ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.128.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 128/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2012/C 128/02 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 128/03 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
2012/C 128/04 |
||
2012/C 128/05 |
||
2012/C 128/06 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 128/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6548 – RGM/ALPINE Bau/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2012/C 128/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6446 – Pratt & Whitney/International Aero Engines) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 128/09 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
(2) Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 128/01
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
7.3.2012 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.30015 (N 688/09) |
||||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
ERP Unternehmenskapital Kapital für Gründung |
||||
Il-bażi legali |
KfW-Gesetz, BGB. I S. 2427 Programmmerkblatt ERP-Kapital für Gründung |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Sussidju fuq l-imgħax |
||||
L-estimi |
|
||||
L-intensità |
50 % |
||||
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
11.1.2012 |
|||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33608 (11/N) |
|||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||||
Reġjun |
— |
|||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Program pomocy publicznej dla przedsiębiorców zatrudniających osoby pozbawione wolności (zmiany do programu pomocy N 519/07) |
|||||
Il-bażi legali |
Projekt rozporządzenia Ministra Sprawiedliwości w sprawie Funduszu Aktywizacji Zawodowej Skazanych oraz Rozwoju Przywięziennych Zakładów Pracy Ustawa z dnia 28 sierpnia 1997 r. o zatrudnieniu osób pozbawionych wolności (Dz.U. nr 127, poz. 777 ze zm.) |
|||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
L-għan |
Impjiegi |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Self b'rata ta' imgħax baxxa, Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali |
|||||
L-estimi |
Baġit annwali: PLN 46 miljun |
|||||
L-intensità |
— |
|||||
It-tul ta' żmien |
— |
|||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
20.4.2012 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33966 (11/N) |
||||
Stat Membru |
Franza |
||||
Reġjun |
Guadeloupe |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aide à caractère social au bénéfice des résidents des îles de la Guadeloupe |
||||
Il-bażi legali |
Code général des collectivités territoriales, Délibération du Conseil régional de la Guadeloupe no CR/11-530 du 3 mai 2011 |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Appoġġ lill-konsumaturi individwali |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
Baġit annwali: EUR 3 miljun |
||||
L-intensità |
100 % |
||||
It-tul ta' żmien |
mill-1.7.2011 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Trasport bil-baħar u fl-ilmijiet kostali |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
17.2.2012 |
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34227 (12/N) |
Stat Membru |
Id-Danimarka |
Reġjun |
— |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Guarantee for merging banks |
Il-bażi legali |
Danish Financial Stability Act of 10 October 2008 |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija, Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà |
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
L-estimi |
Baġit globali: 50 000 miljun DKK |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
17.2.2012-30.6.2012 |
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Finansiel Stabilitet |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/5 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2012/C 128/02
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
30.3.2012 |
|||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33748 (11/N) |
|||||
Stat Membru |
Franza |
|||||
Reġjun |
— |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aide de la région Île-de-France en faveur de l’agriculture biologique pour la préservation des ressources naturelles d’Île-de-France |
|||||
Il-bażi legali |
|
|||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
L-għan |
Impenji agroambjentali |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
L-estimi |
|
|||||
L-intensità |
100 % |
|||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2016 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati |
|||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
30.3.2012 |
|||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34401 (12/N) |
|||||||
Stat Membru |
Franza |
|||||||
Reġjun |
— |
— |
||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aide à la mise aux normes des bâtiments porcins en vue de l'application des normes sur le bien-être des truies gestantes |
|||||||
Il-bażi legali |
|
|||||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||
L-għan |
Investiment fl-intrapriżi agrikoli |
|||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||
L-estimi |
— |
|||||||
L-intensità |
40 % |
|||||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2012 |
|||||||
Setturi ekonomiċi |
Trobbija ta' majjali/annimali tal-istess speċi |
|||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/7 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
