl-UE. Dawn jirrappreżentaw sfida immedjata u diffiċli għas-servizz diplomatiku tal-UE stabbilit reċentement. Jeħtieġ li jkun hemm mhux biss enfasi diretta fuq l-iżgurar tal-materja prima essenzjali iżda wkoll li jinħoloq ambjent pożittiv għall-interessi tal-UE fil-pajjiżi kkonċernati. Għandu jittieħed vantaġġ mill-fatt li l-UE tinsab fost l-iktar swieq popolari u importanti tad-dinja. |
3.10.2 |
Fir-rigward tas-swieq pubbliċi tal-pajjiżi terzi, il-KESE jemmen li l-UE għandha tkabbar is-setgħa ta’ negozjar biex – fuq il-bażi tal-leġislazzjoni primarja u sekondarja tagħha – ittejjeb l-aċċess għal dawn is-swieq, peress li l-UE fetħet aktar minn 80 % tas-swieq pubbliċi tagħha u l-ekonomiji kbar żviluppati l-oħra fetħu 20 % biss mis-swieq tagħhom. |
3.10.3 |
Il-KESE jappella bil-qawwa lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw, kemm fil-livell intern kif ukoll f’dak internazzjonali, ħarsien aktar effettiv u aktar strateġiku tal-interessi tal-UE fir-rigward tal-aċċess għas-swieq pubbliċi, biex tissaħħaħ il-kredibbiltà dinjija tagħha u l-ħajja fit-tul u l-iżvilupp tal-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew. |
3.10.4 |
Bħala komponent estern tal-Istrateġija UE 2020, politika tal-kummerċ tal-UE għandha tiżgura li l-kummerċ jikkontribwixxi tajjeb għal tkabbir sostenibbli - li bħalissa huwa element nieqes biex noħorġu mill-kriżi - filwaqt li tiġi ggarantita s-sostenibbiltà tal-ekonomija soċjali tas-suq u billi jingħata appoġġ lil tranżizzjoni lejn ekonomija li ftit tuża karbonju. Dwar ċerti suġġetti, il-Kumitat iqis li hemm bżonn tiġi ċċarata l-leġislazzjoni attwali, b’mod partikolari fil-qasam tas-sussidji u tal-għajnuna mill-Istat, u li jiġu promossi r-regoli u l-valuri tal-UE billi f’każ ta’ ħtieġa jiġu applikati l-mekkaniżmi tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO sabiex isir kontribut għat-tisħiħ tal-ġurisprudenza li tirrifletti aħjar il-kunċett ta’ kompetizzjoni ġusta, l-aktar fil-kuntest tal-pajjiżi emerġenti. |
3.10.5 |
Fir-rigward tal-kummerċ u l-investiment, il-KESE jqis essenzjali li tinżamm is-sigurtà tal-investitur tal-UE, kemm fl-interess tan-negozji tal-UE u kemm f’dawk tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-kompetenza l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea fl-Investiment Barrani Dirett (IBD), li għandha ssaħħaħ is-setgħa tan-negozjar tal-UE u għandha tirriżulta f’li l-UE ssir attur aktar importanti, u tippermetti aċċess aħjar għas-swieq prinċipali tal-pajjiżi terzi filwaqt li tħares l-investituri u b’hekk ittejjeb il-kompetittività internazzjonali tagħna. Fl-istess ħin, il-KESE jinsisti li l-politika tal-kummerċ u l-investiment tal-UE għandha tkun konsistenti mal-politika ekonomika u politiki oħrajn tal-Unjoni, inkluż il-ħarsien tal-ambjent, ix-xogħol deċenti, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-iżvilupp. Il-ftehimiet ta’ investiment tal-UE għandhom jirriżultaw f’li jgħaqqdu ambjent ta’ investiment miftuħ ma’ ħarsien effettiv tal-investituri tal-UE u f’li jiżguraw li dawn ikollhom flessibbiltà operattiva fil-pajjiżi li fihom qed jinvestu. Għal dan il-għan, il-Kumitat iħeġġeġ lill-UE sabiex tieħu din l-opportunità biex ittejjeb u taġġorna l-ftehimiet ta’ investiment li qed tinnegozja, filwaqt li tibni fuq il-vantaġġi tagħha iktar milli timita dawk ta’ ħaddieħor. L-UE għandha bżonn tħares lejn l-iżviluppi reċenti fil-leġislazzjoni internazzjonali tal-investiment, kif ukoll fil-politika u l-prattika tal-investiment (fosthom l-arbitraġġ investitur-stat) b’għajn kritika, biex tiżgura li l-mod kif qed taħseb u l-approċċ tagħha dwar it-trattati ta’ investiment futuri u l-kapitli ta’ investiment fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ikunu kemm fl-avangwardja kif ukoll sostenibbli. |
3.10.6 |
Fil-fehma tal-KESE, għandu jitħaffef il-proċess tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs bil-għan li jiżdied l-aċċess tagħhom għas-swieq ġodda u, għalhekk, il-kapaċità tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi. |
3.10.7 |
Ftehimiet kummerċjali bilaterali, bħall-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles reċenti mal-Kolombja, il-Perù u l-Korea ta’ Isfel, joffru bosta benefiċċji potenzjali li jistgħu jiġu mill-użu tal-opportunitajiet il-ġodda li dawn joffru, u n-negozji għandhom jingħataw tagħrif adegwat dwarhom. Il-Kumitat jemmen li l-ftehimiet bilaterali għandhom jitqiesu bħala fatturi li huma kompatibbli mal-multilateraliżmu u li eventwalment ser issaħħuh. Kif tistqarr sewwa l-KE, ir-riżq jiddependi mill-kummerċ. Madanakollu l-Kumitat jisħaq fuq il-bżonn ta’ bidla kwalitattiva fl-approċċ lejn din is-sensiela ġdida ta’ negozjati: l-approċċ bilaterali jista’ jippermetti aktar rispett lejn id-differenzi reġjonali u nazzjonali milli jippermettu l-ftehimiet multilaterali li bilfors ikollhom isegwu approċċ aktar ġenerali. Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ dawn il-ftehimiet biex jiġu promossi u mħeġġa l-aċċettazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fil-qasam tat-titjib tal-ambjent, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli kif ukoll l-iżvilupp ta’ standards soċjali u tal-impjieg ogħla. In-negozjati bilaterali għandhom juru biċ-ċar li l-Ewropa ser tibqa’ tħaddan il-preferenzi kollettivi tagħha fejn jidħlu kwistjonijiet soċjali u fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel u tal-ambjent. Il-kummerċ internazzjonali huwa parti mill-problema u parti mis-soluzzjoni għall-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-ikel fil-livell dinji. Ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali għandhom jaħdmu favur is-sigurtà tal-ikel, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-inqas avvanzati, u jiżguraw li dawn ikollhom aċċess bla dazji għas-swieq tal-pajjiżi żviluppati iżda wkoll tal-pajjiżi emerġenti, b’konformità mal-prinċipju tat-trattament speċjali u differenzjat. |
3.10.8 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sur Antonio Tajani, li jiġi introdott “test tal-kompetittività” qabel ma jiġi ffirmat ftehim ta’ sħubija kummerċjali bejn l-UE u pajjiżi terzi oħra. Barra minn hekk, jaqbel li hemm bżonn li jiġu vvalutati l-effetti tal-inizjattivi ta’ politika l-oħra kollha (bħall-politiki tal-enerġija, il-kummerċ, l-ambjent u dawk soċjali u relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur) fuq il-kompetittività industrijali qabel ma jiġu implimentati. |
3.10.9 |
Sabiex tiżviluppa ekonomija ekoloġika f’ambjent kompetittiv globalizzat u żżomm ir-rwol ta’ tmexxija tagħha fil-qasam, fl-interess tagħha stess u tal-klima, l-Ewropa għandha tibqa’ ambizzjuża ħafna fil-qasam tat-tnaqqis progressiv tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Il-Kumitat jipproponi li jiġu żviluppati valutazzjonijiet tal-impatt (fuq il-kompetittività, l-impjieg u l-ambjent) u li jiġu organizzati dibattiti pubbliċi sabiex jiġu antiċipati t-tranżizzjonijiet bejn l-2020 u l-2050 u biex il-proġettazzjonijiet tal-atturi ekonomiċi u dawk taċ-ċittadini jiġu stabbilizzati. |
3.11 Il-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE għat-tkabbir u l-kompetittività
3.11.1 |
Il-KESE jemmen li minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja u s-sensiela ta’ defiċits li qegħdin dejjem jikbru fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea bħalissa m’għandhiex il-mezzi baġitarji biex timplimenta l-istrateġija politika tagħha jew l-impenji li għandha b’rabta mat-Trattat ta’ Lisbona. |
3.11.2 |
Il-KESE jħoss li l-baġit Ewropew għandu jissaħħaħ u jkollu effett ta’ lieva. Il-baġits nazzjonali u Ewropej għandhom jikkomplementaw lil xulxin biex jiksbu ekonomiji ta’ skala li jkunu kapaċi jilħqu l-għanijiet politiċi ewlenin tal-UE. |
3.11.3 |
Il-KESE jitlob li l-baġit tal-UE għandu jkun eżemplari mil-lat tal-governanza, l-effikaċja, it-trasparenza u l-kontroll tal-infiq amministrattiv. |
3.11.4 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-kunċett tal-“juste retour” għandu jitwarrab għax imur kontra l-valuri tas-solidarjetà u l-benefiċċju reċiproku tal-integrazzjoni Ewropea. Minflok, għandu jiġi applikat il-prinċipju tas-sussidjarjetà bi trasferiment lejn il-livell Ewropew ta’ dak kollu li jkun tilef is-sens u l-effikaċja fil-livell nazzjonali. Il-KESE jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea li pproponiet li jerġa’ jibda jintuża l-prinċipju tar-riżorsi proprji li jistgħu jinħolqu mill-ġdid u li jistgħu jissostitwixxu t-taxxi nazzjonali. |
3.11.5 |
Il-KESE jinsisti dwar livell adegwat ta’ riżorsi finanzjarji privati u pubbliċi għall-kompetittività u l-innovazzjoni sabiex ipattu għat-tnaqqis fil-baġits. Il-KESE jilqa’ bi pjaċir kbir it-tħabbira dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet transkonfinali għall-kapital ta’ riskju, kif ukoll tal-proposti għall-bonds għall-proġetti pubbliċi u privati tal-UE għall-investimenti fl-enerġija, it-trasport u l-ICT. Għandhom jiġu eżaminati bonds għall-proġetti għal oqsma oħra, eż. proġetti ta’ riċerka u ta’ turija. Il-fondi strutturali u ta’ koeżjoni għandhom jiffukaw ukoll fuq miri tal-politika industrijali. Għandhom jiġu żviluppati ideat innovattivi ġodda sabiex il-kapital privat jiġi attirat lejn is-settur industrijali. |
3.11.6 |
Huwa ta’ importanza kbira li jinżammu, u anki jiġu estiżi, ir-riżorsi finanzjarji tal-UE fir-riċerka u l-iżvilupp. Proġetti Ewropej kbar, bħalma huma dawk fil-qasam tal-enerġija u t-twettiq ta’ infrastruttura pan-Ewropea, iffinanzjati b’mod konġunt minn Stat Membru jew aktar, għandhom iwasslu għal effetti ta’ lieva. |
3.11.7 |
F’Ottubru 2010, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar “Politika reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020” (19), li tenfasizza b’mod ċar kemm hu importanti li l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp jiġu żviluppati fl-Unjoni kollha u tisħaq fuq ir-rwol li l-politika reġjonali tista’ taqdi f’dan ir-rigward. Dik il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll l-użu relattivament skars tal-fondi disponibbli għall-innovazzjoni. Għalhekk, il-KESE jara opportunità mitlufa fil-fatt li l-proposta li għamlet il-Kummissjoni fl-2011 li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom (COM(2011) 482 final) ma tipprovdix għal finanzjament ta’ 100 % mill-Unjoni għall-proġetti relatati mal-innovazzjoni, ħaġa li kienet tkun partikolarment vantaġġjuża għall-SMEs. |
3.11.8 |
Il-KESE minn dejjem appoġġja l-programm tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropej u jtenni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għal dan il-programm. Madankollu jinnota li l-ħtiġijiet tal-Ewropa estiża fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport kibru u trid issir riflessjoni dwar kif il-politika u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni attwali jridu jiġu adattati għall-isfidi futuri. |
3.11.9 |
Biex il-modi ta’ trasport alternattivi jaslu jokkupaw proporzjon ikbar mis-suq, hemm bżonn ta’ investimenti kbar fl-infrastruttura, inkluż investiment fl-infrastruttura tat-trasport bit-triq. Il-fatt li nirrikorru b’mod ġenerali għal investimenti privati u nollijiet relatati mal-infrastruttura ma jistax jitqies bħala soluzzjoni għal kollox. Kif stqarr f’għadd ta’ opinjonijiet preċedenti, il-Kumitat jaqbel mal-internalizzazzjoni fis-settur tat-trasport. Il-Kumitat jaqbel li b’koerenza mal-prinċipju “min iniġġes iħallas”, l-istrumenti ekonomiċi għandhom jirriflettu l-ispiża vera tat-trasport għas-soċjetajiet tagħna, biex jinfluwenzaw l-imġiba tas-suq f’direzzjoni sostenibbli. F’dan ir-rigward, id-dħul minn dawn it-tariffi addizzjonali għandu jiġi riżervat għall-iżvilupp ta’ transport sostenibbli u biex is-sistema tat-trasport kollha titpoġġa fl-aħjar kundizzjoni biex tinkiseb politika ta’ mobbiltà sostenibbli ġenwina. Id-dħul għandu jinżamm separat ukoll mit-tariffi li ġew stabbiliti għal skopijiet ta’ finanzjar, li huma skont il-prinċipju “min juża’ jħallas”. |
3.11.10 |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġu adottati taħlitiet ta’ politika li jinkludu:
|
3.11.11 |
Fir-rigward tat-“tagħmir” tas-suq enerġetiku Ewropew integrat, il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġi stabbilit mingħajr dewmien u b’mod kunsenswali, il-programm għall-investiment fl-oqsma li ġejjin:
|
3.11.12 |
Il-KESE jappella biex tingħata prijorità lill-proġetti ta’ diversifikazzjoni enerġetika mwettqa fil-pajjiżi Ewropej ġirien, bħall-kuritur enerġetiku tal-UE li jmur mill-Baħar Kaspju sal-Baħar l-Iswed, u b’mod partikolari l-pajp tal-gass Nabucco, l-infrastruttura tal-gass naturali f’forma likwida (LNG), l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-elettriku u lit-tlestija tal-konnessjonijiet Ewro-Mediterranji tal-infrastruttura elettrika (Med-ring) u tal-gass, kif ukoll it-twettiq ta’ proġetti ġodda ta’ infrastruttura taż-żejt ta’ interess Ewropew, bħall-proġetti Odessa-Gdańsk, Costanza-Trieste u n-‘Nord Stream’; |
4. L-indirizzar tal-qgħad u tal-konsegwenzi soċjali tal-kriżi
4.1.1 |
Il-KESE jemmen li l-iktar prerekwiżit importanti biex jinħolqu impjiegi ġodda huwa t-tkabbir ekonomiku stabbli u sostenibbli. Il-KESE bi pjaċir jilqa’ l-fatt li għadd ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet ressqu proposti għall-ħruġ mill-kriżi li jikkunsidraw id-dimensjoni soċjali tal-irkupru. |
4.1.2 |
Il-Kumitat jemmen li huwa importanti li jiġu żviluppati inizjattivi li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ setturi bl-għola potenzjal ta’ impjiegi, inkluż fl-ekonomija bl-użu baxx ta’ karbonju li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti (“impjiegi ekoloġiċi”), fis-settur tas-saħħa u dak soċjali (“impjiegi tal-fidda”) u fl-ekonomija diġitali. |
4.1.3 |
Fost l-azzjonijiet prijoritarji, il-KESE jidentifika: l-iżvilupp tal-potenzjal tal-intraprenditorija l-ġdida, b’mod partikolari fost in-nisa, l-impjieg taż-żgħażagħ u l-appoġġ lill-inizjattiva ewlenija “Żgħażagħ attivi”. |
4.1.4 |
Fil-fehma tal-KESE, it-tixrid ta’ kultura intraprenditorjali u tas-sens tal-inizjattiva f’ambjent li jappoġġja lill-intraprendituri, jifhem ir-riskji tas-suq u jagħti importanza lill-kapital uman huwa fundamentali, filwaqt li jiġu rispettati l-ftehimiet kollettivi u l-prattiki nazzjonali. |
4.1.5 |
B’mod partikolari, il-KESE jitlob għat-tnedija ta’ pjan direzzjonali mill-iżjed fis possibbli bil-għan li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp ta’ intrapriżi innovattivi ġodda u għall-appoġġ tal-SMEs attwali biex jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, li huma meħtieġa biex noħorġu mill-kriżi, u bil-għan li nerġgħu lura għat-tkabbir sostenibbli. Il-miżuri adottati għandhom ikunu programmati fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, u għandhom jinkludu kemm l-intrapriżi kummerċjali u mhux kummerċjali, kif ukoll dawk tal-ekonomija soċjali. Flimkien ma’ dan il-pjan direzzjonali għandu jiġi previst taħriġ għall-persuni qiegħda u għaż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jsibu impjiegi ġodda. |
4.1.6 |
Il-promozzjoni ta’ impjiegi ekoloġiċi għandha tuża taħlita ta’ miżuri ta’ inċentivi u sanzjonijiet, biex jiġu pprovduti r-riżorsi meħtieġa mingħajr piż żejjed fuq il-finanzi pubbliċi li diġà jinsabu f’qagħda imwiegħra. Il-kwistjoni tar-riżorsi ta’ finanzjament ser tkun kruċjali u jeħtieġ li l-partijiet kollha jkunu involuti, peress li l-Istrateġija UE 2020 u l-programmi ta’ għajnuna ma jistgħux jiffunzjonaw jekk l-Istati Membri ma jkollhomx marġni ta’ flessibbiltà baġitarja. L-intrapriżi li ser jimpenjaw ruħhom biex isaħħu l-kwalità tal-impjiegi u jipproduċu b’mod aktar sostenibbli għandhom jitħeġġu u jiġu sostnuti. Dawn jeħtieġu qafas regolatorju ċar, stabbli u idealment b’regoli li jsir ftehim fuqhom fil-livell globali. Soluzzjoni kondiviża u rapida tal-problema tal-brevett Ewropew bla dubju ser tkun pass fid-direzzjoni t-tajba. |
4.1.7 |
Kif diġà nnota fl-opinjoni tiegħu dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011, il-Kumitat jemmen li politiki tal-pagi adegwati għandhom rwol ċentrali x’jaqdu fil-ġestjoni tal-kriżi. Li l-pagi jiżdiedu bl-istess ritmu tat-tkabbir tal-produttività u b’mod immirat lejn l-ekonomija nazzjonali kollha ser jiżgura, mil-lat makroekonomiku, li jinsab bilanċ adatt bejn tkabbir suffiċjenti fid-domanda u l-kompetittività tal-prezzijiet. L-imsieħba soċjali, għalhekk, għandhom jaħdmu biex jevitaw it-tnaqqis fil-pagi b’politika tat-tip “beggar-thy-neighbour” u biex il-politika tal-pagi tkun immirata lejn il-produttività. Għal dan il-għan, il-KESE jiċħad b’mod kategoriku s-suġġeriment li jinsab ukoll fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-SAT 2012, li hemm bżonn ta’ intervent fl-iskemi nazzjonali tal-iffissar tal-pagi billi jintalbu, fost affarijiet oħrajn, “miżuri ta’ riforma” għad-deċentralizzazzjoni tan-negozjar kollettiv. Fl-ebda ċirkostanza m’għandu jkompli jkun hemm dubju dwar l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u l-libertà tagħhom li jikkonkludu ftehimiet kollettivi, kif ġie spjegat b’mod ċar ħafna fir-Regolament Sixpack Nru 1176/2011 (pakkett ta’ sitt miżuri). |
4.1.8 |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-intrapriżi jistgħu jeħtieġu diversi tipi ta’ kuntratti ta’ xogħol. Dan iwassal għal opportunitajiet ġodda tax-xogħol. Iżda b’hekk jinħoloq l-impjieg prekarju b’persuni fuq kuntratti temporanji, b’paga baxxa, ħarsien soċjali ta’ livell baxx u mingħajr protezzjoni tad-drittijiet. Madankollu, mhux kull impjieg temporanju huwa prekarju; il-ħaddiema indipendenti kkwalifikati sew jistgħu jagħmlu qligħ eċċellenti fis-suq tax-xogħol b’dan it-tip ta’ kuntratt. Iżda x-xogħol temporanju fih innifsu huwa prekarju meta jkun fil-qasam ta’ impjieg b’paga baxxa jew li ma jeħtieġx kwalifiki fis-setturi tal-produzzjoni u s-servizzi. Il-flessigurtà tista’ toffri soluzzjoni għall-ħtiġijiet tal-intraprendituri għal xogħol flessibbli, iżda bil-kundizzjoni li din toffri l-vantaġġi tas-sigurtà ta’ livell kumparabbli mas-sigurtà offruta minn impjieg fiss. |
4.2 Diskrepanza strutturali bejn il-provvista u d-domanda għax-xogħol
4.2.1 |
Element essenzjali biex jiġu solvuti l-problemi huwa l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, in-negozji, l-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet pubbliċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet futuri għall-ħiliet u billi jittieħdu l-inizjattivi rilevanti fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali. Il-Kumitat jappella biex jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) sabiex isiru iktar attraenti u rilevanti. Li jiġi stabbilit l-għadd ta’ żgħażagħ li jidħlu l-università bħala l-uniku indikatur jagħti impressjoni żbaljata meta tkun qed titfassal il-politika tal-edukazzjoni għax dan huwa biss parzjalment rilevanti għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol f’termini ta’ ħiliet. Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jkunu bilanċjati. |
4.2.2 |
B’riżultat tal-iżviluppi demografiċi – it-tixjiħ tal-popolazzjoni u għadd dejjem iżgħar ta’ żgħażagħ deħlin fis-suq tax-xogħol – u l-bidliet teknoloġiċi rapidi fil-proċessi tal-produzzjoni, l-Ewropa qed tiġi mhedda b’nuqqas kbir ta’ persunal kwalifikat. Għalhekk, huwa tal-ikbar importanza li kulħadd ikollu aċċess fit-tul għas-suq tax-xogħol u li ħadd ma jiġi eskluż. Il-KESE jenfasizza li l-ħaddiema jrid ikollhom il-possibbiltà li jżommu l-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom aġġornati u li jiżviluppaw kompetenzi ġodda matul il-ħajja professjonali. B’hekk, il-ħaddiema jkunu kapaċi jadattaw għat-tibdiliet fil-kuntest ta’ xogħlhom u barra minn hekk tkun tista’ tiġi indirizzata d-domanda għal ħaddiema kwalifikati fis-suq tax-xogħol. L-organizzazzjoni ta’ dan il-proċess b’mod tajjeb u effiċjenti hija waħda mill-iktar kompiti importanti li għandha l-UE biex tibqa’ kompetittiva ma’ reġjuni oħra fid-dinja. |
4.2.3 |
Il-KESE jisħaq li l-ħaddiema għandu jkollhom aċċess għall-programmi ta’ taħriġ professjonali. Minħabba li mir-riċerka jidher li l-ħaddiema li għandhom bżonn it-taħriġ l-iktar huma l-inqas li jagħmlu użu minnu, hemm bżonn miżuri differenti għal gruppi ta’ ħaddiema differenti. |
4.2.4 |
Biċċa kbira mill-baġit għandha tkun dedikata għall-ħaddiema bl-inqas kwalifiki għax dawn huma l-iktar li għandhom bżonn it-taħriġ. Dan jista’ jsir bl-għoti ta’ baġits għat-taħriġ lill-ħaddiema individwali fejn l-ammont ikun proporzjonali b’mod invers għal-livell tat-taħriġ b’tali mod li l-ħaddiema bl-inqas kwalifiki jingħataw l-iktar fondi. |
4.2.5 |
Għall-ħaddiema mdaħħla fl-età hemm bżonn politika tal-persunal iktar sensittiva għall-età. F’perjodu fejn f’ħafna Stati Membri tal-UE l-età tal-pensjoni għoliet, ħafna persuni mdaħħla fl-età qed jitilfu xogħlhom fis-suq tax-xogħol qabel ma jilħqu l-età attwali tal-pensjoni, pereżempju għax ma jistgħux ilaħħqu mal-bidliet. It-taħriġ immirat u speċifiku jista’ jikkontribwixxi għas-soluzzjoni ta’ din il-problema. |
4.2.6 |
Huwa ferm importanti li l-edukazzjoni u t-taħriġ ikunu effettivi. Diversi Stati Membri ppruvaw metodi ta’ taħriġ ġodda u iktar effettivi u qed jerġgħu jiskopru l-importanza tal-apprendistat fuq il-post tax-xogħol. Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati iktar dawn it-toroq u jappella lill-Kummissjoni tistimula dan l-iżvilupp billi tieħu ħsieb li jsir skambju tal-prattiki tajbin f’dan il-qasam. |
4.3 Nappoġġjaw l-impjieg, speċjalment taż-żgħażagħ u tal-persuni qiegħda fit-tul
4.3.1 |
Il-KESE jtenni t-talba tiegħu għal għanijiet Ewropej kwantifikabbli għall-impjieg taż-żgħażagħ: b’mod partikolari: 1) għan għal tnaqqis sinifikanti tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll 2) perjodu massimu ta’ erba’ xhur stennija għaż-żgħażagħ li qegħdin ifittxu x-xogħol jew tagħlim. Il-fatt li għanijiet speċifiċi relatati mal-impjieg taż-żgħażagħ tħallew f’idejn l-Istati Membri ma tantx ħalla frott, billi ftit pajjiżi individwali biss fasslu għanijiet rilevanti fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. |
4.3.2 |
Il-KESE, li kien talab li l-Istati Membri jiggarantixxu li fi żmien erba’ xhur wara li jkunu temmu l-istudji tagħhom iż-żgħażagħ kollha jkollhom impjieg, ikomplu jsegwu xi taħriġ jew inkella jkunu involuti f’miżuri ta’ attivazzjoni, jinsab sodisfatt li t-talba tiegħu ġiet ikkunsidrata fl-inizjattiva ewlenija “Żgħażagħ Attivi”, li tipproponi “Garanzija għaż-Żgħażagħ”. |
4.3.3 |
L-Istati Membri fejn is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol hi partikolarment imwiegħra għaż-żgħażagħ, li fl-istess ħin iridu jiksbu għanijiet baġitarji restrittivi, għandu jkollhom aċċess aktar faċli għall-fondi tal-UE mmirati lejn il-miżuri tal-“Garanzija għaż-Żgħażagħ”. Hemm bżonn li fl-amministrazzjoni jiġu introdotti proċeduri u semplifikazzjonijiet prammatiċi u flessibbli fir-rigward tal-użu tal-fondi, li jinkludu s-sospensjoni temporanja tal-arranġamenti ta’ kofinanzjament nazzjonali għall-interventi tal-FSE u ta’ fondi oħra Ewropej. |
4.3.4 |
Il-KESE diġà enfasizza kemm hu importanti li, minkejja l-valutazzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet baġitarji li l-kriżi ekonomika qed timponi fuq l-Istati Membri kollha tal-UE, ir-riżorsi nazzjonali u Ewropej għall-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-impjiegi taż-żgħażagħ jibqgħu disponibbli u fejn meħtieġ jiżdiedu. Għaldaqstant, il-KESE jitlob li għandu jiġi ggarantit finanzjament suffiċjenti għal inizjattivi speċifiċi għaż-żgħażagħ fil-pjan finanzjarju l-ġdid mill-2014 ’il quddiem. |
4.3.5 |
Taħt ċerti kundizzjonijiet, ċerti pajjiżi tejbu l-aċċess għall-pagamenti f’każ ta’ qgħad għall-gruppi żvantaġġati – inklużi ż-żgħażagħ – waqt il-kriżi. Madankollu, dawn il-miżuri kienu limitati fiż-żmien jew inkella jinsabu fil-periklu li jiġu rtirati fil-kuntest tal-pakketti ta’ awsterità ppjanati. Il-KESE jappella biex b’mod ġenerali jiġu eżaminati mill-ġdid ir-rekwiżiti għall-benefiċċji tal-qgħad li għalihom ikunu intitolati ż-żgħażagħ qiegħda, u li jittejbu l-prospetti ta’ dawk li jkunu qed ifittxu impjieg, imma li qatt ma jkunu ħadu l-benefiċċji. Il-KESE jħeġġeġ ukoll li dawn l-għanijiet jitniżżlu fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. Dan ikun kontribut sinifikanti għall-ġlieda kontra s-sitwazzjoni prekarja ta’ ħafna żgħażagħ fit-transizzjoni lejn is-suq tax-xogħol. |
4.3.6 |
Mhux biss ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ bejn 15 u 24 sena hija d-doppju ta’ dik fost l-adulti, iżda wkoll il-proporzjon ta’ impjiegi prekarji (li f’xi pajjiżi hu ta’ aktar minn 60 %), iż-żieda ta’ taħriġ vokazzjonali u ta’ apprendistati mhux regolamentati (l-aktar fil-pajjiżi tan-Nofsinhar) kif ukoll l-impjiegi taħt il-livell ta’ kwalifikazzjoni. Il-KESE jwissi kontra soluzzjonijiet instabbli u mingħajr prospetti għall-integrazzjoni fid-dinja tax-xogħol fuq żmien twil: minflok impjiegi prekarji u kuntratti tax-xogħol inċerti, għandhom jiġu implimentati miżuri li jiżguraw li l-impjiegi temporanji u pożizzjonijiet b’pagi baxxi u b’livell baxx ta’ sigurtà soċjali ma jsirux in-norma għaż-żgħażagħ. Fir-rigward tal-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-apprendistati, il-KESE jappoġġja qafas Ewropew ta’ kwalità korrispondenti, li għandu jiġi promoss ukoll fl-intrapriżi, sabiex dawn jipproponu impjiegi li jiffavorixxu t-tagħlim u li joffru kuntratti vinkolanti, inkluż liż-żgħażagħ żvantaġġati mil-lat edukattiv. Is-sistema doppja tal-apprendistati b’edukazzjoni u taħriġ ġenerali tat riżultati tajbin f’diversi pajjiżi u ta’ min jeżamina l-possibbiltà li wħud mill-karatteristiċi tagħha jiġu applikati bnadi oħra. |
4.3.7 |
L-istaġnar kontinwu tad-domanda għax-xogħol b’relazzjoni mal-kriżi qed iwassal għal żieda fil-qgħad fit-tul u dan qed iġib miegħu diffikultajiet serji fl-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u b’hekk anke żieda fil-faqar, li titkejjel permezz tal-proporzjon tal-persuni fl-età tax-xogħol jew iżgħar li jgħixu fi djar li m’għandhom l-ebda kuntatt mas-suq tax-xogħol. Il-KESE jirrakkomanda lill-Istati Membri sabiex joqogħdu partikolarment attenti biex joħolqu suq tax-xogħol intermedju fejn ir-riżorsi pubbliċi jintużaw għall-ħolqien ta’ numru adatt ta’ impjiegi adegwati, u b’hekk il-qiegħda fit-tul ikunu jistgħu jżommu l-kuntatt tagħhom mad-dinja tax-xogħol u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Permezz ta’ dan, il-faqar fost il-ħaddiema jkun jista’ jiġi evitat u l-ħaddiema jkollhom tranżizzjoni aktar faċli lejn l-ewwel suq tax-xogħol miftuħ fil-perjodu ta’ wara l-kriżi. |
4.4 L-intraprenditorija soċjali
4.4.1 |
L-intrapriżi soċjali huma element ewlieni tal-mudell soċjali Ewropew. Huma jagħtu kontribut importanti lis-soċjetà u jikkontribwixxu għall-miri tal-Istrateġija UE2020 billi joħolqu l-impjiegi, jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-pubbliku u jsaħħu l-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. |
4.4.2 |
Il-Kumitat jemmen li l-promozzjoni tal-intraprenditorija soċjali, speċjalment fil-klima ekonomika ħarxa attwali, ser tisfrutta l-potenzjal ta’ tkabbir u l-valur soċjali miżjud tagħhom. Sabiex jiġi rilaxxat dan il-potenzjal għandu jiġi żviluppat qafas politiku ambizzjuż b’implimentazzjoni li tinvolvi firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati mis-setturi kollha tas-soċjetà (is-soċjetà ċivili, is-settur privat, is-settur pubbliku) fil-livelli kollha (lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew). |
4.4.3 |
L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jiżguraw li l-intrapriżi soċjali jiġu inklużi u kkunsidrati fl-inizjattivi u l-programmi tal-politika pubblika immirati lejn l-intrapriżi b’termini ugwali għall-forom l-oħra ta’ intrapriżi. |
4.4.4 |
Aċċess aħjar għall-kapital u strumenti finanzjarji adattati huma prijoritajiet għall-intrapriżi soċjali. Il-Kummissjoni għandha tiġbor u taqsam mal-oħrajn il-prattiki tajbin u l-inizjattivi tal-innovazzjoni li diġà jeżistu fl-Istati Membri, bħall-kapital ibridu u l-forom ta’ kooperazzjoni bejn l-investimenti pubbliċi u privati, u tiżgura li l-oqfsa regolatorji attwali tal-UE ma jxekklux l-iżvilupp ta’ strumenti ġodda. |
4.4.5 |
Huwa kruċjali li l-perjodu ta’ programmazzjoni tal-fond strutturali li jmiss jinkludi b’mod espliċitu programmi biex jinbdew u jiġu żviluppati intrapriżi soċjali. |
4.4.6 |
Il-Kummissjoni għandha tniedi eżerċizzju pan-Ewropew biex tqabbel l-approċċi tal-finanzjament pubbliku li huma partikolarment favorevoli għall-intraprenditorija soċjali. Il-Kummissjoni għandha wkoll tħeġġeġ u tivvaluta l-prevalenza ta’ sejħiet għall-offerti b’kunsiderazzjonijiet soċjali u tindirizza l-kwistjoni tal-“gold-plating” fl-akkwist pubbliku. Hija u tivvaluta l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-eżenzjoni sħiħa tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, jew tipprovdi notifika ta’ eżenzjoni għas-servizzi pubbliċi ż-żgħar u ċerti servizzi soċjali sabiex tħeġġeġ iktar start-ups ta’ intrapriżi soċjali. |
4.4.7 |
Minħabba l-forom legali varjati u l-missjonijiet soċjali speċifiċi tagħhom, f’ċerti Stati Membri jeżistu vantaġġi fiskali. Dawn għandhom jiġu analizzati mill-ġdid u kondiviżi biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ regoli adatti. |
4.5 Protezzjoni ta’ persuni vulnerabbli
4.5.1 |
Kif il-Kumitat diġà nnota fl-opinjoni tiegħu dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011, u kif il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll b’mod impliċitu, il-benefiċċji soċjali għandhom jitqiesu bħala investiment produttiv li hu ta’ benefiċċju għal kulħadd. Il-benefiċċji tal-qgħad marbuta ma’ politiki dinamiċi tas-suq tax-xogħol jistgħu jistabbilizzaw l-ekonomija u jippromovu l-adattament attiv għat-tibdil permezz tat-titjib tal-kompetenzi u ta’ inizjattivi effikaċi fil-qasam tat-tfittxija tal-impjiegi u tat-taħriġ mill-ġdid. Huwa rakkomandat li tibqa’ tingħata attenzjoni lill-miżuri maħsuba biex il-kriterji tal-eliġibbiltà jsiru aktar stretti. Hemm riskju li l-persuni esklużi jiġu marġinalizzati aktar u dan huwa ostaklu kbir f’termini ta’ integrazzjoni (mill-ġdid) fil-qasam tax-xogħol. Dawn il-politiki ta’ eliminazzjoni jista’ jkollhom effett negattiv peress li jistgħu jipprovokaw ċaqliq lejn setturi oħra tal-protezzjoni soċjali, bħal pereżempju l-għajnuna soċjali jew l-inkapaċità għax-xogħol, u dan mhuwiex mixtieq. |
4.5.2 |
Il-KESE jenfasizza li l-ħaddiema għandhom bżonn ukoll is-sigurtà tad-dħul u l-ħarsien soċjali biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw sew mingħajr ansjetà dwar il-futur f’soċjetà li qed tinbidel malajr. |
4.5.3 |
Il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet Ewropej biex iżommu l-istandards soċjali Ewropew b’iktar konvinzjoni. In-nuqqas ta’ ħeġġa f’dan il-qasam fost affarijiet oħra qed iwassal għal għadd ikbar ta’ ħaddiema fqar, inugwaljanza dejjem tiżdied, ansjetà dejjem ikbar dwar il-futur u fl-istess ħin dejjem inqas fiduċja min-naħa taċ-ċittadini f’xulxin, fl-istituzzjonijiet soċjali u fil-gvern – mhux biss fir-rigward tal-gvern nazzjonali iżda wkoll fir-rigward tal-istituzzjonijiet Ewropej, kif qed jurina l-Ewroxettiċiżmu dejjem jiżdied f’għadd ta’ Stati Membri. |
4.5.4 |
Fil-fehma tal-KESE, il-miżuri ta’ awsterità ma jistgħux jitħallew iżidu r-riskju tal-faqar u jaggravaw l-inugwaljanzi, li diġà kibru dawn l-aħħar snin. Għandha tingħata attenzjoni sabiex ikun żgurat li l-miżuri li jittieħdu bħala reazzjoni għall-kriżi ma jmorrux kontra l-istimolar tad-domanda u l-impjieg u kontra l-mitigazzjoni tal-impatti soċjali. L-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti wkoll li l-miżuri maħsuba biex jegħlbu l-kriżi u d-dejn żejjed tal-gvernijiet ma jipperikolawx l-investiment pubbliku fil-politika dwar is-suq tax-xogħol kif ukoll l-edukazzjoni ġenerali u t-taħriġ vokazzjonali. Il-KESE jitlob valutazzjonijiet effikaċi tal-konsegwenzi soċjali sabiex jiġi analizzat kif jista’ jintlaħaq l-għan tal-UE li mill-anqas 20 miljun persuna joħorġu mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali sal-2020. |
4.5.5 |
Il-miżuri ta’ awsterità jolqtu l-aktar lil dawk li jiddependu mit-trasferimenti soċjali tal-Istat, fosthom ukoll dawk li għandhom impjieg prekarju u gruppi żvantaġġati oħrajn fis-suq tax-xogħol. B’mod ġenerali, dawk li huma l-aktar milquta mill-qgħad huma wkoll dawk li għandhom aċċess diffiċli u limitat għas-servizzi ta’ appoġġ. Għaldaqstant, hemm bżonn netwerks ta’ sigurtà soċjali effettivi, sostenibbli u suffiċjenti, li għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-aktar gruppi milquta u soċjalment żvantaġġati fis-suq tax-xogħol. |
5. L-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika
5.1.1 |
Dwar l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika, fil-fehma tal-KESE, il-governanza tajba tfisser governanza f’bosta livelli u sħubijiet mas-soċjetà ċivili organizzata rappreżentattiva fil-livell reġjonali. |
5.1.2 |
Il-“governanza f’bosta livelli” hija struttura flessibbli ta’ relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, il-gvernijiet u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, adattata skont is-sitwazzjonijiet speċifiċi u l-konsiderazzjonijiet tematiċi aktar milli qafas ġerarkiku ta’ kompetenzi bejn livelli governattivi. Il-governanza tajba hija kkaratterizzata minn relazzjonijiet b’moħħ miftuħ u applikazzjoni inqas stretta tal-prinċipji tas-“sussidjarjetà”. |
5.1.3 |
Is-sħubija hija strument ċentrali ta’ impenn kollettiv u tikkontribwixxi għal effiċjenza aħjar tal-infiq pubbliku u tal-politiki pubbliċi. Forom ġodda ta’ sħubija effettiva jistgħu jkunu strumentali għal dan il-għan. Dawn il-pjattaformi jistgħu jakkumpanjaw l-istrateġija tal-innovazzjoni, bil-parteċipazzjoni u l-għajnuna tal-partijiet interessati kollha, pubbliċi u privati, inklużi l-banek, u b’regoli sempliċi, ċari u effikaċi, li jirregolaw il-proġetti tul iż-żmien kollu tagħhom, u jistabbilixxu l-iskadenzi, ir-responsabbiltajiet u s-sanzjonijiet eventwali. |
5.1.4 |
Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex iqiegħdu l-prinċipju fundamentali “L-ewwel aħseb fiż-żgħir” tas-Small Business Act (SBA) fil-qalba tad-deċiżjonijiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. Jirrakkomanda wkoll lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jadottawh bħala l-bażi tal-politiki tagħhom favur l-SMEs kif ukoll tal-politiki ekonomiċi u industrijali tagħhom. Fl-aħħar nett, iqis li l-SBA għandu jieħu forma aktar vinkolanti, b’mod speċjali għall-istituzzjonijiet tal-UE. F’dan il-kuntest, il-KESE huwa kontra l-proposta attwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-eżenzjoni tal-SMEs u l-mikrointrapriżi mil-leġislazzjoni tal-UE. |
5.1.5 |
Il-KESE jqis li l-ħatra ta’ Rappreżentanti nazzjonali tal-SMEs (SME Envoys) għandha tgħin lill-Istati Membri japplikaw l-SBA. Il-KESE jirrakkomanda wkoll il-ħatra ta’ Rappreżentanti tal-SMEs fil-livell reġjonali. |
5.1.6 |
L-istadju li jmiss imbagħad ikun “Aġixxi l-ewwel għaż-żgħir”. L-SBA ma jistax ikollu s-suċċess mixtieq mingħajr ma tiġi stabbilita “governanza bi sħubija ġenwina b’diversi atturi u f’diversi livelli”. L-imsieħba ekonomiċi u soċjali kif ukoll l-atturi pubbliċi u privati rappreżentattivi kollha għandhom jiġu involuti fid-diskussjonijiet politiċi u fil-proċess leġislattiv sa mill-bidu nett. Għaldaqstant, il-KESE jitlob li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kategoriji differenti ta’ SMEs jieħdu sehem b’mod effettiv fil-proċess leġislattiv u deċiżjonali fil-livelli kollha. |
5.1.7 |
Il-KESE jaqbel mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kemm hija rakkomandabbli l-governanza f’diversi livelli u l-governanza aħjar meta jiġu implimentati l-fondi u l-politiki tal-UE. Il-mistoqsija għandha tkun “kif?” mhux “jekk”. L-inizjattivi minn isfel għal fuq (bottom-up) u l-kundizzjonijiet qafas minn fuq għal isfel (top-down) għandhom jiġu rfinati. |
5.1.8 |
Il-Kumitat jinsab partikolarment sodisfatt bil-proposta biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ikbar mill-pubbliku u minn partijiet interessati oħra fl-abbozzar, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja, b’mod speċifiku billi l-perjodi ta’ konsultazzjoni pubblika jiġu estiżi u billi l-proċedimenti ta’ ksur isiru iktar sempliċi u effettivi. |
5.1.9 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku b’livell ogħla ta’ effiċjenza fil-kuntest ta’ suq uniku li jaħdem aħjar u li jkun aktar innovattiv, aktar ekoloġiku, u aktar soċjali. Il-KESE jenfasizza l-impatt u l-importanza li għandhom l-aspetti innovattivi, ambjentali u soċjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 anki għall-akkwist pubbliku. |
5.1.10 |
Il-KESE jenfasizza li l-prinċipji tal-ftuħ u t-trasparenza kif ukoll l-effiċjenza, iċ-ċertezza legali, il-valur għall-flus, il-kompetizzjoni, l-aċċessibbiltà għas-suq għall-SMEs u l-professjonijiet liberali, il-proporzjonalità, iż-żieda tal-kuntratti transkonfinali, l-evitar tad-diskriminazzjoni u l-korruzzjoni, u l-ħtieġa ta’ professjonaliżmu jibqgħu validi daqs qabel. |
5.1.11 |
Biex ikun hemm l-aħjar riżultati għal kulħadd, għandha titnaqqas il-burokrazija żejda. Għandha tiġi evitata l-leġislazzjoni kkumplikata u ta’ spiss eċċessiva (l’hekk imsejħa Gold-plating) fl-Istati Membri. |
5.1.12 |
Il-KESE jirrakkomanda analiżi tal-aqwa prattiki u eżempji fl-Istati Membri, segwita minn miżuri għall-ftuħ tas-swieq. |
5.1.13 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-interess li wriet il-Kummissjoni fit-tisħiħ tal-proċeduri politiċi, leġislattivi u amministrattivi biex jiġi żgurat li l-liġi Komunitarja tinħoloq u tiġi applikata b’mod iktar razzjonali u adegwat fiċ-ċiklu kollu tal-politika. |
5.1.14 |
Il-KESE jikkunsidra li aspetti bħalma huma l-mod kif jitwettqu l-valutazzjonijiet tal-impatt ex-ante mill-istituzzjonijiet kollha tal-Komunità li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom, in-natura u s-sħubija tal-korp responsabbli għall-monitoraġġ tal-valutazzjoni tal-impatt, il-parametri użati, u l-mezzi u l-modi li bihom tiġi żgurata iktar trasparenza, għandhom jiġu definiti b’mod iktar ċar. |
5.1.15 |
Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva biex jiġu modernizzati l-amministrazzjonijiet pubbliċi billi jitwaqqfu “punti uniċi ta’ kuntatt”, u ma jistax ma jfaħħarx l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva fi kwistjonijiet transkonfinali. Din il-kooperazzjoni trid tiġi estiża wkoll għall-oqsma ta’ politika fejn hemm fin-nofs il-konformità mal-obbligi. |
5.1.16 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttejjeb il-governanza tas-suq uniku permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva akbar, li tiżviluppa s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI). |
5.1.17 |
Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern hija l-għodda teknika prinċipali għall-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u għandha potenzjal addizzjonali bħala interfaċċja għall-utenti tas-suq uniku. |
5.1.18 |
Il-KESE jemmen li l-IMI jista’ jkollha rwol deċiżiv biex il-kooperazzjoni amministrattiva fis-suq intern tinbidel radikalment u biex tiżgura li din tissodisfa l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-individwi, in-negozji u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li fil-ġejjieni jista’ jkollhom sehem fl-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistema. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi COM(2011) 11 finali, ĠU C 132, 3.5.2011, p. 26-38.
(2) Opinjoni tal-KESE dwar “Il-konklużjoni tal-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Gwida għall-politiki nazzjonali fl-2011 u l-2012”, ĠU C 43, 15.2.2012, p. 8-12.
(3) Ir-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka.
(4) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi COM(2011) 11 finali, ĠU C 132, 3.5.2011, p. 26-38.
(5) Il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Portugall u r-Rumanija.
(6) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pilota għall-Inizjattiva Bonds Ewropa 2020 għall-Proġetti - COM(2011) 660 finali.
(7) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Diċembru 2011 bil-għan li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet – P7_TC1-COD(2011)0209.
(8) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi” COM(2011) 11 final, ĠU C 132, 3.5.2011, p. 26-38.
(9) ibid.
(10) ibid.
(11) ibid.
(12) ibid.
(13) Ara COM(2011) 730.
(14) Ibid.
(15) ĠU C 218, 11.9.2009, p. 8, punt 4.8.
(16) Pereżempju l-opinjonijiet ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53; ĠU C 376, 22.12.2011, p. 92; ĠU C 318, 29.10.2011, p. 9; ĠU C 24, 28.1.2012, p. 131; ĠU C 24, 28.1.2012, p. 139.
(17) ĠU C 48, 15.2.2011, p. 65.
(18) ĠU C 48, 15.2.2011, p. 81.
(19) Ara d-dokument COM(2010) 553.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/69 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Green Paper dwar it-tqassim tax-xogħlijiet awdjoviżivi onlajn fl-Unjoni Ewropea: l-opportunitajiet u l-isfidi biex nimxu lejn suq diġitali uniku”
COM(2011) 427 finali
2012/C 143/13
Relatur: is-Sur LEMERCIER
Nhar it-13 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Green Paper dwar it-tqassim tax-xogħlijiet awdjoviżivi onlajn fl-Unjoni Ewropea: l-opportunitajiet u l-isfidi biex nimxu lejn suq diġitali uniku
COM(2011) 427 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-1 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’ 226 vot favur u 10 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li titlob li jintlaħaq bilanċ bejn għadd ta’ drittijiet fundamentali fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur meta jkun hemm skambju ta’ fajls fuq l-internet (1). Id-drittijiet tal-awtur mhumiex assoluti u r-rispett ta’ dawn id-drittijiet ma jistax jiġi impost permezz ta’ filtrazzjoni ġenerali tal-internet mill-fornituri tal-aċċess għall-internet (l-ISPs – ara l-kawża SABAM vs Scarlet). It-tassazzjoni tal-midja diġitali f’bosta Stati Membri ma tistax tikkonċerna l-mezzi użati għal użu ieħor ħlief għall-kopji awdjoviżivi diġitali bħalma huma l-hard disks diġitali użati fil-ġestjoni tal-intrapriżi (Kawża Padawan). Ċerti leġislazzjonijiet nazzjonali eċċessivi għandhom jiġu riveduti sabiex ma jkunx hemm ostaklu għall-iżvilupp tat-tqassim tax-xogħlijiet awdjoviżivi onlajn filwaqt li titqies il-ġurisprudenza li qed tevolvi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.
1.2 Fattur ieħor tat-tkabbir tas-suq ta’ dawn ix-xogħlijiet jikkonsisti fl-introduzzjoni ta’ mudelli kummerċjali attraenti bi prezzijiet affordabbli, fejn offerti bħal dawn ikunu jistgħu jitwettqu bi prezzijiet inqas minn dawk għat-tqassim tas-CDs u d-DVDs b’kontenut diġitali awdjoviżiv. Dan it-tfaddil konsiderevoli f’termini ta’ spejjeż ta’ tqassim għandu jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għandu jiggarantixxi wkoll dħul biżżejjed għall-awturi sabiex dawn ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma kreattiva artistika u letterarja tagħhom. Id-drittijiet tal-awtur għandhom jiġu ġestiti b’tali mod li dawn jissodisfaw l-interess ġenerali u l-esiġenzi tal-interess pubbliku, pereżempju permezz ta’ obbligi għall-aċċessibbiltà għal presuni b’diżabbiltà mingħajr ma dawn jiġu penalizzati bl-ispejjeż ta’ aċċess. Jeħtieġ ukoll li nirriflettu dwar il-possibbiltajiet li jiġu estiżi l-eżenzjonijiet u r-restrizzjonijiet sabiex jitjieb l-aċċess ta’ gruppi żvantaġġati ħafna għal-libreriji u ċ-ċentri kulturali pubbliċi, hekk kif kien ippropona l-Kumitat fl-opinjoni tiegħu tal-2010 (2).
1.3 L-internet sar mezz universali għas-servizzi onlajn; għandhom jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti tekniċi u legali permezz ta’ regoli legali vinkolanti sabiex ikun garantit li d-distributuri tal-kontenut jirrispettaw il-ħajja privata u biex tiġi garantita n-newtralità tan-netwerk, li m’għandux ikun soġġett għal filtrazzjoni ġenerali (3) mingħajr awtorizzazzjoni espliċita minn imħallef maħruġa bl-isem tal-parti kkonċernata jekk ikun hemm biżżejjed evidenza ta’ kkupjar illegali, wara li jkun tressaq ilment speċifiku tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet oħra relatati.
1.4 Fl-istess vena, il-Kumitat jemmen li l-istituzzjonijiet inkarigati mill-ġestjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi u l-libreriji m’għandhomx ikunu mxekkla minn restrizzjonijiet eċċessivi tal-leġislazzjonijiet li jħarsu d-drittijiet tal-awtur. Ir-rwol tagħhom fil-fatt jikkonsisti fil-konservazzjoni u l-komunikazzjoni tax-xogħlijiet bil-għan kulturali li l-artisti u l-awturi jikbru fil-popolarità mal-pubbliku u jkunu protetti fuq medda twila ta’ żmien, kif ukoll f’li jiġi żgurat aċċess għal pubbliku akbar, b’mod speċjali tfal tal-iskola u studenti, għax-xogħlijiet inkwistjoni, għall-finijiet tal-interess ġenerali bħalma huma s-suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-Aġenda Diġitali u l-istrateġija kulturali (4). L-abbozz ta’ Direttiva għax-Xogħlijiet Orfni, appoġġjat mill-Kumitat (5), għandu jibbenefika wkoll bis-sħiħ mis-suċċess tal-istrateġiji Ewropej u nazzjonali li jippromovu l-kultura.
1.5 Is-suq transkonfinali għat-tqassim tax-xogħlijiet onlajn ma joħloq l-ebda problema kbira ta’ aċċess għat-tliet distributuri transkonfinali prinċipali li jikkontrollow tliet kwarti mis-suq u għandhom mezzi finanzjarji u teknoloġiċi adegwati biex il-katalgi tagħhom ikunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja.
1.5.1 |
Il-Kumitat jistaqsi b’mod aktar speċifiku lill-Kummissjoni biex din tagħmel proposti konkreti speċifiċi għall-għadd kbir tal-SMEs u l-SMIs li jikkostitwixxu r-rikezza kulturali u artistika reali tal-Ewropa fid-diversità tal-lingwi tagħha u tal-kreazzjonijiet letterarji u ċinematografiċi tagħha sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq uniku tat-tqassim tal-kontenut awdjoviżiv onlajn. |
1.6 Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għal ċerti proposti li saru fl-istudju KEA-Cema ta’Ottubru 2010, bħalma huma l-ġabra flimkien tal-katalgi u l-one-stop shops għat-tqassim tal-kontenut lill-pubbliku Ewropew (6). Barra minn hekk, l-analiżi tal-evoluzzjonijiet tas-suq hija dettaljata u pertinenti. L-istrateġiji ta’ tqassim u l-mudelli l-ġodda tan-negozju huma mfassla biex jippromovu t-tqassim legali tax-xogħlijiet b’mod li jiġi massimizzat id-dħul għal kull opportunità ta’ tqassim u jsir l-aħjar użu mix-xogħlijiet. Il-prodotti huma promossi permezz tal-midja soċjali, biex jinħoloq buzz madwarhom, flimkien ma’ mezzi klassiċi ta’ reklamar.
1.7 Jemmen li l-ħolqien ta’ Kodiċi Ewropew komprensiv wieħed tad-drittijiet tal-awtur, hekk kif propost mill-Kummissjoni, jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ meħtieġ tal-armonizzazzjoni tal-leġislazzjonijiet tal-Istati Membri f’forma ta’ direttiva. Dan jissostitwixxi d-direttivi multipli eżistenti fl-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u jkun is-suġġett ta’ rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni effettiva mill-Istati Membri. L-istrateġija Ewropa 2020 (7) għandha tkun ukoll inkorporata f’dan il-Kodiċi Ewropew tad-drittijiet tal-awtur.
1.7.1 |
Kodiċi bħal dan ikun jista’ joħloq perspettiva rigward il-kwistjoni tal-pajjiż ta’ oriġini f’dak li għandu x’jaqsam mal-leġislazzjoni applikabbli bil-ħsieb ta’ armonizzazzjoni effettiva. Fil-każ fejn Stat Membru jipprovdi finanzjament pubbliku għall-ħolqien ta’ xogħlijiet ċinematografiċi, dan l-Istat Membru għandu, b’mod ġenerali, jitqies bħala l-pajjiż ta’ oriġini għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-possibbiltà ta’ “oriġini Ewropea” f’dak li jirrigwarda l-għażla tal-liġi applikabbli (8). |
1.7.2 |
Għandha titqies il-possibbiltà li jiġu evitati l-klawżoli inġusti fil-kuntratti fejn l-awtur effettiv jew l-awturi effettivi jċedu d-drittijiet tagħhom tax-xogħol lill-produtturi jew distributuri. Ta’ spiss, fil-fatt, l-awtur iċedi dawn id-drittijiet lill-produtturi għat-teknoloġiji kollha eżistenti u futuri mingħajr ma jkun hemm klawżola li tippermettilu jgawdi minn dħul futur iġġenerat mill-użu ta’ midja u kanali ta’ tqassim ġodda (Blue-Ray, IPTV (9), etc.). |
1.7.3 |
Il-kontenut m’għandux jitqies bħala merkanzija. Jeħtieġ li dan inżommuh f’moħħna meta nkunu qed niddiskutu t-tqassim onlajn, li huwa servizz kulturali li jxerred s-sinifikat (“meaning”). |
1.7.4 |
Il-Kumitat jenfasizza mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi permess l-aċċess għall-konnessjonijiet bil-broadband sabiex l-utenti tal-internet jibbenefikaw minn riċezzjoni ta’ kwalità u rapida biżżejjed tax-xogħlijiet awdjoviżivi bil-kejbil TV, l-IPTV u l-VOD (10). |
1.8 Għandhom jiġu eżaminati l-possibbiltajiet li jinħolqu sistemi ta’ ġestjoni tad-data relatati maż-żamma tad-drittijiet fuq ix-xogħlijiet awdjoviżivi (11) billi jitqiegħdu fiċ-ċentru tad-diskussjoni tas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni l-karatteristiċi partikolari u l-ħtiġijiet tal-SMEs u l-SMIs. Dan japplika wkoll għall-kwistjoni tal-iżvilupp ta’ liċenzji multiterritorjali li jirrappreżentaw titlu wieħed li jkun validu għas-suq Ewropew kollu. Il-produtturi Ewropej iż-żgħar għandhom jitħeġġu u jiġu megħjuna (12) sabiex il-katalgi tagħhom isiru “Ewropizzati” f’sistema ta’ identifikazzjoni tax-xogħlijiet li tinkludi parti (volontarja) b’informazzjoni dwar id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet oħra reġistrati f’titlu multiterritorjali.
1.9 Is-sistema ta’ akkwist tad-drittijiet għandha tiggarantixxi t-tqassim trasparenti u ġust tal-parti mid-dħul destinata għad-detenturi tad-drittijiet (13). Huwa essenzjali li l-ġestjoni mis-soċjetajiet kollettriċi jkunu soġġetti għal kontrolli annwali indipendenti u aċċessibbli għall-awturi u għall-pubbliku sabiex l-attivitajiet u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-iżvilupp kulturali (14) jiġu kkontrollati b’mod demokratiku.
1.10 Il-Kumitat huwa tal-fehma li, fuq il-bażi tat-tweġibiet li rċeviet mill-partijiet interessati dwar il-Green Paper, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li fit-tieni nofs tal-2012 tfassal White Paper – wara li fl-ewwel nofs tal-2012 tkun ikkonsultat lill-partijiet interessati, fosthom l-istituzzjonijiet pubbliċi (15), il-KESE permezz ta’ proċedura formali, u t-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell Ewropew tal-konsumaturi, l-awturi u d-distributuri – bi proposti aktar konkreti dwar l-azzjonijiet futuri possibbli sabiex jinħoloq Suq Uniku Ewropew tax-xogħlijiet awdjoviżivi minkejja l-ostakli lingwistiċi. Il-Kumitat jagħraf id-diffikultajiet legali u tekniċi li ser ikollu jiffaċċja sabiex imexxi ’l quddiem dan id-dossier importanti, iżda ma jaħsibx li għandu jkun impossibbli li jiġu solvuti.
