ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.133.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 133

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
5 ta' Mejju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 133/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 126, 28.4.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 133/02

Kawża C-380/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2012 — Melli Bank plc vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi tas-sussidjarja ta’ bank — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Żamma tal-proprjetà jew kontroll ta’ entità)

2

2012/C 133/03

Kawża C-506/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Ir-Repubblika Portugiża vs Transnáutica — Transportes e Navegação, SA, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Unjoni doganali — Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u (KEE) Nru 2454/93 — Maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Kunsinni ta’ tabakk u alkoħol etiliku ddestinati lejn pajjiżi terzi — Frodi mwettqa minn impjegat tal-kumpannija responsabbli għall-ħlas tat-taxxa)

2

2012/C 133/04

Kawża C-135/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte di Appello di Torino — l-Italja) — SCF Consorzio Fonografici vs Marco Del Corso (Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT — Direttiva 92/100/KE — Artikolu 8(2) — Direttiva 2001/29/KE — Kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku — Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi mxandra permezz tar-radju fi klinika ta’ dentist)

3

2012/C 133/05

Kawża C-162/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill High Court of Ireland — l-Irlanda) — Phonographic Performance (Ireland) Ltd vs Ireland, Attorney General (Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2006/115/KE — Artikoli 8 u 10 — Kunċett ta’ utent u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku — Xandir ta’ fonogrammi permezz ta’ apparat tat-televiżjoni u/jew tar-radju installat fil-kmamar ta’ lukandi)

3

2012/C 133/06

Kawża C-190/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros (GENESIS) vs Boys Toys SA, Administración del Estado (Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u akkwist — Trade mark preċedenti — Modalitajiet tal-preżentata — Preżentata elettronika — Mezz li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża tad-data, is-siegħa u l-minuta tal-preżentazzjoni tat-talba)

4

2012/C 133/07

Kawża C-292/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — il-Ġermanja) — G vs Cornelius de Visser (Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Notifika pubblika tal-atti ġudizzjarji — Nuqqas ta’ domiċilju jew ta’ post ta’ residenza magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru — Ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma tort, delitt jew kważi delitt’ — Ksur tad-drittijiet tal-personalità li seta’ seħħ bil-pubblikazzjoni ta’ ritratti fuq l-internet — Post fejn il-fatt dannuż seħħ jew jista’ jseħħ)

5

2012/C 133/08

Kawża C-338/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (Dumping — Dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat li joriġina miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1355/2008 — Validità — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 2(7)(a) — Determinazzjoni tal-valur normali — Pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq — Obbligu tal-Kummissjoni li tkun diliġenti sabiex tiddetermina l-valur normali abbażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq)

5

2012/C 133/09

Kawża C-340/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE — Artikoli 4(1) u 12(1) — Nuqqas ta’ inklużjoni tal-Lag Paralimni bħala sit ta’ importanza għall-Komunità fit-terminu previst — Sistema ta’ ħarsien għall-ispeċi Natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru))

6

2012/C 133/10

Kawża C-376/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2012 — Pye Phyo Tay Za vs Il-Kunsill tal-Unjoni Europea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika tal-Unjoni tal-Mjanmar — Iffriżar ta’ fondi applikabbli lill-persuni, entitajiet u korpi — Bażi legali)

6

2012/C 133/11

Kawża C-453/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov — is-Slovakkja) — Jana Pereničová, Vladislav Perenič vs S.O.S. financ, spol. s r.o. (Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum — Indikazzjoni żbaljata ta’ rata perċentwali annwali — Effett tal-prattiki kummerċjali żleali u tal-klawżoli inġusti fuq il-validità globali tal-kuntratt)

7

2012/C 133/12

Kawża C-567/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d'Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale (Direttiva 2001/42/KE — Stima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Kunċett ta’ pjanijiet u programmi li huma meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi — Applikabbiltà ta’ din id-Direttiva għal proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan għall-użu tal-art)

8

2012/C 133/13

Kawża C-574/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Servizzi ta’ arkitettura u ta’ inġinerija — Provvisti ta’ studju, ta’ ħolqien ta’ disinni u ta’ superviżjoni fir-rigward tal-proġett ta’ rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku — Twettiq ta’ proġett f’diversi fażijiet, minħabba raġunjiet baġitarji — Valur tal-kuntratt)

8

2012/C 133/14

Kawża C-46/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa — Ħarsien insuffiċjenti ta’ ċerti speċi, partikolarment tal-lontra (Lutra lutra))

9

2012/C 133/15

Kawża C-90/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht — il-Ġermanja) Alfred Strigl — Deutsches Patent- und Markenamt (C-90/11), Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (C-91/11) vs Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH (Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Raġunijiet għal rifjut jew għal invalidità — Espressjonijiet verbali magħmula minn kumbinazzjoni ta’ kliem u minn sekwenza ta’ ittri identiċi għall-ittri inizjali ta’ dawn il-kliem — Karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni)

9

2012/C 133/16

Kawża C-153/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Klub OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 168 — Dritt għal tnaqqis — Tnissil ta’ dritt għal tnaqqis — Dritt għal kumpannija li tnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa għax-xiri ta’ beni kapitali li għadu mhux qed jiġi operat fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali ta’ din il-kumpannija)

9

2012/C 133/17

Kawża C-157/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli — l-Italja) — Giuseppe Sibilio vs Comune di Afragola (Politika soċjali — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 2 — Kunċett ta’ kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefinita mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiki fis-seħħ f’kull Stat Membru — Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas — Punt 1 tal-Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Persuni li jwettqu xogħolijiet soċjalment utli mal-amministrazzjonijiet pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza bejn il-benefiċċju mħallas lill-ħaddiema soċjalment utli u r-remunerazzjoni mogħtija lill-ħaddiema għal żmien determinat u/jew indeterminat impjegati mill-istess amministrazzjonijiet u li jwettqu l-istess attivitajiet)

10

2012/C 133/18

Kawża C-248/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj — ir-Rumanija) — proċeduri kriminali kontra Rareș Doralin Nilaș, Sergiu-Dan Dascăl, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean, Ionuț Horea Baboș (Direttiva 2004/39/KE — Swieq ta’ strumenti finanzjarji — Punt 14 tal-Artikolu 4(1) — Kunċett ta’ suq irregolat — Approvazzjoni — Rekwiżiti ta’ funzjonament — Suq li n-natura legali tiegħu ma hijiex speċifikata iżda li, wara amalgamazzjoni, ikun amministrat minn persuna ġuridika li wkoll suq irregolat — Artikolu 47 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ swieq irregolati — Direttiva 2003/6/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Manipulazzjoni tas-suq)

10

2012/C 133/19

Kawża C-191/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — Yorma’s AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li għandha l-element verbali yorma’s — Trade mark Komunitarja preċedenti NORMA — Raġuni assoluta għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

11

2012/C 133/20

Kawża C-404/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-klorat tas-sodju — Kunċett ta’ impriża — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti — Portata ta’ din il-preżunzjoni — Elementi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni — Multa personali — Ġurisdizzjoni sħiħa)

11

2012/C 133/21

Kawża C-421/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2012 — Total SA, Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-metakrilati — Kunċett ta’ impriża — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Estensjoni tal-awtorità ta’ res judicata — Fattur multiplikatur għal effett dissważiv — Indiviżibbilta’ tal-multa — Ġurisdizzjoni sħiħa)

12

2012/C 133/22

Kawża C-442/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Novartis AG vs Actavis UK Ltd (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikoli 4 u 5 — Ingredjent attiv uniku li jkun wassal għall-ħruġ ta’ ċertifikat bħal dan — Portata tal-protezzjoni — Prodotti mediċinali li għandhom diversi ingredjenti attivi, fosthom dak li huwa s-suġġett ta’ ċertifikat)

12

2012/C 133/23

Kawża C-556/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Valladolid — Spanja) — María Jesús Lorenzo Martínez vs Junta de Castilla y León, Dirección General de Recursos Humanos de la Consejería de Educación (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku — Tagħlim mhux universitarju — Dritt għal allowance kull sitt snin għal taħriġ kontinwu — Esklużjoni ta’ għalliema impjegati bħala uffiċjali temporanji — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

13

2012/C 133/24

Kawża C-574/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Novartis AG vs Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd. (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikoli 4 u 5 — Ingredjent attiv uniku li wassal għall-għotja ta’ tali ċertifikat — Portata tal-protezzjoni — Prodott mediċinali li fih bosta ingredjenti attivi inkluż dak li qiegħed jiġi ċċertifikat)

13

2012/C 133/25

Kawża C-599/11 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 minn TofuTown.com GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-99/10, Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

14

2012/C 133/26

Kawża C-611/11: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 minn ara AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-174/10, ara vs UASI

14

2012/C 133/27

Kawża C-624/11 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Brighton Collectibles, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-403/10 — Brighton Collectibles vs UASI — Felmar

15

2012/C 133/28

Kawża C-72/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht Leipzig (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2012 — Gemeinde Altrip et vs Land Rheinland-Pfalz

15

2012/C 133/29

Kawża C-76/12: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

16

2012/C 133/30

Kawża C-78/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (Bulgarija) fis-14 ta’ Frar 2012 — Evita-K EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto Sofia

16

2012/C 133/31

Kawża C-84/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2012 — Rahmanian Koushkaki vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

17

2012/C 133/32

Kawża C-89/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis- 17 ta’ Frar 2012 — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni

18

2012/C 133/33

Kawża C-92/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-17 ta’ Frar 2012 — Health Service Executive vs SC, AC

18

2012/C 133/34

Kawża C-93/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Frar 2012 — ET Agrokonsulting-04-Velko Stoyanov vs Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond Zemedelie — Razplashtatelna agentsia

19

2012/C 133/35

Kawża C-101/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2012 — Herbert Schaible vs Land Baden-Württemberg

19

2012/C 133/36

Kawża C-109/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-29 ta’ Frar 2012 — Laboratoires Lyocentre

20

2012/C 133/37

Kawża C-130/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

20

2012/C 133/38

Kawża C-328/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 2012 — Alder Capital Ltd vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gimv Nederland BV

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 133/39

Kawżi magħquda T-50/06 RENV, T-56/06 RENV, T-60/06 RENV, T-62/06 RENV u T-69/06 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Direttiva 92/81/KEE — Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali — Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina — Eżenzjoni mis-sisa — Konformità tal-eżenzjoni ma’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81 — Preżunzjoni tal-legalità tal-atti tal-Unjoni — Ċertezza legali — Amministrazzjoni tajba)

21

2012/C 133/40

Kawża T-113/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Marine Harvest Norway u Alsaker Fjordbruk vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjoni ta’ salamun li joriġina min-Norveġja — Definizzjoni tal-industrija Komunitarja — Prodott simili — Kompożizzjoni tal-kampjun tal-produtturi Komunitarji)

21

2012/C 133/41

Kawża T-115/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening et vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ salamun ta’ trobbija li joriġina min-Norveġja — Regola tal-inqas dazju — Kalkolu tal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni u tad-dazji stabbiliti)

22

2012/C 133/42

Kawża T-63/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Volkswagen vs UASI — Suzuki Motor (SWIFT GTi) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SWIFT GTi — Trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti GTI — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Oppożizzjoni miċħuda)

22

2012/C 133/43

Kawża T-227/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Feng Shen Technology vs UASI — Majtczak (FS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva FS — Mala fide tal-applikant — Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