1,00 % fl-1 ta’ Mejju 2012
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-2 ta’ Mejju 2012
2012/C 128/03
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3131 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
105,31 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4385 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,81205 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,8884 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2018 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,5525 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,903 |
HUF |
Forint Ungeriż |
283,50 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6994 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1693 |
RON |
Leu Rumen |
4,4268 |
TRY |
Lira Turka |
2,3134 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2718 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,2977 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1873 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6165 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6292 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 484,06 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,1650 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2397 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4975 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 085,32 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9767 |
PHP |
Peso Filippin |
55,495 |
RUB |
Rouble Russu |
38,7000 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,535 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,5105 |
MXN |
Peso Messikan |
16,9849 |
INR |
Rupi Indjan |
69,4040 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/8 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Oslo tingrett tal-11 ta’ Novembru 2011 fil-kawża Arcade Drilling AS v Staten v/Skatt Vest
(Kawża E-15/11)
2012/C 128/04
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Novembru 2011 minn Oslo tingrett (il-Qorti Distrettwali ta’ Oslo), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-28 ta’ Novembru 2011, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Arcade Drilling v Staten v/Skatt Vest, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
(1) |
Hija restrizzjoni skont l-Artikolu 31 taż-ŻEE, ara l-Artikolu 34 taż-ŻEE, li tiġi imposta taxxa ta' likwidazzjoni fuq kumpanija jekk il-liġi nazzjonali tal-kumpaniji teżiġi obbligu biex il-kumpanija tiġi likwidata minħabba li l-kumpanija de facto ittrasferiet il-kwartieri ġenerali tagħha min-Norveġja għal Stat ieħor taż-ŻEE? Huwa ta' xi sinifikat li ma jingħatax differiment għall-ħlas tat-taxxa sakemm isseħħ il-likwidazzjoni, jekk fil-fatt isseħħ? |
(2) |
Fil-każ li l-qorti distrettwali tiddeċiedi li teżisti restrizzjoni: liema kriterji se jkunu deċiżivi biex jiġi determinat jekk ir-regolament nazzjonali jsegwix għanijiet ta' interess pubbliku prevalenti jew jekk huwiex xieraq u meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet? |
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/9 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Hæstiréttur Íslands ddatata il-15 ta’ Diċembru 2011, fil-kawża ta’ Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Islanda
(Kawża E-17/11)
2012/C 128/05
Il-Hæstiréttur Íslands (il-Qorti Suprema tal-Islanda) għamlet talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fis-16 ta’ Diċembru 2011, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Islanda, dwar dawn il-mistoqsijiet:
(1) |
Jistgħu l-fondi li bank A jagħti lil bank B, u li bank B jrid jħallas lura lil bank A f’data predeterminata, flimkien ma’ interessi li kienu ġew speċifikament negozjati, jitqiesu bħala depożitu fit-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożitu, anki jekk il-fondi, meta jaslu għand B, ma jitpoġġewx f’kont apposta f’isem A, B ma ħareġ ebda dokumenti speċjali lil A li jirreġistraw l-irċevuta tal-fondi u ma ħallas ebda primjums fir-rigward tal-Fondi ta’ Garanzija ta’ Depożituri u Investituri u l-fondi ma daħlux bħala depożitu fil-kotba ta’ B? F’din il-mistoqsija wieħed jassumi li ż-żewġ banek A u B għandhom liċenzji operattivi bħala banek kummerċjali f’diversi stati fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
(2) |
Meta twieġeb l-ewwel mistoqsija, hija ta’ xi importanza jekk l-Istat ta' domiċilju ta' bank B approfitta ruħu mill-awtorizzazzjoni ta' Artikolu 7(2) tad-Direttiva 94/19/KE, dwar skemi ta' garanzija għal depożitu (ara punt 1 ta’ Anness I) sabiex jeskludi depożiti magħmula minn istituzzjonijiet finanzjarji minn skemi ta’ garanzija tad-depożitu? |
(3) |
Meta twieġeb l-ewwel mistoqsija, hija ta' xi importanza jekk bank A, li għandu liċenzja sabiex jopera bħala bank kummerċjali skont il-liġijiet tal-parti kontraenti li jopera fit-territorju tagħhom ma jeżerċitax l-awtorizzazzjoni li għandu, skont il-liċenzja operattiva tiegħu, sabiex jaċċetta depożiti mill-pubbliku ġenerali, iżda jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu permezz ta’ kontribuzzjonijiet mis-sidien tiegħu u mill-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji, u wara jerġa’ jsellef dawk il-flus fuq l-hekk imsejjaħ suq interbankarju? |
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/10 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur ddatata tat-22 ta’ Diċembru 2011 fil-kawża ta’ Irish Bank Resolution Corporation Ltd v Kaupthing hf.