2. Il-punti prinċipali tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
2.1 Dan id-dokument, li huwa relatat direttament mal-Istrateġija Ewropa 2020, jikkomplementa l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali”, l-hekk imsejħa strateġija fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (16).
2.2 Is-settur kulturali huwa settur importanti li jimpjega 6 miljun impjegat fl-UE u jikkorrispondi għal EUR 500 biljun fis-sena, jiġifieri 3 % tal-PDG Ewropew. Permezz tal-iżviluppi teknoloġiċi, ix-xandir tax-xogħlijiet awdjoviżivi nbidel radikalment. It-teknoloġija diġitali, l-internet b’veloċità għolja u b’veloċità għolja ħafna, il-cloud computing u l-possibbiltà li wieħed jirċievi x-xogħlijiet awdjoviżivi fuq il-kompjuters u l-mowbajls qed jittrasformaw għalkollox in-netwerks tradizzjonali tat-tqassim.
2.3 Il-Green Paper issemmi diversi approċċi li jistgħu jittieħdu, iżda tippromovi mudell uniku ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur ibbażat fuq liċenzji transkonfinali u pan-Ewropej.
2.4 Il-Kummissjoni tqis li għandha tiġi ssemplifikata l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet għat-trażmissjoni onlajn tax-xogħlijiet awdjoviżivi barra mit-territorju tal-oriġini. Dan jgħodd ukoll għax-xandir tal-programmi fuq talba li jirrikjedu l-ksib ta’ drittijiet differenti minn dawk awtorizzati għax-xandir inizjali.
2.5 Il-Green Paper tispeċifika li t-trażmissjoni simultanja ta’ xandira tirrikjedi awtorizzazzjoni speċifika mingħand id-detenturi tad-drittijiet.
2.6 Għar-ritrażmissjoni simultanja minn Stati Membri oħra, id-Direttiva dwar xandir bis-satellita u ritrażmissjoni bil-kejbil (17) tistipula li l-ġestjoni tad-drittijiet għandha ssir minn soċjetà kollettriċi. Dawn id-drittijiet jiżdiedu ma’ dawk liċenzjati direttament mix-xandara.
2.7 Fir-rigward tar-ritrażmissjoni permezz tal-kejbil, il-Kummissjoni tosserva li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw id-detenturi tad-drittijiet mhux kollha għandhom il-mandat bil-liġi li joħorġu liċenzji għal dawn id-drittijiet.
2.8 Fl-aħħar nett, l-operaturi tad-DSL (Digital Subscriber Line – linja diġitali tal-abbonat), tal-IPTV (Internet Protocol Television – xandir tat-televiżjoni diġitali permezz tal-protokoll tal-internet) u tad-DTT (digital terrestrial television – televiżjoni terrestri diġitali) kif ukoll tal-pjattaformi diġitali ġodda ilhom għal xi snin iħaddmu servizzi ta’ ritrażmissjoni tax-xandiriet, u dan jagħmilha ħafna iktar diffiċli li jiġu osservati l-liġijiet attwali.
2.9 Minn perspettiva ekonomika, il-produzzjoni tal-UE laħqet kważi l-1 200 film fl-2009, filwaqt li bilkemm iġġenerat 25 % tad-dħul fis-swali taċ-ċinema fl-UE meta mqabbla ma’ 68 % tal-films Amerikani. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni tal-films tal-UE tirrappreżenta biss 7 % tas-suq Amerikan. Fl-UE, sabiex jiżguraw li film jiġi promoss, il-produtturi u d-distributuri jqassmu l-ħruġ tal-films tagħhom b’mod gradwali. Film ġeneralment joħroġ fis-swali taċ-ċinema, imbagħad bħala vidjow, imbagħad bħala vidjow fuq talba, imbagħad il-film jixxandar fuq it-televixin bi ħlas u, fl-aħħar nett, fuq it-televixin bla ħlas. L-iżvilupp tas-servizzi tal-vidjow fuq talba proposti barra mill-pajjiż li jkun ipproduċa l-film iżid in-numru ta’ msieħba u, għalhekk, ta’ kuntratti.
Sabiex jitnaqqas in-numru ta’ dawn il-proċeduri, il-Kummissjoni tipproponi ġestjoni kollettiva tax-xogħlijiet u l-ħolqien ta’ one-stop shop għall-għoti kollettiv tal-liċenzji.
2.10 Il-parti l-oħra tal-Green Paper tikkonċerna r-rimunerazzjoni tal-awturi:
Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, din hija ġestita mill-produtturi permezz ta’ pagamenti “ta’ riakkwist” – li jsiru bħala somma f’daqqa – għall-kontribut tagħhom f’xogħol awdjoviżiv. Għaldaqstant, f’dawn l-Istati, l-awturi ma jirċevux rimunerazzjoni addizzjonali b’mod sistematiku meta x-xogħol jixxandar onlajn. F’ċerti Stati, is-soċjetajiet kollettriċi li jirrappreżentaw lill-awturi jirċievu rimunerazzjoni għal kull użu. F’oħrajn, huwa d-distributur finali li huwa responsabbli għall-pagament ta’ dawn is-servizzi.
2.11 Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-artisti:
Illum il-ġurnata, din ir-rimunerazzjoni hija essenzjalment fuq bażi kuntrattwali u tingħata bħala somma f’daqqa, bħal fil-każ tal-awturi. Il-Kummissjoni tipproponi li tiġi stabbilita sistema ta’ rimunerazzjoni iktar ġusta, u dan id-dritt ikun ġestit mis-soċjetajiet kollettriċi. Madankollu, il-Green Paper tindika li dawn id-drittijiet il-ġodda joħolqu inċertezza ekonomika u, għaldaqstant legali, għall-produtturi u jxekklu x-xandir onlajn ta’ dawn ix-xogħlijiet.
3. Kummenti speċifiċi
3.1 Permezz ta’ din il-Green Paper, il-Kummissjoni għandha l-għan li tkompli tibni s-suq uniku Ewropew permezz tal-konverġenza tar-regoli nazzjonali.
Is-settur ikkonċernat jikkonċerna l-kultura u l-mezzi tax-xandir diġitali tagħha. Huwa qasam partikolari u sensittiv ħafna minħabba li huwa jwassal l-istorja ta’ pajjiż, il-lingwa, it-tradizzjonijiet u l-aspirazzjonijiet tiegħu. Huwa ma jistax jiġi ttrattat bħala settur ekonomiku tradizzjonali u lanqas bħala settur ta’ interess ekonomiku ġenerali tradizzjonali. L-approċċ tal-Kummissjoni f’din il-Green Paper jista’ jidher wisq orjentat lejn il-konsumatur. Madankollu, l-analiżi tagħha tad-diversi mekkaniżmi hija waħda dettaljata u kważi tista’ tgħid eżawrjenti.
3.2 It-test, li huwa dettaljat ħafna, jittratta ħafna suġġetti differenti iżda l-għan prinċipali tal-Kummissjoni huwa li tibni s-suq uniku ta’dan is-settur.
3.3 Fir-rigward tas-sitwazzjoni tax-xandir awdjoviżiv u tad-drittijiet relatati miegħu, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq diversi osservazzjonijiet:
L-ewwel waħda hija li s-sistema attwali mhix qed tiffunzjona u hija kumplessa u tiswa ħafna flus għall-konsumatur finali. It-tieni waħda hija li l-aggregazzjoni tal-produzzjonijiet nazzjonali tista’ żżid il-vijabilità kummerċjali tas-suq ġenerali. Il-VOD, li huwa indipendenti mill-fornituri l-kbar tal-aċċess jew l-iTunes, jiffaċċja diffikultajiet fl-akkwisti tad-drittijiet esklużivi territorjali jew Ewropej fuq ix-xogħlijiet, fejn id-drittijiet ta’ spiss ikunu konċentrati għand il-produtturi, li jfittxu li jimmassimizzaw id-dħul tagħhom b’mezzi oħra (b’mod partikolari bil-bejgħ ta’ DVDs).
3.4 Nimxu lejn ġestjoni ċentralizzata tal-liċenzji (l-aggregazzjoni tal-mezzi u s-sorsi tat-tagħrif biex jiġi żviluppat is-settur):
Għaldaqstant, il-Green Paper tipproponi l-għoti ta’ liċenzji tad-drittijiet tal-awtur onlajn għas-servizzi f’diversi territorji u tappoġġja l-istabbiliment ta’ mudell uniku tal-liċenzji li jippermetti l-liċenzjar multiterritorjali.
Il-KESE jqis li din tista’ tkun soluzzjoni tajba għal reġjun lingwistiku partikolari.
3.5 Il-kwantità kbira ta’ mezzi tax-xandir u ta’ riċevituri interattivi, u l-mobilità tal-klijenti jagħmlu pressjoni kbira fuq il-mudelli ekonomiċi tan-netwerks tat-tqassim.
3.6 Illum il-ġurnata, il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet u ta’ liċenzji jsir essenzjalment fil-livell nazzjonali u huwa bbażat fuq in-negozjar ta’ kuntratti bejn il-produttur tax-xogħol u d-distributur onlajn. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirrikonoxxi li s-sistema proposta mill-Kummissjoni bla dubju fiha l-vantaġġi, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess rapidu u sempliċi għad-data pprovduta mill-produtturi. Hija tista’ tkun xprun addizzjonali għax-xandir ta’ xogħlijiet nazzjonali illi, li kieku ma jkunx hekk, jibqgħu fil-livell lokali.
3.7 Madankollu, ta’ min jinnota li l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar ix-xandir bis-satellita, li tmur lura ħmistax-il sena, ma ġġeneratx servizzi pan-Ewropej ta’ xandir bis-satellita.
3.8 Fir-rigward tal-istabbiliment ta’ reġistru Ewropew tax-xogħlijiet li jista’ joħloq riskji li huma diffiċli li jiġu vvalutati.
Il-KESE jqis li din il-bażi tad-data għandha tkun purament informattiva.
Speċifikament, il-kwistjoni dwar jekk ix-xogħol jiġix elenkat jew le ma tistax tikkundizzjona l-aċċess għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur.
3.9 Din l-istruttura Ewropea għandha l-vantaġġ li tgħaqqad flimkien l-operaturi Ewropej tal-produzzjoni u tax-xandir biex ikunu jistgħu jikkompetu mal-kumpaniji l-kbar ibbażati f’Hollywood li jistabbilixxu ruħhom fl-Ewropa.
Barra minn hekk, huwa interessanti li wieħed jinnota li hemm kumpaniji Amerikani kbar (eż. Warner Bros., Disney, eċċ.) li qed jaħdmu fuq it-tfassil ta’ sistema internazzjonali ta’ numri ta’ identifikazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi (Entertainment Identifier Registry).
3.10 Bl-istess mod, min-naħa tagħhom xi produtturi Franċiżi ilhom mill-2004 jaħdmu biex jiżviluppaw l-ISAN (International Standard Audiovisual Number – numru awdjoviżiv standard internazzjonali). Iċ-ċifri dwar il-produzzjoni tal-films Ewropej u dawk Amerikani li ssemmew hawn fuq huma ta’ tħassib. Infakkru li b’din is-sistema, il-produzzjoni Amerikana tirrappreżenta 75 % tad-dħul fis-swali taċ-ċinema fl-Ewropa. Għaldaqstant, il-ġestjoni ta’ din is-sistema hija fundamentali.
3.11 Infakkru li huma l-produtturi li fin-negozjati kummerċjali tagħhom mad-distributuri jiffissaw, permezz ta’ kuntratt u fuq bażi ta’ somma mogħtija f’daqqa, l-ammont ta’ drittijiet imħallsa lill-awturi u lid-detenturi tad-drittijiet u jiżguraw il-pagament tagħhom. Il-problema tar-rimunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tista’ tissolva parzjalment permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata. Min-naħa l-oħra, l-idea attraenti li jibda jintuża proċess ta’ rimunerazzjoni skont l-udjenza kkalkulata fuq diversi snin tidher waħda diffiċli.
3.12 Hemm konflitt ta’ interess reali bejn il-produtturi, id-distributuri tal-films u l-kontributuri. Min-naħa, il-produtturi jkunu jixtiequ li film joħroġ għall-ewwel darba fis-swali taċ-ċinema biex jiżguraw li xogħlijiethom jiġu promossi bl-aqwa mod possibbli u, min-naħa l-oħra, id-distributuri jitolbu li dawn ix-xogħlijiet joħorġu iktar malajr sabiex ikunu disponibbli bħala vidjows, fuq it-televixin bi ħlas u bħala midja fuq talba.
3.13 Il-KESE jaħseb li hemm bżonn isiru negozjati biex jiġu aġġustati dawn il-perjodi ta’ żmien, fid-dawl tal-fatt li kibret l-influwenza tal-IPTV, tal-ADSL u tal-pjattaformi diġitali. Fir-rigward tax-xogħlijiet antiki li m’għadhomx jagħmlintrodotta sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ inventarju tax-xogħlijiet marbuta ma’ bażi tad-data tad-detenturi tad-drittijiet.
3.14 Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed tiddependi mill-ġestjoni kollettiva tax-xogħlijiet (bażi tad-data) biex tistimula dan is-settur. L-UE se tkun tista’ tikkompeti mal-qawwa tal-kumpaniji multinazzjonali Amerikani? L-abbandun f’salt tas-sistemi nazzjonali attwali jinvolvi riskji reali.
3.15 Skont il-KESE, għandhom isiru valutazzjonijiet serji qabel ma jiġu abbandunati s-sistemi nazzjonali attwali jew qabel jitneħħew gradwalment. Kif osservajna fil-passat, il-“lobbies” inkarigati biex iħarsu l-interessi tal-kumpaniji Amerikani huma effikaċi u ovvjament dawn iħeġġu l-liberalizzazzjoni ta’ dan is-settur li jħalli ħafna qligħ.
3.16 Il-Kummissjoni, permezz ta’ dan il-proġett, tixtieq tiżviluppa ċ-ċirkulazzjoni tax-xogħlijiet tal-UE u tirregolaha. Għaldaqstant, is-sinjali tekniċi u regolatorji li qed tibgħat il-Kummissjoni huma importanti għax jistgħu jħaffu l-proċess tal-liberalizzazzjoni li diġà nbeda minn oħrajn.
3.17 Il-KESE jappoġġja mingħajr riżervi kull pass li tieħu l-Kummissjoni biex tiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għax-xogħlijiet onlajn. Dan l-aċċess għandu jkun possibbli kullimkien fit-territorju tal-UE, bi prezzijiet affordabbli. Huwa jippermetti li l-kultura tal-Istati Membri tixxerred iktar filwaqt li jiffaċilita l-edukazzjoni taż-żgħażagħ. Barra minn hekk, il-Kumitat huwa tal-fehma li ċerti forom ta’ “versioning” jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-objettivi kulturali tat-tqassim onlajn, bħalma huma l-introduzzjoni tar-riklami fix-xogħlijiet oriġinarjament maħsuba mingħajr waqfiet pubbliċitarji, anki jekk dawn il-verżjonijiet ta’ kwalità iktar baxxa jistgħu jippermettu t-tqassim b’xejn jew bi spejjeż baxxi tax-xogħlijiet mutilati. Dan kollu jista’ jitqies f’kodiċi ta’ kwalità volontarju għad-distributuri onlajn permezz tal-internet, il-kejbil jew it-trażmissjonijiet terrestri li jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw aktar ix-xogħlijiet oriġinali.
3.18 L-opinjoni tal-KESE dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Suq uniku għad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali” (18) tiġbed l-attenzjoni għad-diversità tal-mudelli nazzjonali differenti u l-approċċi kontradittorji tal-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur fil-qasam kulturali. Din hija r-raġuni għalfejn il-KESE, filwaqt li huwa konxju li d-diskussjonijiet għadhom ma ntemmux, iqis li l-ewwel pass għandu jkun li jiġu definiti l-prinċipji ta’ kodiċi Ewropew. Fl-ewwel fażi, dan il-kodiċi, ibbażat fuq ir-rispett tal-ispeċifiċitajiet kulturali ta’ kull pajjiż, għandu jkun limitat biex jistabbilixxi prinċipji sempliċi u essenzjali li kull pajjiż jirrispetta meta jinħarġu l-liċenzji.
3.19 Il-KESE huwa tal-fehma li mhuwiex tajjeb li d-dritt tal-pajjiż tal-oriġini jiġi estiż, għaliex dan il-prinċipju, li altrimenti huwa ġust, jista’ jiġi evitat billi l-kumpanija li tipprovdi s-servizz tagħżel il-pajjiż li fih tistabbilixxi ruħha. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni bdiet tieħu azzjonijiet u tagħmel konsultazzjonijiet sabiex l-operaturi tat-trażmissjoni tad-data jinvestu f’netwerks ġodda li jkunu kapaċi jġestixxu t-traffiku tagħhom b’mod effiċjenti u bi prezzijiet affordabbli.
3.20 Fil-Green Paper li qed tiġi eżaminata, il-Kummissjoni tafferma li l-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet għandha tistimula t-tkabbir tan-netwerks diġitali. Għad trid tiġi żgurata l-kapaċità finanzjarja tal-operaturi tan-netwerks li jimmodernizzaw u jżidu l-kapaċità tagħhom ta’ xandir. Huwa għalhekk li l-opinjoni tal-KESE dwar “L-internet miftuħ u n-newtralità tan-net fl-Ewropa” (19) tipprovdi kontribut kbir rigward diversi argumenti msemmija f’din il-Green Paper.
3.21 Għar-ritrażmissjoni simultanja minn Stati Membri oħra, id-direttiva dwar is-servizzi bil-kejbil u bis-satellita timponi l-obbligu li l-ġestjoni tad-drittijiet issir minn soċjetà kollettriċi. Dawn id-drittijiet jiżdiedu ma’ dawk liċenzjati direttament mix-xandara. Din il-proċedura doppja, li tidher pedantika, hija meħtieġa sabiex jiġi evitat li t-trażmissjoni tinqata’ waqt li jkun għaddej il-programm (użu ta’ apparat diġà użat minn xandiriet oħra).
3.22 Il-Kummissjoni tqis li l-finanzjamenti nazzjonali huma vitali għall-iżvilupp tas-settur awdjoviżiv u tappoġġja l-programm “MEDIA” maħluq biex jagħti spinta lit-tqassim tax-xogħlijiet f’diversi territorji. Il-KESE jaqbel ma’ din l-affermazzjoni iżda jinnota t-tnaqqis ta’ dawn is-sussidji u l-aggregazzjoni massiva fost id-donaturi għall-iffinanzjar ta’ film.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Każijiet reċenti: Padawan u SABAM.
(2) ĠU C 228, 22.09.2009, p. 52.
(3) Kawża SABAM vs Scarlet.
(4) COM(2007) 242 final.
(5) ĠU C 376, 22.12.2011, p. 66.
(6) “L-għoti ta’ Liċenzja Multiterritorjali ta’ Xogħlijiet Awdjoviżivi fl-Unjoni Ewropea” (“Multi-Territory Licensing of Audiovisual Works in the European Union”), studju indipendenti li twettaq għad-DĠ Soċjetà Informatika u Mezzi ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Ottubru 2010. Ara wkoll il-Komunikazzjoni “Kontenut Kreattiv Onlajn fis-Suq Uniku”, COM(2007) 836 finali.
(7) ĠU C 68, 6.03.2012, p. 28.
(8) It-28 reġim, diġà propost mill-Kumitat fir-rigward tal-liġi Ewropew tal-kuntratti. ĠU C 21, 21.01.2011, p. 26.
(9) Internet TV.
(10) Vidjow fuq talba.
(11) Il-ħidma tal-produtturi fuq sistema internazzjonali tal-identifikazzjoni tax-xogħlijiet (ISAN, International Standard Audiovisual Number). Iżda l-ISAN ma jinkludix informazzjoni dwar iż-żamma tad-drittijiet, u l-parteċipazzjoni hija volontarja. Uħud mill-istudjos il-kbar Amerikani jużaw sistema simili (EIDR, Entertainment Identifier Registry) eidr.org/how-eidr-works/ Din is-sistema ta’ identifikazzjoni tinkludi numru ta’ kodiċi li l-iżviluppaturi jirċievu mill-APIs iżda ma tissemmiex fiha s-sjieda tad-drittijiet fuq ix-xogħlijiet.
(12) Pereżempju, permezz tal-programm MEDIA, previst sal-2013, li jista’ mbagħad jiġi sostitwit minn programm ġdid ta’ appoġġ.
(13) ĠU C 68, 6.03.2012, p. 28.
(14) Id.
(15) Korpi nazzjonali ta’ finanzjament għall-films, libreriji u ċentri kulturali.
(16) COM(2011) 287 finali.
(17) Direttiva 93/83/KEE (ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15).
(18) ĠU C 68, 6.03.2012, p. 28.
(19) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 139.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/74 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju”
COM(2011) 652 finali — 2011/0296 (COD)
2012/C 143/14
Relatur ġenerali: is-Sur IOZIA
Nhar il-25 ta’ Novembru 2011 u nhar il-15 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju
COM(2011) 652 final – 2011/0296 (COD).
Nhar il-25 ta’ Ottubru 2011 il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-478 Sessjoni Plenarja tiegħu tat- 22 u 23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar) li jaħtar lis-Sur IOZIA bħala relatur ġenerali, u adotta din l-Opinjoni b’99 vot favur u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni u jispera li tiġi approvata mingħajr dewmien sabiex il-protezzjoni ta’ dawk li jfaddlu ssir aktar effiċjenti u jiġu adottati l-prinċipji li jinsabu fiha għall-istrumenti finanzjarji kollha (1).
1.2 Il-KESE jqis li l-proposta għal Regolament tikseb l-għanijiet li ġejjin biex:
— |
tiżdied it-trasparenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fuq it-tranżazzjonijiet; |
— |
in-negozjar tal-istrumenti derivati fil-kuntest ta’ sistemi organizzati jsir obbligatorju; |
— |
tiġi ffaċilitata t-tneħħija tal-ostakli għall-aċċess mhux diskriminatorju għas-servizzi ta’ kumpens; |
— |
tiżdied is-sorveljanza tal-istrumenti finanzjarji u tal-pożizzjonijiet tal-istrumenti derivati; |
— |
jitwettaq kontroll tas-self ta’ servizzi finanzjarji min-naħa tal-intrapriżi ta’ pajjiżi terzi mingħajr fergħa fl-UE; |
— |
kontroll u tnaqqis tal-impatt tal-metodi ta’ negozju awtomatiku u algoritmiku. |
1.3 Dan ir-Regolament iħeġġeġ żieda fit-trasparenza tas-suq u jadotta xi miżuri li jnaqqsu l-frammentazzjoni. Applikazzjoni uniformi tar-Regolamentazzjoni tevita r-riskju, għoli ħafna fis-swieq finanzjarji, ta’ arbitraġġ normattiv. B’hekk l-utenti aħħarin ikollhom vantaġġ fis-sens ta’ tnaqqis mistenni tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni (għallinqas fit-teorija).
1.4 Il-Kummissjoni għandha turi b’mod ċar fil-proposti leġislattivi tagħha liema huma l-vantaġġi għas-suġġetti differenti kkonċernati mil-leġislazzjoni: utenti individwali tas-servizzi finanzjarji, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, operaturi, amministrazzjonijiet pubbliċi.
1.5 Aspett ta’ natura ġenerali li l-Kummissjoni għandha tappoġġja bil-qawwa huwa programm ta’ edukazzjoni finanzjarja. Reċentement, il-KESE nieda din it-tema permezz tal-opinjoni tiegħu fuq inizjattiva proprja (2).
1.6 Anke jekk l-ispejjeż li ġejjin mir-Regolament il-ġdid ma jidhrux daqshekk rilevanti, il-KESE jinsab perpless dwar l-effett possibbli fuq l-ispejjeż makroekonomiċi li joltqu lis-sistema finanzjarja u li ma jidhrux li tqiesu sew fil-valutazzjoni tal-impatt. Fuq dan il-punt, xi żmien ilu u f’diversi okkażjonijiet, il-KESE kien talab li jsir “studju fil-fond dwar l-inizjattivi regolatorji kumulattivi għall-miżuri neċessarji fuq is-sistema finanzjarja u s-suq tal-kapital. Sistema stabbli u effiċjenti għandha tippromovi stabbiltà finanzjarja u likwidità għall-ekonomija reali”. (3) Il-KESE jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li twettaq dan l-istudju, li huwa indispensabbli sabiex ikun hemm fehim tal-impatt totali tal-miżuri regolatorji kollha u jispera li jiġi ppubblikat ma jdumx.
1.7 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni fuq problema ta’ kompatibbiltà bejn l-Artikolu 40 tar-Regolament relatat mal-atti ddelegati u l-Artikolu 290 tat-TFUE. In-numru, il-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-atti ddelegati mhumiex koerenti mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u jpoġġu ħafna temi fundamentali fl-arkitettura tar-Regolament barra mill-proċess leġislattiv normali. Il-KESE jirrakkomanda li ssir riflessjoni bir-reqqa b’tali mod li l-Artikolu 40 jsir kompletament konformi mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE.
2. Il-proposta għal Regolament
2.1 Fl-aħħar snin, is-swieq finanzjarji nbidlu b’mod radikali. Ħarġu fid-dieher prodotti ġodda u ċentri ġodda ta’ negozjar (trading) u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi bħan-negozjar bi frekwenza għolja bidlu drastikament ix-xena.
2.2 L-għan tal-proposti huwa li jżidu l-effiċjenza, ir-reżistenza u t-trasparenza tas-swieq kif ukoll li jsaħħu l-protezzjoni tal-investituri. Il-qafas leġislattiv il-ġdid isaħħaħ is-setgħat ta’ sorveljanza tar-regolaturi u jiddefinixxi regoli ċari ta’ funzjonament għall-attivitajiet kollha ta’ negozjar.
2.3 L-elementi prinċipali tal-proposta.
2.3.1 |
Strutturi tas-swieq aktar b’saħħithom u effiċjenti: il-MiFID diġà kienet tkopri l-Faċilitajiet Multilaterali tan-Negozjar u s-swieq regolati, iżda din ir-reviżjoni ser tinkludi tip ġdid ta’ ċentru ta’ negozjar fi ħdan il-qafas regolatorju tagħha: il-Faċilitajiet Organizzati ta’ Negozjar (OTF – organised trading facilities), pjattaformi mhux regolati iżda li jaqdu rwol dejjem aktar importanti. Pereżempju, il-kuntratti ta’ derivati standard huma dejjem aktar ta’ spiss innegozjati f’dawn il-pjattaformi. Il-proposta l-ġdida għandha l-għan li timla dan il-vojt. Il-MiFID il-ġdida ser tkompli tippermetti mudelli differenti ta’ negozjar, iżda ser tiżgura li ċ-ċentri kollha jsegwu l-istess regoli ta’ trasparenza u li l-kunflitti ta’ interess jitnaqqsu. |
2.3.2 |
Kunsiderazzjoni tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi: il-MiFID il-ġdida ser tintroduċi wkoll salvagwardji ġodda fir-rigward tal-attivitajiet ta’ negozjar algoritmiku u bi frekwenza għolja, li żiedu sostanzjalment il-veloċità tan-negozju u li jistgħu joħolqu riskji sistemiċi. |
2.3.3 |
B’mod partikolari, l-intrapriżi kollha ta’ negozjar algoritmiku ser jibdew jiġu regolati adegwatament, ser jipprovdu livell adegwat ta’ likwidità u ser ikun hemm regoli li jevitaw li jsaħħu l-volatilità bi dħul u ħruġ mis-swieq. Fl-aħħar nett, il-proposti ser itejbu l-kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ aċċess għal xi servizzi essenzjali wara n-negozjar, bħall-kumpens, li inkella jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni bejn iċ-ċentri ta’ negozjar. |
2.4 Aktar trasparenza: l-introduzzjoni tal-kategorija tas-sistemi organizzati ta’ negozjar ser ittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet ta’ negozjar fis-swieq tal-ekwità, inklużi d-“dark pools” (il-volumi jew il-likwidità li mhux disponibbli fuq pjattaformi pubbliċi). Id-derogi jingħataw biss f’ċirkostanzi definiti tajjeb. Ser tiġi introdotta wkoll skema ġdida għat-trasparenza għas-swieq li mhumiex tal-ekwità (jiġifieri bonds, prodotti finanzjarji strutturati u derivati). Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ġodda dwar il-ġbir tad-data kollha dwar is-suq f’post wieħed ser jippermettu lill-investituri li jkollhom idea kompluta tal-attivitajiet kollha ta’ negozjar fl-UE u b’hekk jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati.
2.5 Setgħat imsaħħa ta’ sorveljanza u qafas aktar strett għas-swieq tad-derivati tal-komoditajiet. Il-proposti ser isaħħu r-rwol u s-setgħat tar-regolaturi. B’koordinazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) u f’ċirkostanzi definiti tajjeb, l-awtoritajiet superviżorji ser ikunu jistgħu jipprojbixxu ċerti prodotti, servizzi jew prattiki li jistgħu jheddu l-protezzjoni tal-investituri, l-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq.
2.6 Investituri protetti aħjar: abbażi tar-regoli kollha diġà fis-seħħ, il-MiFID il-ġdida tistabbilixxi rekwiżiti aktar stretti għall-ġestjoni tal-portafolli, il-pariri dwar l-investimenti u l-offerta ta’ prodotti finanzjarji kumplessi, bħall-prodotti strutturati. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess, il-konsulenti indipendenti u l-maniġers tal-portafolli mhux ser ikunu jistgħu jagħmlu jew jirċievu pagamenti jew dħul finanzjarju ieħor minn terzi persuni. Fl-aħħar, ser jiġu introdotti regoli dwar il-governanza tal-intrapriżi u r-responsabbiltà tal-maniġers għall-intrapriżi kollha ta’ investiment.
3. Kummenti u riflessjonijiet
3.1 Skont id-data pprovduta mill-Bank tal-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI), il-valur spekulattiv tal-prodotti derivati f’ċirkolazzjoni tela’ minn 601 046 biljun dollaru f’Diċembru 2010 għal 707 569 biljun dollaru f’Ġunju 2011 (Rapport ta’ kull tliet xhur tal-BĦI, Diċembru 2011).
3.2 L-għan tal-proposta l-ġdida huwa li jitjieb il-livell ta’ effiċjenza, l-integrità u t-trasparenza tas-swieq, speċjalment dawk li huma l-anqas regolati u, għalhekk, tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri.
3.3 Fl-aħħar 20 sena, kien hemm splużjoni fil-volumi tat-tranżazzjonijiet globali u dan wassal sabiex fis-swieq finanzjarji ntefgħu kwantitajiet kbar ta’ likwidità. Dan it-tkabbir mingħajr preċedent, ipprovokat prinċipalment mill-ispekulazzjoni fuq perjodu, ma kienx akkumpanjat u sostnut minn tkabbir b’mod parallel tal-ekonomija reali, tas-suq tax-xogħol u tas-salarji. Il-KESE jqis li l-proposta għal Regolament hija neċessarja u adatta sabiex tikkontribwixxi għall-kontroll ta’ dawn l-effetti fis-swieq.
3.4 Il-funzjoni oriġinali tas-swieq finanzjarji hija li dawn jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku waqt li jitnaqqsu l-assimetriji fl-informazzjoni u b’hekk titħeġġeġ allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi. Kif diġà intqal, il-kriżi wriet mekkaniżmu żbaljat ta’ funzjonament tas-swieq fejn l-atturi aġixxew billi rrispondew għal loġika differenti minn dik tal-ekonomija tal-informazzjoni u billi użaw is-swieq finanzjarji biss għal skopijiet spekulattivi fuq perjodu qasir u qasir ħafna.
3.5 Is-swieq tagħna għalhekk faru bil-likwidità fuq perjodu qasir ħafna u kienu nieqsa (u għadhom nieqsa) mill-inċentivi destinati li jħeġġu l-industrija reali pjuttost milli dik finanzjarja. Din l-imġiba tkompli teħles il-binomju naturali bejn l-industrija u s-swieq finanzjarji li jibnu strumenti dejjem aktar sfukati, astratti u kumplessi.
3.6 L-ispekulazzjoni tagħmel parti mil-loġika tas-suq u hija intrinsika għas-suq stess, waqt li tiggarantixxi l-likwidità u tindika l-anomaliji, iżda l-ispekulazzjoni fuq perjodu qasir ħafna, min-naħa l-oħra, hija ekonomikament u soċjalment inutli u tikkontribwixxi b’mod deċiżiv għall-iżvilupp ta’ bżieżaq finanzjarji. Hemm bżonn urġenti li t-tendenza attwali tinbidel, waqt li tinġibed l-attenzjoni tal-investituri għat-tkabbir reali.
3.7 F’dan il-kuntest, il-proposta għal Regolament bla dubju toffri miżuri validi u strumenti destinati li jirrimedjaw in-nuqqasijiet evidenti u l-iżbilanċi tas-sistema tagħna.
3.8 Il-qafas leġislattiv il-ġdid dwar is-sistemi ta’ skambji organizzati jissottometti l-attivitajiet kollha ta’ negozjar għal regoli aktar espliċiti ta’ funzjonament. Is-servizzi ta’ ġestjoni tal-portafoll, il-pariri relatati mal-investimenti f’titoli u l-offerta ta’ prodotti finanzjarji huma soġġetti għal standards stretti. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet leġislattivi l-ġodda, waqt li jimponu obbligi ġodda fir-rigward tar-responsabbiltà tal-maniġers u r-reviżjoni tal-governanza korporattiva, ser jesiġu li l-intermedjarji jieħdu azzjonijiet importanti ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tal-istruttura soċjali. Il-KESE jqis li l-obbligi imposti mir-Regolament il-ġdid, anke jekk ta’ piż, ser ikunu f’waqthom u koerenti mal-objettivi tar-Regolament.
3.9 Il-proposta għal Regolament tintroduċi s-sistemi organizzati ta’ negozjar imsejħa OTF (Organized Trading Facilities – Faċilitajiet Organizzati tan-Negozjar. Il-KESE huwa favur din l-innovazzjoni ġaladarba tippermetti li jiġu integrati sistemi differenti ta’ negozjar użati minn kontropartijiet differenti. Din is-sistema ser tgħin lis-suq kollu joħroġ fid-dieher l-opportunitajiet li jintużaw strumenti differenti f’kompetizzjoni bejniethom li iżda jridu jirrispettaw il-prinċipju tal-aħjar kundizzjonijiet.
3.10 Ir-Regolament jittratta wkoll il-firxa tas-setgħat riservati lill-awtoritajiet, waqt li jingħatawlhom setgħat speċjali fir-rigward tal-bejgħ ta’ prodotti u servizzi lill-klijenti li jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi tal-investituri kif ukoll l-istabbiltà tas-suq.
3.11 Barra minn hekk, il-prinċipju tat-trasparenza mhux applikat biss għas-swieq iżda wkoll għal-livell tal-awtoritajiet. L-awtoritajiet kompetenti fil-fatt jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni relatata man-negozjar u b’hekk jiġi evitat ir-riskju ta’ abbuż possibbli tas-suq. Il-KESE huwa favur ħafna dawn l-aspetti tal-proposta għal Regolament, meta jindirizzaw azzjonijiet ċari u preċiżi li għandhom l-għan li jsaħħu l-protezzjoni tal-investituri.
3.12 Skont l-operaturi tas-suq li għandhom awtorità, ir-Regolament il-ġdid huwa ta’ importanza fundamentali u ser ibiddel l-istruttura tas-swieq finanzjarji Ewropej. Pereżempju, jeżistri riskju sistemiku intrinsiku li għandu jitqies u li ħareġ fid-dieher matul l-aħħar kriżi finanzjarja. Il-falliment ta’ bank jista’ jipperikola l-eżekuzzjoni tal-obbligi marbutin mat-tranżazzjonijiet negozjati barra l-Borża u għalhekk jista’ jinxtered għand il-kontropartijiet tiegħu, għand entitajiet oħra. Ir-Regolament il-ġdid inaqqas ir-riskju tal-kontroparti fis-suq barra l-Borża. Il-proposta għal Regolament ser twassal għal tnaqqis notevoli tat-tranżazzjonijiet barra s-suq.
3.13 Għan ieħor tar-Regolament il-ġdid, li f’għajnejn il-KESE huwa aktar minn pożittiv, huwa dak li d-data dwar it-tranżazzjonijiet kollha barra l-Borża tiġi kkonsolidata, u mhux biss dik approvata minn kontroparti ċentrali. L-informazzjoni ser tkun disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji, li b’hekk ikunu jistgħu jwettqu monitoraġġ effikaċi tas-suq. Fil-mument din l-attività ma tistax issir minħabba nuqqas ta’ informazzjoni. Fir-rigward ta’ dawn l-aspetti, madankollu r-Regolament ifassal struttura miftuħa li mhux definita minn qabel. Pereżempju, ser tkun f’idejn l-operaturi jew l-ESMA li jidentifikaw, abbażi tad-deċiżjonijiet kontinwi tagħhom, liema kategorija ta’ derivati trid tiġi awtorizzata minn kontroparti ċentrali. Għalhekk, attwalment mhux possibbli li jiġi speċifikat liema mit-tranżazzjonijiet attwali ser jintlaqtu.
3.14 Aspett prinċipali ieħor huwa marbut mal-fatt li r-Regolament Ewropew futur ma jagħti l-ebda indikazzjoni dwar l-istruttura tas-suq tal-kontropartijiet ċentrali futuri. Għalhekk jew iridu jissaħħu l-istrutturi attwali eżistenti fl-Istati Membri individwali, bħal pereżempju l-Cassa di Compensazione e Garanzia della Borsa Italiana, jew ser jinbtu numru żgħir ta’ korpi kbar mifruxin mal-Ewropa. Dawn huma biss possibbiltajiet, li mhumiex imsemmija fir-Regolament. Irrispettivament mill-istruttura speċifika magħżula, madankollu, huwa utli li tiġi enfasizzata l-importanza fundamentali tal-mod li bih ser tiġi ġestita l-attività ta’ ġestjoni tar-riskju u tal-effiċjenza tal-mekkaniżmi ta’ superviżjoni sabiex jiġu evitati aktar fallimenti diżastrużi.
3.15 Barra minn hekk, il-proċess ta’ standardizzazzjoni tal-iskambji, soġġetti għall-kontropartijiet ċentrali, għandu jnaqqas l-ispejjeż. Il-proċess ta’ konsolidazzjoni mingħajr dubju jista’ jkollu dan l-effett, iżda m’hemm xejn ċert dwar dan. Bla dubju, jekk ir-Regolament il-ġdid jiġi implimentat tajjeb, ser iwassal għal valutazzjoni aħjar tar-riskji li, reċentement, ta’ spiss ġew issottovalutati mill-intermedjarji tal-kreditu li jkunu qegħdin ifittxu volumi akbar ta’ tranżazzjonijiet u profitti fuq żmien qasir.
4. Xi kritika
4.1 Wieħed mit-tħassib huwa relatat mal-ispejjeż sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, li jidhru li ġew sottovalutati u jaslu fi żmien meta l-istituzzjonijiet finanzjarji diġà jinsabu taħt pressjoni f’termini ta’ leġislazzjoni, qligħ u spejjeż. L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu effiċjenti u jappoġġjaw l-ekonomija, iżda jridu wkoll iżommu profil adegwat ta’ qligħ. Hemm il-biża’ li dawn l-ispejjeż b’mod inevitabbli jgħaddu għand l-investituri u l-klijenti. Il-KESE jqis li l-utenti u l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs, iridu jiġu protetti f’dan is-sens.
4.2 Skont il-Kummissjoni, l-ispejjeż ta’ konformità ta’ darba ser ivarjaw bejn EUR 512 u EUR 732 miljun, filwaqt li l-ispejjeż rikorrenti ser ivarjaw bejn EUR 312 u EUR 586 miljun. Dawn l-ispejjeż jidhru li ġew sottovalutati; pereżempju, l-ispejjeż operattivi relatati mal-ħolqien tal-infrastruttura teknoloġika neċessarja biss sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tar-rappurtar tad-data huma diskutibbli u waħedhom għandhom ir-riskju li jaqbżu ċ-ċifra globali. Il-Kummissjoni fl-aħħar nediet studju sabiex jiġi analizzat l-impatt globali tal-ispejjeż kumulattivi ġġenerati mill-inizjattivi regolamentarji ġodda, liema studju kien mixtieq u mitlub mill-KESE żmien ilu. Sabiex ikun hemm għarfien dwar l-effett totali tar-Regolament fir-rigward taż-żmien u l-ispejjeż, huwa konvenjenti li dan l-istudju jitlesta u jixxandar ma jdumx.
4.3 Hekk kif it-tibdil globali fil-leġislazzjoni jkompli jżid l-ispejjeż u jikkomplika l-affarijiet fl-istituzzjonijiet finanzjarji, dawn l-istituzzjonijiet iqajmu ċerti mistoqsijiet prinċipali dwar liema oqsma tan-negozju tagħhom għandhom jiġu sospiżi jew jekk għandhomx jiċċaqalu lejn ġurisdizzjoni oħra.
4.4 Filwaqt li l-prinċipju tat-tnaqis tar-riskju permezz ta’ aktar trasparenza ser jintlaqa’ tajjeb minn ħafna, għandna bżonn li nifhmu aħjar liema ser ikun l-impatt globali tal-leġislazzjoni fuq il-kapaċità tal-Ewropa li tikkompeti fis-suq globali tas-servizzi finanzjarji.
4.5 Dejjem b’referenza għal aktar trasparenza li toħroġ mir-Regolament il-ġdid, huwa importanti li nistaqsu dwar min huma l-benefiċjarji diretti u ġenwini tal-azzjonijiet il-ġodda. Fil-fatt, il-banek ta’ investiment u l-fondi spekulattivi (hedge funds) isibuha utli aktar informazzjoni, iżda jista’ jingħad l-istess għas-swieq kummerċjali?
4.6 Il-KESE jistaqsi jekk ir-Regolament, li hu preskrittiv ħafna fir-rigward tad-“dark pools”, jistax jagħmel ħsara lill-kapaċità tal-impriżi li jiġġestixxu t-tfaddil li jinnegozjaw b’mod ottimu f’isem il-klijenti proprji tagħhom (essenzjalment il-klijenti li jikkonsmaw).
4.7 Wieħed mill-għanijiet tal-proposta għal Regolament huwa dak li jgħaqqad, jarmonizza u jintegra s-swieq finanzjarji. L-investituri fil-livell tal-konsumatur ta’ spiss ftit li xejn ikunu jafu dwar l-istrumenti finanzjarji li jkunu għad-dispożizzjoni tagħhom fis-suq tagħhom ta’ riferiment. Madankollu, il-KESE, jekk minn naħa jappoġġja l-prinċipju ta’ konsolidazzjoni tad-diversi pjattaformi ta’ negozjar, min-naħa l-oħra jirrakkomanda lill-Kummissjoni li b’mod urġenti tħeġġeġ programmi ta’ edukazzjoni finanzjarja. Fil-fatt il-Kumitat iqis li mingħajr tħejjija u għarfien adegwat tal-investituri, hemm ir-riskju li l-proċess ta’ armonizzazzjoni li qed jitmexxa ma jipprovdix l-effetti mixtieqa.
4.8 Fl-aħħar, waħda mill-implikazzjonijiet l-aktar importanti tar-Regolament il-ġdid tinkludi t-twessigħ tal-kategoriji ta’ assi kkonċernati: l-intenzjoni hija li dan ir-Regolament jiġi applikat għall-istrumenti finanzjarji l-oħra kollha fl-istess ħin tal-ishma. Jekk iċ-ċaqliqa ta’ dan ir-Regolament lejn negozjar kompetittiv u bbażat fuq l-awtorizzazzjoni tad-derivati kkwotati titħalla, din ser ikollha implikazzjonijiet kbar ħafna fuq l-istruttura tas-suq. Xi swieq bi dħul fiss li diġà jiffunzjonaw fuq diversi pjattaformi elettroniċi jistgħu jkunu l-kandidati l-aktar probabbli għal tibdil rapidu f’dan is-sens.
4.9 Fl-Artikolu 40, il-proposta għal Regolament tinkludi lista twila u mimlija tal-atti ddelegati li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Il-lista ta’ dawn l-atti hija pjuttost twila (fosthom hemm l-ispeċifikazzjoni tal-kwotazzjonijiet xerrej-bejjiegħ, it-tipi u d-dimensjonijiet tal-obbligi, il-kontenut tal-informazzjoni li s-swieq regolati u l-intrapriżi ta’ investiment iridu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għal kull kategorija ta’ strument finanzjarju, eċċ.) Il-KESE jiġbed l-attenzjoni fuq problema ta’ kompatibbiltà bejn l-Artikolu 40 u l-Artikolu 290 tat-TFUE, kif modifikat u kkompletat mit-Trattat ta’ Lisbona. Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, fil-fatt, “att leġislattiv jista’ jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv”. Fl-analiżi tal-kontenut tal-proposta għal Regolament li jista’ jiġi ddelegat, il-KESE jqis li dan għandu jitqies bħala element essenzjali u mhux marġinali. Għalhekk, il-lista ta’ atti ddelegati li tidher fl-Artikolu 40 tar-Regolament għandha titqies bħala superfluwa, estiża b’mod eċċessiv u mhux koerenti mat-TFUE.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 44.
(2) ĠU UE C 318, 29.10.2011, p. 24.
(3) ĠU UE C 107, 6.4.2011, p. 21.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/78 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE”
COM(2011) 683 final — 2011/0307 (COD)
2012/C 143/15
Relatur: is-Sur BARROS VALE
Nhar it-30 ta’ Novembru 2011 u nhar il-15 ta’ Novembru 2011 rispettivament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE
COM(2011) 683 final – 2011/0307 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-1 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’232 vot favur, 3 voti kontra u 11-il astensjoni.
1. Sommarju u konklużjonijiet
1.1 |
Il-proposta għal reviżjoni tad-Direzzjoni dwar it-Trasparenza tagħmel parti minn pakkett usa’ ta’ miżuri li jifformaw inizjattiva tal-Kummissjoni mmirata lejn titjib fl-aċċess tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għall-kapital. Turi wkoll il-preokkupazzjoni li l-fiduċja tal-investituri tinkiseb mill-ġdid u li jiġi żgurat li s-suq jingħata informazzjoni ta’ kwalità tajba. Il-Proposta li qed tiġi kkunsidrata hawnhekk hija msejsa fuq ir-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapport indipendenti mfassal mill-konsulenza Mazars, fuq seduta mal-partijiet interessati u l-kummenti tagħhom, fuq ir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Mejju 2010 u fuq valutazzjoni tal-impatt ta’ kull waħda mill-għażliet proposti. Għaldaqstant, il-KESE jaqbel mal-għanijiet u l-kontenut tagħha, iżda jħossu obbligat li jressaq għadd ta’ punti għall-kunsiderazzjoni. |
1.2 |
Il-bidliet proposti, maħsuba biex jagħmlu s-suq aktar attraenti għall-emittenti ż-żgħar u ta’ daqs medju, ser japplikaw b’mod universali. L-aktar impatt sinifikanti tas-semplifikazzjoni jafu jħossuh l-aktar mhux dawk l-intrapriżi li l-bidliet huma tassew immirati lejhom, iżda pjuttost il-korporazzjonijiet il-kbar li joperaw fis-suq. Ftit huma dawk li jħarsu lejn id-Direttiva dwar it-Trasparenza bħala ostaklu għad-dħul fis-suq tal-emittenti ż-żgħar u ta’ daqs medju; dan ifisser li s-semplifikazzjoni mhux bilfors ser tkun neċessarjament fattur kritiku f’dawn id-deċiżjonijiet u mhux bilfors ser ikollha impatt sinifikanti fuq l-attrattività tas-suq għall-SMEs. Madankollu, peress li, skont il-partijiet interessati, din is-semplifikazzjoni ma tipperikolax il-kreddibiltà tas-suq jew il-protezzjoni tal-investituri, ser ikollha impatt ekonomiku li, għad li potenzjalment jaf ikun akbar għall-kumpaniji l-kbar, fl-aħħar mill-aħħar ser jaffettwa xi ftit ukoll lill-SMEs. Għalhekk, din is-semplifikazzjoni ser tkun sostanjzali għat-tip ta’ kumpanija l-aktar rappreżentattiva tan-nisġa kummerċjali tal-Ewropa. |
1.3 |
Sa mill-2004, il-pubblikazzjoni ta’ rapporti ta’ kull tliet xhur kienet kwistjoni kontroversjali b’għadd ta’ nies kontriha, kwistjoni li skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-KESE għandha tiġi indirizzata b’attenzjoni. L-iżvantaġġi, diġà indikati dak iż-żmien, li l-pubblikazzjoni tkun obbligatorja ġew ikkonfermati (inklużi żieda fil-kwantità tal-informazzjoni mingħajr żieda fil-kwalità tagħha, livelli għoljin tal-ispejjeż finanzjarji u l-ispejjeż ta’ opportunità, l-adozzjoni ta’ approċċ fuq perjodu qasir imsejjes fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti riżultati lis-suq għad-detriment ta’ viżjoni aktar strateġika u fit-tul). Il-pressjoni li jiġu żgurati riżultati fuq perjodu qasir tista’ saħansitra titqies bħala wieħed mill-fatturi li kkawżaw il-kriżi attwali, peress li kull tliet xhur is-settur finanzjarju jsib ruħu taħt pressjoni biex jippubblika riżultati dejjem aħjar minn ta’ qabilhom. Is-sospensjoni tal-pubblikazzjoni obbligatorja ma theddidx affattu t-trasparenza meħtieġa u mixtieqa, peress li d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni importanti hija ggarantita permezz tal-konformità mad-Direttivi dwar il-Prospett u l-Abbuż tas-Swieq. Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja din is-sospensjoni, li ser tiżgura li jkun is-suq li jiddeċiedi dwar l-ammont ta’ informazzjoni meħtieġa. |
1.4 |
Uħud enfasizzaw il-kumplessità tal-kontenut narrattiv tar-rapporti bħala sors ewlieni ta’ spejjeż ta’ opportunità kif ukoll ta’ spejjeż oħra kkawżati minħabba s-sottokuntrattar ta’ speċjalisti f’dan il-qasam. M’hemm l-ebda garanzija li l-fatt li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) tipproduċi dawn il-mudelli jiġġenera benefiċċju sostanzjali f’termini ta’ tnaqqis tal-ispejjeż; madankollu, l-inizjattiva taf twassal għal xi ffrankar għall-SMEs, li ma jibqagħlhomx għalfejn jikru korpi esterni biex ifasslu dan it-tip ta’ kontenut. Fl-aħħar nett, ta’ min isemmi li huwa diffiċli li l-mudelli jkopru kull sitwazzjoni potenzjali, u dan jaf iwassal biex xi ftit mill-informazzjoni pprovduta tiġi ssemplifikata jew saħansitra biex xi informazzjoni importanti ma tiġix iddikjarata peress li ma tkunx koperta mill-mudell. |
1.5 |
It-twessigħ tad-definizzjoni tal-istrumenti finanzjarji soġġetti għal notifika juri x-xewqa li r-regoli dwar l-innovazzjoni tas-suq jiġu aġġornati u b’hekk li l-iżviluppi jiġu segwiti mill-qrib. Din il-bidla tallinja d-Direttiva dwar it-Trasparenza mal-miżuri li diġà ġew adottati fir-Renju Unit u l-Portugall u ma’ dawk li bħalissa qed jiġu diskussi f’pajjiżi oħra fl-UE u fil-bqija tad-dinja. Kien hemm ukoll inizjattiva leġislattiva f’dan il-qasam fi Franza, imma rriżulta li din ma kinitx adegwata. Filwaqt li jista’ jkun hemm ġustifikazzjoni għall-biża’ li s-suq jaf jiġi “mgħarraq” b’informazzjoni superfluwa, l-esperjenza tal-pajjiżi fejn ir-regoli diġà jirrikjedu dan it-tip ta’ notifika ma tiġġustifikax dan il-biża’ u ħafna partijiet interessati jissuġġerixxu li wieħed jitgħallem mill-esperjenza tar-Renju Unit f’dan il-qasam. |
1.6 |
Rigward l-istabbiliment tal-mekkaniżmu Ewropew għall-informazzjoni, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-integrazzjoni tal-bażijiet tad-data nazzjonali eżistenti taf toħloq il-problemi, minħabba l-inkompatibbiltajiet bejn it-teknoloġiji li jużaw. Għalkemm għadd ta’ partijiet interessati jirrakkomandaw l-istabbiliment ta’ dan il-mekkaniżmu, l-aktar b’relazzjoni mal-informazzjoni għall-investituri u l-analisti, jeħtieġ li wieħed jivvaluta l-proporzjon tal-ispejjeż u l-benefiċċji involuti fl-istabbiliment u l-manteniment ta’ dan il-mekkaniżmu. Madankollu, din hija miżura importanti, li ser tgħin biex is-suq uniku jkompli jiżviluppa. |
1.7 |
Rigward il-formulazzjoni l-ġdida tal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar ir-rekwiżit obbligatorju li ssir divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar il-pagamenti lill-gvernijiet, il-KESE jappella sabiex l-ambitu ta’ din id-dispożizzjoni jitwessa’. M’hemm l-ebda dubju dwar l-importanza tad-divulgazzjoni tal-pagamenti li jsiru minn emittenti li joperaw fl-industriji estrattivi jew tal-qtugħ tas-siġar, imma l-ambitu ta’ dan l-artikolu jista’ jkun aktar ambizzjuż u jkopri l-għoti lil entitajiet privati ta’ konċessjonijiet li huma ta’ interess pubbliku, bħall-operat tat-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija u n-netwerks ta’ logħob tal-azzard, jew bis-sempliċi għoti ta’ dawn il-konċessjonijiet jew inkella bl-istabbiliment ta’ sħubijiet pubbliċi-privati. Kwalunkwe tranżazzjoni ta’ dan it-tip mal-awtorijatiet pubbliċi għandha tiġi trażmessa, skont jekk tkunx speċifika għall-pajjiż jew għall-proġett. Minħabba li l-għan ta’ din il-miżura huwa li l-gvernijiet jinżammu responsabbli għall-użu tad-dħul li jiġbru, l-ammonti mħallsa fil-kuntest ta’ attivitajiet oħrajn marbuta mal-użu tal-infrastruttura jew tar-riżorsi ta’ pajjiż, lil hinn minn dawk li bħalissa jinsabu koperti minn din id-Direttiva, m’għandhomx jitħallew barra. |
1.8 |
Rigward is-sanzjonijiet, il-KESE jsostni li, barra li jiġu stabbiliti limiti massimi għas-sanzjonijiet ippjanati, iridu jinħolqu wkoll limiti minimi, sabiex jiġi żgurat li l-ebda awtur ta’ dannu ma jibqa’ mingħajr sanzjoni u li s-sanzjonijiet ikunu dissważivi u jikkastigaw tassew l-imġiba illegali, filwaqt li fl-istess ħin jiġu armonizzati l-prattiki fost l-Istati Membri. |
1.9 |
Fil-kuntest tas-sitwazzjoni attwali, aktarx li ma jkunx hemm żieda ta’ malajr fid-domanda, iżda ta’ min imqar isemmi li l-proposta favur is-semplifikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, flimkien ma’ oħrajn ippjanati biex jagħmlu s-suq aktar attraenti, taf twassal għal żieda fit-tranżazzjonijiet u l-impatt ta’ din iż-żieda fuq l-operat tas-suq għadu ma ġiex ikkunsidrat. Fl-istess ħin, il-profil ogħla mogħti lill-SMEs u ż-żieda fl-attrattività tas-suq għall-investituri għandhom mnejn jenfasizzaw in-nuqqasijiet fl-edukazzjoni tal-konsumaturi bħalissa, li jżommuhom milli jifhmu l-informazzjoni disponibbli u b’hekk milli jieħdu deċiżjonijiet infurmati. |
2. L-isfond tal-Proposta
2.1 |
Skont it-termini tal-Artikolu 33 tad-Direttiva dwar it-Trasparenza (Direttiva 2004/109/KE) (1), il-Kummissjoni ppreżentat rapport ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva matul il-snin li din kienet fis-seħħ. Ir-rapport jagħlaq billi jisħaq fuq l-importanza li l-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati jagħtu lir-rekwiżiti tad-Direttiva għal-operat tajjeb u effikaċi tas-suq. |
2.2 |
Il-Proposta preżenti ta’ emenda għad-Direttiva hija ppreżentata b’mod li jikkunsidra l-prijorità politika tal-Kummissjoni li ttejjeb il-qafas regolatorju għall-emittenti ż-żgħar u ta’ daqs medju u l-aċċess tagħhom għall-kapital. Timmira wkoll sabiex l-obbligi applikabbli għall-SMEs elenkati jsiru aktar proporzjonali, filwaqt li jiġi ggarantit l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trasparenza għandha l-għan li tiżgura t-trasparenza tal-akkwiżizzjonijiet ekonomiċi fil-kumpaniji, il-fiduċja tal-investituri u enfasi akbar fuq ir-riżultati fuq perjodu twil, u b’hekk tikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja. Fl-istess ħin, l-isforzi biex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għandhom l-għan li jżidu l-integrazzjoni funzjonali tas-swieq Ewropej tat-titoli u li jiżguraw viżibbiltà transkonfinali aħjar għall-kumpaniji ż-żgħar u ta’ daqs medju elenkati. |
2.3 |
Ta’ min isemmi li din il-Proposta għal emenda hija msejsa fuq studju indipendenti li twettaq mill-konsulenza Mazars bl-għan li jipprovdi provi kwantitattivi u kwalitattivi li jkunu kapaċi jappoġġjaw ir-rapport imressaq mill-Kummissjoni quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b’konformità mal-Artikolu 33 tad-Direttiva dwar l-implimentazzjoni tagħha. Ġew ikkunsidrati wkoll ir-rapporti ppubblikati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) u mill-Grupp Espert tas-Swieq Ewropej tat-Titoli (GESET). |
2.4 |
Żewġ oqsma ġew enfasizzati bħala li għandhom bżonn jittejbu: peress li l-approċċ tagħha huwa msejjes fuq armonizzazzjoni minima, id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri aktar restrittivi li jagħmlu l-implimentazzjoni aktar diffiċli u jżidu l-ispejjeż; barra minn hekk, mhux qed jiġu proposti miżuri aktar flessibbli għall-SMEs. Fil-fehma tal-Kumitat, dawn il-fatturi jaqtgħu qalb l-SMEs milli jidħlu fis-suq. Hemm bżonn li wħud mid-definizzjonijiet inklużi fid-Direttiva jiġu ċċarati, u jeħtieġ ukoll aktar konsistenza u ċarezza fl-użu ta’ ċerti termini li għandhom tifsiriet simili. Fl-aħħar nett, ir-rapport jenfasizza li r-regoli dwar in-notifika għandom bżonn jittejbu. |
2.5 |
L-impatt tal-varji għażliet imressqa ġew ivvalutati u dan wassal għad-deċiżjonijiet li ġejjin:
|
2.6 |
Il-bidliet ewlenin proposti bil-ħsieb li jew jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-suq jew inkella li jiċċaraw it-test tad-Direttiva huma dawn li ġejjin:
|
3. Kwistjonijiet li tqajjem il-Proposta
3.1 |
Wieħed mill-għanijiet tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trasparenza hu li din tgħin sabiex is-swieq regolati jsiru aktar attraenti għall-emittenti ż-żgħar u ta’ daqs medju; dan għandu importanza fundamentali sabiex is-suq jiżviluppa u jikber. Għaldaqstant, il-bidliet proposti għad-Direttiva jirrappreżentaw inizjattiva pożittiva li tagħmilha possibbli li ċerti proċeduri jiġu ssemplifikati mingħajr ma tiġi pperikolata l-kwalità tal-informazzjoni li hi essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-investituri u l-valutazzjonijiet tal-analisti tas-suq. Bla dubju, dawn is-semplifikazzjonijiet ser ikollhom impatt pożittiv fuq l-ispejjeż tal-kumpaniji elenkati kollha, iżda jista’ jkollhom effett akbar fuq l-SMEs. |
3.2 |
Minkejja s-semplifikazzjonijiet, dan is-settur għadu u ser jibqa’ wieħed li r-regoli u l-lessiku tekniku tiegħu huma diffiċli biex jifhimhom il-konsumatur. Għad li mhuwiex faċli li l-pubbliku jingħata taħriġ mifrux f’dan il-qasam, il-protezzjoni tal-konsumatur hija partikolarment importanti, billi tevita li l-konsumaturi jisfaw imqarrqa mil-lessiku tekniku, bis-saħħa tal-edukazzjoni u l-informazzjoni li jipprovdu kemm l-awtoritajiet superviżorji kif ukoll il-gvernijiet. Għaldaqstant, dan huwa qasam li għandu jiġi kkunsidrat fil-miżuri li jittieħdu fil-futur. |
3.3 |
Sabiex l-informazzjoni ssir aktar faċli biex tiġi interpretata u biex tiġi kkomparata, il-mudelli pprovduti fil-Proposta għall-kontenut narrattiv jafu jkunu utli. Filwaqt li t-tfassil ta’ mudelli huwa kumpless u li hemm periklu li l-kontenut jiġi ssemplifikat iżżejjed u li ċerti sitwazzjonijiet ma jiġux ikkunsidrati, l-użu ta’ dawn il-mudelli jaf iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż, speċjalment għall-SMEs. Dawn il-mudelli jafu saħansitra jagħmluha aktar faċli għall-konsumatur biex jinterpreta l-informazzjoni. |
3.4 |
Ta’ min jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi eliminat l-obbligu li jiġu ppubblikati rapporti ta’ kull tliet xhur. Huwa tassew importanti għall-iżvilupp sostenibbli tas-suq li jiġi miġġieled l-approċċ fuq perjodu qasir li huwa prevalenti fis-suq, approċċ li din il-miżura tat kontribut kbir lejh. Hija biss perspettiva fuq perjodu twil li tista’ trawwem l-innovazzjoni, li hija fattur fundamentali għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv, żewġ prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
3.5 |
It-twessigħ tad-definizzjoni tal-istrumenti soġġetti għar-rekwiżiti ta’ notifika huwa punt ewlieni tal-bidliet proposti għad-Direttiva dwar it-Trasparenza. L-innovazzjoni finanzjarja wasslet għall-ħolqien ta’ tipi ġodda ta’ strumenti li jeħtieġu qafas fir-rigward tat-trasparenza. Il-Kumitat jittama li dawn il-bidliet ser jimlew il-lakuni li jeżistu fir-rekwiżiti ta’ notifika dwar id-detenturi importanti ta’ drittijiet tal-vot u d-detenturi importanti ta’ ishma u b’hekk jiżguraw li l-investituri ma jistabbilixxux sħubijiet minn taħt jew iħabbru detenturi importanti ta’ ishma fis-suq mingħajr ma javżaw minn qabel, bħalma diġà ġara. |
3.6 |
L-għan li jinħoloq mekkaniżmu uniku Ewropew għall-ħżin tal-informazzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hu wieħed ambizzjuż u għandhom ikomplu jsiru sforzi biex dan il-għan jintlaħaq. Dan bla dubju jkun għodda prezzjuża għat-tfannid tas-suq uniku. Biss hemm bżonn li jiġi kkunsidrat il-proporzjon tal-ispejjeż u l-benefiċċji involuti fl-istabbiliment u l-manteniment ta’ dan it-tip ta’ strument. |
3.7 |
Id-Direttiva dwar it-Trasparenza issa ser tkopri l-pagamenti magħmula minn emittenti attivi fl-industriji estrattivi lill-gvernijiet fil-pajjiżi li joperaw fihom. Din il-Proposta tal-Kummissjoni hi waħda innovattiva u qed tipprova turi l-impatt finanzjarju li l-attività ta’ kumpanija jkollha fuq il-pajjiż ospitanti, u b’hekk iżżid it-trasparenza. Il-KESE jemmen bis-sħiħ li d-Direttiva tista’ tkun aktar ambizzjuża billi testendi d-divulgazzjoni obbligatorja tal-informazzjoni għall-ammonti mħallsa b’rabta ma’ attivitajiet oħra ta’ interess pubbliku li għalihom entitajiet privati jkunu ngħataw konċessjoni. Dawn l-ammonti jistgħu jkunu konsiderevoli, speċjalment għall-konċessjonijiet fis-setturi tat-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija u saħansitra l-logħob tal-azzard. |
3.8 |
Din il-Proposta tirrevedi wkoll is-sistema ta’ sanzjonijiet, billi ssaħħaħ il-poteri tal-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ għadd ta’ strumenti bħad-dritt li jissospendu d-drittijiet tal-vot u li jippubblikaw is-sanzjonijiet. Għandu jiġi enfasizzat li, għalkemm il-livelli massimi huma stabbiliti għas-sanzjonijiet finanzjarji, dan mhuwiex il-każ tal-livelli minimi. L-istabbiliment ta’ dawn il-limiti jaf iservi ta’ deterrent sostanzjali ieħor. |
3.9 |
Is-semplifikazzjoni tar-regoli u ż-żieda li din iġġib fl-attrattività tas-suq, bħalma hija l-intenzjoni, jafu jwasslu għal żieda fin-numru ta’ tranżazzjonijiet; għadu mhux magħruf x’impatt dan ser ikollu fuq l-operazzjonijiet normali, kemm fuq il-boroż kif ukoll fuq il-korpi regolatorji, li l-KESE jittama li ser ikunu kapaċi jlaħħqu ma’ żieda ta’ malajr fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet. |
3.10 |
Filwaqt li din il-kwistjoni mhijiex relatata direttament mad-Direttiva dwar it-Trasparenza, il-KESE jixtieq jieħu l-opportunità biex jisħaq fuq wieħed mill-akbar ostakli għat-twessigħ tas-suq – l-imposti għoljin mitluba mill-boroż. Fil-fatt, kemm l-ispejjeż involuti meta kumpanija tiġi elenkata, kif ukoll l-ispejjeż annwali involuti biex kumpaniji tibqa’ fis-suq – iż-żewġ tipi ta’ spejjeż huma konsiderevoli – huma meqjusa mill-kumpaniji bħala deterrent biex isiru elenkati. Għalhekk, kwalunkwe azzjoni f’dan il-qasam taf tkun utli immens biex il-kumpaniji jieħdu deċiżjoni bħal din. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38-57; Opinjoni tal-KESE: ĠU C 80, 30.03.2004, p. 128.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/82 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) 1081/2006”
COM(2011) 607 finali — 2011/0268 (COD)
2012/C 143/16
Relatur: is-Sur VERBOVEN
Korelatur: is-Sur CABRA DE LUNA
Nhar is-27 ta’ Ottubru 2011 u nhar il-25 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) 1081/2006
COM(2011) 607 final – 2011/0268 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta’ Jannar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’217-il vot favur, 5 voti kontra u 7 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-prinċipji tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll tas-solidarjetà huma stabbiliti fit-Trattati u huma tnejn mill-iktar pilastri importanti għall-integrazzjoni tal-popli, iċ-ċittadini u t-territorji. Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), bħala strument finanzjarju Ewropew prinċipali maħsub biex jappoġġja r-riżorsi umani ser ikompli jikkontribwixxi sabiex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali hekk kif stipulat fl-Artikolu 162 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
1.2 Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandha tibqa’ fil-qofol tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-atturi kollha tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk relatati mal-volontarjat, għandhom jiġu rikonoxxuti biċ-ċar bħala fattur importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020; dan hu appoġġjat mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2011 (1).