23

2012/C 133/44

Kawżi magħquda T-458/09 u T-171/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2012 — Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tintalab informazzjoni — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità)

23

2012/C 133/45

Kawża T-157/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2012 — Barilla vs UASI — Brauerei Schlösser (ALIXIR) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ALIXIR — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Elixeer — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

23

2012/C 133/46

Kawża T-420/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — Armani vs UASI — Del Prete (AJ AMICI JUNIOR) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja figurattiva AJ AMICI JUNIOR — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AJ ARMANI JEANS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARMANI JUNIOR — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar- Regolament (KE) Nru 207/2009)

24

2012/C 133/47

Kawżi magħquda T-439/10 u T-440/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fulmen u Mahmoudian vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball ta’ evalwazzjoni — Oneru u grad tal-prova)

24

2012/C 133/48

Kawża T-225/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

25

2012/C 133/49

Kawża T-228/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Telefónica vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju fil-każ tal-akkwist ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

25

2012/C 133/50

Kawża T-234/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Ebro Foods vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

26

2012/C 133/51

Kawża T-174/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Modelo Continente Hipermercados vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju fil-każ tal-akkwist ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

26

2012/C 133/52

Kawża T-398/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2012 — Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Rifjut li jingħata lir-rikorrenti l-benefiċċju ta’ allowance għal xogħol permanenti jew bix-shift — Terminu għall-ilmenti — Dewmien — Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)

26

2012/C 133/53

Kawża T-55/12: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2012 — Chen vs UASI — AM Denmark (Cleaning devices)

27

2012/C 133/54

Kawża T-105/12: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

27

2012/C 133/55

Kawża T-101/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2012 — Polonja vs Il-Kummissjoni

28

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 133/56

Kawża F-133/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

29

2012/C 133/57

Kawża F-1/12: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

29

2012/C 133/58

Kawża F-5/12: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Frontex

29

2012/C 133/59

Kawża F-7/12: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

30

2012/C 133/60

Kawża F-9/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Parlament

30

2012/C 133/61

Kawża F-21/12: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2012 — ZZ vs Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

30

2012/C 133/62

Kawża F-29/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

31

2012/C 133/63

Kawża F-31/12: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

31

 

Rettifika

2012/C 133/64

Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-528/11 (ĠU C 370, 17.12.2011)

32

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/1


2012/C 133/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 126, 28.4.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 118, 21.4.2012

ĠU C 109, 14.4.2012

ĠU C 89, 24.3.2012

ĠU C 80, 17.3.2012

ĠU C 73, 10.3.2012

ĠU C 65, 3.3.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2012 — Melli Bank plc vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-380/09 P) (1)

(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi tas-sussidjarja ta’ bank - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Żamma tal-proprjetà jew kontroll ta’ entità)

2012/C 133/02

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Melli Bank plc (rappreżentanti: D. Anderson u D. Wyatt, QC, R. Blakeley, Barrister, S. Gadhia u T. Din, solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Szostak, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, L. Butel u E. Ranaivoson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Hathaway, aġent u S. Lee, Barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (It-Tieni Awla) mogħtija fid-9 ta’ Lulju 2009, Melli Bank plc vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (T-246/08 u T-332/08), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tal-Kunsill, mogħtija fit-23 ta’ Ġunju 2008, li timplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), sa fejn l-isem tar-rikorrenti jidher fuq il-lista tal-individwi, tal-korpi u tal-entitajiet li japplikaw għalihom dawn id-dispożizzjonijiet

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Melli Bank plc hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Ir-Repubblika Portugiża vs Transnáutica — Transportes e Navegação, SA, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-506/09 P) (1)

(Appell - Unjoni doganali - Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u (KEE) Nru 2454/93 - Maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Kunsinni ta’ tabakk u alkoħol etiliku ddestinati lejn pajjiżi terzi - Frodi mwettqa minn impjegat tal-kumpannija responsabbli għall-ħlas tat-taxxa)

2012/C 133/03

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)

Partijiet l-oħra fil-kawża: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA (rappreżentant: M. López Garrido, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-Qorti Ġenerali] (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, Transnáutica vs Il-Kummissjoni (T-385/05) li biha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (REM 05/2004), tas-6 ta’ Lulju 2005, li tindika lill-awtoritajiet Portugiżi li, għal ċertu ammont, il-maħfra ta’ dażji fuq l-importazzjoni lir-rikorrenti ma kinitx iġġustifikata u li, għal ammont ieħor, ir-rimbors lir-rikorrenti tad-dazji fuq l-importazzjoni ma kienx iġġustifikat peress li frodi mwettqa minn wieħed mill-impjegati tagħha mingħajr ma kienet taf ma tikkostitwixxix sitwazzjoni partikolari li tista’ tiġġustifika l-maħfra jew ir-rimbors lir-rikorrenti tad-dazji fuq l-importazznjoni.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika tal-Portugall għandha tbati l-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte di Appello di Torino — l-Italja) — SCF Consorzio Fonografici vs Marco Del Corso

(Kawża C-135/10) (1)

(Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT - Direttiva 92/100/KE - Artikolu 8(2) - Direttiva 2001/29/KE - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi mxandra permezz tar-radju fi klinika ta’ dentist)

2012/C 133/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SCF Consorzio Fonografici

Konvenut: Marco Del Corso

fil-preżenza ta’: Procuratore generale della Repubblica

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte di Appello di Torino — Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ nies li jagħtu servizz, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir, iffirmata f’Ruma fis-26 ta’ Ottubru 1961, tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPs) u tat-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi (WPPT) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi tar-radju fi klinika ta’ dentist

Dispożittiv

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jikkostitwixxi l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistitwixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994 u approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), u tat-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi, tal-20 ta’ Diċembru 1996, huma applikabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.

Peress li l-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ nies li jagħtu servizz, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir, iffirmata f’Ruma fis-26 ta’ Ottubru 1961 ma hijiex parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, hija ma hijiex applikabbli fl-Unjoni; iżda madankollu hija tipproduċi fiha effetti diretti.

L-individwi ma jistgħux jibbażaw rwieħhom direttament la fuq l-imsemmija konvenzjoni, la fuq l-imsemmi ftehim u lanqas fuq it-trattat imsemmi iktar ’il fuq.

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” li jinsab fid-Direttivi tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu fl-imsemmija konvenzjoni, fl-imsemmi ftehim kif ukoll fit-trattat imsemmi iktar ’il fuq, u b’tali mod li hija tibqa’ kompatibbli ma’ dawn tal-aħħar, billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest li fih tali kunċetti jinsabu u l-għan segwit mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-konvenzjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali.

(2)

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi fi klinika ta’ dentist, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ professjoni libera, għall-benefiċċju tal-klijentela li tgawdi minnu indipedentement mir-rieda tagħha. Għaldaqstant, tali xandir ma jagħtix dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur produtturi ta’ fonogrami.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill High Court of Ireland — l-Irlanda) — Phonographic Performance (Ireland) Ltd vs Ireland, Attorney General

(Kawża C-162/10) (1)

(Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2006/115/KE - Artikoli 8 u 10 - Kunċett ta’ “utent” u ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Xandir ta’ fonogrammi permezz ta’ apparat tat-televiżjoni u/jew tar-radju installat fil-kmamar ta’ lukandi)

2012/C 133/05

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Phonographic Performance (Ireland) Ltd

Konvenuti: Ireland, Attorney General

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikoli 8(2) u 10(1) tad-Direttiva 115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, p. 28) — Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi — Dritt ta’ remunerazzjoni remunerazzjoni ekwa u unika għall-artisti u għall-produtturi — Kunċett ta’ “utent” u ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Installazzjoni fil-kmamar ta’ lukanda ta’ settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom il-kumpannija tal-lukanda tibgħat sinjal ta’ xandir

Dispożittiv

(1)

L-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jibgħat sinjal ta’ xandir huwa “utent” li jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma mxandra, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.

(2)

L-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jibgħat sinjal ta’ xandir huwa obbligat li jħallas remunerazzjoni ekwa, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, għax-xandir ta’ fonogramma mxandra, minbarra dik imħallsa mix-xandar.

(3)

L-operatur ta’ lukanda li jipprovdi, fil-kmamar tal-klijenti tiegħu, mhux settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lihom jibgħat sinjal ta’ xandir, iżda mezz ieħor kif ukoll fonogrammi f’forma fiżika jew diġitali li jistgħu jixxandru jew jinstemgħu permezz ta’ dan il-mezz, huwa “utent” li jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Għaldaqstant huwa obbligat li jħallas “remunerazzjoni ekwa” taħt din id-dispożizzjoni għat-trasmissjoni tal-imsemmija fonogrammi.

(4)

L-Artikolu 10(1)(a) tad-Direttiva 2006/115, li jipprovdi limitazzjoni fuq id-dritt għal remunerazzjoni ekwa previst fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, meta jirrigwarda “użu privat”, ma jippermettix lill-Istati Membri sabiex jeżentaw lill-operatur ta’ lukanda milli jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma fis-sens tal-Artikolu 8(2) tal-imsemmija direttiva, mill-obbligu li jħallas tali remunerazzjoni.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros (GENESIS) vs Boys Toys SA, Administración del Estado

(Kawża C-190/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u akkwist - Trade mark preċedenti - Modalitajiet tal-preżentata - Preżentata elettronika - Mezz li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża tad-data, is-siegħa u l-minuta tal-preżentazzjoni tat-talba)

2012/C 133/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros (GENESIS)

Konvenuta: Boys Toys SA, Administración del Estado

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 146) — Definizzjoni u akkwist tat-trade mark Komunitarja — Dritt ta’ prijorità — Modalitajiet tal-preżentata — Mezz (posta elettronika) li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża tad-data, is-siegħa u l-minuta tal-preżentazzjoni tat-talba

Dispożittiv

L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2003, tas-27 ta’ Ottubru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix it-teħid inkunsiderazzjoni minbarra tal-jum tal-preżentata tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), anki tas-siegħa u tal-minuta tal-imsemmija preżentata bil-għan li tiġi ddeterminata l-preċedenza ta’ tali trade mark meta mqabbla ma’ trade mark nazzjonali ppreżentata fl-istess jum, anki meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola r-reġistrazzjoni ta’ din l-aħħar trade mark, is-siegħa u l-minuta tal-preżentata huma elementi rilevanti.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — il-Ġermanja) — G vs Cornelius de Visser

(Kawża C-292/10) (1)

(Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Notifika pubblika tal-atti ġudizzjarji - Nuqqas ta’ domiċilju jew ta’ post ta’ residenza magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru - Ġurisdizzjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma” tort, delitt jew kważi delitt’ - Ksur tad-drittijiet tal-personalità li seta’ seħħ bil-pubblikazzjoni ta’ ritratti fuq l-internet - Post fejn il-fatt dannuż seħħ jew jista’ jseħħ)

2012/C 133/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Regensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: G

Konvenut: Cornelius de Visser

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Regensburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) TUE, flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2007, C 303, p. 1), tal-Artikoli 4(1), 5(3) u 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), kif ukoll l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25 p. 399) — Leġiżlazzjon nazzjonali li tistabbilixxi, f’ċerti ċirkustanzi, in-notifika b’avviż pubbliku ta’ atti ġuridiċi lill-konvenut u tippermetti li tingħata deċiżjoni fil-kontumaċja fuq il-bażi ta’ att promotur innotifikat b’dan il-mod — Applikabbiltà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 fin-nuqqas ta’ domiċilju jew post ta’ residenza magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru — Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni u tal-liġi applikabbli għal azzjoni mibdija minħabba ksur tad-drittijiet tal-personalità li seta’ seħħ meta ġew ippubblikati ritratti fuq sit tal-internet editjat minn persuna li d-domiċilju tagħha ma huwiex magħruf

Dispożittiv

(1)

F’ċirkustanzi bħalma huma dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jostakolax l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tal-istess regolament għal azzjoni għad-danni minħabba l-ġestjoni ta’ sit tal-internet kontra konvenut li huwa probabbilment ċittadin tal-Unjoni, iżda jinsab f’post mhux magħruf, jekk il-qorti adita ma jkollhiex indizji probatorji li jippermettulha tikkonkludi li dan il-konvenut huwa fil-fatt domiċiljat barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-għoti ta’ sentenza fil-kontumaċja ta’ konvenut li, minħabba l-impossibbiltà li jiġi lokalizzat, ikun ġie nnotifikat bl-att promotur permezz tal-pubblikazzjoni skont id-dritt nazzjonali, sakemm il-qorti tkun preċedentement żgurat li saru r-riċerki kollha rikjesti mill-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ bona fide sabiex il-konvenut jinstab.