(Kawża E-18/11)
2012/C 128/06
Il-Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavík) għamlet talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Diċembru 2011, li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fit-22 ta’ Diċembru 2011, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta' Irish Bank Resolution Corporation Ltd v Kaupthing hf., dwar dawn il-mistoqsijiet:
(1) |
F’każ ta’ diskrepanza, f’lingwi differenti, bejn it-test tal-Ftehim taż-ŻEE jew ir-regoli bbażati fuqu, b’tali mod li s-sustanza tad-dispożizzjonijiet individwali jew r-regoli mhix ċara, kif għandha tiġi interpretata s-sustanza tagħhom sabiex jiġu applikati fis-soluzzjoni ta’ tilwim? |
(2) |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija fl-ewwel mistoqsija, din tikkonforma mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/24/KE fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ stat, li huwa membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, jagħti lill-Bord tal-Istralċ jew awtorità jew aġenzija kompetenti oħra l-kompetenza li tiddeċiedi jekk għandhiex tiġi żvelata l-informazzjoni dwar l-aspetti deskritti fid-dispożizzjoni, b’riklam ippubblikat barra mill-pajjiż minflok jiġu nnotifikati individwalment il-kredituri kollha magħrufa? |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6548 – RGM/ALPINE Bau/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 128/07
1. |
Fit-23 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża RGM Facility Management GmbH (il-Ġermanja), li hija proprjetà tal-Grupp ta’ Kumpaniji RGM, kontrollata fl-aħħar mill-aħħar minn Dr Jürgen Großmann, azzjonist waħdani tal-Georgsmarienhütte Holding GmbH (il-Ġermanja), flimkien mal-impriża ALPINE Bau GmbH (l-Awstrija), min-naħa tagħha proprjetà tal-Grupp ta’ Kumpaniji FCC Construcción (Spanja), jakkwistaw, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Blumauerplatz Immobilien Projektentwicklungs GmbH (l-Awstrija) permezz tal-akkwist ta’ ishma f’kumpanija stabbilita ġdida. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6548 – RGM/ALPINE Bau/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6446 – Pratt & Whitney/International Aero Engines)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 128/08
1. |
Fil-25 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Pratt & Whitney (“P&W”, l-Istati Uniti), li tappartjeni għal United Technologies Corporation (UTC), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll kollu tal-impriża konġunta International Aero Engines AG (“IAE”, l-Isvizzera) permezz ta' xiri ta 'ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6446 – Pratt & Whitney/International Aero Engines, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/14 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 128/09
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“PA DE PAGÈS CATALÀ”
Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0880-15.06.2011
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Pa de Pagès Català”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 2.4. |
Prodotti tal-ħobż, prodotti tad-dulċiera, ħelu, galletti u gallettini. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1:
Il-“Pa de Pagès Català” (IĠP) huwa ħobża tradizzjonali, tonda, b'qoxra tqarmeċ, bil-qalba ratba u b'alveoli kbar, u bil-forma tagħha ssir esklussivament bl-idejn. Il-produzzjoni ta’ dan il-ħobż issegwi metodi tradizzjonali, b'fermentazzjoni bil-mod, u jinħema dejjem fi fran b'qiegħ refrattorju.
Il-ħobż kopert minn din l-IĠP għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
Dehra:
|
|
Karatteristiċi organolettiċi: Il-“Pa de Pagès Català” jkollu aroma u togħma qawwijin, b'ċerta aċidità li żżomm is-sensazzjoni ta’ friskizza, u b'konsistenza pjaċevoli li żżomm għal 8-9 sigħat wara l-ħami. |
|
Preżentazzjoni Il-ħobż jiġi ppreżentat fil-forma ta’ ħobżiet b'piż ta’ madwar 500 g u 1 kg, b'forma tonda, u b'qasma naturali fuq nett.
|
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Dqiq tal-qamħ: W ta' bejn 150 u 240, u P/L ta' bejn 0,4 u 0,6.