1.3 Fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tat-Trattat, il-KESE jistqarr li l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet finanzjati mill-FSE għandha tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġni etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, u għandha tippromovi wkoll ir-rispett tal-obbligi kollha mniżżlin fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, b’mod speċjali f’dak li jirrigwarda l-edukazzjoni, l-impjieg u l-aċċessibbiltà.
1.4 Il-Fond Soċjali Ewropew għandu jkun l-istrument favorit għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, b’mod speċjali dawk relatati mal-impjieg, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. Dan għandu jappoġġja l-politiki segwiti mill-Istati Membri fil-qafas tal-Linji Gwida Integrati u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR). Il-KESE huwa tal-fehma li l-PNR għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, għanijiet relatati mal-inklużjoni soċjali tal-aktar gruppi vulnerabbli, bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni li ilhom żmien twil mingħajr xogħol, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà – sabiex il-PNR ikunu maħsuba biex jilħqu l-obbligi stabbiliti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà – u l-minoranzi etniċi, flimkien ma’ miri għall-ksib tal-għan ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020 li n-numru ta’ nies li jgħixu fil-faqar jonqos b’20 miljun sal-2020.
1.5 Il-promozzjoni tal-impjieg u tal-inklużjoni soċjali (b’mod speċjali permezz tal-impjieg), b’mod partikolari tal-aktar gruppi vulnerabbli, bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni li ilhom żmien twil mingħajr xogħol, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi etniċi, hija, u għandha tibqa’, il-prijorità tal-FSE fir-reġjuni kollha tal-UE. F’kull Stat Membri, mill-inqas 40 % tar-riżorsi kollha tal-FSE għandhom jintużaw għat-twettiq tal-għan tematiku “il-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol”.
1.6 Il-KESE jappoġġja l-enfasi mqiegħda fuq l-innovazzjoni soċjali u l-possibbiltajiet li jiġu appoġġjati proġetti fil-qasam tal-ekonomija soċjali, l-intraprenditorija soċjali u l-intrapriżi soċjali.
1.7 Iż-żieda fl-investiment fl-infrastruttura, il-kompetittività reġjonali u l-iżvilupp tal-intrapriżi għandha tiġi akkumpanjata minn miżuri li għandhom l-għan joħolqu impjiegi sostenibbli fil-qasam tal-politiki tas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-inklużjoni soċjali, l-adattabilità tal-ħaddiema, l-intrapriżi u l-kapijiet tal-intrapriżi, kif ukoll il-kapaċità amministrattiva.
1.8 L-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi kif ukoll il-politiki Ewropej relatati mal-inklużjoni soċjali għandhom jerġgħu jkunu fil-qofol tal-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u jeħtieġ li jingħataw aktar fondi għall-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar.
1.9 Il-KESE huwa tal-fehma li l-Qafas Strateġiku Komuni jirrifletti l-prijoritajiet ta’ investiment li ġejjin mill-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, billi jelenka fid-dettall l-opportunitajiet li joffri suq tax-xogħol aktar miftuħ u aċċessibbli, b’mod partikolari għal dawk li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol (bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni li ilhom żmien twil mingħajr xogħol, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi etniċi, eċċ.).
1.10 Il-KESE jappoġġja l-kontribut li l-FSE jagħmel lill-prijoritajiet l-oħra tal-Istrateġija Ewropa 2020 – ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-aċċessibbiltà u l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, iż-żieda fil-kompetittività tal-SMEs, il-protezzjoni tal-ambjent, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u l-użu sostenibbli tar-riżorsi.
1.11 Il-KESE jappoġġja l-konċentrazzjoni tematika u l-komplementarjetà mal-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra sabiex jinkiseb impatt suffiċjenti u viżibbli.
1.12 Il-KESE jappoġġja l-proposta li tistabbilixxi li mill-inqas 20 % tar-riżorsi kollha tal-FSE jiġu allokati għat-twettiq tal-għan tematiku “il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar,” maħsub sabiex jinkludi ċ-ċittadini l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol.
1.13 Il-prinċipju ta’ sħubija, li jinkludi l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u l-korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, fosthom l-imsieħba ambjentali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-korpi inkarigati mill-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, jikkostitwixxi l-garanzija meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tal-miżuri marbuta mal-Fondi Strutturali u b’mod partikolari mal-Fond Soċjali Ewropew.
1.14 Il-kodiċi ta’ kondotta Ewropew għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ sħubija għandu jikkjarifika r-rwol ta’ kull imsieħeb fil-livelli differenti kif ukoll jikkjarifika l-fatt li, filwaqt li d-djalogu soċjali jaqa’ taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-imsieħba soċjali, l-imsieħba kollha rikonoxxuti mill-Artikolu 5 tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi (2) għandu jkollhom aċċess garantit għall-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-Fondi, inklużi d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, u għandhom jirċievu finanzjament adegwat sabiex tiġi garantita l-parteċipazzjoni tagħhom.
1.15 Il-KESE jirrifjuta kompletament il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu applikati sanzjonijiet finanzjarji u inċentivi għall-Fondi Strutturali b’rabta mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
1.16 Il-Fondi Strutturali waħidhom mhumiex biżżejjed biex niffaċċjaw il-kriżi. L-Ewropa teħtieġ governanza ekonomika differenti li tagħti importanza lill-ġestjoni responsabbli, ibbażata fuq it-tkabbir u l-kompetittività, li tiffavorixxi l-investimenti fir-riżorsi umani u tippromovi l-ġustizzja, il-koeżjoni u l-prinċipju tas-solidarjetà u tal-integrazzjoni soċjali. Il-baġit tal-UE għandu jiġi riformat skont dawn il-prinċipji.
1.17 Il-baġit allokat lill-Fond Soċjali Ewropew għandu jinżamm, mill-inqas, fl-istess livell bħal dak tal-aħħar perjodu ta’ programmazzjoni. Il-Fond għandu jappoġġja wkoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u s-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri komuni tal-Ewropa.
2. Sfond: il-proposti tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-UE u tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020
2.1 Nhar is-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew adotta l-qafas politiku ġdid għall-għaxar snin li ġejjin, jiġifieri l-Istrateġija Ewropa 2020.
2.2 Nhar id-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta dwar “Il-Baġit għall-Istrateġija Ewropa 2020” li tiddefinixxi l-perspettivi finanzjarji l-ġodda tal-UE għall-perjodu 2014-2020.
2.3 Nhar is-6 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġislattivi tagħha fir-rigward tal-Fondi Strutturali, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew.
2.4 Is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati ġew ikkonsulati b’mod estiż dwar dawn il-proposti. Din il-konsultazzjoni tlestiet fl-aħħar tas-sena. F’Jannar 2012, il-Kummissjoni ser tippubblika l-aħħar ġabra ta’ proposti dwar il-Qafas Strateġiku Komuni, li ser titressaq lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2.5 Rigward dak li jikkonċerna b’mod partikolari l-futur tal-FSE, nhar il-15 ta’ Marzu 2011 il-KESE adotta opinjoni dwar “Il-futur tal-Fond Soċjali Ewropew wara l-2013” (3). Jeħtieġ li neżaminaw jekk l-elementi prinċipali ġewx inklużi fil-proposta għal regolament futur tal-FSE li huwa s-suġġett ta’ din l-opinjoni.
2.6 Il-kuntest ekonomiku: sabiex ikun hemm analiżi adegwata tal-perspettivi finanzjarji l-ġodda, ma nistgħux ninjoraw l-isfond ġenerali, b’mod partikolari l-isfidi tal-ġlobalizzazzjoni, il-perspettivi demografiċi u migratorji u, fuq kollox, il-kriżi profonda ekonomika li biddlet radikalment il-prinċipji li fuqhom kienet tibbaża l-Istrateġija Ewropa 2020. Għaldaqstant huwa essenzjali li ż-żieda fl-investiment fl-infrastruttura, il-kompetittività reġjonali u l-iżvilupp tal-intrapriżi, b’mod speċjali l-SMEs u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, tiġi akkumpanjata minn miżuri li għandhom l-għan joħolqu impjiegi sostenibbli fil-qasam tal-politiki tas-suq tal-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-inklużjoni soċjali, l-adattabilità tal-ħaddiema, l-intrapriżi u l-kapijiet tal-intrapriżi.
2.7 L-objettivi u l-istrumenti inklużi fl-Istrateġija Ewropa 2020, li huma fundamentalment pożittivi, għandhom jiġu orjentati aħjar u adattati għas-sitwazzjoni l-ġdida. Dan għandu jsir fil-kuntest ta’ suq tax-xogħol regolat u inklużiv, li joffri liċ-ċittadini Ewropej – speċjalment dawk li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol (bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni li ilhom żmien twil mingħajr xogħol, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi etniċi, eċċ.) – possibbiltajiet ta’ impjieg stabbli u ta’ kwalità, adatti għall-kompetenzi li jkunu kisbu.
2.8 Għandu jsir bosta titjib fl-implimentazzjoni u fl-aspetti prattiċi u l-aċċess għall-finanzjament tal-FSE. Dan it-titjib jikkonsisti l-aktar fi tnaqqis ta’ burokrazija qabel u waqt l-implimentazzjoni tal-programm operattiv permezz ta’ flessibbiltà fil-proċeduri għall-aċċess tal-fondi, tħaffif b’mod speċjali tas-sistema ta’ pagament sabiex jiġu minimizzati l-ispejjeż finanzjarji għal dawk li jimplimentaw il-programmi, u semplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ fatturazzjoni u ta’ regolarizzazzjoni tal-kontijiet; huwa mixtieq, fost affarijiet oħra, li jiġi stabbilit l-użu tal-prinċipju ta’ rati uniċi li jkun aktar estiż filwaqt li jibqa’ realistiku.
2.9 Il-KESE huwa tal-fehma li l-Qafas Strateġiku Komuni jirrifletti l-prijoritajiet ta’ investiment li ġejjin mill-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, billi jelenka fid-dettall l-opportunitajiet li joffri suq tax-xogħol aktar miftuħ u aċċessibbli, b’mod partikolari għal dawk li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol (bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni li ilhom żmien twil mingħajr xogħol, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi etniċi, eċċ.). Jeħtieġ li s-sussidji globali jintużaw aktar sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għall-fondi għall-NGOs iż-żgħar.
2.10 Il-Fond Soċjali Ewropew għandu jkun l-istrument favorit għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, b’mod speċjali dawk relatati mal-impjieg, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. Dan għandu jappoġġja l-politiki segwiti mill-Istati Membri fil-qafas tal-Linji Gwida Integrati u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. Il-KESE huwa tal-fehma li l-PNR għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, għanijiet relatati mal-inklużjoni soċjali tal-aktar gruppi vulnerabbli, bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni li ilhom żmien twil mingħajn xogħol, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà – sabiex il-PNR ikunu maħsuba biex jilħqu l-obbligi stabbiliti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà – u l-minoranzi etniċi, flimkien ma’ miri għall-ksib tal-għan ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020 li n-numru ta’ nies li jgħixu fil-faqar jonqos b’20 miljun sal-2020.
2.11 Il-Fond Soċjali Ewropew għandu jappoġġja l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u s-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri komuni tal-Ewropa.
3. Kummenti ġenerali dwar il-proposta għal regolament futur tal-FSE
3.1 Jeħtieġ li jissaħħaħ il-baġit tal-UE, b’mod partikolari l-kapitoli ddedikati għall-appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali, l-innovazzjoni (inkluża l-innovazzjoni soċjali) u l-iżvilupp sostenibbli, fil-pjani nazzjonali u reġjonali.
3.2 Il-KESE huwa tal-fehma li, minħabba l-proposta tal-Kummissjoni, l-ammont totali tal-baġit tal-UE xorta ser jitnaqqas, minkejja l-introduzzjoni eventwali tal-Imposta Globali fuq it-Transazzjonijiet u ż-żieda tal-Fond Soċjali Ewropew.
3.3 Kif diġà huwa l-każ fil-perjodu attwali ta’ programmazzjoni, ir-reġjuni ser jibbenefikaw minn appoġġ divrenzjat, skont il-livell ta’ żvilupp ekonomiku tagħhom. Madankollu, dan il-livell m’għandux jitkejjel biss fuq il-bażi tal-PDG per capita. Għandhom jitqiesu kriterji oħra, inklużi r-rati tal-qgħad, tal-impjieg u tal-parteċipazzjoni fix-xogħol, il-livell ta’ kompetenza, ir-rati tal-faqar, tal-benesseri u tal-integrazzjoni soċjali kif ukoll ir-rati tat-tluq bikri mill-iskola.
3.4 Rigward l-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ reġjuni “fi tranżizzjoni”, b’PDG per capita medju bejn 75 % u 90 %, il-KESE jista’ jaċċetta din il-miżura bil-kundizzjoni li din ma tkunx ta’ ħsara għal-livell ta’ riżorsi allokati lill-kategorija tar-reġjuni l-aktar żvantaġġati. Minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom, l-azzjonijiet favur l-impjieg tal-gruppi li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol (il-persuni li ilhom żmien twil mingħajr xogħol, iż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi etniċi) għandhom jiġu ffinanzjati indipendentament mill-kategoriji tar-reġjuni.
3.5 Il-Fondi Strutturali huma l-istrumenti ewlenin sabiex tonqos il-firda bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni, kif ukoll dawk tal-gruppi soċjali differenti, sabiex ir-reġjuni l-aktar żvantaġġati jlaħħqu mal-oħrajn; u dan kollu bħala parti minn strateġija maħsuba sabiex tikseb il-prijoritajiet tal-hekk imsejjaħ “tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” fl-Istati Membri, ir-reġjuni u t-territorji.
3.6 Ma hemm l-ebda dubju li, fil-kuntest attwali tal-kriżi ekonomika, l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi għandha terġa’ titpoġġa fiċ-ċentru tal-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u jeħtieġ li jkun hemm iktar fondi disponibbli għall-ħolqien ta’ iktar impjiegi u ta’ impjiegi aħjar.
3.7 Il-KESE huwa tal-fehma li l-Fond Soċjali Ewropew huwa l-aħjar strument biex jappoġġja l-implimentazzjoni tal-politiki soċjali tal-UE, b’mod partikolari dawk relatati mal-impjieg, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, u għandu jżomm dan ir-rwol ta’ prijorità fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020.
3.8 Il-FSE m’għandux ikun limitat għall-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-politiki tal-impjieg hekk kif inhuma definiti attwalment. Ir-rwol tal-FSE għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Soċjali (4) għandu jissaħħaħ ukoll.
3.9 Il-FSE għandu, minn naħa, jappoġġja l-politiki tal-Istati Membri fil-qafas tal-Pjani Nazzjonali ta’ Riforma u, minn oħra, jikkontribwixxi sabiex jinkisbu prijoritajiet importanti oħra tal-Istrateġija Ewropa 2020 bħalma huma ż-żieda tal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, iż-żieda fil-kompetittività tal-SMEs, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u l-użu sostenibbli tar-riżorsi.
3.10 Fil-kuntest eċċezzjonali attwali, il-FSE għandu wkoll ikun eċċezzjonalment ibbażat fuq il-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika u jipproteġi l-ħaddiema u ċ-ċittadini l-aktar żvantaġġati mill-effetti tagħha, kif ukoll jipprovdi miżuri ta’ prevenzjoni għall-perjodu ta’ wara l-kriżi, speċjalment l-appoġġ għas-sigurtà tal-persuni u għall-kapaċitajiet ta’ difiża. B’mod konkret, dan għandu jipprovdi appoġġ – li nisperaw li jkun meħtieġ temporanjament – lill-persuni li ilhom żmien twil mingħajr xogħol, lil dawk li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, iż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi etniċi, eċċ.
3.11 Sabiex jinkiseb dan ir-riżultat, il-KESE huwa tal-fehma li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jikkomplementa l-Fond Soċjali Ewropew u eventwalment anki jiġi inkluż fih iktar ’il quddiem, sabiex jiġi enfasizzat aktar il-qgħad u l-Fond ikun jista’ jintuża aktar faċilment. Huwa essenzjali wkoll li tiġi assigurata l-istess koerenza bejn il-prinċipji taż-żewġ fondi, b’mod speċjali fir-rigward tas-sħubija u b’mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali.
3.12 Il-KESE jissuġġerixxi li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jibbaża fuq l-għarfien speċjalizzat tal-Fond Soċjali Ewropew fil-kwistjonijiet soċjali sabiex ikun hemm komplementarjetà u koeżjoni. Peress li l-FSE għandu l-għarfien espert biex jeżamina d-domandi aktar malajr, l-approvazzjoni mill-awtoritajiet baġitarji ser tkun formalità li tibbaża fuq opinjoni pożittiva tal-FSE.
3.13 Il-KESE mhuwiex favur l-inklużjoni tal-bdiewa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, permezz tal-allokazzjoni kemm tal-biċċa l-kbira tal-fondi, kif ukoll tal-ġestjoni tiegħu, lis-settur agrikolu. Il-PAK u “r-riżerva ġdida għall-kriżijiet” fis-settur agrikolu għandhom jippermettu biex is-settur agrikolu jkun appoġġjat b’mod aktar effettiv. Il-KESE jixtieq assigurazzjoni li l-fondi fil-qafas tal-Assistenza Teknika tal-FSE ser ikomplu jkunu disponibbli u aċċessibbli mis-soċjetà ċivili (ninnutaw li l-assistenza teknika mhix imsemmija b’mod speċifiku fir-Regolament dwar il-FSE).
3.14 Il-KESE huwa tal-fehma li l-prinċipju ta’ sħubija għandu jkollu rwol ewlieni billi jiżgura li l-miżuri marbuta mal-Fondi Strutturali tal-UE jaħdmu sew. Ir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali għandhom jiddefinixxu ċarament il-prinċipju ta’ sħubija minflok sempliċement jagħmlu referenza għar-“regoli u l-prattiki nazzjonali attwali”, filwaqt li jiddefinixxu ċarament ir-rwol ta’ kull imsieħeb fil-livelli reġjonali u lokali. Il-KESE jirrakkomanda rikonoxximent speċifiku tar-rwol tas-soċjetà ċivili (hekk kif enfasizzat fl-Istrateġija Ewropa 2020) permezz ta’ proġetti favur l-inklużjoni soċjali u kontra l-faqar.
4. Kummenti speċifiċi u proposti dwar il-kapitoli individwali
4.1 Dispożizzjonijiet ġenerali
4.1.1 |
Il-KESE jappoġġja l-approċċ tematiku li jiffoka fuq erba’ għanijiet tematiċi tradotti f’kategoriji ta’ intervent jew prijoritajiet ta’ investiment:
|
4.1.2 |
F’kull Stat Membru, mill-inqas 40 % tar-riżorsi kollha tal-FSE għandhom jintużaw għat-twettiq tal-għan tematiku “il-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol”. Il-KESE jappoġġja l-proposta li mill-inqas 20 % tar-riżorsi kollha tal-FSE jiġu allokati għat-twettiq tal-għan tematiku “promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar” bil-għan li tiġi promossa l-inklużjoni soċjali permezz tal-impjieg u t-taħriġ, b’mod speċjali tal-aktar gruppi vulnerabbli bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni avvanzati fl-età, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi etniċi, eċċ., u jinkiseb l-objettiv li sal-2020 in-numru ta’ nies foqra jonqos tal-inqas b’20 miljun. |
4.1.3 |
Fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-promozzjoni tal-impjieg, l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni huma u għandhom jibqgħu l-prijoritajiet tal-FSE. |
4.1.4 |
Il-FSE għandu jappoġġja l-patti territorjali għall-impjieg u l-inizjattivi lokali għall-impjieg, l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni, kif ukoll l-istimulazzjoni tas-suq billi jinħolqu intrapriżi ġodda, b’mod speċjali SMEs u intrapriżi tal-ekonomija soċjali, kif ukoll, b’mod speċjali, il-promozzjoni tal-inklużjoni diġitali, il-kultura u l-kreattività bħala elementi li jistgħu jtejbu l-impjegabbiltà taċ-ċittadini, kif ukoll permezz tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-teħid tad-deċiżjonijiet, l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u s-sensibilizzazzjoni għall-valuri komuni tal-Ewropa. |
4.1.5 |
Il-KESE jappoġġja l-enfasi mqiegħda fuq l-innovazzjoni soċjali u l-possibbiltajiet li jiġu appoġġjati proġetti fil-qasam tal-ekonomija soċjali, l-intraprenditorija soċjali u l-intrapriżi soċjali. |
4.1.6 |
Il-KESE jilqa’ l-appoġġ li l-FSE jagħti lill-kooperazzjoni transnazzjonali bħala mezz ta’ promozzjoni tat-taħriġ reċiproku u b’hekk tiżdied l-effikaċja tal-politiki appoġġjati mill-FSE. |
4.2 Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni – il-prinċipju ta’ sħubija
4.2.1 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-prinċipju ta’ sħubija għandu jkollu rwol ewlieni billi jiżgura li l-miżuri marbuta mal-Fondi Strutturali tal-UE jaħdmu sew. |
4.2.2 |
Ir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali għandhom jiddefinixxu ċarament il-prinċipju ta’ sħubija minflok sempliċement jagħmlu referenza għar-“regoli u l-prattiki nazzjonali attwali”, filwaqt li jiddefinixxu ċarament ir-rwol ta’ kull imsieħeb fil-livelli reġjonali u lokali; jeħtieġ li jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ għal dan il-għan. |
4.2.3 |
Il-“Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ sħubija” għandu jikkjarifika u jiddefinixxi r-rwol ta’ kull imsieħeb fil-livelli differenti kif ukoll jikkjarifika l-fatt li, filwaqt li d-djalogu soċjali jaqa’ taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-imsieħba soċjali, l-imsieħba kollha rikonoxxuti fl-Artikolu 5 tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi (5) għandu jkollhom aċċess garantit għall-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-Fondi, inklużi d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, u għandhom jirċievu finanzjament adegwat sabiex tiġi garantita l-parteċipazzjoni tagħhom. |
4.2.4 |
L-imsieħba għandu jkollhom aċċess għall-Fondi ta’ Assistenza Teknika mill-bidu sabiex ikunu jistgħu jkunu involuti fid-disinn, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Programmi tal-Fondi Strutturali. L-Assistenza Teknika hija essenzjali wkoll sabiex tiggarantixxi r-rappreżentazzjoni fil-Kumitati ta’ Monitoraġġ li jiddefinixxu u jimplimentaw il-programmi operattivi fil-livelli kollha u sabiex tiggarantixxi li l-appoġġ tekniku huwa disponibbli lil dawk li beħsiebhom jippromovu l-proġett. |
4.2.5 |
Il-mod attwali ta’ konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali b’mod konġunt mal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat FSE jista’ jipprovdi eżempju tajjeb ta’ approċċ li jista’ jiġi estiż għall-fondi kollha. Il-KESE jirrakkomanda li fl-istess pjattaforma jiġu inklużi mekkaniżmi ta’ parteċipazzjoni għall-imsieħba kollha rikonoxxuti mill-Artikolu 5 tar-Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi. |
4.2.6 |
L-appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, f’azzjonijiet appoġġjati mill-FSE m’għandux ikun limitat għar-reġjuni l-aktar foqra u/jew dawk koperti mill-Fond ta’ Koeżjoni, iżda anzi l-oppost, dan għandu jiġi estiż għall-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-UE. |
4.2.7 |
Il-KESE huwa tal-fehma li 2 % tar-riżorsi kollha tal-FSE għandu jiġi allokat għall-appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali, flimkien ma’ 2 % għall-involviment tal-imsieħba l-oħra rikonoxxuti fl-Artikolu 5 tar-Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi. |
4.3 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċeduri, il-prestazzjoni u “l-kundizzjonalitajiet”
4.3.1 |
Il-KESE jaqbel mal-fehma li l-fondi għandhom jiġu koordinati aħjar u li għandhom jitjiebu l-valutazzjoni, il-prestazzjoni u r-riżultati li jinkisbu mill-użu tagħhom. |
4.3.2 |
Il-KESE jappoġġja wkoll kwalunkwe miżura maħsuba sabiex tillimita u tiffoka mill-ġdid il-prijoritajiet tal-Fondi Strutturali, tnaqqas il-limitazzjonijiet u l-piżijiet burokratiċi u tħaffef l-infiq u l-pagamenti. |
4.3.3 |
Għaldaqstant għandhom jiġu definiti indikaturi ta’ prestazzjoni, iżda huwa importanti wkoll li jkun hemm kriterji kwantitattivi u kwalitattivi. Dan jinkludi l-valutazzjoni tar-riżultati f’termini ta’ effikaċja tal-miżuri meħuda, tal-kwalità tal-impjieg maħluqa, u tal-lista ta’ miżuri pożittivi implimentati sabiex tiġi assigurata l-integrazzjoni soċjali. |
4.3.4 |
Madankollu, il-KESE jesprimi riżervi serji rigward l-approċċ li jorbot kullimkien l-għoti tal-fondi mar-riżultati. Fil-politika tal-impjieg u, b’mod aktar ġenerali, fil-politika soċjali, ir-riżultati huma aktar diffiċli biex tikkalkulahom u inqas viżibbli minn, pereżempju, il-politika tat-trasport. Dan huwa partikolarment il-każ jekk dawn jitnaqqsu biss għal riżultati ekonomiċi diretti u kalkolabbli bħall-impjiegi; minflok għandna nħeġġu riżultati adegwati għal dawk l-iktar diffiċli li jirċievu għajnuna, bħad-distanza tal-vjaġġ u riżultati indiretti u mhux faċilment kalkolabbli bħall-volontarjat. Barra minn hekk, jekk l-għoti tal-fondi huwa marbut mar-riżultati, dawk li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol – u għaldaqstant l-inqas mistennija li jiksbu riżultati “pożittivi” fi żmien qasir – huma fil-periklu li jkollhom biss aċċess ridott jew l-ebda aċċess għall-fondi. Ukoll, u sabiex ikunu jistgħu jiġu valutati r-riżultati miksuba mill-programmi kofinanzjati mill-FSE, huwa essenzjali li r-Regolament tal-FSE jipproponi “Indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati komuni dwar il-parteċipanti” adegwati sabiex jirriflettu dawn id-diffikultajiet u l-kumplessitajiet tal-prestazzjoni. |
4.3.5 |
Ir-Regolament tal-FSE għandu jinkludi, taħt l-Indikaturi tal-produzzjoni komuni għall-entitajiet, l-għadd ta’ proġetti żviluppati fi sħubija, u taħt l-Indikaturi tar-riżultati fuq żmien itwal komuni dwar il-parteċipanti, Il-parteċipanti li naqqsu l-livell tagħhom ta’ dipendenza soċjali. |
4.3.6 |
Il-kundizzjonijiet relatati mal-użu tal-Fondi Ewropej żgur għandhom jenfasizzaw l-objettivi magħżula u effiċjenti, iżda m’għandhomx jippenalizzaw lill-Istati Membri l-aktar dgħajfa, u għandhom jiġu finalizzati b’tali mod li jappoġġjaw it-tkabbir ekonomiku u t-tkabbir tal-impjieg kif ukoll tal-koeżjoni soċjali. |
4.3.7 |
Il-KESE jirrifjuta kompletament il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu applikati sanzjonijiet finanzjarji u inċentivi għall-Fondi Strutturali b’rabta mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Dawn is-sanzjonijiet ser jippenalizzaw lill-Istati Membri, ir-reġjuni u l-lokalitajiet li diġà huma dgħajfa. |
4.3.8 |
Barra minn hekk, is-solidarjetà Ewropea, li għadha ma ġietx żviluppata sew, ser tiġi mhedda minħabba li mhux ser jiġu rispettati l-impenji makroekonomiċi. Dan ser iwassal biex il-popli u l-gruppi soċjali l-aktar vulnerabbli tal-Unjoni Ewropea jkomplu jitfaqqru, li jmur kontra l-prinċipji bażiċi tal-politika ekonomika, soċjali u l-politika ta’ koeżjoni territorjali hekk kif inhuma stipulati fit-Trattat ta’ Lisbona. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) It-3114-il laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, li saret il-Lussemburgu fit-3 ta’ Ottubru 2011, punt 12.
(2) COM(2011) 615 final.
(3) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 8–14.
(4) “Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21” (COM(2008) 412 final).
(5) COM(2011) 615 final.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/88 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali”
COM(2011) 609 finali — 2011/0270 (COD)
2012/C 143/17
Relatur: is-Sinjura BATUT
Nhar il-25 ta’ Ottubru 2011 u nhar is-16 ta’ Novembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali
COM(2011) 609 final – 2011/0270 (COD).
Fil-25 ta’ Ottubru 2011, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett. Ir-relatur ġenerali kienet is-Sinjura BATUT.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-23 ta’ Frar 2012) li jaħtar lis-Sinjura BATUT bħala relatur ġenerali u adotta din l-opinjoni b’168 vot favur, 2 voti kontra u 7 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE diġà analizza l-kunċett ta’ innovazzjoni soċjali fejn enfasizza kemm huwa vag u kemm iġib inċertezza miegħu (1); mill-banda l-oħra, huwa diġà għaraf il-punti pożittivi tal-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol (2). Barra minn hekk hemm bosta atturi li jwettqu “l-innovazzjoni soċjali” kuljum mingħajr ma jafu, sempliċiment għax jagħmlu xogħolhom sew.
1.2 Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi l-objettivi tal-“innovazzjoni soċjali” u tal-“bidla soċjali” fil-PBIS tagħha (3). Dawn il-kunċetti għadhom fi stadju ta’ esperimentazzjoni u m’għandhom jissostitwixxu la s-sistemi soċjali nazzjonali u lanqas il-liġi tax-xogħol. Żieda fl-għadd ta’ nies li jaħdmu tista’ tkun favorevoli għall-kompetittività, iżda l-Kumitat huwa tal-fehma li l-kriżi m’għandhiex tkun skuża biex isiru bidliet sistemiċi li jwasslu biex l-eċċezzjoni ssir ir-regola.
1.3 Il-KESE jixtieq klawżoli miktubin fil-Programm diskuss hawnhekk li jiggarantixxu li l-attivitajiet tal-innovazzjoni soċjali jkunu jikkomplementaw id-drittijiet u s-sistemi soċjali tal-Istati Membri mingħajr ma jikkompetu magħhom jew mas-sigurtà legali li joffru lill-membri tagħhom.
1.4 Il-Kumitat jirrakkomanda li fl-abbozz tagħha l-Kummissjoni tirreferi għall-objettiv tal-armonizzazzjoni fil-progress (4) tad-drittijiet soċjali nazzjonali sabiex jitneħħew id-disparitajiet bejn dawn id-drittijiet u b’hekk tiġi ffaċilitata l-mobbiltà.
1.5 Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tispjega l-effetti mistennija mis-sinerġiji msemmijin fit-tliet programmi PROGRESS, EURES u Mikrofinanzjament u r-rabtiet mal-fondi Ewropej (speċjalment il-FSE u l-FISE (5)), u li turi kif ir-regoli għall-ġestjoni ta’ dawn il-programmi huma kompatibbli ma’ xulxin – aspett li mhux ċar għalkollox.
1.6 Il-Kumitat jixtieq li r-rwol tal-imsieħba soċjali u tal-NGOs jidher b’mod ċar fit-tliet assijiet tal-PBIS.
1.7 Il-KESE jitlob li l-PBIS jinkludi klawżola ta’ flessibbiltà sabiex ikun jista’ jiġi aġġustat wara li ssir reviżjoni f’nofs il-perjodu. Fl-2017 għandha ssir analiżi provviżorja li turi l-bidliet soċjali li jkunu saru, liema analiżi mbagħad titressaq quddiem il-Parlament u tintalab opinjoni dwarha mill-kumitati konsultattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.
1.8 Il-KESE jemmen li jekk it-tliet assijiet jibqgħu fl-istess programm, l-isem tal-PBIS għandu jinbidel u jsir “Programm ta’ Appoġġ għall-Progress Soċjali, il-Mobbiltà u l-Inklużjoni”.
1.9 Dwar PROGRESS, il-KESE jaħseb li:
— |
għandhom jiġu identifikati liema impjiegi nħolqu permezz ta’ PROGRESS; |
— |
għandhom jiġu ppubblikati l-fallimenti, u li r-riżultati pożittivi għandhom isiru aktar viżibbli u jkunu jistgħu jiġu skambjati billi onlajn jiġi ppubblikat sommarju; |
— |
għandhom jiġu definiti l-“esperimentazzjoni” kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, dawk involuti, l-azzjonijiet u l-benefiċjarji potenzjali; |
— |
il-proġetti b’dimensjoni marbuta mas-sess u/jew man-nondiskriminazzjoni għandhom jibqgħu eliġibbli; |
— |
il-parti l-kbira ta’ PROGRESS m’għandhiex tkun iddedikata għall-kompiti amministrattivi ta’ analiżi u ta’ kalkolu, sabiex b’hekk ikollu impatt akbar fuq il-post; |
— |
għandhom jiġu ssemplifikati d-dokumenti u l-proċeduri ta’ kontroll; |
— |
għandu jiġi spjegat ir-rwol tal-intrapriżi soċjali fis-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali; |
— |
għandhom jiġu spjegati s-sinerġiji bejn il-PBIS u l-FISE u bejn il-PBIS u l-FSE, u għandhom jiġu definiti r-regoli ta’ governanza li jiġu applikati skont kemm l-intrapriżi soċjali jkollhom għan soċjali. |
1.10 Dwar EURES, il-KESE jirrakkomanda li:
— |
jinżamm l-ispirtu inizjali ta’ EURES, bil-kompetenzi reġjonali tiegħu u bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali; |
— |
jiġi kkonfermat il-prinċipju tal-prijorità tal-offerta ta’ impjiegi deċenti qabel l-offerta ta’ mikrokrediti u mikroimpjiegi; |
— |
jiġi kkonfermat l-għan li tiġi promossa l-mobbiltà waqt li jiġi miġġieled id-dumping soċjali; |
— |
titħabbar il-bidla fil-bażi legali billi jkun miftuħ għall-aġenziji privati ta’ reklutaġġ (6) u jiġu ċċarati l-konsegwenzi ta’ dan b’rabta mal-FSE u l-allokazzjoni tal-fondi; |
— |
jiġi ċċarat il-finanzjament doppju ta’ EURES (il-PBIS u l-FSE) u l-konsegwenzi tal-isforzi doppji f’termini ta’ baġit u kontroll; |
— |
tiġi definita l-mobbiltà mixtieqa; jiġu identifikati t-tipi ta’ kuntratti ffirmati bis-saħħa ta’ EURES, u jiġi spjegat ir-rwol ġdid ta’ ċentralizzazzjoni li għandha l-Kummissjoni sabiex dan ikun jista’ jiġi diskuss; |
— |
jiġi kkonfermat il-bżonn li jiġu ttrasferiti d-drittijiet soċjali kollha u l-iskemi ta’ ekwivalenza tal-kompetenzi; |
— |
jiżdiedu l-miżuri li jippromovu l-inklużjoni diġitali. |
1.11 Dwar il-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali, il-KESE jirrakkomanda li:
— |
jitqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
— |
titqies il-possibbiltà li jkun hemm koeffiċjent tal-kontribuzzjoni bejn l-Istati Membri; |
— |
titħejja skala ta’ għajnuna għall-benefiċjari li jkunu definiti b’mod aktar eżatt (id-daqs tal-intrapriżi soċjali eliġbbli); |
— |
il-proġett isir viżibbli sabiex iċ-ċittadini eliġibbli jitħarsu mill-mikrofinanzjamenti mhux regolati u mingħajr skrupli, u għandu jiġi żgurat li fl-ewwel paġna tal-websajts rilevanti kollha ssir referenza għall-mikrofinanzjament bil-lingwi kollha tal-UE; |
— |
jiġu spjegati b’mod aktar espliċitu r-rwoli tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-effett ta’ lieva tagħhom; |
— |
jiġu stabbiliti regoli għal min isellef sabiex dawn jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa tagħhom. |
2. Il-kuntest
2.1 L-Istrateġija tal-Aġenda Soċjali għall-Ewropa tas-seklu 21 hija inkluża fl-Istrateġija Ewropa 2020. Il-proposta li jkun hemm Programm għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali (PBIS) tagħmel parti minn dan il-qafas. Il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jinnota li fl-Ewropa persuna waħda minn kull ħamsa tinsab mhedda mill-faqar u l-esklużjoni soċjali, u issa din it-tendenza qawwija qed tiżdied bl-effetti soċjali tal-kriżi. L-UE u l-Istati Membri qed jieħdu azzjoni biex sal-2020 joħorġu mill-kriżi mill-inqas 20 miljun persuna; l-istrumenti prinċipali tagħhom għall-impjieg u l-inklużjoni soċjali huma fost oħrajn il-FSE, PROGRESS, il-FAEŻR (7), il-FEŻR (Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali) u l-mikrofinanzjament.
2.2 Objettivi ġenerali tal-programm
2.2.1 Il-Kummissjoni tipproponi li t-tliet programmi eżistenti (PROGRESS, il-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament u EURES) jingħaqdu f’wieħed sabiex l-għażliet ikunu aktar razzjonali u jiġu kkontrollati aħjar il-fondi f’dan il-perjodu ta’ kriżi fil-baġits nazzjonali.
2.3 L-assijiet tal-programm il-ġdid
2.3.1 Il-programm PROGRESS, li ġie stabbilit fl-2006 għall-impjieg u s-solidarjetà soċjali, jirrakkomanda li jinħolqu tabelli ta’ valutazzjoni tas-sitwazzjoni soċjali Ewropea sabiex ikunu jistgħu jitqabblu s-sitwazzjonijiet nazzjonali.
2.3.1.1 |
L-għan ta’ PROGRESS għall-2014-2020 hu li jippromovi l-impjieg, jiġbor data komparabbli u jibni fuq l-esperjenzi biex jippromovi approċċ ibbażat fuq ir-riżultati, bil-għan li tikber il-kapaċità tan-netwerks tas-soċjetà ċivili Ewropea li jiżviluppaw l-għanijiet tal-politika soċjali tal-Unjoni. Dan il-programm għandu baġit ta’ EUR 575 miljun, jiġifieri EUR 82,1 miljun fis-sena, li 17 % minnhom huma allokati għall-esperimentazzjoni soċjali. |
2.3.2 EURES hu n-netwerk Ewropew li jgħaqqad lill-Kummissjoni mas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (SPI). Dan in-netwerk hu bbażat fuq prattika li t-trejdjunjins kienu ilhom jużawha u li mbagħad adottawha wkoll l-imsieħba soċjali; hu jiffaċilita l-mobbiltà tal-ħaddiema f’reġjuni tal-fruntiera. It-tliet għanijiet tiegħu mill-2002 ’l hawn huma li jiżviluppa portal Ewropew dwar il-mobbiltà, li joħloq sħubijiet transkonfinali bejn is-SPI u l-imsieħba soċjali, u li jfassal pjani ta’ attività fl-Istati Membri bil-għan li l-offerti u d-domandi ta’ impjiegi jibbilanċjaw lil xulxin fis-suq tax-xogħol (EUR 20 miljun). EURES ikopri l-Unjoni kollha u l-Istati Membri jużaw 70 % tal-baġit tiegħu għall-“pjani ta’ attività”.
2.3.2.1 |
Fil-qafas tal-PBIS, l-objettiv għall-2014-2020 hu li l-EUR 143 miljun allokati (jiġifieri EUR 20,5 miljun fis-sena) ikopru l-mobbiltà fir-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea, speċjalment għaż-żgħażagħ. Fil-livell Ewropew, dawn il-fondi għandhom ikopru l-ġbir tal-istatistika, it-tixrid tal-informazzjoni, it-tħejjija ta’ rapport annwali dwar l-iskambji, it-titjib tal-portal permezz tal-multilingwiżmu, iż-żieda fl-għadd ta’ atturi privati tal-impjieg fil-futur qarib, u l-iżgurar ta’ programm tal-attivitajiet nazzjonali ffinanzjati mill-baġit tal-FSE. |
2.3.3 L-għan tal-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (2010) hu li jżid l-aċċess għall-mikrokrediti fil-każ ta’ dawk li jinsabu f’diffikultà marbuta mal-impjieg u/jew mal-krediti. Il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-mikrointrapriżi soċjali huma eliġibbli għall-għajnuna minn din il-faċilità. Il-Fond Ewropew tal-Investiment jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-faċilità. Lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jsellfu, din il-faċilità tippermettilhom li jużaw il-FEI u l-BEI bħala garanti għar-riskji ta’ telf li jista’ jkollhom, u li jibnu l-likwidità tagħhom. Fi tliet snin (2010-2013) il-programm ser jipprovdi aċċess għal EUR 200 miljun għas-27 Stat Membru.
2.3.3.1 |
Bejn l-2014 u l-2020, dan il-programm ser jissokta bil-għan tiegħu li jiffaċilita l-aċċess għall-mikrofinanzjament u l-intraprenditorija soċjali billi jiggarantixxi self sa EUR 25 000, b’baġit ta’ EUR 191,6 miljuni għal perjodu ta’ seba’ snin (EUR 27 miljun fis-sena). |
2.4 L-elementi tal-proposta
2.4.1 Hu propost li l-programm il-ġdid PBIS jkollu baġit ta’ EUR 958 miljun, jiġifieri 10 % biss aktar milli kien hemm fl-2007. Dan il-programm, bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020, jissejjes fuq l-istess prinċipji: sħubijiet, koordinazzjoni, kundizzjonalitajiet ex-ante, kuntest baġitarju b’saħħtu, tisħiħ tal-kooperazzjoni u tal-koeżjoni territorjali, u aktar semplifikazzjoni.
2.4.2 Il-Kummissjoni għandha l-pjan globali li tagħmel bidliet strutturali fil-qasam soċjali tal-Unjoni billi tippromovi l-modernizzazzjoni tal-politiki soċjali tal-Istati Membri (8), u hawnhekk tipproponi li:
— |
tinħoloq sinerġija bejn it-tliet programmi kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew; |
— |
jiġu stabbiliti proċeduri armonizzati ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, tixrid, ġestjoni u evalwazzjoni; |
— |
issir enfasi fuq il-proġetti l-kbar b’valur miżjud Ewropew qawwi, b’inqas spejjeż. |
2.4.3 Il-programm għandu ħames objettivi:
— |
li jsaħħaħ is-sjieda tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-impjieg, l-affarijiet soċjali u l-esklużjoni; |
— |
li jippromovi l-governanza tajba, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali; |
— |
li jimmodernizza l-leġislazzjoni Ewropea u li jiżgura li din tiġi applikata; |
— |
li jippromovi l-mobbiltà ġeografika; |
— |
li jżid l-aċċess għall-mikrofinanzjament. |
3. Kummenti ġenerali tal-KESE
3.1 Fil-fehma tal-Kumitat, il-proposta li jiġu razzjonalizzati l-miżuri ta’ appoġġ mill-Unjoni Ewropea għal dawk li jkunu qed ifittxu impjieg hija waħda interessanti, u jikkunsidra l-fatt li mhux faċli li jitħejja programm għal seba’ snin filwaqt li dak preċedenti fadallu sentejn oħra biex jintemm.
3.2 Jiddispjaċih li l-objettiv tal-armonizzazzjoni fil-progress tad-drittijiet soċjali nazzjonali, li l-għan tiegħu hu li jitneħħew id-disparitajiet bejniethom u b’hekk tiġi ffaċilitata l-mobbiltà, mhuwiex identifikat bħala objettiv ġenerali (9).
3.3 Il-Kumitat ifakkar li l-kompetenza tal-Unjoni fil-qasam tal-politika soċjali u ta’ koeżjoni hija waħda kondiviża (10). Tagħmel x’tagħmel, l-Unjoni trid tirrispetta dan il-fatt kif trid tirrispetta wkoll id-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 9 tat-TFUE (11) u dawk tal-Artikoli 8 u 10.
3.4 F’dan ir-rigward, il-Kumitat jixtieq li ż-żewġ kwistjonijiet importanti tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, li s’issa dejjem kienu assoċjati mal-politika soċjali, u wara ġew fdati f’idejn id-DĠ Ġustizzja, jibqgħu eliġibbli għal PROGRESS, billi l-biċċa l-kbira tad-diskriminazzjoni tissarraf f’inugwaljanza fis-salarji u dawk soċjali. Dawn ġew inklużi fl-abbozz ta’ regolament dwar l-FSE fil-Premessa 10 u l-Artikoli 7 u 8 (12), u l-ugwaljanza għadha taħt il-kapitolu soċjali tat-Trattat.
3.5 Il-KESE jiddispjaċih li s-sinerġiji mistennija mill-għaqda tat-tliet assijiet PROGRESS, EURES u Mikrofinanzjament ma joħorġux fid-dieher fil-PBIS. Ir-rwol tar-reġjuni seta’ tqies. L-opportunitajiet konkreti ta’ sinerġija mal-programmi l-oħra Ewropej, bħall-edukazzjoni, l-għajnuna għall-impjiegi għaż-żgħażagħ, l-inizjattiva ewlenija għaż-żgħażagħ “L-ewwel impjieg EURES tiegħek” ma ġewx eżaminati.
3.6 Sabiex jiġi spjegat il-programm il-ġdid, il-KESE jemmen li għandha ssir evalwazzjoni tal-fondi li fil-fatt jitqassmu, ir-rata tal-użu tagħhom u l-ostakli prattiċi li nstabu fil-proġetti (pereżempju l-mikrofinanzjament u l-ħolqien tal-impjiegi). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tgħidx kif ser jiġi determinat il-valur miżjud Ewropew qawwi li fuqu ser tkun ibbażata l-eliġibbiltà tal-miżuri ġodda. B’hekk tibbaża l-objettivi tagħha fuq fatturi inċerti; dawn huma aktar u aktar inċerti għaliex ma saritx evalwazzjoni tal-program preċedenti, u l-istima tal-valur miżjud tal-programm il-ġdid mhi xejn ħlief soġġettiva.
3.7 Il-Kumitat, b’kuntrast mal-abbozz ta’ Regolament dwar l-FSE, iqis li l-post u r-rwol tal-imsieħba soċjali seta’ ssemma’ fit-tliet assijiet tal-PBIS; huwa rikonoxxut fit-test tal-FSE li dawn għandhom “rwol essenzjali […] fil-qasam tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali” (13).
3.8 Bl-istess mod, huwa josserva li r-rwol tal-NGOs għandu jissemma fil-PBIS (li huwa parzjalment iffinanzjat mill-FSE); fil-fatt, l-abbozz ta’ Regolament tal-FSE, fil-Premessa 9 (14), jgħid li “L-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE tiddipendi fuq it-tmexxija tajba u s-sħubija bejn l-atturi territorjali u soċjoekonomiċi relevanti kollha, l-aktar l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi”.
3.9 Il-PBIS huwa indirizzat lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (15) u l-KESE jqis li r-rwol tagħhom għandu jkun definit. B’hekk huma jkunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fil-proċess tal-implimentazzjoni tal-politiki.
3.10 Il-KESE huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tqis il-kwistjoni l-inklużjoni diġitali (16) fl-azzjonijiet previsti, billi t-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jirrappreżentaw lieva transversali għall-inklużjoni u l-impjieg.
4. Dwar il-metodu
4.1 Il-KESE jinnota li isem l-abbozz huwa “Programm għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali” (PBIS) u jipproponi li t-tliet azzjonijiet li diġà kellha l-Unjoni jibqgħu l-istess. Il-Kummissjoni tipproponi li t-tliet assijiet jiġu orjentati lejn il-bidla u l-innovazzjoni soċjali permezz tal-esperimentazzjoni soċjali, mingħajr ma jiġi definit la fil-premessi, la fit-test u lanqas fil-valutazzjoni ex-ante, l-istess għan tal-“innovazzjoni soċjali”.
4.2 Ir-riċerka akkademika li ssir f’pajjiżi differenti dwar l-“innovazzjoni soċjali” hi bbażata fuq l-idea li l-mudell tal-produzzjoni u l-konsum riesaq lejn tmiemu, u tikkonkludi li wasal iż-żmien li l-istrutturi soċjali jinbidlu għalkollox billi jerġgħu jitqassmu r-rwoli bejn il-kategoriji ta’ atturi u interessi. Billi m’hemmx definizzjoni stabbli tal-innovazzjoni, dan joħloq inċertezzi rigward l-għażla tal-mudelli ta’ governanza fl-intrapriżi, kemm dawk soċjali kif ukoll dak li mhumiex, kif ukoll rigward ir-rappreżentazzjoni tal-impjegati u l-forma tad-djalogu soċjali (17). Għar-riċerkaturi, il-bidla soċjali ser issir ukoll fis-sistema tal-protezzjoni soċjali. L-idea hi li jiġi rivedut il-“mudell soċjali” Ewropew mingħajr assunzjonijiet, u b’mod sperimentali. Barra minn hekk l-assi Progress (18) għandu jippromovi “tfassil ta’ politika” ibbażat fuq elementi konkreti u l-innovazzjoni “bi sħubija mal-imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra”.
4.3 Fl-abbozz tagħha l-Kummissjoni Ewropea twiegħed din l-“esperimentazzjoni soċjali” mingħajr ma tgħid lejn liema innovazzjoni u lejn liema bidla qed tipproponi li mmorru. Dan hu approċċ soċjoloġiku li jista’ jqarraq biċ-ċittadini li ma jafux x’inhu l-għan aħħari. Il-KESE jemmen li l-ewwel nett jeħtieġ li naraw għaliex u kif is-suq, is-servizzi pubbliċi u l-għajnuna Ewropea ma ssodisfawx il-bżonnijiet soċjali, u għaliex il-ġid ma tqassamx mill-ġdid sabiex jiggarantixxi l-awtonomija tal-persuni f’diffikultà, b’konformità mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
4.4 Il-Kumitat jemmen li jeħtieġ li nkunu nafu liema bidla soċjetali hi mixtieqa minn kull tip ta’ innovazzjoni; dan mhux possibbli bl-approċċ minn isfel għal fuq (“bottom up approach”) jew bl-abbozz ta’ Regolament analizzat hawnhekk, li jagħmel referenza għal dan l-approċċ.
4.5 Is-sistemi tas-sigurtà soċjali magħrufa miċ-ċittadini bħala sostenibbli għandhom bażi leġittima soda. Il-Kumitat jemmen li l-esperimentazzjoni u l-espansjoni gradwali tas-“soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet soċjali” (19) jistgħu jwasslu biex jonqsu s-solidarjetajiet fuq firxa wiesgħa, biex jinħoloq il-klijenteliżmu, u biex jiġu fframmentati l-azzjoni soċjali u l-forom rappreżentattivi tagħha.
4.6 Il-KESE jemmen li l-Programm analizzat hawnhekk għandu jiggarantixxi li l-attivitajiet tal-innovazzjoni soċjali jikkomplementaw id-drittijiet soċjali (20) u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali nazzjonali, u mhux jikkompetu magħhom. Il-Kumitat jenfasizza li l-innovazzjoni soċjali m’għandhiex tissostitiwixxi s-sistemi bbażati fuq il-liġi u lanqas is-sigurtà fil-perjodu fit-tul li jagħtu lill-individwi, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli.
4.7 Għall-kategoriji żvantaġġati, il-veru bidla soċjali aktar tikkonċerna l-aċċess għall-impjieg, għad-djar u għat-trasport milli r-riformi soċjali sistemiċi. In-nies li jgħixu fl-Unjoni Ewropea għandhom bżonn l-ewwel u qabel kollox impjiegi deċenti. Il-Programm għandu jsemmi l-kwistjoni tad-djar għaliex din tolqot lill-atturi kollha fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni (21).