(3)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ċ-ċertifikazzjoni, bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar fis-sens tar-Regolament Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux ikkontestati ta’ sentenza fil-kontumaċja ta’ konvenut li l-indirizz tiegħu ma huwiex maghruf.

(4)

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), ma huwiex applikabbli f’sitwazzjoni li fiha l-post ta’ stabbiliment tal-fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni ma huwiex magħruf, peress li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija suġġetta għall-identifikazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-fornitur inkwistjoni huwa fil-fatt stabbilit.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-338/10) (1)

(Dumping - Dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat li joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1355/2008 - Validità - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(7)(a) - Determinazzjoni tal-valur normali - Pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq - Obbligu tal-Kummissjoni li tkun diliġenti sabiex tiddetermina l-valur normali abbażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq)

2012/C 133/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grünwald Logistik Service GmbH (GLS)

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Finanzgericht Hamburg - Validità, fid-dawl tal Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2008, tal-4 ta’ Lulju 2008, li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat (l-aktar il-mandolin, eċċ) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 178, p. 19) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35) - Determinazzjoni tal-valur normali għal pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq - Determinazzjoni tal-valur normali abbażi tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għal prodott simili - Obbligu tal-Kummissjoni, li jirriżulta mill-Artikolu 2(7)(a) tar Regolament (KE) Nru 384/96 li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l valur normali abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz li għandu ekonomija tas-suq

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa invalidu.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-340/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE - Artikoli 4(1) u 12(1) - Nuqqas ta’ inklużjoni tal-Lag Paralimni bħala sit ta’ importanza għall-Komunità fit-terminu previst - Sistema ta’ ħarsien għall-ispeċi Natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru))

2012/C 133/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: K. Lykourgos u M. Chatzigeorgiou, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(1) u 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Nuqqas ta’ inklużjoni tal-Lag ta’ Paralimni fil-lista nazzjonali ta’ siti li jistgħu jiġu identifikati bħala siti ta’ importanza għall-Komunità — Nuqqas ta’ stabbiliment ta’ sistema ta’ ħarsien għall-ispeċi natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru)

Dispożittiv

(1)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru,

billi ma inkludietx is-sit tal-Lag Paralimni fil-lista nazzjonali ta’ siti proposti ta’ importanza għall-Komunità,

billi ttollerat attivitajiet li jqiegħdu l-karatteristiċi ekoloġiċi tal Lag Paralimni f’riskju serju, u billi ma adottatx il-miżuri neċessarji ta’ ħarsien għaż-żamma tal-popolazzjoni tal-ispeċi Natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru), li tirrappreżenta l-interess ekoloġiku tal-Lag Paralimni u tad-diga ta’ Xyliatos, u

billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex tistabbilixxi sistema ta’ ħarsien strett ta’ din l-ispeċi,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, rispettivament, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva Tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, din id-Direttiva 92/43/KEE kif emendata, kif ukoll l-Artikolu 12(1) tal-istess Direttiva 92/43/KEE kif emendata.

(2)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2012 — Pye Phyo Tay Za vs Il-Kunsill tal-Unjoni Europea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-376/10 P) (1)

(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika tal-Unjoni tal-Mjanmar - Iffriżar ta’ fondi applikabbli lill-persuni, entitajiet u korpi - Bażi legali)

2012/C 133/10

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Pye Phyo Tay Za (rappreżentanti: D. Anderson QC, S. Kentridge QC, M. Lester, Barrister, G. Martin, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Hathaway, aġent, D. Beard, Barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, Tay Za vs Il-Kunsill (T-181/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 (ĠU L 66, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent jidher fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Mejju 2010, Tay Za vs Il-Kunsill (T-181/08), hija annullata.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil P. Tay Za.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll dawk f’dan l-appell.

(4)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll dawk f’dan l-appell.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov — is-Slovakkja) — Jana Pereničová, Vladislav Perenič vs S.O.S. financ, spol. s r.o.

(Kawża C-453/10) (1)

(Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum - Indikazzjoni żbaljata ta’ rata perċentwali annwali - Effett tal-prattiki kummerċjali żleali u tal-klawżoli inġusti fuq il-validità globali tal-kuntratt)

2012/C 133/11

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jana Pereničová, Vladislav Perenič

Konvenuta: S.O.S. financ, spol. s r.o.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni prelimianri — Okresný súd Prešov — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u 6(1) tad-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), kif ukoll tad-Direttiva 2005/29, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttiva 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22) — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum li jistipula rata ta’ interessi użurarja — Effett tal-prattiki kummerċjali żleali u tal-klawżoli inġusti fuq il-validità globali tal-kuntratt

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġu interpretat fis-sens li, meta tevalwa l-punt dwar jekk kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn bejjiegħ u li għandu klawżola waħda jew iktar inġusti jistax jeżisti mingħajr l-imsemmija klawżoli, il-qorti adita ma tistax tibbaża ruħha biss fuq in-natura eventwalment vantaġġuża għal waħda mill-partiijiet, f’dan il-każ il-konsumatur, tal-annullament tal-kuntratt ikkonċernat kollu kemm hu. L-imsemmija direttiva ma tipprekludix, madankollu, li Stat Membru jipprovdi, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, li kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn kummerċjant u li għandu klawżola waħda jew iktar inġusti huwa null kollu kemm hu meta huwa jiżgura protezzjoni aħjar tal-konsumatur.

(2)

Prattika kummerċjali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fl-indikazzjoni f’kuntratt ta’ kreditu ta’ rata perċentwali annwali inqas minn dik reali għandha tiġi ddikjarata bħala “qarrieqa”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttiva 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), sa fejn hija twassal jew tista’ twassal lill-konsumatur medju sabiex jieħu deċiżjoni kummerċjali tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistħarreġ jekk dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali. Il-konstatazzjoni tan-natura żleali ta’ tali prattika kummerċjali tikkostitwixxi element fost oħrajn li fuqu l-qorti kompetenti tista’ tistabbilixxi, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13, l-evalwazzjoni tagħha tan-natura inġusta ta’ klawżoli tal-kuntratt dwar l-ispiża tas-self mogħtija lill-konsumatur. Tali konstatazzjoni madankollu ma taffettwax direttament l-evalwazzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tal-validità tal-kuntratt ta’ kreditu konkluż.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d'Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-567/10) (1)

(Direttiva 2001/42/KE - Stima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Kunċett ta’ pjanijiet u programmi li huma “meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi” - Applikabbiltà ta’ din id-Direttiva għal proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan għall-użu tal-art)

2012/C 133/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d'Action Urbaines ASBL

Konvenut: Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157) — Applikabbiltà tad-direttiva għal proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan tal-użu tal-art — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi meħtieġa” — Esklużjoni tal-pjanijiet li l-adozzjoni tagħhom ma hijiex obbligatorja

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ pjanijiet u programmi “li huma meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi”, li jinsab fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jikkonċerna wkoll il-pjanijiet partikolari dwar l-ippjanar tal-użu tal-art, bħal dawk previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

(2)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan għall-użu tal-art, bħal dik previst fl-Artikoli 58 sa 63 tal-code bruxellois de l’aménagement du territoire, kif emendat bid-digriet tal-14 ta’ Mejju 2009, bħala prinċipju taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, b’tali mod li din hija suġġetta għar-regoli dwar l-istima tal-effetti fuq l-ambjent previsti mill-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 63, 26.02.2011


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-574/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Servizzi ta’ arkitettura u ta’ inġinerija - Provvisti ta’ studju, ta’ ħolqien ta’ disinni u ta’ superviżjoni fir-rigward tal-proġett ta’ rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku - Twettiq ta’ proġett f’diversi fażijiet, minħabba raġunjiet baġitarji - Valur tal-kuntratt)

2012/C 133/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u C. Zadra, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, N. Graf Vitzthum u J. Möller, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9 u 20, flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Għoti, mill-muniċipalità ta’ Niedernhausen, mingħajr sejħa għal offerti fuq il-livell tal-Unjoni, ta’ diversi servizzi ta’ arkitettura marbuta ma’ proġett wieħed ta’ kostruzzjoni lil uffiċċju tal-inġiniera — Qsim tas-servizz attribwit — Determinazzjoni tal-valur tal-kuntratt

Dispożittiv

(1)

Minħabba l-fatt li l-muniċipalità ta’ Niedernhausen tat kuntratt ta’ servizzi ta’ arkitettura li jirrigwardaw ir-rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku msejjaħ “Autalhalle” li jinsab fit-territorju ta’ din il-muniċipalità, li l-valur tiegħu kien jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], mingħajr ma wettqet sejħa għal offerti fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 9 u 20, moqrija flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-46/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa - Ħarsien insuffiċjenti ta’ ċerti speċi, partikolarment tal-lontra (Lutra lutra))

2012/C 133/14

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, D. Krawczyk u B. Majczyna, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Ħarsien insuffiċjenti ta’ ċerti speċi, b’mod partikolari tal-lontra (Lutra Lutra)

Dispożittiv

(1)

Billi ma ttrasponietx b’mod korrett il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-derogi stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjoni.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 02.04.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht — il-Ġermanja) Alfred Strigl — Deutsches Patent- und Markenamt (C-90/11), Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (C-91/11) vs Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH

(Kawża C-90/11) (1)

(Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Raġunijiet għal rifjut jew għal invalidità - Espressjonijiet verbali magħmula minn kumbinazzjoni ta’ kliem u minn sekwenza ta’ ittri identiċi għall-ittri inizjali ta’ dawn il-kliem - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

2012/C 133/15

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alfred Strigl — Deutsches Patent- und Markenamt (C-90/11), Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (C-91/11)

Konvenuta: Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundespatentgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2008/95/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 299, p. 25) — Karattru distintiv ta’ trade mark verbali komposta minn għaqda ta’ kliem deskrittiv u sekwenza ta’ ittri mhux deskrittivi, identiċi għall-ittri inizjali ta’ dawn il-kliem.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal trade mark verbali komposta mit-tqegħid ħdejn xulxin ta’ għaqda ta’ kliem deskrittivi u minn sekwenza ta’ ittri mhux deskrittiva fiha nfisha, jekk din is-sekwenza, minħabba li hi magħmula mill-ewwel ittra ta’ din l-għaqda ta’ kliem, hija perċepita mill-pubbliku bħala taqsira tal-imsemmija għaqda ta’ kliem u li t-trade mark inkwistjoni, ikkunsidrata fit-totalità tagħha, tista’ għalhekk tiġi mifhuma bħala kumbinazzjoni ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li, għaldaqstant, hija nieqsa minn karattru distintiv.