Ilma: jiżdied mal-għaġina sa 60-70 % (litri ilma/kg dqiq).
Tinsila (għaġina tal-bidu) minn fermentazzjoni ta' qabel: bejn 15 % u 20 % tal-kwantità tad-dqiq magħġun.
Ħmira (Saccharomyces cerevisiae L.): mhux iktar minn 2 %.
Melħ tat-tisjir: mhux iktar minn 1,8 % (għal kull 100 kg dqiq).
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-proċess kollu tal-produzzjoni għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita:
(a) |
L-għaġna |
(b) |
L-għaġina titħalla toqgħod F'dan l-istadju, l-għarfien espert tal-furnar huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-aromi tal-ħobż. Barra minn hekk, il-perjodu li fih l-għaġina titħalla toqgħod jiffavorixxi t-tisħiħ tan-netwerk ta’ proteini li jkun sar waqt l-għaġna, u jinfluwenza l-elastiċità tal-għaġina. |
(c) |
L-għaġina titqatta’ f’biċċiet |
(d) |
L-għaġina titkebbeb f'boċoċ |
(e) |
Il-boċoċ jitħallew joqogħdu |
(f) |
Il-ħobż jingħata l-forma tiegħu Il-forom permessi għandhom isiru bl-idejn u qatt b'mod mekkaniku. |
(g) |
Il-ħobż jiffermenta |
(h) |
Il-wiċċ tal-ħobż jinqata' |
(i) |
Il-ħobż jinħema Il-“Pa de Pagès Català” (IĠP) jista' jinħema biss fi fran ta’ konduzzjoni li jkollhom qiegħ ta’ materjal refrattorju, f'temperatura ta’ bejn 180 u 230 °C. Il-furnar iżid il-fwar skont l-għarfien espert tiegħu, u dan jiddetermina d-dehra aħħarija tal-qoxra tal-ħobż. |
(j) |
Il-ħobż jitħalla jibred. |
3.6. Regoli speċifiċi għall-qtugħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
Il-“Pa de Pagès Català” (IĠP) għandu jiġi ppreżentat lill-pubbliku bħala ħobża sħiħa mhix maqtugħa.
Il-ħobż jinbiegħ ippakkjat. Għandu jintuża tgewżir individwali għal kull ħobża, u l-boroż għandhom ikunu tal-karta jew ta' xi materjal ieħor sostenibbli u bijodegradabbli li jirrispetta l-ambjent.
L-ippakkjar għandu jsir fil-post tal-bejgħ, eżatt qabel ma l-prodott jingħadda lill-konsumatur aħħari wara l-bejgħ. Dan għax l-ippakkjar jista' jaċċelera t-tixrid tal-umdità mill-qalba għal ġol-qoxra, u b'hekk il-qoxra ssir ratba, elastika u tqarmeċ inqas, filwaqt li l-qalba titlef mill-irtubija tagħha.
Jekk il-klijent jitlob li l-ħobż jitqatta' f'fetet (“llesques”), dan jista' jsir biss wara l-bejgħ.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
In-naħa ta’ barra tal-ippakkjar tal-ħobż għandha turi, b'mod obbligatorju u b'mod li jispikka, l-isem tal-IĠP “Pa de Pagès Català”, il-logo tal-IĠP u l-logo tal-UE, kif ukoll it-tagħrif ġenerali kif iddeterminat mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Kull operatur li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-IĠP ikollu d-dritt li juża l-logo tal-IĠP “Pa de Pagès Català”.
Riproduzzjoni bl-abjad u iswed tal-logo tal-IĠP:
Kuluri Pantone tal-logo tal-IĠP: il-pala: 457; id-dell tal-ħobża: 265; il-qoxra tal-ħobża: 124
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pa de Pagès Català” tkopri l-Comunidad Autónoma de Cataluña kollha kemm hi.