4.8 Il-KESE jfakkar li rigward il-protezzjoni soċjali fil-veru sens tal-kelma (22), l-Artikolu 153(4) tat-TFUE jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali u l-possibbiltà li jżommu jew jistabbilixxu miżuri ta’ protezzjoni aktar stretti, li naturalment iridu jkunu kompatibbli mat-Trattati.
5. Kummenti speċifiċi
5.1 Il-Kumitat iqis li jkun utli li fl-abbozz ta’ Regolament jitfakkar il-prinċipju tas-sussidjarjetà u li tiddaħħal id-definizzjoni tal-“valur miżjud qawwi” mistenni.
5.2 Dwar PROGRESS
5.2.1 Id-definizzjoni tal-miżuri, l-atturi u l-benefiċjarji potenzjali tal-proġett mhix suffiċjenti (23). It-test ma jgħidx jekk l-analiżi tqisx il-fehmiet tal-imsieħba soċjali (24) u tal-NGOs, b’mod partikolari rigward is-settijiet ta’ indikaturi (25).
5.2.2 Il-programm PROGRESS għandu objettivi li diffiċli jitkejlu u juża “varjabbli suġġettivi”, filwaqt li fid-dikjarazzjoni finanzjarja tal-abbozz jitniżżel fil-ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati (26). L-impatt fuq l-objettiv tal-impjieg mhux imkejjel, l-għodda ma tantx tidher li hi operattiva. Għall-KESE, mid-data miġbura diġà, għandhom jinsiltu t-tagħlimiet b’rabta ma’ dak li twettaq, u sommarju tal-esperjenzi pożittivi għandu jiġi ppubblikat onlajn. Il-KESE jirrakkomanda li qabel kollox issir riċerka dwar x’impjiegi nħolqu permezz tal-għajnuna. B’hekk il-Kummissjoni tevita li tagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ riformi strutturali abbażi ta’ valutazzjoni ftit affidabbli.
5.2.3 Teżisti differenza bejn l-objettiv u r-riżorsi: il-finanzjament imħabbar, li meta mqabbel mal-2007 għandu 10 % aktar fondi għat-tliet assijiet għall-perjodu 2014-2020, ma jistax iniedi azzjonijiet ġodda.
5.2.4 L-abbozz jagħti wisq importanza lill-ġestjoni (27): il-flus ta’ dawk li jħallsu t-taxxi għandhom pjuttost jgħinu direttament liċ-ċittadin. Huwa importanti li jsir magħruf x’sehem ser jingħata pereżempju lill-ġlieda kontra l-faqar.
5.2.5 Bħalma ġara fil-passat, l-evalwazzjonijiet tal-proġetti li ġew appoġġjati jistgħu joħolqu l-ispejjeż meta jintużaw kumpaniji esterni tal-verifika. Il-KESE jemmen li d-dokumenti u l-proċeduri għandhom jiġu ssemplifikati u jkunu standard.
5.2.6 Rigward l-intrapriżi soċjali (28), il-KESE jixtieq:
— |
ifakkar il-prinċipju tas-sussidjarjetà u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri; |
— |
li r-rwol tagħhom fis-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali jiġi definit; |
— |
li tiġi stabbilita sinerġija bejn il-PBIS u l-Proposta għal Regolament tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar il-“Fond tal-Intraprenditorija Soċjali Ewropew” bil-għan li jitħeġġeġ l-iżvilupp tal-intrapriżi soċjali (l-għoti tat-tikketta FISE); |
— |
li gradwalment jintalbu regoli ta’ governanza skont id-daqs tal-għan soċjali, ir-regoli li japplikaw għall-investituri u speċifikazzjoni tar-rwol tal-banek flimkien, jekk ikun hemm bżonn, mar-rekwiżiti possibbli dwar is-solvenza; |
— |
l-eliġibbiltà tal-intraprendituri indipendenti. |
5.3 Dwar EURES
5.3.1 EURES ser jiġi ffinanzjat 15 % mill-PBIS u fil-biċċa l-kbira mill-FSE. L-isforzi doppji f’termini ta’ baġit tal-programmi ma jiċċarax l-affarijiet għaċ-ċittadini: il-Fondi Strutturali huma reġjonalizzati skont NUTS2 u l-fondi tal-PBIS mhumiex.
5.3.2 L-attivitajiet fil-livell nazzjonali u transkonfinali ser ikunu ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew, u l-attivitajiet Ewropej (29) ser jiġu ffinanzjati mill-PBIS. Għall-parti tal-FSE ser japplikaw ir-regoli tal-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u l-NGOs, iżda mhux għall-PBIS.
5.3.3 Il-KESE jistaqsi jekk hemmx bżonn li PBIS wieħed jiġbor fih elementi tant differenti, li l-kontroll baġitarju tagħhom ser ikun aktar diffiċli milli kien fl-arranġamenti preċedenti. Il-mod kif ser jinqasam il-finanzjament bejn il-FSE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkun aktar ċar. Dan iwassal biex jiġu applikati regoli differenti għall-komitoloġija u l-kontroll tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (30).
5.3.4 Il-KESE jistaqsi jekk jagħmilx verament sens li l-Kummissjoni toħloq sistema ċentralizzata u tnaqqas ir-ritmu tad-dinamika reġjonali ta’ EURES, filwaqt li l-fatt li din l-“innovazzjoni soċjali” qadima ilha tiffunzjona għal żmien twil juri li l-atturi lokali jinsabu fl-aħjar post għal dan il-għan. Fl-2007, il-Parlament esprima xewqtu li saħansitra jiżdied il-baġit tiegħu (31). Il-Kumitat ifakkar li l-mobbiltà mhijiex għan fiha nnifisha, iżda biss għajnuna f’każ li jinħass il-bżonn li wieħed ifittex impjieg f’pajjiż ospitanti tal-Unjoni.
5.3.5 Il-KESE jemmen li t-test għandu jsemmi:
— |
il-prinċipju tal-prijorità tal-offerta ta’ impjiegi deċenti qabel l-offerta ta’ mikrokrediti u mikroimpjiegi; |
— |
l-għan tal-promozzjoni tal-mobbiltà bħala ġlieda kontra d-dumping soċjali; |
— |
it-tipi ta’ kuntratti miksuba minn EURES; |
— |
id-definizzjoni tal-mobbiltà mixtieqa; |
— |
il-bidliet imħabbra fil-bażi legali ta’ EURES (32); |
— |
il-ħtieġa li d-drittijiet taċ-ċittadini li jiċċaqilqu jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti u ta’ testi ġodda fuq l-ekwivalenza tal-kompetenzi (33). |
5.3.6 Fil-fehma tal-KESE, hu importanti li r-rwol tal-imsieħba soċjali jibqa’ ċar f’EURES.
5.4 Dwar il-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali
5.4.1 Il-KESE jixtieq li ċ-ċittadini jkunu infurmati aktar dwar dan il-Programm sabiex jevitaw l-offerti ta’ mikrofinanzjament fuq l-internet fil-qafas tal-ekonomija informali b’rati tal-użura (bżonn ta’ inklużjoni diġitali). Ma rridux ninsew li l-persuni msemmija fl-Artikolu 22 tal-abbozz huma persuni vulnerabbli u jeħtieġ li tingħatalhom għajnuna oħra apparti l-mikrokreditu u miżuri kompetittivi. Dawn jistgħu jkunu ta’ riskju għalihom u jqarrqu bihom u ma jistgħu qatt jissostitwixxu impjieg imħallas.
5.4.2 Il-KESE jixtieq li tiġi studjata l-possibbiltà li jkun hemm koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tal-Programm bejn l-Istati Membri.
5.4.3 Il-Kumitat jemmen li għandu jiġi enfasizzat l-effett ta’ lieva mistenni mill-FEI u mill-BEI, u li għandhom jiġu definiti b’mod ċar il-benefiċjarji. Fil-fatt, is-somma ta’ EUR 25 000 ser ikollha impatt differenti ħafna fuq persuna li tkun għadha kemm tilfet l-impjieg tagħha (Artikolu 22(1)(a)), fuq intrapriża soċjali (Artikolu 22(3)) li għandha impjegati u baġit, u fuq intraprenditur li jaħdem għal rasu u l-mikrointrapriża tiegħu; u l-korpi li jsellfu l-flus jaraw il-garanziji rilevanti b’mod differenti. Għaldaqstant, għandu jiġi ċċarat:
— |
x’inhu “soċjali” hawnhekk; |
— |
min huma l-benefiċjarji, u b’mod partikolari d-daqs tal-intrapriżi soċjali eliġibbli; |
— |
x’inhi “mikrointrapriża soċjali”; |
— |
l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-għajnuna u kemm ser jiġi kopert bl-eżatt (100 %?); |
— |
il-kriterji biex eventwalment tiġi introdotta skala ta’ għajnuna; |
— |
il-miżuri ta’ semplifikazzjoni tal-evalwazzjoni ex-post sabiex jiġu ffaċilitati l-analiżijiet u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-kontrolli. |
5.4.4 Rigward min isellef:
— |
għandu jkun hemm regoli aktar ċari għalihom sabiex jaqdu r-rwol tagħhom mingħajr ma jgħabbu lil min jissellef b’esiġenzi separati u moħbija; |
— |
għandu jkun hemm miżuri ta’ evalwazzjoni sabiex l-analiżi ssir malajr. |
5.4.5 Il-KESE jixtieq li l-valur miżjud ta’ dawn il-miżuri jkun akbar mill-istima tal-programm preċedenti, li tgħid li għal kull mikrokreditu li ngħata nħolqu 1,2 impjieg (34).
Brussell, 23 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 100, 30.4.2009, p. 77.
(2) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 132, 3.5.2011, p. 22.
(3) PBIS: Programm għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali, COM(2011) 609 final.
(4) Artikolu 151 tat-TFUE.
(5) Il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Intraprenditorija Soċjali Ewropew.
(6) Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2012, COM(2011) 777 final.
(7) Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.
(8) COM(2011) 609 final: punt 1 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni u l-Artikolu 4.1 c).
(9) Artikolu 151(1) tat-TFUE.
(10) Artikolu 4.2b) u c) tat-TFUE.
(11) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 24, 28.1.2012, p. 29.
(12) COM(2011) 607 final.
(13) COM(2011) 607 final: punt 5 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.
(14) COM(2011) 607 final, Premessa 9.
(15) COM(2011) 609 final, Premessa 9.
(16) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 318, 29.10.2011, p. 9.
(17) Social innovation Review (Analiżi tal-Innovazzjoni Soċjali), Standford Graduate School of Business, Ħarifa 2008, J.A. Phills, K. Deiglmeier, D.T. Miller; Social Innovation (Innovazzjoni Soċjali), J. Howaldt & M. Schwarz, IMO-Dortmund, Mejju 2010; Transformations et Innovation sociale en Europe: quelles sorties de crise ? (Tibdil u innovazzjoni soċjali fl-Ewropa: kif nistgħu noħorġu mill-kriżi?), N. Richez-Battesti & D. Vallade, P.U de Louvain-Cahiers du CIRTES 5, Settembru 2010, p. 45; S. Bacq & F. Janssen, ibid, p. 207.
(18) Artikolu 3(a) tal-abbozz ta’ Riżoluzzjoni u l-opinjoni tal-KESE, ĠU C 255, 14.10.2005, p. 67 (mhux disponibbli bil-Malti).
(19) Artikolu 9(1) u Artikolu 3 b’ambitu wiesa’ ħafna – COM(2011) 609.
(20) Artikolu 151(1) tat-TFUE.
(21) Artikoli 1, 7, 15, 24, 34(3), 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u Artikoli 30 u 31 tal-Karta Soċjali Ewropea riveduta.
(22) COM(2011) 609, Artikolu 4(1) (a) u (b).
(23) Eż.: evalwazzjoni ex-ante, p. 42.
(24) COM(2011) 609, Artikolu 15(a) u (c).
(25) COM(2011) 607, Artikolu 6.
(26) “Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għal proposti”, punt 1.4.3, (Anness COM(2011) 609 final, p.31).
(27) COM(2011) 609 final, Artikolu 5.3.
(28) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 24, 28.1.2012, p. 1.
(29) Portal u l-proġett taż-żgħażagħ “L-ewwel impjieg EURES tiegħek”.
(30) Regolament (UE) Nru 182/2011.
(31) PE, Riżoluzzjoni tal-15.9.2007.
(32) Komunikazzjoni COM(2011) 777 final.
(33) Proposta għal Direttiva tad-19.12.2011 (COM(2011) 883 final).
(34) “Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għal proposti”, punt 2.1.2, Indikaturi tal-prestazzjoni (Anness COM(2011) 609 final, p.36).
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/94 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi”
COM(2011) 813 finali — 2011/0390 (CNS)
2012/C 143/18
Relatur: is-Sur GREIF
Nhar it-12 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 100(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri
COM(2011)813 final – 2011/0390 (CNS).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta’ Jannar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’111-il vot favur, vot wieħed (1) kontra u 3 astensjonijiet.
1. Talbiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Fir-raba’ sena tal-kriżi finanzjarja, il-prospetti tas-suq tax-xogħol qed isiru anqas u anqas sbieħ madwar l-Ewropa kollha. Il-KESE qed jinkwieta bil-kbir li l-għanijiet tal-impjieg fil-qafas tal-prijorità ta’ tkabbir inklużiv tal-Istrateġija Ewropa 2020 x’aktarx mhumiex ser jintlaħqu, fil-kuntest tal-premessi politiċi imposti bħalissa fl-UE li jgħidu li l-kriżi tista’ tingħeleb permezz tal-awsterità. Bl-introduzzjoni simultanja ta’ programmi ta’ awsterità fl-UE, hemm riskju li t-tendenza mutwalment irrinfurzata lejn in-niżla tissokta b’pass aktar mgħaġġel u li l-prospetti tat-tkabbir ikomplu jiddeterjoraw, u dan ikollu effetti negattivi kemm fuq id-domanda interna bħala l-aħħar sors ta’ stimolu ekonomiku kif ukoll fuq l-istabbilizzazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi.
1.2 Matul is-snin li ġejjin, l-Ewropa ser tersaq lejn sitwazzjoni tal-impjiegi estremament imwiegħra. Ċerti gruppi huma aktar milquta mill-medja: iż-żgħażagħ, il-persuni bi ftit kwalifiki, il-qiegħda fit-tul, il-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni, ir-Roma u l-ġenituri singoli. Sabiex tingħeleb din is-sitwazzjoni, hemm bżonn urġenti ta’ investiment Ewropew u nazzjonali mmirat, b’impatt għoli fuq l-impjiegi, liema investiment għandu jiġi implimentat b’mod ikkoordinat sabiex ikattar l-effetti tiegħu fuq il-politika dwar l-impjiegi.
1.3 Fid-dawl tal-fatt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ qed jaggrava u li r-rata tal-qgħad fit-tul għadha għolja, bil-għan tal-implimentazzjoni tal-linji gwida dwar l-impjiegi, il-KESE jressaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika ffukati fuq l-impjiegi:
— |
Flimkien mal-għan ta’ rata ġenerali ta’ impjieg li trid tintlaħaq madwar l-UE, fil-ġejjieni għandhom jiġu stabbiliti wkoll għanijiet miżurabbli tal-UE mmirati lejn gruppi partikolari bħall-qiegħda fit-tul, in-nisa, l-anzjani u speċjalment ukoll iż-żgħażagħ (ġlieda kontra l-qgħad, titjib tas-sitwazzjoni tal-impjiegi). Il-posponiment ġenerali tat-tfassil ta’ għanijiet konkreti fil-qasam tal-politika dwar l-impjiegi fil-livell tal-Istati Membri wera li ma kienx ta’ suċċess s’issa. |
— |
F’dan ir-rigward, ta’ min jaħseb b’mod partikolari f’indikatur għat-tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta’ dawk iż-żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (l-hekk imsejħa “NEETs”). |
— |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-hekk imsejħa “Garanzija għaż-Żgħażagħ”, li tgħid li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li fi żmien erba’ xhur wara li jkunu temmu l-istudji tagħhom iż-żgħażagħ kollha jkollhom impjieg, ikomplu jsegwu xi taħriġ jew inkella jkunu involuti f’miżuri ta’ attivazzjoni u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Fil-qafas tal-Pjani Nazzjonali ta’ Riforma, għandhom jitfasslu miżuri konkreti għal dan il-għan. |
— |
Il-pajjiżi fejn is-suq tax-xogħol jinsab f’qagħda partikolarment imwiegħra għaż-żgħażagħ, li fl-istess ħin iridu jiksbu għanijiet baġitarji restrittivi, għandu jkollhom aċċess aktar faċli għall-fondi tal-UE mmirati lejn il-miżuri tal-“Garanzija għaż-Żgħażagħ” (mis-semplifikazzjoni tal-użu tal-fondi sas-sospensjoni temporanja tal-arranġamenti ta’ kofinanzjament nazzjonali). |
— |
Minkejja s-sitwazzjonijiet baġitarji mwiegħra fl-Istati Membri, ir-riżorsi nazzjonali u Ewropej għall-edukazzjoni u l-impjiegi taż-żgħażagħ u l-qiegħda fit-tul għandhom jibqgħu disponibbli u fejn meħtieġ għandhom jiżdiedu. Għaldaqstant, għandu jiġi ggarantit finanzjament suffiċjenti mill-FSE kif ukoll minn fondi Ewropej oħrajn għal inizjattivi speċifiċi għaż-żgħażagħ fil-pjan finanzjarju l-ġdid mill-2014 ’il quddiem. |
— |
Il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ ipprovduti liż-żgħażagħ qiegħda u l-qiegħda fit-tul li jkunu qed ifittxu impjieg jew taħriġ għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u fejn meħtieġ għandhom jittejbu fil-pajjiżi kollha tal-UE. Il-KESE jħeġġeġ li dawn l-għanijiet jitniżżlu fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. |
— |
Il-KESE jwissi kontra għadd kbir wisq ta’ soluzzjonijiet instabbli u mingħajr prospetti għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol: minflok impjiegi prekarji u kuntratti tax-xogħol inċerti, għandhom jiġu implimentati miżuri li jiżguraw li l-impjiegi temporanji u l-pożizzjonijiet b’pagi baxxi u b’livell baxx ta’ assigurazzjoni soċjali ma jsirux in-norma. |
— |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri joqogħdu partikolarment attenti biex joħolqu swieq tax-xogħol intermedji inklużivi fejn ir-riżorsi pubbliċi jintużaw għall-ħolqien ta’ numru adatt ta’ impjiegi adegwati, u b’hekk il-qiegħda fit-tul ikunu jistgħu jżommu d-drawwa li jaħdmu u jtejbu l-ħiliet u l-għarfien tagħhom. Permezz ta’ dan, il-faqar fost il-ħaddiema jkun jista’ jiġi evitat u l-ħaddiema jkollhom tranżizzjoni aktar faċli lejn l-ewwel suq tax-xogħol miftuħ fil-perjodu ta’ wara l-kriżi. |
— |
Fir-rigward tal-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-apprendistati, il-KESE jappoġġja qafas Ewropew ta’ kwalità korrispondenti sabiex jiġu promossi opportunitajiet ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol b’kuntratti vinkolanti. Is-“sistema doppja” ta’ apprendistati b’edukazzjoni ġenerali u taħriġ vokazzjonali, li ilha titħaddem b’suċċess fi wħud mill-Istati Membri, għandha tiġi analizzata bil-għan li tiġi applikata parzjalment bnadi oħra. |
2. Introduzzjoni
2.1 Fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill tal-UE ddeċieda li l-linji gwida l-ġodda dwar l-impjiegi m’għandhomx jinbidlu qabel l-2014 sabiex l-enfasi tibqa’ ssir fuq l-implimentazzjoni. L-aġġornamenti għandhom jibqgħu limitati kemm jista’ jkun.
2.2 Minkejja dan, il-KESE qed juża l-konsultazzjoni annwali prevista fl-Artikolu 148(2) tat-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni sabiex jirrevedi l-implimentazzjoni tal-linji gwida,
— |
sabiex jeżamina jekk hux possibbli li jsir progress fil-ksib tal-għanijiet stabbiliti fil-kuntest tat-tendenzi attwali fuq is-swieq tax-xogħol kif ukoll il-premessi politiċi li l-UE qed timponi bħalissa bil-ħsieb li tinsab soluzzjoni għall-kriżi; |
— |
barra minn hekk, ser jiffoka l-aktar fuq is-sitwazzjoni dejjem aktar gravi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u dik tal-qiegħda fit-tul u ser jipproponi rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar il-miżuri li hemm bżomm jittieħdu b’mod urġenti f’dan ir-rigward. |
2.3 Il-KESE jinsab kuntent li bosta proposti (1) li ressaq sabu ruħhom fit-test finali dwar il-linji gwida dwar l-impjiegi maħruġ mill-Kunsill fl-2010, iżda jinnota li nuqqasijiet oħra li identifika ma ġewx ikkunsidrati. Għalhekk, jirreferi għal uħud mill-kummenti ewlenin tal-opinjoni maħruġa dak iż-żmien, li għadhom tassew rilevanti. Fost oħrajn, kien sostna:
— |
li, fid-dawl tal-kriżi, il-linji gwida ma jirriflettux biżżejjed il-ħtieġa li l-ġlieda kontra l-qgħad tingħata l-ogħla prijorità; |
— |
li l-linji gwida l-ġodda huma kkaratterizzati minn approċċ Ewropew sostanzjalment imdgħajjef, peress li ma jipproponux għajr għadd ċkejken ta’ għanijiet ewlenin tal-UE u jafdaw it-tfassil tal-għanijiet fil-qasam tal-politika dwar l-impjiegi f’idejn l-Istati Membri; |
— |
li flimkien mal-għan ta’ rata ġenerali ta’ impjieg li trid tintlaħaq madwar l-UE, għandhom jiġu stabbiliti wkoll għanijiet miżurabbli tal-UE mmirati lejn gruppi partikolari bħall-qiegħda fit-tul, in-nisa, l-anzjani kif ukoll iż-żgħażagħ; |
— |
li barra minn hekk hemm bżonn għanijiet tal-UE fost l-oħrajn rigward l-ugwaljanza tas-sessi, il-ġlieda kontra l-qgħad fit-tul, kontra l-kuntratti tax-xogħol li ma joffrux protezzjoni soċjali suffiċjenti u kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-faqar tat-tfal u taż-żgħażagħ; |
— |
li l-linji gwida ma jinkludu l-ebda indikazzjoni konkreta rigward il-kwalità tal-impjiegi. |
2.4 Din l-opinjoni ser tixtarr dawn il-punti fil-kuntest tat-tendenzi attwali fis-swieq tax-xogħol Ewropej fil-kriżi ekonomika li għaddejja bħalissa.
3. Sitwazzjoni tal-impjiegi dejjem aktar imwiegħra fil-kuntest tal-kriżi
3.1 Il-kriżi finanzjarja żviluppat fi kriżi fundamentali tal-ekonomija, tad-dejn u tas-soċjetà (2). Ġie stabbilit uffiċjalment li l-irkupru tal-ekonomija tal-UE issa waqaf. Saħansitra l-prospetti tas-suq tax-xogħol qed ikomplu jiddeterjoraw (3). Il-konsegwenzi tal-kriżi qed jaggravaw u dan qed jiġri mhux biss minħabba t-tnaqqis ekonomiku f’ħafna pajjiżi tal-UE, iżda fuq kollox ukoll minħabba li l-biċċa l-kbira tal-gvernijiet qed iwieġbu għall-hekk imsejħa kriżi tad-dejn – li fost l-oħrajn ġiet ikkaġunata mid-deregolazzjoni massiva tas-swieq finanzjarji f’dawn l-aħħar snin – b’politiċi drastiċi ta’ awsterità biex jippruvaw jikkalmaw is-swieq finanzjarji. Matul l-implimentazzjoni tar-regoli modifikati reċentement dwar il-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro u lil hinn minnha, il-pajjiżi kważi kollha tal-UE qed ipoġġu t-tnaqqis tad-defiċits pubbliċi permezz ta’ tnaqqis kultant sensittiv fl-infiq tal-gvern – b’enfasi fuq ir-restrizzjoni tal-infiq fuq is-servizzi soċjali u s-servizzi pubbliċi – fil-qalba tal-konsolidazzjoni inkwistjoni (4). Din il-politika ċċekken il-possibbiltajiet offruti fis-suq tax-xogħol, l-aktar għal dawk li diġà kienu jagħmlu parti minn xi grupp ta’ persuni żvantaġġati.
3.2 F’dan il-kuntest, l-Ewropa ser tgħix sitwazzjoni tal-impjiegi estremament imwiegħra matul is-snin li ġejjin. Fir-raba’ sena tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, il-prospetti tal-impjiegi qed ikomplu jiddeterjoraw. Minkejja l-isforzi maħsuba biex jappoġġjaw l-ekonomija bħala l- ewwel reazzjoni għall-kriżi u minkejja l-irkupru ekonomiku fi wħud mill-pajjiżi tal-UE, il-qgħad fl-UE bejn l-2008 u l-2011 għola minn 6,9 % għal 9,4 % (5).
3.3 B’konsegwenza ta’ dan, illum aktar minn 22 miljun persuna jinsabu mingħajr impjieg madwar l-UE, għad li f’dan ir-rigward hemm differenzi kbar fl-UE: ir-rati tal-qgħad fit-tieni tliet xhur tal-2011 ivarjaw minn anqas minn 5,5 % fl-Awstrija, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi sa ’l fuq minn 14 % fl-Irlanda, il-Litwanja, il-Latvja u l-Greċja u 21 % fi Spanja. Iż-żgħażagħ huma milquta ferm aktar mill-qgħad. F’diversi pajjiżi – mhux biss fin-Nofsinhar tal-Ewropa – kien hemm deterjorament preokkupanti matul il-kriżi: ir-rati tal-qgħad irdoppjaw f’pajjiżi bħal Spanja, l-Irlanda u saħansitra fid-Danimarka (għad li hawn ir-rata kienet waħda baxxa), filwaqt li fil-pajjiżi Baltiċi r-rati ttriplikaw; sal-2010 l-qgħad naqas fil-Ġermanja u l-Lussemburgu biss. Minkejja ż-żieda fil-qgħad, f’xi pajjiżi tista’ tiġi osservata żieda fil-postijiet tax-xogħol battala. Minħabba l-iżvilupp demografiku u t-tibdil strutturali li għaddej bħalissa, wieħed jista’ jistenna li fis-snin li ġejjin dan il-paradoss ser jaggrava.
— |
Iż-żgħażagħ u l-persuni bi ftit kwalifiki ntlaqtu b’mod partikolari miż-żieda fil-qgħad matul il-kriżi, u qabel dawn iż-żewġ gruppi kienu diġà jinsabu b’mod ċar ’il fuq mill-medja. |
— |
Ir-rata tal-qgħad tal-persuni b’livell baxx ta’ edukazzjoni laħqet is-16,3 % fit-tieni tliet xhur tal-2011, filwaqt li l-persuni b’livell medju jew għoli ta’ edukazzjoni laħqu rata ta’ 8,6 % u 5,3 % rispettivament. |
— |
Ir-rata tal-qgħad għoliet kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa fil-gruppi ta’ età kollha. Fit-tieni tliet xhur tal-2011, laħqet id-9,4 % u d-9,5 % rispettivament. Fl-ewwel fażi tal-kriżi, ir-rata tal-qgħad tal-irġiel żdiedet b’pass aktar mgħaġġel, peress li s-setturi ddominati mill-irġiel (bħall-industrija tal-manifattura u l-bini) intlaqtu aktar. Fit-tieni fażi tal-kriżi, ir-rata tal-qgħad tan-nisa għaddiet minn żieda aktar qawwija, peress li s-setturi ddominati min-nisa (bħas-servizzi u s-settur pubbliku) sfaw milquta b’riżultat tal-miżuri ta’ awsterità meħuda. |
— |
Il-ħaddiema migranti, li sa minn qabel il-kriżi kellhom rata tal-qgħad ogħla mill-medja, intlaqtu b’mod sproporzjonat miż-żieda fir-rata tal-qgħad. Fit-tieni tliet xhur tal-2011, ir-rata tal-qgħad tagħhom għoliet għal 16,3 %. |
— |
Fit-tieni tliet xhur tal-2012, il-medja fl-UE tar-rata tal-qgħad fit-tul (>12-il xhar), li minħabba l-ħafna persuni li sfaw qiegħda niżlet drastikament b’mod proviżorju, reġgħet lura għal-livell ta’ qabel il-kriżi, bi 43 %. Il-pajjiżi li ntaqtu ħafna u sa minn kmieni mill-kriżi (Spanja, l-Irlanda u l-pajjiżi Baltiċi) irreġistraw żieda qawwija meta mqabbla mal-2008. Fil-futur qarib, dan il-grupp ser jikber b’mod sinifikanti minħabba domanda staġnata għax-xogħol. |
3.4 Peress li l-qgħad fost iż-żgħażagħ laħaq livelli allarmanti sa minn qabel il-kriżi, il-KESE diġà ddeskrivieh bħala waħda mill-aktar problemi minaċċużi fis-suq tax-xogħol Ewropew (6). Il-qgħad fost iż-żgħażagħ spara ’l fuq b’mod ġenerali u bħalissa laħaq kważi l-21 % madwar l-UE. Aktar minn ħames miljun żagħżugħ (bejn 15 u 24 sena) illum jew ma jaħdmux jew mhux qed isegwu taħriġ u dan huwa marbut ma’ konsegwenzi enormi fil-livell individwali, soċjali u ekonomiku: stimi reċenti tal-Eurofound jindikaw spiża ta’ aktar minn EUR 100 biljun fis-sena b’riżultat tal-esklużjoni taż-żgħażagħ mis-suq tax-xogħol (7). Fil-Greċja u Spanja, aktar minn 40 % taż-żgħażagħ huma qiegħda u fil-Latvja, il-Litwanja u s-Slovakkja kważi terz taż-żgħażagħ huma kkonċernati.
— |
It-tħassib dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa kkonfermat minn żewġ indikaturi: ir-rata tal-qgħad (8) u r-rata tan-NEETs, li għolew it-tnejn li huma. L-indikatur tan-NEETs huwa partikolarment interessanti billi jipprovdi stampa tal-qagħda taż-żgħażagħ bejn 15 u 24 sena li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (“Not in Employment, Education or Training”). |
— |
Jeżistu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri individwali: l-aħjar sitwazzjoni hija dik tad-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja u l-Awstrija b’rati taħt is-7 %, filwaqt li s-sitwazzjoni tal-Italja u l-Bulgarija hija partikolarment iebsa, b’rati bejn id-19,1 % u l-21,8 %. Fl-2010, il-medja tal-EU-27 kienet ta’ 12,8 %. Minħabba l-kriżi, ir-rati tan-NEETs jidhru li marru għall-agħar speċjalment fi Spanja, l-Irlanda, il-Litwanja, l-Estonja u l-Latvja. |
— |
Dawk li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien jiffurmaw kategorija oħra ta’ persuni b’riskju għoli ta’ qgħad, minħabba livell baxx ta’ edukazzjoni. Minkejja li f’ċerti pajjiżi (bħal Spanja, il-Portugall, l-Estonja, il-Latvja u r-Renju Unit) ir-rati ta’ żgħażagħ li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien naqsu matul il-kriżi, ir-rata medja tal-UE, li fl-2010 kienet ta’ 14,1 %, baqgħet notevolment ogħla mill-mira tal-Ewropa 2020 li din ir-rata tkun inqas minn 10 % (9). Hemm differenzi kbar bejn il-pajjiżi: fil-Portugall u Spanja, ir-rati jaqbżu t-28 % u Malta r-rata ta’ dawk li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien kważi tilħaq is-37 %, filwaqt li r-rati fis-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovenja huma taħt il-5 % (10). |
3.5 Dan l-iżvilupp fir-rati tal-qgħad huwa rifless ukoll fir-rata tal-impjieg, li waqt il-kriżi niżlet b’mod konsiderevoli: minn medja ta’ 70,5 % fl-UE għall-persuni bejn 20 u 64 sena fl-2008 għal 68,9 % fit-tieni tliet xhur tal-2011. Meta l-linji gwida ġew adottati fl-2010, kien diġà ċar li kien ser ikun hemm bżonn ta’ għaxar snin biex jerġgħu jinkisbu l-10 miljun post tax-xogħol jew aktar li ntilfu minn mindu faqqgħet il-kriżi. Minn dakinhar ’l hawn is-sitwazzjoni ftit li xejn tjiebet. Bejn it-tieni tliet xhur tal-2010 u dawk tal-2011 fil-medja tal-UE kien hemm biss tkabbir minimu fl-impjieg; is-sena li għaddiet, uħud mill-pajjiżi wrew tkabbir sostanzjali (l-Estonja, il-Litwanja, il-Latvja u Malta) filwaqt li f’pajjiżi oħra l-impjieg kompla jonqos b’mod sinifikanti (il-Greċja, il-Bulgarija, is-Slovenja u r-Rumanija). Meqjusin flimkien, il-pajjiżi tal-UE għadhom ’il bogħod milli jilħqu l-mira ewlenija tal-UE 2020 ta’ rata globali tal-impjieg ta’ 75 % (għall-persuni bejn 20 u 64 sena) (11). Matul il-kriżi finanzjarja, iż-żgħażagħ mhux biss intlaqtu aktar mill-qgħad mill-gruppi ta’ età l-oħra kollha, iżda kellhom ukoll jiffaċċjaw tnaqqis ferm akbar ta’ impjiegi.
3.6 L-impjieg part-time kompla jikber progressivament matul il-kriżi, u dan ikkonferma l-iżviluppi osservati waqt il-perjodu kopert mill-Istrateġija ta’ Lisbona. Fil-medja, fl-UE, l-impjieg part-time tela’ minn 17,6 % tal-impjieg totali fit-tieni tliet xhur tal-2008 għal 18,8 % fit-tieni tliet xhur tal-2010, b’differenzi notevoli bejn il-pajjiżi.
— |
In-nisa li jaħdmu part-time huma rrappreżentati żżejjed b’rata medja ta’ 31,6 % fit-tieni tliet xhur tal-2011 meta mqabbla ma’ 8,1 % tal-irġiel. |
— |
B’żieda medja fir-rata tal-impjieg part-time madwar l-UE, il-ħaddiema żgħażagħ intlaqtu ferm aktar minn ħaddiema ta’ età medja jew avvanzata minn dan il-fenomenu. |
— |
Barra minn hekk, l-impjieg part-time fost il-ħaddiema bl-aktar livell baxx ta’ edukazzjoni żdied b’rata akbar. |
— |
Il-qgħad parzjali jippermetti lin-nies iżommu kuntatt mas-suq tax-xogħol waqt il-kriżi u jpoġġihom f’pożizzjoni tat-tluq tajba għat-tranżizzjoni lejn impjieg full-time wara l-kriżi. |
— |
Madankollu, waqt il-kriżi, saħansitra l-għadd ta’ ħaddiema li jaħdmu part-time kontra r-rieda tagħhom (12) żdied b’mod konsiderevoli. Fil-pajjiżi li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi (il-pajjiżi Baltiċi, Spanja u l-Irlanda), bejn l-2008 u l-2010 r-rata ta’ impjieg part-time mhux fuq bażi volontarja għoliet b’mod aktar sinifikanti mill-medja. Il-persentaġġ tan-nisa li jaħdmu part-time biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb it-tfal jew biex jieħdu ħsieb adulti li ma jkunux jistgħu jaħdmu baqa’ għoli f’ħafna pajjiżi. |
3.7 Fit-tieni tliet xhur tal-2007, l-impjieg temporanju żdied għal rekord ta’ 14,6 % fl-UE. Id-data pprovduta f’dan ir-rigward mill-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-UE tinkludi wkoll il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, sakemm ma jibbenefikawx minn kuntratt tax-xogħol bil-miktub għal perjodu indefinit (13). Peress li l-ħaddiema b’kuntratt għal perjodu definit u l-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija ntlaqtu bil-kbir mill-qgħad waqt il-kriżi, il-persentaġġ globali tagħhom laħaq l-aktar livell baxx ta’ 13,5 % fit-tieni tliet xhur tal-2009. Madankollu, iż-żieda reċenti għal 14,2 % fit-tieni tliet xhur tal-2011 turi li l-intrapriżi għandhom tendenza li jimpjegaw mill-ġdid ħaddiema fuq kuntratti għal perjodu definit u wkoll ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija. Dan l-iżvilupp juri b’mod partikolari nuqqas ta’ fiduċja min-naħa ta’ dawk li jħaddmu fis-saħħa tal-irkupru u l-isforzi tagħhom biex jirrispondu b’mod effettiv għal din is-sitwazzjoni.
— |
Jeżistu differenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi fir-rigward tal-impjieg temporanju: filwaqt li fl-Istati Membri tal-Ewropa ċentrali u tal-Lvant, bħar-Rumanija, il-Litwanja u l-Estonja, ir-rata hija taħt il-5 %, il-Portugall, Spanja u l-Greċja għandhom rati ta’ bejn 23 u 27 %. |
— |
Il-probabbiltà ta’ impjieg temporanju hija, fil-wisgħa, l-ogħla għall-ħaddiema żgħażagħ (bejn 15 u 24 sena) (2010: 42,2 %). Dan jgħodd għall-pajjiżi kważi kollha. Sa ċertu punt sar komuni li f’bosta professjonijiet l-ewwel impjieg taż-żgħażagħ ikun wieħed temporanju, avolja ħafna drabi dan ma jsirx bil-kuntentizza taż-żgħażagħ. Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol ħżienet b’mod drammatiku waqt il-kriżi. |
— |
Barra minn dan, madwar 20 % ta’ persuni bi ftit kwalifiki għandhom impjieg temporanju – ir-rata tagħhom hija ferm ogħla meta mqabbla ma’ dik tal-ħaddiema b’livell medju jew għoli ta’ kwalifiki (madwar 12 u 13 %). |
— |
Bejn l-2008 u l-2010, il-proporzjon ta’ persuni li okkupaw impjieg temporanju kontra r-rieda tagħhom għola b’madwar 2 %; dan il-fenomenu jista’ jiġi osservat b’mod partikolari fil-Litwanja u l-Irlanda, tnejn fost l-aktar pajjiżi milqutin mill-kriżi, kif ukoll fir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka u r-Renju Unit. |
3.8 Faqar fost il-ħaddiema: id-data tal-Eurostat għall-2009 turi li kemm il-ħaddiema temporanji u kemm dawk li jaħdmu part-time, kif ukoll iż-żgħażagħ u l-ġenituri singoli, għandhom riskju ogħla li jisfaw foqra minkejja l-impjieg tagħhom, meta mqabbla ma’ ħaddiema fuq bażi permanenti u dawk li jaħdmu full-time.
— |
Għall-impjegati żgħażagħ (bejn 18 u 24 sena), ir-riskju ta’ faqar fost il-ħaddiema (14) huwa ferm ogħla mill-medja għall-grupp ta’ persuni bejn 25 u 64 sena f’diversi Stati Membri. |
— |
B’mod simili, il-ġenituri singoli, li ħafna drabi ma jistgħux jevitaw li jaħdmu part-time, kif ukoll il-ħaddiema bi ftit kwalifiki jinsabu milquta b’mod sproporzjonat mill-fenomenu tax-xogħol temporanju u x-xogħol part-time, u jinsabu wkoll irrappreżentati żżejjed fl-impjiegi full-time b’remunerazzjoni baxxa; dan ifisser rati ogħla ta’ faqar fost il-ħaddiema. |
4. Il-politika ta’ awsterità madwar l-UE tiddeterjora l-qagħda tas-suq tax-xogħol u tagħmilha aktar iebsa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-impjiegi
4.1 Bl-introduzzjoni simultanja ta’ programmi ta’ awsterità fl-UE, it-tendenza mutwalment irrinfurzata lejn in-niżla taf tissokta b’pass aktar mgħaġġel u l-prospetti tat-tkabbir jafu jkomplu jiddeterjoraw. Peress li xi pajjiżi mhux qed jagħtu kas biżżejjed ir-riformi strutturali meħtieġa, it-tnaqqis tal-infiq pubbliku qed ikollu impatt negattiv fuq id-domanda interna bħala l-aħħar sors ta’ stimolu ekonomiku u qed iwassal għal anqas dħul mit-taxxi u għal aktar spejjeż ta’ natura soċjali. Hemm theddida li d-defiċits baġitarji jkomplu jikbru u b’hekk tkompli tiċkien il-kapaċità ta’ għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri li jaġixxu fil-livell tal-politika ekonomika. Għaldaqstant, din it-triq, li tikkonsisti f’li l-konsolidazzjoni baġitarja tiffoka primarjament fuq l-awsterità, mhijiex biss preokkupanti mil-lat soċjali, iżda qed ixxekkel ukoll kull possibbiltà ta’ rilanċ ekonomiku orjentata lejn il-ġejjieni. Il-KESE qed jinkwieta bil-kbir li b’dawn il-miżuri l-kriżi mhux ser tkun tista’ tingħeleb u l-għanijiet tal-istrateġija tal-UE dwar l-impjiegi mhux ser ikunu jistgħu jintlaħqu.
4.2 Għalhekk, il-KESE jtenni l-appell tiegħu għal pjan Ewropew ġdid ta’ rilanċ ekonomiku, ta’ 2 % tal-PDG, li jkollu impatt qawwi fuq il-politika dwar is-suq tax-xogħol (15). Flimkien ma’ investimenti nazzjonali addizzjonali implimentati b’mod ikkoordinat biex jistimolaw l-impatt fuq l-impjiegi, jeħtieġ li jiġu identifikati wkoll proġetti ta’ investiment Ewropej. Madwar 1 % tal-ispejjeż previsti għandhom isiru fuq investimenti b’impatt qawwi fuq l-impjiegi u għandhom ukoll jikkonċernaw b’mod espliċitu miżuri ta’ politika dwar is-suq tax-xogħol li jistgħu jieħdu forom differenti skont il-qagħda tas-swieq tax-xogħol reġjonali fil-pajjiżi tal-UE.
4.3 Il-baġits pubbliċi ma jistgħux jintużaw għal kollox – salvataġġ tal-banek, investimenti soċjali u innovattivi kif ukoll appoġġ għall-intrapriżi. Il-KESE huwa tal-fehma li, fil-kuntest ta’ konsolidazzjoni baġitarja intelliġenti, huwa inevitabbli li jkun hemm tnaqqis tal-ispejjeż, li għandu jkun soċjalment sostenibbli, kif ukoll li jinstabu sorsi ġodda ta’ dħul. B’mod partikolari hemm bżonn li l-Istati Membri jwessgħu l-bażi għat-taxxa tagħhom. Barra minn hekk, jeħtieġ li s-sistemi tat-taxxa jiġu riveduti b’mod ġenerali, sabiex jiġu kkunsidrati mistoqsijiet dwar il-kontribuzzjonijiet minn forom differenti ta’ dħul u assijiet. Dan għandu jsir flimkien ma’ titjib fl-effiċjenza u fl-adegwatezza tal-infiq pubbliku.
4.4 Fil-fehma tal-KESE, il-miżuri ta’ awsterità ma jistgħux jitħallew iżidu r-riskju tal-faqar u jaggravaw l-inugwaljanzi, li diġà kibru dawn l-aħħar snin. Għandha tingħata attenzjoni sabiex ikun żgurat li l-miżuri li jittieħdu bħala reazzjoni għall-kriżi ma jmorrux kontra l-istimolar tad-domanda u l-impjieg waqt u wara l-kriżi u kontra l-mitigazzjoni tal-impatti soċjali. L-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti wkoll li l-miżuri maħsuba biex jegħlbu l-kriżi u d-dejn żejjed tal-gvernijiet ma jipperikolawx l-investiment pubbliku fil-politika dwar is-suq tax-xogħol kif ukoll l-edukazzjoni ġenerali u t-taħriġ vokazzjonali. Il-KESE jitlob valutazzjonijiet effikaċi tal-konsegwenzi soċjali sabiex jiġi analizzat kif jista’ jintlaħaq l-għan tal-UE li mill-anqas 20 miljun persuna joħorġu mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali sal-2020.
4.5 Il-miżuri ta’ awsterità jolqtu l-aktar lil dawk li jiddependu mit-trasferimenti soċjali tal-Istat, fosthom ukoll dawk li għandhom impjieg prekarju u gruppi żvantaġġati oħrajn fis-suq tax-xogħol. B’mod ġenerali, dawk li huma l-aktar milquta mill-qgħad huma wkoll dawk li għandhom aċċess diffiċli u limitat għas-servizzi ta’ appoġġ. Għaldaqstant, hemm bżonn netwerks ta’ sigurtà soċjali effettivi, sostenibbli u suffiċjenti, li għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-aktar gruppi milquta u żvantaġġati fis-suq tax-xogħol (fost l-oħrajn iż-żgħażagħ, il-migranti, ir-Roma, il-persuni b’diżabilità, il-ġenituri singoli u l-persuni bi ftit kwalifiki).
4.6 Fir-rigward tal-isfidi li t-tixjiħ tal-Ewropa jġib miegħu għas-swieq tax-xogħol, il-KESE dan l-aħħar ħa pożizzjoni u osserva li l-aktar strateġija effettiva hija fil-wisgħa dik li tikkonsisti fl-aktar użu mifrux tal-potenzjal ta’ impjieg disponibbli. Dan jista’ biss jinkiseb permezz ta’ politiki mmirati lejn it-tkabbir u lejn il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni. Dawn jinkludu l-adattament tad-dinja tax-xogħol għall-bżonnijiet tal-persuni mdaħħla fl-età u l-iżvilupp estensiv tat-taħriġ u l-edukazzjoni, il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol ta’ kwalità għolja u produttivi, l-iżgurar ta’ sistemi effiċjenti tas-sigurtà soċjali kif ukoll miżuri komprensivi għar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-familja, eċċ. (16) Barra minn hekk, il-potenzjal ekonomiku tal-“ekonomija tal-fidda”, jiġifieri dik tal-anzjani, għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ.
5. Talbiet u rakkomandazzjonijiet dwar l-impjieg taż-żgħażagħ u l-qiegħda fit-tul
5.1 L-istabbiliment ta’ għanijiet ambizzjużi tal-UE rigward l-impjieg taż-żgħażagħ
5.1.1 |
Il-linji gwida eżistenti jinkludu indikatur għat-tnaqqis tal-proporzjon taż-żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs). Huwa minnu li l-Istati Membri ddiversifikaw il-miżuri skont l-ispeċifiċitajiet differenti tal-gruppi ta’ NEETs u taw attenzjoni speċjali lill-persuni żvantaġġati (17), iżda xorta waħda għad hemm nuqqas ta’ għanijiet konkreti għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u għat-titjib tal-qagħda tal-impjieg taż-żgħażagħ. Il-KESE jtenni t-talba tiegħu li dan il-punt ewlieni fil-linji gwida jiġi espress b’mod ferm aktar ċar, fuq kollox permezz taż-żieda ta’ għanijiet Ewropej miżurabbli għall-impjieg taż-żgħażagħ: b’mod partikolari: 1) għan għal tnaqqis sinifikanti tal-qgħad fost iż-żgħażagħ kif ukoll 2) perjodu massimu ta’ erba’ xhur għall-attivazzjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ xogħol jew ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ. Il-fatt li għanijiet speċifiċi relatati mal-impjieg taż-żgħażagħ tħallew f’idejn l-Istati Membri ma tantx ħalla frott, billi ftit pajjiżi individwali biss fasslu għanijiet rilevanti fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom (18). |
5.2 Implimentazzjoni konsistenti tal-“Garanzija għaż-Żgħażagħ” fil-qasam tan-NEETs
5.2.1 |
Il-KESE, li kien talab li l-Istati Membri jiggarantixxu li fi żmien erba’ xhur wara li jkunu temmu l-istudji tagħhom iż-żgħażagħ kollha jkollhom impjieg, ikomplu jsegwu xi taħriġ jew inkella jkunu involuti f’miżuri ta’ attivazzjoni u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, jinsab sodisfatt li t-talba tiegħu ġiet ikkunsidrata fl-inizjattiva ewlenija “Żgħażagħ Attivi”, li tipproponi “Garanzija għaż-Żgħażagħ” (19). F’dan il-kuntest, il-KESE japprova mingħajr riżervi t-talba mressqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sabiex jidentifikaw mill-aktar fis possibbli l-ostakoli f’dan il-qasam. Fil-qafas tal-Pjani Nazzjonali ta’ Riforma, għandhom jitfasslu miżuri konkreti sabiex dawn l-ostakoli jiġu eliminati. Għal dan il-għan, f’ħafna Stati Membri ser ikun hemm bżonn li l-appoġġ speċifiku ggarantit mis-servizzi pubbliċi tal-impjieg jissaħħu bil-kbir, sabiex il-persuni żvantaġġati (qabel kollox ukoll il-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni u r-Roma) jingħataw aktar attenzjoni. |
5.2.2 |
F’dan ir-rigward, l-Istati Membri huma mitluba wkoll sabiex il-prijoritajiet ġenerali miftiehma fil-linji gwida dwar l-impjiegi jimplimentawhom b’mod effettiv fil-każ taż-żgħażagħ ukoll u sabiex jistabbilixxu miri u għanijiet korrispondenti ambizzjużi, inklużi miżuri bilanċjati għaż-żieda tal-flessibbiltà u s-sigurtà, it-tħeġġiġ tal-mobilità tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta’ sistemi adatti ta’ sigurtà soċjali li jkunu kapaċi jakkumpanjaw it-transizzjoni lejn is-suq tax-xogħol kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija u kundizzjonijiet ġenerali adegwati għaż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari fl-SMEs. |
5.3 Aktar fondi tal-UE għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul u aċċess aktar faċli għal dawn il-fondi
5.3.1 |
Sabiex il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul jonqsu fuq perjodu qasir, il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħdu miżuri speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, il-politika dwar l-edukazzjoni u dik dwar is-suq tax-xogħol, proprju fi żminijiet meta l-qagħda baġitarja hi waħda mwiegħra. Bħalissa l-Kummissjoni qed titlob fl-“Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” (20) li l-għajnuna rapida u mhux burokratika tingħata l-aktar fil-pajjiżi li huma l-aktar milquta mill-qgħad fost iż-żgħażagħ (21). L-Istati Membri fejn is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol hi partikolarment imwiegħra fir-rigward tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul, li fl-istess ħin iridu jiksbu għanijiet baġitarji restrittivi, għandu jkollhom aċċess aktar faċli għall-fondi tal-UE mmirati b’mod partikolari lejn il-miżuri tal-“Garanzija għaż-Żgħażagħ” kif ukoll għall-investimenti maħsuba għall-ħolqien tal-impjiegi. Hemm bżonn li fl-amministrazzjoni jiġu introdotti proċeduri u semplifikazzjonijiet prammatiċi u flessibbli fir-rigward tal-użu tal-fondi, li jinkludu s-sospensjoni temporanja tal-arranġamenti ta’ kofinanzjament nazzjonali għall-interventi tal-FSE u ta’ fondi oħra Ewropej. |
5.4 Mezzi adatti għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul fil-baġit il-ġdid tal-UE
5.4.1 |
Il-KESE diġà enfasizza kemm hu importanti li, minkejja l-valutazzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet baġitarji li l-kriżi ekonomika qed timponi fuq l-Istati Membri kollha, ir-riżorsi nazzjonali u Ewropej għall-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-impjiegi taż-żgħażagħ u tal-qiegħda fit-tul jibqgħu disponibbli u fejn meħtieġ jiżdiedu (22). Għaldaqstant, il-KESE jitlob li għandu jiġi ggarantit finanzjament suffiċjenti mill-FSE għal inizjattivi ffokati fuq iż-żgħażagħ u l-qiegħda fit-tul fil-pjan finanzjarju l-ġdid mill-2014 ’il quddiem (23). Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li jeħtieġ li, fost l-oħrajn, jiġi eżaminat kif jistgħu jintużaw ukoll il-fondi l-oħra tal-UE għall-miżuri mmirati lejn il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul. |
5.5 Aċċess imtejjeb taż-żgħażagħ u tal-qiegħda fit-tul għas-servizzi ta’ appoġġ fil-każ ta’ qgħad
5.5.1 |
Jeżistu differenzi notevoli bejn l-Istati Membri rigward l-aċċess u l-firxa ta’ servizzi fil-livell ta’ sigurtà soċjali, u dan mhux biss għaż-żgħażagħ. Fil-linji gwida dwar l-impjiegi, l-Istati Membri huma ġustament mitluba jadattaw is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom sabiex ma jħallu l-ebda lakuna fil-qasam tas-sigurtà soċjali fi swieq tax-xogħol aktar flessibbli. Dan jgħodd għall-gruppi kollha ta’ età mingħajr distinzjoni. Fil-fehma tal-KESE, l-aċċess limitat ħafna taż-żgħażagħ għas-servizzi ta’ appoġġ fil-każ ta’ qgħad, li jista’ jiġi osservat fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, xorta waħda għadu kwistjoni li s’issa ftit li xejn ġiet indirizzata (24). Taħt ċerti kundizzjonijiet, ċerti pajjiżi tejbu l-aċċess għas-servizzi f’każ ta’ qgħad għall-gruppi żvantaġġati – inklużi ż-żgħażagħ – waqt il-kriżi. Madankollu, dawn il-miżuri kienu limitati fiż-żmien jew inkella jinsabu fil-periklu li jiġu rtirati fil-kuntest tal-pakketti ta’ awsterità ppjanati. |
5.5.2 |
Il-KESE jitlob li l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ ipprovduti liż-żgħażagħ qiegħda u l-qiegħda fit-tul li jkunu jridu jaħdmu u jkunu qed ifittxu impjieg jew taħriġ, għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jittejbu fl-Istati Membri kollha. Il-KESE jħeġġeġ ukoll li dawn l-għanijiet jitniżżlu fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. Dan ikun kontribut sinifikanti għall-ġlieda kontra s-sitwazzjoni prekarja ta’ ħafna żgħażagħ fit-transizzjoni lejn is-suq tax-xogħol. |
5.6 Ġlieda kontra l-impjiegi prekarji u forom mhux regolamentati fis-settur tat-tagħlim u tal-apprendistati
5.6.1 |
Mhux biss ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ bejn 15 u 24 sena hija d-doppju ta’ dik fost l-adulti, iżda wkoll il-proporzjon ta’ impjiegi prekarji (li f’xi pajjiżi hu ta’ aktar minn 60 %), iż-żieda ta’ taħriġ vokazzjonali u ta’ apprendistati mhux regolamentati (l-aktar fil-pajjiżi tan-Nofsinhar (25)) kif ukoll l-impjiegi taħt il-livell ta’ kwalifikazzjoni. Il-KESE jwissi kontra għadd kbir wisq ta’ soluzzjonijiet instabbli u mingħajr prospetti għall-integrazzjoni fid-dinja tax-xogħol: minflok impjiegi prekarji u kuntratti tax-xogħol inċerti, għandhom jiġu implimentati miżuri li jiżguraw li l-impjiegi temporanji u pożizzjonijiet b’pagi baxxi u b’livell baxx ta’ assigurazzjoni soċjali ma jsirux in-norma għaż-żgħażagħ. |
5.6.2 |
F’għadd kbir ta’ opinjonijiet, il-KESE ħa pożizzjoni dwar l-oqsma fejn jeħtieġ intervent dwar l-adattament tat-taħriġ u l-kwalifiki, fost l-oħrajn biex jiġi ggarantit li ż-żgħażagħ isegwu t-taħriġ mitlub fis-suq tax-xogħol (26). Sabiex jingħelbu d-diskrepanzi eżistenti bejn id-domanda u l-provvista fuq is-suq tax-xogħol, ikkaġunati fost l-oħrajn minn kwalifiki insuffiċjenti, mobilità ġeografika limitata jew remunerazzjoni mhux adegwata (27), l-istabbilimenti tat-tagħlim huma mitluba jadattaw il-programmi ta’ studju tagħhom għall-esiġenzi tas-suq tax-xogħol, dawk li jħaddmu huma mitluba jwessgħu l-kanali ta’ reklutaġġ tagħhom għal ħaddiema ġodda, u l-awtoritajiet huma mitluba jinvestu f’miżuri attivi effettivi favur is-suq tax-xogħol. L-istudenti stess għandhom ukoll responsabbiltà fil-kapaċità futura tagħhom li jsibu impjieg. |
5.6.3 |
Fir-rigward tal-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-apprendistati, il-KESE jappoġġja qafas Ewropew ta’ kwalità korrispondenti, li għandu jiġi promoss ukoll fl-intrapriżi, sabiex dawn jipproponu impjiegi li jiffavorixxu t-tagħlim u li joffru kuntratti mutwalment vinkolanti, inkluż liż-żgħażagħ żvantaġġati mil-lat edukattiv. Is-sistema doppja tat-tagħlim b’edukazzjoni ġenerali u taħriġ vokazzjonali tat riżultati tajbin f’diversi pajjiżi u ta’ min jeżamina l-possibbiltà li wħud mill-karatteristiċi tagħha jiġu applikati bnadi oħra. |
5.7 Prinċipji bażiċi għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ
5.7.1 |
Il-KESE jisuġġerixxi li jittieħdu għadd ta’ miżuri għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, abbażi ta’ dawn il-prinċipji bażiċi: it-titjib tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ permezz ta’ riformi fis-sistema edukattiva bil-għan li l-ħiliet tagħhom jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi sħubijiet bejn l-iskejjel u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, miżuri attivi relatati mas-suq tax-xogħol, inkluzi appoġġ akbar u inċentivi biex iż-żgħażagħ isibu impjieg, analiżi tal-effetti tal-leġislazzjoni għall-protezzjoni tal-impjieg u appoġġ għall-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ. |
5.8 Il-ġlieda kontra l-qgħad fit-tul u t-telf tal-kuntatt mad-dinja tax-xogħol
5.8.1 |
L-istaġnar kontinwu tad-domanda għax-xogħol b’relazzjoni mal-kriżi qed iwassal għal żieda fil-qgħad fit-tul u dan qed iġib miegħu diffikultajiet serji fl-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u b’hekk anke żieda fil-faqar fost il-ħaddiema. Il-KESE jirrakkomanda lill-Istati Membri saiex joqogħdu partikolarment attenti biex joħolqu suq tax-xogħol intermedju fejn ir-riżorsi pubbliċi jintużaw għall-ħolqien ta’ numru adatt ta’ impjiegi adegwati, u b’hekk il-qiegħda fit-tul ikunu jistgħu jżommu l-kuntatt tagħhom mad-dinja tax-xogħol u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Permezz ta’ dan, il-faqar fost il-ħaddiema jkun jista’ jiġi evitat u l-ħaddiema jkollhom tranżizzjoni aktar faċli lejn l-ewwel suq tax-xogħol miftuħ fil-perjodu ta’ wara l-kriżi. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Linji Gwida għall-Politika dwar l-Impjiegi tal-Istati Membri – It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020, relatur: is-Sur Greif, ĠU C 21, p. 66, 21.1.2011.
(2) Il-KESE ħa pożizzjoni dwar l-effetti tal-kriżi u dwar il-miżuri meħtieġa biex din tingħeleb f’ħafna opinjonijiet u f’diversi okkażjonijiet. Eżempju prominenti ta’ dan huwa l-istqarija mill-President tal-KESE waqt is-sessjoni plenarja ta’ Diċembru 2011; http://www.eesc.europa.eu/resources/docs/di_ces20-2011_di_mt.doc.
(3) Pereżempju ara l-previżjonijiet tal-ħarifa għall-2011-2013 li l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat m’ilux.