(1)  ĠU C 173, 11.06.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Klub OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-153/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Dritt għal tnaqqis - Tnissil ta’ dritt għal tnaqqis - Dritt għal kumpannija li tnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa għax-xiri ta’ beni kapitali li għadu mhux qed jiġi operat fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali ta’ din il-kumpannija)

2012/C 133/16

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Klub OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Tnaqqis tal-VAT imħallsa mill-persuna taxxabbli għall-beni kkunsinnati lilha sa fejn jintużaw għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha — Dritt għal kumpannija, li l-attività prinċipali tagħha hija l-kiri ta’ beni immobbli tagħha, li tnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imposta għax-xiri ta’ beni immobbli ieħor li għadu mhux qed jiġi operat fl-attivitajiet professjonali ta’ din il-kumpannija

Dispożittiv

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli li xtrat beni kapitali filwaqt li taġixi bħala tali u assenjatu fil-patrimonju tal-impriża għandha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq ix-xiri ta’ dan il-beni matul il-perijodu fiskali li fih it-taxxa tkun saret dovuta, irrispettivament minn jekk dan il-beni huwiex immedjatament użat għal għanijiet professjonali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk il-persuna taxxabbli xtratx il-beni kapitali għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika tagħha u tevalwa, skont il-każ, l-eżistenza ta’ prattika frawdolenti.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli — l-Italja) — Giuseppe Sibilio vs Comune di Afragola

(Kawża C-157/11) (1)

(Politika soċjali - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 2 - Kunċett ta’ “kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefinita mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiki fis-seħħ f’kull Stat Membru” - Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas - Punt 1 tal-Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Persuni li jwettqu “xogħolijiet soċjalment utli” mal-amministrazzjonijiet pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza bejn il-benefiċċju mħallas lill-ħaddiema soċjalment utli u r-remunerazzjoni mogħtija lill-ħaddiema għal żmien determinat u/jew indeterminat impjegati mill-istess amministrazzjonijiet u li jwettqu l-istess attivitajiet)

2012/C 133/17

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Giuseppe Sibilio

Konvenuta: Comune di Afragola

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Napoli — Interpretazzjoni tal-klawżoli 2, 3, 4 u 5 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Persuni mhux qegħda li jirreġistraw għax-xogħol, impjegati mal-amministrazzjonijiet pubbliċi, għal żmien determinat u għal xogħolijiet soċjalment utli/xogħolijiet ta’ utilità pubblika (imsejħa ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi trattament differenti fir-rigward tal-ħlas bejn il-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika u l-ħaddiema impjegati għal żmien indeterminat mal-istess amministrazzjonijiet pubbliċi għall-istess attivitajiet.

Dispożittiv

Il-Klawżola 2 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi li r-relazzjoni stabbilita bejn il-ħaddiema soċjalment utli u l-amministrazzjonijiet pubbliċi li dawn jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom għalihom ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas, meta, liema ħaġa għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju, dawn il-ħaddiema ma jkunux jibbenefikaw minn relazzjoni ta’ xogħol kif iddefinita mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiċi nazzjonali fis-seħħ, jew meta l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jkunu eżerċitaw il-fakultà rrikonoxxuta lilhom fil-punt 2 tal-imsemmija klawżola.


(1)  ĠU C 173, 11.06.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj — ir-Rumanija) — proċeduri kriminali kontra Rareș Doralin Nilaș, Sergiu-Dan Dascăl, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean, Ionuț Horea Baboș

(Kawża C-248/11) (1)

(Direttiva 2004/39/KE - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Punt 14 tal-Artikolu 4(1) - Kunċett ta’ “suq irregolat” - Approvazzjoni - Rekwiżiti ta’ funzjonament - Suq li n-natura legali tiegħu ma hijiex speċifikata iżda li, wara amalgamazzjoni, ikun amministrat minn persuna ġuridika li wkoll suq irregolat - Artikolu 47 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ swieq irregolati - Direttiva 2003/6/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Manipulazzjoni tas-suq)

2012/C 133/18

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Rareș Doralin Nilaș, Sergiu-Dan Dascăl, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean, Ionuț Horea Baboș

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Cluj — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263) u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 4(14), 9 sa 14 u 47 tagħha — Definizzjoni tal-kunċett ta’ “suq irregolat” — Inklużjoni tal-Borża Rasdaq, suq sekondarju tal-istrumenti finanzjarji, li ma hijiex awtorizzata mill-awtorità kompetenti, iżda amministrata mill-Borża ta’ Bukarest, awtorizzata bħala suq irregolat — Qafas ġuridiku applikabbli — Ksur ta’ manipulazzjoni tas-suq

Dispożittiv

(1)

Il-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE kif emendata mid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li suq ta’ strumenti finanzjarji, li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tat-Titolu III ta’ din id-direttiva, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “suq irregolat”, kif iddefinit fl-imsemmija dispożizzjoni, minkejja li l-operatur tiegħu jkun amalgama mal-operatur ta’ tali suq irregolat.

(2)

L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39, kif emendata mid-Direttiva 2007/44, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inklużjoni ta’ suq fil-lista ta’ swieq irregolati inkluża f’dan l-artikolu ma tikkostitwixxix kundizzjoni neċessarja għall-kwalifika ta’ dan is-suq bħala suq irregolat fis-sens ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — Yorma’s AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG

(Kawża C-191/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li għandha l-element verbali “yorma’s” - Trade mark Komunitarja preċedenti NORMA - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni)

2012/C 133/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanta: Yorma’s AG (rappreżentant: A. Weiß, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent), Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2011, Yorma’s vs UASI-Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA’S) (T 213/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2009, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jinkludi l-element verbali “yorma’s” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti servizzi li jaqgħu taħt il-klassijiet 35 u 42, billi laqgħet l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “NORMA” — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tat-trade marks u tas-servizzi inkwistjoni — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Yorma’s AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-404/11 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-klorat tas-sodju - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti - Portata ta’ din il-preżunzjoni - Elementi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni - Multa personali - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2012/C 133/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Mejju 2011, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-299/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-sodju) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Illegalità tal-multa personali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2012 — Total SA, Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-421/11 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-metakrilati - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Estensjoni tal-awtorità ta’ res judicata - Fattur multiplikatur għal effett dissważiv - Indiviżibbilta’ tal-multa - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2012/C 133/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Total SA, Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u B. Gencarelli, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-206/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Total SA u Elf Aquitaine SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 340, 19.11.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Novartis AG vs Actavis UK Ltd

(Kawża C-442/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikoli 4 u 5 - Ingredjent attiv uniku li jkun wassal għall-ħruġ ta’ ċertifikat bħal dan - Portata tal-protezzjoni - Prodotti mediċinali li għandhom diversi ingredjenti attivi, fosthom dak li huwa s-suġġett ta’ ċertifikat)

2012/C 133/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis AG

Konvenuta: Actavis UK Ltd.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Portata taċ-ċertifikat — Protezzjoni unikament tal-prodotti mediċinali li jkun fihom biss l-ingredjent attiv protett jew inkella protezzjoni anki tal-prodotti mediċinali li jkun fihom l-ingredjent attiv flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor.

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta “prodott” li jikkonsisti f’ingredjent attiv kien protett minn privattiva bażika u l-proprjetarju tiegħu kien jista’ jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni mogħtija minn din il-privattiva fir-rigward ta’ dan il-“prodott” sabiex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali li għandu dan l-ingredjent attiv flimkien ma’ wieħed jew iktar ingredjenti attivi oħra, ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal dan l-istess “prodott” jista’, wara l-iskadenza tal-privattiva bażika, jippermetti lill-proprjetarju tagħha jopponi l-kummerċjalizzazzjoni minn terz ta’ prodott mediċinali li jkollu l-imsemmi prodott għall-użu ta’ “prodott”, bħala prodott mediċinali, li jkun ġie awtorizzat qabel l-iskadenza tal-imsemmi ċertifikat.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Valladolid — Spanja) — María Jesús Lorenzo Martínez vs Junta de Castilla y León, Dirección General de Recursos Humanos de la Consejería de Educación

(Kawża C-556/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Tagħlim mhux universitarju - Dritt għal allowance kull sitt snin għal taħriġ kontinwu - Esklużjoni ta’ għalliema impjegati bħala uffiċjali temporanji - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

2012/C 133/23

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Valladolid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Jesús Lorenzo Martínez

Konvenuta: Junta de Castilla y León, Dirección General de Recursos Humanos de la Consejería de Educación

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado Contencioso -Administrativo de Valladolid — Interpretazzjoni tal-klawżola 4 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Għoti lill-korp tat-tagħlim ta’ allowance kull sitt snin għal taħriġ kontinwu — Għoti esklużivament lill-impjegati tas-servizz ċivil permanenti

Dispożittiv

Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li hija inkluża fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva, irrispettivament minn kwalunkwe ġustifikazzjoni għal raġunijiet oġġettivi, id-dritt li tingħata allowance kull sitt snin għal taħriġ kontinwu, lil għalliema impjegati bħala uffiċjali stabbiliti, bl-esklużjoni dawk li jeżerċitaw bħala uffiċjali temporanji.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2010


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Novartis AG vs Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.

(Kawża C-574/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikoli 4 u 5 - Ingredjent attiv uniku li wassal għall-għotja ta’ tali ċertifikat - Portata tal-protezzjoni - Prodott mediċinali li fih bosta ingredjenti attivi inkluż dak li qiegħed jiġi ċċertifikat)

2012/C 133/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis AG

Konvenuta: Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Portata taċ-ċertifikat — Protezzjoni limitata għall-prodotti mediċinali li fihom biss is-sustanza attiva protetta jew protezzjoni estiża għall-prodotti mediċinali li fihom is-sustanza attiva protetta flimkien ma’ sustanza attiva oħra

Dispożittiv

L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta “prodott” li jikkonsisti f’ingredjent attiv kien protett minn privattiva bażika u meta d-detentur ta’ din il-privattiva seta’ jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni mogħtija minn din il-privattiva fir-rigward ta’ dan il-“prodott” sabiex jikkontesta l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali li fih dan l-ingredjent attiv flimkien ma’ wieħed jew iktar ingredjenti attivi oħra, ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari mogħti għal dan l-istess “prodott” jista’, wara li tkun skadiet il-privattiva bażika, jagħti l-opportunità lid-detentur tiegħu sabiex jikkontesta l-kummerċjalizzazzjoni minn terzi ta’ prodott mediċinali li jkun fih l-imsemmi prodott għall-użu tal-“prodott”, bħala prodott mediċinali, li kien ġie awtorizzat qabel ma jkun skada l-imsemmi ċertifikat.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/14


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 minn TofuTown.com GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-99/10, Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-599/11 P)

2012/C 133/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: TofuTown.com GmbH (rappreżentant: B. Krause, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lil Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi, jew, fil-każ li jiġi miċħud l-appell (quid non), tordna li dawn l-ispejjeż jinqasmu.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Jannar 2010, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u TofuTown.com GmbH.