5. Rabta maż-żona ġeografika ddefinita:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-“Pa de Pagès Català”, magħruf fil-Comunidad Autónoma de Cataluña kollha bħala l-“pa de pagès”, huwa l-iktar ħobż b'riputazzjoni storika f'dan ir-reġjun. L-etimoloġija tal-isem “pa de pagès” tagħti idea ċara tal-oriġini tiegħu: id-dinja rurali. Bil-Katalan, “pagès” tfisser “bidwi”. Il-“pa de pagès” kien il-prodott li kienu jagħmlu l-bdiewa Katalani taż-żoni rurali biex jikluh huma stess. Għaldaqstant, dan il-ħobż kien ta' natura artiġjanli, billi kien isir fil-“masías” (id-djar rustiċi tal-bdiewa Katalani) u fid-djar tal-irħula. Il-furnara tas-sengħa fiż-żoni rurali wkoll kienu jipproduċu l-“pa de pagès” għaliex kien iżomm għal diversi jiem, u dan kien ideali għan-nies tal-kampanja. Il-“pa de pagès” ikollu forma tonda, u l-karatteristika ewlenija tiegħu hi l-fatt li l-forma tiegħu ssir bl-idejn. Il-fermentazzjoni tieħu fit-tul, u l-ħami jsir f'forn b'qiegħ refrattorju. Din hija tradizzjoni li ilha sejra sitt sekli u fuqhom.
It-tradizzjoni tal-“pa de pagès” intirtet minn ġidd għal ġidd għal sekli twal, kemm bħala produzzjoni domestika kif ukoll bħala prodott tal-furnara tas-sengħa. Kienu preċiżament dawn il-furnara rurali li, f'mewġa wara oħra ta’ migrazzjoni mill-kampanja għal ġol-bliet (kif inhu rreġistrat fil-Katalonja tul is-sekli XVI sa XVIII), introduċew bil-mod il-“pa de pagès” lill-konsumaturi tal-bliet il-kbar tal-pajjiż u fil-madwar.
Lejn tmiem is-seklu 19, saru xi ġrajjiet storiċi li komplew ixerrdu l-“Pa de Pagès Català” u saħħewh sakemm sar l-iktar prodott li jidentifikaw miegħu l-furnara Katalani. L-eżibizzjonijiet universali li ttellgħu f'Barċellona fl-1888 u fl-1929, li ħabtu ma' żmien l-industrijalizzazzjoni tal-Katalonja, wasslu għal eżodu kbir tal-bdiewa lejn il-belt kapitali Katalana. Eluf ta' nies telqu l-irħula tagħhom fl-entroterra u fin-nofsinhar tal-Katalonja, ifittxu għajxien aħjar fil-fabbriki ta' Barċellona jew f'ċentri industrijali oħra bħal Manresa, Reus, u l-bqija. Ħafna minn dawn in-nies kienu jaħdmu ta’ furnara fl-irħula tagħhom, jew kienu responsabbli għall-produzzjoni tal-“pan de pagès” fid-djar tagħhom. Uħud minn dawn il-persuni ma sabux xogħol fil-fabbriki iżda fl-ifran tal-bliet, li kellhom jipproduċu l-ħobż għal popolazzjoni li kienet qed tikber ġmielha u bla waqfien.
Iżda filwaqt li dawn il-persuni sabu saqajhom bħala ħaddiema fl-ifran, is-settur proprju tal-furnara kien għaddej minn trasformazzjoni fil-forma tal-ħidma tiegħu, bl-introduzzjoni ta’ makkinarju u ta’ ħmejjer iktar fini minn dawk li kienu jintużaw qabel. F'dan iż-żmien bdew jidhru l-baguettes (“barras de pan”), li kienu jeħtieġu proċess ta’ produzzjoni iktar faċli u rapidu minn tal-“pa de pagès” tradizzjonali. Il-popolazzjoni l-ġdida xorta baqgħet leali għall-ħobż tradizzjonali tagħha u baqgħet tfittex il-“pa de pagès” għand il-furnara, u b'hekk il-furnara tal-bliet ikkombinaw il-ħobż modern tat-tip baguette u l-“pa de pagès”.