(4) Rigward il-konsegwenzi soċjali tal-governanza ekonomika l-ġdida, ara l-opinjoni tal-KESE tat-22 ta’ Frar 2012 dwar L-impatt soċjali tal-leġislazzjoni tal-governanza ekonomika ġdida, relatur: is-Sinjura Bischoff, (ara l-paġna 23 f’dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, id-data hija misluta mill-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-Unjoni Ewropea (http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/labour_market/introduction)u tirreferi għat-tieni tliet xhur tal-2011. Ġeneralment il-grupp ta’ età huwa dak bejn 15 u 64 sena.
(6) Ara l-punt 7 tal-opinjoni tal-KESE dwar Iż-żgħażagħ attivi, relatur: is-Sur Trantina, korelatur: is-Sur Mendoza Castro (ĠU C 132, p. 55, 3.5.2011).
(7) Skont l-aħħar kalkoli tal-Eurofound, l-ispiża ta’ din l-esklużjoni taż-żgħażagħ mis-suq tax-xogħol fl-UE tilħaq il-EUR 100 biljun fis-sena.
(8) Din ir-rata tikkunsidra l-popolazzjoni attiva kollha taż-żgħażagħ sabiex tnaqqas eventwalment id-distorsjoni kkawżata mir-rati għoljin ta’ inattività fost iż-żgħażagħ li għadhom qed jistudjaw.
(9) http://ec.europa.eu/europe2020/priorities/smart-growth/index_en.htm.
(10) http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/education/introduction.
(11) Ara EMCO/28/130911/EN-rev3, p. 27 u segwenti.
(12) L-impjegati li jaħdmu part-time kontra r-rieda tagħhom huwa “dawk li ma rnexxilhomx isibu impjieg full-time”.
(13) Huwa rakkomandat li fil-ġejjieni l-Eurostat jipprovdi data separata għall-ħaddiema temporanji u l-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija.
(14) Anqas minn 60 % tad-dħul tal-familja medjan ekwivalizzat.
(15) Ara l-punt 3.1 tal-opinjoni tal-KESE dwar Ir-riżultati tas-Summit dwar l-impjiegi, relatur: is-Sur Greif (ĠU C 306, p. 70, 16.12.2009).
(16) Opinjoni tal-KESE dwar Il-futur tas-suq tax-xogħol Ewropew – It-tfittxija ta’ risposta effikaċi għall-iżvilupp demografiku, relatur: is-Sur Greif (ĠU C 318, p. 1, 29.10.2011).
(17) “Young People and NEETs in Europe: first findings” – EUROFOUND – EF1172EN http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2011/72/en/1/EF1172EN.pdf.
(18) Fl-2011, erba’ pajjiżi biss (il-Belġu, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija u l-Estonja) fasslu għanijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.
(19) “Żgħażagħ mobbli”, COM(2010) 477, punt 5.4.
(20) Ara l-proposti korrispondenti tal-Kummissjoni fl-inizjativa attwali dwar “Opportunitajiet taż-Żgħażagħ”, COM(2011) 933.
(21) Fil-linja gwida nru 7, Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/EU.
(22) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Żgħażagħ Attivi”(ĠU C 132, p. 55, 3.5.2011) u l-punt 8 tal-opinjoni tal-KESE dwar Il-kriżi ekonomika, l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, relatur: is-Sur Soares (ĠU C 318, p. 50, 29.10.2011).
(23) Għaldaqstant, il-KESE jitlob li tal-anqas 40 % tar-riżorsi kollha tal-FSE jiġu allokati għall-promozzjoni tal-impjiegi u tal-mobilità professjonali, billi permezz ta’ dan għadd kbir ta’ miżuri favur iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jitpoġġew fil-qalba tal-proġetti mnedija. Dwar dan, ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-Fond Soċjali Ewropew (ara l-paġna 82 f’dan il-Ġurnal Uffiċjali) relatur: is-Sur Verboven, korelatur: is-Sur Cabra de Luna, punti 1.5 u 4.1.
(24) Id-data tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol (Eurostat) turi li fl-UE-27, iż-żgħażagħ (bejn 15 u 24 sena) fil-medja għandhom tliet darbiet anqas aċċess għas-servizzi fil-każ ta’ qgħad minn gruppi oħra; l-ebda titjib sostenibbli ma ġie osservat waqt il-kriżi.
(25) Din mhijiex daqstant problema fil-pajjiżi tat-Tramuntana, li għandhom snin sħaħ ta’ esperjenza prattika ta’ relazzjonijiet regolati bejn dawk li qed jitħarrġu, l-istituzzjonijiet li jipprovdu t-taħriġ u dawk li jħaddmu. L-istess jgħodd għal dawk il-pajjiżi li għandhom sistema ta’ taħriġ vokazzjonali doppju li hija żviluppata tajjeb u li diġà wriet xi ssarraf (il-Ġermanja u l-Awstrija).
(26) Dwar dan, ara l-opinjoni tal-KESE, li tinsab fil-fażi tat-tfassil, dwar L-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU); l-opinjoni tal-KESE dwar L-impjieg taż-żgħażagħ, il-kwalifiki professjonali u l-mobbiltà (ĠU C 68/11, 6.3.2012), relatur: is-Sinjura Andersen; kif ukoll l-opinjoni tal-KESE dwar Nagħmlu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali postsekondarji aktar attraenti (ĠU C 68/1, 6.3.2012), relatur: is-Sinjura Drbalová.
(27) Ara COM(2011) 933, Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/102 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014-2020”
COM(2011) 709 finali — 2011/0339 (COD)
2012/C 143/19
Relatur ġenerali: is-Sinjura OUIN
Nhar it-30 ta’ Novembru 2011 u nhar il-12 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014-2020
COM(2011) 709 final – 2011/0339(COD).
Nhar is-6 ta’ Diċembru 2011, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett (relatur ġenerali: is-Sinjura OUIN).
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-23 ta’ Frar 2012) li jaħtar lis-Sinjura OUIN bħala relatur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b’169 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni: l-eżistenza ta’ dan it-tielet programm, f’dan il-perjodu ta’ kriżi, huwa messaġġ pożittiv għaċ-ċittadini Ewropej. Jinsab kuntent bi programm iddedikat speċifikament għas-saħħa u li l-baġit tiegħu, minkejja li huwa modest, żdied. |
1.2 |
Il-KESE japprezza l-enfasi fuq numru mnaqqas ta’ prijoritajiet u ż-żieda tal-livell massimu ta’ sussidji għall-pajjiżi fejn id-dħul nazzjonali gross għal kull resident huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-UE (1). |
1.3 |
Il-KESE huwa tal-fehma li għandu jinstab użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u umani, iżda jwissi kontra t-tentazzjonijiet li jitnaqqsu l-baġit u s-servizzi pubbliċi tas-saħħa f’perjodu ta’ kriżi. |
1.4 |
Il-KESE jqis li, fil-qasam tas-saħħa, il-gwadann Ewropew huwa li jitħeġġu l-iskambji tal-aħjar prattika u t-tixrid tal-prinċipji tal-inklużjoni tas-saħħa fil-politiki kollha, il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fis-saħħa u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
1.5 |
Il-KESE jinsisti fuq il-prevenzjoni sabiex il-popolazzjoni tinżamm b’saħħitha: edukazzjoni dwar is-saħħa, titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-ħajja u tal-akkomodazzjoni. It-tħejjija għal tixjiħ b’saħħtu ssir tul il-ħajja kollha. |
1.6 |
Il-KESE jafferma li peress li n-nuqqas ta’ ħaddiema huwa ġenerali f’dan is-settur, hemm bżonn li jinstabu soluzzjonijiet komuni: ugwaljanza professjonali, evalwazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi u tas-salarji, rikonoxximent tal-livell għoli tan-natura teknika, kunsiderazzjoni tal-għarfien li ġej mix-xogħol informali fil-familja, taħlita ta’ impjiegi, titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-organizzazzjoni tal-ħin fuq ix-xogħol, taħriġ tul il-ħajja kollha, ġestjoni flessibbli ta’ tmiem il-karriera waqt li jitqiesu l-piżijiet fiżiċi u psikoloġiċi tal-persunal li jaħdem fil-qasam tas-saħħa. |
1.7 |
Il-KESE jqis li huwa aħjar li jitħarrġu l-persuni qiegħda f’dawn l-impjiegi milli jinġieb persunal diġà mħarreġ f’pajjiżi terzi jew f’pajjiżi oħra tal-Unjoni, sabiex jiġi evitat li l-pajjiżi tal-oriġini jiġu mċaħħda mill-kompetenzi tagħhom. |
1.8 |
Il-KESE jinsisti fuq il-bżonn li lill-familji u lill-konunità (ħbieb, ġirien …) jingħataw il-mezzi sabiex jieħdu ħsieb il-morda u l-persuni dipendenti, b’tqassim aħjar taż-żmien tax-xogħol fuq il-ħajja kollha. |
1.9 |
Il-KESE jħeġġeġ l-iskambji tal-esperjenzi dwar l-użu tas-sistemi onlajn tas-saħħa kemm mill-professjonisti kif ukoll mill-individwi, u jappella li jiġu definiti oqfsa Ewropej:
|
1.10 |
Il-KESE jqis li fost il-prijoritajiet (tabakk, alkoħol, ħxuna żejda u HIV), jeħtieġ li jiżdiedu r-riskji ġodda marbutin:
|
1.11 |
Il-KESE jemmen li hemm bżonn li jiġu mħeġġa aktar teknoloġiji ġodda fil-kura tas-saħħa sabiex jitnaqqas il-piż tax-xogħol minn fuq il-persunal fis-settur tal-kura tas-saħħa, tittejjeb il-kwalità tal-kura u l-appoġġ lill-pazjenti u tittejjeb u tiġi sostnuta l-mobilità tal-anzjani. |
2. Il-kuntest
2.1 |
Għal dawn l-aħħar sentejn, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta diversi opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tas-saħħa – mill-ġlieda kontra l-inugwaljanzi tas-saħħa sa dik kontra l-alkoħoliżmu, mill-marda tal-Alzheimer sa dik tal-kankru, mill-ġlieda kontra t-tipjip sas-sigurtà tal-pazjenti (2). |
2.2 |
Jekk is-settur tal-kura tas-saħħa jista’ jagħti kontribut prezzjuż għat-tkabbir ekonomiku, is-saħħa tfisser ħafna aktar minn hekk. Sabiex titjieb il-vijabbiltà tas-sistemi tas-saħħa li jintużaw meta xi ħadd ikun marid, l-ewwel u qabel kollox il-popolazzjoni għandha tinżamm f’saħħa tajba permezz ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u relatati mas-saħħa pubblika filwaqt li s-saħħa għandha tiġi inkluża fil-politiki kollha. Ikun utli li jkun hemm aktar statistika dwar l-attivitajiet tas-sistemi tas-saħħa. |
2.3 |
Il-kriżi ekonomika twassal għal qtugħ drastiku fil-baġits li jipperikola l-kwalità tas-servizzi pubbliċi fil-qasam tas-saħħa u l-aċċess ta’ kulħadd għall-kura. Li l-popolazzjoni tinżamm f’saħħitha f’kuntest ta’ tibdil demografiku u klimatiku jitlob li jiġu ddedikati l-mezzi suffiċjenti. |
2.4 |
Sabiex persuna tibqa’ f’saħħitha hemm bżonn ta’ edukazzjoni tas-saħħa mit-tfulija ’l quddiem (li tingħata mill-familja, miċ-ċentri tat-tagħlim u mill-midja), dieta tajba għall-etajiet kollha, espożizzjoni limitata għall-prodotti perikolużi, kundizzjonijiet dinjitużi tal-ħajja, kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol, eċċ. Għandha titpoġġa enfasi partikolari fuq it-tixjiħ b’saħħtu, peress li l-anzjani huma l-akbar konsumaturi – apparti t-trabi tat-twelid – tas-sistemi tas-saħħa. Għandu jkun hemm preparazzjoni bikrija għat-tixjiħ. |
2.5 |
It-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u l-prevenzjoni huma l-aħjar mezzi sabiex jinżamm l-istat ta’ saħħa tal-popolazzjoni u għalhekk sabiex jonqos l-assentiżmu professjonali u l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa. |
2.6 |
L-ewwel tbatija li trid tiġi miġġielda hija l-faqar u l-esklużjoni soċjali: il-kesħa, il-ġuħ, l-iżbilanċ alimentari, in-nuqqas ta’ iġjene, l-akkomodazzjoni ħażina, ta’ spiss ikkombinati mas-solitudni, in-nuqqas ta’ mediċina preventiva, eċċ., jippromovu l-iżvilupp tal-mard, b’mod partikolari l-mard kroniku, li jirrappreżenta spiża għolja ħafna għall-iskemi tas-sigurtà soċjali – jiġifieri għaċ-ċittadini kollha li jikkontribwixxu għall-finanzjament tagħhom. |
2.7 |
Il-Kumitat jappoġġja l-għan li jikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa innovattivi u vijabbli, li jeħtieġu t-tfassil tal-għodda u l-mekkaniżmi komuni sabiex jiġi ffaċċjat in-nuqqas tar-riżorsi umani u finanzjarji. Jeħtieġ li ninvestu aktar riżorsi fil-kura fid-dar u fil-kura tas-saħħa li ma tirrikjedix interventi serji billi l-infiq fil-kura fl-isptar jiġi allokat mill-ġdid; dan jippermetti li jiġi rikonoxxut ir-rwol importanti tal-familji bil-għan li l-popolazzjoni tinżamm b’saħħitha u titjieb is-sostenibbiltà tas-sistema tal-kura. |
2.8 |
L-edukazzjoni tas-saħħa tibda mill-età bikrija u fil-familja, u tinkludi l-iġjene, id-dieta bilanċjata, l-imġiba u l-ambjent emozzjonali stabbli. Jekk il-familja hija l-ewwel post fejn jiġu mgħallma r-regoli sabiex persuna tibqa’ f’saħħitha, hija l-familja wkoll li tieħu ħsieb il-morda, minn naħa peress li ħafna mill-morda ma jkunux jeħtieġu li jidħlu l-isptar u għalhekk jibqgħu d-dar mal-familja tagħhom, u min-naħa l-oħra peress li meta marid jiddaħħal l-isptar, iż-żjarat mill-familja u mill-qraba tiegħu jagħtu appoġġ psikoloġiku u materjali, li jikkomplementaw il-ħidma tal-persunal tal-isptar. Din il-funzjoni essenzjali tal-familja u tal-qraba għandha tinżamm, peress li meta l-kapaċitajiet ta’ individwu jitnaqqsu bil-mard, l-istess individwu għandu bżonn il-preżenza u l-appoġġ ta’ qrabatu. |
2.9 |
Il-bidliet fl-istruttura tal-familja jolqtu s-saħħa mentali u fiżika, u hemm bżonn li l-problemi jiġu solvuti mill-għeruq sabiex il-familja tibqa’ f’ambjent sigur. |
2.10 |
It-tnaqqis “tad-disponibbiltà ta’ kura informali fl-ambjent tal-familja” mhuwiex informazzjoni inevitabbli. Mhijiex ix-xewqa tal-morda li jingħataw il-kura prinċipalment mill-professjonisti. Il-familja ma tistax tissostitwixxi l-professjonisti fil-kura li teħtieġ kompetenza teknika speċjalizzata. Iżda l-morda u l-familji tagħhom għandu jkollhom l-għażla f’dak kollu relatat mal-kompiti li jakkumpanjaw iż-żamma tal-pazjenti d-dar. Minn hawn joħroġ il-bżonn li l-persuni impjegati jingħataw il-possibbiltà li jkunu assenti mix-xogħol meta wieħed mill-membri tal-familja jkollu bżonn il-kura. |
2.11 |
F’mument fejn is-sistemi kollha tal-irtirar iridu jiġu riveduti, għandha tittieħed l-opportunità sabiex jerġa’ jinstab il-bilanċ fil-ħin tax-xogħol tul il-ħajja kollha. Jekk stennija itwal tal-għomor tagħmilha possibbli li tkompli taħdem, l-irġiel u n-nisa għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw, matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom, minn perjodi twal ta’ ġranet frank, full time jew part time, iffinanzjati bħall-pensjonijiet, sabiex jieħdu ħsieb il-qraba morda jew l-anzjani dipendenti. Hemm bżonn ta’ libertà akbar fl-għażla sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jorganizzaw il-perjodu ffinanzjat minn xogħolhom, u mhux biss l-irtirar, skont il-bżonnijiet tagħhom. L-imsieħba soċjali Ewropej li diġà nnegozjaw il-leave tal-ġenituri jistgħu jkomplu b’dan it-tip ta’ leave, dawn il-kontijiet ta’ tfaddil ta’ ġranet tax-xogħol neċessarji sabiex jiġi sodisfat il-bżonn li jkun hemm konċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja familjali u dik professjonali. |
2.12 |
Sabiex il-familja tibqa’ l-ewwel sors ta’ solidarjetà, din irid ikollha l-mezzi. Minn issa, iż-żmien li jittieħed sabiex jiġi kkurat qarib marid jew dipendenti għandu jitqies fil-kalkolu tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u tal-pensjonijiet. |
2.13 |
Hemm bżonn ukoll li jiġu żviluppati servizzi sabiex jiġu megħjuna l-persuni dipendenti fil-bżonnijiet ta’ kuljum: għajnuna fil-kamra tal-banju, tindif, preparazzjoni tal-ikel, infermiera għal bil-lejl. Dan is-settur tal-impjiegi li jassistu lill-familja qiegħed jiżviluppa sew: qegħdin jinħolqu impjiegi ġodda. F’ħafna pajjiżi x-xogħol fid-dar għadu informali, mhux iddikjarat, mhux protett, mingħajr kwalifiki rikonoxxuti u li ta’ spiss isir minn ħaddiema migranti nisa. Huwa qasam essenzjali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, fejn l-istereotipi għadhom dominanti, in-natura teknika mhix rikonoxxuta, il-kuntratti huma prekarji jew ma jeżistux u l-pagi huma baxxi ħafna minkejja li dawn l-impjiegi huma indispensabbli sabiex l-ekonomija tiffunzjona. Il-Konvenzjoni li għadha kif ġiet adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi għandha tikkontribwixxi sabiex dan is-settur isir aktar etiku u professjonali, bil-kundizzjoni li jinstabu s-sorsi ta’ finanzjament, li ma jistgħux jiġu biss minn but il-morda li għandhom bżonn il-kura jew mingħand il-familji tagħhom. |
3. L-għanijiet tal-programm
3.1 |
Il-programm jipproponi li jinfirxu s-soluzzjonijiet innovattivi sabiex tiġi ffaċċjata l-problema tan-nuqqas ta’ ħaddiema. F’dan il-perjodu ta’ qgħad kbir fl-Ewropa, hemm bżonn li jitqajjmu l-mistoqsijiet dwar id-diffikultajiet li tiffaċċja l-industrija tal-kura tas-saħħa fir-reklutaġġ. Din il-fergħa professjonali, b’numru għoli ħafna ta’ nisa, ma tattirax biżżejjed żgħażagħ jew irġiel minħabba rikonoxximent insuffiċjenti tal-kwalifiki u l-kompetenzi, ħinijiet u kundizzjonijiet diffiċli ta’ xogħol u salarji baxxi. L-ugwaljanza professjonali tiġi miż-żieda fis-salarji u rikonoxximent aħjar tal-kompetenzi tekniċi kif ukoll l-aċċess għat-taħriġ tul il-ħajja kollha. |
3.2 |
Innovazzjoni importanti tista’ tikkonsisti f’li tiżdied il-preżenza tal-irġiel, u dan jeħtieġ miżuri. L-imsieħba soċjali għandhom jippromovu politiki li jiffavorixxu l-preżenza tal-gruppi sottorappreżentati. Għandna noqogħdu attenti li l-istatus ta’ intraprenditur li jaħdem għal rasu ma jwassalx biex il-persunal li jaħdem fil-qasam tal-kura jittraskura l-ħin tal-brejk u jaħdem sa ma jkun eżawst. Għandha titpoġġa l-enfasi wkoll fuq l-innovazzjonijiet tekniċi, organizattivi u soċjali kollha li jippermettu li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u titnaqqas id-diffikultà. |
3.3 |
Fis-settur tal-kura tas-saħħa, fejn il-limitazzjonijiet huma kbar, il-morda għandhom bżonn tal-kura 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Jinkludi wkoll ix-xogħol bil-lejl u sigħat li ftit li xejn huma kompatibbli ma’ ħajja familjali. Sabiex jinkisbu kundizzjonijiet sodisfaċenti ta’ xogħol hemm bżonn li l-persunal ikun involut mill-qrib fid-deċiżjonijiet. L-imsieħba soċjali, fil-kuntest tad-djalogu soċjali settorjali, għandhom jistudjaw l-użu ta’ ideat innovattivi fuq il-post tax-xogħol, bħall-ġestjoni individwali tas-sigħat tax-xogħol (self-rostering), li tista’ tibbenefika mill-appoġġ tal-istrumenti tal-ICT (Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni). |
3.4 |
L-imsieħba soċjali għandhom jaħdmu mal-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġu sostnuti t-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja kollha, iċ-ċaqliq intern tal-postijiet tax-xogħol u l-ksib ta’ kompetenzi fil-ġestjoni u fl-organizzazzjoni. Sabiex ikun hemm konċiljazzjoni aktar faċli bejn ix-xogħol u t-tagħlim, għandhom iqisu għadd ta’ għażliet, fosthom is-sekondar, it-taħriġ fl-impjieg, it-tagħlim onlajn. Il-possibbiltajiet estiżi ta’ karriera huma essenzjali sabiex ma jitlaqx il-persunal. |
3.5 |
Li n-nuqqas ta’ ħaddiema jingħeleb permezz tat-taħriġ tal-persuni qiegħda u salarju adegwat jidher soluzzjoni aħjar milli jiġu attirati ħaddiema diġà mħarrġa mill-pajjiżi terzi: fil-fatt, dawn it-tobba, l-infermiera, il-fiżjoterapisti eċċ. li ġejjin mill-Afrika, l-Asja jew l-Amerika Latina jonqsu minn pajjiżhom li jkun iffinanzja t-taħriġ tagħhom. L-imsieħba soċjali Ewropej fil-qasam tas-saħħa ħejjew kodiċi ta’ imġiba dwar ir-reklutaġġ u ż-żamma transkonfinali etiċi fis-settur tal-isptar. Jeħtieġ li dan jiġi applikat u jinfirex. Meta l-professjonisti minn pajjiżi terzi jkunu jridu xorta waħda jittrasferixxu ruħhom fl-Ewropa, fl-2007, il-Kumitat, f’Opinjoni dwar is-Saħħa u l-Migrazzjonijiet, kien ippropona li jinħoloq fond ta’ kumpensi sabiex professjonisti oħra jkunu jistgħu jitħarrġu f’pajjiżhom (3). |
3.6 |
L-ewwel għan tal-programm jikkonsisti f’li “titrawwem il-kooperazzjoni Ewropea fuq il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) u li jiġi esplorat il-potenzjal tas-servizzi elettroniċi fil-qasam tas-saħħa u l-ICT għas-Saħħa”. Jeħtieġ li jiġu definiti oqfsa Ewropej sabiex titħares id-data kunfidenzjali f’każ ta’ skambju transkonfinali (pereżempju fajls tal-pazjenti jew riċetti tat-tabib). |
3.7 |
It-tieni għan tal-programm huwa “li jikber l-aċċess għall-għarfien espert mediku u informazzjoni medika għal kundizzjonijiet speċifiċi anki lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet u linji gwida komuni biex titjieb il-kwalità tal-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti sabiex jikber l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE”. Siti tal-internet fuq il-kwistjonijiet tas-saħħa mmirati għall-pubbliku in ġenerali u li huma kkonsultati ħafna joffru informazzjoni medika u jikkontribwixxu għall-edukazzjoni dwar is-saħħa. Għall-mard mhux perikoluż, il-konsultazzjoni tagħhom tista’ tevita viżta għand it-tabib. Meta l-persuni jinformaw ruħhom bil-benefiċċji tal-mediċini tradizzjonali, tal-mediċini alternattivi, tal-kura bil-pjanti, tal-kura termali, tal-massaġġi eċċ., ikunu qegħdin jgħinu lilhom nfushom jibqgħu f’saħħithom. Huwa utli li jinxtered għarfien aħjar tal-persuna nnifisha u tal-bżonnijiet psikoloġiċi u fiżjoloġiċi sabiex il-popolazzjoni tinżamm f’saħħitha u jiġi limitat l-użu żejjed kemm tal-kura kif ukoll tal-mediċini. Jeħtieġ li jiġu organizzati skambji u jiġu definiti oqfsa Ewropej sabiex ikun hemm garanzija tal-eżattezza tal-informazzjoni mifruxa lill-pubbliku (akkreditazzjoni) sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ dawk li jfittxu biss il-profitt waqt li jabbużaw mill-kredulità tal-morda. |
3.8 |
Jeħtieġ li jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar il-mekkaniżmi implimentati fi kwalunkwe reġjun sabiex jitjieb l-aċċess għall-kura u jiġu permessi ż-żamma jew il-wasla ta’ tobba jew ta’ persunal ikkwalifikat fil-qasam tas-saħħa, f’ambjent rurali jew fl-ifqar żoni, abbażi tal-ippjanar ta’ sistemi u politiki tas-saħħa u tas-servizzi lill-persuni. |
3.9 |
It-tielet għan propost huwa “li jkun identifikat, mifrux u promoss l-użu tal-aqwa prattiki vvalidati għall-miżura ta’ prevenzjoni kosteffettivi billi jiġu indirizzati l-fatturi ta’ riskju ewlenin, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS”. Fi programm fejn l-innovazzjoni hija preżenti ħafna, jeħtieġ ukoll li jiġi promoss l-iskambju dwar il-fatturi ġodda ta’ riskju daqstant importanti għall-futur. |
3.10 |
Minħabba t-tibdil fil-klima, iż-żieda fit-tniġġis, it-tibdil fl-istil tal-ħajja (ħajja sedentarja, sigħat twal bilqiegħda quddiem skrin, eċċ.) u t-tifrix ta’ numru ta’ aġenti kimiċi li l-effetti tagħhom fit-tul fuq is-saħħa għadhom mhux magħrufa, nibtu problemi ġodda u mard kroniku ġdid, li ser ikunu l-problemi ewlenin tas-seklu 21. |
3.11 |
Bejn tmiem is-seklu 19, meta beda jintuża fl-industrija u l-kostruzzjoni, u l-projbizzjoni tiegħu fl-aħħar tas-seklu 20, l-asbestos qatel għexieren ta’ mijiet ta’ ħaddiema. |
3.12 |
L-agrikoltura tuża pestiċidi u prodotti kimiċi oħrajn li l-periklu tagħhom għall-organiżmu jidher biss wara ħafna żmien. Xi studji qed juru t-tħassib tagħhom dwar ir-rata tal-kankru fost il-bdiewa. Dawn il-prodotti jinfirxu fl-arja, fl-ilma u fl-ikel. Sabiex l-ikel jiġi kkonservat aktar fit-tul u tiġi modifikata t-togħma tiegħu, l-industrija agroalimentari tuża wkoll l-addittivi. |
3.13 |
Ma’ dawn jiżdiedu l-prodotti tal-ħasil li jintużaw fid-dar u fuq il-postijiet tax-xogħol, in-numru ta’ prodotti użati fl-industrija u l-mediċina. L-użu żejjed tal-mediċina diġà qiegħed joħloq reżistenza għall-antibijotiċi, liema antibijotiċi jingħataw ukoll lill-annimali tat-trobbija u jinfirxu fl-ilma. Prodotti oħra, bħall-gass, in-nugrufun, eċċ., jinxterdu fl-atmosfera. Flimkien dawn il-prodotti jiffurmaw “soppa kimika”, li tinstab fl-ambjent, li waħda mill-konsegwenzi tidher li hija ż-żieda rapida ta’ allerġiji u kankru. Il-mewġ elettromanjetiku wkoll joħloq it-tniġġis. |
3.14 |
Kwistjoni oħra li toħloq tħassib hija dik tal-konsegwenzi tal-espożizzjoni għall-prodotti, għar-radjazzjonijiet u għat-tibdil fl-istil tal-ħajja fuq il-kapaċità riproduttiva tal-bnedmin. Minkejja li l-kawżi tar-rati baxxi ta’ twelid huma qabel kollox soċjoloġiċi, m’għandhomx jitwarrbu d-diffikultajiet fiżjoloġiċi kbar ta’ għadd ta’ koppji hekk kif jiddeċiedu li jkollhom it-tfal. |
3.15 |
Fost ir-riskji l-ġodda, l-istress fuq il-post tax-xogħol huwa wieħed mill-kawżi ta’ dipressjoni li tista’ twassal għal suwiċidju. L-istress tal-persuni qiegħda, u b’mod aktar globali ta’ dawk kollha li jħossuhom inutli fis-soċjetà, jistħoqqlu wkoll li jiġi miġġieled. Is-saħħa mentali hija waħda mill-komponenti essenzjali tal-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni. |
3.16 |
It-tħejjija għal tixjiħ tajjeb issir tul il-ħajja kollha. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol jaqdu rwol determinanti: l-istennija tal-ħajja mhijiex l-istess għall-impjegati ta’ uffiċċju, il-ħaddiema bix-xift jew l-impjegati fl-agrikoltura. It-tnaqqis tad-diffikultajiet, il-limitazzjoni tax-xogħol bil-lejl u t-tnaqqis fil-livell ta’ stress huma wkoll mod kif wieħed jipprepara għal tixjiħ b’saħħtu. |
3.17 |
Sabiex persuna tixjieħ b’saħħitha, hemm bżonn li tħossha utli fis-soċjetà, ikollha netwerk ta’ relazzjonijiet, kurżità għatxana, iżżomm attività professjonali jew volontarja, tipprattika attivitajiet sportivi u jkollha iġjene tajba fil-ħajja. |
3.18 |
Suġġett ieħor, dak tat-tmiem il-ħajja, jistħoqqlu skambji fil-livell Ewropew peress li dan jikkonċerna r-responsabbiltà ta’ kull ċittadin u r-rapport tiegħu mal-idea li jkollu ħajja dinjituża. Illum il-ġurnata, il-maġġoranza vasta tal-popolazzjoni tmut fl-isptar; għalhekk tmiem il-ħajja huwa kwistjoni importanti. |
3.19 |
Jeħtieġ li jiġu żviluppati servizzi tas-saħħa li jnaqqsu l-uġigħ u b’hekk jippermettu li tiġi evitata t-tbatija, meta l-marid m’għandux tama, u l-kura medika ineffettiva. Dawn is-servizzi ma jeżistux fl-isptarijiet kollha, jew ma jistgħux jilqgħu lil dawk kollha li għandhom bżonn. |
3.20 |
Ir-raba’ għan tal-programm huwa “l-iżvilupp ta’ approċċi komuni u l-wiri tal-valur tagħhom għal stat ta’ tħejjija u għal koordinazzjoni aħjar f’emerġenzi tas-saħħa sabiex iċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid għas-saħħa ta’ natura transkonfinali”. L-epidemiji ma jagħrfux fruntieri u għalhekk il-kooperazzjoni f’dan il-qasam hija indispensabbli. Ikun għaqli li jinsiltu lezzjonijiet mill-miżuri li ttieħdu sabiex fil-futur tiġi evitata l-ħela. Għandha ssir id-distinzjoni bejn il-miżuri ta’ prevenzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, li jistgħu jiġu mfakkra, u dawk li jinkludu x-xiri ta’ prodotti li t-tul ta’ ħajja tagħhom huwa limitat. L-iskambju dwar l-ispejjeż u r-riżultati jista’ jippermetti li jitfasslu metodi adegwati għall-għanijiet. |
Brussell, 23 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) pereżempju EE, HU, LV, …
(2) Ara l-Opinjonijiet tal-KESE li ġejjin:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(3) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 256, 27.10.2007, p. 123
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/107 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-attivitajiet tal-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore”
COM(2011) 688 finali — 2011/0309 (COD)
2012/C 143/20
Relatur: is-Sur LYON
Nhar is-17 ta’ Novembru 2011 u nhar id-29 ta’ Novembru 2011 rispettivament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-attivitajiet tal-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore
COM(2011) 688 final – 2011/0309 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-20 ta’ Jannar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’111-ilvot favur, 2 voti kontra u 9 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Għalkemm l-inċidenti kbar offshore huma rari, il-konsegwenzi li jkollhom f’termini ta’ periklu għall-ħajja tal-bniedem, l-ambjent, l-ekonomija u l-klima ħafna drabi jkunu katastrofiċi. |
1.2 |
Il-ħtieġa ta’ approċċ konsistenti tal-UE lejn is-sikurezza tal-attivitajiet relatati maż-żejt u l-gass offshore hija rikonoxxuta sew. |
1.3 |
L-aħjar mod biex jintlaħaq dan l-għan huwa permezz tat-tixrid u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards li diġà huma stabbiliti fil-biċċa l-kbira tal-industrija. |
1.4 |
Il-KESE jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jiġiferi l-“Għażla 2”, bħala l-pakkett ta’ miżuri li l-iktar jista’ jilħaq l-għanijiet ta’ din il-Proposta. |
1.5 |
Ir-Regolament għandu jimmira li jsaħħaħ id-devoluzzjoni tar-regolamentazzjoni tal-miżuri ta’ riforma lejn l-awtoritajiet nazzjonali u partijiet interessati kompetenti, filwaqt li jinżamm rwol definit sew iżda limitat għall-Grupp propost tal-Awtoritajiet Offshore tal-UE. |
1.6 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq lejn konklużjoni bikrija d-deliberazzjonijiet tagħha dwar is-sigurtà tal-prodott, il-kapaċità finanzjarja u, l-aktar importanti, ir-responsabbiltà tal-intrapriżi. |
1.7 |
L-operaturi tal-UE impenjati fl-attivitajiet tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni barra mit-territorji tal-UE għandhom jitħeġġu jesportaw l-aqwa standards tal-UE. |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Fis-27 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ħarġet bil-Proposta tagħha għal Regolament dwar is-sikurezza tal-attivitajiet tal-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore. |
2.2 |
Fl-isfond tad-diżastru tad-Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku f’April 2010, u fid-dawl ta’ dak li l-Kummissjoni ddeskriviet bħala riskju sinifikanti ta’ inċident kbir offshore fis-settur offshore Ewropew, ma tantx jibqa’ dubji dwar l-urġenza li biha jeħtieġ li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imsemmija mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni tal-Impatt (li takkumpanja din il-proposta) u li jiġu adottati miżuri adegwati. Dawn il-kwistjonijiet huma:
|
2.3 |
Il-Kummissjoni temmen li l-aħjar mod biex jissolvew dawn il-kwistjonijiet huwa permezz ta’:
|
2.4 |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tittama li tilħaq dawn l-ambizzjonijiet billi tippromovi “mudell tal-aħjar prattika tal-UE”, jiġifieri billi timplimenta pakkett ta’ riformi li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma bbażati fuq prattiki li ilhom stabbiliti u li huma meqjusa bħala prattiki tajbin fis-settur tal-Baħar tat-Tramuntana. Dan iwassal għal kollaborazzjoni akbar fil-valutazzjoni tar-riskju, l-ippjanar ta’ kontinġenza, ir-rispons għall-emerġenzi, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, tal-għarfien u tar-riżorsi. Dan il-mudell (identifikat bħala l-“Għażla 2” fil-Valutazzjoni tal-Impatt) jikkontempla t-twaqqif ta’ “Awtorità Kompetenti” f’kull Stat Membru li jkollha responsabbiltà ġenerali għal kwistjonijiet relatati mal-industrija, u bejn l-Istati Membri, Grupp ta’ Awtoritajiet Offshore tal-UE biex jistabbilixxi standards ġodda ta’ sikurezza, jiffaċilita l-programmi regolatorji tal-UE, u jiżgura rappurtar standard fil-fruntieri nazzjonali. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Fis-settur Ewropew taż-żejt u l-gass offshore hemm kważi 1 000 installazzjoni offshore. Ġeografikament, dawn il-faċilitajiet huma mqassmin hekk: 486 fir-Renju Unit; 181 fil-Pajjiżi l-Baxxi; 123 fl-Italja; 61 fid-Danimarka; 7 fir-Rumanija; 4 fi Spanja; 3 fil-Polonja; 2 fil-Ġermanja; 2 fil-Greċja; 2 fl-Irlanda; u 1 fil-Bulgarija. |
3.2 |
Il-KESE jemmen li s-sikurezza, f’kull aspett tal-attivitajiet relatati maż-żejt u l-gass offshore u f’kull riżultat assoċjat ma’ din l-industrija, hija ta’ importanza assoluta, u jilqa’ b’sodisfazzjon din l-inizjattiva tal-Kummissjoni. |
3.3 |
Għalkemm fil-biċċa l-kbira tiegħu, ir-Regolament jiffoka fuq il-prevenzjoni jew it-trażżin tal-impatti ambjentali tal-inċidenti jew l-aċċidenti offshore, il-KESE bi pjaċir jinnota li fil-Valutazzjoni tal-Impatt, is-saħħa, is-sikurezza u l-benesseri tal-ħaddiema fl-industrija taż-żejt u l-gass offshore ma ġewx injorati. |
3.4 |
Il-KESE jirrikonoxxi li għandu jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżiti tal-Proposta u l-ħtiġijiet tal-UE għall-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. |
3.5 |
Filwaqt li fi ħdan l-UE ma hemm l-ebda korp tal-liġi ddedikat speċifikament għas-sigurtà tal-attivitajiet taż-żejt u tal-gass offshore, għadd ta’ Direttivi eżistenti jittrattaw kwistjonijiet marbutin mill-qrib ma’ dawk li jinsabu fil-Proposta, bħalma huma d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (2004/35/KE), id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (2008/98/KE), id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (85/337/KEE, kif emendata), il-miżuri introdotti fid-Direttiva Qafas dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (89/391/KEE) li jkopru r-rekwiżiti minimi għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni minerali permezz tat-tħaffir, u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE). Peress li dawn ma jaqblux preċiżament mal-objettivi tal-Proposta, jistgħu jiġu applikati biss pass pass jekk, fil-fatt, ikunu jistgħu jiġu applikati mingħajr ma jiġu adattati. Filwaqt li, pereżempju, id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali tittratta t-tniġġis offshore, din ma tapplikax għad-dannu tal-ilma fiż-Żona Ekonomika Esklużiva jew għall-blata kontinentali, li jeħtieġ li tkun protetta skont id-Direttiva dwar l-Istrateġija Marina. |
3.6 |
Kritika rikorrenti (min-naħa tal-kummentaturi) hija li l-istandards eżistenti tas-sikurezza, ir-rimedju, ir-responsabbiltà u l-kumpens (permezz tad-Direttiva, l-awtoregolazzjoni, il-ftehimiet u l-protokolli internazzjonali) ħafna drabi “mhumiex konnessi” u ma jiġux rispettati b’mod sodisfaċenti – minħabba differenzi fl-enfasi u l-interpretazzjoni, nuqqas ta’ attenzjoni għall-ispirtu, jekk mhux għad-dettalji, tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni u infurzar, u kultura korporattiva fqira. Dan jiskredita l-proċess leġislattiv u huwa insodisfaċenti. Il-bidu ġdid deskritt fil-Proposta għandu jintlaqa’ pożittivament. |
3.7 |
Fis-settur tal-Baħar tat-Tramuntana, il-prattiki u l-proċeduri industrijali, kemm dawk volontarji u kemm dawk statutorji, ġew deskritti mill-Kummissjoni bħala “l-aħjar prattiki operattivi”, “l-aħjar prattiki tal-Unjoni”, “l-aħjar prattiki disponibbli definiti fi standards u gwidi awtorevoli”, “l-aħjar standard attwali”, “prattiki l-aktar moderni”, u “l-aħjar prattika globali rikonoxxuta fil-kontroll tar-riskju ta’ perikli kbar”, b’approċċ regolatorju ta’ stabbiliment tal-miri meqjus “ta’ klassi dinjija”. Madankollu, il-KESE jinsab imħasseb dar il-livell relattivament għoli ta’ riskju li jibqa’, u huwa tal-fehma li r-Regolament propost ser iqawwi l-kultura tas-sikurezza korporattiva. |
3.8 |
Dawn il-prattiki evolvew u mmaturaw permezz tal-esperjenzi miksuba mill-esplorazzjoni, l-inġinerija u l-operazzjonijiet (xi drabi dawn ħallew togħma qarsa, meta niftakru fid-diżastri ta’ Alexander Kielland (1980) u tal-Piper Alpha (1988)). Il-KESE jirrikonoxxi li dan huwa proċess kontinwu, li jirrikjedi evalwazzjoni kostanti, u jemmen li l-operaturi li jaħdmu f’din l-industrija la huma kompjaċenti u lanqas huma kajmana biex jintroduċu miżuri u linji gwida ġodda jew biex jadattaw l-istandards jew il-proċeduri eżistenti kull meta jkun hemm bżonn jew ikun konvenjenti. Ir-Regolament ser joffri qafas uniformi fejn dan jista’ jseħħ. |
3.9 |
Sett ta’ prinċipji, proċeduri u kontrolli fi ħdan l-UE, li jkun koerenti, komprensiv u universali f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tiegħu, kif indirizzat fir-Regolament, huwa f’waqtu u essenzjali għall-governanza tajba tal-industrija hija u tiżviluppa oqsma ġodda ta’ esplorazzjoni u produzzjoni. Il-KESE jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jiġiferi l-“Għażla 2”, bħala l-aktar approċċ aċċettabbli. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 |
F’għadd ta’ referenzi, il-Kummissjoni tenfasizza r-riskji ta’ aċċident kbir taż-żejt jew tal-gass fl-ilmijiet tal-UE u tiddeskrivihom bħala riskji “sinifikanti kullimkien fl-Unjoni”, “iktar reali minn kemm jistgħu jidhru” u bħala riskji “għoljin b’mod inaċċettabbli”. Il-KESE jixtieq ikun jaf kif ġiet issostanzjata din l-affermazzjoni. |
4.2 |
Il-KESE għandu t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li jekk jintagħżel ir-Regolament bħala l-istrument legali preferut, il-Proposta tal-Kummissjoni tista’ twassal:
|
4.3 |
Filwaqt li hemm il-fehma li r-reġim eżistenti tal-aħjar prattika (il-mudell tal-Baħar tat-Tramuntana) flimkien mar-rwol ta’ organizzazzjonijiet bħalma huma il-Forum tal-Awtoritajiet dwar Attivitajiet fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Grupp Konsultattiv għall-Prevenzjoni u Rispons għat-Tixrid taż-Żejt, l-Offshore Oil Pollution Liability Association Ltd, il-Forum tar-Regolaturi Internazzjonali u s-Servizzi ta’ Emerġenza tal-Kooperattiva tal-Operaturi, jagħtu evidenza biżżejjed ta’ kif jiffunzjoni l-prinċipju tas-sussidjarjetà permezz tal-azzjonijiet tal-Istati Membri, u li l-approċċ preferut tal-Kummissjoni sabiex jogħlew l-istandards jista’ jinkiseb permezz ta’ Direttiva, il-KESE jagħraf, fl-immedjat u fiċ-ċertezza, il-merti prinċipali ta’ Regolament u jagħraf ir-Regolament bħala l-istrument leġislattiv preferut tal-Kummissjoni. Il-KESE jistenna li r-Regolament jikkoreġi l-inkonsistenzi attwali bejn l-Istati Membri, u li jassimila u jirrifletti l-aħjar elementi, prinċipji u standards tal-Mudell tal-Baħar tat-Tramuntana. |
4.4 |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tgħid jekk ġewx ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 194(2) tat-TFUE, u, jekk iva, sa liema punt, meta tħejjew id-dispożizzjonijiet tal-Proposta. |
4.5 |
Il-kultura tas-sikurezza tal-UE għandha, kull meta jkun possibbli, tiġi applikata b’mod uniformi mill-operaturi tal-UE kemm ġewwa kif ukoll barra mill-ibħra tal-UE. Konsegwentement, il-KESE jissuġġerixxi l-esplorazzjoni ta’ skema ta’ verifika minn parti terza sabiex dan l-objettiv jintlaħaq speċifikament. |
4.6 |
Id-diżastru tad-Deepwater Horizon jikkonferma l-ħtieġa li jissaħħu r-rekwiżiti finanzjarji mill-operaturi sabiex tiġi garantita l-kapaċità tagħhom li jkopru bis-sħiħ id-danni u l-ispejjeż ta’ kumpens minn kwalunkwe aċċident. Għaldaqstant il-KESE jirrakkomanda li tiġi esplorata aktar il-possibbiltà ta’ assigurazzjoni obbligatorja li tkopri r-responsabbiltà għal partijiet terzi (jew sistema ta’ protezzjoni ekwivalenti u adegwata f’każ ta’ responsabbiltà) u jissuġġerixxi klawżola ta’ reviżjoni għar-Regolament sabiex din il-kwistjoni urġenti tiġi ttrattata fil-futur qrib. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/110 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi”
COM(2011) 518 finali
2012/C 143/21
Relatur: is-Sur JÍROVEC
Nhar it-30 ta’ Awwissu 2011 il-Kummissjoni Ewropea iddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi
COM(2011) 518 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’117-il vot favur, 3 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jirrakkomanda l-adozzjoni tar-regolament propost. Il-KESE jaqbel li hemm bżonn li jiġi vvalutat l-impatt tar-Regolament sentejn wara l-implimentazzjoni tiegħu. Ikun utli wkoll li din il-kwistjoni tiġi riveduta fi żmien ħames snin biex isir monitoraġġ tal-ostakli li jista’ jkun għad hemm għall-funzjonament tajjeb u sikur tat-trasport tal-materjali radjuattivi fl-Unjoni Ewropea. |
1.2 |
Il-KESE jippreferi t-tieni għażla proposta fir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt, jiġifieri: Regolament b’regoli armonizzati u rwol tal-Awtoritajiet Kompetenti li jkun aktar effiċjenti. |
1.3 |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji għall-għoti tar-reġistrazzjoni jiġu armonizzati. |
1.4 |
Is-sistema ta’ reġistrazzjoni fuq il-web għandha tkun stabbilita, ivverifikata u funzjonali meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. |
1.5 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-istabbiliment ta’ aġenzija ġdida – kif ġie kkunsidrat fl-Għażla 3 – iżid il-burokrazija għan-negozji, filwaqt li jitnaqqas l-effett tar-Regolament b’mod ġenerali. |
1.6 |
Il-KESE jinnota li l-assigurazzjoni rikjesta għat-trasportaturi tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Għalkemm tali assigurazzjoni ma tistax tiġi koperta fil-proċedura tar-reġistrazzjoni minħabba l-bażi legali, il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex jaslu għall-armonizzazzjoni tal-iskemi tal-assigurazzjoni meħtieġa. |
1.7 |
Id-definizzjonijiet kif ikunu mniżżla fir-Regolament għandhom ikunu kemm jista’ jkun konsistenti mal-Glossarju tal-IAEA, speċjalment id-definizzjoni ta’ “trasportaturi” filwaqt li jiġi kkunsidrat li d-definizzjonijiet iridu jkunu konformi mal-leġislazzjoni Euratom, b’mod partikolari d-Direttiva 96/29/Euratom. |
1.8 |
L-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li jikkoreġi jew iżid mal-informazzjoni fl-applikazzjoni tiegħu flok ma jiġi rifjutat mingħajr aktar analiżi (Artikoli 5.7 u 5.10). |
2. Introduzzjoni u punti prinċipali tal-proposta għal Regolament
2.1 |
L-għan ta’ din il-proposta huwa li l-proċeduri ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni jinbidlu b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika għat-trasport ta’ materjali radjuattivi li tgħin fis-semplifikazzjoni tal-proċedura, tnaqqas il-burokrazija żejda u tneħħi l-ostakli għad-dħul, filwaqt li żżomm il-livelli għoljin ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni li ntlaħqu sal-lum. |
2.2 |
Fil-livell Ewropew, it-trasportaturi tal-materjali radjuattivi huma koperti mil-leġislazzjoni tat-trasport taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-leġislazzjoni dwar aspetti relatati speċifikament mar-radjazzjoni, inkluża l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom). |
2.3 |
Il-leġislazzjoni tat-TFUE ġiet issemplifikata bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi, li tkopri l-modi kollha tat-trasport intern. |
2.4 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 tistabbilixxi l-istandards ta’ sikurezza bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li joriġinaw mir-radjazzjoni jonizzanti. Skont l-Artikolu 30 tat-Trattat, dawn l-istandards bażiċi huma:
L-Artikolu 33 jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu dispożizzjonijiet adatti sabiex jiżguraw il-konformità mal-livelli bażiċi. |
2.5 |
Sabiex jipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali u sabiex ix-xogħol tagħhom jiġi ffukat aħjar, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jeħtieġ li jkunu jafu fuq liema persuni, organizzazzjonijiet jew intrapriżi jridu jwettqu kontrolli. Għal dan il-għan, l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva jesiġu li l-Istati Membri jissottomettu ċerti prattiki li jinvolvu periklu minn radjazzjoni jonizzanti għal sistema ta’ rappurtar (notifika) u awtorizzazzjoni jew projbizzjoni minn qabel ta’ ċerti prattiki. Id-Direttiva 96/29/Euratom tapplika għall-prattiki kollha li jinvolvu riskju minn radjazzjoni jonizzanti li tkun ġejja minn sors artifiċjali jew minn sors ta’ radjazzjoni naturali, inkluż it-trasport. |
2.6 |
Meta titqies in-natura transkonfinali frekwenti tal-operazzjonijiet tat-trasport, trasportatur jista’ jkollu jsegwi dawn il-proċeduri ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni fl-Istati Membri kollha kkonċernati. Barra minn hekk, l-Istati Membri implimentaw dawn il-proċeduri f’sistemi differenti, biex b’hekk żdiedet il-kumplessità ta’ operazzjonijiet tat-trasport bħal dawn u tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. |
2.7 |
Dan ir-Regolament jissostitwixxi s-sistemi ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni fl-Istati Membri stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom b’reġistrazzjoni unika permezz ta’ Sistema Ewropea għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi. It-trasportaturi għandhom japplikaw permezz ta’ interfaċċja ċentrali tal-web. Dawn l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati mill-awtorità kompetenti nazzjonali rispettiva li toħroġ ir-reġistrazzjoni jekk l-applikant jissodisfa l-livelli bażiċi tas-sikurezza. Fl-istess ħin, is-sistema tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ħarsa ġenerali aħjar tat-trasportaturi li joperaw f’pajjiżhom. |
2.8 |
Ir-Regolament jadotta approċċ differenzjat (“iggradat”) billi jeskludi mill-proċedura tar-reġistrazzjoni t-trasportaturi li jittrasportaw esklużivament “pakketti ta’ eċċezzjoni”. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament iħalli f’idejn l-Istati Membri sabiex iżidu r-rekwiżiti addizzjonali tar-reġistrazzjoni għal trasportaturi ta’ materjali fissili u b’radjuattività għolja. |
2.9 |
Il-liġi Komunitarja u nazzjonali kif ukoll ir-regoli internazzjonali l-oħra rigward il-protezzjoni fiżika, is-salvagwardji, u r-responsabbiltà ta’ terzi persuni jibqgħu japplikaw, speċjalment id-Direttiva 2008/68/KE. |
2.10 |
Dan ir-Regolament jillibera r-riżorsi għal użu alternattiv fl-awtoritajiet kompetenti involuti bħalissa f’dawn il-proċeduri amministrattivi, billi r-reġistrazzjoni tiġi eżaminata minn awtorità kompetenti waħda biss. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Il-KESE jippreferi t-tieni għażla proposta fir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt, jiġifieri: Regolament b’regoli armonizzati u rwol tal-Awtoritajiet Kompetenti li jkun aktar effiċjenti. |
3.2 |
Regolament imur pass iktar ’il quddiem minn rakkomandazzjoni – billi a) jipproponi regoli armonizzati li japplikaw direttament, bħal sistema ta’ reġistrazzjoni komuni għat-trasportaturi li telimina s-sistemi differenti ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni li jintużaw fl-Istati Membri, u b) jagħti aċċess lit-trasportaturi għas-suq tat-trasport tal-EU27 permezz ta’ proċedura waħda mħaffa, filwaqt li jadotta approċċ differenzjat. Il-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta’ reġistrazzjoni elettronika sikura għall-iskambju neċessarju tad-data. |
3.3 |
Għalkemm l-għażliet analizzati mill-ECORYS – l-esperti indipendenti li wettqu studju ta’ appoġġ għall-Kummissjoni – jidhru li għandhom impatt pjuttost modest minn perspettiva globali, dan l-impatt fil-fatt huwa rilevanti għal settur tant żgħir. L-impatti huma kkategorizzati f’ħames gruppi, li huma: Spejjeż u tariffi għas-settur pubbliku, effetti regolatorji, trasport, sikurezza u ambjent, u impatti soċjali. |
3.4 |
Il-kumpaniji ż-żgħar u ta’ daqs medju huma mistennija jibbenefikaw fir-rigward tal-iffrankar totali li jagħmlu b’dawn l-għażliet: iktar ma jkun hemm iffrankar globali, iktar jiffrankaw dawn l-intrapriżi, li minħabba fil-kumplessità u l-ispejjeż għoljin preżentement huma spiss imblukkati milli jidħlu fis-suq. |
3.5 |
Regolament iwassal għall-iffrankar ta’ EUR 13,6 miljuni fis-sena iktar mix-xenarju bażi billi jipprevedi, fost affarijiet oħra, ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tat-trasportaturi. Tali approċċ inaqqas il-burokrazija għat-trasportaturi, l-utenti u l-produtturi, filwaqt li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni riżorsi fi ħdan l-awtoritajiet. Dawn imbagħad ikunu jistgħu jintużaw, tal-inqas parzjalment, għall-verifiki tal-konformità, u fil-fatt in-nuqqas tagħhom huwa waħda mill-problemi msemmija hawn fuq. |
3.6 |
Minħabba li regolament huwa vinkolanti, din l-għażla tkun effettiva biex tgħin jintlaħqu l-għanijiet – jiġifieri li tiġi ssemplifikata s-sistema, li tiġi introdotta t-trasparenza u li jiġu eliminati l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ sikurezza. |
3.7 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-istabbiliment ta’ aġenzija ġdida – kif ikkunsidrat fl-Għażla 3 – iżid il-burokrazija għan-negozji, filwaqt li jnaqqas l-effett tar-Regolament inġenerali. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 |
Id-definizzjonijiet kif inhuma mniżżla fir-Regolament għandhom ikunu kemm jista’ jkun konsistenti mal-Glossarju tal-IAEA, speċjalment id-definizzjoni ta’ “trasportaturi” filwaqt li jiġi kkunsidrat li d-definizzjonijiet iridu jkunu konformi mal-leġislazzjoni Euratom, b’mod partikolari d-Direttiva 96/29/Euratom. |
4.2 |
Il-KESE jaqbel li hemm bżonn jiġi vvalutat l-impatt tar-Regolament sentejn wara l-implimentazzjoni tiegħu. Ikun utli wkoll li din il-kwistjoni tiġi riveduta fi żmien ħames snin biex isir monitoraġġ tal-ostakli li jista’ jkun għad hemm għall-funzjonament tajjeb u sikur tat-trasport tal-materjali radjuattivi fl-Unjoni Ewropea. |
4.3 |
Sistema komuni u uniformi għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi fl-UE se tinkiseb bl-abbozz għal proposta attwali. L-Artikolu 3(3) jippermetti li trasportatur jittrasporta materjali radjuattivi mingħajr reġistrazzjoni addizzjonali taħt dan ir-Regolament jekk huwa jkollu diġà reġistrazzjoni għall-użu jew l-immaniġġar u t-trasport ta’ dak il-materjal. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex flimkien mal-partijiet interessati tinvestiga l-possibilità ta’ arranġamenti tranżizzjonali għad-detenturi tar-reġistrazzjonijiet tat-trasport. |
4.4 |
L-Artikolu 3(4) jipprovdi għal rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni addizzjonali għall-materjali b’riskju partikolari għas-saħħa. Il-KESE jixtieq li din il-lista ta’ materjali tkun tinkludi dawk il-materjali ttrasportati b’approvazzjonijiet multilaterali. |
4.5 |
Il-KESE jinnota li l-assigurazzjoni rikjesta għat-trasportaturi tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Għalkemm tali assigurazzjoni ma tistax tiġi koperta fil-proċedura tar-reġistrazzjoni minħabba l-bażi legali, il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex jaslu għall-armonizzazzjoni tal-iskemi tal-assigurazzjoni meħtieġa. |
4.6 |
Ir-reġistrazzjoni tat-trasportaturi li ssir fuq il-web għandha tkun disponibbli minn qabel, ittestjata u funzjonali. Dan iserraħ moħħ l-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti, u dan is-sentiment jinkiseb ukoll bl-estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni qabel id-dħul fis-seħħ skont l-arranġamenti tranżizzjonali konkreti skont l-Artikolu 4.6. |
4.7 |
Għandha tiġi żgurata flessibbiltà akbar fil-proċedura li twassal għar-reġistrazzjoni. L-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li jikkoreġi jew iżid mal-informazzjoni fl-applikazzjoni tiegħu flok ma jiġi rifjutat mingħajr aktar analiżi (Artikoli 5.7 u 5.10). |
4.8 |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji għall-għoti tar-reġistrazzjoni jiġu armonizzati. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/113 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi standards bażiċi tas-sikurezza kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti”
COM(2011) 593 finali — 2011/0254 (NLE)
2012/C 143/22
Relatur: is-Sur ADAMS
Nhar it-28 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċiediet, b’konformità mal-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi standards bażiċi tas-sikurezza kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti
(COM(2011) 593 final – 2011/0254 (NLE)).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’ 118-il vot favur, vot wieħed kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Konklużjonijiet
1.1.1 |
Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon din il-proposta, li tuża l-aktar analiżi xjentifika reċenti dwar il-perikli tar-radjazzjoni jonizzanti biex tindirizza, tiddefinixxi u testendi l-ħtiġijiet għall-ħarsien tas-saħħa tan-nies u tal-ambjent. |
1.1.2 |
B’mod partikolari, il-preżentazzjoni ta’ approċċ konsistenti, koerenti u unifikat lejn is-sikurezza permezz tal-integrazzjoni ta’ ħames Direttivi attwali ser ikollu impatt operattiv prattiku u pożittiv. |
1.2 Rakkomandazzjonijiet
1.2.1 |
Il-Kumitat jinnota li, possibbilment, ser jiġu mitluba rekwiżiti addizzjonali mill-Istati Membri wara t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali. Konsegwentement, inħossu li huwa partikolarment importanti li biex jiġu rispettati kemm l-ispirtu kif ukoll is-sustanza tal-leġislazzjoni jridu jingħataw riżorsi adegwati lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni nazzjonali. Dan japplika partikolarment f’termini ta’ bini ta’ approċċ ta’ kwalità, permezz ta’ edukazzjoni u taħriġ komprensivi. |
1.2.2 |
Il-Kumitat jappoġġja għalkollox l-approċċ li jestendi r-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u jirrakkomanda li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IX jiġu adottati (b’rikonoxximent adegwat tar-referenza għall-kriterji pendenti tal-ICRP (Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien Radjoloġiku) malli dawn il-kriterji jiġu formalizzati. |
1.2.3 |
Il-Kumitat japprezza li x-xogħol fuq il-proposta sar b’reqqa kbira mill-korpi kollha involuti u jirrakkomanda li din tiġi adottata kemm jista’ jkun malajr. |
2. Sfond għad-Direttiva proposta
2.1 Ir-radjazzjoni jonizzanti tinsab kullimkien fl-ambjent. Kull persuna fid-dinja hija esposta għal sfond ta’ radjazzjoni naturali. Din toħroġ minn materjali radjuattivi li jinsabu b’mod naturali fil-blat, il-ħamrija, l-ikel u l-arja. Peress li t-tip ta’ blat ivarja, ivarja wkoll il-livell ta’ radjazzjoni u sustanzi radjuattivi (Radon) li joħorġu mill-art; kemm wieħed ikun espost jiddependi mil-lokalità. Hemm ukoll effett mir-radjazzjoni kożmika. Ir-raġġi kożmiċi huma aktar intensivi f’altitudni u latitudni ogħla, u għalhekk l-ekwipaġġ tal-ajru u dawk li jtiru ta’ spiss huma aktar esposti. Kulħadd huwa espost għar-radjazzjoni mill-attività tal-bnedmin. L-aktar importanti minn dawn is-sorsi huwa l-esponiment mediku għar-radjazzjoni jonizzanti. Jeżisti wkoll l-esponiment okkupazzjonali mill-prattiki industrijali, bħar-radjazzjoni tas-saldaturi, u l-esponiment tal-pubbliku għat-tnixxijiet minn impjanti nukleari. Jibqgħu wkoll it-traċċi tar-radjuattività fl-ambjent mill-provi fuq l-armi nukleari u l-użu militari ta’ projettili bl-uranju mdgħajjef.