Fil-fehma tal-appellanti, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata abbażi ta’ dawn l-aggravji:

 

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, abbażi ta’ kriterji ġodda, li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1). Skont is-sentenza appellata, sabiex jiġi kkonstatat xebh terminoloġiku huwa biżżejjed li ż-żewġ termini jirriżultaw minn terminu ġenerali u li — minkejja li huma differenti — ma joħolqux kuntrast bejniethom, liema kuntrast ikun inkompatibbli mal-ġurisprudenza.

 

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-kriterji rilevanti u aċċettabbli fl-evalwazzjoni tax-xebh tat-trade marks. Fil-każ preżenti, l-uniku element komuni jinsab fit-tarf tat-trade mark li għaliha saret l-oppożizzjoni. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-konsumaturi ġeneralment jagħtu iktar attenzjoni lill-bidu ta’ trade mark milli lit-tarf tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/14


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 minn ara AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-174/10, ara vs UASI

(Kawża C-611/11)

2012/C 133/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: ara AG (rappreżentant: M. Gail, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allrounder SARL

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-174/10;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Jannar 2010 (Każ R 481/2009-1);

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lill-intervenjenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka l-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1).

F’dak ir-rigward, l-appellanti qabelxejn tirrileva ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali sa fejn hija ma pprovdietx, fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, raġunijiet suffiċjenti, fid-dawl tal-kriterji tal-pubbliku rilevanti, tal-paragun tat-trade marks u tal-periklu ta’ konfużjoni. Għalhekk, l-istess Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod żbaljat, li l-pubbliku inkwistjoni huwa ffurmat minn konsumaturi medji li għandhom livell ta’ attenzjoni medju waqt ix-xiri tal-prodotti kkonċernati anki jekk ġie muri, fl-ewwel lok, li l-konsumatur rarament ikollu l-possibbiltà li jagħmel paragun dirett bejn it-trade marks differenti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod żbaljat, waqt il-paragun tat-trade marks, li l-preżenza ta’ żewġ disinni triangolari hija prevalenti fl-impressjoni prodotta fil-memorja tal-pubbliku mit-trade mark kontenzjuża. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali tat valur għoli wisq lil element wieħed jew iktar tat-trade mark.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn hija ma għamlitx riferiment għad-dokumenti prodotti mill-intervenjenti fil-kuntest tal-verifika tar-riskju ta’ konfużjoni.

Finalment, il-Qorti Ġenerali tat valur għoli wisq lill-importanza tal-prinċipju ta’ investigazzjoni ex officio.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/15


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Brighton Collectibles, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-403/10 — Brighton Collectibles vs UASI — Felmar

(Kawża C-624/11 P)

2012/C 133/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Brighton Collectibles, Inc. (rappreżentant: J. Horn, avukat)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Felmar

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-403/10,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tal-appellanti,

tikkundanna lill-kumpannija Felmar għall-ispejjeż tagħha fil-każ li tintervjeni fil-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma evalwatx, b’mod validu, il-provi li hija ppreżentat quddiemha, u lanqas ma mmotivat suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha fir-rigward tad-drittijiet nazzjonali invokati, b’mod partikolari, il-ġurisprudenza Irlandiża u Britannika relatata mal-“Passing off”. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1).


(1)  ĠU L 78, p. 1.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht Leipzig (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2012 — Gemeinde Altrip et vs Land Rheinland-Pfalz

(Kawża C-72/12)

2012/C 133/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht Leipzig

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gemeinde Altrip, Gebrüder Hört GbR, Willi Schneider

Konvenut: Land Rheinland-Pfalz

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/35/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jipprovdu li d-dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE (2) japplikaw ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni mibdjia qabel il-25 ta’ Ġunju 2005 li madankollu wasslu għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni biss wara din id-data?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda:

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jestendu l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni ta’ din l-istess dispożizzjoni u li jirrigwardaw il-kontestazzjoni tal-legalità ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-proċedura fil-każ ta’ evalwazzjoni ambjentali li tkun saret u li madankollu tkun irregolari?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din it-tieni domanda:

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE għandu, fil-każijiet fejn id-dritt amministrattiv proċedurali ta’ Stat Membru jistipula, kif permess mill-Artikolu 10a(b) ta’ din l-istess direttiva, il-prinċipju li l-membri tal-pubbliku kkonċernat jistgħu jaġixxu b’azzjoni quddiem korp ġudizzjarju biss sabiex jiġi ddikjarat ksur ta’ dritt, jiġi interpretat fis-sens

(a)

li azzjoni ġudizzjarja li tikkontesta l-legalità, fir-rigward tal-proċedura, ta’ deċiżjonijiet li għalihom huma applikabbli d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, tista’ tirnexxi u twassal għall-annullament tad-deċiżjoni biss meta jkun konkretament prevedibbli, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, li d-deċiżjoni kkontestata kienet tkun differenti mingħajr id-difett proċedurali, u li dan id-difett proċedurali jaffettwa wkoll pożizzjoni ġuridika materjali tar-rikorrent, jew

(b)

li, fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja li tikkontesta l-legalità, fir-rigward tal-proċedura, ta’ deċiżjonijiet li għalihom huma applikabbli d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, id-difetti proċedurali għandhom jistgħu jwasslu għall-annullament fuq skala ikbar?

Fil-każ li għal din id-domanda għandha tingħata risposta fis-sens propost taħt il-paragrafu b):

Liema kundizzjonijiet sostantivi għandhom jissodisfaw id-difetti proċedurali sabiex ikunu jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni favur rikorrent fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja li tikkontesta l-legalità ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-proċedura?


(1)  Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/16


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-76/12)

2012/C 133/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u C. Soulay, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi żammet fis-seħħ sistema fiskali li teżenta mit-taxxa d-dividendi mħallsa minn kumpannija Franċiża lill-fondi ta’ investiment stabbiliti fi Franza, filwaqt li l-istess dividendi mqassma lill-fondi ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, ir-Repubblika Franċiża naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta d-differenza fit-trattament fiskali tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji Franċiżi lill-korpi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), skont jekk dawn il-UCITS humiex residenti jew le fi Franza. Wieħed mill-elementi tas-sistema fiskali tal-UCITS residenti fi Franza jikkonsisti fin-nuqqas ta’ tassazzjoni, fir-rigward tagħhom, tad-dividendi mqassma mill-kumpanniji Franċiżi. Min-naħa l-oħra, taħt l-Artikolu 119a(2), tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, taxxa f’ras il-għajn hija applikata fuq id-dividendi mqassma mill-kumpanniji Franċiżi lill-UCITS mhux residenti. Il-Kummissjoni tqis li t-trattament fiskali differenti applikat lill-UCITS residenti u lill-UCITS mhux residenti, filwaqt li dawn jinsabu f’sitwazzjoni oġġettivament komparabbli irrispettivament mill-Istat ta’ residenza tagħhom, jirrappreżenta ostakolu għall-moviment liberu tal-kapital, u li dan l-ostakolu ma huwiex iġġustifikat mill-effikaċja tal-kontrolli fiskali u lanqas mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni.

Il-Kummissjoni tfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita espressa b’mod partikolari fis-sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Italja (sentenza tad-19 ta’ Novembru 2009, C-540/07) u Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (sentenza tal-20 ta’ Ottubru 2011, C-284/09), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri li jissottomettu d-dividendi mqassma lil kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra għal sistema fiskali inqas favorevoli minn dik applikabbli għad-dividendi mqassma lill-kumpanniji residenti, mingħajr ma din id-differenza fit-trattament ma hija ġġustifikata minn sitwazzjonijiet oġġettivament differenti jew minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, ikunu naqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom taħt il-libertà ta’ moviment tal-kapital.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (Bulgarija) fis-14 ta’ Frar 2012 — “Evita-K” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Sofia

(Kawża C-78/12)

2012/C 133/30

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Evita-K” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Sofia

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ “provvista ta’ merkanzija” skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, flimkien mal-Artikolu 345 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, jawtorizza li l-kunsinnatarju jakkwista d-dritt li jiddisponi mill-merkanzija (beni mobbli speċifikati biss skont it-tip tagħhom) billi jikseb is-sjieda ta’ din il-merkanzija permezz ta’ pussess bona fide ta’ din il-merkanzija, akkwistat b’titolu oneruż mingħand persuna li ma hijiex il-proprjetarju, sitwazzjoni leċita permissibbli skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru, tenut kont ukoll tal-fatt li skont din il-liġi, id-dritt tas-sjieda ta’ din il-merkanzija jiġi ttrasferit permezz tal-kunsinna tagħha?

(2)

Il-prova li saret “provvista ta’ merkanzija” skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112 permezz ta’ fattura speċifika, inkonnessjoni mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa effettivament imħallsa u indikata fuq din il-fattura skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva, teħtieġ li l-kunsinnatarju juri t-titolu ta’ sjieda tal-fornitur meta l-provvista tikkonċerna beni mobbli speċifikati skont it-tip tagħhom u meta, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru, it-titolu ta’ sjieda fuq din il-merkanzija jiġi ttrasferit mal-kunsinna tagħha, tenut kont tal-fatt li din il-liġi nazzjonali tippermetti wkoll l-akkwist tat-titolu ta’ sjieda fuq din il-merkanzija mingħand persuna li ma tkunx il-proprjetarju permezz ta’ pussess akkwistat b’titolu oneruż u b’bona fide?

Għall-finijiet tat-tnaqqis tat-taxxa skont id-Direttiva, “provvista ta’ merkanzija” għandha tiġi kkunsidrata bħala pprovata, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, meta l-kunsinnatarju jkun wettaq kunsinna sussegwenti tal-istess merkanzija (annimali suġġetti għal identifikazzjoni) permezz ta’ esportazzjoni b’dikjarazzjoni doganali, u meta ma tirriżulta ebda prova li tindika drittijiet ta’ terzi persuni fuq din il-merkanzija?

(3)

Għall-finijiet ta’ prova li saret “provvista ta’ merkanzija” skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112 permezz ta’ fattura speċifika, inkonnessjoni mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa effettivament imħallsa u indikata fuq din il-fattura skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva, għandu jiġi kkunsidrat li l-fornitur u l-kunsinnatarju, li ma humiex produtturi agrikoli, qed jaġixxu in mala fide meta, fil-mument meta twasslet il-merkanzija, ma ntwera ebda dokument mis-sid preċedenti li jsemmi t-tikketti ta’ widnejn l-annimali skont ir-rekwiżiti tad-dispoizzjonijiet veterinarji tal-Unjoni Ewropea, u meta dawn it-tikketti ma jissemmewx fiċ-ċertifikat veterinarju li jkun inħareġ minn awtorità amministrattiva u li jakkumpanja lill-annimali waqt li jiġu ttrasportati għall-finijiet tal-provvista speċifika msemmija?

Meta l-fornitur u l-kunsinnatarju, b’mod indipendenti, ikunu elenkaw it-tikketti tal-widnejn tal-annimmali li kienu kkunsinnati lilhom, għandu jiġi kkunsidrat li ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni Ewropea jekk l-awtorità amministrattiva ma tkunx semmiet it-tikketti ta’ widnejn l-annimali fiċ-ċertifikat veterinarju li jakkumpanja lill-annimali waqt il-kunsinna tagħhom?