F'dak iż-żmien, ir-riputazzjoni tal-“pagès” diġà kienet ta' ħobż tradizzjonali u artiġjanali, il-ħobż “de toda la vida” (“tas-soltu tagħna”), li ma kellu x'jaqsam xejn mal-forom ġodda ta' ħobż. Din ir-riputazzjoni baqgħet eżattament l-istess sal-lum; tant hu hekk li wieħed mill-iktar elementi magħrufa tal-gastronomija Katalana, il-ħobż bit-tadam (“pa amb tamàquet” bil-Katalan), ħadd ma jgħaddilu minn moħħu li ma jsirx bil-“Pa de Pagès Català”.
Il-metodu ta’ produzzjoni tal-“pa de pagès” f'Barċellona u fi bliet industrijali oħra tal-Katalonja nfirex mar-reġjun kollu tul is-sekli 19 u 20. Dan il-metodu ma nbidel xejn, u żamm l-essenza tiegħu tul l-aħħar mitt sena, kif jaffermaw id-dixxidenti ta’ familji bi tradizzjoni ta’ furnara minn kull rokna tal-Katalonja. Tali essenza tikkonsisti fil-produzzjoni tal-ħobż bi proċeduri li jieħdu fit-tul, u fl-attenzjoni speċjali li tingħata lill-mod ta’ kif jinħema, partikularment l-effett tal-fwar, li jiġi applikat skont l-għarfien espert tal-furnar u huwa element fondamentali li jwassal għad-dehra aħħarija tal-qoxra.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Il-“Pa de Pagès Català” hija l-iktar speċjalità rappreżentattiva tal-furnara Katalani. Huwa ħobż ta’ fermentazzjoni fit-tul, li jingħata forma esklussivament bl-idejn. Il-ħami jieħu fit-tul, fi fran bil-qiegħ refrattorju. Il-ħobż ikollu qoxra mixwija u tqarmeċ, bil-qalba ratba u b'alveoli kbar, b'mod li jżomm is-sensazzjoni ta’ friskizza u konsistenza pjaċevoli, anki wara li jkunu għaddew 8-9 sigħat mill-ħami. Dawn il-karatteristiċi, li jitnisslu mill-għarfien espert u mill-esperjenza twila tal-furnara Katalani, jagħtu lill-ħobż l-għeliem tal-identità tiegħu, li baqgħu kif kienu fl-oriġini tiegħu, u wasslu biex iżommu r-riputazzjoni tiegħu tul iż-żmien.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u kwalità speċifika, ir-riputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott:
Il-karatteristiċi li jorbtu l-prodott maż-żona ġeografika għandhom x'jaqsmu fuq kollox mar-riputazzjoni storika tiegħu, kif ukoll mat-trażmissjoni tal-proċess ta’ produzzjoni minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ furnara, li baqgħu leali għall-kriterji ta’ elaborazzjoni. Tant hi kbira r-riputazzjoni tal-“Pa de Pagès Català” li l-preżenza tiegħu hija obbligatorja fil-gastronomija Katalana.
Fil-Katalonja, ir-riputazzjoni artiġjanali u l-kwalità tal-“Pa de Pagès Català” ilha tikber sekli twal, tant li din il-kwalità saret ta' sikwit l-oġġett ta' xi tilwim. Pereżempju, il-Professur tal-Università ta' Barċellona Antoni Riera, fi studju li jittratta l-produzzjoni, il-bejgħ u l-konsum tal-ħobż fil-bliet moderni tal-Katalonja tul is-sekli 14 sa 18, jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li fil-Barċellona tas-seklu 18, il-ħobż li kien jasal sal-belt miż-żoni rurali kien element ta' tensjoni: biex inkunu iktar preċiżi, Riera rrifera għall-“Pan de Pagès li jasal mill-irħula tal-madwar”. Ma tridx għerf biex tifhem ir-raġuni wara dawk it-tensjonijiet bejn il-furnara tal-belt kapitali Katalana u bejn dawk li kienu jaslu minn barra: il-“pa de pagès” kien ta’ kwalità aħjar minn tal-ħobż li kienu jipproduċu l-furnara ta’ Barċellona, u għaldaqstant il-pubbliku kien jippreferi l-“pa de pagès” li kien jasal minn barra. Dan jikkonfermah l-istorjografu Jesús Ávila, b'rabta mal-ħobż li kien jasal Barċellona minn lokalitajiet oħra: “in-nies tal-belt kienu jippreferu l-ħobż li kienu jipproduċu l-irhieb ta’ Sant Jeroni fil-Vall d’Hebron. Saru popolari wkoll, apparti l-‘pa de pagès’, il-ħobż mil-lokalitajiet żgħar, bħal ta' Valls u ta' Reus; il-ħobż Franċiż it-twil tat-tip baguette; u l-llonguets (speċi ta’ bezzun Katalan)”. Dan juri li l-istorjografi diġà kienu jqisu l-“Pa de Pagès Català” bħala prodott ta' kwalità u b'differenza, u proprju tat-territorju Katalan, tal-anqas mis-seklu 18 'l hawn.