2.2 Ir-radjazzjoni għandha ħafna użi prattiċi fil-mediċina, ir-riċerka, il-bini u oqsma oħra. Il-periklu mir-radjazzjoni ġej mill-kapaċità tiegħu li jonizza l-molekoli fiċ-ċelloli ħajjin u b’hekk iwassal għal bidla bijokimika. Jekk tinbidel biżżejjed, ċellola ħajja tista’ tmut jew l-informazzjoni ġenetika tagħha (DNA) tista’ tinbidel b’mod permanenti. Din il-possibbiltà wasslet għall-adozzjoni bikrija ta’ miżuri nazzjonali ta’ ħarsien u regolatorji, anke qabel ma kienu magħrufa l-mekkaniżmi preċiżi ta’ ħsara, u mill-bidu nett, l-iżvilupp ta’ miżuri komuni għall-UE kollha taħt it-Trattat tal-Euratom.
2.3 Biex tiddeċiedi l-miżuri ta’ ħarsien adatti, il-leġislazzjoni Ewropea dejjem segwiet ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICRP u fl-2007 dan il-korp ħareġ linji gwida ġodda u ddettaljati dwar il-ħtiġijiet tal-ħarsien mir-radjazzjoni li jikkunsidraw l-iżvilupp tal-aħħar 20 sena. Fost dawn hemm il-proliferazzjoni tas-sorsi mill-attività tal-bniedem tar-radjazzjoni u r-riċerka kontinwa fl-effetti tas-sorsi naturali bħall-gass radon. L-intenzjoni ta’ din id-Direttiva hija li toffri, ħarsien ta’ livell għoli għall-ħaddiema, il-pazjenti u l-pubbliku mill-effetti ħżiena fuq is-saħħa tar-radjazzjoni jonizzanti abbażi tal-għarfien xjentifiku attwali. Hija tavvanza wkoll f’oqsma ġodda, bħall-ħarsien għall-ambjent.
2.4 Din hi biċċa xogħol importanti, li fiha 110 Artikoli li flimkien ma’ 16-il Anness tiġbor aktar minn 100 paġna ta’ test. Fil-fatt, hija tirriformula u tikkonsolida ħames Direttivi (1) attwali f’Direttiva waħda u tintroduċi rekwiżiti vinkolanti dwar il-ħarsien mir-radon fuq ġewwa u l-użu ta’ materjali tal-bini, il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent ta’ tnixxijiet mill-impjanti nukleari, u l-prevenzjoni ta’ ħsara lill-ambjent f’każ ta’ inċident.
2.5 Fil-qosor, iċ-ċittadini Ewropej ser jibbenefikaw minn din id-Direttiva l-ġdida billi jkollhom ħarsien tas-saħħa aħjar kontra r-radjazzjoni jonizzanti, l-aktar rigward:
— |
kampanji u miżuri ta’ appoġġ aktar effikaċi kontra l-esponiment għar-radon ġol-bini, |
— |
ħarsien aħjar tal-ħaddiema f’industriji li jipproċessaw materjal li huwa radjuattiv b’mod naturali, |
— |
ħarsien aħjar fl-applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti fil-kura medika u kontroll tal-għadd ta’ esponimenti, |
— |
ħarsien aħjar u aktar mobbiltà għall-ħaddiema speċjalizzati fl-industrija nukleari li jivvjaġġaw. |
2.6 Ir-rekwiżiti regolatorji fil-pajjiżi tal-UE ser jiġu armonizzati u jsiru koerenti mal-istandards internazzjonali. Wara l-attenzjoni partikolari fuq is-sigurtà nukleari bħala riżultat tal-kriżi ta’ Fukushima, il-proposta toffri rekwiżiti li joffru sfida akbar għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ esponiment ta’ emerġenza.
2.7 Din id-Direttiva tikkomplementa d-Direttiva dwar is-sustanzi radjuattivi fl-ilma tax-xorb li dwarha l-Kumitat ħareġ opinjoni reċentement (2).
2.8 L-Istandards Internazzjonali Bażiċi tas-Sikurezza approvati mill-Awtorità Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) jirriflettu l-kunsens internazzjonali u huma ddettaljati iżda mhumiex vinkolanti. Dawn jippermettu li jkun hemm differenzi madwar id-dinja fil-kapaċità nazzjonali. Id-Direttiva tmur lil hinn billi tistabbilixxi standards uniformi għall-Istati Membri filwaqt li tagħraf ukoll ir-regoli tas-suq intern. Id-Direttiva hija appoġġjata minn proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ bil-parteċipazzjoni tal-Grupp tal-Esperti b’konformità mal-Artikolu 31 tal-Euratom, l-IAEA, il-Kapijiet tal-Awtoritajiet Kompetenti Ewropej għall-Protezzjoni Radjoloġika (Heads of European Radiological Protection Competent Authorities – HERCA), l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni (International Radiation Protection Association – IRPA) u partijiet oħra interessati.
2.9 Il-bażi legali tad-Direttiva hija t-Trattat tal-Euratom. Il-Kumitat jinnota b’ċertu qbil il-preokkupazzjonijiet li tqajmu dwar kemm it-Trattat - li ma ġiex emendat mill-1957 – għadu bażi adatta li minnha jkunu jistgħu jiġu trattati kwistjonijiet ambjentali. Madankollu, ma tantx hemm ċans ta’ reviżjoni tal-Euratom fil-futur immedjat filwaqt li l-preokkupazzjonijiet dwar il-ħarsien ambjentali huma realtà u jridu jiġu indirizzati. Għandu jiġi notat li l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom fl-1957 kien jirrappreżenta leġislazzjoni primarja pijuniera dwar obbligi transkonfinali vinkolanti kemm rigward l-impatt fuq l-ambjent kif ukoll il-ħarsien tal-bniedem.
3. Sinteżi indikattiva tad-Direttiva proposta
3.1 F’direttiva kumplessa bħal din la mhuwa adatt u lanqas m’hemm biżżejjed spazju fil-limiti ta’ Opinjoni tal-Kumitat biex issir sinteżi ddettaljata. Mandankollu, analiżi qasira tal-linji fl-approċċ tal-Kummissjoni flimkien mat-titoli rilevanti tal-kapitoli jistgħu joffru ħarsa globali.
Approċċ ġenerali |
Titoli tal-Kapitoli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali |
Kapitolu I: Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni Kapitolu II: Definizzjonijiet Kapitolu III: Sistema ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni Kapitolu IV: Rekwiżiti għall-edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni Kapitolu V: Ġustifikazzjoni u kontroll regolatorju tal-prattiki Kapitolu VI: Protezzjoni ta’ ħaddiema, apprendisti u studenti Kapitolu VII: Protezzjoni tal-pazjenti u individwi oħra suġġetti għal esponiment mediku Kapitolu VIII: Protezzjoni tal-membri tal-pubbliku Kapitolu IX: Protezzjoni tal-ambjent Kapitolu X: Rekwiżiti għall-kontroll regolatorju Kapitolu XI: Dispożizzjonijiet finali |
4. Kummenti ġenerali
4.1 Il-Kumitat jinnota li fit-tħejjija ta’ din id-Direttiva intużaw l-aktar analiżijiet xjentifiċi reċenti dwar il-perikli tar-radjazzjoni jonizzanti u jilqa’ b’sodisfazzjon dan l-approċċ biex jiġu indirizzati, definiti u estiżi l-ħtiġijiet għall-ħarsien tas-saħħa tan-nies u tal-ambjent.
4.2 Il-Kummissjoni għażlet li tirriformula u tikkonsolida ħames Direttivi attwali f’waħda armonizzata u dan ser ikollu impatt operattiv prattiku u pożittiv u joffri approċċ konsistenti, koerenti u armonizzat lejn is-sigurtà.
4.3 Għadd ta’ analiżijiet komparattivi tal-implimentazzjoni u t-tħaddim ta’ Direttivi preċedenti fil-liġi nazzjonali wrew diversi nuqqasijiet. In-nuqqas mhuwiex fit-traspożizzjoni iżda fl-applikazzjoni – pereżempju r-riżorsi applikati għall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-offerta ta’ programmi ta’ sensibilizzazzjoni lill-pubbliku, l-għarfien tal-professjonisti lokali, l-informazzjoni lill-pubbliku dwar l-imġiba f’każ ta’ inċident, eċċ.
4.4 Il-Kumitat jissuġġerixxi li biex jiġu sodisfatta ż-żieda fl-eżiġenzi li jirriżultaw mit-traspożizzjoni fil-leġislazzjoni nazzjonali u sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet attwali possibbli, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali billi torganizza workshops ħalli jiġu diskussi d-diffikultajiet legali u prattiċi fl-implimentazzjoni nazzjonali. L-użu ta’ osservatorji tas-soċjetà ċivili biex jissorveljaw u jivvalutaw l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni permezz ta’ miżuri konkreti – barra mir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti – għandu jitħeġġeġ ukoll.
4.5 Il-Kumitat jiddispjaċih li għalkemm id-Direttiva tittratta b’mod komprensiv ir-radjazzjoni minn sorsi naturali u ċivili, il-ħruġ tar-radjazzjoni minn faċilitajiet militari jista’ jiġi eżentat peress li t-Trattat tal-Euratom japplika biss għas-sitwazzjonijiet ċivili (3).
4.6 Il-Kumitat jsibha inkoraġġanti li d-Direttiva tantiċipa u tipprovdi għall-ħarsien tad-dritt taċ-ċittadini li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-esponiment tagħhom għal sorsi ta’ radjazzjoni mill-attivitajiet tal-bniedem pereżempju minħabba l-użu dejjem iktar mifrux ta’ tagħmir tas-sigurtà bħall-iskenners bir-raġġi X għall-ġisem kollu.
4.7 Filwaqt li jappoġġja għalkollox il-kwistjoni l-ġdida tal-ħarsien tal-ambjent, il-Kumitat jinnota l-ewwel nett li l-kriterji pendenti (u l-linji gwida tal-implimentazzjoni) tal-ICRP (Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Radjoloġika) iridu jiġu formalizzati qabel ma jiġu definiti regoli kwantitattivi vinkolanti. Dawn jippreżentaw komprensjoni xjentifika komuni dwar il-kriterji speċifiċi li jridu jiġu applikati f’dan il-każ biex jipprovdu bażi komuni għall-Istati Membri kollha.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU L 180, 9.7.1997, p. 22-27.
ĠU L 346, 31.12.2003, p. 57-64.
ĠU L 349, 13.12.1990, p. 21-25.
ĠU L 357, 7.12.1989, p. 31-34.
ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1-114.
(2) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 122.
(3) QĠE każ C-61/03 mit-12/04 2005.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/116 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa”
COM(2011) 665 finali — 2011/0302 (COD)
2012/C 143/23
Relatur: is-Sur HENCKS
Nhar is-17 ta’ Novembru u nhar it-13 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 172 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
COM(2011) 665 final – 2011/0302 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’132 vot favur u 3 astensjonijiet.
Din l-opinjoni tagħmel parti minn pakkett ta’ ħames opinjonijiet imħejjija mill-KESE dwar il-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (CEF, Connecting Europe Facility) u l-linji gwida tagħha li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2011. Dan il-pakkett hu magħmul mill-opinjonijiet: TEN/468 dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (relatur: is-Sur Hencks), TEN/469 dwar il-Linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet (relatur: is-Sur Longo), TEN/470 dwar il-Linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija (relatur: is-Sur Biermann), TEN/471 dwar il-Linji gwidi għall-infrastruttura tat-trasport (relatur: is-Sur Back) u TEN/472 dwar L-inizjattiva ta’ bonds tal-proġetti (relatur: is-Sur Duttine).
1. Konklużjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kemm il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea li talloka EUR 50 biljun mill-baġit multiannwali li jmiss għall-2014-2020 biex jitjiebu l-konnessjonijiet fin-netwerks tat-trasport, tal-enerġija u tal-komunikazzjonijiet diġitali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju tal-bonds għall-proġetti tal-infrastruttura (Bonds għall-Proġetti tal-UE) li għandhom jinstigaw effett multiplikatur billi jiżdied il-kapital pubbliku u privat meħtieġ għall-investiment stmat li jilħaq l-ammont ta’ EUR 1 000 biljun. |
1.2 |
Investimenti mmirati f’dawn l-infrastrutturi ewlenin ser jgħinu l-irkupru kummerċjali, tat-tkabbir, tal-kompetittività u tal-ħolqien tal-impjiegi l-aktar fi żmien meta huma tant meħtieġa fl-Ewropa. |
1.3 |
Hekk kif il-finanzjament tradizzjonali tal-investiment mill-fondi pubbliċi qed isir dejjem iżjed diffiċli fil-kriżi attwali, l-użu ta’ strumenti finanzjarji ta’ tip li huwa ġdid għall-Unjoni Ewropea, bil-kooperazzjoni mill-qrib tal-Bank Ewropew tal-Investiment, soġġett għal ċerti riżervi (ara l-Opinjoni TEN/472), ser joffri soluzzjoni kumplimentari u innovattiva biex jinġibed il-kapital mill-fondi tal-pensjonijiet, mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u operaturi oħrajn fis-swieq tal-kapital interessati li jinvestu fi proġetti għat-tul. |
1.4 |
Filwaqt li l-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li toħroġ b’soluzzjonijiet innovattivi biex jinħoloq effett ta’ lieva u jinġabar sehem ikbar mis-settur privat, iħoss li dawn is-soluzzjonijiet m’għandhomx ikunu mmirati biss lejn il-kapital il-kbir, iżda għandhom jiġu amministrati b’tali mod li joħolqu interess fost il-faddala ż-żgħar ukoll. |
1.5 |
Madankollu, l-importanza ta’ investiment suffiċjenti fin-netwerks tal-infrastruttura li huma adatti, moderni, flessibbli, sostenibbli u aċċessibbli (l-aktar għall-persuni b’diżabbiltà), mhijiex biss monetarja: dawn l-investimenti jridu wkoll jiġu kkunsidrati fid-dawl tal-koeżjoni soċjali u territorjali, l-impatt ekoloġiku u s-sigurtà tal-provvista. |
1.6 |
Ser ikun possibbli li jintlaħqu l-objettivi stipulati għall-konnessjoni tan-netwerks tal-infrastruttura biss jekk il-finanzjament pubbliku nazzjonali, reġjonali u lokali jingħaqad ma’ dak privat u mar-riżorsi tal-Unjoni. |
1.7 |
Dan ifisser li meta jintgħażlu proġetti għal kofinanzjament mill-Kummissjoni, filwaqt li l-għażla tkun orjentata lejn proġetti b’valur miżjud qawwi Ewropew, jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-infrastruttura ta’ interess nazzjonali, reġjonali u lokali. |
1.8 |
L-investimenti fl-infrastruttura għandhom ukoll aspetti importanti ta’ sigurtà tal-UE u nazzjonali li jridu jitqiesu meta jitfasslu l-proġetti, u jinbeda l-proċess ta’ approvazzjoni. Filfatt huma l-kundizzjoni biex tintlaħaq l-integrazzjoni fiżika tal-“gżejjer” li għadhom jeżistu fl-Unjoni. |
1.9 |
Għaldaqstant, l-Unjoni ser ikollha tkompli talloka fondi lill-Istati Membri b’mod kontinwu u proporzjonat biex jiġġieldu kontra l-qasma soċjali u ġeografika li teżisti fir-rigward tal-aċċess għal infrastrutturi tan-netwerk nazzjonali permezz tal-Fondi Strutturali Ewropej. |
1.10 |
Il-KESE japprova l-proposta li jkun hemm ġestjoni ċentralizzata għall-proġetti li jikkollegaw in-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali. L-użu tas-sinerġija bejn dawn it-tliet setturi u t-titjib fir-regoli operattivi, speċjalment l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għall-proġetti ta’ interess komuni u t-tnaqqis fid-dewmin tal-implimentazzjoni, ser jippermettu li jonqsu l-ispejjeż u li tissaħħaħ l-effikaċja tal-proġetti. |
1.11 |
Il-KESE jappella lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-inizjattivi tal-Kummissjoni f’dan il-qasam u biex jissensibilizzaw u jħajru lis-swieq tal-kapital u lil investituri oħra ħalli jipparteċipaw b’mod attiv fis-suċċess ta’ din l-inizjattiva. |
2. Daħla
2.1 |
Il-Kummissjoni pproponiet miżuri speċifiċi biex jiġu promossi infrastrutturi Ewropej integrati fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u tal-komunikazzjonijiet diġitali, bħala parti mill-proposti għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss tal-2014-2020. |
2.2 |
In-nefqa fuq l-infrastruttura fl-Ewropa naqset tul dawn l-aħħar għaxar snin filwaqt li investimenti mmirati ta’ dan it-tip jikkostitwixxu element importanti tal-irkupru mill-kriżi ekonomika u huma vitali għall-futur ekonomiku tal-Ewropa. |
2.3 |
Sabiex jiżdied l-iżvilupp tal-infrastrutturi msemmija hawn fuq, u biex jintlaħqu l-prijoritajiet ta’ tkabbir stipulati bħala parti mill-istrateġija l-ġdida tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni qed tipproponi strument ġdid, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. |
2.4 |
Jidher ovvju, u ġie enfasizzat mill-KESE f’ħafna mill-opinjonijiet tiegħu, li netwerks ultramoderni, intelliġenti u sostenibbli li jipprovdu interkonnessjonijiet bla xkiel għat-toroq, il-linji ferrovjarji, ir-rotot tal-baħar u tal-ajru, it-trasport multimodali, l-enerġija elettrika, il-pipelines taż-żejt u tal-gass, u l-komunikazzjoni elettronika broadband, huma ta’ importanza kbira għaż-żona ekonomika integrata. Konnessjonijiet neqsin u konġestjoni fil-konnessjonijiet tan-netwerks Ewropej idgħajfu serjament it-tlestija tas-Suq Intern, u jżidu d-differenzi reġjonali barra milli jwasslu biex l-Ewropa tkun dipendenti fuq pajjiżi terzi fis-settur tal-enerġija b’mod speċjali. |
2.5 |
Investimenti mmirati f’dawn l-infrastrutturi ewlenin ser jgħinu l-irkupru kummerċjali, tat-tkabbir, tal-kompetittività u tal-ħolqien tal-impjiegi l-aktar fi żmien meta huma tant meħtieġa fl-Ewropa. |
2.6 |
Madankollu, investimenti fi proġetti ewlenin tal-infrastruttura tan-netwerks, huma min-natura tagħhom proġetti fit-tul li jeħtieġu ammonti kbar ta’ investiment u d-dħul finanzjarju minnhom, b’mod speċjali matul il-fażi ta’ kostruzzjoni u fl-istadji inizjali tat-tħaddim tagħhom, huwa soġġett għal riskji sostanzjali (stimi baxxi wisq tal-ispejjeż, stimi għoljin wisq tal-livell ta’ traffiku, riskji marbuta mal-kumplessità tal-pakkett finanzjarju). |
2.7 |
Billi l-baġits pubbliċi fil-livell nazzjonali, lokali jew Ewropew ma jistgħux jiffinanzjaw dawn il-proġetti waħedhom, il-Kummissjoni qed tipproponi strument baġitarju ġdid, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif ukoll linji gwida riveduti għat-trasport, l-enerġija u l-ICTs, sabiex jinġibdu aktar fondi pubbliċi u privati li jsaħħu l-kredibilità ta’ proġetti tal-infrastruttura, u jitnaqqas il-profil ta’ riskju tagħhom għall-investituri privati. |
2.8 |
Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta’ proposti li jinstabu fil-:
|
3. Kontenut tal-Komunikazzjoni dwar infrastrutturi Ewropej integrati u l-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
3.1 |
Sabiex jitħaffef l-investiment fin-netwerks tat-trasport, tal-enerġija u tal-komunikazzjonijiet diġitali u sabiex jiżdied il-finanzjament meħtieġ kemm mis-settur pubbliku kif ukoll dak privat, il-Kummissjoni tipproponi dan li ġej għall-perjodu 2014-2020:
|
4. Kummenti ġenerali
4.1 |
Il-KESE japprova l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni biex l-investimenti jiġu promossi u kkoordinati fi proġetti strateġiċi b’valur miżjud Ewropew u għall-proposta ta’ alternattiva għall-finanzjament tradizzjonali tal-għotjiet għall-perjodu 2014-2020. |
4.2 |
Il-KESE japprova l-proposta għal mekkaniżmu komuni ta’ finanzjament, ta’ ġestjoni ċentralizzata u ta’ programmi ta’ ħidma għall-proġetti ta’ konnessjoni ta’ netwerks trans-Ewropej tat-trasport, l-enerġija u l-infrastrutturi diġitali, provduti direttament mill-Kummissjoni, u f’każ ta’ bżonn bl-assistenza ta’ aġenzija eżekuttiva. L-użu tas-sinerġija bejn it-tliet setturi u t-titjib fir-regoli operattivi, speċjalment l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għall-proġetti ta’ interess komuni u t-tnaqqis fid-dewmin tal-implimentazzjoni, ser jippermettu li jonqsu l-ispejjeż u li tissaħħaħ l-effikaċja tal-proġetti. |
4.3 |
Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja l-proposta li jiġu pprijoritizzati proġetti li joffru valur miżjud u jirrispondu għall-ħtieġa fl-Ewropa li jiġu konnessi n-netwerks trans-Ewropej ma’ netwerks tal-infrastruttura fl-Istati Membri. Madankollu, jixtieq jirrimarka li fl-ispirtu tal-koeżjoni territorjali u soċjali, l-Unjoni trid tkompli talloka fondi lill-Istati Membri b’mod kontinwu u proporzjonat biex jiġġieldu l-qasma soċjali u ġeografika li teżisti fl-aċċess għall-infrastrutturi tan-netwerks nazzjonali u biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista permezz tal-Fondi Strutturali Ewropej. |
4.4 |
Il-KESE jinnota li l-ħtieġa li jkun hemm netwerks ta’ infrastrutturi adattati, moderni, flessibbli, sostenibbli u aċċessibbli (l-aktar għall-persuni b’diżabbiltà) mhijiex biss monetarja: dawn l-investimenti huma indispensabbli wkoll mill-perspettiva tal-koeżjoni soċjali u territorjali u l-aspett tal-ħarsien tal-ambjent li l-Kummissjoni trid tikkunsidra meta tagħżel il-proġetti għall-kofinanzjament. |
4.5 |
L-investimenti fl-infrastruttura għandhom ukoll aspetti importanti ta’ sigurtà tal-UE u nazzjonali li jridu jitqiesu meta jitfasslu l-proġetti, u jinbeda l-proċess ta’ approvazzjoni. Filfatt huma l-kundizzjoni biex tintlaħaq l-integrazzjoni fiżika tal-“gżejjer” li għadhom jeżistu fl-Unjoni. |
4.6 |
Minkejja li l-finanzjament mill-Unjoni ta’ EUR 50 biljun bla dubju huwa sinifikanti, dan jirrappreżenta biss frazzjoni żgira tal-investiment meħtieġ kif identifikat mill-Kummissjoni. |
4.7 |
Il-biċċa l-kbira tal-investiment, fi kwalunkwe każ, ser ikollu jiġi pprovdut mill-Istati Membri u mill-investituri privati, il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni jaħdem bħala “kapital tal-bidu” maħsub biex iħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-suq biex jinvestu aktar. |
4.8 |
Madankollu, il-problemi baġitarji u r-razzjonalizzazzjoni tal-finanzi pubbliċi li huma meħtieġa, ifissru li ħafna mill-Istati Membri qed jikkunsidraw li joqogħdu lura jew jissospendu l-programmi ta’ investiment tagħhom, li jista’ biss iħalli impatt negattiv fuq il-flussi ta’ investiment minn sorsi privati. |
4.9 |
Ser ikun possibbli li jintlaħqu l-objettivi stipulati għall-konnessjoni tan-netwerks tal-infrastruttura biss jekk il-finanzjament pubbliku nazzjonali, lokali u privat jingħaqad mar-riżorsi tal-Unjoni. |
4.10 |
Investimenti fl-infrastruttura ser ikollhom jgħinu t-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà b’użu baxx tal-karbonju. |
4.11 |
B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni li tintegra l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020, speċjalment fl-oqsma tat-tibdil fil-klima fil-programmi tal-Unjoni, u li talloka mill-inqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni għal dawn l-objettivi relatati, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ tal-Kummissjoni li tuża l-baġit tal-UE għall-investiment u toħloq effett multiplikatur biex il-finanzjament privat jiżdied. Sabiex jitnaqqsu r-riskji regolatorji u l-ispejjeż tal-kapital għal investituri terzi li qed ifittxu opportunitajiet ġodda ta’ investiment fit-tul, u hekk kif il-finanzjament tradizzjonali tal-investiment mill-fondi pubbliċi qed isir dejjem iżjed diffiċli fil-kriżi attwali, l-użu ta’ strumenti finanzjarji ta’ tip ġdid għall-Unjoni Ewropea, bil-kooperazzjoni mill-qrib tal-Bank Ewropew tal-Investiment u soġġett għal ċerti riżervi (ara l-Opinjoni TEN/472), ser joffri soluzzjoni alternattiva u innovattiva biex jinġibed il-kapital mill-fondi tal-pensjonijiet, mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u operaturi oħra fis-swieq tal-kapital interessati li jinvestu fi proġetti fit-tul. |
4.12 |
Filwaqt li l-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni biex toħroġ b’soluzzjonijiet innovattivi biex jinħoloq effett ta’ lieva u jinġabar sehem ikbar mis-settur privat, iħoss li dawn is-soluzzjonijiet m’għandhomx ikunu mmirati biss lejn il-kapital il-kbir, iżda għandhom jiġu ġġestiti b’mod li joħolqu interess fost il-faddala ż-żgħar ukoll. |
4.13 |
Fl-assenza ta’ soluzzjoni prospettiva oħra, il-KESE jiddispjaċih dwar ir-riżervi, anzi, l-oġġezzjonijiet, espressi minn xi Stati Membri, fir-rigward tal-bonds għall-proġetti tal-infrastruttura, u jittama li l-fażi pilota, maħsuba għall-perjodu 2012-2013, li ser tuża sa EUR 230 miljun tal-baġit attwali tal-UE, ser tkun tista’ tħeġġeġ lis-swieq tal-kapital, il-fondi tal-pensjonijiet, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ. biex jinvestu fuq perjodu twil u jagħtu xhieda tal-affidibilità tal-miżuri proposti. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/120 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE”
COM(2011) 657 finali — 2011/0299 (COD)
2012/C 143/24
Relatur: is-Sur LONGO
Nhar il-15 ta’ Novembru 2011 u nhar it-30 ta’ Novembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 172 u l-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li tirrevoka d-Deċiżjoni nru 1336/97/KE
COM(2011) 657 final – 2011/0299 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura, u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’126 vot favur, vot (wieħed) kontra u 4 astensjonijiet.
Din l-opinjoni tagħmel parti minn pakkett ta’ ħames opinjonijiet imħejjija mill-KESE dwar il-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (CEF, Connecting Europe Facility)) u l-linji gwida tagħha li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2011. Dan il-pakkett hu magħmul mill-opinjonijiet: TEN/468 dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (relatur: is-Sur HENCKS), TEN/469 dwar il-Linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet (relatur: is-Sur LONGO), TEN/470 dwar il-Linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija (relatur: is-Sur BIERMANN), TEN/471 dwar il-Linji gwidi għall-infrastruttura tat-trasport (relatur: is-Sur BACK) u TEN/472 dwar L-inizjattiva ta’ bonds tal-proġetti (relatur: is-Sur DUTTINE).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
L-għan tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa huwa li tiġi implimentata infrastruttura diġitali tal-broadband għal kulħadd b’veloċità għolja, bl-użu ta’ teknoloġiji kemm fissi kif ukoll mingħajr fil, u dan jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli diġitali li jinħolqu minħabba nuqqas ta’ interkonnessjonijiet u interoperabbiltà teknika, barra mid-differenzi li jeżistu bejn ir-reġjuni u l-kategoriji soċjali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll Komunitarju. Fil-qafas tal-proposta tagħha dwar “linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej”, il-Kummissjoni Ewropea ħejjiet inventarju ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-iżvilupp ta’ netwerks tal-broadband u ta’ infrastrutturi ta’ servizzi diġitali, sabiex jiġu indirizzati dawn l-ostakli għall-iżvilupp ta’ suq diġitali uniku, kif ukoll in-nuqqas ta’ investimenti fil-broadband fl-Ewropa meta mqabbla mal-kompetitturi tagħha. |
1.2 |
Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” u b’mod partikolari, jemmen li ġeneralment, l-impenn rigward in-netwerks tal-broadband huwa risposta konkreta u pożittiva għall-ħtiġijiet stabbiliti fl-“Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, li tindirizza l-problema tan-nuqqas ta’ investimenti fin-netwerks tal-broadband (1). |
1.3 |
Kif diġà ġie ddikjarat f’diversi opinjonijiet, il-KESE jemmen li l-aċċess ġenerali għall-broadband, minbarra li jirrappreżenta kundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp tal-ekonomiji moderni, huwa wkoll kruċjali għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, għal koeżjoni mtejba u għall-benesseri u l-inklużjoni diġitali ta’ atturi u ta’ żoni sħaħ li huma ekonomikament u kulturalment żvantaġġati (2). |
1.4 |
It-twaqqif ta’ għanijiet u prijoritajiet tal-proġetti ta’ interess komuni jissodisfa l-ħtieġa fundamentali sabiex isir l-aqwa użu tar-riżorsi finanzjarji u biex jintlaħqu għanijiet speċifiċi, filwaqt li jiġi evitat it-telf tal-finanzjament. F’dan is-sens, hija ta’ importanza fundamentali li l-proġetti ta’ finanzjament jissodisfaw ukoll il-ħtieġa tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali, għaliex mingħajrhom is-suq diġitali uniku jibqa’ mhux komplet. |
1.5 |
Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex teżerċita l-ikbar superviżjoni possibbli u dixxiplina stretta fil-kriterji għall-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati, sabiex il-fondi jintużaw biex tiġi żgurata l-konnettività trans-Ewropea, biex jingħata appoġġ lir-reġjuni periferiċi, biex l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju jiġu megħjuna biex jaċċessaw l-ekonomija diġitali u biex tittejjeb il-koeżjoni soċjali. Sabiex tiġi indirizzata din il-ħtieġa, u sabiex jiġu informati l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini, ikun adatt li l-Kummissjoni tfassal rapport kull ftit żmien dwar l-użu tal-fondi. |
1.6 |
Il-KESE jesprimi tħassib fir-rigward ta’ ċerta ambigwità fl-Artikolu 5.6, fejn il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati li “jimmodifikaw d-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni inkluża fl-Anness”. Għandhom jiġu limitati kemm jista’ jkun il-valutazzjonijiet dwar espedjenza politika (ara l-Artikolu 5.7(b), fejn jissemmew il-“prijoritajiet politiċi emerġenti”) jew dwar pressjoni mill-gruppi ta’ interess, u minflok għandhom jingħataw prijorità l-kriterji tal-innovazzjoni teknoloġika, ta-valur miżjud u l-konsistenza mal-għanijiet. Il-KESE jinsisti fuq l-opportunità li l-atti delegati jkollhom limiti ta’ żmien u ambitu preċiżi. |
1.7 |
Il-KESE itenn l-importanza li l-proġetti li jridu jiġu ffinanzjati jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, li fl-aħħar mill-aħħar huwa fundamentali għal Internet verament miftuħ (3). |
1.8 |
Il-fondi jridu jintużaw għal soluzzjonijiet ta’ netwerks miftuħa u aċċessibbli fuq bażi mhux diskriminatorja li jippermettu d-dħul ta’ operaturi oħrajn, bl-użu tat-teknoloġiji l-iżjed effiċjenti u bi prezzijiet sostenibbli għaċ-ċittadini u l-impriżi. |
1.9 |
Il-KESE jittama wkoll li l-Kummissjoni tikkoordina b’mod aħjar l-allokazzjoni tal-fondi stabbiliti fir-Regolament ma’ dawk għal inizjattivi oħra, biex minn naħa tevita d-duplikazzjoni u min-naħa l-oħra ma jiġux traskurati l-oħrajn. |
1.10 |
Hemm bżonn li jiġi stabbilit malajr kemm jista’ jkun l-immappjar fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali li dwaru anke l-Kummissjoni tixtieq li jiġu identifikati n-nuqqasijiet tal-kopertura u li jiġu stimulati l-inizjattivi ġodda ta’ investituri pubbliċi u privati. |
1.11 |
Huwa importanti li nkunu miftuħin għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex tissaħħaħ l-interoperabilità bejn in-netwerks rispettivi tat-telekomunikazzjonijiet. |
1.12 |
Fl-aħħar nett, il-KESE itenni għal darb’oħra l-konvinzjoni tiegħu dwar il-ħtieġa inevitabbli li tiddaħħal il-konnessjoni mal-Internet fis-servizz universali (4), u jemmen li din hi waħda mill-prijoritajiet sabiex l-UE ssir iktar kompetittiva u inklużiva. Sakemm jintlaħaq dan l-objettiv, kull ċittadin xorta jrid jiġi ggarantit aċċess pubbliku jew privat għall-broadband bi prezz sostenibbli. |
2. Kuntest u kontenut
2.1 |
Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat linji gwida ġodda għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u ppubblikat proposta ta’ pjan finanzjarju multiannwali ġdid għall-perjodu 2014-2020 (5), li jinkludi l-ħolqien ta’ strument integrat ġdid għall-investiment fi proġetti ta’ interess Komunitarju prijoritarju f’infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet intitolat “Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (CEF). Il-pakkett finanzjarju totali, bħala kofinanzjament komunitarju b’valur miżjud għoli, hu ta’ EUR 50 biljun, li minnhom EUR 9,2 biljun huma allokati għal netwerks u servizzi diġitali, filwaqt li huwa stmat li l-ammont meħtieġ huwa ta’ mill-inqas EUR 270 biljun. |
2.2 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi l-introduzzjoni ta’ bonds ta’ proġetti sabiex tiżdied il-kapaċità biex jinġibed finanzjament mis-settur pubbliku jew privat, u jitnaqqas ir-riskju għall-investituri terzi. Il-baġit tal-UE se jintuża biex lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jingħatalu l-kapital allokat għall-kopertura parzjali tar-riskju li jassumi meta jikkofinanzja l-proġetti li ġew aċċettati. B’hekk, il-baġit tal-UE se joffri tip ta’ garanzija sabiex il-BEI jiffinanzja l-proġetti inkwistjoni, iżda jrid jassumi l-bqija tar-riskju. Matul il-fażi pilota (2012-2013), baġit ta’ EUR 20 miljun, li jiġi mid-distribuzzjoni mill-ġdid ta’ allokazzjonijiet għal programmi Ewropej tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet li ma jintużawx u li jiġu trasferiti lill-BEI, u skont l-aspettattivi tal-Kummissjoni, dan il-baġit għandu jimmobilizza investituri pubbliċi jew privati oħrajn. |
2.3 |
Fil-linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej, il-Kummissjoni tistabbilixxi sensiela ta’ linji gwida li jkopru l-għanijiet u l-prijoritajiet stabbiliti għan-netwerks tal-broadband u għall-infrastrutturi ta’ servizz diġitali fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, bil-għan li:
|
2.4 |
Ir-regolament għandu l-għan li jnaqqas ir-restrizzjonijiet li jxekklu t-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali billi jiffavorixxi l-konnettività man-netwerk u l-aċċess, anke għal infrastruttura ta’ servizzi diġitali pubbliċi. L-għan huwa li jiġu eliminati n-nuqqasijiet min-naħa tal-provvista, kif jixhed l-għadd kbir ta’ fallimenti kummerċjali u t-tnaqqis fl-investimenti fil-broadband u s-servizzi ta’ interess pubbliku iżda bi dħul baxx (pereżempju s-saħħa elettronika, il-karta tal-identità elettronika, l-akkwist elettroniku u l-interoperabilità transkonfinali tagħhom). Anke d-domanda għas-servizzi tista’ tikber biss jekk iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jaqbdu man-netwerks diġitali. |
2.5 |
Il-pakkett ta’ proposti jipprovdi strumenti finanzjarji innovattivi li jistgħu jappoġġjaw, b’effett ta’ lieva, l-investimenti pubbliċi u privati u kofinanzjament permezz ta’ sussidji fis-setturi tal-infrastrutturi sabiex sal-2020 jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa b’kopertura universali ta’ 30 Mbps u mill-inqas 50 % tal-familji li jkunu jistgħu jagħmlu użu minn veloċitajiet ogħla minn 100 Mbps. |
2.6 |
Il-prijoritajiet għall-proġetti ta’ interess komuni huma:
|
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Għall-ewwel darba, bil-għan li jinħolqu sinerġiji u b’perspettiva strateġika, il-Kummissjoni tipproponi strument uniku ta’ finanzjament għat-tliet setturi tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet. Dan l-approċċ il-ġdid hu ta’ importanza kbira u jista’ jintuża bħala mudell għall-politika dwar l-infrastruttura tal-Istati Membri. Barra minn hekk, billi jagħmel ħiltu biex jilħaq l-għan ta’ netwerks intelliġenti, sostenibbli u kompletament interkonnessi, is-CEF se jkun qed jagħti kontribut importanti lit-twaqqif ta’ suq uniku Ewropew. Fl-aħħar nett, il-kredibilità fil-proġetti tal-infrastruttura u t-tnaqqis fil-profil ta’ riskju tagħhom jistgħu jattiraw aktar investiment mis-settur pubbliku u privat. |
3.2 |
F’dan ix-xenarju l-ġdid, huwa partikolarment importanti ir-rwol tan-netwerks u tas-servizzi tal-broadband. Il-KESE diġà enfasizza l-importanza li jiġi żgurat aċċess adegwat taċ-ċittadini għall-broadband filwaqt li jiġi żgurat ukoll li l-utenti jiksbu kemm jista’ jkun benefiċċji li jirriżultaw minn kompetizzjoni effettiva bejn l-operaturi, marbuta ma’ politika ta’ appoġġ tal-investimenti fl-infrastrutturi u fl-innovazzjoni mill-Istati Membri (6). |
3.3 |
L-investimenti fit-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari fin-netwerks tal-broadband u l-infrastrutturi tas-servizz diġitali, huma kundizzjoni neċessarja għal tkabbir ekonomiku fl-Unjoni li jkun intelliġenti iżda li jkun ukoll sostenibbli u inklużiv. Permezz ta’ dan l-impenn finanzjarju u dan ir-regolament implimentattiv, il-ksib tal-għan li ġie stabbilit mill-aġenda diġitali (li sal-2020 kulħadd ikollu għallinqas 30 Mbps, u għallinqas 50 % jkollhom 100 Mbps) jinsab eqreb. |
3.4 |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni “Nikkollegaw l-Ewropa” hija risposta pożittiva għad-dubji espressi mill-KESE (7) dwar il-“konfużjoni u l-ambigwità” tal-pjan ta’ azzjoni li jinsab fil-Komunikazzjoni “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” u dwar in-nuqqas ta’ investimenti fin-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet, li huwa kkawżat minn nuqqas ta’ prospetti ta’ profitt f’ħafna sitwazzjonijiet ta’ użu pubbliku u d-diffikultajiet oġġettivi tar-reġjuni periferiċi. Dan huwa ostakolu kbir għall-ħolqien ta’ żona unika Ewropea li tkun aċċessibbli, veloċi u sostenibbli għall-gvernijiet lokali, iċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet u s-setturi mingħajr skop ta’ qligħ. |
3.5 |
Il-KESE enfasizza f’għadd kbir ta’ opinjonijiet li l-aċċess ġenerali għall-broadband, minbarra li jirrappreżenta kundizzjoni indispensabbli għall-iżvilupp tal-ekonomiji moderni, huwa wkoll kruċjali għall-benesseri u l-inklużjoni diġitali ta’ atturi u ta’ żoni sħaħ li huma ekonomikament u kulturalment żvantaġġati (8). Ta’ min ifakkar li fil-Komunikazzjoni “Innaqqsu d-distakk fir-rigward tal-broadband”, tal-20 ta’ Marzu 2006 (9) diġà kien ġie ddikjarat li “l-aċċess ġenerali għall-broadband huwa fattur importanti għall-iżvilupp tal-ekonomiji moderni u aspett importanti tal-aġenda ta’ Lisbona”. |
3.6 |
Il-ħtieġa għal impenn Ewropew qawwi f’dan is-settur ġiet ikkonfermata b’unanimità u bil-qawwa kollha anke fl-ewwel Assemblea tal-Aġenda Diġitali, li saret fi Brussell fis-16 u s-17 ta’ Ġunju 2011, ippreseduta mill-Viċi President tal-Kummissjoni, Neelie Kroes, u li fiha pparteċipaw aktar minn 1 000 parti interessata (10): fornituri tal-kontenut, manifatturi tal-hardware, investituri u operaturi tat-telekomunikazzjonijiet tal-intrapriżi prinċipali li joperaw fil-livell internazzjonali. Il-parteċipanti qablu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, li skonthom il-mudell attwali ta’ investiment fit-telekomunikazzjonijiet mhuwiex biżżejjed biex jistabbilixxi t-tixrid tal-infrastrutturi tal-broadband li jkollhom prezz raġonevoli u kwalità għolja (velocità, stabilità, spiża sostenibbli, aċċessibilità għal kulħadd). F’dan ir-rigward, il-KESE jaħseb li jkun tajjeb li tiġi approfondita l-analiżi tas-sitwazzjoni fl-Indja, fejn il-gvern federali ħabbar li se jieħu miżuri biex 600 miljun ċittadin ikollhom konnessjoni tal-broadband sal-2014, permezz ta’ taħlita ta’ teknoloġiji fissi u mingħajr fil. Id-dimensjonijiet ta’ dan l-impenn huma komparabbli mal-UE, u għaldaqstant l-inizjattiva Indjana tista’ tkun sors ta’ prattiki tajbin, permezz tal-implimentazzjoni tar-Round Table tal-Kumitat bejn l-UE u l-Indja (11). |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 |
Fost il-proġetti ta’ interess komuni li l-Kummissjoni tidentifika li jistgħu jiġu ffinanzjati b’dawn il-fondi insibu: konnessjonijiet bażiċi trans-Ewropej ta’ veloċità għolja għall-amministrazzjonijiet pubbliċi; it-twassil transkonfinali ta’ servizzi ta’ Gvern elettroniku bbażat fuq identifikazzjoni u awtentikazzjoni kompletament interoperabbli (proċeduri għall-istabbilment ta’ negozju; għall-akkwist transkonfinali, il-Ġustizzja elettronika, is-servizzi tas-Saħħa elettronika b’mod partikolari s-servizzi ta’ radjoloġija djanjostika mill-bogħod); aċċess mill-bogħod għall-wirt kulturali; sikurezza tal-Internet għall-minuri u kontra l-frodi fil-kummerċ elettroniku, u servizzi ta’ enerġija intelliġenti. |
4.2 |
Dawn il-proġetti jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-ekonomija u jiffavorixxu l-iżvilupp tas-suq uniku, filwaqt li jsaħħu l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, anke fir-rigward tal-impriżi żgħar u medji; itejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-amministrazzjonijiet, u b’hekk jiġu promossi l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet u l-aċċess għalihom. |
4.3 |
Il-Kummissjoni diġà kienet identifikat il-kritika prinċipali li għandha tiġi indirizzata sabiex l-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda Diġitali Ewropea (12) (waħda mis-seba’ inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020) jintlaħqu b’mod effettiv. F’dan ir-rigward, il-KESE jinnota li “it-twettiq inadegwat tal-inizjattivi ta’ politika żiedu l-inerzja fl-ekonomija diġitali Ewropea kkawżata mill-frammentazzjoni u l-livell insuffiċjenti ta’ investiment” (13). |
4.4 |
Il-proposta tal-Kummissjoni hija aċċettabbli fejn din tħeġġeġ it-tnedija ta’ inizjattivi mfassla mill-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE netwerk integrat ta’ kontenut u servizzi utli anke jekk f’din il-proposta ma tiġix ikkunsidrata l-possibilità li tiġi stabbilita identità elettronika Ewropea (eID) għal kull ċittadin sabiex tiġi faċilitata l-prestazzjoni tas-servizzi elettroniċi u tal-kummerċ elettroniku li diġà huwa s-suġġett ta’ Rakkomandazzjoni speċifika ppreżentata mill-KESE (14). |
4.5 |
L-istrument finanzjarju magħżul mill-Kummissjoni jista’ jsolvi problema li s’issa llimitat il-possibilità ta’ infrastruttura b’saħħitha. L-użu tal-fondi strutturali u tal-programm “Kompetittività u Innovazzjoni” għal infrastrutturi ta’ servizzi diġitali u għal proġetti pilota biss ma jikkostitwixxix massa kritika suffiċjenti għal tixrid sinifikanti tas-servizzi diġitali. Bħalissa l-investimenti fil-broadband, f’ħafna reġjuni, mhumiex biżżejjed minħabba nuqqas ta’ kompetizzjoni u riskju għoli tas-suq, u fihom insibu servizzi pubbliċi li ma tantx huma żviluppati u li mhumiex interoperabbli minħabba l-frammentazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi. Jekk inkomplu mexjin f’din it-triq, mhux se jkollna verament Suq Uniku Diġitali, u bosta Ewropej jispiċċaw jiġu esklużi. |
4.6 |
Il-KESE jqis li hu importanti li l-proġetti li jridu jiġu finanzjati b’dawn il-fondi jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, li fl-aħħar mill-aħħar hi fundamentali għal Internet verament miftuħ (15). |
4.7 |
Barra minn hekk, il-KESE ilu snin isostni bil-qawwa l-konvinzjoni tiegħu dwar il-ħtieġa inevitabbli li tiddaħħal il-konnessjoni mal-Internet fis-servizz universali (16). Għal darb’oħra qed jiġi nnotat li l-Kummissjoni qed taħrab minn din il-kwistjoni importanti, minħabba li l-Kummissarju Kroes, waqt ir-reviżjoni tal-ambitu tas-servizz universali, eskludiet il-possibilità li jiġu inklużi t-telekomunikazzjonijiet mobbli u l-konnessjonijiet ta’ veloċità għolja (17). Il-Kummissjoni bbażat din il-konklużjoni fuq il-konsultazzjoni pubblika mnedija f’Marzu 2010, li minnha ħareġ li kien hemm piż kbir għall-industrija, kif ukoll implikazzjonijiet fuq il-prezzijiet għall-konsumaturi f’uħud mill-Istati Membri fejn dawn is-servizzi għadhom dgħajfa. |
4.8 |
Huwa tassew sorprendenti kif filwaqt li l-Kummissjoni turi sensittività qawwija fir-rigward tal-ħtieġa li l-Unjoni tagħmel qabża ta’ kwalità deċiżiva fl-infrastrutturi, għadha kawta ħafna fir-rigward tal-opportunità li tadatta l-leġislazzjoni dwar is-servizz universali għat-telekomunikazzjonijiet, li issa ilha mill-2002 (18). Għalkemm jifhem id-diffikultajiet ekonomiċi li semmiet il-Kummissjoni, il-KESE jtenni li, filwaqt li nistennew li jintlaħaq dan l-objettivi prijoritarju mill-iktar fis, kull ċittadin irid jiġi ggarantit aċċess pubbliku jew privat għall-broadband bi prezz affordabbli u loġistika sostenibbli. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar il-Facilità Nikkolegaw l-Ewropa (Ara paġna 116 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)..
(2) Opinjoni tal-KESE dwar Riflessjonijiet dwar is-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika, ĠU C 175, 28.7.2009, p. 8 u l-opinjoni tal-KESE dwar It-tisħiħ tal-kultura diġitali, il-kompetenzi diġitali u l-inklużjoni diġitali, ĠU C 318, 29.10.2011, p.9.
(3) Opinjoni tal-KESE dwar In-newtralità tan-netwerk, għadha mhix ippubblikata fil-ĠU u opinjoni tal-KESE dwar L-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju / Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment, ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53.
(4) Opinjoni tal-KESE dwar Riflessjonijiet dwar is-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika, ĠU C 175, 28.7.2009, p. 8, opinjoni tal-KESE dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ĠU C 54, 19.02.2011, p. 58, opinjoni tal-KESE dwar L-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju / Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment, ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53 u bosta opinjonijiet oħra.
(5) Il-Komunikazzjoni “Baġit għall-Ewropa 2020”, COM(2011) 500 final.
(6) Opinjoni tal-KESE dwar In-networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50
(7) Opinjoni tal-KESE dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.
(8) Opinjoni tal-KESE dwar Riflessjonijiet dwar is-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika, ĠU C 175, 28.7.2009, p. 8 u opinjoni tal-KESE dwar It-tisħiħ tal-kultura diġitali, il-kompetenzi diġitali u l-inklużjoni diġitali, ĠU C 318, 29.10.2011, p. 9.
(9) COM(2006) 129 final.
(10) Dwar l-assemblea diġitali, ara http://ec.europa.eu/information_society/digital-agenda/daa/index_en.htm.
(11) Ara d-dikjarazzjoni ta’ A.K. Bhargava, direttur eżekuttiv tal-kumpanija tat-telefonija Indjana MTNL (Manhagar Telephone Nigam Limited): “Sabiex inżidu l-penetrazzjoni tal-broadband, l-infrastruttura trid tantiċipa d-domanda. Il-kwalità tas-servizzi trid togħla u fuq kollox, l-ispejjeż iridu jkunu sostenibbli”; Broadband Tech India, 12.9.2011.
(12) COM(2010) 245 final/2.
(13) Opinjoni tal-KESE dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.
(14) Opinjoni tal-KESE dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.
(15) Opinjoni tal-KESE dwar In-newtralità tan-netwerk, ĠU C 24, 28.1.2012, p. 139.
(16) Opinjoni tal-KESE dwar Riflessjonijiet dwar is-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika, ĠU C 175, 28.7.2009, p. 8, opinjoni tal-KESE dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58, opinjoni tal-KESE dwar L-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju / Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment, ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53. u bosta opinjonijiet oħra.
(17) Dikjarazzjoni tat-23 ta’ Novembru 2011, ara IP/11/1400.
(18) Id-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali, 7 ta’ Marzu 2002.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/125 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE”
COM(2011) 658 finali — 2011/0300 (COD)
2012/C 143/25
Relatur: is-Sur BIERMANN
Nhar il-15 ta’ Novembru 2011 u nhar id-29 ta’ Novembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 172 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE
COM(2011) 658 final – 2011/0300 (COD)
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’131 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 2 astensjonijiet.
Din l-opinjoni tagħmel parti minn pakkett ta’ ħames opinjonijiet imħejjija mill-KESE dwar il-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (CEF, Connecting Europe Facility) u l-linji gwida tagħha li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2011. Dan il-pakkett hu magħmul mill-opinjonijiet: TEN/468 dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (relatur: is-Sur HENCKS), TEN/469 dwar il-Linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet (relatur: is-Sur LONGO), TEN/470 dwar il-Linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija (relatur: is-Sur BIERMANN), TEN/471 dwar il-Linji gwidi għall-infrastruttura tat-trasport (relatur: is-Sur BACK) u TEN/472 dwar L-inizjattiva ta’ bonds tal-proġetti (relaturi: is-Sur DUTTINE u s-Sinjura ANČA).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jappoġġja l-għan li tiġi modernizzata u estiża b’mod komprensiv l-infrastruttura Ewropea tal-enerġija. Flimkien mad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, tas-sorsi tal-provvista u tar-rotot ta’ tranżitu, infrastruttura Ewropea tal-enerġija effiċjenti, stabbli u bi povvista sigura hija waħda mill-elementi bażiċi ta’ provvista sigura u stabbli tal-enerġija fl-UE.
1.2 Il-kriżi finanzjarja wriet li l-istrutturi industrijali stabbli, iżda wkoll l-istrutturi stabbli tal-SMEs, huma ta’ valur miżjud li jistgħu jikkontribwixxu biex l-Ewropa toħroġ mill-kriżi aktar malajr. Infrastruttura tal-enerġija stabbli li tiggarantixxi provvista sigura ħafna hija prerekwiżit bażiku għaż-żewġ setturi.
1.3 Fil-futur l-enerġija ser ikollha tiġi trasportata fuq distanzi twal u fi kwantitajiet akbar b’mod iktar frekwenti milli huwa possibbli llum il-ġurnata. Għaldaqstant, kif jingħad fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, għandhom jinħolqu u jiġu implimentati l-kundizzjonijiet meħtieġa.
1.4 It-trażmissjoni ta’ vultaġġ għoli u b’kurrent dirett (maximum voltage direct-current transmission) għandha tinbena f’netwerk stabbli madwar l-UE kollha. Il-konnessjonijiet lineari li jintużaw illum il-ġurnata mhumiex siguri għalkollox.
1.5 Għandhom jinħolqu interkonnessjonijiet Ewropej biex tiġi evitata l-konġestjoni. Il-ġestjoni ta’ din il-konġestjoni tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-provvista.
1.6 Huwa biss b’infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea li l-pajjiżi kollha tal-UE jistgħu jagħmlu użu mill-vantaġġi lokali tagħhom f’termini ta’ sorsi nazzjonali tal-enerġija. Dan japplika għall-użu tal-idroenerġija u tal-enerġija mir-riħ kif ukoll għall-użu tal-pannelli solari fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Tali struttura tista’ ttejjeb ukoll l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija minn karburanti fossili bħaż-żejt, il-gass u l-faħam.
1.7 Huwa biss permezz ta’ infrastruttura estiża tal-enerġija li tista’ ssir il-bidla lejn provvista tal-enerġija sostenibbli, sigura u b’livell baxx ta’ diossidu tal-karbonju.
1.8 Il-KESE jappoġġja l-ħolqien tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. S’issa kien hemm biss stimi dwar iż-żieda fil-volum tal-investiment. Madankollu, biex dan jiġi implimentat hemm bżonn li jiġu analizzati b’mod konkret il-ħtiġijiet reali tal-investiment; jeħtieġ ukoll kundizzjonijiet qafas u riżorsi aħjar għall-innovazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp tal-infrastruttura Ewropea tal-enerġija. Dan m’għandux isir għad-detriment tal-estensjoni, ugwalment meħtieġa, tan-netwerks ta’ distribuzzjoni fl-Istati Membri u r-reġjuni. Hemm bżonn ukoll ta’ tariffi tan-netwerk li jippromovu l-investiment privat, kif ukoll ta’ programmi effettivi u pubbliċi ta’ garanzija u ta’ appoġġ biex jinħolqu inċentivi għall-investiment privat.
1.9 Il-kriterji għall-għoti tal-proġetti huma ta’ importanza kbira. Dawn għandhom ikunu trasparenti kemm għall-operaturi tan-netwerk, għall-ekonomija li tipproduċi u tikkonsma l-enerġija kif ukoll għall-pubbliku inġenerali. Il-KESE jilqa’ l-istrutturi ppreżentati fil-proposta għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tar-reġjuni. Għaldaqstant, il-KESE japprova l-kriterji dwar l-għoti ta’ proġetti li huma mehmużin fl-Anness tal-abbozz ta’ Regolament.
1.10 L-estensjoni tan-netwerk Ewropew tal-enerġija hija essenzjali biex jitjieb il-bilanċ tat-tagħbija tal-elettriku (energy load) kif ukoll biex isir użu sħiħ mill-potenzjal tal-effiċjenza. Bil-għan li l-estensjoni tan-netwerk ma toħloqx ostakli għat-tkabbir Ewropew, jeħtieġ li jitħaffef b’mod sinifikanti l-proċess ta’ awtorizzazzjoni. F’dan ir-rigward ukoll, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti fl-abbozz ta’ Regolament. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-passi neċessarji għall-adattament fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.
1.11 Fil-prinċipju, il-KESE huwa tal-fehma li hemm bżonn ta’ aktar aċċettazzjoni u ta’ aktar djalogu bejn il-partijiet involuti kollha biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-estensjoni tan-netwerk tal-enerġija.
1.12 Fil-qasam tar-riċerka, jinħtieġu aktar sforzi biex il-varjazzjonijiet fil-fluss tal-enerġija ġġenerata minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija jiġu bbilanċjati permezz ta’ netwerks intelliġenti, kapaċitajiet ta’ ħżin u kunċetti intelliġenti fir-rigward tat-taħlita tal-enerġija. Biex dan jiġi implimentat jeħtieġ ċertezza legali madwar l-UE.
1.13 Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-istabbiltà tan-netwerk tal-elettriku Ewropew fi sfond ta’ ċirkostanzi li jinbidlu fir-rigward tal-ammont dejjem akbar ta’ enerġija rinnovabbli volatili fin-netwerk. M’għandux ikun hemm varjazzjoni fil-vultaġġ u fil-frekwenza.
1.14 Hemm bżonn ta’ livell għoli ta’ aċċettazzjoni pubblika għall-ħolqien ta’ infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija. Il-possibbiltajiet proposti fl-abbozz ta’ Regolament huma pass importanti biex dan jinkiseb. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-possibbiltajiet għandhom jiġu estiżi fl-Istati Membri individwali tal-UE.
1.15 Ser ikun hemm esiġenzi partikolarment qawwija fuq il-ħaddiema kemm matul il-bini kif ukoll fl-operat tan-netwerks transnazzjonali tal-enerġija. Dawn il-proġetti jirrikjedu ħaddiema bi kwalifiki adatti għal dawn it-tipi ta’ xogħlijiet u taħriġ professjonali kontinwu. Il-persunal b’livell għoli ta’ kwalifiki, bħall-managers u l-inġiniera, għandhom partikolarment bżonn taħriġ kontinwu dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-prevenzjoni tar-riskji fil-qasam tat-trażmizzjoni tal-enerġija bejn il-pajjiżi differenti u fir-rigward tal-leġislazzjoni rilevanti li dejjem tevolvi. Fl-għoti ta’ kuntratti għandha tingħata attenzjoni lill-konformità mal-istandards soċjali.