(4)

Il-fornitur u l-kunsinnatarju fil-kawża prinċipali, li t-tnejn li huma ma humiex produtturi agrikoli, huma obbligati, skont l-Artikolu 242 tad-Direttiva 2006/112, jindikaw fil-kontijiet tagħhom l-oġġetti tal-kunsinna (annimali soġġetti għal identifikazzjoni jew “merkanzija bioloġika”) skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 41, “Agrikoltura”, u huma obbligati jagħtu prova taż-żamma tal-kontroll tal-merkanzija skont dan l-istandard?

(5)

L-Artikolu 226(6) tad-Direttiva 2006/112 jirrikjedi li f’fatturi fiskali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissemmew ukoll it-tikketti tal-widnejn tal-annimali, li huma suġġetti għal identifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ma tispeċifikax b’mod ċar din l-obbligu u li l-persuni involuti fil-kunsinna ma humiex produtturi agrikoli?

(6)

Huwa permissibbli skont l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 li, abbażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali, titnaqqas it-taxxa akkont tal-konklużjoni li d-dritt tas-sjieda tal-fornitur fuq il-merkanzija li tifforma l-kontenut tal-kunsinna ma kienx ippruvat, meta l-kunsinna ma ġiet ikkanċellata minn ebda waħda mill-partijiet, meta l-kunsinnatarju sussegwentement wettaq kunsinna tal-istess merkanzija, meta ma hemmx prova ta’ drittijiet mitluba minn terzi persuni fuq din il-merkanzija (annimali suġġetti għal identifikazzjoni), meta ma hija allegata ebda mala fide min-naħa tal-kunsinnatarju u meta, skont il-liġi nazzjonali, id-dritt ta’ sjieda fuq tali merkanzija speċifikata biss skont it-tip tagħha jiġi ttrasferiti mal-kunsinna ta’ din il-merkanzija?


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2012 — Rahmanian Koushkaki vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-84/12)

2012/C 133/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rahmanian Koushkaki

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

(1)

L-obbligu impost mill-qorti fuq il-konvenuta sabiex toħroġ viża Schengen lir-rikorrent huwa suġġett għall-kundizzjoni li, sabiex tasal għall-konvinzjoni prevista fl-Artikolu 21(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi (1), din il-qorti għandha tikkonstata li r-rikorrent beħsiebu jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni jew inkella huwa biżżejjed li, wara l-eżami previst fl-Artikolu 32(1)(b) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, il-qorti ma jkollhiex, minħabba ċirkustanzi partikolari, dubju raġonevoli dwar l-intenzjoni espressa tar-rikorrent li jitlaq mit-territrorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni?

(2)

Il-Kodiċi dwar il-Viżi jagħti dritt, li jirriżulta minn kompetenza limitata, għall-ħruġ ta’ viża Schengen meta l-kundizzjonijiet ta’ dħul, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 21(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, ikunu sodisfatti u meta ma jkunx hemm raġuni għaċ-ċaħda tal-viża taħt l-Artikolu 32(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi?

(3)

Il-Kodiċi dwar il-Viżi jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li persuna barranija tista’ tinħarġilha, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, viża għat-tranżitu jew għas-soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Schengen għal tul ta’ żmien li jista’ jkun sa tliet xhur f’terminu ta’ sitt xhur li jiddekorri mill-jum tal-ewwel dħul (viża Schengen)?


(1)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, p. 1)


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis- 17 ta’ Frar 2012 — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni

(Kawża C-89/12)

2012/C 133/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:. Rose Marie Bark

Konvenuta: Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni

Domandi preliminari

L-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-impriża konġunta Galileo li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni li jinsabu f’dawn il-Kondizzjonijiet tal-impjieg, japplikaw għall-membri tal-persunal tal-impriża konġunta Galileo li kienu rreklutati taħt kuntratt għal żmien determinat?


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-17 ta’ Frar 2012 — Health Service Executive vs SC, AC

(Kawża C-92/12)

2012/C 133/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Health Service Executive

Konvenuti: SC, AC

Domandi preliminari

(1)

Deċiżjoni li tqiegħed minuri f’kustodja protettiva għal żmien speċifiku f’istituzzjoni li tipprovdi kura terapewtika u edukattiva fi Stat Membru ieħor, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 (1)?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, liema obbligi jirriżultaw, skont il-każ, mill-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 għal dak li jirrigwarda n-natura tal-konsultazzjoni u tal-mekkaniżmu ta’ kunsens sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta’ minuri qabel ma jitqiegħed f’kustodja f’dawn il-kundizzjonijiet?

(3)

Meta qorti ta’ Stat Membru tkun ipprovdiet għat-tqegħid ta’ minuri f’istituzzjoni residenzjali ta’ Stat Membru ieħor għal żmien determinat u tkun kisbet il-kunsens ta’ dak l-Istat skont l-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, id-deċiżjoni tal-qorti li tordna t-tqegħid ta’ minuri f’istituzzjoni residenzjali ta’ Stat Membru ieħor għal żmien determinat għandha tkun rikonoxxuta u/jew iddikjarata eżegwibbli f’dan l-Istat Membru l-ieħor sabiex dan it-tqegħid ikun jista’ jseħħ?

(4)

Deċiżjoni tal-qorti li tordna t-tqegħid ta’ minuri f’istituzzjoni residenzjali ta’ Stat Membru ieħor għal żmien determinat, li jkun ġie approvat mill-imsemmi Stat Membru skont l-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, għandha effetti ġuridiċi f’dan l-Istat Membru l-ieħor qabel ma tinħareġ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent u/jew ta’ saħħa eżekuttiva fi tmiem il-proċedura prevista għal dan il-għan?

(5)

Meta deċiżjoni tal-qorti li tordna t-tqegħid ta’ minuri f’istituzzjoni residenzjali ta’ Stat Membru ieħor għal żmien determinat skont l-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 tiġi mġedda għal żmien determinat ulterjuri, il-kunsens tal-Istat Membru l-ieħor previst fl-Artikolu 56 għandu jinkiseb għal kull tiġdid?

(6)

Meta deċiżjoni tal-qorti li tordna t-tqegħid ta’ minuri f’istituzzjoni residenzjali ta’ Stat Membru ieħor għal żmien determinat skont l-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 tiġi mġedda għal żmien determinat ulterjuri, din id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta u/jew iddikjarata eżegwibbli f’dan l-Istat Membru l-ieħor għal kull tiġdid?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Frar 2012 — ET Agrokonsulting-04-Velko Stoyanov vs Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia

(Kawża C-93/12)

2012/C 133/34

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ET Agrokonsulting-04-Velko Stoyanov

Konvenut: Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ effettività, li joħroġ mill-ġurisprudenza [tal-Qorti tal-Ġustizzja] tal-Unjoni Ewropea, u dak ta’ dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, ikkodifikat fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li regola ta’ proċedura nazzjonali, bħalma hija dik stipulata fl-Artikolu 133(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva, tagħmel il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ tilwim amministrattiv fir-rigward tal-implementazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea dipendenti biss fuq is-sede tal-awtorità amministrattiva li tkun adottat l-att ikkontestat, meta jitqies li din ir-regola ma tiħux inkunsiderazzjoni la l-post fejn jinsabu l-immobbli u lanqas l-indirizz tal-persuna kkonċernata?

(2)

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza, li joħroġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li regola ta’ proċedura nazzjonali, bħalma hija dik stipulata fl-Artikolu 133(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva, tagħmel il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ tilwim amministrattiv fir-rigward tal-implementazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea dipendenti biss fuq is-sede tal-awtorità amministrattiva li tkun adottat l-att ikkontestat, meta titqies ir-regola stipulata fil-paragrafu 19 tad-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali tal-Liġi li temenda u li tissupplimenta l-Kodiċi ta’ Proċedura Amminisrattiva (dwar il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ tilwim amministrattiv domestiku dwar artijiet agrikoli)?


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2012 — Herbert Schaible vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-101/12)

2012/C 133/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Herbert Schaible

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Domanda preliminari

Id-domandi preliminari li ġejjin ġew magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:

(a)

l-obbligu tar-rikorrent li jidentifika individwalment l-annimali skont l-Artikoli 3(1) u 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 (1),

(b)

l-obbligu tar-rikorrent li individwalment jidentifika b’mod elettroniku l-annimali skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1560/2007 (2),

(c)

l-obbligu tar-rikorrenti li jżomm reġistru tal-qasam C skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 5(1) u tal-punt 2 tal-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 21/2004

huma kompatibbli mad-dritt superjuri tal-Unjoni u għalhekk validi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, tas-17 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 42, p. 56).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1560/2007, tas-17 ta’ Diċembru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tad-data għall-introduzzjoni ta’ identifikazzjoni elettronika għall-annimali ovini u kaprini (ĠU L 340, p. 25).


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-29 ta’ Frar 2012 — Laboratoires Lyocentre

(Kawża C-109/12)

2012/C 133/36

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Laboratoires Lyocentre

Konvenuti: Lääkealan turvallisuus- ja kehittämiskeskus, Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

Domandi preliminari

(1)

Il-fatt li, fi Stat Membru, preparazzjoni tiġi kklassifikata skont id-Direttiva 93/42 (1) bħala mezz mediku li għandu l-marka CE, fis-sens ta’ din id-direttiva, jipprekludi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor milli tikklassifika din il-preparazzjoni, minħabba l-azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika tagħha, fost il-prodotti mediċinali fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83 (2) dwar il-prodotti mediċinali?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, din l-awtorità nazzjonali tista’ tikklassifika l-preparazzjoni bħala prodott mediċinali billi tapplika biss il-proċeduri previsti fid-Direttiva 2001/83 dwar il-prodotti mediċinali jew inkella għandha, qabel tiftaħ il-proċedura intiża għall-klassifikazzjoni bħala prodott mediċinali fis-sens tad-Direttiva dwar il-prodotti mediċinali, tapplika l-proċedura ta’ sigurtà fis-sens tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/42 dwar il-mezzi mediċi jew il-proċedura dwar it-twaħħil indebitu tal-marka CE prevista fl-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva?

(3)

Id-Direttiva 2001/83 dwar il-prodotti mediċinali, id-Direttiva 93/42 dwar il-mezzi mediċi jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni (b’mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni u dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi) jeskludu li preparazzjonijiet li jkollhom l-istess komponent u l-istess metodi ta’ azzjoni jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed kemm bħala prodott mediċinali li jeħtieġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fis-sens tad-Direttiva 2001/83 dwar il-prodotti mediċinali u kif ukoll bħala mezz mediku fis-sens tad-Direttiva 93/42 dwar il-mezzi mediċi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82).

(2)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/20


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-130/12)

2012/C 133/37

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Ir-Repubblika Portugiża titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddijara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE (1), tal-25 ta’ Awwissu 2009, li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-14 ta’ Settembru 2010.