Speċjalisti oħra fil-produzzjoni tal-ħobż, gastronomi jew storjografi (F. Tejero, X. Barriga, J. C. Capel, E. Rosset, P. Roca) jirreferu kemm-il darba fil-pubblikazzjonijiet tagħhom għall-“Pa de Pagès Català” bħala prodott proprju tal-Katalonja.
Interessanti wkoll kif l-arti bdiet tilqa' minn kmieni lil dan il-ħobż bħala suġġett partikulari. Fost l-eqdem tpinġijiet tal-“Pa de Pagès Català”, il-murali ta’ Pia Almoina de Lleida (sekli 14-15) juru l-mejda tal-fqar b'ħobżiet kbar u tondi, f'kuntrast mat-tipi ta' ħobż li kienu jieklu l-klassijiet iktar komdi ta' dak iż-żmien. Vjaġġ ta’ malajr tul l-istorja tal-arti ma jistax ma jsemmix xogħlijiet partikulari li juru l-forom tal-ħobż tradizzjonali Katalan, bħal ta' Picasso u Dalí (fil-bidu u f'nofs is-seklu XX), jew pitturi “still life” ta’ artisti inqas magħrufin fix-xena internazzjonali, tat-tieni nofs tas-seklu li għadda.
Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni fuq kif ir-riputazzjoni tal-“Pa de Pagès Català” wasslet biex tipi ta’ ħobż simili ħadu wkoll l-isem “pa de pagès”, kif ġara fil-Gżejjer Baleari, jew fi provinċji ġirien tal-Katalonja, bħal Huesca u Castellón. Dan il-fatt jisħaq fuqu José Carlos Capel (El pan. Elaboración, formas, mitos, ritos y gastronomía. Barcelona, Montserrat Mateu, 1991), studjuż u promotur tad-drawwiet alimentari tal-Ispanjoli u kritiku tal-gastronomija, meta jafferma li “l-isem ‘pa de pagès’ jintuża biex jirreferi għal dawk il-ħobżiet li, fid-dehra u fit-togħma, jippruvaw jimitaw dan il-ħobż eċċellenti tal-Katalonja, għalkemm ġeneralment ma jirnexxilhomx”.
Eżempju ta' kemm il-“pa de pagès” għandu għeruq sodi fil-Katalonja huwa l-listi uffiċjali tal-prezzijiet tal-ħobż li kienu jippubblikaw il-provinċji differenti ta’ Spanja, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet statali. Sal-liberalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-ħobż fl-1986, il-“pa de pagès” kien jidher fil-listi tal-erba' provinċji tal-Katalonja, filwaqt li fil-listi mill-Gżejjer Baleari, fejn jinbiegħ ukoll ħobż imsejjaħ “de pagès”, dan ma kienx jidher, u minflok kien jidher biss il-“pan de flama” (tat-tip baguette).
Tul l-aħħar ftit snin, għadd sostanzjali ta’ artikli perjodistiċi ġibdu l-attenzjoni lejn l-eċċellenza tal-furnara mifruxin mal-Katalonja kollha li, bi fran tradizzjonali tal-familja li wirtu tul is-sekli, żammew il-“Pa de Pagès Català” fost l-ispeċjalitajiet tagħhom.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni jinsab disponibbli fuq is-sit tal-internet
http://www.gencat.cat/daam/pliego-pa-pages-catala
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.