1.16 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon li nżammet l-idea ta’ netwerk estensiv tal-gass. Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija ser tissaħħaħ permezz tal-konnessjoni ta’ diversi reġjuni li jipproduċu l-gass.
1.17 Il-proġetti ta’ riċerka li ġew suġġeriti mill-UE dwar il-ġbir u l-ħżin tas-CO2 qed jimxu bil-mod. Netwerk li jgħaqqad iċ-ċentri ta’ riċerka u s-siti potenzjali ta’ ħżin jew li jservi huwa stess ta’ post ta’ ħżin għandu tabilħaqq jiġi ppjanat minn issa. Madankollu, hemm dubji dwar kemm dan jista’ jitwettaq sa qabel l-2020. Għaldaqstant, il-KESE jissuġġerixxi li jiġi stabbilit proċess ta’ akkumpanjament bil-għan li jitkomplew ir-riċerka u l-analiżi dwar jekk din it-teknoloġija tistax tiġi applikata (ara wkoll CESE 1203/2008 – Il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju – relatur: is-Sur Wolf) (1).
2. Daħla
2.1 It-tfassil tal-futur tal-enerġija Ewropea huwa sfida kbira għall-politika Ewropea u għas-soċjetà Ewropea. It-twettiq ta’ dan il-għan jirrikjedi azzjoni konsistenti, immirata u realistika, abbażi ta’ studji dwar il-fattibbiltà. Tali azzjoni għandha tmur lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri u tinkludi kunċett Ewropew komuni.
2.2 L-għan huwa li tittieħed azzjoni Ewropea komuni fir-rigward tat-tliet għanijiet politiċi tal-enerġija tal-UE – is-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà. Il-ksib ta’ dawn it-tliet għanijiet jinvolvi wkoll responsabbiltà soċjali, bil-għan li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkollhom aċċess għal enerġija bi prezzijiet li jintlaħqu minn but kulħadd.
2.3 Fis-17 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni intitolata “Prijortiajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara”. Il-Komunikazzjoni tinkludi talba għal politika ġdida dwar l-infrastruttura tal-enerġija fl-Ewropa. Fil-futur, l-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew għandu jiġu kkoordinat fil-qafas ta’ din il-politika. Dan ifisser li fl-istess ħin jiġu riveduti u analizzati l-istrateġiji u l-approċċi attwali fir-rigward tan-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija.
2.4 Fl-aħħar, fid-19 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE”. L-għan huwa li jinħoloq suq intern uniku tal-infrastruttura tal-enerġija, li għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013. Għaldaqstant, l-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija tagħmel parti mill-approċċ Ewropew fir-rigward tal-enerġija 2020. Dan l-approċċ jinkludi l-integrazzjoni tal-Istati Membri kollha fin-netwerk Ewropew, il-promozzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija sostenibbli, iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-estensjoni tal-enerġiji rinnovabbli.
2.5 Fil-futur, l-infrastruttura tal-enerġija ser tkun aktar importanti: il-kumitat dwar l-etika “Provvista sigura tal-enerġija” fi ħdan il-gvern Ġermaniż jirreferi għaliha bħala “l-qalba ta’ ekonomija teknoloġikament avvanzata” (2).
2.5.1 |
Għat-trażmissjoni tal-elettriku din tfisser l-estensjoni ta’ netwerk b’vultaġġ għoli u b’kurrent dirett (awtostrada tal-elettriku) madwar l-UE kollha inklużi l-punti tal-akkoppjar (coupling points), ir-riċerka u l-iżvilupp addizzjonali ta’ faċilitajiet għall-ħżin tal-elettriku, l-estensjoni ta’ sistemi intelliġenti u deċentralizzati għad-distribuzzjoni tal-elettriku (smart grids) u l-ġestjoni ta’ użu intelliġenti tal-elettriku. |
2.5.2 |
Il-gass naturali ser jaqdi wkoll rwol ewlieni fit-taħlita futura tal-enerġija Ewropea biex jibbilanċja l-varjazzjonijiet fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u tiġi żgurata provvista bażika ta’ enerġija. Għandu jitħaffef il-bini ta’ pipelines bi pressa qawwija u l-faċilitajiet korrispondenti għall-ħżin tal-elettriku. Peress li l-ispiża tal-ħżin illum il-ġurnata hija relattivament għolja, għandu jiġi kkunsidrat jekk il-ħżin tal-gass naturali jistax jiġi sostitwit, tal-inqas parzjalment, minn forom oħra ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija. |
2.5.3 |
Fil-perjodu medju, iż-żejt ser ikompli jaqdi rwol ċentrali, speċjalment fil-qasam tat-trasport fit-toroq. Għaldaqstant, anke f’dan ir-rigward, l-istrutturi tat-trasport għandhom jiġu estiżi u mtejba, fid-dawl tal-bżonn ta’ sigurtà tal-provvista aktar mifruxa. |
2.5.4 |
Ser ikollha tinbena wkoll l-infrastruttura għat-trasport tas-CO2. Bħalissa għaddejja diskussjoni dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ teknoloġija bħal din. F’dan ir-rigward jinħtieġu aktar riċerka, żvilupp u miżuri għall-promozzjoni tal-aċċettazzjoni. Għalhekk jista’ jkun hemm xi dewmien fl-implimentazzjoni ta’ din it-teknoloġija. |
2.6 Is-sorsi tal-enerġija domestiċi tal-Istati Membri għandhom jiġu integrati fl-infrastruttura Ewropea tal-enerġija. B’hekk pereżempju l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu biż-żejt u l-faħam jistgħu jikkontribwixxu għall-provvista bażika u għall-ibbilanċjar tal-varjazzjonijiet fil-ġenerazzjoni tal-elettriku.
3. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
3.1 Il-kontenut essenzjali tal-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea” jikkonċerna l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jieħdu miżuri dwar l-infrastruttura trans-Ewropea u li fl-istess waqt itejbu l-effiċjenza tal-istrutturi tat-trasport. Biex tiġi indirizzata d-domanda li dejjem tikber għall-enerġija huwa indispensabbli li jkun hemm interkonnessjoni trans-Ewropea tan-netwerks tal-enerġija. Is-setturi kollha tal-enerġija huma kkonċernati.
3.2 Il-proposta tistabbilixxi 12-il proġett u qasam prijoritarju fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija. L-Istati Membri kollha huma integrati fil-proġetti individwali, skont ir-rilevanza tagħhom. Dawn il-proġetti u oqsma jikkonċernaw:
— |
4 kurituri tal-elettriku li jinvolvu fost l-oħrajn il-bini ta’ netwerk barra mill-kosta (offshore) fl-ibħra tat-Tramuntana u l-bini ta’ netwerk Tramuntana-Nofsinhar; |
— |
4 kurituri tal-gass, li jinvolvu fost l-oħrajn il-bini ta’ netwerk Ewropew tal-gass bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista; |
— |
kuritur wieħed taż-żejt; u f’dan il-każ ukoll il-kwistjoni tas-sigurtà tal-provvista hija ta’ prijorità; u |
— |
3 oqsma tematiċi prijoritarji, fost l-oħrajn l-użu ta’ netwerks intelliġenti, il-bini ta’ awtostradi tal-elettriku u netwerks transkonfinali tas-CO2. |
3.3 Il-Kummissjoni żviluppat 15-il kategorija għall-erba’ oqsma ta’ infrastruttura (li jinkludu fost l-oħrajn l-awtostradi tal-elettriku, il-faċilitajiet għall-ħżin tal-elettriku, il-pipelines tal-gass, it-trasport taż-żejt u l-pipelines għat-trasport tas-CO2). Dan huwa indispensabbli biex il-punt tat-tluq tal-partijiet interessati ikun kunċetti identiċi u aċċettati.
3.4 Dan jgħodd ukoll għar-regoli vinkolanti stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni tal-gruppi responsabbli għall-implimentazzjoni reġjonali. Dawn ir-regoli jgħoddu għall-gruppi reġjonali kollha u għandhom itejbu l-kooperazzjoni. F’dawn il-gruppi għandhom jiġu integrati l-interessi kollha kkonċernati. Peress li dawn il-proġetti għandhom impatt transkonfinali sinifikanti fuq it-territorji tal-Istati Membri, dawn ir-regoli u indikaturi huma indispensabbli.
3.5 Fid-dawl tal-fatt li hemm differenza mhux biss bejn il-prezzijiet tal-elettriku iżda wkoll fil-prezzijiet tan-netwerk bejn Stat Membru u ieħor, ġie propost metodu għall-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż li jippermetti li jiġu żviluppati u mqabbla xenarji relatati mad-domanda, il-prezzijiet u l-kapaċità ta’ produzzjoni fis-setturi differenti tal-enerġija.
3.6 Fl-aħħar, ġew proposti linji gwida dwar it-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Dawn iqisu li fid-dawl tar-regoli differenti fl-Istati Membri hemm bżonn li tinħoloq proċedura unika. Ġie propost li jitfassal manwal ta’ proċeduri, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Ir-regoli vinkolanti proposti għandhom japplikaw għall-Ewropa kollha. Dawn jippermettu adattament tal-proċeduri (ara l-Anness II tal-proposta għal Regolament).
3.7 Fl-istess ħin, it-test jipproponi opportunitajiet ġodda għat-tnedija ta’ proġetti pilota favur il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini bil-għan li tiġi żviluppata kultura Ewropea tal-parteċipazzjoni.
3.8 Il-parteċipazzjoni pubblika tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tal-intrapriżi u taċ-ċittadini hawnhekk tieħu dimensjoni kompletament ġdida. Mhuwiex biss il-pubbliku ta’ Stat wieħed li ser jiġi assoċjat fil-proċess iżda wkoll il-pubbliku tal-Istati Membri kkonċernati. B’hekk tiġi stabbilita parteċipazzjoni kważi transnazzjonali li tista’ u għandha definittivament twassal għal kultura Ewropea tal-parteċipazzjoni. Dan l-aspett ġie enfasizzat b’mod adegwat fl-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) dwar “Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara” (3) (ara b’mod partikolari punt 3 u 4).
3.9 Il-bażi legali għall-implimentazzjoni ta’ regolament hija l-Artikolu 171(1) tat-TFUE, li huwa mfassal b’mod ċar, kif ukoll il-proċedura ta’ kodeċiżjoni stabbilita fl-Artikolu 172. Huwa importanti li l-Istati Membri jżommu l-kompetenzi tagħhom fir-rigward tat-taħlita tas-sorsi tal-enerġija. Il-kompetenza tal-UE fir-rigward tan-netwerks trans-Ewropej hija utli f’dan ir-rigward u għandha tissaħħaħ.
3.10 Huwa stmat li l-qafas finanzjarju għall-iżvilupp tal-infrastruttura Ewropea tal-enerġija sal-2020 huwa ta’ madwar EUR 210 biljun (4). Is-sehem tal-investituri privati huwa mistenni jkun ta’ 50 %. Sabiex dan il-għan jinkiseb, bħalissa l-Kummissjoni qed tiddiskuti u tiżviluppa strumenti finanzjarji. Il-Grupp ta’ Studju TEN “L-inizjattiva ta’ bonds tal-proġetti tal-Ewropa 2020 għall-proġetti infrastrutturali” qed janalizza l-proposti għall-istabbiliment ta’ tali strumenti (5).
3.11 Ir-Regolament propost għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013. Il-prinċipji ta’ finanzjament tiegħu jagħmlu parti mill-qafas finanzjarju multiannwali tal-UE għall-perjodu 2014-2020.
4. Kummenti tal-KESE
4.1 Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija b’infrastruttura moderna tal-enerġija hija kundizzjoni essenzjali għat-tkomplija tal-iżvilupp tas-soċjetà Ewropea. Għaldaqstant, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni, li tirrappreżenta pass importanti għat-twettiq tal-politika tal-enerġija sal-2020.
4.2 Is-soluzzjoni proposta hija nofs triq bejn it-trasparenza tas-suq, il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni u s-suq ħieles. Dan huwa aspett pożittiv. Is-swieq tal-enerġija tal-Istati Membri mhumiex irregolati bl-istess mod, li jista’ jwassal għal kunflitti ta’ interess. Għaldaqstant, hemm bżonn li s-swieq tal-enerġija nazzjonali jiġu allinjati bil-għan li jinżammu l-ħtiġijiet nazzjonali.
4.3 Il-linji gwida proposti għall-indikaturi u r-regoli komuni, li għandhom ikunu vinkolanti għal kulħadd, joffru b’mod partikolari l-opportunità li tittieħed azzjoni konġunta u mmirata. B’hekk jiġi evitat minn qabel ir-riskju ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-kunċetti.
4.4 L-għan propost tal-bini ta’ supernetwerk tal-enerġija li jwassal għall-implimentazzjoni ta’ netwerks deċentralizzati u intelliġenti jista’ jkollu diversi effetti pożittivi:
— |
aktar postijiet tax-xogħol u ta’ kwalità aħjar, b’mod partikolari fiż-żoni periferiċi tal-Ewropa; |
— |
it-tisħiħ tal-pożizzjoni tas-siti ta’ attivitajiet industrijali u ta’ għoti ta’ servizz fl-Ewropa fil-kompetittività dinjija permezz ta’ provvista tal-enerġija sigura. Dan japplika b’mod partikolari għall-SMEs; |
— |
il-modernizzazzjoni u l-estensjoni tal-infrastruttura Ewropea tal-enerġija tikkontribwixxi għal aktar effiċjenza enerġetika; |
— |
il-bini ta’ infrastruttura transnazzjonali flimkien mal-iżvilupp ta’ netwerks reġjonali joffru l-possibbiltà li jiġu kkontrollati n-nuqqasijiet ta’ enerġija; |
— |
l-għan li tissaħħaħ il-kompetittività fis-swieq tal-enerġija jista’ jwassal għall-istabbilizzar jew saħansitra t-tnaqqis tal-prezzijiet. Madankollu l-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni xi kultant ta’ livell għoli topponi dan, li jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-prezzijiet. Jeħtieġ li jitnieda proċess politiku bil-għan li jinstab bilanċ tajjeb għall-approċċ li għandu jiġi segwit. |
4.5 Il-parteċipazzjoni ppjanata tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tista’ twassal biex l-innovazzjonijiet proposti fil-qasam tal-infrastruttura jiġu aċċettati aktar. Il-KtR enfasizza ħafna dan l-aspett fl-opinjoni tiegħu.
4.6 Jeħtieġ li tingħata orjentazzjoni ġdida lir-regolamentazzjoni tan-netwerk. Għandu jinsab mezz kif jiġi sostitwit l-approċċ iffokat fuq ir-rendiment tal-operaturi permezz ta’ kunċetti aktar komprensivi. Il-fattibbiltà teknika hija aspett ewlieni f’dan ir-rigward, bħalma hija l-kwistjoni tal-implimentazzjoni mil-lat ekonomiku, sostenibbli u soċjali.
4.7 Element rilevanti għall-infrastruttura moderna tal-enerġija huwa l-ħżin ta’ riżerva ta’ enerġija. S’issa dan kien jikkonċerna l-gass naturali u ż-żejt. L-istokkijiet attwali tal-enerġija issa ġew estiżi biex jinkludu l-istokkijiet tal-elettriku. Il-mistoqsija hija jekk dan jikkonċernax il-proġetti ta’ interess komuni jew il-proġetti nazzjonali. S’issa m’hemm l-ebda regolament tal-UE f’dan ir-rigward, u hemm tħassib legali serju f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija mitluba tiżviluppa proposta li toħloq ċertezza legali fir-rigward tal-ħżin tal-enerġija. Il-proposta għandha tikkunsidra l-possibbiltajiet tekniċi kollha għall-promozzjoni tal-possibbiltajiet previsti għall-ħżin tal-enerġija, bħal pereżempju batteriji, tekniki li jaħdmu bil-fwar, l-idroġenu jew il-metan. Huwa mixtieq ukoll li jiġu implimentati proġetti ta’ riċerka b’mod parallel.
4.8 L-Istati Membri li għandhom kumitati ekonomiċi u soċjali għandhom jisimgħu l-opinjonijiet ta’ dawn il-kumitati u jinvolvuhom fl-ippjanar u l-implimentazzjoni bħala konsulenti.
4.9 Ir-regoli nazzjonali dwar il-kodeċiżjoni u l-parteċipazzjoni tal-impjegati għandhom jagħmlu parti mill-proġetti reġjonali ta’ infrastruttura tal-enerġija. Dan huwa prerekwiżit essenzjali għall-għoti ta’ dimensjoni soċjali lill-impjiegi eżistenti u futuri fil-proġetti Ewropej ta’ infrastruttura.
4.10 Il-ħaddiema li jaħdmu fi proġetti ta’ infrastruttura għandu jkollhom il-kwalifiki adatti għal dawn il-kompiti esiġenti u għandhom ikomplu jitħarrġu sabiex il-proġetti jiġu implimentati mingħajr tfixkil.
4.11 Iċ-ċittadini tal-UE għandhom jiġu informati bir-reqqa dwar il-proġetti ta’ infrastruttura li qed jitniedu. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti mhijiex possibbli jekk ma jiġux appoġġjati mill-pubbliku.
4.12 L-ispejjeż tal-infrastruttura huma parti mill-prezz li jħallas l-utent aħħari tal-enerġija. Fil-prattika dawn l-ispejjeż jiġġarrbu mill-konsumatur. F’dan ir-rigward hemm il-periklu li xi ċittadini jiġu esklużi mill-użu tal-elettriku. Din il-kwistjoni tissemma b’mod vag fil-proposta. Jeħtieġ li jitfasslu approċċi għall-eliminazzjoni tal-faqar fil-qasam tal-enerġija fl-Ewropa flimkien mal-miżuri l-oħra. F’dan ir-rigward, il-kwsitjoni hija kemm ser inkunu nistgħu niġġeneraw kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija mingħajr ma jogħlew il-prezzijiet.
4.13 Il-produzzjoni tal-enerġija fil-post it-tajjeb twassal ukoll għal titjib fl-ispejjeż tal-infrastruttura. B’hekk, jeħtieġ li l-enerġija mir-riħ tiġi prodotta fir-reġjuni fejn jaħkem ir-riħ, u l-enerġija solari fir-reġjuni xemxija. Dan l-approċċ iwassal għat-titjib tal-produzzjoni tal-enerġija kif ukoll għat-titjib tat-trasport tal-enerġija.
4.14 L-industrija u l-SMEs għadhom fatturi li joħolqu valur miżjud fl-Ewropa. Anke f’dan il-każ, huwa importanti li jkun hemm provvista stabbli tal-enerġija bi prezzijiet kompetittivi fis-swieq dinjija.
4.15 Il-bini ppjanat ta’ infrastruttura għat-trasport tas-CO2 għadu kwistjoni miftuħa. Bħalissa qed jiġu diskussi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ din it-teknika. Fid-dawl tal-fatt li fil-perjodu medju, il-karburanti fossili bħaż-żejt, il-gass naturali u l-faħam ser jibqgħu jagħmlu parti mit-taħlita tal-enerġija fl-Ewropa, hemm bżonn ta’ miżuri ta’ akkumpanjament biex tiġi promossa din it-teknika u biex tinbena infrastruttura rilevanti bil-għan li jinkisbu l-objettivi fit-tul li stabbilixxiet l-UE fir-rigward tal-klima. Madankollu, ftit li xejn jeżistu proġetti pilota bħalissa, u jeżisti dubju dwar jekk hux ser ikun hemm sal-2020 jew wara.
4.16 Għaldaqstant, il-KESE jilqa’ l-proposta għal Regolament dwar l-infrastruttura tal-enerġija u jappoġġja l-implimentazzjoni rapida tiegħu fid-dawl tal-kummenti tiegħu.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 27, 23.2.2009, p. 75.
(2) “Deutschlands Energiewende – Ein Gemeinschaftswerk für die Zukunft” (Il-bidla fil-qasam tal-enerġija tal-Ġermanja – Ħidma kollettiva għall-ġejjieni), imressaq mill-Kumitat tal-Etika “Provvista sigura tal-enerġija”, Berlin, 30 ta’ Mejju 2011, p. 37.
(3) ĠU C 259, 2.9.2011, p. 48-53.
(4) Madwar EUR 140 biljun għan-netwerks tat-trażmissjoni tal-elettriku b’vultaġġ għoli, għall-ħżin u l-applikazzjonijiet ta’ netwerks intelliġenti; madwar EUR 70 biljun għall-pipelines tal-gass bi pressa qawwija; u madwar EUR 2,5 biljun għall-infrastruttura tat-trasport tas-CO2.
(5) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “L-inizjattiva ta’ bonds tal-proġetti tal-Ewropa 2020 għall-proġetti infrastrutturali” (Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/130 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwidi tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew”
COM(2011) 650 finali — 2011/0294 (COD
2012/C 143/26
Relatur: is-Sur BACK
Nhar il-15 ta’ Novembru 2011 u nhar it-30 ta’ Novembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 172 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwidi tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew
COM(2011) 650 final – 2011/0294 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’133 voti favur, vot kontra u 6 astensjonijiet.
Din l-opinjoni tagħmel parti minn pakkett ta’ ħames opinjonijiet imħejjija mill-KESE dwar il-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (CEF, Connecting Europe Facility) u l-linji gwida tagħha li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2011. Dan il-pakkett hu magħmul mill-opinjonijiet: TEN/468 dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (relatur: is-Sur HENCKS), TEN/469 dwar il-Linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet (relatur: is-Sur LONGO), TEN/470 dwar il-Linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija (relatur: is-Sur BIERMANN), TEN/471 dwar il-Linji gwidi għall-infrastruttura tat-trasport (relatur: is-Sur BACK) u TEN/472 dwar L-inizjattiva ta’ bonds tal-proġetti (relatur: is-Sur DUTTINE).
1. Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni dwar il-Pakkett tat-Tkabbir li minn hawn ’il quddiem ser tissejjaħ il-Komunikazzjoni) u l-proposta għal Regolament dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (li minn hawn ’il quddiem ser tissejjaħ il-Proposta). L-approċċ propost fil-Komunikazzjoni u l-miżuri regolatorji proposti sabiex jiġu implimentati fil-qasam tat-trasport u li jinsabu fil-Proposta jikkonformaw b’mod ġenerali ma’ dak li qal il-KESE f’opinjonijiet preċedenti tiegħu. |
1.2 |
B’mod partikolari l-KESE jaqbel li n-netwerks ta’ infrastruttura transkonfinali multimodali u mingħajr xkiel li jinkludu l-“aħħar mil” u b’rabtiet tajba mal-pajjiżi terzi huma vitali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Istrateġija UE 2020 u l-għanijiet tal-White Paper tal-2011, Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport (minn issa ’l quddiem din ser tissejjaħ il-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport). Il-KESE japprezza wkoll l-approċċ integrat lejn politika tal-infrastruttura fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u dawk diġitali sabiex ikunu jistgħu jinkisbu sinerġiji u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Madanakollu f’dan ir-rigward il-KESE jixtieq iressaq dawn il-kummenti. |
1.3 |
Il-KESE jiddispjaċih li l-għan li jinkisbu s-sinerġiji man-netwerks l-oħra ma jidhirx li huwa wieħed mill-prijoritjiet tal-ippjanar tal-Proposta hekk kif definiti fl-Artikolu 10 tagħha. |
1.4 |
Il-KESE jinnota problema ta’ konsistenza bejn l-għanijiet fuq perjodu twil ħafna stabbiliti fil-Proposta u l-miżuri iktar prattiki u immedjati għall-perjodu 2020-2030. |
1.5 |
Il-KESE jaqbel mal-approċċ ibbażat fuq żewġ livelli ta’ netwerk komprensiv u prinċipali. Madanakollu l-KESE jistaqsi jekk il-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni (li minn issa ’l quddiem ser jissejħu l-Kurituri) għandhomx fil-fatt jitqiesu bħala t-tielet livell, li jieħu post il-Proġetti ta’ Prijorità fil-linji gwida preżenti. Dan minħabba l-fatt li l-Kapitlu IV tal-Proposta jinkludi kriterji speċifiċi fir-rigward tad-definizzjoni tal-Kurituri u l-iżvilupp tagħhom li jagħtihom natura distinta li tista’ tingħaraf b’mod ċar mill-bqija tan-netwerk ewlieni. Il-KESE josserva problemi ta’ tbassir u ta’ ċertezza legali li ġejjin mill-fatt li l-Kurituri u l-proġetti definiti minn qabel fir-rigward tal-Kurituri huma elenkati fil-lista tal-Anness tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (li minn issa ’lquddiem ser tissejjaħ il-Proposta CEF) li għandha tapplika biss għall-perjodu 2014-2020, filwaqt li kemm il-Kurituri kif ukoll il-proġetti relatati magħhom huma proġetti fuq perjodu fit-tul u għandhom jingħataw prijorità anki wara l-2020. |
1.6 |
Il-KESE għalhekk huwa tal-fehma li l-problemi msemmija hawn fuq ta’ tbassir u ċertezza legali jistgħu jiġu solvuti jew billi ssir lista tal-Kurituri u l-proġetti definiti minn qabel li jinsabu fl-Anness tal-Proposta jew billi jiġi stipulat li l-lista ser tibqa’ tapplika sa kemm iddum tapplika l-Proposta u dan soġġett għal emendi futuri. |
1.7 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol importanti tal-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-governanza sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-Kurituri. Madanakollu l-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll lejn l-importanza li din l-organizzazzjoni tinżamm żnella, iffukata u kosteffiċjenti u bil-għan ċar li tiżgura li b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-ippjanar tal-interfaċċji transkonfinali jaħdem tajjeb fil-livelli kkonċernati kollha u li jiġu evitati l-ostakli fil-Kurituri. Il-KESE jitlob li jinstabu soluzzjonijiet sabiex ma jkunx hemm organizzazzjonijiet paralleli ta’ governanza u funzjonijiet doppji meta jikkoinċidu sistemi ta’ kurituri differenti, pereżempju l-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni u partijiet min-netwerk Ewropew tat-tagħbija ferrovjarja għal merkanzija kompetittiva. |
1.8 |
Il-KESE jistaqsi jekk għandux ikun hemm il-possibbiltà espliċita li n-netwerk ewlieni kollu, inkluż dak tal-awtostradi tal-baħar (Motorways of the Sea – MoS) bejn il-portijiet tan-netwerk ewlieni, jiġi provdut b’mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni adegwata u fil-ħin tan-netwerk ewlieni b’mod partikolari d-dimensjoni transkonfinali tiegħu. Il-KESE b’mod partikolari jenfasizza li dan il-mekkaniżmu jista’ jkun riżors li jagħmilha iktar faċli għall-awtoritajiet tal-ippjanar li jiksbu bilanċ bejn il-prijoritajiet nazzjonali f’bosta livelli u l-valur miżjud tal-UE u b’hekk jiġi enfasizzat ukoll il-valur miżjud tal-UE. |
1.9 |
Rigward il-konfigurazzjoni tal-Kurituri, il-KESE jinnota l-fatt li l-Proposta tpoġġi enfasi fuq in-natura multimodali u transkonfinali tagħhom. Il-konfigurazzjoni tal-Kurituri, hekk kif tinsab fl-Anness tal-Proposta CEF, hija wisq ibbażata fuq il-kurituri tat-trasport ferrovjarju definiti fir-Regolament (UE) 913/2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv. Billi fost il-prijoritajiet ġenerali tal-Proposta nsibu l-prijorità li t-trasport multimodali juża r-riżorsi b’mod effiċjenti u li kull Kuritur għandu jinkludu mill-inqas tliet modi tat-trasport, ta’ min jikkunsidra wkoll modi oħra tat-trasport. |
1.10 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-Kurituri għandhom jiġu definiti abbażi tal-approċċ multimodali u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi stabbilit fl-Artikoli 48 u 49 tal-Proposta, u li dawn għandhom ikopru l-iktar flussi transkonfinali twal importanti fin-netwerk ewlieni billi jagħmlu użu ottimu ta’ kull mod u permezz ta’ kooperazzjoni bejniethom. Il-konfigurazzjoni tal-Kurituri għandha tiġi gwidata minn analiżi tal-kost/benefiċċju u tfittex l-effiċjenża u s-sostenibbiltà (ekonomika, ekoloġika u soċjali) b’enfasi fuq l-innovazzjoni u l-komodalità. Abbażi ta’ dan, huma u jiġu definiti l-Kurituri għandhom jiġu indirizzati l-bżonnijiet tal-modi kollha inklużi n-nodi. |
1.11 |
Il-KESE jagħti importanza kbira lill-intenzjoni li jingħataw riżorsi addizzjonali għall-bżonnijiet tal-Pajjiżi ta’ Koeżjoni fil-Proposta CEF u huwa tal-fehma li din il-prijorità tidher ukoll fil-Proposta pereżempju billi jiżdied objettiv fl-Artikolu 4 jew prijorità addizzjonali fl-Artikolu 10. |
1.12 |
Il-KESE jinnota li skont l-Artikolu 17(3) tal-Proposta CEF, bejn 80 sa 85 % tar-riżorsi baġitarji disponibbli għandhom jiġu riservati għall-proġetti definiti minn qabel prinċipalment fi ħdan il-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni u elenkati fl-Anness tal-Proposta CEF. Il-KESE jiddispjaċih li ma hemm l-ebda indikazzjonijiet dwar liema kriterji ġew applikati biex intgħażlu dawn il-proġetti. Il-KESE jfakkar in-natura multimodali tal-Kurituri stabbilita wkoll fid-dispożizzjonijiet dwar il-pjan ta’ żvilupp tal-Kurituri tal-Artikolu 53 tal-Proposta, li jidher li jassumi wkoll li għandu jkun hemm distribuzzjoni raġonevoli tal-proġetti ta’ investiment bejn il-modi – ara l-Artikolu 53(1)(f) tal-Proposta. |
1.13 |
Fid-dawl ta’ kemm huwa importanti l-għan tas-sostenibbiltà, stabbilit pereżempju fl-Artikolu 37 sa l-Artikolu 39 tal-Proposta, il-KESE jistaqsi jekk l-idea ta’ Soluzzjonijiet ta’ Kurituri Ekoloġiċi tistax tintuża bħala tikketta ta’ kwalità għall-iżvilupp tal-għażla tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija indirizzata f’Artikolu 38. |
2. Daħla
2.1 |
Il-linji gwida TEN-T, li japplikaw attwalment, għandhom il-forma ta’ deċiżjoni u joriġinaw mill-1996. L-għan tagħhom huwa li jtejbu l-konnettività u b’hekk il-funzjonament tas-suq uniku. |
2.2 |
Madanakollu l-linji gwida tal-1996, hekk kif ġew emendati, ma joħolqux netwerk koerenti. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fir-rigward tal-proġetti prijoritarji li għandhom l-għan li jindirizzaw ċerti punti tan-netwerk fejn jinqalgħu problemi ta’ kapaċità jew konnettività. |
2.3 |
L-implimentazzjoni tal-linji gwida saret bil-mod u kien hemm ħafna dewmien b’mod partikolari fejn jidħlu l-proġetti prijoritarji. |
2.4 |
Il-KESE jinnota wkoll l-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-linji gwida fl-Istati Membri tal-Lvant tal-Ewropa. |
2.5 |
Il-Komunikazzjoni u l-Proposta (il-Pakkett) li qed tressaq issa l-Kummissjoni huma l-frott ta’ proċedura twila ta’ konsultazzjoni. Il-KESE kien involut f’din il-proċedura u ħejja opinjonijiet dwar il-Green Paper tal-2009 dwar il-politika tat-TEN-T (1) u fuq talba tal-Presidenza Pollakka imminenti ta’ dak iż-żmien, opinjoni dwar “L-iżvilupp sostenibbli tal-politika u l-ippjanar tat-trasport tal-UE għat-TEN-T” (2). Il-KESE indirizza wkoll il-kwistjonijiet relatati mat-TEN-T fl-opinjoni tiegħu dwar il-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport 2011 (3). |
2.6 |
Il-Pakkett jimmira li joħloq politika infrastrutturali integrata għan-netwerks tat-trasport, l-enerġija u dawk diġitali sabiex joħloq sinerġiji, itejjeb l-allokazzjoni tar-riżorsi u jelimina l-konġestjonijiet, il-problemi ta’ kapaċità u l-konnessjonijiet nieqsa. |
2.7 |
Il-Pakkett jimmira b’mod partikolari li jikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija UE 2020, jiġifieri l-ksib ta’ ekonomija tal-għarfien sostenibbli u kompetittiva bl-aqwa netwerks u netwerks effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. |
2.8 |
Il-mezzi magħżula għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-għanijiet huma regolamenti separati għal kull settur b’linji gwida għall-ippjanar, il-prijoritajiet u l-implimentazzjoni u qafas komuni ta’ finanzjament, ir-Regolament CEF għall-2014-2020 b’lista tal-Kurituri u l-proġetti magħżula sabiex jiġu finanzjati matul il-perjodu 2014-2020 u li tinsab fl-Anness. Ir-Regolament CEF ma jaqax taħt l-ambitu ta’ din l-opinjoni. |
2.9 |
Il-Proposta tistabbilixxi numru ta’ għanijiet għas-settur tat-trasport. L-iktar għan importanti huwa l-introduzzjoni ta’ netwerk ewlieni koerenti li jippermetti trasport multimodali li juża r-riżorsi b’mod effiċjenti fis-suq uniku u l-konnessjonijiet tiegħu ma’ barra. Il-Proposta mistennija tieħu post in-natura frammentata tal-linji gwida attwali tat-TEN-T, ittejjeb il-viżibilità tan-netwerk u tiffaċilita l-implimentazzjoni tiegħu. |
2.10 |
Bħall-White Paper tal-2011 dwar il-Politika tat-Trasport, il-Pakkett jimmira li jiffaċilita l-flussi tat-trasport li jaħdmu mingħajr xkiel fis-suq uniku, inklużi s-servizzi ta’ loġistika u jiżgura s-sostenibbiltà u t-tkabbir. Il-Proposta għandha l-għan li tiffaċlita l-koordinazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri billi tipprovdi qafas għall-allokazzjoni mtejba tar-riżorsi u pjanar aħjar. |
2.11 |
Il-proposta tinkludi fin-netwerk miżuri li jiżviluppaw is-sistemi ta’ trasport intelliġenti, li jtejbu s-soluzzjonijiet ekoloġiċi tat-trasport u l-innovazzjoni. |
2.12 |
Il-Proposta taqsam in-netwerk fi tnejn: in-netwerk komprensiv u n-netwerk ewlieni. Ir-riżorsi u l-gvernanza tal-UE huma konċentrati fuq in-netwerk ewlieni li għandu jiġi kkaratterizzat minn valur miżjud Ewropew kbir (rabtiet transkonfinali nieqsa, konġestjonijiet, nodi multimodali). In-netwerk ewlieni għandu jiġi implimentat qabel tmiem l-2030 u n-netwerk komprensiv qabel tmiem l-2050. |
2.13 |
Fi ħdan in-netwerk ewlieni huma magħżula numru ta’ kurituri multimodali tan-netwerk ewlieni u huma provduti b’mekkaniżmu ta’ gvernanza b’saħħtu u l-biċċa l-kbira tar-riżorsi baġitarji. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni u l-Proposta u jaqbel li infrastruttura li taħdem tajjeb hija essenzjali għat-tħaddim tas-suq intern. |
3.2 |
F’bosta okkażjonijiet il-KESE talab approċċ integrat bejn it-tipi differenti ta’ netwerks trans-Ewropej. Il-KESE għalhekk japprezza li bdew isiru proposti f’din id-direzzjoni. |
3.3 |
Il-KESE jinnota li l-Proposta tindirizza l-possibiltajiet ta’ koordinazzjoni bejn it-tipi ta’ netwerks differenti b’mod ġenerali ħafna. Dispożizzjonijiet iktar speċifiċi jinsabu fil-Proposta CEF. |
3.4 |
Il-KESE japprezza li l-Proposta hija konsistenti mal-għanijiet tal-politika tat-trasport li huma stabbiliti fil-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport. Il-KESE ġibed l-attenzjoni għall-fatt li għandu jkun hemm iktar konsistenza bejn il-miżuri strateġiċi proposti fil-White Paper li għandhom jiġu implimentati sal-2050 u l-miżuri iktar konkreti li għandhom jiġu implimentati sal-2020-2030. Hemm problemi simili fil-Komunikazzjoni u l-Proposta. |
3.5 |
Il-KESE jassumi li l-approċċ doppju tal-Komunikazzjoni u l-Proposta huwa motivat mix-xewqa li jinħoloq netwerk koerenti tat-trasport għall-merkanzija l-iktar importanti u l-flussi tat-trasport tal-passiġġieri, li huwa għan utli u bbażat ukoll fuq il-bżonn li jiġu stabbiliti prijoritajiet fl-użu ta’ riżorsi finanzjarji skarsi. |
3.6 |
Il-KESE jistaqsi jekk il-kurituri prinċipali, li l-qafas tagħhom huwa elenkat fil-Proposta iżda li huma deskritti fl-Anness tal-Proposta CEF, fil-fatt jikkostittiwixxux it-tielet livell għall-proġetti prijoritarji definiti minn qabel għall-perjodu baġitarju 2014-2020. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-problemi ta’ tbassir u sigurtà legali li jistgħu jinqalgħu għall-Kurituri u l-proġetti li mhumiex implimentati b’mod sħiħ hekk kif l-applikazzjoni tal-Proposta CEF tasal fi tmiemha fl-aħħar tal-2020. |
3.7 |
Il-KESE għalhekk jistaqsi jekk il-lista tal-Kurituri u l-proġetti definiti minn qabel għandhiex tidher fl-Anness tal-Proposta. Il-KESE huwa tal-fehma li l-Kurituri huma iktar relatati mal-Proposta li tirregolahom milli mar-Regolament propost tas-CEF. |
3.8 |
Il-KESE jinnota wkoll problema ta’ koerenza fir-rigward tal-interazzjoni bejn in-netwerk ewlieni u l-Kurituri li għalihom il-Proposta tipprovdi mekkaniżmu b’saħħtu u utli ta’ koordinazzjoni u governanza. Filwaqt li l-KESE jifhem li għandhom jitwaqqfu prijoritajiet stretti ħafna fejn jidħol l-użu tar-riżorsi, mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u governanza żviluppat tajjeb jista’ jkun utli għan-netwerk ewlieni kollu, li għandu limitu għall-implimetazzjoni tiegħu li mhux ’il bogħod, f’termini ta’ pjanar ta’ infrastruttura. Il-KESE b’mod partikolari jenfasizza l-utilità ta’ dan il-mekkaniżmu sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-ippjanar nazzjonali u l-valur miżjud tal-UE u sabiex il-valur miżjud tal-UE isib ruħu fl-ippjanar nazzjonali. Il-bżonn ta’ mekkaniżmu b’saħħtu ta’ koordinazzjoni u governanza huwa importanti ħafna b’mod partikolari għal proġetti li huma transkonfinali bħall-awtostradi tal-baħar. |
3.9 |
Il-KESE jqis li l-Kurituri għandhom ikunu verament multimodali. Xi drabi dan jista’ jfisser kurituri wiesa’ li jorbtu kemm linji fuq l-art jew fissi kif ukoll dawk marittimi, pereżempju fil-forma tal-awtostradi tal-baħar. It-trasport bit-triq għandu jingħata spazju biżżejjed għax huwa importanti li dan in-netwerk ikun ibbażat fuq ir-realtajiet tad-domanda tal-lum. Fil-fatt mistennija żieda ta’ 34 % fit-trasport tal-merkanzija bejn l-2005 u l-2020 u t-trasport bit-triq illum iġorr madwar 75 % tal-volum tat-trasport. Il-KESE jqis li huwa importanti li n-natura multimodali tirrifletti ruħha wkoll fl-għażla tal-proġetti li għandhom ikopru l-modi kollha. |
3.10 |
Il-KESE jaqbel mal-valutazzjoni li saret fil-Komunikazzjoni li x’aktarx wasal iż-żmien għal proposti dwar l-infrastruttura peress li b’konsegwenza tal-kriżi finanzjarja attwali l-investimenti fl-infrastruttura qed jiġbdu iktar attenzjoni. Madanakollu, il-KESE jinnota li l-valutazzjoni tal-possibiltajiet ta’ finanzjament għandha ssir fuq perjodu iktar twil f’dokument li huwa bbażat fuq il-pjani għall-2030 u l-2050. |
3.11 |
Il-KESE jinnota l-ippjanar ambizzjuż għall-perjodu 2014-2020 stabbilit fl-Anness tal-Proposta CEF. Filwaqt li japprezza l-effetti pożittivi fuq l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u governanza għall-kurituri tan-netwerk ewlieni prevista fil-Proposta u l-monitoraġġ provdut mill-Proposta CEF, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għal kemm hu diffiċli li jitbassar it-tul tal-proċeduri nazzjonali ta’ pjanar peress li d-deċiżjonijiet relatati mal-ippjanar ħafna drabi huma soġġetti għal appelli u proċeduri twal. |
3.12 |
Il-KESE fl-opinjoni tiegħu dwar il-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport 2011 enfasizza l-importanza ta’ interfaċċja bejn it-trasport fuq distanzi twal u d-distribuzzjoni fiż-żoni urbani. Il-KESE għalhekk japprova l-approċċ tal-Proposta dwar dan. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 |
Il-KESE jenfasizza li huwa importanti li jingħata lok għall-kundizzjonijiet lokali fl-implimentazzjoni tal-linji gwida fejn jidħlu kriterji tekniċi, b’tali mod li s-sigurtà u s-sikurezza ma jiġux ipperikolati. Jeħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li din il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod adegwat sabiex ikun hemm użu effiċjenti tar-riżorsi. |
4.2 |
Ir-rwol tal-awtostradi tal-baħar mhuwiex ċar, b’mod partikolari fir-rigward ta’ konnessjoni ta’ awtostradi tal-baħar bejn portijiet f’kurituri differenti jew portijiet bi status differenti pereżempju bejn port fin-netwerk ewlieni u port fin-netwerk komprensiv jew bejn żewġ portijiet tan-netwerk ewlieni li jinsabu f’kurituri differenti – ara pereżempju l-Artikolu 25(2)(c) tal-Proposta. Il-KESE mhuwiex kuntent b’dan in-nuqqas ta’ ċarezza, li jista’ jikkawża problemi prattiċi huma u jinħolqu rabtiet bejn il-proġetti differenti tal-awtostradi tal-baħar. |
4.3 |
Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 38 tal-Proposta fir-realtà jindirizzaw il-kunċett ta’ Kurituri Ekoloġiċi li introduċiet il-Kummissjoni fil-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasport tal-Merkanzija tal-2007. Il-KESE jiddispjaċih mill-fatt li din l-idea ewlenija ma tintużax bħala tikketta ta’ kwalità fil-Proposta. |
4.4 |
Il-KESE jaqbel mar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-infrastruttura tat-trasport bit-triq tan-netwerk ewlieni (Artikolu 45 tal-Proposta). L-infrastruttura anċillari, bħaż-żoni ta’ mistrieħ kull 50 km fuq l-awtostradi u żoni ta’ parkeġġ adegwati u siguri għax-xufiera tat-trasport kummerċjali bit-triq, hija importanti ħafna: il-faċilitajiet li jippermettu mistrieħ adegwat huma importanti ħafna għal titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera kif ukoll għas-sikurezza tat-toroq. Dawn jagħtu kontribut ukoll kontra l-kriminalità organizzata. |
4.5 |
Ir-rekwiżit tad-disponibbiltà ta’ karburanti nodfa alternattivi għandu jiġi infurzat għax ser ikun kruċjali sabiex jorbot il-linji gwida TEN-T mal-Istrateġija dwar karburanti alternattivi fil-qasam tat-trasport (inklużi l-elettriku, il-bijokarburanti, il-karburanti sintetiċi, il-metanu u l-gass likwifat miż-żejt li l-Kummissjoni qed tipprepara biex tniedi sabiex tippermetti ċ-ċirkulazzjoni mifruxa tan-netwerk ewlieni tal-vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. F’dan il-kuntest, il-KESE jqis li huwa importanti li tiġi żviluppata infrastruttura adegwata għar-riforniment tal-karburanti alternattivi sabiex jiżdied sostanzjalment it-tixrid tal-vetturi nodfa fis-suq tal-UE. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar “TEN-T: Eżami tal-politika”, ĠU C 318, 23.12.2009, p. 101.
(2) Opinjoni tal-KESE dwar “L-iżvilupp sostenibbli tal-politika u l-ippjanar tat-trasport tal-UE għat-TEN-T”, ĠU C 248, 25.08.2011, p. 31.
(3) Opinjoni tal-KESE dwar “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport (White Paper)”, ĠU C 24, 28.01.2012, p. 146.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/134 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija”
COM(2011) 659 finali — 2011/0301 (COD)
2012/C 143/27
Relatur: is-Sur Armin DUTTINE
Nhar is-17 ta’ Novembru u nhar it-12 ta’ Diċembru 2011 rispettivament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 172, 173(3) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija
COM(2011) 659 final – 2011/0301 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-23 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’161 vot favur, 2 voti kontra u 10 astensjonijiet.
Din l-opinjoni tagħmel parti minn pakkett ta’ ħames opinjonijiet imħejjija mill-KESE dwar il-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (CEF, Connecting Europe Facility) u l-linji gwida tagħha li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2011. Dan il-pakkett hu magħmul mill-opinjonijiet: TEN/468 dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (relatur: is-Sur HENCKS), TEN/469 dwar il-Linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet (relatur: is-Sur LONGO), TEN/470 dwar il-Linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija (relatur: is-Sur BIERMANN), TEN/471 dwar il-Linji gwidi għall-infrastruttura tat-trasport (relatur: is-Sur BACK) u TEN/472 dwar L-inizjattiva ta’ bonds tal-proġetti (relatur: is-Sur DUTTINE).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Fil-prinċipju, il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jiġi stabbilit strument ta’ kondiviżjoni tar-riskju biex jinħarġu bonds tal-proġetti għall-fażi pilota ppjanata bejn l-2012 u l-2013. Però jiġbed l-attenzjoni għar-riskji li jġib miegħu l-istrument. Qabel dan l-istrument jiġi estiż għall-perjodu baġitarju l-ġdid tal-UE (2014-2020), l-ewwel trid titkompla l-evalwazzjoni tiegħu u din l-istess evalwazzjoni għandha ssir b’attenzjoni speċjali u għandha tidħol aktar fil-fond permezz ta’ dibattitu soċjali wiesa’. F’dan id-dibattitu għandhom jitqiesu b’mod partikolari t-tagħlimiet li nsiltu mill-esperjenza tal-proġetti tas-sħubijiet pubbliċi-privati (SPP). |
1.2 |
Fost l-opportunitajiet li joffri l-istrument propost insibu b’mod partikolari, il-mobilizzazzjoni ta’ investimenti importanti fil-proġetti infrastrutturali tat-trasport, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija, liema investimenti huma meħtieġa għat-tisħiħ tat-tkabbir, l-innovazzjoni, il-kompetittività u għall-ħolqien tal-impjiegi. Bl-implimentazzjoni tal-proġetti ppjanati, iċ-ċittadini ser ikunu jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea, u b’hekk tissaħħaħ l-idea tal-Ewropa. |
1.3 |
Madankollu, il-Kumitat jara wkoll xi riskji. Dawn ġejjin b’mod partikolari mill-possibbiltà li jkollu jiġi assorbit it-telf li jsir fil-proġetti ta’ investiment mnedija. Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tillimita b’mod ċar ir-riskji li jista’ jkollu jieħu l-baġit tal-UE, hi tassumi li r-riskju għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mhux ser jiżdied minħabba l-kuntratti individwali konklużi bejn il-BEI u l-investituri għal kull proġett u minħabba d-distribuzzjoni tar-riskji li għamel il-BEI fost il-proġetti kollha. Sabiex jiġi evitat li, ikun xi jkun il-każ, ir-riskji jkollhom impatt negattiv fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-reputazzjoni tal-BEI jew fuq it-tnedija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti li tradizzjonalment jirċievu l-għajnuna mill-BEI, il-Kumitat jemmen li hemm bżonn li l-BEI japplika l-kriterji konservattivi tiegħu għall-evalwazzjoni tar-riskju fil-qafas tal-bonds tal-proġetti. B’mod partikolari, ir-riskju li jieħu l-BEI jrid ikun trasparenti (1) u, jekk ikun hemm bżonn, għandu jkun limitat. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati b’mod partikolari b’rabta mal-estensjoni tal-istrument għall-perjodu baġitarju l-ġdid tal-UE (2014-2020), wara li ssir evalwazzjoni tal-esperjenzi miskuba matul il-fażi pilota. |
1.4 |
Il-KESE jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ftit li xejn titkellem dwar il-kwistjonijiet marbutin mar-rimborż tal-proġetti infrastrutturali ffinanzjati mis-settur privat. Fil-qasam tat-trasport, b’mod partikolari, għandha ssir diskussjoni soċjali wiesgħa dwar il-konsegwenzi li jista’ jkollha l-introduzzjoni ta’ finanzjament mill-utenti. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-istrument propost m’għandux ixekkel id-deċiżjonijiet politiċi u l-kunsens fis-soċjetà biex jintlaħqu l-għanijiet ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali. M’għandu jkun hemm l-ebda l-inċentiv falz għat-tnedija tal-proġetti tas-SPP. Għalhekk, il-Kumitat ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li l-kriterji tad-dejn għall-proġetti tas-SPP iridu jkunu jikkorrispondu ma’ dawk tal-proġetti fil-qafas tal-akkwisti pubbliċi tradizzjonali. |
1.5 |
Fil-fehma tal-Kumitat, l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-ħruġ ta’ bonds tal-proġetti jista’ jimmobilizza biss parti mill-investiment meħtieġ għall-proġetti infrastrutturali urġenti. Għalhekk jinnota li jeħtieġ jiġu mobilizzati sorsi ta’ dħul oħra għall-baġits pubbliċi għall-investimenti pubbliċi. F’dan ir-rigward jagħmel referenza għall-proposti li tiddaħħal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji. |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Nhar id-19 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat diversi proposti leġislattivi u mhux leġislattivi dwar l-iżvilupp tal-infrastrutturi u n-netwerks trans-Ewropej għall-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni taħt l-isem ġenerali “Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (Connecting Europe Facility), b’enfasi fuq il-perjodu baġitarju l-ġdid mill-2014 sal-2020. Dawn jikkonċernaw b’mod parikolari l-linji gwida dwar l-eliġibbiltà, il-proġetti li għandhom jiġu appoġġjati, l-ammont ta’ riżorsi ta’ investiment meħtieġa u l-istrumenti ġodda ta’ finanzjament fl-oqsma msemmija. L-opinjoni ppreżentata hawnhekk hija dwar l-aspetti tal-finanzjament ta’ dawn il-proposti. L-aspetti l-oħra tagħhom huma indirizzati f’opinjonijiet oħra tal-KESE (2). |
2.2 |
Il-proposta leġislattiva diskussa f’din l-opinjoni fiha l-elementi li ġejjin: il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni matul il-perjodu baġitarju attwali tal-UE (2007-2013) ġie estiż għall-investimenti fl-infrastruttura tal-broadband u t-tnedija tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u l-broadband kif ukoll in-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) u tal-enerġija (TEN-E). |
2.3 |
Fil-kuntest tad-diffikultajiet matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-istrument propost ser jintuża għall-finanzjament ta’ investimenti fuq perjodu ta’ żmien bil-għajnuna tal-kapital privat. B’hekk, għall-proġetti infrastrutturali fuq perjodu twil ser jiġu mobilizzati wkoll ir-riżorsi fis-swieq kapitali. L-istrument propost hu strument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti. Bl-għoti ta’ kontribut finanzjarju mill-baġit tal-UE lill-BEI, dan l-istrument għandu jippermetti lill-BEI li jnaqqas ir-riskji tal-kreditu li jkollhom id-detenturi tal-bonds permezz ta’ self subordinat jew garanziji subordinati. |
2.4 |
Din il-miżura leġislattiva tikkonċerna l-fażi pilota matul l-2012 u l-2013. F’dan il-perjodu għandu jiġi eżaminat l-impatt tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju fuq il-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati. |
2.5 |
Il-kondiviżjoni tar-riskju ssir bejn l-UE u l-BEI. Il-kontribut finanzjarju mill-baġit tal-UE hu limitat għal EUR 230 miljun. Il-proġetti TEN-T għandhom massimu ta’ EUR 200 miljun għall-2012 u l-2013, il-proġetti TEN-E għandhom massimu ta’ EUR 10 miljun u l-investimenti fl-infrastruttura tal-ICT u tal-broadband għandhom massimu ta’ EUR 20 miljun għall-2013. |
2.6 |
L-idea hi li, b’mod globali, il-BEI ser jassigura l-hekk imsejjaħ “l-ewwel telf” (“first loss”) permezz tal-proġetti kollha li jsiru bil-għajnuna tas-sovvenzjonijiet mill-baġit tal-UE. Il-livell eżatt tar-riskju massimu li jieħu l-BEI jiġi definit f’kuntratt individwali għal kull proġett. Teoretikament, ir-riskju massimu tal-BEI hu l-ammont globali tal-kuntratti riċevuti li minnu jitnaqqas is-sehem iffinanzjat mill-baġit tal-UE. Madankollu, il-proposta leġislattiva tal-Kummissjoni Ewropea, meta tgħid li r-“riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI”, ma tipprevedix il-kopertura nominali tar-riskju tal-BEI fil-proġetti kollha bħalma jsir fil-każ tal-baġit tal-UE. Ir-riskju residwu għandu jiġi definit mill-BEI fil-qafas tal-analiżi tar-riskju li jagħmel. |
2.7 |
B’dan l-istrument il-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel sforz biex timmobilizza aktar investituri, partikolarment privati, u b’hekk tikseb effett ta’ lieva. L-investituri mmirati huma l-aktar l-assigurazzjonijiet, il-fondi tal-pensjoni u l-fondi ta’ investiment sovran, li jkunu qed ifittxu investiment finanzjarju sigur u fit-tul. |
2.8 |
Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi mill-baġit tal-UE matul il-fażi pilota għandha ssir biss permezz ta’ riallokazzjoni. Hawnhekk għandhom jitqiesu b’mod partikolari r-riżorsi li għadhom mhux riservati mill-Istrument eżistenti ta’ Garanzija fuq is-Self għall-Proġetti tat-Trasport TEN (LGTT, Loan Guarantee Instrument for TEN-Transport projects). |
2.9 |
Filwaqt li fl-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju eżistenti, jiġifieri l-LGTT, il-BEI jkopri r-riskji tal-kredituri kummerċjali (il-banek), il-proposta leġislattiva eżaminata hawnhekk titkellem dwar il-possibbiltà li l-BEI jkopri r-riskji tal-investituri fil-bonds tal-proġetti. It-tnejn li huma jikkonċernaw il-kopertura tar-riskju tad-dejn tal-kumpaniji li jwettqu proġetti infrastrutturali, li fil-prattika jinvolvu investimenti fil-forma ta’ finanzjament tal-proġetti u sħubijiet pubbliċi-privati oħra. B’mod ġenerali, huma l-isponsers tal-proġetti, bħall-kumpaniji tal-bini, il-fondi infrastrutturali, l-operaturi u, sa ċertu punt, il-kumpaniji privati li jieħdu r-responsabbiltà kemm għall-bini kif ukoll għall-operat, l-ippjannar u b’mod partikolari l-finanzjament tal-proġetti ta’ investiment. |
2.10 |
Il-proġetti li ser jiġu appoġġjati matul il-fażi pilota għadhom iridu jingħażlu. Ser jingħażlu bejn tlieta u 11-il proġett mill-qasam tat-TEN-T, proġett wieħed mit-TEN-E u bejn proġett wieħed u tnejn mill-qasam tal-ICT/broadband. Mill-esperjenzi li jinkisbu matul il-fażi pilota ser jinsiltu l-konklużjonijiet għall-perjodu baġitarju l-ġdid tal-UE (2014-2020). |
2.11 |
Il-Kummissjoni Ewropea ftit titkellem dwar il-kwistjonijiet tar-rimborż fil-proposta leġislattiva u fid-dokumenti ta’ akkumpanjament. Però d-dokment tal-BEI dwar l-esperjenzi li nsiltu mil-LGTT joħroġ ċar li dan l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju huwa adatt l-iktar għall-proġetti ffinanzjati mill-utenti (3). Huwa mistenni li dan ikun il-każ ukoll għall-proġetti mmirati f’din il-proposta leġislattiva. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Fil-prinċipju, il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jiġi stabbilit strument ta’ kondiviżjoni tar-riskju biex jinħarġu bonds tal-proġetti għall-fażi pilota ppjanata bejn l-2012 u l-2013. Hu jenfasizza l-opportunitajiet iżda wkoll ir-riskji ppreżentati hawn taħt, u l-proposti u l-kundizzjonijiet imressqa, speċjalment biex l-istrument ikompli jintuża wara l-fażi pilota. |
3.2 |
L-opportunitajiet jinsabu l-aktar fil-possibbiltà li jintużaw investimenti addizzjonali li bihom jista’ jiżdied l-effett tar-riżorsi baġitarji tal-UE. Dan jista’ jaqdi rwol importanti biex jiġu ġġenerati t-tkabbir u l-innovazzjoni, titjieb il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u biex jinżammu u jinħolqu l-impjiegi. Bl-implimentazzjoni tal-proġetti ppjanati, iċ-ċittadini ser ikunu jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea, u b’hekk tikber l-idea Ewropea. |
3.3 |
Madankollu, il-Kumitat jara wkoll xi riskji. Huwa jiġbed l-attenzjoni għar-rabta intrinsika bejn il-qawwa tal-effett ta’ lieva u r-riskju li jieħdu l-awtoritajiet pubbliċi. Ir-riskji jirriżultaw b’mod partikolari mill-possibbiltà li jkollhom jassorbu t-telf li jsir fil-proġetti ta’ investiment mnedija. Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tillimita b’mod ċar ir-riskji li jista’ jkollu jieħu l-baġit tal-UE, hi tassumi li r-riskju għall-BEI mhux ser jiżdied minħabba l-kuntratti individwali konklużi bejn il-BEI u l-investituri għal kull proġett u minħabba d-distribuzzjoni tar-riskji li għamel il-BEI fost il-proġetti kollha. Sabiex jiġi evitat li, ikun xi jkun il-każ, ir-riskji jkollhom impatt negattiv fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-reputazzjoni tal-BEI jew fuq it-tnedija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti li tradizzjonalment jirċievu l-għajnuna mill-BEI, huwa rakkomandabbli li l-użu tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju jiġi limitat abbażi tal-livell tar-riskju li jieħu l-BEI, liema riskju jiġi determinat permezz ta’ evalwazzjoni trasparenti tiegħu. B’mod partikolari, ir-riskju li jieħu l-BEI jrid ikun trasparenti (4) u, jekk ikun hemm bżonn, għandu għandu jkun limitat. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati b’mod partikolari b’rabta mal-estensjoni tal-istrument għall-perjodu baġitarju l-ġdid tal-UE (2014-2020), wara li ssir evalwazzjoni tal-esperjenzi miskuba matul il-fażi pilota. |
3.4 |
L-evalwazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tiddependi mill-għanijiet politiċi rispettivi tal-awtoritajiet pubbliċi li jirrappreżentaw l-interessi taċ-ċittadini u mill-interessi finanzjarji ta’ min jixtri l-bonds tal-proġetti. Dawn jista’ jkollhom l-istess mira, iżda jistgħu jmorru wkoll kontra xulxin. Il-Kumitat jirrakkomanda li qabel ma jitnieda l-istrument il-ġdid titkompla u tidħol aktar fil-fond id-diskussjoni soċjali dwar l-opportunitajiet u r-riskji, speċjalment għall-perjodu baġitarju 2014-2020. F’din id-diskussjoni għandhom jitqiesu b’mod partikolari t-tagħlimiet li nsiltu mill-esperjenza tal-finanzjament tal-proġetti u l-proġetti tas-SPP. |
3.5 |
Il-KESE jinnota li l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-proġetti tirrikjedi li d-dejn tal-proġett jitħallas lura permezz ta’ dħul marbut mal-proġett. Hawnhekk il-kwistjoni tal-finanzjament mill-utenti hi partikolarment rilevanti. Filwaqt li fil-qasam tal-enerġija u t-telekomunikazzjoni diġà jeżisti finanzjament ta’ dan it-tip minħabba l-liberalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni li kien hemm, fil-qasam tat-trasport, speċjalment it-trasport individwali motorizzat, dan it-tip ta’ finanzjament isir biss f’ċerti Stati Membri, speċjalment fl-awtostradi. Il-konsegwenzi li jista’ jkun hemm għandhom l-ewwel jiġu diskussi fil-qafas ta’ dibattitu soċjali wiesa’ qabel ma jiġu implimentati l-proġetti ppjanati tat-trasport. |
3.6 |
Il-KESE jitlob li jiġi kkunsidrat li l-ammont tas-self jitfassal b’tali mod li l-investituri żgħar ikunu jistgħu jipparteċipaw ukoll biex dan l-istrument ma jkunx disponibbli biss għall-investituri istituzzjonali. |
3.7 |
L-għan tat-tnedija tal-istrument ippjanat ta’ kondiviżjoni tar-riskju m’għandux ikun biss li jinkiseb l-akbar effett ta’ lieva possibbli biex jiġu mobilizzati riżorsi ta’ investiment addizzjonali minn sorsi privati, iżda wkoll li jiġi garantit li l-istrument propost ma jxekkilx id-deċiżjonijiet politiċi u l-kunsens fis-soċjetà biex jintlaħqu l-għanijiet ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali (5). Pereżempju, il-proġetti tal-investiment imnedija permezz tal-bonds tal-proġetti m’għandhomx ikunu bbażati fuq il-ksur tal-istandards soċjali, ambjentali u tal-kwalità. Fl-implimentazzjoni tal-proġetti għandhom jitqiesu l-kwalità tal-bini u l-manutenzjoni, il-kompatibbiltà ekoloġika u r-rispett tal-ftehimiet kollettivi u tal-prinċipju tal-post tax-xogħol kif ukoll il-promozzjoni tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, il-kalkolu tal-ispejjeż abbażi tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja (6), il-kundizzjonijiet soċjali u ekoloġiċi tal-proċess tat-tħejjija, u għandu jiġi garantit li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom aċċess għalihom, bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġu ċċekkjati b’mod oġġettiv u jkunu magħmula minn kriterji nondiskriminatorji. Għandu jiġi evitat li jkun hemm imposti eċċessivi fuq l-utenti. Dan japplika l-aktar għal dawk li spiss jew kuljum ikollhom jużaw l-infrastruttura tat-trasport, speċjalment jekk ma jkunx hemm infrastrutturi alternattivi. |
3.8 |
Fid-dawl ta’ dawn l-esiġenzi, il-Kumitat jappella li għandha tissokta u tikber l-evalwazzjoni tal-fażi pilota tal-inizjattiva tal-bonds tal-proġetti u dan għandu jsir fuq bażi soċjali wiesgħa u fil-ħin, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni politika dwar l-applikazzjoni tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti matul il-perjodu baġitarju l-ġdid tal-UE (2014-2020). Hawnhekk għandhom jitqiesu wkoll l-esperjenzi miksuba bl-LGTT. Sabiex jinsiltu l-konklużjonijiet fil-ħin, huwa partikolarment importanti li ssaltan it-trasparenza fir-rigward tal-proġetti appoġġjati, l-allokazzjoni tal-fondi u l-flussi ta’ investiment maħluqa; dan jirrikjedi kontroll permanenti tar-riżultati u monitoraġġ f’ħin reali. F’din l-evalwazzjoni għandhom jipparteċipaw dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet xjentifiċi, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-konsumatur u l-assoċjazzjonijiet soċjali kif ukoll il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni. Il-leġislatur Ewropew għandu jieħu deċiżjoni qabel il-perjodu baġitarju l-ġdid. Il-Kumitat jemmen li hu tard wisq li l-evalwazzjoni ssir fl-2016/2017, hekk kif hu propost b’mod impliċitu fid-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea. |
3.9 |
F’dak li hu rifinanzjament tal-proġetti ta’ investiment, l-obbligi finanzjarji tal-awtoritajiet pubbliċi fil-każ ta’ finanzjamenti tal-proġetti u proġetti tas-SPP li d-dejn tagħhom jitħallas lura permezz ta’ ħlasijiet pubbliċi huma ekwivalenti għal dawk fil-każ ta’ proġetti tal-akkwisti pubbliċi ffinanzjati b’mod tradizzjonali. Biex jiġi żgurat li jkun hemm trasparenza suffiċjenti rigward il-baġit, biex jiġu evitati r-riskji baġitarji addizzjonali kif ukoll l-inċentivi foloz għat-tnedija tal-proġetti tas-SPP u biex jiġi garantit li l-awtoritajiet responsabbli jagħżlu b’mod ħieles bejn il-proġetti tas-SPP u l-proġetti finanzjati b’mod tradizzjonali, il-KESE jtenni t-talba tiegħu li l-kriterji tad-dejn għall-proġetti tas-SPP ikunu jikkorrispondu ma’ dawk tal-proġetti fil-qafas tal-akkwisti pubbliċi tradizzjonali (7). |
3.10 |
B’mod ġenerali, fl-UE bosta proġetti infrastrutturali fl-oqsma tal-enerġija u t-telekomunikazzjoni, b’differenza minn ċerti proġetti fil-qasam tat-trasport, jiġu ffinanzjati mis-settur privat u r-rifinanzjament tagħhom isir mid-dħul mill-użu tagħhom, liema dħul hu regolat. Dan hu l-każ fl-infrastruttura kollha tan-netwerk. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jistaqsi liema huma l-proġetti addizzjonali li l-leġislatur Ewropew jixtieq iniedi fil-qafas tal-istrument finanzjarju propost li, milli jidher, ir-rifinanzjament tagħhom mhux ser ikun possibbli permezz tad-dħul mill-użu, liema dħul ikun regolat. Il-Kumitat jemmen li għal kull wieħed mill-proġetti kkunsidrati fl-oqsma tal-enerġija u t-telekomunikazzjoni għandha tingħata raġuni dettaljata għaliex dawn, minkejja n-nuqqas ta’ possibbiltajiet ta’ rifinanzjament, jistħoqqilhom jinżammu bħala kontribut fl-iżvilupp tal-UE. Huwa indispensabbli li dawn il-proġetti jiġu kkontrollati mil-leġislatur Ewropew. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 |
L-istrument propost ta’ kondiviżjoni tar-riskju hu soluzzjoni potenzjali għall-problemi li tippreżenta l-Kummissjoni Ewropea tan-nuqqas ta’ investiment pubbliku u l-kapital tal-investituri istituzzjonali li jkunu qed jippruvaw jinvestu. Però jeżistu ħafna mistoqsijiet tekniċi b’rabta mal-esiġenzi politiċi msemmijin fit-Tielet Kapitolu. Il-Kumitat iħeġġeġ li dawn il-mistoqsijiet jiġu ċċarati qabel ma jitnieda l-istrument propost ta’ kondiviżjoni tar-riskju, u l-aktar tard qabel l-introduzzjoni ppjanata tiegħu fil-perjodu baġitarju 2014-2020. |
4.2 |
B’mod ġenerali, il-Kumitat jemmen li l-BEI u l-baġit tal-UE m’għandhomx ikopru r-riskji biss, iżda għandhom ikunu involuti wkoll b’mod ġust fil-profitti (“fair risk sharing”). Dan għandu jiġi garantit permezz tal-applikazzjoni sistematika tal-politika tal-BEI dwar ir-riskji u l-prezzijiet kif ukoll il-miżuri proposti hawnhekk biex jiġu limitati r-riskji tal-BEI. |
4.3 |
Ir-rwol partikolari tal-atturi lanqas ma huwa ċar għalkollox. B’mod partikolari, ma jingħadx b’mod ċar min jista’ jissostitwixxi r-rwol tal-assiguraturi tal-bonds (monolines) bħala punt uniku għall-kontroll tal-kreditu, u b’liema mod għandu jsir dan. F’dan il-kuntest, lanqas mhu ċar xi rwol għandu jaqdi l-BEI f’dan il-kuntest. Id-deċiżjoni dwar dan għandha tittieħed fi ftehimiet futuri mal-investituri u f’kuntratt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-BEI. Il-KESE jappella lil-leġislatur Ewropew biex jiċċara d-dettalji tekniċi tal-iskema tar-riskju u d-dimensjoni tal-funzjoni ta’ punt għall-kontroll tal-kreditu li ser jaqdi l-BEI fil-qafas tal-proċedura leġislattiva ppjanata, mill-inqas qabel l-estensjoni tal-istrument għall-perjodu baġitarju l-ġdid tal-EU (2014-2020), bil-għan li tinħoloq ċertezza għall-investituri u l-awtoritajiet pubbliċi. L-istrument ppjanat ta’ kondiviżjoni tar-riskju fl-ebda każ m’għandu jkun ta’ periklu għall-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-reputazzjoni tal-BEI. |
4.4 |
L-esperjenzi miksubin mill-proġetti tal-LGTT għandhom jiġu evalwati b’mod sistematiku abbażi tal-kriterji msemmijin fit-Tielet Kapitolu, sabiex jinsiltu l-konklużjonijiet dwar id-disinn adegwat tal-proġetti fil-qafas tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi (8). B’rabta ma’ dan għandhom jiġu ċċarati wkoll l-evalwazzjonijiet differenti tal-proġetti tas-SPP li saru minn atturi differenti. |
4.5 |
Fid-dawl tal-esperjenzi pożittivi iżda wkoll tal-bosta esperjenzi negattivi u tar-riskji matul il-finanzjamenti tal-proġetti u l-proġetti tas-SPP b’rabta ma’ kemm idumu għaddejjin in-negozjati tal-kuntratti, il-kumplessità tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali u r-relazzjonijiet bejn l-atturi kif ukoll l-inċertezza tal-effetti fuq id-domanda, il-KESE jistaqsi lilu nnifsu jekk l-aħjar soluzzjoni hix li l-baġits pubbliċi jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex il-proġetti tal-investiment jitnedew fil-qafas tal-akkwisti pubbliċi tradizzjonali (9). B’rabta ma’ dan, il-Kumitat jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji u jfakkar fl-appoġġ tiegħu għall-introduzzjoni ta’ sors ta’ dħul ta’ dan it-tip għall-baġits pubbliċi (10). |
4.6 |
F’dan ir-rigward, il-Kumitat jinnota wkoll li l-ħruġ ta’ bonds tal-proġetti mhux biżżejjed biex ikopri l-bżonn ta’ investiment stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għalhekk iħeġġeġ li jintużaw sorsi ta’ dħul oħra għall-investimenti pubbliċi. |
Brussell, 23 ta’ Frar 2012
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Ara wkoll: Kummissjoni Ewropea, Impact Assessment Board, DĠ ECFIN – Impact Assessment on a proposal for a regulation on the Europe 2020 Project Bond Initiative, Punt C 2 (abbozz tal-15 ta’ Settembru 2011) (Ref. Ares(2011)1012531 - 23.09.2011), fejn jingħad li r-riskji għandhom jiġu ppreżentati b’mod aktar trasparenti.