(1)  ĠU L 223, p. 31


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 2012 — Alder Capital Ltd vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gimv Nederland BV

(Kawża C-328/11) (1)

2012/C 133/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


Il-Qorti Ġenerali

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-50/06 RENV, T-56/06 RENV, T-60/06 RENV, T-62/06 RENV u T-69/06 RENV) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Direttiva 92/81/KEE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina - Eżenzjoni mis-sisa - Konformità tal-eżenzjoni ma’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81 - Preżunzjoni tal-legalità tal-atti tal-Unjoni - Ċertezza legali - Amministrazzjoni tajba)

2012/C 133/39

Lingwi tal-kawża: l-Ingliż, il-Franċiż u t-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment D. O’Hagan, sussegwentement E. Creedon, aġenti, assistiti minn P. McGarry, barrister) (Kawża T-50/06 RENV); Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti) (Kawża T-56/06 RENV); Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello, G. De Bellis u S. Fiorentino, avvocati dello Stato) (Kawża T-60/06 RENV); Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: R. Denton u L. Martin Alegi, solicitors) (Kawża T-62/06 RENV); u Aughinish Alumina Ltd (Askeaton, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Handoll u C. Waterson, solicitors) (Kawża T-69/06 RENV)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, N. Khan, D. Grespan u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja, rispettivament (ĠU 2006, L 119, p. 12).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament, hija annullata sa fejn din tikkonstata, jew hija bbażata fuq il-fatt ikkonstatat, li l-eżenzjonijiet mid-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina mogħtija mir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda u r-Repubblika Taljana sal-31 ta’ Diċembru 2003 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, u sa fejn din tordna lir-Repubblika Franċiża, lill-Irlanda u lir-Repubblika Taljana jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jirkupraw l-imsemmija eżenzjonijiet mingħand il-benefiċjarji tagħhom sa fejn dawn tal-aħħar ma ħallsux dazju tas-sisa ta’ mill-inqas EUR 13.01 għal 1 000 kg ta’ żejt minerali tqil.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Irlanda, fil-Kawża T-50/06 RENV, mir-Repubblika Franċiża, fil-Kawża T-56/06 RENV, mir-Repubblika Taljana, fil-Kawża T-60/06 RENV, minn Eurallumina SpA, fil-Kawża T-62/06 RENV, u minn Aughinish Alumina Ltd, fil-Kawża T-69/06 RENV, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-69/06 R.


(1)  ĠU C 86, 08.04.2006.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Marine Harvest Norway u Alsaker Fjordbruk vs Il-Kunsill

(Kawża T-113/06) (1)

(Dumping - Importazzjoni ta’ salamun li joriġina min-Norveġja - Definizzjoni tal-industrija Komunitarja - Prodott simili - Kompożizzjoni tal-kampjun tal-produtturi Komunitarji)

2012/C 133/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marine Harvest Norway AS, aventi kawża ta’ Fjord Seafood Norway AS (Bergen, in-Norveġja); u Alsaker Fjordbruk AS (Onarheim, in-Norveġja) (rappreżentanti J. M. Juuhl-Langseth u P. Dyrberg, avukati

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, megħjuna minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Stancanelli u K. Talabér-Ritz, sussegwentement K. Talabér-Ritz, T. Scharf u H. van Vliet, aġenti, megħjuna minn E. McGovern, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Marine Harvest Norway AS, aventi kawża ta’ Fjord Seafood Norway AS, għad-dazji antidumping applikati għall-importazzjonijiet li joriġinaw minn din tal-aħħar sat-18 ta’ Settembru 2007, u Alsaker Fjordbruk AS.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti minn Marine Harvest Norway, aventi kawża ta’ Fjord Seafood Norway, u Alsaker Fjordbruk.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 131, 03.06.2006.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening et vs Il-Kunsill

(Kawża T-115/06) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ salamun ta’ trobbija li joriġina min-Norveġja - Regola tal-inqas dazju - Kalkolu tal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni u tad-dazji stabbiliti)

2012/C 133/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening (Oslo, in-Norveġja); Norske Sjømatbedrifters Landsforening (Trondheim, in-Norveġja); Salmar Farming AS (Kverva, in-Norveġja); Hydroteck AS (Kristiansund, in-Norveġja); Hallvard Lerøy AS (Bergen, in-Norveġja); u Lerøy Midnor AS (Hestvika, in-Norveġja) (rappreżentanti: B. Servais u T. Paulsen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat)

Il-parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Stancanelli u K. Talabér-Ritz, sussegwentement K. Talabér-Ritz, T. Scharf u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn E. McGovern, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv ta’ anti-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tas-salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil-Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening, Norske Sjømatbedrifters Landsforening, Salmar Farming AS, Hydroteck AS, Hallvard Lerøy AS u Lerøy Midnor AS

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening, Norske Sjømatbedrifters Landsforening, Salmar Farming, Hydroteck, Hallvard Lerøy u Lerøy Midnor.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 143, 17.06.2006.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Volkswagen vs UASI — Suzuki Motor (SWIFT GTi)

(Kawża T-63/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SWIFT GTi - Trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti GTI - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Oppożizzjoni miċħuda)

2012/C 133/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Suzuki Motor Corp. (Shizuoka-ken, il-Ġappun)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 749/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volkswagen AG u Suzuki Motor Corp.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Feng Shen Technology vs UASI — Majtczak (FS)

(Kawża T-227/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva FS - Mala fide tal-applikant - Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2012/C 133/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Feng Shen Technology Co. Ltd (Guieshan Township, it-Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jarosław Majtczak (Łódź, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment J. Wyrwas, sussegwentement J. Radłowski, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ April 2009, (Każ R 529/2008-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Feng Shen Technology Co. Ltd u Jarosław Majtczak

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ April 2009 (Każ R 529/2008-4), hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Feng Shen Technology Co. Ltd.

(3)

Jarosław Majtczak għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2012 — Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-458/09 u T-171/10) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità)

2012/C 133/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Slovak Telekom a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: initizjalment minn M. Maier, L. Kjølbye u D. Geradin, sussegwentement minn L. Kjølbye, D. Geradin et G. Berrisch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz (Kawża T-458/09) u M. Castillo de la Torre, K. Mojzesowicz u J. Bourke (Kawża T-171/10), aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 6840, tat-3 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ COMP/39.523 — Slovak Telekom) u, min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 902, tat-8 ta’ Frar 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (Każ COMP/39.523 — Slovak Telekom).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Slovak Telekom a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2012 — Barilla vs UASI — Brauerei Schlösser (ALIXIR)

(Kawża T-157/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ALIXIR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Elixeer - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 133/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Barilla G. e R. Fratelli SpA (Parma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, G. Sironi u A. Colmano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brauerei Schlösser GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Flick, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2010 (Każ R 820/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brauerei Schlösser GmbH u Barilla G. e R. Fratelli SpA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Barilla G. e R. Fratelli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — Armani vs UASI — Del Prete (AJ AMICI JUNIOR)

(Kawża T-420/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja figurattiva AJ AMICI JUNIOR - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AJ ARMANI JEANS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARMANI JUNIOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar- Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 133/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Rapisardi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Annunziata Del Prete (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1360/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Giorgio Armani SpA u Annunziata Del Prete.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1360/2009-2) hija annullata.

(2)

L-UASI u Annunziata Del Prete għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Giorgio Armani SpA quddiem il-Bord tal-Appell.

(3)

L-UASI u Annunziata Del Prete għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Giorgio Armani quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fulmen u Mahmoudian vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-439/10 u T-440/10) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni - Oneru u grad tal-prova)

2012/C 133/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fulmen (Téhéran, Iran) u Fereydoun Mahmoudian (Téhéran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u É. Cujo, aġenti)

Suġġett

Min-naħa waħda, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba għar-rikonoxximent tad-dannu subit minn dawn tal-aħħar minħabba l-adozzjoni tal-atti msemmija.

Dispożittiv

(1)

Sa fejn jikkonċernaw lil Fulmen u lil Fereydoun Mahmoudian, huma annullati:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK;

ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran,

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.

(2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, jinżammu f’dak li jirrigwarda lil Fulmen u lil F. Mahmoudian sa kemm jidħol fis-seħħ l-annullament tar-Regolament Nru 961/2010.

(3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Fulmen u ta’ F. Mahmoudian.

(5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-225/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2012/C 133/48

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-228/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju fil-każ tal-akkwist ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2012/C 133/49

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, M. Núñez-Müller u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Telefónica, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Ebro Foods vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2012/C 133/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ebro Foods, SA, li kienet Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ebro Foods, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Modelo Continente Hipermercados vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/11) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju fil-każ tal-akkwist ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2012/C 133/51

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Modelo Continente Hipermercados, SA, sucursal en España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 7, p. 48).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Modelo Continente Hipermercados, SA, sucursal en España, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2012 — Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-398/11 P) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Rifjut li jingħata lir-rikorrenti l-benefiċċju ta’ allowance għal xogħol permanenti jew bix-shift - Terminu għall-ilmenti - Dewmien - Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)

2012/C 133/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Yvette Barthel (Arlon, il-Belġju); Marianne Reiffers (Olm, il-Lussemburgu); u Lieven Massez (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tal-10 ta’ Mejju 2011, Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, (F-59/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell ġie miċħud.

(2)

Y. Barthel, M. Reiffers u L. Massez għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tas-seduta preżenti.


(1)  ĠU C 290, 01.10.2011.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/27


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2012 — Chen vs UASI — AM Denmark (Cleaning devices)

(Kawża T-55/12)

2012/C 133/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Su-Shan Chen (Sanchong, it-Tajwan) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: AM Denmark A/S (Kokkedal, id-Danimarka)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)(UASI), tas-26 ta’ Ottubru 2011, fil-Każ R 2179/2010-3, u

tikkundanna lill-UASI u lill parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn għal prodott “apparat għat-tindif” — Disinn Komunitarju Nru 1027718-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell titlob li d-disinn Komunitarju jiġi ddikjarat invalidu abbażi tal-Artikoli 4 sa 9 u l-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002; trade mark Kommunitarja tridimensjonali Nru 5185079, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Disinn Komunitarju kkontestat iddikjarat invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, peress li l-Bord tal-Appell żbaljatament ikkunsidra li t-trade mark Komunitarja preċedenti kienet użata fid-disinn Komunitarju kkontestat. Barra minn dan, il-Bord tal-Appell ma kellux jikkunsidra li t-trade mark preċedenti kellha l-livell minimu ta’ karattru distintiv meħtieġ sabiex tkun tista’ tiġi rreġistrata. Ksur tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma applikax dan l-Artikolu b’mod korrett. Fil-fatt, b’kuntrast mal-pożizzjoni adottata mill-UASI, l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja ma jagħtix lill-parti l-oħra quddiem il-UASI d-dritt li tipprojbixxi l-użu tad-disinn Komunitarju kkontestat, peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni. B’mod partikolari, ix-xebh bejn id-disinn Komunitarju tar-rikorrenti u t-trade mark tal-parti l-oħra ma huwiex tali li jagħti lok għal probabbiltà ta’ konfużjoni.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/27


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-105/12)

2012/C 133/54

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Samoni u N. Dafniou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors għal annullament;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni; u

tikundnna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Ellenika titlob l-annullament (skont l-Artikolu 263 TFUE) tad-deċiżjoni 1472708, tat-3 ta’ Jannar 2012“li tikkonċerna t-tkomplija tal-ħlas ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 31 536 għal kull jum ta’ dewmien fit-teħid ta’ miżuri neċessarji sabiex wieħed jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-65/05”, għall-parti tagħha fejn titlob il-ħlas tal-imsemmija penalità sa mit-22 ta’ Awwissu 2011. Skont id-deċiżjoni kkontestata ċċitata iktar ’il fuq, sa fejn, skont il-Kummissjoni, jidher li r-Repubblika Ellenika ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-65/05 u wara t-tieni sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-109/08, ir-Repubblika Ellenika hija mistiedna tħallas is-somma ta’ EUR 4 825 008 bħala penalità għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Novembru 2011.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata, min-naħa tal-Kummissjoni, tat-teħid ta’ miżuri neċessarji mir-Repubblika Ellenika sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-konvenuta wettqet evalwazzjoni u interpretazzjoni żbaljati tal-miżuri meħuda mir-Repubblika Ellenika sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ir-Repubblka Ellenika ssostni li hija ħadet il-miżuri neċessarji kollha sabiex timplementa s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi adottat il-liġi 4002/20111 liema liġi tħassar — hekk kif tirrikjedi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-65/05 — l-Artikoli kontenzjużi tal-liġi 3037/2002.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-aġir ultra vires min-naħa tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni marret lil hinn mil-limiti tal-missjoni tagħha bħala gwardjan tat-Trattat, peress li din ma kkuntentatx ruħha bl-implementazzjoni, manifesta jew le, tal-miżuri ta’ konformità. Barra minn hekk, hija marret lil hinn mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn ir-Repubblika Ellenika ikkonformat b’mod sħiħ ma’ dawn tal-aħħar.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni mill-Kummissjoni

Fid-deċiżjoni tagħha, ikkontestata f’dan il-każ mir-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni la mmotivat u lanqas ma esponiet b’mod espress ir-raġunijiet li għalihom hija talbet it-tkomplija tal-ħlas tal-penalità għall-perijodu ta’ wara l-adozzjoni tal-liġi 4002/2011, jiġifieri għall-perijodu mit-22 ta’ Awwissu 2011 sat-30 ta’ Novembru 2011.

Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta dan l-ammont addizzjonali, sa fejn hija tqis li hija kkonformat ruħha totalment mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja sa mill-pubblikazzjoni tal-imsemmija liġi.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-użu ta’ bażi legali żbaljata

Skont ir-Repubblika Ellenika, li kieku l-Kummissjoni qieset li r-Repubbika Ellenika ma applikatx il-liġi 4002/2011 b’mod korrett, hija kellha tagħmel użu mill-Artikolu 258 TFUE billi tiftaħ proċedura ta’ ksur ġdida, minflok ma teżiġi t-tkomplija tal-ħlas tal-penalità.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2012 — Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/10) (1)

2012/C 133/55

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/29


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/11)

2012/C 133/56

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika r-rikorrent, li kien inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/A/17/04, li l-avviż tagħha kien ġie ppubblikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, fi grad AD 6, skala 2, taħt dispożizzjonijiet inqas favorevoli.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla l-klassifikazzjoni tar-rikorrent fi grade AD 6, skala 2 fil-mument tal-ħatra tar-rikorrent bħala uffiċjal bi prova b’effett mill-1 ta’April 2011;

jiddikjara li, fid-dawl ta’ kunsiderazzjoni oġġettiva tal-esperjenza professjonali tar-rikorrent u skont il-prinċipji li fuqhom huma bbażati avviżi ta’ pożizzjoni vakanti oħrajn u fid-dawl tal-prinċipju li paga għandha tkun proporzjonata mal-prestazzjoni, ir-rikorrent huwa intitolat sabiex jiġi kklassifikat fil-grad AD11, skala 2, jew, fi kwalunkwe każ, għal grad xieraq ieħor;

fir-rigward tad-danni materjali kkawżati lir-rikorrent, jagħti lir-rikorrent somma — sad-data li fiha d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni tar-rikorrent fil-grad xieraq għall-esperjenza professjonali u l-anzjanità tar-rikorrent tiġi adottata korrettament — li tinkludi d-differenza sħiħa (EUR 3 051,43 għal kull xahar jew ammont li għandu jiġi ddeterminat minn esperti) bejn l-ammonti li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni tar-rikorrent skont id-deċiżjoni ta’ reklutaġġ u l-klassifikazzjoni li għaliha r-rikorrent ikun intitolat, flimkien mal-interessi moratorji sad-data tad-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni fi grad korrett tar-rikorrent, abbażi ta’ rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew;

iqiegħed lir-rikorrent f’pożizzjoni fejn id-drittijiet għal pensjoni u drittijiet oħrajn li jirriżultaw mir-relazzjoni ta’ impieg mal-konvenuta jiġu kkalkolati jew ikkalkolati mill-ġdid bl-istess mod kif kien ikun il-każ kieku r-rikorrent kien ġie korrettament ikklassifikat fi grad– skont dawn it-talbiet — u jagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000 għad-danni morali, flimkien mal-interessi moratorji abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew, mid-data tar-reklutaġġ tar-rikorrent mal-konvenuta, jew alternattivament mid-data ta’ dan ir-rikors, sakemm isir il-ħlas kollu;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/29


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

(Kawża F-1/12)

2012/C 133/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tiċħad it-talba għal kumpens għat-telf subit.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Jannar 2011 li tiċħad it-talba tiegħu għal kumpens għat-telf subit minħabba l-irtir tiegħu b’pensjoni ta’ invalidità;

jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2011 li tiċħad l-ilment tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2011;

tikkumpensah għat-telf subit;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/29


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Frontex

(Kawża F-5/12)

2012/C 133/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Frontex

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex li timponi sanzjoni fuq ir-rikorrent u tad-deċiżjoni li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 li tiddikjara t-tkeċċija tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ April 2011 li timponi fuqu sanzjoni;

tikkundanna lil Frontex għall-ispejjeż.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/30


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

(Kawża F-7/12)

2012/C 133/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-proċeduri

L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera, il-lista tal-2010 ta’ uffiċjali promossi u, jekk ikun neċessarju, l-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2011 li tiċħad it-talba tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tal-2009 tar-rikorrent;

annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-lista ta’ persunal promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni tal-2010;

jekk ikun neċessarju, annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2011 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-16 ta’ Ġunju 2011;

tikkundanna lil ENISA għall-ispejjeż.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-9/12)

2012/C 133/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Lévi, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba sabiex il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat jikkumpensa danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba nuqqasijiet imwettqa fl-amministrazzjoni tal-lista ta’ riżerva tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

jirrikonoxxi r-responsabbiltà extrakuntrattwali tal-Parlament għan-nuqqasijiet imwettqa fl-amministrazzjoni tal-lista ta’ riżerva tagħha;

jikkumpensa d-dannu materjali tar-rikorrenti evalwat, għall-perijodu minn Diċembru 2003 sa Diċembru 2011 għal EUR 749 449,3, flimkien mal-fondi ta’ rtirar, għall-perijodu sussegwenti sas-sena legali tal-irtirar, għall-ħlas ta’ kull xahar tal-ammonti netti li jikkorrispondu għll-pagi stabbiliti għall-uffiċjali tal-grad AD li jibdew mill-grad AD 9, skala 2, it-tieni sena, waqt li jieħu inkunsiderazzjoni karriera normali ta’ uffiċjal tal-istess grad, ikkompletat b’kontribuzzjonijiet korrispondenti għall-fond ta’ mard tiegħu. Kollu għandu jiġi miżjud bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

jikkumpensa d-dannu morali tar-rikorrenti evalwat għal EUR 70 000;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/30


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2012 — ZZ vs Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(Kawża F-21/12)

2012/C 133/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf il-benefiċċju tal-allowance ta’ espatrijazzjoni tar-rikorrent u għall-irkupru retroattiv ta’ din l-allowance.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 tal-Awtorità tal-Ħatra (iktar ’il quddiem l-“Awtorità tal-Ħatra”) tal-KESE, li twaqqaf il-benefiċċju tal-allowance ta’ espatrijazzjoni tar-rikorrent b’effet mill-1 ta’ Lulju 2010 u għall-irkupru tal-allowance ta’ espatrijazzjoni li rċieva minn din id-data;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Awtorità tal-Ħatra tal-KESE li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-9 ta’ Settembru 2011 abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-KESE jirrimborsa lir-rikorrent l-allowance ta’ espatrijazzjoni rkuprata mill-1 ta’ Lulju 2010 u jħallas l-allowance ta’ espatrijazzjoni li ma ġietx mogħtija mid-9 ta’ Ġunju 2011, ilkoll bl-interessi moratorji abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew, miżjuda b’żewġ punti;

jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/12)

2012/C 133/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid mill-PMO.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal bħala illegali;

tannulla d-deċiżjonijiet li jannullaw u li jissostitwixxu l-offerti ta’ bonus tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjonijiet li fuq it-talbiet għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti jiġu applikati l-paramentri msemmija fid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/31


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-31/12)

2012/C 133/63

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-Annullament tad-deċiżjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-proposta kkalkulata mill-ġdid mill-PMO.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

Jannulla d-deċiżjoni li tannulla u tissostitwixxi l-proposti tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fil-kuntest tat-talba tiegħu taħt l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinkludi proposta ġdida kkalkulata fuq il-bażi tad-DĠE adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Rettifika

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/32


Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-528/11

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 370 tas-17 ta’ Diċembru 2011 )

2012/C 133/64

It-test tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-528/11, Halaf, qiegħed jiġi ssostitwit bit-test segwenti:

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Ottubru 2011 — Zuheyr Freyeh Halaf vs Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerski savet

(Kawża C-528/11)

2012/C 133/64

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zuheyr Freyeh Halaf

Konvenuta: Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerski savet

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (1), tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li Stat Membru jieħu r-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni għall-ażil meta ma jkun hemm ebda fatt ta’ natura personali li jimplika l-applikazzjoni tal-klawżola umanitarja li tinsab fl-Artikolu 15 tar-regolament imsemmi għall-persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil u meta l-Istat Membru responsabbli taħt l-Artikolu 3(1) tar-regolament imsemmi ma jkunx wieġeb għat-talba sabiex jieħu responsabbiltà skont l-Artikolu 20(1) tar-regolament imsemmi, fid-dawl tal-fatt li dan ir-regolament ma jinkludix dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-osservanza tal-prinċipju ta’ solidarjetà stabbilit fl-Artikolu 80 TFUE?

2.

X’inhu l-kontenut tad-dritt għal ażil taħt l-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 53 ta’ din il-karta, kif ukoll mad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(ċ) u mal-premessa 12 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003?

3.

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, ikkunsidrat flimkien mal-obbligu taħt l-Artikolu 78(1) TFUE li jiġu osservati l-istrumenti ta’ dritt internazzjonali fil-qasam tal-ażil, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri jitolbu opinjoni mingħand il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati fil-kuntest tal-proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament, meta f’dokumenti ta’ din l-organizzazzjoni huma esposti fatti u misluta konklużjonijiet fis-sens li l-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 3(1) tar-regolament imsemmi jikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda, qiegħda tintalab ukoll risposta għal din id-domanda:

Il-fatt li din l-opinjoni ma tintalabx mingħand il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati jikkostitwixxi ksur sostanzjali tal-proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 3 tar-regolament imsemmi u ksur tad-drittijiet għal amministrazzjoni tajba u għal rimedju effettiv stabbiliti fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u dan fid-dawl ukoll tal-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE (2), tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, li jawtorizza lil din l-organizzazzjoni tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward ta’ kull applikazzjoni għall-ażil?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109.

(2)  ĠU L 175M, 29.06.2006, p. 168.