(2) Opinjoni tal-KESE dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, opinjoni tal-KESE dwar il-Linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet, opinjoni tal-KESE dwar il-Linji gwidi għall-infrastruttura tat-trasport (Ara paġna 130 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.).
(3) Ara Bank Ewropew tal-Investiment: Loan Guarantee Instrument for TEN-T Projects – Mid-term Review (2011), il-Lussemburgu, 14 ta’ Lulju 2011, p. 4.
(4) Ara wkoll: Kummissjoni Ewropea, Impact Assessment Board, DĠ ECFIN, Punt C 2, op. cit. (ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna).
(5) Matul il-konsultazzjoni, is-CER stqarret li hi xettika dwar l-applikazzjoni tal-istrument propost ta’ kondiviżjoni tar-riskju fil-każ tat-trasport ferrovjarju. Ara Stakeholder Consultation on Europe 2020 Project Bond Initiative, Response of the European Railway and Infrastructure Companies (CER), 6 ta’ Mejju 2011, li jinsab bl-Ingliż hawnhekk: http://ec.europa.eu/economy_finance/consultation/written_responses_en.htm.
(6) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-Green Paper dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku – Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti, ĠU C 318, 29.10.2011, p. 113.
(7) Opinjoni tal-KESE dwar il-Green Paper dwar l-investiment pubbliku u privat, ĠU C 51, 17.2.2011, p. 59; ara wkoll House of Commons, Treasury Select Committee, Private Finance Initiative, Seventeenth Report of Session 2010-2012, Londra 18 ta’ Lulju 2011: dan ir-rapport jgħid li l-fatt li l-proġetti tal-PFI/SPP mhumiex inklużi fid-dejn pubbliku joħloq inċentivi foloz li jmorru kontra l-għan tal-aħjar valur għall-flus (“best value for money”). Il-President tat-Treasury Select Committee tal-House of Commons tar-Renju Unit, Andrew Tyrie (Partit tal-Konservattivi), jgħid b’mod ċar li hu favur li dawn il-proġetti jiġu inklużi fir-regoli dwar id-dejn (ara http://www.parliament.uk/business/committees/committees-a-z/commons-select/treasury-committee/news/pfi-report/).
(8) Dwar dan ara l-Bank Ewropew tal-Investiment, op. cit. (ara n-nota 3 f’qiegħ il-paġna), għalkemm dan id-dokument ma jeżaminax bosta mill-kriterji msemmijin fit-Tielet Kapitolu.
(9) Dan l-approċċ tal-aħjar u t-tieni l-aħjar soluzzjoni ġej mill-opinjoni tal-Komunità tal-Kumpaniji tal-Infrastruttura u l-Ferroviji Ewropej (CER, Community of European Railway and Infrastructure Companies) fil-kuntest tal-konsultazzjoni dwar il-proposta eżamita hawnhekk. Ara CER, op. cit. (ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna).
(10) Opinjoni tal-KESE dwar “Taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji”, ĠU C 44, 11.2.2011, p. 81 u l-opinjoni tal-KESE dwar “ir-Rapport tal-Grupp de Larosière”, ĠU C 318, 23.12.2009, p. 57.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/139 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan li jinkludu l-funzjonalitajiet ta’ kard tas-sewwieqa”
COM(2011) 710 finali — 2011/0327 (COD)
2012/C 143/28
Relatur: is-Sur SIMONS
Nhar is-17 ta’ Novembru 2011 u nhar l-14 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 91 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan li jinkludu l-funzjonalitajiet ta’ kard tas-sewwieqa
COM(2011) 710 final – 2011/0327 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Frar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’122 vot favur, 5 voti kontra u 12-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Sabiex il-leġislazzjoni tiġi applikata b’mod uniformi u jiġi evitat li kull pajjiż ikollu l-interpretazzjoni tiegħu, il-Kumitat jemmen li jkun aħjar li ssir l-għażla ta’ Regolament minflok Direttiva.
1.2 Il-KESE jappoġġja l-objettiv aħħari tal-proposta tal-Kummissjoni li tintegra l-funzjonalitajiet ta’ kards tas-sewwieqa fil-liċenzji tas-sewqan, bil-għan li tittejjeb il-konformità mal-leġislazzjoni soċjali li tirregola perjodi ta’ sewqan u ta’ mistrieħ. Madankollu, jinnota li jridu jiġu solvuti għadd ta’ problemi, bħal dawk li jissemmew fil-punt 4, qabel ma jkollna leġislazzjoni ċara, li tista’ tiġi implimentata u li tkun effiċjenti.
1.3 Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni għal dawn il-problemi, il-Kumitat jirrakkomanda li jitwettaq studju biex tiġi analizzata l-kompatibilità tal-leġislazzjoni rilevanti attwali, u li din tiġi emendata b’tali mod li ma titnaqqasx il-funzjonalità fi kwalunkwe ġenerazzjoni tat-takografu diġitali. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-imsieħba soċjali, il-manifatturi tat-takografi u l-awtoritajiet superviżorji jkunu involuti fit-twettiq ta’ dan l-istudju.
1.4 Il-Kumitat għandu d-dubji dwar it-tnaqqis ta’ madwar EUR 100 miljun fis-sena tal-piż (1) amministrattiv imsemmi mill-Kummissjoni. Hemm bżonn ta’ bażi soda, billi l-analiżi tal-impatt tal-Kummissjoni ma tipprovdix biżżejjed ċertezza.
1.5 Il-Kumitat jirrakkomanda li, jekk fl-aħħar mill-aħħar il-kard tas-sewwieqa tiġi amalgamata mal-liċenzja tas-sewqan, iridu jiġu konklużi ftehimiet adatti mhux biss mal-pajjiżi tal-AETR (Ftehim Ewropew dwar ix-xogħol tal-ekwipaġġi li jaħdmu fuq vetturi użati għat-trasport fuq it-toroq internazzjonali) iżda anke mal-pajjiżi mhux tal-AETR, sabiex jiġi żgurat li l-leġislazzjoni attwali tiġi applikata u ssorveljata b’mod uniformi u ġust.
1.6 Il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni għandha tispjega b’mod ċar kif beħsiebha ssolvi l-problemi imsemmija fil-punt 4 hawn isfel, li huma relatati mal-amalgamazzjoni tal-kard tas-sewwieqa mal-liċenzja tas-sewqan li jkun fiha mikroċipp wieħed. Għażla waħda tista’ tkun li jiddaħħlu żewġ ċippijiet separati fil-liċenzja tas-sewqan, iżda probabbilment din mhix ser issolvi l-problemi kollha.
2. Daħla
2.1 Nhar il-11 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ppubblikat il-Proposta tagħha għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan li jinkludu l-funzjonalitajiet ta’ kard tas-sewwieqa (COM(2011) 710 final). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex joħroġ opinjoni dwar din il-proposta, b’konformità mal-Artikoli 91 u 304 tat-TFUE.
2.2 Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li qed jiġi kkonsultat dwar din il-kwistjoni, peress li jqis li l-kwistjoni hija importanti ħafna mil-lat ta’ implimentazzjoni ta’ regolamentazzjoni soċjali aħjar fil-qasam tat-trasport professjonali tal-persuni u tal-merkanzija fit-triq.
2.3 Il-proposta tal-Kummissjoni hija relatata mal-proposta tagħha għal Regolament li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (“ir-regolament dwar it-takografi”) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ.
2.4 Il-Kumitat adotta opinjoni dwar ir-regolamenti msemmija fil-punt 2.3 hawn fuq waqt is-sessjoni plenarja tiegħu fis-7 ta’ Diċembru 2011 (2), fejn ikkummenta dwar il-proposta b’dan il-mod: “Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex tamalgama l-karatteristiċi tal-kards tas-sewwieqa ma’ dawk tal-liċenzji tas-sewqan, li jista’ jtejjeb is-sigurtà u jnaqqas il-piż amministrattiv fejn dan huwa prattikabbli”.
2.5 Il-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna l-amalgamazzjoni tal-kard tas-sewwieqa mal-liċenzja tas-sewqan, li hija temmen li tista’ tnaqqas il-frodi u l-piż amministrattiv fuq perjodu fit-tul, billi l-idea hija li jkun meħtieġ biss li jiġi akkwistat u ppreżentat dokument wieħed minflok tnejn. Skont l-istimi tal-Kummissjoni, dan għandu jiffranka EUR 100 miljun fis-sena.
3. Kummenti ġenerali
3.1 Il-Kumitat jappoġġja l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni bil-għan li jiġi minimizzat kemm jista’ jkun kull nuqqas ta’ fehim dwar l-interpretazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għażlet li tressaq il-proposta tagħha bħala Direttiva, aktarx għaliex il-leġislazzjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan ukoll hija fil-forma ta’ direttiva. B’hekk, l-Istati Membri jkollhom ċerta flessibbiltà għall-interpretazzjonijiet individwali tagħhom. Madankollu, il-Kumitat jistaqsi tagħmilx iżjed sens proposta għal Regolament.
3.2 Il-Kumitat jaqbel mal-għan fundamentali tal-proposta tal-Kummissjoni, li jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ leġislazzjoni soċjali fit-trasport bit-triq filwaqt li jitnaqqsu l-frodi u l-piżijiet amministrattivi. Madankollu, jemmen li l-ewwel għandhom jiġu riżolti għadd ta’ problemi (imsemmija fil-punt 4 hawn isfel).
3.3 Fir-rigward tal-istima ta’ ffrankar ta’ EUR 100 miljun fis-sena fi spejjeż amministrattivi, kif tantiċipa l-Kummissjoni skont l-analiżi tal-impatt, il-Kumitat jemmen li l-amalgamazzjoni tal-kard tas-sewwieqa mal-liċenzja tas-sewqan fiha nnifisha ma tiżgurax dan ir-riżultat. L-amalgamazzjoni ta’ dokumenti ma twassalx, awtomatikament, għal aktar effiċjenza u ffrankar ta’ spejjeż.
3.4 Il-KESE jistaqsi jekk il-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi kard tas-sewwieqa u liċenzja tas-sewqan integrati flimkien verament tipprovdi biżżejjed garanziji lis-sewwieqa meta jkunu f’pajjiż li mhuwiex firmatarju tal-AETR u jiġu kkontrollati hemmhekk. Meta tkun qed tiddaħħal leġislazzjoni ġdida, il-prijorità trid tkun li jintlaħaq fehim ċar dwar l-infurzar u s-sorveljanza tal-leġislazzjoni, mhux biss mal-pajjiżi firmatarji tal-AETR iżda wkoll dawk il-pajjiżi li mhumiex.
3.5 Jekk ma jinstabux soluzzjonijiet ċari għall-problemi kollha li huma relatati mal-proposta tal-Kummissjoni, u fost oħrajn f’dan il-punt u l-punti sussegwenti, il-Kumitat jirrakkomanda li jsir studju biex tiġi analizzata l-kompatibilità tal-leġislazzjoni rilevanti attwali, u li din tiġi emendata b’tali mod li ma titnaqqasx il-funzjonalità fi kwalunkwe ġenerazzjoni tat-takografu diġitali. Jagħmel sens li jiġu involuti f’dan il-proċess il-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-imsieħba soċjali, il-manifatturi tat-takografi u l-awtoritajiet superviżorji.
4. Kummenti speċifiċi
4.1 Il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni ma tispjegax b’mod ċar biżżejjed kif beħsiebha ssolvi l-kwistjonijiet relatati mal-amalgamazzjoni tal-kard tas-sewwieqa mal-liċenzja tas-sewqan li jkun fiha mikroċipp wieħed.
4.1.1 |
Eżempju wieħed huwa l-ksur tal-liġijiet dwar il-perjodi ta’ sewqan u ta’ mistrieħ u jekk dan jirriżulta fl-irtirar tal-liċenzja tas-sewqan. F’ħafna każi, dan ikun sproporzjonat. |
4.1.2 |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-mikroċipp għall-kard tas-sewwieqa huma differenti minn dawk għal-liċenzja tas-sewqan. Dan ifisser li għandhom jiġu adatti r-regoli dwar it-takografu diġitali? |
4.1.3 |
Ir-regoli dwar l-irtirar tal-kard tas-sewwieqa huma differenti minn dawk dwar l-irtirar ta’ liċenzja tas-sewqan. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fil-liġi tal-UE u dik nazzjonali, li jfisser li huwa impossibbli li jiġu armonizzati. |
4.1.4 |
Il-liċenzja tas-sewqan tintuża bħala karta tal-identità f’xi pajjiżi. Jekk sewwieq jużaha biex jagħti prova tal-identità tiegħu, il-kard trid tinħareġ mill-kartiera tiegħu. Iżda l-kard tas-sewwieqa ma tistax tinħareġ mill-apparat tar-reġistrazzjoni waqt li qiegħda ssir reġistrazzjoni, jew il-vettura qed tiġi misjuqa, jew waqt attivitajiet oħra. |
4.1.5 |
Xi Stati Membri diġà għandhom taħlita ta’ ċertifikat ta’ kwalifiki professjonali tas-sewwieq u liċenzja tas-sewqan. L-amalgamazzjoni tal-kard tas-sewwieqa ser tirriżulta fit-tip ta’ kard ikkombinat li qed isir dejjem iżjed komuni. |
4.1.6 |
L-amalgamazzjoni tal-kard tas-sewwieqa u tal-liċenzja tas-sewqan jista’ jkollha implikazzjonijiet għall-ftehim tal-AETR, u dawn għandhom jiġu ċċarati u solvuti qabel ma tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni. |
4.1.7 |
Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-mikroċipp għal-liċenzja tas-sewqan irid ikollu fih ukoll l-applikazzjonijiet tal-kard tas-sewwieqa. Madankollu, l-ispeċifikazzjonijiet differenti ta’ dawn iż-żewġ d-dokumenti joħolqu problema. Il-Kumitat jista’ jaqbel mal-idea li mhux mikroċipp wieħed iżda tnejn jiddaħħlu fil-liċenzja tas-sewqan. |
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) It-test ta’ spjegazzjoni Olandiż (NL) tal-proposta tal-Kummissjoni, b’mod mhux adatt, isemmi “spejjeż amministrattivi”.
(2) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 79-81.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/141 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì”
2012/C 143/29
Relatur: is-Sur HAMRO-DROTZ
Korelatur: is-Sur SILVA
F’ittra tal-1 ta’ Awwissu 2011, il-Parlament Ewropew talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iħejji opinjoni esploratorja dwar
Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, organizzat żjara ta’ studju fiċ-Ċilì f’Settembru 2011 u adottat l-opinjoni tagħha nhar l-24 ta’ Jannar 2012.
Matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’138 vot favur u 7 astensjonijiet.
1. Rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Parlament Ewropew talab lill-KESE jħejji din l-opinjoni sabiex fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċilì janalizza r-rwol tas-soċjetà ċivili Ċilena u l-qagħda tal-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (FA) bejn l-UE u ċ-Ċilì, li ġie ffirmat fl-2002. Dan l-Artikolu jipprevedi t-twaqqif ta’ Kumitat Konsultattiv Konġunt tas-soċjetà ċivili bejn il-KESE u ċ-Ċilì, iżda dan qatt ma twaqqaf minħabba li ċ-Ċilì m’għandux istituzzjoni korrispondenti.
1.2 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ir-relazzjonijiet politiċi tajbin bejn l-UE u ċ-Ċilì, li mingħajr dubju ta’ xejn ġew iffaċilitati permezz tal-FA. Il-KESE jappoġġja li ssir reviżjoni tal-FA biex jiddaħħlu kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli, miżuri ta’ appoġġ għar-rikonoxximent effettiv u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u r-riorjentament tal-kooperazzjoni biex tissaħħaħ is-soċjetà ċivili u l-proġetti ta’ interess komuni, bħall-innovazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, il-ħarsien tal-konsumatur u l-edukazzjoni.
1.3 Il-KESE jitlob lill-partijiet li ffirmaw il-FA u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti li s-sede tagħhom tinsab fiċ-Ċilì biex jagħtu l-appoġġ istituzzjonali, politiku, operattiv u ekonomiku meħtieġ kollu lill-organizzazzjonijiet Ċileni tas-soċjetà ċivili sabiex dawn jiksbu s-saħħa u l-kapaċitajiet li jippermettulhom isiru msieħba validi kemm fid-djalogu soċjali kif ukoll fid-djalogu ċivili fil-livell nazzjonali, u jsiru wkoll kontroparti tas-soċjetà ċivili Ewropea f’livell bilaterali.
1.4 Il-KESE jtenni l-importanza fundamentali tad-djalogu soċjali bejn l-intraprendituri u t-trejdjunjins bħala bażi essenzjali għall-kunsens ekonomiku u soċjali li hu indispensabbli għall-iżvilupp b’koeżjoni soċjali, u bħala punt tat-tluq għall-iżvilupp ta’ djalogu ċivili usa’ bejn l-awtoritajiet politiċi u l-atturi ekonomiċi u soċjali. Dan kollu għandu jwassal biex il-ġid jitqassam aħjar, il-politika tkun aktar miftuħa u l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jaqdu rwol iżjed b’saħħtu.
1.5 Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta’ Kunsill Ekonomiku u Soċjali (KES) jew korp ekwivalenti fiċ-Ċilì. Dan iżid il-possibbiltajiet li jissaħħaħ id-djalogu bejn l-atturi differenti tas-soċjetà ċivili kif ukoll bejn dawn l-atturi u l-awtoritajiet kompetenti, u fl-istess ħin jippermetti li l-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġi implimentat mill-aktar fis possibbli. Il-KESE hu lest jikkontribwixxi għal dawn l-isforzi bis-saħħa tal-esperjenza tiegħu f’attivitajiet simili ma’ pajjiżi oħra.
1.6 B’konformità mal-ftehim li sar mal-organizzazzjonijiet Ċileni fl-okkażjoni taż-żjara esploratorja tiegħu fiċ-Ċilì f’Settembru 2011, il-KESE ser jorganizza seminar li jlaqqa’ lill-aktar atturi rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili Ċilena. Dan se jsir bil-għajnuna tal-Gvern Ċilen u tal-UE fl-istess żmien tas-Seba’ Laqgħa tas-Soċjetà Ċivili Organizzata fl-UE u fl-Amerika Latina u l-Karibew (Santiago de Chile, 2012). Is-serminar ser jeżamina l-interess u l-mezzi biex jinħoloq korp konsultattiv tas-soċjetà ċivili Ċilena li jkun jista’ jaqdi r-rwol ta’ kontroparti tal-KESE skont it-termini tal-Artikolu 10 tal-FA.
1.7 Ser jiġu indirizzati wkoll kwistjonijiet oħrajn li huma ta’ interess ġenerali għall-atturi tas-soċjetà ċivili, bħall-bini tal-kapaċitajiet, il-ħtieġa li jitkompla u jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni u l-possibbiltà li fil-futur jiġu organizzati attivitajiet konġunti oħra b’mod regolari. Din il-kooperazzjoni teħtieġ l-appoġġ finanzjarju tal-partijiet li ffirmaw il-FA.
2. Il-qagħda politika, ekonomika u soċjali fiċ-Ċilì
2.1 Il-qagħda politika
2.1.1 |
Iċ-Ċilì hu wieħed mill-aktar pajjiżi stabbli u prosperi fl-Amerika t’Isfel. Hu wkoll punt ta’ referenza għat-tkabbir ekonomiku tiegħu li hu xprunat mill-prezz tal-materja prima, l-aċċess li l-partiti politiċi rappreżentattivi għandhom għall-poter, ir-rwol dejjem aktar importanti tal-pajjiż fuq skala internazzjonali, u l-approċċ kummerċjali li qed jiġi ffokat dejjem iżjed fuq il-baċir tal-Paċifiku. |
2.1.2 |
Wara għoxrin sena ta’ gvern demokratiku mill-koalizzjoni ċentru-xellugija Concertación (Konsultazzjoni), li mill-2006 ’l hawn kienet immexxija minn Michelle Bachelet, il-President Sebastián Piñera ħa l-kariga tiegħu fil-11 ta’ Marzu 2010 b’mandat ta’ erba’ snin, wara li rebaħ l-elezzjoni bħala mexxej tal-koalizzjoni ċentru-leminija Coalición por el Cambio (Koalizzjoni għall-Bidla). |
2.1.3 |
Fl-aħħar xhur is-sitwazzjoni politika fiċ-Ċilì ntlaqtet minn movimenti soċjali importanti ta’ protesta mmexxija mill-istudenti u appoġġjati mit-trejdjunjins. Xi aspetti rilevanti oħra fix-xena politika attwali huma l-inugwaljanzi soċjali, l-appoġġ tal-Gvern għall-proġett kontroversjali HidroAysén, li bih jistgħu jinbnew ħames digi idroelettriċi fil-Patagonja Ċilena, u l-protesti u l-okkupazzjonijiet tal-istabbilimenti edukattivi biex tintalab riforma edukattiva li tagħti aċċess għal edukazzjoni pubblika ta’ kwalità lill-kategoriji soċjali kollha f’kull reġjun tal-pajjiż. |
2.1.4 |
Fil-fehma tas-soċjetà ċivili Ċilena stess, dawn il-protesti huma eżempji li jixhdu li ċ-ċittadini mhux qed iħossuhom tajjeb u dan jitlob li l-ġid jitqassam aħjar, li jkun hemm aktar parteċipazzjoni soċjali u li l-politika tkun miftuħa aktar. L-organizzazzjonijiet soċjali huma konxji tal-importanza ta’ dan il-mument fil-politika taċ-Ċilì u jittamaw li dan ser iwassal biex jinbidlu l-kostituzzjoni influwenzata minn Pinochet, is-sistema elettorali li toħnoq it-tiġdid politiku u s-sistema soċjoekonomika attwali li tippromovi t-tkabbir ibbażat fuq l-esportazzjoni ta’ numru limitat ta’ materja prima, liema tkabbir jikkontribwixxi għal distribuzzjoni inadegwata tal-ġid. |
2.2 Il-qagħda ekonomika
2.2.1 |
Il-livell tad-dħul fiċ-Ċilì hu bejn medju u għoli. It-tkabbir fiċ-Ċilì laħaq il-5,2 % fl-2010. |
2.2.2 |
Il-Ċilì huwa bil-bosta l-akbar produttur dinji tar-ram, li jirrappreżenta 60 % tal-esportazzjonijiet Ċileni. Is-settur bankarju huwa b’saħħtu ħafna, u jagħmel profitti kbar bis-saħħa ta’ taxxi tal-imgħax għoljin ħafna u tal-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni, fost affarijiet oħra. Madankollu, minkejja l-qawwa tas-settur ekonomiku, il-livell għoli ta’ tkabbir taċ-Ċilì ma naqqasx il-frammentazzjoni ta’ setturi oħra fis-sistema produttiva tiegħu, bħall-industriji tal-ikel u tas-sajd. L-impatt tal-kriżi ekonomika dinjija kien iżgħar fuq l-ekonomija Ċilena milli fuq ekonomiji oħra fid-dinja, kif fil-fatt jiġri prattikament fl-ekonomiji kollha tal-Amerika Latina. |
2.3 Il-qagħda soċjali
2.3.1 |
Iċ-Ċilì hu wieħed mill-pajjiżi b’inugwaljanzi kbar b’rabta mal-livell ta’ dħul għal kull ras. Skont id-data ppubblikata f’nofs l-2010, bejn l-2006 u l-2009 l-faqar fiċ-Ċilì żdied għal 15,1 % u l-faqar estrem tela’ għal 3,7 %, meta mqabblin mat-13,7 % u t-3,2 % rispettivament fl-2006. |
2.3.2 |
Fl-2010, il-qgħad żdied għal 9,6 %, l-aktar minħabba l-impatt tal-kriżi dinjija fiċ-Ċilì matul is-sentejn ta’ qabel. L-aktar li ġew affettwati huma ż-żgħażagħ u n-nisa. Ħafna mill-impjiegi maħluqa dan l-aħħar huma fis-settur tas-servizzi, u jeżisti persentaġġ għoli ta’ impjieg informali. |
2.3.3 |
Iċ-Ċilì jinsab fil-45 post, minn 169, fl-Indiċi ta’ Żvilupp tal-Bniedem tal-UNDP għall-2010, u b’hekk hu l-ewwel wieħed fost il-pajjiżi tal-Amerika Latina. Il-pajjiż tejjeb l-istandards tad-djar, l-edukazzjoni u s-saħħa. Però l-inugwaljanzi fid-dħul żdiedu. 5 % tal-aktar djar sinjuri għandhom dħul għal kull ras li hu 830 darba ogħla minn dak li għandhom il-5 % tal-aktar djar fqar. 75 % tal-ħaddiema jaqilgħu madwar USD 1 000, filwaqt li l-PDG għal kull ras hu ta’ USD 16 000. Dan ifisser li s-suq tax-xogħol ma jagħmel xejn għat-tqassim tad-dħul. L-iskemi tal-pensjoni ma tantx huma frekwenti. It-tfal, iż-żgħażagħ, in-nisa u l-popolazzjoni indiġena (1) huma l-aktar gruppi milquta mill-faqar u l-esklużjoni soċjali. Id-data turi li hemm korrelazzjoni bejn il-faqar u r-rata tal-attendenza fl-iskejjel, il-faqar u l-qgħad, u l-faqar u l-qgħad tan-nisa (2). L-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa huma sinifikattivi, u dan ipoġġi liċ-Ċilì fil-75 post, minn 109, f’dik li hi inugwaljanza bejn is-sessi. B’mod ġenerali, il-leġislazzjoni dwar ix-xogħol hija dgħajfa: jeżistu restrizzjonijiet kbar għan-negozjar kollettiv u d-dritt tal-istrajk, il-persentaġġ tal-ħaddiema koperti bi ftehim kollettiv ma jaqbiżx is-6 % u ma jeżistux dispożizzjonijiet legali fil-livell nazzjonali li jippromovu n-negozjar kollettiv. Il-piż fiskali huwa baxx u għandu struttura rigressiva. |
2.3.4 |
Bħalissa d-dibattitu dwar il-mudell edukattiv huwa kruċjali għas-sitwazzjoni fiċ-Ċilì. Mhux biss għaliex ħafna familji għandhom dejn kbir minħabba l-ispejjeż tal-edukazzjoni ta’ wliedhom, iżda wkoll għaliex it-talba biex l-edukazzjoni titqies bħala dritt li l-Istat għandu jiggarantixxi biex jipprovdi l-opportunitajiet għal kulħadd hija fil-qalba tad-dibattitu nazzjonali u mmobilizzat lis-soċjetà Ċilena kollha. Waħda mill-problemi fundamentali hi li l-edukazzjoni hija amministrata fil-livell muniċipali. L-awtoritajiet fetħu n-negozjati mal-partijiet ikkonċernati fil-kuntest tal-protesti attwali fuq ir-riforma tas-sistema edukattiva. |
2.4 Iċ-Ċilì fil-kuntest internazzjonali attwali
2.4.1 |
Minn wara r-ritorn għad-demokrazija fl-1990, iċ-Ċilì kien attiv fir-relazzjonijiet multilaterali, qeda rwol kostruttiv fin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-aġenziji tagħha, u pparteċipa fl-attivitajiet tan-NU u tal-UE biex tinżamm il-paċi. Fiċ-Ċilì hemm is-sede reġjonali ta’ korpi internazzjonali importanti: l-ILO, il-Consumers International, in-NU, is-CEPAL. |
2.4.2 |
Fil-livell internazzjonali, iċ-Ċilì hu membru attiv u kostruttiv tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Fl-2009 ċ-Ċilì rratifika l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Persuni kollha mill-Għajbien Sfurzat (International Convention for the Protection of All Persons from Enforced Disappearance). Iċ-Ċileni jokkupaw għadd ta’ pożizzjonijiet internazzjonali importanti, bħal dik ta’ direttur eżekuttiv tan-NU Nisa, direttur ġenerali tal-ILO u segretarju ġenerali tal-OAS (3). F’Jannar 2010, iċ-Ċilì sar l-ewwel pajjiż tal-Amerika Latina li ġie approvat bħala membru tal-OECD. |
2.4.3 |
Iċ-Ċilì hu membru tal-Forum ta’ Kooperazzjoni Ekonomika bejn l-Asja u l-Paċifiku (APEC) u membru msieħeb tal-Mercosur u tal-Komunità Andina. Bħalissa għandu l-presidenza tal-Grupp ta’ Rio u tal-Grupp tal-Amerika Latina u l-Karibew, kif ukoll il-kopresidenza, flimkien mal-Venezwela, tal-Komunità tal-Istati tal-Amerika t’Isfel u l-Karibew (CELAC). |
2.4.4 |
Il-politika tal-kummerċ taċ-Ċilì tradizzjonalment tiffoka fuq l-iffirmar tal-akbar numru possibbli ta’ ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles. Fir-rigward tal-enerġija, iċ-Ċilì jiddependi mill-importazzjonijiet biex ikopri tliet kwarti tal-ħtiġijiet tal-enerġija tiegħu: m’għandux enerġija nukleari u jixtri l-gass likwifikat mill-pajjiżi tal-Paċifiku u tal-Baħar tat-Tramuntana. Ir-riżorsi tal-enerġija fossili tiegħu huma limitati u l-politika tal-enerġija Ċilena hija bbażata fuq il-karbonju, bir-riperkussjonijiet li dan iħalli fuq l-ambjent. F’termini strateġiċi, il-viżjoni fit-tul tal-politika tal-enerġija Ċilena għandha tissaħħaħ u tiġi diversifikata. |
2.4.5 |
Meta mqabbel mal-maġġoranza tal-pajjiżi l-oħra fl-Amerika Latina, iċ-Ċilì llum il-ġurnata għandu infrastruttura żviluppata li tinkludi t-teknoloġiji ġodda. |
3. Ir-relazzjonijiet UE-Ċilì
3.1 B’mod ġenerali, ir-relazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċilì, li hi bbażata fuq il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-2002, hija eċċellenti u tinkludi firxa wiesgħa ta’ kuntatti u koordinazzjoni fil-qasam politiku, kummerċjali u tal-kooperazzjoni. Bħalissa d-djalogi settorjali bejn l-UE u ċ-Ċilì qed ikopru s-suġġetti li ġejjin: il-politika reġjonali, it-tħejjija għad-diżastri, il-futur tal-kooperazzjoni bilaterali, il-politika tal-impjieg u d-drittijiet tal-bniedem.
3.2 L-UE hi wieħed mill-imsieħba kummerċjali prinċipali taċ-Ċilì u s-sors prinċipali tal-investiment barrani dirett. Il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles bejn l-UE u ċ-Ċilì, li fl-aħħar għaxar snin wassal għal żieda kbira fil-fluss kummerċjali bilaterali, ikopri l-kummerċ tal-merkanzija u s-servizzi, l-investimenti, l-akkwisti pubbliċi u l-kompetizzjoni. L-UE hi d-destinazzjoni prinċipali tal-esportazzjonijiet Ċileni u l-bilanċ tal-kummerċ huwa favur iċ-Ċilì b’surplus ta’ EUR 45 biljun. Madankollu, il-FA ma wassalx għal dak li kien mistenni fir-rigward tal-impjieg, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli.
3.3 Is-suq Ewropew jassorbi volumi sinifikattivi ta’ esportazzjonijiet ta’ prodotti agroalimentari, tal-inbid u t-tabakk, tal-industrija tal-injam u tar-ram, fost oħrajn. L-Ewropa hi sors essenzjali ta’ prodotti intermedji u kapitali għall-ekonomija Ċilena. Il-Ftehim jistipula li ż-żewġ partijiet għandhom jilliberaw aktar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli u tas-servizzi.
3.4 Bejn l-2007 u l-2013 l-UE ser talloka total ta’ EUR 41 miljun għall-kooperazzjoni maċ-Ċilì. Ir-reviżjoni intermedja, li ntemmet fl-2010, ikkonfermat li għandhom jinżammu s-setturi prijoritarji prinċipali, jiġifieri l-koeżjoni soċjali, l-innovazzjoni u l-kompetittività, l-edukazzjoni għolja u l-ambjent. Madankollu, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp maċ-Ċilì, fid-dawl tal-livell ekonomiku tajjeb tiegħu, għandha tiffoka fuq għanijiet oħrajn. Iċ-Ċilì stess qed jitlob li jsiru sforzi biex tiġi żviluppata relazzjoni strateġika bbażata fuq l-assoċjazzjoni, li tkun iffokata aktar fuq temi ta’ interess komuni. L-UE qed tanalizza wkoll il-possibbiltà li tintroduċi elementi ffokati aktar fuq il-valuri komuni fir-reviżjoni tal-Ftehim fl-2012.
3.5 Il-valutazzjoni tas-soċjetà ċivili Ċilena tar-riżultati tal-FA mhix wisq pożittiva. It-trejdjunjins, l-SMEs, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tat-tielet settur, bħal dawk tal-konsumaturi, jaraw il-FA kważi bħala ftehim dwar il-kummerċ ħieles u jiddispjaċihom li ma kisbu l-ebda benefiċċju minnu, lanqas fil-qasam tal-proġetti ta’ kooperazzjoni, fejn jakkużaw lill-Gvern li wettaq interventi diretti mingħajr ma kkonsulta minn qabel lill-organizzazzjonijiet li suppost ibbenefikaw minnhom. L-organizzazzjonijiet jitolbu li tingħata attenzjoni akbar lill-proġetti li jsaħħu s-soċjetà ċivili fit-tul, proġetti li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-inugwaljanza, proġetti li jsaħħu l-koeżjoni soċjali u l-konsum, u proġetti li jippromovu l-assoċjazzjonijiet f’setturi individwali (12 000 trejdjunjin tal-intrapriża, 39 000 intraprenditur fis-settur tat-trasport biss). Huwa mixtieq ukoll li l-fondi Ewropej ma jkunux allokati biss għall-NGOs iżda wkoll għall-organizzazzjonijiet tat-tielet settur, bħall-konsumaturi u l-intrapriżi ż-żgħar. Minbarra l-Artikolu 10, fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni hemm artikoli oħra li jittrattaw il-kooperazzjoni, bħall-Artikoli 41 u 48, fejn l-atturi tas-soċjetà ċivili jistgħu jikkontribwixxu b’mod kostruttiv għall-kontenut tagħhom.
3.6 Abbażi tal-Artikolu 11, l-UE kkonsultat lis-soċjetà ċivili Ċilena dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim, pereżempju fl-okkażjoni tal-ewwel Forum Soċjali fl-2006 u fit-tieni Forum Soċjali f’Settembru 2011. L-atturi Ċileni wrew interess kbir fiż-żieda fl-iskambju ta’ informazzjoni mal-atturi Ewropej kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jidhru li qed jagħmlu sforzi deċiżivi biex jissoktaw il-konsultazzjonijiet u tiżdied l-influwenza tas-soċjetà ċivili.
4. Is-soċjetà ċivili fiċ-Ċilì: il-qagħda attwali u l-prospetti għall-kooperazzjoni
4.1 Il-fehma tal-organizzazzjonijiet Ċileni tas-soċjetà ċivili dwar id-djalogu u l-parteċipazzjoni ftit li xejn hi promettenti. Fl-opinjoni tagħhom, fiċ-Ċilì għad jonqos ir-rieda politika biex jinħoloq korp konsultattiv tas-soċjetà ċivili, kemm minħabba raġunijiet politiċi u ideoloġiċi kif ukoll minħabba l-biża’ li dan il-korp isir it-tielet kamra leġislattiva li tikkompeti ma’ dawk li diġà hemm. Għalkemm jidher li jeżistu tipi u livelli differenti ta’ kuntatti mal-atturi tas-soċjetà ċivili matul l-iżvilupp tal-atti leġislattivi ġodda, milli jidher dawn ftit li xejn huma strutturati. B’mod ġenerali, għad jonqos mekkaniżmi fil-livell nazzjonali għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini li jiddirieġu l-kunflitt soċjali u jevitaw l-isplużjonijiet soċjali bħal dawk attwali. Fil-livell reġjonali u lokali ta’ min jinnota n-nuqqas ta’ rappreżentanza tal-awtoritajiet reġjonali u muniċipali, li jinħatru direttament mill-gvern ċentrali.
4.2 Iċ-Ċilì hemm tliet federazzjonijiet prinċipali tat-trejdjunjins. L-aktar li għandha membri hi l-Federazzjoni Magħquda tal-Ħaddiema (Central Unitaria de Trabajadores, CUT), li minnha nibtu l-Federazzjoni Indipendenti tal-Ħaddiema (Central Autónoma de Trabajadores, CAT) u l-Għaqda Nazzjonali tal-Ħaddiema (Unión Nacional de Trabajadores, UNT). Minħabba n-nuqqas ta’ qbil intern, dawn la jistgħu jagħmlu djalogu bejniethom u lanqas bejnhom u l-intraprendituri. Madankollu, ilkoll jaqblu fuq in-nuqqasijiet kbar rigward id-djalogu soċjali fiċ-Ċilì, fuq li jappoġġjaw il-ħolqien ta’ mekkaniżmi effettivi għad-djalogu soċjali u ta’ KES fiċ-Ċilì, u fuq il-ħtieġa li jkollhom mekkaniżmu għad-djalogu mas-soċjetà ċivili Ewropea fi ħdan il-FA.
4.3 Fiċ-Ċilì, ir-rata tas-sħubija fit-trejdjunjins hi ta’ 12-13 %, b’ċifri għoljin ħafna fil-qasam tal-minjieri, il-banek u l-kummerċ, u għadd kbir ta’ trejdjunjins (madwar 12 000), l-aktar fil-livell tal-intrapriża. Għaldaqstant, id-djalogu soċjali fiċ-Ċilì huwa fframmentat. It-trejdjunjins m’għandhomx il-kapaċità biex jinnegozjaw, speċjalment fil-qasam settorjali, u n-nuqqas ta’ għaqda bejn il-federazzjonijiet qed iwaqqaf il-koordinazzjoni meħtieġa qabel id-djalogu. Iż-żewġ djalogi bejn is-CUT u s-CPC mnedija mill-ILO ma ħolqux biżżejjed fiduċja sabiex isiru proċessi fit-tul.
4.4 Il-federazzjoni intraprenditorjali prinċipali Ċilena hi l-Konfederazzjoni tal-Produzzjoni u l-Kummerċ (Confederación de la Producción y el Comercio, CPC), li tkopri s-setturi ekonomiċi Ċileni l-kbar kollha. Is-CPC taħdem flimkien mat-trejdjunjins permezz ta’ djalogi speċifiċi, u mal-ILO bis-saħħa ta’ korp tripartitiku dwar ix-xogħol deċenti. Però qatt ma tkellmet mat-trejdjunjins dwar il-possibbiltà li jinħoloq KES u qatt ma wettqet djalogu strutturat dwar ir-relazzjonijiet industrijali. L-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju huma rappreżentati mill-organizzazzjoni Conupia.
4.5 L-industriji Ċileni ż-żgħar mhumiex żviluppati biżżejjed, ftit li xejn huma organizzati u kompetittivi, huma prekarji, iħallsu pagi baxxi u huma esklużi mis-settur tal-esportazzjoni. Madankollu, huma jammontaw għal 80 % tal-impjiegi bejn is-settur formali u dak informali. B’kuntrast ma’ dan, fiċ-Ċilì teżisti konċentrazzjoni qawwija fost ftit atturi ekonomiċi li huma kbar ħafna, għandhom impatt kbir fuq iċ-ċittadini u ftit li xejn huma regolati, bħall-banek.
4.6 L-organizzazzjonijiet prinċipali tal-konsmaturi huma Conadecus u Odecu, iżda r-rwol u l-influwenza tagħhom fis-soċjetà huma limitati ħafna. Iż-żewġ organizzazzjonijiet qed jitolbu li jipparteċipaw aktar fil-proġetti ta’ kooperazzjoni tal-UE fil-qafas tal-FA.
5. Konklużjonijiet
5.1 Il-KESE jemmen li, għalkemm l-applikazzjoni tal-FA ma toħloqx problemi kbar, dan għandu jiġi aġġornat biex, fost affarijiet oħra, jinkludi kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli fi ħdan il-kapitolu kummerċjali tiegħu, b’konformità mal-ftehimiet kummerċjali l-aktar reċenti. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili hi fattur essenzjali għall-monitoraġġ ta’ relazzjonijiet imsejsa fuq ir-rispett tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali, tax-xogħol u ambjentali u d-drittijiet tal-konsumatur. Il-kapitolu dwar il-kooperazzjoni għandu jgħin biex l-atturi soċjoekonomiċi jsiru aktar b’saħħithom u jibdew japparteċipaw aktar, u għandu jibdel id-direzzjoni tal-għanijiet tiegħu biex minflok fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp konvenzjonali jibda jiffoka fuq għanijiet b’interess reċiproku akbar, bħall-edukazzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp tan-nisġa soċjali. Fil-fehma tal-KESE hemm bżonn li l-organizzazzjonijiet Ċileni tas-soċjetà ċivili jiġu involuti aktar fl-evalwazzjoni tal-FA.
5.2 Il-KESE hu lest li jaħdem mal-UE fid-djalogi settorjali maċ-Ċilì rigward kwistjonijiet rilevanti bħall-edukazzjoni, ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, l-iżvilupp sostenibbli, id-djalogu soċjali, l-impjieg, il-ħarsien u l-informazzjoni tal-konsumatur u l-koeżjoni soċjali.
5.3 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon li l-awtoritajiet Ċileni, sew governattivi u sew parlamentari, għarfu li ċ-Ċilì ma kkonformax mal-Artikolu 10 tal-Ftehim u stqarrew pubblikament li beħsiebhom isibu remedju għal dan. Ħa nota wkoll tal-pjani reċenti tal-Gvern Ċilen li b’mod sistematiku joħloq mekkaniżmi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni għas-soċjetà ċivili fl-oqsma kollha ta’ gvern. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon din l-intenzjoni, iżda bil-prudenza kollha jesprimi ċerti riservi rigward xi proposti li mid-dehra se jwasslu għal proliferazzjoni ta’ mekkaniżmi ad hoc, maqtugħin għalihom waħedhom u ffokati fuq temi jew setturi partikolari, minflok ma joħolqu korp konsultattiv wieħed u komprensiv li jikkomplementa l-korpi parzjali.
5.4 Il-KESE jemmen li s-soċjetà ċivili Ċilena għandha bżonn sforz enormi ta’ appoġġ politiku u ta’ ħidma interna ffokata fuq it-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet rilevanti u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom, u fuq ir-rikonoxximent tagħhom bħala msieħba kostruttivi kemm fil-qafas tal-konsultazzjoni istituzzjonali ġenerali (djalogu ċivili) kif ukoll fir-relazzjonijiet tax-xogħol (djalogu soċjali).
5.5 Il-KESE jappoġġja l-ħolqien ta’ korp istituzzjonali Ċilen għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili li jirrifletti l-pluraliżmu tas-soċjetà ċivili Ċilena. Bħall-KESE, dan għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-rappreżentanza, l-indipendenza u l-leġittimità tal-organizzazzjonijiet rappreżentati fih. L-esperjenza tal-KESE tindika li sabiex tinħoloq istituzzjoni b’dawn il-karatteristiċi, huwa fundamentali li jsir sforz mis-setturi differenti kollha tas-soċjetà ċivili li huma involuti. Il-KESE huwa lest u jista’ jikkontribwixxi f’dawn l-isforzi bis-saħħa tal-esperjenza tiegħu f’attivitajiet simili ma’ pajjiżi oħra. F’dan is-sens, xi eżempji pożittivi fl-Amerika Latina huma l-kollaborazzjoni mal-korpi konsultattivi tas-soċjetà ċivili bħas-CDES tal-Brażil, is-CC-SICA tal-Amerika Ċentrali u l-FCES tal-Mercosur.
5.6 Fil-fehma tal-KESE, l-eżistenza tal-inugwaljanzi soċjali u l-movimenti ta’ protesta li qed isiru bħalissa fiċ-Ċilì huma raġuni oħra għaliex għandhom jinħolqu mezzi importanti ta’ djalogu u parteċipazzjoni konsultattiva tas-soċjetà ċivili fid-deċiżjonijiet u l-politiki pubbliċi.
5.7 Il-ħolqien ta’ korp konsultattiv jiffaċilita wkoll l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej u dawk Ċileni, u jkun pass pożittiv biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-UE u dan il-pajjiż bis-saħħa tat-twaqqif mill-aktar fis possibbli tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-FA.
5.8 Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn l-UE u ċ-Ċilì għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-applikazzjoni tal-FA. Għandu wkoll joħroġ opinjonijiet dwar il-konsultazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jew tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni b’rabta mat-temi kollha koperti fil-Ftehim. Jista’ wkoll iħejji opinjonijiet jew ifassal rakkomandazzjonijiet minn rajh dwar il-kwistjonijiet relatati mal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konsultattiv Konġunt għandu jorganizza laqgħa annwali mal-Kumitat Konġunt UE-Cilì.
5.9 Il-KESE jirringrazzja lill-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì tal-interess u l-appoġġ tiegħu fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Il-Kumitat Parlamentari Konġunt u l-Kumitat Konsultattiv Konġunt li ser jitwaqqaf għandhom iżommu relazzjoni fluwida u regolari bil-għan li jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar il-monitoraġġ tal-Ftehim.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Madwar 4,6 % tal-popolazzjoni, l-aktar Mapuches.
(2) Ċifri tal-OECD u tal-Istħarriġ Soċjoekonomiku Nazzjonali tal-2009 – www.ministeriodesarrollosocial.gob.cl.
(3) Michelle Bachelet, Juan Somavía u José Miguel Insulza rispettivament.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/146 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem soġġetti għal preskrizzjoni medika u fir-rigward ta’ farmakoviġilanza”
COM(2011) 632 finali — 2008/0255 (COD)
2012/C 143/30
Nhar it-28 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 114 u 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem soġġetti għal preskrizzjoni medika u fir-rigward ta’ farmakoviġilanza
COM(2011) 632 final – 2008/0255 (COD).
Peress li l-Kumitat diġà esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut tal-proposta msemmija fl-opinjoni tiegħu CESE 1025/2009, adottata nhar l-10 ta’ Ġunju 2009 (1), iddeċieda, matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), b’119-il vot favur u 6 astensjonijiet, li ma joħroġx opinjoni ġdida dwar is-suġġett, iżda li jirreferi għall-pożizzjoni li kien ħa fid-dokument imsemmi hawn fuq.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 33.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/147 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika u fir-rigward tal-farmakoviġilanza”
COM(2011) 633 finali — 2008/0256 (COD)
2012/C 143/31
Nhar it-28 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 114 u 168(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika u fir-rigward tal-farmakoviġilanza
COM(2011) 633 final – 2008/0256 (COD).
Billi l-Kumitat diġà ta fehmtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-opinjoni tiegħu CESE 1022/2009 adottata fl-10 ta’ Ġunju 2009 (1), iddeċieda, matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u tat-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), b’135 vot favur u 7 astensjonijiet, li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 18.
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/148 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sena tal-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE)”
COM(2012) 15 finali — 2012/0003 (COD)
2012/C 143/32
Nhar l-1 ta’ Frar 2012, il-Kunsill u nhar it-2 ta’ Frar 2012 il-Parlament Ewropew, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sena tal-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE)
COM(2012) 15 final – 2012/0003 (COD).
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u tat-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), b’138 vot favur, 4 voti kontra u 9 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/149 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea”
COM(2011) 855 finali — 2011/0416 (COD)
2012/C 143/33
Nhar it-13 ta’ Diċembru 2011 u nhar it-2 ta’ Frar 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 43(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea
COM(2011)855 final – 2011/0416 COD.
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti, iddeċieda, matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012), b’130 vot favur u 9 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON